KullĦadd_12.03.2023

Page 1

REKORD

TURIŻMU MARITTIMU

Rapport f’paġna 9

DEĊENNJU TA’ BIDLIET POŻITTIVI

Analiżi tal-KullĦadd dwar l-iżviluppi kbar li esperjenzaw kemm pajjiżna u ġensna sa mill-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013 … mill-ekonomija u l-amministrar finanzjarju, għal-livell ta’ għajxien u d-dħul tal-familji, sal-qasam soċjali u d-drittijiet ċivili, il-qabża kienet waħda sinifikanti u bla preċedent

Qabżiet sinifikanti li twettqu wara l-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013 fissru titjib u riżultati sinifikanti, f’ħafna ċirkostanzi anke bla preċedent, li l-poplu Malti u Għawdxi gawda grazzi għallfrott li tat ħidma sfiqa u bilgħaqal ta’ Gvernijiet Laburisti, l-ewwel taħt it-tmexxija ta’

Joseph Muscat u sussegwentement taħt it-tmexxija ta’

Robert Abela minn tliet snin ilu ’l hawn, anke jekk ikkaratterizzati mill-akbar sfidi immaġinabbli.

Nhar il-Ħamis li għadda ġie mmarkat l-għaxar anniversarju mill-Elezzjoni Ġenerali tal2013 fejn il-Partit Laburista kien ingħata mandat b’saħħtu biex ibiddel b’mod pożittiv lil pajjiżna. Dan ukoll ġie ripetut, b’appoġġ dejjem akbar, f’Ġun-

ju tal-2017 u f’Marzu tas-sena li għaddiet.

Minbarra d-dħul ta’ ħafna libertajiet u kisbiet leġiżlattivi, fosthom id-drittijiet ċivili, iċ-childcare b’xejn, l-In vitro Fertilisation (IVF), rappreżentazzjoni aktar ugwali tal-ġeneri fil-Parlament u mekkaniżmi aktar trasparenti fil-ħatriet tal-ġudikatura, dawn l-aħħar għaxar snin fissru titjib qawwi fil-livell tal-għajxien u l-kwalità talħajja fuq diversi lati.

Bil-għan li nikkwantifikaw dawn il-bidliet, li ssarrfu f’titjib qawwi għaċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, il-KullĦadd analizzat l-andament ta’ għaxar indikaturi differenti.

Tkompli f’paġni 3-7

BEJN GĦOTJIET U FFRANKAR

TAT-TAXXA TA’ €11-IL MILJUN

F’XIRI TA’ DJAR F’ŻONI URBANI

57 applikazzjoni ta’ first-time buyers li ġew ipproċessati minn fost xiri ta’ 1,300 proprjetà fil-qalba tal-irħula u l-ibliet fl-2022

Ħarġa Nru 1,548 Prezz €1 Il-Ħadd,
12 ta’ Marzu, 2023
Rapport f’paġna 8 TA’
TUL L-2022

DETTALJI

EDITUR

RONALD VASSALLO

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

KIMBERLY CEFAI

email: sales@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

DISINN TAL-PAĠNI

KIMBERLY CEFAI

tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495

KUNTATT ĠENERALI

KullĦadd

email: editorial@kullhadd.com

tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

KullĦadd

One Complex, A 28B, Industial Estate

Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU

www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI

www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT

Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI

Emerġenza Covid 19 - 111

Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112

Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 18°C

L-Inqas Temperatura: 14°C

L-Indiċi UV: 6

Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa li testendi mil-Lvant tal-Ewropa saċ-ċentru tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Lvant

It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir xemxi bi ftit sħab

Ir-Riħ: Qawwi mill-Punent għall-Majjistral li jsir ftit qawwi għal qawwi mal-jum u mbagħad idur mill-Majjistral itTramuntana sa filgħaxija

Il-Viżibilità: Tajba

Il-Baħar: Qawwi

L-Imbatt: Baxx mill-Punent li jsir lokalment baxx għal moderat sa filgħaxija

It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355

San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118

De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128

Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135

San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974

Krypton Pharmacy, Triq l-Ibraġ, Tal-Ibraġ – 21370141

Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102

Smiths St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402

M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531

El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308

Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703

White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671

Anici Pharmacy, 6. Triq in-Nadur, Marsaskala – 21637300

Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723

Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422

Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, Tal-Pietà – 21244366

Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128

Għawdex

Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat – 21556170

Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486

L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

12.03.2023 02
It-Tnejn 20°C 15°C 17°C 16°C 13°C 9°C 12°C 11°C UV 5 UV 5 UV 5 UV 5 Il-Ħamis
Is-Sibt
L-Erbgħa
19°C 13°C UV 6 It-Tlieta 16°C 12°C UV 5
Il-Ġimgħa

MIT-TRASFORMAZZJONI EKONOMIKA …

Tkompli minn paġna 1

Bla dubju, l-akbar trasformazzjoni li seħħet fis-soċjetà tagħna – u li prattikament kollox jorbot magħha – kienet dik ekonomika. Fil-fatt, il-Prodott Gross Domestiku (PGD), li fl-2012 kien ilaħħaq is-€7.365 biljun, issa aktar milli rdoppja biex sas-sena li għaddiet laħħaq is-somma rekord ta’ €16.870 biljun. Dan ifisser tkabbir ta’ €9.5 biljun fuq medda ta’ għaxar snin, minkejja xokkijiet internazzjonali bla preċedent, bħalma kienet il-pandemija tal-COVID-19.

B’kuntrast, fl-għaxar snin ta’ qabel l-2012, il-PGD ta’ Malta kien kiber bi €2.6 biljun biss jew kważi erba’ darbiet inqas mill-perjodu bejn l-2012 u l-2022.

Tlabna r-reazzjoni tal-Professur Philip von Brockdorff, Deputat Dekan fil-Fakultà tal-Ekonomija, il-Maniġment u l-Accountancy fl-Università ta’ Malta, f’dan ir-rigward, u staqsejnieh kif jiddeskrivi b’mod ġenerali s-sitwazzjoni.

“L-aħħar għaxar snin kienu kkaratterizzati minn tkabbir ekonomiku bla preċedent li wassal biex il-Prodott Gross Domestiku f ’pajjiżna jirdoppja fl-isfond ta’ investiment, ħolqien ta’ xogħol u konsum f ’livelli rekord. Dan kollu wassal għal dħul akbar għan-negozji u l-ħaddiema,” tenna l-Professur, waqt li spjega li “fuq kollox dan it-tkabbir kien neċessarju biex isostni spiża pubblika dejjem tikber fissaħħa, l-edukazzjoni u servizzi soċjali. Mingħajr dan it-tkabbir ekonomiku ma kienx ikun possibbli għall-Gvern li jonora wkoll ftehimiet kollettivi fisServizz Pubbliku u entitajiet statali, inklużi l-Università ta’ Malta u l-MCAST.”

Hu kkonkluda jgħid li “dan it-tkabbir kien possibbli biss permezz ta’ mudell ibbażat fuq setturi li jrendu għal min jinvesti fihom, iżda, kif jiġri f ’kull ekonomija, wasal iż-żmien biex nirrevedu dan ilmudell għal wieħed aktar sostenibbli fejn parti sostanzjali millinvestiment għandha tmur biex insaħħu

l-ambjent u ninvestu aktar fil-qasam diġitali u setturi oħrajn innovattivi. Fuq dan għandha tkun ibbażata l-istrateġija ekonomika għal pajjiżna fix-xhur u s-snin li ġejjin.”

Fil-fatt, mill-analiżi ta’ din il-gazzetta jirriżulta li l-espansjoni ekonomika fl-aħħar għaxar snin wasslet għal tkattir bla preċedent fl-impjiegi

L-aħħar għaxar snin kienu kkaratterizzati minn tkabbir ekonomiku bla preċedent li wassal biex il-Prodott Gross Domestiku f’pajjiżna jirdoppja fl-isfond ta’ investiment, ħolqien ta’ xogħol u konsum f’livelli rekord. Dan kollu wassal għal dħul akbar għan-negozji u l-ħaddiema

f’pajjiżna. Minn sitwazzjoni ta’ 7,350 jirreġistraw, il-qgħad illum hu seba’ darbiet inqas. F’Għawdex saħansitra n-numru ta’ dawk jirreġistraw naqas b’għaxar darbiet. Fl-aħħar għaxar snin in-numru ta’ impjiegi f’pajjiżna żdiedu b’madwar 110,000, biex għal kull tliet impjiegi li kien hemm fl-2012, illum hemm ħamsa.

Skont statistika tal-Eurostat ippubblikata nhar l-Erbgħa, Malta kellha wkoll l-akbar żieda fl-impjiegi (1.6%) fl-aħħar kwart tal-2022, meta mqabbel mal-kwart preċedenti, fost ilpajjiżi kollha membri fl-UE.

Minbarra żieda fl-impjiegi, iżda, mill-2013 lil hawn kien hemm żieda qawwija fil-paga bażika medja, tant li din issa qabżet il-€21,000, meta fl-2012 kienet inqas minn €15,500. Dan ifisser li, anke meta teskludi s-sahra u l-allowances, kien hemm titjib ta’ aktar minn €5,500 fl-aħħar għaxar snin.

il-qagħda finanzjarja tal-familji Maltin u Għawdxin marret ħafna għall-aħjar. Dan joħroġ mill-fatt li d-depożiti tal-familji tagħna mal-banek aktar milli rdoppjaw minn €7.634 biljun fl-2012 għas-somma rekord ta’ €16.353 biljun fi tmiem l-2022. Għal darb’oħra din iż-żieda kienet kważi erba’ darbiet iż-żieda li kien hemm fl-għaxar snin ta’ qabel l-2012.

B’ekonomija soda, il-finanzi tal-Gvern qabdu triq ’il fuq u, minn pajjiż magħruf bħala li l-aktar li ddaħħal fil-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv, sirna xempju tat-tmexxija tal-finanzi pubbliċi.

Minkejja għajnuna mingħajr preċedent u fost l-aktar li ngħataw matul il-pandemija u fis-sena li għaddiet minħabba l-kriżi tal-prezzijiet tal-enerġija, il-piż tad-dejn pubbliku naqas minn medja ta’ kważi 67% fl-2012 għal inqas minn 55% is-sena li għaddiet. B’hekk l-aġenziji ta’ kreditu, li lkoll kienu naqqsu r-rating internazzjonali ta’ pajjiżna qabel l-2013, flaħħar snin kellhom biss titjib fir-rating tagħna u fiduċja fit-tmexxija f’pajjiżna.

mill-assistenza soċjali, dawn issa jlaħħqu għal ftit aktar minn 5,600 jew inqas min-nofs.

Biex isostni l-ekonomija u d-diversifikazzjoni tagħha, kien hemm investimenti qawwi min-naħa tal-Gvern fil-qasam edukattiv, bir-riżultat li sas-sena li għaddiet kien hawn 112,400 persuna b’edukazzjoni terzjarja f’pajjiżna, waqt li qabel il-bidla fil-Gvern kien hemm biss madwar 50,600 persuna.

Fl-istess ħin il-persentaġġ ta’ dawk li jitilqu mill-edukazzjoni wara li jilħqu l-età obbligatorja kważi naqas bin-nofs.

Ir-riformi soċjali kbar, li seħħew wara l-2013, wasslu biex il-qagħda tan-nisa fis-soċjetà tagħna, minn waħda fost l-agħar fl-Ewropa, saret tħabbatha mal-aqwa pajjiżi. Dan joħroġ l-aktar meta wieħed jikkunsidra li l-proporzjon ta’ nisa jaħdmu llum tela’ għal 71 minn kull 100 mara, meta fl-2012 kien hemm biss 44 minn kull 100 mara f’impjieg. Minbarra hekk, waqt li qabel il-maġġoranza tal-impjiegi tan-nisa kienu fuq bażi part-time, iż-żidiet fl-aħħar snin kienu l-iżjed fuq bażi full-time.

Gvern Laburista illum qed jinvesti aktar minn €2.

Fl-aħħar nett, amministrazzjonijiet Laburisti mill-2013 ’l hawn fissru wkoll bidla għallaħjar fl-emissjonijiet. Fl-2012 il-Kummissjoni Ewropea kienet qed tbassar li t-tniġġis f’pajjiżna kien se jiżdied b’terz, iżda, minkejja t-tkabbir ekonomiku li kien hawn, dan xorta naqas bi kważi terz minn 960,921,000 tunnellata ta’ karbonju fl-2012 għal 688,163,000 tunnellata s-sena li għaddiet.

Ta’ min jinnota wkoll li l-qabża sinifikanti li għamel pajjiżna fl-aħħar għaxar snin kienet fil-mod kif pajjiżna tejjeb ir-riżultati tiegħu, anke fuq il-perspettivi ta’ istituzzjonijiet internazzjonali.

B’hekk bħala medja f’dan iżżmien ħaddiem fuq paga medja ra żieda ta’ €10 fil-ġimgħa.

Dan it-titjib fil-pagi u fl-ammont ta’ impjiegi wassal biex

Amministrazzjonijiet Laburisti għarfu l-bżonn li l-ġid jitqassam dejjem aktar ma’ kulħadd. Dan wassal għal titjib qawwi fil-benefiċċji soċjali u l-introduzzjoni ta’ programmi biex aktar nies jaħdmu, bħad-dħul talIn-Work Benefit u t-tapering tal-benefiċċji soċjali. B’hekk, waqt li fl-2012 kien hawn kważi 12,000 persuna jiddependu

F’Jum il-Mara, is-Segretarju Permanenti Ewlieni, Tony Sultana, ħabbar li n-nisa fis-Settur Pubbliku llum jgħoddu għal 55% tal-impjiegi mal-Gvern.

Biex is-suċċess ekonomiku jkun sostenibbli, Gvernijiet Laburisti biddlu d-definizzjoni ta’ spiża soċjali, li bdew iqisuha bħala investiment, tant li l-vot rikorrenti fuq saħħa, edukazzjoni, kura tal-anzjani u politika soċjali tela’ minn €1.734 biljun fl-2012 għal €3.591 biljun. Għal kull €1 li kien jintnefaq fl-2012,

Fl-2013 l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) kienu kkonkludew li “l-isfida fuq terminu medjan biex twessa’ l-kompetittività, tiddiversifika l-ekonomija u tagħti spinta t-tkabbir fuq terminu twil tidher dejjem iżjed diffiċli li tintlaħaq”. Dak iż-żmien mill-Kummissjoni Ewropea wissew fuq iż-żieda fil-faqar u l-livell baxx ta’ parteċipazzjoni tan-nisa, minbarra d-dejn pubbliku.

Mhux talli dan it-tbassir negattiv ma seħħx wara l-bidla filGvern, imma talli llum pajjiżna jinsab f’pożizzjoni kompletament opposta, l-akbar konferma li jista’ jkollok li r-riżultati li kellu pajjiżna fl-aħħar għaxar snin ma seħħewx b’kumbinazzjoni, imma kienu frott bidla ċara fid-direzzjoni, tmexxija għaqlija u ħidma kontinwa.

Tkompli f’paġni 4 u 5

12.03.2023 03
Prof. PHILIP VON BROCKDORFF
66.6% 54.9% FINANZI PUBBLIĊI Dejn pubbliku (proporzjon tal-PGD) EKONOMIJA Prodott Gross Domestiku €7,365M €16,870M 2012 2022

GĦALL-QASAM SOĊJALI, DRITTIJIET

Tkompli minn paġna 3 Xibka soċjali

Fl-aħħar għaxar snin, twettqet firxa ta’ miżuri soċjali bla preċedent, li lkoll jorbtu flimkien u jippromwovu l-kunċett ta’ ġustizzja u mobilità soċjali.

Fost l-oħrajn, tnedew miżuri biex jgħinu familji bit-tfal, li minbarra ż-żidiet fiċ-Children’s Allowance, ingħataw suppliment addizzjonali għal kull wild taħt is-16-il sena. Għal ġenituri fl-impjieg u bi tfal taħt it-23 sena nħoloq l-In-Work Benefit biex ikattar id-dħul tagħhom.

Ġew varati wkoll għotjiet għall-adozzjonijiet u meta jkun hemm wild ġdid fil-familja, waqt li żdiedu l-benefiċċji lill-familji li jiffosterjaw jew li għandhom tfal b’diżabilità.

Id-dipendenza fuq l-assistenzi soċjali mill-2013 ’l hawn niżlet għall-inqas livelli li qatt ġew irreġistrati persuni simili, b’mod speċjali bis-saħħa ta’ miżuri li jħajru u jgħinu lil dak li jkun biex jidħol fid-dinja tax-xogħol mingħajr ma jitlef ħesrem l-għajnuna li jkun qed jingħata.

Riforma oħra importanti kienet dik fl-Allowance għall-Carers, li tejbet ir-rati u wessgħet il-kriterji ta’ eliġibilità biex, anke bi skemi oħrajn ġodda għalihom, mijiet ta’ anzjani setgħu jibqgħu jieħdu l-kura fi djarhom u fl-imħabba ta’ qrabathom.

Ma’ dawn żdiedet b’qawwa l-għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet volontarji fl-oqsma soċjali, inkluż fil-qasam tad-diżabilità.

Fi sfond ta’ prosperità ekonomika li kattret eluf ta’ impjiegi ġodda u niżżlet il-qgħad nazzjonali għall-inqas livelli fl-istorja, dan l-impenn soċjali kompla jgħin biex jitkattar aktar ġid, titjieb b’mod ġenerali l-kwalità tal-ħajja u jitnaqqas il-faqar bi tnaqqis sostanzjali fil-persuni mċaħħdin materjalment u soċjalment.

Fi kliem il-Ministru attwali għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal, Michael Falzon, dawn huma riżultati ta’ Gvern b’ruħ soċjali u li dejjem kien hemm għan-nies. Fl-istess ħin ma jiddejjaq qatt isaħħaħ u jibni soċjetà li tgħin lil min jiflaħ l-inqas, filwaqt li tippremja lil dawk l-aktar beżlin.

“Dan huwa Gvern tan-nies, għan-nies, Gvern li jagħti stabbiltà u direzzjoni, li jifhem ir-realtajiet soċjali u li lest jagħmel ir-riformi meħtieġa fl-

Il-Gvern dejjem se jsib oppożizzjoni li tiddemonizza biex tagħti l-impressjoni li s-sitwazzjoni hi ħażina ħafna … irid joqgħod attent ħafna milli jkompli jissikka b’aktar korrettezza politika li ddejjaq

aqwa interess tan-nies,” saħaq

Falzon mal-KullĦadd

Mark Musù, Segretarju

Permanenti fl-istess Ministe-

ru fejn ilu jaħdem għal dawn

l-aħħar għaxar snin u iżjed, qal li f’dan is-settur din kienet xejn inqas minn “rivoluzzjoni siekta biex negħlbu l-isfidi soċjali u ntejbu il-kwalità tal-ħajja ta’ firxa wiesgħa tas-soċjetà, b’mod partikolari l-pensjonanti u l-anzjani, il-familji bit-tfal, il-persuni b’diżabilità u dawk vulnerabbli.”

Hu qalilna li l-familji u

l-pensjonanti kienu fil-qofol tal-aġenda soċjali b’żidiet sostanzjali, sena wara l-oħra, biex ikollhom dħul aktar adegwat ħalli jgħixu ħajja diċenti u, iżjed minn hekk, ħajja mimlija opportunitajiet ġodda kemm għat-tfal, għall-istudenti, għall-familji u għal dawk fissuq tax-xogħol. Dwar il-qasam soċjali u l-iżviluppi li seħħew fl-aħħar għaxar snin tkellimna wkoll ma’ Charlie Azzopardi, terapista tal-familja, li stqarr magħna li “l-bidliet li saru huma riflessi fl-oqsma kollha tal-ħajja. Dawn l-aħħar 50 sena xehdu bidla

radikali mill-modern għal post modern, jiġifieri li strutturi soċjali li kienu jmexxu l-ħajja tan-nies fl-oqsma kollha talħajja nbidlu jew aħjar waqgħu u minflokom telgħu strutturi personali bbażati mhux fuq ix-xjenzi soċjali jew fiżiċi, imma fuq opinjonijiet. Fi ftit kliem waqgħu l-istrutturi ta’ dak li kien meqjus ‘normali’ u dan biddel l-aspettattivi soċjali, is-sens ta’ tbassir u sigurtà tan-nies, eċċ. L-effett ta’ dan kollu rajnieh f’ħafna aspetti soċjali tal-ħajja ta’ kuljum, fosthom żieda fir-rati ta’ suwiċidju u żieda qawwija fir-rati tal-ansjetà, dipressjoni, eċċ. U issa jagħmel kemm jagħmel il-Gvern biex il-perspettiva tinbidel għall-aħjar dejjem se jsib oppożizzjoni tiddemonizza biex tagħti l-impressjoni li s-sitwazzjoni hi ħażina ħafna. Għalhekk, ilGvern irid joqgħod attent ħafna milli jkompli jissikka l-istituzzjonijiet kollha b’aktar korrettezza politika li ma tagħmel xejn ħlief iddejjaq aktar in-nies”.

Sigurtà u intern

L-aħħar għaxar snin kienu strumentali fejn jidħol l-immodernizzar tal-korpi dixxiplinati. L-akbar investiment sar fir-riżorsa umana, bl-ewwel inizjattiva tkun id-dritt tal-unjin lill-korpi dixxiplinati, jiġifieri lill-Pulizija, lill-Armata, lill-Uffiċjali Korrettivi u lill-Protezzjoni Ċivili.

Bi dritt ta’ unjin, għall-ewwel darba, dawn il-korpi nnegozjaw huma stess l-ewwel ftehimiet

saret f’dan il-qasam, fejn stħarriġ tal-Ewrobarometru kkonferma l-akbar fiduċja fil-Korp tal-Pulizija u fil-Forzi Armati ta’ Malta. Dan kien ikkonfermat ukoll fi stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO). Rapporti indipendenti wkoll urew kif il-kriminalità f’pajjiżna baqgħet tonqos b’mod konsistenti matul l-aħħar għaxar snin, anke jekk il-popolazzjoni kibret sew minn dak iż-żmien ’l hawn.

kollettivi tagħhom u li permezz tagħhom ingħataw ħlas aħjar, flimkien ma’ drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol xierqa.

F’dawn is-snin kollha saret l-akbar nefqa kapitali fl-oqsma tas-sigurtà, hekk kif meta mqabbel mal-2012 din telgħet minn €6.1 miljun għal investiment ta’ kważi €30 miljun is-sena li għaddiet. Dan se jissokta matul din is-sena.

Ma’ kull investiment kapitali fis-settur tas-sigurtà, il-Gvern ra kif, minbarra salarji adegwati, il-ħaddiema jkollhom ukoll l-aqwa għodda moderna u li tkun sigura biex tintuża minnhom.

Permezz ta’ dan l-investiment kapitali, il-Gvern imbarka fuq diversi inizjattivi.

Fost dawn, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, minn wieħed tas-second hand, ġie mgħammar bl-aqwa tagħmir li qatt kellu. L-istess il-Korp talPulizija fejn, fost oħrajn, kien hemm it-twaqqif tal-Uffiċjali tal-Komunità. Dan is-servizz issa hu mifrux sew madwar Malta u Għawdex u se jkun estiż mal-pajjiż kollu b’mod gradwali fix-xhur li ġejjin. Sar ukoll l-akbar investiment fl-istorja tal-Forzi Armati Maltin, anke bil-wasla tal-lanċa P71, li hi mgħammra bl-aħħar teknoloġija u skont in-neċessitajiet ta’ pajjiżna.

Ma’ dan, il-ħidma fis-setturi tas-sigurtà ssoktat ukoll fl-oqsma ta’ riabilitazzjoni. Illum għandna ħabs iżjed sigur u ħieles mid-droga, f’sistemi li jipprovdu l-ordni u li fuqhom jistgħu jinbnew iżjed programmi ta’ riabilitazzjoni.

L-istatistiċi fl-aħħar snin u xhur ikkonfermaw il-ħidma li

Mitlub jikkummenta f’dan ir-rigward, Josef Bugeja, Segretarju Ġenerali tal-General Workers’ Union (GWU), l-akbar trejdjunjin f’pajjiżna, qalilna li “l-ħidma fis-settur kienet waħda kontinwa u, filwaqt li nista’ nsemmi investimenti fl-infrastruttura, apparat u uniformijiet li minnhom gawdew il-ħaddiema, irrid nislet żewġ affarijiet li fl-aħħar għaxar snin taw spinta lill-ħaddiema li jaħdmu f’korpi dixxiplinati – id-dritt ta’ sħubija f’unjin għall-ħaddiema bl-uniformi u, aktar riċenti, il-ftehimiet kollettivi ġodda li taw drittijiet u pagi aħjar lill-Pulizija, l-Uffiċjali Korrettivi, dawk tal-Protezzjoni Ċivili, tal-Forzi Armati u l-Uffiċjali tal-Komunità.”

Drittijiet ċivili u ugwaljanza

F’dawn l-aħħar għaxar snin, Malta għamlet progress kbir fil-qasam tad-drittijiet ċivili. Sa mill-ewwel ġranet tiegħu filGvern, il-Partit Laburista wera li hu l-akbar forza progressiva lokali. Sa mill-2013, daħlu fisseħħ diversi riformi li llum wasslu biex qed ngħixu f’soċjetà aktar ġusta.

Waħda mill-ewwel liġijiet relatati li ppreżenta Gvern La-

Ewropew HELENA DALLI

Daħħalna miżuri biex kull mara jkollha ċ-ċans tikseb l-indipendenza

finanzjarja tagħha u kull persuna tkun tista’ tibni familja irrispettivament lil min tħobb

12.03.2023 04 …
Kummissarju
ASSI TAL-FAMILJI Depożiti mal-banek QLIGĦ TAL-FAMILJA Paga Bażika Medja €15,471 €21,156 2012 2022 €7.634 biljun €16.353 biljun
Terapista tal-Familja CHARLIE AZZOPARDI

ĊIVILI, IS-SIGURTÀ NAZZJONALI …

burista fl-2014 kienet meta ġie introdott l-Att dwar l-Unjonijiet Ċivili, li rrikonoxxa lill-koppji tal-istess sess bħala msieħba u tahom drittijiet u obbligi legali ugwali bħal koppji miżżewġin. Il-pass li jmiss sar fl-2015 meta għadda l-Att dwar l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi

jagħtu lill-forzi tal-ordni aktar għodda biex jinvestigaw każi bħal dawn.

Fl-2017, Malta introduċiet iżżwieġ indaqs, u tat lill-koppji LGBTIQ ugwaljanza sħiħa fiżżwieġ, biex b’hekk saret waħda mill-ewwel pajjiżi fid-dinja li għamlet dan permezz ta’ vot Parlamentari. Fl-istess sena, il-Gvern introduċa emendi għall-kodiċi ċivili, li ppermettew li persuni transġeneri jibdlu s-sess tagħhom fuq dokumenti uffiċjali mingħajr ma jeħtieġu intervent mediku jew psikoloġiku.

€1.734 biljun €3.591 biljun

tas-Sess, li pprovda rikonoxximent legali u protezzjoni lill-individwi transġeneri u intersesswali.

Minn dakinhar, Malta kompliet timplimenta liġijiet u politika progressiva, inklużi l-introduzzjoni ta’ liġi li tikkriminalizza reati u d-diskors ta’ mibegħda, il-provvediment ta’ protezzjoni għall-vittmi ta’ vjolenza abbażi tal-orjentazzjoni sesswali u r-rikonoxximent ta’ individwi non-binary.

Fl-2016 kompliet tinkiteb l-istorja meta Malta saret l-ewwel pajjiż Ewropew li pprojbixxa prattiċi ta’ konverżjoni, prattiċi li jagħmlu biss ħsara mmirata biex tbiddel l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru ta’ persuna. Din illiġi se tkompli tissaħħaħ hekk kif bħalissa quddiem il-Parlament hemm abbozz ta’ liġi li jipprovdi emendi legali li

L-impenn ta’ Malta biex tavvanza fid-drittijiet u l-protezzjonijiet għall-persuni LGBTI baqgħet tkun evidenti. Għal dawn l-aħħar seba’ snin, pajjiżna kklassifika l-ewwel post fir-Rainbow Index, hekk kif b’mod konsistenti wera impenn qawwi biex jippromwovi l-ugwaljanza u l-inklużjoni għaċ-ċittadini kollha tagħha.

Il-familja minn dejjem kienet fiċ-ċentru tal-politika Laburista u dan hu evidenti fid-diversi miżuri li daħlu fis-seħħ biex naraw li kulħadd igawdi middritt li jkollu familja. Fil-fatt, waħda mil-liġijiet li Gvern Laburista ra li tissaħħaħ hi l-Liġi tal-IVF, li tagħti opportunitajiet lil mijiet ta’ koppji jsiru ġenituri għall-ewwel darba.

Gvern Laburista ra li dan isservizz jissaħħaħ billi ġew indirizzati realtajiet li kienu qed jeskludu individwi milli jagħmlu użu minn dan is-servizz. Fil-fatt, kif kien ġie mwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista, fil-mitt jum minn mindu bdiet leġiżlatura ġdida taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, il-Parlament ivvota għal emendi għal liġi iż-

jed b’saħħitha tal-IVF. Waħda mill-akbar riformi li Gvern Laburista mexxa ’l quddiem b’kuraġġ kienet l-introduzzjoni tal-Att dwar l-Użu Responsabbli tal-Kannabis fl2021. F’soċjetà moderna, mhux aċċettabbli li persuni li jagħmlu użu personali mill-kannabis jiġu ppersegwitati u kkundannati l-ħabs. Għaldaqstant, b’din ir-riforma l-Gvern mexa għal politika aktar umana, ibbażata fuq it-tnaqqis tal-ħsara.

Il-vjolenza domestika, li hi pjaga globali, sfortunatament taffettwa wkoll lil pajjiżna u Gvern Laburista minn dejjem wera kemm kien proattiv u dan qed ikun rifless f’liġijiet u miżuri li ġew introdotti f’dawn l-aħħar għaxar snin.

Is-sena li għaddiet il-Gvern implimenta l-Istrateġija Nazzjonali tal-Mainstreaming talĠeneru (GEMSAP), l-ewwel tax-xorta tagħha, li se tgħin biex il-liġijiet ta’ pajjiżna jiġu emendati u titneħħa kull diskriminazzjoni li jista’ jkun hemm, b’mod partikolari fuq in-nisa. Ma’ dan, bħalissa filParlament hemm abbozz ta’ liġi li qed jipproponi sistema fejn persuni li qegħdin f’relazzjoni intima jkunu jistgħu jiċċekkjaw jekk il-parti l-oħra qattx kienet instabet ħatja ta’ vjolenza domestika. Waqt li l-privatezza ta’ kull individwu kienet u se tibqa’ tkun protetta, qed tiġi offruta għodda importanti biex jiġi eliminat kemm jista’ jkun kull riskju li persuna tisfa vittma ta’ vjolenza.

Hu fatt li nofs il-popolazzjoni tad-dinja hi magħmula min-ni-

sa u għalhekk dan għandu jkun rifless fl-ogħla istituzzjonijiet ta’ pajjiżna. Fl-Elezzjoni Ġenerali 2022, għall-ewwel darba fl-istorja, Malta għamlet użu minn mekkaniżmu korrettiv biex illum għandna l-akbar rappreżentanza femminili filParlament.

Dan kollu f’għaxar snin wassal biex mill-aktar pajjiż konservattiv li jgħożż l-istatus quo nbidel għal wieħed li kuljum jixpruna ’l quddiem riformi kuraġġużi u bżonjużi biex tassew insiru art tal-opportunitajiet. Dan hu Gvern li se jkompli joffri t-tama u s-soluzzjonijiet b’miżuri soċjalisti għal soċjetà aktar ugwali u inklussiva.

Tlabna l-fehma tal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli dwar l-iżviluppi mill-2013 f’dan ir-rigward. Dr Dalli, li wkoll kienet il-perċimes fl-ewwel Gvern Laburista biex tinbidel ta’ taħt fuq il-mentalità f’Malta, qaltilna li “fl-aħħar għaxar snin il-Gvern Laburista wettaq rivoluzzjoni fejn jidħlu d-drittijiet ċivili u l-ugwaljanza. Daħħalna miżuri biex kull mara jkollha ċ-ċans tikseb l-indipendenza finanzjarja tagħha u biex kull persuna tkun tista’ tibni familja irrispettivament lil min tħobb. Kissirna preġudizzji li għal snin twal ċaħħdu lil ħafna persuni milli jiċċelebraw l-identità vera tagħhom, u minflok ħbejna lill-minoranzi, tajniehom l-ispazju biex iwasslu l-aspirazzjonijiet tagħhom, għax nemmnu li kull persuna għandha jkollha ċ-ċans tilħaq il-potenzjal kollu tagħha. Fuq kollox, wasalna s’hawn għax

Żewġ affarijiet li fl-aħħar għaxar snin taw l-akbar spinta lill-ħaddiema membri ta’ korpi dixxiplinati kienu bla dubju d-dritt ta’ sħubija f’unjin u l-ftehimiet kollettivi ġodda li tawhom drittijiet u pagi aħjar

għamilna dan kollu b’konvinzjoni.”

Saħħa

F’dan l-aħħar deċennju, saret ħidma minn kull aspett biex anke fl-eqqel ta’ pandemija, baqgħu jiżdiedu s-servizzi tassaħħa, jingħataw b’aktar effiċjenza u qrib iċ-ċittadin, filwaqt li jiddaħħlu strateġiji nazzjonali u liġijiet li jindirizzaw ir-realtajiet tan-nies.

Is-sena 2020 rat il-bidu talpandemija tal-COVID-19 f’Malta u minn qabel feġġ l-ewwel każ fostna, l-Isptar Mater Dei kien diġà mħejji sew biex jilqa’ għall-isfidi li seta’ ġab miegħu dan il-virus. Mill-ewwel żdiedu erba’ ITUs, biex is-sodod għal nies f’qagħda kritika rdoppjaw għal 40. L-isptar identifika numru ta’ swali oħrajn f’każ ta’ bżonn ta’ aktar sodod, u xtara diversi apparat, bħall-ventilaturi. L-ilbies protettiv lill-ħaddiema wkoll ingħata prijorità, biex jiġi assigurat li l-professjonisti jaħdmu b’mod sigur.

L-impenn tal-Gvern biex jipproteġi lill-poplu ġie estiż ukoll għal barra minn xtutna u wassal biex kien possibbli li pajjiżna jkollu aċċess ugwali għallvaċċin daqs il-pajjiżi l-kbar Ewropej.

B’kampanji kontinwi ta’ għarfien, b’aċċesibilità kbira għallprogramm ta’ vaċċinazzjoni u bil-kollaborazzjoni tal-pubbliku, iċ-ċittadini Maltin kienu fost l-iżjed koperti mill-imxija fid-dinja.

12.03.2023 05
Tkompli f’paġni 6 u 7
Segretarju Ġenerali GWU, JOSEF BUGEJA
SOĊJALI Vot rikorrenti fuq saħħa, edukazzjoni, anzjani u politika soċjali FAQAR Persuni dipendenti fuq l-assistenza soċjali 11,965 5,627 2012 2022
INVESTIMENT

SAS-SAĦĦA, L-AKKOMODAZZJONI

li jkollhom bżonn l-interventi rispettivi.

It-tilqim f’pajjiżna tant kien suċċess, li sa Awwissu tal2021, 90% tal-popolazzjoni ta’ ’l fuq minn 12-il sena, kienu mlaqqmin għalkollox u l-programm nazzjonali ġie mfaħħar mill-Kummissjoni Ewropea u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), li ddeskrivietna bħala “champions”.

Stħarriġ li sar mill-WHO u miċ-Ċentru Ewropew għallMard stabilixxa kif grazzi għallprogramm ta’ tilqim ta’ Malta, ġiet salvata l-ħajja ta’ aktar minn 800 Malti. Sal-lum, Malta tat aktar minn 1.4 miljun doża tal-vaċċin kontra l-Coronavirus.

Sadanittant, b’investiment infrastrutturali qawwi, matul l-aħħar għaxar snin iċ-ċittadini raw iċ-ċentri tas-saħħa u l-kliniċi fil-komunità jiġu rinnovati filwaqt li nfetħu għexieren ġodda. Dan filwaqt li żdiedu s-servizzi fl-istess kliniċi biex jissaħħaħ il-kunċett ta’ aktar servizzi tas-saħħa aċċessibbli viċin id-dar tal-pazjent.

Bl-istess mod li tingħata attenzjoni liċ-ċittadin fil-komunità, baqa’ jsir l-investiment fl-isptar ewlieni Malti. Fl-Isptar Mater Dei sar investiment kbir f’apparat ġdid f’diversi dipartimenti, fosthom fid-Dipartiment tal-kardjoloġija, tal-medical imaging, tal-ġinekoloġija u tal-laparoskopija. Dan l-apparat mhux biss jgħin lill-professjonisti jagħmlu xogħolhom b’iżjed effiċjenża, iżda joffri wkoll iżjed kumdità lill-pazjenti

Fl-istess sptar infetħu wkoll numru ta’ swali ġodda speċjalizzati u ttieħdu diversi inizjattivi biex isiru aktar operazzjonijiet hekk kif id-domanda baqgħet dejjem tikber.

Bl-istess impenn u ħeġġa, baqgħu jiżdiedu il-kundizzjonijiet tas-saħħa li huma intitolati għall-mediċini bla ħlas u kif ukoll l-ammont ta’ mediċini fuq il-formularju talGvern, fosthom għaddijabete, l-HIV, l-HPV, għat-traqqiq tad-demm u għall-kanċer. B’hekk eluf akbar ta’ persuni qed jiffrankaw mijiet ta’ ewro fix-xahar. Dan minbarra l-introduzzjoni tas-servizz tal-IVF b’xejn li f’din il-leġiżlatura ġie estiż ħalli iżjed persuni jingħataw l-opportunità li jsiru ġenituri.

Filwaqt li baqgħet tingħata importanza lis-saħħa fiżika, ma naqset xejn l-importanza favur is-saħħa mentali anke permezz tat-tnedija tal-politika nazzjonali għal dan il-qasam.

Fil-qasam tas-saħħa mhux biss issoktaw ix-xogħlijiet infrastrutturali u ta’ rinnovar fl-Isptar Monte Karmeli, imma ġew introdotti servizzi ġodda bħal dak tal-Crisis Resolution Home Treatment, b’għajnuna fid-dar stess meta persuna tkun fi kriżi, u l-helpline 1579 li taħdem fuq bażi 24/7. Dan filwaqt li saru arranġamenti għar-rilokazzjoni ta’ għexieren ta’ pazjenti, li kienu ilhom snin jgħixu fl-Isptar Monte Karmeli,

f’akkomodazzjonijiet fil-komunità bis-superviżjoni u bl-attenzjoni medika neċessarja. Issokta wkoll ix-xogħol biex jiġu ingaġġati aktar professjonisti u jissaħħu l-karrieri ta’ dawk eżistenti, bi ftehimiet kollettivi ġodda li jtejbu l-pagi u l-kundizzjonijiet.

Riforma oħra li saret fis-settur kienet dik tal-kirjiet protetti fejn il-Gvern mhux biss qed jassigura ġustizzja mas-sidien u s-serħan tal-moħħ lill-inkwilini, imma b’dan l-intervent ġew salvati madwar 10,000 familja.

Very high vaccination coverage … Malta is a champion, also if you look per capita the number of donations.

I think Malta had done an outstanding job, balancing between protecting people’s health and the economy

Akkomodazzjoni soċjali

F’dawn l-aħħar snin irid jiġi rrimarkat kif beda l-akbar proġett ta’ bini ta’ akkomodazzjoni soċjali fl-istorja li jinvolvi l-bini ta’ total ta’ 1,700 unit ġdid, b’erba’ siti li diġà daħlu n-nies fihom. Dan filwaqt li miexi ġmielu l-programm ta’ riġenerazzjoni tal-blokok kollha ta’ akkomodazzjoni soċjali.

Ta’ nota wkoll hu bla dubju, kif partikolarment fl-aħħar sitt snin, twettqu diversi riformi kruċjali fis-settur talkera. L-ewwel waħda kienet dik li rregolat is-suq tal-kirjiet residenzjali privati biex illum, f’Malta u f’Għawdex mhux biss għandna suq aktar stabbli, iżda wkoll wieħed ġust.

Ġew introdotti wkoll diversi skemi ta’ għajnuna li huma intiżi li jgħinu biex aktar persuni jsiru sidien ta’ darhom għall-ewwel darba, filwaqt li twaqqfet il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli bi sħab bejn ilGvern u l-Arċidjoċesi ta’ Malta biex jissaħħu s-soluzzjonijiet ta’ akkomodazzjoni adekwati u affordabbli. Inħoloq anke l-benefiċċju talkera biex dawk li jkunu qed jikru jkunu jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna biex ħadd ma jħallas aktar minn kemm jiflaħ. Sadanittant, ġew introdotti wkoll diversi skemi ta’ għajnuna li huma intiżi li jgħinu biex aktar persuni jsiru sidien ta’ darhom għall-ewwel darba u l-Gvern għamel tajjeb bħala garanti għalihom, inkluż f’każi fejn il-banek kummerċjali qatt ma kienu se jallokaw self personali.

Ġustizzja

F’dawn l-aħħar għaxar snin is-settur tal-ġustizzja għadda minn żviluppi u minn tibdil bla preċedent – kemm fuq livell istituzzjonali kif wkoll fuq livell ta’ servizzi u drittijiet mogħtija liċ-ċittadin.

Ir-riforma ħolistika u kontinwa tas-sistema ġudizzjarja li ssoktat sa mill-2013, ħalliet frott li minnu beda jgawdi kull wieħed u waħda minna. Fi żmien relattivament qasir il-Ministeru għall-Ġustizzja rnexxielu jniedi u jimplimenta għadd kbir ta’ riformi li jilħqu standards Ewropej u li ġew imfaħħrin u rikonoxxuti fuq livell Ewropew.

Fost l-oħrajn, rajna tibdil storiku jseħħ fil-mod ta’ kif jinħatru l-membri tal-ġudikatura fejn tneħħa kull forma ta’ ndħil politiku. Esperjenzajna żieda kontinwa fl-għadd ta’ ġudikanti li wassal għall-akbar numru fl-istorja, flimkien ma’ sensiela ta’ riformi leġiżlattivi li jqassru l-proċess ġudizzjarju – riformi kuraġġużi li gvernijiet preċedenti qatt ma proponew, wisq inqas wettqu.

Minbarra hekk, pajjiżna ra wkoll il-ħolqien ta’ proċessi alternattivi ta’ kif wiehed jirrisolvi l-kwistjonijiet tiegħu, permezz tal-promozzjoni tal-medjazzjoni u l-arbitraġġi.

Saru riformi sħaħ fl-aċċess

li jingħata għall-għajnuna legali b’xejn kif ukoll fl-aċċessi għas-servizzi tal-Qrati tramite sistemi online u diġitali, waqt li tnediet l-ewwel strateġija diġitali fil-qasam tal-ġustizzja.

Riforma storika oħra kienet dik tal-qasma netta bejn l-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, bħala l-konsuent legali u ewlieni talGvern, u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku. Biex il-kriminalità organizzata ma titħalliex tirrenja u topera b’assi kriminali, din l-amministrazzjoni ħasbet għall-ħolqien tal-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi. Gvernijiet Laburisti, imma, ħasbu wkoll li jissalvagwardjaw l-interessi tad-difiża u tal-vittmi biex il-ġustizzja li tingħata tkun waħda integra u bla preġudizzju lejn ħadd. Mitluba tikkummenta dwar rigward dan, l-Avukata Veronique Dalli qalet lill-KullĦadd li l-Gvern Malti wettaq numru ta’ bidliet fis-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż li jirriflettu l-impenn biex tissaħħaħ l-effiċjenza, it-trasparenza u l-ġustizzja tas-sistema.

“Waħda mill-aktar bidliet notevoli hi t-twaqqif tas-sistema eCourts, database diġitali li tipprovdi lill-avukati aċċess spedit għall-files tal-kawżi u informazzjoni pertinenti oħra mill-kompjuter jew mobile personali tagħhom. Tali qalba għandha l-intiża li eventwalment l-inkartament sħiħ tal-kawżi kollha jsir disponibbli online. Minbarra hekk, is-sistema tal-eCourts hi parzjalment disponibbli għall-pubbliku inġenerali bl-eID, u dan iżid it-trasparenza u jippromwovi aċċess pubbliku u apert għas-sistema legali tagħna,” saħqet Dr Dalli.

Hi kompliet tinnota li l-Gvern ukoll indirizza l-kwistjoni taddewmien fil-proċess tal-appelli quddiem il-Qrati Superjuri.

12.03.2023 06 44% 71% QAGĦDA
IMPJIEGI Persuni jaħdmu 173,330 283,000 2012 2022
TAN-NISA Rata ta’ nisa jaħdmu
Direttur Reġjonali, Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), HANS KLUGE Tkompli minn paġna 5

SOĊJALI, IT-TAGĦLIM U T-TURIŻMU

lill-industrija tal-ospitalità f’dan iż-żmien kruċjali, partikolarment bil-Wage Supplement, issarrfet f’reżiljenza u rkupru b’saħħtu fi ftit żmien.

Is-sena li għaddiet ġew f’Malta 2.3 miljun turist, ammont li kien ferm ogħla mill-miri li kellha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), li inizjalment kienet qed tipprova tattira f’artna madwar 1.8 miljun vjaġġatur barrani. Bir-riżultati miksubin fi tmiem is-sena li għaddiet, l-ammont ta’ turisti laħaq it-83% tas-sena rekord tal-2019.

L-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali

fl-istorja ta’ pajjiżna qed jara l-bini ta’

1,700 unit ġdid, b’erba’ siti li diġà huma okkupati, waqt li miexja r-riġenerazzjoni

tal-blokok diġà eżistenti

Bil-liġi l-ġdida, il-Qorti tal-Appell għandha s-setgħa li tagħti sentenza mingħajr il-ħtieġa ta’ smigħ, sakemm is-smigħ ma jintalabx minn xi wieħed millpartijiet. “Dan naqqas b’mod sinifikanti l-ħinijiet ta’ stennija minn ħames snin għal inqas minn sena.”

“Bidla oħra importanti kienet iż-żieda fin-numru ta’ mħallfin u maġistrati, kif ukoll it-twaqqif ta’ tliet awli ġodda, li wkoll għen biex jitnaqqas il-backlog tal-kawżi u tittejjeb l-effiċjenza ġenerali tal-qrati.

L-età tal-irtirar tal-imħallfin u l-maġistrati żdiedet ukoll għal 68 (fid-diskrezzjoni tagħhom), u dan ikompli jgħin għal dan il-għan,” enfasizzat Dr Dalli, waqt li rreferiet għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, kif separat u distint mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, ukoll jippromwovi aktar imparzjalità fis-sistema legali.

“L-Avukat tal-Istat issa hu l-konsulent ewlieni għall-Gvern u hu responsabbli biex jirrappreżenta

lill-Istat fi proċedimenti ċivili, filwaqt li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali llum limitat għall-prosekuzzjonijiet kriminali. Dan jiżgura

l-indipendenza bejn iż-żewġ uffiċini mingħajr riskju ta’ kunflitt ta’ interess.”

rjenza.

Fl-aħħar nett, Dr Dalli qalet li “ma’ dawn il-bidliet kollha, hemm antiċipata riforma importanti oħra fir-rigward tal-kumpilazzjonijiet kriminali … riforma li għandha l-għan li tintroduċi limiti ta’ żmien għall-preżentata ta’ provi u xhieda, b’limitu massimu ta’ sena għall-ġbir tal-provi kollha. Il-proposti jissuġġerixxu wkoll l-eliminazzjoni tas-sistema tar-rinviji, jiġifieri s-sistema fejn wara kull seduta l-Qorti tibgħat l-atti tal-każ lill-Avukat Ġenerali, li jkollha żmien biex tiddeċiedi kif ħa tipproċedi.”

Turiżmu

Fl-aħħar deċennju, Gvernijiet Laburisti komplew jagħrfu l-importanza tat-turiżmu, meqjus bħala l-pulmun u pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija, li sa mis-snin postkolonjali kien sors ta’ għajxien għal eluf ta’ Maltin u Għawdxin, tant li baqgħu jkabbruh, iġedduh u jsaħħuh.

2012 2022

50,600 112,400

Hi rrimarkat li ġie stabbilit il-Kumitat għall-Ħatra tal-Ġudikatura li tejjeb it-trasparenza tal-proċess relatat u assigura li l-ħatriet ikunu bbażati fuq meritokrazija, kwalifiki u espe-

Jirriżulta li kien hemm numru ta’ swieq fejn l-ammont ta’ turisti diġà qabeż l-ammont ta’ qabel il-pandemija. Dawn jinkludu l-Awstrija, Franza, l-Italja u l-Polonja, waqt li s-suq Olandiż kważi ġie lura għal dak li kien tliet snin qabel. Analiżi ta’ kemm dawn ħallew flus fl-ekonomija lokali fl-2022, toħroġ li n-nefqa totali qabżet iż-€2 biljun, li wkoll tfisser rata ta’ rkupru ta’ 91% tal-aqwa livell ta’ dħul li ġie osservat qabel il-pandemija.

“L-industrija tat-turiżmu għandha futur sabiħ quddiemha u l-Gvern għandu l-enerġija biex ikompli jtejjeb il-prodott turistiku billi jirriġenera ż-żoni turistiċi, iżid ir-reklamar barra minn xtutna u jtejjeb l-konnettività bl-ajru minn u lejn Malta,” qal il-Ministru responsabbli Clayton Bartolo, waqt li saħaq li “dan l-ottimiżmu jimliena b’kuraġġ biex naslu għall-mira ewlenija li nagħmlu lil Malta ċentru ta’ eċċellenza turistika fil-Mediterran.”

Edukazzjoni

Fl-aħħar għaxar snin, is-settur edukattiv ra qabża bla preċedent fl-investiment kull sena. Investiment li minnu qed jibbenefikaw l-istudenti u l-edukaturi. Bħalissa għaddejjin ukoll id-diskussjonijiet għal ftehim settorjali ġdid.

għal tfal vulnerabbli kif ukoll għal dawk l-istudenti flapprendistat.

Sadanittant, sar u għadu għaddej l-investiment biex tissaħħaħ is-sistema tal-IT fis-settur, waqt li komplew jitqassmu tablets lill-istudenti, miżura oħra rivoluzzjonarja li introduċa Gvern Laburista, u żdiedu l-inċentivi ħalli l-istudenti jkomplu bl-istudji tagħhom anke wara s-snin taledukazzjoni obbligatorja.

Ħidma f’dan ir-rigward se tibqa’ għaddejja wkoll biex kemm l-istudent kif ukoll l-edukatur jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika Laburista.

Kif għamel fl-aħħar snin li għaddew, il-Gvern Laburista se jkompli jieħu deċiżjonijiet importanti biex ikollna arja aktar nadifa, biex nirriċiklaw aktar skart, biex inħarsu l-ambjent naturali, filwaqt li jkollna ħafna aktar spazji miftuħa.

L-akbar bidla ambjentali mill-2013 lil hawn kienet ittmiem tal-power stations li jniġġsu l-arja bil-heavy fuel oil, speċjalment fin-Nofsinhar talpajjiż. Minflok għandna sorsi ta’ enerġija aktar sostenibbli u nodfa. Issa jmiss il-pjan ta’ Project Green għal aktar spazji ħodor miftuħa f’kull lokalità, b’investiment ta’ €700 miljun fuq seba’ snin.

It-tnaqqis fl-emissjonijiet hu mira importanti għal futur sostenibbli u b’hekk qed isir investiment kbir, tant li l-mira tal-2030 stabbilita mill-UE diġà nqabżet minn Malta. Din il-ħidma qed tissaħħaħ bi skemi għad-djar u għan-negozji biex jinvestu fl-enerġija rinnovabbli u jsaħħu l-effiċjenza.

2012 2022

960,921,000 tunnellata 688,163,000 tunnellata

Ambjent

Anke f’dan ir-rigward, il-Partit Laburista fil-Gvern wettaq proġetti ambjentali kbar li qed jagħmlu differenza pożittiva fil-ħajja tan-nies u se jkomplu jagħmlu dan fis-snin li ġejjin.

Il-Ministeru għall-Ambjent għaddej ukoll b’investiment bla preċedent fl-immaniġġjar tal-iskart fejn beda jitwettaq il-pjan nazzjonali għall-iskart, fost oħrajn, bix-xogħol fuq il-kumpless ta’ €500 miljun, EcoHive, biex l-iskart nibdluh f’riżorsa. Minbarra hekk, seba’ snin ilu twaqqfet l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) fejn żdiedu sew ir-riżorsi għall-ħarsien ambjentali.

Fost oħrajn, xhieda ta’ dan hi ż-żieda annwali fil-wasliet turistiċi lejn il-Gżejjer Maltin fejn laħqet il-qofol tagħha fl2019 meta dakinhar żaruna 2.8 miljun turist.

Mingħajr ebda dubju l-imxija tal-pandemija talCOVID-19 kienet l-akbar sfida

ta’ kull żmien għad-dinja tal-ivvjaġġar. Minkejja l-inċertezza

li ġab dan iż-żmien, l-għaqal tal-Gvern li jinċentiva u jgħin

Is-settur baqa’ jimxi u jaġġorna l-istrateġiji li fuqhom hi msejsa s-sistema edukattiva li tkopri l-etajiet kollha tal-istudenti. Investiment massiv ukoll fl-infrastruttura li rat il-bini ta’ skejjel ġodda, immodernizzar u tkabbir ta’ oħrajn, investiment f’laboratorji għas-suġġetti VET. Investiment li jibqa’ għaddej, bi proġetti kurrenti li jlaħħqu l-€136 miljun.

Għaxar snin ta’ titjib ukoll seħħew b’żidiet fl-istipendji, grants u scholarships għall-istudenti, apparti t-tisħiħ ta’ servizzi b’xejn ta’ childcare, trasport għall-istudenti, eżamijiet tal-MATSEC, titjib fi Skema 9

Numru ta’ bidliet fis-sistema ġudizzjarja li jirriflettu l-impenn

qawwi tal-Gvern li

jsaħħaħ l-effiċjenza, it-trasparenza u l-ġustizzja Avukata, Dr VERONIQUE DALLI

12.03.2023 07 EDUKAZZJONI Persuni b’livell ta’ edukazzjoni
terzjarja AMBJENT Tniġġis

Biex jippriserva l-qalba tal-ibliet u l-irħula, il-Gvern qed joffri l-akbar għajnuna lil min jinvesti f’residenzi f’żoni ta’ konservazzjoni urbana

€11-IL MILJUN F’GĦOTJIET U

FI

FFRANKAR TA’ TAXXI F’XIRI

TA’ DJAR F’ŻONI URBANI

Aktar minn 1,300 proprjetà fil-qalba tal-irħula u l-ibliet inxtraw matul l-2022 … fosthom kien hemm 57 applikazzjoni ta’ first-time buyers li ġew ipproċessati

Total ta’ 1,319-il xerrej applikaw mal-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol salaħħar tal-2022 biex igawdu mill-iskemi ta’ għajnuna offruti mill-Gvern fil-kisba ta’ residenza privata li tkun f’Żona ta’ Konservazzjoni Urbana (UCA), bini mibni għal iżjed minn 20 sena u jkun ġie abbandunat għal iżjed minn seba’ snin u proprjetà ġdida mibnija fl-istess żoni skont il-kriterji approvati mill-awtorità kompetenti.

Flimkien dawn gawdew minn madwar €11-il miljun bejn għotjiet diretti jew iffrankar tal-boll, bl-iskop li tinżamm l-identità kulturali tal-lokalitajiet f’pajjiżna, filwaqt li bini dilapidat jerġa’ jsir abitabbli.

Minn dan l-ammont, s’issa, jirriżulta lill-KullĦadd li ftit inqas minn €1 miljun diġà tħallsu f’għotjiet diretti lil 57 applikant li l-applikazzjonijiet tagħhom ġew ipproċessati taħt l-iskema prattikament ġdida fejn first-time buyers jagħżlu li jixtru r-residenza tagħhom f’UCA. Dawn huma maqsumin bejn 50 f’Malta u 7 f’Għawdex.

Din l-iskema, li tnediet fit-12 ta’ Ottubru tal-2021 fil-qafas tal-Baġit 2022, tintitola lil kull min jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu fil-qalba tal-irħula jew l-ibliet is-somma ta’ €15,000 jekk din tkun f’Malta u €30,000 jekk tkun f’Għawdex. Reġistrazzjonijiet simili jistgħu jibqgħu jiddaħħlu sal-31 ta’ Diċembru tal-2024.

Minbarra hekk, dawn, flimkien ma’

1,262 kuntratt ieħor ta’ xiri ta’ proprjetà f’żoni urbani fl-aħħar sena, gawdew mit-tnaqqis sħiħ fil-ħlas talboll dovut, benefiċċju li ġie estiż sal-aħħar tal-2024.

Aħna l-Gvern tal-inċentiv u lill-poplu rridu neħduh fit-triq li nemmnu li għandu jimxi pajjiżna

Fl-istess proċess biex proprjetajiet ma jibqgħux battala u jkerrhu l-lokalitajiet, mat-3,500 bejjiegħ ta’ bini antik jew mitluq ibbenefikaw ukoll minn iffrankar ta’ ħlas tat-taxxa relatata. Il-valur ta’ din l-għajnuna jlaħħaq għal aktar minn €20 miljun f’taxxa tal-proprjetà li ġiet frankata, li tfisser ukoll medja ta’ €5,800 kull bejjiegħ.

si skemi li tnedew fl-aħħar snin minn Gvernijiet Laburisti, immirati għall-iżvilupp u t-tisbiħ ta’ proprjetajiet li jinsabu f’żoni urbani jew għal żgħażagħ li qed ifittxu li jwettqu l-ħolma tal-ewwel proprjetà tagħhom.

Mill-Baġit għal din is-sena, il-Gvern ukoll nieda l-miżura mwiegħda fl-aħħar manifest elettorali “Malta Flimkien”, li toffri l-għotja ta’ €10,000 fuq għaxar snin għal dawk il-koppji jew individwi kollha li jridu jixtru l-ewwel residenza. Din ma tissostitwixxix skemi oħrajn għall-first-time buyers, bħal dik talUCA, imma hi kumplimentari u jistgħu jitgawdew flimkien.

Minbarra hekk, sa mill-2017, il-Gvern diġà qassam aktar miljuni ta’ ewro f’għotjiet permezz tal-iskema “Irrestawra Darek” fejn first-time buyers ta’ binjiet residenzjali skedati fi Grad 1 u Grad 2, setgħu japplikaw għar-rifużjoni ta’ 70% tal-ispejjeż tax-xogħol tar-restawr u konservazzjoni fuq il-faċċata u l-intern sa massimu ta’ €100,000.

Sal-lum jirriżulta li fuq din l-iskema biss kien hemm aktar minn 2,245 applikazzjoni li ġew validati u b’aktar minn €8 miljun diġà tqassmu lil madwar 53% minnhom.

L-iskema tirrifondi nfiq li jsir fi proprjetajiet privati f’żoni urbani u djar li ilhom mibnijin aktar minn 20 sena u ilhom vakanti għal iżjed minn seba’ snin. Fl-aħħar sejħa sidien jistgħu japplikaw għal spejjeż relatati li jsiru, bħal materjal, xogħol tas-sengħa, kiri ta’ apparat, ħlasijiet professjonali, applikazzjonijiet għall-permessi jew ħlasijiet oħrajn lillGvern.

Meta ftit tal-ġimgħat ilu, waqt li indirizza attività tal-Partit Laburista, il-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar l-għadd kbir ta’ għajnuniet li qed jagħti l-Gvern lil dawk li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom, għax jemmen bis-sħiħ fil-ġustizzja soċjali.

“Insemmi l-ħelsien, jiġifieri l-eżenzjoni mit-taxxa tal-boll, insemmi l-ħafna benefiċċji li hemm jekk tixtri proprjetà li tkun f’żona ta’ konservazzjoni urbana jew li tixtri proprjetà li tkun ilha battala għal numru ta’ snin,” tenna Dr Abela, waqt li rrefera wkoll għall-mod kif issa min jixtri dar li ilha battala għal numru ta’ snin jew proprjetà fil-qalba tar-raħal biex jirranġaha u jgħix fiha, m’għadux iħallas imqar ċenteżmu wieħed f’taxxa tal-boll.

Dan waħdu s-sena l-oħra laħħaq għal €10,290,244 jew medja ta’ €7,800 kull xerrej is-sena l-oħra. B’hekk first-time buyers, li xtraw residenzi f’żoni urbani, spiċċaw igawdu minn medja ta’ bejn €23,000 (f’Malta) u €38,000 (f’Għawdex).

Persuni eliġibbli għall-għotja jridu jkunu l-ewwel irreġistraw bin-nutar il-proprjetà tagħhom f’UCA mal-Kummissarju tat-Taxxi Interni u jirreġistrawha sa mhux aktar tard minn sitt xhur mill-kuntratt. Proprjetà, li fuqha titgawda din l-għotja, ma tistax tinqasam u jekk din tiġi żviluppata f’numru ta’ residenzi, allura l-applikant irid jirrifondi l-ammont sħiħ tal-għotja li tkun tħallset lilu. Dawn huma biss tnejn minn diver

“Fuq proprjetà ta’ €300,000, imqabbel ma’ qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013, dawn jiffrankaw kważi €13,000 f’taxxi. Minbarra hekk, jieħdu wkoll grant ta’ €15,000 b’miżura li ddaħħlet fis-seħħ is-sena l-oħra għal dawk li jixtru f’żoni UCA, liema grant hi d-doppju jekk il-proprjetà tkun f’Għawdex. Issa, bl-iskema l-ġdida, il-first-time buyers qed jingħataw €10,000 oħra, li ttella’ s-somma ta’ sostenn għal €38,000. Dawk li se jirrestawraw id-dar ukoll jingħataw għotja sa massimu ta’ €54,000,” enfasizza l-Prim Ministru u Mexxej Laburista.

Hu nnota li dawn l-għajnuniet huma frott id-deċiżjoni tal-Gvern li jiddirezzjona s-suq tal-proprjetà, anke matul il-perjodu tal-pandemija, mingħajr ma jitfa’ piż żejjed fuq ix-xerrejja.

“U nagħmluh dan, għax aħna m’aħniex il-Gvern tal-kastig, aħna l-Gvern tal-inċentiv, u l-poplu tagħna rridu neħduh fid-direzzjoni li fiha nemmnu li għandu jimxi dan il-pajjiż billi nagħtuh l-inċentivi li huma meħtieġa,” temm jgħid Dr Abela.

12.03.2023 08
-

INVESTIMENT FIT-TURIŻMU MARITTIMU

Rekord ta’ barranin li ġew bil-baħar u qattgħu mill-inqas lejl fostna fl-2022 … id-doppju tal-2013

Matul l-2022 żaru lil pajjiżna ftit inqas minn 100,000 turist, li ġew bil-baħar għal skop ta’ vaganza jew negozju u qattgħu mill-inqas lejl f’pajjiżna. Iċ-ċifra, li teskludi lit-turisti li jkunu waslu bil-cruise liners u telqu fl-istess ġurnata, tisboq kull rekord preċedenti bi 11,000 turist.

Skont statistika ppubblikata mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol, Clyde Caruana, kien hemm żieda ta’ 46,500 turist bil-baħar meta tqabbel l-2022 mal-2013, meta nbidel il-Gvern. Hu kien qed iwieġeb Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat

Nazzjonalista Carmelo Mifsud

Bonnici, li staqsa kemm kien hemm turisti li waslu f’pajjiżna bil-baħar tul dawn l-aħħar għaxar snin, sena b’sena.

Waqt li ta tabella kif mitlub (lemin), Dr Caruana enfasizza li “dawn iċ-ċifri huma ta’ viżitaturi kollha li ġew Malta bil-baħar li jkunu qattgħu minn tal-inqas lejl fil-pajjiż, u għalhekk jiġu meqjusa bħala turisti, kemm għal skopijiet ta’ vaganza kif ukoll għal skopijiet ta’ negozju. Il-figuri ma jinkludux passiġġieri li ġew Malta permezz ta’ cruise liners u li ma qattgħux lejl fil-pajjiż.”

Mit-tagħrif ipprovdut ukoll joħroġ kif ir-rekord preċedenti f’dan ir-rigward ma seħħx fl2019, qabel bdiet il-pandemija tal-COVID-19 f’pajjiżna, imma fl-2017 meta dakinhar ukoll kienu ġew 12,000 turist simili inqas mis-sena li għaddiet.

Sadanittant, fi żvilupp għal aktar investimenti fejn jidħol turiżmu marittimu, nhar l-Erbgħa l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura, u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia żar xogħlijiet li għaddejjin bħala parti minn proġett ta’ €25 miljun biex jiġu estiżi l-mollijiet ta’ Pinto 4 u 5 u jsir il-bini mill-ġdid tax-Xatt ta’ Lascaris. Dan l-investiment se jifforma rmiġġ kontinwu ġdid fiż-żewġ żoni għal spazju addizzjonali li hu tant meħtieġ fil-Port il-Kbir. Il-proġett se jtejjeb l-effiċjenza tal-port ewlieni tagħna, filwaqt li lill-awtoritajiet marittimi lokali se jkun qed jipprovdilhom ferm aktar flessibbiltà u disponibbiltà biex jiġu użati mollijiet oħrajn fl-istess żona.

Waqt iż-żjara, il-Ministru Farrugia tenna kif “dan il-

proġett hu turija ċara ta’ kif ix-xogħol li twettaq Infrastructure Malta jmur lil hinn minn ħidma infrastrutturali fuq l-art. Dan il-proġett hu kruċjali biex inkomplu nagħtu spinta ’l quddiem lill-Port il-Kbir li joffri wkoll spinta lill-ekonomija hekk kif issa se jkollna l-abbiltà li nilqgħu bastimenti akbar.”

Ġie spjegat ukoll li l-estensjoni taż-żona l-ġdida tal-moll se tkun qed issir fuq medda ta’ 5,200 metru kwadru. Il-moll se jkollu l-kapaċità li jirmiġġa bastimenti sa tul ta’ 320 metru u sa 10 metri fond fil-baħar.

Il-proġett jinkludi t-tqegħid ta’ pjattaformi ta’ 200 metru u t-tiswija ta’ strutturi eżistenti.

L-aġenzija se tkun qed tipproteġi wkoll il-ħitan tal-baħar eżistenti u dawk ġodda, bi tqegħid ta’ materjal speċjali li jservi ta’ protezzjoni mill-kurrent u l-ħsara mill-ilma baħar, waqt li se jsiru tibdiliet fuq l-art, bħal arbli tad-dawl ġodda.

A CONFERENCE BY THE ENERGY & WATER AGENCY TOGETHER WITH THE GLOBAL WATER PARTNERSHIP (MEDITERRANEAN) ON

PROMOTING NON-CONVENTIONAL WATER RESOURCES IN MALTA

WED 15TH MARCH 2023, 9:00 TILL 16:30 AT ESPLORA

JOIN US FOR THE LAUNCH OF THE 4TH PHASE OF THE ALTERAQUA PROGRAM! THIS YEAR’S FOCUS IS ON PROMOTING NON-CONVENTIONAL WATER RESOURCES (NCWR), WITH A PARTICULAR EMPHASIS ON RAINWATER HARVESTING APPLICATIONS. NCWR IS AN INCREASINGLY CRITICAL TOPIC AS THE MALTESE ISLANDS SEEK TO ADAPT TO CLIMATE CHANGE AND IMPROVE WATER EFFICIENCY.

THE CONFERENCE WILL BRING TOGETHER FOREIGN AND LOCAL EXPERTS WHO WILL SHARE THEIR BEST PRACTICES AND FRAMEWORKS FOR INTEGRATING NCWR INTO INTEGRATED WATER RESOURCES MANAGEMENT (IWRM) PLANNING. FOLLOWING EACH SESSION, WE WILL HOLD A PANEL DISCUSSION TO ENCOURAGE STAKEHOLDERS TO CONTRIBUTE THEIR IDEAS AND OPINIONS AND GAIN A DEEPER UNDERSTANDING OF THE TOPIC.

REGISTER BY SENDING AN EMAIL ON INFO@EMCS.COM.MT OR CALL US AT +356 27772777

12.03.2023 09 Operational Programme – European Structural and Investment Funds 2014-2020 “Fostering a competitive and sustainable economy to meet our challenges” Project part-financed by the Cohesion Fund Co-financing rate: 85% European Union Funds; 15% National Funds
Il-Birgu Bormla ttá Cospicua L'isla Il-Kalk Ritratt: VISITMALTA
SENA TURISTI* 2013 52,363 2014 73,189 2015 61,460 2016 70,497 2017 87,997 2018 82,234 2019 69,861 2020 19,525 2021 33,456 2022 98,831
*turisti li ġew bil-baħar u qattgħu lejl jew iżjed fostna

Ħu Ħsieb Saħħtek

SINDKU NAZZJONALISTA F’PATTI LI JĦALLU KOPPJI JIĠRU WARA FLUSHOM

Is-Sindku Nazzjonalista tal-Iklin hu n-nutar fiċ-ċentru ta’ patti kontroversjali li ma mmaterjalizzawx u ħallew numru ta’ koppji jiġru wara flushom waqt li l-ħolma li jkollhom proprjetà tagħhom taret mar-riħ.

Dorian Sciberras, li kien kandidat Nazzjonalista fuq itTmien Distrett fl-aħħar elezzjoni ġenerali, hu n-nutar li ppresieda numru ta’ konvenji li saru bejn il-kuntrattur Alex Mercieca u numru ta’ xerrejja ta’ proprjetà li spiċċaw qed jiġru wara flejjes li kienu ħarġu minn bwiethom biex jagħtuhom lil tal-ewwel li naqas milli xi darba jonora l-obbligi tiegħu u jibnilhom djarhom.

L-istorja ġiet żvelata għallewwel darba fit-Times bħallum ġimgħa meta ġie rrapportat kif Mercieca kien qed jitfa’ fis-suq numru ta’ proġetti ta’ bini ta’ proprjetajiet għall-bejgħ bi prezzijiet li dehru raġonevoli ħafna jekk mhux irħas sew. Kien hemm bosta persuni li kienu interessati f’dawn il-proprjetajiet u bosta daħlu għal konvenju meta raw il-proprjetà mħażża fuq il-pjanta. Dawn il-persuni saħansitra ħallsu l-10% depożitu jekk mhux aktar, iżda meta spiċċa għadda ż-żmien u baqgħet ma ċċaqilqitx ġebla fejn kellhom jinbnew il-postijiet ġodda, spiċċaw b’xiber imnieħer.

Huma ngidmu waħda u sew hekk kif jirriżulta li Mercieca lanqas kien għadu ġie fil-pussess ta’ artijiet fejn ftiehem li jibnilhom il-postijiet. Wisq inqas tahom lura flushom.

Bħala avukat għal Mercieca qed jidher id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia, inċidentalment ukoll elett fuq it-Tmien Distrett, l-istess wieħed li ħareġ fuqu s-sena l-oħra Sciberras.

In-Nutar Sciberras kellu obbligu li jiftħilna għajnejna minn tali ftehimiet

Jirriżulta li Mercieca anke ffirma kostituzzjoni ta’ debitu, jiġifieri rrikonoxxa li għandu d-dejn man-nies, b’rapport fit-Times jgħid li jlaħħaq l-eluf kbar ta’ ewro. Ingħad li hemm min saħansitra għandu jieħu mal-€100,000 għax ħallas bil-quddiem somma sew biex suppost jgħin lill-kuntrattur ikollu kapital biex jibni. Mat-Times, Delia ddefenda lill-kuntrattur u qal li dan kellu diffikultajiet meta ma rnexxilux jikseb ċerti postijiet biex jiżviluppahom. Qal li anke l-pandemija m’għenitux u Mercieca

qed jipprova jasal fi ftehimiet amikjevoli biex b’hekk jirranġa l-problemi li nqalgħu.

Mal-istess gazzetta, in-Nutar Sciberras ukoll ċaħad irregolaritajiet min-naħa tiegħu, filwaqt li ma riedx jagħti dettalji fuq konvenji għax qal li dawn huma privati.

Bosta koppji li ngidmu wkoll tkellmu magħna wara li l-istorja ħarġet fil-beraħ u sostnew li n-Nutar Sciberras suppost kellu obbligu li jiftħilhom għajnejhom minn ftehimiet riskjużi li setgħu jwasslu għall-problemi li fil-fatt twettqu. “Mercieca kien jgħidilna ejjew naħdmu bin-Nutar Sciberras u aħna fdajnieh biex issa ara x’ħadna. La għandna l-proprjetà li nixtiequ u wisq iżjed id-depożitu li ħallasna biex issa qed nerġgħu nibdew kollox mill-bidu, waqt li wkoll niġru wara flusna”, saħqet waħda minn dawk li ngidmu mill-kuntrattur midjun.

S’issa mhux magħruf jekk hemmx koppji li ressqu lment quddiem il-Kunsill Notarili dwar l-allegat aġir tan-Nutar Sciberras u nutara oħrajn li kien jaħdem bihom Mercieca biex ħalla koppji u persuni b’ta’ fuqhom senduqhom. Dan għax il-liġi tgħid li wieħed jista’ jfittex lin-Nutar inkwistjoni jekk iħoss li dan ma mexiex kif suppost biex jipproteġi l-interessi tal-partijiet.

12.03.2023 10
15 ta’ Marzu - Mid-9.30AM sal-11.00AM Ċentru Laburista, Raħal Ġdid Kumitat
Laburista Raħal Ġdid
In-Nutar Dorian Sciberras fiċ-ċentru tal-kwistjoni jindirizza attività tal-PN f’Ħal Balzan

MAĦTUR WARA

L-OĠĠEZZJONI BLA RAĠUNI MILL-PN

L-Eks Prim Imħallef Joseph Azzopardi jsir it-tieni Kummissarju għall-Istandards

F’ċerimonji separati nhar l-Erbgħa li għadda, il-Prim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi (ritratt) ħa l-ġurament tal-ħatra tiegħu bħala t-tieni Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, waqt li l-Imħallef Emeritu Joseph Zammit McKeon sar l-Ombudsman il-ġdid.

Il-ħatra ta’ Azzopardi waslet biss wara logħob partiġjan mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista.

Avolja kellha tkun ħatra bla xkiel għall-ġid nazzjonali, il-proċess ġie mtawwal u mxekkel mill-establishment Nazzjonalista, anke wara li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech kien diġà ftiehem personalment mal-Prim Ministru Robert Abela u qabel li l-Eks Prim Imħallef ikun innominat għal din il-pożizzjoni.

Madanakollu, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien mar lura minn kelmtu ftit wara, bil-PN jibqa’ sal-lum ma jagħtix raġuni valida għal xiex kien qed joġġezzjona.

Il-Prim Ministru kien iddikjara li ma kienx se joqgħod għall-impożizzjoni li ħolqot l-Oppożizzjoni biex bilfors tgħaddi dak li trid hi u fil-fatt iddaħħal mekkaniżmu legali li jippermetti li fil-każ li jibqa’ ma jintlaħaqx qbil minn żewġ terzi tal-Parlament wara żewġ votazzjonijiet, allura mbagħad il-kariga timtela anke b’maġġoranza sempliċi.

Tali mekkaniżmu kien ġie propost ukoll bħala wegħda elettorali mill-PN ta’ żmien Simon Busuttil fl-2017.

Fil-15 ta’ Frar u fis-27 ta’ Frar li għadda l-PN ivvota fil-Parlament kontra li Azzopardi jinħatar Kummissarju għall-Istandards, waqt li nhar it-Tnejn li għadda l-ħatra ġiet ikkonfermata b’maġġoranza sempliċi bil-voti tannaħa tal-Gvern.

Waqt li kienet qed tiġi diskussa l-mozzjoni dwar il-ħatra tal-Ombudsman, it-Tnejn filgħaxija l-Prim Ministru qal li biż-żewġ ħatriet, dik tal-Kummissarju tal-Istandards u tal-Ombudsman, komplew jissaħħu l-istituzzjonijiet.

Il-Prim Ministru fakkar fit-ton dispreġġjattiv li adottat l-Oppożizzjoni fid-diskussjoni dwar il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u semma wkoll l-ipokrisija tagħha b’rabta mal-istituzzjonijiet, b’diferenza għall-Gvern li dejjem irrispetta d-deċiżjonijiet talistituzzjonijiet u saħħaħhom b’riforma wara oħra.

Matul iċ-ċerimonja tal-ħatra fil-Palazz ta’ Sant’Anton, li kienet ippreseduta mill-President tar-Repubblika George Vella, Bernard Grech kellu biss awgurju mqanżaħ fil-konfront tal-Eks Prim Imħallef. Preżenti kien hemm ukoll il-Prim Ministru u l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia.

LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI

Fil-ġimgħa li ġejja se jissoktaw il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-kumitati lokali bħala parti mill-ħidma amministrattiva tal-Partit Laburista.

Rappreżentanti u uffiċjali tal-Partit se jkunu qegħdin iduru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex biex jattendu għal dawn il-laqgħat statutorji, li jsiru fiċ-ċentri rispettivi tal-lokalitajiet.

Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tad-distretti jsiru f’wieħed miċ-ċentri tal-lokalitajiet li jiformaw parti mill-istess distrett rispettivament. Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-lokalitajiet u tad-distrett (fejn indikat), li se jsiru sal-Ħadd li ġej, huma:

It-Tnejn 13 ta’ Marzu: Ħ’Attard, Tal-Pietà, Ħaż-Żabbar u s-Siġġiewi;

It-Tlieta 14 ta’ Marzu: il-Ħamrun (Kumitat Distrettwali), in-Naxxar (Kumitat Distrettwali), Ħal Safi (Kumitat Distrettwali) u l-Imsida (Kumitat Distrettwali);

L-Erbgħa 15 ta’ Marzu: Ħal Għaxaq (Kumitat Distrettwali), Ħal Qormi (Kumitat Distrettwali), Ħaż-Żebbuġ (Kumitat Distrettwali) u San Ġiljan (Kumitat Distrettwali);

Il-Ħamis 16 ta’ Marzu: il-Birgu (Kumitat Distrettwali), il-Fgura (Kumitat Distrettwali), Ħal Balzan (Kumitat Distrettwali) u l-Mosta (Kumitat Distrettwali).

12.03.2023 11

KWISTJONI TA’ GĦAŻLIET

fuqiex jirkeb u fuqiex jistrieħ qata’ lura. Konservattiv minn għarqubu sal-qurriegħa jinsab ankrat fil-bieraħ u allura ma jistax ikun il-partit ta’ għada.

Il-poplu jrid jgħix illum biex ikollu għada aħjar. L-iktar ħaġa faċli fid-dinja tkun konservattiv għax tħalli kollox kif inhu. Biex ittejjeb u tkompli tibni, tbiddel trid mhux tħalli kollox kif inhu.

Il-Partit Nazzjonalista jipprova jgħaqqad lilu nnifsu mhux bl-ideali u l-ideat, bil-proġetti u bil-miżuri biex il-pajjiż jimxi ’l quddiem, imma fuq ċirkustanzi tal-mument biex joffri oppożizzjoni bit-tama li jirbaħ ftit punti.

l-forzi kollha u tellgħu fuq il-palk fuq il-fosos lil Fenech Adami, Gonzi u Simon Busuttil – ilbieraħ, illum (ta’ dakinhar) u l-għada tal-PN.

telliefa għadni ma nistax nifhem.

Il-politika mhix dwar aħna u huma. Il-politika hija dwar twettiq ta’ miżuri biex kull poplu jmur aħjar. L-istatut tal-Partit Laburista jelenka l-prinċipji tiegħu u fost kollox jgħid li s-suċċess tas-soċjetà jitkejjel bil-qagħda tal-inqas fost il-membri tagħha.

Il-missjoni Laburista hija li tistimula kemm jista’ jkun opportunitajiet għal kemm jista’ jkun nies ħalli kulħadd ikun jista’ jimxi ’l quddiem u jgħix aħjar.

Il-Partit Nazzjonalista tul l-istorja tiegħu dejjem rikeb biex rebaħ u dejjem rikeb biex mexa. U meta ma kellux

Jien qiegħed fil-politika u fil-Partit Laburista għax nara din id-differenza bejn iżżewġ partiti ewlenin f’pajjiżna. Ħadd minna mhu perfett, la individwi u lanqas partiti imma l-għażla għalija hija ċara daqskemm il-lejl jifred in-nhar.

Ħarsu lejn dak li qed jiġri u taraw kemm għandi raġun.

Qisek qed tgħid mort biex ittellaq u ridt taqsam il-finish line billi tagħti l-gambetti lill-kompetitur tiegħek mhux billi tigri ’l quddiem b’kemm għandek saħħa.

Xi drabi lanqas nifhem. F’dawn il-jiem qed naraw l-aħħar żewġ mexxejja Nazzjonalisti kważi mgħannqa ma’ xulxin. Jien ma nemminx li l-feriti fiequ imma naf li huwa żwieġ ta’ konvenjenza għal għajn in-nies.

Issa din diġà ppruvawha darb’oħra. Fl-2013 għaqqdu

Meta l-Partit Laburista rebaħ fl-2013 allura ġie rebaħ fuq ilbieraħ tal-PN, filpreżent u għall-futur. Dawn nies diffiċli ħafna jitgħallmu għax moħħhom għadu jgħix fil-bieraħ u ma jafux għajr hekk.

Lura għal-lum kieku kellek tgħodd l-ogħla fiduċja li qatt ġabu individwalment kemm

Delia kif ukoll Grech lanqas tersaq lejn l-inqas persentaġġ ta’ fiduċja li qatt kellhom l-aħħar żewġ mexxejja Laburisti individwalment. Kif se jkollhom ġejjieni ġdid għax tgħannqu għall-konvenjenza tnejn min-nies diġà

Il-Partit Nazzjonalista tul l-istorja tiegħu dejjem rikeb biex rebaħ u dejjem rikeb biex mexa. U meta ma kellux fuqiex jirkeb u fuqiex jistrieħ qata’ lura

INSAĦĦU D-DRITTIJIET TAL-ĦADDIEMA

tagħhom għandu jingħata lilhom bi dritt u b’rieda tajba.

Kif ħabbart ftit tal-jiem ilu, bil-liġijiet Ewropej il-ġodda, ser tibda tingħata aktar attenzjoni lit-trasparenza filħlas tal-ħaddiema.

Punt importanti immens u li ilu jkun diskuss żmien anke mill-pubbliku, huwa l-fatt li qabel l-interview għal xogħol ġdid kif ukoll mar-riklam ta’ vacancy tkun xi tkun, trid tingħata l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar il-paga.

Din hija xi ħaġa li dejjem emmint fiha hekk kif persuna meta tapplika, tkun tista’ tħossha komda li x-xogħol li ser ikollha jkun pari passu ma’ kemm se titħallas mingħajr biża’ li forsi tkun sfruttata jew li nkella mbagħad, ma tkunx kuntenta bil-ħlas għall-ħidma li tkun qed twettaq. Apparti hekk, sal-mument li persuna tmur għall-interview, għandha tingħata spjegazzjoni tal-avvanzi fil-karriera li tista’ tagħmel kemm

monetarji u anke fil-karriera nnifisha mal-kumpanija jew post fejn tkun sejra taħdem. Għaliex le? Għandek ikollok dritt tippjana l-futur tiegħek kif ukoll, nemmen li dan ilpunt joffrilek stabbiltà.

Bla dubju, bħala Membru Parlamentari kif ukoll jien, Cyrus innifsi, dejjem kont fuq quddiem nett favur l-ugwaljanza u qed ngħid dan għaliex hekk għandu jsir ukoll fir-rigward ta’ paga. M’għandux ikun hemm dif-

Aħna rridu nibqgħu mexjin. Għad fadlilna snin biex inwettqu l-manifest elettorali u għalina l-wegħdiet huma sagrosanti u mhumiex lixka biex nieħdu l-voti imbagħad jgħosfor kollox la nkunu fil-gvern.

Dan huwa gvern li għamel ferm u ferm tajjeb. Dan huwa gvern li mhux għolla lil min diġà qiegħed ’il fuq bit-tama li dawn itellgħu lil ħaddieħor magħhom, imma għolla lil min qiegħed minn taħt biex jogħla kulħadd miegħu. Perfetti m’aħniex imma qalbna tħabbat għal dak li hu tajjeb u ġust u meta niżbaljaw, nagħrfu l-iżball u nsibu toroq alternattivi.

Dan hu Gvern li biddel pajjiż, li meta ġew il-kriżijiet raxxax il-flejjes ħalli l-ekonomija tibqa’ għaddejja u kulħadd iżomm ħobżu.

M’għamilx bħal ta’ qablu li meta kien hemm il-kriżijiet tefgħu lil kulħadd fi kriżi. Dan huwa Gvern ta’ għada u jħares ’il quddiem. Inħarsu lura biex nitgħallmu mhux biex nibqgħu hemm.

Għalħekk in-nies jagħżlu lill-Partit Laburista.

Insellmilkom ħbieb. Bla dubju x-xogħol huwa s-salmura talġisem jgħid il-Malti u hekk hu. Mingħajr xogħol, il-bniedem ma jgħixx.

Id-drittijiet tal-ħaddiema huma fuq quddiem nett tal-aġenda tiegħi wkoll f’ħidmieti fi ħdan il-Parlament Ewropew. Inħoss li huwa fiddmir tiegħi li nkun il-vuċi tal-ħaddiema fejn dak li hu

Id-drittijiet tal-ħaddiema huma fuq quddiem nett tal-aġenda

tiegħi wkoll f’ħidmieti fi ħdan il-Parlament Ewropew. Inħoss li

huwa fid-dmir tiegħi li nkun il-vuċi tal-ħaddiema fejn dak li

hu tagħhom għandu jingħata lilhom bi dritt u b’rieda tajba

ferenza bejn il-paga tal-irġiel u n-nisa li wara kollox, ikunu qed jagħmlu l-istess xogħol u anke jkollhom l-istess kwalifiċi u esperjenza.

L-Unjoni Ewropea qed tisħaq ukoll fuq il-fatt li l-avviżi tax-xogħol iridu jkunu aċċessibbli. Huwa tajjeb li tinfurmaw irwieħkom u tkunu tafu d-drittijiet tagħkom. Ix-xogħol huwa dritt tiegħek.

Li tkun kuntent huwa wkoll fin-natural tal-bniedem u bla dubju, dan jgħin biex tħossok aħjar u ssaħħaħ ukoll is-sistema ta’ kif tħossok, issaħħa mentali, ir-rutina ta’ kuljum jew le, u anke l-approċċ tiegħek lejn il-ħajja. Bla dubju wkoll, wieħed ma jridx jinsa mbagħad id-dmirijiet tiegħu lejn ix-xogħol li jkollu jwettaq.

Flimkien nistgħu noffru kwalità ta’ ħajja aħjar. Inkomplu niġbdu ħabel wieħed biex ilkoll ngħixu l-ħajja li jixirqilna.

12.03.2023 12
Ministru ANTON REFALO Membru Parlamentari Ewropew CYRUS ENGERER

IL-FESTA MALTIJA

rr, il-kultura u l-arti qegħdin madwarna l-ħin kollu, fit-tradizzjonijiet u d-drawwiet tagħna, fil-manifattura u l-artiġjanat, kif ukoll fil-festi u l-ħajja fil-każini; komponenti diversi li jagħmlu parti min-nisġa tal-wirt kulturali Malti. Hija l-kultura li tagħmilna Maltin, mhux il-passaport jew xi karta oħra.

Il-festa Maltija hija unika, u dak li jagħmilha unika huwa l-fatt li kull festa f’Malta u f’Għawdex għandha dik il-karatteristika jew tradizzjoni li tiddistingwiha minn oħra. Għaldaqstant, dawn il-karatteristiċi rridu nsaħħuhom bl-aħjar mod possibbli.

Ħadd ma jista’ jiċħad li l-festi Maltin huma element importanti tal-identità Maltija. Il-barranin li jżuruna jogħxew wara dawn iċ-ċelebrazzjonijiet imlewna u spettakolari, li qajla jaraw bħalhom fi mkejjen oħra.

Għalhekk, bħala Gvern nemmnu li għandu jingħata appoġġ assolut lill-għaqdiet li jippromwovu tradizzjonijiet lokali relatati mal-festi.

Bħalma diġà għidt diversi darbi u nerġa’ nistqa-

Mill-kliem aħna ngħaddu għall-fatti. Din il-ġimgħa, għas-sena 2023, ħabbarna tliet skemi ta’ finanzjament immirati lejn il-wirt artistiku, speċifikament għall-festi Maltin, li ħa jammontaw għal investiment ta’ madwar nofs miljun ewro (€500,000).

It-tliet skemi ta’ finanzjament: il-Fond għal Aktar Saħħa u Sigurtà filKmamar tan-Nar; l-Iskema ta’ Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi; u l-Iskema Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda, huma mmexxija mill-Kunsill Malti għall-Arti, bl-aħħar waħda b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda.

Inizjattivi bħal dawn jiffurmaw parti essenzjali mit-tisħiħ tat-tradizzjonijiet lokali tagħna għax b’hekk inkomplu ntejbu l-aċċessibbiltà fis-settur.

Programmi bħal dawn

huwa bżonjużi għaliex juru l-importanza tal-isfumaturi tal-kultura lokali fil-komunità biex inkomplu nibnu fuq il-passat u ninvestu fil-futur ta’ dawn it-tradizzjonijiet. Qed niżguraw li nitfgħu dawl fuq l-operat u nissostanzjaw l-importanza li l-każini tal-banda, il-kmamar tannar, u l-assoċjazzjonijiet tal-festa għandhom fil-komunitajiet tagħna.

Ħafna żgħażagħ u tfal ikollhom l-ewwel esperjenza tagħhom fl-arti u l-kultura permezz tal-festi, u għalhekk huwa essenzjali li nkomplu nrawmu dan is-settur.

Apparti minn hekk, dawn iwasslu wkoll għal bosta esperjenzi diversi relatati mat-tradizzjonijiet ta’ pajjiżna, b’mod li jkun hemm ukoll lok ta’ innovazzjoni u tiġdid bħala parti mill-progress u l-immodernizzar tas-settur. Programmi bħal dawn jgħinu biex inpoġġu fuq pjattaforma ikbar l-importanza tat-tessut kulturali lokali, hekk kif inkomplu nibnu fuq il-passat biex ninvestu fil-futur ta’ dan il-wirt.

L-Iskema Ngħinu Finanzjarjament lis-Soċjetajiet tal-Banda ġiet imnedija fl2018 u hi mmexxija mill-Kunsill Malti għall-Arti b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda. Din hija l-ħames edizz-

joni ta’ dan il-fond, b’total ta’ €160,000 disponibbli għall-2023. Dan se jipprovdi massimu ta’ €6,750 għal kull organizzazzjoni volontarja li tapplika taħt Kategorija A u massimu ta’ €10,800 għal kull orgranizzazzjoni volontarja li tapplika taħt Kategorija B.

Dan il-fond għandu l-għan li jagħti appoġġ lil numru ta’ inizjattivi proposti mill-każini tal-banda peress li dawn għandhom rwol essenzjali fil-komunitajiet tagħna u jservu bħala wieħed millpunti primarji għall-introduzzjoni fid-dinja tal-arti.

L-2018 kienet rat ukoll it-tnedija tal-Fond għal Aktar Saħħa u Sigurtà fil-Kmamar tan-Nar li jipprovdi appoġġ finanzjarju għall-kmamar tannar li joperaw fuq bażi volontarja, b’ħafna pirotekniċi ta’ kull età li jaħdmu sigħat sħaħ għall-festi tradizzjonali tant maħbuba tagħna, sabiex ikollhom postijiet aktar effiċjenti u siguri.

L-għan ta’ dan il-fond hu li jiffaċilita l-investiment sabiex tkompli tissaħħaħ l-infrastruttura ta’ dawn il-kmamar tan-nar sabiex il-voluntiera jkunu jistgħu jaħdmu f’ambjent li joffri aktar kenn u inqas periklu.

Is-sitt edizzjoni ta’ dan il-fond għandha allokazzjoni ta’ €170,000 u se tip-

provdi ammont massimu ta’ €5,000 lill-kmamar tan-nar magħżula. Is-sejħa tinsab miftuħa, bid-data tal-għeluq tkun dik tal-21 ta’ Marzu 2023, f’nofsinhar.

L-aktar skema riċenti maħsuba għall-wirt artistiku hija dik tal-Iskema ta’ Finanzjament Artistiku għall-Għaqdiet tal-Armar tal-Festi. Imnedija fl-2020, l-iskema tirrikonoxxi l-importanza tal-assoċjazzjonijiet tat-tiżjin tal-festi, assoċjazzjonijiet kulturali, u assoċjazzjonijiet soċjali li jaħdmu b’mod volontarju biex iħaddnu, jipproteġu, u jsaħħu t-tradizzjonijiet kulturali ta’ pajjiżna.

Għal din ir-raba’ edizzjoni, il-fond ħa jkollu baġit ta’ €140,000 u jipprovdi sa massimu ta’ €10,000 għal kull organizzazzjoni volontarja li tapplika.

Dawn huma ftit mill-ħafna miżuri li l-Gvern qiegħed jimplimenta fil-preżent għall-ġid tal-wirt kulturali u artistiku f’pajjiżna sabiex ikompli jitgawda miċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, u joffri lok ta’ attrazzjoni turistika.

Fil-futur se nkomplu naħdmu sabiex inkomplu niżguraw li dan is-settur tant importanti jkompli jitkattar dejjem aktar għall-ġid ta’ dawk kollha li jaħdmu fl-industrija u għall-ġid komuni.

SNIN TA’ ĦIDMA FAVUR IN-NIES

l-isfidi anke ta’ dawk bla vuċi jew fil-minoranza.

Ix-xahar ta’ Marzu jimmarka anniversarji importanti għall-Partit Laburista. Minbarra li din hija l-ewwel sena ta’ Gvern b’mandat b’saħħtu ġdid, din hija l-għaxar sena ta’ ħafna ħidma favur in-nies.

Gvern Laburista ħadem favur libertajiet u drittijiet

fas b’saħħtu ta’ għajnuna għall-isfidi bla preċedent li għadda minnhom pajjiżna flimkien mal-kumplament tad-dinja bil-pandemija u l-gwerra ta’ bejn l-Ukrajna u r-Russja. Dawn huma wħud minn fost għadd ta’ inizjattivi, għajnuniet u liġijiet li wettaq dan il-Gvern biex iħares lil niesu.

tal-ġustizzja soċjali, tal-mobilità soċjali, u tal-ugwaljanza jibqgħu prijorità. Dawn kienu u għadhom il-prinċipji li jsawruna. Għandna twemmin waħdieni u nħaddnu ideal ewlieni dak li ma nħallu lil ħadd jaqa’ lura.

B’mandat elettorali wara l-ieħor il-poplu fehem li l-Partit Laburista fil-Gvern jista’ jwettaq id-differenza. Il-poplu jrid li jkollna soċjetà aktar ġusta u ugwali.

Gvern Laburista ħadem u se jibqa’ jaħdem biex il-poplu jikseb dejjem aktar. Gvern Laburista f’dawn l-aħħar snin ġab kisbiet importanti ħafna għal Malta.

Dan il-pajjiż daħħal liġijiet u prinċipji ġodda li qabel qajla konna nitkellmu dwarhom, iżda bħala Gvern kuraġġuż għarafna nindirizzaw

ċivili għal kulħadd. Ħadem qatigħ fil-qasam tal-ugwaljanza. Ingħatat l-għajnuna lil dawk li se jixtru l-proprjetà tagħhom għall-ewwel darba. B’hekk ħafna żgħażagħ kellhom u għad għandhom għajnuna sabiex jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom.

Ingħataw għajnuniet tal-benefiċċji soċjali u ssaħħaħ l-inwork benefit kif ukoll saru emendi fil-liġijiet tal-IVF u ngħatat għajnuna lill-pensjonanti permezz ta’ pensjonijiet aħjar u ogħla.

Dan minbarra qa-

Tajjeb li nżommu f’moħħna li għelibna sfidi kbar u importanti bħala pajjiż u bħala partit urejna li Gvern Laburista biss jemmen fil-valuri altruwisti, li naħsbu f’ħaddieħor.

Bħala Partit fil-Gvern urejna kemm nemmnu fil-valuri soċjalisti u li l-interess ewlieni tagħna fil-fatt dejjem jibqa’ kif kull wieħed u waħda minna jista’ jasal u jirnexxilu.

Dawn huma pilastri ewlenin li bħala partit aħna nemmnu fihom. Il-priniċipji

Lil hinn minn dan kollu, dan huwa partit li dejjem għażel li jevolvi u jimxi maż-żminijiet. Ftit tal-jiem ilu ċċelebrajna l-għeluq tal-għaxar snin minn mandat elettorali b’saħħtu lill-Partit Laburista.

Mandat li fisser kisbiet kbar għal pajjiżna. Dawn il-kisbiet, in-nies sarrfuhom u fehmu li kieku ma kienx Gvern Laburista ma kinux ikollhom l-istess kwalitajiet u aspirazzjonijiet milħuqa. Perfetti m’aħniex iżda aħna perseveranti, lesti li nkomplu nibnu fuq it-tajjeb li diġà sar u fejn hemm lok ta’ titjib noffru s-soluzzjonijiet.

L-isfidi għelibniehom flimkien u bnejna fuq il-ħafna tajjeb li sar filwaqt li indirizzajna fejn kien meħtieġ.

Dan nibqgħu nagħmluh għax nemmnu li f’pajjiżna rridu nibqgħu nżommu ċ-ċertezza u l-istabbiltà, fatturi ewlenin li rawna mexjin ’il quddiem bħala poplu u bħala pajjiż.

Irridu nibqgħu nemmnu u niġbdu ħabel wieħed għall-ġid ta’ pajjiżna. Irridu nibqgħu naħdmu b’viżjoni għall-futur. Id-direzzjoni hija waħda ċara li naħdmu flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela li permezz tal-ħidma tiegħu qed iwassal lil pajjiżna għal kwalitajiet u kisbiet ġodda.

12.03.2023 13
10
Ministru OWEN BONNICI Membru Parlamentari AMANDA SPITERI GRECH

TONTON LAFERLA JIRBAĦ IT-TLIELAQ KOSTALI

Fl-ewwel impenji għas-sena l-jott MiameToo wkoll jirbaħ is-serje Inshore

L-ewwel impenji tat-tlielaq tar-Royal Malta Yacht Club (RMYC) għal din is-sena l-ġdida bdew bit-tlielaq tax-xitwa magħrufin bħala l-RMYC Winter Sailing Races li kienu jikkonsistu f’erba’ tlielaq mal-kosta u erba’ tlielaq magħrufin bħala Inshore Races mifruxa fuq erba’ weekends.

It-tlielaq kostali saru fil-parti l-kbira matul il-kosta tal-Lvant ta’ Malta u ġeneralment kienu tiġrijiet qosra s-Sibt waranofsinhar. L-Inshore Races, imsejħa wkoll Round the Cans, saru waqt żewg Ħdud barra l-Ponta ta’ Tigné.

It-tlielaq tul il kosta raw attendenza tajba b’14-il jott jieħdu sehem matul is-serje kollha. Wara l-aħħar tellieqa, TonTon Laferla ta’ Jonathan Gambin ħareġ bħala rebbieħ ġenerali. TonTon rebħu t-tliet tiġrijiet li kkompetew fihom. Fit-tieni post, b’distakk ta’ żewġ punti biss kien Miame Too ta’ Ralph Landwehr, li matul is-serje kollha kellu f’battalja kontinwa ma’ TonTon.

Daħla sorpriża fit-tielet post kienet Geisha ta’ Stefan Debattista. Kemm Debattista kif ukoll il-jott kienu jikkom-

petu regolarment fiċ-ċirkwit tal-ibburdjar sa ftit snin ilu, iżda dan l-aħħar kienu assenti. Filwaqt li ma tantx qed itellaq lokalment, Debattista wera li ma tilifx il-kapaċitajiet tiegħu, wara li kkompeta f’diversi edizzjonijiet tarRolex Middle Sea Race fl-aħħar snin.

It-tlielaq ħdejn il-kosta, raw ftit inqas parteċipazzjoni, iżda madankollu kienu mimlijin azzjoni kompetittiva.

Is-serje ntrebħet minn Miame Too ta’

Ralph Landwehr, li rebaħ it-tiġrijiet kollha minbarra l-aħħar waħda meta ħadlu r-rebħa Charles Cronin bl-ekwipaġġ tiegħu fuq Alecto. Alecto spiċċa fit-tieni post fil-klassifika ġenerali.

Juniper ta’ Brian Flahive temm isserje fit-tielet post b’punti ndaqs ma’ Alecto, madankollu Juniper tilef milli jikseb aktar punti wara li ma ħax sehem fl-aħħar tellieqa.

Fi tmiem il-ġimgħa ngħaqdet malflotta tal-jottijiet il-Klassi SB20, maljottijiet fuq korsa matul nhar is-Sibt, u korsa ħdejn il-kosta tal-ponta ta’ Tigné l-Ħadd. Ir-rebbieħa ġenerali tal-Klassi kienu Careful Now, Andreas Bohnsack,

Greg Szabo u Guy Baranyay.

Il-premjijiet ingħataw wara t-tlielaq fir-Royal Malta Yacht Club wara li ġew ippubblikati riżultati uffiċjali mir-Rear Commodore Adrian Gauci Borda.

“Għalkemm l-ewwel xhur tas-sena, normalment ma narawx parteċipazzjoni kbira fit-tiġrijiet tagħna, minħabba li d-dgħajjes ikunu għaddejjin bi tħejjija għat-tiġrijiet itwal, l-RMYC Winter Series uriet li kienet popolari b’parteċipazzjoni tajba,” irrimarka David Cremona, Commodore tal-Klabb, waqt li tenna li dawn it-tiġrijiet jitqiesu bħala tħejjija tajba għall-Kampjonati Ewropej ORC li se jiġu ospitati mill-klabb aktar tard f’April.

Il-klabb irringrazzja lir-Race Management Team immexxi minn Martin Azzopardi u Luca Lacitignola, li kienu assistiti minn Michelle Caruana, Maurizio Jacono, Piero Picone u Nikolai Portelli. L-avveniment li jmiss fuq il-kalendarju tal-RMYC hu s-Spring Gozo Regatta mit-30 ta’ Marzu sat-2 ta’ April. Aktar tagħrif fuq il-websajt talRMYC (www.rmyc.org).

12.03.2023 14

ILLUM IT-TELLIEQA TAL-MOSTA CYCLING CLUB

Il-Mosta Cycling Club se jerġa’ jorganizza t-tellieqa annwali tiegħu llum fil-bypass ta’ Ħaż-Żebbuġ wara nuqqas ta’ tliet snin minħabba l-pandemija. L-avveniment, li se jibda mis-7:00 a.m., mistenni jara s-sehem tal-klabbs lokali taċ-ċikliżmu.

It-tiġrija tieħu format mass start bil-Kategoriji Elite, Junior u Under 23, jagħmlu 18-il dawra (77.4km), Ladies u Masters 40+ se jkopru 14-il dawra, filwaqt li l-kategoriji Under 16, Under 14 u Under 12 jagħmlu 7 dawriet (30km), 5 dawriet (21.5kms) u dawra (4.3km) rispettivament. It-tellieqa qed issir taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija taċ-Ċikliżmu.

KOSTALI TAL-RMYC

Ritratti:

Ibda rċievi l-gazzetta kmieni l-Ħadd filgħodu

fil-verżjoni diġitali bla ebda spejjeż żejda u bl-orħos prezz fis-suq ta’ €1 kull ġimgħa

*abbonament jiġi aċċettat meta jsir ħlas bil-quddiem għal mill-inqas 26 ġimgħa Ċempel waqt il-ġranet u l-ħinijiet tal-uffiċċju fuq in-numru 79241495 jew ibgħat imejl fuq sales@kullhadd.com

12.03.2023 15
ANDREA AZZOPARDI/RMYC

GĦAXAR SNIN TA’ GVERN LABURISTA

il-ferita jiġi jqabbel l-out of stock tal-pilloli man-nuqqas tal-bottijet tal-piżelli fuq l-ixkaffa tal-grocer.

Min kien joħlom taħt gvernijiet Nazzjonalisti li jkollna l-eżamijiet ta’ wliedna b’xejn, it-trasport għall-iskejjel b’xejn u saħansitra t-trasport pubbliku kollu jkun b’xejn.

Gvern Laburista daħħal drittijiet ċivili ġodda li jsaħħu l-ugwaljanza u l-inklużjoni fosthom li jinċentiva persuni b’diżabilità sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol mingħajr ma jitilfu l-pensjoni tad-diżabilità, u min ibati minn diżabilità severa jingħata pensjoni li tlaħħaq il-paga minima nazzjonali.

Sur Editur, Kultant naqra xi ħaġa, nibda nħokk rasi, u nġib il-qargħa li għandi ħamra nirien. Jigdbu ma’ kull nifs li jieħdu dawn il-qatta ntamati, u jaħsbu li l-poplu għadu b’mentalità ta’ Żmien ilĦaġar. Apparti li mbagħad tarahom kollhom qdusija u taħbit ma’ sidirhom. Ma jarawhx Bieb il-Ġenna dawn, aħseb u ara wiċċ Alla, Sur Editur.

Taf għalfejn qed ngħidlek hekk? Le? Ħa ngħidlek jien, Sur Editur.

Din il-ġimgħa mmarkajna l-għaxar sena ta’ Gvern Laburista. Kien proprju fid-9 ta’ Marzu 2013 meta l-poplu mar jivvota sabiex jeleġġi gvern li kellu jmexxih il-leġiżlatura li kien imiss. U l-poplu b’rebħa storika u b’maġġoranza li qatt ma rajna bħalha sa dakinhar mill-Indipendenza ’l hawn ta l-fiduċja tiegħu lill-Partit Laburista mmexxi minn Joseph Muscat.

Kien messaġġ qawwi mill-elettorat li ried direzzjoni ġdida u tmexxija friska li toffri viżjoni u twettiq. Il-poplu emmen u kien lest li jafda l-pjan li kellu l-Partit Laburista għal Malta u Għawdex.

Dan il-pjan wassal għalissa għal deċennju ta’ bidliet bla preċedent, ta’ tkattir talġid, tat-tqassim ta’ dan il-ġid, ta’ tkabbir tal-ekonomija, ta’ tisħiħ fil-liġijiet li jsaħħu s-saltna tad-dritt, ta’ tisħiħ f’miżuri li jippromwovu aktar ugwaljanza, li jirrispettaw id-diversità u introduzzjoni ta’ aktar u aktar drittijiet ċivili.

Rajna tibdil radikali fil-konfront tat-tmexxija tal-ekonomija. Twarrbet il-politika tal-awsterità li fniet lill-poplu, li staġnat l-ekonomija, riċetta ta’ GonziPN li ġabet lill-pajjiż għarkupptejh. Rajna investiment bla preċedent billi l-Gvern inċentiva lin-negozji, għenhom sabiex jiftħu u eventwalment jespandu.

Dan kollu ħoloq ħafna u ħafna impjiegi li gawda minnhom kulħadd partikolarment in-nisa hekk kif bl-introduzzjoni ta’ childcare b’xejn iktar u iktar nisa kienu lesti sabiex jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Minn pajjiż qabel l-2013 bi 8,000 persuna qiegħda, illum il-ġurnata bilkemm hawn 1,000 ruħ li qed ifittxu xogħol.

Minn pajjiż li kien jissikka ċ-ċinturin u jitlob lill-poplu jagħmel is-sagrifiċċji, Gvern Laburista kabbar l-ekonomija sabiex jinħoloq ilġid u jitqassam b’mod ekwu. U kif tqassam? Diġà semmejna ċ-childcare b’xejn. Ma’ dan hemm mijiet ta’ inċentivi li tejbu mhux bi ftit il-livell tal-għajxien u l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd.

Gvern Laburista raħħas il-kontijiet taddawl u tal-ilma u tal-fuels fejn Gvern Nazzjonalista kien jgħollihom bil-qalb. Gvern Laburista żied sena wara oħra l-pensjonijiet u l-istipendji u benefiċċji oħra bħaċ-children’s allowance. Ħaddieħor żammhom friżati. Gvern Laburista ħa ħsieb li jkollna sptar tal-onkoloġija hekk kif il-Gvern preċedenti baqa’ lura milli jwettaq. Gvern Laburista ra li l-lista tal-pilloli out of stock tkun eradikata hekk kif ħaddieħor ħalla li jkun hawn mijiet ta’ pilloli out of stock u biex iżid il-melħ fuq

U xi ngħidu għat-twessigħ fil-liġi tal-IVF u l-introduzzjoni ta’ drittijiet ċivili lill-persuni LGBTIQ? Esperjenzajna t-twettiq ta’ sors t’enerġija aktar nadifa b’powerstation taħdem bil-gass u l-introduzzjoni tal-kunċett li nibbenefikaw minn taħlita ta’ sorsi ta’ enerġija sabiex ma niddependux minn sors wieħed ta’ minn fejn nikkunsmaw l-enerġija. Rajna u qed naraw proġetti infrastrutturali kbar li lanqas kienu joħolmuhom gvernijiet Nazzjonalisti, partikolarment il-proġett tal-Marsa, ta’ fejn l-Airport u s-Central Link.

Dan u ħafna u ħafna aktar twettaq u qed jitwettaq bi tmexxija serja u ppjanata u blgħaqal tal-poplu. Dan kollu li twettaq ma sarx f’temp ta’ bnazzi biss. F’dawn l-10 snin pajjiżna esperjenza diversi sfidi li setgħu jxekklu mhux ftit din il-ħidma kollha, partikolarment dawn l-aħħar sentejn fejn il-Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela ffaċċja pandemija globali u issa qed jaffaċċja l-konsegwenzi serji ta’ gwerra li qed isseħħ fl-Ewropa. Imma bl-għaqal u billi jittieħdu d-deċiżjonijiet f’waqthom, il-Prim Ministru flimkien mal-kabinett qiegħed imexxi dan il-pajjiż fittriq it-tajba tant li t-tkabbir ekonomiku ssokta u r-rata tal-qgħad kompliet tiċkien.

Għaqal fit-tmexxija u għax għandna fiduċja fil-poplu u f’pajjiżna nkomplu nkattru l-ġid u nqassmuh kif mistenni u kif jixraq, inkomplu neżerċitaw il-prinċipji soċjalisti tagħna billi nkunu ta’ spalla u ta’ għajnuna ma’ min l-aktar li hemm bżonn. Dan il-poplu jagħrfu u jirrikonoxxih hekk kif reġa’ għażel Gvern Laburista sabiex imexxih fl-2017 u ftit taxxhur ilu mill-ġdid hekk kif ta l-ewwel mandat tiegħu lil Robert Abela bl-akbar maġġoranza qatt miksuba minn partit politiku f’elezzjoni ġenerali mill-Indipendenza ’l hawn.

Inħarsu ’l quddiem għax dan li wettaqna hu biss ftit minn dak li nistgħu nwettqu flimkien fil-preżent u fil-ġejjieni. Biss biss f’din il-leġiżlatura Gvern Laburista huwa kommess li jwettaq l-elf proposta li wiegħed fil-manifest elettorali Malta Flimkien.

Perfetti m’aħniex, żbalji jsiru imma nitgħallmu minnhom u aktar minn hekk nisimgħu t-twissijiet tal-poplu, inwarrbu kull ħsieb ta’ suppervja, anzi nfittxu li qatt ma naġixxu mingħajr umiltà sabiex nirrimedjaw u noħolqu opportunitajiet minn dawn l-isfidi. M’għandix dubju li meta jerġa’ jiġi biex jagħżel il-poplu fis-snin li ġejjin se jirrikonoxxi mill-ġdid dak il-partit li fil-gvern daħal għalih u qala’ d-daqqiet għalih fi żminijiet ta’ kriżi internazzjonali, li jagħti serħan il-moħħ u stabilità, li jkollu l-kapaċità li jwettaq dak li jwiegħed u li joffrilu l-opportunitajiet għalih u għal uliedu b’viżjoni tanġibbli u veritiera għall-futur.

Dak il-miskin li jaħseb li huwa l-Kap tagħhom, kitbulu diskors li kien patetiku mill-bidu sal-aħħar. Dan Bernard il-Grech qalu bi prepotenza kbira, li indirizza lin-nazzjon, skont il-ġurnal tagħhom. Diskors fl-okkażjoni tal-għaxar snin mindu l-partit tagħna tela’ fil-gvern.

Issa jagħmilx diskors lin-Nazzjon, jew diskors lit-Times, lil Hatin’Malta jew lix-Shit News, ma jinteressani assolutament xejn, ħa ngħidlek. Jagħmel li l-madre tal-ħniena jrid. Imma li jgħid li l-poplu jixraqlu aħjar, u li l-partit tagħhom joffri l-opportunitajiet li verament jixirqu, dik le, imur isaqqi l-ħass tal-Marsa, Sur Editur.

Il-ġurnal tagħhom qalilna li dan il-Grech fakkar kif għaxar snin ilu l-partit tagħna ġie elett fil-Gvern. Dażgur li jiftakar, għax jiftakar li kienet tkaxkira tal-qaddisa, marija madoffi. Imbagħad kompla, dan il-bott għerf, li dawn is-snin kienu mimlija wegħdi mhux imwettqa u għaxar snin ta’ skandli wieħed wara l-ieħor.

U jmur inittef ħasi, ja għanbaqru. Inkun irrid ma nużax ċertu kliem, Sur Editur, imma ma nistax inżomm lura ma’ dawn. U għax tuża ċertu kliem magħhom, tarahom kollhom biki u rapporti u vavati. Bħalma għamel dak li ma’ ħuh imexxi l-partit tagħhom.

Ħu lil Robert l-Aquilina, ħu Karol. Dan ma tgħaddix ġurnata li ma jitlobx lil xi ħadd minn tagħna biex jirreżenja, għax b’hekk mingħalihom jirbħu xi punti dawn. U kien hemm wieħed u lil dan ir-Robert qallu li bl-azzjonijiet tiegħu ta’ min jitfagħlu vażett aċtu. U mar għamel rapport lill-pulizija għax ħassu mhedded, dan il-bikkej. Issa ara jekk ikunx hemm xi ħadd se jagħmel azzjoni bħal din u javża lil Malta kollha fuq il-mezzi soċjali li se jagħmilha! Imma dan Robert ried jilgħabha tal-miskin hux, biex nitħassruh.

Jien nitħassar il-moħħ ta’ tiġieġa li għandu, imma. Għax jekk niġu f’dan, dawn it-tip ta’ espressjonijiet huma parti mil-lingwa mitħaddta. Bħal meta Melda tiegħi tagħmel xi ġurnata teqred u ngħidilha, “Madonna, ieqaf għax nitfgħek minn fuq il-bejt għal isfel!”. Mhux hekk, Sur Editur? X’kull waħda wkoll!

Ejja nkomplu fuq Bernard il-Grech. Trid tkun verament giddieb tal-prima klassi biex tgħid li dawn kienu għaxar snin ta’ wegħdi mhux imwettqa, kif qal. Min kitiblu d-diskors vera jħobbu e, għax kitiblu diskors tal-qamel, kif ngħidu aħna l-Maltin.

X’ma ġewx imwettqa, ras il-kuġina ta’ bużnanntu, jew? Jekk hemm xi ħaġa li ma tistax tikkritika lill-Gvern tagħna dwarha hija li ma jwettaqx dak li jwiegħed. Rekord ta’ għaxar snin ta’ wegħdi mwettqa għandna aħna, Sur Editur.

U dan il-PiPiPi, Politiku Pinokkju Pupazz, kompla jgħid li l-Gvern tagħna m’għandux pjan biex itejjeb il-ħajja taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin għax m’għandux pjan għat-traffiku, għall-edukazzjoni, għall-futur ta’ wliedna jew għall-għoli talħajja. Trid tkun banana ħadra biex tgħid hekk!

Ara kemm sar u kemm għadu qed isir xogħol fit-toroq tagħna, ara kemm sar investiment u se jibqa’ jkun hemm investiment fl-edukazzjoni, ara kemm miżuri ddaħħlu u kemm qed jagħti sostenn il-Gvern tagħna biex irażżan l-għoli tal-ħajja!

Dan lanqas ikkalkula li f’għaxar snin kellna sfida wara l-oħra u ħriġna minnhom, kif jgħidu l-Ingliżi, “with flying colours” jew? Fosthom il-pandemija, il-gwerra ta’ Putin u l-lista l-griża – li kebbisha Bernard il-Grech stess. Imma kollha ħriġna minnhom, Sur Editur. Mhux kif xtaq il-bott għerf.

Għad-dieħla!

12.03.2023 16
Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL CATHERINE FENECH

SFIDI T’IMĠIBA F’KONFERENZA MINN INSPIRE

Il-Fondazzjoni Inspire, l-organizzazzjoni ewlenija lokali fis-settur tad-diżabilità ddedikata għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja, l-ugwaljanza u l-inklużjoni għal individwi u familji li jesperjenzaw imġiba ta’ sfida, ħabbret li se tkun qed torganizza konferenza bit-tema “Behaviours of Concern, Whose Behavior –Whose Concern?”, li se ssir fil-25 ta’ Mejju li ġej fiċ-ċentru tal-fieri MFCC, f’Ta’ Qali. Il-konferenza tinkludi kelliema internazzjonali distinti u se tkun opportunità eċċellenti għal dawk li attendew biex jitgħallmu dwar modi kif jiffaċċjaw sitwazzjonijiet varji appoġġjati mill-evidenza. Il-kelliema se jippreżentaw l-esperjenzi, it-teoriji u r-riċerka tagħhom biex jipprovdu lil dawk li jattendu għarfien aħjar ta’ kif jitnaqqas l-istress fil-ħaddiema u jittejjeb l-benesseri.

L-imġiba ta’ tħassib, li spiss issir referenza għaliha bħala imġiba ta’ sfida, tirrappreżenta sfida sinifikanti għall-kwalità talħajja, l-ugwaljanza u l-inklużjoni kemm fiddar, fl-iskola kif ukoll f’firxa ta’ ambjenti ta’ kura tas-saħħa u soċjali.

Il-konferenza, li se tittella’ bejn it-8.00 a.m. u l-5.00 p.m., se tipprovdi wkoll opportunità biex jiġi diskuss kif individwi u familji jistgħu jiġu esklużi minn kull forma ta’ parteċipazzjoni fil-komunitajiet tagħhom, u ħafna drabi jesperjenzaw trattamenti tas-saħħa mentali li mhumiex xierqa jew ta’ ħsara.

Paula Doumanov, Chief Quality Officer mal-Fondazzjoni Inspire qalet li “din il-konferenza għandha l-għan li tlaqqa’ flimkien esperti mill-qasam tas-saħħa mentali biex jiddiskutu l-imġiba ta’ tħassib u l-impatt tagħha fuq il-ħajja tan-nies. Il-konferenza se tidħol fis-suġġett minn diversi perspettivi, inklużi l-edukazzjoni, is-servizzi tas-saħħa, u l-policies, bil-għan aħħari li tipprovdi għarfien u soluzzjonijiet biex tappoġġja lin-nies affettwati minn din l-imġiba”.

Il-biljetti early bird huma disponibbli għal €80 sal-15 ta’ Marzu 2023, u dawk li jixtiequ jattendu jistgħu jixtruhom dirett online (https:inspire.org.mt/event/behaviours-of-concern/).

TITNEĦĦA L-MIŻATA GĦAL TALLINJA CARD LILL-ISTUDENTI

Malta Public Transport (MPT) qed toffri promozzjoni speċjali għall-istudenti full-time, fejn qed tipprovdilhom opportunità esklussiva biex japplikaw għal Student Tallinja Card bla ma jħallsu l-miżata tal-applikazzjoni ta’ €15. L-għan tal-offerta speċjali hu li t-trasport pubbliku jsir aktar affordabbli u aċċessibbli għall-istudenti madwar Malta u Għawdex.

“Billi nipprovdu lill-istudenti b’Tallinja Card b’xejn, qed nittamaw li nkunu qed inħeġġuhom jivvjaġġaw b’mod aktar sostenibbli,” qalet Diane Oswald, Kap talKomunikazzjoni tal-MPT. “Minbarra dan, l-inizjattiva tat-trasport pubbliku b’xejn tagħti s-setgħa lill-istudenti biex ikunu aktar indipendenti, u tippermettilhom jesploraw postijiet u opportunitajiet ġodda mingħajr ħlas.”

Din il-promozzjoni se tkun disponibbli f’dan ix-xahar u x-xahar li ġej, u hi miftuħa għall-istudenti kollha full-time irreġistrati f’kors f’Malta jew Għawdex. Biex

jikkwalifikaw għall-offerta, l-istudenti jridu jissottomettu l-applikazzjonijiet tagħhom online permezz tas-sit elettroniku tal-Malta Public Transport (publictransport. com.mt) fil-perjodu ta’ promozzjoni. Filwaqt li se titneħħa l-miżata tal-applikazzjoni, l-istudenti xorta jintalbu jħallsu l-miżata tal-posta ta’ €2.87.

Student Tallinja Card hi soluzzjoni ideali għall-ivvjaġġar għall-istudenti Postsekondarji attwali u prospettivi li jivvjaġġaw regolarment għall-istudji tagħhom. B’din il-card, l-istudenti jistgħu jgawdu wkoll minn rati ta’ vjaġġar imraħħas fuq servizzi oħrajn ta’ mobilità bħal rotot diretti, servizzi on-demand, Valletta Ferry Services u kiri ta’ Tallinja Bike.

Din l-offerta hi disponibbli għal żmien limitat biss. L-istudenti huma mħeġġa jieħdu vantaġġ minn din l-opportunità u japplikaw għal Tallinja Card tagħhom. Għal iżjed tagħrif dwar din l-offerta, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet, wieħed għandu jżur is-sit elettroniku stess.

12.03.2023 17
Iieħeb www.partitlaburista.org 5160 2034 - €10 SMS fuq 50619275 - €11.65 (Niżżel isem, kunjom u ID tal-persuna) mal-Partit Laburista

IL-ĦAJJA TRAĠIKA TA’ SOLOMON NORTHUP

IR-RAĠEL ISWED ĦIELES LI NĦATAF U NBIEGĦ FIL-JASAR

Imwieled fl-istat ta’ New York, Solomon Northup inħataf bħala adult u nbiegħ bħala lsir f’Louisiana - u wara l-ħelsien tiegħu kiteb il-ktieb awtobijografiku bl-isem 12 Years a Slave fuq l-esperjenza li kien għadda minnha. Fl-2013, l-udjenzi tal-films iffullaw jaraw 12 Years a Slave, li rrakkonta l-istorja qawwija ta’ raġel iswed ħieles, li fis-seklu 19 inħataf mit-Tramuntana tal-pajjiż u spiċċa nbiegħ bħala skjav fin-Nofsinhar. Iżda għalkemm il-film hu produzzjoni ta’ Hollywood, il-protagonist tiegħu, Solomon Northup, kien reali ħafna.

Minn CHARLES B. SPITERI

Eżatt bħal fil-film, Northup kien qed jgħix bħala raġel Iswed ħieles meta wara li nħataf, intbagħat Louisiana fejn inbiegħ bħala lsir. Għamel 12-il sena ddisprat fl-iskjavitù, esperjenza li aktar tard iddeskrivieha tajjeb ħafna fil-ktieb tiegħu tal1853, Twelve Years a Slave: Narrative of Solomon Northup, Citizen of New York , li nħataf fil-Belt ta’ Washington fl-1841, u kien salvat fl1853.

Id-deskrizzjonijiet li jagħti Northup fuq il-ħtif, l-iskjavitù brutali u s-salvataġġ drammatiku tiegħu xxukkjaw lill-udjenzi madwar ilpajjiż u malajr biegħu xogħlijiet minn kittieba bojod bħal Henry David Thoreau, Walt Whitman u Ralph Waldo Emerson. “Il-verità,” irrimarka Frederick Douglass, “hi aktar lil hinn mill-finzjoni.”

Tabilħaqq, l-istorja vera ta’ Solomon Northup hi kemxejn differenti minn dik li tidher f’ 12 Years a Slave

Mill-ħelsien għall-jasar

Imwieled fl-1807 jew fl-1808 f’Minerva, New York, Solomon Northup (parti li maħduma minn Chiwetel Ejiofor fil-film) qatta’ l-ewwel parti ta’ ħajtu liberu. Missieru, Mintus, kien inqabad skjav iżda ngħata l-ħelsien hekk kif tħabbret il-mewt ta’ sidu. Kien għalhekk li Northup qatta’ tfulitu liberu u uża l-ħin liberu li kellu biex jaqra kotba jew idoqq il-vjolin, li kien il-‘passjoni dominanti’ tiegħu.

Meta fl-1828, Northup ħass li kien kapaċi jiżżewweġ lil min għażel, resaq għal dan il-pass u żżewweġ lil Anne Hampton, mara ta’ razza mħallta. Bejniethom,

kellhom tlett itfal u għexu ħajja li Northup kien isejħilha ‘komda’ għalkemm mhix prospera.

Minkejja li kien ’il bogħod mill-iskjavitù tan-Nofsinhar, kultant Northup kien jiltaqa’ ma’ nies Suwed li waqgħu skjavi u li għaddew mil-Lukanda tal-Istati Uniti, fejn kien jaħdem. Uħud minn dawn l-iskjavi, kienu sa jitolbu l-għajnuna tiegħu.

“Kważi b’mod uniformi sibt li kienu jgħożżu xewqa sigrieta għal-libertà,” kiteb Northup iktar tard. “Xi wħud minnhom esprimew l-aktar ansjetà ħarxa biex jaħarbu u kkonsultawni fuq l-aħjar metodu kif iwettqu l-ħarba tagħhom.”

Iżda Northup ħassu ’l bogħod minn dik id-dinja.

“Wara li ħajti kollha nfaħt l-arja ħielsa tat-Tramuntana... jien kelli l-istess senti-

menti u affezzjonijiet li jsibu posthom f’sider raġel abjad,” kiteb Northup, filwaqt li nnota li għall-inqas kellu “intelliġenza ugwali għal dik ta’ xi rġiel b’ġilda aktar ċara.”

Iżda ħin bla waqt, Northup kien se jittieħed bil-forza ’l bogħod mill-arja ħielsa tat-Tramuntana u jiddaħħal b’kuntrabandu fl-iskjavitù tan-Nofsinhar.

Il-ħtif ta’ Solomon Northup

Fl-1841, Solomon Northup iltaqa’ wiċċ imb wiċċ ma’ żewġt irġiel li sejħu lilhom infushom Hamilton u Brown. Hekk kif irrappurtat fi BlackPast, l-Istorja tan-nies Suwed fl-Amerka, Northup kien qed ifittex impjieg f’Saratoga Springs, fi New York, meta ż-żewġt irġiel stednuh biex imur idoqq il-vjolin tiegħu fil-belt ta’ New York. Im-

bagħad, saħqu miegħu biex imur jakkumpanjahom għal xogħol fiċ-ċirku f’Washington, D.C.

“Huma wegħduni xogħol u pagi għoljin jekk nakkumpanjahom,” spjega Northup fil-memorji tiegħu. “B’mod ġenerali tkellmu miegħi b’ċertezza fuq il-vantaġġi li kien hemm lesti għalija, u tant faħħruni b’dak li kienu qed jissuġġeruli, li fl-aħħar ikkonkludejt li naċċetta l-offerta.”

Iżda Hamilton u Brown ma kinux dawk li dehru li kienu.

Ladarba waslu Washington — fejn l-iskjavitù kien legali — iddrugaw lil Northup, li meta qam mir-raqda u ġie f’tiegħu, sab ruħu fi dlam totali u marbut bil-ktajjen.

“Imbagħad bdiet tintgħaġen f’moħħi l-idea, għall-ewwel imċajpra u konfuża, li kont ġejt maħtuf,”

spjega Northup fil-memorji tiegħu. “Iżda li ħsibt li dan kien inkredibbli. Emmint li kien hemm xi żball xi mkien — xi żball sfortunat.”

Għall-iskantament u l-biża’ tiegħu, Northup malajr sar jaf li l-priġunerija tiegħu xejn ma kienet żball. Meta saħaq mar-raġel abjad li ħatfu, li hu kien bniedem ħieles, dak li ħatfu u raġel ieħor bdew isawtuh brutalment.

Jissokta s-swat

“Daqqa wara l-oħra ġiet inflitta fuq ġismi għarwien,” irrakkonta Northup. “Meta driegħ min sawtu bla waqfien għeja, hu waqaf mis-swat u staqsa jekk għadnix ninsisti li kont raġel ħieles. Iva, jien insistejt fuq din il-ħaġa u mbagħad id-daqqiet reġgħu bdew jingħatawli, aktar ma-

12.03.2023 18
Chiwetel Ejiofor fil-parti ta’ Solomon Northup (fin-nofs tar-ritratt) flimkien ma’ skjavi oħrajn

lajr u b’aktar qawwa, possibbilment aktar minn qabel.”

Ftit ħin wara Northup ittella’ fuq bastiment lejn Louisiana. Eżatt bħal fil-film, hu u rġiel Suwed oħra fasslu pjan biex jieħdu f’idejhom il-bastiment li kienu fuqu u jaħarbu. Iżda hawnhekk, il-ktieb ta’ Northup u l-film ibbażat fuq ħajtu, ivarjaw xi ftit.

F’ 12 Years a Slave , il-pjan tagħhom jitbixkel, wara li wieħed mill-irġiel jinqatel waqt li jkun qed jiddefendi mara minn stupru. Fir-realtà, skont Slate, il-pjan talħarba tagħhom tbiel wara li wieħed mill-irġiel miet bil-ġidri.

Bla ebda għażla oħra, Northup qatagħha li jistenna u jara x’kellu jkun id-destin tiegħu fin-Nofsinhar.

Wara l-vjaġġ twil bil-bastiment, Solomon Northup sab ruħu fi New Orleans, fejn ra s-separazzjoni ta’ qtigħ il-qalb ta’ omm, jisimha Eliza miżżewġt itfal tagħha. U bħal filfilm, Northup u Eliza nxtraw it-tnejn mill-istess raġel; William Ford (parti maħduma minn Benedict Cumberbatch).

Tibdiliet fil-film

Iżda f’ċerti modi, it-tifkira ta’ Northup għaż-żmien tiegħu fil-jasar, tvarja mill-film.

Pereżempju l-film jenfasizza

l-ipokrisija ta’ Ford, billi jurih jaqra prietka Kristjana waqt

it-twerżiq u l-biki tal-qalb maqsuma ta’ Eliza. Imma Northup ma kellu x’jgħid xejn ħlief affarijiet tajbin fuq dan ir-raġel.

“Qatt ma kien hemm raġel nobbli, qalbu tajba u sinċier daqs il-Kattoliku William Ford.” Hekk jistqarr Northup fil-memorji miktuba tiegħu. “[Hu] kien mexxej mudell...

u kien ikun fortunat l-ilsir li jaqa’ taħt idejh.”

Minkejja t-tjubija apparenti ta’ Ford, Northup ma baqax miegħu għal żmien twil. Hekk kif juri l-filmat, Northup kellu xi jgħid ma’ indukratur krudili jismu John Tibeats (Paul Dano) u mbagħad inbiegħ lil sid tal-iskjavi ferm aktar brutali, Edwin Epps (Michael Fassbender).

Minn dak il-punt ’il quddiem, Northup jispiċċa skjav ta’ Epps. F’12 Years a Slave, hu mpinġi bħala bniedem li jagħti l-impressjoni li se tiġri xi ħaġa ħażina, iżda fil-fatt Epps kien ferm aktar krudili milli jissuġġerixxi l-film. Hu mhux biss kien ibati minn “burdati ta’ żfin” li fihom iġiegħel lill-iskjavi jiżfnu, iżda kellu l-gosti li jsawwathom bilfrosta.

L-agħar fost kollox, kien li Epps kellu intenzjonijiet sesswali xejn xierqa lejn mara żagħżugħa skjava, jisimha Patsey (Lupita Nyong’o). Għalkemm il-film jidħol fid-dettall fix-xewqa ta’ Epps għal Patsey, Northup hu aktar sottili fuq dan. Madanakollu, iż-żewġ rakkonti jaqblu li l-attrazzjoni ta’ Epps għal Patsey qanqlet ir-rabja ta’ martu u wasslet biex tintuża l-frosta vizzjuża fuq Patsey, ix-xbejba skjava.

Tabilħaqq, waħda mill-aktar xeni tal-biża’ fil-memorji ta’ Northup, u f’12 Years a Slave, hi ta’ meta Epps iġiegħel lil Northup jiffrosta hu nnifsu lil Patsey, li ġiet imneżżgħa u marbuta ma’ injam mirfud flart.

“Nasal ngħid li dakinhar, imkien f’wiċċ id-dinja kollha, ma kien hemm wirja demonika bħal dik li seħħet hemm,” fakkar Northup iktar tard. Hu pprova jwaqqaf is-swat,

iżda fl-istess ħin Epps jeħodlu l-frosta minn idu u jkompli jagħti biha lil Patsey hu stess, sakemm spiċċat imxarrba bid-demm, li niżel iġelben minn ġenbejha.

Patsey ma talbitx lil Northup jgħinha ttemm ħajjitha, kif tagħmel fil-film, iżda fil-memorji tiegħu kiteb li s-swat bil-frosta kien kissirha. “Jekk qatt kien hemm qalb miksura, waħda mgħaffġa u mħassra mill-ħakma offensiva ta’ tbatija sfortunata, kienet ta’ Patsey,” qal Northup.

Iżda l-isfortuna ta’ Northup stess ma kellhiex iddum ma tiġi fi tmiemha. Wara aktar minn għaxar snin skjav, fissnin tal-1850 laqgħa wasslitu għall-ħelsien.

Kif ħarab mill-jasar?

Wara 12-il sena skjav, fl-1853, Solomon Northup sab ruħu raġel ħieles mill-ġdid. U s-sekwenza ta’ avvenimenti li wasslu għall-ħelsien tiegħu hi pjuttost simili bejn dawk fil-memorji tiegħu u l-film. It-tnejn jiddependu minn raġel jismu Bass (Brad Pitt).

Kif jirrakkonta Northup, Bass kien raġel Kanadiż li kien ilu jgħix f’Louisiana għal ftit snin. Waqt li kien qed jisma’ konverżazzjoni bejn Bass u Epps, Northup sar jaf li Bass kien kontra l-iskjavitù li sejjaħlu “dnub, dnub tal-biża’, li jistrieħ fuq dan in-nazzjon”. Għalhekk Northup iddeċieda li javviċinah.

“Issa kien wasal iż-żmien, jekk qatt kien hemm, li nqajjem is-suġġett u ddeċidejt nagħmel dan u nissottometti ruħi għal kwalunkwe konsegwenzi li setgħu jirriżultaw.” Hekk għamel Northup fil-mument li sab ruħu waħdu ma’ Bass. Iż-żewġt irġiel tkellmu u Northup stqarr

il-verità. Min-naħa tiegħu Bass qallu li kien lest jgħinu. Fil-fatt, jirriżulta li Bass għamel aktar għal Northup milli jissuġġerixxi l-film.

Kiteb diversi ittri għal Northup u saħansitra offra li jivvjaġġa lejn New York f’ismu.

Il-pjan tagħhom għar-rilaxx ta’ Northup ħa ħafna aktar milli fil-film. Iżda fl-aħħar u sewwasew fl-1853, irnexxa l-pjan għall-ħelsien millġdid.

Ħidma għall-ħelsien

BlackPast, (il-Ġabra tal-Istorja tas-Suwed fl-Amerka) issemmi li kemm Henry B. Northup, kif ukoll qarib taleks sid ta’ missier Northup, flimkien mal-gvernatur ta’ New York u ma’ senatur ta’ Louisiana, kollha għenu jillokalizzaw u jeħilsu lil Northup mill-jasar dik is-sena stess.

U b’dan, Northup irnexxielu jerġa’ jaqbad triqtu lejn New York. “Qalbi faret bilferħ hekk kif ħarist madwari lejn xeni familjari qodma u sibt ruħi f’nofs il-ħbieb li kelli fl-antik,” kiteb Northup iktar tard, għalkemm hu rrikonoxxa wkoll il-qtigħ ta’ qalb meta ltaqa’ ma’ bintu, Margaret, għax wara li kienu ilhom 12-il sena mifrudin minn xulxin, ma għarfitux.

Iżda l-istorja ta’ Solomon Northup ma tispiċċax hemm. Fil-fatt, l-aħħar kapitli tiegħu fihom xi misteru għall-istoriċi tal-lum.

X’ġara lil Solomon Northup?

Wara l-ħarba tiegħu, Solomon Northup kiseb fama kbira appena ppubblika l-memorji tiegħu (kif qal lil David Wilson) Twelve Years a Slave: Narrative of Solomon Northup, a Citizen of New York, Kid-

napped in Washington City in 1841, and Rescued in 1853

Fiż-żmien li l-abolizzjonisti kienu meqjusa bħala karattri marġinali, l-Amerikani madwar in-nazzjon kollu ffukaw sew fuq dak li għaddiet minnu f’ħajjitha persuna skjava.

Iżda Brown u Hamilton, lirġiel li ħatfu lil Northup u li skont l-istorja, l-ismijiet reali tagħhom kienu Alexander Merrill u Joseph Russell, qatt ma ġew ikkastigati. Il-każ ta’ Northup instema’ f’Washington, D.C., fejn u meta n-nies Suwed ma kienx għad kellhom drittijiet legali. U eventwalment Northup innifsu sfuma mir-rekords pubbliċi. Aktar tard, fl-obitwarju ta’ martu, hi kienet deskritta bħala armla, għalkemm m’hemm l-ebda tagħrif fuq meta, fejn, jew kif miet żewġha. Fil-fatt, xi xnigħat isostnu li hu reġa’ nħataf u nbiegħ fin-naħa t’Isfel tal-Amerka.

L-aħħar jiem ta’ Northup setgħu kienu mċajpra, iżda ċertament hu ta’ kontribut siewi matul ħajtu. Il-memorja mqanqla tiegħu ippreżentat argument qawwi kontra l-iskjavitù - bejn wieħed u ieħor għaxar snin qabel il-Gwerra Ċivili – fiż-żmien meta ħafna Amerikani kienu kuntenti jagħlqu għajnejhom għal din il-prattika.

“M’għandi l-ebda kummenti x’nagħmel fuq is-suġġett tal-iskjavitù,” kiteb Solomon Northup fl-aħħar tal-memorji tiegħu. “Dawk li jaqraw dan il-ktieb jistgħu jiffurmaw l-opinjonijiet tagħhom dwar l-‘istituzzjoni partikulari...’ Din mhix finzjoni; l-ebda esaġerazzjoni. Jekk fallejt f’xi ħaġa, kien billi ppreżentajt lill-qarrej b’mod prominenti wisq, in-naħa sabiħa tal-istampa.”

12.03.2023 19
Northup fl-iskjavitù Epps ma’ Patsy fil-preżenza ta’ Northup

SAN ĠWANN LOKALITÀ VIBRANTI

Il-Kunsilli Lokali huma l-qalb tal-lokalitajiet Maltin u Għawdxin. Iwettqu xogħol kemm li jidher kif ukoll xogħol li forsi ħadd ma jkun jaf bih. Bla dubju, il-kritika ma tonqosx u kultant ma tkunx ġusta wkoll. Tajjeb li nifhmu iżjed x’inhu x-xogħol ta’ Kunsill u li wara kull Kunsill, hemm ħin twil ta’ ħidma, kuntatti u sagrifiċċji wkoll biex fl-aħħar millaħħar igawdu ċ-ċittadini kollha. Tkellimna masSindku Trevor Fenech millKunsill Lokali ta’ San Ġwann.

Xi jfisser Kunsill Lokali? X’inhi l-ħidma tiegħu?

Il-Kunsill Lokali huwa rappreżentanza magħżula mir-residenti stess biex jaħdmu għat-titjib tal-lokal. Ir-responsabbiltajiet jinkludu tindif, manutenzjoni tal-ġonna u pjazez, public convenience, bulky refuse collection, manutenzjoni tat-toroq, tabelli u sinjali u oħrajn. Il-Kunsilli

Lokali wkoll jiffurmaw parti integrali mir-reġjuni rispettivi tagħhom. Hemm ukoll numru ta’ responsabbiltajiet bħal ġbir ta’ skart.

Barra dan kollu, naħseb l-aktar funzjoni li mhix imniżżla fil-liġi u ma tantx nitkellmu fuqha hija r-responsabbiltà li joħloq lokal

magħqud u b’saħħtu ċivilment.

Taħseb li n-nies jafu sew x’inhu l-irwol tal-Kunsill Lokali?

In-nies jirrikorru għand il-Kunsill Lokali għal kull natura ta’ problemi. Minkejja

li mhux kull problema taqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill, aħna nippruvaw niggwidaw lir-resident lejn l-aħjar triq biex tissolva l-problema bl-aħjar mod.

Rajna lil San Ġwann jiffjorixxi sew fl-attivitajiet, proġetti u anke fl-aspett

Fil-verità, il-fondi huma allokati lill-Kunsill biex iservu għall-bżonnijiet tal-lokal, imma jifdal ftit li xejn għall-proġetti kapitali u għall-attivitajiet.

Perjodikament, joħorġu skemi u inizjattivi finanzjarji

fejn il-Kunsill ikun jista’ japplika għal fondi addizzjonali

biex ikollu aktar fondi biex jorganizza dawn il-proġetti

pożittiv vis-à-vis irresidenti. Kif inħoloq dan? Xi sfidi tiltaqgħu magħhom bħala Kunsill biex twettqu l-pjanijiet tagħkom?

Fil-verità, il-fondi huma allokati lill-Kunsill biex iservu għall-bżonnijiet tal-lokal, imma jifdal ftit li xejn għall-proġetti kapitali u għall-attivitajiet. Perjodikament, joħorġu skemi u inizjattivi finanzjarji fejn il-Kunsill ikun jista’ japplika għall-fondi addizzjonali biex ikollu aktar fondi biex jorganizza dawn il-proġetti. Hekk għadu kif tħabbar waqt konferenza mis-Segretarju Parlamentari Alison Zerafa Civelli fejn ġew imnedija bosta skemi finanzjarji b’saħħithom li ser jgħinu tassew. Hawnhekk irid ikollok ir-riżorsi umani mhux biss biex jiġu identifikati dawn l-iskemi, imma wkoll biex issir l-applikazzjoni. Hawnhekk ukoll, jekk jirnexxilek issib il-finanzi għall-attivi-

12.03.2023 20
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Qed nagħmlu sforz ukoll fit-tindif. Nemmnu li b’aktar kampanji ta’ informazzjoni, inħeġġu lil dawk ilftit li għadhom mhumiex qegħdin isegwu l-iskeda tal-ġbir biex jiddisponu mill-iskart tagħhom kif suppost

tà, ikun hemm sfidi loġistiċi biex l-attività tiġi organizzata u tkun ta’ suċċess. Aħna nemmnu li meta naħdmu flimkien mal-għaqdiet lokali b’għan wieħed, jirnexxilna nagħmlu ħafna affarjiet.

X’hemm ippjanat għall-Ġimgħa Mqaddsa f’San Ġwann, għalkemm ma hemmx tradizzjoni ta’ purċissjoni?

Fil-Ġimgħa Mqaddsa l-Kunsill jorganizza numru ta’ attivitajiet. Tliet snin ilu investejna fit-tagħmir biex issir Via Sagra in Lumine. Din ser tiġi organizzata f’Misraħ Lourdes mit-30 ta’ Marzu sas7 ta’ April 2023. Ikun hemm wirja ta’ vari minn numru ta’ residenti dilettanti madwar il-lokal. Ser ikun hemm ukoll il-kunċert sagru fil-Knisja Parrokkjali. Dan ser ikun fil-5 ta’ April 2023.

Ħadd il-Għid ikun hemm il-ħruġ tal-Istatwa tal-Irxoxt. Din is-sena ser ikun hemm

ukoll Via Sagra organizzata mill-Parroċċa flimkien mal-Kunsill. Din ser issir fit-3 ta’ April 2023. Dawn l-attivitajiet huma kollha bla ħlas u kulħadd huwa mistieden.

Smajna ħafna dwar spazji miftuħa u rajna kif San Ġwann se jkun qed jibbenefika minn proġett massiċċ marbut ma’ dan is-suġġett. Spjegalna dwaru.

Nemmnu li l-preżenza ta’ spazji miftuħa u rikreattivi huma vitali għal lokal b’saħħtu u kwalità ta’ ħajja aħjar għar-residenti. San Ġwann għandu 13 minn dawn l-ispazji miftuħa. Il-ħolqien ta’ aktar spazji miftuħa kien dejjem fuq l-aġenda tal-Kunsill. Żmien ilu, kont intbaħt li ċ-ċentru ta’ San Ġwann huwa magħmul minn traffiku u karozzi.

Lanqas pjazza m’hemm fejn jistgħu jinġabru r-residenti. Ressaqt l-idea lill-Kunsill, fejn kien hemm qbil

unanimu, biex iċ-ċentru ta’ San Ġwann isir ġnien u pjazza u l-parkeġġ u t-traffiku jiġu taħt l-art. Din l-idea ġiet ikkomunikata lill-Gvern Ċentrali fejn ġiet addottata. Ilproċess beda, fejn diġà saru laqgħat ta’ konsultazzjoni mar-residenti u mal-komunità kummerċjali fl-akkwata.

Illum qegħdin jiġu emendati l-pjanti, b’riflessjoni fuq dak li smajna mill-istess residenti u mill-ħwienet.

Aħna ridna li ssir laqgħa ta’ konsultazzjoni vera fejn nisimgħu l-ħsibijiet tan-nies.

Grazzi kbira tmur lill-Kap

Eżekuttiv ta’ Project Green, is-Sur Steve Ellul flimkien mal-uffiċjali, għall-ħidma tagħhom lejn dan il-proġett.

Fi żmien li ġej, ser issir l-applikazzjoni lill-Awtorità tal-Ippjanar. Inħarsu ’l quddiem b’entużjażmu u pożittività lejn dan il-proġett li ser ibiddel lil San Ġwann.

Il-futur ta’ San Ġwann... x’hemm ippjanat?

Aħna dejjem inħallu l-pożittività tkun il-boxla tagħna fir-rigward tal-pjanijiet futuri ta’ San Ġwann. Ser inkomplu nsaħħu l-infrastruttura tagħna, fejn għal din is-sena hemm numru ta’ toroq fejn ser issir rikostruzzjoni tagħhom millġdid. Il-ħidma ambjentali hija dejjem fuq quddiem bħala prijorità, fejn hemm numru ta’ ġonna ppjanati.

Wara li s-sena l-oħra tlesta l-Pocket Garden Ibiskus, għal din is-sena hemm il-Pollinator Garden f’tal-Propostru Triq tal-Balal, fejn ix-xogħol diġà beda, u hemm Ġnien George Zarb, li grazzi għall-għajnuna tal-Public Works ix-xogħol miexi sew. Hemm ukoll Ġnien il-Kampanella li ser jibda fi żmien qasir, kif ukoll il-proġett talcart ruts. Il-pjan ukoll hu li nkomplu bil-ħidma fis-settur soċjo-kulturali. Hawn naħdmu fil-qrib mal-għaqdiet lokali kif ukoll mal-anzjani tal-lokal.

Qed nagħmlu sforz ukoll

fit-tindif. Nemmnu li b’aktar kampanji ta’ informazzjoni, inħeġġu lil dawk il-ftit li għadhom mhumiex qegħdin isegwu l-iskeda tal-ġbir biex jiddisponu mill-iskart tagħhom kif suppost.

Ma jonqosx ukoll li hemm numru konsiderevoli ta’ attivitajiet ippjanti għal din is-sena, marbuta ma’ Jum San Ġwann, mas-sajf, mal-Milied u oħrajn.

Tħeġġeġ lin-nies joħorġu għall-Kunsill? In-nies japprezzaw jew aktar jikkritikaw?

Jiena nemmen li kull min joħroġ għall-Kunsill, għandu għal qalbu l-lokal tiegħu. Huwa importanti, li Kunsill ikun iffurmat minn firxa ta’ nies minn kull parti tas-soċjetà.

Dan ikompli jħeġġeġ l-iskambju ta’ ideat u entużjażmu fil-lokal. Ideat differenti jkomplu jixprunaw il-ħidma favur il-lokalità.

12.03.2023 21

RYAN PORTELLI ĦOLOQ LOGĦOB VIRTWALI

U SAR IX-XOGĦOL TIEGĦU

Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li s’issa ħoloq tliet logħbiet virtwali li jisimhom: Customers From Hell , Trenches u The Backrooms 1998 .” Qed nirreferi għal Ryan Portelli.

Għandi 28 sena u mill-Isla. Illum il-ġurnata, xogħlu huwa ta’ full-time game developer, wara sitt snin jaħdem ġo fabbrika. Id-deċiżjoni biex jimxi għal rasu ma kinitx faċli, però għamel kuraġġ sabiex iwettaq il-ħolma tiegħu.

Bħala passatempi jħobb il-gaming, joħloq il-logħob, idur id-dinja, jaqra u jara dokumentarji u films. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala ambizzjuż u ma jaqtax qalbu, viżjonarju, awtokritiku, iżda fl-istess ħin jipprova jkun pożittiv kemm jista’ jkun.

Kollox beda minn passatemp

Ridt inkun naf meta, kemm ilu u kif beda joħloq logħob virtwali għall-kompjuters u għall-consoles. Ryan weġibni: “Kollox beda minn passatemp fis-sena 2020, meta l-ewwel bdejt noħloq logħba fil-ħin liberu tiegħi. Imbagħad, waqt li kont kwarantina minħabba l-Covid, sibt iktar ħin biex inkompli naħdem fuqha. Fl-2021 ġiet

ippubblikata fuq Steam, li hija pjattaforma fejn in-nies setgħu jixtruha għal fuq il-kompjuters tagħhom.

L-ewwel logħba ma marritx tajjeb daqskemm xtaqt, u kont kważi qtajt qalbi. Però, għamilt kuraġġ u bqajt naħdem u ftit taż-żmien wara fl-istess sena ppubblikajt it-tieni logħba tiegħi Trenches fuq il-kompjuter. Din hija l-istess logħba li ħarġet fuq il-consoles l-iktar popolari fl20 ta’ Jannar li għadda. Bdejt naħdem fuqha biex tiġi ppubblikata fuq dawn il-consoles popolari madwar sena ilu.”

Kompla jgħidli li minn dejjem kienu jaffaxxinawh il-logħob u dak kollu li jkun għaddej wara l-kwinti. “Ta’ età żgħira, kont infittex informazzjoni fuq l-internet, naqra u nistudja waħdi kif jinħoloq il-logħob. Meta bdejt nikber, kont nitkellem mannies u ngħidilhom li nixtieq insir game developer.

Kien hemm ħafna li qaluli li ma nistax inżomm dan ix-xogħol bħala l-full-time tiegħi, forsi għax dak iżżmien ma tantx kien hawn opportunitajiet għal nies bħali. Dan qatt ma qatagħli qalbi u komplejt nitgħallem billi nara l-vidjows fuq YouTube. Wara niżżilt xi programmi li jintużaw biex

jinħoloq l-logħob u bdejt nesperimenta waħdi billi noħloq xi prototipi u logħob żgħir. Minn hemm ’il quddiem dejjem bqajt nistudja,” stqarr miegħi Ryan.

Fil-fatt, kompla jgħidli li s-sodisfazzjon wara li jlesti logħba li jkun ilu tant żmien jaħdem fuqha, huwa kbir u sabiħ ħafna. “Sabiħ li tara lin-nies jilagħbuha u jgħaddu r-rispons tagħhom. Ovvajment, mhux kull rispons ikun sabiħ, iżda jien inħobb inħares lejn kull rispons sabiex inkompli ntejjeb il-prodott tiegħi. Diffiċli nispjega s-sodisfazzjon wara li tlesti logħba.”

Inħobb inżomm saqajja mal-art u nibqa’ ntejjeb il-prodott tiegħi

Il-fatt li beda b’passatemp, qatt ma basar li se jsir ix-xogħol tiegħu. “Ilum il-ġurnata qed noħloq il-logħob bħala x-xogħol full-time tiegħi. Qatt ma bsart li dan il-passatemp ser isir ix-xogħol tiegħi. Minkejja li wieħed forsi jista’ jaħseb li għax ħolma saret realtà, jista’ jieqaf hemm, jien inħobb inżomm saqajja malart u nibqa’ ntejjeb il-prodott tiegħi,” sostna miegħi.

Sirt naf ukoll li l-aktar li jħobb joħloq huma logħob

tal-biża’ bl-Ingliż imsejħa horror games. “Nuża diversi programmi sabiex niżviluppa l-logħob, wieħed minnhom huwa Unity Game Engine. Kollox jibda billi nqiegħed dak li jkolli f’moħħi fuq karta. Dan jinkludi l-istorja, il-karattri, ix-xenarji, il-ħsejjes u affarijiet oħra. Imbagħad inkompli billi noħloq dawn l-affarijiet permezz ta’ software differenti.

Meta nkun kuntent bir-riżultat ta’ dawn il-biċċiet, inpoġġi kollox ġol-programm Unity Game Engine sabiex il-logħba tibda tieħu l-forma tagħha. Il-proċess huwa wieħed ripetittiv minħabba li jkolli nibdel l-affarijiet kemm-il darba sakemm inkun kuntent bil-prodott finali.”

Ta’ min jgħid ukoll li l-logħob li joħloq kollu huwa mniżżel taħt l-isem Steelkrill Studio. “Dan huwa l-isem li jien nuża biex nippubblika l-logħob taħtu, imma m’għandu l-ebda sinifikat partikolari. Għoġobni kif jinstema’ u għażilt lilu.”

Mistoqsi xi kemm idum sabiex jibda u jlesti logħba mill-bidu sal-aħħar, Ryan weġibni li dan jiddependi ħafna minn x’tip ta’ logħba jkun qed joħloq. “Bejn wieħed u ieħor il-proċess idum mad-

war 7 u 15-il xahar biex toħloq logħba bħalma għamilt jien waħdi mill-bidu sal-aħħar. Naturalment, dan jista’ jvarja minħabba xi problemi li tiltaqa’ magħhom waqt il-coding.

Wara li l-logħba tkun lesta, din tiġi offruta fuq Steam fejn wieħed jista’ jidħol u jixtriha biex jilgħabha fuq il-kompjuter. Barra minn hekk, nippromwoviha fuq ċerti siti u minn hemmhekk jaf tiġbed l-għajn ta’ kumpaniji mondjali sabiex tkun tista’ tiġi ppubblilkata fuq consoles popolari.”

Il-kompetizzjoni hija waħda kbira u fuq livell internazzjonali

Miegħu ddiskutejt il-fatt li meta ħoloq l-ewwel logħba tiegħu fi żmien il-Covid, bl-isem Customers from Hell għal xi raġuni ma marritx kif xtaq. B’hekk ħadt il-kummenti tiegħu rigward dan.

“Din kienet l-ewwel esperjenza tiegħi li noħloq logħba kbira u npoġġiha għall-bejgħ. Il-kompetizzjoni hija waħda kbira u fuq livell internazzjonali. Minkejja li xorta waħda kien hemm bejgħ ta’ din il-logħba, din ma marritx tajjeb daqskemm xtaqt. Però minn din l-esperjenza tgħal-

12.03.2023 22
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

limt u użajtha biex intejjeb proġetti oħra.”

Fil-fatt, fl-20 ta’ Jannar ta’ din is-sena, l-logħba Trenches tnediet fuq consoles popolari madwar id-dinja. “Issa li ser tkun fuq dawn il-consoles tant popolari, mistenni jkun hemm iktar nies li jistgħu jilagħbu din il-logħba. L-udjenza issa ser tikber minħabba li l-gamers li jippreferu consoles oħra milli l-kompjuter ser tkun disponibbli għalihom.”

Miegħu ddiskutejt ukoll dwar l-isfidi li jiltaqa’ magħhom waqt il-proċess. “L-ikbar sfida hija li appar -

SKEDA ONE

ti li trid toħloq il-logħba, li dan fih innifsu jieħu ħafna ħin, ikun hemm bżonn tieħu ħsieb affarijiet oħra, bħal marketing, support wara li toħroġ il-logħba speċjalment għal ċertu kompjuter hardware iżjed antik u xi affarijiet amministrattivi oħra.”

Fl-aħħar nett, tlabtu jħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa biex dawk kollha li għandhom ħolma li jagħmlu xi ħaġa f’ħajjithom, ma jaqtgħux qalbhom u jibqgħu jippersistu, anke meta forsi xi ħaġa ma tmurx kif ikunu xtaqu huma.”

Qatt ma bsart li dan il-passatemp ser isir ix-xogħol tiegħi. Minkejja li wieħed forsi jista’ jaħseb li għax ħolma saret realtà, jista’ jieqaf hemm, jien inħobb inżomm saqajja mal-art u nibqa’ ntejjeb il-prodott tiegħi

08.11.2020 12.03.2023 23
06:30 ONE News 06:45 Popcorn 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makkjetta 07:30 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 PrimeTime 16:00 Intervista mal-Prim Ministru 16:55 The Local traveller 17:30 Flimkien ma’ Nancy 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Ir-Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:35 Reboot Podcast 21:15 Malta’s Ultimate Tattoo Challenge 22:15 Mitt sena mit-twelid ta’ Agatha Barbara 22:45 Dinja Mutur 23:30 ONE News 06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:21 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Dak li Jgħodd 09:30 The Local Traveller 10:05 Investigaturi tal-Mużika 10:25 Aroma Kitchen 11:25 Popcorn 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:40 Brillanti 15:30 ONE News 15:40 Esperti 16:15 Flimkien ma’ Nancy 17:15 Sabiħa l-Ħajja 17:45 Ondroad 18:15 Pink Panther 19:00 Primetime 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Arani Issa 23:30 ONE News 13-03 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:55 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Dak Li Jgħodd 17:10 Il-pulizija fil-komunità 17:25 Esperti 18:00 What’s Cooking 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:35 The Local Travel 21:00 Twenty2Sixty 22:00 Awla 23:30 ONE News 15-03 ERBGĦA 06:30 ONE News 06:48 Ondroad 07:22 Mill-Chcina ta’ Dari 07:25 Ħajjitna Makjetta 07:26 PrimeTime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:40 Paperscan 10:00 Ieqaf 20 Minuta 10:30 Attività Politika 11:25 What’s Cooking 11:55 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Indhouse 16:35 PrimeTime 17:00 Ieqaf 20 Minuta 17:30 L-Argument 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Attività Politika 21:00 Il-Willy 22:00 Madwar Mejda 23:30 ONE News 19-03 ĦADD 06:30 ONE News 06:45 Żona Sport 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 PrimeTime 16:00 Reboot Podcast 16:35 Ieqaf 20 Minuta 17:00 What’s Cooking 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE News 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 PrimeTime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Awla 22:30 Country Jamboree 23:00 Ieqaf 20 Minuta 23:30 ONE News TLIETA 06:30 ONE News 06:45 What’s Cooking 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:40 Primetime 16:00 Ieqaf 20 Minuta 16:30 Esperti 17:00 Żona Sport 17:30 Aroma Kitchen 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Dinja Mutur 21:00 Madwar Mejda 22:30 Il-Willy 23:30 ONE News ĦAMIS SIBT TNEJN 06:30 ONE News 06:45 Dinja Mutur 07:15 Mill-Chcina ta’ Dari 07:20 Ħajjitna Makkjetta 07:25 Primetime 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:15 Ħajjitna Makkjetta 10:00 Fost il-Ġimgħa 12:30 ONE News 12:35 Telebejgħ 12:55 Ħajjitna Makkjetta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Primetime 16:00 Aroma Kitchen 17:00 Popcorn 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza 19:15 Ħajjitna Makkjetta 19:30 ONE NEWS 20:05 Rapport tat-Temp 20:10 Primetime 20:30 Brillanti 23:15 Il-pulizija fil-komunità 23:30 ONE News 17-03 ĠIMGĦA 16-03 14-03 18-03

reċensjoni tal-ktieb

DIN XI PJANETA HI?

Din xi pjaneta hi? huwa ktieb ġdid bl-istampi għat-tfal ippubblikat minn Merlin Publishers. Miktub u illustrat mill-awtriċi Portugiża Eduarda Lima, dan il-ktieb jeħodna fuq vjaġġ li hu ferm differenti minn vjaġġi oħra ta’ kotba bl-istampi li aħna mdorrijin naqraw.

Il-vjaġġ jibda minn dik li hi waħda mill-iżjed realtajiet tal-ġenn imma kontroversjali ta’ żmienna: it-teknoloġija. Baħar mistoqsijiet jiġu f’moħħna meta naħsbu dwar l-użu tat-teknoloġija fil-ħajja ta’ kuljum, speċjalment fejn jidħlu t-tfal. Huwa sew li t-tfal jużaw it-teknoloġija l-ħin kollu? Kemm ħin online huwa wisq? U xi ngħidu dwar li kulħadd fid-dar huwa skjav tat-teknoloġija? Il-ġenituri qed jagħtu biżżejjed attenzjoni lit-tfal tagħhom, minkejja l-preżenza invażiva tat-teknoloġija? Din tal-aħħar tant saret parti integrali mill-ħajja tagħna ta’ kuljum, li huwa diffiċli ferm biex ninqatgħu minnha.

Iżda, Lima rnexxielha f’Din xi pjaneta hi? tiftaħ il-bibien għall-avventura meta, fl-istorja li tirrakkontalna, darba waħda nqata’ d-dawl fil-belt kollha. Ħafna snin ilu, meta t-teknoloġija ma kinitx omnipreżenti u s-safar kien xi ftit iżjed limitat, il-ġenituri u n-nanniet tagħna kienu jivvjaġġaw lejn pajjiżi permezz tal-maġija li kien joffri ktieb wieħed li kulħadd kellu ġod-dar – l-enċiklopedija.

Fil-ktieb Din xi pjaneta hi? inżuru postijiet eżotiċi permezz ta’ ktieb maġiku bħal dan li t-tifel sab fid-dar meta fil-belt tiegħu mar iddawl; postijiet mistura fl-aktar irkejjen imbiegħda tad-dinja u oħrajn fid-dlam tal-lejl. Peress li aħna ngħixu ħajja dejjem konnessa mat-telefowns, ninsew li hemm dinja reali b’postijiet li ilhom jeżistu eluf kbar ta’ snin, ferm qabel ma ġie l-bniedem. Aħna ngħixu f’kaxex, spazji magħluqa, ristretti u ninsew inħarsu ’l fuq biex nieħdu nifs ta’ arja friska.

Lima użat għodda sempliċi u li kulħadd għandu – ktieb fuq l-ixkaffa, u stampi – biex treġġa’ lura sens ta’ nostalġija li l-internet difen. Teħodna f’destinazzjonijiet eżotiċi, li m’għandhomx bżonn teknoloġija iżda biss l-immaġinazzjoni tagħna. Hekk kif jintemm il-ktieb, naslu biex nifhmu u nirrealizzaw li hemm bżonn ninqatgħu mill-ħajja virtwali li ngħixu, u ningħaqdu ma’ dik reali li ilha magħna minn dejjem.

Din xi pjaneta hi? huwa ktieb li jnissel sens ta’ serenità u apprezzament għad-dinja ta’ madwarna, u għalhekk kull tifel u tifla għandhom ikollhom kopja biex xi minn daqqiet jieqfu u jissaħħru bid-dinja ta’ madwarna.

Din xi pjaneta hi? jinsab għall-bejgħ millħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online direttament minn merlinpublishers.com.

Mistoqsija:

X’inhi waħda mill-iżjed realtajiet tal-ġenn imma kontroversjali ta’ żmienna?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb DIN XI PJANETA HI?. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi.

Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb 20 ĠGANT TAS-SEKLU 20 hija:

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Skont l-iskema kemm hu intitolat li jieħu lura individwu li jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu fil-qalba tal-irħula jew l-ibliet?

Isem:

Numru tat-telefown:

Tweġiba:

Indirizz:

12.03.2023 24
03
T. BONNICI - ĦAL SAFI

THE DEVIL’S DAUGHTER

Sharon Carr – ta’ 12-il sena toqtol tfajla ikbar minnha kiesaħ u biered

Sharon Louise Carr, magħrufa mad-dinja bħala ‘The Devil’s Daughter,’ hi qattiela Ingliża li qatlet fl-età bikrija ta’ 12-il sena. F’Ġunju tal1992, Carr qatlet lil Katie Rackliff ta’ 18-il sena, b’diversi daqqiet ta’ arma bil-ponta u li taqta’. M’hemm l-ebda raġuni għalfejn Carr qatlet lil Rackliff għax huma ma kinux jafu lil xulxin. Dan il-qtil spontanju jpoġġi lil Carr bħala l-iżgħar qattiela tar-Renju Unit. Minħabba l-makabrità tal-omiċidju, il-pulizija bdew jaħsbu li l-qattiel kien raġel u saru jafu li kienet Carr wara li attakkat tifla tamparha, ġiet arrestata u qagħdet tiftaħar li hi kienet qatlet lil Rackliff. Carr għadha l-ħabs minkejja li s-sentenza li ngħatat skontatha għax l-imġiba tagħha ma tjibitx u kemmil darba stqarret li x-xewqa li toqtol għadha hemm.

Min kienet Sharon Carr

Sharon Louise Carr twieldet fl-1981 f’Belize, pajjiż li jinsab fl-Amerka Ċentrali. Carr kellha tliet ħutha oħrajn li kienu kollha minn missirijiet differenti. Carr, li ma kinitx taf min hu missierha, trabbiet minn ommha u missier tar-rispett.

Fl-1986, il-familja kollha marret toqgħod f’Camberly, f’Surrey, fl-Ingilterra. Iż-żwieġ ta’ ommha mal-missier tar-rispett ma tantx dam hekk kif kien hemm każ ta’ vjolenza domestika. Jidher li omm Sharon ferrgħet xaħam jagħli fuq żewġha u dawn spiċċaw it-tnejn l-isptar. Minkejja li omm Sharon instabet ħatja tal-attakk, it-tifla xorta baqgħet tgħix ma’

ommha.

Għall-bidu, Carr kellha mġiba tajba l-iskola u sħabha qalu li kienet tippreferi l-kumpanija ta’ subien ikbar minnha. Qalu wkoll li xi kultant kienet issir aggressiva u mbagħad meta kompliet tikber, l-imġiba tagħha bdiet tmur għall-agħar. L-għalliema bdew igergru fuqha għax bdiet ittellef u kien moħħha biex ikollha l-attenzjoni fuqha. Kien għalhekk li fl-1990, is-surmast tal-iskola kkuntattja lis-servizzi soċjali minħabba l-imġiba tagħha. Carr spiċċat iddaħħlet fis-sistema tal-fostering iżda reġgħet irritornat għand ommha wara xahar biss.

Il-Qtil ta’ Katie Rackliff

Fis-7 ta’ Ġunju tal-1992, Katie Rackliff, li kellha biss 18-il sena, kienet miexja lejn id-dar wara li ħarġet filgħaxija. Fi triqitha lejn id-dar, Rackliff inzertat lil Carr, fejn din tal-aħħar attakkatha u tatha 32 daqqa ta’ sikkina. Carr laqtitha fil-kustilji, f’qal-

bha u fil-partijiet privati. Jidher li xi ħadd għen lil Carr iġġorr il-katavru ta’ Rackliff u dan tqiegħed ħdejn ħajt ta’ ċimiterju. Il-katavru nstab minn grupp ta’ subien ma’ sbieħ il-jum. Minħabba l-makabrità tal-attakk fuq Rackliff, il-pulizija ħasbu li jridu jfittxu raġel u peress li ma sabux evidenza, il-każ spiċċa biex baqa’ miftuħ.

Sentejn eżatt mill-qtil ta’ Rackliff, Carr attakkat studenta oħra b’sikkina. L-istudenta, Ann-Marie Clifford ta’ 13-il sena, qalgħet daqqa ta’ sikkina f’daharha minn Carr, liema daqqa laqtitilha l-pulmun. Clifford irnexxielha ssalva l-attakk għax daħlu grupp ta’ studenti oħra fil-kamra tal-banju u żammew lil Carr. Din tal-aħħar ġiet arrestata u bdiet tgħid lill-uffiċjali tal-pulizija li hi kienet tħobb tagħti daqqiet bis-sikkina lill-qtates u li darba qatgħet ras kelb.

Wara l-arrest tagħha, Carr intbagħtet f’ċentru tal-assessjar mediku u hemmhekk pruvat tifga żewġ impjegati. Dan wassal biex tiġi mix-

Waqt l-investigazzjoni, il-pulizija sabu d-djarju

ta’ Carr u fih kien hemm miktub li hi ħadet pjaċir

sesswali hekk kif qatlet lil Rackliff u li kieku kellha terġa’ toqtolha kienet se ġġegħelha tbati iżjed.

lija wkoll b’żewġ akkużi ta’ attakki, flimkien mal-attakk fuq Clifford. Għall-bidu, Carr bdiet tintbagħat minn sptar psikjatriku għall-ieħor u fl-aħħar intbagħtet f’Bullwood Hall, istituzzjoni għal akkużati żgħar. Waqt li kienet f’din l-istituzzjoni, xi ħaddiema semgħu lil Carr tgħid li hi qatlet lil Rackliff u b’hekk infurmaw lill-pulizija.

Waqt l-investigazzjoni, il-pulizija sabu d-djarju ta’ Carr u fih kien hemm miktub li hi ħadet pjaċir sesswali hekk kif qatlet lil Rackliff u li kieku kellha terġa’ toqtolha, kienet se ġġegħelha tbati iżjed. Apparti d-djarju, Carr kienet taf b’affarijiet li l-qattiel biss seta’ kien jaf bihom għax ma kinux ixxandru fuq l-aħbarijiet.

Il-ġuri

Fil-25 ta’ Marzu tal-1997, Carr instabet ħatja u weħlet is-sentenza minima ta’ 14-il sena ħabs. Għall-bidu, Carr inżammet fl-HM Prison Holloway u fl-1998 ġiet trasferita għal Broadmoor Hospital. Carr baqgħet vjolenti u attakkat diversi ħaddiema u ħabsin oħrajn. Wara Broadmoor Hospital, Carr intbagħtet f’ħabsijiet differenti u sa fl-aħħar tpoġġiet f’HM Prison Bronzefield fejn kienu jitpoġġu ħabsin perikolużi.

Carr, li skontat l-għadd minimu ta’ snin il-ħabs mis-sentenza, għadha xorta miżmuma l-ħabs. Hi pruvat tappella kemm-il darba iżda t-talbiet tagħha dejjem ġew irrifjutati minħabba li baqgħet bniedma vjolenti u b’hekk kienet ta’ periklu għal ħaddieħor.

12.03.2023 25
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Il-vittma - Katie Rackliff Il-qattiela - Sharon Louise Carr

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.

Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

12.03.2023 26
1 7 13 19 25 4 10 16 22 2 8 14 20 26 5 11 17 23 3 9 15 21 6 12 18 24

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000

Isem:

Indirizz:

C. MALLIA - FGURA

TISLIBA 477

MIMDUDIN:

1. Kompli l-qawl: Għidt kelma swietli mija, li m’għidt xejn kien ikun ........ għalija (5)

WEQFIN:

1. Total (6)

2. Ġurnata (3)

4. Kontra sħana (4)

7,6. Tħallix l-istess (5)

9,11. Kontra vojt (5)

10. Ħawwad? (6)

12. Moħbi (6)

16. Kunjom (3)

18.15. Grokk? (2)

3. Riefnu bil-mod? (3)

5,17. Żbalja (6)

19. Fra (3)

20. Jidfnuna fih (5)

21. Għamel żjara (3)

23. ....... Madrid (4)

24.

6. Ara 7

8. Botta u risposta (9)

11. Ara 9

12. Omm (2)

13,22. Ħabs? (6)

14. Mhux spiss (6)

15. Ara 18

17. Ara 5

21. Agħmel vista (3)

22. Ara 13

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA

MIMDUDIN: 1.Ġelat, 4.Ċnus, 7,21W. Akbar, 9.IBB, 10.Furnar, 12.Senter, 18.Ġi, 19.Era, 20.Resin

WEQFIN: 1.Ġwiebi, 2,17.Libell, 3.Taf, 5.Nun, 6,16.Strieħ, 8,21.M. Kuntistabbli, 11,23.Tersaq, 12,22.Sħiħa, 13,24. Nġebbduk, 14.Renald, 15.Martek

12.03.2023 27
Bi 3 NUMRI 027 056 165 172 182 194 199 333 414 429 516 593 635 715 717 744 782 796 808 924 938 950 952 967 B’4 NUMRI 0229 0566 0890 0993 1011 1711 1712 2229 2790 2947 3227 3533 3879 4730 4750 4760 5232 5570 6483 6568 6693 8367 8843 8860 8884 9434 9527 9606 9713 9949 B’5 NUMRI 00213 13254 17323 21273 36302 39630 50223 58012 66073 66191 69367 72466 74853 80062 86800 89220 91309 94367 B’6 NUMRI 031142 403778 491178 561053 579484 656776 657560 662982 665158 744226 855759 933895
Clown miktuba la Maltija (5)

NO COMMENT: 2013-2023

Editorjal

Bħalma stampa waħda tgħid aktar minn biżżejjed, l-istorja ta’ ġensna mmarkata “20132023” titkellem waħedha fejn jidħol l-iżvilupp li għaddejna minnu. Il-mod kif seħħet ittrasformazzjoni sħiħa minn wara d-data tas-Sibt 9 ta’ Marzu 2013 ma jista’ jiċħdu ħadd. L-effetti ta’ dan jidhru u jinħassu fil-faxex tas-soċjetà tagħna u l-livell ta’ għajxien inġenerali, daqskemm fl-andamenti kollha essenzjali fil-pajjiż, minn dawk ekonomiċi, ċivili, soċjali u oħrajn.

Dawn ir-riżultati impressjonanti, li biddlu kompletament id-direzzjoni ta’ pajjiż fi żmien relattivament qasir, seħħew minkejja s-sitwazzjoni miskina ta’ pajjiżna fil-bidu ta’ dan il-vjaġġ ta’ tliet Gvernijiet Laburisti konsekuttivi.

Il-Gvern lanqas quddiem l-akbar sfidi nazzjonali ma għotor jew wera arroganza …

l-iżvilupp li seħħ f’pajjiżna wara d-9 ta’ Marzu 2013

jitkellem waħdu

Kif jaf kulħadd, seħħew ukoll minkejja li fl-aħħar snin saħansitra rajna u ħassejna l-effetti mill-akbar sfidi f’daqqa li l-poplu Malti u Għawdxi qatt iffaċċja.

Huma biss l-elementi tal-establishment, li ma jirrappreżentaw lil ħadd għajr lilhom infushom, li ħalfu li jkissru dan kollu. Konxji li

kull żvilupp pożittiv se jżommhom ferm iżjed ’il bogħod mill-mira tagħhom li jerġgħu jieħdu lill-pajjiż u lill-poplu lura għall-miżerja li kienu ħallewhom fiha, għaxar snin qabel, jibqgħu jagħmlu ħilithom kollha, bla ħniena, biex ifixklu u jkissru. Issa ndraw aktar minn biżżejjed.

Mhux għax ma fadalx x’jitranġa u x’jitbiddel, anke minn dak li baqa’ jkarkar sa minn żminijiet tal-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti.

Żgur, imma, li mhux se jkunu dawn li jikkwalifikaw bħala l-idonei biex iwettquh meta lanqas rispett lejn is-soċjetà inġenerali u dak li tirrappreżenta demokrazija proprja m’għandhom. Kif għallmuna missirijietna, kif jistgħu dawk li lesti anke jimxu fuq qabar ommhom biex jaslu għall-iskopijiet ta’ moħħhom, qatt jiggwidaw lil xi ħadd fl-aħjar triq ta’ ġustizzja soċjali, ekwa u rispettuża.

Għaldaqstant kien f’waqtu anke l-messaġġ b’saħħtu u li jirrifletti x-xewqat sempliċi talmaġġoranza assoluta tal-poplu li għadda bħal-lum ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela f’Għawdex, fejn wissa li mhu se

jippermetti la lill-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech u lanqas lil dawk li llum jiddominawh li jfixklu l-andament u/ jew it-triq it-tajba li qabad pajjiżna.

Waqt li rrefera għall-mandat li l-poplu tah sena ilu, il-Mexxej Laburista tenna kif l-għajta ta’ dakinhar tibqa’ tgħodd “għax li kieku ma kienx hemm xi ttejjeb, il-pajjiż illum ma kienx jgħaddi minn proċess ta’ tiġdid li ma kienx żgħir. Li kieku ma kienx hemm xi ttejjeb, ma kinux jittieħdu d-deċiżjonijiet ibsin biex bħala pajjiż nibqgħu mexjin ’il quddiem.”

U waqt li fi sfidi bla preċedent, bħall-pandemija talCOVID-19, il-lista l-griża tal-Financial Action Task Force (FATF), il-Gwerra fl-Ukrajna u l-kriżi tal-enerġija li rriżultat minnha, il-Gvern fl-ebda ħin ma għotor jew wera xi forma ta’ arroganza. L-għaqal u l-azzjonijiet meħtieġa, li kellhom jittieħdu, wasslu għal riżultati nazzjonali sbieħ ħafna, inkluż titjib fil-kwalità tal-ħajja għal kulħadd.

Ħaddieħor dejjem ipprova juża dawn iż-żminijiet diffiċli biex idaħħal il-firda fil-pajjiż

u biex jagħmel gwadann politiku partiġjan. L-istess storja li rajna fl-aħħar għaxar snin fejn kull xaqq ta’ dawl li seta’ jiġġustifika l-attakki tagħhom, iggranfaw magħhom.

“Daqskemm hu ċert li se naħdem biex qatt ma nħallihom jifirdu l-pajjiż, hu wkoll ċert li Bernard Grech u t-tmexxija tal-establishment tal-PN ma jistgħux iġibu l-bidla pożittiva f’pajjiżna,” iddikjara l-Prim Ministru. Hu wkoll spjega kif, anke bl-isfida li ġabet is-sentenza tal-Qorti Ċivili fil-każ talkonċessjonijiet tal-isptarijiet, se jkun qed jassigura li tibqa’ tingħata ċ-ċertezza lill-ħaddiema u l-pazjenti li jieħdu l-kura mill-isptarijiet f’pajjiżna.

Waqt li din il-kwistjoni ħolqot ukoll raġuni ġdida filkriżi interna tal-PN, li tkompli tikxef anke l-ipokrisija li taħkimhom, ħolqot lok għal opportunità oħra biex il-pajjiż joħroġ iżjed b’saħħtu minn qatt qabel.

U min aħjar jista’ jiggwida lill-pajjiż u lill-poplu lejn din id-direzzjoni, jekk mhux l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela?! Kull kumment ieħor ikun żejjed.

12.03.2023 28

Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.