KullĦadd_12.02.2023

Page 1

IL-MALTIN ISIBU 18-IL PERSUNA TAĦT IT-TIFRIK FIT-TURKIJA

Rapport f’paġni 14 u 15

KRIMINALITÀ

INQAS

MINN 11-IL SENA ILU

B’popolazzjoni ta’ 124,000 iżjed mill-2012, is-sena l-oħra ġew irreġistrati 15% inqas reati għal kull 1,000 persuna

F’rapport imħejji mill-Professur Saviour Formosa u ppubblikat matul din il-ġimgħa, ġie nnotat kif, matul is-sena li għaddiet, ġiet irreġistrata l-inqas rata ta’ kriminalità fi 11-il sena. Dan ir-rapport ikkonferma x-xejra dejjem nieżla fir-rata ta’ kriminalità u hu xhieda ta’ kemm l-istrateġija tal-Korp tal-Pulizija, li jkollu aktar uffiċjali fil-qalba tal-komunitajiet, b’aktar sorveljanza u iżjed taħriġ lill-membri tiegħu, qed tħalli l-frott mixtieq.

Minn analiżi tar-rapport joħorġu punti saljenti dwar dawn ir-riżultati sinifikanti, li jagħtu aktar serħan il-moħħ liċ-ċittadini, bil-maqlub ta’ kull attakk u kritika bla bażi li tirrikorri għalihom l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-esponenti ewlenin tagħha.

€44M MIBDULIN MINN “PIŻ” GĦAL IŻJED BENEFIĊĊJI

Tnaqqis ta’ eluf ta’ persuni fuq id-dipendenza soċjali jwassal għal firxa ferm usa’ ta’ benefiċċji għall-anzjani, għall-familji u għal min jidħol f’impjieg

It-tnaqqis qawwi li seħħ fid-dipendenza soċjali mill2013 ’l hawn wassal biex in-nefqa globali fuq l-assistenza soċjali tonqos b’€44 miljun. Eżempju klassiku ta’ għaqal amministrattiv. Minkejja dan, minflok kien xħiħ b’dak li ġie ffrankat minn dan il-“piż soċjali”, Gvern Laburista investa dawn il-miljuni f’aktar għajnuna lil dawk li tassew jeħtiġuhom, partikolarment l-anzjani u l-familji u inċentiva lil min jidħol fid-dinja tax-xogħol.

Minn tagħrif li kisbet il-KullĦadd, jirriżulta li għaxar snin ilu l-ispiża fuq it-tliet benefiċċji mhux kontributorji – tal-assistenza soċjali, tal-għajnuna għall-qgħad u l-allowance li jitħallas lil ġenituri mhux miżżewġin, inkluż il-bonuses – kienet qabżet it-€80 miljun.

Is-sena l-oħra, minkejja li r-rati żdiedu sostanzjalment fuq l-2013, il-ħlasijiet għal dawn l-assistenzi niżlu għal inqas minn €36 miljun, bl-akbar tnaqqis ikun fin-nefqa tal-għajnuna tal-qgħad, li minn madwar €23 miljun fl-2013, din issa niżlet għal €1.6 miljun fl-2022.

Tkompli f’paġna 3

Ħarġa Nru 1,544 Prezz €1 Il-Ħadd, 12 ta’ Frar, 2023
Tkompli f’paġna 6

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 15°C

L-Inqas Temperatura: 7°C

L-Indiċi UV: 4

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq il-Punent tal-Ewropa sa fuq iċċentru tal-Mediterran

It-Temp: Ftit imsaħħab

Ir-Riħ: Ħafif mill-Grieg it-Tramuntana li jdur mill-Majjistral u jsir ħafif għal moderat

Il-Viżibilità: Tajba

Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif

L-Imbatt: Baxx mil-Lvant li jsir mix-Xlokk il-Lvant

It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

14°C 7°C UV 4

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114

Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595

Tal-Ħlas Pharmacy, 60, Triq Tumas Fenech k/m Triq l-Imdina, Ħal Qormi – 21487739

St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558

Brown’s Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Riħan, San Ġwann – 21372195

Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657

Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233

Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499

Brown’s St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348

Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554

St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795

Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126

St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194

34, Triq Gużepp, Marsaxlokk – 21651873

Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761

Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625

St. Anthony Pharmacy, 18, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187

Għawdex

Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233

Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 2 7551140

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

12.02.2023 02
It-Tnejn 14°C 15°C 15°C 15°C 8°C 10°C 7°C 10°C UV 3 UV 4 UV 4 UV 4 Il-Ħamis L-Erbgħa Is-Sibt
It-Tlieta 15°C 10°C UV 4 Il-Ġimgħa

Assistenza Soċjali Għajnuna għall-qgħad

Minn tnaqqis

fid-dipendenza ta’ eluf ta’ persuni fuq l-assistenzi soċjali

b’piż ta’ miljuni kbar ta’ ewro…

… għal skemi ta’ inċentivi għal min irid jidħol f’impjieg, b’għotjiet dejjem aktar ġenerużi, fost l-oħrajn

Tapering of Benefits

“PIŻ” SOĊJALI KKONVERTIT F’IŻJED TITJIB TAL-GĦAJXIEN

Tkompli minn paġna 1

Minbarra hekk, li kieku llum in-numru ta’ dawk dipendenti fuq l-assistenza soċjali baqa’ daqs l-2013, il-pajjiż kien ikollu joħroġ madwar €93 miljun għall-istess raġuni, jew €57 miljun iżjed milli fil-fatt qed jonfoq bir-rati ta’ għajnuna kif inhuma attwalment.

Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Mark Musù (inset fuq), spjega ma’ din il-gazzetta li “dawn il-flus issa qegħdin imorru biex jiffinanzjaw titjib sostanzjali fis-sistema tas-sigurtà soċjali ta’ pajjiżna, partikolarment fil-pensjonijiet, iżda wkoll f’benefiċċji u għajnuniet oħrajn”.

Bħala eżempju, parti mill-flus iffrankati matul dan il-perjodu marru biex ġie ffinanzjat it-tħaddim ta’ miżura li l-għan preċiż tagħha kien li tinċentiva benefiċjarji soċjali jinqalgħu kompletament minn din id-dipendenza u jsibu impjieg li joffrilhom aktar stabilità f’ħajjithom.

Dan l-inċentiv, li jissejjaħ tapering of benefits, tnieda fl-2014 bħala parti mill-politika tal-Gvern Laburista msejsa fuq il-prinċipju li bix-xogħol jaqbillek. Ir-riżultat kien wieħed pożittiv ħafna, tant li bosta kienu dawk li nfatmu mid-dipendenza soċjali u, filwaqt li daħlu fid-dinja tax-xogħol, ma tilfux għalkollox il-benefiċċji li kienu intitolati għalihom.

Fl-isfond ta’ progress ekonomiku

L-għan hu li l-qagħda ekonomika tal-familji

tkompli titjieb u jonqos

l-għadd ta’ persuni

f’riskju ta’ faqar jew

esklużjoni soċjali

b’saħħtu, li kattar il-ħolqien ta’ opportunitajiet ġodda ta’ impjiegi, it-tapering u miżuri oħrajn kienu tant effettivi li, fl-ewwel erba’ snin tat-twettiq tagħhom (2014-2017), l-għadd ta’ dipendenti fuq l-assistenza soċjali u l-għajnuna talqgħad niżel b’6,700.

Dan it-tnaqqis, għalkemm b’ritmu aktar baxx, baqa’ għaddej kostanti fissnin ta’ wara tant li wasal biex sa Diċembru li għadda, minkejja l-effetti kbar tal-pandemija, l-għadd ta’ dawn il-benefiċjarji waqa’ għal livelli rekord bi tnaqqis totali ta’ 9,260 persuna, li minnhom 5,157 kienu fuq l-assistenza soċjali u 4,103 fuq l-għajnuna tal-qgħad.

Minbarra t-tapering, miżura oħra li kienet ta’ spalla għal dan it-tiġdid kienet dik taċ-childcare b’xejn li kompliet tħajjar aktar persuni, speċjalment nisa, jidħlu jew jibqgħu fid-dinja tax-xogħol. Fil-fatt, fuq medda ta’ disa’ snin, medja ta’ 6,200 tifel u tifla fis-sena għamlu użu minn dan is-servizz.

Għal dawk il-ġenituri li kienu diġà fl-impjieg jew temmew iż-żmien tagħ-

hom fl-iskema tat-tapering tnieda wkoll il-benefiċċju tal-InWork Benefit biex il-familji tagħhom ikollhom dħul akar adegwat.

Il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon (inset taħt), fakkar li l-istess Kummissjoni Ewropea kienet faħħret dan il-pakkett soċjali kemm għall-impatt pożittiv li nkiseb minnu kif ukoll għall-fatt li dan sar mingħajr ma nħoloq piż finanzjarju żejjed fuq il-pajjiż. Hu żied jgħid li “dan il-progress jimliena b’kuraġġ biex inkomplu nwettqu t-tibdil meħtieġ ħalli nħajru aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol u jisfruttaw l-opportunitajiet ta’ impjiegi li qed jitkattru”.

Il-Ministru qal li l-għan tal-Gvern hu li jara li l-qagħda ekonomika tal-familji tkompli dejjem titjieb u jonqos l-għadd ta’ nies f’riskju ta’ faqar jew esklużjoni soċjali, speċjalment dawk f’ċaħda materjali u soċjali.

“Fejn persuna ġenwinament ma tkunx tiflaħ taħdem, hu d-dmir tagħna li nagħtuha l-għajnuna meħtieġa,”

sostna Falzon. “Iżda fejn persuna ma taħdimx u għandha l-kapaċità u s-saħħa li tagħmel dan nixtiquha taħtaf l-opportunitajiet ta’ xogħol li jeżistu u tirċievi għajnuna addizzjonali, speċjalment permezz tal-iskema tat-tapering jew dik tal-In-work Benefit.”

Fid-diversi studji li saru dwar l-iskema tat-tapering instab li, minbarra li din irnexxielha tbiegħed lil ħafna minn fuq id-dipendenza soċjali, fil-maġġoranza tagħhom dawn il-persuni baqgħu fid-dinja tax-xogħol, anke wara li għaddew it-tliet snin tal-iskema. Fil-fatt, jirriżulta li aktar minn 85% qed jibqgħu f’impjieg.

Minn din is-sena, permezz ta’ miżura tal-Baġit, l-inċentiv li persuna tibqa’ tirċievi tul il-perjodu tal-iskema tjieb b’10%. B’hekk issa, fl-ewwel sena tax-xogħol, persuna tibqa’ tirċievi 75% tal-assistenza, fit-tieni sena tieħu 55% u fit-tielet sena 35%. Matul it-tliet snin, min iħaddem lill-istess persuna jirċievi 25% tal-assistenza wkoll.

Tiġdid ieħor importanti kien dak li seħħ fl-In-Work Benefit f’Diċembru li għadda fejn, minbarra li għal darb’oħra twessgħu l-faxex taddħul mill-impjieg u żdiedu r-rati tal-benefiċċju, tnediet sistema awtomatika ta’ simplifikazzjoni li tidentifika lil dawk il-ġenituri li jaħdmu u li jkunu eliġibbli mingħajr ma jkun hemm il-ħtiega li japplikaw.

Bis-saħħa ta’ din is-sistema nstab li mijiet ta’ ġenituri li, avolja eliġibbli, ma kinux qed jirċievu l-ħlasijiet dovuti, għax għal xi raguni jew oħra naqsu milli japplikaw. Dawn l-iżviluppi wasslu biex l-għadd ta’ ġenituri benefiċjarji ttriplaw għal ftit aktar minn 24,000, li wkoll jirrappreżentaw madwar 36,500 tifel u tifla fil-pajjiż.

Dwar dan, is-Segretarju Permanenti Musù qal li d-dipartimenti u l-entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kontinwament ifittxu li jimmodernizzaw u jissimplifikaw l-operat tagħhom u b’hekk il-benefiċċji u s-servizzi jaslu għand dawk kollha eliġibbli b’mod aktar sigur, effettiv, effiċjenti u bl-inqas skariġġ possibbli għalihom. Għal dan irringrazzja lill-kapijiet u lill-ħaddiema kollha tax-xogħol fejjiedi tagħhom, kif ukoll lill-Aġenzija għatTeknoloġija tal-Informatika (MITA) u servizz.gov li huma msieħba importanti ħafna f’dawn l-inizjattivi.

12.02.2023 03 SENA
2013 10,784 4,330 2014 9,639 3,791 2015 8,445 2,570 2016 8,110 1,391 2017 7,494 939 2018 6,840 766 2019 6,312 613 2020 6,209 626 2021 5,855 336 2022 5,627 227 SENA
In-Work
Childcare b’xejn 2013 - -2014 588 - 3,856 2015 2,101 1,359 5,852 2016 3,062 2,294 5,335 2017 3,604 3,371 5,939 2018 3,474 4,514 6,737 2019 2,708 5,735 7,341 2020 2,055 5,337 6,489 2021 1,626 7,266 7,055 2022 1,429 24,092 6,169* –5,157 persuna (48% inqas) –4,103 persuni (95% inqas)
Benefit
*ċifra sa Ġunju 2022

DWAR XI “EŻODU MILL-MALTIN”

Statistika oħra uffiċjali tiċħad il-politika Nazzjonalista tat-twerwir li ż-żgħażagħ qed jaħarbu mill-pajjiż

Mill-Kap Bernard Grech sad-Deputat Ivan Castillo (inset), l-Oppożizzjoni tibqa’ tippersisti f’politika li statistika wara oħra qed tkompli tiskreditaha

Id-dilettantiżmu tal-Partit Nazzjonalista u l-Kap tiegħu Bernard Grech, li għadhom jargumentaw li jeżisti xi “eżodu ta’ żgħażagħ” li jitilqu mill-pajjiż biex isibu għajxien aħjar xi mkien ieħor madwar il-globu, reġa’ spikka din il-ġimgħa bi statistika relatata għall-2021 li tgiddeb l-argumenti tagħhom f’dan ir-rigward.

L-istess dikjarazzjonijiet bla bażi kienu diġà nġiebu duħħan f’Novembru li għadda mill-Prim Ministru Robert Abela waqt id-dibattitu Parlamentari dwar il-Baġit 2023, meta kkwota ċifri minn statistika tal-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, għal bejn is-snin 2008 u 2020.

Bil-maqlub, l-istatistika rrapportata wkoll f’din il-gazzetta, kienet uriet li jekk kien hemm perjodu f’pajjiżna li iżjed żgħażagħ qed jitilqu mill-pajjiż kien proprju tul l-aħħar leġiżlatura Nazzjonalista, partikolarment l-aħħar sentejn tagħha fejn kienu telqu mat-800 żagħżugħ u żagħżugħa.

Fil-verità, kontra l-gideb tal-Kap Nazzjonalista u l-Partit tiegħu, l-ebda sena mill-2014 lil hawn ma turi li kien hemm aktar emigrazzjoni ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin milli kien hemm żgħażagħ li ġew lura lejn pajjiżna. Waqt li bejn l-2008 u l-2013, bħala medja, 72 aktar żagħżugħ u żagħżugħa telqu mill-pajjiż milli ġew lura, bil-maqlub, bejn l-2014 u l-2020 ġew lura pajjiżna medja ta’ 70

aktar żagħżugħ u żagħżugħa kull sena milli fil-fatt emigraw.

Għaldaqstant, din l-istatistika ġabet fix-xejn il-propaganda fiergħa tal-Oppożizzjoni li ż-żgħażagħ ta’ pajjiżna qegħdin jagħżlu li jitilqu minn arthom u minflok kien biss fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista li kien qed iseħħ dan.

Iżda jidher li l-Oppożizzjoni għadha tippersisti fil-gideb tagħha u donnha ma tridx taċċetta r-realtà, tant li deputat ieħor Nazzjonalista din il-ġimgħa reġa’ ttanta xortih u staqsa dwar l-istess suġġett lill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol. Għal darb’oħra dan irriżulta f’attentat fjakk Nazzjonalista, għax statistika uffiċjali reġgħet faqgħetilhom bużżieqa oħra f’wiċċhom.

zjonali tal-Istatistika (NSO) ma jkunx jaf ir-raġunijiet għaliex ċittadini jkunu emigraw, id-Deputat Ivan Castillo baqa’ jippersisti bl-istess mistoqsija.

Fir-risposta sussegwenti tiegħu, filwaqt li tenna li r-raġunijiet jibqgħu mhux magħrufin, il-Ministru Caruana ppreżenta żewġ tabelli li juru stimi ta’ emigranti u immigranti Maltin, ibbażati fuq mudelli matematiċi għas-sena ta’ referenza 2021. Huwa tenna wkoll li dawn se jkunu riveduti skont il-bażi tad-data miġbura fl-aħħar Ċensiment li l-ewwel indikaturi tiegħu ħarġu fl-aħħar xhur.

Fid-diskors ta’ wara l-Baġit Robert Abela kien diġà giddeb

lil Bernard Grech dwar is-suġġett bi statistika uffiċjali tal-UE

Tagħrif, li Clyde Caruana poġġa fuq il-mejda tal-Kamra tad-Deputati, wera li matul is-sena li għaddiet kien hemm mad-900 ċittadin Malti u Għawdxi iżjed li ġew lura f’pajjiżhom minn dawk li fil-fatt emigraw.

B’kontinwazzjoni għal mistoqsija preċedenti, fejn kien mitlub jispeċifika t-talba tiegħu għax l-Uffiċċju Naz-

Skont din l-informazzjoni bbażata fuq l-etajiet kollha, joħroġ li fl-2021, kien hemm 2,771 Malti li reġgħu ġew lura f’pajjiżna, waqt li 1,929 Malti ddeċidew li jemigraw. Li jfisser li għal kull żewġ Maltin li emigraw kien hawn tliet Maltin li ġew lura f’arthom.

L-Oppożizzjoni Nazzjonalista tħobb issostni li ż-żgħażagħ Maltin qed jitilqu minn pajjiżna, għax mhumiex kuntenti. Minkejja dan, mill-istess tagħrif, ir-realtà turi li, waqt li emigraw 304 żgħażagħ Maltin fl-età ta’ bejn il-15 u l-24, kien hemm 432 żagħżugħ li kienu barra

minn Malta u ġew lura. Li jfisser li għal kull tliet żgħażagħ li emigraw, ġew lura f’pajjiżna erbgħa li kienu emigraw fissnin ta’ qabel.

Fil-faxxa ta’ bejn il-25 u l-34 sena wkoll kien hemm iżjed li ġew lura milli telqu. Fil-fatt, kontra s-602 Maltin li emigraw f’din il-faxxa, kien hemm 864 ċittadin li ġew lura Malta. Differenza ta’ 262 iżjed li rritornaw f’arthom

Anke jekk din it-tendenza ilha għaddejja bla waqfien mill-2014, terġa’ ċ-ċifri għall-2021 jixhdu l-akbar ammont ta’ żgħażagħ li ġew lura f’arthom u l-akbar differenza minn dawk li għażlu li jemigraw.

Din l-istatistika kompliet tikkonferma l-argument li kien għamel il-Prim Ministru fir-risposta tiegħu lill-Kap talOppożizzjoni wara d-diskors tal-Baġit li għadda, meta dan tal-aħħar iffantasizza b’“eżodu ta’ żgħażagħ minn pajjiżna għax ma fadalx opportunitajiet”.

Il-Prim Ministru fir-reazzjoni tiegħu kien innota kif l-istatistika tal-Eurostat kienet turi li filwaqt li fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista kienu jemigraw aktar żgħażagħ milli kienu jiġu lura f’pajjiżna, dan l-iżvilupp kien intemm taħt Gvernijiet Laburisti. Fil-fatt, jirriżulta li mhux talli mhux jemigraw il-maġġoranza taż-żgħażagħ, imma ġejjin lura aktar żgħażagħ li kienu emigraw qabel.

12.02.2023 04 L-2021 UKOLL TGIDDEB LILL-PN
MALTIN
Etajiet TOTAL Maskili Femminili TOTAL Maskili Femminili 0-4 141 61 80 204 79 125 5-9 65 28 37 95 37 58 10-14 66 33 33 95 44 51 15-19 62 34 28 90 45 45 20-24 242 152 90 342 201 141 25-29 336 192 144 480 255 225 30-34 266 132 134 384 174 210 35-39 180 111 69 257 148 109 40-44 103 59 44 145 76 69 45-49 83 48 35 119 64 55 50-54 77 41 36 109 53 56 55-59 73 57 16 102 75 27 60-64 82 36 46 120 48 72 65-69 57 35 22 84 48 36 70-74 43 27 16 61 35 26 75-79 31 15 16 48 20 28 80-84 11 9 2 17 13 4 85+ 11 6 5 19 9 10 TOTAL 1,929 1,076 853 2,771 1,424 1,347
MALTIN LI TELQU MILL-PAJJIŻ FL-2021
LI ĠEW LURA FIL-PAJJIŻ FL-2021

Il-konvenji li saru f’Jannar aktarx jirriflettu wkoll l-inċentivi għal xiri ta’ residenzi f’ċentri urbani tal-lokalitajiet

L-AQWA JANNAR F’XIRI TA’ PROPRJETÀ RESIDENZJALI

F’Jannar li għadda kien osservat rekord ġdid fejn jirrigwarda xiri ta’ proprjetà residenzjali, hekk kif saru b’kemm jiswew €291 miljun f’kuntratti simili. Dan ifisser tkabbir ta’ €41 miljun, jew 16%, fuq l­ammont mixtri fl­istess xahar sena qabel.

Il­valur ta’ kuntratti li ġew iffirmati qabeż ir­rekord preċedenti ta’ €238 miljun li kien osservat f’Jannar 2019.

Minbarra hekk, skont l­Uffiċċju Nazzjonali tal­Istatistika (NSO), ix­xahar li għadda ġew iffirmati wkoll 921 konvenju ġdid. Dan ukoll fisser żieda ta’ 258 konvenju fuq l­ammont li kienu ġew maqbula fl­istess xahar fl­2022.

B’hekk l­attività fis­suq kienet kważi l­istess kif ġiet osservata f’Jannar tal­2021 meta kien hemm inċentivi qawwija fejn jidħol tnaqqis ta’ boll fuq proprjetà bħala parti mill­pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li kien ħabbar il­Gvern Laburista biex jilqa’ għall­effetti kbar tal­pandemija tal­COVID­19.

L­inċentivi ppermettew lix­xerrejja jħallsu biss 1.5% tal­boll fuq l­ewwel €400,000 mill­prezz tal­proprjetà, waqt li l­bejjiegħ iħallas biss 5% tar­rata tat­taxxa fuq il­valur. Dawn ġew estiżi għall­aħħar darba sa Ġunju 2022.

L­aktar li saru konvenji ġodda f’Jannar li għadda kienu fil­lokalitajiet tal­Ħamrun, Tal­Pietà, Santa Venera, Birkirkara, l­Imsida u Ħal Qormi. F’dawn il­lokalitajiet saru kważi d­doppju tal­ammont ta’ konvenji li saru fis­Swieqi, Pembroke, San Ġiljan u Tas­Sliema. Analisti tas­settur indikaw li dan jista’ jirrifletti l­impatt tal­inċentivi li qed jagħti l­Gvern għal proprjetajiet fiċ­ċentri urbani tal­lokalitajiet tagħna.

L­aħħar statistika ġġib fix­xejn id­diskors li kien qed isir li s­settur tal­proprjetà qed jiffaċċja xi tnaqqis fir­ritmu. Fil­verità l­ammont ta’ xiri ta’ proprjetà jisboq bil­bosta dak li kien iseħħ qabel bdiet il­pandemija u jikkonferma l­qagħda finanzjarja ferm tajba tal­familji Maltin u Għawdxin. Ċerti sezzjonijiet tal­midja bdew iċaqċquha li hemm xi “bużżieqa” u qed iberraq fissuq, iżda dawn ġew miċħudin mill­aġenti tal­proprjetà u mill­iżviluppaturi.

12.02.2023 05
KUNTRATTI JAN ’23 €291 miljun JAN ’22 €250 miljun JAN ’21 €209 miljuni JAN ’20 €205 miljuni JAN ’19 €238 miljun JAN ’18 €160 miljun

L-ISTRATEĠIJA TAL-KORP QED TĦALLI RIŻULTATI SINIFIKANTI

Tkompli minn paġna 1

B’mod partikolari, ir-rapport tal-Professur Formosa jenfasizza kif, minkejja li fl-aħħar snin kien hemm żieda fil-popolazzjoni Maltija biex illum tisboq il-533,000, ir-rata ta’ kriminalità fl-2022 kienet 5.4% inqas minn dik tal2021.

Dan il-punt tal-popolazzjoni hu importanti li jinftiehem sew. Pereżempju, fl-2004, b’popolazzjoni ta’ 408,798 persuna kienu ġew irreġistrati total ta’ 18,388 reat, waqt li tmien snin wara, fl-2012, u b’popolazzjoni ta’ 422,509 ġew irreġistrati 15,622 reat.

Ibbażat fuq dawn iċ-ċifri fis-snin imsemmija u ż-żieda ferm akbar fil-popolazzjoni, allura n-numru pproġettat għall-2022 kellu jkun ta’ 23,988 reat. Minflok l-għadd irreġistrat kien ta’ 14,933 reat, li hu wkoll ferm inqas minn meta l-popolazzjoni kienet tlaħħaq għal 124,488 persuna inqas milli hi llum.

Meta dawn in-numri jiġu estrapolati f’reati għal kull 1,000 persuna ssib kif proprju s-sena l-oħra din kienet l-inqas waħda rreġistrata. Fil-fatt, fl-2004 kienu rreġistrati 45 reat għal kull 1,000 persuna, fl-2012, 37 reat għal kull 1,000 persuna, filwaqt li fl-2022 kienu rreġistrati 28 reat għal kull 1,000 persuna.

Punt interessanti ħafna li kien osservat hu li ma kien hemm l-ebda lokalità li kellha rata ta’ aktar minn ħames darbiet ir-rata nazzjonali; kienu biss erba’ lokalitajiet li kellhom rata ta’ bejn tnejn u erba’ darbiet aktar ir-rata nazzjonali. Dan sintendi hu attribwit għall-fatt li l-Pulizija adottat strateġija li, biha, qed tkun iżjed preżenti fit-toroq u tolqot l-erba’ rkejjen tal-pajjiż.

L-omiċidji

naqsu bi ftit fl-2022. Filwaqt li fl-2012 ġew irreġistrati 391 każ jew 25 każ għal kull 1,000 persuna, 10 snin wara (b’popolazzjoni ferm akbar) ġew irreġistrati 361 każ jew 24 każ għal kull 1,000 persuna.

Serq

Fl-2022, 30.9% tar-rapporti li daħlu lill-Pulizija huma dawk relatati ma’ din il-kategorija tas-serq. Dan ifisser li kien hemm żieda żgħira fir-rata ta’ rapporti ta’ serq meta wieħed iqabbilhom mal-2021 meta r-rata kienet ta’ 28.4%.

Iżda interessanti li jiġi nnotat kif l-istess rata s-sena l-oħra hi t-tieni l-inqas waħda li qatt ġiet irreġistrata sa mill-1998, proprju wara dik tal-2021, li kif jaf kulħadd konna fleqqel tal-pandemija tal-COVID-19, b’bosta stabbilimenti magħluqin u inqas serq partikolarment dak mill-ħwienet.

Kumplessivament, ir-reati tas-serq fl-2022 naqsu b’59.8% imqabbel mal-2004 u b’47% imqabbel ma’ 10 snin qabel.

Pożittivament ukoll f’din is-sezzjoni hu t-tnaqqis tas-serq mid-djar. Fl-2012 kienu rreġistrati 696 reat ta’ dan it-tip, iżda fl-2022 niżlu għal 309 jew b’aktar minn nofs (56%).

Droga

Ir-reati għal kull

1,000 persuna laħqu

Fl-agħar tip ta’ reat ta’ vjolenza, li l-bniedem jista’ jagħmel, l-istħarriġ wera kif l-omiċidji kollha bejn l-2018 u l-2022 ġew solvuti mill-Pulizija fi spazju ta’ ftit jiem. Uħud minn dawn l-omiċidji kienu każi kumplessi, iżda minkejja dan il-Pulizija xorta waslet għall-imħuħ warajhom u l-persuni involuti tressqu quddiem il-ġustizzja. Ir-rata ta’ kriminalità għal dan ir-reat baqgħet waħda kostanti bejn l-2004 u l-2022, dik ta’ 1.7 omiċidji għal kull 100,000 persuna.

Vjolenza bi ħsara fiżika

Fl-2022 ġie rreġistrat tnaqqis f’każi rrapportati ta’ drogi u bħala medja laħqu l-istess ammont tal-2020. Waqt li bejn l-2020 u l-2021 kien hemm żieda ta’ 435 każ ta’ drogi; wieħed jinnota tnaqqis ta’ 393 każ bejn l-2021 u l-2022. Dan kien possibbli grazzi għal aktar kontrolli mill-Pulizija, fosthom permezz ta’ aktar road checks u numru ta’ rapporti li ħadet l-iskwadra ta’ kontra d-droga.

l-45 fl-2004, għal 37 fl-2012 u fl-2022

niżlu għal 28

Ħruq u ħsara fiżika

Ir-reati ta’ ħruq (arson) matul l-2022 naqsu sostanzjalment. Meta mqabbla mal-2004 il-każi naqsu b’aktar minn 70%, minn 120 19-il sena ilu niżlu għal 33 każ fl2022. Kien hemm ukoll tnaqqis fir-rata ta’ reati bi ħsara fiżika li minn 1,065 fl-2004 niżlu għal 847 fl-2022. Min-naħa l-oħra, każi ta’ theddid u vjolenza privata (rikatt; stalking) żdiedu b’6% (411-il każ) fuq l-2021.

Każi ta’ frodi u ħasil ta’ flus

Ir-reati ta’ vjolenza bi ħsara fiżika (grievous bodily harm), li jikklassifikaw ukoll ma’ reati oħrajn, bħalma hu serq bl-użu tal-armi, omiċidji u anke vjolenza kontra uffiċjali pubbliċi,

Fejn jidħlu reati ta’ natura kumplessa u sensittiva, wieħed jinnota wkoll ċaqliq ’l isfel. Pereżempju b’1,562 każ irrapportat, il-każi ta’ frodi fl-2022 naqsu b’34% meta mqabblin mas-sentejn ta’ qabel (2021 u 2020) meta

ġiet irreġistrata żieda ta’ 193 każ, minn 811-il każ fl-2020 għal 2,376 każ fl2021. Il-maġġoranza tal-każi ta’ frodi kienu msejsin fuq ħlasijiet b’mobile, messaġġi elettroniċi u online minn kriminali li għamluha ta’ kumpaniji fil-qasam tas-servizzi.

Każi ta’ ħasil ta’ flus ukoll raw tnaqqis: 28% meta mqabblin ma’ tal-2021: 130 każ minn 180 każ.

Reati bil-kompjuter

Żidiet identiċi dehru f’każi rrapportati ta’ computer related crime fejn fl-2022 kien hemm żieda ta’ 39% (469 każ) meta mqabbla ma’ 337 każ fl-2021 u 270 fl-2020.

Vjolenza domestika u abbażi tal-ġeneru

Il-każi ta’ vjolenza domestika raw qabża ’l fuq ta’ 5% – minn 1,741 każ fl-2021 għal 1,830 każ is-sena l-oħra. Iż-żidiet kienu riflessi l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam ma’ vjolenza psikoloġika u vjolenza fiżika. Fejn tidħol il-kategorija ta’ vjolenza bbażata fuq il-ġeneru – kategorija li ġiet introdotta fl2020 (meta kienu ġew irrapportati żewġ każi) – fl-2022 kien hemm tliet każi. Fl-2021 ma kien hemm l-ebda każ irrapportat.

Offiżi sesswali

B’165 każ, l-offiżi sesswali fl-2022 baqgħu fl-istess ilma bħal 2021, filwaqt li każi ta’ vjolenza kontra uffiċjali pubbliċi (korpi dixxiplinati) naqsu b’5% għal 155 każ. Mill-2017 ’l hawn il-każi ta’ vjolenza kontra uffiċjali pubbliċi baqgħu jinżlu sena wara l-oħra.

Tnaqqis sinifikanti li wieħed irid jirrimarka hu dak fl-immigrazzjoni fejn kien hemm diskrepanza ta’ 68%, imqabbel ma’ sena qabel (48 każ fl-2022 minn 149 każ fl-2021).

Anke jekk, kif jixhdu ċ-ċifri, pajjiżna hu wieħed sigur, il-ħidma ma tiqafx u sakemm jibqa’ jkun hemm rata ta’ kriminalità, avolja baxxa, ix-xogħol li qed isir mill-Korp tal-Pulizija u l-imsieħba tiegħu se jwassal biex l-għadd ta’ reati jkompli nieżel dejjem iżjed.

B’eżerċizzji ta’ aktar għarfien, implimentazzjoni tal-istrateġija ta’ trasformazzjoni talKorp, il-Crime Prevention Strategy, u kollaborazzjoni bejn entitajiet oħrajn, il-pajjiż ikun aktar imħejji biex iħares ’il quddiem għal livelli dejjem baxxi ta’ kriminalità.

12.02.2023 06

MAL-51,000 ĊITAZZJONI

MINN

SPEED CAMERAS IS-SENA L-OĦRA

Is-sena li għaddiet inħarġu b’kollox 50,743 ċitazzjoni, jew medja ta’ kważi 1,000 għa, wara li nqabżu l-limiti ta’ veloċità quddiem it-22 speed camera li hawn imferrxin f’Malta. Xejn inqas minn 75% ta’ dawn il-kontravenzjonijiet mis-sewwieqa ġew irreġistrati fuq sitta biss dawn il-cameras, li jinsabu f’Ħ’Attard, fil-limiti ta’ Birkirkara, in-Naxxar u San

Tagħrif dettaljat, li ngħata fil-Parlament fil-bidu talġimgħa, wera li iżjed minn 10,000 ċitazzjoni nħarġu wara sewqan iżjed mil-limitu rreġistrat mill-ispeed camera fi Triq in-Nutar Zarb f’Ħ’Attard waħedha. F’din il-parti tat-triq, fejn illum it-traffiku jimxi biss f’direzzjoni waħda, dik lejn ilBelt Valletta, mhux permess sewqan ta’ iżjed minn 50 kilometru fis-siegħa. Jirriżulta li 94% tat-taħrikiet kollha kienu jirrelataw għal sewqan li ma jaqbiżx iżjed minn 15-il kilometru fis-siegħa fuq il-limitu stabbilit.

Mill-istess informazzjoni joħroġ ukoll li, mindu f’Jannar tal-2022 ġie inawgurat il-proġett tas-Central Link b’aċċess aħjar fid-direzzjoni tar-Rabat, il-kontravenzjonijiet f’din ittriq tnaqqsu drastikament kull xahar, tant li minn 1,455 fil-bidu tas-sena dawn niżlu għal biss 41 matul Diċembru.

Fi tweġiba għal mistoqsija mid-Deputat David Agius, ilnistru Byron Camilleri elenka lista sħiħa tal-għadd ta’ multi li nħarġu kull xahar isna l-oħra, skont kull speed camera li jinsabu fil-lokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Birkirkara,

il-Gudja, in-Naxxar, Ħal Qormi, San Ġiljan, San Pawl il-Baħar, is-Siġġiewi, Ħaż-Żebbuġ u ż-Żejtun.

In-Naxxar ħareġ bħala l-lokalità bl-akbar ammont ta’ ċitazzjonijiet. Mill-ħames speed cameras li hemm inħarġu 15,093 taħrika. L-ispeed cameras kollha jinsabu fil-periferija tal-lokal, eżattament fi Triq il-Kosta, bi tnejn minnhom –dik f’Baħar iċ-Ċagħaq lejn San

Pawl il-Baħar u l-oħra viċin ilMagħtab fid-direzzjoni opposta – jirreġistraw kważi 13,000 ċitazzjoni bejniethom.

Wara, jiġu ż-żewġ speed cameras fil-bypass ta’ Birkirkara, waħda fid-direzzjoni tal-Iklin u l-oħra lejn l-Imsida, li kellhom total ta’ 7,047 ċitazzjoni li nħarġu fuq sewqan eċċessiv matul l-2022. Tal-aħħar, li tinsab qrib l-Isptar Mater Dei, irreġistrat 5,550 kontravenzjoni

waħedha.

Speed camera oħra singulari li attirat eluf ta’ ksur ta’ regolamenti kienet dik ta’ Triq Mikiel Anton Vassalli, fil-limiti ta’ San Ġiljan. Il-parti tat-triq, magħrufa wkoll bħala Triq Reġjonali, irreġistrat 5,038 ċitazzjoni.

75% tal-ammont sħiħ irriżultaw minn kontravenzjonijiet li seħħew f’Ħ’Attard, fil-bypass ta’ Birkirkara, fi Triq il-Kosta fin-Naxxar u fi Triq Reġjonali f’San Ġiljan SPEED

F’waħda mill-aktar rotot traffikużi fin-Nofsinhar talpajjiż, it-Triq tal-Barrani, fejn hemm speed camera fuq iżżewġ naħat tagħha, inħarġu 3,669 ċitazzjoni, bl-akbar ammonti rreġistrati bejn Ġunju u Settembru. Fil-fatt, f’dan il-perjodu kien hemm iżjed minn 200 kontravenzjoni kull xahar minn kull waħda minn dawn iż-żewġ speed cameras, bid-differenza għal Jannar u Diċembru fejn it-tnejn ma kellhomx iżjed minn 50 kull waħda.

L-unika speed camera fi Triq Ħal Far, maġenb il-mitjar fil-limiti tal-Gudja, ukoll kellha ammont relattivament sostanzjali ta’ ċitazzjonijiet – 3,090. Iż-żewġ karreġġjati fid-direzzjoni opposta kkontrollati mill-istess speed camera fl-aħħar ġimgħat ukoll raw aċċidenti gravi jseħħu fihom.

Ħal Qormi, għalkemm għandu t-tieni l-akbar ammont ta’ speed cameras fil-konfini tiegħu (4), irreġistra 2,384 ċitazzjoni jew medja ta’ ftit inqas minn 600 għal kull speed camera. L-akbar ammonti ta’ ksur tar-regolamenti kienu fi Triq l-Imdina fejn hemm speed camera fid-direzzjoni lejn Ħaż-Żebbuġ u l-oħra lejn il-Marsa. It-tnejn l-oħra fil-bypass tal-Imrieħel (Vjal l-Artillerija) lejn ir-Rabat u viċi versa bilkemm qabżu l-200 kontravenzjoni flimkien f’sena sħiħa.

12.02.2023 07
Triq in-Nutar Zarb, Ħ’Attard 10,771 Triq il-Kosta, in-Naxxar (direzzjoni minn Baħar iċ-Ċagħaq lejn San Pawl il-Baħar) 6,601 Triq il-Kosta, in-Naxxar (direzzjoni minn ħdejn il-Magħtab lejn Pembroke) 6,171 Triq Dun Karm, Birkirkara (direzzjoni minn Birkirkara lejn l-Imsida) 5,550 Triq Mikiel Anton Vassalli, San Ġiljan 5,038 Triq Ħal Far, il-Gudja 3,090 Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun (direzzjoni minn ħdejn Bulebel lejn iż-Żejtun) 1,963 Triq Mons. Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi 1,896 Triq Tal-Barrani, iż-Żejtun (direzzjoni miż-Żejtun lejn il-Marsa) 1,706 Triq Dun Karm, Birkirkara (direzzjoni minn Birkirkara lejn l-Iklin) 1,497 Triq l-Imdina, Ħal Qormi (direzzjoni minn Ħal Qormi lejn Ħaż-Żebbuġ) 1,394 Triq il-Kosta, in-Naxxar (direzzjoni minn ħdejn is-Salini lejn Pembroke) 1,323 L-aktar speed camera “popolari” fi Triq in-Nutar Zarb, f’Ħ’Attard
CAMERAS BL-AKTAR ĊITAZZJONIJIET FL-2022

L-APPOĠĠ FL-ENERĠIJA DARBTEJN U

L-aħħar rapport mill-esperti tal-IMF dwar l-ekonomija Maltija jirrikonoxxi l-impenn qawwi tal-Gvern Laburista

Bħala parti mill-analiżi estensiva ta’ kull sena li jagħmlu tal-ekonomija Maltija, l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) studjaw b’mod estensiv is-sostenn fiskali li qed jagħti l-Gvern biex jilqa’ għall-effett taż-żieda esaġerata fil-prezzijiet internazzjonali tal-enerġija u tal-fuels. Minnu joħroġ li l-appoġġ fiskali offrut f’pajjiżna kien darbtejn u nofs iżjed mill-medja fl-Unjoni Ewropea u t-tieni l-ogħla s-sena li għaddiet.

Bħala medja, il-pajjiżi Ewropej nefqu mal-1% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) tagħhom fuq dawn il-miżuri, kontra l-kważi 2.5% f’Malta. Fil-pajjiżi Nordiċi l-appoġġ tal-Gvern kien saħansitra 10 darbiet inqas minn dak f’pajjiżna, b’riżultat li kien hemm inflazzjoni għolja kif ukoll nuqqas qawwi fil-konsum tal-familji fuq prodotti u servizzi oħrajn.

L-esperti tal-IMF jinnotaw kif “il-livell ta’ sussidju hu kbir meta tikkunsidra li l-qawwa tal-enerġija fl-industrija Maltija u l-konsum tal-enerġija per capita hu fost l-inqas fl-Ewropa minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp” (“the level of the subsidies is sizable given that Malta’s energy intensity in industry and per capita energy consumption is among the lowest in Europe due to temperate climate conditions”).

Fl-istess ħin osservaw kif fl2023 il-Gvern se jżid is-sostenn lill-familji u lin-negozji li komplessivament se jiżdied għal 3.5% tal-PGD.

Fi tmiem l-analiżi fil-fond li

Waqt li s-sitwazzjoni ekonomika barra se tmur għall-agħar, l-IMF ibassar li l-ekonomija

Maltija se tibqa’ tikber, bl-inflazzjoni li tonqos sat-tieni nofs tal-2023

għamlu l-esperti internazzjonali, il-bord eżekuttiv ta’ din l-istituzzjoni ewlenija kellu kliem ta’ tifħir għall-mod kif qed titmexxa l-ekonomija ta’ pajjiżna u kkonkluda li “l-irkupru ekonomiku ta’ Malta mill-pandemija hu sinifikanti” (“Malta’s economic recovery from the pandemic is remarkable”), tant

li pajjiżna kellu t-tieni l-aqwa rata ta’ tkabbir minn fost ilpajjiżi kollha taż-Żona Ewro. Minkejja li s-sitwazzjoni ekonomika internazzjonali se tmur għall-agħar, l-esperti tal-IMF bassru li l-ekonomija f’pajjiżna se tibqa’ tikber, bl-inflazzjoni wkoll tonqos sat-tieni nofs ta’ din is-sena. Dan mistenni

jagħmel lil Malta aktar kompetittiva mal-bqija tal-UE. Mill-istess rapport tal-IMF joħroġ ukoll li dwar l-enerġija l-politika tal-Gvern, immexxi minn Dr Robert Abela (inset), “għenet biex tappoġġja l-fiduċja tal-konsumatur, pagi reali u attività ekonomika ferm akbar” (“helped support consum-

er confidence, real wages and more broadly economic activity”), waqt li dwar il-piż li jġorru l-familji u n-negozji jgħidu li “mqabblin ma’ pajjiżi oħrajn Ewropej, il-prezzijiet tal-elettriku u l-fuels f’Malta saru fost l-inqas” (“in comparison with other European countries Malta’s retail prices for electricity

Rapporti tal-IMF … storja differenti bejn l-2009 u l-2023

Mal-pubblikazzjoni tar-rapport estensiv tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) dwar l-ekonomija tagħna, sezzjoni tal-midja pprovat issostni li dan ir-rapport kien kritiku għall-politika tal-Gvern tal-ġurnata. Minkejja dan, meta tistudja sew l-analiżi tal-esperti barranin issib li dan mhuwiex minnu. Bil-maqlub, qabel l-2013 ma kinitx l-ewwel darba li l-esperti tal-IMF ikkritikaw b’mod miftuħ lit-tmexxija ekonomika ta’ pajjiżna dak iż-żmien.

Dan joħroġ ċar meta wieħed iqabbel ir-rapport li għadu kemm ġie ppubblikat ma’ dak li kien sar għall-2009 meta d-dinja wkoll kienet għaddejja minn perjodu ta’ inflazzjoni għolja fil-prezzijiet tal-enerġija.

Analiżi mill-KullĦadd, flimkien ma’ espert finanzjarju, tindika kif waqt li l-politika tal-Gvern preżenti wasslet għal rata ta’ inflazzjoni fost l-anqas fiż-Żona Ewro, dik tal-aħħar Gvern Nazzjonalista kienet wasslet biex l-inflazz-

joni f’pajjiżna tkun l-akbar waħda.

Minbarra hekk, 24 sena ilu r-rapport tal-IMF indika kif GonziPN kien żamm il-prezz tal-enerġija baxx sakemm għaddiet l-Elezzjoni tal-2008 biex imbagħad, proprju meta pajjiżi oħrajn bdew inaqqsu l-piż, f’Malta t-tariffi splodew. Tali nuqqas irresponsabbli ovvjament wassal ukoll għal telf qawwi ta’ kompetittività

B’riżultat ta’ dan, il-fatt li l-ekonomiji madwarna kienu sejrin ħażin wassal għal riċessjoni f’pajjiżna. Bil-maqlub illum, minkejja l-andament negattiv fil-pajjiżi madwarna, l-esperti tal-IMF xorta qed ibassru rata ta’ tkabbir sostanzjali għal Malta. Dan għax il-politika fl-enerġija tal-Gvern preżenti qed tkun sors ta’ kompetittività għan-negozji Maltin li mhux jiffaċċjaw l-istess piżijiet ta’ azjendi barranin.

Differenza oħra qawwija bejn ir-rapport li għadu kemm ħareġ u dak tal2009 hi l-opinjoni tal-esperti fuq l-an-

dament fil-finanzi pubbliċi.

Fl-2009, minkejja li dakinhar il-Gvern ma kien ta l-ebda sostenn lill-familji u lin-negozji, l-esperti ma kinux qablu li d-defiċit seta’ jonqos. Huma fil-fatt kienu bassru li d-dejn nazzjonali se jkompli jiżdied u jilħaq is-70% tal-ġid nazzjonali sal-2013. Dan it-tbassir filfatt kien seħħ.

Illum hi storja totalment differenti u l-esperti jemmnu li l-politika fiskali talGvern hi tajba u din se twassal biex il-piż tad-dejn nazzjonali jibqa’ taħt is-60% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD).

L-esperti tal-IMF għamlu żewġ kummenti dwar il-politika enerġetika preżenti tal-Gvern.

L-ewwel nett, li l-Gvern hemm bżonn li jkollu strateġija ta’ ħruġ (exit strategy) li permezz tagħha meta jnaqqas is-sostenn ma jintlaqtux ħażin dawk l-aktar vulnerabbli. Fil-fatt, il-Gvern mhux biss hu konxju minn dan, imma saħansitra introduċa mekkaniżmu ad-

dizzjonali għall-għoli tal-ħajja proprju biex jgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn. It-tieni kumment tal-IMF kien li s-sussidji sostanzjali li qed jingħataw jistgħu jnaqqsu l-inċentivi biex familji u negozji jagħmlu l-qalba għall-użu ta’ enerġija aktar nadifa.

Fil-fatt, il-Gvern ħabbar li se jkun qed idaħħal numru ta’ miżuri proprju biex isaħħaħ dawn l-inċentivi, anke permezz ta’ fondi Ewropej. Fl-aħħar ġimgħat tnedew numru ta’ skemi ġodda u titjib ta’ skemi eżistenti.

Li ma jindika mkien ir-rapport talIMF hu xi rakkomandazzjoni biex ilGvern isegwi l-parir tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech li jitneħħa b’mod sħiħ l-appoġġ lill-familji u lin-negozji. Anzi meta wieħed jara kif l-esperti tal-IMF kienu analizzaw din it-tip ta’ politika fl-2009, joħroġ ċar li din twassal għal inflazzjoni għolja, telf ta’ kompetittività, riċessjoni u piż akbar tad-dejn nazzjonali.

12.02.2023 08

DARBTEJN U NOFS DAK FL-UE

kienet tkun aktar mid-doppju tal-ammont li ngħata din is-sena. Dawn iż-żewġ żviluppi kienu jwasslu għal telf qawwi ta’ kompetittività u jkolhom impatt ekonomiku negattiv.

Il-Fond Monetarju Internazzjonali jinnota li kalkoli talBank Ċentrali jindikaw li kull 10% żieda fil-prezz tal-elettriku u l-fuels kienet twassal għal żieda ta’ 1% fl-inflazzjoni u tnaqqis ta’ 0.2% fil-PGD nazzjonali.

Minflok, skont l-IMF ukoll, “l-ekonomija Maltija rkuprat b’saħħitha” (“the Maltese economy has rebounded strongly”), grazzi għall-fatt li “appoġġ deċiżiv tal-Gvern għen fil-ħruġ mill-pandemija” (“decisive government support mitigated the fallout from the pandemic”).

Ir-rapport tal-esperti barranin jirrimarka li t-tielet rebħa elettorali tal-Partit Laburista se tfisser kontinwità fil-politika, xi ħaġa li huma jilqgħu

prjati” u jagħmlu sens fid-dawl taċ-ċirkostanzi preżenti, tant li l-piż tad-dejn nazzjonali mistenni jibqa’ taħt is-60%.

Minbarra hekk l-esperti barranin ikomplu li “l-wirja fiskali ssorprendiet b’mod pożittiv” (“the fiscal performance surprised on the upside”), u għaldaqstant qegħdin ibassru titjib fil-finanzi pubbliċi anke aħjar milli qed ibassar il-Gvern.

L-esperti internazzjonali jilqgħu wkoll il-ħidma tal-Gvern fil-qasam istituzzjonali, waqt li rrimarkaw li “l-ħruġ b’suċċess mil-lista l-griza tal-FATF irrifletta l-impenn politiku f’livell għoli mill-awtoritajiet” (“the succesful exit from the FATF’s grey list reflected the authorities’ high-level political commitment”).

and fuels have become one of the lowest”).

Dan jikkonferma l-istqarrijiet tal-imsieħba soċjali fl-aħħar jiem li ddikjaraw li, kieku m’eżistiex is-sostenn talGvern, pajjiżna kien ikollu inflazzjoni li taqbeż sew l-10% u ż-żieda tal-għoli tal-ħajja (Cost Of Living Adjustment – COLA)

għax “id-direzzjoni politika Maltija kienet b’mod wiesa’ timxi mar-rakkomandazzjonijiet li ngħataw mill-esperti fl-imgħoddi” (“Malta’s policy direction has been broadly in line with past staff recommendations”). Pajjiżna llum għandu rata ta’ inflazzjoni taħt il-medja Ewropea u rata ta’ qgħad fost l-iżgħar li jeżistu.

Avolja l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tikkritika b’mod kontinwu l-politika fiskali tal-Gvern u ssostni li din mhix sostenibbli, il-bord eżekuttiv tal-IMF itenni li l-miżuri li ttieħdu fil-Baġit għal din is-sena huma “appro-

“Inflation has picked up but has remained among the lowest in the euro area.”

“Inflation ... among the lowest in the euro area, reflecting the government’s policy to freeze retail electricity and fuel prices for all consumers.”

“GDP growth is set to slow from 6½% in 2022 to 3¼% in 2023 due to the weaker overall external demand from Europe ... Nonetheless, Malta will likely avoid a deep growth slowdown or recession”

“The fiscal tightening planned for 2023 is appropriate.... Public debt is projected to hover just below 60 percent of GDP”

Huma jelenkaw iż-żieda qawwija fir-riżorsi allokati lillistituzzjonijiet regolatorji u l-progress li sar fl-implimentazzjoni tar-regolamenti, flimkien mal-mod kif “fl-aħħar sentejn, l-awtoritajiet għamlu progress fir-riforma tas-sistema ġudizzjarja Maltija” (“over the past two years, the authorities have made some progress in reforming the Maltese justice system”).

Il-ħidma tal-Gvern biex pajjiżna jagħmel it-trasformazzjoni ambjentali u dik diġitali fis-snin li ġejjin, speċifikament bil-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza, ukoll sabet kliem ta’ tifħir mill-esperti barranin, li wkoll ħeġġew favur il-politika talGvern biex jitjiebu l-ħiliet talħaddiema u jkomplu jiġu protetti gruppi vulnerabbli.

“Inflation in Malta has been the highest in the euro area since October 2008.”

“inflation ... has remained the highest in the euro area ... mostly as a result of energy price increases”

“With recession affecting all main trade partners, growth in Malta is projected to turn negative in 2009 ... the economy to shrink by 2% in 2009.”

“However, staff stressed that these measures alone would fail to achieve necessary consolidation: under an unchanged-policy scenario, the headline deficit would fall to the 3% mark only in 2013, with public debt topping 70% of GDP”

REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)

for Offers (CFO)

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Mellieħa

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Mellieħa

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun or by calling on 20901601/2.

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun or by calling on 20901601/2.

Monday 6th February 2023 to Thursday 9th February

2023, Monday 13th February to Friday 17th February

Monday 6th February 2023 to Thursday 9th February

2023, Monday 20th February to Friday 24th February

2023, Monday 13th February to Friday 17th February

2023, Monday 27th February 2023 9:00 to 17:00, and Tuesday 28th February 2023 9:00 to noon.

2023, Monday 20th February to Friday 24th February

2023, Monday 27th February 2023 9:00 to 17:00, and Tuesday 28th February 2023 9:00 to noon.

Closing date for submissions:

Tuesday, 28th February, at 12:00pm.

CFO document to be collected from Closing date for submissions:

Tuesday, 28th February, at 12:00pm.

12.02.2023 09
RAPPORT TAL-IMF 2023 RAPPORT TAL-IMF 2009
fl-irkupru mill-pandemija u biex itaffi l-piż mill-kriżi tal-enerġija

L-UE TINSISTI FAVUR L-INĊENTIVI

LIN-NEGOZJI FIL-QALBA AMBJENTALI

Il-Kunsill Ewropew jimbotta fl-istess triq li l-Gvern Malti diġà kien proattiv fiha f’dawn l-aħħar snin

Il-Kunsill Ewropew Straordinarju din il-ġimgħa qabel li, fost l-oħrajn, il-proċedura fl-għoti tal-għajnuniet biex jinċentivaw il-qalba ambjentali jkunu aktar effikaċi, inkluż bi krediti ta’ taxxa lill-kumpaniji.

Il-Prim Ministru Malti, li kien

preżenti għall-Kunsill, li ġie fi tmiemu fis-sigħat bikrin ta’ nhar il-Ġimgħa, laqa’ b’sodisfazzjon l-inklużjoni ta’ referenza li saret għan-negozji żgħar u medji li kien punt li pajjiżna saħaq fuqu hekk kif jemmen li dawn tal-aħħar huma sħab ew-

lenin fl-iżvilupp ekonomiku. Fil-fatt, Malta ilha għal dawn l-aħħar snin toffri numru ta’ inċentivi lill-kumpaniji privati biex jintroduċu sistemi li jnaqqsu d-dipendenza tal-enerġija mill-power station jew biex jibdlu makkinarju antik għal wieħed li jniġġes inqas jew ma jniġġes xejn, fost oħrajn.

“Naturalment din se tkun għajnuna allaċċjata mal-qalba ambjentali, jiġifieri dawk l-azjendi, dawk l-entitajiet li bil-prodott tagħhom se jkunu qegħdin jgħinu biex issir din il-qalba ambjentali tant importanti, imbagħad inkunu nistgħu nagħtu għajnuniet, skemi li huma tailor-made għal dak il-għan,” saħaq Dr Abela fl-ewwel reazzjoni tiegħu għad-deċiżjoni fuq livell Ewropew.

B’hekk dak maqbul bejn il-mexxejja Ewropej se jkun qed jindirizza sfidi burokratiċi lejn aktar flessibiltà ħalli tingħata aktar għajnuna. Dan minkejja li saru wkoll argumenti għal kawtela lejn il-flessibiltà minn numru ta’ pajjiżi Ewropej, minħabba s-sitwazzjoni ekonomika tagħhom.

Malta għamlet argument b’saħħtu favur dan it-tibdil hekk kif temmen li dan se jissarraf f’aktar kompetittività fuq livell Ewropew. Il-Prim Ministru nnota wkoll li dan kollu

qed isir f’kuntest fejn l-Istati Uniti tal-Amerka ħabbret li se tissussidja industriji f’oqsma ħodor.

Hawnhekk Dr Abela għamel kuntrast mal-qagħda ekonomika b’saħħitha ta’ pajjiżna li tagħmilha possibbli biex din l-għajnuna tingħata.

Malta kienet diġà proattiva fl-għajnuna

lin-negozji fil-qalba

ħadra … il-qagħda

ekonomika b’saħħitha

ta’ pajjiżna tagħmilha

possibbli biex din

tingħata

Il-Kunsill Ewropew ddiskuta wkoll is-sitwazzjoni globali ddominata mill-Gwerra fl-Ukrajna li daqt tidħol fl-ewwel sena tagħha, waqt li l-mexxejja Ewropej kellhom iċ-ċans li jitkellmu wiċċ imb wiċċ mal-President Ukren Volodymyr Zelenskyy, li attenda għallaqgħa għolja.

Dwar dan il-Prim Ministru Robert Abela stqarr kif, minkejja l-limitazzjonijiet li

għandu pajjiżna minħabba l-prinċipji ta’ non-alignment u n-newtralità, xorta waħda spjega li l-għajnuna qed tingħata lill-poplu Ukren.

Fost l-oħrajn, huwa semma l-għajnuna f’mediċinali u servizzi mediċi, flimkien malgħotja ta’ numru ta’ generators tal-elettriku.

Il-Prim Ministru spjega li “mal-President Zelenskyy aċċennajt fuq punt li ħassejt li kelli nqajmu, jiġifieri l-importanza li jibqgħu jsiru sforzi biex jekk jista’ jkun tiġi ripristinata l-paċi. Dan kien messaġġ li għedtulu darba, darbtejn, tliet darbiet. Nifhem il-limitazzjonijiet u d-diffikultajiet ta’ dak il-messaġġ f’dan il-mument issa li dħalna f’sena ta’ gwerra. Imma dan il-messaġġ għamiltu minn qalbi għax ukoll nixtieq nara li tant imwiet, tant ħajjiet innoċenti, ma jibqgħux jintilfu.”

Tul il-Kunsill Ewropew ġiet diskussa wkoll it-tema tal-immigrazzjoni fejn Malta tenniet il-ħtieġa ta’ iżjed sforzi kontra t-traffikar uman. Pajjiżna appella għal iżjed ħidma sfiqa mill-Frontex, li kapaċi tnaqqas it-telfien tal-ħajjiet fl-ibħra, ittluq ta’ dgħajjes mix-xtut Afrikani u aktar ħidma marbuta mar-ripatrijazzjoni ta’ immigranti li ma ħaqqhomx l-ażil.

12.02.2023 10
Il-Prim Ministru Malti, fost il-mexxejja Ewropej, fil-Kunsill Ewropew Straordinarju din il-ġimgħa fejn ukoll iltaqa’ mal-President Ukren (lemin)

WISQ TELEFONATI “ŻEJDA” FUQ IL-112

Fl-2022 is-servizz ta’ emerġenza rċieva aktar minn 202,000 sejħa li “ma kinux relevanti”

Minn iżjed minn 290,000 telefonata li daħlu fuq il-linja ta’ emerġenza 112, kien hemm 70% jew total ta’ 202,227 li ma kinux meqjusa relevanti, bħala ta’ ħajja jew mewt, waqt li 88,544 kienu. Dan joħroġ minn ċifri ppubblikati lbieraħ waqt li kien qed jitfakkar il-Jum Ewropew għan-numru tal-Emerġenza 112.

F’pajjiżna din il-linja tgħaqqad lill-entitajiet kollha fl-ewwel rispons għal kull periklu jew inċidenti li jinqalgħu, partikolarment is-servizz tal-ambulanzi, il-Korp tal-Pulizija, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-Forzi Armati ta’ Malta.

Jirriżulta li mat-80% tat-telefonati validi kienu destinati għas-servizzi tad-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei, li jibqa’ l-aktar assoċjat l-iżjed mal-linja 112. B’kollox daħlu 69,417-il telefonata għal dan il-għan.

fonati jew 10,687 kienu għadDipartiment tal-Protezzjoni

Ċivili, waqt li 8,269 (9.3%) tattelefonati validi kienu destinati għall-Korp tal-Pulizija. Minbarra hekk, 171 (0.2%) telefonata kienu destinati għallgħajnuna mill-Forzi Armati ta’ Malta.

Interessanti li t-telefonati kollha li daħlu fuq il-linja 112 twieġbu fi tliet sekondi. Filfatt, fl-aħħar snin saret ħidma biex il-ħin ta’ stennija jibqa’ dejjem jonqos. L-akbar għadd ta’ telefonati fuq il-linja 112, daħlu minn numri tal-mobiles, total ta’ 257,147.

F’reazzjoni għaċ-ċifri, ilMinistru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri saħaq dwar l-importanza ta’ din il-linja u li għandha tintuża b’mod responsabbli. Dan hekk kif telefonata li ma tkunx ta’ natura ta’ ħajja jew mewt, tista’ tostakola telefonati oħrajn aktar

urġenti.

“Fl-aħħar snin ħdimna biex il-ħin ta’ stennija dejjem jonqos, u nista’ ngħid li dan issa naqas għal tliet sekondi. L-appell jibqa’ biex kull min jagħżel li jċempel fuq din il-linja jevalwa s-sitwazzjoni u juża din

il-linja biss jekk is-sitwazzjoni tkun waħda urġenti jew ta’ ħajja jew mewt,” temm jgħid il-Ministru Camilleri, filwaqt li rringrazzja lill-ħaddiema tas-servizzi kollha tal-emerġenza.

relevanti 88,544

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa

Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

for Offers (CFO)

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Santa Lucia

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Santa Lucia

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

CFO document to be collected from

Monday 6th February 2023 to Thursday 9th

February 2023, 9:00 to 17:00 and

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

Monday 13th February 2023 9:00 to noon.

Monday 6th February 2023 to Thursday 9th

February 2023, 9:00 to 17:00 and

Closing date for submissions:

Monday 13th February 2023 9:00 to noon.

Monday 13th February 2023 at 12:00pm

Closing date for submissions:

Monday 13th February 2023 at 12:00pm

12.02.2023 11
Protezzjoni Ċivili –
Pulizija –
Forzi Armati –
✆112 telefonati
(30%) Emerġenza – 69,417
10,687
8,269
171

RIĊERKA, SAJD U AKKWAKULTURA

meħtieġa. Biex verament nilħqu l-milja tagħna bħala ċentru fejn inkattru l-progress soċjali, irridu nilqgħu bi ħġarna kwalunkwe invit ta’ kollaborazzjoni multilaterali li jasal għandna.

U fejn hemm nuqqas, irridu nkunu aħna bħala promoturi tal-ħbiberija u l-paċi, biex inkomplu nkattru l-opportunitajiet ta’ sħubija fi proġetti ġodda. Iktar u iktar, meta r-riżultat ta’ din il-kollaborazzjoni jħalli frott li minnu jista’ jgawdi l-poplu tagħna, kif ukoll il-ġirien tagħna.

Il-baħar Mediterran minn dejjem kien wieħed li jlaqqa’ fih imperi u negozjanti minn sfondi differenti, li lesti jaħdmu ma’ xulxin favur il-ġid komuni.

Iktar u iktar, f’dinja konnessa bħal tal-lum, dan l-ispirtu kollaborattiv huwa verament mitqlu deheb, għaliex qiegħed iwassal għal inizjattivi u avvanzi storiċi, wieħed wara l-ieħor.

Pajjiżna għandu jibqa’ wieħed li jinkoraġġixxi d-djalogu u l-kollaborazzjoni. Fiddawl ta’ sfidi globali bħat-tibdil tal-klima, u t-theddid għall-ekoloġija marittima, gżira bħal tagħna ma tistax tibqa’

iżolata fil-ħsieb u fil-viżjoni tagħha; trid titmexxa minn min verament iħoss il-polz tal-poplu, u huwa lest li jiddiskuti ma’ gvernijiet u entitajiet internazzjonali biex iwassal il-bidla

Wieħed mill-fenomeni ewlenin li kapaċi jegħlbu kwalunkwe fruntiera ġeografika, politika jew kulturali, huwa dak tar-riċerka.

L-għarfien xjentifiku għandu potenzjal bla limitu biex itejjeb il-ħajja tagħna ta’ kuljum. L-avvanzi li qegħdin naraw ta’ kuljum fit-teknoloġija, qegħdin iħallu andamenti pożittivi bla waqfien; dan sew mil-lat ekonomiku, kif ukoll fl-għodda li qegħdin niżviluppaw biex nipproteġu l-ambjent tagħna u ta’ madwarna.

Fid-dawl ta’ dan kollu, opportunitajiet biex inżewqu flimkien il-vantaġġi tad-djalogu internazzjonali, u tal-iżvilupp xjentifiku, ser jibqgħu essenzjali biex negħlbu l-isfidi li qegħdin niffaċċjaw, kemm filpreżent kif ukoll fil-ġejjieni.

PAJJIŻEK

Żewġ sfidi partikolari huma eżempju ċar ta’ dan li qiegħed ngħid. Faqqgħet il-pandemija u l-Gvern beda jagħti €800 lill-ħaddiema kollha ħalli nassiguraw li kull ħaddiem u allura kull familja jkollha dħul assigurat.

Tajjeb li ngħid li l-ammont ta’ €800 huwa aktar mill-paga minima nazzjonali. U b’dan il-Covid Wage Supplement

bqajna għaddejjin għal xahar wara xahar sakemm ħriġna għalkollox minn din is-sitwazzjoni u l-pajjiż kompla għaddej bi tkabbir ekonomi-

Dawn huma żewġ pilastri, li fuqhom hija msejsa parti kbira mill-ħidma ta’ dan il-Gvern. Grazzi għar-riċerka u l-kollaborazzjoni internazzjonali, sejrin inkomplu noħolqu futur isbaħ għalina u għal uliedna.

Kien ta’ pjaċir għalija, b’hekk, li matul dawn l-aħħar jiem, kelli ċ-ċans li nippreżenta żewġ proġetti differenti, li fihom l-ispirtu internazzjonali favur ir-riċerka jinkludi fih potenzjal enormi.

Qegħdin nimmiraw biex dawn iż-żewġ proġetti joħolqu niċeċ ekonomiċi radikali, u jwasslu għal opportunitajiet ta’ impjiegi ġodda, filwaqt li nsaħħu l-ambjent u l-ekonomija ċirkolari ta’ pajjiżna u talibħra tagħna.

Proġett wieħed, il-proġett tar-riċerka SIMTAP, huwa frott ta’ spirtu kollaborattiv bejn seba’ entitajiet ta’ ħames pajjiżi differenti, fosthom Malta, l-Italja, Franza, il-Ġermanja u t-Turkija.

Din l-inizjattiva qiegħda tibbaża ruħha fuq l-ispirtu tal-ekonomija ċirkolari, fejn dak li qabel kien jitqies bħala prodott anċillari u skart bla valur, jerġa’ jiġi introdott fis-swieq lokali u internazzjonali bħala riżorsa kummerċjali.

Dan il-proġett qiegħed jinvestiga l-produzzjoni ta’ għalf ġdid, li jnaqqas b’mod drastiku l-volum u l-ħmieġ li jiġi ġġen-

erat minn ċertu għalf tal-ħut. It-tim ta’ riċerka fi ħdan id-Direttorat tal-Akkwakultura, qiegħed jirriċerka fuq sistema fejn il-ħmieġ li jitħalla minn ċertu għalf, jerġa’ jintuża biex jiġi assorbit minn organiżmi akkwatiċi oħra.

Filwaqt li jnaqqas il-volum ta’ skart prodott mill-għalf oriġinali, l-organiżmi ġodda jkunu jistgħu jitkattru b’mod iktar veloċi, bil-għan li huma jintużaw għal skopijiet kummerċjali minn kumpaniji ġodda; ewlenin fost dawk hemm intrapriżi involuti fis-settur tan-nutriċewtika, tal-kożmetika u dawk tal-farmaċewtika.

Inizjattiva oħra li ħabbarna riċentement kien dak tal-MEDSUMED. Hawnhekk, pajjiżna qiegħed jissieħeb fi proġett ta’ riċerka ma’ pajjiżi bħat-Tuneżija, li qiegħed jinvestiga l-introduzzjoni ta’ speċi aljena bħallgranċ blu fin-niċċa tas-sajd fil-baħar tal-Mediterran.

L-ewwel sessjoni ta’ laqgħat ġew konklużi f’Diċembru li għadda ġewwa t-Tuneżija: Filjiem li għaddew ġewwa pajjiżna, dawn ir-riċerkaturi sejrin jippreżentaw l-andament tar-riċerka li saret fuq il-valur ambjentali, kif ukoll dak kummerċjali, li għandha din l-ispeċi għas-sajjieda kollha tal-Mediterran.

L-iskop aħħari tal-proġett MEDSUMED huwa li jesplora

l-aħjar mod kif din ir-riżorsa ġdida ssir parti mill-qabdiet tas-sajjieda kollha fil-Mediterran għal skopijiet kummerċjali.

Din l-inizjattiva sejra tkun l-ewwel tarġa biex flimkien, inkomplu nixprunaw l-aħjar modi kif aħna nkunu nistgħu nsaħħu l-bijodiversità marittima tagħna, u nassiguraw is-sostenibbiltà u r-riġenerazzjoni tas-sajd fl-ibħra ta’ madwarna.

Dawn iż-żewġ proġetti huma biss parti żgħira mill-ħidma estensiva li qiegħda ssir minn dan il-Gvern favur il-ħarsien tar-riżorsi akkwatiċi tagħna.

Jekk verament irridu nassiguraw is-sostenibbiltà tas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura, irridu nagħmlu minn kollox biex nixprunaw it-tkabbir u r-riġenerazzjoni tar-riżorsi marittimi eżistenti.

Grazzi għall-imbuttatura li l-Gvern qiegħed jixpruna fis-settur tar-riċerka, kif ukoll l-ispirtu produttiv ta’ kollaborazzjoni li qiegħed joħloq, l-inizjattivi li qegħdin noħolqu flimkien ser iħallu l-legat tant mixtieq mill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Flimkien, qegħdin inwittu triq għal futur ta’ tkabbir ekonomiku li huwa sostenibbli u riproduttiv; wieħed li qiegħed jassigura l-għajxien tal-ħaddiema tagħna, kif ukoll tal-ambjent li ngħixu fih.

Fiċ-ċirkostanzi li d-dinja għaddejja minnhom, huwa ta’ sodisfazzjon meta jkollok sitwazzjonijiet fejn il-Gvern ta’ pajjiżek ikun qiegħed jindirizzahom mingħajr ma jkun hemm il-ħtieġa ta’ protesti u tilwim industrijali, li aktar iwasslu għal problemi milli għal soluzzjonijiet. U dak li dan il-Gvern għamel u qiegħed jagħmel.

ku li huwa fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea.

Faqqgħet il-gwerra bejn

ir-Russja u l-Ukrajna u anke hawn il-konsegwenzi ma kienu u mhuma sbieħ xejn. Mhux biss għax kull gwerra

ġġib magħha qtil u distruzz-

joni għal kull min ikun fiha direttament, imma wkoll għax ġabet effetti negattivi mondjali.

Ilkoll nafu li l-prezzijiet għolew u l-prezz tal-enerġija mhux anqas. F’pajjiżna bqajna nħallsu l-istess prezzijiet tal-enerġija.

Il-pajjiż qed jagħmel sforz finanzjarju kbir ħalli l-familji u s-settur kummerċjali jibqgħu għaddejjin mingħajr ma jkollhom diffikultajiet minħabba l-enerġija, il-fuel u ċ-ċereali.

Dan hu pajjiżek illum. X’differenza minn snin ilu, fejn qabel l-2013 kien imexxi ħaddieħor.

Konna nesperjenzaw għoli ta’ sikwit u kienu jgħidulna li m’hemmx x’tagħmel u rridu nidraw prezzijiet għoljin. Kienu jgħidulna naturalment, li dan mhux tort tagħhom, imma ta’ forzi esterni jew taċ-ċirkostanzi. Biss meta barra kienu jinbidlu ċ-ċirkostanzi, il-prezzijiet baqgħu jogħlew xorta waħda.

Kien ċar u evidenti li l-pajjiż kellu bżonn ideat ġodda, fris-

ki u enerġija fil-ħidma ta’ kuljum. U hekk ġara. U llum, inkluż minħabba dik il-bidla, nistgħu nserrħu rasna li l-Gvern ta’ pajjiżek, minflok jagħżel l-eħfef triq u jgħabbi b’piżijiet lill-familji u lin-negozji, qed jara kif jagħmel ħalli jassorbi hu dawn l-istess piżijiet.

Kull min isegwi x’jiġri barra minn xtutna, jaf li dan mhux il-każ f’kull pajjiż ieħor. Jaf ukoll li kien hemm protesti biex ċerti gvernijiet jiċċaqalqu wara li ċ-ċittadini ta’ dawk il-pajjiżi ma felħux aktar.

Nafu wkoll li hemm pajjiżi li ftit li xejn għamlu f’dawn iċ-ċirkostanzi, ħlief li qed jirraġunaw kif kienu u għadhom jirraġunaw tal-PN f’Malta, li meta jogħlew minn barra, jogħlew fil-pajjiż. Tal-PN meta kienu jmexxu l-pajjiż, meta ċerti prezzijiet kienu jorħsu minn barra, xorta baqgħu jogħlew hawn Malta.

U din hija l-isfida li l-Gvern Malti għandu fejn għandhom x’jaqsmu l-prezzijiet inġenerali. Huwa essenzjali li nrażżnu l-għoli tal-ħajja. Nifhem li meta l-ispejjeż u l-prodotti jogħlew minn barra, l-importaturi m’għandhomx triq oħra.

Biss huwa importanti li naraw li ma jkunx hemm abbużi u li meta jkun possibbli li ċerti prodotti, speċjalment dawk essenzjali, ikollhom il-prezz rivedut ’l isfel, dan għandu jsir.

Din għandha tkun sfida ta’ kulħadd u mhux tal-Gvern biss. Irridu nieħdu ħsieb xulxin u huwa fl-interess ta’ kulħadd li l-prezzijiet jibqgħu jkunu affordabbli, b’mod partikolari għal dawk li huma l-bżonnijiet ta’ kuljum, fuq kollox għal dawk il-familji li għandhom dħul baxx.

Pajjiżek qed jieħu ħsiebek u nagħmlu sew li nieħdu ħsieb xulxin.

12.02.2023 12
Segretarju Parlamentari ALICIA BUGEJA SAID Membru Parlamentari CARMELO ABELA

GĦAL MALTA SOSTENIBBLI

u l-mod ta’ kif ngħixu l-ħajja ta’ kuljum, sabiex inkunu aktar reżiljenti u kapaċi nadattaw għall-isfidi li jinqalgħu. Dan il-Gvern aġixxa fil-pront biex diversi setturi u servizzi - b’mod partikolari dak tassaħħa - jadattaw għal sfidi bla preċedent.

Fl-istess waqt konna kapaċi noħolqu aktar opportunitajiet ġodda għall-iżvilupp sostenibbli ta’ pajjiżna.

Din il-ġimgħa fil-Parlament bdejna d-diskussjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli – diskussjoni li se titkompla filjiem li ġejjin, b’opportunità biex nispjegaw il-ħidma tal-Gvern f’oqsma differenti mnebbħa mill-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli talĠnus Magħquda (l-SDGs). Il-pandemija, għamlitna aktar konxji tal-bżonn li nevalwaw il-mod ta’ kif noperaw

Impenn lejn is-sostenibbiltà li jħares lejn kull forma ta’ żvilupp... sew jekk hu ta’ natura ekonomika, soċjali jew ambjentali.

Fil-ħidma tagħna favur il-ħarsien tal-ambjent, pajjiżna qed jagħmel bosta sforzi biex itejjeb il-kwalità tal-arja, tal-ilma, l-indafa tal-ibħra tagħna, l-immaniġġjar taliskart u l-ħarsien tal-flora, fawna u l-ambjenti naturali. Dwar dan se nitkellem aktar fid-dettall.

Żvilupp soċjali hu żvilupp li jirrispetta u josser-

va d-drittijiet tal-bniedem, bħall-aċċessibbiltà għall-edukazzjoni u l-kura tas-saħħa, id-dritt għax-xogħol b’pagi xierqa u ugwali, id-dritt tal-moviment ħieles, l-aċċessibbiltà għall-ġustizzja u trattament ugwali u opportunitajiet indaqs.

Żvilupp ekonomiku hu żvilupp li jkattar ix-xogħol u tkabbir ekonomiku, żvilupp li jolqot il-faxex kollha tas-soċjetà mingħajr ma joħloq pressjoni fuq l-ambjent u r-riżorsi naturali. Żvilupp sostenibbli li jintegra d-dimensjonijiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali.

Il-kwalità tal-ħajja b’saħħitha u soċjetajiet reżiljenti jiddependu fuq ambjent b’saħħtu u ekosistemi li jiffunzjonaw. Spiċċa ż-żmien fejn it-tkabbir ekonomiku jiġi a skapitu tal-ambjent. Anzi, is-suċċess tat-tkabbir ekonomiku irid jintegra fih innifsu l-protezzjoni ambjentali, ittisħiħ soċjali u l-governanza

tajba.

Huwa proprju għalhekk li qed naħdmu biex anke l-kumpaniji privati jkunu parti minn din it-tranżizzjoni u jaddottaw aktar kriterji talESG. F’24 xahar li introduċejna l-ewwel ESG portal, rajna bidla enormi. Għall-bidu, it-terminu ESG kien għadu remot u ħafna kienu jħarsu lejna b’naqra xettiċiżmu għax ħafna mill-kumpaniji privati ħasbu li se tfisser biss spejjeż żejda. Sena wara, kellna diġà numru żgħir ta’ kumpaniji li kienu interessati u attivament raw kif idaħħlu l-kriterji ESG fil-business model tagħhom. Illum ninsabu f’sitwazzjoni fejn kważi l-kumpaniji Maltin kollha elenkati fuq l-istock exchange – flimkien ma’ kumpaniji oħra – qed jirreġistraw biex jirrappurtaw il-progress tagħhom lejn dawn il-kriterji. It-tkabbir ekonomiku jiddependi wkoll mill-kom-

petittività ta’ pajjiżna. Kompetittività li hija wkoll influwenzata mis-settur tal-enerġija. Hawnhekk ukoll qed naraw li nagħtu spinta ’l quddiem lill-enerġija rinnovabbli.

Minkejja l-limitazzjonijiet ta’ art li għandna, pajjiżna kiseb miri sinifikanti f’dan il-qasam – dawn ma ntlaħqux b’kumbinazzjoni, iżda għax ħdimna għalihom.

Sal-2030, pajjiżna kellu mira li jkollu 11.5% mill-enerġija tiegħu ġġenerata minn sorsi rinnovabbli. Figuri tal-Eurostat jikkonfermaw kif fis-sena 2021 ilħaqna 12.15%u dan lanqas biss qed jinkludi l-installazzjonijiet ta’ enerġija rinnovabbli li kellna fl-2022.

Dan ifisser li minn 3% fl2012 – li jfisser madwar 10 MW (8.2 MW) – għamilna qabża fenomenali għal aktar minn 220 MW sal-aħħar tas-sena li għaddiet. Dan xorta mhux biżżejjed għax l-ambizzjoni tagħna hija ħafna akbar.

GĦALIEX GĦANDEK TKUN ATTIV

tiviżmu trejdjunjinistiku kbir favur kundizzjonijiet aħjar għall-ħaddiema.

Imma għaliex importanti l-attiviżmu u għaliex persuna għandha tħoss li tkun attiva?

L-attiviżmu jixhed sens ta’ appartenenza. Mingħajr dubju, jekk xi ħadd m’għandu l-ebda interess jew hu indifferenti fuq kwistjoni jew suġġett partikolari, bl-ebda mod mhu jimpenja ruħu biex jagħmel xi azzjoni.

squ ’l quddiem u jagħtu sehemhom.

ukoll.

Bl-attiviżmu nifhmu l-impenn ta’ persuna, li waħedha jew ma’ oħrajn, tieħu azzjoni biex twassal messaġġ, toħloq pressjoni jew tikkontribwixxi bil-mod tagħha. L-azzjoni tista’ tieħu diversi forom, minn protesta sa parteċipazzjoni f’laqgħa. Il-persuna tkun qed taġixxi favur xi kawża partikolari. Ilkoll segwejna l-ħolqien u l-evoluzzjoni tal-moviment Black Lives Matter, mibni fuq l-attiviżmu ta’ nies minn diversi sferi soċjali li ngħaqdu flimkien biex iwasslu messaġġ kontra r-razziżmu u favur rispett soċjali ikbar.

Il-protesti li qed isiru minn eluf fi Franza, fosthom ħaddiema, qed isiru biex joħolqu pressjoni fuq il-Gvern biex ma jgħollix l-età tal-pensjoni. L-azzjonijiet industrijali varji fir-Renju Unit qed jaraaw at-

Għalhekk, persuna li taġixxi, tieħu azzjoni għax tħoss li hi tappartjeni għal xi grupp partikolari anke jekk dan ikun is-soċjetà b’mod ġenerali.

Riflessjoni sabiħa ta’ dan osservajnieha fl-aħħar elezzjoni tal-kunsilli, fejn rajna ammont kbir ta’ żgħażagħ li ħassew li jistgħu jagħmlu d-differenza mhux biss bil-vot, imma billi kienu kandidati wkoll. Ħassew li għandhom jagħmlu dan, għax fihom hemm sens ta’ appartenenza lejn il-lokal li fih trabbew jew qed jgħixu, u emmnu li permezz tar-rwol tagħhom fil-kunsill jistgħu jtejbu l-post.

L-attiviżmu taż-żgħażagħ f’dan il-livell hu vitali, għax hu bina ż-żgħażagħ li jiġi sfidat l-istatus quo u tinħoloq dinamika fl-affarijiet kurrenti.

Għaldaqstant, inħeġġeġ lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-lokal tagħhom, biex jagħmlu dan il-pass u jer-

L-attiviżmu hu xhieda ta’ sens demokratiku. Il-passjoni tal-persuna fuq is-suġġett jew il-kwistjoni hi essenzjali biex persuna tieħu azzjoni; imma persuna li tieħu azzjoni, tagħmel dan għax tħoss li l-vuċi tagħha għandha tinstema’, mhux li tiddetta. Dan jenfasizza l-aspett demokratiku tal-attiviżmu. Fuq kollox, hu xhieda tas-sens demokratiku tal-persuna li qed tieħu l-azzjoni.

L-attiviżmu ma jfissirx l-impożizzjoni tal-opinjoni espressa, imma l-libertà tal-persuna li tesprimi ruħha minn naħa u li tisma’, tirrifletti u tirrispetta l-opinjoni differenti tal-oħrajn.

Meta l-attiviżmu ta’ persuna jew persuni jiġi mwaqqaf u mrażżan, nikkunsidraw dan bħala azzjoni antidemokratika, u possibilment kontra d-drittijiet fundamentali talbniedem. Imma bl-istess mod, meta l-attiviżmu jirriżulta f’koas, instabbiltà jew paniku soċjali, bi ħsarat jew assalti fiżiċi, dan hu sinjal li l-attiviżmu qed jiġi abbużat, xi ħaġa li hi wkoll antidemokratika.

Attivist għandu jfittex li jwassal il-messaġġ tiegħu, bid-diversi forom ta’ azzjoni li jieħu, bl-għodda tal-persważjoni u bil-kapaċità li jisma’ u jilqa’ l-opinjoni ta’ ħaddieħor

U l-attiviżmu taż-żgħażagħ Laburisti? Fl-14 ta’ Jannar, ilfergħa tagħna għalqet 72 sena mit-twaqqif u biex niċċelebraw dan l-anniversarju, l-Eżekuttiv tal-fergħa organizza serata li għaliha kienu mistiedna dawk kollha li tul is-snin kienu membri taż-Żgħażagħ Laburisti, jew Għaqda Żgħażagħ Soċjalisti jew Forum Żgħażagħ Laburisti kif kien jisimha preċedentement.

Kienet okkażjoni sabiħa b’ġenerazzjonijiet sħaħ ta’ attivisti li apprezzaw il-laqgħa u l-okkażjoni li, għal ħafna, reġgħu ltaqgħu wara ħafna snin.

Fost dawn kien hemm Frans Massa, li kien wieħed minn dawk iż-żgħażagħ li waqqfu l-fergħa 72 sena ilu. Uħud irrakkontaw il-ġrajja tat-28 ta’ April tas-sena 1958, fejn iżżgħażagħ kienu protagonisti fil-protesti għall-ħobż u l-ħelsien. Oħrajn fakkruna fi ġrajjiet aktar qrib żminijietna.

Żgħażagħ Laburisti hu wkoll mezz ta’ attiviżmu. Dawk kollha li jħossuhom jappartjenu għal dan il-grupp ta’ żgħażagħ jemmnu, u lesti li jaħdmu u jimpenjaw ruħhom għall-ġustizzja soċjali fi kwistjonijiet varji. F’dawn l-aħħar tliet snin, impenjajna ruħna biex, l-ewwel nett, noffru spazju lil żgħażagħ li ġejjin minn sfondi differenti biex jiltaqgħu,

jagħtu s-sehem tagħhom u jiddiskutu numru ta’ temi u suġġetti.

Bħala fergħa ħdimna wkoll biex niddiskutu kwistjonijiet kurrenti u nwasslu l-opinjoni tagħna bla ebda eżitazzjoni internament fil-Partit, kif ukoll pubblikament kull meta u fejn ikun meħtieġ.

Nassigurakom li d-diskussjoni tkun tassew ħajja u xi kultant taħraq ukoll – imma fostna jirrenja r-rispett, xi ħaġa li tiggarantixxi li kulħadd jinstema’ u jgħaddi l-opinjoni tiegħu. F’dawn l-aħħar tliet snin, konna attivi fuq diversi suġġetti politiċi, fosthom id-diskussjoni dwar il-futur tal-edukazzjoni, b’rappreżentanti minn setturi differenti u b’parteċipazzjoni interġenerazzjonali. Il-pubblikazzjoni tal-policy paper fuq l-użu responsabbli tal-kannabis mill-fergħa tagħna f’Mejju tal-2021 tirrifletti mhux biss l-attiviżmu kuraġġjuż tagħna, iżda wkoll l-għaqal u s-serjetà li bih tkellimna. B’sodisfazzjon ninnota li, bil-kontra ta’ wħud li sempliċement jesprimu l-opinjoni tagħhom favur jew kontra l-leġiżlazzjoni, il-pożizzjoni ta’ Żgħażagħ Laburisti msejsa fuq il-ġustizzja soċjali, hi simili ħafna għal dak li ġie adottat mill-Gvern. Għalhekk, bħala fergħa, għamilna d-differenza permezz tal-attiviżmu tagħna.

12.02.2023 13
Uffiċjal Politiku, ŻL MIGUEL CAUCHI Ministru MIRIAM DALLI

ĦADDIEMA TAS-CPD ISIBU 18-IL PERSUNA

TAĦT IT-TIFRIK TORK

Ħaddiema Maltin mid-Dipartiment talProtezzjoni Ċivili (CPD), li jinsabu impenjati fin-Nofsinhar tat-Turkija, sal-bieraħ irnexxielhom jinterċettaw 18-il persuna taħt it-tifrik devastanti, skont tagħrif li għandha l-KullĦadd. Minkejja dan, sfortunatament, dawn kienu kollha mejtin.

F’ħidma, li baqgħet għaddejja anke flagħar kundizzjonijiet tat-temp, 32 uffiċjal Malti u kelb tas-CPD ilhom it-Turkija minn nhar it-Tlieta biex jgħinu lill-awtoritajiet tal-pajjiż fit-tfittxijiet għal iżjed persuni midfunin taħt il-bini mġarraf biż-żewġ terremoti qawwija ta’ 7.8 u 7.7 fuq l-Iska-

la Richter, li wkoll laqtu lis-Sirja.

L-aħħar ċifri tal-vittmi fiż-żewġ pajjiżi juru li l-mejtin diġà qabżu t-23,000, b’eluf kbar midrubin.

Nhar il-Ġimgħa tħabbar li grupp ieħor

Malti, magħmul minn 32 uffiċjal tas-CPD u tmien voluntieri, issostitwew lill-kollegi tagħhom.

Pajjiżna kien minn tal-ewwel li bagħat l-għajnuna umanitarja tiegħu fuq il-post, waqt li fl-istazzjonijiet tas-CPD f’Ħal Far u x-Xewkija għadhom jintlaqgħu oġġetti essenzjali b’risq il-vittmi. L-ewwel konsenji ntbagħtu nhar l-Erbgħa li għadda.

12.02.2023 14

REQUEST FOR CALL

for Offers (CFO)

Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Floriana.

CFO document to be collected from

Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun.

Monday 6th February 2023 to Thursday 9th February 2023, 9:00 to 17:00 and Monday 13th February 2023 9:00 to noon.

Closing date for submissions:

Monday 13th February 2023, at 12:00PM.

12.02.2023 15

PARTIT ĦAJ U TAN-NIES

n-nies jikkonkorru imma tassew kien sorprendenti l-ammont kbir ta’ nies li ġew iżuru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista.

Dawk preżenti kellhom l-opportunità li jduru l-bini u jitilgħu fl-uffiċċji tal-amministrazzjoni tal-Partit Laburista. Kellhom l-opportunità li jiltaqgħu mal-Prim Ministru, mal-membri tal-Kabinett u Membri Parlamentari Laburisti u mal-Amministrazzjoni tal-partit.

Il-Partit Laburista dejjem jimpenja ruħu li jibqa’ l-partit relevanti għall-poplu, partit ħaj, partit li jibqa’ l-għażla naturali ta’ kull faxxa tas-soċjetà, partit tan-nies, partit li jfittex il-kuntatt man-nies il-ħin kollu.

Minn wara l-btajjel tal-Milied u l-ewwel tas-sena, il-partit reġa’ telaq għal għonq it-triq u beda jorganizza attivitajiet diversi sabiex jibqa’ jħoss il-polz tal-poplu. Il-Prim Ministru kompla jinżel fil-pjazez kull ġimgħa u jiltaqa’ man-nies li jkunu għaddejjin bil-ħajja ta’ kuljum. Issuktaw l-attivitajiet organizzati mill-fergħat tal-partit kif ukoll l-attività ta’ kull nhar ta’ Ħadd filgħodu fil-każini fejn nistennew l-indirizz tal-Prim Ministru Robert Abela.

Inħeġġeġ lilkom ilkoll u ħeġġu lil ta’ madwarkom sabiex tipparteċipaw f’dawn l-attivitajiet li l-partit jorganizza biex dejjem inżommu l-partit relevanti u ħaj u fuq kollox inkunu ta’ appoġġ għall-Mexxej tagħna Robert Abela li daħal għat-tmexxija tal-partit u tal-pajjiz fi żminijiet ta’ sfida.

Kien hu li rrinova, saħħaħ u għaqqad il-partit; ħa ħsieb il-pajjiż fi żminijiet ta’ sfidi bla preċedent, fil-pandemija u fil-gwerra, bid-deċiżjonijiet f’waqthom u għaqlin li salvaw l-impjiegi, ħa ħsieb li l-ekonomija tibqa’ soda, ir-rota baqgħet iddur, ħa ħsieb saħħitna u dan sar b’deċiżjonijiet li jħarsu lill-familji u lin-negozji u mhux bl-awsterità.

Kien Robert Abela li mexxiena sabiex mill-ġdid dan il-partit kiseb il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi ftit inqas minn sena ilu u għamel dan bilkbir hekk kif dan il-partit immexxi minnu kiseb l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza ’l hawn.

Waħda minn dawn l-attivitajiet li saru ftit tal-ġranet ilu u li kienet tassew suċċess, grazzi għar-rispons qawwi tagħkom kienet l-open day li saret is-Sibt 4 ta’ Frar bħala parti mill-kampanja Renew.

F’din il-kampanja kien tassew ta’ pjaċir li tara li ’l fuq minn 5,000 persuna daħlu membri ġodda jew ġeddew it-tessera tagħhom fi ħdan il-Partit Laburista. Kien mistenni li

Naqbel ma’ dak li qal il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Dr Randolph Debattista li dan juri li l-Partit Laburista huwa partit mimli bl-enerġija, u s-saħħa tan-nies hija importanti biex tkompli tagħtina l-enerġija ħalli nkomplu nbiddlu lil dan il-pajjiż.

U dan kollu juri d-differenza kbira u ċara li hemm bejn il-PL u l-PN. Dan innotah il-Prim Ministru Robert Abela l-Ħadd li għadda fid-diskors tiegħu flImġarr. Hemm il-Partit Nazzjonalista li jippromwovi politika ta’ negattività u qtigħ il-qalb, u mbagħad għandek lill-Partit Laburista li jaħdem favur in-nies u jinvesti biex itejjeb il-kwalità tal-ħajja. Il-politika ta’ dan il-partit hija msejsa fuq in-nies u ddur man-nies.

Nagħlaq dan l-artiklu b’appell li l-Prim Ministru Robert Abela għamel il-Ħadd li għadda fl-Imġarr, appell ta’ importanza kbira u li għandna dejjem inżommuh f’moħħna: “Vera li ż-żmien għandu t-tendenza li jnessi imma l-Partit Nazzjonalista, baqa’ ma nbidel qatt u ara ma tħallux lil min ibigħilkom l-idea li l-attiviżmu politiku mhux importanti, li l-partiti politiċi huma l-istess għax mhumiex.’’

Sur Editur, Kellu l-berdej, Sur Editur. Eddie! Eddie! Eddie! U ma setax jonqos li jmur jarah Bernard il-Grech. Għax ried jidher fir-ritratt. Kien hemm Wenzu l-Gonz ukoll jawguralu. B’daqshekk ma fiha xejn ħażin ta. Kulħadd jiċċelebrah il-berdej. Kien fihom għaxqa, skont ir-ritratti li ġabu fil-gazzetta tagħhom, flimkien ma’ Beppe l-Fenech Adami.

Min jaf fakkrux il-Gonz lil Eddie li individwu politikament kontroversjali bħalu kien poġġieh President tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Imbagħad kien imur jindirizza l-meetings tagħhom biss. Iva għaqda kien iġib fil-pajjiż dan.

Issa kieku kantawlu Happy Berdej to you biss, kienet tkun okkażjoni ħelwa. Sakemm fetaħ ħalqu l-imniefaħ ta’ Bernard ilGrech. O Ġesù! Ħa ngħidlek jien, Sur Editur.

L-ewwel nett ma nafx kif dan l-istrina ta’ kap tagħhom joqgħod jeqred li hawn il-ġuħ fil-pajjiż, għax Alla jbierek rabba żaqq mhux ħażin, ma narax tiegħi. Issa ma nafx kinitx minfuħa bl-arja biss, biex ikun jista’ jitfi x-xemgħa ta’ fuq il-kejk, ma kontx hemm. Imma hekk qaltli Melda tiegħi. “Żaqq ta’ Kardinal qed irabbi dan, komdu jidher taħt il-Gvern tagħna!”

U mela mhux komdu, x’kull waħda! Taħt il-Gvern tagħna iva. Meta jkun fid-dar tagħhom, dik iċ-ċentrali, ma jkunx. Għax minflok bonġu hu u dieħel, ġeneralment isib xi ħadd ħiereġ darba għal dejjem minn hemm. U minflok bonġu jisma’: “Cherio, żarmajt jien!”

Kif għamel Rudolph il-Marmara li kien Segretarju Organizzattiv għal sena u nofs biss, u rriżenja għal “raġunijiet personali”. Balleċ, qas laħaq organizza l-berdej party ta’ Eddie! Eddie! Eddie! Imma x’tagħmel. X’kont qed ngħid? Iva, kif meta fetaħ ħalqu dak li jaħseb li huwa l-kap tagħhom, għaxxaqha. Ipprova jinċensa lill-berdejboy, imma s-soltu, żgarra. Taf x’qal, Sur Editur? Apparti li skont hu mnalla kien Eddie “Fejnhom il-Laburisti” l-Fenech Adami għal pajjiżna għax bil-ħidma tiegħu għadhom qed igawdu ġenerazzjonijiet sħaħ? Qal li l-Labour fil-gvern fl-aħħar 10 snin qed ireġġa’ lura l-arloġġ għat-tajjeb li għamlu gvernijiet Nazzjonalisti taħt Eddie u Gonzi.

Ir-rigal t’Alla l-ħanin għal pajjiżna hej! Għamlu tajjeb, mela le! Aħna l-Laburisti nirrikonoxxu t-tajjeb tagħhom, mhux bħalhom. Imma ma nniżżilx lista ta’ kif dawn it-tnejn fottew pajjiżna għax ikollok toħroġ suppliment speċjali, Sur Editur.

Tgħid mhux il-Gvern tagħna kien biegħ il-Mid-Med Bank għal ċuċata. Tgħid mhux il-Gvern tagħna kien bena sptar bil-konkos imnellaħ. Tgħid mhux il-Gvern tagħna kien ħalla l-pensjonanti bla żidiet. Tgħid mhux il-Gvern tagħna tellaq ’il barra traffikant tad-droga bħal dak tal-Brażil, xi l-qaħbeċ kien jismu... Kwejrozz xi ħaġa. Tgħid mhux il-Gvern tagħna kien ġab kriżi fit-turiżmu fittwo owow six.

U nista’ nibqa’ sejjer hekk sa sbieħ it-Tnejn. Alla jħares kif qal Bernard il-Grech, li l-Gvern tagħna qed ireġġa’ lura l-arloġġ 10 snin, għax kieku vera niġu ottu. Bil-par idejn sodi tal-Gonz b’kollox.

Kien Robert Abela li mexxiena sabiex mill-ġdid dan il-partit kiseb il-fiduċja tal-poplu

Malti u Għawdxi ftit inqas minn sena ilu u għamel dan bil-kbir hekk kif dan il-partit immexxi

minnu kiseb l-akbar

rebħa elettorali millIndipendenza ’l hawn

Ma qrahx l-istudju tal-Ewrobarometru jaqaw dan l-intamat li joħlom li huwa kap ta’ partit? Dan l-istudju jgħid ċar u tond li Malta hija fost l-aktar pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li rkupraw mill-pandemija globali tal-Covid. U bil-Gvern tagħna ġara hekk.

Ma qrahx l-istħarriġ tal-gazzetta dan, li juri kemm igawdi fiduċja l-Mexxej tagħna? U kemm qed jaqa’ lura hu? Għax kieku qrah, jinduna li hemm xi ħaġa ħażina li hija mażżra ma’ għonqu hux, Sur Editur.

Ma semax lil Clyde il-Puli jitkellem fuq it-televixin dan? Kieku kien jisma’ x’qed jgħidu hux. Li l-qagħda li jinsab fiha l-partit tagħhom hija tort tal-eroj ta’ ras għajni l-blue heroes. Jiġifieri l-grupp ta’ Karol l-Aquilina u Beppe l-Fenech Adami, fost oħrajn, li kienu u għadhom jiddettaw l-aġenda fil-Partit Nazzjonalista.

Hu jaf. L-aqwa li mar jitfi x-xemgħa tal-kejk ta’ Eddie!

Għad-dieħla.

12.02.2023 16
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL CATHERINE FENECH

ĊENTRU KULTURALI U EDUKATTIV IFFINANZJAT

MILL-AWTORITÀ TAL-IPPJANAR F’Ħ’ATTARD

Il-komunità ta’ Ħ’Attard dalwaqt se tibbenefika minn ċentru kulturali u edukattiv ġdid li qiegħed jinbena fuq il-footprint oriġinali u jfakkar partijiet tal-passat tal-eks stazzjon tal-ferrovija fi Ġnien l-Istazzjon f’Ħ’Attard. Iċ-ċentru, li qed jiġi ffinanzjat mill-Awtorità tal-Ippjanar u l-Fond Reġjonali Ewropew għall-Iżvilupp, mhux biss se jsaħħaħ l-esperjenza tal-viżitaturi f’dan l-ispazju miftuħ pubbliku, iżda se jservi ta’ tifkira tal-linja ferrovjarja Maltija, li parti minnha għadha teżisti qrib il-ġnien.

L-awtorità Maltija se tiffinanzja mal€200,000 permezz tal-Fond tagħha għall-Ippjanar tal-Iżvilupp (DPF) biex iċ-ċentru jkun mgħammar b’librerija, żona ta’ qari u faċilitajiet ta’ konvenjenza pubblika. Il-bini se jkun lest bil-ġebla tal-franka u b’aperturi tal-injam u tal-aluminju.

Quddiem il-binja se jkun installat baldakkin tal-ħadid maħdum biex ifakkar il-bini tal-istazzjon tal-aħħar tas-Seklu

19 li serva biex jipprovdi kenn lill-passiġġieri li kienu jkunu jistennew fuq il-pjattaforma. Ġnien l-Istazzjon jinsab fil-post fejn kien iservi bħala l-waqfa prinċipali ta’ Ħ’Attard fis-sistema talferrovija ta’ Malta (Il-Vapur tal-Art) li kienet taħdem bejn l-1883 u l-1931. Il-bini tal-istazzjon kien inqered matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

Lura fl-2020, l-Awtorità kienet diġà kkontribwiet ’il fuq minn €145,000 biex tiffinanzja parzjalment ir-restawr u l-konservazzjoni tal-enbankment ta’ Ħ’Attard li hi struttura ta’ kważi 400 metru tul. Minbarra l-istazzjonijiet u l-mini tal-ferrovija li għad fadal, din l-istruttura ta’ inġinerija hi bla dubju arkitettura mill-aktar importanti li baqgħet ħajja u assoċjata mal-wirt tat-trasport ta’ Malta.

Iċ-Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, Oliver Magro, qal li “dan il-proġett se jsaħħaħ l-ispazju pubbliku miftuħ tal-ġnien, iżda wkoll se jser-

vi ta’ riżorsa biex jgħin jitfakkar il-wirt tagħna u norbtuh mal-futur.” Hu faħħar il-viżjoni u l-ħidma tal-Kunsill Lokali ta’ Ħ’Attard li hu responsabbli mit-twettiq ta’ dan il-proġett.

Il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Dr Stefan Zrinzo Azzopardi, qal li dan il-proġett nistgħu nqisuh bħala eżempju ieħor ta’ kif qegħdin jintużaw il-fondi Ewropej biex isir tisbiħ ta’ dan l-ispazju.

Hu qal li jħares ’il quddiem għal aktar proġetti simili li jkomplu jġeddu l-ħidma tal-Gvern favur il-konservazzjoni tal-wirt kulturali u ambjentali, u l-użu għaqli u strutturat ta’ fondi pubbliċi.

Dr Chris Bonett, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej, qal li dan il-proġett, li qed isir b’investiment ta’ €747,000, li minnhom €514,000 huma Fondi Ewropej mill-programm Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020, se joffri prodott turistiku kulturali aktar kompetittiv fi ħdan il-qalba urbana tat-

tliet villaġġi storiċi.

Is-Sindku ta’ Ħ’Attard, Stefan Cordina, qal li “dan il-ġnien fih memorji sbieħ tal-Istazzjon tal-Ferrovija u għalhekk kien xieraq li jkun hemm simbolu tanġibbli ta’ sistema ta’ trasport li sfortunatament tlifnieha minħabba l-Gwerra. Dan il-proġett ambizzjuż, li issa jinsab fi stadju avvanzat, għandu l-potenzjal li jsir spazju fejn nies tal-post kif ukoll turisti jistgħu jitgħallmu aktar dwar l-assi kulturali u l-istejjer li għandhom inkomuni l-lokalitajiet ta’ Ħ’Attard, Ħal Lija u Ħal Balzan.”

Il-Malta Railway ġiet inawgurata fit-28 ta’ Frar 1883 u r-rotta kienet tibda mill-Belt Valletta sal-kapitali l-antika, l-Imdina, f’tul ta’ kważi seba’ mili. Kien hemm sitt stazzjonijiet tul ir-rotta li kienu l-Belt Valletta, il-Ħamrun, Birkirkara, Ħ’Attard, ir-Rabat u l-Imtarfa. Il-ferrovija tal-passiġġieri għamlet l-aħħar vjaġġ tagħha fil-31 ta’ Marzu 1931.

12.02.2023 17
ISSIEĦBU JEW ĠEDDEW IS-SĦUBIJA FIL-PARTIT LABURISTA. żur is-sit www.partitlaburista.org Ċempel 5160 2034 €10 SMS 5061 9275 €11.65 I ieħeb mal-Partit Laburista
5,139 F’ĠIMGĦA WAĦDA BISS
Dehriet artistiċi ta’ kif se jiġi ċ-ċentru kulturali u edukattiv f’Ħ’Attard minn barra u ġewwa

DRAWWIET LI SPIĊĊAW JEW

Illum il-ġurnata nħobbu nsemmu kemm evolvejna u kemm imxejna ’l quddiem. Insibu min jirraġuna li dan hu progress u dawk ikbar fl-età jħarsu lejh mod ieħor, tant li jgħidulek li ż-żmien ġera bina. Li jirriżulta tabilħaqq hu li fil-passat, kull familja kellha aktar ħin flimkien, aktar mistrieħ u ferm inqas għeja mentali. Min għadu żagħżugħ ma jistax jim maġina l-ħajja Maltija fiż-żminijiet ta’ qabel ma twieled hu u għalhekk illum, se nagħtu togħma differenti minn dik li draw jgħixu fiha. Intervistajt lil ĠUŻI GATT, folklorista, biex ħadna fi vjaġġ li lanqas hu ma tant jiftakar. Dan għax irrakkuntali dak li kien kiteb Rafel Bonnici Calì, f’Awwissu tal-1982 fil-magazin Imnara fuq ċerti drawwiet marbutin mar-reliġjon.

Minn CHARLES B. SPITERI

Ġużi Gatt beda biex qalli li Rafel Bonnici Calì twieled fil11 ta’ Ġunju, 1907, u għalhekk jirreferi u jsemmi drawwiet li kien għexhom hu, u li llum għebu minn fostna jew inbidlu. Dawn id-drawwiet li se nsemmu kienu l-aktar ta’ xeħta reliġjuża. Fost dawn insibu dawn li ġejjin.

Il-Magħmudija

Dari, il-magħmudija aktarx kienet issir l-għada stess tat-twelid tat-tarbija, u kull tarbija titgħammed għaliha fuq il-fonti qrib il-bieb ta’ barra tal-knisja. Min-numru ta’ snin ’l hawn, it-trabi bdew jittieħdu kollha flimkien il-knisja, mill-familjari tagħhom u jitgħammdu fuq l-artal stess. Dan beda jsir wara xahar jew aktar fuq it-twelid, u għalhekk illum l-omm stess tressaq lit-tarbija għal dan is-sagrament.

Dari, l-omm qatt ma kienet tara l-magħmudija ta’ wliedha, għax kien hawn id-drawwa li l-omm ma toħroġx middar qabel jgħaddu 40 jum mit-twelid. Għalhekk fl-antik it-tarbija kienet tinġarr lejn il-knisja minn mara li tissejjaħ ‘ir-Reffiegħa’, u din kienet tieħu ħsieb ta’ kollox: il-ħin, il-qabla (li fl-ibliet kienet tissejjaħ ‘il-majjistra’), u saħansitra l-isem tat-tarbija.

Iżda l-missier spiss kien jieħu sehem ukoll, għax wara kollox id-dritt hu tiegħu li jagħti l-isem u jieħu ħsieb il-ħlas tax-xemgħa, u xi flus oħrajn lil min kien jgħammed. Ma’ dawn kienu jieħdu sehem ukoll - l-istess bħalma għadu jsir, il-parrini; raġel u mara ħbieb tal-familja - li x-xogħol tagħhom kien li jżommu t-tarbija mimduda sakemm il-qassis isawwab l-ilma fuq rasha. Ras it-tarbi-

ja kienet tinżamm mir-raġel jekk it-tarbija tkun tifel, u minn mara jekk it-tarbija

tkun tifla. Din kienet il-magħmudija

tal-ħaddiem u ta’ dawk ta’ klassi medja komuni. Min kien jista’ mhux ħażin kien

iżid xi ħaġa oħra: flok xemgħa ta’ kwart kien jagħti waħda ta’ ratal, u flok disa’

rbajja’ lill-qassis, kien jagħti 18 irbiegħi (54 ċenteżmu).

Iżda min kien tassew sinjur kien jagħti lira tad-deheb lill-qassis, u jqassam nofs lira oħra lis-sagristan u lit-

tifel abbati li jkun hemm. Omm Rafel Bonnici Calì kienet tirrakkonta li kulħadd kien skanta meta s-Sur Ġużeppi D’Amato ta lira tad-deheb lill-qassis, meta kien għammed lill-ewwel tifla li kellu. Dan sar fil-knisja ta’ Raħal Ġdid, meta saret parroċċa fl-1910. Tirrakkonta wkoll li l-Markiż Barbaro kien ħa lit-tarbija tiegħu biex titgħammed fil-knisja ta’ Ħal Tarxien, bil-parilja, u għall-okkażjoni, iż-żwiemel kellhom in-nagħal tad-deheb.

L-użu tal-fwieħa

Miegħu kien ħa wkoll buqar u friskatur tal-fidda u xugaman tal-għażel irrakkmat, biex il-qassis jaħsel idejh, u meta kien lest kollox, tefagħlu fuq idu fwieħa minn flixkun ċkejken. Minn dan il-flixkun raxx ukoll ilfwieħa fuq idejn kull min kien hemm fil-knisja. Din ilbiċċa tal-fwieħa ntgħoġbot wisq, u ftit ftit saret drawwa wkoll fost in-nies tal-klassi medja.

Ġużi Gatt kompla jgħid-

li li Rafel Bonnici Calì kien jiftakar fost l-oħrajn lil missieru jroxx il-fwieħa fuq dawk li kienu fil-knisja għall-magħmudija ta’ oħtu ż-żgħira Lorenza.

Dak iż-żmien Rafel kellu xi disa’ snin u mar il-knisja mdaqqaq, iżomm ix-xemgħa mal-kumpanija sħiħa tal-familja u tal-parrini, kulħadd bil-mixi. Kien iddeskriva din il-mixja bħala purċissjoni, għax hekk kienet id-drawwa għal dak iż-żmien.

M’hemmx għalfejn ngħidu,

12.02.2023 18
Is-Santa tal-bizzilla ta’ Patri Francesco Azzopardi meta sar sacerdot novell

INBIDLU

Dari, is-santi kienu jsiru biss għall-ewwel quddiesa tas-saċerdoti ġodda, bl-istampa fuq quddiem, u kitba bl-Ingliż, bil-Latin, jew bit-Taljan fuq wara. Illum din il-kitba x’aktarx issir bil-Malti. Spiċċaw dawk issanti lussużi, imdawrin bil-bizzilla, li kienu jsiru fl-antik. Kollezzjoni ta’ santi bħal dawn, antiki, ikun fiha tassew x’tara

li kienu għamlu purċissjoni oħra mill-knisja għad-dar, fejn sabu xi ħaġa tal-ħelu, ġelat, biskuttini tawwalin bil-ġelu għamla tal-ittra “S”, xogħol ta’ Malta, skont l-użu Malti.

Kellhom ukoll ix-xorb tarrożolin u l-menta għat-tfal, u l-maskta u r-rum għallkbar. Kienet drawwa oħra li l-parrini jagħtu r-rigali, ġeneralment xi ħaġa tad-deheb, x’aktarx xi labra jew ġiżirana bis-salib jew domna, għat-tarbija filjozza.

Ta’ tifel li kien, Rafel jikteb li kien gawda kemm felaħ bil-biskuttini u r-rożolin, xogħol tipiku ta’ Malta, aħmar u ħelu, famuż għall-festi tal-magħmudijiet u t-tiġijiet ta’ dari.

Ħaġa stramba kienet li dawn il-festi ma kinux isiru meta t-tfal jagħmlu l-Ewwel Tqarbina. Ir-raġuni tista’ tkun li għal din l-okkażjoni ma kienx hemm ħtieġa ta’ parrini, minkejja li kienet sagrament ukoll. Ukoll għall-Griżma tal-Isqof, li għaliha kien ikun hemm bżonn ta’ parrini, ftit li xejn kienu jagħmlu festi familjari, għalkemm il-parrini kienu jagħtu xi ħaġa tad-deheb lill-filjozzi tagħhom. Dawn il-parrini tal-Griżma u tal-Magħmudija kienu jissejħu xbejjen (singular: xbin) mill-ġenituri tal-fil-

jozzi, u l-ġenituri kienu joqogħdu attenti lil min jaqilgħu bi xbejjen – għax dawn jibdew jitqiesu bħala biċċa mill-familja tagħhom. Għalhekk kien unur kbir li wieħed jinħatar parrinu, jew oħra tinħatar parrina.

Tal-Mużew

Il-festi tal-Magħmudija u l-Griżma tal-Isqof bdew x’aktarx isiru fil-familji wara li bdew isiru mill-istituti tad-duttrina msejħa ‘Tal-Mużew’, li kien waqqaf Dun (San) Ġorġ Preca fl-1907 fil-Ħamrun, u li malajr xterdu ma’ Malta u Għawdex. Ittfal bdew jinġabru fil-Mużew tal-belt jew raħal tagħhom, u jmorru l-knisja f’għamla ta’ purċissjoni, flimkien mal-għalliema tagħhom talkatekiżmu, ikantaw matul it-triq.

Bl-istess mod kienu jerġgħu lura lejn il-Mużew, fejn kien ikollhom imħejjijin biskuttini ta’ Malta u kokotina. Dawn kienu l-festi ta’ wlied il-poplu, organizzati mill-għaqdiet ta’ Dun (San) Ġorġ.

Iżda kien hemm ukoll it-tqassim tas-santi mill-kappillan lil kull tifel u tifla, biex jibqgħu jiftakru f’dak il-jum sabiħ. Dawn kienu santi kbar, li jkun fihom l-isem tat-tifel jew tifla, u

tal-parroċċa. Il-familji bdew jagħtu wkoll santi żgħar b’isem uliedhom lil ħbiebhom, li bdew ukoll jiġu mistiedna jiltaqgħu d-dar. Illum dawn saru komuni ħafna.

Santi tas-Saċerdoti

Dari, is-santi kienu jsiru biss għall-ewwel quddiesa tas-saċerdoti ġodda, bl-istampa fuq quddiem, u kitba bl-Ingliż, bil-Latin, jew bit-Taljan fuq wara. Illum din il-kitba x’aktarx issir bilMalti. Spiċċaw dawk is-santi lussużi, imdawrin bil-bizzilla, li kienu jsiru fl-antik. Kollezzjoni ta’ santi bħal dawn, antiki, ikun fiha tassew x’tara.

Il-funerali

Santi oħra ta’ tifkira kienu dawk tal-mejtin, li xi drabi bdew ikollhom fuqhom mhux biss xbieha ta’ qaddis jew ta’ xi ħaġa oħra, u kitba bl-isem u d-data tal-mejjet, iżda wkoll fotografija – minn nofs is-seklu 19 ’il quddiem. Il-funerali dejjem kienu jsiru mill-aħjar li wieħed jista’, bħala sinjal ta’ rispett u ta’ mħabba lejn il-mejjet. Qawl Malti jgħid: “Kulħadd ikeffen ’l ommu kif jista’”. Dari, il-familji tal-flus kienu jaħsbu għall-qabar qabel ma jaħsbu għall-bini ta’ djarhom. U dawk li kienu tassew għonja

kienu jżejnu l-qabar b’għatu tal-irħam, u fuqu l-arma tal-familja, u kitba bil-Latin jew bit-Taljan.

Kulħadd kien iħabrek biex jindifen fil-knisja fejn ikun tgħammed, u kien jaħseb ukoll biex ikollu talb għall-mistrieħ ta’ ruħu billi jinkiteb f’xi fratellanza li taħseb għas-suffraġju tal-imseħbin tagħha. L-għonja kienu jħallu flus għall-quddies, jew karità; iżda l-fqir u tal-klassi medja kien jaqblilhom jinkitbu f’xi fratellanza, u b’hekk ikollhom suffraġju mhux inqas minn ħaddieħor.

Fratell kellu wkoll il-privileġġ li jindifen fil-qabar tal-fratellanza,u jkollu wkoll funeral sabiħ bil-fratelli jakkumpanjawh bl-istandard tagħhom. Bniedem kien jista’ jinkiteb f’kull fratellanza tal-parroċċa tiegħu u wkoll f’ta’ parroċċi oħrajn.

Kitba fil-fratellanzi

Fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien, fejn kien joqgħod Rafel Bonnici Calì, il-bdiewa u xi mgħallmin kienu jinkitbu fil-ħames fratellanzi, u kien ikollhom funerali daqs talaqwa għonja, bl-akkumpanjament ta’ ħames standardi u ħafna fratelli.

Dari, f’dak il-lokal, kulħadd kien bidwi jew jaħdem għal rasu, u kien jista’ jfalli meta jrid mix-xogħol biex jieħu sehem fil-funerali. Għalhekk, meta kien imut xi fratell, is-

sagristan kien joħroġ idur mar-raħal bil-qanpiena f’idu – idoqq u jgħajjat. Dan kien iseħħ wara li ddoqq l-Ave Maria. L-għajta tiegħu kienet tkun:

“Tal-abjad, tal-aħmar, talikħal, tal-iswed u l-aħdar –għada fis-sebgħa l-kumpanjament!”

Dan kien ifisser li l-fratelli tar-Rużarju, tas-Sagrament, tal-Kunċizzjoni, taċ-Ċintura, u tad-Duttrina jridu jmorru għall-funeral fil-ħin. Ma’ dawn kienu jiżdiedu l-qassisn li kienet tordna l-familja tat-tajjeb, u kien ikun hemm funeral daqs ta’ kappillan, ukoll jekk il-mejjet kien ikun xi bajjad jew skarpan. Id-differenza kienet tkun biss li l-kappillan kien jinġarr mikxuf fuq il-mejjilla, u l-iskarpan f’tebut magħluq.

Imbagħad fiż-żmien li qed insemmu ta’ Rafel Bonnici Calì, naturalment kien isir wkoll il-funeral tal-foqra, meta xi ħabib kien joħroġ (jiġbor) mat-triq biex isirlu tebut irħis u l-imsejken jittieħed fil-knisja u jindifen fil-qabar tal-komun, dejjem bl-akkumpanjament tal-kappillan tal-parroċċa.

F’xi parroċċi fejn hemm il-fratellanza tal-karità, bħall-Belt, il-Birgu, u r-Rabat, il-foqra kienu jinġabru u jindifnu minn dawn il-fratellanzi tal-ħniena, li jaħsbu wkoll għall-mistrieħ tal-erwieħ kollha, għonja u foqra xorta waħda.

12.02.2023 19
Santa tal-mejtin tal-1925; min-naħa stampa ta’ mewt u fuq in-naħa ta’ wara r-rikordju tal-persuna mejta

IL-KNISJA TA’ SAN PAWL MILQI

F’BURMARRAD

ll-ġrajja tan-nawfraġju ta’ San Pawl fi ġżiritna fis-sena

60 W.K. minn dejjem kienet meqjusa minn missirijietna u mill-Knisja f’Malta bħala

ġrajja mill-aktar importanti u l-postijiet marbutin maż-żjara tiegħu kienu meqjusa bħala rkejjen qaddisa. Fost il-knejjes

l-iktar importanti li jfakkruna

fiż-żmien meta Pawlu kien f’pajjiżna nsibu l-Knisja ta’ San Pawl Milqi f’Burmarrad.

Din il-knisja tinsab fuq

l-għolja li tħares fuq il-Wilġa ta’ Burmarrad, lejn il-port tas-Salini, u hija mibnija fuq fdalijiet ta’ żmien ir-Rumani f’Malta. Illum din il-knisja

kulħadd jafha bħala ta’ “San Pawl Milqi”. Iżda skont l-istudjuż u l-lingwist Frans Sammut, dan hu żbaljat u l-isem korrett għandu jkun “San Pawl Mirqi”. Il-kelma “mirqi” tfisser “wieħed li jfejjaq b’miraklu” (“bil-maġija”, mill-kelma Għarbija tal-Andalusia “murqi”). Hawn irridu niftakru li t-titular tal-knisja juri l-miraklu tal-lifgħa.

L-isem “milqi” jissemma

l-ewwel darba fir-rapport tal-vista pastorali tal-Isqof Baldassare Cagliares tal-1616.

L-isem saħansitra daħal fil-kitba ta’ Ġan Franġisk Abela filktieb tiegħu Della Descrittione di Malta tal-1647 meta wara l-miġja tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, il-kult Pawlin f’Malta beda jikber sew u jingħata importanza kbira minħabba raġunijiet ta’ prestiġju.

Matul iż-żminijiet, dan il-lokal kellu ħafna ismijiet bħal Burmarrad, Buwarrad, Beniarrat, Benwerrat, Bindichi u San Pawl Milqi. Imma għal ħafna żmien dam jintuża wkoll l-isem ta’ Ġebel Għawżara. Benwarrat, skont xi wħud, tfisser “iben il-werriet” li skont dawn ma kien ħadd ħlief Publiju, il-gvernatur ta’ din il-gżira. Il-“werriet” tiġi interpretata bħala “werriet tal-fidi” li ġab San Pawl għax Publiju tradizzjonalment hu meqjum bħala l-ewwel isqof ta’ Malta.

Oriġini

Skont tradizzjoni antika ħafna, kien proprju f’dan il-lokal, fuq il-għolja ta’ Ġebel Għawżara, li Publiju laqa’ lil San Pawl u sħabu, wara li ħelsu mill-għarqa, u kien

hawnhekk li l-Appostlu fejjaq lil missier Publius, Alvinus. L-Insara Maltin kienu ilhom żmien kbir jemmnu f’dan, u għożżewh bħala post qaddis. Tant hu hekk li fi żmien antik ħafna bnew knisja biex jikkommemoraw dan l-avveniment.

Maż-żmien din il-knisja qdiemet u waqqawha u bnew oħra minflokha, u anki din reġgħet qdiemet u reġgħu waqqawha u wara, bnew il-knisja li hemm illum. Għalhekk din il-knisja hija t-tielet waħda li nbniet f’dan il-post. Dan juri biċ-ċar kemm dan ilpost ilu żmien kbir jiġi meqjus bħala post qaddis.

Tagħrif minn żjarat ta’ isqfijiet

Meta żar lil din il-knisja Monsinjur Pietro Dusina fl-1575, sab knisja ddedikata lil San Pawl tal-Menchichir. Il-knisja kellha l-obbligu li fil-festa tal-Konverżjoni ta’ San Pawl issir quddiesa u wara jitqassam ikel lill-fqar. Dak iż-żmien il-knisja ma kellhiex rettur, introjti, dħul u tiżjin ieħor

It-tliet knejjes huma Medjevali, u setgħu nbnew

meta l-Knisja Kristjana reġgħet

ġiet stabbilita f’Malta wara

l-wasla tan-Normanni. L-iskavi tant niżlu fil-fond li l-bieb

tal-knisja llum huwa xi tliet

metri ’l fuq minn fejn kixfu

biex isir il-quddies fiha. Il-viżitatur appostoliku ordna li ma jsirux ċelebrazzjonijiet ta’ quddies qabel jerġa’ jsirilha bieb tal-injam u ħwejjeġ oħrajn meħtieġa. Għalkemm kif diġà semmejna minn dejjem kien hemm tradizzjoni li torbot il-post fejn insibu l-knisja llum malpost fejn Pawlu fejjaq lil missier Publiju, l-ewwel kitba ta’ dan l-irbit insibuha fl-atti

San Pawl kienu jitqassmu 36 modd qamħ, 36 kartoċċ inbid ta’ Siracusa, 9 tari fi flus, u 200 ħjara lill-foqra. Fost dawk obbligati li jħallsu għal dan, kienu l-Kavallieri ta’ San Ġwann.

Sejbiet arkeoloġiċi

Hekk kif bdiet toqrob l-ewwel gwerra dinjija tal-1914–1918, is-suldati Ingliżi tar-Royal Engineers bdew iħaffru trunċiera ħdejn din il-knisja biex iqiegħdu kanun. Waqt it-tħaffir ta’ din it-trunċiera, inkixfu xi ħitan antiki mibnija b’ġebel kbir. Imma donnu ħadd ma tahom l-importanza li kien jistħoqqilhom. B’xorti tajba l-Viġendarju ta’ din il-knisja kien Dun Karm Gauci, li ħa ħsieb biex il-ħafna fuħħar u fdalijiet li bdew jinqalgħu mal-moħriet f’dawn l-inħawi, jinġabru u jintrefgħu.

Imbagħad fl-1964 ġiet f’Malta l-Missione Archeologica Italiana li għamlet tiftix kbir f’dawn l-akkwati u f’TasSilġ. It-Taljani ħaffru madwar il-knisja u ġewwa fiha u kixfu kumpless ta’ bini li jikkonsisti f’villa tal-kampanja u magħha impjant kbir għall-għasir taż-żebbuġ u l-għeneb, u xogħol ieħor tar-raba’, kif ukoll imkejjen fejn joqogħdu l-ħaddiema.

Minħabba l-kobor ta’ dan il-kumpless, wieħed jassumi li sidu bilfors kien għani ħafna. Huwa kkalkulat li dan il-kumpless inbena xi 40 sena qabel Kristu, u kien għadu jintuża sas-sena 870 wara Kristu, meta l-Għarab ħadu f’idejhom lil Malta. L-istudjużi jsostnu li din setgħet kienet il-villa ta’ Publius, u allura kien f’dan il-post fejn laqa’ lil Pawlu u lil sħabu li kienu miegħu fuq il-ġifen li inkalja. Waqt l-iskavi nstabu ukoll żewġ knejjes oħra eqdem minn din il-knisja tal-lum.

taż-żjara tal-Isqof Gerolamo

Molina, tat-28 ta’ Mejju 1879 meta hu żar lil din il-knisja. Dan jgħidilna li skont it-tradizzjoni hawn iltaqgħu San Pawl u San Publiju u li s-sidien

tal-għelieqi tal-qrib kellhom

l-obbligu li jħallsu 12-il skud

lill-prokuratur biex jitqaddsu quddisiet fil-festi ta’ San Pawl, fil-festi kmandati u l-Ħdud.

L-Isqof Cagliares fir-rapport tiegħu qal ukoll li fil-festa ta’

It-tliet knejjes huma Medjevali, u setgħu nbnew meta l-Knisja Kristjana reġgħet ġiet stabbilita f’Malta wara l-wasla tan-Normanni. L-iskavi tant niżlu fil-fond li l-bieb tal-knisja llum huwa xi tliet metri ’l fuq minn fejn kixfu. Għalkemm saru dawn l-iskavi, xejn ma kien konkluż, u dejjem kien għad baqa’ xi jsir. Għalhekk f’Lulju 2000, ingħata bidu biex arkeoloġi

12.02.2023 20

Taljani oħrajn jerġgħu jibdew jiskavaw. Dan ix-xogħol ta’ l-frott tiegħu għax komplew inkixfu aktar kmamar minn dan il-kumpless Ruman.

Il-knisja llum

Il-knisja li naraw illum hi ċkejkna u x’aktarx li nbniet għall-ħabta tal-bidu tas-seklu 17. Kellha altar wieħed tal-ġebel u fuq dan l-altar kien hemm kwadru li juri l-miraklu tal-lifgħa kif ukoll tliet episodji oħra mill-ħajja ta’ San Pawl; il-konverżjoni, il-laqgħa tiegħu ma’ Publiju u l-martirju tiegħu.

L-altar illum inqala’ minn postu biex ikunu jistgħu jsiru l-iskavi taħt l-art tal-knisja, u minflok il-kwadru titulari

nfetħet tieqa biex tkun tista’ tagħti iktar dawl lil dan it-tempju minn ġewwa. Il-kwadru, u kulma kien fiha din il-knisja, tneħħew mill-post.

Din il-knisja għandha faċċata sempliċi, fejn għandha żewġ niċeċ vojta, waħda fuq kull naħa tal-bieb prinċipali. Fuq il-bieb prinċipali għandha tieqa tonda li qiegħda tkompli żżejjen il-faċċata. Fil-frontispizju tagħha naraw forma ta’ kampnar li qabel fih kien hemm qanpiena. Din il-knisja għandha wkoll sagristija mibnija magħha.

Minħabba s-sejbiet arkeoloġiċi li nstabu madwar u taħt din il-knisja, illum il-knisja waqgħet taħt il-kura ta’ Heritage Malta. L-aċċess għal din il-knisja ġie magħluq permezz ta’ ħajt għoli, li nbena mad-dawra kollha tal-knisja biex jiġu priservati l-iskavi li diġà nkixfu. Il-knisja saritilha art tal-injam u fl-10 ta’ Frar ta’ kull sena tinfetaħ għall-pubbliku u ssir quddiesa biex tikkommemora l-miġja ta’ Missierna San Pawl fil-ġżejjer tagħna.

Roderick Busuttil hu minn Birkirkara u hu Xjentist tal-Laboratorju Mediku. Apparti dan, Roderick hu dilettant ħafna tal-istorja ta’ pajjiżna u tal-arti sagra speċjalment dik tal-kappelli.

Għal dawn l-aħħar snin irriċerka ħafna fuq dan issuġġett. Hu wieħed mill-koawturi tas-sit www.kappellimaltin.com. Roderick ukoll jagħti sehmu fuq ir-radju u hu wkoll awtur u co-producer tal-programm Kappelli li jixxandar fuq TVM.

STOCK TAL-GVERN

MALTA GOVERNMENT STOCKS

InvestimentSod

Ħruġ ta’€200,000,000

fil-Malta Government Stocks –B’Ratata’ Mgħax Fissa (soġġettgħal drittlijiżdied l-ammont ligħandujinġabarsamassimuta’ €150,000,000)

Stocks tal-Gvern ta’ Malta B’Rata ta’ Mgħax Fissa

L-Accountant General iħabbar il-ħruġ ta’ €200,000,000 Stocktal-Gvern ta’ Malta f’xiwieħedjewf’kull wieħed minndawn iż-żewgstocks:

(i)3.50% Stock tal-Gvern ta’ Malta(Is-SittĦruġ)

li jimmatura fl-2028; u

(ii)4.00% Stock tal-Gvern ta’ Malta (L-ewwelĦruġ)

li jimmatura fl-2043.

Is-somma li għandha tinġabar tista’ tiżdied b’ €150,000,000 oħra f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.

Applikazzjonijietminnmembrital-pubblikugħall-ammontsamassimuta’€499,900kullpersunaf’xi wieħedjewf’kullwieħedmiż-żewgstocksliqegħdinjiġuoffrutijiftħu t-Tnejn,20ta’Frar2023 fit8.30a.m.ujagħlqufis-2.30p.m. tal-Erbgħa,22ta’Frar2023.

Applikazzjonijietminninvestituriwholesalelijkunumagħmulinf’offertib’irkantjiftħunhar ilĠimgħa,24ta’Frar2023 fit-8.30a.m.ujagħlqu f’nofsinhar(CET) tal-istessġurnata,jewaktar kmienifid-diskrezzjonital-AccountantGeneral.

Il-prezzgħalkullStockelenkatf’(i)u(ii)liqegħdinjiġuoffrutigħas-sottoskrizzjonilill-membritalpubblikugħandujiġistabbilit il-Ħamis,16 ta’Frar2023 ujkunibbażatbejnwieħeduieħorfuqilprezzfis-suqsekondarjuujitħabbarpermezzta’Stqarrijagħall-Istampamaħruġamid-DipartimenttalInformazzjoni(DOI).

Il-formolital-applikazzjonijistgħujinkisbuminnujiġudepożitatigħandil-Membrikollhatal-Borża ta’MaltauProvditurioħraawtorizzatita’Servizzita’Investiment,fid-datimsemmija.Formolitalapplikazzjonijistgħujitniżżluwkollminnfuqis-sitelettronikutat-Teżorwww.treasury.gov.mtmillĠimgħa,17ta’Frar2023.L-offertifuqil-formolipreskrittigħandhomjintbagħtupermezzta’e-mail fl-indirizziindikatifuqil-formolital-applikazzjoni.

GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA’ FEJN L-IMGĦAX JITĦALLASSA DAK ILJUM LI L-iSTOCKS JINBIEGĦU

 SIGURTA’  LIKWIDITA’  IMGĦAX KULL SITT XHUR  (Il-valurtal-investimentjista’ jitla’ jewjinżel sameta jimmatura)

Dipartimenttat-Teżor, Development House, Level 2-3, Triq Sant’Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125

12.02.2023 21

STEVE HILI KUMMIDJANT MALTI LI JAGĦMEL DAN IX-XOGĦOL

B’MOD PROFESSJONALI

Normalment meta nirreferu għal xi individwu bħala kummidjant, inkunu qed nirreferu għal bniedem li jħobb idaħħaq sabiex iferraħ lil ħaddieħor.

Għall-intervista tal-lum, irnexxieli nintervista litteralment kummidjant ta’ vera, li proprju xogħlu huwa dak ta’ kummidjant. Litteralment imħallas sabiex idaħħaq lin-nies madwar id-dinja. Qed nirreferi għal Steve Hili.

Bħalissa jgħix Londra u jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem ferrieħi, imqareb u kreattiv.

Fil-fatt, Steve ilu nieqes minn Malta għal dawn l-aħħar seba’ snin. “Ġejt l-Ingilterra proprju biex naħdem bħala stand-up comedian u biex insir performer aħjar,” beda jgħidli Steve.

Ma jaħdimx f’post wieħed

Illum il-ġurnata, Steve huwa

meqjus bħala l-uniku kummidjant Malti li jagħmel dan ix-xogħol b’mod professjonali. Jgħix l-Ingilterra u allura ħafna drabi jaħdem hemm stess. Iżda fi kliemu stess, ma jaħdimx l-Ingilterra biss, iżda jaħdem kullimkien!

“Ftit ġimgħat ilu kont il-Lussemburgu pereżempju. F’Marzu ser inkun qed nagħmel xahar l-Awstralja.

Din is-sena ser ikolli shows ukoll madwar l-Ewropa, l-Afrika u l-Asja,” stqarr miegħi. Mistoqsi x’sodisfazzjon jieħu meta jdaħħaq lil ħaddieħor waqt xogħol, weġibni proprju b’kelma waħda biss: “Indeskrivibbli”.

Ridt inkun naf ukoll x’tip ta’ ċajt normalment joħloq, u jekk hemmx xi temi partikolari li jħobb juża sabiex

idaħħaq lil ħaddieħor. Huwa qalli li jagħmel ċajt fuq kollox. “Ovvjament peress li jiena miżżewweġ u issa sirt missier, dawn huma suġġetti li jinteressawni. Is-suġġett tas-sess huwa wieħed li mmiss miegħu ħafna wkoll. Ix-shows li qed nagħmel bħalissa huma dwar l-ambjent li huwa wkoll suġġett għal qalbi! Jismu The Sexy

Ftit ġimgħat ilu kont il-Lussemburgu pereżempju.

F’Marzu ser inkun qed nagħmel xahar l-Awstralja.

Din is-sena ser ikolli shows ukoll madwar l-Ewropa, l-Afrika u l-Asja

Environmentalist .”

Ta’ min jgħid ukoll li f’Marzu li ġej, Steve ser ikun qed idur f’Melbourne bħala parti mill-Melbourne International Comedy Festival. B’hekk iddiskutejt miegħu dwar kemm ser idum għaddej u x’ser ikun jikkonsisti eżattament dan il-festival. “Huwa wieħed mill-ikbar festivals tal-kummiedja fid-dinja! Il-festival idum għaddej xahar, u jkun hemm l-aqwa kummidjanti tad-dinja jagħmlu x-shows tagħhom hemmhekk. Jien ser inkun qed nagħmel ix-show tiegħi erba’ darbiet fil-ġimgħa tul il-festival.”

Jaħdem ma’ diversi stazzjonijiet stabbiliti madwar id-dinja

Barra minn hekk, bħala xogħlijiet Steve ħadem ma’ diversi stazzjonijiet stabbiliti madwar id-dinja, fosthom Discovery, Sky, BBC Radio 4,

12.02.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Huwa ktieb satiriku dwar Malta.

Qatt ma kien hemm ktieb bħalu f’Malta u verament kburi bih. Huwa l-uniku ktieb li ktibt, imma għandi f’moħħi li nikteb ieħor

SBS (Melbourne), Colourful Radio, Capital Radio u XFM. Ma stajtx ma niddiskutix miegħu dwar x’tip ta’ xogħol kien jagħmel eżattament ma’ dawn l-istazzjonijiet. “Xogħol differenti. Fuq ċerti stazzjonijiet kont naħdem bħala preżentatur u fuq oħrajn kont qed nikteb sketches, jew biċċiet ta’ programmi,” ikkonferma miegħi.

Mhux hekk biss, iżda kont dhert ukoll fil-films Toy Box Killers , li kien horror film, kif ukoll ma’ Danny Trejo fil-film Courier To Paradise “Jien għamilt il-parti ta’ hitman professjonali! F’ Courier to Paradise kont l-assistent tal-karattru ta’ Danny Trejo li kien sajjied.”

Minbarra dan kollu, Steve wkoll kiteb u dderieġa diversi drammi bħal Romeo and Juliet 2 (and a Zombie) , Adam and Eve (and Kevin) u How To be a Londoner in an Hour . Ħallejt f’idejh sabiex jelabora. “Inħobb nik-

SKEDA ONE

teb u nidderieġi xogħlijet teatrali. Fil-fatt, kull sena nikteb il-pantomima tas-sajf. It-teatru huwa għal qalbi ħafna.”

Awtur tal-ewwel ktieb satiriku dwar Malta

Mhux hekk biss, talli Steve huwa wkoll kittieb. Fil-fatt, kiteb u ppubblika l-ewwel ktieb tiegħu State of the Nation fis-sena 2016. Ħallejt f’idejh sabiex jgħidli x’jittratta dan il-ktieb sewwasew, u jekk hux l-uniku ktieb li ppubblika. “Huwa ktieb satiriku dwar Malta. Qatt ma kien hemm ktieb bħalu f’Malta u verament kburi bih. Huwa l-uniku ktieb li ktibt, imma għandi f’moħħi li nikteb ieħor.”

Fl-aħħar nett tlabtu jgħaddi messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. Kulma ried jgħid lill-qarrejja kienet sempliċiment kelma waħda: “Segwuni”.

08.11.2020 12.02.2023 23
06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makkjetta 07:30 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:20 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Diskors: Attività Politika 17:00 The Local traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Reboot Podcast 21:15 The Tattoo Challenge 22:15 Esperti 22:45 Dinja Mutur 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Dak li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:05 Investigaturi tal-Mużika 10:30 Aroma Kitchen 11:30 Popcorn 11:57 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Awla 14:15 Reboot Podcast 14:55 Esperti 15:30 ONE News 15:35 Country Jamboree 16:15 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:20 Rapport tat-Temp 19:30 ONE NEWS 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News 13-02 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:00 Ħajjitna Makkjetta 17:25 Esperti 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Travel 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News 15-02 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:26 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Indhouse 16:30 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Politika 20:35 Esperti 21:00 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 19-02 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Flimkien ma’ Nancy 17:00 What’s Cooking 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Il-Willy 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Brillanti 22:30 Twenty2Sixty 23:30 ONE News 17-02 ĠIMGĦA 16-02 14-02 18-02

reċensjoni tal-ktieb

IL-QAĦBA TAR-RAĦAL

Din l-antoloġija ta’ 20 storja qasira tiġbor fiha bosta suġġetti differenti li jvarjaw minn imħabba illeċita, delitt, pasturi talMilied sa ġrajja mnebbħa mill-Bibbja.

Aqraw dwar mara li għax tmur il-Belt fi Strada Stretta r-raħħala fejn toqgħod malajr ittimbrawha li kienet mara tat-triq. Iżda x’inhi l-verità?

Imbagħad hemm dak ir-raġel li skont eżami mediku ma setax ikollu tfal. Wara ħa x-xokk ta’ ħajtu meta sar jaf li fil-fatt kellu tlieta.

Il-kilba biex jilħaq f’kumpanija twassal impjegat biex jikkommeti delitt perfett b’mod mhux tas-soltu.

Niltaqgħu ma’ mara li tmur għand ġinekologu u wara ssib li tqarrqet għalkollox minn dak li kien eżaminaha.

Żewġ personaġġi mill-Bibbja jiltaqgħu bla mistennija f’laqgħa li kellha tkun deċiżiva aktar tard f’ħajjithom it-tnejn.

Raġel fl-aħħar mumenti ta’ ħajtu qabel imut ibierek lil martu u lill-ħabib tagħha li kienu jaqilbuhielu. Għaliex?

Mistoqsija: Kemm-il storja fih dan il-ktieb?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-QAĦBA TAR-RAĦAL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb BIS-SENS hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Skont l-NSO, ix-xahar li għadda kemm ġew iffirmati konvenji ġodda?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

12.02.2023 24
04
R. MICALLEF - GUDJA

TRIJANGOLU TAL-IMĦABBA

Jinstabu ħatja u jingħataw il-forka

IT-TIENI PARTI

Waqt l-investigazzjoni, il-pulizija sabu iktar minn 60 ittra ta’ mħabba li bagħtet Edith lil Bywaters. F’dawn l-ittri kien hemm stqarrijiet minnaħa ta’ Edith li tefgħuha f’dell ikrah mal-pulizija u mal-pubbliku, fejn ġabuha tidher li hi kellha relazzjoni mal-qattiel u li riedet teħles minn żewġha biex tkun miegħu. Fi wħud minn dawn l-ittri kien hemm miktub kif tixtieq teħles minn żewġha, kif trid tħallatlu bozoz imkissrin malikel jew titfagħlu l-valenu mal-ikel u semmiet każ ta’ mara li ħelset minn tlieta minn żwieġha u hi lanqas tista’ teħles mill-wieħed li kellha.

Il-Ġuri

Fis-6 ta’ Diċembru tal-1922, Edith Thompson u Frederick Bywaters dehru f’Old Bailey mixlija bil-qtil ta’ Percy Thompson. Bywaters qal kemm-il darba li Edith ma kinitx taf b’dak li kien ħa jagħmel u li ma kellhiex x’taqsam mal-qtil ta’ żewġha. Hu qal li mar jaffaċċja lil Percy, dan tal-aħħar heddu li jisparalu u qatlu biex jiddefendi lilu nnifsu.

Fil-11 ta’ Diċembru, minkejja l-karba ta’ Bywaters li Edith kienet innoċenti, it-tnejn li huma nstabu ħatja u weħlu l-piena tal-mewt permezz tal-forka. Din is-sentenza ħolqot għagħa kbir għax ma kien hemm l-ebda evidenza konkreta li setgħet torbot lil Edith mal-qtil ta’ żewġha ħlief ċerti ittri li ntużaw fil-qorti. Tajjeb jingħad li Edith kienet tħobb taqra u kellha immaġinazzjoni ħajja u Bywaters stess qal li Edith kitbet dak il-kliem għax ġiet influwenzata minn dak li kienet taqra. Fil-fatt, mill-awtopsja li saret fuq Percy Thompson, ma nstabx li kellu xi bozoz imkissra jew valenu fis-sistema tiegħu. Iżda l-qorti u n-nies kienu diġà pinġew stampa kerha: dik li Edith immanipulat lil Frederick, li kien tmien snin iżgħar minnha u kkonvinċietu joqtol lil żewġha.

Bywaters baqa’ jsostni li Edith kienet innoċenti sa qabel ma ngħata l-forka fid-9 ta’ Jannar tal-1923. Edith Thompson qattgħet l-aħħar jiem ta’ ħajjitha tibki, tixher u tgħid li hi kienet innoċenti. Qabel ma ħaduha għall-forka fl-istess jum tal-eżekuzzjoni ta’ Bywaters, Edith ingħatat żewġ dożi ta’ sedattivi biex tikkalma u kellhom iġorruha erba’ uffiċjali tal-ħabs għax kienet kważi mitlufa minn sensiha. Il-bojja, John Ellis, baqa’ impressjonat xħin ra lil Edith f’dak l-istat u l-eżekuzzjoni tagħha baqgħet tidwi f’moħħu. Ix-xogħol tiegħu jidher li ħalla impatt ikrah fuq l-istat mentali tiegħu

hekk kif irriżenja minn bojja wara sentejn mill-eżekuzzjoni ta’ Thompson u ntefa’ jixrob. Hu prova jneħħi ruħu b’idejh darbtejn u rnexxielu f’Settembru tal-1932.

Bywaters indifen fil-Pentonville

Prison u Thompson indifnet fil-Holloway Prison f’oqbra mhux immarkati. Fl-1971, il-ħabs fejn indifnet Thompson beda għaddej minn proċess biex jinbena mill-ġdid, u l-katavru ta’ Thompson, flimkien ma’ tliet nisa oħrajn li kienu ngħataw il-forka, ittellgħu mill-qabar u ndifnu f’qabar wieħed fi Brookwood Cemetery f’Surrey. Dan il-qabar dam ma ġie mmarkat għal iktar minn 20 sena.

Il-qabar fejn indifnet Thompson ittieħed f’idejn René Weis u Audrey Russell, li bis-saħħa tagħhom u ta’ oħt Edith saret lapida fuq il-qabar fit-13 ta’ Novembru tal-1993. Dawn it-tnejn kienu intervistaw lil oħt Edith, Avis Graydon fissnin 70, fejn qaltilhom li x-xewqa ta’ ommha kienet li Edith tindifen fil-qabar tal-familja u biex kull anniversarju tal-mewt ta’ oħtha ssir quddiesa f’St Barnabas, il-knisja fejn iżżewġet Edith. Ix-xewqa ta’ omm Edith inqatgħet hekk kif Edith indifnet fil-qabar tal-familja fis-City of London Cemetry fit-22 ta’ Novembru tal-2018.

Kontroversja fuq kif tmexxa l-każ

Il-każ qajjem ħafna kontroversja, u wara 100 sena għad hawn dubji fuq kif tmexxa l-każ. Bywaters ammetta kemm-il darba li Edith ma kinitx taf b’dak li kien ħa jagħmel. Apparti minn hekk, dak il-ħin tal-attakk, innies tal-madwar semgħuha tgħajjat u twerżaq biex jieqaf u kif waslu l-pulizija sabuha fi stat ħażin.

Il-każ kien ingħata ħafna attenzjoni mill-gazzetti u mill-pubbliku fejn bdew juru simpatija ma’ Bywaters għax kien leali lejn Edith filwaqt li Edith dehret bħala mara adultera u differenti min-nisa ‘normali’. Il-fatt li fil-ġuri ntużaw l-ittri fejn hemm insinwazzjonijiet biss u immaġinazzjoni ta’ kif tixtieq teħles minn żewġha ma kinux biżżejjed biex tingħata l-piena kapitali, iżda s-sentenza kienet diġà lesta għaliha, irrelevanti minn dak li kellha xi tgħid id-difiża tagħha u Edith stess.

Is-sena l-oħra, Weis applika mal-Ministeru għall-Ġustizzja biex Edith Thompson tingħata maħfra iżda l-applikazzjoni ġiet rifjutata. Qiegħed jiġi rrappurtat li Weis reġa’ applika dis-sena għall-maħfra rjali f’isem il-familja ta’ Thompson.

12.02.2023 25
TMIEM
L-aħwa Avis Graydon u Edith Thompson Ċorma nies jistennew l-eżekuzzjoni ta’ Thompson Fl-2018, Edith indifnet fil-qabar tal-ġenituri tagħha
Il-każ qajjem ħafna kontroversja, u wara 100 sena għad hawn dubji fuq kif tmexxa l-każ

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

12.02.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Isem:

Indirizz:

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

TISLIBA 473

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: Għasfur li daħal fix-xibka għadu ........ sa ma jibqa’ (5)

4. Kollox teqred (4)

WEQFIN:

1. Annimal domestiku (6)

2,12W Ħadlu ġidu? (6)

3,23. Abbuża? (9)

5,19. Iffastidjati (6)

6. Isem (3)

7,9. Mater Dei (5)

9. Ara 7

10. Re (6)

12. 15 u 15 (6)

16,18. Mhux ċari (5)

18. Ara 16

19. Ara 5

20. Ħanut maqlub (5)

21. Ikun fin-nofs (3)

23. Ara 3

24. Alkoħol (5)

8. Inaddfu dawn (9)

11,13. Saċerdoti (5)

12. Ara 2

13. Ara 11

14. Nirrifletti? (6)

15. Jippenetra (6)

17. Wara

xulxin (3)

21. Minn naħa għal oħra

bl-Ingliż: To and ...... (3)

22. Fortifikazzjoni (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Raħlu, 4.Mewt, 7,11.Bdot, 9,22. Btieħi, 10.Buqari, 12.Stenna, 16,18. Nitfi, 19,21W.Veduti, 20.Makku, 21.UAE, 23.Irid, 24.Irtat

WEQFIN: 1.Rabtin, 2,5.Ħniena, 3,15. Ubbidjent, 6,12W.Twist, 8.Dumnikani, 13.EFA, 14.Avukat, 17.Iva

12.02.2023 27
T. BRIFFA - L-IMQABBA
Bi 3 NUMRI 034 296 454 650 712 732 785 800 B’4 NUMRI 0723 1368 1903 2046 2083 2188 2385 2556 2706 2896 3001 3240 3601 3708 3822 4060 4095 4779 5873 6076 6212 6562 6841 6897 6906 7041 7416 7833 7958 8092 8115 8308 8365 8891 8950 9616 B’5 NUMRI 00378 05226 13423 17215 17230 22711 29812 31830 35678 40450 41137 41531 52382 61025 65367 68153 68309 70873 86332 88989 91176 99771 B’6 NUMRI 568200 600866 B’7 NUMRI 0518993 2321228 3032043 5054581 7627281 9643811 Bi 8 NUMRI 09542179 17800186 68326825 97669566

IL-PROGRESS TA’ ŻMINIJIETNA

Editorjal

Min, fi żmienu, lanqas fil-bnazzi ma kien kapaċi joffri l-istess kisbiet, ma jista’ qatt ikun alternattiva aħjar għad-direzzjoni t-tajba li jinsab fiha llum pajjiżna, minkejja ċ-ċirkostanzi internazzjonali

Is-sinjali ta’ titjib kostanti fissoċjetà tagħna huma ċari kristall. Anke meta ċirkostanzi internazzjonali rażżnu l-ħajja normali, bħall-bqija tad-dinja, il-poplu Malti u Għawdxi sab kull protezzjoni neċessarja biex xorta ma jiqafx jipprogressa, grazzi għal kull azzjoni immedjata li ttieħdet mill-Gvern talPrim Ministru Robert Abela.

Ir-riżultati dwar kif l-għajxien inġenerali baqa’ jissaħħaħ mhumiex biss indikazzjonijiet, iżda jinħassu fil-bwiet ta’ kulħadd, mill-kbir saż-żgħir. Dan għadhom jirrimarkawh ukoll l-istituzzjonijiet indipendenti lokali u internazzjonali, li, permezz tal-esperti tagħhom, janalizzaw bir-reqqa kull żvilupp amministrattiv.

Rekords tal-inqas persuni li huma dipendenti fuq assistenza soċjali, l-inqas għadd li qed ifittxu x-xogħol u l-aktar li jinsabu f’impjieg, flimkien mal-akbar tifdil li għandhom il-familji fil-banek lokali u l-akbar numri ta’ investimenti fi proprjetajiet bħala residenzi privati mhuma l-ebda kumbinazzjoni.

Ilkoll huma frott l-għaqal u

l-ħidma ta’ amministrazzjonijiet Laburisti li jimxu b’ruħ Soċjalista u wkoll jagħżlu li fejn jiġi ffrankat xi sold ’l hawn u ’l hemm jerġgħu jiġu investiti fis-soċjetà biex tkompli togħla ’l fuq.

Kif qed jiġi rrapportat f’din ilħarġa, hu eżemplari kif €44 miljun tferrxu fuq iżjed benefiċċji u benefiċċji ġodda għal min jeħtieġhom wara li tali spejjeż ġew “salvati” grazzi għall-fatt li eluf ta’ persuni fl-aħħar għaxar snin inqatgħu mill-ktajjen ta’ dipendenza fuq assistenza soċjali jew dik tal-qgħad … u minflok spiċċaw jikkontribwixxu huma wkoll għat-tkabbir tal-ekonomija.

Anke l-aħħar rapport talFond Monetarju Internazzjonali (IMF), li għadu kif ħareġ, juri kif mill-2013 ’l hawn il-klassi medja u dik għolja kibru fostna, filwaqt li baqgħet tiċkien ilfaxxa ta’ taħt.

Minbarra hekk, il-fatt li qed tingħata attenzjoni akbar biex jiġu indirizzati problemi, li jistgħu jirriżultaw minn sitwazzjonijiet oħrajn, inkluż ir-riżultat tal-inqas rata ta’ kriminalità fi 11-il sena, joħorġu minn ħidma

ħolistika u mifruxa. Dan anke jekk il-popolazzjoni tagħna kibret b’mod qawwi fl-istess perjodu.

L-iżball ikun jekk xi darba dan l-isforz imajna, jieqaf jew inkella ma jaġġornax maż-żminijiet. Dan ukoll jeħtieġ l-appoġġ u l-kollaborazzjoni ta’ kull Ċikku l-Poplu ta’ rieda tajba, li għandu d-dmir li jikkontribwixxi għal dan il-għan.

U avolja dejjem jibqa’ x’tirranġa u tagħmel kemm tagħmel qatt mhu biżżejjed, dawk tal-lum jibqgħu ċirkostanzi tajbin ħafna li wkoll jagħmlulna ġieħ biex nimxu ’l quddiem b’wiċċna mgħolli, inkluż issa li pajjiżna qiegħed jaspira li jħalli marka kbira f’oqsma partikolari oħrajn, bħall-ambjent ta’ madwarna. Dan għandu jkun ukoll pass ieħor sinifikanti biex inkomplu ngħollu l-livelli.

Jibqa’ ma jarax dan kollu biss min għandu skopijiet ulterjuri magħrufin.

Il-qerrieda u l-pessimisti se jibqgħu dejjem, anzi jibqgħu jeżistu iżjed ladarba fil-Gvern hemm il-Partit Laburista. L-istorja ta’ pajjiżna mill-Indipendenza lil hawn hi iżjed minn

għalliema f’dan ir-rigward. Għaldaqstant ħadd m’għandu jissorprendi ruħu b’dan jew agħar jirrassenja ruħu u jinġarr mill-kurrent ta’ dawk li għandhom missjoni ċara li jkissru kull ġid li jinħoloq, kif kien qed iseħħ ma’ kull ġurnata fl-aħħar għaxar snin.

Dawk li jkomplu jitkissru internament, kawża tal-maltemp li ħolqu huma stess, huma biss għajjura li l-bastiment Malti jkompli jbaħħar bl-aħjar mod u aħjar minn dawk ferm ikbar minnu, anke fl-agħar ċirkostanzi. Min, fi żmienu, lanqas fil-bnazzi ma kien kapaċi joffri l-istess kisbiet, ma jista’ qatt ikun alternattiva aħjar illum. Wisq inqas jista’ jippontifika jew jagħti lezzjonijiet lil xi ħadd.

Bħall-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech u l-establishment, li qed jiġbidlu l-ispag, ma jinteressahom xejn mill-progress nazzjonali.

Minflok, jaħdmu biss minn filgħodu sa filgħaxija biex jiżvijaw il-pajjiż minn din id-direzzjoni t-tajba li qabad. Għalhekk għadhom jiġu injorati u ġustament hekk għandu jibqa’ jkun.

12.02.2023 28

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.