META KIEN JEVADI T-TAXXA FTAĦAR BI “ĦLAS ŻEJJED”
www.one.com.mt Il-Ħadd, 11 ta’ Ottubru, 2020
Ħarġa Nru 1,422
Rapport f’paġni 4 u 5
Prezz €1
L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li se tibda l-proċess biex jitneħħew il-limitazzjonijiet fl-għoli tal-bini li bħalissa jikkontrollaw l-iżviluppi li jistgħu jseħħu fl-oqsma industrijali tal-Imrieħel u l-Marsa. Il-ħtieġa li jiġu indirizzati nuqqasijiet ta’ spazji għall-użu minn negozji u kumpaniji bil-għan li jkun hawn iżjed investimenti ġodda u opportunitajiet aħjar u ġodda ta’ impjiegi, f’ekonomija li trid tkompli tikber, hi essenzjali aktar minn qatt qabel. Tkompli f’paġna 7
TAĦWID TA’ INKAPAĊI JEW B’QERQ B’sensiela ta’ kwotazzjonijiet u tabelli ħżiena, konfużjoni fl-istatistika u tbagħbis konvenjenti maċ-ċifri relatati, id-dokument ta’ qabel il-Baġit ippreżentat mill-Kap il-ġdid Nazzjonalista lbiraħtlula jixhed l-istess nuqqas ta’ serjetà u inkapaċità mill-Partit fl-Oppożizzjoni dwar is-suġġett, inkella agħar minn hekk, għandu l-iskop li jqarraq bil-poplu billi jagħti stampa falza tal-ħidma tal-Gvern u s-suċċessi miksubin. Bid-dikjarazzjoni tiegħu li r-road map tal-Partit Laburista fl-2013 ma wasslet għal imkien, Bernard Grech kien diġà telaq fuq il-pass il-ħażin, ladarba hu magħruf li f ’seba’ snin irdoppja l-ġid nazzjonali u Malta esperjenzat l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea. Tkompli f’paġna 8
AWWISSU WKOLL B’SINJALI TAJBIN INQAS QGĦAD, AKTAR BEJGĦ U IŻJED DEPOŻITI MAL-BANEK JIXHDU LI L-IRKUPRU EKONOMIKU KOMPLA GĦAT-TIELET XAHAR KONSEKUTTIV WARA L-INJEZZJONI TAL-PAKKETT TA’ STIMOLU FINANZJARJU TA’ €900 MILJUN Bil-kontra ta’ dak li qed iseħħ f ’diversi pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea, il-mixja pożittiva ta’ Malta kompliet tagħti sinjali sinifikanti. Meħudin iċ-ċirkostanzi u l-effetti li ġabet magħha l-pandemija talCOVID-19, ir-riżultati li joħorġu minn statistiċi uffiċjali lokali u Ewropej juru li l-irkupru ekonomiku f ’pajjiżna baqa’ jitjieb għat-tielet xahar konsekuttiv, wara l-introduzzjoni tal-pakkett finanz-
jarju bla preċedent ta’ €900 miljun millPrim Ministru Robert Abela fil-bidu ta’ Ġunju li għadda. Stqarrija maħruġa mill-Eurostat indikat li, sa minn Ġunju, pajjiżna rreġistra l-inqas rata ta’ qgħad fiż-Żona Ewro. Waqt li fiż-Żona Ewro kollha kien hemm żieda ta’ 250,000 persuna bla xogħol f ’Awwissu, li ssarrfet f ’żieda fir-rata ta’ qgħad minn 8% għal 8.1%, f ’Malta waħedha r-rata naqset minn
4.2% għal 4.1%. Fl-aħħar tliet xhur, mindu tħabbar il-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika ta’ pajjiżna, in-numru ta’ nies ifittxu impjieg fostna naqas b’madwar 1,000 persuna, differenza ta’ 0.4% fuq l-istess perjodu. Bil-maqlub, fl-aħħar tliet xhur, iż-Żona Ewro rat żieda flok tnaqqis u minn 7.6% r-rata telgħet għal 8.1%. Tkompli f’paġna 6
02
11.10.2020
one.com.mt
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Bajja ta’ Biscay għal fuq iċ-ċentru tal-Mediterran. It-Temp: Il-biċċa l-kbira sabiħ Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent li jsir lokalment ħafif Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 26°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
20°C
UV 2
18°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
23°C
UV 4
17°C
24°C
Il-Ġimgħa
UV 4
20°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku One News
27°C
UV 4
20°C
25°C
UV 4
18°C
23°C
UV 4
18°C
one.com.mt
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21225785 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
11.10.2020
one.com.mt
LEGAT LI MHUX SE JISPIĊĊA TISLIMA LIL JOSEPH MUSCAT LI DIN IL-ĠIMGĦA RRIŻENJA MILL-PARLAMENT... IT-TITJIB KBIR LI ĠAB FIL-PAJJIŻ SE JIBQA’ JINĦASS GĦAL ŻMIEN TWIL IEĦOR
Din il-ġimgħa kienet immarkata bid-deċiżjoni ta’ Dr Joseph Muscat li jirriżenja mill-Kamra tad-Deputati wara aktar minn 12-il sena Mexxej tal-Partit Laburista, inklużi seba’ snin bħala Prim Ministru. Dak li rnexxielu jibni mill-Partit Laburista u s-suċċessi, anke bla preċedent, mill-Gvern żgur mhux se jintemmu fil-qrib, anzi għad iridu jibqgħu jidwu fl-istorja politika lokali għal ħafna żmien ieħor. Il-Partit Laburista sellem lil Dr Muscat u rringrazzjah tal-kontribut qawwi li ta fi ħdanu fl-aħħar snin li se jibqgħu kkaratterizzati minn ħidma ma taqta’ xejn ta’ tiġdid, tibdil u tisħiħ. Kif wiegħed sa minn qabel inħatar Mexxej, Muscat, li se jibqa’ mnaqqax fil-qlub ta’ eluf kbar ta’ Maltin u Għawdxin, bena Moviment mill-aktar b’saħħtu u inklussiv tal-liberali, progressivi u moderati fejn il-Partit Laburista kiseb 10 rebħiet minn 10 elezzjonijiet bejn l-2008 u l-2019, inklużi dawk storiċi fl-elezzjonijiet ġenerali tal-2013 u tal-2017 bl-ikbar distakk fl-istorja fuq il-Partit Nazzjonalista. Muscat jibqa’ sal-lum mhux biss l-iktar Mexxej politiku li kiseb numru ta’ voti fl-ewwel għadd f ’elezzjoni ġenerali, iżda jibqa’ wkoll l-uniku Mexxej politiku f ’Malta li rebaħ l-elezzjonijiet kollha li kkontesta, anke jekk il-PN spiċċa biddel tliet kapijiet wara xulxin. Minbarra hekk, mill-2013 ’il quddiem u mill-amministrazzjoni tal-pajjiż, Muscat irnexxielu jkabbar l-ekonomija nazzjonali b’medja ta’ kważi 7% kull sena, aktar minn tliet darbiet il-medja Ewropea, waqt li Malta rreġistrat surplus
fil-finanzi pubbliċi għall-ewwel darba fi 32 sena. Kull sena wkoll pajjiżna dejjem kellu l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-impjiegi minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-legat ta’ Joseph Muscat se jibqa’ mmarkat ukoll fit-tmiem tal-użu tal-heavy fuel oil (HFO), l-agħar fuel fid-dinja, u l-qalba għall-gass fil-produzzjoni tal-elettriku; l-għeluq tal-power station tal-Marsa; it-traħħis tat-taxxi u l-kontijiet tad-dawl u l-ilma; il-ħolqien ta’ middle class ġdida; iċ-child care centres bla ħlas; il-benefiċċji kbar lil dawk vulnerabbli, bħall-pensjonanti; id-dritt tal-vot lil dawk ta’ 16-il sena; iż-żieda għall-ewwel darba fil-paga minima nazzjonali; il-Liġi tal-Unjoni Ċivili u l-Liġi dwar Żwieġ Indaqs, fost numru ta’ drittijiet fil-qasam tal-LGBTIQ; is-servizz tal-IVF b’xejn fl-Isptar Mater Dei; u infrastruttura li tilqa’ għar-realtajiet ġodda tal-ekonomija, bl-infiq ta’ €700 miljun fil-bini tat-toroq kollha, fost ħafna oħrajn. Il-Partit Laburista sellem ukoll lis-Sinjura Michelle Muscat li mhux biss kienet dejjem ta’ spalla għal Dr Muscat, iżda li fl-aħħar snin ħadet inizjattivi biex tqajjem kuxjenza dwar kawżi differenti u tagħti vuċi lil ħafna Maltin u Għawdxin li għal snin sħaħ tħallew waħedhom. Mill-ġdid ħajr lil Joseph Muscat talli taħt il-gwida tiegħu, pajjiżna jinsab f ’qagħda aktar b’saħħitha milli qatt kien, anke biex jilqa’ għal sfidi bla mistenni.
04
11.10.2020
one.com.mt
META KIEN JEVADI T-TAXXI FTAĦAR BI FILMAT IEĦOR JIKXEF LILL-KAP ĠDID NAZZJONALISTA KIF TLIET SNIN ILU GAWDA MINN RIFUŻJONI TA’ €518 FIT-TAXXA TAD-DĦUL WAQT LI MA KIENX QIEGĦED JIDDIKJARA INTROJTU TA’ ELUF KBAR T’EWRO Ritratt: KEVIN ABELA / DOI
Fl-istess ħin li kien qed jonqos milli jiddikjara eluf kbar ta’ ewro fi dħul, Bernard Grech kien uża ċekk ta’ rifużjoni tat-taxxa li nħareġ f ’ismu biex, lejlet l-elezzjoni ta’ tliet snin ilu, attakka lillGvern Laburista fuq ix-xandir nazzjonali. Kien biss riċentament li Dr Grech issettilja kontijiet pendenti ta’ taxxa li jisbqu s-€60,000, eżatt wara li wera l-intenzjoni li jikkontesta l-elezzjoni għattmexxija tal-Partit Nazzjonalista. Sussegwentement ħareġ ukoll li kien ġie investigat mit-Taqsima ta’ Kontra l-Frodi dwar €32,000 li kien daħħal fuq numru ta’ snin talli ospita studenti barranin fir-residenza tal-familja tiegħu sakemm kienu qed jistudjaw f ’pajjiżna. Filmat mill-programm televi żiv Xarabank, li xxandar fuq TVM matul il-kampanja għallElezzjoni Ġenerali tat-3 ta’ Ġunju 2017, juri lil Dr Grech ixejjer ċekk ta’ €518 li kien għadu kemm irċieva mingħand id-Dipartiment tat-Taxxi Interni u ftaħar li dak kien dovut lilu għax ħallas “taxxa żejda fl-2006”. F’filmat ieħor mis-sena l-oħra, li ġie espost minn Karl Stagno Navarra fil-programm popolari televiżiv tiegħu Pjazza ġimgħa ilu, il-Kap Nazzjonalista ftaħar Grech jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Kap tal-Oppożizzjoni fil-Palazz ta’ San Anton nhar l-Erbgħa li meta jkun imsiefer jistħi jgħid li hu Malti u minflok jgħid li hu tiva ta’ tnaqqis fir-rata tat-Taxxa qabel l-Elezzjoni tal-2008, li biex tiġi ppremjata l-bżulija fost taxxa mill-Kap il-ġdid Nazzjonspiċċa rebaħ b’madwar 1,500 40,000 persuna, li kompliet għen- alista, partikolarment dawk reGrieg, minħabba xebh ma’ kun- tad-Dħul minn 35% għal 25%. Din kienet wegħda tal-PN vot, iżda malajr abbandunaha et biex tikber l-ekonomija nazz- latati mal-ħlas ta’ taxxa tal-VAT jomu. wara bl-iskuża li ma setgħetx tit- jonali. Wara l-miżura kienet ukoll u l-Income Tax, ġew elenkati Fil-filmat l-ieħor, li ġie għall-atdiversi drabi sa mill-bidu wettaq minħabba l-kriżi tenzjoni tagħna, Grech jinstema’ ta’ Settembru li għadda finanzjarja, anke jekk jagħmel eloġju u teatrin televiżiv meta skatta l-proċess fl-ewwel deċiżjoni b’xi ħaġa li kien jaf li mhix vera. PENDENZI TA’ VAT U TAXXA biex ikun hemm tal-Kabinett kienet it“Jiena wieħed minn dawk TAD-DĦUL MINN GRECH elezzjoni għall-ħatieħdet id-deċiżjoni li rċevejt ċekk dovut lili u tra tal-ogħla kariga bil-moħbi li l-Minnirringrazzjah lill-Gvern. fil-Partit. istri u s-Segretarji Imma ngħidlu li mhux se ● Grech ħallas kont ta’ iżjed minn Ġie nnotat li Grech Parlamentari jiżdiejixtrini b’€518 taxxa li jien €30,000 f’taxxi, imgħaxijiet u multi kien ħallas kont pendu €600 fil-ġimgħa ħallast żejda fl-2006,” qal relatati li jmorru lura għad-disgħinijiet denti ta’ aktar minn kull wieħed. Grech waqt li indirizza €30,000 f ’taxxi, Minkejja dan, lit-telespettaturi, konxju imgħaxijiet u multi il-wegħda tat-tnaq li kellu dipendenzi fuq ● Fuq dħul ta’ €32,000 minn student dovuti, li kienu jmorqis tal-Income Tax ħlasijiet dovuti minnu. hosting ġie investigat minn tat-Taxxa u ru lura sas-snin 90, kellha tistenna Wisq probabbli li sempliċiment għax Gvern Laburista l-Kap Nazzjonalista ried spiċċa ħallas kont ta’ €17,000 oħra kien se jikkontesta din mmexxi minn Jojirreferi għas-sena ta’ qal-elezzjoni li eventwalseph Muscat li atbel l-istess intervista, jiġifi● Il-Kap il-ġdid Nazzjonalista mwissi ment tatu maġġoranza twaha ftit wara fuq eri l-2016. Aktarx li wkoll ma ta’ 69% tal-voti eliġibperjodu ta’ tliet snin kinux taxxi żejda mħallsin minnu, li għal 12-il sena ma ssottomettiex bli fuq il-predeċessur fuq dħul inqas minn iżda r-rifużjoni ta’ taxxa b’riżuldikjarazzjonijiet adegwati tat-taxxa tiegħu. €60,000 fis-sena. tat tal-miżura governatMinbarra hekk, waqt Dan għen li kien qed jiddikjara li estiża lil ħaddiema oħrajn li ma jaqla’ paga miżera fis-sena, anke l-avversarju tiegħu Adrian Dekinux jaqgħux fl-ewwel grupp. In-nuqqasijiet fil-ħlas tat- lia qanqal l-argument dwar kif
Iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa “żejda” li Grech ftaħar bih lejlet l-Elezzjoni Ġenerali tal-2017
one.com.mt
05
11.10.2020
“ĦLAS ŻEJJED” Grech seta’ għex b’€50,000 fuq perjodu ta’ ħames snin. Ix-xettiċiżmu kompla jiżdied wara li, b’tali introjtu, Grech baqa’ ma spjegax minn fejn kien ġab il-flus biex qata’ d-djun li kellu mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Kliemu waqaf biss fuq indikazzjoni li l-flus kienu ġejjin mingħand membri tal-familja u “xi klijenti”, għalkemm dejjem ħarab milli jelabora u ġeneralment kien jinħeba wara ċ-ċertifikat li nħariġlu wara li ħallas il-pendenzi kollha. Dan, iżda, ma kienx it-tmiem tal-kwistjoni. Anzi fi ftit jiem wara sar magħruf li sentejn ilu Grech ukoll ġie investigat mitTax Compliance Unit dwar numru ta’ irregolaritajiet u ġie ordnat iħallas €17,000 f ’pendenzi tal-VAT. Dawn kienu separati mill-kont ta’ €30,000 irrapportati qabel. Irriżulta li l-investigazzjoni kienet tirrelata ma’ dħul mhux iddikjarat u depożiti bankarji bla spjegazzjoni mifruxin fuq numru ta’ snin. Minbarra hekk ġie mwissi li għal perjodu ta’ 12-il sena wkoll ma ssottomettiex dikjarazzjonijiet adegwati tat-taxxa. Ma’ dan, il-ġimgħa l-oħra ġie rrapportat kif għal ħames snin konsekuttivi Grech kien qed jospita l-istudenti tal-Ingliż f ’daru mingħajr ma ddikjara li kien daħħal mat-€32,000 minn tali attività, li biex tgħaxxaq lanqas kienet irregolata skont il-liġi mal-awtorità kompetenti. L-investigazzjoni minn tatTaxxa sabet li studenti millHome Language International School, li ma kinitx irreġistrata mal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu (MTA), kienu qed joqogħdu fir-residenza ta’ Grech bejn l-2012 u l-2016, l-istess sena li matulha Grech ftaħar sfaċċatament li kien ħallas taxxa żejda. Sa minn qabel rebaħ l-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista s-Sibt talġimgħa l-oħra fejn sab l-appoġġ
ta’ 12,633 tat-tesserati eliġibbli kontra l-5,622 ta’ Delia, Grech evita kemm-il darba mistoqsijiet dwar il-kwistjonijiet ta’ taxxa li sarulu mill-ġurnalisti, speċjalment dawk ta’ ONE News. Minflok dejjem ibbaża l-argumenti fuq iċ-ċertifikat li nħariġlu midDipartiment tat-Taxxi Interni wara li ssettilja n-nuqqasijiet kollha. Hu kien evażiv ukoll dwar kif irnexxielu jħallashom, ladarba kien jiddikjara dħul baxx u qal biss li dawn ġew minn “talfamilja u xi klijenti”. Fil-Palazz ta’ Sant’Anton nhar l-Erbgħa li għadda, fejn mar jieħu l-ġurament ta’ Kap tal-Oppożizzjoni wara li ġurnata qabel sar deputat Parlamentari flok Ivan J. Bartolo, Grech reġa’ kien iffaċċjat mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti li kienu barra jistennewh għall-kummenti. Madankollu, għoġbu jwieġeb biss mistoqsijiet mill-kmamar tal-aħbarijiet kollha, ħlief dik tal-ġurnalist ta’ ONE News, li litteralment injorah u dar fuq ġurnalisti oħrajn meta dan kien diġà għamel il-mistoqsija tiegħu. Grech, li kiseb l-appoġġ tal-establishment l-antik Nazzjonalista qabel dak tal-maġġoranza tat-tesserati fl-elezzjoni kontra l-Kap Adrian Delia, issorprenda lil bosta b’dawn in-nuqqasijiet serji tiegħu, mhux l-inqas uħud mill-istess fazzjoni ta’ Busuttil li akkost ta’ kollox riedet lura t-tmexxija tad-Dar Ċentrali. L-istess fazzjoni kienet kritika ħarxa ta’ Delia meta ħarġu dellijiet fuqu dwar ħlasijiet ta’ taxxa, trasferimenti ta’ flejjes dubjużi u saħansitra l-kapaċità jew le li jmantni lil uliedu. Għaldaqstant dawn l-istejjer fuq il-favorit tagħhom ġew bħal doċċa kiesħa fuq l-argumenti kollha tagħhom. Tant li l-esponent ewlieni Manuel Delia ħass li kellu jwissi lil Grech biex ma jitlifx iċ-ċans li għandu għax malajr isibu sostitut li jeħodlu postu.
Grech evita kemm-il darba l-mistoqsijiet dwar il-kwistjonijiet ta’ taxxa li sarulu mill-ġurnalisti, speċjalment dawk ta’ ONE News. Hu kien evażiv ukoll dwar kif irnexxielu jħallashom, ladarba kien jiddikjara dħul baxx u qal biss li dawn ġew minn “tal-familja u xi klijenti”. Nhar it-Tlieta wara l-ġurament tal-ħatra fil-Palazz ta’ San Anton wieġeb il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti kollha, għajr ta’ ONE News.
06
11.10.2020
one.com.mt
Dakinhar tat-tnedija tal-pjan ta’ stimolu ekonomiku ta’ €900 miljun mill-Prim Ministru Robert Abela. Bis-saħħa ta’ dan l-istess pjan, pajjiżna ilu jirreġistra sinjali sinifikanti ta’ rkupru kostanti għal dawn l-aħħar tliet xhur
ŻIEDA TA’ XOGĦOL U DEPOŻITI Tkompli minn paġna 1 Waqt li f ’Malta l-qgħad niżel, f ’pajjiżi ġirien l-effetti tal-pandemija kienu diżastrużi fis-suq tax-xogħol, tant li l-qgħad qed jerfa’ rasu b’mod allarmanti. Fost l-oħrajn, fl-Italja r-rata tal-qgħad żdiedet minn 8.7% għal 9.7%, mentri fil-Portugall minn 5.9% issa telgħet għal 8.1%. Bejniethom l-Italja u l-Portugall biss kellhom żieda fin-numru ta’ nies qiegħda fi tliet xhur sa Awwissu daqs il-popolazzjoni kollha ta’ Malta u Għawdex. Madwar l-UE kien hemm 1,100,000 persuna li tilfu l-impjieg fl-istess żmien. Skont stqarrija maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), għall-perjodu Lulju-Awwissu, il-produzzjoni industrijali lokali wkoll tjiebet bi 2.1%. Dan l-istess kien it-tielet xahar konsekuttiv li fih il-fabbriki raw l-attività tagħhom titjieb fuq ix-xahar ta’ qabel. B’hekk il-livell ta’ produzzjoni industrijali issa reġa’ qabeż illivell li kien milħuq f ’Marzu. L-NSO stess din il-ġimgħa ppubblika wkoll ċifri tal-attività turistika matul Awwissu fejn f ’Malta kellna kważi 114,500 turist, li spiċċaw nefqu €95 miljun. Din fissret żieda ta’ 49,000 turist fuq ix-xahar ta’ qabel, li kumplessivament nefqu inqas minn €34 miljun. Dan ifisser li l-andament tat-turiżmu, f ’termini finanzjarji, tjieb bi kważi tliet darbiet bejn Lulju u Awwissu. Ma’ dan, fejn jidħol il-bejgħ millħwienet kienet irreġistrata żieda ta’ 2.6% bejn Lulju u Awwissu, skont ċifri tal-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, il-Eurostat. Dan isegwi titjib ta’ 1.9% li kien hemm bejn Ġunju u Lulju, waqt li kien ir-raba’ xahar konsekuttiv li fih żdied
DIFFERENZA MILL-BIDU TA’ ĠUNJU SA TMIEM AWWISSU BIDLA FIL-QGĦAD
BIDLA F’DAWK IFITTXU XOGĦOL
MALTA
-0.4%
-1,000
Żona Ewro
+0.5%
+1,042,000
Franza
+0.6%
+216,000
Spanja
+0.8%
+112,000
Italja
+1.0%
+304,000
Olanda
+1.0%
+96,000
Litwanja
+1.1%
+16,000
Portugall
+2.2%
+127,000
il-bejgħ mill-ħwienet f ’pajjiżna. Bil-maqlub ukoll, fiż-Żona Ewro t-tkabbir osservat bejn Lulju u Awwissu jsegwi tnaqqis li kien hemm xahar qabel, bejn Ġunju u Lulju. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familji u n-negozji, li baqgħet dejjem tajba, issaħħet f ’Awwissu. Fil-fatt ċifri tal-Bank Ċentrali jiżvelaw li d-depożiti tal-familji u tan-negozji laħqu ċifri rekord f ’Awwissu, tant li żdiedu b’€81 miljun għall-familji u €33 miljun għan-negozji. Dan jista’ jitqabbel mal-2009 fil-kriżi finanzjarja ta’ dik is-sena meta d-depożiti tal-familji u n-negozji xahar wara l-ieħor kienu naqsu, hekk kif il-Gvern ma pprovda l-ebda sostenn jew kien ftit wisq li m’affettwax l-ekonomija ta’ pajjiżna.
F’iżjed sinjali pożittivi lokali, il-piż tal-għoli tal-ħajja kompla jmajna biż-żieda fir-Retail Price Index tinżel għal 1% f ’Awwissu, minn 1.1% fix-xahar ta’ qabel. Ta’ min ifakkar li fl-2009, l-inflazzjoni f ’pajjiżna fl-istess perjodu kienet erba’ darbiet aktar milli hi llum. Dan għax amministrazzjoni Nazzjonalista dak iż-żmien kienet għażlet li tgħolli l-prezz tad-dawl u l-ilma f ’pajjiżna tliet darbiet iktar mill-medja Ewropea. Din id-darba, l-unika ħaġa li hi tliet darbiet ogħla għall-Maltin hi l-għajnuna fiskali li qed jagħti l-Gvern lill-familji u n-negozji. F’dan il-kuntest wieħed jifhem għal xiex il-livell ta’ fiduċja ekonomika f ’pajjiżna tul il-pandemija qed ikun aħjar minn dak osservata tul il-kriżi ekonomika
tal-2009. Skont l-istħarriġ ta’ kull xahar tal-Kummissjoni Ewropea, f ’Awwissu l-livell ta’ sentiment ekonomiku f ’pajjiżna tjieb bi 18.3%. Dan b’kuntrast mat-titjib ferm inqas ta’ 3.2% fost il-pajjiżi li jħaddnu l-ewro. Id-differenza tispikka l-aktar fost il-konsumaturi, għalkemm anke l-industrija tal-bini f ’pajjiżna tidher li għaddejja minn żminijiet aħjar minn dawk f ’pajjiżi oħrajn. Sadanittant din il-ġimgħa kompliet il-ħidma għat-tfassil tal-Baġit 2021, li se jiġi ppreżentat fid-19 ta’ dan ix-xahar. Minkejja li l-Gvern diġà vara erba’ pakketti ta’ għajnuna mingħajr preċedent, diġà tħabbar li dan l-eżerċizzju fiskali annwali se jkun fih għadd ta’ miżuri addizzjonali biex l-irkupru ekonomiku jkompli jirranka. Dan kollu hu possibbli unikament grazzi għal-legat ekonomiku tal-ewwel seba’ snin ta’ tmexxija ta’ Gvern Laburista taħt il-Prim Ministru Joseph Muscat … “Muscatonomics” kif imlaqqam mill-analisti politiċi u ekonomiċi lokali. Matul dan iż-żmien, minflok żdied ilpiż tad-dejn nazzjonali kif konna drajna taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti mingħajr ebda sinjali ta’ rkupru, Gvernijiet Laburisti rnexxielhom ifaddlu mijiet ta’ miljuni f ’fond apposta nazzjonali għal meta tinqala’ l-ħtieġa, flimkien mattwaqqif tal-Bank għall-Iżvilupp. Ironikament il-Kap il-ġdid Nazzjonalista Bernard Grech, li mhux biss għadu novizz fil-politika, iżda, bħal dawk ta’ qablu, m’għandu l-ebda idea tal-ekonomija, iddikjara li r-road map ekonomika Laburista ma wasslet għal imkien.
07
11.10.2020
one.com.mt
BILANĊ FL-UŻU TAL-ISPAZJI U L-AMBJENT Tkompli minn paġna 1 Għaldaqstant, fi stqarrija l-Awtorità ħabbret li l-miri proposti biex jiġu introdotti policies ta’ disinn urban u l-assessjar tal-għoli tal-bini industrijali nedew ilproċess biex mhux biss tiġi indirizzata s-sitwazzjoni, iżda anke biex tagħmel dan b’mod sostenibbli u b’bilanċ bejn l-użu aħjar tal-ispazji disponibbli u l-ambjent u l-komunitajiet li jgħixu u jaħdmu fihom. Il-miri proposti għar-reviżjoni parzjali tal-Pjan Lokali għan-Nofsinhar ta’ Malta u dak taċ-Ċentru tal-pajjiż jinstabu wkoll fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità (pa.org. mt), waqt li s-sottomissjonijiet jistgħu jintbagħtu fuq l-email industry.review@pa.org.mt sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ottubru. L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret ukoll li nediet il-proċess biex tirrevedi l-ippjanar ta’ sit fi Triq il-Marloċċ f ’Ħaż-Żabbar bl-iskop li jiġi implimentat proġett ta’ tisbiħ u tħaddir taż-żona miftuħa.
L-EWWEL LUKANDA 5 STAR SUPERIOR HYATT REGENCY MALTA TIFTAĦ ILLUM WARA INVESTIMENT TA’ €45 MILJUN... TIMPJEGA L-EWWEL 100 ĦADDIEM ll-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli żaret il-kumpless ta’ Baystreet bħala parti minn konsultazzjoni wiesgħa li qed issir mill-Gvern Malti mal-industrija, bi preparazzjoni għall-Bagit 2021. Iż-żjara bdiet mill-Hyatt Regency Malta, lukanda bi brand internazzjonali li matul dawn l-aħħar xhur għamlet investiment ta’ madwar €45 miljun biex ingħatat il-liċenzja topera mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) u mil-lum tista’ tilqa’ l-ewwel klijenti. Fl-ispezzjonijiet li saru mill-Awtorità, Hyatt Regency qabżet sew il-livell meħtieġ biex topera bħala lukanda ta’ ħames stilel u għaldaqstant ingħatat ċertifikat biex tibda topera fi klassi ogħla, ħames stilel superjuri. B’150 kamra, il-Lukanda Hyatt Regency Malta hi l-aħħar ħolqa f ’kullana twila ta’ lukandi rinomati proprjetà tal-Hyatt International Group u qed tingħata im-
portanza kbira fuq livell internazzjonali. Il-Ministru faħħret dan l-investiment ta’ €45 miljun li jagħti fiduċja lill-industrija tat-turiżmu u l-ekonomija Maltija u rrimarkat ukoll kif s’issa dan l-investiment ħoloq aktar minn 100 impjieg minbarra numru ta’ xogħlijiet oħrajn li saru minn kuntratturi lokali u l-ħaddiema tagħhom. Albert Galea, Kap Eżekuttiv tal-Baystreet Group esprima s-sodisfazzjon tiegħu f ’isem it-tmexxija ta’ Baystreet Group, u stqarr li jinsab onorat li l-grupp ingħata rikonoxximent ta’ klassifikazzjoni superjuri grazzi wkoll għall-istandards li l-katina Hyatt tiftaħar bihom. Il-Ministru żaret ukoll il-be.Hotel fl-istess kumpless ta’ Baystreet, li wkoll ġiet promossa għal lukanda ta’ erba’ stilel superjuri. Mill-ftuħ mill-ġdid tal-lukanda mindu tnaqqsu r-restrizzjonijiet s’issa, be.Hotel kellha okkupanza medja ta’ 68%.
08
11.10.2020
one.com.mt
DOKUMENT IMDEWWED BL-IŻBALJI Tkompli minn paġna 1 Kien jonqos biss li jressaq dokument li jagħmel l-ilma minn kullimkien biex juri li, bħall-predeċessuri tiegħu, il-Kap tal-PN ma jista’ qatt jiġi fdat bit-tmexxija tal-ekonomija nazzjonali. Minbarra li l-PN juri kemm hu maqtugħ mir-realtà billi jipproponi fid-dokument miżuri li diġà ilhom fis-seħħ, bħal skemi għattaħriġ tal-ħaddiema jew għall-investimenti f ’enerġija nadifa, analiżi ta’ din il-gazzetta turi kif l-akbar nuqqasijiet jinstabu f ’ċifri kkwotati li ma jaqblux ma’ statistika uffiċjali u li f ’xi drabi huma mgiddbin fl-istess dokument Nazzjonalista. L-aktar li jinkwieta fid-dokument ta’ qabel il-baġit tal-PN, li jagħmel użu wkoll ta’ tabelli bilgħan li jagħti l-impressjoni ta’ xi tip ta’ serjetà, huma kwotazzjonijiet ħżiena jew mgħawġin mill-istatistika uffiċjali tal-pajjiż. F’paġna 9, ir-rapport li ppreżenta Bernard Grech juri wkoll tabella tat-tkabbir reali tal-ġid nazzjonali bejn l-2013 u l-2020 u jisħaq li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena t-tkabbir reali tal-ġid nazzjonali kien 0.5%, meta fil-verità l-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (l-NSO) tgħid li dan kien 1.4% jew kważi tliet darbiet iktar. Żball ieħor fl-istess tabella hu fit-tkabbir tal-Prodott Gross Domestiku fl-2019, 4.7% flok 4.9%. F’paġna 10 tar-rapport, il-PN jgħid li fl-industrija tat-turiżmu “t-tendenzi riċenti wrew li l-akko-
modazzjoni turistika hi maqsuma ndaqs bejn l-akkomodazzjoni kollettiva u l-akkomodazzjoni privata.” Minkejja dan, ħarsa lejn iċ-ċifri uffiċjali tal-NSO turi ċar li din kienet maqsuma bejn 1,709,966 turist li qagħdu f ’akkomodazzjoni kollettiva u 714,157 turist li qagħdu f ’akkomodazzjoni privata. Jiġifieri, altru minn qasma ugwali, kien hemm aktar mid-doppju ta’ turisti li użaw il-lukandi fl-2019. Ma’ dan naqqsu wkoll 50,000 turist miċ-ċifra rekord li żaruna s-sena li għaddiet. Għaldaqstant, għax hekk kien jaqbel, pinġew ċifri agħar mill-istatistika uffiċjali fejn ittrattaw it-tkabbir ekonomiku u t-turiżmu, iżda nefħu l-qgħad minn 3.5% għal 3.6% għall-perjodu ta’ qabel il-pandemija u żiedu 400 barrani fost dawk li kienu qed jaħdmu fostna. In-nuqqas ta’ serjetà kbira ta’ Grech u l-Partit tiegħu jkomplu joħorġu mill-istess dokument ippreżentat minnhom meta jikkontradixxu ċ-ċifri li semmew huma stess ftit paġni qabel, inkluż dawk tat-tkabbir reali tal-PGD fl-2019 u fl-ewwel kwart tal-2020 u l-qgħad. Minbarra hekk, iżda, f ’paġna 22 jingħad li “matul it-tieni nofs tal-2019, qabel il-Gvern daħħal miżuri t’appoġġ b’rispett għar-rifużjoni fuq il-kontijiet tad-dawl, il-ħlas ta’ din l-utilità għall-industriji kienet il-ħames l-ogħla fl-Unjoni Ewropea.” Fil-verità, tagħrif mill-websajt uffiċjali tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-UE, juri li l-kontijiet f ’Malta kienu (u għadhom) inqas mill-medja tal-
Bis-slogan ta’ “Ekonomija li Taħdem għan-Nies”, fil-verità d-dokument li ppreżenta l-Kap il-ġdid Nazzjonalista jixhed kemm hu tassew maqtugħ mir-realtà pajjiżi kollha Ewropej u ferm inqas mill-medja taż-Żona Ewro. Għalkemm il-PN għamel kampanja sħiħa jattakka lill-Gvern għall-inċentivi u l-pakkett ta’ stimolu li introduċa, fid-dokument jiddikjaraw li l-Gvern se jirnexxilu jnaqqas bil-kbir l-impatt ħażin fuq l-ekonomija b’riżultat talCOVID-19, tant li se jkun qed jagħmel tajjeb għal nofs id-daqqa. Imbagħad, iżda, komplew jiżgarraw u juru li dan l-eżerċizzju kien magħmul biss minn persuni b’nuqqasijiet tekniċi kbar fl-analiżi finanzjarja u fil-matematika sempliċi meta, f ’paġna 29, f ’żewġ
nifsijiet jgħidu li l-piż tad-dejn ta’ 44.4% magħdud mal-bilanċ fiskali ta’ bejn 11%-12% fl-2020 jammontaw għal iżjed minn 60%. Skont il-kalkoli fir-rapport talPN, li jbassar żieda fl-ispiża talimgħax għall-2021 ta’ madwar €125 miljun, ir-rata ta’ mgħax fuq id-dejn inħadmet bi 8.4% meta fil-verità fl-aħħar ħarġa l-Gvern issellef bir-rata ta’ 0.5%. Irrelevanti jekk dawn l-iżbalji jew it-tagħwiġ taċ-ċifri kinux intenzjonati jew sempliċi kalkoli inkapaċi, jibqa’ l-fatt li, wara tliet Kapijiet differenti, il-Partit fl-Oppożizzjoni baqa’ ma nbidilx u ma
tgħallem xejn fl-aħħar seba’ snin. Jekk xejn ikkonferma n-nuqqasijiet serji tal-aħħar amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fil-finanzi tal-pajjiż u miri baġitarji li qatt ma jintlaħqu sena wara oħra. Fir-reazzjoni għall-istess dokumenti, il-Partit Laburista qal li dan huwa xhieda oħra ta’ kemm, anke fi żminijiet ta’ sfida bħal dawk ta’ pandemija, hu l-Gvern preżenti li għandu s-soluzzjonijiet. “Hekk sar bl-inizjattivi tal-aħħar xhur u hekk se jsir fid-19 ta’ Ottubru,” insista l-PL, b’referenza għallBaġit 2021 li se jiġi ppreżentat bħal għada ġimgħa.
KOMPLIĊI FIL-ĦSARA KONTRA MALTA Roberta Metsola u David Casa għal darb’oħra għażlu li jaqbżu għal pajjiż ieħor tal-Unjoni Ewropea, il-Bulgarija, iżda qed jibqgħu jinsistu li jagħmlu l-ħsara lil Malta u minflok jagħmlu dak li l-poplu eleġġiehom biex jagħmlu, qed jibqgħu jikkundannaw lil pajjiżna sempliċiment biex tipprova ssir ħsara politika. Waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli u d-Deputat Ian Castaldi Paris ingħad li f ’dan kollu l-Kap il-ġdid Nazzjonalista Bernard Grech hu kompliċi. Bil-barka tiegħu sar dan kollu u juri dejjem il-kompliċità ma’ min qed jipprova jagħmel il-ħsara lil Malta, bl-istess tattiċi tal-aħħar seba’ snin. Id-Deputat Ian Castaldi Paris innota d-difiża qawwija tal-Membri Parlamentari
Ewropej Nazzjonalisti quddiem riżoluzzjoni li tikkundanna t-tmexxija ta’ pajjiż immexxi minn Prim Ministru affiljat mal-Partit Popolari Ewropew, li jħaddan ukoll lill-Partit Nazzjonalista Malti. Fid-difiża tagħha, Metso-
la ressqet xejn inqas minn 33 emenda bil-għan li ttaffi mill-qawwa tad-diskors użat fir-riżoluzzjoni fil-konfront tal-Bulgarija biex imbagħad xorta vvutat kontra r-rapport, kif għamel seħibha Casa. Fost l-emendi, Metsola es-
iġiet li jkun hemm referenza li diġà nbdew investigazzjonijiet u tressqu nies il-Qorti fil-Bulgarija, attitudni kompletament differenti kif imxiet fil-każ ta’ Malta li suppost qed tirrappreżenta. Metsola attakkat lill-eluf ta’ dimostranti Bulgari li ilhom jipprotestaw fit-toroq għal kważi 100 jum infila u sabet korla kbira tistennieha fuq il-midja soċjali. Minkejja t-tentattivi ddisprati ta’ Metsola u l-EPP, ir-rapport xorta għadda. “Din hija xi ħaġa li tweġġa’ lill-pajjiż. Xi ħaġa li tweġġa’ lillMaltin u lill-Għawdxin kollha għax wara kollox aħna kburin li aħna Maltin. Però ma nistagħġibx li għandna żewġ esponenti li jimxu b’dan il-mod. Jekk il-Kap tagħhom stess Bernard Grech jistħi jgħid li hu Malti mhux ta’ b’xejn li barra minn xtutna dawk in-nies tal-Op-
pożizzjoni li suppost jaqbżu għal pajjiżna mhux qed jagħmlu dan,” qal id-Deputat Castaldi Paris. Min-naħa tagħha, Miriam Dalli qalet li l-poplu Malti ra d-differenza vera fl-attitudnijiet lejn is-saltna tad-dritt u r-rule of law bejn iż-żewġ partiti. Dan joħroġ ċar meta tqabbel l-aġir tal-esponenti tal-PN mat-tifħir lill-Gvern Malti mill-Kummissjoni Venezja din il-ġimgħa stess, dwar ir-riformi favur is-saltna tad-dritt li saru f ’pajjiżna. “L-ipokrisija mhix aċċettabbli u jekk verament l-esponenti tal-PN jemmnu fid-demokrazija u fis-saltna tad-dritt iridu juru dan kullimkien u ma’ kull pajjiż. S’issa rajniehom jikkritikaw u jivvotaw kontra Malta, imma jaqbżu u jivvotaw favur pajjiżi li ġejjin mill-istess familja politika tagħhom.”
09
11.10.2020
one.com.mt
AKTAR INVESTIMENTI MINN STEWARD FL-ISPTAR ĠENERALI T’GĦAWDEX Steward Health Care Malta ssoktat bil-programm ta’ investimenti tagħha fl-isptarijiet lokali u flaħħar jiem bdiet topera sistema ġdida li tipprovdi l-gassijiet mediċi għall-Isptar Ġenerali t’Għawdex. L-investiment fl-Isptar, li sal2013 kien f ’livell meqjus agħar minn tat-Tielet Dinja, inkluda t-tibdil tal-impjant prinċipali tal-vacuum u impjant u sistema ġodda tad-distribuzzjoni li tipprovdi lill-Isptar bi provvista kontinwa u awtonoma ta’ ossiġnu għal perjodu ta’ bejn erba’ u sitt ġimgħat grazzi għall-installazzjoni ta’ reservoir li jesa’ 20,000 litru ta’ ossiġnu. Il-proġett twettaq biex jilħaq iżjed il-ħtieġa tal-Isptar Ġenerali biex jipprovdi provvista sostenibbli ta’ ossiġnu lill-pazjenti tiegħu, anke f ’każ li tiżdied id-domanda kawża tal-pandemija talCOVID-19 u l-influwenza staġjonali.
Fi stqarrija, Steward Health Care Malta spjegat li l-ossiġnu hu l-aktar gass użat fil-mediċina u għaldaqstant il-bżonn ta’ provvista sigura hu kritiku. Bil-qafas l-antik, l-Isptar Ġenerali kien dipendenti fuq konsenji ta’ numru kbir ta’ ċilindri ta’ ossiġnu li jittellgħu minn Malta, waqt li l-awtonomija tas-sistema preċedenti kienet tlaħħaq għal mhux aktar minn erbat ijiem. “L-investiment il-ġdid saħħaħ b’mod sinifikanti l-katina ta’ provvista loġistika ta’ ossiġnu fl-Isptar,” qalet Steward, waqt li ppubblikat ritratt tal-impjant tal-vacuum l-antik li kien ilu installat mill1989 u l-ġdid li ħadlu postu b’dan l-investiment riċenti. It-tiġdid tal-impjant għandu jkun konkluż fil-jiem li ġejjin bl-installazzjoni ta’ kompressuri li jqassmu l-ossiġnu fis-swali rispettivi tal-Isptar. Dawn l-investimenti jikkumplimentaw l-inizjattivi riċenti li
twettqu wkoll fl-istess Sptar Ġenerali fejn żdiedu 120 sodda oħra b’riżultat taċ-ċirkostanzi li ħolqot il-COVID-19, u l-possibbiltà ta’ 25 oħra fit-Taqsima tal-Kura Intensiva b’ventilators jekk meħtieġ. Aktar kmieni din is-sena Steward ukoll żiedet in-numru ta’ ventilators għal 25 b’investiment ta’ €6 miljun fil-kapaċità tagħha li taġixxi b’mod veloċi għall-kriżi globali, grazzi wkoll għall-interessi globali li għandha. Fis-sajf li għadda, il-kwartieri ta’ Steward Health Care fl-Istati Uniti wkoll taw 100,000 maskra biex jintużaw mill-poplu Malti u Għawdxi, speċjalment minn persuni vulnerabbli biex jgħinu jevitaw l-imxija tal-pandemija. Steward ħabbret li għandha aktar investiment ippjanati u attwalment qed taħdem biex tikkonkludi r-rinnovar fid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija fl-Isptar Karin Grech u l-Emerġenza fl-Isptar t’Għawdex.
L-impjant tal-vacuum l-antik li kien ilu installat fl-Isptar t’Għawdex għal iżjed minn 30 sena u dak ġdid li ħadlu postu
10
11.10.2020
one.com.mt
TISBIĦ F’ŻONA MITLUQA BIEX TITGAWDA MIN-NIES MAD-€9 MILJUN FIL-PROĠETT TA’ SALLY PORT FIL-KOTTONERA BIEX JESTENDI R-ROTTA MAL-PROMENADE MILL-ISLA SAL-KALKARA SAL-2022 Il-proġett tal-promenade f ’Sally Port, investiment ta’ €9 miljun li se tagħmel Infrastructure Malta biex tibni mill-ġdid u ssebbaħ il-mollijiet f ’qagħda mwiegħra li hemm taħt is-swar tal-Birgu, fl-inħawi magħrufa bħala “It-Toqba”, huwa proġett ieħor li kien ilu mistenni snin. L-Aġenzija issa mhux biss se testendi r-rotta mal-promenade mill-Isla sal-Kalkara imma qed timmira li, malli jinħarġu l-permessi meħtieġa, tlestih biex jibda jitgawda min-nies fi żmien sena u nofs. Il-promenade ġdid se jingħaqad ukoll mal-Waterfront tal-Birgu fuq in-naħa ta’ Forti Sant’Anġlu permezz ta’ passaġġ eżistenti, biex b’hekk tinħoloq rotta diretta bil-mixi li tieħdok min-naħa ta’ Bighi fil-Kalkara lejn il-marina tal-Birgu, l-inħawi tal-Baċir Numru 1 f ’Bormla, u tul ix-xatt tal-Isla sa ħdejn Boiler Wharf, taħt Ġnien il-Gardjola. Dan il-proġett jinkludi l-bini mill-ġdid ta’ Triq Sally Port u madwar 600 metru ta’ mollijiet li l-istess triq hija mibnija fuqhom. Permezz tiegħu, parti mix-xatt tal-Kottonera, li ilha mitluqa snin se tinbidel fi promenade ġdid, b’passaġġi siguri pavimentati,
bankijiet u dawl dekorattiv. Dan il-post ta’ rikreazzjoni fil-beraħ se jkun jista’ jintlaħaq faċilment mill-qalba tal-Birgu permezz tal-mina fis-swar li hemm fl-istess triq. Il-proġett jinkludi wkoll ittqegħid ta’ diversi servizzi taħt l-art, bħalma huma sistemi għad-distribuzzjoni tal-elettriku u tal-ilma, sistemi ta’ dwal ġodda, kif ukoll il-bini mill-ġdid ta’ żewġ skali għas-sajjieda tal-inħawi u għall-qaddiefa tar-Regatta tal-Birgu. Infrastructure Malta se terġa’ tibni wkoll il-latrina pubblika li hemm fl-istess post. Il-binja ġdida se tinżamm fil-baxx u se jkollha disinn aħjar biex taqbel mas-swar ta’ warajha.
L-ippjanar għal dan il-proġett beda fl-2018 bi studji u stħarriġ taħt l-ilma sabiex jiġi analizzat l-istat strutturali tal-mollijiet ta’ Sally Port. Wara snin iġarrbu ħsarat bil-maltemp mingħajr it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa, l-aċċess għal dawn il-mollijiet sar diffiċli ħafna u ta’ periklu kbir għal dawk li jgħaddu minn fuqhom u għall-baħħara. Fost il-ħsarat kbar li kkawżat f ’Malta l-maltempata qalila ta’ Frar tas-sena l-oħra, partijiet kbar mill-mollijiet ta’ Sally Port, li kienu diġà mikulin, ċedew bil-konsegwenza li t-triq ta’ fuqhom spiċċat imblokkata. Infrastructure Malta għamlet tiswijiet temporanji biex reġgħet
L-ippjanar għal dan il-proġett beda fl-2018 bi studji u stħarriġ taħt l-ilma sabiex jiġi analizzat l-istat strutturali tal-mollijiet ta’ Sally Port. Wara snin iġarrbu ħsarat bil-maltemp mingħajr it-tiswijiet u l-manutenzjoni meħtieġa, l-aċċess għal dawn il-mollijiet sar diffiċli ħafna u ta’ periklu kbir għal dawk li jgħaddu minn fuqhom u għall-baħħara
11
11.10.2020
one.com.mt
FAVUR AKTAR KUXJENZA DWAR IL-MARD MENTALI MART IL-PRIM MINISTRU ŻŻUR IĊ-ĊENTRU TA’ SERVIZZI TAL-FONDAZZJONI RICHMOND FIL-JUM DINJI DWAR L-GĦARFIEN TAS-SAĦĦA MENTALI Waqt żjara fiċ-ċentru tal-Fondazzjoni Richmond, Dr Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, saħqet fuq il-bżonn li flimkien nibqgħu nqajmu aktar għarfien dwar l-importanza tas-saħħa mentali tagħna, kif ukoll nirrikonoxxu l-ħidma kbira li qed issir minn għaqdiet u entitajiet matul is-sena kollha. Dr Abela faħħret ix-xogħol imprezzabbli li tagħmel il-Fondazzjoni Richmond favur issaħħa mentali fejn tenniet ukoll li din is-sena kienet partikolari għax offriet bosta sfidi, bissaħħa mentali tkun fuq quddiem. Hi għamlet ukoll aċċenn partikolari fuq il-helpline 1770 fejn b’servizz telefoniku persuna li jkollha bżonn l-għajnuna tkun taf li hemm professjonisti li lesti biex jisimgħu u jiggwidaw. Is-servizz, li din is-sena ġie estiż għal 24 siegħa kuljum, ifisser wens u serħan il-moħħ għal min jeħtieġu. Dr Abela appellat ukoll biex fejn nafu b’persuni li jkunu għaddejjin minn diffikultajiet f ’ħajjithom, ma nwarrbuhomx
iżda ninkluduhom kemm jista’ jkun fis-soċjetà. Il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Richmond, Stephania Dimech Sant, qalet li din is-sena kien hemm qabża kbira fit-telefonati li jidħlu fuq il-helpline għax qiegħed isir aktar għarfien dwar is-saħħa mentali, anke jekk qalet li l-2,700 telefonata li saru kienu effett ta’ kif żviluppat il-pandemija tal-COVID-19.
Maż-żmien żdiedu aktar telefonati ta’ nies li diġà kellhom problemi ta’ saħħa mentali u solitudini fejn talbu gwida, min jismagħhom u oħrajn li kellhom bżonn aktar għajnuna. Kien hemm ukoll kumpaniji li talbu l-għajnuna tal-Fondazzjoni għal servizzi għall-impjegati kemm meta bdew jaħdmu middar kif ukoll meta marru lura għax-xogħol.
SKEDA ĠDIDA TA’ TAL-LINJA
fetħet it-triq waqt li intensifikat l-ippjanar tal-proġett biex tibni l-mollijiet mill-ġdid, li kien għadu kif ġie mgħoddi lilha xahar qabel meta l-Aġenzija ntalbet tibda tieħu ħsieb l-infrastruttura marittima tal-pajjiż. Fit-tħejjija tad-disinn u l-ippjanar tal-mollijiet ġodda, l-Aġenzija qed tikkonsulta mal-Awtorità tal-Ippjanar, mas-Sovrintendenza għall-Ħarsien tal-Patrimonju Kulturali u mal-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, biex tiżgura l-ħarsien sħiħ tal-wirt storiku u tal-ambjent marittimu f ’dawn l-inħawi tal-Port il-Kbir. Sadattant, is-sena l-oħra, Infrastructure Malta u l-Korporazzjoni għar-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir (GHRC) bdew taħditiet biex jestendu dan ilproġett tul il-bqija tax-xatt tal-Kalkara, ħalli l-inħawi kollha
jiġu msebbħin bl-istess stil. B’riżultat t’hekk, l-Aġenzija se tkun qed twettaq il-proġett tal-promenade ta’ Sally Port f ’kollaborazzjoni mal-ħidma tal-Korporazzjoni biex ittejjeb ix-xatt tal-Kalkara u l-pjazza tal-lokalità fl-istess inħawi, permezz ta’ bankini ġodda u tqassim aħjar tal-ispazji għallparkeġġ għal aktar sigurtà. Il-proġett se jiffoka fuq ix-xogħlijiet tal-bini mill-ġdid tal-mollijiet, il-bini tal-promenade u t-tqegħid ta’ sistemi ġodda għas-servizzi taħt l-art, waqt li l-GHRC se tieħu ħsieb ix-xogħlijiet ta’ tlestija, bħalma huwa l-pavimentar, id-dawl dekorattiv u l-għamara tat-triq. Iż-żewġ entitajiet qed jaqsmu r-riżorsi tagħhom u jaħdmu flimkien biex jaċċertaw li dan ix-xatt popolari jingħata dehra ġdida fl-iqsar żmien possibbli.
Il-Malta Public Transport ħabbret tibdil fl-iskeda tax-xitwa b’effett mil-lum fejn ir-rotot tat-trasport pubbliku ġew riveduti biex jakkomodaw il-bżonnijiet tal-passiġġieri. It-tibdil se jara ż-żieda ta’ 25 vjaġġ kuljum fuq ir-rotot l-aktar popolari, waqt li ġiet introdotta wkoll rotta ġdida (Rotta 109A) li sservi l-Kunċizzjoni, fil-limiti tal-Baħrija. It-tibdil fl-iskeda hu kif ġej: • Rotta 2 bejn il-Belt u l-Birgu se żżid vjaġġ aktar kmieni li jitlaq fil-05:25 mill-pjazza tal-Birgu fost il-ġimgħa. • Rotta 43 bejn il-Belt u n-Naxxar se żżid il-frekwenza għal kull 20 minuta matul il-peak hours fost il-ġimgħa. • Rotta 50 bejn il-Belt u r-Rabat se tibda topera kull siegħa matul il-peak hours filgħodu u filgħaxija fost il-ġimgħa. • Rotta 82 bejn il-Belt u Birżebbuġa se żżid vjaġġ aktar kmieni li jitlaq fil-05:25 mill-venda ta’ Birżebbuġa fost il-ġimgħa. • Rotta 90 bejn il-Belt u Ħaż-Żabbar se żżid vjaġġ aktar kmieni li jitlaq fil-05:25 mill-venda ta’ Ħaż-Żabbar fost il-ġimgħa. • Rotta 91 bejn il-Belt u Marsaskala se żżid vjaġġ aktar kmieni li jitlaq fil-05:25 mill-venda ta’ Marsaskala fost il-ġimgħa. • Rotta X4 bejn il-Belt u Birżebbuġa se żżid vjaġġi aktar kmieni mill-venda ta’ Birżebbuġa fil05:15, 05:40 u 06:00 fost il-ġimgħa. • Rotta 222 bejn Tas-Sliema u ċ-Ċirkewwa se żżid vjaġġ aktar kmieni li jitlaq fil-05:25 miċ-Ċirkewwa fost il-ġimgħa. • Rotta X1A bejn Raħal Ġdid u ċ-Ċirkewwa
se tibda topera żewġ vjaġġi fis-06:40 u fis-07:05 miċ-Ċirkewwa. • Rotta 4 bejn il-Belt u l-Birgu se tibda topera kull siegħa mit-08:00 ’il quddiem fost il-ġimgħa. • Rotta 15 bejn il-Belt u Tas-Sliema se tibda topera kull siegħa l-ġurnata kollha fost il-ġimgħa. • Rotta 21 bejn il-Belt u Tas-Sliema se tibda topera kull nofs siegħa l-ġurnata kollha fost ilġimgħa. • Rotta 35 bejn il-Belt u San Ġwann se tibda topera kull siegħa mid-09:00 ’il quddiem fost ilġimgħa. • Rotta 51 bejn il-Belt u l-Imtarfa se tibda topera kull nofs siegħa l-ġurnata kollha fost ilġimgħa. • Rotta 62 bejn il-Belt u s-Siġġiewi se tibda topera kull nofs siegħa mit-08:00 ’il quddiem fost il-ġimgħa. • Rotta 223 bejn Buġibba u Għajn Tuffieħa se tibda topera kull siegħa il-ġurnata kollha inkluż tmiem il-ġimgħa. • Rotta 310 bejn ir-Rabat u Marsalforn se topera kull 45 minuta l-ġurnata kollha inkluż tmiem il-ġimgħa. • Il-vjaġġi estiżi lejn ix-xtut ta’ matul is-sajf se jirritornaw għar-rotot regolari. Filwaqt li l-karozzi tal-linja qed jitnaddfu aktar ta’ spiss, il-Malta Public Transport fakkret lillpassiġġieri kollha li l-maskri għandhom jintlibsu matul il-vjaġġ kollu u jekk persuna tixtieq tħallas fi flus kontanti, għandha tipproduċi n-noll eżatt. Il-biljetti jistgħu jitħallsu bis-sistema contactless fuq numru ta’ karozzi tal-linja fl-aktar rotot popolari.
12
11.10.2020
one.com.mt
X’QED NISTENNEW MILL-BAĠIT 2021?
Christian Azzopardi
Bħal kull sena, konna drajna nisimgħu kif tul dawn l-aħħar snin Malta kisbet tkabbir ekonomiku bla preċedent, fost l-aqwa fl-Ewropa. B’nota differenti, din is-sena, il-pandemija tal-COVID19 fixklet is-suċċess ekonomiku u dak li jissejjaħ żvilupp soċjali fost fatturi oħrajn. B’reazzjoni għall-pandemija u l-impatt tagħha, rajna kif il-Gvern kien ippreparat u ħabbar pakkett finanzjarju jew kif inhu magħruf ‘Mini Budget’ f ’nofs din is-sena. Dan il-pakkett finanzjarju qiegħed iservi bħala għajnuna lin-negozji u lill-ħaddiema bilgħan li kollox jirritorna għan-normal wara l-imxija. Kif diġà ħabbar il-Prim Ministru, l-istess miżuri se jibqgħu preżenti fil-Baġit li jmiss. F’dan iż-żmien partikolari nistgħu nifhmu kemm huwa tassew importanti t-tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna u kien għalhekk li l-Gvern seta’ jindirizza din l-imxija.
Fil-Baġit 2021 li se jitħabbar fil-ġimgħat li ġejjin, wieħed jista’ jistenna Baġit li se jkompli jtejjeb l-istil ta’ ħajja tan-nies billi jiġu indirizzati setturi partikolari filwaqt li tkompli tikber l-ekonomija u jkompli jitkattar aktar ġid f ’kull faxxa tas-soċjetà. Tajjeb li wieħed jirrimarka li kellna sena ta’ riċessjoni u jkun iktar faċli għall-Gvern biex iżid it-taxxi, bl-istess mod li kienu jimxu fl-amministrazzjoni ta’ qabel l-2013. Iżda minkejja dawn iċ-ċirkostanzi, għar-raba’ sena konsekuttiva l-Gvern mhux se jżid jew idaħħal taxxi ġodda għaliex tul dawn l-aħħar snin kellek Gvern li kien bil-għaqal. Fil-fatt, għandek Gvern li se jkompli jnaqqas it-taxxi u b’hekk nistgħu nagħmlu referenza għal skema preżenti dik li hi t-taxxa tal-boll. Dan ifisser, tnaqqis fittaxxa għal dawk li jixtru l-ewwel propjetà tagħhom. Għat-tmien sena konsekuttiva huwa mistenni wkoll li dan il-Gvern ikompli jżid il-pensjonijiet. Smajna diġà l-Ministru għall-Finanzi jispjega sitwazzjoni fejn għandek koppja li qed tgħix fuq pensjoni waħda. Għalhekk, il-Gvern se jara kif jindirizza din il-problema u jkompli jssostni l-pensjonijiet. Li hu żgur u magħruf, il-pensjonanti tassew jinsabu b’moħħhom mistrieħ għaliex dan il-Gvern qatt ma nesiehom. Matul il-pandemija rajna wkoll
kif inħolqu sfidi ġodda rigward tal-istudenti. Iżda kellna Gvern li għamel minn kollox biex jassigura u jissalvagwardja l-edukazzjoni bl-aħjar mod li jista’. Minkejja dawn iċ-ċirkostanzi, se nkomplu naraw kif il-Gvern ħa jkompli jtejjeb il-kwalità tas-servizzi u l-għajxien tat-tfal u l-istudenti għall-aħjar żvilupp soċjali u għajnuna li jistħoqqilhom. Għalhekk, mistenni li nkomplu naraw iktar servizzi ta’ childcare sabiex il-Gvern ikompli joħloq soċjetà iktar ġusta. Se naraw kif il-Gvern billi jtejjeb il-benesseri, se jkun qiegħed ikompli jinċentiva l-istudenti sabiex ikomplu jistudjaw. Dan se jkun possibbli li jseħħ għaliex se naraw iktar attenzjoni min-naħa tal-Gvern fejn jidħol l-involviment ambjentali, sportiv, kultura u arti fis-settur edukattiv. Fis-settur tas-saħħa, għar-raba’ sena konsekuttiva, il-Gvern se jkompli jikkonċentra fuq id-dispożizzjonijiet ta’ provvista kontinwa ta’ mediċini b’xejn. Permezz ta’ kura palljattiva, il-Gvern se joħloq strateġija li tinkludi sħubija ma’ NGOs li eventwalment twassal għal-faċilità għall-kunsinna ta’ pazjenti rikoverati b’kura ta’ ospizju u ‘Programm ta’ Sopravivenza’ għall-pazjenti u l-familji tagħhom. B’hekk il-Gvern huwa impenjat ukoll li jappoġġja lill-pazjenti tal-kanċer. Dwar Għawdex, il-Gvern se jkompli joħloq impjiegi ġodda sabiex ikompli jtejjeb l-ekonomi-
ja ta’ din il-gżira filwaqt li jkompli jistabbilixxi l-viżjoni t’Għawdex bil- “Pjan Reġjonali għall-Iżvilupp ta’ Għawdex”. Din hija viżjoni li tiżgura gżira innovattiva, imġedda u konnessa u b’hekk tagħti prosperità soċjali u ekonomika għal kulħadd. Se nkunu qegħdin nistennew li jiġu konservati l-karatteristiċi rurali u kulturali uniċi ta’ din il-gżira billi l-Gvern joħloq impjiegi kwalitattivi. Fejn jidħol l-ambjent, huwa mistenni li l-Gvern jadotta l-Green Deal Ewropew bħala pjan li jnaqqas l-emissjonijiet u jiżgura li ma jkun hemm l-ebda emissjonijiet sal-2050.
Fil-Baġit 2021 li se jitħabbar fil-ġranet li ġejjin, wieħed jista’ jistenna Baġit li se jkompli jtejjeb l-istil ta’ ħajja tan-nies billi jiġu indirizzati setturi partikolari filwaqt li tkompli tikber l-ekonomija u jkompli jitkattar aktar ġid f’kull faxxa tas-soċjetà
Pjan li jwassalna lejn ekonomija nadifa u ċirkolari u dan possibbli li jseħħ billi nnaqqsu l-iskart. Pjan li se jgħin biex pajjiżna jirrestawra l-bijodiversità, ikollna ekosistemi b’saħħithom u jkollna żieda f ’dik li jgħidulha infrastruttura ħadra u blu. Filwaqt li l-Gvern se jkun qiegħed iħejji din il-viżjoni għall-benesseri li toħloq opportunitajiet, tibni ekonomija ħadra b’saħħitha, u tissodisfa l-ħtiġijiet tal-ġenerazzjonijiet li ġejjin, se jkun qiegħed joħloq pjan biex jittrasforma lil Malta f ’ekonomija moderna, effiċjenti fir-riżorsi u kompetittiva. Finalment, se nkunu qegħdin nistennew Baġit għall-irkupru ekonomiku b’miżuri li se jerġgħu jsaħħu numru ta’ setturi f ’Malta u Għawdex u Baġit li jkompli jtejjeb il-kwalità ta’ ħajja tagħna. Għalhekk, nistgħu ngħidu li għal sena oħra se nkunu qegħdin nistennew Baġit tajjeb, Baġit b’saħħtu u Baġit tan-nies. Fuq kollox, se nerġgħu naraw ir-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern li l-ewwel u qabel kollox jagħti prijorità ta’ kif se jtejjeb il-ħajja tan-nies. Fil-fatt, se nagħmel referenza għal dak li qal il-Prim Ministru stess din il-ġimgħa, “se nerġgħu naraw ir-ruħ soċjali ta’ dan ilGvern” għaliex il-Baġit tal-2021 se jwassal għal żvilupp ekonomiku u b’hekk ikompli jintlaħaq l-għan li tittejjeb il-kwalità talħajja tal-poplu Malti u Għawdxi fis-snin li ġejjin.
13
11.10.2020
one.com.mt
LURA L-ISKOLA
Owen Bonnici Ministru
L-edukaturi ħerqana jilqgħu lill-istudenti tagħhom. Studenti bi tbissima fuq wiċċhom lura fuq il-bankijiet tal-iskola. Kapijiet tal-iskejjel sodisfatti bil-miżuri meħuda biex jitħarsu l-edukaturi u l-istudenti f ’dan iż-żmien partikolari li qed ngħixu. Prinċipali kuntenti li l-ħidma tagħhom matul dawn ix-xhur tat il-frott tagħha. Ħaddiema japprezzaw li x-xogħol kbir li wettqu ta’ tisbiħ u manutenzjoni fl-iskejjel qed jiġi apprezzat mill-edukaturi u studenti. U ma’ dawn ningħaqdu
aħna wkoll li mill-Ministeru u mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni ma waqafna xejn mill-ħidma tagħna u ma warrabniex ir-responsabbiltà tagħna biex dak li flimkien ħdimna għalih, narawh jagħti l-frott tiegħu, li naraw li minkejja ċ-ċirkostanzi kollha li ġabet magħha l-pandemija, l-iskejjel jiftħu u jilqgħu lura għal sena skolastika ġdida lil eluf ta’ studenti. Biżżejjed li wliedna kellhom sena skolastika li waqfet ħesrem f ’Marzu li għadda, imma ma ridniex li pandemija li ġiet fuq id-dinja kollha għal għarrieda tolqot lil dawk li l-aktar li għandhom bżonn l-għajnuna tagħna. U fost dawn żgur li fuq quddiem hemm l-istudenti, uliedna li jinsabu fl-aktar żmien importanti ta’ ħajjithom. Dak li jieħdu edukazzjoni xierqa u li għandhom jeħduha bi dritt. Meta qed ngħid edukazzjoni mhux qed ngħid biss l-edukazzjoni kif nafuha, jiġifieri t-tagħlim ta’ suġġetti u ħiliet li huma bżonjużi għall-futur ta’ wliedna. Għall-futur tagħhom li mill-bankijiet tal-iskola jaslu
fuq il-bankijiet tax-xogħol. U f ’dinja li dejjem qed tinbidel, u bil-ħtiġijiet fis-suq tax-xogħol li wkoll qed jinbidlu, dan it-tagħlim huwa prijorità li jingħata. Imma qed nirrferi wkoll għall-ħajja skolastika. Dik li aħna l-kbar għexna, għaddejna minnha u nafu tajjeb kemm għamlitilna ġid. L-interazzjoni bejn l-istudent u l-edukatur u l-interazzjoni bejn student u ieħor. Mhix tagħlim ta’ suġġett partikolari, imma hija wkoll ilbażi ta’ wliedna li twassalhom ukoll li jagħmlu pass importanti fis-soċjetà li għada pitgħada se jkunu parti intrinsika minnha. L-iskola qiegħda hemm ukoll biex tiggwida lil uliedna fid-dixxiplina, fl-imġiba ma’ xulxin, kif jieħdu deċiżjonijiet, kif isolvu problemi mhux biss tal-Matematika, imma wkoll dawk li żgur li se jaffaċċjaw fid-dinja ’l barra mill-kumdità tad-dar u l-wens tal-klassi. Qabel bdiet din is-sena skolastika l-istudenti ħarsu lejna l-kbar u għamlulna mistoqsija:
Kif se tħarsu saħħitna meta mmorru lura fil-klassi? Aħna weġibna billi fuq il-pariri tal-Awtoritajiet tas-Saħħa lokali u internazzjonali, daħħalna aktar minn 50 miżura li qegħdin hemm biex iħarsuhom. Biex inaqqsu b’mod drastiku l-imxija. Ma ħarisniex lura lejn uliedna u farfarna. Dik mhix responsabbiltà. Ma ħloqniex aktar problemi bla bżonn. Dik mhix serjetà. Imma għarafna x’inhuma kemm ir-responsabbiltajiet tagħna u wkoll id-dmirijiet tagħna, biex dak li bi dritt huwa ta’ wliedna nagħtuhulhom. Edukazzjoni li l-aħjar li tingħata hija mill-edukatur fil-klassi. Kif wegħedna meta ftaħna SkolaSajf, meta ftaħna ċ-childcare centres, meta ftaħna ċentri biex isiru l-eżamijiet u dak li wegħedna wettaqnieh, hekk ukoll wettaqna dak li sħaqna fuqu, dak li nipprovdu ambjent li jħares lill-edukaturi u lil uliedna fl-iskejjel biex tibda sena skolastika ġdida. Żgur li ma nistgħux noqogħ-
du bil-qiegħda u nistrieħu. Irridu nkomplu għaddejjin ukoll bil-pjan tagħna fis-settur edukattiv. Irridu nkomplu bix-xogħol infrastrutturali li għaddej ġmielu. Irridu niddiskutu issa wkoll l-edukazzjoni li qed jieħdu wliedna. Mhux jekk musmar hux imsammar tajjeb fil-ħajt – dak narawh ukoll – imma rridu nitkellmu dwar il-kwalità tal-edukazzjoni. Kif nistgħu nagħtu edukazzjoni tajba fiċ-ċirkostanzi li qegħdin fihom. L-edukaturi tagħna jinsabu maqbudin bejn żewġ realtajiet. Iridu jagħtu l-aqwa edukazzjoni kif dejjem taw, imma jafu li bir-restrizzjonijiet li għandna hemm limitazzjonijiet. Aħna għalhekk irridu nagħmlu dibattitu nazzjonali li jkun seren u matur fejn aħna ngħinu lill-edukaturi tagħna biex l-edukazzjoni fil-klassi f ’dawn iż-żminijiet tkun waħda ta’ livell għoli u ta’ livell tajjeb. Hemm ħafna xi jsir u li aħna impenjati li nagħmluh għall-ġid ta’ wliedna u wlied uliedna.
L-ARROGANZA NAZZJONALISTA jibqa’. Kellna xi ftit ta’ tama li forsi ma’ kull bidla fil-kap u t-tmexxija din tiżvolġi imma dak li kien il-prinċipju dgħajjef tal-amministrazzjoni Nazzjonalista baqa’ l-istess. Ħafna kienu dawk li għax teżisti din il-karatteristika mhux biss ma resqux lejn il-maduma imma saħansitra dawru wiċċhom in-naħa l-oħra u anke Felix Busuttil Galea saret għalihom duħħan. Inklużi Kandidat dawk li kienu jsibuhom ħafna diffiċli jaqbdu l-lapes tal-vot u minn elezzjoni għal oħra minKien hemm xi żmien meta koll- flok jimmarkaw l-ikħal, bl-ikbar ha konna naħsbu li b’xi miraklu tensjoni u ansjetà jimmarkaw jew ieħor kull min kien qiegħed fuq l-aħmar. fuq iż-żiemel prinċipali jiggwida u jmexxi lill-partitarji tiegħu Imma hekk ġara u ikun ħiereġ minn xi bieb ta’ xi hekk ser jibqa’ jiġri... belt, tfaqqa’ xi berqa, ifeġġ dawl mis-sema u dak il-kap jaqa’ minn U dan narawh mill-fatti. Elezfuq iż-żiemel u b’xi miraklu jik- zjoni wara oħra akkost tat-takonverti u jinbidel għal dejjem. jn, ħmieġ, gideb, kalunnji u asImma dan il-miraklu kon- sassinji ta’ karattri, in-numri ta’ na qegħdin nistennewh u bħal dawk li jivvutaw fuq il-blu beda Godot għadna nistennewh jonqos u jonqos. U fl-aħħar elezu mhux se jasal qatt. Għax zjoni, il-Partit Laburista kaxkar il-karatteristika Nazzjonalista u rebaħ b’iktar minn 35,000 tibqa’ dik li hi – bħal leopard li vot. Riżultat li suppost ġiegħel mhux ser ibiddel il-kuluri tal-ġil- lill-Partit Nazzjonalista jidħol da tiegħu. Hekk kien u hekk ser f ’qoxortu, jirrifletti, janalizza u
jsib soluzzjonjiiet. Għax meta tagħmel eżami u tfalli bl-ikrah, x’tagħmel? Terġa’ tibda tistudja u żgur ma tagħmilx l-istess żbalji. Wara kollox, aħna tal-Labour mhux ser noqogħdu niddettaw x’jagħmel il-Partit Nazzjonalista għax għalina jaqblilna li jibqa’ sejjer hekk sabiex ikollna rebħa oħra u ikbar fl-elezzjoni li jmiss. Imma pajjiż demokratiku ma jiflaħx ikollu Oppożizzjoni fjakka ble ebda viżjoni li kulħadd jittama li tkompli fis-suċċessi talpajjż jekk qatt tkun fil-Gvern, imma din il-kontinwità importanti għall-pajjiż sabiex nibqgħu nkunu ta’ attrazzjoni għall-investiment barrani u l-industrija Maltija u Għawdixja tibqa’ tissoda speċjalment f ’dawn il-perjodi diffiċli taħt is-sema kerha tal-pandemija. Id-demokrazija teħtieġ Oppożizzjoni soda, magħquda u ffukata. Għaliex? Għax Oppożizzjoni attraenti tfisser Gvern attraenti, Oppożizzjoni mkissra tfisser li jekk tiġi eletta biex tmexxi pajjiż ikollna pajjiż imkisser – u ħadd ma jista’ jafda amministrazzjoni li taħseb li hi
xi ħaġa, li tara lil kulħadd dubbien, ma tagħtix kas il-poplu, ma tirrispettax l-ikbar amministrazzjonijiet li qegħdin jiggvernaw bħalissa għax għandhom il-mandat assolut tal-poplu. L-establishment antik tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil qatt ma ta ċans lill-miskin Adrian Delia (li aħjar insejħulu miskin biss) li jkun kap diċenti ġdid tal-Partit. Tawh bis-sieq tiegħu stess, għajruh fil-pubbliku, fixkluh u bħalma għamlu lil Churchill wara li sabbarhom u rebaħ gwerra mondjali, ikkonfoffaw bejniethom u tawh stallett wara ieħor u kienu kapaċi jkeċċuh. Lil Bernard Grech, diġà heddewh li jekk ma jobdihomx, jgħaddi minn taħt l-istess giljottina. Bernard stieden lilu nnifsu Kastilja, u dan għadu kif laħaq, aħseb u ara jekk jgħaddu xi sitt xhur jew isir hu Prim Ministru futur ta’ Malta. Prim Ministru, u din qatt ma smajtha, li jistħi jgħid li hu Malti, anzi jilbes T-shirt striped kulur blu u abjad u fuqu għandu printjat I Love Greece. Ikunu x’ikunu l-ideali politiċi tiegħek, kif qatt tis-
ta’ tiċħad lil pajjiżek anke jekk pajjiżek forsi mhux, fit-twemmin għami tiegħek, għaddej minn żminijiet imdawla? Għalkemm żgur ma kienx jistħi jgħid li mhux Malti meta mietet Karin Grech. Jew Raymond Caruana. Anzi iktar kont nistħi. U dan qatt mhu ser jiġri għax lil pajjiżi nħobbu mingħajr kundizzjoni, imma nistħi fir-rigward ta’ Bernard għax ġustizzja qatt ma saret. Il-Gvern preżenti ma beżax mill-verità anzi ħa kull prekawzjoni legali u għadu jfittex il-verità imma Bernard dan jibqa’ jistħi minnu. Anzi jistmerr lill-poplu Malti u Għawdxi. Arroganza li taħseb li hi biss tista’ tiggverna. Arroganza li taħseb li subgħajha dritt. Aroganza li tiġġudika bla ebda kawża. Arroganza li ma tiħux ħsieb lil niesha aħseb u ara lill-poplu kollu li forsi jew qatt ser jagħtiha l-mandat li tiggverna. Arroganza li tħammeġ u tinsisti bil-gideb sabiex bla ebda tama tfittex il-verità. L-arroganza qatt ma ħarset ’il fuq lejn is-sema – imma l-arroganza bħas-suppervja, tkeċċiet u ntradmet taħt l-art.
14
11.10.2020
one.com.mt
JISSOKTAW L-AĦJAR INVES L-ISKOLA L-ĠDIDA TAL-QAWRA FIL-KULLEĠĠ MARIJA REĠINA
xh bil inawgu
Ma’ d u li jinsab
B’investimen Robert Abela l-Isk Dr Abela ddeskriva li tass “Jiena ma ngħidx art turi kemm it-tfal waqt l Il-Ministru għall-Ed q “Tajna kas kull det whiteboards ta’ k istudenti,” qal Dr B jistgħu jintużaw mill
Minbarra h Sekondarja tal-K Din l-estens attrezzati b Xjenza u su
Is-S p
one.com.mt
15
11.10.2020
STIMENTI FL-EDUKAZZJONI
Waqt li bħalissa għaddejjin fost l-akbar investimenti li qatt saru fis-sistema edukattiva lokali, l-aħħar jiem kienu hieda ħajja tal-impenn nazzjonali f’dan ir-rigward, l-ewwel l-ftuħ tal-Iskola Primarja tal-Qawra u sussegwentement blurazzjoni tal-estensjoni tal-Iskola Medja fiż-Żejtun, li waħedhom laħħqu €18-il miljun. dawn hemm iżjed investimenti li jlaħħqu aktar minn €55 miljun bu fi stadji varji qabel ikunu jistgħu jitgawdew bl-iskop li jimlew ilġenerazzjonijiet futuri b’għarfien u kapaċitajiet akbar. nt ta’ €13-il miljun, bħal-lum ġimgħa ġiet inawgurata mill-Prim Ministru kola Primarja l-ġdida tal-Qawra, li tagħmel parti mill-Kulleġġ Marija Reġina. a l-jum bħala wieħed sabiħ għall-komunità rispettiva bil-ftuħ ta’ skola ġdida sew tixraq lil uliedna u tagħmel parti mil-legat ta’ dan il-Gvern. intefqu €13-il miljun, iżda ġew investiti €13-il miljun. Din l-iskola state of the tagħna jixirqilhom l-aħjar … u din l-iskola hi l-aħjar,” iddikjara l-Prim Ministru, li saħaq ukoll li ttieħdu inkonsiderazzjoni protokolli tas-saħħa. dukazzjoni Owen Bonnici spjega li din l-iskola se tilqa’ 650 student u se tkun qed tikkumplimenta l-iskola preżenti ta’ San Pawl il-Baħar. ttall, b’arja kkundizzjonata fil-klassijiet, toilets mal-klassi u l-użu ta’ interactive kull mudell. Dawn huma kollha affarijiet li se jrendu esperjenza unika talBonnici, li wkoll semma kif hemm il-faċilitajiet ta’ sala u faċilitajiet sportivi li l-komunità tal-Qawra. Taħt din l-iskola hemm ukoll żewġ sulari ta’ parkeġġ li jifilħu 400 karozza. hekk, ilbieraħ filgħodu ġiet inawgurata l-estensjoni tal-Iskola Medja u Kulleġġ St. Thomas More fiż-Żejtun, b’investiment ta’ madwar €5 miljun. sjoni fit-tielet blokka fl-istruttura hemm numru ta’ klassijiet u laboratorji bl-aħħar teknoloġija, fosthom dawk speċifikament għat-tagħlim taxuġġetti vokazzjonali. Fi ftit ġimgħat oħra mistenni jitlesta x-xogħol fi blokka oħra, ir-raba’ waħda, f’din l-istess skola. Segretarju Permanenti Frank Fabri qal li dawn il-proġetti huma parti minn kullana ta’ proġetti oħrajn li għaddej ix-xogħol fuqhom bħalissa, fosthom fl-Iskola Sekondarja tażŻejtun, l-Iskola Primarja tal-Imsida, l-Iskola firRabat Għawdex u fl-Iskola ta’ Santa Luċija.
ESTENSJONI FL-ISKOLA SEKONDARJA TAŻ-ŻEJTUN
16
11.10.2020
one.com.mt
BAĠIT IEĦOR FL-INTERESS TAL-POPLU
Josè Herrera Ministru
Issa li f ’dawn il-ġranet reġa’ fetaħ il-Parlament Malti, il-Gvern ser ikun qiegħed ikompli bit-twettiq tal-programm tal-ħidma parlamentari tiegħu. Fi ftit ġranet oħra l-Gvern ser ikun qiegħed jippreżenta baġit ieħor fi sfond ta’ pandemija globali li għal xahar wara l-ieħor qiegħda tippersisti b’impatt dirett fuq l-aspetti ekonomiċi u anki dawk soċjali. Meta lura fl-2013 Gvern Laburista ngħata l-mandat b’saħħtu mill-poplu biex jiggverna, ilkoll
niftakru kif is-sitwazzjoni f ’pajjiżna kienet waħda diffiċli. Taħt Gvernijiet Nazzjonalisti l-poplu kien dera li fil-ġurnata tal-baġit ilGvern kien ikun qiegħed idur fuq il-familji, il-ħaddiema u s-sidien tan-negozji u jara kif ħa jiġbor aktar mingħandhom biex idawwar ir-rota ekonomika. Minkejja dan, sena wara sena, pajjiżna xorta kien ikompli jkabbar id-defiċit tiegħu. Gvern Laburista taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat kien bidel u dawwar ir-rotta li Gvernijiet Nazzjonalisti kienu qabdu u minn baġit mibni fuq miżuri ta’ awsterità bdejna nimplimentaw baġit wara l-ieħor li joħloq il-ġid. Fi żmien Gvern Laburista il-baġit annwali sar ifisser ġid u prosperità. Dan il-ġid maħluq fisser żidiet fil-pensjonijiet sena wara l-oħra, fondi allokati għal proġetti infrastrutturali bla preċedent, għajnuniet diretti lill-familji u lin-negozji tagħna, tisħiħ fis-servizzi soċjali, kuraġġ liż-żgħażagħ biex ikomplu jibnu l-futur tagħhom, kif ukoll sensiela ta’ investimenti
f ’inizjattivi u proġetti li pajjiżna kien ilu għal żminijiet twal jokrob għalihom. In-nifs ġdid li Gvern Laburista ta lura fl-2013, wassal biex iva f ’dawn iż-żminijiet kemxejn diffiċli għal kulħadd, pajjiżna xorta baqa’ f ’pożizzjoni li jirrikorri għal miżuri pożittivi biex jixpruna u jkun ta’ sostenn għal diversi familji u negozji. It-tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru Robert Abela quddiem din ir-realtà li għandna quddiemna, rat kif pajjiżna mhux stagħna fil-gid jew berbaq il-flus tal-poplu bl-adoċċ, imma wettaq inizjattivi u ħa miżuri b’mod kalkulat u studjat. Issa, kull wieħed u waħda minna għandna d-dover li nwasslu l-messaġġ fost il-poplu Malti u Għawdxi li dan il-Gvern verament qiegħed hemm bir-rieda li jwettaq u jintroduci aktar miżuri favur kull wieħed u waħda minna. Dan il-bagit ser ikun fost l-aktar bagits importanti f ’dawn l-aħħar snin li ġew preżentati u dan għaliex filwaqt li matul l-2020 ħadna l-miżu-
ri neċessarji biex intaffu l-impatt tal-pandemija, matul l-2021 irridu nkunu f ’pożizzjoni u f ’qagħda li nirkupraw fl-inqas żmien possibbli u bl-aktar mod effettiv. X’kuntrast u x’differenza! Ilkoll nistgħu nosservaw u naraw ilPrim Ministru Robert Abela li huwa determinat li jkompli jittrasforma lil dan il-pajjiż ’il quddiem u Kap tal-Oppożizzjoni (suppost ġdid) li jistħi jgħid li hu Malti. Fuq naħa għandek Prim Ministru ffukat li jiggverna billi jwettaq politika skont ir-rieda tal-poplu u Kap tal-Oppożizzjoni li fl-ewwel sigħat tiegħu diġà wera li ser jaġixxi fil-partit tiegħu skont kif il-klikka ser tiġbidlu l-ispaga! Ċertament quddiem dawn l-isfidi, Gvern Laburista dejjem poġġa fil-qofol tal-politika tiegħu lill-familji tagħna. F’dan il-bagit ser inkunu għal darb’oħra qegħdin nuru kemm pajjiżna jemmen filħiliet ta’ kull individwu fejn flimkien mal-imsieħba soċjali kollha u t-tmexxija għaqlija tal-Gvern ser inkunu qegħdin inkomplu naffaċ-
jaw ir-realtà u nintroduċu l-miżuri neċessarji biex pajjiżna jerġa’ jaqbad ritmu ekonomiku b’saħħtu sinonimu ma’ tmexxija ta’ Gvern Laburista.
kollha bi pjan u programm ta’ xogħol. Dan iwassal illi jkollna toroq iktar siguri filwaqt li nirbħu r-riżorsa limitata tal-ilma. Sabiex ingawdu s-sajf aħjar, matul din is-sena żidna jew biddilna 68 sellum ġdid tul il-kosta, f ’postijiet mitluba mill-pubbliku. B’hekk issa għandna 358 lokazzjoni fejn jeħlu slielem tal-baħar f ’pajjiżna kif ukoll żieda ta’ kontenituri tal-iskart fuq il-bajjiet b’iktar minn 300 biex b’hekk tlajna għal total ta’ 1,800 kontenitur. Studju li sar fl-Università ta’ Groningen wera li meta post ikun mimli graffiti, ikun fih vandaliżmu u mhux nadif, in-nies ma jħossuhomx komdi u l-ħmieġ u s-serq jirdoppja. Dan juri kif l-indafa tħalli effett wiesa’ fuq il-komunitijiet tagħna. Għaldaqstant, sar investiment f ’makkinarju ġdid li jnaddaf u jneħħi l-graffiti. Inħeġġeġ lill-qarrejja kollha biex meta nkunu se narmu xi ħaġa fit-triq, naħsbu li bħalissa qed niġbru l-istess piż ta’ tliet wardiet kuljum għal kull persuna. Inkomplu naħdmu flimkien sabiex il-flus li qed jintefqu biex jinġabar l-iskart, biż-żmien indawruh f ’investiment ta’ tisbiħ
minflok tindif. Tajjeb li f ’dan il-kuntest, nirringrazzja lill-ħaddiema li wrew dedikazzjoni kbira fi żmien diffiċli u ta’ biża biex negħlbu dan il-virus. Dan sar għax nemmnu f ’Malta sabiħa fejn għada huwa aħjar mil-lum.
In-nifs ġdid li ta Gvern Laburista lura fl-2013, wassal biex iva f’dawn iż-żminijiet kemxejn diffiċli għal kulħadd, pajjiżna xorta baqa’ f’pożizzjoni li jirrikorri għal miżuri pożittivi biex jixpruna u jkun ta’ sostenn għal diversi familji u negozji
TRID WARDA?
Deo Debattista Segretarju Parlamentari
Immaġina taqla’ rigal 750 warda, jew tagħti dawn lill-maħbub jew maħbuba tiegħek. Kemm ikollok dar sabiħa u tfuħ u kemm tista’ tagħmel nies kuntenti. Jekk nagħtu 750 warda lil kull persuna f ’Malta, dawn jiżnu madwar 11-il miljun kilo. 11-il miljun kilo huwa l-ammont ta’ skart li d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni ġabret bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena. Bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-indafa pubblika u x-xjenza tal-kejl li hija parti mid-drittijiet tal-konsumatur, nagħraf l-importanza li npoġġu l-affarijiet f ’perspettiva
sabiex napprezzaw aħjar l-ambjent ta’ madwarna. Din is-sena tajt direzzjoni ċara lill-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi, sabiex ikunu ta’ xprun biex innaqqsu l-imxija tal-COVID-19. Saret ħidma bla preċedent mill-Awtorità għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur, l-Awtorità dwar il-Mediċini u d-Diviżjoni għat-Tindif u l-Manutenzjoni. Fejn jidħol it-tindif, apparti x-xogħol ta’ kuljum, żidna wkoll sanitizzazzjoni ta’ madwar 70,000 kilometru ta’ bankini biex nipprevenu tixrid tal-pandemija u regorlarment issanitizzajna bus shelters, sinjali tat-traffiku, handrails, tabelli u kull tip ta’ għamara oħra. Nemmen li l-komunitajiet tagħna għandhom ikunu ċ-ċentru tal-ħidma. Għalhekk varajna għajnuna lill-Kunsilli Lokali f ’dak li jirrigwarda tindif f ’żoni turistiċi billi l-gvern ċentrali żied il-frekwenza tal-ġbir tal-iskart fiżżoni li huma popolari mat-turisti u r-residenti bħal Buġibba, Paceville, San Ġiljan u Tas-Sliema. Dan sar b’investiment ta’ €1.2 miljun li permezz tiegħu qed ninsġu libsa nadifa lil Malta u Għawdex.
Hemm iktar x’isir imma mixjin fid-direzzjoni tajba, b’pass mgħaġġel. L-edukazzjoni u l-aċċessibilità huma fundamentali biex ikollna ambjent li jixraqilna. Matul l-2020 id-Diviżjoni għat-Tindif poġġiet għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mal-230 kontenitur ġdid li jesgħu madwar 90 litru kull wieħed. Komplejna naħdmu mal-imsieħba biex inrawmu l-kuxjenza dwar l-indafa permezz ta’ programm t’edukazzjoni u parteċipazzjoni attiva fil-midja. Waqqafna servizz li jwettaq xogħlijiet ta’ emerġenza fuq tindif kif ukoll manutenzjoni matul il-ħinijiet ta’ billejl, 24 siegħa kuljum. Tul din is-sena aċċennajt li għandna nkunu viċin in-nies billi nisimgħu l-ilmenti tagħhom. Kburi ngħid li s-sistemi ta’ komunikazzjoni li huma wkoll provduti fuq bażi ta’ 24x7, li ġew adottati fl-aħħar snin, qegħdin jintużaw mill-pubbliku. Din is-sena biss ġew irreġistrati mas-6,800 ilment li ġew solvuti iktar minn 96% minnhom. Id-Diviżjoni wettqet tindif regolari ta’ culverts u gratings fit-toroq arterjali matul is-sena
Nemmen li l-komunitajiet tagħna għandhom ikunu ċ-ċentru tal-ħidma. Għalhekk varajna għajnuna lill-Kunsilli Lokali f’dak li jirrigwarda tindif f’żoni turistiċi billi l-gvern ċentrali żied il-frekwenza tal-ġbir tal-iskart fiż-żoni li huma popolari mat-turisti
17
11.10.2020
one.com.mt
KUNSILLI LOKALI AKTAR B’SAĦĦITHOM L-EWWEL PARTI
fiskali u amministrattiva; (vii) li l-Kunsill Lokali jkollu fakultà li jissettja l-prijoritajiet hu, skont il-bżonn tal-lokalità, dwar l-infiq li jsir; (viii) li jkun hemm flessibilità sabiex Kunsilli Lokali jembarkaw fuq proġetti li jkunu jirrikjedu self mill-bank, bla ma jkun hemm bżonn indħil dirett mid-Dipartiment; (ix) li jiddaħħlu emendi fl-Att li jħallu flessibilità fl-addozzjoni ta’ ċerti direttivi jew liġijiet ladarba tkun qed tiġi rispettata l-GovMario Fava ernanza tajba; (x) li jkun hemm tisħiħ komplut fi President Sezzjoni ħdan id-Dipartiment sabiex dan iservi ta’ Kunsilliera PL gwida fejn meħtieġ u b’mod spedit; (xi) aktar għarfien għall-Kunsilli ReġWieħed mill-policy fora li nieda l-Partit jonali. Laburista fl-okkażjoni tal-100 sena mittwaqqif tiegħu huwa dak tal-Kunsilli Loka- 1.0 – Introduzzjoni – Sitwazzjoni Kurli, bit-titlu “Kunsilli Lokali aktar b’saħħith- renti. Qabel xejn nixtieq nuri l-gratitudni om”. Is-Sezzjoni Kunsilli Partit Laburista tiegħi lejn dawk kollha li għoġobhom jipħejjiet dokument bħala proċess ta’ konsult- parteċipaw f ’din il-konsultazzjoni. Nixtieq nirringrazzja lill-Partit Laburista, primarjaazzjoni fid-dawl ta’ din is-sejħa. Id-dokument se jkun qed juri s-sitwazz- ment lid-Deputat Mexxej tal-Partit, illi qed joni preżenti, dak li nħossu u nemmnu li jagħti prijorità lill-qasam tal-Kunsilli Lokali huma prijoritajiet li għandhom jiġu indiriz- u qed jarah bħala wieħed mill-aktar 10 oqszati, kif ukoll se jkun qed joffri soluzzjonijiet ma importanti fil-ħajja ta’ kuljum tal-familji u proposti għall-isfidi li qegħdin niffaċċjaw. Maltin u Għawdxin. Uħud minna, bdew dan il-vjaġġ fil-qaSer inkunu qed nagħtu ħarsa wkoll lejn miżuri ġodda li nemmnu li għandhom sam tal-Gvern Lokali diversi snin ilu. Oħrabżonn jiġu introdotti sabiex il-Kunsilli Lo- jn ilhom hemm saħansitra mill-bidu nett filkali tassew ikunu t-tielet saff ta’ Governan- waqt li oħrajn bdew iterrqu magħna f ’Mejju za, u r-riformi li ddaħħlu fl-aħħar snin ikunu li għadda. Personalment bdejt dan il-vjaġġ 19-il sena ilu u dan tani ċ-ċans niltaqa’ tista’ tassew qed jilħqu l-miri tagħhom. L-istess dokument ser ikun qed jirrakko- tgħid mal-Kunsilliera kollha, mal-Amminmanda tibdiliet strutturali li jirrikjedu wkoll istrattiv tal-Kunsilli Lokali kif ukoll nifhem tibdil fil-leġiżlazzjoni tal-Att tal-Kunsilli Lo- il-mod ta’ tmexxija u funzjoni tad-Diparkali. Nemmu li jekk irridu li dan l-eżerċizzju timent innifsu. Kelli ċ-ċans nara sistemi ma jkunx wieħed kożmetiku, bħal ħafna li li ħadmu u għadhom jaħdmu u oħrajn li saru tul is-snin, hemm bżonn deċiżjoni- fallew u għadhom falluti. Kelli ċ-ċans nara jiet iebsa, bidla fid-direzzjoni u rieda li ma d-dedikazzjoni mill-viċin tal-parti l-kbira tal-Kunsilliera tagħna. Dawn, wettqu xognibqgħux nopponu l-bidla. Il-qasam tal-Gvern Lokali, minkejja ħol b’passjoni, b’dedikazzjoni u bi tbatijiet kulma jingħad, huwa qasam li l-politiċi kbar għaliex emmnu li l-interess tal-lokal għadhom ma jemmnux biżżejjed fih. Dan u r-residenti tagħhom huma prijorità. Dan minkejja li għaddew 26 sena mit-twaqqif minkejja l-frustrazzjoni u l-isfidi li mhux tiegħu. In-nuqqas ta’ rispett mistħoqq, in- lakemm wieħed jegħlibhom b’mod faċli, kif nuqqas ta’ fiduċja meħtieġa, in-nuqqas ta’ jaħsbu ħafna. awtonomija fiskali u amministrattiva kif ukoll in-nuqqas ta’ għarfien tal-Awtorità 2.2 - Aspettattiva tar-Resident. L-Eleztal-Kunsilli Lokali mill-aġenziji, mid-dipar- zjonijiet tal-Kunsilli Lokali ta’ Mejju 2019 timenti u mill-entitajiet tal-Gvern Ċentrali, ikkonfermaw li l-Gvern Lokali huwa funqed ixekklu l-iżvilupp u l-progress f ’dan damentali għar-resident. Dan għaliex r-resiil-qasam. Li tiftaħar li wellidt tarbija imma denti ġustament jistennew li l-Kunsill Lokali ħallejtha marbuta ma’ siġġu, fejn ma tistax tagħhom jagħti s-sapport meħtieġ lilhom u timraħ u timxi ’l quddiem, fih innifsu mhux lill-familji tagħhom. Jistennew li l-Kunsilli turija ta’ fiduċja imma żamma milli jsir Lokali jkunu l-qalb tal-komunitajiet. Bir-raġun ukoll ir-residenti jistennew l-iżvilupp meħtieġ biex tista’ tirnexxi. L-istess dokument se jkun qed jiġbed servizz effettiv illi jwassal biex ikun hemm l-attenzjoni fuq miżuri oħra li hemm bżonn titjib fl-ekonomija lokali tagħhom, jaspiraw jittieħdu biex ma jibqgħux jiġu mxekkla għal lokalitajiet u komunitajiet li joħolqu l-Kunsilli Lokali f ’ħidmiethom, fost dawn: l-impjiegi filwaqt li jgħixu f ’ambjent sigur. (i) in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni fi Jistennew li jkun hemm policies effettivi li jassiguraw li l-familji tagħhom ikollhom iltmexxija ta’ materji lokali; (ii) in-nuqqas fit-teħid ta’ deċiżjonijiet ħiliet bażiċi meħtieġa biex jirnexxu. Bħala mexxejja eletti b’mod demokrali jimpattaw fuq il-lokalità; (iii) in-nuqqas fil-libertà sabiex Kunsill tiku, il-Kunsilliera jagħmlu dak kollu posLokali jaħtar jew ineħħi s-Segretarju Eże- sibbli biex jagħtu s-sapport meħtieġ lill-kokuttiv tiegħu bla approvazzjoni tad-Dipar- munitajiet tagħhom minkejja li l-poteri u r-riżorsi finanzjarji ħafna drabi jkunu limitatiment; (iv) li jkun hemm żieda fil-funzjonijiet ti. Minkejja dan, aħna nemmnu li b’viżjoni, linji gwida, bil-ħiliet meħtieġa u b’investital-Kunsilli Lokali; (v) li jkun hemm aktar flessibilità u lib- menti raġonevoli, il-Kunsilli Lokali jistgħu ertà fil-mod kif jitħaddmu l-fondi tal-Kun- jagħmlu ħafna aktar biex jassiguraw titjib fil-lokalità, fil-ħajja tar-residenti u fil-livell silli Lokali; (vi) li jkun hemm aktar awtonomija t’għejxien bħala nazzjon.
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 1 ta’ Ottubru Għajjejt u għajjejt bil-kbir, man! Ġurnata sħiħa niġri nħabbat il-bibien tat-tesserati nħeġġiġhom biex jivvutaw għal Adrian Delia. Fuq kollox sirna nafu li Bernard Grech mhux biss lill-partit darba glorjuż tagħna kien ċaħad, imma sirna nafu li għadu sal-lum jiċħad li huwa Malti, għax jgħid li huwa Grieg. Hekk bdejt ngħidilhom lit-tesserati u kulħadd beda jaqbel miegħi, għax qaluli li żgur ma jixraqlux li jkun Kap tal-Partit tagħna xi ħadd li jiċħad lil pajjiżna. Bilfors li lanqas biss jaf li l-għajta tagħna hija ‘Religio et Patria’. Insomma bqajt imqajjem kważi sa nofsillejl għax bl-eċitament ma stajtx norqod. Il-Ġimgħa, 2 ta’ Ottubru Iġri jgħaddi kollox biex forsi l-ħolma tiegħi, li nerġa’ nara lill-partit tagħna magħqud issir realtà. Imma sieħbi tal-Istamperija għamilli d-dwejjaq għax skont hu, kollox qiegħed jindika li Bernard Grech, dak li kien jistħi jgħid li hu Nazzjonalist u issa sirna nafu li anke jistħi jgħid li hu Malti, se jegħleb lillKap Adrian Delia. Jien nixtieq li jirbaħ Adrian Delia, imma jekk jirbaħ Bernard Grech ikollu l-appoġġ tiegħi wkoll għax missieri dejjem hekk għallimni biex nappoġġja lill-Kap ta’ dan il-partit darba glorjuż tagħna, ikun min ikun. U jien dejjem qgħadt fuq dak li qalli missieri. B’hekk sirt l-akbar Nazzjonalist fil-pajjiż. Is-Sibt, 3 ta’ Ottubru Hekk tkun l-irġulija Dottor Simon Busuttil, Dottor Jason Azzopardi, Dottor Beppe Fenech Adami u l-bella kumpanija. Ladarba l-maġġoranza tat-tesserati għażlu lil Bernard Grech bħala Kap tal-Partit tagħna, ilkoll kemm aħna ningħaqdu warajh u nagħtuh l-appoġġ kollu tagħna. Hekk qalilna biex nagħmlu Adrian Delia li anke hu wiegħed li se jagħtih l-appoġġ u li se jkompli jaħdem biex dan il-partit tagħna jerġa’ jirbaħ il-glorja li dejjem kien igawdi, speċjalment fi żmien il-kbir Eddie u l-mibki Ġorġ Borg Olivier. Fuq kollox l-interess tiegħi huwa wieħed - li nara lill-Kap tagħna, ikun min ikun, dieħel Kastilja. Il-Ħadd, 4 ta’ Ottubru Raġel Robert Arrigo li mill-ewwel ħareġ jgħid li se jibqa’ Viċi Kap, anke jekk appoġġja lil Adrian Delia. Dak wieħed mill-antiki u bħali, għalih il-partit jiġi l-ewwel u qabel kollox. M’għandniex xi ngħidu, mhux kulħadd jaħsibha bħalna, u lanqas laħqu għaddew 24 siegħa minn meta Adrian Delia spiċċa minn Kap li ma bdejniex nisimgħu bir-riżenji
u b’tesserati li ddeċidew li ma jibqgħux tesserati u bagħtu t-tessera lill-partit. Stagħġibt bir-riżenja ta’ Louise Tedesco, anke jekk il-kummenti tagħha kienu verament flokhom. Nittama biss li l-affarijiet jirranġaw ruhom qabel tasal l-elezzjoni li jmiss għax l-importanti mhuwiex li jibqgħu tesserati, imma li jivvutaw lill-partit tagħna. It-Tnejn, 5 ta’ Ottubru Qaluli li l-Kap il-ġdid, Bernard Grech, se jaħtar lil Andrew Borg Cardona, magħruf bħala l-boċċa, bħala konsulent tiegħu dwar l-għaqda fil-partit. Għażla tajba ħafna, għax il-boċċa jaf il-partit minn fuq s’isfel u minn isfel sa fuq. Jaf min huma n-Nazzjonalisti tal-ewwel klassi, jaf min huma n-Nazzjonalisti tat-tieni klassi, jaf min huma n-Nazzjonalisti tat-tielet klassi. Miegħu jmissu jaħtar ukoll lil Manuel Delia għax dak ukoll jaf il-partit minn fuq s’isfel. Fil-fatt jaf min huma n-Nazzjonalisti, fosthom Edwin Vassallo, dawk li huma baħnana, u jaf ukoll min huma dawk in-Nazzjonalisti li għandhom moħħ tat-tfal. It-Tlieta, 6 ta’ Ottubru Milli jidher dak Jason Azzopardi se jibqa’ jitkessaħ, apparti li se jibqa’ jigdeb, bħalma gideb meta qal li qatt ma kien iltaqa’ ma’ Yorgen Fenech. Imġibtu qiegħda tikxfu beraħ li dak li għamel m’għamlux għall-ġid tal-partit tagħna, għax anke jekk għaddiet tiegħu, ta’ Simon Busuttil, ta’ Karol Aquilina, ta’ Beppe Fenech Adami u l-bella kumpanija, xorta waħda jagħmel il-ħsara qiegħed. Se jibqa’ jattakka lil Adrian Delia, minkejja li Adrian Delia, u anke Robert Arrigo, għamluha ċara li se jappoġġjaw lill-Kap il-ġdid Bernard Grech. Sewwa għamel Adrian Delia li ma qagħadx lura milli jwieġbu u jgħajru. Ma ħaqqux aħjar. L-Erbgħa, 7 ta’ Ottubru Milli jidher se jdum ma jaħtar shadow cabinet il-Kap il-ġdid Bernard Grech, anke jekk ninsabu biss ftit ġranet bogħod mill-Baġit li jmiss. Skont sieħbi tal-Istamperija mhix se tkun faċli li jaħtar ix-shadow cabinet hu, għax dawk li imbuttawh, fosthom Jason Azzopardi u Manuel Delia ta’ Repubblika, iridu li jkunu huma li jaħtru x-shadow cabinet. Insomma, jekk iżomm kelmtu, lil Jason Azzopardi ma jdumx ma jqiegħdu f ’postu għax illum qal li se jkun qiegħed jieħu passi kontra dawk li jużaw il-midja soċjali biex joħolqu tensjoni. U jekk hawn wieħed li juża l-midja soċjali biex joħloq tensjoni, mhu ħadd ħlief Jason Azzopardi!
18
11.10.2020
one.com.mt
L-EWWEL MARA TAL-AZZAR FID-DINJA Kienet l-ewwel mara li okkupat il-post ta’ Prim Ministru Iżraeljan. Kienet hi li għe net fit-twaqqif tal-Istat ta’ Iżrael u serviet bħala r-raba’ Prim Ministru tal-pajjiż, bejn l-1969 u l-1974. Twieldet fl-1898 fir-Russja u mietet ta’ 80 sena, kawża ta’ kanċer tal-Lymphoma, sena wara l-Gwerra ta’ Yom Kippur. Qed nittrattaw lill-politika GOLDA MEIR. Kienet l-ewwel mara deskritta bħala “il-Mara tal-Azzar” ta’ Iżrael, terminu, li aktar tard ingħata lil Margaret Thatcher tal-Ingilterra. Minn CHARLES B. SPITERI kienet li jmorru jgħixu fil-Palestina. Hemmhekk, l-ewwel applikazzjoni tagħhom biex jgħixu f ’kibbutz, komunità kollettiva, tradizzjonalment ibbażata fuq l-agrikultura, kienet miċħuda, iżda aktar tard aċċettawhom. Ħidmietha inkludiet il-ġbir tallewż, it-tħawwil tas-siġar, xogħol mat-tiġieġ u t-tmexxija tal-kċina. Minħabba l-ħiliet tagħha fit-tmexxija, il-kibbutz għażilha bħala r-rappreżentanta tiegħu għall-Histadrut, il-Federazzjoni Ġenerali tax-Xogħol. Fl-1924, il-koppja telqet mill-kibbutz u għexet għal żmien qasir f ’Tel Aviv, qabel ma marret toqgħod f ’Ġerusalemm. Hemmhekk kellhom żewġt itfal, tifel Manachem, li miet fl-2014 u Sarah, li mietet fl-2010. Meta fl-1928 Meir kienet eletta Segretarja tal-Kunsill tan-Nisa Jaħdmu, kellha tmur tqatta’ sentejn bħala emissarju fl-Istati Uniti. Uliedha marru magħha, iżda Morris baqa’ f ’Ġerusalemm. Għexu separati, iżda qatt ma ddivorzjaw. Żewġha miet fl-1951. Golda Meir reġgħet lura mill-Istati Uniti fl-1934. Ingħaqdet mal-Kumitat Eżekuttiv tal-Histadrut u baqgħet tielgħa t-turġien kollha biex saret il-Kap tad-Dipartiment Politiku tiegħu. Din il-ħatra kienet taħriġ importanti għas-sehLaqgħat tal-intellettwali em futur tagħha fit-tmexxija ta’ F’darhom, il-Korngolds kienu jor- Iżrael. ganizzaw lejliet intellettwali u Meir kienet esposta għal dibattiti fuq Il-kwistjoni tar-refuġjati iż-Żioniżmu (it-twemmin fl-iżvilupp u l-protezzjoni tan-nazzjon Erba’ snin wara, Meir kienet Lhudi), il-letteratura, id-dritt tal- l-osservatur Lhudi mill-Palestivot tal-mara, it-trejdjunjoniżmu na fil-Konferenza ta’ Evian, imu ħafna aktar. F’Denver iltaqgħet laqqgħa mill-President Franklin ma’ Morris Meyerson, pittur, li D. Roosevelt tal-Istati Uniti, biex żżewġitu fl-24 ta’ Diċembru, tal- tkun diskussa l-kwistjoni tar-re1917. Kundizzjoni li għamlitlu fuġjati Lhud, li kienu qed jaħarGolda Meir twieldet fi Kiev, ir-Russja, lil Blume Neiditch u Mabovitch, li kien mastrudaxxa. Kellha żewġ ħutha bniet oħra, Sheyna, akbar minnha, li mietet fl-1972 u Tzipke, tliet snin iżgħar minnha, li mietet fl-1981. Imbagħad kellha ħames ħutha oħra li kollha mietu fit-tfulija tagħhom. Fl-1903, missierha emigra lejn New York, ifittex ix-xogħol. Għalhekk l-omm u t-tfal marru Pinsk għand il-familjari. Sentejn wara, il-missier mar Milwaukee, Wisconsin u sab xogħol stabbli mal-ferrovija. Meta faddal biżżejjed flus, tella’ lil familtu l-Istati Uniti. F’Milwaukee, omm Meir fetħet ħanut tal-merċa u meta kien ikollha bżonn tmur is-suq biex tixtri l-ħtiġiet, kienet tħalli lil bintha tindokra l-ħanut sakemm tirritorna. Minn ċkejkna, Meir uriet li kienet mexxejja, għax kienet organizzat attività għall-ġbir tal-flus għall-kotba ta’ ħbiebha tal-klassi. Iffurmat l-American Young Sisters Society, kriet sala u għamlet laqgħa pubblika għall-okkażjoni. Ta’ 14-il sena kienet studenta finNorth Division High School. Ommha riditha titlaq l-iskola u tiżżewweġ, iżda hi rrifjutat. Għalhekk xtrat biljett tal-ferrovija u marret Denver, tgħix ma’ oħtha miżżewġa, Sheyna Korngold.
bu mill-persekuzzjoni Nażista. Id-delegati mit-32 pajjiż mistieden ripetutament esprimew is-sogħba tagħhom għall-ħarba tal-Lhud Ewropej, iżda saħqu li pajjiżhom ma setax jgħin billi jaċċettahom bħala refuġjati. L-unika eċċezzjoni saret mir-Repubblika Domenikana, li wiegħdet li tilqa’ 100,000 refuġjat b’termini ġenerużi. Meir kienet diżappuntata u qalet: “Hemm ħaġa waħda li nispera nara qabel immut, u din hi li niesi ma jkollhomx bżonn aktar simpatija.” F’Ġunju tal-1946, il-Britanniċi arrestaw bosta mexxejja taż-Żionisti Yishuv. Għalhekk Meir saret il-Kap tad-Dipartiment Politiku tal-Aġenzija Lhudija, fiż-żmien li Moshe Sharett intbagħat il-ħabs. Hi saret in-negozjatur prinċipali bejn il-Lhud fil-Palestina u l-awtoritajiet mandatorji Britanniċi. Wara l-ħelsien tiegħu, Sharett mar fl-Istati Uniti għal taħditiet fuq ilUN Partition Plan, u ħalla lil Meir tmexxi d-Dipartiment Politiku sakemm twaqqaf l-Istat fl-1948. F’Jannar ta’ dik is-sena stess, it-Teżorier tal-Aġenzija Lhudija kien ċert li Iżrael ma kienx kapaċi jiġbor aktar minn seba’ sa tmien miljun dollaru mill-komunità Lhudija Amerikana. Iżda Meir marret hi stess l-Istati Uniti u ġabret 50,000,000 dollaru, li użat biex xtrat l-armamenti Ewropej għall-pajjiż żagħżugħ. Kien Ben-Gurion, il-bniedem li mexxa lil Iżrael fil-gwerra tal-1948 kontra l-Għarab, li wara sar l-ewwel Prim Ministru, li fuq Meir kiteb: “Din hi mara Lhudija li mhux talli rnexxielha tikseb il-flus, talli rnexxielha toħloq l-Istat Lhudi. Xi darba għad titniżżel fil-kotba tal-istorja. Insibu wkoll li fl-10 ta’ Mejju, 1948, erbat ijiem qabel ma tħabbar uffiċjalment it-twaqqif ta’
Iżrael, Meir, mibdula f ’ilbies ta’ mara Għarbija, ivvjaġġat lejn Amman u kellha laqgħa sigrieta mar-Re Abdullah I. Fiha ħeġġitu ma jingħaqadx mal-pajjiżi Għarab l-oħra li kienu se jattakkaw lil Iżrael. Abdullah taha parir ma tgħaġġilx tipproklama Stat, u Meir weġbitu: “Ilna nistennew 2,000 sena. Taħseb li kien hemm xi għaġla?” Il-karriera diplomatika u ministerjali
jwettaq serje ta’ offensivi militari biex jeqred lill-armati Għarab li ppruvaw jinvaduh. Bl-ewwel passaport Iżraeljan, Meir inħatret Ministru plenipotenzjarju Iżraeljan għall-Unjoni Sovjetika. Dak iż-żmien, ir-relazzjonijiet tajbin mal-Unjoni Sovjetika kienu meħtieġa biex Iżrael ikun kapaċi jassigura l-armi li kellu bżonn mill-Ewropa tal-Lvant fil-ġlieda li nqalgħet wara l-indipendenza. Min-naħa tiegħu, Joseph Stalin u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Vjacheslav Molotov żammew relazzjoni qawwija ma’ Iżrael, biex isaħħu l-qagħda Sovjetika fil-Lvant Nofsani. Iżda dawn ir-relazzjonijiet bdew jikkumplikaw irwieħhom minħabba l-politika Sovjetika kontra l-istituzzjonijiet reliġjużi u l-movimenti nazzjonalisti. Is-Sovjetiċi għamluha ċara li l-istituzzjonijiet reliġjużi Lhud kellhom jingħalqu, jiġi pprojbit l-ilsien Ebrajk u ma jkunx hemm emigrazzjoni lejn Iżrael.
Meir kienet waħda mill-24 persuna li fl-4 ta’ Mejju, 1948 iffirmaw id-Dikjarazzjoni Lhudija għall-Indipendenza. Magħha kien hemm żewġ nisa oħra. Aktar tard qalet: “Wara li ffirmajt, bkejt. Meta bħala studenta studjajt l-istorja Amerikana u qrajt fuq dawk li ffirmaw id-Dikjarazzjoni tal-Istati Uniti tal-Amerka, ma stajtx nemmen li kienu nies veri, iwettqu xi ħaġa reali. U hemm kont jien, niffirma dikjarazzjoni bħalhom.” L-għada, Iżrael kien attakkat Laqgħa sabiħa f ’Moska militarment mill-alleanza tal-armati tal-pajjiżi ġirien, iżda rnexxie- Fl-Unjoni Sovjetika, Meir attendlu jwaqqaf l-assalt Għarbi u beda iet għar-Rosh Hashanah (l-Ew
F’darhom, il-Korngolds kienu jorganizzaw lejliet intellettwali u Meir kienet esposta għal dibattiti fuq iż-Żioniżmu (it-twemmin fl-iżvilupp u l-protezzjoni tan-nazzjon Lhudi), il-letteratura, id-dritt tal-vot tal-mara, it-trejdjunjoniżmu u ħafna aktar. F’Denver iltaqgħet ma’ Morris Meyerson, pittur, li żżewġitu fl-24 ta’ Diċembru, tal-1917. Kundizzjoni li għamlitlu kienet li jmorru jgħixu fil-Palestina
19
11.10.2020
one.com.mt
wel tas-Sena Lhudija) u s-servizzi tal-Yom Kippur (ir-riparazzjoni għan-nuqqasijiet) fis-Sinagoga ta’ Moska. Meta ħarġet mil-laqgħa, sabet eluf ta’ Russi Lhud li laqgħuha b’għajjat ta’ isimha. Bħala tifkira ta’ dan kollu, il-valuta tal-flus ta’ 10,000 shekel, maħruġa mill-bank f ’Novembru tal-1984 fiha ritratt tagħha fuq naħa waħda u d-dehra tal-folla immensa li tatha merħba f ’Moska, fuq in-naħa l-oħra. Fl-1949, Meir kienet eletta fil-Knesset (il-Parlament Iżraeljan) fejn serviet sal-1974. Imbagħad, bejn l-1949 u l-1956 serviet bħala Ministru tax-Xogħlijiet. F’din il-pożizzjoni, Meir wettqet il-politika tas-servizzi tas-saħħa u l-ħarsien u orkestrat l-integrazzjoni tal-immigranti fix-xogħol li kellu jsir f ’Iżrael. Introduċiet ukoll proġetti maġġuri fil-bini tad-djar u tat-toroq. Biżżejjed jingħad li bejn l-1949 u l-1956, inbnew 200,000 appartament u 30,000 dar, kif ukoll inbdew żviluppi industrijali u agrikoli, sptarijiet, skejjel u nbnew toroq ġodda. Meir għenet ukoll fl-iżvilupp talAtt tal-Assigurazzjoni Nazzjonali tal-1954, li introduċa s-sistema Iżraeljana tas-sigurtà soċjali flimkien mal-programm ta’ benefiċċji għall-maternità u miżuri oħra ta’ ħarsien għall-Iżraeljani. Fl-1955, fuq talba ta’ Ben-Gurion, Meir ħarġet għal sindku ta’ Tel Aviv. Tilfet b’żewġ voti, minħabba li l-blokk reliġjuż, ma jivvutax lil mara. Sena wara saret Ministru tal-Affarijiet Barranin taħt il-Prim Ministru David Ben-Gurion. Il-predeċessur tagħha, Moshe Shaett kien talab lill-membri tas-servizz barrani biex jieħdu kunjom Lhudi. Għalhekk mal-ħatra tagħha bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin, hi qassret kunjomha ‘Meyerson/ Myerson’ għal ‘Meir’, li jfisser ‘jillumina’. Bħala Ministru fil-kariga tal-Affarijiet Barranin, mexxiet ’il quddiem ir-rabtiet ta’ pajjiżha mal-istati ġodda stabbiliti fl-Afrika. Dan għamlitu biex tikseb ħbiberija mal-komunità internazzjonali. Kienet temmen bis-sħiħ li Iżrael kellu esperjenza biżżejjed biex ikun mudell għall-Afrikani. Fl-awtobijografija tagħha, kitbet: “Bħalhom, farfarna minn fuqna l-ħakma barranija; bħalhom, tgħallimna nieħdu lura l-art tagħna, kif inkabbru l-għelejjel tagħna; kif inħaddmu s-sistema tal-irrigazzjoni; kif inżidu l-produzzjoni tal-annimali; kif ngħixu flimkien u kif niddefendu lilna nfusna.” Iżrael seta’ jkun mudell eżemplari għax “iġġiegħel isib is-soluzzjonijiet għall-kwalitajiet ta’ problemi li pajjiżi u stati kbar, sinjuri u b’saħħithom, qatt ma ltaqgħu magħhom.”
kriżi tas-Swejz, li kienet magħrufa wkoll bħala t-Tieni Gwerra bejn l-Għarab u l-Lhud, l-Aggressjoni Tripartita (fil-pajjiżi Għarab), il-Kampanja Sinai, u l-Operazzjoni Kadesh (mill-Gvern Iżraeljan) u oħrajn. Imbagħad insibu li lejn l-aħħar tal-1956 Iżrael invada lill-Eġittu. Warajh għamlu l-istess il-Britannja u Franza. L-iskop kien li l-Punent jikseb il-kontroll tal-Kanal tas-Swejz, iwarrab lill-President Eġizzjan Nasser u jipprovdi fruntiera u navigazzjoni aktar sigura u libera mill-passaġġi dojoq ta’ Tiran għal Iżrael. Meir kienet imsieħba fl-ippjanar u l-koordinazzjoni malGvern Franċiż u l-militar, qabel il-bidu tal-azzjoni militari. Meta bdew id-dibattiti man-Nazzjonijiet Uniti fuq il-kriżi, Meir ħadet f ’idejha t-tmexxija tad-delegazzjoni Iżraeljana. Wara li beda l-ġlied, l-Istati Uniti, l-Unjoni Sovjetika u n-Nazzjonijiet Uniti ġiegħlu littliet invażuri jirtiraw. Bħala riżultat tal-kunflitt, in-Nazzjonijiet Uniti ħolqu l-UNEF – forza militari ta’ paċi biex tindokra l-fruntiera bejn l-Eġittu u Iżrael. Fid-29 ta’ Ottubru, 1957, Meir sfat feruta f ’sieq waħda, meta ntefgħet granata tal-idejn lejn is-sala tal-Knesset fejn kien qed isir dibattitu. F’dak l-attakk, David Ben-Gurion u Moshe Carmel weġġgħu serjament. Instab li l-bomba nġarret minn ċertu Moshe Dwek ta’ 25 sena, imwieled f ’Aleppo. Il-motivi tiegħu kienu attribwiti għal nuqqas ta’ qbil mal-Aġenzija Lhudija, għalkemm aktar tard, Dwek instab li kien mentalment instabbli. Tifħir lill-Papa Piju XII
Is-sena ta’ wara, u eżatt wara mewtu, Meir, faħħret ferm il-ħidma ta’ Papa Piju XII f ’isem il-poplu Lhudi. Papa Piju XII ingħata t-timbru ta’ Papa ta’ żmien il-gwerra u baqa’ marbut b’mod kontroversjali sas-Seklu 21. F’dik l-istess sena, waqt ilmewġa tal-migrazzjoni lejn Iżrael mil-Lhud li kienu jgħixu fil-Polonja, Meir ippruvat ma ddaħħalx nies bi bżonnijiet speċjali jew morda. Fil-fatt, f ’ittra mibgħuta lil Katriel Katz, l-Ambaxxatur Iżraeljan f ’Warsaw, kitbitlu: “Fi proposta li tressqet fil-kumitat ta’ koordinament, nixtiequ ninfurmaw lill-Gvern Pollakk li jkollna l-għażla, għax ma nistgħux inkomplu naċċettaw nies morda u ħandikappati. Jekk jogħġbok wassal din il-fehma lill-Pollakki mingħajr ma tagħmel ħsara lill-immigrazzjoni.” Kien fil-bidu tal-1960, li nstab li Meir kienet qed tbati minn lymphoma. Għalhekk, f ’Jannar tal-1966 irtirat minn ħidmietha fil-Ministeru tal-Affarijiet BarIl-kriżi tal-Kanal tas-Swejz ranin, minħabba dak li rriferiet Fl-ewwel ftit xhur li Meir kienet għalih bħala għejja u nuqqas ta’ ilha Ministru tal-Affarijiet Barr- saħħa. Irritornat għall-ħajja pubanin, kellha tħabbat wiċċha mal- blika bħala Segretarju Ġenerali ta’
Mapai, tappoġġja lill-Prim Ministru Levi Eshkol, fil-kunflitti li kien hemm fil-partit. Madankollu, hekk kif fis-26 ta’ Frar tal-1969 tħabbret il-mewt għal għarrieda ta’ Levi Eshkol, il-partit eleġġa lil Meir bħala s-suċċessur tiegħu. Minħabba f ’hekk, Meir reġgħet lura fil-politika u fis-17 ta’ Marzu bdiet isservi bħala Prim Ministru. Hi rnexxielha tkebbes il-gvern tal-unità nazzjonali li kien iffurmat fl-1967, wara l-Gwerra tas-Sitt Ijiem, li minnha, Mapai ngħaqdet ma’ żewġ partiti oħra, ir-Rafi u l-Ahdut HaAvoda, biex iffurmaw il-Partit Laburista Iżraeljan. L-akbar rebħa elettorali tagħha Sitt xhur wara, Meir kellha l-elezzjoni ġenerali. Il-partit tagħha rnexxielu jikseb l-aqwa rebħa li qatt kien hemm għal partit ewlieni jew fazzjoni fl-Istorja Iżraeljana, meta rebaħ 56 siġġu. B’hekk, il-gvern tal-unità nazzjonali baqa’ jmexxi. Fl-1969 u kmieni fl-1970, Meir iltaqgħet ma’ bosta mexxejja dinjin biex tippromwovi l-viżjoni tagħha għall-paċi fil-Lvant Nofsani. Fost dawn kien hemm Richard Nixon, Nicolae Ceausescu u l-Papa Pawlu VI. Aktar tard stiednet lill-Kanċillier tal-Ġermanja tal-Punent, Willy Brandt, f ’Iżrael. F’Awwissu tal-1970, Meir aċċettat l-inizjattiva tal-Istati Uniti, li ħeġġet għat-tmiem tal-gwer-
ra bejn Iżrael, l-Eġittu, il-Ġordan u l-Organizzazzjoni għall-Ħelsien tal-Palestina, bl-iskop li jintlaħaq ftehim ta’ paċi komprensiv. Minħabba din l-aċċettazzjoni, il-partit Gahal ħareġ mill-gvern ta’ unità nazzjonali bi protesta, iżda Meir kompliet tmexxi lill-koalizzjoni li fadal. Tliet snin wara, fit-28 ta’ Frar, waqt żjara f ’Washington, Meir qablet mal-proposta ta’ paċi ta’ Henry Kissinger, ibbażata fuq “is-sig-
urtà kontra s-sovranità”, jiġifieri li Iżrael jaċċetta s-sovranità Eġizzjana tas-Sinai kollha, waqt li l-Eġittu jaċċetta l-preżenza Iżraeljana f ’pożizzjonijiet strateġiċi tas-Sinai. Minħabba l-inkwiet li nqala’ wara, u minkejja li l-partit tagħha rebaħ l-elezzjonijiet ta’ Diċembru tal-1973, Meir iddeċidiet li ċċedi postha lil Yitzhak Rabin. Kien fit-8 ta’ Diċembru tal-1978 li Meir mietet bil-kanċer f ’Ġerusalemm, fl-għomor ta’ 80 sena.
20
11.10.2020
one.com.mt
CLAYTON XUEREB
LANQAS BISS JIMMAĠINA ĦAJTU MINGĦAJR KAFÈ
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Mal-ġurnata, ħafna persuni jiltaqgħu għal kafè, oħrajn jeħduh fuq il-post tax-xogħol, jew anke mid-dar. Iżda, fatt interessanti huwa li hawn diversi tipi ta’ kafè. Dan l-aħħar sirt naf persuna li ffissat ħafna fuq il-kafè. Qed nirreferi għal Clayton Xuereb. Għandu 31 sena, miżżewweġ, u jgħix l-Iklin. Jaħdem għal rasu; ix-xogħol tiegħu jikkonsisti fl-importazzjoni talkafè mhux inkaljat u jinkaljah lokalment ġewwa Malta. Imbagħad, iqassam dan l-istess kafè lil numru ta’ ħwienet u kumpaniji lokali, kif ukoll imexxi żewġ ħwienet tal-kumpanija tiegħu fil-Belt Valletta u f ’San Ġiljan. Fil-ħin liberu tiegħu, li dan l-aħħar m’għadux ikollu wisq minnu, iħobb imur scuba diving u jħobb isiefer. Jikkunsidra lilu nnifsu bħala persuna ottimista. Jemmen li l-ħolm jista’ jsir realtà jekk taħdem għalih. Jekk ma jirnexxilekx, ibqa’ pprova u xi darba tasal. Il-kafè għalih huwa passjoni u mħabba, u fil-fatt kellu ħolma li saret realtà permezz tiegħu stess. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar u jgħidli dwar kif żvolġiet din l-imħabba. “Fix-xogħol li kelli qabel kont diġà naħdem fil-kafè. Minn dan ix-xogħol bdejt ninteressa aktar ruħi fuq minn fejn jiġi l-kafè, kif jiġi proċessat u kif jiġi inkaljat. Dan l-interess ħadni wkoll barra minn Malta, fejn studjajt fuq il-kafè u l-bosta aspetti varji tiegħu f ’istituzzjonijiet rikonoxxuti b’mod internazzjonali. B’dawn l-istudji, kapaċi wkoll ninkalja l-kafè jiena stess kif ukoll ngħallem dwar kull proċess li jgħaddi minnu l-kafè,” beda jgħidli Clayton. Mistoqsi kemm ilu dilettant tal-kafè u x’jaffaxxinah fih, weġibni: “Ilni dilettant talkafè għal dawn l-aħħar 10 snin. L-iktar ħaġa li taffaxxinani hija li kull tip ta’ kafè għandu proċess differenti. Il-kafè jvarja wkoll minn staġun għallieħor, b’hekk tista’ tqabblu ma’ riċetta li dejjem tinbidel għax il-kafè huwa oġġett ħaj.” B’kurżità ridt inkun naf xi kemm il-darba f ’ġurnata personalment jieħu kafe. Fil-fatt
stqarr miegħi li normalment jieħu t-togħma mill-għeruq,” erali. Fil-fatt stqarr miegħi li hawn ħafna tipi ta’ kafè, imma jieħu bejn sitt u tmien tazzi spjegali tajjeb. Immaġinajt li hawn ħafna normalment jinqasmu f ’żewġ kafè kuljum. kwalitajiet ta’ kafè. B’hekk ridt familji, Robusta u Arabica. inkun naf kemm għalija per- “Fl-Ispeciality Coffee, ir-RoBeda jagħmel il-kafè ta’ sonali u anke għall-benefiċċ- busta ma jintużax, għalhekk grad superjuri hawn Malta ju tal-qarrejja, dwar id-diversi aħna nimpurtaw biss 100% ArMinn tliet snin ilu ‘l hawn, tipi ta’ kafejiet li hawn u dwar abica. L-Arabica, li jikber f ’alClayton beda jimporta materja l-effetti tagħhom b’mod ġen- titudni għolja ħafna, għandu prima u jagħmel il-kafè ta’ grad superjuri hawn Malta. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar fid-dettall dwar dan ir-rigward. “Iva, tliet snin ilu ftaħt kumpanija hawn Malta li permezz tagħha bdejt nimporta kafè li huwa ta’ kwalità ogħla minn In-namra tiegħu lejn il-kafè bdiet dik li kien hawn fis-suq. Dan mindu kellu 15-il sena. Kien it-tip ta’ kafè jissejjaħ Speciality Coffee; settur ġdid fid-dinja jaħdem part-time fis-sajf. Minn tal-kafè fejn jintuża materjal ta’ hemm beda jistudja u jesplora grad għoli biss. Ix-xogħol tiegħi huwa li nżomm din il-kwalità d-dinja tal-kafè. Siefer l-Italja, għolja u nżomm it-togħma bniil-Greċja u l-Olanda biex jistudja na tal-farm minn fejn ġej l-kafè. dwaru. Studja kif il-pjanta Biex nagħti eżempju żgħir, ilkafè li nixtri minn farm ġewwa tal-kafè tiġi mħawla, jekk hux l-Brażil, li fih ikabbru wkoll naturali, roasted jew washed, minn il-cacao u nuts, jieħu t-togħma tal-farm kollu peress li l-kafè fejn ġej il-kafè u ħafna iktar
togħma ħelwa, aċidità ogħla u huwa aktar artab, b’togħma ta’ zokkor, frott, u berries. Dan it-tip ta’ kafè huwa ħafna aktar diffiċli biex issib tixtrih għax jirrikjedi ħafna aktar xogħol millbdiewa biex ikabbruh. Minnaħa l-oħra, ir-Robusta għandu togħma aktar b’saħħitha u iktar ħarxa, b’waħda qisha qamħ u wara togħma ta’ karawett. Ir-Robusta jinstab f ’postijiet baxxi u saħansitra viċin talbaħar. Normalment ir-Robusta jaffettwalek xi naqra rasek wara li tieħu tnejn jew tlieta mentri l-Arabica kważi jġiegħlek tieħu aktar!” spjegali b’mod dettaljat għall-aħħar. Il-Maltin għalkemm iħobbu l-kafè, għad m’hawnx għarfien biżżejjed dwaru Ta’ min jgħid, li fuq bażi personali, Clayton induna kemm f ’Malta nixorbu kafè, imma m’hawnx għarfien biżżejjed dwaru. Hemm ħafna potenzjal fih. Fi kliemu, il-kafè tant
21
11.10.2020
one.com.mt
kemm hu prodott li jevolvi, li dejjem trid titgħallem biex issir taf dwaru. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Biex noħloq paragun, meta nixtru flixkun inbid, ma naqbdux u nixtru kwalunkwe flixkun, iżda naraw mil-liema pajjiż ġej, ta’ liema sena hu, kif ukoll x’inhi t-tip tal-għenba. Naħseb li hawn Malta, fix-xena tal-kafè wasal iż-żmien biex jinbidlu l-affarijiet u n-nies isiru aktar konxji ta’ dak li qegħdin jixorbu u jimxu aktar lejn l-Ispeciality Coffee u jduqu id-differenza”. In-namra tiegħu lejn il-kafè bdiet mindu kellu 15-il sena. Kien jaħdem part-time fis-sajf. Minn hemm beda jistudja u jesplora d-dinja tal-kafè. Siefer l-Italja, il-Greċja u l-Olanda biex jistudja dwaru. Studja kif il-pjanta tal-kafè tiġi mħawla, jekk hux naturali, roasted jew washed, minn fejn ġej ilkafè u ħafna iktar. B’hekk domanda naturali li ġiet f ’moħħi kienet, jekk biex wieħed japprezza l-kafè jrid jgħaddi minn dan kollu fit-termini ta’ studju u apprezzament aktar. “Jiena personali nemmen li f ’kull professjoni hemm x’titgħallem. Bħal kull professjoni oħra, biex tkun taf id-dettall, trid tistudja, tagħmel ir-riċerka tiegħek u tapplika dak li tkun studjajt fil-prattika biex tkun tista tifhem il-kunċett sħiħ.” Kollox ma’ kollox, ilkoll konxji mill-fatt li l-kafè huwa pjanta, bħal kull pjanta oħra. Clayton jagħżel huwa stess minn liema pajjiż jixtri u minn liema farm. Kollha jkollhom togħmiet differenti mill-għeruq. Isostni wkoll li l-plantation kollox. Xogħlu huwa li żżomm it-togħma u ma jaħarqux biex iżomm it-togħma ġenwina. L-Amerka ta’ Isfel u l-Afrika huma essenzjali għallkafè. B’hekk ridt inkun naf jekk Clayton jimportax il-kafè dirett mill-Afrika u mbagħad jaħdmu sew huwa sakemm jasal fil-kikkra ta’ dak li jkun. “Iva, jien nimporta l-materja prima jew fi kliem ieħor il-green bean minn diversi pajjiżi bħall-Etjopja, il-Gwatemala, il-Perù, ir-Rwanda, l-Brażil, il-Kolombja u oħrajn. Il-bqija tal-proċess isir kollu hawn Malta sakemm jasal fil-kikkra. Aħna nsajru l-kafè darba fil-ġimgħa biex inżommu l-prodott frisk kemm jista jkun,” żvela miegħi. Żied jgħidli li kull kafè li jimporta għandu profil u togħmiet differenti, allura diffiċli jgħid jew jikkummenta fuq wieħed partikolari. “Li nista’ ngħid biċ-ċert hu li l-kummenti li rċevejt kemm lokalment, kif ukoll b’mod internazzjonali huma pożittivi u li jagħtuni aktar kuraġġ biex inkompli inkabbar l-għarfien dwar il-kafè
hawn Malta.” Jemmen li l-kafè jġib l-għaqda bejn in-nies Mistoqsi kif jimmaġina ħajtu mingħajr kafè, weġibni: “Lanqas biss nista nimmaġina ħajti mingħajr kafè. Is-sodisfazzjon tiegħi huwa li nara n-nies jixorbu l-kafè u japrezzawh.” Żied jgħidli wkoll li importanti li l-kafè tieħu pjaċir tixorbu u dduq it-tjubija u l-aroma tiegħu. Dnub meta l-kafè żżidlu z-zokkor. Qisek qed tgħid iżżid il-luminata mal-inbid. Jemmen li hawn Malta għadha qed tiżviluppa n-namra u l-imħabba lejn il-kafè. “Hekk hu, importanti li l-kafè tieħu pjaċir tixorbu u dduq it-tjubija u l-aroma tiegħu. Huwa veru li huwa dnub meta l-kafè żżidlu z-zokkor, però ma nagħti tort lil ħadd jekk qegħdin iżidu z-zokkor għaliex qed jieħdu kafè morr (ħażin). Kafè morr bilfors trid iżżidlu z-zokkor! Nemmen li hawn Malta għadha qed tiżviluppa n-namra u l-imħabba lejn il-kafè u nħeġġeġ lin-nies biex jippruvaw il-kafè tagħna u jduqu d-differenza.” Jemmen ukoll li l-kafè jġib l-għaqda bejn in-nies - Il-kafè jġib in-nies flimkien u dik hija raġuni oħra għaliex beda jistudja u jaħdem fih. “F’kull okkażjoni u f ’kull ħin tal-ġurnata n-nies jiltaqgħu biex jieħdu l-kafè flimkien. Nemmem li l-kafè huwa skuża tajba biex tieqaf ftit waqt il-ġurnata tiegħek biex tgħid kelma mal-ħbieb jew mal-familja. Il-kafè jġib lil kulħadd flimkien.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Clayton ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Dejjem ftakru li hemm storja twila wara dik it-tazza tal-kafè li għadek kif xrobt u wara t-togħma li qed idduq. Hemm ħafna xogħol mill-bdiewa, hemm iż-żmien li damet biex tikber il-pjanta, kif ukoll il-proċess biex nixfet u l-ippakkjar talgreen beans, l-esportazzjoni u l-inkaljar tagħhom, ix-xogħol tal-barista li jipprepara l-kikkra li għandek quddiemek, li kollha kemm huma jikkontribwixxu għal dik it-togħma tajba li ngħid għalija, ma ngħaddix mingħajrha!” temm jgħid.
22
11.10.2020
one.com.mt
SUBBORG PJUTTOST PITTORESK LI JSEBBAĦ MILL-GĦOLI... L-IMTARFA NITKELLMU MAS-SINDKU DANIEL ATTARD
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Wieħed mill-Kunsilli Lokali attivi f ’pajjiżna huwa dak tal-Imtarfa, b’bosta ħidmiet u attivitajiet għaddejjin. Ovvjament din is-sena minħabba l-COVID-19, naqsu l-attivitajiet esterni, imma xogħol il-Kunsill ma waqafx. Eżempju partikolari huwa wkoll ir-restawr lura għall-glorja tiegħu tal-arloġġ famuż tal-Imtarfa li nbena fi żmien l-Ingliżi, proprju fl-1895. Tkellimna mas-Sindku mimli enerġija Daniel Attard. Kemm ilek fil-kariga ta’ sindku u xi tfisser għalik din il-lokalità? Fl-2013 ivvotajt għall-ewwel darba fl-elezzjoni ġenerali u fl-elezzjoni tal-Kunsill Lokali tar-raħal fejn għext u trabbejt, l-Imtarfa. Niftakar qisu lbieraħ ir-rogħda f ’idejja waqt li fittixt ismi fuq il-polza tal-vot. Esperjenza stramba, iddominata minn eċitament li mal-ħin inbidel f ’ottimiżmu. Kelli nistenna ġimgħa biex infetħu l-kaxxi tal-Imtarfa, l-itwal ġimgħa ta’ ħajti tista’ tgħid. Iżda l-istess stennija kienet għalija sinjal pożittiv għal dak li ġej. Għaliex riżultat negattiv wieħed jipprova jevitah, mhux jistennieh b’ħerqa liema bħalha. Kelli fiduċja sħiħa, iżda aktar importanti minn hekk kienet il-fiduċja tar-residenti li eleġġewni b’vot inekwivoku bħala s-Sindku tagħhom fl-età żgħira ta’ 20 sena. Ħdimt fuq li ħdimt biex dik il-fiduċja nsarrafha f ’suċċess għal kulħadd. Wara kollox, din kienet il-missjoni l-ġdida tiegħi – dmir u responsabbiltà li ġarrejt u għadni nġorr bl-akbar unur li nservi lin-nies, bla ebda distinzjoni. Fil-fatt, fl-aħħar elezzjoni tal-Kunsilli Lokali fl2019, ġejt ikkonfermat b’żieda qawwija fl-appoġġ personali u b’maġġoranza b’saħħitha tal-voti mitfugħa. Tlajt bl-għajta ta’ ‘Kontinwità fis-Suċċess’ – iżda s-suċċess mhux dovut lili, imma lil sħabi l-kunsilliera u l-impjegati tal-Kunsill li jappoġġjawni, jiqfuli fejn meħtieġ, u miegħi jiġbdu ħabel wieħed; il-ħabel tal-Imtarfa u tar-residenti kollha li jgħixu fiha, mingħajr ebda distinzjoni. Illum, wara tmien snin immexxi l-Kunsill tal-Imtarfa, insostni li l-missjoni prinċipali tiegħi mhux xi dekasteru jew ieħor, iżda li nżomm l-għaqda, li noħroġ l-aqwa elementi minn
kull membru tal-Kunsill tagħna, u li naċċerta li r-resident jibqa’ fiċ-ċentru ta’ kull deċiżjoni li nieħdu. Hekk għamilna fl-aħħar leġiżlatura, u b’umiltà ngħid li hekk qed nagħmlu f ’din il-leġiżlatura. Kburi bi sħabi l-kunsilliera kollha għaliex madwar il-mejda m’għandniex maġġoranza u minoranza, iżda tim wieħed magħqud għal għan wieħed, Imtarfa isbaħ u aħjar. U dan hu dak li jiggwidani f ’ħidmieti. Xi proġetti saru jew avvenimenti tul is-snin li huma għal qalbek u għal qalb ir-residenti? Ħdimna u wettaqna biex illum għandna Mtarfa isbaħ u aħjar. Mill-proġett tal-bandli u l-ġnien pubbliku, għal dak taż-żona ta’ rikreazzjoni fil-Bosk, u mil-librerija ġdida u moderna, għal toroq aktar siguri b’infrastruttura aħjar. Mexxejt Kunsill maqgħud li ħadem qatigħ biex joħloq livell ta’ ħajja aħjar għall-familji u r-residenti tagħna, waqt li joffrilhom l-aqwa opportunitajiet bħall-iskambju għaż-żgħażagħ fl-Iżvezja u l-ġemellaġġ ma’ Pumpherston fl-Iskozja. Però, kieku kellek tistaqsini
liema proġett imwettaq sa issa jibqa’ l-aktar għal qalbi, ikolli ngħidlek li huwa l-pubblikazzjoni tal-ewwel ktieb dwar l-Imtarfa mill-Kunsill Lokali bl-isem ta’ L-Imtarfa – Belt il-Ġmiel. Lil hinn mill-kontenut tal-ktieb innifsu, dan il-proġett jibqa’ għal qalbi għaliex ktieb, b’differenza għal proġetti oħra ta’ natura materjali, jibqa’ għal dejjem. Jgħaddu kemm jgħaddu ġenerazzjonijiet, dik il-kontribuzzjoni se tibqa’ waqt li toroq u proġetti oħra jkollhom isiru mill-ġdid. Dan filwaqt li l-edukazzjoni, u allura l-ktieb, jibqa’ ċ-ċavetta għas-suċċess ta’ ġenerazzjonijiet futuri, u allura, il-ħsieb li b’din il-pubblikazzjoni u anke bir-rinnovar tal-librerija stajna għamilna differenza fil-ħajja t’imqar tifel jew tifla waħda, jimlieni b’sodisfazzjon kbir u b’aktar rieda biex ninvestu f ’dan il-qasam tant kruċjali għall-progress u l-ġid ta’ pajjiżna. Xi proġetti għaddejjin bħalissa? - It-Torri tal-Arloġġ u ċ-Ċentru Kulturali Reġjonali Mingħajr dubju rrid nibda bil-proġett tar-restawr tat-torri tal-arloġġ u l-bini ta’ ċentru
kulturali reġjonali biswit l-istess torri li tant magħrufin għalih. Proġett li qed isir b’investiment bla preċedent ta’ kważi miljun ewro permezz ta’ fondi Ewropej li l-Kunsill Lokali kiseb fil-leġiżlatura preċedenti, u permezz ta’ fondi diretti tal-Kunsill li rnexxielna nfaddlu tul is-snin permezz tal-għaqal fit-tmexxija. - Estensjoni tal-Bosk Il-Bosk tal-Imtarfa huwa spazju uniku f ’Malta li qed nindokrawh b’reqqa kbira bl-għajnuna ta’ konsulent ambjentali u tal-entitajiet governattivi li qed jappoġġjaw il-green agenda tal-Kunsill li tant kburi biha. F’dan il-bosk qed nimplimentaw propogation sessions regolari li matulhom ninvolvu lill-komunità kollha biex mhux biss inħaddru, imma nedukaw u nkattru l-imħabba lejn l-ambjent fost ir-residenti kollha. Dan kollu qed nagħmluh permezz ta’ żerriegħa ta’ siġar u arbuxelli indiġeni li niġbru mill-Imtarfa stess jew mill-inħawi tal-madwar, biex b’hekk nistgħu ngħidu li dawn huma totalment indiġeni. Din hija l-ewwel inizjattiva tattip tagħha f ’Malta u issa daħlet fi-raba’ sena tagħha. Għamilna ukoll ktejjeb li tqassam lill-is-
tudenti tagħna biex inkomplu nedukaw. L-estensjoni tal-bosk hija essenzjali f ’dan kollu għaliex għandna bżonn aktar spazju fejn nimirħu u ‘nħaddru’ – għaliex qatt mhu biżżejjed. Din hi l-attitudni li qed nieħdu fuq l-ambjent. Għalhekk ħadt l-inizjattiva biex niktbu lill-awtoritajiet meħtieġa ħalli nibdew il-proċess tal-estensjoni ta’ din iż-żona unika. Diġà ksibna €30,000 f ’għajnuna diretta mingħand Ambjent Malta, u l-għan tagħna hu li nkomplu naħdmu id f ’id mal-entitajiet kollha biex minn dan is-sit noffru spazju ta’ rikreazzjoni f ’ambjent naturali li tant aħna neqsin minnu. - Toroq Mingħajr tlaqliq ngħid li fl-aħħar sena l-Imtarfa għaddiet u għadha għaddejja minn trasformazzjoni infrastrutturali. Dan grazzi għall-Ministeru għall-Infrastruttura u għall-Ministru Ian Borg li b’impenn liema bħalu, jisma’ u jimplimenta t-talbiet raġonevoli tal-Kunsill biex dawk it-toroq li għadhom qatt ma saru, jingħataw wiċċ ġdid. Iżda x-xogħol ma jiqafx hemm. Il-Kunsill sab bieb miftuħ fuq inizjattivi oħra, fost-
one.com.mt
hom spazji ġodda ta’ parkeġġi li qed isiru b’inizjattiva u ppjanar tal-Kunsill, iżda bl-għajnuna sħiħa tal-Ministeru. Nawgura li din il-koperazzjoni tibqa’ għaddejja biex tikkumplimenta l-proġetti kollha msemmija aktar ’il fuq u biex ir-residenti tassew ikunu kburin bil-lokalità tagħhom. - Bandli u Ġnien Pubbliku Wara sitt snin, il-bandli u l-ġnien pubbliku kellu bżonn dawra tajba. Għaliex il-proġetti mhux biss inwettquhom iżda naraw li jinżammu fi stat tajjeb. Għalhekk, bis-sostenn sħiħ tal-Ministeru għall-Infrastruttura, din is-sena dorna l-istrutturi kollha tal-bandli u l-ġnien pubbliku, kif ukoll is-sistema tad-dawl u tas-CCTV għas-sigurtà ta’ dawk kollha li jżuruh. Se ntejbu wkoll is-sigurtà permezz ta’ railing ġdid mad-dawra kollha tal-ġnien. L-arloġġ tal-Imtarfa jiġbed l-attenzjoni. Din is-sena smajna ħafna dwaru minħabba restawr estensiv li sar fuqu. Spjegalna. Dan il-proġett beda u issa miexi ġmielu, bil-pjan li r-restawr tat-torri tal-arloġġ jitlesta salaħħar tas-sena, waqt li l-binja ġdida u moderna li se tospita Ċentru Reġjonali Kulturali u Interpretation Centre għandha tkun lesta u miftuħa għall-pubbliku sas-sena d-dieħla. Din il-binja se toffri esperjenza komprensiva għal kull min iżur l-Imtarfa - Maltin, turisti u studenti - u se sservi wkoll ta’ mixtla kreattiva għall-entitajiet lokali li jistgħu jagħmlu użu minn faċilitajiet moderni kif jixirqu lil din il-lokalità żagħżugħa. Dan kollu mhux qed isir b’mod sporadiku, iżda huwa ħolqa importanti mill-viżjoni li għandna biex l-Imtarfa tilħaq il-potenzjal tagħha bħala Belt il-Ġmiel, mogħnija b’patrimonju u bi storja rikka li tmur lura eluf ta’ snin. Viżjoni ffukata mhux fuq riżultati tal-mument, iżda fuq legat b’saħħtu għall-Kunsilli futuri. Il-futur tal-Imtarfa... x’tixtieq li jsir? Xi ħsibijiet hemm? L-akbar proġett, mhux biss f ’din il-leġiżlatura iżda fl-istorja tal-Kunsill tagħna żgur li hu dak tar-riġenerazzjoni tal-Pjazza. Il-proġett tal-pjazza waħdu se jsir b’investiment ta’ €1.2 miljun, kważi 50 darba aktar mill-allokazzjoni finanzjarja annwali tal-Kunsill. Żgur li ma nistgħux nagħmluh waħidna, iżda kellna żewġ għażliet: jew li naqtgħu qalbna u ma nagħmlu xejn, jew li naqbdu l-barri minn qrunu u naħdmu qatigħ biex inġibu s-sostenn tal-Ministeru konċernat u nwettquh flimkien.
23
SKEDA ONE
11.10.2020
Għalhekk bħala Kunsill ħadna l-inizjattiva, fassalna l-pjanti u d-disinji kollha mix-xejn, applikajna u ksibna l-permessi kollha u preparajna kollox sal-inqas dettall biex hekk il-proġett fuq il-karta huwa lest. Din il-ħidma wasslet biex f ’Mejju 2019, ilGvern, permezz tal-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali kkommetta li jimplimenta dan il-proġett u bħala Sindku, issa qed naħdem kemm niflaħ biex il-proġett jibda u jitwettaq fil-ħin, dejjem bl-appoġġ ta’ sħabi l-kunsilliera. Ma’ dan, hemm għadd ta’ proġetti oħra li qed naħdmu fuqhom b’mod attiv, fosthom dak tal-belveder fi Pjazza San Nikola li tħares u toffri l-isbaħ veduti tal-Imdina, il-proġett ta’ Ġnien is-Sinjura li se jibda filjiem li ġejjin, u r-rikostruzzjoni tat-triq prinċipali li twasslek fl-Imtarfa li x-xogħol fuqha beda proprju din il-ġimgħa u li għandu jtejjeb mhux ftit il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tagħna u ta’ dawk kollha li jżuruna. Appell jew messaġġ mingħandek bħala sindku. Dan huwa biss rendikont qasir li ma jagħmilx ġustizzja mal-ħidma li ssir fil-livell politiku u amministrattiv tal-Kunsill Lokali. Iżda żgur li jagħti stampa ċara tal-impenn u d-determinazzjoni biex flimkien niksbu suċċess għal kulħadd u biex nagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tannies li jeleġġuna. Dik hi l-missjoni tagħna, li nibnu fuq it-tajjeb kollu li diġà sar u ntejbu fejn seta’ sar aħjar. Perfetti żgur li m’aħniex, iżda meta twarrab id-differenzi u tiffoka fuq it-tajjeb kollu li jgħaqqadna, ċertament li naslu għat-tragward aħħari tagħna, li ta’ warajna jsibu lokalità aħjar milli sibnieha aħna.
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30
Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Duurella The local Traveller Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy
18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:15 22:15 23:30 23:45
Pjazza TNEJN ONE Sports 12-10 & Temp ONE News PrimeTime Reboot Follow Up Gizelle ONE News Night Transmission
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso 12:30 ONE News
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30 18:30
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Follow Up Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 19:30 20:15 20:45 21:00 22:15 22:45 23:30 23:45
ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Ħabrikt - Reel 8 Mija - PL Music Legends Ondroad ONE News Night Transmission
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30
Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther #Pajjiżi Pjazza
19:15 ONE 14-10 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:45 The Local Traveller 21:15 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 #Pajjiżi 10:30 Espresso 12:30 ONE News
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8
18:00 18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:00 22:30 23:30 23:45
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30
Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Dirett Indhouse Pjazza
19:15 ONE 16-10 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 21:45 Kick OFF 23:00 Ħabrikt - Reel 8 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News Teftif
TLIETA 13-10
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak li Jgħodd Espresso ONE News Teftif
ĦAMIS 15-10
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif
SIBT 17-10
Ħdimna u wettaqna biex illum għandna Mtarfa isbaħ u aħjar. Mill-proġett tal-bandli u l-ġnien pubbliku, għal dak taż-żona ta’ rikreazzjoni fil-Bosk, u mil-librerija ġdida u moderna, għal toroq aktar siguri b’infrastruttura aħjar
ERBGĦA
Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Programm Speċjali PL Ilsien in-Nisa Reboot ONE News Night Transmission
ĠIMGĦA
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 #Pajjiżi 10:30 Popcorn 11:00 Indhouse
11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 HazZzard 14:45 Ħabrikt 15:00 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 Flimkien ma’ Nancy 17:30 Il-Kelma
18:00 Pink Panther 18:40 Ondroad 19:15 ONE Sport & Temp 19:30 ONE News 20:15 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Arani Issa 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 10:00 10:30 11:25
11:55 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:15 17:30
19:15 One Sport & Temp 19:30 ONE News 20:15 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Attività Politika 21:15 Min Imissu?! 22:30 Distintivi 23:30 ONE News
ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Il-Kelma
Telebejgħ ONE News Popcorn Arani Issa ONE News Duurella Mija L-Argument
ĦADD 18-10
24
11.10.2020
one.com.mt
reċensjoni tal-ktieb
GABRIEL l-aħħar nota Id-dawl vjola li kien jara f ’villa antika barra mit-tieqa tal-kamra tiegħu ma baqax jarah iżjed. Gabriel ma kienx baqa’ ċkejken, mitluf fl-immaġinazzjoni tiegħu. Issa kien mitluf biss fuq il-pjanu u fuq Francesca, it-tfajla tiegħu. Imma meta darba kien għaddej minn quddiem id-dar il-vjola, kif kien iħobb jirreferi għaliha, lemaħ tfajla liebsa l-iswed. Minnufih, id-dar vjola bdiet iġġib magħha memorji u kapitli miftuħa tal-passat li sfortunatament komplew isaħħu d-dubji u l-ossessjonijiet tiegħu. Imma d-dar
il-vjola ma tirriflettix biss l-istorja ta’ Gabriel imma wkoll ta’ Sr Bekka. Il-kulur vjola ma kienx biss l-unika ħaġa komuni li kien hemm bejniethom. Fid-dar il-vjola kienu jgħixu wkoll l-aħwa Dylan u Danielle, żewġ protagonisti fil-vjaġġ trasformattiv ta’ Gabriel. In-noti fuq il-pjanu ma kinux biss noti mużikali imma talba – talba ta’ fejqan mill-ossessjonijiet tiegħu u mill-qawwa li ħakmitu. Kienet talba għall-kuntentizza ta’ veru. Talba iebsa imma sabiħa.
Silta mill-ktieb
Ftit ’il fuq minn Gabriel, ġewwa sqaq gustuż kienet toqgħod Nadesh. Minkejja li kellha biss 10 snin, Nadesh kienet matura. Kont niggustaha nismagħha titkellem qisha mara żgħira. Imma kultant mhux aħna nagħżlu kif nitħaddtu imma l-esperjenzi li jiġu fuqna. Nadesh hekk kien ġralha. “Mela qomt mis-sodda?” kien qed jgħidilha missierha hekk kif resqilha biex tkun tista’ tpoġġi ħdejh fuq is-sufan. “M’għandix ngħas,” weġbitu Nadesh titmattar. “Imma ara kemm ilek imqajma... aħjar torqod.” “Jekk m’għandix ngħas? Int m’ilekx imqajjem ukoll? “Iva!” “Allura kif m’għandekx ngħas?” staqsietu Nadesh.
“Imma jien kbir... u iktar ma tikber inqas tkun tista’ torqod.” “Nista’ nistaqsik xi ħaġa?” “Mela ma tistax,” tbissem missierha. “Jien kuljum nitlob għall-mamà u inti tgħidli li kull meta nitlob, il-mamà dejjem tkun qed tismagħni allavolja ma tiflaħx. Allura kif qatt ma tweġibni?” “Għax il-mamà qiegħda ’l bogħod minn hawn u allura inti ma tismagħhiex.” “Allura kif hi tismagħni?” Fabian ma jkunx jaf x’ser iweġibha meta ssaqsih dawn il-mistoqsijiet u bħal donnha Nadesh tinduna u ma tisfurzahx. “Meta ġejja l-mamà? Issa ilha ħafna marida.” “Xi darba tiġi. Imma mhux għalissa. Għalissa għandha bżonn it-talb tiegħek u tistrieħ ftit iżjed,” weġibha missierha mingħajr ma ħares lejha. Mistoqsija: X’kulur komuni kellhom bejniethom Gabriel u Sr Bekka?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb GABRIEL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 18 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb 40 PAĠNA MID-DJARJU TA’ SANDRA hija: D. BALDACCHINO - MOSTA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kif inhuma magħrufa l-inħawi ta’ taħt is-swar tal-Birgu? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
11.10.2020
one.com.mt
KENNETH BIANCHI U ANGELO BUONO JR
MAGĦRUFIN BĦALA ‘THE HILLSIDE STRANGLERS’ KUĠINI LI FLIMKIEN QATLU U TTORTURAW DIVERSI TFAJLIET
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Id-delitti F’Jannar tal-1976, Kenneth Bianchi telaq minn New York u mar jgħix ma’ kuġinuh, Angelo Buono Jr, f ’Los Angeles. Bianchi ma kellux flus u Buono ħareġ bl-idea li jipprostitwixxu lin-nisa biex jaqilgħu l-flus. Kien hemm prostituta li ingannathom u tathom lista li fuqha kellu jkun hemm l-ismijiet ta’ xi klijenti. Meta saru jafu li din il-lista ma kinitx tajba, Bianchi u Buono pruvaw ifittxuha u minflok sabu lill-ħabiba li akkumpanjatha, Yolanda Washington. Washington kienet l-ewwel vittma ta’ Bianchi u Buono u l-ġisem bla ħajja tagħha nstab fis-17 ta’ Ottubru tal-1977 fuq għolja ħdejn il-Ventura Free-
i
nn
th
nch Bia
Ke
Id-delitti bdew meta nstabu mejtin tliet prostituti fuq l-għoljiet bejn Ottubru u Novembru tal-1977. Il-midja tefgħet l-attenzjoni tagħha fuq dawn id-delitti hekk kif inqatlu ħames tfajliet li ma kinux prostituti u kienu nħatfu minn inħawi ta’ klassi medja tas-soċjetà. Kien hemm ukoll żewġ delitti oħrajn bejn Diċembru u Frar tal-1978 u minn hawn ’il quddiem id-delitti waqfu ħesrem. Għall-bidu, il-pulizija ma setgħux isibu ħjiel min setgħu kienu l-qattiela sakemm f ’Jannar tal1979 ġie arrestat Bianchi f ’Washington akkużat bil-qtil ta’ żewġ tfajliet.
e
Il-bidu
way. Washington kellha l-marki tal-ħbula li ntrabtet bihom madwar għonqha, idejha u saqajha. Il-pulizija saru jafu wkoll li Washington kienet ġiet stuprata. Fl-1 ta’ Novembru tal-1977, il-pulizija ġew imsejħa biex imorru f ’Alta Terrace Drive f ’La Crescenta f ’Los Angeles. Hemmhekk sabu l-ġisem bla ħajja taż-żagħżugħa Judy Miller. It-tfajla kienet ġiet stuprata u nqatlet banda oħra iżda l-katavru tagħha ntefa’ f ’akkwata residenzjali tal-klassi medja. It-tfajla ta’ 15-il sena kienet ħarbet mid-dar u kienet intefgħet taħdem bħala prostituta. L-aħħar li dehret ħajja kien fil-31 ta’ Ottubru tal-1977 fejn kienet qed tit-
bejn Glendale u Eagle Rock. Hi wkoll kellha l-istess marki fuq ġisimha fejn intrabtet iżda din kellha wkoll żewġ toqbiet f ’idejha fejn ġiet injettata b’diżinfettant. Fit-23 ta’ Novembru tal-1977, il-pulizija sabu l-katavru ta’ Jane King, attriċi ta’ 28 sena. Hi kienet ilha nieqsa mid-9 ta’ Novembru. Sitt ijiem wara, il-pulizija sabu katavru ieħor, dak ta’ Laura Wagner li kien għad kellha biss 18-il sena. Hi wkoll kellha l-marki m’għonqha, m’idejha u saqajha. Il-ġenituri tagħha sabu l-karozza tagħha quddiem id-dar bil-bieba miftuħa iżda binthom ma kinitx fiha. Il-ġenituri bdew jistaqsu lill-ġirien rawx xi ħaġa u kien hemm waħda qaltilhom li rat żewġt irġiel, wieħed twil u żgħir u ieħor qasir u ikbar fl-età, jaħtfu lil Wagner. Fl-14 ta’ Diċembru tal-1977 instab il-ġisem bla ħajja ta’ Kimberly Martin, prostituta ta’ 17-il Jr no o sena. Martin kienet imbeżżgħa blBu għadd ta’ delitti li kienu qed isiru o l u b’hekk ingħaqdet ma’ kumpanija biex tmur għand il-klijenti minflok tiltaqa’ magħhom fit-triq. Minkejja dan, il-qattiela ċemplu lill-kumpanija u bagħtu lil Martin biex toffri s-servizzi tagħha. Meta l-pulizija marru fl-indirizz li taw il-qattiela lill-kumpanija, huma sabu appartament abbandunat. L-aħħar vittma kienet Cindy Hudspeth, studenta ta’ 20 sena. Il-vittma nstabet fil-bagoll tal-karozza tagħha u nqatlet bl-istess manjiera tal-vittmi l-oħrajn. Il-karozza tagħha ntlemħet minn pilota fis-17 ta’ Frar tal-1978 waqt kellem ma’ żewġt irġiel li qalulha li glers’ għax huma kienu libsin ta’ li kien qiegħed isuq il-ħelikopter pulizija. kienu pulizija pajżana. fuq l-irdum tal-Angeles Crest Ħamest ijiem wara s-sejba ta’ Highway. Miller, il-pulizija sabu vittma oħra, Iktar delitti Lissa Kastin ta’ 21 sena. Bħal Il-ġuri Miller, din kienet stuprata u kell- Żewġ vittmi żgħar li ma ħelsuhiex ha marki ma’ għonqha, idejha u minn taħt idejn Bianchi u Buono Jr F’Jannar tal-1979, il-pulziija aksaqajha. Il-qattiela qalulha l-istess kienu Dolly Cepeda ta’ 12-il sena u kużaw lil Bianchi u Buono Jr storja li qalu lil Miller, dik li kienu Sonja Johnson ta’ 14-il sena. L-iġs- bid-delitti kollha wara li Bianchi ma tagħhom instabu minn tifel ta’ ġie arrestat għall-qtil ta’ Karen pulizija. Fil-bidu ta’ Novembru tal-1977 disa’ snin ħdejn id-Dodger Stadi- Mandic u Diane Wilder. Bianchi kien hemm każ fejn il-qattiela um fl-20 ta’ Novembru tal-1977. xehed kontra Buono Jr bil-ħsieb kienu se jaħtfu lil Catharine Lorre It-tnejn li huma kienu stuprati u li jingħata sentenza inqas ħarxa. Baker, li kienet it-tifla tal-attur ġew mgħallqa bħall-vittmi ta’ qa- Minkejja dan, huma nstabu ħatfamuż Peter Lorre. Kif raw ir-ri- bilhom. ja u weħlu għomorhom il-ħabs. Dakinhar stess, kien hemm xi Buono Jr miet fil-21 ta’ Settembru tratt tagħha ma’ missierha, huma ħallewha titlaq. Dakinhar, Lorre persuni li sabu l-katavru ta’ Kris- tal-2002 b’attakk tal-qalb filwaqt li Baker ma kinitx taf li dawk iż- tina Weckler, studenta ta’ 20 sena, Bianchi għadu qed jiskonta s-senżewġt irġiel kienu l-‘Hillside Stran- waqt li kienu qed jimxu fuq għolja tenza tiegħu.
An ge
Bejn Ottubru tal-1977 u Frar tal1978, fil-belt ta’ Los Angeles f ’Kalifornja fl-Istati Uniti kien hemm biża’ kbir minħabba n-numru ta’ vittmi li bdew jinstabu fuq l-għoljiet ta’ din l-istess belt. Għall-bidu kien maħsub li kien hemm qattiel wieħed responsabbli għall-qtil ta’ dawn it-tfajliet, li kellhom bejn 12il sena u 28 sena. Ma’ kull delitt, il-pulizija indunaw li dan kien xogħol żewġ persuni u ngħataw illaqam ta’ ‘The Hillside Stranglers’ minħabba l-mod li bih kienu joqtlu u jeħilsu mill-vittmi tagħhom. Il-‘Hillside Stranglers’ ma kienu ħadd ħlief il-kuġini Kenneth Bianchi u Angelo Buono Jr, fejn b’kollox qatlu, stupraw u ttorturaw 10 tfajliet.
26
11.10.2020
one.com.mt
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
11.10.2020
one.com.mt
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 350
J. BONNICI - ĦAMRUN
Bi 3 Numri 086 116 390 419 523 552 567 629 667 671 690
B’4 Numri 0013 0134 0912 0987 1062 1360 1702 1990 2169 2228 2297 2338
3204 3251 3321 3806 4239 4352 4512 4991 5049 5093 5293 5325 5342
5680 5948 6061 6123 6561 6900 6958 7478 8250 8443 8568 8594 8800
43592 47450 50812 52623 52644 60941 61589 B’5 Numri 62132 71144 19323 86034 26757 87512 29596 88104 32988 93239 36980 9098 9256 9349 9733 9826 9948
B’6 Numri 374924 413078 428976 861817 B’7 Numri 0378353 2126131 2846445 6413494 9179262
Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Fellus ta’ ........ jagħtik bajda f ’San Publiju (5) 4. Snien? (4) 7,21W. Pajjiż (5) 9,21M. Ma nibqax tfal (6) 10. Kienu jissiġillaw biha (6) 12. Issibhom f ’kull lingwa (6) 16,18. Tajjeb ferm imdellek fuq il-ħobż (5)
18. 19. 20. 21. 23. 24.
Ara 16 Ara 8 Nirfsu fuqu (5) Ara 9 Ara 2 Isem (5)
8,19. 11. 12. 13. Weqfin: 14. 1. Jindika mibegħda? (6) 15 17. 2,23. Joqogħdu n-nies fihom (7) 21. 3,11. Tfal ? (5) 22. 5. TV Taljan (3) 6,22. Ingliż
imbeżża’ (6) Kontra effiċjenti (12) Ara 3 Turi min int? (1,1) Joe Agius Abela (1,1,1) Skoll! (6) Inħallas? (6) Abela tilef l-aħħar tnejn (3) Ara 7 Ara 6
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Ħbieb, 4.Lejl, 9.Lel, 10.Fallut, 12.Ċappas, 16.Tua, 18.Le, 20.Ġidra, 21.Sab, 24.Arani
Weqfin: 1.Ħallat, 2,23.Illarga, 3,17.Bufula, 5,7.Ellul, 6,19.Lettur, 8.Lampedusa, 11.Pa, 12.CA, 13.PLI, 14.Statwa. 15.Grazzi, 21.Sia, 22.Bag
28
11.10.2020
one.com.mt
MIN IMEXXI LIL MIN Editorjal
Fil-verità, bl-inklużjoni ta’ Dr Grech, l-arroganza diġà reġgħet bdiet turi sinjali li qed tieħu r-ruħ, inkluż fil-midja, bl-għaqdiet magħrufa tal-establishment, bħal Occupy Justice u Repubblika, jinbidlu f’fergħat tat-tieni l-akbar Partit fil-pajjiż, jekk mhux il-Partit sar il-fergħa tagħhom
Il-ħatra ta’ Bernard Grech bħala r-rappreżentant tal-establishment Nazzjonalista fit-tmun tal-Partit Nazzjonalista millġimgħa l-oħra u sussegwentement bħala Kap tal-Oppożizzjoni minn nhar l-Erbgħa li għadda fissret trapass sinifikanti fl-istorja tal-politika lokali. Din il-ġimgħa tatna l-konfermi, anke jekk ma kinux meħtieġa, li dan il-mument mhuwiex xi wieħed li jista’ jitqies pożittiv għad-demokrazija nazzjonali. Konvinti li dan l-aħħar żvilupp u l-konsegwenzi tiegħu ma jistgħu qatt iwasslu għal Oppożizzjoni li taħdem għall-ġid komuni, kif inhu mistenni u kif inhu xieraq. Xtaqna li dan il-mument ma jasal qatt, mhux għax kellna xi affinità lejn il-predeċessur tiegħu, Adrian Delia. Iżda, ladarba ġarrabna aktar minn biżżejjed ħsara minn dawk li jagħmlu parti minn dik magħ rufa wkoll bħala l-fazzjoni Busuttil, faċilment għarafna ’l fejn kienet se teħodna u fejn issa wasslitna l-alternattiva l-oħra. Fil-verità, bl-inklużjoni ta’
Dr Grech, l-arroganza diġà reġgħet bdiet turi sinjali li qed tieħu r-ruħ, inkluż fil-midja, bl-għaqdiet magħrufa tal-establishment, bħal Occupy Justice u Repubblika, jinbidlu f ’fergħat tat-tieni l-akbar Partit fil-pajjiż, jekk mhux il-Partit sar il-fergħa tagħhom. Il-fatt li Grech inġibditlu widintu fil-pubbliku, minn qabel sab postu fil-Kamra tad-Deputati u anke minn qabel ħa l-ġurament tal-ħatra Kostituzzjonali bħala Kap talOppożizzjoni, għandu jdoqq allarm li l-ebda demokrazija sana ma tista’ qatt taċċetta. Meta dawn heddew lis-suppost Kap ġdid tagħhom li se jkunu qed iżommuh taħt osservazzjoni u allura għandu joqgħod attent għal kull pass li biħsiebu jagħmel, għax, jekk jiżgarra, malajr jinstab ħaddieħor floku, kienu qed jindikawlu b’mod ċar li għandu ħabel imdendel m’għonqu u li dan ikun jista’ jinġibed meta jidhrilhom xieraq. Kien proprju dwar dan li wissejna sa minn dik il-ġur-
nata partikolari li d-deputati tal-establishment kienu għażlu li jallinjaw ruħhom wara l-kandidatura ta’ Grech, sempliċiment biex isaħħu ċ-ċansijiet li jtajru lil Delia minn postu. Dan ukoll jikkonferma kemm dawn l-għaqdiet, li fil-verità jir rappreżentaw inqas minn 1% tal-popolazzjoni, jistrieħu fuq premessa falza favur is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba. Fl-2017 kien hemm it-tama li, bid-difetti kollha u binnuqqas ta’ esperjenza politika li kellu, Delia seta’ jibdel din id-direzzjoni darba għal dej jem. Minkejja dan, l-għajbien tal-kuraġġ li kien wera qabel il-ħatra bħala Kap tal-PN u l-kalkolu ħażin li kien għamel tal-establishment wara, tfewlu malajr il-fjamma li kien xegħel. Għalxejn issa jiġi jibki xortih u jikxef snienu fil-konfront tar-ribelli, bħal Jason Azzopardi, wara li tahom l-id talħbiberija, fdahom fl-amministrazzjoni tiegħu u ħalliehom jherruh minn ġewwa bħal tuffieħa mħassra. Għalxejn tkellem u ħambaq kemm-il darba dwar
kemm kien kruċjali li l-PN ma jmurx lura għal qabel l-2013. In-nuqqas ta’ azzjoni minnu biex jinfatam min-nies li ħolqu l-agħar żmien tal-Partit u li ġie rriġettat bl-akbar qawwa mill-poplu diversi drabi fl-aħħar snin, wassal biex iġarrab ħafna ġrieħi hu u li se jibqa’ jġorrhom għal għomru kollu, waqt li l-PN tilef okkażjoni oħra li jirkupra xi forma ta’ ġieħ. Dan ukoll esprimew numru ta’ kandidati Nazzjonalisti li rriżenjaw minn karigi li kellhom fih jew f ’ismu. Iż-żmien li ġej għad jerġa’ jagħti raġun ukoll lill-poplu, li dejjem għandu l-aħħar kelma, inkluż fuq dawk li din ilġimgħa qalu li l-Partit Laburista ma jridx jirrispetta l-għażla tal-maġġoranza fost 21,000 votant f ’“eżerċizzju kruċjali f ’demokrazija sana”, meta kienu dawn stess li fl-aħħar seba’ snin injoraw l-għażla tal-maġġoranza minn ħdan 310,000 votant tal-poplu kollu u ħolqu t-teżi li din l-istess maġġoranza m’għandha l-ebda jedd fuq il-bqija.