www.kullhadd.com Il-Ħadd 12 ta’ Jannar, 2020
Ħarġa Nru 1,383
Prezz €1
• ILLUM NILTAQGĦU FIL-PADILJUN SPORTIV TA’ RAĦAL ĠDID GĦAD-DISKORS TAL-MEXXEJ ELETT • GĦADA JIEĦU L-ĠURAMENT PRIM MINISTRU ĠDID
92.5% tal-membri eleġibbli biex jivvutaw fl-elezzjoni għall-Mexxej tal-Partit Laburista eżerċitaw id-dritt tal-vot tagħhom f’elezzjoni li saret ilbieraħ bejn it-tmienja ta’ filgħodu u t-tmienja ta’ filgħaxija. Kienu ftit iktar minn 17,500 dawk li kellhom id-dritt tal-vot u li bdew ibakkru sa minn kmieni filgħodu biex jagħmlu l-għażla tagħhom bejn Robert Abela u Chris Fearne, żewġ kandidati li offrew għażla b’saħħitha lit-tesserati tal-Partit Laburista li ilhom membri mill-2015 u kienu regolari fis-sħubija għall-aħħar ħames snin. Sakemm morna għall-istampa, il-proċess tal-għadd tal-voti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista kien għadu għaddej u r-riżultat kien mistenni fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Iktar tard illum il-Mexxej elett jindirizza l-Kungress tal-Partit Laburista f’dak li se jkun l-ewwel diskors tiegħu fil-kariga u għada mistenni jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru. Il-votazzjoni saret fi 13–il lokalità madwar il-pajjiż, waħda għal kull distrett u l-elezzjoni mxiet b’mod mill-iktar organizzat fejn filwaqt li f’xi ħinijiet kien hemm għexieren ta’ persuni fil-postijiet tal-votazzjoni kollox mexa b’mod mgħaġġel u organizzat.
FITCH B’A+ OĦRA GĦAL MALTA Ara paġna 12
IR-REĠISTRAZZJONI TAL-KIRJIET TQAJJEM INTERESS KBIR...
7,000 JISTAQSU Ara paġna 3
Ara paġna 4
VOT QAWWI FL-ELEZZJONI GĦALL-MEXXEJ TAL-PL
02
12.01.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 14°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa testendi minn fuq il-Libja sa fuq iċ-Ċentru tal-Mediterran It-Temp: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet taxxita possibbilment bir-ragħad Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Grieg ilLvant li jsir moderat għal ftit qawwi milLvant Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
13°C
UV 1
11°C
Il-Ħamis
14°C
UV1
11°C
15°C
Il-Ġimgħa
UV 3
7°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
15°C
UV 3
7°C
14°C
UV 3
8°C
14°C
UV 1
10°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
12.01.2020
kullhadd.com
7,000 PERSUNA JURU INTERESS FIR-REĠISTRAZZJONI TAL-KUNTRATTI TAL-KIRJIET RESIDENZJALI PRIVATI • BIDU INKORAĠĠANTI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAR-RIFORMA TAL-KERA Huwa żied jgħid li dawk li Fl-ewwel ġimgħa li l-Awtorità tad-Djar bdiet topera bħa- għamlu kuntatt mal-Awtorità la regolatur tas-suq tal-kirjiet fl-ewwel ftit jiem kellhom privati, hekk kif fl-1 ta’ Jan- kliem ta’ tifħir. “Il-maġġoranza nar 2020 daħlet fis-seħħ il-liġi tal-individwi li kellmuna fl-ewl-ġdida tal-kera, kienu madwar wel jiem ta’ implimentazz7,000 persuna li aċċessaw is-sit joni ta’ din il-liġi, apprezzaw www.rentregistration.gov.mt li s-sistema ta’ reġistrazzjoni jew li għamlu kuntatt mal-Aw- saret online u għalhekk jistgħu torità tad-Djar. Bis-sidien bdew jagħmluha fil-kumdità ta’ djarjirreġistraw il-kuntratti tal-kir- hom. Reġistrazzjoni li hija faċli jiet tagħhom filwaqt li l-familji ħafna biex tagħmilha. Madanafil-kera qegħdin jistaqsu aktar kollu, wieħed jista’ jsib ukoll l-informazzjoni kollha dwar dwar il-benefiċċji tal-liġi. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità kif wieħed jirreġistra u dwar iltad-Djar Leonid McKay sp- liġi tal-kera fuq is-sit tagħna.” Ir-reġistrazzjoni trid issir jega li r-rispons kien wieħed pożittiv u inkoraġġanti. “Sa minn sid il-kera fi żmien għaxart ijiem minn meta jiġi mill-1 ta’ Jannar, il-pubbliffirmat il-kuntratt. ku beda juri interess Il-kuntratti jrifil-benefiċċji ta’ du jinkludu din il-liġi. FilL-aktar d-dettalji fatt, fl-ewtal-prowel jiem mistoqsija prjetà a k t a r popolari li tkun m i n n qiegħ6,400 mill-mijiet ta’ da tinpersuna telefonati li rċivejna kera, iżaċċesżmien s a w kienet dwar dawk li għalih is-sit ilil-proġdid li il-kuntratti li saru prjetà se għamilna qabel l-1 ta’ tkun qiegħgħal dan da tinkera, il-għan, filJannar 2020 jekk il-kirja tiwaqt li madwar stax tiġġedded u 700 persuna oħra kif, l-ammont ta’ kera u għamlet kuntatt magħna bit-telefown jew inkella fuq kif din għandha titħallas flimil-paġna l-ġdida ta’ Facebook kien mal-ammont depożiRent Registration Malta. Kellek tat mill-kerrej. Kull kuntratt imbagħad sidien, maġġoranza irid jinkludi wkoll inventarju li huma akbar fl-età, li talbu tal-mobbli kollha li jkun hemm appuntament mar-rappreżen- fil-proprjetà mikrija. tanti ta’ sezzjoni tal-kirjiet res- Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità idenzjali privati li waqqafna fi tad-Djar spjega li l-pubbliku ħdan l-Awtorità biex jingħataw jista’ jsib mudell tal-kuntratt u l-għajnuna meħtieġa biex jir- tal-inventarju online. “L-Awreġistraw il-kuntratti tal-kirjiet torità tad-Djar qiegħda tipprovdi mudell tal-kuntratt flimtagħhom.”
kien ma’ mudell tal-inventarju tal-mobbli li l-pubbliku jista’ juża. Dawn jistgħu jitniżżlu mis-sit www.rentregistration. gov.mt. Madanakollu, il-liġi assigurat il-libertà kuntrattwali, u għalhekk il-partijiet jistgħu jużaw kuntratt tal-għażla tagħhom. F’każijiet li ma jintużax il-mudell tal-kuntratt, trid tiġi annessa formola standard li tista’ titniżżel online biex nassiguraw li l-informazzjoni rikjesta bil-liġi tkun inkluża.” Il-gazzetta KullĦadd staqsiet lill-Kap Eżekuttiv, liema kienet l-aktar mistoqsija komuni fl-ewwel jiem ta’ reġistrazzjoni. Spjegalna li l-pubbliku mhux qiegħed jistaqsi biss kif jirreġistra iżda qiegħed jistaqsi ukoll dwar kuntratti li bdew qabel daħlet fis-seħħ din illiġi. “L-aktar mistoqsija popolari mill-mijiet ta’ telefonati li rċivejna kienet dwar dawk il-kuntratti li saru qabel l-1 ta’ Jannar 2020. Għalhekk, tajjeb li nispjegaw li kirjiet li bdew qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u ser jitkomplew wara l-1 ta’ Jannar ta’ 2021 għandhom ċans sa Diċembru ta’ din is-sena biex jiġu reġistrati, kuntratti li saru qabel l-1 ta’ Jannar 2020 u se jintemmu matul din is-sena m’għandhomx jiġu rreġistrati, b’dawn tal-aħħar jiġu rreġistrati biss jekk jiġu mġedda.” Intant, l-Awtorità tad-Djar se tkun qiegħda tkompli b’kampanja ta’ informazzjoni mfassla fuq il-mistoqsijiet tan-nies. Mistoqsijiet li l-pubbliku jista’ jagħmel billi jċempel fuq 22991010, jibgħat e-mail fuq rentregistration.ha@g ov.mt jew jibgħat messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook Rent Registration Malta.
04
12.01.2020
kullhadd.com
VOTAZZJONI BIEŻLA SA MINN KMIENI
ta tan-Naxxar. Akkumpanjat minn martu Michelle, il-Prim Ministru ngħata merħba minn miġemgħa preżenti li meta semgħet li kien sejjer jivvota stennietu biex tirringrazzjah personalment tal-ħidma tiegħu. U ma kinux biss il-Mexxej u l-kandidati li vvutaw kmieni. Kienu diversi l-persuni eleġibbli li jivvutaw li bakkru quddiem iċ-ċentri tal-votazzjoni biex jagħmlu l-għażla tagħhom. Dan xhieda ta’ entużjażmu fost il-membri tal-Partit Laburista li fl-aħħar ħames ġimgħat segwew kampanja intensiva ta’ żewġ kandidati li tkellmu
u spjegaw kemm felħu l-pjani tagħhom għall-Partit Laburista u għall-pajjiż. Robert Abela kkampanja bl-għajta Flimkien ’il Quddiem u Chris Fearne kkampanja bl-għajta ta’ Kburi li Laburist, Kburi li Malti. It-tnejn li huma organizzaw numru ta’ attivitajiet li fihom iddiskutew u wasslu l-messaġġ lill-mijiet ta’ persuni li laqgħu bi ħġarhom l-istedina tagħhom. Marru wkoll fuq numru kbir ta’ programmi tat-televixin u wieġbu l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti mill-kmamar tal-aħbarijiet diversi b’mod li wrew aċċessibbiltà sħiħa għall-iskrutinju
tal-midja indipendenti. Kienet ukoll kampanja fejn kienu diversi l-mumenti fejn dehret l-għaqda bejn iż-żewġ kandidati u fi ħdan il-Partit Laburista. Dan sakemm wasal il-mument tal-għażla li kienet magħrufa mal-lejl wara li l-gazzetta kienet diġà marret għall-istampar. L-għadd tal-voti sar fiċ-Ċentru
IL-VOTAZZJONI SAS-SAGĦTEJN BID-DISTRETT
Il-membri tal-Partit Laburista lbieraħ għażlu Mexxej ġdid. Fit-tieni jum tal-Kungress tal-Partit Laburista 17,531 persuna kienu msejħa biex jivvutaw għal Mexxej ġdid, fl-ewwel Kungress li eleġġa mexxej fl-istorja tal-Partit Laburista. Iż-żewġ kontestanti, Robert Abela u Chris Fearne, ivvutaw fl-ewwel siegħa tal-votazzjoni. Chris Fearne vvota l-Fgura u Robert Abela vvota Ħal Qormi. Iktar tard, ftit wara l-għaxra, ivvota l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, fiċ-Ċentru Laburis-
Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun, fejn is-sala li ftit tal-jiem ilu ltaqgħet il-Konferenza Ġenerali Annwali nbidlet f ’ċentru tal-għadd tal-voti. Fil-fatt, dan il-Kungress qed iservi bħala eżempju ieħor tal-organizzazzjoni fi ħdan il-Partit Laburista li fl-aħħar sigħat reġa’ ta xhieda tal-livelli li laħaq f ’dik li hija organizzazzjoni.
Distrett 1 53.3% Distrett 2 68.0% Distrett 3 53.0% Distrett 4 55.2% Distrett 5 48.0% Distrett 6 58.0% Distrett 7 57.3% Distrett 8 68.0% Distrett 9 56.0% Distrett 10 78.0% Distrett 11 64.0% Distrett 12 54.3% Distrett 13 55.3%
05
12.01.2020
kullhadd.com
€800,000 GĦALL-PJAZZA TAR-RAĦAL TAL-MUNXAR
Kien iffirmat ftehim bejn il-Ministeru għal Għawdex u l-Kunsill Lokali tal-Munxar biex issir il-pjazza tar-raħal – proġett ta’ €800,000 b’investiment dirett tal-Ministeru għal Għawdex. Il-Ministru Justyne Caruana qalet li permezz tal-inizjattiva ‘Proġett
Is-Sindku tal-Munxar Damien Spiteri qal li issa l-Munxar ser iwettaq ħolma li ilha snin biex tiġi mwettqa
Għawdex’ għadd ta’ proġetti infrastrutturali qed jiġu mwettqa madwar Għawdex kollu. “Illum qed nagħtu bidu għal proġett ieħor li kien imsemmi fil-baġit li għadda fejn issa qed ngħaddu għall-fażi tal-implimentazzjoni fejn permezz ta’ fondi li l-Ministeru għal Għawdex qed jgħaddi lill-Kunsill Lokali tal-Munxar, ser ikun jista’ jsir ilproġett tal-pjazza tal-Munxar,” qalet Justyne Caruana. Il-Ministru għal Għawdex stqarret li dan hu proġett importanti u mistenni ħafna mill-Munxarin fejn mhux biss ser ikun hemm tisbiħ estetiku tal-misraħ ewlieni però ser jiżdiedu l-aċċessibilità u l-faċilitajiet anċellari li huma kompatibbli mal-viżjoni ta’ Eko-Għawdex.
“Dan hu eżempju konkret li l-Ministeru għal Għawdex qed jinvesti bis-sħiħ fil-lokalitajiet Għawdxin li kollha għandhom x’joffru, inkluż ir-raħal tal-Munxar fejn fi ftit ta’ jiem oħra ser tkun konkluża wkoll Triq il-Munxar li tinsab fl-istess raħal, b’fondi tal-Ministeru għal Għawdex. Semmiet ukoll l-investiment qawwi li qed isir fiż-żona turistika tax-Xlendi li tifforma parti mill-konfini tal-Munxar. Il-Ministru għal Għawdex ikkonkludiet billi qalet li permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet, il-livell tal-ħajja tal-Għawdxin ser ikompli jitjieb u Għawdex se jsir aktar attraenti għal dawk kollha li jżuruh. Is-Sindku tal-Munxar Damien Spiteri qal li issa l-Munxar ser iwettaq ħolma li ilha snin biex tiġi mwettqa u dan grazzi għall-Ministru Justyne Caruana li tat widen għat-talba li ressaq il-Kunsill Lokali. Is-Sur Spiteri qal li r-residenti Munxarin għandhom għax iħossuhom grati lejn il-Ministru għal Għawdex li dejjem uriet il-ħeġġa li tisma’ u tassisti t-talbiet li l-Kunsill Lokali ressaq. Il-Kunsillier Joseph Cauchi wera s-sodisfazzjoni tiegħu li wara tant snin, il-Munxar ser ikollu pjazza b’dehra ġdida.
06
12.01.2020
kullhadd.com
10 ta’ Jannar 2020. L-aħħar diskors ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista quddiem sala ppakkjata bl-eluf inġemgħu biex jirrikonoxxu ħidmietu. F’diskors ta’ madwar siegħa quddiem folla mimlija emozzjonijiet, Joseph Muscat irrifletta dwar l-aħħar 11–il sena tiegħu, il-bidliet li għadu jeħtieġ pajjiżna u kif pajjiżna jista’ jibqa’ partit rebbieħ. Dawn huma siltiet mill-aħħar diskors ta’ Joseph Muscat.
IL-BIDU
kienet transversali. Li tmur lil hinn mill-bżonnijiet individwali. Politika li tolqot lil ħafna, mhux lil ftit. “Kont għedtilkom li se nirbħu. Ma kontx għedtha Politika li aktar ma għadda żmien iktar rebħet il-qlub b’suppervja. Kont nemmen li stajna nirbħu bis- u bidlet il-ħajjiet tan-nies. Għalhekk terbaħ. Għax saħħa tat-terremot politiku li konna se nġibu flim- tolqot lil ħafna.” kien. U ma ħarisna lura qatt. Illum nistgħu nħarsu xi ftit lura u jifirħu kemm jifirħu li se nitlaq, żgur li ma FORZA POŻITTIVA jistgħux jifirħu li rebħuli u rebħlulna qatt.” “Kif għamilnieh dan? L-ewwel nett billi bħala Oppożizzjoni konna ibsin. Imma konna forza pożittiva. L-GĦAQDA Aħna ma morniex naraw kif se nkissru l-Air Malta, “L-għaqda qatt ma kienet il-forte ta’ ħaddieħor għax meta stajna dak iż-żmien konna għenna. Il-Gvern dak li għandhom komuni huwa l-għatx għall-poter, ma kienx irenexxielu jdawwarha. Kellu jkun dan ilmhux il-prinċipji. Lanqas illum. U nassigurakom li Gvern li qed idawwar ir-rotta għal waħda pożittiva. Konna Oppożizzjoni kredibbli. Għedna dan ill-akbar dwejjaq tal-avversarji politiċi tagħna ma kinitx l-ekonomija sejra tajjeb, jew in-nies mexjin ’il pajjiż ma jistax jibqa’ bil-kontijiet għoljin. Wegħda quddiem, iżda li f ’Malta bdiet dieħla għaqda u kon- li se nraħħsuhom b’25%. X’ma kinux qalulna dak verġenza li tmur lil hinn minn jekk persuna huwiex iż-żmien?! Ma tistax traħħas il-kontijiet. Se tħaffru Nazzjonalist jew Laburist, min-naħa ta’ fuq jew ħofra fil-finanzi tal-pajjiż. Se tkissru l-Enemalta. Dħalna fil-Gvern u raħħasna l-kontiijiet. Għadmin-naħa ta’ isfel, Għawdxi, Malti jew barrani, mara hom jgħajruna. Kellna investigazzjonijiet mill-Unjew raġel, gay jew straight, b’diżabbiltà jew b’abjoni Ewropea, mistoqsijiet mill-gazzetti tad-dinja biltajiet varji. Dawn il-firdiet bdejna nneħħuhom kollha. Il-kontijiet raħsu. Mill-power stations tagħna u konna qed naslu. Id-dwejjaq ta’ ħaddieħor u dak li jrid jerġa’ jdaħħal biex mingħalihom jerbħu hija neħħejna l-iktar żejt li jniġġes u dawwarnieh f ’gass. U llum jekk imur dawl darba jew darbtejn jgħidulna l-firda fil-pajjiż. Dak huwa li rridu nibqgħu nagħmlu flimkien bħala skandlu. Ħafna meta fl-2013 id-dawl kien imur darpajjiż. Dik il-firda li qed jerġgħu jippruvaw idaħħlu ba, darbtejn jew tliet darbiet f ’xahar. Mhux it-tanker, ma ġralu xejn. Dak li kienu jbeżżgħuna li jiġri f ’pajjiżna rridu nibqgħu niġġildulha. Irridu nibqgħu l-moviment tal-għaqda. Il-movi- lit-tanker, ġara lill-proġett l-ieħor. Intlaqat l-interconnector tad-dawl u allaħares ma kellniex il-power ment tal-imħabba.” stations tagħna, għax kieku sal-lum għadna bla dawl mill-bidu ta’ Diċembru. IR-REBĦIET Imma dan intom u l-Maltin u l-Għawdxin tafuh. “Dan il-partit trasformajnieh f ’magna ta’ rebħ elet- Tafuh sew għax Malta u Għawdex tħoss l-effett torali u min-nies li konna biss nitilfu sirna ġenerazz- f ’butha, u fil-kwalità tal-ħajja tagħha. Tafu li ħloqna joni rebbieħa. Sa mill-ewwel elezzjoni tal-Parlament middle class ġdida.” Ewropew fl-2009, ma tlifniex elezzjoni waħda. Waħda wara l-oħra għal 10 darbiet, b’maġġoranzi rekord IKTAR BIDLA wara l-ieħor kemm jekk Parlament Ewropew, jekk Kunsilli Lokali u anke Elezzjonijiet Ġenerali. Biddil- “Ninsabu fil-għatba ta’ bidla fi ħdanna. Bidla li na l-mappa politika ta’ Malta u Għawdex. Għamilna m’għandhiex tibża’ żżomm it-tajjeb, daqskemm dan għax ilħaqna lil kulħadd bil-politika tagħna li m’għandhiex tibża’ milli tbiddel dak li huwa ħażin.
07
12.01.2020
kullhadd.com
Dejjem bqajna rilevanti għax biddilna. U qatt ma bżajna nbiddlu. Għax minkejja s-suċċessi li ksibna m’għandniex ninħakmu min-nostalġija iżda nkunu ħaġa waħda mat-tiġdid. L-għan tiegħi dejjem kien li dan it-tiġdid isir matul din is-sena sinifikattiva...U minflok legat ta’ dejn ser inħallu warajna Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp b’aktar minn 600 miljun fih. Aħilbu Chris u Robert, għax issa hemm minn fejn!”
MUMENTI TA’ SODISFAZZJON
Irrid intemm eżatt kif bdejt. Bl-istess kelma li tiġbor minn fejn dejjem ġibt is-saħħa u l-ispirazzjoni. Li żammitni għaddej kull jum li servejtkom. Li tfisser dak li nħoss għalikom u għal Malta u Għawdex tagħna: Inħobbkom
Imma qatt ma ħallejt dik li timpatta fuq oħtna Beħsiebni wkoll ninvolvi ruħi pubblikament jew ħuna u wliedhom li waslu Malta biex jaħarbu f ’passjoni kbira tiegħi, il-qasam sportiv, bi minn sitwazzjonijiet diffiċli ħafna f ’pajjiżhom.” proġett li jkollu l-kburija nazzjonali bħala l-għan ewlieni tiegħu. Fejn ikun hemm viżjoni, ħsieb u anki riskju ta’ proġett li jiftaħ toroq ġodda FOST L-AQWA għaż-żgħażagħ tagħna, jien se nkun hemm biex “Jekk hemm xi ħaġa iżda li ma jiddispjaċinix hija ngħinhom.” li QATT, QATT U QATT ma waqajt fl-istess livelli ta’ dan il-ħmieġ fuq l-avversarju politiku JIRBAĦ IL-FERĦ tiegħi. Moviment li wera mħabba mhux biss lili iżda “Il-messaġġ tiegħi għall-futur ta’ dan il-partit lejn Malta u Għawdex. Din l-imħabba wasslet huwa: Tħallux lil min iħalli l-firda tirbaħ fuq biex inkunu pajjiż tar-rekords – l-aqwa fid-dritti- l-għaqda. Tħallux lil min iħalli d-dwejjaq jirjiet ċivili, rekord ekonomiku, rekord ta’ ħolqien baħ fuq il-ferħ tal-pajjiż. Tħallux lil min iħalli ta’ impjiegi, rekord ta’ investiment dirett barra- n-negattiv jirbaħ fuq il-pożittiv. Tħallux lil min ni, rekord ta’ proġetti infrastrutturali. Għamilna iħalli l-mibegħda tirbaħ fuq l-imħabba. Jekk jikollox? Żgur li le! Fadal xi jsir? Ħafna. U huwa rnexxilhom dan kollu, hemm biss jistgħu jibdew dan il-moviment biss li jista’ jibqa’ jwettaq il- jerbħulna.” bidliet.”
“Dwar il-mumenti sbieħ lill hinn mir-rebħiet elettorali li dawk huma sbieħ għax il-poplu jurik il-fiduċja u għax permezz ta’ dik il-fiduċja tkun tista’ tkompli tagħti servizz lill-poplu Malti u Għawdxi – timplimenta l-viżjoni li umilment tippreżenta fl-elezzjoni għall-iskrutniju tal-elettorat biex Malta u Għawdex ikunu aħjar. Iżda lill hinn minn dawn il-mumenti ta’ ċele- IL-KRITIKA brazzjoni, iċċelebrajt aktar fis-silenzju meta ġew ikellmuni nies bl-istejjer tagħhom li dan il-Gvern “Għamilt dan filwaqt li konxjament kont naf li għen.” aktar ma dan il-pajjiż ħa jikseb suċċess bi tmexxija tiegħi bħala Prim Ministru, tal-Kabinett u tal-Grupp Parlamentari, aktar ser tiħrax il-kritika ID-DISPJAĊIR tiegħi fil-konfront tiegħi. “Jistaqsuni fuq jekk għandix dispjaċiri. Dażgur Jien kont lest għal kull kritika – l-iktar kritika li li għandi. Jien uman bħalkom. Iddispjaċieni fil- sibtha ħarxa matul dan iż-żmien kienet il-kritika fond b’li ġara lil Daphne Caruana Galizia. Ma lejn marti u lejn it-tfal tiegħi, kif ukoll lejn nies li ridt qatt li nara omm li nqatlet għax kienet tgħid lanqas biss involuti fil-politka, iżda ġew attakkati dak li tħoss taqbel jew ma taqbilx u tweġġa’ għax kienu qribi.” kemm tweġġa’ lil min kien jaqa’ taħt il-pinna tagħha. Iżda għalkemm ġarrabt mumenti diffiċli IL-ĠEJJIENI minn taħt il-pinna tagħha, qatt ma nista’ nġarrab dak li għaddiet minnu l-familja tagħha u dan “Se nibqa’ magħkom, mhux fuq quddiem ... iżda b’dispjaċir kbir anki jekk ħallast l-akbar prezz magħkom u tagħkom. L-impenn politiku tiegħi politiku biex jissolva dan il-każ. Għandi sodis- se jkompli għal ftit żmien ieħor fil-Parlament. fazzjon li dan il-każ issolva taħti, anke jekk ħal- Wara se ninvolvi ruħi fejn hemm bżonn l-aklast l-ogħla prezz politiku, u m’għamiltx bħal ta’ tar fuq libertajiet ċivili, fuq aġenda progressiva. qabli li parlaw ħafna u ma solvew xejn. Staqsewni wkoll fuq xiex nixtieq nibqa’ mfakIddispjaċieni wkoll minn qalbi f ’mumenti kar. Qatt ma kont prużuntuż, u mhux se nkun meta l-mibegħda razzjali għolliet rasha, minkejja illum fl-aħħar jiem tiegħi bħala Prim Ministru. kemm ħdimt biex nara li nżommu dak il-bilanċ Nagħżel dejjem li nħares ’il quddiem iżda. Ngħid bejn li niddefendu l-interessi ta’ pajjiżna, filwaqt biss li min jaħseb li fil-libertajiet ċivili għamilna li nħobbu lil ħutna ġejjin minn fejn ġejjin li jgħixu kollox, għadu ma jafx uliedna, tfal daqs u ftit ikfostna. Kelli mumenti ta’ rabja fuq livell politiku. bar mit-tfal tiegħi, x’qed jaħsbu u kif jitkellmu.
INĦOBBKOM
“Grazzi lilkom li bqajtu tħobbuna sal-aħħar. Nassigurakom li fil-mumenti diffiċli l-imħabba li wrejtu lili u lil familti, kienet is-saħħa li kellna bżonn. Ma jiddispjaċini xejn li tajt din il-ħidma kollha, saħħti kollha, lilkom. Is-suċċessi li ksibna huma kollha mertu tagħkom, id-diżappunti neħodhom kollha jien miegħi. Fl-2008 kontu għorrief jew iddisprati biżżejjed biex fdajtu żagħżugħ ta’ 34 sena bit-tmexxija tal-Partit Laburista, u flimkien wellidna dan il-Moviment. Kont ġejt quddiemkom b’xejn ħlief entużjażmu u viżjoni ta’ Malta ġdida. Minkejja kull qrusa li għaddejt minnha, kienet l-isbaħ esperjenza ta’ ħajti. Ta’ dan nirringrazzjakom. Jien kburi bl-appoġġ tagħkom, l-akbar li kwalunkwe Prim Ministru qatt gawda f ’pajjiżna. Jien kburi li żammejt kelmti magħkom. Dak li wegħedna, wettaqtu. Irrid intemm eżatt kif bdejt. Bl-istess kelma li tiġbor minn fejn dejjem ġibt is-saħħa u l-ispirazzjoni. Li żammitni għaddej kull jum li servejtkom. Li tfisser dak li nħoss għalikom u għal Malta u Għawdex tagħna: Inħobbkom.”
08
DISA’ MEXXEJJA F’MITT SENA
12.01.2020
kullhadd.com
WILLIAM SAVONA
MICHAEL DUNDON
PAWLU BOFFA
Partit Laburista. Partit li jinsab fuq l-għatba li jiċċelebra l-mitt sena mit-twaqqif tiegħu. Partit li dejjem żamm mal-prinċipji tiegħu, tal-ġustizzja soċjali, li jieħu ħsieb l-interessi tal-ħaddiema u li jixpruna l-progress fil-pajjiż. Il-Partit Laburista beda bħala dik magħrufa l-Camera del Lavoro. L-ewwel mexxej kien imsejjaħ bħala President. Dan kien William Savona, li kien jiġi iben Sigismondo Savona, l-ewwel direttur tal-edukazzjoni fi żmien il-ħakma Ingliża. William Savona kien il-President tal-Camera del Lavoro biex imbagħad fl-1925 beda jissejjaħ l-ewwel mexxej tal-Partit tal-Ħaddiema. Huwa mexxa l-partit għal sentejn sħaħ biex imbagħad meta sar il-compact, ftehim ta’ alleanza mal-Partit Kostituzzjonali ta’ Gerald Strickland, it-tmexxija għaddiet f ’idejn il-Kurunell Michael Dundon. Dan ġara fl-1927 meta Savona ma rnexxilux jiġi elett fil-Parlament, magħruf dak iż-żmien bħala l-Assemblea Leġiżlattiva. Għalhekk, it-tmexxija tal-Partit fi żmien is-sħubija fil-Gvern ma’ Strickland għaddiet f ’idejn Dundon. Dundon dam ftit aktar minn sena fit-tmun tal-Partit biex wara t-tmexxija għaddiet f ’idejn tabib mill-Birgu. Pawlu Boffa dam imexxi l-Partit għal 20 sena, fit-tlettinijiet u fi żmien il-gwerra meta l-iżvilupp Kostituzzjonali u dak politiku waqaf ħesrem. Iżda, imbagħad Boffa malajr għaqqad lill-Partit tal-Ħaddiema f ’forza politika b’saħħitha, eżatt wara l-gwerra. Bil-Kostituzzjoni tal-1947 terġa’ tagħti lil Malta Gvern responsabbli mingħand il-Gvern imperjali Ingliż, Boffa sar l-ewwel Prim Ministru Laburista. Boffa embarka fuq numru ta’ riformi soċjali u beda jibni pajjiż li kien mifni bit-tifrik u l-faqar li ġabet it-tieni gwerra dinjija. It-tmexxija ta’ Boffa waqfet f ’Ottubru tal1949. Bil-kwistjoni tal-Marshall Aid, għajnuna finanzjarja biex tgħin lil Malta tqum fuq saqajha wara l-gwerra twassal għal dik imsejħa bħala split fil-Partit tal-Ħaddiema, Dom Mintoff ħa f ’idejh il-partit f ’konferenza ġenerali li fiha rringrazzjat lil Boffa tax-xogħol u l-kontribut li ta, iżda ħasset li m’għandux jibqa’ jmexxi lill-Partit. Dom Mintoff ta isem ġdid lil Partit.
Bil-viżjoni ta’ dan il-Mexxej Laburista, Malta għaddiet minn żewġ kisbiet politiċi. Ir-Repubblika, li fissret ukoll li l-Kap tal-Istat ma tibqax il-kuruna Ingliża iżda jkun ċittadin Malti
The Malta Labour Party, hekk beda jissejjaħ u fl-1955 Mintoff sar għall-ewwel darba Prim Ministru ta’ 39 sena. Mintoff mexxa lill-Malta Labour Party għal 35 sena, l-aktar mexxej li dam fit-tmun ta’ dan il-Partit. Tul it-tmexxija tiegħu, il-Partit għadda mill-kwistjoni politiko-reliġjuża tas-sittinijiet li wasslet għall-interdett mill-Knisja Maltija fuq kull min ivvota lil Malta Labour Party. Fis-sebgħinijiet meta reġa’ sar Prim Ministru u kiseb mandat biex jiggverna għal tliet darbiet konsekuttivi, il-Perit Mintoff embarka fuq numru ta’ riformi soċjali li huma s-sisien ta’ dak li għandna llum. Bil-viżjoni ta’ dan il-Mexxej Laburista, Malta għaddiet minn żewġ kisbiet politiċi. Ir-Repubblika, li fissret ukoll li l-Kap talIstat ma tibqax il-kuruna Ingliża iżda jkun ċittadin Malti. L-akbar kisba politika għal Mintoff u għallGvern Laburista tas-sebgħinijiet tibqa’ l-Ħelsien, li ma fissritx biss l-għeluq tal-bażi militari Ingliża iżda l-ħelsien kien fis-sens wiesa’ ta’ poplu li mhux se jibqa’ dipendenti fuq il-barrani, iżda li beda jibni ekonomija li r-rota tagħha ddur bl-investimenti u l-progress li jġibu s-sliem u l-paċi. F’Diċembru tal-1984 Mintoff irriżenja minn mexxej u floku laħaq Karmenu Mifsud Bonnici. L-Avukat Bormliż ħadem għall-għaqda mhux biss bħala mexxej iżda anki fiż-żmien li għamel Prim Ministru ta’ Malta. Wara li tilef l-elezzjoni tal-1992, Karmenu
09
12.01.2020
kullhadd.com
DOM MINTOFF
Mifsud Bonnici żamm is-siġġu parlamentari, iżda rriżenja minn mexxej. Minflok Dr Mifsud Bonnici, id-delegati Laburisti għażlu lil Alfred Sant li immodernizza u rriforma lill-Partit Laburista, ġedded il-politika Laburista bil-għan li l-partit ikun relevanti fis-snin 90 u għamel ċert li l-messaġġ Laburista jibda jasal b’mod ċar meta saħħaħ b’mod qawwi l-midja tiegħu li dak iż-żmien anki twessgħet għat-televixin u eventwalment anki għal fuq l-internet. Taħt it-tmexxija tiegħu, il-Partit Laburista kellu dar ġdida minn fejn jopera, iċ-Ċentru Nazzjonali fil-Ħamrun. Alfred Sant rebaħ l-elezzjoni ġenerali tal1996, b’maġġoranza ta’ madwar 8,000 vot. Għal dak iż-żmien, huwa kien għadu kif mexxa kampanja moderna. Alfred Sant dam Prim Ministru sentejn, wara li ħass li l-maġġoranza li kellu fil-Gvern kienet qed tiġi kompromessa minħabba l-kwistjoni tal-proġett tal-marina fil-Kottonera. Sant baqa’ mexxej tal-Malta Labour Party sal-2008. Wara telfa bi żbrixx fl-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu tal-2008, Sant ħabbar ir-riżenja immedjata tiegħu u temporanjament floku qagħad Charles Mangion. In-nutar minn Ħal Luqa għamel xahrejn bħala mexxej interim, biex imbagħad f ’Ġunju tal-2008 Joseph Muscat sar il-mexxej il-ġdid ta’ 34 sena. Dr Muscat irriforma l-istrutturi u ta wiċċ ġdid lill-Partit Laburista. Joseph Muscat welled ukoll moviment ġdid ta’ moderati u progressivi madwar il-Partit Laburista. Il-prinċipji tal-ġustizzja soċjali, il-ħidma favur il-ħaddiema u l-middle class u favur il-mobbiltà soċjali baqgħu s-sisien ta’ partit li issa għadda minn rinaxximent tal-ideoloġija xellugija tiegħu. Joseph Muscat bena ġenerazzjoni rebbieħa, li wasslet biex il-Partit Laburista rritorna filGvern fl-2013 b’maġġoranza kbira ta’ 36,000 vot. Erba’ snin wara Joseph Muscat reġa’ sar Prim Ministru għat-tieni darba b’mandat iktar b’saħħtu. Huwa kiseb l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza lil hawn meta l-Partit li mexxa kiseb 40,000 vot iktar mill-partit fl-Oppożizzjoni. B’kollox Joseph Muscat rebaħ 10 elezzjonijiet konsekuttivi b’maġġoranzi waħda ikbar mill-oħra.
Gvern Laburista mill-2013 lil hawn jibqa’ mfakkar li ta wiċċ ġdid lil pajjiżna f ’oqsma differenti. Pajjiżna beda jħares lejn orizzonti ġodda u minn ekonomija mifnija b’defiċit beda jkollna surplus. L-ekonomija ta’ Malta għaddiet minn tkabbir ekonomiku, wieħed wara l-ieħor mingħajr preċedent. Fil-fatt Malta, b’Joseph Muscat fit-tmun talpajjiż irreġistrat l-ikbar tkabbir ekonomiku fl-Ewropa. Il-qgħad niżel għall-inqas livell fl-istorja ta’ dan il-pajjiż waqt li nħolqu eluf ta’ impjiegi fost oħrajn f ’setturi ekonomiċi ġodda. Fuq kollox il-ġid li ħoloq qed jibqgħu jgawduh il-familji Maltin u Għawdxin kollha. B’Dr Muscat mexxej tal-Partit Laburista l-pajjiż għamel anki kisbiet kbar fil-qasam tad-drittijiet ċivili li poġġew lil Malta malaqwa pajjiżi fid-dinja f ’dan il-qasam. Dan meta sa ftit snin biss qabel pajjiżna kellu Gvern li ħadem kontra d-dħul tad-divorzju. Tul l-istorja tiegħu, il-Partit Laburista ffaċċja żminijiet diffiċli u ta’ sfida. L-istorja dejjem uriet li l-Partit ħareġ aktar b’saħħtu minn qabel. Hekk ġara fl-1932 meta l-Partit Laburista kien għoddu sparixxa minħabba ċ-ċirkustanzi politiċi ta’ dak iż-żmien. Sa 15–il sena wara taħt it-tmexxija ta’ Boffa, il-Partit kiseb rebħa elettorali enormi. Ġara l-istess fl-isplit li għadda minnha l-Partit wara l-gwerra, iżda sa sitt snin biss wara, Mintoff ġab rebħa kbira oħra fl-1955. Iż-żmien diffiċli għall-Partit feġġ ukoll fis-sittinijiet waqt id-dnub il-mejjet impost fuq is-suldati tal-azzar, iżda finalment il-Partit ukoll reġa’ ssaħħaħ u biddel lil pajjiżna. Flera moderna, il-Partit Laburista rkupra wkoll minn żmien diffiċli fejn qabel l-2008 kien hemm biss okkażjoni waħda fi 30 sena li l-Partit Laburista kiseb l-appoġġ tal-maġġoranza assoluta f ’elezzjoni ġenerali. L-istorja wriet tabilħaqq li l-Partit Laburista qatt ma qata’ qalbu quddiem l-ostakli li sab sabiex iwettaq fil-prattika t-twemmin tiegħu. Hekk kompla jagħmel Joseph Muscat li mexxa lill-Partit Laburista għal 11–il sena u nofs. Huwa se jkun irriżenja minn Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru f ’Jannar tal2020. F’dan ix-xahar il-membri kollha tal-Kungress tal-Partit se jagħżlu d-disa’ mexxej tal-Partit Laburista.
KARMENU MIFSUD BONNICI
ALFRED SANT
JOSEPH MUSCAT
Gvern Laburista mill-2013 lil hawn jibqa’ mfakkar li ta wiċċ ġdid lil pajjiżna f’oqsma differenti. Pajjiżna beda jħares lejn orizzonti ġodda u minn ekonomija mifnija b’defiċit beda jkollna surplus
10
12.01.2020
kullhadd.com
F T ĊER
L I – I 17
N U K 31
A V IL
Kitba
R E F DIF
L A TIV
S E EF
U Q O
R A AB
T T LLE
T S O P
: I T EN
ORD
t
IFF a’ CL
ELLA
G
V ALEA
M
V
NIKO
N ASLE
Għal sena oħra, proprjament għat-tmien darba, ser jitella’ l-Valletta Baroque Festival; festival marbut max-xahar ta’ Jannar u li issa huwa mwaħħad sew fil-kalendarju kulturali u mużikali ta’ pajjiżna. Tkellimt mad-Direttur Artistiku s-Sur Kenneth Zammit Tabona dwar x’hemm ippjanat u għaliex isir dan il-festival f ’pajjiżna. Kenneth Zammit Tabona saħaq miegħi li ma jistax ikollok pajjiż bħal Malta fejn il-Barokk tant daħal fil-qlub tal-poplu u ma jkun organizzat xejn f ’dan ir-rigward. Għalhekk ħareġ bl-idea tal-Valletta Baroque Festival li twieled tmien snin ilu. Staqsejtu x’inhu l-aktar għal qalbu minn dak kollu li jsir f ’xahar sħiħ u pront pront weġibni: “Il-kunċerti Naplitani, li spiraw lill-kompożituri tagħna l-Maltin li marru jistudjaw ma’ Francesco Durante fis-seklu 18. Hekk kif dak iż-żmien Malta kienet immexxija bħala prinċipat sovran minn ordni semi-monastiku ta’ Kavallieri artistokratiċi li kienu ġejjin mill-erbat irjieħ tal-Ewropa, ma setax ikun evitat li l-kultura ta’ dak iżżmien tkun influwenzata profondament minn din it-taħlita sinjura. Dan kollu għadu rifless fil-kultura tagħna anke sal-lum. Iżda Napli, l-eqreb u l-aktar belt kapitali kożmopolitana, immexxija minn fergħa tal-Borboni Spanjoli, kienet l-alma Mater tal-kultura tagħna. U tassew huwa fatt interessanti. Huwa minnu li l-Kavallieri ħallew influwenzi qawwija fostna tant li għadna nħossuhom sal-lum għalkemm mhux ilkoll nirrealizzaw. Eżempju ċar huma l-festi; il-pompożità li biha niċċelebraw il-festi ad unur il-patruni diversi tal-irħula u l-ibliet Maltin. Id-dekorazzjonijiet li naraw; mhux biss fil-festi iżda wkoll fil-każini u s-swali li għalkemm jinbnew friski jiġu ddekorati fuq stil barokk li ilu li spiċċa mill-Ewropa, fejn f ’pajjiżi oħra baqa’ biss tifkiriet tal-passat. Iżda bħal donnu l-poplu Malti u Għawdxi ma jridx jinfired minn dan l-istil rikk u sabiħ. Bħal donnu l-poplu tant hu nnamrat ma’ dan l-istil, li qisu jibki li m’għadux isir bħala l-ordni tal-istili tal-lum. Iżda, rajna f ’idejna u l-kultura hija tagħna. U l-poplu għadu jagħżel li jżejjen fejn jixtieq bilBarokk. Hemm professjonisti jew studjużi li jgħidulek li qed niżbaljaw meta nagħmlu hekk għaliex se jinħoloq vakum ta’ arti, fejn pajjiżi oħra komplew jimxu l-mixja taż-żmien u aħna bħal donna weħilna fiż-żmien. Iżda mitt bniedem, mitt fehma. Qed naraw arti moderna u kontemporanja li wkoll qed tissodisfa l-għażla tal-preferenzi ta’ dak li jkun u dejjem fl-opinjoni tiegħi, m’għandniex numbraw stil li lilna tana wirt kbir u meraviljuż. Intant, it-tmien edizzjoni ta’ dan il-Festival se terġa’ ġġib l-aqwa artisti, kemm minn Malta kif ukoll minn barra, sabiex isemmgħu l-isbaħ mużika minn Monteverdi sa Bach u lil hinn minnhom. Bħas-sena l-oħra, il-Festival se jesplora sfondi mill-isbaħ tal-barokk barra mill-Belt Valletta, bħall-Palazz ta’ Verdala jew il-knisja parrokjali ferm sabiħa ta’ San Filippu ta’ Aġġira f ’Ħaż-Żebbuġ. Hekk il-mużika barokka tasal fl-imkejjen li għaliha kienet intenzjonata u komposta. Ċerta mużika nkitbet anke għal postijiet differenti; kemm fi xtutna u kemm lil hinn.
kullhadd.com
Il-Barokk ispira bosta mużiċisti u permezz tal-melodiji, bħal qisu ħabbew lura lil dan l-istil. Meta staqsejt dwar il-preparamenti, Kenneth Zammit Tabona qalli li waqt li jkun qed jitfassal il-programm, kull edizzjoni tieħu l-ħajja u tieħu forma distinta skont il-kunċert u l-imkejjen li fih ikun ser jitella’ avveniment. Dan isir bi ħsieb u ġieli wkoll b’kumbinazzjoni. L-edizzjoni li ġejja tal-festival, hija fil-parti l-kbira sekulari, b’ħafna kunċerti millEwropa kollha. B’hekk dan il-festival qed jiftaħ il-bibien għal aktar għarfien anke fuq dan iż-żmien partikolari. Ir-rabtiet ta’ dak iż-żmien mal-palazzi rjali u imperjali tal-Ewropa kienu fatt u t-taħlit bejn il-kulturi ma setax ikun evitat. Dan hu dak li l-ispirtu tal-Festival tal-2020 se jkun qed jiddeskrivi sew: ċelebrazzjoni tal-kultura Ewropea mill-mużika kkummissjonata mill-Infanta Isabella Clara Eugenia, Reġġent tal-Pajjiżi Baxxi Spanjoli, sal-kapolavuri tas-seklu 20 li ġew ispirati mill-Barokk; tifkira tal-quċċata ta’ dak li l-istoriku Arthur Bryant memorabbilment semma “Żmien l-Eleganza”. La Grand Chapelle se jtellgħu mużika miktuba għal Isabella Clara Eugenia fit-22 ta’ Jannar fl-isfond imsaħħar tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, u dan ikun ġa ta’ prominenza importanti. Xogħlijiet oħra huma il-verżjoni tal-klarinett tal-Goldberg Variations ta’ MOA Trio (22 ta’ Jannar) u l-verżjonijiet riveduti tal-mużika ta’ Bach, oriġinali jew traskritta minn Teodoro Bau & Andrea Buccarella (16 ta’ Jannar). Il-kunċerti ta’ Music from the Missions imtellgħa mill-ensemble Florilegium (23 ta’ Jannar) u l-Kunċert Sacred Vivaldi imtella’ minn La Serenissima fil-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat (11 ta’ Jannar). Xogħlijiet prominenti oħra din is-sena huma l-kunċert tal-ftuħ fit-Teatru Manoel mill-orkestra ċelebri Les Musiciens du Louvre u Vivica Genaux dirett minn Thibault Noally li se jtella’ l-mużika ta’ Porpora u Handel (10 ta’ Jannar). Stabat Mater ta’ Pergolesi fil-Knisja Arċipretali tal-Kunċizzjoni Immakulata f ’Bormla mtella’ minn Abchordis Ensemble (18 ta’ Jannar); u l-kunċert iddedikat lill-kunċerti Naplitani għall-Vjolinċell imtella’ minn Catherine Jones fis-16 ta’ Jannar; jew l-Ensemble Barocco di Napoli b’mużika minn Vivaldi, Handel u Pergolesi (19 ta’ Jannar). “Għażilna postijiet varji għax tajjeb ngħidu li l-Barokk mhux il-Belt Valletta biss. Dan irridu nifhmu, li dan kien perjodu u allura influwenza kullimkien. Tista’ ssib djar imżejna bil-barokk jew palazzi. Jistgħu kienu djar privati ta’ persuni distinti li mhux bilfors kienu jgħixu filBelt Valletta. Fl-istess ħin, qed nagħtu opportunità biex waqt li dak li jkun jisma’ l-mużika, igawdi fil-kwiet melodjuż, ir-rikezzi ta’ mkejjen li għandna f ’pajjiżna li kultant nieħdu for granted,” tenna Kenneth Zammit Tabona. L-aħħar iżda mhux l-inqas it-tmien edizzjoni se tagħlaq bil-kbir bil-Bel Canto from Naples ta’ Simone Kermes & Amici Veneziani fit-Teatru Manoel. Ovjament it-teatru nbena mill-Gran Mastru Manoel De Vilhena u għalhekk iġib ismu. Teatru li kien hemm żmien kien spiċċa abbandunat u anke bħal dwejra għal diversi attivitajiet anke forsi mhux daqstant sbieħ. Iżda huwa fatt ukoll li dan huwa wieħed mill-aqwa teatri għallakkustika li nsibu fid-dinja. Għalkemm żgħir fid-daqs tiegħu, żgur li kull kunċert li jsir f ’dan it-teatru palazz, għaliex huwa mogħni tassew bl-arti u qisu bħal palazz imżejjen, żgur li jkun ta’ pjaċir għal kull min ikun qed jisma’ għaliex fl-istess ħin, jitpaxxa b’dak li jara. Dan hu wirt ta’ qabilna. Il-Barokk huwa xi ħaġa eċċezzjonali li għadu flanima tagħna u għalhekk għandna nuru interess u anke jekk ma nħobbux daqstant il-mużika klassika jew f ’dan il-każ, Barokka, nippruvaw nżuru post fejn din is-sena ser isir kunċert u kapaċi nibqgħu impressjonati. Għal aktar tagħrif dwar il-Valletta Baroque Festival, wieħed jista’ jżur http://vallettabaroquefestival.mt
11
12.01.2020
12
12.01.2020
A+ OĦRA GĦAL MALTA • JOSEPH MUSCAT IL-PRIM MINISTRU LI SPIĊĊA BL-AQWA RATING MINN FITCH
L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu, Fitch Ratings affermat mill-ġdid il-credit rating ta’ Malta bħala A+. Hi żammet l-outlook tagħha għar-rating ta’ pajjiżna bħala “positive”. Dan huwa l-aqwa rating li qatt irċieva pajjiżna u jisboq ir-ratings li l-Fitch Ratings kienu taw lil pajjiżna meta kien immexxi minn Prim Ministri preċedenti. Fir-rapporti tagħhom, l-esperti tal-Fitch Ratings, filwaqt li nnutaw l-allegazzjonijiet li saru fl-aħħar xhur, sostnew li “Malta outperforms the ‘A’ median on the World Bank human development and governance indicators” u li l-istituzzjonijiet f ’pajjiżna huma “stronger than the majority of ‘A’ rated peers”. Barra minn hekk, fl-analiżi tagħhom, l-esperti internazzjonali jgħidu li żammew il-positive outlook għal pajjiż-
na minħabba “an expectation of sustained high economic growth from diverse sources”, kif ukoll tnaqqis qawwi fid-dejn nazzjonali minħabba “sound fiscal performance”. Skont ir-rapport tal-Fitch Ratings “the ruling Labour Party continues to enjoy broad public support”. Filwaqt li jistmaw li t-tkabbir ekonomiku fl-2019 kien ta’ 4.9%, l-esperti internazzjonali jirrimarkaw li dan huwa “significantly higher than the ‘A’ forecast median (3%)”. Dan it-tkabbir mistenni li jwassal biex il-ġid nazzjonali ras għal ras ta’ pajjiżna jkompli jilħaq il-medja Ewropea. L-esperti ta’ Fitch Ratings isostnu li huma jemmnu li l-Gvern se ikompli jsegwi politika fiskali prudenti li twassal għal surplus fil-kontijiet pubbliċi, tant li qed ibassru li fl-
Il-Gvern jilqa’ l-analiżi pożittiva ta’ Fitch Ratings, li tikkonferma l-fiduċja li teżisti f’pajjiżna u l-andament eċċellenti tal-ekonomija tagħna 2020 is-surplus jibqa’ ta’ 1% tal-ġid nazzjonali. Dan minkejja żieda fl-ispiża pubblika frott diversi miżuri li ttieħdu fil-Baġit li għadda. B’riżultat ta’ din il-prudenza fiskali, skont il-Fitch Ratings il-piż tad-dejn pubbliku se jaqa’ għal 37% tal-ġid nazzjonali filwaqt li l-garanziji tal-Gvern qabdu sewwa t-triq għan-niżla. Fir-rapport tagħhom, l-analisti ekonomiċi jbassru wkoll li r-rata tal-qgħad f ’pajjiżna se tkun ta’ 3.4% fis-sentejn li ġejjin. Dan meta f ’pajjiżi ta’ rating bħal dak ta’ pajjiżna r-rata tal-qgħad storikament kienet kważi 6.5%. Fir-rigward tas-sistema finanzjarja r-rapport tal-Fitch Ratings jgħid li “financial soundness indicators are strong and improving”. Filwaqt li xi wħud jippruvaw jagħtu l-impressjoni li l-Gvern injora r-rapporti tal-Moneyval, l-esperti internazzjonali jilqgħu l-passi li saru fl-aħħar xhur, fosthom “the recent increase in the FIAU and MFSA budget” u “the new supervisory procedures introduced in July”. Skont tal-Fitch Ratings dawn il-miżuri “have resulted in a surge in administrative penalties being enforced”. Il-Gvern jilqa’ l-analiżi pożittiva ta’ Fitch Ratings, li tikkonferma l-fiduċja li teżisti f ’pajjiżna u l-andament eċċellenti tal-ekonomija tagħna. Dan mistenni jwassal għal aktar interess f ’pajjiżna minn investituri barranin u b’hekk għal ekonomija li tiġġenera aktar ġid għall-familji u għan-negozji tagħna.
kullhadd.com
13
12.01.2020
kullhadd.com
MALTA TOFFRI LI TOSPITA TAĦDITIET TA’ PAĊI Matul id-diskussjoni dwar il-Libja, li parti minnha saret fil-preżenza tal-Kap tal-UNSMIL u tar-Rappreżentant Speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda għas-Segretarju Ġenerali Ghassan Salame, Malta esprimiet tħassib qawwi dwar l-iżviluppi attwali madwar il-kriżi fil-Libja, u affermat mill-ġdid il-konvinzjoni ta’ Malta li hija l-politika u s-soluzzjoni diplomatika bbażata fuq il-proċess tan-Nazzjonijiet Magħquda li hija l-unika triq ’il quddiem. Dan sar waqt laqgħa straordinarja tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin li ġiet imlaqqa’ nhar il-Ġimgħa fi Brussell fuq talba tar-Rappreżentant Għoli u Viċi President Josep Borrell Fontelles biex tiddiskuti s-sitwazzjoni fil-Libja u l-eskalazzjoni flIran/l-Iraq. B’effett mill-appelli riċenti mir-Rappreżentant Għoli Borrell Fontelles, u wkoll mir-Rappreżentant Speċjali Ghassan Salame, Malta tenniet ir-rifjut tagħha ta’ interventi barranin fil-Libja u ssieħbet fis-sejħa għal tneħħija mill-eskalazzjoni
fil-Libja u madwarha. Soluzzjoni għall-paċi, għas-sigurtà, għall-istabbiltà u fl-aħħar il-prosperità fil-Libja tirrikjedi waqfien mill-ġlied durabbli u komprensiv, u implimentazzjoni effettiva tal-2011 dwar l-embargo fuq l-armi fuq il-Libja. Kif iddikjarat kemm–il darba Malta f ’għadd ta’ okkażjonijiet, huwa l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Magħquda li għandu ċ-ċavetta għal din is-soluzzjoni. B’appoġġ kemm għal Salame kif ukoll għal Borrell, Malta affermat li, f ’kull ħin, il-komunità internazzjonali għandha titkellem b’vuċi waħda għall-benesseri tal-poplu Libjan biex b’hekk tissalvagwardja l-bilanċ delikat ta’ sigurtà u stabbiltà li bħalissa jipprevali fir-reġjun. F’dan il-kuntest, u b’appoġġ għall-Proċess ta’ Berlin li għaddej bħalissa, li mistenni jwassal għat-tlaqqigħ ta’ summit filġimgħat li ġejjin, Malta offriet li tassisti fil-proċess bit-tmexxija ta’ taħdidiet li għandhom il-potenzjal li jġibu l-paċi fil-Libja, u l-istabbiltà fir-reġjun. Din l-offerta ġiet sottomessa bħala
reazzjoni għat-talba tar-rappreżentant għoli biex l-istati membri jikkontribwixxu b’mod tanġibbli għal soluzzjoni, u mhux sempliċement jenfasizzaw it-tħassib. Il-proposta mressqa minn Malta tenfasizza l-konvinzjoni soda li l-Unjoni Ewropea għandha tikkorrispondi lilha nnifisha rwol sinifikanti u effettiv biex tindirizza sitwazzjoni fir-reġjun tagħha. Malta appoġġjat ukoll l-importanza li tidentifika kif l-EUNAVFOR MED Operation SOPHIA tista’ tassisti aħjar fis-sitwazzjoni. Il-laqgħa pproċediet b’diskussjoni dwar ix-xenarju Iran/ Iraq fil-preżenza tas-Segretarju Ġenerali tan-NATO Jens Stoltenberg, fejn tqajjem tħassib dwar id-djalogu mal-Iran, l-avvenimenti riċenti fuq l-art Iraqina u l-effetti li s-sitwazzjoni qed tħalli fuq il-popolazzjoni ċivili, mhux l-inqas it-tiġrif ta’ ajruplan kummerċjali Ukren li telaq mill-ajruport internazzjonali tal-Iran nhar l-Erbgħa li għadda, fejn mietu aktar minn 170 persuna.
IL-PRESIDENT INIEDI L-11–IL EDIZZJONI TAL-FESTA TAĊ-ĊITRU 2020 Għal sena oħra se tittella’ l-Festa taċ-Ċitru fil-Ġonna Pubbliċi ta’ San Anton. L-edizzjoni ta’ din is-sena, li hija l-11–il waħda, se ssir il-Ħadd 19 ta’ Jannar bejn id-9am u l-5pm. L-idea ta’ din l-attività hija li l-ammont kbir ta’ frott taċ-ċitru li jikber fil-ġonna privati tal-Palazz ta’ San Anton jinbiegħ biex il-flus imorru għall-Malta Community Chest Fund Foundation. F’kelmtejn tal-okkażjoni, il-President George Vella qal li din hija festa li tiġbor il-familji flimkien u fl-istess waqt opportunità biex il-frott taċ-ċitru jiġġenera flus għal għan nobbli. Huwa ħeġġeġ lill-pubbliku biex jikkonkorri bi ħġaru u jixtri l-larinġ, il-lumi, il-mandolin u frott ieħor taċ-ċitru li se jkun għall-bejgħ, kif ukoll prodotti magħmulin miċ-ċitru mill-Kċina tal-President. Il-President Vella qal li l-Malta Community Chest Fund Foundation teħtieġ il-fondi matul is-sena kollha u għalhekk din hija waħda mill-ewwel attivitajiet li qed tirrendi l-fondi meħtieġa. Il-President u s-Sinjura Vella qatgħu
l-frott mis-siġar li hemm fil-ġonna privati tal-Palazz bl-għajnuna ta’ madwar 30 student mill-Iskola Primarja ta’ San Bastjan Ħal Qormi u l-Iskola Primarja B taż-Żejtun. Fl-Orange Grove, li jmur lura għal żmien il-Kavallieri, hemm mal-500 siġra fuq medda ta’ sitta – sebat itmien art. Jikkonsisti f ’siġar tal-lumi, tal-larinġ, tal-mandolin, tat-tronġ (grapefruit) u tal-lumiċell. Is-siġar jingħataw attenzjoni matul is-sena kollha b’żabra tajba u tisqija regolari, jingħataw fertilizzant tajjeb u l-bexx neċessarju. Għall-Festa taċ-Ċitru, il-Kċina tal-President se tkun qed tħejji mat-3,000 muffin taċ-ċitru, mal1,000 kejk taċ-ċitru, mal-100 vażett tal-marmalade, mulled wine, soppa tal-larinġ u tal-qargħa aħmar, kannoli bl-irkotta u bil-larinġ, kif ukoll larinġ frisk. Se jkun hemm banek (stalls) bi prodotti oħra tal-ikel, bl-artiġjanat, bil-pjanti, kif ukoll il-bejgħ tal-kotba ta’ Tisjir mill-Qalb u l-flokkijiet tal-Fun Run li se ssir fis-26 ta’ Jannar li ġej.
14
12.01.2020
Ritratt ta’ SEBIO AQUILINA
kullhadd.com
Personalment nippreferi s-sajf mix-xitwa, u x-xemx mix-xita jew maltempati. Iżda b’hekk il-baqra tinbiegħ kollha. Għall-intervista tal-lum, tkellimt ma’ individwu li jaffaxxinawh ħafna l-maltempati, tant li sar jaqra t-temp madwarna. Qed nirreferi għal Samuel Cutajar. Joqgħod Ħal Lija, fejn qatta’ wkoll tfulitu u żgħożitu u hija lokalità għal qalbu ħafna fejn taha wkoll ħafna millħin volontarju sabiex jgħin fejn jista’. Jaħdem bħala għalliem full-time. Fost diversi passatempi, l-aktar għal qalbu huma l-istudju dwar it-temp, is-safar, il-mużika u l-futbol. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna realista u down to earth ħafna. Iqis ruħu wkoll perfezzjonist. “Idejjaqni ħafna kliem fieragħ u ftaħir u niġġudika persuna oħra mill-azzjonijiet tagħha. Inħobb nitgħallem affarijiet ġodda u nżur postijiet ġodda u nagħti ħini b’mod volontarju għal ħaddieħor. Taffaxxinani n-natura u jinkwetani ħafna l-futur ta’ pajjiżi. Nieħu gost naqsam dak li naf mal-oħrajn, iżda niddejjaq naħli l-ħin ma’ persuni li ma jimpurtahomx,” beda jgħidli dwaru stess Samuel. It-temp minn dejjem kien jaffaxxinah u dejjem jiftakar lilu nnifsu jaqra dwaru. Fil-fatt, anke kien xtara xi strumenti tat-temp. Ħallejt f ’idejh sabiex jirrakkuntali aktar dwar biex ngħid hekk in-namra tiegħu lejn it-temp. “Sa minn meta kont żgħir, dejjem kien jaffaxxinani l-maltemp u l-burdata tinbidilli (għall-aħjar) meta tkun riesqa xi maltempata jew meta tkun nieżla x-xita. Fi tfuliti kont naħseb li jien ma tantx jiena normali, iżda meta kbirt intbaħt li bħali hawn ħafna nies oħrajn li jħobbu l-maltemp. Ta’ tifel li kont kelli daqsxejn ta’ ġardina fejn kont nieħu ħsieb inkabbar xi pjanti jew xtieli żgħar u minn din in-namra kibret l-imħabba lejn l-istudju dwar it-temp, peress li dak kollu li beda jikber kien jiddependi mill-istaġun u l-kundizzjonijiet tat-temp. Meta kbirt aktar, il-ġenituri tiegħi kienu xtrawli stazzjon tat-temp (weather station) talli kont mort tajjeb fl-A Levels u dħalt l-Università. Permezz ta’ dan l-istazzjon li huwa installat fuq il-bejt ta’ fejn noqgħod, jiena jkolli l-qari tat-temperaturi (barra u ġewwa, massimi u minimi), il-pressjoni tal-arja, id-direzzjoni u l-qawwa tar-riħ, ix-xita mkejla, l-umdità relattiva (ġewwa u barra) u in-
formazzjoni oħra.” Jaffaxxinawh il-maltempati bir-ragħad Mistoqsi x’jaffaxxinah eżattament mit-temp, Samuel weġibni, “L-aktar li jaffaxxinani huwa l-maltemp u l-mod kif jiffurmaw maltempati bir-ragħad. L-hena tiegħi li fil-ħarifa noqgħod nistenna l-maltemp jersaq fuqna u ġieli meta nkun nista’ mmur f ’postijiet strateġiċi minn fejn tkun riesqa xi maltempata. Tħoss arja sħuna u umda qabel jersaq il-maltemp u tinbidel f ’arja iżjed friska u xotta wara li tgħaddi u tħoss il-buffuri tar-riħ eżatt qabel taqbad nieżla x-xita. Inħossni konness mal-qawwa indeskrivibbli tan-natura. Jaffaxxinani wkoll it-tbassir permezz ta’ mudelli bil-kompjuter u anke l-esperjenza li issa ġibt l-aktar mill-osservazzjonijiet li għamilt għal diversi snin,” stqarr miegħi. Fost l-istrumenti tat-temp li għandu wieħed isiblu pluvjometru (rain gauge). Mhux hekk biss, iżda ssiblu wkoll l-anemometru li jkejjel il-qawwa tar-riħ u l-buffuri, il-pinnur li jurik id-direzzjoni tar-riħ minn fejn hu ġej. Imbagħad għandu t-termometru li jimmarka t-temperaturi, il-barometru li jindikalna l-pressjoni atmosferika (tal-arja) u l-igrometru li jurina l-persentaġġ ta’ umdità fl-arja. Spjegali wkoll li diversi minn dawn l-istrumenti huma sensors fl-apparat innifsu.
L-hena tiegħi li fil-ħarifa noqgħod nistenna l-maltemp jersaq fuqna u ġieli meta nkun nista’ mmur f’postijiet strateġiċi minn fejn tkun riesqa xi maltempata
Ta’ min jgħid, li Samuel għandu stazzjon tat-temp personali li jinsab fuq il-bejt tad-dar tiegħu sabiex ikun jista’ jżomm statistika tax-xita, tat-temperaturi, tar-riħ u ta’ affarijiet oħra b’konnessjoni mat-temp. Ridt inkun naf xi kemm ilu għandu, kif irnexxielu jarmah, u x’użu jagħmel minnu personalment. “Dan l-istazzjon tat-temp ilu għandi għal madwar 15–il sena issa. Kont armajtu permezz t’għajnuna li sibt minn persuni oħrajn ħbieb tiegħi li huma wkoll dilettanti tat-temp. Dan l-apparat jeħtieġ ħafna manteniment minħabba li jaqla’ ħafna riħ ġo fih u anke minħabba l-batteriji u s-sensors li minn żmien għal żmien ikollhom bżonn dawra sabiex jinbidlu jew jinqalgħu. Personalment jgħinni ħafna biex inkun nista’ nżomm statistika tal-kundizzjonijiet tat-temp li mbagħad tidħol ġo spreadsheets fuq il-kompjuter u nqabbel is-snin u x-xhur kull meta nħoss il-bżonn,” spjegali tajjeb. Amministratur tal-grupp fuq Facebook ‘It-Temp Madwarna’ Samuel huwa wkoll l-amministratur tal-grupp fuq Facebook ‘It-Temp Madwarna’. Ilu li fetaħha madwar tliet snin ilu. Xogħlu bħala amministratur jirrikjedi ferm iktar milli sempliċiment jirrapporta t-temp ta’ kuljum. Ħallejt f ’idejh sabiex jispjega ruħu aktar fid-dettall. “Nieħu ħsieb li kull persuna li tkun ħalliet xi kumment nuriha rikonoxxenza u anke nipprova nwieġeb id-domandi kollha li jinkitbu, kemm b’mod pubbliku u anke f ’messaġġi privati. Nikteb ukoll diversi artikli jew nagħti informazzjoni li nħoss li hi rilevanti mat-temp li nkunu qed nesperjenzaw f ’dak iż-żmien li jinkitbu wara li ssir riċerka u analiżi profonda. Niddejjaq nispara bl-addoċċ u nqis ħafna l-kliem li nikteb u noqgħod ferm attent li ma jkollix żbalji fl-ortografija għaliex il-lingwa Maltija hija xi ħaġa oħra li hi għal qalbi ħafna,” spjegali tajjeb. Żied jgħidli wkoll li apparti dan kollu, xi kultant għalkemm rari, issib lil min jipprova joħloq il-polemiċi jew juża kliem mhux xieraq u jdejjaq nies oħrajn li jkunu qed isegwu. “Dawn il-persuni jiġu mwiddba u f ’każijiet rari anke jkolli kontra qalbi nneħħihom. Issib ukoll min kontinwament jagħmel skrutinju, anke jekk mhux b’mod
korr solut t-tem infor anke relat Filgħal spon il-Pa l-Paġ kollh offru u l-G skars port iżda huw tal-P pelli Ta’ li jin kif u Fil-f anzi biex jħoss Malt Mh ra m xjent l-klim men għad Ewr inteb stud Mis it-tem ġiex
L-ak
Ridt temp jkun naħa ikun ftit, j prev fix-x – mi Dan izzat
15
12.01.2020
kullhadd.com
AFFAXXINAT BIL-MALTEMP
rett, ta’ dak li nkun bassart, iżda fil-maġġoranza asta s-segwaċi tal-Paġna huma nies li verament iħobbu mp u japprezzaw ix-xogħol kollu li jsir biex ikollhom rmazzjoni utli, kemm jista’ jkun preċiża u ħafna drabi e bi spjegazzjonijiet xjentifiċi u bl-istampi jew vidjows tati mas-suġġett diskuss.” -fatt, Samuel ried li l-Paġna tiegħu tkun speċifikament segwaċi Maltin u Għawdxin. Kif qalli hu stess, ir-rins kien tajjeb ħafna sa mill-ewwel ġurnata li fetaħ din aġna. “Biss biss ngħidlek li fi tliet snin biss, isegwu ġna b’mod uffiċjali madwar 40,000 ruħ u dawn huma ha Maltin u Għawdxin, minħabba li l-kontenut huwa ut biss bil-Malti. Iva, ridt li tkun speċifika għall-Maltin Għawdxin minħabba li l-użu tal-lingwa Maltija huwa s anke fuq il-midja soċjali u min jippreferi jaqra rapti dwar it-temp bil-lingwa Ingliża għandu għażla vasta, bil-Malti ftit hawn u kif diġà aċċennajt qabel, il-Malti wa għal qalbi ħafna u kont anke ġibt kwalifika fil-Qari Provi u allura nikteb b’kunfidenza u bla biża’ li se nisħażin jew li ma ninftihemx,” stqarr miegħi. ’ min iżid jgħid li din il-Paġna hi maħsuba għal dawk nteressahom l-istudju dwar it-temp u x-xjenza warajh, ukoll għal dawk li jaffaxxinaw ruħhom bl-elementi. fatt, din il-Paġna hija amministrata b’mod volontarju, Samuel ġieli jonfoq il-flus permezz ta’ post boosts ġieli jwassal messaġġ ta’ twissija jew informazzjoni li s li hi importanti u għall-interess ġenerali tal-pubbliku ti u Għawdxi. hux hekk biss, talli Samuel attenda diversi korsijiet barminn Malta (Exeter, Trieste u Nikosija) fejn jiltaqgħu tisti u meteoroloġisti Ewropej jiddiskutu t-temp u ma tal-Ewropa. Fi kliemu stess kienu esperjenzi verant sbieħ u li minnhom tgħallem ħafna u skopra kemm du ma jaf xejn ħdejn meteoroloġisti professjonali ropej u minn madwar id-dinja. Minn dawn il-korsijiet baħ kemm f ’pajjiżi barra minn Malta, it-temp huwa djat fid-dettall u b’serjetà u bi professjonalità kbira. stoqsi jekk qatt tħajjar jibda jaħdem speċifikament fuq mp biss, Samuel weġibni fil-pożittiv, iżda għadu ma il-mument opportun.
ktar imprevedibbli huwa t-temp fi żmien il-ħarifa
t inkun naf ukoll jekk ġieli tmurx xi ħaġa żmerċ mitp li jkun bassar bl-istrumenti tiegħu, fis-sens, jistgħu nu fallibbli jew dejjem kien korrett it-tbassir minn a tiegħu. “Infallibbli huwa biss il-Mulej. Ovvjament n hemm xi drabi iżolati li xi maltempata taqbiżna bi jew inkella titla’ sħaba mix-xejn u tagħmel xita mhux vista f ’xi lokalità. L-aktar imprevedibbli huwa t-temp xhur ta’ Settembru, Ottubru u Novembru (fil-ħarifa) ill-bqija kważi dejjem kollox jimxi arloġġ mat-tbassir. n hu grazzi għal diversi mudelli tat-temp kompjuterti li dejjem isiru aktar preċiżi, iżda l-akbar suċċess jiġi
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
minn kemm inti kapaċi tinterpreta dak li qiegħed tara fuq dawn il-mudelli u dak li qiegħed jiġri madwarek fir-realtà. Wara ħafna osservazzjonijiet tibda ssir kunfidenti u familjari ma’ dak li jkun qed iseħħ, peress li t-temp huwa ċiklu u hemm ripetizzjoni, anke jekk l-ebda maltempata mhi bħal oħra u l-iċken bidla jaf issarraf b’tibdiliet drastiċi inkonnessjoni mat-temp. Il-mudelli tat-temp mhux kollha huma preċiżi u ssib minnhom tajbin biex ibassru r-riħ u oħrajn tajbin għal xi ħaġa oħra. Mill-esperjenza li tibni tibda tinduna liem huma l-aħjar sabiex tuża bħala għodda. Inħoss li b’mod ġenerali t-tbassir tiegħi għandu rata ta’ suċċess ta’ bejn 90 u 95%,” żvela miegħi. Ta’ min jgħid ukoll li Samuel kien jifforma parti minn grupp ta’ dilettanti tat-temp bl-isem ta’ Malta Weather Group. Fil-fatt, għal raġunijiet li ma kellu l-ebda kontroll fuqhom, dak il-grupp sfaxxa b’mod uffiċjali, iżda b’mod mhux uffiċjali Samuel xorta għadu f ’kuntatt ma’ diversi membri li kienu jiffurmaw parti minnu. “Infatti, nixtieq li nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzjahom tas-sapport li jtuni kull meta jkolli bżonnhom sabiex jipprovdu xi ritratt jew data relatata mat-temp, speċjalment fil-qari tax-xita, fost affarijiet oħrajn. Permezz tal-Paġna xtaqt nibqa’ f ’kuntatt mas-suġġett tat-temp u kif għedt anke qabel xtaqt li naqsam dak kollu li naf ma’ persuni oħrajn, billi kemm jista’ jkun nagħtihom l-informazzjoni korretta dwar dak li jkun qed jiġri jew se jiġri fejn jidħlu kundizzjonijiet meteoroloġiċi.” Fl-aħħar nett Samuel għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jekk għadkom ma dħaltux fil-Paġna – ‘It-Temp Madwarna’, nissuġġerilkom sabiex tħallu Like u tagħmlu See First sabiex iżżommu ruħkom aġġornati dwar dak kollu li għandu x’jaqsam mat-temp bil-lingwa Maltija u mingħajr ħafna kliem bombastiku jew li joħloq paniku. Nirringrazzja lilek Ramona tal-opportunità li tajtni sabiex nitkellem dwar parti minn ħajti li hi għal qalbi ħafna.”
16
12.01.2020
kullhadd.com
IN-NIES PRIJORITÀ Michael Falzon Ministru
Jannar 2020 se jfisser nifs ġdid għall-pajjiż, speċjalment għall-eluf ta’ pensjonanti u benefiċjarji soċjali, illi issa se jkunu qed igawdu miż-żidiet finanzjarji dovuti lilhom. Dawn iż-żidiet huma studjati, u fuq kemm il-pajjiż jiflaħ jagħti. Dan wara li l-ekonomija kibret bla preċedent fl-aħħar snin. Tajjeb illi nifhmu li dan ma seħħx b’kumbinazzjoni, iżda permezz ta’ ħidma għaqlija u sostenibbli fit-tul. Huwa t’unur li nservi lil dan il-pajjiż bħala Ministru responsabbli mis-soċjal. Dan mhux biex niftaħar kemm tajna żidiet u benefiċċji, iżda għax
naf li din il-politika qed taqla’ aktar nies mir-riskju ta’ faqar filwaqt li tgħin faxxa ta’ nies oħra tavvanza ’l quddiem. Minn dan ix-xahar bdejna naraw l-introduzzjoni ta’ miżuri li jinkludu ż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa fil-pensjonijiet u ż-żieda fir-rata tal-assistenza miżjuda għal diżabilità severa. Tal-ewwel tħallsu l-ġimgħa li għaddiet, filwaqt illi issa se jitħallsu l-pensjonanti tal-irtirar li jirċievu l-pensjoni taż-żewġ terzi u dawk li huma pensjonanti tasservizz li se jirċievu ż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom. Fl-istess ġurnata jirċievu żieda wkoll dawk li qegħdin fuq l-għajnuna soċjali. Ingħatat żieda addizzjonali wkoll għal dawk illi kienu jaħdmu fis-settur pubbliku u li rtiraw bejn l-2016 u l-2018 ta’ 62 sena jew aktar, b’aktar minn 35 sena bolol. B’hekk dawn se jinġiebu l-istess bħal dawk li kienu jaħdmu fis-settur privat. Il-pensjonanti romol se jirċievu ż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom nhar is-Sibt 18 ta’ Jannar. Fl-istess ġurnata se jirċievu żieda wkoll dawk li qegħ-
din fuq l-għajnuna medika. Fil-25 ta’ Jannar, imbagħad ikun imiss lill-pensjonanti tal-invalidità u l-pensjonanti fuq il-pensjoni minima li huma wkoll se jkunu qed jirċievu ż-żieda ta’ €7 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom. Se tidħol fis-seħħ miżura ġdida li tolqot impjegati fis-servizz jew fis-settur pubbliku li minkejja li kellhom biżżejjed kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex jirtiraw fl-età ta’ 61 sena jew laħqu l-età tal-irtirar bejn l-2016 u l-2018, għażlu li jkomplu fl-impjieg tagħhom mingħajr ma ħadu l-pensjoni għal mill-anqas sena. B’din il-miżura dawn l-impjegati mhux ser jitilfu ż-żidiet perċentwali li akkumulaw fir-rata tal-pensjoni f ’dawn is-snin għaliex ir-rata tal-pensjoni tagħhom issa giet aġġustata biex tkun tirrifletti ż-żidiet akkumulati. B’hekk dawn l-impjegati bdew jitqiesu l-istess bħall-ħaddiema fis-settur privat li bdew igawdu minn din l-iskema mill-2016 meta daħlet fis-seħħ. Ta’ min jgħid li ż-żieda mħabbra fil-Baġit fl-ammont ta’ għajnuna supplimentari li jirċievu anzjani li
għandhom ’il fuq minn 65 sena li jinsabu f ’riskju ta’ faqar diġà bdiet titħallas. Dan sar fil-pagament li rċevew l-anzjani qabel il-Milied, liema pagament kien ikopri l-ewwel tliet xhur tas-sena bil-quddiem. Ħsibna wkoll fil-persuni b’diżabilità, fosthom għal dawk bl-assistenza miżjuda għal diżabilità severa li l-benefiċċju tagħhom issa laħaq daqs il-paga minima nazzjonali netta. B’hekk ġiet fi tmiemha r-riforma fl-assistenza għal diżabilità, biex l-assistenza li tingħata lill-persuni li assolutament ma jistgħux jaħdmu telgħet għal €161.40. Il-benefiċjari ta’ din l-assistenza li jlaħħqu 650, ser jitħallsu €8,393 fis-sena, li jfisser li f ’erba’ snin jkunu żdiedu bi €3,120. Din hija politika ħolistika li verament tgħin lil min hu l-aktar filbżonn, u hawnhekk nirrikonoxxi l-għeruq ta’ dan il-Partit illi dejjem għaraf kif jista’ jgħin lill-batut u lill-vulnerabbli, filwaqt li noħolqu klima fejn l-investiment u x-xogħol jibqgħu jikbru. Flimkien se nkomplu nibnu dan il-pajjiż, se nkomplu nsaħħu dak illi ksibna, se naraw illi ssir ġustizzja ma’ dawk
il-persuni li jħossu li ma saritx ġustizzja magħhom. Fuq kollox se nibqgħu Gvern tan-nies, Gvern li jħares lejn il-prinċipji u l-valuri li sawruna, filwaqt li ma jibża xejn jesplora orizzonti ġodda li jkomplu jtejbu l-qagħda soċjo-ekonomika tal-pajjiż.
Ingħatat żieda addizzjonali wkoll għal dawk illi kienu jaħdmu fis-settur pubbliku u li rtiraw bejn l-2016 u l-2018 ta’ 62 sena jew aktar, b’aktar minn 35 sena bolol
INKOMPLU BIL-ĦIDMA TAGĦNA
Owen Bonnici Ministru
Il-ħidma tkompli. F’dawn issnin li għaddew dan il-Gvern kien strumentali biex f ’pajjiżna rajna qabża sinifikattiva f ’diversi setturi, inkluż il-ġustizzja. B’ħidma kollettiva bejn id-diversi entitajiet u aġenziji, rajna lil dawn is-setturi jissaħħu u jimxu aktar ’il quddiem, għall-benefiċċju kemm tas-setturi nfushom, ta’ min jaħdem fihom, imma wkoll tal-poplu Malti kollu. Sinifikanti kienu l-liġijiet u l-miżuri meħuda fis-settur tal-ġustizzja, is-saltna tad-dritt u d-demokrazija f ’pajjiżna. Il-liġijiet u l-miżuri li daħħalna kienu bla preċendent. Sa
ftit tal-jiem ilu biss, ħabbarna s-separazzjoni tar-rwoli duppliċi tal-Avukat Ġenerali, u issa għandna l-Avukat tal-Istat. Aħna nwettqu. Ħaddieħor jikkritika – anki b’mod inġust – iparla, u jieqaf hemm. Dan ilGvern, janalizza, jimplimenta u jwettaq. Sa mill-ewwel sena dan ilGvern beda mill-ewwel jaħdem fuq pjan strutturat ta’ titjib u mmodernizzar. Dan ma kienx jinkludi biss riformi u dħul ta’ liġijiet, imma wkoll tisħiħ tal-infrastruttura fil-bini u wkoll servizzi tal-Qrati u taħriġ kontinwu fis-settur. U se nibqgħu għaddejjin b’dan it-titjib, għaliex għalina, li jkollna pajjiż li jħaddan l-aqwa forma ta’ demokrazija, li jkollna pajjiż li fih tirrenja s-saltna taddritt mhux biss hija prijorità, imma huwa wkoll xenarju li verament nemmnu fih, minkejja dak kollu li jingħad. Dan il-Gvern huwa gvern li bil-fatti jħobb u għandu għal qalbu lil pajjiżu, u għalhekk il-ħidma tagħna hija ffukata fuq it-titjib tal-istrati kollha li jsawru lil dan il-pajjiż. Il-Ministeru li għalih jien re-
sponsabbli qiegħed ukoll jilgħab parti importanti ferm fir-restawr, il-preservazzjoni u l-ħarsien tal-partrimonju kulturali tagħna lkoll. B’entitajiet li qed jagħmlu dan ix-xogħol b’mod metikoluż u bi professjonalità kbira, għaddejjin bi proġett kontinwu biex inħallu legat għall-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. Din hija responsabbiltà li qed nieħdu b’serjetà kbira. Xejn m’aħna qed inwarrbu filġenb biex nagħmlu dan. Dak kollu li huwa parti mill-wirt kulturali tagħna qed inħarsu lejh u naraw li ma nħalluhx jispiċċa. Xogħol kbir għaddej f ’palazzi, f ’binjiet, f ’siti storiċi, fi knejjes u f ’kappelli, u wkoll niċeċ u statwi li jarrikkixxu l-bliet u l-irħula tagħna. F’dawn il-jiem li għaddew żort tnejn biss minn lista ma tintemm qatt ta’ proġetti li għaddejjin. U l-lista ta’ dan ix-xogħol li twettaq matul dawn l-aħħar sitt snin hija lista li ma tispiċċa qatt. U se tkompli tiżdied fis-snin li ġejjin. Żort il-Knisja taż-Żejtun u l-Knisja tal-Madonna tal-Ħniena tal-Qrendi. Fil-
qies tagħhom, żewġ binjiet arkitettoniċi mill-aqwa, li b’investiment monetarju, imma aktar importanti, investiment fil-ħiliet tal-ħaddiema bieżla tagħna u l-professjonalità li għandhom, qed nagħtuhom ħajja mill-ġdid biex jibqgħu jitgawdew għal mijiet ta’ snin oħra. Dan huwa legat li qed ninvestu fih. Il-legat tal-ġenerazzjonijiet futuri tagħna. Kif wegħedna, u kif qed inwettqu. U l-ħidma tkompli bla waqfien. Inkomplu naħdmu biex dak kollu li huwa fir-responsabbiltà tagħna li nirranġaw u nsaħħu, nirranġawh u nsaħħuh. Se nħarsu ’l quddiem biex inkomplu nagħmlu minn dan il-pajjiż, pajjiż li jkun xieraq għall-familji li jgħixu fih. Diġà sar ħafna f ’dawn is-sitt snin ta’ ħidma kontinwa. U dan il-ħafna se jkompli għaddej anki fissnin li ġejjin. Nhar it-Tlieta kellna l-aħħar laqgħa tal-Kabinett immexxi mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Bla dubju dan huwa l-aqwa Kabinett li qatt kellu pajjiżna – wettaqna ħafna flimkien u magħqudin. Iddiskute-
jna, analizzajna l-opinjonijiet tagħna lkoll u fl-aħħar millaħħar wettaqna dak li huwa ta’ ġid għal pajjiżna. Flimkien u magħqudin se nkomplu nwettqu, minn għada t-Tnejn ’il quddiem, biex inkomplu nagħmlu lil pajjiżna ġawhra fil-Mediterran. Grazzi Joseph ta’ ħidmietek. Se tibqa’ mniżżel fl-istorja bħala Prim Ministru li tejjeb ilħajja ta’ ħafna u ħafna familji għall-aħjar!
Xogħol kbir għaddej f’palazzi, binjiet, siti storiċi, knejjes u kappelli, u wkoll niċeċ u statwi li jarrikkixxu l-bliet u l-irħula tagħna
17
12.01.2020
kullhadd.com
KBURIN ‘IL QUDDIEM Editorjal
Għax biex nimxu ‘l quddiem l-istorja tagħna rridu niktbuha aħna, iżda iktar importanti minn hekk ħarsitna trid tkun iffukata kollha kemm hi fuq il-ġejjieni
Kburin li Maltin. Kburin li Laburisti. Flimkien ’il Quddiem. Kienu dawn iż-żewġ għajtiet ewlenin li smajna tul il-kampanja elettorali għall-Mexxej tal-Partit Laburista tul l-aħħar ġimgħat. Messaġġi sbieħ u importanti li mil-lum irridu nagħmluhom tagħna t-tnejn li huma, biex bħala Partit Laburista u bħala pajjiż nibqgħu mexjin ’il quddiem bi kburija. Sakemm qiegħed jinqara dan l-Editorjal, se tkun saret magħrufa l-għażla tat-tesserati tal-Partit Laburista. Għażla li m’hemmx dubju li hi waħda li se tispira fiduċja għall-ġejjieni. Dan għax iż-żewġ kontestanti li kien hemm quddiem it-tesserati kienu għażliet b’saħħithom. Il-ħidma tagħna fiż-żmien li ġej nibqgħu nagħmluha bi kburija għal diversi raġunijiet. Nagħmluha bi kburija għax tul il-100 sena tiegħu, il-Partit La-
burista dejjem għamel il-ġlidiet favur in-nies u favur soċjetà iktar ġusta u miftuħa. Dik tagħna dejjem kienet favur l-ugwaljanza, kontra l-faqar, favur opportunitajiet għal kulħadd u favur pajjiżna. Kienu prinċipji li tul is-seba’ snin li għaddew għexniehom ukoll fil-bidliet li wettaq il-Gvern Laburista. Ħloqna iktar xogħol, għinna lill-persuni li jifilħu l-inqas, daħħalna drittijiet ċivili ġodda, investejna iktar fis-saħħa u l-edukazzjoni u nissilna sens ta’ fiduċja li pajjiżna kien ilu ma jara bħalha snin. Dan kollu rridu nibnu fuqu għaż-żmien li ġej. Iva, nirranġaw fejn seta’ sar ħażin. Iżda, hemm ħafna tajjeb li rridu nseddquh bi kburija. Għax biex nimxu ’l quddiem l-istorja tagħna rridu niktbuha aħna, iżda iktar importanti minn hekk ħarsitna trid tkun iffukata kollha kemm hi fuq il-ġejjieni.
Fuq kollox l-avvenimenti riċenti ma jridux inisslu fina qrusa jew dwejjaq. Kull min hu lest li jaħdem favur pajjiżna u magħna fil-Moviment li nbena madwar il-Partit Laburista għandna niftħulu l-bieb biex jingħaqad magħna u jaħdem magħna. Għax għad baqgħalna ħafna xi nwettqu għal dan il-pajjiż. Għandna manifest elettorali li preżentajna lill-poplu fl-2017 u fuqu diġà bdiet ħidma kbira. Filwaqt li twettqu bosta miżuri fl-ewwel sentejn ta’ dan ilGvern, hemm oħrajn li beda sew ix-xogħol fuqhom, inkluż dawk li tħabbru fl-aħħar baġit, u li rridu nkomplu bl-implimentazzjoni tagħhom. Hemm oħrajn li għad iridu jibdew. Kemm Robert Abela u kemm Chris Fearne wrew biċ-ċar l-impenn tagħhom biex dan il-manifest jitwettaq u għalhekk minn għada l-ħidma tal-Kabinett u l-Grupp Parlamentari Laburista trid tkun iffuka-
ta kollha kemm hi fuq il-bżonn li nkomplu nwettqu dan il-manifest u anke nimplimentaw bidliet oħra li tkun tirrikjedi soċjetà li tinbidel kontinwament. Għax parti mis-suċċess tagħna dejjem kien li nkunu minn ta’ quddiem biex inwettqu u nipproponu l-bidliet u mhux nirreaġixxu. Il-viżjoni biex nagħmlu ’l pajjiżna lest għall-ġejjieni trid tkompli tkun implimentata. Fuq kollox, biex din il-bidla titwettaq b’suċċess, irridu niġbdu ħabel wieħed. Magħqudin kif konna fl-aħħar 11–il sena. Magħqudin wara l-mexxej il-ġdid u wara l-ideal tal-Partit Laburista. Kull meta ma konniex magħqudin batejna u meta bata l-Partit Laburista batew il-Maltin għax il-ħolm li kellna għal pajjiżna ma stajniex inwettquh. Fl-aħħar snin wettaqna u għad għandna ħafna xi nwettqu. Għalhekk flimkien irridu nħarsu ’l quddiem, kburin li Laburisti, kburin li Maltin.
18
12.01.2020
kullhadd.com
TKABBIR U SĦUBIJA MAL-AFRIKA
Carmelo Abela Ministru
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ nieda konsultazzjoni pubblika li tikkonċerna l-istrateġija nazzjonali ta’ pajjiżna fejn tidħol l-Afrika. Din l-istrateġija qed tiffoka fuq il-kummerċ, id-diplomazija u l-iżvilupp u apparti li tiffoka fuq il-ġid li jista’ jitkattar, qed tara wkoll li jinħolqu diversi opportunitajiet li forsi qabel ma setgħux jinħolqu.
L-Afrika hija forza ekonomika emerġenti u l-Gvern qed jara li din l-ewwel strateġija nazzjonali sservi bħala gwida għall-iżvilupp tar-relazzjonijiet ta’ Malta mal-kontinent Afrikan fil-perjodu li ġej. Dan filwaqt li jiżgura wkoll li Malta mhix sempliċiment attur passiv f ’dinja li qed tinbidel iżda kontributur attiv għas-soluzzjonijiet u proponent denju ta’ politika u opportunitajiet għat-tkabbir. L-istrateġija tirrispondi wkoll għat-talbiet ta’ Afrika li qed tinbidel u turi kif Malta tista’ ssaħħaħ ir-relazzjonijiet permezz tal-valuri ta’ fiduċja u d-djalogu ta’ sħubija. Inkluż fl-istrateġija hemm ukoll rwol akbar għan-negozju Malti, rwol li jgħin biex jinħoloq investiment u kummerċ ġdid li jkunu ta’ benefiċċju reċiproku għal Malta u l-Afrika. Qed joħroġ messaġġ ċar: L-Afrika ma tridx sempliċement għajnuna, iżda trid kummerċ, żvilupp u tkabbir. Il-Gvern qed jara li jkun
hemm ukoll aktar kuntatt bejn in-negozju u l-qsim ta’ ħiliet u għarfien. L-intrapriżi bbażati f ’Malta huma f ’pożizzjoni tajba biex ikollhom rwol ikbar fl-Afrika u aħna nimpenjaw ruħna f ’din l-istrateġija biex ngħinu fir-riċerka, in-netwerking, u l-bażi li tista’ tidentifika u tiffaċilita l-kummerċ u l-investiment miż-żewġ naħat. L-istrateġija tenfasizza wkoll l-importanza tal-iżvilupp permezz tal-prattika tajba biex tagħti l-possibilità lill-Afrika li ssaħħaħ il-potenzjal ta’ kull persuna, irrispettivament mis-sess, mit-twemmin, jew mill-orjentazzjoni. Tajjeb li nenfasizzaw ukoll ix-xogħol li qed tagħmel is-soċjetà ċivili Maltija permezz tal-programm ta’ Għajnuna barranija tal-Gvern ta’ Malta li bi kburija jtajjar il-bandiera ta’ Malta u jaqsam il-valuri ta’ solidarjetà ta’ Malta. Għandu jkun innutat li fl-2018, il-kontribuzzjoni ta’ Malta għall-Iżvilupp, li l-maġġoranza tagħha mar-
ret għall-Afrika, kienet aktar minn €28 miljun. Mill-2020, ilFond Uffiċjali għall-Għajnuna għall-Iżvilupp tal-Ministeru ġie miżjud biex laħaq is-somma totali ta’ €2 miljuni. Fejn tidħol id-diplomazija, Malta kienet impenjata malpajjiżi tal-fruntieri tal-Mediterran tal-Afrika ta’ Fuq sa minn żminijiet antiki. Il-Gvern issa qed isegwi b’mod attiv strateġija usa’ għall-Afrika lil hinn mill-ixtut tat-Tramuntana tagħha, u jikkonsolida r-rabtiet ta’ Malta fl-Afrika permezz tas-sħubija tagħha fil-Commonwealth u fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Is-Summit tal-Valletta 2015, li ġie organizzat minn Malta, bagħat messaġġ importanti, jiġifieri li l-migrazzjoni ma tistax tiġi indirizzata bħala kwistjoni singulari. Hawnekk tajjeb nirrimarkaw ukoll li Malta dejjem ħadet rwol proattiv fit-tfittxija ta’ soluzzjonijiet internazzjonali għall-isfidi ta’ żminijietna. Lura għall-istrateġija, irridu
ngħaddu l-messaġġ li Malta se tinsisti għat-tkabbir, għad-dinjità u għall-emanċipazzjoni fl-Afrika. Aħna ser infittxu li nkunu msieħba veri permezz tal-pożizzjonijiet u l-politika tagħna fl-Unjoni Ewropea, in-Nazzjonijiet Uniti, u bnadi oħrajn. Kliem ta’ tifħir mingħand Ursula Von der Leyen Fuq nota oħra, kien pjaċir tiegħi li din l-inizjattiva rċiviet kummenti pożittivi mill-President tal-Kummissjoni tal-UE Ursula Von der Leyen. Hi saħqet li l-ħidma ta’ Malta qed tikkumplimenta l-impenn kunfidenti ta’ Malta mal-Afrika. Apparti hekk, innutat ukoll li Malta tista’ tkun il-pont kummerċjali tal-Ewropa għall-Afrika. Dan juri biċ-ċar li l-ħidma tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u l-Promozzjoni tal-Kummerċ hija stmata, mhux biss lokalment iżda wkoll fuq livell internazzjonali.
GHAŻILNA MEXXEJ: XI JMISS?
Aaron Farrugia Segretarju Parlamentari
Il-bieraħ il-membri tesserati eleġibbli li jivvutaw taw il-verdett tagħhom dwar min għandu jkun il-Mexxej il-ġdid għas-snin li ġejjin. Dalgħodu għandna r-riżultat, għandna mexxej ġdid. Flimkien għażilna l-14–il Prim Ministru ta’ pajjiżna. Kienet kampanja elettorali interessanti fejn il-membri kellhom żewġ kandidati bi stil differenti. Kellhom għażla tajba u kellhom żmien biżżejjed biex jevalwaw min fiċ-ċirkostanzi preżenti jista’ jieħu l-partit u l-pajjiż lejn orizzonti ġodda. Iktar tard illum waranofsinhar se nisimgħu l-ewwel diskors tal-Mexxej ilġdid u ħsibijieti dlonk imorru dwar il-kontenut ta’ dan id-dis-
kors. X’qed jistennew minnu l-membri tal-Partit, il-familji, il-poplu? Dawn li ġejjin huma l-ħsibijiet tiegħi dwar dan. Għaqda. L-għaqda mhux se tkun biżżejjed biex nerbħu iżda se tkun l-iktar ħaġa importanti. Ngħiduha kif inhi, li anke f ’tellieqa bejn il-ħbieb, waħda bejn l-aħwa, il-ġirja hi kompetittiva u kulħadd irid li jerbaħ hu. Flaħħar ġimgħat rajna membri u saħansitra deputati jgħidu lil min jippreferu. Ftit uġigħ ta’ żaqq dejjem ikun hemm. Iżda Mexxej tajjeb jaħdem biex jgħaqqad lil kulħadd warajh. Fl2008 Joseph Muscat tellaq ma’ erbgħa oħra. Rebaħ, u miegħu l-erbgħa kontestanti l-oħra ingħataw l-ispazju biex jaħdmu u magħhom dawk li għenuhom fil-kampanja tagħhom. Is-sabiħ tal-politika, jekk tagħraf tużaha tajjeb, hi li tagħtik l-għodda biex tgħaqqad, iżda wkoll l-għodda biex tifred. Id-diskors tal-lum għandu jkun wieħed li jgħaqqad lill-membri, lid-deputati, ilkoll wara l-Mexxej il-ġdid. Partit. Mil-lum il-Partit irid jingħata l-istess importanza li tajnieh fl-aħħar ġimgħat. Il-verità hi li kull partit li jkun fil-gvern jittraskura l-partit,
l-istrutturi tiegħu. Il-messaġġ tal-Mexxej il-ġdid illum għandu jkun wieħed li juri biċ-ċar li se jsaħħaħ l-istrutturi, se jikkonsulta magħhom u se jtihom rwol ferm ikbar milli għandhom. Dan ma jfissirx li kellna strutturi mnawra jew dgħajfa. Anzi. Minn hawn insellem lil President tal-Partit, l-Amministrazzjoni, l-Eżekuttiv Nazzjonali, il-midja tal-partit Laburista, u fuq kollox il-Kummissjoni Elettorali li lkoll ħadmu b’għaqal u bi professjonalità. Iżda llum irridu nibagħtu messaġġ li l-Partit se jkollu rwol b’saħħtu anke dak ta’ skrutinju tagħna lkoll. Gvern. Il-messaġġ tal-lum għandu jkun wieħed li d-deċiżjonijiet se jittieħdu minnufih, anke dawk mhux popolari, sa mill-ewwel sigħat. Dan biex Mexxej ġdid jibda mill-ewwel paġna ġdida. M’għandniex il-lussu li se nkunu fl-oppożizzjoni, u allura l-kumdità li tibdel gradwalment. Aħna partit fil-Gvern u rridu niggvernaw minn għada. Għandna mandat iżda jeħtieġ nippreżentaw il-wiċċ ġdid ta’ dan il-Gvern. Kif ktibt ftit tal-ġimgħat ilu, iċ-ċirkostanzi preżenti jeħtieġu
iktar minn qatt qabel Gvern tal-aqwa talenti, ta’ persuni li jagħtu r-riżultati, li huma integri. Id-diskors tal-lum għandu jibgħat sinjal li t-triq ’il quddiem se tkun l-integrità, ir-riżultati, il-kompetenza, il-meritokrazija. Manifest. Ħadt pjaċir nisma’ liż-żewġ kontestanti jgħidu li se jaħdmu qatigħ biex jimplimentaw il-manifest elettorali preżenti li bih ġejna eletti fl2017. Kienu interessanti wkoll uħud mill-proposti li tressqu. Iktar minn hekk iżda, id-diskors tal-lum jeħtieġ jibgħat messaġġ li l-Partit Laburista filGvern se jkun dak tal-ambjent, tal-governanza. Mhux se jkollna l-lussu li niżbaljaw fis-sentejn li ġejjin. Lanqas nofs darba. Għalhekk il-bżonn li l-prijoritajiet tal-Mexxej il-ġdid u l-Kabinett tiegħu jkunu ċari minnufih. Pajjiż. Id-diskors tal-Mexxej illum għandu jindirizza l-poplu Malti wkoll, diskors ta’ statista. Kull Malti, kull Maltija għandha tħossha komda bil-Prim Ministru, anke jekk tappoġġja partiti oħra. Għalhekk, irrispettivament minn dak li ntqal u ġie rrappurtat waqt il-kampanja elettorali, illum il-Mexxej ilġdid għandu juri li se jkun tal-
Maltin u l-Għawdxin kollha. Għandu wkoll jisħaq li dan se jkun pajjiż tal-opportunitajiet, fejn wieħed jista’ jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu, tal-mobbiltà soċjali, tal-ġustizzja soċjali u fuq kollox strutturi li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Għandu jkun diskors dak tal-lum li jdaħħal lura n-normalità, is-serenità, irrispett. Brussell. Il-ħsara barra minn Malta saret u jeħtieġ nindirizzawha. Brussell għandu jkun prijorità għall-Mexxej il-ġdid sa mill-ewwel ġurnata. Il-ħidma trid issir fil-Kunsill Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea imbagħad permezz tal-Ministri u l-MEPs fil-Kunsill tal-Ministri u l-Parlament Ewropew rispettivament. Irridu naħdmu ħafna fil-Partit tas-Soċjalisti Ewropej ukoll u għandna nħossuna komdi naħdmu magħhom, għall-istess għanijiet li nħaddnu lkoll. Il-ħidma internazzjonali tmur lil hinn minn Brussell iżda l-ewwel ħidma tibda hawn. Illum waranofsinhar se nkun wara l-Mexxej il-ġdid u se nkun qed noffri dak kollu li naf u dak kollu li jien għas-servizz tiegħu bil-lealtà tiegħi tibqa’ dejjem lejn pajjiżi.
19
12.01.2020
kullhadd.com
TISLIMA LILL-MEXXEJ
Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Illum ma nistax ma nsellimx lill-persuna li ammirajt u żammejtu bħala l-mexxej u bħala l-mentor tiegħi tul dawn l-aħħar 11–il sena, Joseph Muscat. Ġgant politiku, statista, ikona tat-tmexxija, eżempju ppersonifikat tal-għaqda u tat-tisħiħ tad-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza, ekonomista formidabbli u viżjonarju t’eċċellenza. Joseph Muscat, li ġennen ġens warajh minn tfal li huma mbellha fuqu, iż-żgħażagħ li jiġru warajh, sal-anzjani tagħna li huma mitlufa warajh. Ġibed folol lejh li qatt ma rajna qabel hekk kif f ’diskors wara l-ieħor jimliek b’kuraġġ ta’ sur u jqajjimlek ġismek xewk xewk bil-messaġġ li joħroġ minn fommu. Rabat il-grassroots miegħu, imma wkoll ressaq lejh persuni li qatt ma kienu joħolmu li jagħmlu parti mill-Partit Laburista. Bena moviment u kabbru b’tali mod li sarrfu f ’10 rebħiet elettorali massiċċi f ’temp ta’ 10 snin. Joseph Muscat huwa l-katalista tal-bidla. Sa mill-bidu tal-mixja politika tiegħu kien jemmen fil-bidla bħala l-mixja ’l quddiem. Niftakar l-ewwel fuljett tiegħu li rċivejna d-dar meta ħareġ għall-ewwel darba għall-Parlament Ewropew. Dan il-fuljett li għadu għandi kien jaqra: Ibda l-Bidla. Joseph Muscat beda l-bidla u ma waqaf qatt ibiddel. Lil Joseph Muscat ħabbejnieh mhux għax tana rebħiet sbieħ u bla preċedent biss, mhux biss għax bħala l-Kap tal-Gvern għamel tant ġid u refa’ ħafna nies mill-faqar materjali u soċjali, imma għax hu ħabbna tassew, kien qrib tal-poplu, kien qrib tal-attivisti, kien dejjem lest u disponibbli biex jisma’. Jemmen fil-potenzjal ta’ kulħadd, partikolarment fl-enerġija taż-żgħażagħ u fil-kontribut meħtieġ tal-mara fl-arena politika. Ta’ dan jien midjuna ma’ dan ir-raġel għax kien hu l-ixprun li kebbes enerġija ġdida ġo fija sabiex nintensifika
u nkabbar il-ħidma tiegħi fil-Partit Laburista. B’diqa f ’qalbi nsellem li Joseph Muscat li għalija se jibqa’ l-iprem xempju ta’ mexxej u fuq kollox ħabib. Nitnikket għaliex fil-fehma tiegħi u ta’ bosta, Joseph kellu snin u snin oħra x’seta’ jagħti ta’ servizz lejn il-pajjiż, snin ta’ aktar suċċess u ta’ glorja. Imma Joseph Muscat mhux imwaħħal mas-siġġu tal-poter. Għax iċċirkostanżi huma li huma, ħass li għandu jerfa’ responsabbiltajiet anki li mhumiex tiegħu u jirriżenja għall-ġid tal-pajjiż sabiex ma jitlifx ir-ritmu ekonomiku u jistaġna kif jixtiequ bil-ħerqa l-Oppożizzjoni. Grazzi mhix kelma kbira biżżejjed sabiex nuru gratitudni lejn dan il-mexxej tagħna li refa’ l-Partit Laburista minn xagħru u minn partit unelectable ġabu partit invinċibbli. Dan il-Prim Ministru taħt it-tmexxija tiegħu refa’ pajjiż mill-abbissi u minn pajjiż mgħerreq fid-dejn u jirreġistra defiċit sena wara oħra, ġabu pajjiż fejn hawn full employment, id-dejn niżel għal livelli rekord u jirreġistra surplus sena wara oħra. Issa li llum ġie elett mexxej ġdid, irridu nseddqu l-kliem ta’ Joseph Muscat li nagħtu l-lealtà sħiħa lill-mexxej il-ġdid, irrispettivament kif ivvutajna lbieraħ. Ir-rebbieħ assolut hu l-Partit Laburista. Irridu nuru li aħna differenti minn ħaddieħor, li kapaċi nogħlew ’il fuq mill-ambizzjonijiet personali u nkunu ponn wieħed magħqudin wara l-mexxej sabiex minn għada nerġgħu nitilqu niġru ħalli l-partit u l-pajjiż jirrankaw millġdid bir-ritmu li kellhom ftit tal-ġimgħat ilu. Irridu nemmnu tassew fil-kliem ta’ Joseph Muscat: l-aħna hu aqwa mill-jiena. Hekk niggarantixxu partit iffukat li jmur għall-elezzjoni li jmiss b’determinazzjoni li se jerġa’ jkun rebbieħ bil-kbir mill-ġdid, għax hekk jixraqlu u jiggarantixxi wkoll pajjiż b’saħħtu li jkompli joħloq il-ġid sabiex jitqassam lil poplu kif inhu mistħoqq. Il-lealtà tiegħi lejn il-Partit Laburista kienet, hi u tibqa’ inkundizzjonata, għax jien kburija li jien Laburista. U minn dawn il-versi nwiegħed b’umiltà l-lealtà u l-appoġġ sħiħ lill-mexxej il-ġdid u ninsab ħerqana li mmidd għonqi għax-xogħol b’aktar ħeġġa f ’kull ħidma li l-mexxej il-ġdid jogħġbu li jien nagħmel fi ħdan dan il-partit li tant ngħożż.
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 2 ta’ Jannar Nistgħu ngħidu li l-jiem tal-festi għaddew. Ngħid il-verità ma bqajtx lura, għax jien nemmen li la hemm minn fejn, gawdiha, man! Lil żaqqi ma ħallejthiex lura, u lanqas lil griżmejja. Imma issa lura għall-ħajja ta’ kuljum. Min-naħa tiegħi, bi stennija kontinwa għall-attivitajiet tal-partit darba glorjuż tagħna li fihom jitkellem il-Kap Adrian (mhux Manuel) Delia, għax id-diskorsi tiegħu saru jolqtuni wisq. Nispera li fi tmiem il-ġimgħa li ġejja jkollna xi attivitajiet għax issa la rrid naf b’ikel u lanqas b’xorb. Issa rrid inkun naf kif se nirbħu l-elezzjoni li jmiss, aktar u aktar għax issa diġà għaddejna nofs il-leġiżlatura u l-elezzjoni li jmiss malajr magħna! Il-Ġimgħa, 3 ta’ Jannar Kultant ma nafx kif il-ġurnalisti barranin jibqgħu jinsistu li hawn Malta m’hawnx libertà tal-istampa. Għax jien, ngħid għalija, ħlief stejjer u artikli kontra l-Gvern tagħhom ma narax u ma naqrax. Sa fejn naf jien, ilbravu ġurnalista tagħna Joe Mikallef (bil-k u mhux biċ-ċ) assolutament ma jibża’ xejn jikteb biex jagħtina l-informazzjoni li jkollu. U jkollu informazzjoni, man! Anke Ivan Camilleri tat-Times ma kien jibża’ minn xejn, u jekk illum qiegħed joqgħod lura, mhux għax jibża’, imma għax m’għandux fejn jikteb. Għax kieku jaqlgħalhom, man! Kif dejjem kien jaqlgħalhom. Nispera biss li ma jingħaqadx ma’ Manuel (mhux Adrian) Delia, għax dak kontra l-Kap tagħna Adrian.
l-kummenti tiegħu fuq ir-radju tagħna li l-isem preżenti tiegħu kien ivvintah Pierre Portelli li, donnu llum, ħadd ma jaf x’sar minnu. Insomma jien niġi naqa’ u nqum minn x’sar minn Pierre Portelli. Jien l-aqwa li nisma’ lillKap tagħna Adrian (mhux Manuel) Delia. Għoġbitu din li jagħti intervista lill-istazzjon tar-radju tagħna kull nhar ta’ Sibt filgħodu. U jekk Chris Fearne u Robert Abela jaħsbu li se jeħilsuha ħafifa, se jarralhom. Il-Kap tagħna Adran (mhux Manuel) Delia ma jċediha lil ħadd, anke jekk imieri lilu nnifsu. Il-Ħadd, 5 ta’ Jannar Le, le, man! M’għandhomx ċans jeħilsuha ħafif Chris Fearne u Robert Abela. Jekk tal-Labour qegħdin jaħsbu li se jeħilsuha ħafif għax sempliċement jibdlu l-mexxeja, sejrin żbaljati bi kbir. Il-Kap tagħna se jibqa’ jisfidahom. Anzi donnu li se jisfidahom aktar minn qatt qabel. Għax issa qiegħed jgħidilhom li jridu jsiru l-investigazzjonijiet fiż-żmien li jistabbilixxi ruħu hu. Hekk għandu jkun Prim Ministru: Investigatur, prosekutur, ġurat, ġurija, u mħallef. Ovvjament mhux hekk tgħid id-demokrazija, imma jien niġi naqa’ u nqum mid-demokrazija ladarba aħna nkunu fil-Gvern. U jien dik tinteressani! It-Tnejn, 6 ta’ Jannar
Tgħiduli xejn għax jien ċerti figuri ma jinżlulix u ngħid li ma jkunux veritiera. U mela tiġi l-Gozo Channel u tgħid li fix-xahar tal-Milied kien hawn nofs miljun ruħ li qasmu għal Għawdex. In-nies moħħhom fil-protesti ta’ Is-Sibt, 4 ta’ Jannar Manuel (mhux Adrian) Delia, Hekk hu, man! Lura għall- ta’ Repubblika u ta’ Occupy ħajja normali bil-Kap Adrian Justice kienu, u mela li jmor(mhux Manuel) Delia jagħti ru jqattgħu xi ftit jiem vagan-
zi f ’Għawdex, x’kull waħda! Għax jekk huwa minnu li nofs miljun qasmu l-fliegu, kif kienet tgħid ommi, allura nasal għall-konklużjoni li l-ħafna kliem li smajna dwar tensjoni u mhux tensjoni ma kien xejn ħlief gideb. It-Tlieta, 7 ta’ Jannar Kont ili jumejn nistenna li jgħaddu t-48 siegħa li l-Kap tagħna Adrian Delia ta lill-awtoritajiet biex jinvestigaw lil Karl Cini. F’qalbi l-ħin kollu kont qiegħed nistaqsi min jaf x’għandu f ’moħħu. Imma llum iddiżappuntani ftit għax kulma għamel mar id-depot tal-Pulizija u kulma għamel kien li ressaq talba formali lill-Kummissarju tal-Pulizija. U s-sabiħa hi li l-Kummissarju tal-Pulizija mill-ewwel ħarġu ta’ mazetta għax qallu li l-konklużjonjiet u r-rakkomandazzjonijiet li ħarġu mill-inkjesta Egrant qegħdin ikunu kollha investigati. Ma nafx, imma kultant narah jgħaġġel ftit! L-Erbgħa, 8 ta’ Jannar Nieħu gost, man, nara u nisma lill-Kap tagħna, Adrian Delia, jitkellem kuljum, jew f ’konferenza tal-aħbarijiet jew f ’indirizz lin-Nazzjanalisti, għalkemm hu jgħid li huwa indirizz nazzjonali. Imma kultant kliemu iġibu fix-xejn anke ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna. Għamilt l-arja minn dak li smajt u mort għand Ġorġ u għedtlu li mhu se jinbidel xejn, ikun min ikun kap tal-partit tagħhom, kemm jekk ikun Chris Fearne, u kemm jekk ikun Robert Abela. Kien pront Ġorġ u qalli: Naqbel mal-Kap tagħkom li mhu se jinbidel xejn, għax inkaxkruhom konna, u nkaxkruhom se nkomplu, kemm jekk ikun Chris Fearne kif ukoll jekk ikun Robert Abela.
20
12.01.2020
kullhadd.com
“PIRIPORI” Fil-kontinent Afrikan il-missjunarji spiss ingħataw laqam partikolari min-nies tal-post. Eżempju klassiku huwa dak ta’ Mons. Joseph Dupont li miegħu ltqajna diġà, imsejjaħ min-nies Bemba, “Moto Moto” li tfisser nar, derivata mill-karattru entużjast li kien iħaddan, li llum twaħħad miegħu fl-istorja. Aktar minn hekk, il-kelma mtennija darbtejn turi l-enfasi li l-nies li riedet tagħti għal dan l-aspett: nar qawwi. Il-karattru tallum tlaqqam mill-Afrikani “Piripori”. Bħal Mons. Dupont, kien membru tal-Missjunarji tal-Afrika tal-Kardinal Lavigerie, popolarment magħrufa bħala “Il-Patrijiet il-Bojod”. Meta tirreferi għalih billaqam tiegħu, in-nies tal-Burundi aktarx jgħidulek: “Piripori? ni we yatanguye Uburundi”, jiġifieri “Piripori? U żgur li naf min hu. Kien hu li ħoloq il-Burundi!” L-ewwel ħidma missjunarja fil-Burundi L-ewwel żewġ missjunarji f ’dak li llum huwa l-Burundi waslu fil-post fl-1879. Biss kien bidu mill-aktar diffiċli li fi ftit xhur irriżulta fittmiem imdemmi tal-missjunarji nfushom. Dik il-ħabta t-territorju kien imsejjaħ Ruanda-Urundi u kien jifforma parti mill-Kolonja Ġermanika tal-Afrika tal-Lvant. Okkupat aktar tard mill-Belġju, mal-għoti tal-Indipendenza fl1962, it-territorju nqasam f ’żewġ pajjiżi separati: ir-Rwanda u l-Burundi. Iż-żewġ missjunarji li semmejna, li kienu P. Joseph Augier u P. Toussaint Deniaud, it-tnejn Franċiżi, stabbilixxew irwieħhom f ’Rumongé, fejn fl-4 ta’ Mejju 1881, sfaw assassinati f ’attakk imressaq kontra l-missjoni tagħhom derivat aktarx mill-kummerċjanti tal-iskjavi Għarab. Minn dik l-istess sena sal-1898, il-Patrijiet il-Bojod għamlu erba’ attentati oħra bil-għan li jerġgħu jissuktaw ħidmiethom iżda kull darba baqgħu b’xiber imnieħer. Finalment, flaħħar sena msemmija, seħħilhom iwaqqfu missjoni f ’Mugera, li warajha segwew oħrajn f ’Muyaga, Buhonga, Kanyinya, Rugari u Buhoro. Sentejn fuq it-twaqqif tagħha, l-ewwel missjoni f ’Ruanda-Urundi, ċjoè dik ta’ Mugera, kienet tgħodd 16–il Nisrani. Sal-1908 telgħu għal 208 u sentejn wara 457. Il-bidu kien wieħed iebes ħafna għax fiduċja min-naħa tan-nies lejn il-missjunarji ftit li xejn kien hemm. Il-missjunarji f ’Muyaga ħadmu bis-sħiħ biex jorganizzaw il-missjoni tagħhom bl-aħjar mod iżda ma kinux jafu x’kellhom jagħmlu bin-nies ta’ madwarhom. Ħasbu fuq li ħasbu u ppruvaw
mezzi diversi biex jiġbdu l-indiġeni lejhom, imma għalkemm xi taħrika ’l hemm u ’l hawn kien hemm, xorta waħda r-riżultati miksuba kienu ċkejkna. Iżda meta fil-biċċa daħal dak li n-nies ma kellhiex iddum ma tibda ssejjaħlu “Piripori”, il-biċċa ħadet żvolta oħra. P. Jean Marie Leport
Imwieled fl-1877, P. Jean Marie Leport kien wieħed mill-ewwel missjunarji li daħlu ġewwa Ruanda-Urundi mal-istabbiliment tal-missjoni ta’ Mugera. Fl-1908, f ’għeluq l-għaxar sena mittwaqqif tagħha, is-Superjur Ġenerali tal-Missjunarji tal-Afrika, Mons. Léon Livinhac, bagħat lil P. Joseph Malet fil-kwalità ta’ emissarju personali tiegħu sabiex iżur il-missjunarji stabbiliti f ’din l-art u jagħti r-rapport tiegħu. Iż-żjara tal-emissarju kellha tkun providenzjali, għax mingħajr ma kien sema’ dan li ġej qabel, Malet fettillu joħroġ bl-istess kelmiet li P. Leport kien ilu diġà żmien itenni lill-missjunarji sħabu: “Oħorġu, duru u ltaqgħu man-nies!” P. Leport dan il-kliem li hu stess kien ilu tant iħeġġeġ dwaru, intefa’ b’ruħu u b’ġismu fuq din il-biċċa xogħol. Bil-barka tas-superjuri tiegħu, il-missjoni tiegħu ma baqgħetx l-istruttura ġeblija ta’ Mugera imma l-għera vasta tal-art. Is-saqaf tal-missjoni tiegħu ma baqax dak tal-knisja ta’ Mugera imma s-smewwiet. Mar ifittex lin-nies fi djarhom flok ma stenniehom jiġu għandu. Żar il-gruppi preżenti qrib l-artijiet fertili u terraq tul il-firxiet kbar tal-muntanji tal-Birime. Dawn iż-żjarat frekwenti tiegħu wasslu biex ir-riżultati jkunu ferm aktar pożittivi u vantaġġjużi minn dawk li kellhom f ’moħħhom il-missjunarji tal-bidu. Ma kienx importanti, fil-fehma ta’ “Piripori”, in-numru taċ-ċifri imma r-riżultat tagħhom. Għax filwaqt li għal ħafna missjunarji kien vitali n-numru ta’ konverżjonijiet, tqarbin, qrar u l-bqija, Leport ħaseb f ’biċċa li l-frott tagħha kien ferm akbar. L-Insara li kien iżur, saħħaħhom bit-tagħlim u lkoll kemm huma setgħu jservu ta’ katekisti. B’hekk, il-ħidma missjunarja sseddqet ferm aktar milli qatt setgħu jagħmlu l-Patrijiet il-Bojod infushom, għax hekk il-Kelma bdiet twassalha issa n-nies lil niesha. Permezz ta’ dan kiseb garanzija sħiħa għall-futur, billi fil-veru sens tal-kelma “ħareġ, dar u ltaqa’ man-nies”. Dawn il-katekisti, kellhom ikunu matul is-snin kif bassar tajjeb Leport, artiġjani ta’ evanġelizzazzjoni mill-akbar fil-pajjiż. Bil-patrijiet sħabu jinvolvu rwieħhom f ’ta-
Il-missjunarji f’Muyaga ħadmu bis-sħiħ biex jorganizzaw il-missjoni tagħhom bl-aħjar mod iżda ma kinux jafu x’kellhom jagħmlu bin-nies ta’ madwarhom li ħidma mibdija minnu u għaldaqstant b’katekumenu sħiħ organizzat, Leport kien jenfasizza ħafna dwar l-importanza tal-istruzzjoni sħiħa li l-futuri katekisti kellhom jirċievu. Minn Muyaha l-biċċa mxiet għal Gitwenge, minn hemm għal Gisuru u eventwalment għal Rusengo. Bil-katekisti mbagħad, iffurmati b’mod l-aktar sod, inkoraġġuti u sostnuti minn Leport, bdew jiġu mqassma minnu stess fi bnadi diversi mal-erbat irjieħ ta’ dak li llum huwa l-Burundi. Il-katekisti għalhekk feġġew f ’Makamba, Gatara, Busiga, Mpinga u saħansitra f ’Buha, illum parti mit-Tanzanija. M’għandniex xi ngħidu, dan kollu sar snin twal qabel il-Konċilju Vatikan II, għaldaqstant l-impenn hekk sħiħ tal-lajċi fil-Knisja kien tassew pass rivoluzzjonarju, iżjed u iżjed meta tqis li dan kollu kien qed iseħħ f ’art li denominament il-Kristjaneżmu kien għadu fl-ewwel istanti tiegħu. Fost il-katekisti ffurmati kellek lil missier Joachim Ruhuna, futur Arċisqof ta’ Gitega, assassinat flimkien ma’ soru u katekista fid-9 ta’ Settembru 1996, tul il-ġenoċidju tal-ġens Tutsi li kontrih tkellem b’mod ċar u kkundanna b’qawwa. Ħidmiet “Piripori” dejjem jikbru L-imħabba għat-tagħlim u b’mod speċjali l-istruzzjoni sħiħa, ċara u korretta tal-katekiżmu wasslet lil P. Leport sabiex jippubblika manwal katekistiku b’ilsien in-nies tal-post, liema lingwa kien jaf tant tajjeb li spiċċa biex kiseb il-laqam tiegħu “Piripori” li appuntu tfisser morfoloġija. P. François Ménard, li ħareġ l-ewwel ktieb tal-grammatika bil-lingwa tal-post, assistieh fil-pubblikazzjoni tal-ktejjeb. “Piripori” seħħlu jwaqqaf skola primarja mingħajr ma kien hemm intenzjoni speċifika għaliha. L-iskola tnisslet permezz tal-istess klassijiet tal-katekiżmu f ’Muyaga. Peress li bosta żgħażagħ ta’ bejn it-12 u l-15–il sena bdew jattendu għat-tagħlim, b’mod l-aktar naturali nħass opportun li barra
l-katekiżmu jiġu wkoll istruwiti fit-tagħlim tal-qari, il-kitba u l-aritmetika. Ir-riżultati għal darb’oħra kienu mill-aktar pożittivi għal tul ta’ snin wara. Katekisti, futuri għalliema u kapijiet ta’ tribù, kisbu l-formazzjoni solida tagħhom taħt il-Patrijiet il-Bojod. Minnhom tnisslu wkoll għadd ta’ futuri saċerdoti li ’l quddiem issuktaw l-istudji tagħhom fis-seminarji minuri u maġġuri. L-aktar studenti promettenti, kien jintbagħtu, dejjem jekk jaqblu mal-idea, f ’Ushirombo, illum it-Tanzanija u aktar tard f ’Kabgayi, sakemm eventwalment twaqqaf seminarju f ’Muyaga stess fejn P. Leport kellu jgħaddi l-kumplament ta’ ħajtu. Fl-1925, seħħlu jqiegħed idejh fuq l-ewwel żewġ kandidati mill-Burundi ordnati presbiteri fl-istorja, it-tnejn li huma kienu minn Muyaga. Ċifri sbieħ Il-Kardinal Lavigerie kien jgħid lill-missjunarji tiegħu biex ifittxu dejjem jiltaqgħu mal-kapitijiet tat-tribujiet u x-xejikki. “Piripori” dan ħa ħsiebu wkoll. Żar lill-Kap Kiraranganya tar-reġjun ta’ Gisuru u l-ħbiberija tagħhom kibret hekk bis-sħiħ li fl-24 ta’ Marzu 1918 tgħammed f ’idejn Leport bl-isem ta’ Ġużeppi. Bil-kapijiet jinfluwenzaw issa t-tribujiet tagħhom, il-fidi Kattolika fil-Burundi spiċċat kisbet espansjoni ferm akbar milli l-ewwel missjunarji qatt immaġinaw. Fl-1927, il-Knisja fil-pajjiż addottat uffiċjalment il-katekiżmu miktub minnu bħala l-mudell uffiċjali tat-tagħlim Nisrani. Fl1915, kien hemm total ta’ 457 mgħammed; sal-1943, l-Insara kienu jlaħħqu t-28,500 f ’Muyaga
biss, waqt li eretta f ’parroċċa għaliha, Rusengo kienet tgħodd 19,188 wieħed. Is-sigriet wara dan is-suċċess kienu d-determinazzjoni u l-ħeġġa ta’ P. Leport. Figura mill-aktar eżemplari ta’ missjunarju tal-Afrika li t-talb għalih kien l-ewwel u qabel kollox inkluż billejl. Fl-Arkivji Ġenerali tal-Patrijiet il-Bojod f ’Ruma jeżisti ritratt tiegħu meħud ftit ġranet qabel miet, fil-knisja ta’ Muyaga. Fih narawh bilqiegħda fuq siġġu kollassabbli, rieqed quddiem it-Tabernaklu. Rieqed, iva. Milqut minn kanċer inoperabbli fl-istonku, bħal tarbija mwennsa f ’dirgħajn ommha, nilmħuh rieqed quddiem dak li l-Kelma tiegħu fittex iwassal fil-qalba tal-Kontinent Afrikan, imħaddan fil-paċi tiegħu fl-aħħar mumenti tiegħu fuq din l-art, fil-ħemda qed jistenna li għal għandu jgħaddi għat-tgawdija dejjiema. Kien hu li introduċa ’l hekk imsejħa “Kruċjata tal-Ewkaristija” fil-Burundi li għadha għaddejja sal-lum. Il-Burundi għalih sar ħajtu. F’61 sena ta’ ħidma missjunarja, reġa’ lura l-Ewropa darbtejn biss, fl-1923 u fl-1952. Meħud l-isptar ta’ Bujumbura fl-aħħar ġimgħat tiegħu, talab li jerġa’ jittieħed Muyaga biex imut fil-missjoni li fiha għadda l-parti l-kbira ta’ ħajtu. Ma’ mewtu, li ġrat fl-14 ta’ Settembru 1964, indifen f ’kappella ċkejkna biswit l-istess knisja tal-missjoni msemmija fuq talba speċifika tas-saċerdoti Burundiżi. Magħdud b’qaddis min-nies talpost, kien bniedem b’saqajh malart, ċajtier u kapaċi jieħu ċajta. Jekk mhux qaddis, bla dubju ġustament jista’ jissejjaħ “L-Appostlu tal-Burundi”.
21
12.01.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
MARIJA
IS-SOĊJETÀ TAL-MIŻERJA Firenze, fl-1852, kien hemm qasam waħxi: issuq il-qadim. Fil-qalba tiegħu kien hemm ġuħ tremend li wassal bosta nies għal ħajja ħażina. F’dan il-lok kienu jinsabu familji sħaħ, mixħutin fil-qżież u fil-miżerja. Kont issib kull xorta ta’ ħażen u vizzji: żgħażagħ diskli mogħtija għas-serq; nisa, imwarrbin mill-qilla tal-Pulizija,
jgħixu fiż-żina. Marija l-Ħamra spiċċat f ’dan il-post moqżież. Hi tispiċċa mċaħħda għal bosta snin minn wieħed miż-żewġ subien tagħha, li kien tant għażiż għaliha, filwaqt li trabbi tarbija li ma kinitx tagħha. X’kien dan il-misteru? Addattat minn Charles B. Spiteri
Silta Mill-Ktieb Fil-pront instema’ ħoss ta’ siġġu u t-tgergir ta’ kelb li ġie jħarbex mal-bieb. “Min hemm?” staqsiet vuċi wisq debboli ta’ mara. “Jien, ma, iftaħ,” weġibha n-nanu. Malli ġibdet il-lukkett, ħareġ kelb kbir sufi u waqt li beda jferfer denbu, tefa’ riġlejh ta’ quddiem fuq spallejn in-nanu bħala tislima għall-miġja tiegħu. “Inżel, Lampo, niżżel riġlejk, ħalli jgħaddi dan is-Sinjur.” Fil-pront resqet il-mara. “M’intix waħdek?” staqsietu filwaqt li bdiet tħares b’kurżità kbira lejn dak ir-raġel li kien ġie ma’ binha. “M’għadekx tagħrafhom lill-ħbieb?” qalilha n-nanu xħin għamel kutrumbajsa f ’nofs il-kamra.
Il-mara rabtet idejha, u bħal waħda skantata qalet: “ O Sinjur, hu int? Proprju int? Merħba bik. Iżda x’għandek taħt il-mantell? “Issa tkun taf,” qalilha r-raġel xħin ħallu. Allura l-omm u l-iben għajtu għajta ta’ għaġeb u ta’ pjaċir. Ir-raġel kellu f ’dirgħajh tifla ta’ ġmiel tant kbir, li wieħed ma jistax ifissru. Xħin tħares lejha biss, kienet tgħib il-miżerja ta’ dik il-kamra. Dik it-tifla kienet raġġ ta’ xemx li kienet issebbaħ lill-aktar post miżeru. Kellha ras ta’ anġlu. Iċ-ċkejken ġisimha kien jgħaxxaq lill-aqwa pittur. “Kemm hi sabiħa! Kemm hi sabiħa! U kemm hi rieqda ħelwa!” qalet Marija b’dak il-leħen ħanin ta’ mara. “Togħġbok mela?” staqsieha dak ir-raġel b’daħqa sinċiera. “O, x’jidhirlek? U lil min ma togħġobx dik l-anġlu tas-sema?” Mistoqsija: X’kellu moħbi taħt il-mantell?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-ktieb MARIJA - IS-SOĊJETÀ TAL-MIŻERJA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb EMILIA huwa: M. CAMILLERI - SANTA VENERA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Ma’ liema xahar hu marbut il-Valletta Baroque Festival?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
22
12.01.2020
kullhadd.com
IT-TENUR MALTI PAUL ASCIAK Paul Asciak twieled f’Jannar tal-1923 fl-appartament tal-ġenituri tiegħu fi Strada Teatro, il-Belt. Kien il-kbir minn għaxart itfal. Il-ġenituri tiegħu kienu Michael u Spiridiona. Missieru serva bħala kok mar-Royal Navy fl-Ewwel Gwerra Dinjija u wara fil-Forti Sant’Anġlu. Bħala Belti, Paul kellu għal qalbu ferm il-festa ta’ San Pawl u kien jirrikorri f’dik il-knisja ta’ kuljum u qatt ma tilef xi okkażjoni, lanqas ta’ festa. Minn CHARLES B. SPITERI
Paul spiss kien jirrakkonta li darba, f ’għaxija xitwija għadda minn ħdejn it-Teatru Rjal u beda jara lin-nies neżlin mgħaġġlin biex ikunu minn tal-ewwel li jidħlu. Isemmi li l-irġiel kienu kollha lebsin it-tomna, kowtijiet suwed u mufflers bojod bil-frenża. In-nisa bl-ilbies ta’ filgħaxija, bil-ġojjelli u furs mill-ifjen biex jilqgħulhom il-kesħa. In-nobbli kienu jitwasslu bil-karozzelli tagħhom, miġbudin minn żiemel jew tnejn. Gianni Borg, li kien jaħdem fit-teatru bħala extra, u li ġieli kellu xi biljett kumplimentari, kien għaraf f ’Paul l-interess li kien qed jieħu. Għalhekk darba resaq lejn ommu u staqsieha taċċettax li jieħu lil binha għal opra. Imbagħad Gianni mexa ma’ Paul fi Strada Merkanti u qagħad jispjegalu l-istorja ta’ Aida u l-parti li kellu hu bħala lsir Etjopjan. Sablu post mill-aqwa u qallu jistennieh sa tmiem il-wirja, fejn imbagħad jerġa’ jmur għalih. Iżda l-opra ma laqtitu xejn. Meta fl-1935 ġiet l-opra Cecilia, miktuba u diretta minn Mgr Licinio Refice, il-familja Asciak marret kollha. U l-istorja tant daħlet f ’Paul li ħallietlu impressjoni qawwija. Minn dakinhar, Paul beda jattendi l-opri kollha.
Malta, iżda tħarreġ f ’Milan. Nicolò kien iħeġġu jistudja biex ikun jista’ jkanta quddiemu u jidher quddiem il-familja ta’ Rina. Hu għamel hekk wara l-ewwel ħames lezzjonijiet. Minħabba l-gwerra, Paul u Rina qajla kienu jiltaqgħu, iżda hekk kif spiċċat, kienet storja oħra. Madanakollu, waqt li hi kienet tieħu gost fil-preżenza ta’ Paul, ma kinitx turi passjoni għall-opra. U dan minkejja li nannuha, Raffaele Ricci, kien surmast tal-banda. L-ewwel kant fil-pubbliku
Opera House bħala Turiddu. Dan kien fit-8 ta’ Diċembru tal1946. Hemm saħħar lill-udjenza. Hu ma xtaqx ikompli jkanta, għalkemm f ’dak il-perjodu, hu u martu kienu jmorru l-Cafè Premier u għad-daqq li kien isir, Paul kien jispiċċa jitla’ jkanta, u dan għax Croce Bonaci, il-proprjetarju, beda jorganizza d-daqq u l-kant hemmhekk fl1946. Fis-sajf, il-briju kien isir fi Pjazza Reġina. F’Novembru tal-1946 kanta arji minn Andrea Chenier, La Fanciulla del West u kanzunetti oħra ta’ Tosti. Wara l-t-Tieni Gwerra Dinjija u sewwasew lejn tmiem l-1948, bi ftehim mal-Gvern, id-direttur Taljan Luigi Cantoni ġie Malta, mhux biss biex jippreżenta l-aqwa xogħlijiet Taljani iżda biex jinkuraġġixxi t-talent lokali. Sema’ bosta kantanti u għażel tlieta jew erbgħa. Paul u Oreste Kirkop kienu fosthom. Lil Paul, Cantoni għallmu l-partijiet prinċipali, biex f ’każ ta’ ħtieġa jdaħħlu fil-kumpanija tiegħu.
Kmieni fl-1945 iżżewġu u marru joqogħdu f ’appartament fi Triq Merkanti kantuniera ma’ Triq l-Arċisqof. Kellhom tliet subien: William, Ronald u Marion, li twieldu bejn l-1945 u l-1948. S’issa, il-kant sar il-passatemp tiegħu u beda jieħu t-tliet lezzjonijiet ma’ Baldacchino bis-serjetà. Beda jkollu wkoll l-ewwel opportunitajiet biex ikanta fil-pubbliku għalkemm Karriera bla mistenni wara l-gwerra, flok għall-opri bdew jattendu għall-films Lil Kirkop tah il-parti tad-Duka fiċ-ċinemas. fir-Rigoletto u lil Paul tah RaF’dawk iż-żminijiet, Oreste dames fl-Aida. Iż-żewġ tenuri Kirkop, student ieħor ta’ Bal- bdew il-karriera tagħhom bla dacchino għamel isem għalih mistenni; ta’ Paul ftit iktar tard. bħala Turiddu meta kanta flok Kien fis-6 ta’ Jannar, 1950 meta it-tenur John Lopez, fir-Radio l-Impresa Cantoni kienet Malta City l-Ħamrun u wara komp- għal staġun qasir fir-Radio City Min-namur għaż-żwieġ la jkanta kanzunetti Franċiżi u Opera House, Rina wieġbet Kien fis-snin 40 li lil Paul in- Taljani. għat-taħbit fuq il-bieb. Bl-iskanPaul ukoll għamel l-ewwel tament tagħha sabet raġel xiħ sibuh mistieden għat-tieġ ta’ ħabib Irlandiż fejn iltaqa’ debutt tiegħu fir-Radio City Taljan, b’nifsu maqtugħ, jistaqsi ma’ Carolina Ricci, il-ħabiba tal-għarusa. Staqsieha x’diska kienet se ddoqq u dik weġbitu: Vesti la giubba ta’ Caruso. Minn hemm bdiet imħabba li wasslithom għaż-żwieġ. Sadanittant, meta fl-1943, waqt il-gwerra, ma kienx ikun L-ewwel debutt ta’ Paul f’Covent hemm ħbit mill-ajru, Paul, li kien jaħdem Ta’ Qali, ġieli niżel Garden kienet il-parti tal-kantant bir-rota sa Birkirkara, fejn xi Taljan f’Der Rosenkavalier. ħbieb, b’kitarri u mandolini kienu jdoqqu u jkantaw. Paul Fil-kuntratt bħala solist ma’ Covent kien idoqq l-accordion. Garden, Paul kellu l-permess li jkanta Fl-1942, meta kellu 19–il sena, Paul beda l-lezzjonijiet tiegħu fejn irid meta ma jkunx meħtieġ tal-kant. L-għalliem kien Nicolò Baldacchino. Dan kien twieled għall-provi jew wirjiet
għal żewġha. Għalkemm kellu fuq is-70 sena, Cantoni tela’ aktar minn 90 tarġa biex jipperswadi lil Paul jaħdem il-parti ta’ Radames. “Meta?” staqsieh Paul. “Illejla,” wieġbu s-surmast, “it-tenur tiegħi ma jiflaħx u neħtieġek.” Iżda kontra qalbu, Paul aċċetta, minkejja li qatt ma kien kanta dik il-parti fuq palk u lanqas kellu ċans jgħaddiha fi prova. Fil-fatt, skont il-kritiku Vincenzo Pellegrini, Paul deher nervuż għall-bidu, iżda fl-aħħar ingħata applaws enormi għall-ħila li wera. Dik il-wirja ġabet mill-ġdid lil Paul taħt l-attenzjoni ta’ kulħadd, tant li meta xahrejn wara, Tito Schipa ġie biex jagħti żewġ kunċerti mill-aqwa, Paul kien mistieden ikanta. Hu mar u aktar tard kien mistieden ikanta f ’wieħed miż-żewġ kunċerti li kienet se tagħti Maria Caniglia. Iltaqa’ mal-akkumpanjatur tagħha Giuseppe Camilleri, li bl-ilsien Malti qal lil Paul biex waranofsinhar imur għandu biex jgħallmu ftit. Anki Caniglia wegħditu li tgħinu. Din iddedikat l-aħħar għoxrin sena ta’ ħajjitha tgħaddi s-sigrieti talkant lill-kantanti żgħażagħ. U ma’ Paul żammet kelmitha. Telegramma għal Ruma Għaxart ijiem wara l-kunċert Paul irċieva telegramma biex imur Ruma. Hu ma xtaqx jitlef din l-opportunità, iżda kif kien se jipperswadi lil martu biex
imur, meta diġà kellhom familja u riedet tmexxiha weħidha hi waqt li hu jkun Ruma? Carmel Degabriele, pitkal il-Marsa, li kien jaf lil Paul mix-xogħol tiegħu mad-Dipartiment tal-Agrikoltura, sema’ bl-offerta li Caniglia għamlet lil Paul, u kien jaf bil-problemi li kellu ħabibu. Għalhekk stieden kemm–il darba lil Rina u pperswadieha tħalli lil Paul imur jitgħallem fl-Italja u wegħidha li jgħin lill-familja tagħha hu. Minn hawn l-affarijiet marru ħarir. Id-Dipartiment tal-Agrikoltura ta lil Paul sena vaganza għall-emigrazzjoni, li estendieha għal sentejn, u kien organizzat kunċert b’risq Paul fil-Lukanda Phoenicia fit-28 ta’ Mejju. Xahar wara, fl-1 ta’ Ġunju, 1950 Paul sellem lil martu, lil uliedu u lill-ġenituri tiegħu u tar lejn Ruma. Ftit xhur wara l-wasla tiegħu hemm, fejn alloġġja għand zijet martu, Egloge, li kienet taf lil Malta sew għax ġieli ġiet ma’ żewġha jkantaw bħala kor fit-Teatru, Alberto Leoni ħa lil Paul għal laqgħa u prova mal-impreżarju Fernando Grassi, li qabbdu jkanta Manrico f ’Il Trovatore, ma’ kumpanija li kienet qed iddur it-teatri muniċipali f ’Calabria. F’Mejju tal-1951 sar jaf li kien wieħed minn 12–il kantant, magħżul minn aktar minn 200 kompetitur biex jidher fi Spoleto f ’Settembru. Min jingħażel kien se jingħata borża ta’ 40,000 lira Taljani fix-xahar biex ikopri
23
12.01.2020
kullhadd.com
Dik il-wirja ġabet mill-ġdid lil Paul taħt l-attenzjoni ta’ kulħadd, tant li meta xahrejn wara, Tito Schipa ġie biex jagħti żewġ kunċerti mill-aqwa, Paul kien mistieden ikanta fejn joqgħod, jirċievi lezzjonijiet mingħajr ħlas minn Mro Luigi Ricci, li kien iħejjih biex ikanta Radames f ’Aida. Hu rnexxielu jingħażel u mill-għalliema kollha li studja magħhom tul il-karriera tiegħu, Paul jirrakkonta li sab li Ricci kien l-iktar għalliem li ispirah. Hu għallmu l-istil u l-interpretazzjoni u kien akkumpanja lillħbieb tiegħu bħal Gigli, Pinza, Caniglia, Gobbi, Magda Olivero u Chaliapin. Malta għal working holiday F’Ottubru tal-1951 Paul irritorna Malta għal working holiday. L-ammiraturi tiegħu iffullaw għall-kunċerti li ta f ’Tas-Sliema u fil-Lukanda Phoenicia, fejn anki kanta f ’funzjoni privata għall-Gvernatur Sir Gerald u martu Lady Creasy. Għall-ewwel darba, Paul mar ikanta wkoll f ’Għawdex. Anki l-Istitut Kulturali Ingliż organizzalu kunċert, fejn kanta arji u ballati quddiem ħbiebu Maltin. Mar lura l-Italja jaħdem mal-Ente Italiana Lirico Sinfonica u deher f ’Aida f ’Livorno, Tosca f ’Tolentino, Il Trovatore fi Siena u Barletta, fejn kanta wkoll Carmen, Pagliacci f ’Viterbo u Acquapendente u Pollione. Imbagħad, Norma fi Trapani, fi Sqallija. Għal xi żmien, Paul kellu wkoll offerta mir-Royal Opera House biex ikanta f ’Covent Garden, Londra, iżda dejjem qagħad
jittratieni milli jiffirma kuntratt magħhom. L-invit kien wasallu bħala riżultat tal-entużjażmu li wera Edgar Evans fil-wirjiet li Paul ta fi Spoleto. Evans kien ingħaqad mal-Kumpanija Covent Garden sa mill-bidu tagħha fl-1946. Covent Garden beda jindaga. Kiteb lill-Kummissjoni Għolja Maltija f ’Londra biex ikun jaf fejn jinsab Paul. Imbagħad bagħatlu l-invit Ruma biex imur għal prova l-Ingilterra. Paul wieġeb li ma setax iħallas ilvjaġġ. It-tmexxija ta’ Covent Garden weġbitu li se jibagħtulu passaġġ fil-Lukanda Quirinale. Ir-Royal Opera House tat kuntratt ta’ sħubija. Sas-sajf tal-1953 Paul kien stabbilit sew f ’Londra u kien wasal fi tmiem it-tieni sitt xhur tal-kuntratt tiegħu bħala membru tal-kumpanija Covent Garden u kien ferħan bl-ewwel staġun tiegħu fid-Dar tal-Opra. L-ewwel debutt ta’ Paul f ’Covent Garden kienet il-parti tal-kantant Taljan f ’Der Rosenkavalier. Fil-kuntratt bħala solist ma’ Covent Garden, Paul kellu l-permess li jkanta fejn irid meta ma jkunx meħtieġ għall-provi jew wirjiet. Għalhekk ħa l-okkażjoni. Jixbah lil Mario Lanza
fil-film The Girl of the Golden West. Covent Garden offra bosta opportunitajiet lil Paul, li kanta diversi opri magħrufa u tah l-aqwa unuri. F’Diċembru tal-1954, Paul deher għall-ewwel darba mad-Dublin Grand Opera Society. Minn hemm kellu konnessjoni aktar mill-qrib max-xena mużikali Irlandiża u kanta ma’ ċelebritajiet mill-aqwa, fosthom Tito Gobbi, Maria Caniglia, Anna Moffo u Rina Gigli. F’Jannar tal-1955 ġie Malta millġdid mal-Impresa Cantoni ta’ Milan biex ikanta fit-Teatru Orpheum, il-Gżira. Kanta l-parti ta’ Don Josè fil-Carmen. Madanakollu, insibu li l-akbar suċċessi għal Paul kienu f ’Wales, li pproduċa numru sew ta’ vuċijiet tenorili. Fl-1959 Paul reġa’ kellu x-xogħol f ’Malta mal-Impresa Cantoni. Tliet snin qabel, Luigi Cantoni miet f ’pajjiżna wara li marad. Martu Ines, ħadet it-tmexxija u baqgħet iġġib lill-kumpanija fostna sal-1964 għal wirjiet fir-Radio City, fil-Ġonna tal-Argotti u fit-Teatru Manoel. Nistgħu ngħidu li l-karriera ta’ Paul infirxet fuq 11–il sena, blaħħar kunċert tiegħu jkun fir-rebbiegħa tal-1961. Jistqarr li kieku dam iktar kien ikollu l-istess għarfien internazzjonali li laħaq Joseph Calleja. Minn mindu rtira, Paul ma kantax aktar u martu Rina u l-familja ħadu gost li hu kien se jibqa’ magħhom.
Ta’ min isemmi li The Kensington News and West London Times Rigal minn Alla irrappurtat: “Dan il-bniedem samrani, bi spallejh wesgħin, jixbah lil Paul qies il-laqgħa tiegħu matMario Lanza”. Hu kien ħa sehem tenur żagħżugħ Joseph Calleja
bħala rigal minn Alla u fl-1993 beda jagħtih it-tagħlim fil-vuċi, meta Joseph kien għad għandu 15–il sena. Wara biss xahrejn, Paul intebaħ x’talent qawwi kellu Joseph bħala tenur. Fis-snin disgħin, Paul spiċċa armel iżda aktar tard reġa’ żżewweġ lil Beatrice Zammit minn San Pawl il-Baħar. Flim-
kien, siefru kemm–il darba biex isegwu lit-tenur Calleja jesegwixxi l-partijiet li ngħatawlu fl-opri. Paul miet fil-21 ta’ April, 2015 fl-età ta’ 92 sena u x-xewqa tiegħu kienet li fil-funeral ikantalu l-istess Joseph Calleja - xewqa li kienet aċċettata bil-qalb.
24
12.01.2020
kullhadd.com
Stejjer Qosra
MINN MARY CHETCUTI
VANKA
Baqa’ mitluq fuqha sakemm ġab nifsu lura. Qam, tella’ l-kużakk u beda jitħażżem filwaqt li ordnalha: “Dabbar rasek.” Vanka niżżlet tiġri l-libsa biex tostor il-misħija tagħha u qamet minn fuq il-mejda mdardra qisha ħa tirremetti. Lemħet il-qalziet ta’ taħt tagħha mormi taħt il-mejda, iżda meta tbaxxiet biex tiġbru ħa tilbsu sabitu mċarrat mill-ġenb. Għamlitu gozz f ’idha u xeħtitu filbut tal-libsa u baqgħet tħares lejh bi stennija. “X’ġara, trid aktar?” qalilha Pjotr b’leħen żorr. Vanka ħarset dritt f ’għajnejh, ma kinitx sa tibża’ minnu: “Irrid il-flus li għidlti.... li wegħedtni li se ssellifni.” Ġibed waħda bl-għeruq u x-xniexel waqt li daħħal idu fil-but tal-qalziet u ħareġ romblu oħxon karti tal-flus. Xarrab sebgħu bir-rieq u qabad jgħodd. “Ħa, għandek 10,000 rublu. Qis li dawn isarrfu daqs erba’ ġimgħat xogħol, fhimt!” Pjotr resaq aktar lejha u minn taħt l-ilsien qalilha: “U kull meta trid ħlas ieħor bil-quddiem trid toqgħod taħti kif għamilt issa, Vanka. Jien ma nħallasx bin-nhar ta’ Sibt!” u nfexx jidħaq. Vanka deffset tiġri l-flus fil-but u mfixkla daret biex titlaq minn dar dan il-ħanżir. Pjotr qabad tiela’ t-taraġ għas-sular ta’ fuq ħalli jittawwal lil martu Galina mixħuta f ’qiegħ ta’ sodda. Waqaf u reġa’ dar lejn Vanka biex ifakkarha qabel titlaq, “Għada bakkar għax fis-sitta
rridek hawn. Qabel tibda tnaddaf aħsel lill-mara għax qed tinten iktar minn mogħża.” Vanka tat b’rasha fl-affermattiv, ħarġet u għalqet il-bieb warajha. Serrħet daharha mal-bieb, għalqet għajnejha u ħalfet fuq ruħ l-għażiża ommha, “Qatt u qatt aktar ma’ nħalli raġel jużani qisni biċċa tal-art! X’mistħija! X’umiljazzjoni! Did-darba tiegħek għaddiet Pjotr imma ma terġax tkun. Qatt!” U ġriet għal għand nannitha bid-dmugħ nieżel
tigdem ilsiena meta bi skuża jew oħra jmissha jew iħakkek magħha. B’xuxitha sewda tuta u karnaġġjon ċar flimkien ma’ par għajnejn ta’ lewn vjola mhux komuni u mimlijin ħajja Vanka kienet tispikka. Madanakollu, hi dejjem iddisprezzat din is-sbuħija li ħlief gwaj ma ġabitilhiex f ’ħajjitha. Malli għalqet 15–il sena, nannitha Irina, bagħtitha taħsel għand il-qassis tar-raħal, Ċirillu. Meta tkun għandu kien iħares ċass lejha mingħajr ma ’jlissen kelma. Ħarstu
Vanka għebet mid-dar ta’ nannitha u mir-raħal bla kliem u bla sliem. Kulħadd baqa’ jistaqsi x’seta’ sar minnha
ma’ ħaddejha. Kienet tiġi sseftrilhom mindu martu ma felħitx tieqaf aktar fuq saqajha bil-ħxuna esaġerata tagħha. Pjotr ma kienx iħalliha bi kwietha lil Vanka. Kif isibha waħedha kien japprofitta ruħu u jittantaha. Għax darba rritaljat u hedditu li tikxfu ma’ martu kien pront ħatafha minn xagħarha u widdibha li jekk tgħid nofs ta’ kelma lil Galina joqtolha. Beżgħet minnu u kienet
kienet iddejjaqha lil Vanka. Darba minnhom kienet aljenata taħsel il-platti, ġie bla ħoss minn warajha, għattielha ħalqha biex ma tgħajjatx u ħadilha xbubitha bil-forza. Wara, Vanka ġriet għand nannitha tibki u tolfoq. Meta qaltilha x’għamlilha l-qassis, nannitha beżqitilha f ’wiċċha u għajritha giddieba u qaħba. Ftit żmien wara missier Vanka telaq għat-tarf l-ieħor tas-Siberja biex isib xogħol ma’ kumpanija
taż-żejt u jibgħatilhom il-flus għallħajja minn hemm; ma semgħux iktar b’aħbaru. Probabbilment abbandunahom. Kien għalhekk li nannitha bagħtitha taħdem ma’ Pjotr li kien għani imma salvaġġ u jistma lil kulħadd żibel. *** Kuġinitha Sonja rranġatilha kollox mill-Ingilterra fejn kienet ilha tgħix u taħdem sentejn. Sonja kienet ilha ġġenninha biex titlaq mill-infern li kienet qed tgħix fih. Kienu jiktbu lil xulxin u Vanka kienet tgħidilha kollox. Fl-aħħar għamlet il-kuraġġ u talbet lil Sonja tgħinha tasal ħdejha. Kuġinitha ħallsitilha kollox; it-titjira minn Moska għar-Renju Unit u l-ispejjeż għall-passaport u għall-viża. Kien jonqosha l-flus biex tibda l-vjaġġ mir-raħal tagħha għall-eqreb belt, Novosibirsk, imnejn kellha tiġbor id-dokumenti li bihom setgħet tkompli triqitha bit-tren għall-mitjar ta’ Moska u titbiegħed minn dik l-iskjavitù. Minħabba dal-bżonn kellha ċċedi lilha nnifisha lil Pjotr; ma kienx hemm triq oħra. Vanka għebet mid-dar ta’ nannitha u mir-raħal bla kliem u bla sliem. Kulħadd baqa’ jistaqsi x’seta’ sar minnha. *** L-Ingilterra laqtitha bħal sajjetta. Lanqas fl-aktar ħolm fantastiku tagħha ma setgħet timmaġinaha hekk. Vanka ħassitha qisha far-
fett ħafif jittajjar u jdur mal-ilwien sbieħ ta’ Londra; dil-kapitali versatili u multikulturali. Marret toqgħod fl-appartament ċkejken ta’ Sonja. Għalihom kien biżżejjed u xejn xejn jaqsmu l-ispejjeż. Ix-xogħol li sabitilha Sonja issa dratu sew. Tbellħet meta l-għada tal-wasla tagħha, Sonja ħaditha biex turiha fejn se taħdem u tintroduċiha mal-imgħallem tagħhom. Kien tard filgħodu meta wara vjaġġ qasir bit-tren waslu Soho. Waqfu quddiem binja għolja b’faċċata ta’ ġebel lixx u ħġieġ kbir, kollox ta’ lewn iswed. “Il-benniena tax-xalar f ’Londra!” fetħet dirgħajha biex turiha Sonja. “Jiġifieri inti hawn taħdem, Sonja?” skantat Vanka. “U x’tagħmel?” “Ejja miegħi u nurik. Toqgħodx tħares lejja hekk, ta! Ħadd mhu se jieklok. Ħaffef għax Ronnie qed jistenniek.” Daħlu. Ġewwa kien fuq sfond iswed bħal barra ħlief għal dawl ikkulurit jilgħab u jteptep mar-ritmu ta’ mużika moderna b’volum għoli avolja l-post kien battal. Kien hemm bar enormi u divani tal-bellus iswed mad-dawra kollha. Kollox fuq stil modern. Kien stabbiliment tad-divertiment. Ronnie Jones, sid l-istabbiliment, kien fl-uffiċċju tiegħu jistenniehom. Kif daħlu, Sonja marret fuqu u bisitu fuq xufftejh. Ronnie dar lejn Vanka u waqt li pponta sebgħu lejha staqsa lil Sonja bl-Ingliż: “Wow! Tgħidlix li din hi l-kuġina li għidtli dwarha, baby?” “Hi kollha kemm hi, Ron. X’
25
12.01.2020
kullhadd.com
taħseb?” saqsietu Sonja bi tbissima kbira ta’ sodisfazzjon. “Naħseb li tista’ tibda taħdem mil-lejla stess,” daħaq Ronnie. “Vanka....hux hekk jismek?” “Vanka ma tifhimx bl-Ingliż imma qed ngħallimha jien,” qaltlu pronta Sonja. “M’hawnx bħalek, baby. Mela spjegalha xi trid tagħmel u agħtiha kostum. Paga u tips kif ftehemna, OK?” filwaqt li baqa’ jħares ’il fuq u ’l isfel b’ammirazzjoni lejn Vanka. Qabel ħarġu mingħandu, Ronnie indirizzaha direttament avolja ma setgħetx tifhmu: “Se tkun sensazzjonali, Vanka.” Meta ħarġu minn ħdejn Ronnie, Sonja għannqitha magħha. “Għoġobtu Vanka! Ħa tibda taħdem mil-lum stess.” “Imma xi rrid nagħmel, Sonja?” *** Għaddew tliet xhur mindu bdiet taħdem fil-gentlemen’s club ta’ Ronnie. Vanka kienet għal qalba immens. Il-kostum tax-xogħol ħasadha ftit fil-bidu għax ma bassritx li kellha sservi x-xorb lill-klijenti liebsa nitfa ta’ bikini. Imma Sonja serrħitilha rasha li Ronnie jmexxi stabbiliment serju u t-tfajliet sbieħ iservu x-xorb u xejn iktar. Jekk xi klijent jipprova jtawwal idu kien hemm irġiel imħallsin minn Ronnie biex jieħdu ħsiebhom huma. Qaltilha wkoll li Ronnie kien imexxi business nadif għax ma riedx inkwiet mal-Pulizija. *** Lejla minnhom waħda mill-barmaids talbet lil Vanka tieħu flixkun whiskey fin fl-uffiċċju ta’ Ronnie. Ħabbtet u daħlet. Fuq is-sufan jitħaddet ma’ Ronnie kien hemm raġel liebes eleganti. Kien ismar, b’xagħru minxut lura perfett u jleqq. Imxiet għal ħdejn Ronnie li talabha ġġib żewġ tazzi minn warajhom. Ir-raġel l-ieħor baqa’ jsegwiha b’għajnejh. Ħarstu bdiet iddejjaqha. “Qatt ma rajtha qabel lil din il-pupa, Ron. Jaqaw kont qed taħbiha minni?” lissen bit-tbissima u b’leħen kajman imma intimidanti dan l-individwu. Ronnie eżita biex wieġbu u qabad iferra żewġ grokkijiet għalihom it-tnejn. Newwillu tazza u tbissimlu lura: “Jiena naħbi minnek, Lupo? Mhux il-każ. Vanka ġdida.....għadha tibda.” Ronnie taha daqqa t’għajn minn taħt, hi baqgħet siekta. Fil-preżenza ta’ dan ir-raġel bdiet tħoss ġisimha jqum xewk xewk. Malli Ronnie talabha toħroġ, Vanka għaġġlet ’il barra. Fis-sitta tal-għada filgħodu, Sonja daħlet ippanikkjata fil-kamra tagħha. “Vanka! Qum minn hemm, iġri!” Stenbħet u rat il-wiċċ dejjem ferrieħi ta’ Sonja inkwetat. “Sonja, xi
ġralek?” Sonja qaltilha: “Jien ma ġrali xejn.....s’issa! Ismagħni u agħmel kif sa ngħidlek ħalli ħadd ma jweġġa’. Ronnie qalli b’kollox x’ġara lbieraħ meta ġie Lupo.” Vanka ipprotestat: “X’jiġifieri kollox? Jiena ma għamilt xejn sa.....” “Naf, naf! Inti ismagħni l-ewwel. Ronnie inkwetat ħafna għalih u għalik, Vanka. Qalli biex ngħidlek li ma tistax tibqa’ taħdem hemm.” Vanka reġgħet fetħet ħalqha biex tipprotesta imma Sonja reġgħet waqqfitha: “B’rispett tiegħi Ronnie ma jridekx tispiċċa taħt id-dwiefer ta’ dak il-mostru.” Vanka ma setgħet tifhem xejn. “Tista’ tgħidli x’inhu jiġri, Sonja?” Sonja kkalmat ftit u ħarset dritt f ’għajnejn kuġinitha: “Vanka, Lupo jrid jixtrik mingħand Ronnie!” Vanka ħasbet li semgħet ħażin... imma le, f ’salt intebħet x’kienet qed tipprova tgħidilha Sonja. F’temp ta’ ftit sigħat ħajjet Vanka nqalbet ta’ taħt fuq. Ronnie ma riedx ikun kompliċi fil-moqżiżati ta’ Lupo imma lanqas kien beħsiebu jħaqqaqha miegħu għax ħadd ma jġibha żewġ miegħu. Għaldaqstant, spjega lil Vanka kif kienu l-affarijiet u x’riedha tagħmel. Vanka kellha taqbad titjira lejn Malta, pajjiż Ronnie, u tmur fl-indirizz li ħarbxilha hu. “Taf bik u se tgħinek issib xogħol. Permessi u karti kollox f ’idejha. Serraħ rasek mhux se nidħaq bik.” Vanka qaltlu inkwetata: “U Sonja....?” “Sonja ma tinteressahx. Imma inti għad tirringrazzjani, Vanka. M’għandekx idea x’kapaċi jagħmel dak il-bniedem.” Ronnie ħa nifs qawwi u kompla jgħidilha: “Lupo jmexxi ċ-ċrieki tal-prostituzzjoni u estorzjoni f ’Londra u fi bnadi oħrajn. Dejjem iħuf għan-nisa sbieħ bħalek biex ikollu l-aqwa merkanzija x’joffri fl-irkanti li jorganizza klandestinament. Qed tifhem issa, baby?” Vanka tbikkmet. Ronnie kompla jgħidilha bil-pjan tiegħu: “Ngħidlu li sraqtli xi flus u ħrabt. Sparixxejt. Dak għalih l-aqwa li jiena nagħtih persentaġġ regolari mill-qligħ li nagħmel hawn ġew. Nisa sbieħ jista’ jsib bil-gzuz. Hawn ħu dawn biex jgħinuk sakemm taqbad l-ewwel paga,” u deffsilha gozz karti tal-flus f ’idha. *** L-indirizz Malti li kien taha Ronnie kien ta’ mara li la qaltilha x’jisimha u lanqas kif kienet taf lil Ronnie. Għal Vanka ma’għamlitx differenza għax għenitha daqslikieku kienet l-akbar ħabiba tagħha. Sabitilha appartament fejn toqgħod b’kera moderata u sabitilha xogħol tajjeb; ma kien jonqosha xejn iżjed. Barra minn hekk, din il-gżira ċkejkna bdiet togħġobha. Qabdet taħdem ġewwa villa tieħu ħsieb is-Sa Carla Fava, Taljana armla ta’ avukat Malti. Binha,
Fabio Fava lettur tal-istorja, kien ilu jfittex mara barranija li tkun kapaċi toeħodlu ħsieb ommu xiħa ta’ 80 sena, fiżikament fraġli imma b’ilsien ta’ lifgħa. Vanka kellha l-vantaġġ li ma kinitx tifhimha
warajk! Irridek tkun marti.....sintendi jekk inti...” ma felaħx ikompli bl-emozzjoni. Vanka rat is-sinċerità f ’għajnejh u qaltlu li hi saret tħobbu wkoll. Għannaqha miegħu u biesha
Vanka ħasbet li semgħet ħażin...... imma le, f’salt intebħet x’kienet qed tipprova tgħidilha Sonja. F’temp ta’ ftit sigħat ħajjet Vanka nqalbet ta’ taħt fuq
meta s-Sa Carla taqbad toffendiha bit-Taljan jew bil-Malti. Għall-kuntrarju t’ommu, Fabio kien bniedem ftit mistħi imma simpatiku ħafna u mogħni b’sens ta’ umoriżmu. Vanka adattat ruħha sew fix-xogħol il-ġdid. Kienet tassew għal qalbha; tobdi lis-Sa Carla fil-pront u taqdiha f ’kulma titlobha. “Tirrabjahiex, newwlilha kulma trid u tmorru tajjeb flimkien,” kien jgħidilha Fabio. Il-paga kienet tajba wkoll. Naqra naqra, Fabio beda jinġibed lejn Vanka. Veru li gejja millbogħod u ma naf xejn fuqha kien jirrepeti bejnu u bejn ruħu, imma Vanka matura għalkemm żagħżugħa, intelliġenti... ta’ sbuħija li qatt ma rajt bħalha. Il-ħin kien jaħrab kull darba li jgħaddi jittawwal lil ommu u jaqbad ipaċpaċ ma’ Vanka, li tgħallmet titħaddet sew bl-Ingliż. L-ewwel jistaqsiha fuq ommu u hi twieġbu fid-dettall kif kien jixtieq hu. Wara jkomplu jitkellmu fuq ħaġa, imbagħad fuq oħra qishom ħbieb antiki. Għall-bidu Vanka ma kinitx tafdah. Hu x’inhu raġel jibqa’. Imma aktar ma bdiet issir tafu ħassitha qed tinġibed lejh hi wkoll. Possibbli li jeżistu rġiel ġenwini bħalu? Kienet tistaqsi lilha nnifisha. Fabio ma tistax tgħidlu raġel sabiħ. Twil iva, imma traskurat f ’ilbiesu, xagħru twil u qastni imma dejjem qisu mħarbat bir-riħ. Iżda l-bixra ta’ għajnejh dejjem daħqana kienu jnisslu trankwillità f ’qalb Vanka. Xorta waħda, qatt ma ħassitha komda biżżejjed li tiftaħ qalbha miegħu u tirrakkontalu l-passat tagħha. Issa li kien għadda u mar. Il-feriti tal-vjolenza li sofrejt għad ifiqu għalkollox, kienet tħeġġeġ lilha nnifisha. Għadda ftit żmien ieħor u Fabio għamel il-kuraġġ u stedina toħroġ miegħu. Mat-tielet ħarġa għamilielha ċara li hu ma kienx it-tip li jgħaddi mara biż-żmien. Wara ftit ġimgħat oħra ġabar il-kuraġġ kollu li kellu u fetaħ qalbu beraħ magħha. “Vanka, għandi 40 sena u forsi nidher xiħ għalik... imma nħobbok. Anzi x’qed ngħid, miġnun
b’tant passjoni imma fl-istess ħin b’tant ħlewwa li nħallet f ’dirgħajh. Kienet l-ewwel darba li ħassitha maħbubha u mwennsa f ’dirgħajn raġel. Fabio ma riedx jistenna, ma kienx jemmen f ’għerusija twila. Ried jiżżewweġ mill-aktar fis lill-mara ta’ qalbu. Iżda qabel xejn ried jaffaċċja ostaklu kbir – ommu. “Pazzo. Sei Pazzo! X’fettillek!? Din il-mara ma tafhiex!” Is-Sa Carla qabdet tnewwaħ. “Dik qed tara din id-dar kbira. Inti għandek pożizzjoni, għandek il-flus... dik vipera, flusek trid! No, mai! Qatt ma jien se nagħtik il-barka tiegħi! Qed tniffidli qalbi bi stallett, Fabio!” kompliet tolfoq u tixxena ommu. Ħadet battikata kbira x-xiħa. Fabio beża’ li fraġli kif kienet setgħet tagħtiha taqliba. Ma stennihiex reazzjoni daqsekk drammatika m’għand ommu. Ittama li teħodha bil-ferħ. Madanakollu, ma kienx beħsiebu jitlifha lil Vanka. “Inċempel lil ħija Fausto, dak jgħinni żgur. Jekk ma jikkonvinċix lill-mamà ħija ma nafx min irid jikkonvinċiha,” irraġuna Fabio. Ħuh it-tewmi Fausto minn dejjem kien jaf kif idawwarha ma’ subgħajh iż-żgħir lil ommhom. Kellu talent naturali kif jimmanipula lil kulħadd u dejjem ġabha żewġ. Fausto kien telaq minn Malta eżatt wara li ggradwa fil-liġi. Kien qalilhom li sab jaħdem fis-settur bankarju ġewwa l-Ingilterra. Wara ftit tas-snin fetaħ business fil-finanzi għar-rasu u far bil-liri. Għalkemm Fabio minn dejjem ħa ħsiebha waħdu lil ommhom, Fausto kien iċemplilha regolarment. Kienet togħxa bir-rigali prezzjużi li jibgħatilha mill-Ingilterra għal għeluq sninha u fil-Milied. Fabio ma kienx jista’ jixtrilha rigali għaljin bħal ta’ ħuh imma xorta kien jieħu gost jaraha għajnejha jixegħlu kif jasal pakkett mill-Ingilterra. Fabio rrakkonta kollox lil Fausto. Tah l-aħbar sabiħa li sar iħobb mara u ried jiżżewwiġha. Min hi, kif iltaqa’ magħha l-ewwel darba. “....Fausto, ma rridx nitlifha lil Vanka. Għamlet vjaġġ twil mis-Si-
berja biex daħlet f ’ħajti. Id-destin ried li telqet mill-Ingilterra tmien xhur ilu biex ġiet taħdem malmamà u nsiru ninħabbu...” Fausto qabad jidħaq: “Fabio, li ma kontx nafek ngħid li skirt bil-vodka! Imma niġi, niġi, ħalli f ’idejja. Għidli ftit x’gosti għandha dil-mara meraviljuża li sirt tħobb ħa nordnalha rigal tat-tieġ speċjali għaliha.” Fausto qallu wkoll li ried jeħles biċċa xogħol urġenti qabel jiġi imma ġimgħa wara t-telefonata wasal Malta u stieden lil Fabio u l-maħbuba tiegħu Vanka biex jieklu miegħu fil-lukanda lussuża fejn kien qed joqgħod. “L-ewwel niltaqgħu għal ikla familjari Fabio, ’il bogħod mill-isteriżmi talmamà, mhux aħjar?” Fabio aċċetta: “Tajjeb ħafna, Fausto. Issa tara b’għajnejk kemm għandi raġun li l-mamà qed tinkwieta għalxejn jaħasra.” Fabio u Vanka waslu fil-lukanda biex jiltaqgħu ma’ Fausto. Fid-daħla tar-ristorant laqagħhom waiter li offrielhom biex l-ewwel jgħaddu fil-bar għax is-Sur Fausto Fava kien qed jistenniehom hemm. Fabio lemħu, kien dahru lejhom iħares fid-direzzjoni talġnien imdawwal tal-lukanda. Imxew għal fuqu u Fabio taptaplu fuq spalltu: “Fausto! Kif inti fratello?” Fausto dar bil-mod, injora lil ħuh u ħares dritt f ’għajnejn Vanka. Tbissmilha u qalilha: “Ah, Vanka! Fl-aħħar qed nerġgħu niltaqgħu.” Vanka baqgħet tħaret fissa lejh u ġisimha beda jqum xewk xewk. Lupo! Din x’logħba hi? Dan mhux it-tewmi ta’ Fabio! Ħassitha pparalizzata. Riedet twerżaq, riedet taħrab. Fabio kompla jitkellem... ma bdietx tisma’ x’kien qed jgħidilha u beda jinqatagħlha nifisha. Riedet toħroġ għall-arja. Telqet id Fabio u ħarġet tiġri ’l barra. “Vanka! Xi ġralek Vanka!” Fabio pprova jmur warajha. Fausto kien pront u ġibdu lura minn driegħu: “Fabio ieqaf. Ejja ixrob xi ħaġa miegħi ħalli ngħidlek kif u fejn nafha lil Vanka.” *** Fausto tawwal il-btala tiegħu ġewwa Malta bi ftit ġimgħat oħra. Kienu biżżejjed sakemm toqgħod il-qiegħa fid-distrett ta’ Soho u l-pulizija Ingliżi ma joqogħdux idejquh b’mistoqsijiet dwar nirien li qerdu għalkollox l-istabbiliment ta’ Ronnie Jones. *** Sitt xhur wara - xniegħa bdiet tiġri mal-irkejjen kollha ta’ Londra. Lupo kellu merkanzija ġdida fjamanta fuq is-suq – ġawhra Siberjana b’par għajnejn vjola li titlef rasek tħares fil-fond tagħhom. Imma attenti! Mhijiex għall-but ta’ kulħadd. Iżanżanha min lest iħallas il-prezz astronomiku li Lupo qed jitlob għal lejl ta’ dellijru magħha.
26
12.01.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
12.01.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 311
K. ZAMMIT - BIRKIRKARA
Bi 3 Numri 068 072 112 378 398 437 453 500 553 555 718 856
B’4 Numri 0100 0320 0663 0774 1010 1418 1593 2189 2325 2837 3367 3675
3751 3804 4006 4225 5563 6542 6651 6994 7135 7458 7996 8083 8306
8387 8455 8568 8832 8853 9824 9951 B’5 Numri 01039 06962 13368 21283
30826 46424 50069 65457 74436 76314 81843 95434 B’6 Numri 418968 467242 594645
696400 Bi 8 Numri 66826768 69508560 86349422 88009733
1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16. 18,19. 19.
Mimdudin: Kompli l-qawl: Il-....... mhux ħobż (5) Tispara bih (4) Riħa ta’ ikel? (5) Ara 7 Moħbi (6) Itajru l-ajruplani (6) Isem l-istazzjoni tal-PL (3) Isem ta’ barrani (5) Ara 18
20. 21. 23. 24.
Din tonda żgur (5) Kollha Ingliżi (3) Kif tindirizza membru parlamentari fil-qosor (4) Immaġina? (5)
6. 8. 11. 12.
reċta (3) Idawwar l-Imdina (3) Opra (9) Ara 1 wieqfa Sports fliskola? (1,1) 13,21W. Kunjom (6) Weqfin: 14. Isem (6) 1,11. Qishom pastard (8) 15. Spiċċa (6) 2,22. Sala f ’Bormla (6) 17. Ħlas għal 3. Ma baqax servizz (3) bilqiegħda (3) 21. Ara 13 5. Parti minn 22. Ara 2
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Aret, 4.Tila, 7,16.Osama, 10.Spalla, 12.Rattab, 18,22. Ittra, 19.Nar, 20.Blata, 21.Oħt, 23.Trab, 24.Ukren
Weqfin: 1,12W. Spiżjara, 2.Rat, 3,11.Tosca, 5,9.Ikliet, 6.Ara, 8.Spettaklu, 13,17. Tilmaħ, 14.Bnadar,15.Braken, 21.Ort