RAĠEL TA’ 84 SENA T-TIELET VITTMA
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ April, 2020
Ħarġa Nru 1,396
Rapport f’paġna 6
Prezz €1
QED INSALVAW L-IMPJIEGI Din il-ġimgħa fl-Ewropa bdew ħerġin statistiċi preliminari dwar l-impatt li l-kriżi ekonomika maħluqa mill-pandemija tal-COVID-19 qed ikollha fuq għadd ta’ persuni li jirreġistraw għall-benefiċċju tal-qgħad. Mill-informazzjoni disponibbli jidher ċar li Malta qed jirnexxilha tikkontrolla anke din is-sitwazzjoni, grazzi għall-inċentivi li ġew offruti fil-pakketti mħabbrin mill-Prim Ministru Robert Abela fil-ġimgħat li għaddew, inkluż bi qbil mal-imsieħba soċjali. F’konferenza tal-aħbarijiet li ngħatat nhar l-Erbgħa, il-Ministru Michael Falzon qal li l-ammont ta’ persuni f ’Malta li applikaw u ngħataw il-benefiċċju addizzjonali għall-qgħad, li ġie introdott minħabba l-COVID-19, kien ilaħħaq il-279. Dan x’aktarx ifisser li l-ammont ta’ persuni jirregistraw issa tela’ għal madwar 2,000 persuna, li xorta jitqabbel ferm tajjeb mas-7,350 persuna jirreġistraw fostna fl-2013 meta nbidel il-Gvern jew mal-madwar 7,900 fi Frar tal-2010 meta pajjiżna laħaq il-massimu fil-qgħad wara l-kriżi ekonomika globali. Tkompli f’paġna 4
RENJU UNIT
950,000
100,000 DANIMARKA
42,847
ĠERMANJA
1,000
IRLANDA
283,037
MALTA
279
FINLANDJA
AWSTRIJA
198,972 SPANJA
302,265
ESTONJA
4,000 SLOVENJA
2,000
L-EWWEL KANNABIS MEDIĊINALI LOKALI QIEGĦDA FIL-QRIB TOĦROĠ SEJĦA GĦAL BODYCAMS Rapport f’paġna 10
II-KUMPANIJA IŻRAELITA PANAXIA BI FTEHIM GĦALL-PRODUZZJONI, MARKETING U BEJGĦ FL-UE TAL-PRODOTTI LI QED TIMMANIFATTURA F’MALTA Kumpanija Iżrealita, li tispeċjalizza fil-produzzjoni tal-kannabis mediċinali u kienet minn tal-ewwel li bdiet topera minn pajjiżna, ħabbret li tinsab qrib li tpoġġi l-prodotti tagħha fis-suq Ewropew. Dan mistenni wkoll jagħmilha l-ewwel kumpanija fis-settur f ’pajjiżha u anke f ’pajjiżna li tagħmel dan.
Skont il-kumpanija Panaxia stess, il-pos sibbiltà li tuża l-faċilità tagħha f ’Ħal Far għar-riċerka u l-iżvilupp ukoll, kien fundamen tali biex dan il-pass storiku fl-istorja tagħha jista’ jitwettaq bl-aħjar mod u f ’qasir żmien. Tkompli f’paġna 3
02
12.04.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM
Editur RONALD VASSALLO
L-Ogħla Temperatura: 21°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja fuq iċ-ċentru talMediterran se tippersisti It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Varjabbli forza 2 għal 3 Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
20°C
UV 8
15°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
21°C
UV 8
14°C
19°C
Il-Ġimgħa
UV 8
14°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
20°C
UV 6
12°C
21°C
UV 9
14°C
19°C
UV 9
13°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 213811776 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
12.04.2020
kullhadd.com
L-IMF FIDUĊJUŻ LI MALTA TEGĦLEB L-IMPATT EKONOMIKU TAL-COVID-19 Il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) għamel assessjar preliminari tal-intervent tal-Gvern Malti sa mill-bidu ta’ Marzu li għadda biex jegħleb l-isfidi ekonomiċi li laqtu lil pajjiżna b’riżultat tal-COVID-19. L-esperti tal-IMF jinnotaw kif “the authorities’ near-term efforts are rightly focused on limiting and containing the adverse social and economic effects of the COVID-19 outbreak”. Huma jgħidu li l-impatt tal-pandemija fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna jiddependi fuq “how long normal economic activity is subject to pervasive disruptions” u jbassru li “the coronavirus outbreak is expected to temporarily dampen foreign demand”. Din l-analiżi ngħatat f ’rapport ekonomiku ieħor mill-organizzazzjoni influwenti, li hu bbażat fuq informazzjoni miġbura qabel faqqgħet il-COVID-19 f ’pajjiżna u fejn l-esperti tal-IMF jagħtu ċertifikat ieħor pożittiv lill-ekonomija Maltija. Fil-fatt, fl-istqarrija tagħhom huma jsostnu li “Malta kompliet tagħti wirja ħafna aħjar mill-
isħab Ewropej,” grazzi għall-“politika fiskali prudenti u riformi strutturali f ’ħinhom għenu jsaħħu s-suq taxxogħol u jibnu protezzjoni fiskali, waqt li jippromwovu t-tisħiħ soċjali.” Sadanittant, skont l-esperti tal-IMF, l-effett tal-pandemija fuq pajjizna mistenni jkun ta’ livell medju u ħeġġew lill-Gvern biex juża l-ispazju fiskali ħalli jgħin lill-ekonomija, kif diġà qed jagħmel, waqt li jkompli bl-investiment fl-infrastruttura u r-riformi strutturali. Id-diversifikazzjoni tal-ekonomija għandha tkun parti minn pjan strateġiku, ħalli jitnaqqsu r-riskji għall-ekonomija Maltija. L-esperti tal-IMF jemmnu li “fiscal policy could be used to mitigate the impact on vulnerable groups”. Fil-fatt ir-rapport jinnota l-għaqal ta’ Gvern Laburista fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi tant li jinnota li l-2019 kienet ir-raba’ sena ta’ surplus għall-finanzi nazzjonali u fl-assenza tal-COVID-19 kienu qed jantiċipaw li l-piż
tad-dejn nazzjonali jonqos taħt l-40% tal-ġid nazzjonali. Dan kontra kważi 70% li kien fl-2013. Dan huwa t-tieni rapport internazzjonali li ħareġ fuq Malta mindu faqqgħet l-emerġenza tal-COVID-19. Ftit ġimgħat ilu l-esperti ta’ S&P Global Ratings kienu wkoll antiċipaw li l-qagħda ekonomika f ’pajjiżna mistennija tintlaqat b’mod sinifikanti, imma li xorta l-impatt fuqna kien se jkun ħafna aħjar mill-medja Ewropea. Fl-aħħar ġimgħat il-Gvern Malti wera kif, minkejja l-effetti tal-pandemija, mhux talli kompla jiffunzjona tajjeb imma talli kien kapaċi jasal għal patt soċjali ġdid li bih pajjiżna affronta l-isfida ekonomika. Dan wassal biex pajjiżna issa għandu pakkett ta’ stimolu ekonomiku li kważi jlaħħaq l-14% tal-ġid nazzjo nali u li huwa fost l-akbar 10 pakketti ekonomiċi fid-dinja. Kelliem għall-Gvern tenna r-rieda li wara li tintemm il-pandemija, il-programm komprensiv ta’ tisħiħ ekonomiku, istituzzjonali u soċjali se jkompli.
QRIB LI TIRREĠISTRA L-PRODOTTI Tkompli minn paġna 1
anoressja.
“L-użu tal-faċilità tar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) f ’Malta kien pass kruċjali biex nidħlu fis-suq Ewropew. Nemmnu li dan il-pass se jagħmel lill-kumpanija Panaxia l-ewwel waħda minn Iżrael fis-settur tal-kannabis mediċinali u li se tibda tbigħ il-prodotti tagħha fl-Unjoni Ewropea,” esklama Dr Dadi Segal, il-Kap Eżekuttiv tal-kumpanija Panaxia, li għandha liċenzja biex topera minn Malta. Il-kumpanija tinsab fi stadju avvanzat ukoll li tirreġistra u tiċċertifika l-prodotti tagħha fil-Ġermanja u d-Danimarka, u sussegwentement anke f ’pajjiżi oħrajn Ewropej. L-għan tagħha hu li ġġib fis-seħħ il-viżjoni li toffri firxa wiesgħa ta’ prodotti avvanzati u siguri bi standards farmaċewtiċi li bħalissa ma jinsabux fis-suq. Panaxia Labs Israel Ltd hi l-akbar kumpanija f ’Iżrael li timmanifattura prodotti mediċinali tal-kannabis u fl-aħħar jiem ħabbret li laħqet ftehim kuntrattwali biex tuża l-faċilità tagħha f ’Malta, li tinsab f ’Ħal Far, biex toħloq sezzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp biex tkun tista’ tipproduċi prodotti bħal żjut, inhalers, pilloli u suppożitorji, ilkoll magħmulin mill-pjanta tal-kannabis. Dawn se jkunu mmirati speċifikament għas-suq Ewropew. Bil-ftehim għal aċċess ulterjuri f ’din ilfaċilità fil-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, Panaxia tkun tista’ tibda l-attività kummerċjali tagħha fl-Ewropa. Il-produzzjoni lokali mistennija tibda fi ftit xhur biss, suġġett li jkun lest ix-xogħol meħtieġ biex is-sit f ’Malta jinbidel u jsir addattat li jilqa’ għal din l-attività kummerċjali. Il-livelli meħtieġa jridu jilħqu dak li hu stipulat mill-kodiċi ta’ prattika tajba tal-manifattura fl-Unjoni Ewropea. Jirriżulta li l-kumpanija qed tistenna wkoll l-approvazzjoni regolatorja tal-Gvern Malti. Il-faċilità Maltija li se tkun operata minn Panaxia, tinsab lesta li tibda b’ċerti proċessi
Simpożju li kellu jsir f ’Malta ġie pospost
u għandha l-kapaċità li tipproduċi mijiet ta’ eluf ta’ prodotti kull sena. Dawn, flimkien ma’ prodotti vasti li jiġu mmanifatturati diġà f ’Iżrael, se jammontaw għal għażla abbundanti li eventwalment titpoġġa fis-suq Malti u fil-bqija tal-pajjiżi Ewropej. Il-kumpanija, iżda, mistennija li l-ewwel tibda tipproduċi għas-suq Ġermaniż u dak Malti. Panaxia diġà ħabbret li tinsab ukoll fil-proċess li tirreġistra l-prodotti tagħha f ’aktar pajjiżi Ewropej, u għalhekk meta dan il-proċess jitlesta tkun tista’ timmanifattura l-prodotti tagħha f ’Malta u tibda l-kummerċ f ’aktar pajjiżi. Dr Segal qal li, skont il-pjani strateġiċi tal-kumpanija, f ’dawn l-aħħar xhur kien hemm xogħol preparatorju kbir għaddej immirat għal dan il-pass ta’ espansjoni, li qed jitqies importanti ferm fl-istorja tal-Panaxia. Sehem Malta qed jitqies bħala importantissimu għax bl-użu tal-faċilità f ’pajjiż-
na, il-kumpanija Iżraelita se tnaqqas drastikament il-ħin biex il-prodotti jitwasslu fis-swieq Ewropej. Panaxia Labs Israel Ltd, li tifforma parti mill-Grupp ta’ Kumpaniji Farmaċewtiċi Segal, kienet ukoll l-ewwel waħda li ngħatat l-approvazzjoni tal-Ministeru tas-Saħħa ta’ Iżrael biex timmanifattura prodotti mediċinali tal-kannabis. Din għandha esperjenza ta’ 40 sena filkamp farmaċewtiku u, minbarra l-prodotti fuq bażi tal-kannabis, timmanifattura wkoll madwar 600 prodott differenti oħrajn li huma mferrxin f ’madwar 40 pajjiż madwar id-dinja. Kumpanija oħra sussidjarja, Panaxia US, timmanifattu ra aktar minn 60 prodott ta’ kannabis mediċinali fl-Amerka ta’ Fuq, fosthom għall-kura talkanċer, uġigħ kroniku, epilessija u
Sadanittant, kellu jiġi pospost simpożju dwar il-kannabis mediċinali li kien se jsir f ’Malta lejn tmiem dan ix-xahar. Is-simpożju, li kien l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu mill-Malta Enterprise u l-McGill University kellu jkun mifrux fuq jumejn, it-23 u l-24 ta’ April u kellu jara tliet avvenimenti mmirati lejn udjenzi differenti. Għal dan il-għan kellhom jaslu Malta 12-il akkademiku rinomat. Is-simpożju hu wkoll frott ta’ ftehim milħuq bejn il-Malta Enterprise u l-McGill University f ’Novembru li għadda u li jwassal għal kollaborazzjoni eqreb bejn iż-żewġ entitajiet fil-qasam tal-kannabis mediċinali, mhux l-inqas biex jimla l-vojt fl-industrija farmaċewtika billi joffri korsijiet ta’ klassi għolja lill-professjonisti f ’din l-industrija. Il-McGill University twaqqfet fil-Kanada fl-1821 u hi waħda mill-aktar istituzzjonijiet magħrufin fil-livell tagħha madwar id-dinja.
04
12.04.2020
kullhadd.com
IS-SUĊĊESS TA’ MALTA JQARREB LIL TAL-ĠERMANJA Tkompli minn paġna 1 Din hi analiżi preliminari, minħabba li l-uffiċċju tal-istatistika fl-UE, il-Eurostat, mhux mistenni jippubblika statistika uffiċjali dwar ir-rata tal-qgħad tul ix-xahar li għadda qabel jintemm April. F’Malta l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) mistenni joħroġ iċ-ċifri aġġornati ta’ nies fuq ir-reġistru lokali biss ġimgħa u nofs oħra, fil-21 t’April. Fi ftit ġimgħat fl-Istati Uniti tal-Amerka madwar 18-il miljun persuna bdew jagħmlu talbiet għall-benefiċċju talqgħad. Fl-Awstralja wkoll kien hemm madwar miljun talba, tant li qed jibdew jidhru serbut ta’ nies quddiem il-jobs centres f ’dan il-pajjiż-kontinent u l-website tal-aġenzija governattiva responsabbli spiċċat ikkollassat għal xi ħin. Fil-Finlandja l-aġenzija governattiva li tieħu ħsieb it-talbiet għall-benefiċċju talqgħad wissiet lill-Gvern ċentrali li mhix se tkun f ’qagħda li tipproċessa t-talbiet tant kemm kellha domanda qawwija. Statistika preliminari li ġabret din ilgazzetta, wara analiżi ta’ siti ta’ aġenziji uffiċjali madwar l-UE, tindika li l-ammont ta’ talbiet f ’pajjiżna hu ferm ikkontrollat meta wieħed iqabblu ma’ pajjiżi oħrajn. L-aktar pajjiż li jersaq qrib il-każ ta’ Malta hu l-Ġermanja, li inċidentalment hu wkoll il-pajjiż bl-akbar pakkett fiskali u ta’ garanziji ta’ likwidità offruti fid-dinja. Jidher li hawnhekk in-numru ta’ ċittadini Ġermaniżi jitolbu l-benefiċċju tal-qgħad żdied b’1,000 persuna biss. Pajjiżi bħas-Slovenja u l-Estonja wkoll jidhru li s’issa ma kellhomx effetti kbar tant li rreġistraw biss żidiet ta’ ftit eluf. Id-Danimarka, li tant kienet attirat attenzjoni bil-pakkett finanzjarju li offriet, rat żieda ta’ kważi 43,000 persuna qiegħda. Biex iwaqqaf l-qagħda mwiegħra fissuq tax-xogħol tiegħu, il-Gvern Daniż issa ħabbar li se jibda jneħħi l-lockdown li kien impona fil-pajjiż. Il-Finlandja u l-Awstrija wkoll raw żidiet ferm qawwija fit-talbiet għall-benefiċċju għall-qgħad. Fil-każ tal-Awstrija wkoll jidher li l-effett qawwi tal-lockdown fuq l-ekonomija qed iwassal biex il-Gvern jibda bil-mod il-mod ineħħi r-restrizzjonijiet, tant li se jibdew jinfetħu ċerti ħwienet u attivitajiet meqjusin mhux essenzjali. Fl-Irlanda u Spanja l-impatt tal-kriżi fuq l-impjiegi kien ferm għoli b’telf ta’ diversi mijiet ta’ eluf ta’ postijiet tax-xogħol. Regoli kkumplikati biex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-benefiċċji iżda, wasslu biex iż-żieda fit-talbiet ma tkunx daqs dik osservata fit-telf ta’ impjiegi u l-impatt fuq ir-reġistru tal-qgħad hu enormi. Fil-fatt, fl-Irlanda issa hemm aktar minn 280,000 li qed jieħdu benefiċċju tal-qgħad mogħti lil min tkeċċa riżultat tal-COVID-19. Dan hu wieħed minn kull
tmien ħaddiema Irlandiżi li kienu qegħdin jaħdmu qabel il-kriżi. Fi Spanja kien hemm żieda ta’ aktar minn 10%, imqabbel ma’ Frar, u dan meta fi Frar diġà kien hemm żieda ta’ 9%. Li jfisser li, f ’xahrejn, il-qgħad fi Spanja sploda bi kważi 20%. Imma, l-agħar impatt fuq il-qgħad s’issa jidher li qed jinħass fir-Renju Unit. Minkejja li kien ħabbar programm fiskali favur il-protezzjoni tal-pagi, li ħafna f ’pajjiżna riedu lill-Gvern Malti jikkopja, il-pajjiż taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Boris Johnson spiċċa biex kellu kważi miljun persuna jitolbu l-benefiċċji soċjali. Dan ifisser 11-il darba aktar żieda filqgħad minn kemm kien hemm fir-Renju Unit fil-kriżi ekonomika tal-2008. Biex ikun jista’ jlaħħaq ma’ din iż-żieda fenomenali, id-Dipartiment tax-Xogħol u l-Pensjonijiet fil-pajjiż kellu jmexxi 10,000 ħaddiem biex jaħdmu fuq dawn it-talbiet. Milli jidher il-kawża taż-żieda qawwija fit-talbiet kienet li l-iskema t’appoġġ li, permezz tagħha, il-Gvern Ingliż se jħallas il-pagi ta’ ċerti ħaddiema, għadha ferm ’il bogħod milli tibda topera, minkejja li ġiet imħabbra. Dan jikkuntrasta mal-iskema Ġermaniża li bdiet topera immedjatament, għax diġà kienet teżisti. F’pajjiżna jispikka kif il-Gvern, permezz tal-Malta Enterprise, irnexxielu jkun ħafif ħafna biex joħloq l-iskema talCOVID-19 Wage Subsidy, tant li dalwaqt se jibdew ħerġin il-pagamenti. Jirriżultalna li element ieħor importanti hu kif fir-Renju Unit il-pagamenti se jibdew jinħargu biss wara ħames ġimgħat, anke fejn wieħed jikkwalifika mill-ewwel għall-benefiċċji. B’kuntrast, id-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali f ’Malta mhux talli ħoloq skemi ġodda, imma diġà ħallas lil min applika. Is-suċċess li kellu l-Gvern Malti, biex il-qgħad ma jiżdidx bħalma ġara f ’pajjiżi ġirien, hu indikazzjoni qawwija tal-fiduċja li l-Gvern igawdi fost l-imsieħba soċjali. Filwaqt li employers Ingliżi ma stennewx li l-iskema tal-appoġġ tal-Gvern tiġi mwaqqfa, l-imsieħba soċjali Maltin qablu fuq patt soċjali ġdid biex jiddefendu l-impjiegi f ’pajjiżna. L-iskema ta’ appoġġ fiskali tal-Gvern Malti kienet iddisinjata b’żewġ oġġettivi: l-ewwel li tipproteġi lil dawk fuq l-inqas pagi u li riċessjonijiet imgħoddija wrew li kienu huma l-ewwel li jitkeċċew; u t-tieni li tkun skema faċli biex titħaddem u li tibda topera mill-ewwel. L-ewwel ċifri pubbliċi jindikaw li dawn iż-żewġ għanijiet s’issa qed jintlaħqu taj jeb ħafna, bl-andament f ’pajjiżna jkun simili għal dak fil-Ġermanja. Fil-ġimgħat li ġejjin hu mistenni li l-Gvern idaħħal miżuri oħrajn ħalli dan is-suċċess ikompli fix-xhur li ġejjin u b’hekk il-ġlieda kontra l-qgħad tkompli tintrebaħ bl-inqas vittmi possibbli.
05
12.04.2020
kullhadd.com
RIFORMA SOĊJALI LI QED TIXPRUNA X-XOGĦOL U SSAĦĦAĦ IL-PENSJONIJIET Waqt li l-infiq fuq il-pensjonijiet fl2019 kien l-ogħla qatt irreġistrat, l-infiq tas-Sigurtà Soċjali f ’dak li għandu x’jaqsam mal-għajnuna soċjali fl-2019 kien l-inqas wieħed irreġistrat f ’dawn l-aħħar sitt snin. Dan ħareġ minn ċifri mxandra din il-ġimgħa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li wrew li f ’assistenza soċjali s-sena l-oħra tħallsu ftit aktar minn €50 miljun, li meta mqabbel ma’ dak li ntefaq fl-2014 kien jammonta għal tnaqqis ta’ €29.5 miljun, medja ta’ madwar €5 miljun inqas kull sena. Dan ma seħħx għax tnaqqsu xi rati jew tneħħew xi benefiċċji, iżda għax b’xejra pożittiva kien hemm tnaqqis qawwi fid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali tul dawn l-aħħar snin b’riħet it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta’ aktar opportunitajiet ta’ impjieg fil-pajjiż. Fil-fatt, sa Diċembru, l-għadd ta’ persuni fuq assistenza soċjali kien ilaħħaq madwar 6,300 – tnaqqis ta’ aktar minn 3,300 persuna f ’sitt snin. Fl-istess perjodu l-għadd ta’ benefiċjarji tal-Għajnuna għal Diżimpjieg naqas minn 3,800 għal 613 – tnaqqis rekord ta’ 84%. Mistoqsi x’sar mill-flus li ġew frankati, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon fisser li dan kien progress bla preċedent fil-qasam soċjali. Dan ħeġġeġ lill-Ministeru tiegħu biex, flimkien ma’ flus imfaddlin u b’mod proattiv, jalloka aktar fondi ħalli tingħata spinta lil iżjed persuni jinfatmu mid-dipendenza fuq l-għajnuna soċjali u fl-istess waqt jiżdiedu l-pensjonijiet.
Skont iċ-ċifri miġburin millNSO, mill-2014 medja ta’ madwar 3,000 persuna fis-sena bbenefikaw minn din il-miżura b’nefqa totali ta’ aktar minn €36 miljun. Il-pożittiv ta’ dan kollu hu li aktar minn 80% ta’ dawk li bbenefikaw mit-tapering baqgħu fid-dinja tax-xogħol u, flimkien ma’ oħrajn li diġà kienu fid-dinja tax-xogħol, bdew igawdu mill-benefiċċju tal-in-work benefit f ’każ li jkollhom tfal taħt it-23 sena. Dan il-benefiċċju tnieda fl-2015 bħala parti mill-istess pakkett bilgħan li l-familji ta’ ġenituri li jaħdmu jkollhom dħul aktar adegwat. L-akbar somma minfuqa fuq dan il-benefiċċju kienet dik tas-sena l-oħra li, fi ħlasijiet lil 5,135 familja, kienet tqar reb l-€4.5 miljun. Flimkien mal-ħlasijiet li saru fis-snin ta’ qabel in-nefqa globali s’issa telgħet għal kważi €14-il miljun. Il-Ministru Falzon stqarr li dawn l-inċentivi, flimkien maċ-childcare b’xejn, għenu sew biex aktar persuni, speċjalment nisa, jitħajru jfittxu x-xogħol u jkollhom aktar flus fi bwiethom biex irabbu l-familji tagħhom. Kemm il-Kummissjoni Ewropea kif ukoll l-Assoċjazzjoni Internazzjonali dwar is-Sigurtà Soċjali (ISSA) għarfu s-siwi ta’ dan il-pakkett soċjali u faħħruh għall-impatt qawwi li ħalla mingħajr ma kien ta’ piż żejjed fuq il-pajjiż.
Nefqa fuq it-tapering u l-in-work benefit
L-istatistika tal-NSO ta’ din il-ġimgħa tefgħet dawl ukoll dwar kemm l-infiq fuq il-pensjonijiet kontributorji u mhux kontributorji żdied b’saħħa f ’dawn l-aħħar snin. Fl-2013 pensjonanti tal-irtrar, tal-invalidità, tar-romol u tal-età rċevew bej niethom €571.7 miljun. Is-sena l-oħra l-istess kategoriji ta’ pensjonanti tħallsu €755.5 miljun, żieda ta’ €183.9 miljun jew 32.2%. Minkejja li f ’dan il-perjodu kien hemm ċaqliq fl-għadd ta’ benefiċjarji, bit-total nett jitla’ bi ftit aktar minn 10,500 għal 92,700, l-akbar fattur għaż-żieda fl-ispiża kien il-fatt li – wara staġnar ta’ 25 sena – mill-2016 ’l hawn pensjonanti gawdew minn titjib konsiderevoli fir-rati tal-pensjoni tagħhom flimkien maż-żidiet għall-għoli tal-ħajja. Żidiet li ssoktaw
Hu rrefera għat-tnedija ta’ pakkett ta’ miżuri msejjes fuq il-prinċipju li bix-xogħol jaqbillek, immirat l-aktar għal dawk li nqatgħu minn fuq il-benefiċċji soċjali biex ikollhom il-wens ta’ aktar għajnuna meta jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Waħda minn dawn il-miżuri kienet dik tat-tapering maħsuba biex meta persuni li kienu fuq il-benefiċċji jsibu impjieg, flok jitilfu l-benefiċċji f ’daqqa, jitnaqqsulhom b’mod gradwali fuq medda ta’ tliet snin. Dan l-inċentiv beda fl-2014 b’madwar 600 persuna li kompla jikber sakemm fl2017 laħaq l-aqwa punt bi 3,600, meta mbagħad bdew neżlin bil-mod il-mod għax beda jiskadi t-terminu tat-tliet snin tal-iskema.
Qabża ta’ €183.9 miljun fil-ħlasijiet tal-pensjonijiet
ukoll matul din is-sena. Tirdoppja n-nefqa fuq assistenza għad-diżabilità Aspett ieħor sinifikanti li ħareġ minn din l-istess statistika tal-NSO hu l-fatt li mill2013 kważi rdoppjat għal €24.75 miljun in-nefqa fuq benefiċċji għad-diżabilità. Dan seħħ b’mod partikolari għar-riforma fl-assistenza għal diżabilità li bdiet fl2017. Din kienet tinkludi l-introduzzjoni ta’ żewġ benefiċċji u rati ġodda, speċjalment għal dawk il-persuni li assolutament ma jistgħux joħorġu jaħdmu, kif ukoll tibdil fil-kriterji tal-assessjar ta’ applikanti. Dan wassal biex l-għadd ta’ benefiċjarji jitla’ minn 3,375 fl-2013 għal 5,782 fl-2019. Minbarra hekk, kien hemm titjib fl-allowance għal tfal b’diżabilità. … u fis-sitwazzjoni attwali tal-pandemija Mistoqsi dwar kif is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija tista’ tolqot il-qasam tal-benefiċċji soċjali, il-Ministru Falzon tenna li bħalissa d-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali u d-Diviżjoni tal-Għajnuna Finanzjarja u Osservanza jinsabu impenjati biex jgħinu kemm jistgħu lill-persuni milqutin, speċjalment ġenturi li jkollhom ifallu mix-xogħol biex jieħdu ħsieb lil uliedhom, persuni b’kundizzjonijiet me
diċi riskjużi, persuni b’diżabilità u dawk li jitilfu l-impjieg tagħhom. “Minkejja dan, il-Gvern se jibqa’ ffokat li jħares dak li nkiseb fl-aħħar seba’ snin biex, malli tgħaddi din il-burraxka preżenti, ikompli jibni fuq il-progress soċjali kbir li sar fl-aħħar snin,” saħaq il-Ministru. Hu temm jgħid li bħalissa d-dipartimenti u l-entitajiet kollha li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu għaddejjin b’ħidma enormi biex jgħinu lil dawk milqutin direttament jew indirettament u biex iħarsu lill-anzjani, persuni b’diżabilità u persuni vulnerabbli. Għal dan, il-Ministru Falzon qal li għandu biss tliet kelmiet – “GRAZZI MILL-QALB”.
Dan kien żvilupp bla preċedent fil-qasam soċjali. Mill-flus imfaddlin u oħrajn ingħatat spinta lil iżjed persuni jinfatmu mid-dipendenza fuq l-għajnuna soċjali u jiżdiedu l-pensjonijiet
06
12.04.2020
kullhadd.com
RAĠEL TA’ 84 SENA HU T-TIELET VITTMA 20 KAŻ ĠDID TA’ PERSUNI INFETTATI LOKALMENT, 6 NISA U 14-IL RAĠEL, 10 MINNHOM MIĊ-ĊENTRU MIFTUĦ TA’ ĦAL FAR Sfortunatament Malta rreġis trat it-tielet mewt – Malti ta’ 84 sena – b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19. Wara li l-Ġimgħa ddaħħal l-Isptar Mater Dei jbati minn qtugħ ta’ nifs, l-anzjan tilef il-battalja tiegħu lbieraħ filgħodu. Nhar l-Erbgħa li għadda Għawdxija ta’ 92 sena kienet l-ew wel vittma lokali, waqt li l-għada tilef ħajtu wkoll Malti ieħor ta’ 79 sena. L-anzjan, li miet ilbieraħ, kien fost 20 każ ta’ infezzjonijiet ġod da li ġew irrapportati fil-bulettin ta’ kuljum mis-Supretendent tasSaħħa Pubblika l-Professur Char maine Gauci. Stqarrija mill-Ministeru għasSaħħa qalet li l-anzjan iddaħħal f ’Mater Dei l-Ġimgħa u, wara li sarlu t-test għall-COVID-19, ħareġ li hu pożittiv. Il-kundizz joni tal-anzjan, li kien ukoll ibati b’kundizzjonijiet oħrajn ta’ saħħa, baqgħet sejra lura u miet ilbieraħ filgħodu. Sadanittant, l-għadd sħiħ ta’ persuni li ġew infettati bil-virus tela’ għal 370 sal-bieraħ. Waqt li l-imfejqin fosthom baqgħu 16, il-Professur Gauci ħabbret li daqt joħroġ numru ieħor ta’ pazjenti li rnexxielhom jirkupraw kompleta ment mill-infezzjoni. Is-Supretendent ħabbret li flaħħar 24 siegħa bejn il-Ġimgħa waranofsinhar u lbieraħ kienu saru 1,288 swab test, li mhux biss
COVID-19*
IMPURTATI
85
KAŻI POŻITTIVI
370
IMXIJA LOKALI
16
SKONT IS-SESS
285
KAŻI LI FIEQU FATALITAJIET
Il-messaġġ ta’ Giorgia Mae
3
208
*skont l-aħħar aġġornament mediku
hu rekord ta’ kemm qatt saru, imma wkoll jaqbeż il-medja ta’ 1,000 kuljum li kienu qed jaspiraw lejhom l-awtoritajiet tas-saħħa, kif iddikjarat minn fomm il-Profes sur Gauci stess fil-jiem li għaddew. B’kollox sal-bieraħ kienu saru 16,016-il test għall-Coronavirus f ’pajjiżna. Minn dawk infettati ġodda, ji rriżulta li kien hemm 10 każi ta’ rġiel li jinsabu taħt kwarantina fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far. Se bgħa minn dawn instabu pożittivi wara li sarulhom it-testijiet anke jekk ma kienu qed juru l-ebda sintomi speċifiċi, waqt li t-tlieta l-oħrajn ħarġu minn fost dawk li kienu ġew iżolati aktar qabel bħa la prekawzjoni, appena feġġew l-ewwel każi ta’ persuni infettati
akbar li jfiqu. L-appell tas-Supretendent tasSaħħa Pubblika biex kulħadd ikompli jżomm id-distanza soċjali rikjesta, flimkien mal-miżuri bażiċi l-oħrajn, issokta waqt il-konferen za stampa tal-bieraħ. Il-Professur Gauci reġgħet ap pellat biex, minkejja dawn il-jiem ta’ festa u anke t-temp sabiħ, ħadd ma joħroġ jekk mhux għal raġuni jiet validi.
fiċ-Ċentru. L-10 każi l-oħrajn li tħabbru mis-Supretendent tas-Saħħa Pub blika kmieni lbieraħ waranofsin har jinkludu sitt nisa u erbat irġiel, fosthom it-tielet vittma lokali. Fost in-nisa, erbgħa minnhom għandhom xi rbit mal-kura tassaħħa, tant li tnejn huma carers fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex u fl-Isptar Karin Grech, oħra care worker imma taħdem fil-komu nità, waqt li l-każ l-ieħor jittrat ta ħaddiema tat-tindif fl-Isptar t’Għawdex ukoll. Iż-żewġ nisa l-oħrajn huma Maltin ta’ 36 sena u ta’ 21 sena. Din tal-aħħar u raġel Malti ieħor ta’ 33 sena jirriżulta li infettaw ruħhom waqt li marru jixtru minn ħanut li ssemma dan l-aħħar
162
fl-aħbarijiet. Iż-żewġt irġiel l-oħrajn huma wkoll Maltin, wieħed ta’ 61 sena u ieħor ta’ 33 sena. Għalkemm, sakemm morna għall-istampa, kienu għadhom mhux magħrufin l-etajiet tal-im migranti infettati ġodda, waqt li l-Professur Gauci tenniet biss li huma ta’ etajiet żgħar meta mis toqsija speċifikament, jidher li kompliet tikber sew il-faxxa ta’ dawk bejn l-20 u l-34 sena. Mill-10 każi l-oħrajn, sitta millMaltin jaqgħu proprju f ’din ilfaxxa. B’hekk, kif irrapportajna l-ġimgħa li għaddiet, din il-faxxa baqgħet tagħmel l-akbar persen taġġ tal-persuni infettati s’issa, li jibqa’ sinjal pożittiv ħafna ladarba dawn għandhom ċansijiet ħafna
Anke Giorgia Mae, it-tifla tal-Prim Ministru Robert Abela, ingħaqdet fl-appell biex in-nies jibqgħu d-dar u ma joħorġux. F’messaġġ virtwali, Giorgia Mae sewgiet ukoll il-passi kon tinwi ta’ missierha u saħansitra ta’ ommha, Dr Lydia Abela, u qalet li flimkien nistgħu nagħmlu d-dif ferenza, waqt li ħeġġet lin-nies biex jobdu lill-awtoritajiet kompe tenti u jibqgħu d-dar. Fil-messaġġ qasir tagħha rre kordjat bl-Ingliż u bħala par ti mill-kampanja mnedija fuq il-website maltatogether.com, Giorgia Mae appellat: “Together as one, we can make a difference. Stay safe, stay home with Malta Together.” Maltatogether.com hi inizjatti va mingħajr profitt intenzjonata biex tgħin lil dawk f ’diffikultajiet fiċ-ċirkostanzi attwali.
07
12.04.2020
kullhadd.com
IL-GVERN IKOMPLI JINFORMA U JDAĦĦAL IL-MIŻURI Matul il-ġimgħa li għaddiet il-Gvern u l-Awtoritajiet tas-Saħħa komplew jinfurmaw lill-pubbliku kuljum bis-sitwazzjoni minħabba l-imxija tal-pandemija COVID-19. Kellna sfortunatament ukoll l-ewwel imwiet. Għalhekk l-enfasi li kulħadd għandu joqgħod mal-istruzzjonijiet mogħtija u jibqa’ ġewwa, bħala prekawzjoni għat-tixrid tal-Coronavirus. Mal-100 ħaddiem tad-Diviżjoni tat-Tindif u jkunu jistgħu jagħtu s-servizzi tagħhom f ’diversi 04/04 l-Manutenzjoni jżidu l-operat tagħhom biex nħawi ta’ Malta. Il-ħidma tinvolvi ħasil b’ilma u 24 siegħa kuljum u matul il-ġimgħa kollha diżinfettant sparat minn high pressure pumps. B’effett immedjat, ir-residenti kollha taċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far jitpoġġew 14-il ġurnata fi kwarantina mandatorja. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara evalwazzjoni tar-riskju li sar fuq cluster ta’ 8 każijiet pożittivi li rriżultaw f ’dan iċ-ċentru bejn il-Ġimgħa
u l-Ħadd. Mit-Tnejn 6 ta’ April in-notifika talmewt tista’ tibda ssir billi wieħed jibgħat email lill-Uffiċċju tar-Reġistru Pubbliku 05/04 fuq localnotifications.pubreg@gov.mt.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u s-Segretarjat Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika jilqgħu għotja ta’ nofs miljun maskra protettiva mingħand PRAUDE Asset Management Ltd, kumpanija bbażata f ’Malta b’kuntatti mar-reġjun ta’ Veneto fl-Italja. Iċ-ċentru miftuħ ta’ Ħal Far jingħalaq taħt kwarantina, jitneħħew il-persuni meqjusa bħala vulnerabbli filwaqt li jsiru testijiet fuq dawk kollha li għandhom sintomi tal-virus. Il-Pulizija tibda tuża posters ta’ tagħrif dwar miżuri li jgħinu biex tkun ikkontrollata l-imxija tal-COVID-19. Il-posters qed jitwaħħlu fost diversi komunitajiet u huma bil-Malti, bl-Ingliż, bit-Taljan, bil-Franċiż, bisSerb u bl-Għarbi. Il-messaġġ jirrifletti d-direttivi ta’ prevenzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa. Sport Malta tvara mal-35 filmat ta’ eżerċizzji fiżiċi fid-diversi dixxiplini sportivi f ’dan iż-żmien meta kulħadd qed jibqa’ d-dar u għalhekk l-attività fiżika hija essenzjali aktar minn qabel.
ll-Ministeru għall-Affarijiet 07/04 Barranin u Ewropej iħeġġeġ biex ċittadini Maltin li bħalissa jinsabu barra minn Malta jiġu lura sa mhux aktar tard mill-Ħadd 12 ta’ April 2020. Aktar testijiet intensivi fuq ħaddiema li jinsabu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-COVID-19 biex kemm huma u anke l-qraba tagħhom jiġu protetti aktar. Tnedew żewġ helplines biex dawk li jkunu għadhom ma ġewx infurmati biex jagħmlu t-test jistgħu jċemplu minn jeddhom għas-swab. Healthcare workers li jaħdmu f ’Mater Dei, fl-Isptar Boffa u Sir Anthony Mamo - 2545 1111. Ħaddiema fil-Primary Health Care, l-Isptar Ġenerali t’Għawdex u Mount Carmel - 2364 5002. Tnieda wkoll il-helpline 1770 għal min għandu bżonn għajnuna mentali.
ll-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi jħabbar li 130 uffiċjal tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi jidħlu jirrapportaw għal ġimgħa ta’ xogħol konsekuttiva u l-uffiċjali se jgħixu fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. B’hekk f ’mument fejn kien hemm żieda fil-każi tal-COVID-19, tonqos l-espożizzjoni għad-dinja ta’ barra fil-faċilità, bil-ħaddiema jinbidlu biss darba f ’ġimgħa minflok kuljum. ll-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jħabbar li sar it-tieni proċess ta’ ħlasijiet ta’ benefiċċji soċjali bħala parti minn pakkett ta’ miżuri immirat għall-employers u għall-ħaddiema milquta bil-COVID-19. S’issa, daħlu 5,994 applikazzjoni u nħadmu 51.7% tal-applikazzjonijiet li daħlu. Sal-lum ntlaqgħu u tħallsu 2,435 applikazzjoni b’ammont ta’ €1,123,011, li jkopru sal-Ġimgħa 10 ta’ April 2020.
ll-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar iħabbar li ħlasijiet tas-Suppliment Salarju COVID-19, leave tal-kwarantina u telework se jibdew mill-ġimgħa d-dieħla u li ġew salvati aktar minn 60,000 impjieg permezz tal-miżuri ekonomiċi ta’ appoġġ. Jitwaqqfu ż-żjarat lill-pazjenti fl-Isptar Mater Dei biex jitħarsu l-pazjenti u l-ħaddiema fl-isptar minħabba l-imxija tal-COVID-19. L-eċċezzjoni hija żjarat lit-tfal rikoverati l-isptar jew f ’każijiet oħra straordinarji.
06/04
08/04
09/04
Il-Gvern iħabbar li mhux se jkunu permessi żbarki f ’pajjiżna ta’ immigranti irregolari, kemm minn Għaqdiet Mhux Governattivi kif ukoll minn kull opra tal-baħar jew bastiment ieħor. Il-Kabinett tal-Ministri ħa din id-deċiżjoni fid-dawl tal-pressjoni li qed toħloq l-imxija tal-COVID-19 u f ’mument fejn il-pajjiż iddikjara Emerġenza ta’ Saħħa Pubblika. Imħabbra skema ta’ assistenza għall-barranin, residenti jew fuq bażi temporanja f ’Malta, li jixtiequ jmorru lura lejn pajjiżhom. Din l-iskema ta’ ripatrijazzjoni volontarja tgħodd ukoll għall-barranin b’permess ta’ residenza kif ukoll għal barranin li huma f ’Malta minħabba xogħol, edukazzjoni jew raġunijiet familjari. 10/04
Jitħabbar li anzjan ta’ 84 sena huwa t-tielet vittma tal-COVID-19 f ’pajjiżna.
11/04
GĦOTJA TA’ NOFS MILJUN MASKRA Malta tilqa’ donazzjoni mingħand kumpanija lokali b’kuntatti fil-Veneto għamlet għotja ġeneruża ta’ 4,000 maskra protettiva (ritratt taħt) bejn l-Isptar Mater Dei u l-Isptar Saint James. B’kontribut lill-ħaddiema talkura tas-saħħa li qed jiffaċċjaw il-pandemija lokalment, il-kum panija, li tagħmel parti millGrupp internazzjonali Linkman, ħasset li din id-deċiżjoni tagħha tista’ wkoll tixpruna lil oħrajn biex jikkontribwixxu b’modi oħrajn f ’din il-kawża ġusta. “Ħassejna li hu dmir tagħna li nagħtu kontribut f ’din is-sitwazzjoni diffiċli u mhux normali li jinsab fiha l-pajjiż, waqt li ngħinu lis-soċjetà, speċjalment dawk li jaħdmu fis-settur tassaħħa,” qal kelliem għall-kum panija. “Għalkemm nafu li l-ammont ta’ 4,000 maskra mhux żgħir, dawn xorta mhumiex se jservu għal tul indefinit u allura aktar ma l-istituzzjonijiet tassaħħa jkollhom għajnuna, wisq aħjar, speċjalment minħabba l-fatt li ma nafux meta l-affarijiet se jiġu lura għan-normal.” L-għotja talmaskri, li waħedhom jiswew €3,400, sabet l-appoġġ ukoll tal-kumpanija DHL Malta, li ma żammet l-ebda ħlas għat-trasportazzjoni tagħhom lejn pajjiżna. High Rock Ltd (Linkman Group), li għandha 75% tal-istaff tagħha Għotja oħra ta’ 4,000 maskra Franċiżi, topera mill-Valley TowSadanittant il-kumpanija Malti ers f ’Birkirja High Rock Ltd (Linkman kara. Group), li tispeċjalizza fil-bejgħ ta’ tagħmir mediku u tal-laboratorji, għadha kemm Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo u s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista laqgħu donazzjoni ta’ nofs miljun maskra protettiva mingħand PRAUDE Asset Management Ltd, kumpanija bbażata f ’Malta b’kuntatti mar-reġjun ta’ Veneto fl-Italja. Il-maskri, li ġew manifattu rati fl-istess reġjun, inġiebu Malta grazzi għall-inizjattiva tal-Avukat Massimo Malvestio, Chairman ta’ PRAUDE Asset Management Ltd, bil-koperazzjoni sħiħa tal-Ambaxxata Maltija fl-Italja, l-Air Malta u l-uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. F’ittra, il-President tar-Reġjun ta’ Veneto Luca Zaia faħħar il-ġest tal-Avukat Malvestio, ċittadin tar-reġjun, u tkellem dwar l-importanza li l-komunitajiet isegwu eżempji bħal dawn ta’ kif għandhom jgħinu lil xulxin fil-ġlieda kontra l-imxija tal-COVID-19, li qasmet kull fruntiera u misset kull nazz jonalità. Il-Ministru Bartolo enfasizza l-importanza tal-koperazzjoni globali f ’din il-ġlieda kon tra “għadu inviżibbli, iżda omnipreżenti”. Min-naħa l-oħra, is-Segre tarju Parlamentari Deo Debat tista spjega kif l-Awtorità dwar il-Mediċini, li se tkompli tqassam dawn il-maskri protettivi, qed tissorvelja x-xenarju dinamiku tal-COVID-19 u tindirizza b’mod proattiv il-ħtiġijiet mediċi tal-pajjiż.
08
12.04.2020
kullhadd.com
JASPIRA LI JSIR BDOT … S’ISSA JTAJJAR ALJEN!
TWISSIJA T’ATTAKKI FUQ SITI LI JOFFRU TELECONFERENCING Siti li qed jintużaw iżjed spiss f ’dan il-perjodu ta’ pandemija globali għall-video conferencing, partikolarment Zoom, fl-aħħar żminijiet irrapportaw żieda fl-attakki ċibernetiċi li jħarbtu l-iskop ta’ laqgħat simili permezz ta’ ritratti pornografiċi jew ta’ mibegħda u kliem ta’ theddid. Fl-Istati Uniti, fejn bħal pajjiżi oħrajn residenti u ħaddiema qed jirrikorru għal platforms virtwali biex jibqgħu konnessi ma’ qraba u kollegi, l-FBI irrapportat li kien hemm żieda sinifikanti fl-hekk imsejjaħ “Zoom-bombing”, fejn hackers itellfu konferenzi jew lezzjonijiet skolastiċi b’materjal mhux mixtieq. Dawn l-attakki li poġġew fil-mira wkoll komunitajiet reliġjużi, minoranzi u sezzjonijiet vulnerabbli fis-soċjetà permezz ta’ ksur tat-termini tal-użu anke ta’ websites u midja soċjali, inklużi Discord u Instag ram, qanqlu investigazzjoni
mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta’ Pennsylvania, fl-Istati Uniti tal-Amerka. L-istess siti ta’ teleconferencing qed jintużaw ukoll f ’pajjiżna, inkluż fix-xandir ta’ kuljum tal-bulettin mediku mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci (lemin) u konferenzi pubbliċi regolari minn Ministri u Segretarji Parlamentari, fejn jingħaqdu mal-mezzi ta’ komunikazzjoni biex il-ġurnalisti jkunu jistgħu jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom. Il-pandemija tal-COVID-19 wasslet għal domanda enormi minn negozji u ħaddiema fuq telework biex jikkomunikaw u jaqsmu l-informazzjoni permezz tal-internet. L-istess lezzjonijiet bejn edukaturi u studenti tagħhom, li raw l-iskejjel jingħalqu bħala parti mill-miżuri biex titrażżan l-imxija tal-virus. Minkejja dan, issa qed jiġu rakkomandati kawtela u diliġenza f ’laqgħat virtwali simili. Dawn il-passi li ġejjin jistgħu jittieħdu biex jiġi evitat theddid ta’ attakki simili: • Laqgħat jew lezzjonijiet m’għandhomx isiru pubbliċi. F’Zoom hemm żewġ għażliet biex tagħmel laqgħa privata: l-ħtieġa ta’ password jew l-użu ta’ “waiting room” fejn tkun tista’ tikkontrolla l-mistednin; • Ixxerridx il-link ta’ teleconference jew klassi fuq post ta’ midja soċjali fejn m’hemmx restrizzjoni ta’ disponibilità pubblika. Ipprovdi l-link dirett lill-persuni speċifiċi; • Immaniġġja l-għażliet fi screen sharing. F’Zoom, ibdel is-screen sharing għal “Host Only”; • Assigura ruħek li dawk mistednin għandhom il-verżjoni aġġornata tal-applikazzjonijiet ta’ aċċess. F’Jannar li għadda, Zoom aġġorna s-software tiegħu u fis-security update tiegħu żied passwords għal-laqgħat, waqt li neħħa l-faċilità ta’ scan bl-addoċċ għallaqgħat biex tkun tista’ tissieħeb fihom; u • Agħraf il-faċilitajiet tal-platform speċifika li tagħżel għat-teleconference, inkluż kif ittemm telefonata finnofs u kif tkeċċi persuni li jkunu qed itellfu. Fuq il-blogg tiegħu, Zoom tella’ dawn il-passi biex ikunu faċli aktar.
Isaac Sam Camilleri (inset) ta’ 16-il sena għadu fl-ewwel sena tiegħu fil-Junior College u jittama li wara l-istudji tiegħu jkollu karriera fl-industrija tal-avjazzjoni bħala bdot. Minkejja dan, bħal kull żagħżugħ ieħor, id-dinja tal-kompjuters hi wkoll parti mill-aġenda attwali tiegħu. Iżda, iżjed minn oħrajn talistess età, Isaac hu wkoll involut fil-programming tant li rnexxielu jippubblika logħba bl-isem ta’ “Gravity’s Fault” fuq il-platform tal-Google Play minn fejn hi aċċessibbli għal kulħadd. Fi “Gravity’s Fault”, persuna tirbaħ kemm-il darba jirnexxilha twassal lill-aljen protagonist lura fuq il-pjaneta tiegħu, wara li jevita numru ta’ ostakli fi triqtu. Mistoqsi minn din il-gazzetta, Isaac jisħaq li sab appoġġ kbir mingħand tal-familja kif ukoll minn sħabu tal-iskola. “Ilproġett ippruvajt inżommu sigriet kemm jista’ jkun fl-iskola. Individwu li għenni wkoll kien il-Kap tad-Dipartiment tal-Computing fl-iskola, li meta staqsejtu għal parir fejn jidħol il-coding, dejjem sibt l-appoġġ tiegħu. “Fortunatament ilħaqt ħriġt il-logħba meta kont għadni l-iskola u b’hekk stajt nara aktar ir-riżultat tax-xogħol kollu. Nara studenti oħrajn jilagħbu l-logħba tiegħi u jieħdu pjaċir u jaqsmuha ma’ sħabhom, dak kien għalija mument li tani sodisfazzjon kbir u ħeġġa li nkompli dan id-delizz-
ju li bis-saħħa tiegħu jħalli tbissima fuq wiċċ ħaddieħor,” kompla ż-żagħżugħ. Mistoqsi jekk jaħsibx li għandna x’nitgħallmu mill-kriżi tal-COVID-19 u kif jara d-dinja u l-umanità wara li jgħaddi kollox, Isaac stqarr li “xi ħaġa li tgħallimt illum hi li għalkemm ilħajja mgħaġġla għandna nieħdu dak il-ħin neċessarju biex naqtgħu daqsxejn u ngawdu lil xulxin u l-ambjent ta’ madwarna. Nittama li wara din il-pandemija l-bniedem jirrealizza l-ħsara li qed jagħmel lid-dinja u jipprova jwaqqaf drawwiet ħżiena biex il-ġenerazzjonijiet ta’ warajna jkollhom xi jgawdu.” Staqsejna wkoll lis-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo, li hu responsabbli fost oħrajn mill-industrija vasta tal-gaming, dwar x’jaħseb mill-inizjattiva ta’ Isaac. Hu qalilna li “dak li ħadem fuqu dan l-istudent ta’ 16-il sena biss għandu jkun ta’ eżempju għal ħafna oħrajn. Bħala Gvern, aħna kommessi li nkomplu nippromwovu iżjed inizjattivi biex nattiraw studenti lejn industriji bħall-video game development. Għalhekk, anke naraw l-importanza li suġġetti bħattagħlim dwar l-informatika u t-teknoloġija jingħataw prominenza fil-kurrikulu tal-iskejjel post-sekondarji u naraw kif dejjem naġġornaw il-programm edukattiv maż-żmien li nkunu qegħdin fih.”
10
12.04.2020
kullhadd.com
TOĦROĠ IS-SEJĦA GĦALL-BODYCAMS TAL-PULIZIJA IL-MINISTRU CAMILLERI: BIDLA OĦRA LI SE TITWETTAQ
LANĊA ĠEJJA U OĦRA SEJRA F’IŻJED KUMDITÀ
Kienet ippubblikata s-sejħa għall-offerti bil-għan li l-Korp tal-Pulizija jkun mgħammar bil-bodycams, b’dan il-proġett mistenni jkun implimentat fit-totalità tiegħu bejn l-aħħar kwart ta’ din is-sena u l-bidu tas-sena d-dieħla. Il-ħsieb li b’mod mifrux ilKorp tal-Pulizija jkun mgħammar bil-bodycams ilu jberren tant li fl-aħħar snin sar ukoll proġett pilota. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri esprima l-impenn tiegħu malgazzetta KullĦadd li dan il-proġett issa jibda jkun implimentat fit-totalità tiegħu. “Huwa proġett li jagħti ċertu serħan lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li jkunu fuq quddiem nett ta’ sitwazzjonijiet diffiċli u ta’ sfida. Huwa wkoll proġett li joffri trasparenza f ’ċirkostanzi partikolari li ġieli jkunu anke suġġett ta’ kontroversja jew allegazzjonijiet. Però, huwa wkoll proġett li se jsir fil-kuntest ta’ regoli ċari u stabbiliti bil-għan li jsir blaqwa mod possibbli,” iddikjara l-Ministru Camilleri. Tul il-proġett pilota kienu
pulizija jagħmlu xogħol fit-toroq direttament man-nies li użaw dawn il-bodycams u riżultat tar-rispons tagħhom u riċerka oħra l-Korp tal-Pulizija seta’ jmur għas-sejħa biex ilproġett jinfirex iktar. Fil-fatt, il-proġett pilota serva biex il-pulizija nfushom ikollhom sehem fir-rekwiżiti tas-sejħa għall-offerti. “Sar xogħol tajjeb ta’ preparazzjoni f ’diversi oqsma talkorp. Issa l-mument li naġixxu u li nsibu l-kuraġġ li nieħdu d-deċiżjonijiet. Iddiskutejna biżżejjed. Fejn nemmnu li hu tajjeb irridu nattwaw bħala parti mill-bidla kbira u ġenerali li rridu nġibu fil-Korp tal-Pulizija. Inizjattivi bħal dawn flimkien mal-istrateġija li se nħabbru fiż-żmien li ġej huma l-qafas biex sal-aħħar tas-sena jkollna korp tal-pulizija li nkunu nistgħu ngħidu li mhux biss huwa b’saħħtu biex jaqdi l-ħtiġijiet tal-lum, iżda wkoll tal-ġejjieni,” kompla l-Ministru Camilleri. Is-sejħa għall-offerti kienet ippubblikata fl-aħħar jiem u jekk ma jkunx hemm intoppi marbuta mal-kuntratti għandha tkun aġġudikata sas-sajf li ġej.
Fost il-vantaġġi ta’ proġett simili hemm dawk li tiżdied il-fiduċja fil-pulizija u l-uffiċjali pubbliċi fejn f ’pajjiżi oħra deher ċar li naqsu l-ilmenti fil-konfront tal-forzi tal-ordni. Il-filmati jistgħu jwasslu għal iktar provi konkreti u b’saħħithom fi stadju bikri u għalhekk iwasslu wkoll għal iktar ħeffa f ’ċerti proċeduri. F’pajjiżi oħra kienu rrapportati istanzi fejn l-imġiba ta’ min ikun taħt il-lenti tal-pulizija tjiebet għax konxju li jkun iffilmjat u saħansitra kien irrapportat kif kien hemm tnaqqis fi proċessi burokratiċi.
Huwa proġett li jagħti ċertu serħan lill-membri tal-Korp tal-Pulizija li jkunu fuq quddiem nett ta’ sitwazzjonijiet diffiċli u ta’ sfida
Fost il-proġetti marittimi li qed twettaq bħalissa, Infrastructure Malta qed tibni faċilitajiet ġodda fix-xatt ta’ Tas-Sliema u x-xatt ta’ Bormla għall-passiġġieri li jużaw isservizz tat-trasport bil-baħar biex jaqsmu lejn il-Belt Valletta permezz tal-lanċa. L-investimenti biex isiru dawn il-faċilitajiet, li se jagħmlu s-servizz aktar komdu u aċċessibbli għal kulħadd, anke minn min għandu diffikultajiet ta’ mobilità, jammontaw għal madwar €5 miljun. Faċilitajiet simili huma pjanati wkoll għal Marsamxett wara li s-sena l-oħra l-aġenzija mmodernizzat il-faċilitajiet tal-irmiġġ, bniet rampi aktar siguri kif ukoll passarelli mekkanizzati fost strutturi oħrajn relatati malirmiġġ. It-tieni fażi ta’ dan ilproġett tinkludi breakwater, faċilità ta’ iktar minn irmiġġ wieħed u struttura ta’ kenn għall-passiġġieri f ’din iż-żona. Ix-xogħlijiet f ’Bormla u f ’Tas-Sliema, li qegħdin isiru bħalissa, jikkonsistu f ’tiswijiet fuq il-mollijiet eżistenti, invellar f ’qiegħ il-baħar, bini ta’ pedamenti u t-tqegħid ta’ blokki tal-konkos kif ukoll il-mili tagħhom bil-konkos, kostruzzjoni ta’ piles u l-wiċċ
tal-moll biex jinbnew mollijiet ġodda. Il-moll il-ġdid f ’Tas-Sliema se jkun kbir 1,326 metru kwadru u biex jiġi ffurmat se jkun hemm bżonn jitpoġġew 182 blokka tal-konkos. Waqt li d-daqs tal-moll ta’ Bormla se jkun madwar 560 metru kwadru magħmul minn 150 blokka tal-konkos. Meta jitlestew il-mollijiet, imbagħad se jiġu mtejbin il-faċilitajiet għall-irmiġġ billi f ’kull każ se jsiru żewġ passarelli mekkanizzati, kif ukoll jinbnew strutturi u rampi aktar siguri u aċċessibbli biex ilpassiġġieri jirkbu u jinżlu millaneċ b’aktar kumdità. F’Tas-Sliema u f ’Bormla wkoll se jinbnew faċilitajiet li se jipprovdu kenn aħjar għal dawk li jkunu qed jistennew ħalli jirkbu l-laneċ biex jaqsmu minn Tas-Sliema lejn Marsamxett jew mill-Kottonera għall-Port il-Kbir. Permezz ta’ dawn il-faċilitajiet ġodda, ma jkunx hemm aktar lok li l-laneċ jintrabtu mal-moll qabel jibdew itellgħu jew iniżżlu l-passiġġieri. B’hekk, jonqos ukoll ir-riskju ta’ dewmien fil-ħinijiet tasservizz. Dawn il-proġetti huma kofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) tal-Unjoni Ewropea.
11
12.04.2020
kullhadd.com
DEMOKRAZIJA TAĦDEM TRID TIBQA’ TEVOLVI “Ir-riformi li aħna nemmnu fihom bħala Gvern mhux se jsiru fil-ġudikatura biss, imma f ’għadd ta’ istituzzjonijiet oħrajn. Dawn se nagħmluhom mhux biss għax hemm l-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja, iżda għax kull demokrazija li taħdem tevolvi minn żmien għal żmien.” Il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis kien ċar meta tkellem dwar ir-riformi li ilhom għaddejjin u li din il-ġimgħa raw qbil storiku fil-Parlament Malti li wasslu biex Dr Mark Chetcuti jieħu l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Imħallef flok Dr Joseph Azzopardi li rtira bl-età. Ir-riformi huma wkoll il-bidu ta’ sensiela ta’ bidliet li hemm ippjanati li jsiru, kemm fil-Kostituzzjoni kif ukoll fil-liġijiet ordinarji ta’ pajjiżna, dwar kif għandhom jinħatru ġudikanti ġodda u dwar kif għandu jiġi maħtur Prim Imħallef, suġġett li dak maqbul jiġi approvat mill-Kummissjoni Venezja. Dawn ir-riformi jmissu diversi istituzzjonijiet, fosthom il-Kummissjoni għall-Korruzzjoni, l-Ombudsman u s-Segretarji Permanenti. Imissu d-Direttur tal-Prosekuzzjonijiet Pubbliċi, li legalment se jibqa’ bl-isem ta’ “Avukat Ġenerali”, bil-funzjonijiet tiegħu u l-poter tal-Qrati tagħna li jwettqu l-istħarriġ ġudizzjarju fuq ċerti deċiżjonijiet tiegħu. Il-Ministru Zammit Lewis qal lil din il-gazzetta li dan il-proċess se jitlaq minnufih mal-Kummissjoni Venezja u se ssir ħidma magħhom biex il-proposti tagħna jiġu approvati minnhom, imma dejjem inżommu f ’moħħna t-tradizzjoni legali ta’ pajjiżna. Il-proċess se jitkompla mal-Kummissjoni Ewropea, specjalment mal-Viċi President tal-Kummissjoni Věra Jourová u mal-Kummissarju Didier Reynders. Fil-fatt, tajjeb li nsemmu li Reynders nhar it-Tlieta li għadda faħħar l-isforzi riċenti ta’ Malta. Hemm ħidma għaddejja wkoll biex ikun konkluż l-abbozz ta’ liġi li ilu pendenti għal snin sħaħ li jirregola l-professjoni tal-Avukati. Dan il-proċess se jsir b’kordinamanet kontinwu mal-Kamra tal-Avukati. Sadanittant, se jkompli għaddej il-proċess tant importanti tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali, immexxija mill-President tar-Repubbli ka George Vella. Il-ġurament tal-ħatra ta’ Dr Chetcuti bħala Prim Imħallef sar f ’ċerimonja fil-Palazz ta’ Sant Anton fil-preżenza tal-President ta’ Malta u l-Prim Ministru Dr Robert Abela, li kien akkumpanjat mill-Ministru Zammit Lewis. F’diskors qasir, il-President Vella feraħ lill-Prim Imħallef il-ġdid u qal li Dr Chetcuti se jkun mistenni juri integrità massima, kif dejjem għamel bħala mħallef, u jwettaq fil-prattika indipendenza assoluta mill-eżekuttiv. Huwa awgura li taħt it-tmexxija tal-Prim Imħallef Chetcuti, il-Qrati jsiru iktar effiċjenti fit-twettiq tal-ġustizzja, biex b’hekk il-poplu jkompli jsaħħaħ il-fiduċja fil-qrati.
Jason Senti waqt il-World Series of Poker f’Las Vegas fl-2014
MILL-AMERKA SA MALTA BIL-POKER TA’ 28 SENA REBAĦ AKTAR MINN MILJUN DOLLARU F’LAS VEGAS … 10 SNIN WARA HU SODISFATT LI QED IMEXXI KUMPANIJA TAL-POKER ONLINE F’MALTA 10 snin wara li spiċċa fl-aħbarijiet fl-Istati Uniti għax rebaħ $1.3 miljun fit-tournament tal-World Series of Poker f ’Las Vegas, Jason Senti llum m’għadux ipoġġi mal-mejda tal-logħob, iżda minflok qed jgħix ħajja trankwilla mal-familja tiegħu fi gżiritna ’l bogħod minn art twelidu. Minkejja dan, il-karriera tiegħu għadha bbażata madwar din l-istess logħba popolari tal-karti. Illum, li għandu 38 sena, Senti hu l-Kap Eżekuttiv ta’ Run It Once, il-kumpanija online speċjalizzata wkoll fil-poker, li ngaġġatu erba’ snin ilu bħala Poker Room Manager. Sena wara l-kumpanija ppromwovietu għal Direttur Maniġerjali. Senti, li wara l-gradwazzjoni beda jaħdem bħala electrical engineer imma waqaf meta ddeċieda li jiddedika ħinu kompletament biex jilgħab il-poker, joriġina mill-belt ta’ Grand Forks fl-Istat ta’ North Dakota fit-Tramuntana tal-Istati Uniti tal-Amerka. Avolja għandu memorji sbieħ tad-disa’ snin li għamel jilgħab il-logħba tal-karti direttament mal-mejda, idur minn casino għall-ieħor, inklużi l-esperjenzi fil-World Series f ’Las Vegas fejn fl-2010 irnexxielu jasal sas-seba’ post, Senti jemmen li bħala professjoni xorta tibqa’ mimlija sfidi. F’intervista ma’ ġurnal ippubblikat fi Grand Forks, il-Kap Eżekuttiv ta’ Run It Once kellu kliem t’apprezzament għal Malta, fejn jgħix ma’ martu Jessy, bint
hom Elsie, li twieldet hawn tliet snin ilu, u l-kelb tagħhom. “Malta tassew togħġobna. Hija post uniku u straordinarju. Għalkemm hu diffiċli tkun ’il bogħod mill-familja, it-temp hawn hu eċċellenti u l-Baħar Mediterran hu meravilja,” saħaq l-Amerikan. “Il-kumpanija tagħna hi liċenzjata u regolata mill-Awtorità Maltija tal-Logħob u l-Kummissjoni tal-Logħob fir-Renju Unit. B’riżultat t’hekk, Malta hi l-aqwa post għall-uffiċini tagħna fil-qafas li noperaw fih. Relattivament aħna kumpanija żgħira li għadha tibda u dak li għad irid jiġri fil-ftit snin li ġejjin għadu xi ftit mhux ċar. Għalissa, kuntenti ħafna f ’Malta.” F’dan iż-żmien partikolari bil-pandemija tal-COVID-19, Senti kompla jgħid li l-ħaddiema kollha tal-kumpanija, inkluż hu, qed jaħdmu direttament mid-dar. “Għadni ma ħriġtx mill-appartament tagħna f ’aktar minn ġimagħtejn. Hu żmien ta’ stress għal kulħadd, imma nħossuna fortunati li aħna b’saħħitna flimkien u nistgħu naħdmu b’mod remot.” Meta tkellem dwar il-poker innifsu, Senti qal li “hi logħba fejn l-aħjar ġukaturi se jirbħu fl-aħħar mill-aħħar, imma xorta hemm ħafna fortuna f ’perjodi qosra għal xi wħud. Għaldaqstant, trid tkun kapaċi tfendi ma’ qabżiet finanzjarji sinifikanti u ġibda twila ta’ ġranet mingħajr rebħ. Dak abbli jkun psikoloġikament iebes anke
għall-aħjar plejers fil-logħba.” “Minkejja kollox, il-poker ittrattani tajjeb ħafna u ppermettieli li jkolli esperjenzi li qatt ma kont noħlom. Għalkemm m’għadnix nilgħab professjonalment, għadni involut ħafna wkoll fl-industrija u għad għandi l-passjoni għal-logħba. Mhux se nirrakkomandaha lil ħafna, imma sodisfatt li jien kont kapaċi nagħmel karriera minnha.” Hu qal li eventwalment familtu se tippjana li tirritorna fl-Istati Uniti xi darba, imma għalissa hu biss iffokat kif se jkabbar il-kumpanija responsabbli minnha u li attwalment timpjega 25 ħaddiem full-time f ’pajjiżna.
Malta tassew togħġobna, it-temp eċċellenti u l-baħar meravilja. Hi l-aqwa post għall-uffiċini tal-kumpanija tagħna fil-qafas li noperaw fih. Kuntenti ħafna hawn.
12
12.04.2020
kullhadd.com
LEJN NORMALITÀ ĠDIDA Daniel Micallef President tal-Partit Laburista
Hekk kif poġġejt bilqiegħda biex naqsam dawn il-ftit ħsibijiet magħkom, għadha kemm tħabbret it-tielet mewt f ’pajjiżna kaġun tal-Coronavirus. Ħsibijieti jmorru għall-qraba; għal dawk li għandhom lil xi ħadd fil-familja
li nstab pożittiv għal dan il-virus qerriedi li biddel id-dinja mil-lejl għan-nhar. Xtaqt niffoka l-aktar, iżda, mhux fuq il-preżent jew il-futur immedjat. Imma fuq dak li ġej wara din is-sitwazzjoni surreali li ħadd qatt ma basar. Għandna ħafna opportunitajiet. Huwa l-futur isbaħ li meta naħseb fuqu jagħtini l-motivazzjoni biex inħares lil hinn minn dan il-mument ikrah li qed ngħixu flimkien. Jekk wieħed jieqaf u jaħseb, jirrealizza li ħafna affarijiet li ilhom jiġu diskussi snin fosthom metodi li qatt ma tħajjarna nibdlu u għodod li ilhom għad-dispożizzjoni tagħna snin u qatt ma ntużaw, din il-kriżi ppreċepitatna biex il-bidla ġiet sfurzata fuqna.
Ma kienx hemm lok għal diskussjonijiet. Ma kienx hemm aktar lok għal tkaxkir tas-saqajn. Qed nirreferi għal ħafna affarijiet mill-ħajja ta’ kuljum tagħna. Tgħallimna li m’hemmx għalfejn tliet kwarti tal-popolazzjoni toħroġ bil-karozza biex tmur għax-xogħol jew l-iskola fl-istess ħin filgħodu. U ħafna mix-xogħol jista’ jsir xorta. Tgħallimna li student, speċjalment dawk postsekondarji, jistgħu xorta jsegwu kors anke fuq livell universitarju, mingħajr ma jaħlu sagħtejn vjaġġar kuljum u ta’ bilfors. Tgħallimna li t-teknoloġija li ilha għad-dispożizzjoni biex, f ’ċerti oqsma, ħaddiem ikun jista’ jaħdem mid-dar, tista’ tintuża u l-kontribut tal-ħaddiem saħan-
sitra jiżdied, u mhux jonqos. Tgħallimna li anke ħanut żgħir jista’ jkabbar il-klijentela bi ftit diversifikazzjoni fl-operat tiegħu u dan billi joffri servizzi li jagħtu aktar kumdità lill-konsumatur u jiġi evitat vjaġġar inutli. Rajna Ministri tal-Gvern jiffrankaw jumejn ħin biex imorru Brussell għal xi laqgħa, u minflok mill-uffiċċju tagħhom saret il-komunikazzjoni kollha meħtieġa. Fl-Awtorità tal-Ippjanar, pereżempju, għall-ewwel darba l-Kummissjoni tal-Ippjanar, qed tagħmel sessjonijiet online. Filwaqt li bħala Perit nistqarr li jkun hemm ċirkostanzi fejn dak li jkun jippreferi jkollu l-opportunità li jispjega l-każ wiċċ imb wiċċ, miżura bħal din tfisser ħafna ħin u vjaġġar iffrankat għal kulħadd – ħin fit-traffiku, ħin ta’ stennija – ħin li jista’ żgur jintuża aħjar biex tkun aktar produttiv, u biex jifdallek aktar ħin liberu wkoll. Dan kollu ngħidu bl-akbar sensittività – nifhem li hemm setturi li, mil-lum għal għada, waqfu ħesrem – bħat-turiżmu. Hawnhekk wieħed irid jifraħ lill-Gvern u t-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela għallmod kif, flimkien mal-imsieħba soċjali, ħadu ħsieb din is-sitwazzjoni b’mod li ġew salvati għexieren ta’ eluf ta’ impjiegi. Id-dinja li ngħixu fiha llum rat ritmu ta’ bidla kbir fl-aħħar 100 sena. Fl-aħħar snin dan ir-ritmu aċċellera, iżda l-istess dinja baqgħet ankrata mal-mod kif kienu jsiru l-affarijiet 30 u 40 sena ilu. Saru paraguni mat-Tieni Gwerra Dinjija – dak iż-żmien jien m’għextux, imma l-kuntest hu totalment differenti. Din hi l-ewwel kriżi tax-xorta tagħha f ’dinja globalizzata, dinja li tajjeb jew ħażin, ċkienet ħafna. Fuq livell politiku, bħala ċittadin Ewropew ninsab diżappuntat immens. Ikun hemm min jagħmel l-argument li fejn tidħol is-saħħa hemm is-sovranità tal-membri stati, iżda mhux dak il-punt. Il-fatt li anke kien hemm il-ħsieb, li membri stati jagħlqu l-produzzjoni ta’ prodotti mediċinali għas-suq domestiku tagħhom turi li ħafna diskors li jsir huwa duħħan. Huma prietki minn fuq pulptu ta’ ipokrisija li meta niġu għas-si u n-no, jisfaxxaw. Addijo s-solidarjetà. F’perjodi bħal dan rajna ħafna “domi tal-fidi” jisfaxxaw. L-interventi tal-Istat fejn meħtieġ jerġgħu jsiru moda. Imma qisu jrid ikun hemm ċerti pajjiżi li qed ibatu biex pajjiżi oħrajn
jinftiehmu dwar iċ-ċirkostanzi tagħhom. Qed ngħixu perjodu li fl-istorja ħa jinqara bħala linja ċara ħafna ta’ bidla. Il-proġett Ewropew jekk irid jibqa’ ħaj irid iħaddan din l-opportunità, li terġa’ tagħtih ir-rilevanza li tant għandu bżonn anke fuq sfera globali kompetittiva. Forsi minn din l-esperjenza tgħallimna napprezzaw ħafna aktar dak li għandna bħala pajjiż. Dak li pajjiżi oħrajn ferm akbar u aktar b’saħħithom, m’għandhomx: servizz ta’ saħħa pubbliku, bla ħlas, fost l-aqwa fid-dinja. Tapprezza ħafna aktar l-essenzjalità tal-ħaddiema kollha f ’dan is-settur, mill-akbar professur, sal-aktar xogħol meqjus umli. Tapprezza li hemm nies li kull filgħodu joħorġu minn djarhom biex jiġu wara l-bieb tiegħek jiġbru l-iskart li qed tiġġenera f ’darek. Il-fatt li għandna aktar ħin biex naħsbu, jgħin biex napprezzaw – it-tama tiegħi li jien l-ewwel wieħed, ma ninsiex meta l-ħajja terġa’ tibda tgħaġġel. Inħares ’il quddiem għal festa kbira nazzjonali, Ewropea u globali li fiha niċċelebraw ir-rebħa fuq dan il-virus. Imma din iċ-ċelebrazzjoni trid tkun fi sfond ta’ patt magħna nfusna li ma mmorrux lura għan-normalità li konna mdorrijin fiha. Għandna opportunità biex noħolqu normalità ġdida ħafna isbaħ u ta’ ġid għalina lkoll. Nawgura lilkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb. Konvint li dak ta’ sena oħra, ikun isbaħ.
Jekk wieħed jieqaf u jaħseb, jirrealizza li ħafna affarijiet li ilhom jiġu diskussi snin fosthom metodi li qatt ma tħajjarna nibdlu u għodod li ilhom għaddispożizzjoni tagħna snin u qatt ma ntużaw, din ilkriżi preċepitatna biex il-bidla ġiet sfurzata fuqna
13
12.04.2020
kullhadd.com
XAHAR TA’ IMPENN STRAORDINARJU
Owen Bonnici Ministru
Bħal għada l-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi jkunu ilhom magħluqin proprju għal xahar, wara li kellhom jingħalqu ħesrem minħabba s-sitwazzjoni dinjija tal-COVID-19. Xahar li matulu fis-settur tal-edukazzjoni rajna jiddaħħlu miżuri, sistemi u inizjattivi biex dan is-settur tant importanti għal uliedna jkompli għaddej fiċ-ċirkostanzi. Li huwa żgur huwa, li dan ix-xahar ma kienx it-tmiem bikri tas-sena skolastika u lanqas fisser li l-edukaturi u wliedna daħlu għal estensjoni tal-vaganzi tal-Għid u tas-sajf. Altru minn
hekk. Mill-ewwel, il-Ministeru flimkien mal-imsieħba kollha f ’dan is-settur, intefgħu b’saħħa biex jaraw x’kienet it-triq ’il quddiem. Triq li riedet twassal biex l-edukazzjoni tkompli għaddejja, minkejja mhux bil-mod tradizzjonali li ilna nafuha dawn is-snin sħaħ. Fi ftit jiem tlaqna b’diversi proġetti li komplew jiżviluppaw b’tali mod li fl-ewwel ġimgħa daħħalna miżuri u wkoll sistemi biex l-edukaturi jkomplu għaddejjin bil-kuntatt tagħhom mal-istudenti. It-tagħlim f ’dan ix-xahar li għadda, kompla għaddej għad li b’mod ridimensjonat. Biss, qed naraw ingaġġ bejn l-edukaturi u l-istudenti b’diversi forom, bittagħlim online għaddej ġmielu. Din kienet biss waħda mill-miżuri li ħadna. Kien hemm diversi oħra. Mal-ewwel jiem ukoll waqqafna Grupp ta’ Ħidma li fih qed jagħtu sehem impekkabbli dawk kollha li b’xi mod jew ieħor imissu mas-settur edukattiv. Fost dawn, id-Dipartimenti fil-Ministeru, rap-
preżentanti tal-iskejjel tal-Knisja u Indipendenti, il-MATSEC, l-MCAST, l-Unversità ta’ Malta, l-Unjin Maltija għall-Għalliema, il-Kunsill tal-Istudenti tal-Università u l-Kunsill tal-Istudenti tal-Junior College. L-għeluq tal-iskejjel wassal għal ħafna mistoqsijiet li bdew iberrnu f ’moħħ l-istudenti, il-ġenituri u l-kustodji tagħhom. Huwa ovvju t-tħassib dwar x’kien se jiġri issa li t-tagħlim tradizzjonali kellu jieqaf, dwar l-eżamijiet li kellhom isiru, dwar il-mixja tal-istudent minn sena għal oħra, u wkoll minn istituzzjoni għal oħra. Anki hawn bdiet ħidma kollettiva li wasslet għal qbil bejn dawk kollha involuti biex stabbilixxejna dak li kien se jsir. Tweġibiet li tfasslu wara diskussjoni li matulha rajna kull aspett edukattiv u wkoll rajna li l-istudent ma jkunx il-vittma tas-sitwazzjoni u li wasslu għal pjanijiet nazzjonali komprensivi li se jwasslu sal-ftuħ tas-sena skolastika u akkademika 2020-2021. Dawn jinsabu online fil-paġna Edukazzjoni fuq fejsbuk, għal
dawk kollha li jixtiequ jkunu jafu s-sitwazzjoni tagħhom kif inhi. Pass importanti ieħor kien li mill-ewwel waqqafna linja telefonika ta’ għajnuna – 25981000 – li qiegħda hemm biex dawk kollha li għandhom diffikultà marbuta mas-settur edukattiv, jistgħu jagħmlu użu minnha. Numru li huwa ddedikat b’tali mod li jieħdok mill-ewwel għand il-persuna li hija l-aħjar li tista’ twieġeb għad-diffikultà ta’ dak li jkun. Ħloqna diversi siti u punti ta’ referenza ta’ informazzjoni, fosthom l-edukaturi jistgħu jitolbu appoġġ direttament permezz tal-iskejjel tagħhom jew permezz tas-sit elettroniku u tal-linji telefoniċi għall-għajnuna https://digitalliteracy.skola.edu. mt/. Repożitorju tar-riżorsi edukattivi huwa disponibbli fuq www.curriculum.gov.mt u qed jiġi aġġornat kontinwament. Ħarisna lil hinn minn dan. Bis-soċjetà ta’ pajjiżna magħmula kif inhi, bħall-bqija tal-komunitajiet madwar id-dinja, rajna li dawk li għandhom diffikultajiet, jingħataw l-għajnuna li hemm
bżonn. Ma rrid li ħadd jibqa’ lura u ridt nara l-istudenti tagħna jkollhom l-istess opportunitajiet, minkejja kollox. Billi ċ-ċirkostanzi qed jitolbu t-teknoloġija tal-informatika biex inkomplu bit-tagħlim, fhimna wkoll li f ’pajjiżna hemm min minħabba s-sitwazzjoni personali tiegħu – hi x’inhi – jista’ jkollu diffikultà. Għalhekk min m’għandux internet fid-dar tiegħu, ipprovdejna aħna internet b’xejn. Dawn iċ-ċirkostanzi jwasslu wkoll għal sezzjoni tal-komunità li jinsabu fuq dik li tissejjaħ skema 9. Dawn il-madwar 500 familja ma nsejnihomx lanqas. Daħħalna għalihom miżuri soċjali u qed inkomplu nipprovdulhom kolazzjon kuljum. Minkejja li affettwat il-ħajja tagħna lkoll, hemm is-sabiħ ta’ din is-sitwazzjoni. L-għaqda. Għaqda li se twassal biex noħorġu minn din il-fażi aktar b’saħħitna. U se nħarsu ’l quddiem biex inkomplu nsaħħu dak li għamilna f ’dawn il-ġimgħat għall-benefiċċju tal-għeżeż uliedna u wlied uliedna.
L-EROJ MALTIN U GĦAWDXIN
Felix Busuttil Galea
Id-definizzjoni tal-kelma ‘Eroj’ fid-dizzjunarju tfisser persuna ammirata għall-kisbiet tagħha u il-kwalitajiet nobbli. Persuna li turi kuraġġ kbir u indimentikabbli. Naraw ħafna films u comics fejn il-protagonisti huma karattri lebsin kostumi nkaxxati u mantelli jperpru fiż-żiffa – dawn il-karattri bħal Superman u Wonderwoman, fittizzji kemm huma fittizji, kienu l-eroj ta’ tfuliti għax kont nara fihom nies ta’ potenza sopranaturali li kienu dejjem lesti jaqbżu għall-umanità kontra kull deni, kull diżastru u kull krudeltà. Però, f ’dawn iż-żminijiet ma rridux nużaw wisq l-immaġinazzjoni infantili jew adulta tagħna. Fostna u ta’ kuljum qegħdin naraw li dawk li kienu l-iktar ħaddiema (forsi ftit inviżibbli jew l-inqas li jitħallsu) huma dawk
l-istess ħaddiema li kontra kull deni, kull diżastru u kull krudeltà anke jekk jafu li xogħolhom ta’ periklu, joħorġu mill-kenn taddar tagħhom u jaħdmu bl-ikbar umiltà għalina. Nibda mill-iżgħar u l-inqas rikonoxxuti sa dawk li l-aktar jidhru. F’għajnejja eroj kbar. F’għajnejja ħaqqhom kollha monument fl-ikbar u l-iktar pjazza frekwentata Maltija. L-omm u l-missier. Dawn li moħħhom mhux jaħseb fihom infushom. Imma jhewden fuq il-ġid ta’ wliedhom. Il-missier li għalkemm jaf id-diffikultà finanzjarja jipprova u jirnixxilu jitma’ lil uliedu. Inrodd rispett – lilhom li meta t-tfal ikunu reqdin fis-sodda jittawlu millbieb tal-kamra tagħhom u rashom ma tistrieħx qabel ma jkunu jafu li għada u fil-futur ser ikunu kapaċi jipproteġu lit-tfal tagħhom. Dawn li ma joħorġux mill-bieb ta’ barra ħalli jagħtu eżempju lil uliedhom fejn jidħol ir-rispett li għandna jkollna lejn l-awtoritajiet u l-kuxjenza tagħna. Fejn qegħdin isibu kull mezz sabiex uliedhom jibqgħu jedukaw ruħhom, jibqgħu jaqraw u jilagħbu. Jibqgħu jitbissmu u jidħqu. L-omm u issa naraw kuljum kemm tbati meta ta’ kuljum iżżomm id-dar pupilla – fejn it-tindif u t-tisjir mhumiex xi
ħaġa ta’ bilfors. Imma tara fuq wiċċha l-imħabba u d-dedikazzjoni li għandha lejn familtha. Dawn huma l-ewwel eroj tiegħi. Dawk li jnaddfu s-swali tal-isptarijiet – meta kont immur l-isptar għal xi qadja u naħbat ma’ xi cleaner probabbli ma tantx kont nagħti kas ta’ xogħolhom. Mhux illum. Għax naħlef li kull meta niltaqa’ ma’ xi ħadd f ’dan ix-xogħol żgur minn qalbi u bl-ikbar rispett ngħidilhom grazzi. Dawk li ta’ kuljum jiġbruli ż-żibel. Il-kenniesa. Dawk li qegħdin jiddiżinfettaw it-toroq tagħna. L-iktar xogħl ijiet li s-soċjetà tħares lejhom bl-inqas apprezzament. Dawn huma l-eroj tiegħi. Il-pulizija. Dawk tal-protezzjoni ċivili. Għax pulizija jew suldat mhumiex speċjali. Dawn bħalna umani u jistgħu jiġu infettati – tista’ timmaġina il-ħsibijiet li jgħaddu minn moħħhom meta jaqbdu ċ-ċwievet tad-dar, jiftħu l-bieb, jagħlqu warajhom u jaħsbu fil-familji tagħhom? “X’se naffaċċja llum? Ser nirritorna qawwi u sħiħ sabiex nerġa ngħannaq lil marti jew lil żewġi u lil uliedi?” Però bl-iktar qawwa u forza mentali u emozzjonali jemmnu fix-xogħol tagħhom u jaħsbu biss fil-ġid komuni u dak nazzjonali.Dawn ukoll l-eroj tiegħi. Grazzi.
It-tobba, l-infermiera u l-volontiera. Personalment naf tliet tfajliet, waħda minnhom omm, li jaħdmu wkoll fid-dinja taż-żfin miegħi u huma infermiera. Naf li mill-karattru tagħhom tixgħel il-ġenwinità – l-element ta’ karità, il-paċenzja u l-empatija mnaqqxa fil-qlub tagħhom. Jekk aħna armata huma dawk bħaż-żmien il-gwerer Medjavali ta’ suldati li qegħdin fuq quddiem jiddefendu lil dawk ta’ warajhom. L-ewwel li ser jħossu d-daqqa tax-xabla, ix-xita ta’ vleġeġ. L-ewwel opportunità ta’ mewt. Kemm nisimgħu b’tobba u infermiera Taljani, Amerikani u Spanjoli li mietu għax kienu sempliċiment jagħmlu xogħolhom. U jien qiegħed hawn fis-sigurtà ta’ dari nikteb dan l-artiklu. Bla ebda biża’ ta’ kontaminazzjoni. Huma għandhom kull biża’ u xorta bl-ikbar kuraġġ, bl-ikbar imħabba u bl-ikbar virtù jieħdu ħsieb dawk infettati bil-Coronavirus. M’hawnx bħalkom. L-eroj Maltin u Għawdxin li ser ikunu miktubin fl-istorja Maltija. Dawn l-eroj tiegħi. Il-Ministru Chris Fearne u dawk li jaħdmu madwaru. Il-Professur Charmaine Gauci. Dawk li jirrispondu l-linja 111 u dawk li jieħdu l-azzjoni wara t-telefonati. M’għandniex bżonn lil Dr Hans Kluge, Direttur Reġ-
jonali tal- World Health Organization sabiex ifaħħar ix-xogħol tal-Gvern Malti fir-rigward talCOVID-19. Aħna bħala Gvern mill-ewwel ħadna deċiżjonijiet diffiċli imma neċessarji – f ’ħinhom u f ’waqthom. Lill-poplu xtaqna nedukawh – inħeġġuh joqgħod ġewwa u joħroġ biss għall-bżonnijet. Jien minn ta’ quddiem inkun favur rakkomandazzjonjiet mill-Gvern li jkunu aktar ħorox jekk il-poplu ma japprezzax id-distanza soċjali. Il-Ministeru għas-Saħħa mmexxi minn Gvern sod u li jaf x’inhu jagħmel – dawn ukoll l-eroj tiegħi. Naqbel li kulħadd u nirrepeti kulħadd għandu jagħmel sagrifiċċji kbar – kull passatemp barra għandu jieqaf. Hekk kulħadd f ’dawn iż-zminijiet ħorox jagħti kontribut lill-ħaddiema tas-saħħa tagħna u jsalva ħafna ħajjiet. L-eroj nistgħu nkunu aħna. Meta flimkien noqogħdu ġewwa – meta nżommu distanzi bejnietna – meta naħslu jdejna ta’ spiss u nżommu kullimkien nadif – meta nirrispettaw. Meta dan kollu jgħaddi u fl-aħħar inkunu nistgħu nerġgħu lura għall-ħajja normali. Malta u Għawdex. Poplu Eroj. L-Għid it-Tajjeb lilkom u lill-familtkom. L-Irxoxt magħkom.
14
12.04.2020
kullhadd.com
L-AFFARIJIET BARRANIN F’DINJA TAĦT THEDDIDA Ilu jservi fil-Parlament Malti mill-1992 u serva bħala Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kemm bejn l-1996 u l-1998 u wkoll qabel il-bidliet li saru fil-Kabinett f’Jannar li għadda. Imma ħadem ukoll f’setturi oħra. Magħruf sew ukoll għall-kitba tiegħu u fil-qasam ġurnalistiku. F’din il-bidla ngħata responsabbiltajiet ġodda u issa huwa responsabbli għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. F’din l-intervista jitkellem dwar il-qagħda bħalissa fl-isfond tal-pandemija COVID-19, imma wkoll dwar ix-xogħol li jsir wara l-kwinti kemm mill-Ministeru u wkoll mill-Korp Diplomatiku. F’din is-sitwazzjoni l-Unjoni Ewropea qiegħda tagħmel biżżejjed fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom?
Fil-15 ta’ Jannar ħadt il-ġurament bħala Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Żgur li dakinhar ma bsartx li ftit ġimgħat wara d-dinja kienet se taffaċċja l-ikbar kriżi mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn. Ċertament li le. Il-Bulgara Kristalina Georgieva, li tmexxi l-Fond Monetarju Internazzjonali, qalet li bħalissa għaddejjin mis-siegħa l-iżjed kerha u mudlama għall-umanità, l-akbar theddida għad-dinja kollha. Ferm differenti minn dak li stennejt li se naffaċċja meta ħadt il-ġurament tal-ħatra. Iżda dik hi r-realtà li qed ngħixu u minkejja d-diversi sfidi li kellna u jibqgħu quddiemna, illum il-ġlieda kontra l-imxija tal-COVID-19 hija l-prijorità assoluta. Nixtieq ngħid li hija l-prijorità assoluta madwar id-dinja kollha, iżda ma nistax. Ma nistax għaliex bħalissa għandna madwar 40 gwerra għaddejja fid-dinja, meta l-unika gwerra li jmissha għaddejja hija dik kontra l-Coronavirus li qed thedded il-ħajja u l-għajxien tagħna lkoll. L-ekonomija dinjija qatt ma waqfet kif qed tieqaf issa. Anki pajjiżi b’saħħithom bħall-Istati Uniti, li sa ftit ilu kienu jiftaħru b’kemm qed joħolqu impjiegi, f ’daqqa waħda għandhom iżjed minn seba’ miljun ruħ bla xogħol. Ħafna pajjiżi m’għandhomx biżżejjed flus biex joffru servizzi tas-saħħa b’xejn u tajbin. M’għandhomx biżżejjed flus biex jagħtu sussidju għall-pagi ta’ dawk li tilfu x-xogħol, jew biex jgħinu n-negozji u ma jħalluhomx ifallu. Dan kollu ma ngħidux għall-proset għal dak li qed jagħmel il-Gvern Malti. Iżda biex napprezzaw pajjiżna, biex nisimgħu mill-Awtoritajiet u biex kulħadd jagħmel il-parti tiegħu jekk tassew irridu li kif għamilna fl-imgħoddi glorjuż tagħna, negħlbu din l-isfida bħala ġens wieħed magħqud. Mil-lenti personali, kif affettwatek din is-sitwazzjoni? Peress li għalaqt is-67 ngħodd mal-persuni f ’qagħda vulnerabbli. Għalhekk m’iniex noħroġ għajr biex naqdi d-dmirijiet Ministerjali u Parlamentari tiegħi. L-aktar li tagħtini ġewwa li bħal eluf ta’ nanniet oħra, ma nistax noqgħod nilgħab man-neputija ta’ erba’ snin. Ma nistgħux ngħannqu lil xulxin u allura bħal bosta, nirrikorru għall-WhatsApp jew inkella tiġi fit-triq u nxejru lil xulxin u nitfgħu bews mill-bogħod. Sitwazzjoni ta’ diqa, veru, iżda nappella lil kulħadd biex jagħmel bħali u jsegwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet konċernati. Jekk ilkoll nagħmlu l-parti tagħna, bħall-Irxoxt, wara l-passjoni u l-mewt ikollna l-qawmien. Għalhekk nagħmel kuraġġ lillMaltin u lill-Għawdxin kollha u nieħu din l-opportunità biex nawgura l-Għid it-Tajjeb lil kulħadd! Qatt daqs illum ma ħarġet fid-dieher il-ħidma sfiqa mwettqa mill-Korp Diplomatiku u l-uffiċjali kollha fi ħdan il-Ministeru tiegħek. Iżda forsi mhux kulħadd japprezza x-xogħol li għaddej minn wara l-kwinti. Fil-fehma tiegħek, kemm hija importanti din il-fergħa tal-Gvern? Hija importanti għal kull pajjiż fid-dinja, iżda għal gżira ċkejkna bħal tagħna, id-diplomazija hija indispensabbli, mhux biss importanti. Għaliex minkejja ċ-ċokon tagħna, permezz ta’ Korp Diplomatiku ħabrieki qed nilħqu l-erbat irjieħ tad-dinja u f ’din il-kriżi b’mod partikolari, qegħdin tassew nuru li aħna pajjiż żgħir b’qalb kbira.
Min-Nikaragwa sal-Libja, u mill-Filippini sal-Awstralja, fl-aħħar ġimgħat assistejna u rripatrijajna Maltin minn kull rokna tad-dinja. Mhux waħedna, iżda bl-għajnuna ta’ pajjiżi oħra li bħalna qed jaffaċċjaw din l-isfida globali b’kuraġġ u b’determinazzjoni. Fil-fatt, bħalma ġibna mijiet ta’ Maltin lura, Malta għenet fir-ripatrijazzjoni ta’ eluf ta’ barranin li kienu qed jgħixu, jaħdmu jew jistudjaw fostna. Din il-ġimgħa stess nedejna skema ta’ ripatrijazzjoni volontarja għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ta’ pajjiżi terzi li għadhom fostna u li jridu jmorru lura pajjiżhom. Dan kollu qed isir bl-għajnuna tal-Air Malta li għal darb’oħra uriet kemm hija kruċjali għal pajjiżna. Minn hawn nirringrazzja lill-impjegati kollha tal-Air Malta li flimkien mal-Korp Diplomatiku u l-uffiċjali tal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej, qed jagħtu sehemhom fis-silenzju. Iżda kif rajna fl-aħħar jiem, il-ħidma tal-Ministeru tiegħek f ’dan iż-żmien tmur lil hinn mill-isforzi tar-ripatrijazzjoni... Fil-fatt, l-ambaxxati tagħna madwar id-dinja bħalissa, aktar mis-soltu, qed jaqdu rwol ċentrali fil-forniment tat-tagħmir mediku speċjalizzat u l-mediċini li għandhom bżonn l-awtoritajiet tas-saħħa fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Apparti d-donazzjonijiet ta’ mijiet t’eluf ta’ maskri protettivi li rċevejna riċentament u li tqassmu lill-entitajiet involuti f ’din il-ġlieda, għaddejja ħidma kontinwa biex nassiguraw li l-awtoritajiet tas-saħħa ma jonqoshom xejn. F’dan ir-rigward nafu li kont kritiku fil-konfront tal-Unjoni Ewropea għall-mod kif qed jaġixxu l-Istati Membri. Taħseb li l-UE qed tagħmel biżżejjed fiċ-ċirkostanzi? Il-Coronavirus u l-kriżi ekonomika li qed tirriżulta huma l-akbar sfida li qed tiffaċċja l-Unjoni Ewropea sa mit-twelid tagħha. Tegħleb din l-isfida skont kemm jirnexxilha tkun tassew unjoni u l-pajjiżi ż-żgħar jiġu stmati daqs il-kbar għax inkella flok unjoni jkollna sottomissjoni. Mhuwiex possibbli li meta l-affarijiet sejrin tajjeb ikollna unjoni u meta l-affarijiet imorru ħażin kulħadd jaħseb għal rasu. F’dan ir-rigward, iva jeħtieġ illi jsir aktar biex is-suq waħdieni jibqa’ jopera b’mod normali. Għalhekk waqt laqgħat virtwali li kelli ma’ sħabi l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea, tkellimt kontra l-egoiżmu li qed naraw bħalissa fil-forniment tal-prodotti mediċi u l-ilbies protettiv bejn l-Istati Membri. Veru li kif ngħidu bl-Ingliż, charity begins at home, imma l-Unjoni Ewropea għandha tkun id-dar tagħna lkoll. Iżda rrid nsemmi ukoll ix-xogħol tajjeb li qed isir fi Brussell, primarjament il-qbil li ntlaħaq fuq pakkett t’għajnuna finanzjarja ta’ €500 biljun għall-pajjiżi Ewropej li ntlaqtu ħażin mill-pandemija tal-Coronavirus. Dan il-qbil isegwi d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tapprova skema ta’ għajnuna mill-Gvern Malti biex issostni l-ekonomija fil-kuntest tal-pandemija tal-Coronavirus. Permezz ta’ din l-iskema b’valur ta’ €350 miljun, se jkunu jistgħu jingħataw garanziji tal-Gvern b’sostenn għall-ekonomija Maltija matul il-pandemija. Irrid infaħħar ukoll l-istess Kummissjoni Ewropea li ssospendiet il-ħlas tad-dazju u l-VAT fuq importazzjoni ta’ mediċina u tagħmir mediku bħal ventilators, fost oħrajn. Dan filwaqt li bosta pajjiżi ngħataw sostenn finanzjarju dirett mill-Unjoni Ewropea biex saru ’l fuq minn 200 titjira ta’ ripatrijazzjoni, f ’eżempju
15
12.04.2020
kullhadd.com
ċar tas-solidarjetà Ewropea fil-prattika.
biltà kbira.
Apparti s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, inti appellajt għal sostenn b’saħħtu mill-Unjoni Ewropea fil-Libja. Għaliex ħassejt il-ħtieġa li titkellem dwar il-problemi ta’ pajjiżi oħra meta l-Ewropa mifnija bl-inkwiet tagħha?
Lil hinn minn din il-kriżi, ħidmet il-Gvern ma waqfitx. Għall-ewwel darba fl-istorja nħatar Prim Imħallef bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra. Flistess waqt tħabbar li hemm qbil dwar għadd ta’ riformi oħrajn biex tissaħħaħ is-saltna tad-dritt f ’pajjiżna. Kemm hu importanti dan l-iżvilupp fit-tisħiħ tarreputazzjoni internazzjonali ta’ Malta?
Għaliex din il-pandemija ma tafx fruntieri, kultura u reliġjonijiet. Hija sfida globali li teħtieġ il-koperazzjoni internazzjonali biex negħlbuha flimkien. Għax il-gżejjer tagħna ċkejknin wisq u fost l-aktar pajjiżi miftuħa għall-bqija tad-dinja. Dan ifisser li biex l-ekonomija tagħna tieħu r-ruħ wara l-Coronavirus, trid tiġi f ’tagħha l-bqija tad-dinja wkoll. Fil-Libja, b’mod partikolari, il-ġlied persistenti qed jimmina l-kapaċità tal-pajjiż li jnaqqas it-tixrid tal-COVID-19, waqt li b’hekk jikber ukoll ir-riskju ta’ żieda fil-migrazzjoni irregolari. Huwa żgur li bħalissa, iżjed minn qatt qabel, ma nifilħux nieħdu ħsieb ukoll l-immigranti li jiġu traffikati mil-Libja biex imorru lejn l-Ewropa. Għalhekk tkellimt ukoll dwar l-importanza li mill-aktar fis possibbli titħaddem l-operazzjoni l-ġdida fil-Mediterran, IRINI, li tnediet riċentament biex fost oħrajn, tkisser ix-xibka tat-traffikar ta’ bnedmin. Iżda fuq kollox jeħtieġ li hawn ukoll, l-Unjoni Ewropea tagħmel aktar biex ma nitħallewx aktar waħedna nġorru din ir-responsab-
Dmirna mhux biss li nirbħu din il-gwerra għal saħħitna iżda wkoll li nirxuxtaw l-għajxien tagħna u l-ħolqien tal-ġid u tax-xogħol. Huwa għall-ġid tagħna stess li nsaħħu l-ġustizzja f ’pajjiżna u mhux għax jiġu jgħidulna hekk minn pajjiżi oħra. Kif inhu għall-ġid tagħna li għaddejna mill-Parla-
ment mod ġdid kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija, skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja. Fuq kollox huwa għall-ġid tagħna u ta’ wliedna u wlied uliedna li ngħixu f ’pajjiż diċenti li nkunu kburin bih. F’pajjiż fejn il-ħolqien tal-ġid u x-xogħol, il-ġustizzja, il-ħarsien tal-ambjent u l-ġid komuni jintrabtu flimkien f ’patt soċjali li ma jinħallx. Fejn tara ’l Malta, ’l-Ewropa u d-dinja minn hawn u sena oħra? Is-sitwazzjoni qed tinbidel kull minuta, jekk mhux kull sekonda u diffiċli wieħed ibassar fejn se nkunu sena oħra meta qed insibuha diffiċli nimmanuvraw il-preżent. Dan l-aħħar l-Ekonomista Paul Krugman qal li l-ekonomija
Għaliex minkejja ċ-ċokon tagħna, permezz ta’ Korp Diplomatiku ħabrieki qed nilħqu l-erbat irjieħ tad-dinja u f’din il-kriżi b’mod partikolari, qegħdin tassew nuru li aħna pajjiż żgħir b’qalb kbira
dinjija qisha daħlet f ’koma. Qabbilha ma’ meta persuna tweġġa’ gravi u biex jippruvaw ifejquha t-tobba jdaħħluha għall-kura intensiva u jpoġġuha fuq il-magni biex tibqa’ tieħu n-nifs kemm kemm ma tmutx. L-akbar mistoqsija issa, f ’pajjiż wara l-ieħor hi, kemm se jirnexxilna nqajmu l-ekonomija dinjija mill-koma li tinsab fiha biex tirpilja wara li tgħaddi l-pandemija? Irridu naħdmu kemm nifilħu, flimkien u bil-għaqal biex jirnexxilna.
16
12.04.2020
kullhadd.com
IŻ-ŻMIEN LI NINGĦAQDU Clifton Grima Segretarju Parlamentari
Il-COVID-19 affettwat ħajjitna b’diversi modi, irrispettivament minn liema stil ta’ ħajja jew sfond aħna ġejjin. Dan kellu impatt sinifikanti mhux biss fuq issaħħa fiżika tagħna, iżda wkoll fuq is-saħħa mentali tagħna u l-benesseri ġenerali. Ninsabu f ’era ġdida li fiha l-għan ewlieni tagħna huwa li naddattaw ruħna għal din ir-realtà ġdida billi nipproteġu lilna nfusna aktar minn qatt qabel u fl-istess ħin ma nxerrdux il-virus lil ħaddieħor. Din il-pandemija ġabet bidliet fil-ħajja tal-atleti li kellhom jibdlu minn stil ta’ ħajja attiva b’sessjonijiet ta’ taħriġ kuljum, għal waħda ta’ inċertezza u iżolament bl-atleta jkollu jwettaq frazzjoni tal-attività fiżika. Il-kanċellazzjoni ta’ kompetizzjonijiet, l-għeluq tal-faċilitajiet
sportivi u l-waqfien ħesrem ta’ interazzjoni mal-kumplament tat-tim u l-atleti sħabhom żgur li qed ikollhom effett. Barra minn hekk, in-nuqqas ta’ taħriġ fiżiku jista’ jwassal għal dwejjaq, diżappunt u gradi differenti ta’ ansjetà. L-aqwa ħaġa li wieħed jista’ jagħmel hija li jibqa’ kemm jista’ jkun fiżikament attiv fi sforz biex itaffi l-effett negattiv fuq issaħħa mentali. Għadna ma nafux kemm se jdum dan il-perjodu, u għalhekk huwa kruċjali li nagħmlu l-almu tagħna biex nużaw dan iż-żmien bil-għaqal. Il-parir tiegħi lill-atleti tagħna huwa dan li ġej: Ibqa’ attiv fiżikament: L-atleti m’għandhomx għalfejn iwaqqfu t-taħriġ tagħhom kompletament f ’dan iż-żmien. Nittamaw li nkunu nistgħu nirritornaw għall-grawnds tagħna, il-pixxini, u t-trakki malajr kemm jista’ jkun biex jerġa’ jibda t-taħriġ u eventwalment il-kompetizzjonijiet. L-attività fiżika tgħin biex jinżamm l-ogħla livell ta’ saħħa u tippermetti lill-atleti jerġgħu lura għal-livelli preċedenti tagħhom hekk kif jerġa’ jibda t-taħriġ. Saħansitra anke stretching u workouts ħfief jgħinu. Bħalissa SportMalta qed joffru anke sessjonijiet ta’ taħriġ b’xejn fuq il-pjattafor-
mi tal-midja soċjali tagħhom, inizjattiva li nfaħħar b’mod assolut, u b’hekk tagħmilha aktar faċli għall-atleti u għad-dilettanti tal-fitness li jibqgħu fil-forma u bħala riżultat inaqqsu l-impatt negattiv fuq is-saħħa mentali. Kul ikel bnin u ixrob b’mod responsabbli: Meta tkun id-dar, għandna t-tendenza li nieklu aktar. Għalhekk, l-akbar tentazzjoni mhux biss għall-atleti, iżda għall-pubbliku ġenerali hija li tiekol aktar ikel ta’ kumdità u forsi wkoll tikkonsma aktar alkoħol biex tikkumbatti d-dwejjaq. Dan m’għandux għalfejn ikun il-każ. Ejjew ilkoll nippruvaw inżommu stil ta’ ħajja b’saħħtu u nkomplu nieklu ikel bnin għax iż-żamma ta’ dan il-bilanċ jgħin biex persuna tibqa’ fiżikament attiva. L-istess prinċipju huwa applikat għall-konsum tal-alkoħol, jew “ix-xorb taħt stress”. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa ħarġet anke twissija kontra x-xorb tal-alkoħol matul dan iżżmien minħabba li “l-ikkunsmar ta’ alkoħol idgħajjef il-ħila ta’ ġismek biex jikkumbatti l-mard infettiv, inkluż il-COVID-19.” L-alkoħol mhu se jtaffi l-ebda stress, iżda jista’ jżidu. Segwi s-sorsi tal-aħbarijiet it-tajba: Li niffokaw fuq il-fatti u mhux fuq dak li jinkiteb
mingħajr bażi u mhux uffiċjali, jgħinna nimmaniġġjaw is-sitwazzjoni b’mod razzjonali u sensibbli. Il-Gvern u l-awtoritajiet tas-saħħa qed iżommu lill-pubbliku infurmat permezz ta’ konferenzi tal-aħbariiet regolari u jiżguraw li ninsabu aġġornati bl-aħħar aħbarijiet u dettalji. L-għajdut ma jwassal għalxejn għajr ansjetà. Jekk jogħġbok segwi l-istazzjonijiet uffiċjali u żomm sens ta’ kalma. Żomm kuntatt regolari ma’ sħabek tat-tim: Aħna xxurtjati biżżejjed li qed ngħixu f ’dinja diġitali u permezz tat-teknoloġija kapaċi nżommu kuntatt regolari mal-ħbieb tagħna u membri tal-familja. Li jkollok video calls u group chats jgħin biex inaqqas kwalunkwe sens ta’ dwejjaq jew solitudni, u opportunità biex taqsam ideat dwar kif l-aħjar li taddatta għar-realtà l-ġdida. Evalwa mill-ġdid il-proġetti u l-ambizzjonijiet personali: Li toqgħod id-dar m’għandux għalfejn ikun tad-dwejjaq. Dan il-ħin jista’ jintuża b’mod għaqli biex tirrifletti, taħseb, tippjana u tlesti kwalunkwe materja li kienet pendenti. Dan jista’ jinkludi xogħol fid-dar, jew affarijiet personali. Ipprova immedita u ħu nifsijiet twal biex itaffi l-istress.
Dan kollu ma jwaqqafx it-tixrid tal-COVID-19, iżda ċertament se jgħin lill-atleti tagħna - u lill-pubbliku ġenerali - biex jibqgħu attivi u jieħdu ħsieb il-benesseri mentali u fiżiku tagħhom. L-iktar importanti, ftakar li dan kollu huwa temporanju. Għalkemm, ma nafux meta se jispiċċa, nafu li dan mhux se jdum għal dejjem. Nitgħallmu naddattaw għal din ir-realtà l-ġdida waqt li nieħdu l-miżuri ta’ prekawzjoni kollha meħtieġa biex intaffu d-daqqa tal-pandemija. Grazzi speċjali u personali tmur lill-Prim Ministru, lid-Deputat Prim Ministru, lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, lill-awtoritajiet tassaħħa, u lill-ħaddiema tas-saħħa għat-trattament bla heda u professjonali tagħhom ta’ din il-kriżi. Intom l-eroj tal-lum u aħna grati għax-xogħol iebes u d-dedikazzjoni tagħkom. Nirringrazzja wkoll lil dawk kollha li ma jidħlux fil-kategorija ta’ hawn fuq imma li qed jagħmlu l-biċċa tagħhom biex il-pajjiż jibqa’ għaddej. Kif qal il-Prim Ministru Robert Abela: dan iż-żmien se jiddefinina, u ninsab fiduċjuż li jekk aħna lkoll nagħmlu l-parti tagħna, se noħorġu minn dan b’saħħitna u magħqudin.
ŻMIEN TA’ PROVA.... Anthony Agius Decelis Membru Parlamentari
Żgur li qatt ma konna noħolmu li xi darba sejrin ngħaddu minn dan il-perjodu iebes li bħalissa d-dinja u Malta għaddejja minnhom. Ħadd qatt ma ħolom dan, ħadd qatt ma għaddielu minn moħħu li kważi se mmorru għall-bażiku, nibqgħu d-dar u kemm jista’ jkun ma nitħalltux. Dan huwa proprju bil-kontra ta’ dak kollu li konna qegħdin
naħdmu għalih. Jekk nieħdu l-politika tagħna għall-anzjani kienet politika bbażata fuq anzjanità attiva. Fi kliem sempliċi konna nagħmlu ħilitna kollha biex lill-anzjani tagħna nżommuhom attivi fis-soċjetà tagħna kemm jista’ jkun. Kemm b’mod ekonomiku kif ukoll b’mod soċjali u kulturali. L-anzjani kienu, għadhom u jibqgħu fiċ-ċentru tal-politika tagħna, għalhekk illum għallġid tal-anzjani tagħna, għax inħobbuhom u rridulhom il-ġid qed ngħidulhom kemm jista’ jkun jibqgħu d-dar. Ma jitħalltux man-nies kemm jista’ jkun u jżommu ’l bogħod mill-periklu. Il-periklu llum ma tarahx għaliex jista’ jkollok persuni li jkollhom il-virus ikunu jħobbuk imma lanqas huma stess ma jkunu jafu li għandhom dan il-periklu għalik. Mhux gost u pjaċir tagħna li nissuġġerixxu nkunu iżolati, qed ngħidu dan
għax irridu li ħadd ma jweġġa’ u jgħaddi minn tbatija għalxejn. Bħala Gvern tajjeb li ngħidu li f ’dan iż-żmien diffiċli sewa ħafna l-għaqal li mexxa bih Dr Joseph Muscat. Mhux ta’ b’xejn li l-poplu ħabb lil dan il-Mexxej. Dr Muscat qata’ d-dejn li għamlu l-gvernijiet Nazzjonalisti għall-aħħar 15-il sena sħaħ, u allura naqqas l-imgħaxijiet li konna nħallsu fuq id-dejn li kellna bħala pajjiż. Bena ekonomija b’saħħitha u ħalla ġid biżżejjed biex aħna llum nistgħu mmorru b’wiċċna minn quddiem u nissellfu flus biżżejjed ħalli nkunu nistgħu nagħmlu iktar ġid lill-poplu tagħna. X’differenza taffaċċja kriżi bħal din b’ewro fil-but u b’reputazzjoni tajba. Milli taffaċċja din iċ-ċirkostanza midjun u ma għandek rispett minn ħadd għaliex ma jkollokx reputazzjoni tajba. It-tagħlima li tana b’dak li għamel u l-mod
li bih mexxa l-pajjiż Dr Muscat huma li l-għaqal tajjeb dejjem. Imnalla refa’ u sarr għal meta niġu bżonn għaliex bla mistenni ġejna bżonn. Nistgħu ngħidu wkoll li f ’dan iż-żmien ta’ prova joħorġu l-valuri u l-prinċipji ta’ kull wieħed u waħda minna. Dak li nemmnu, imexxina u jiggwidawna nagħmlu l-għażliet tagħna. Bla dubju ħadd ma jista’ jgħid li Dr Robert Abela bħala Prim Ministru ġdid ta’ pajjiżna ma għaddiex mill-magħmudija tan-nar. Ma tantx tisma’ bi Prim Ministri li daħlu fil-kariga u ftit ġranet wara nbidel kollox kemm fix-xena lokali u iktar u iktar fix-xena internazzjonali. F’dan kollu spikka il-fatt kemm dan il-Gvern jagħti importanza lis-saħħa tal-poplu tagħna. Il-bumbardament kontinwu li nirċievu biex nieħdu ħsieb saħħitna. Kif qalilna l-Prim Ministru stess... aħna nieħdu
ħsieb saħħitna u huwa jaffaċċja l-problemi l-oħrajn. Nixtieq nieħu spunt żgħir biex nirringrazzja lil dawk kollha involuti, mill-Prim Ministru, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, il-professuri u t-tobba tagħna sal-inqas ħaddiem li qed jagħmel ħiltu biex noħorġu b’saħħitna minn dan kollu. Ma nistax ma nirringrazzjax lill-familji ta’ dawk kollha involuti. Lill-partners tagħhom u lil uliedhom, li żgur għaddejjin minn mumenti ta’ tensjoni u tbatija. Minn qalbi ngħidilkom grazzi tan-nuqqas ta’ rqad li għamiltu għalina, tal-perjodu ta’ tensjoni, tad-diskussjonijiet, tad-deċiżjonijiet li ħadtu u tal-mod kif qed tmexxu lil pajjiżna. L-aħħar kelma tiegħi tkun li dan huwa perjodu li forsi jidher li huwa twil wisq. Però dan il-perjodu mhux se jibqa’ għal dejjem.
17
12.04.2020
kullhadd.com
IR-RWOL TAL-GVERN LOKALI WAQT IL-COVID-19 Il-Kummisjoni Ewropea fi ġlieda kontra t-tixrid ta’ informazzjoni skorretta fuq il-COVID-19
Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali, Kunsilli Reġjonali u Kunsilli Lokali ġew imfaħħra mis-Segretarju Ġenerali tal-Forum tal-Commonwealth (CLGF) dwar l-inizjattivi tagħhom biex jgħinu lir-residenti f ’dan iż-żmien diffiċli minħabba l-imxija tal-COVID-19. Fl-ittra li huwa bagħat lill-membri kollha tal-Commonwealth huwa semma l-eżempju tal-inizjattiva YouSafe, li hija pjattaforma li qed iżżomm flimkien ħaddiema, Kunsilliera u Sindki biex jagħtu l-aħjar servizz lir-residenti kollha tagħhom. Faħħar li-fatt li l-Kunsilli Lokali irnexxielhom jgħaqqdu l-forzi tagħhom ma’ NGOs Lokali u mas-soċjetà ċivili biex jimmobilizzaw is-soċjetà Maltija. Huwa appella lill-membri tal-Forum sabiex jimxu fuq dan l-eżempju għaliex dak li nagħmlu illum maċ-ċittadini u r-residenti tagħna ser iħalli impatt pożittiv ħafna fuq il-livell t’għajxien tal-ħajja tagħhom. Għarfien internazzjonali ieħor għal din il-ħidma ingħata mill-pjattaforma awtorevoli The Mayor fejn din ukoll uriet l-apprezzament tagħha lejn l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, Kunsilli Reġjonali u Kunsilli Lokali Maltin li ħadu din l-inizjattiva nobbli u altruwistika b’ risq is-soċjetà Maltija. Għarfien simili ngħata wkoll mill-Kumitatt tar-Reġjuni Ewropew fejn permezz tal-membri Maltin f ’dan il-Kumitat, waħda mis-sitt kummissjonijiet talbet aktar informazzjoni dwar din il-pjattaforma sabiex taqsam dan kollu mal-kumplament talpajjiżi membri sabiex huma wkoll jatwaw inizjattivi simili fir-Reġjuni tagħhom. L-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali ngħatat ukoll għarfien speċjali għall-ħidma tagħha f ’dawn iċ-ċirkustanzi mill-Kunsill Ewropew għall-Muniċipalitajiet u r-Reġjuni (CEMR), fejn mhux talli faħħar din l-inizjattiva, iżda talab ukoll lill-Assoċjazzjoni biex tifforma parti minn Task Force mwaqqfa apposta biex timmobilizza l-pajjiżi membri tal-UE. Sussegwentament, l-Assoċjazzjoni Ewropea għad-Demokrazija Lokali (ALDA) stiedent lill-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali u l-membri li hija tirrappreżenta, jiġifieri Kunsilli Reġjonali u Kunsilli Lokali biex flimkien ma’ membri mill-Greċja, Spanja u l-Portugall jingħaqdu f ’ diskussjonijiet virtwali flimkien sabiex jiddiskutu problemi u soluzzjonijiet komuni bejn ilpajjiżi.
Il-fake news saru parti integrali anki millCOVID-19. Bosta huma dawk illi jaqbdu jiktbu dak li huma jaħsbu li huwa korrett u li jiġihom f ’moħħhom. Dan ħafna drabi jwassal għal informazzjoni skorretta u jnissel biża’ u paniku bla bżonn f ’dak li jkun qed jaqra l-istess informazzjoni. Dan ikompli jżid ma’ għadd ta’ informazzjoni skorretta li kellha tħabbat wiċċha magħhom l-UE tul dawn l-aħħar snin, anki waqt l-aħħar u mhux l-inqas il-fenomenu ta’ Brexit, l-immigrazzjoni, is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani u l-elezzjonijiet Ewropej. Minkejja dan, l-ebda waħda minn dawn kollha ma kienet perikoluża daqs l-informazzjoni skorretta fuq il-COVID-19. Stati Erwopej, ċittadini infurmati ħażin u nies oħra malizjużi ilhom għal dawn l-aħħar ġimgħat ixerrdu tagħrif u informazzjoni skorretta fuq dan il-virus. Dan qed iwassal biex informazzjoni skorretta tasal għand nies vulnerabbli bil-konsegwenza li jitqajjem biża’ u paniku bla bżonn. Huwa proprju għalhekk li l-Kummisjoni Ewropea qed taħdem flimkien ma’ pjattaformi fil-midja u ma’ organizzazzjonijiet oħra biex tiġġieled din l-informazzjoni u dan il-gideb. Qiegħda taċċerta li fejn hu possibbli l-informazzjoni tkun waħda korretta u koerenti mal-Awtoritajiet Dinjija tasSaħħa. Dan għaliex li l-Kummisjoni tħoss li huwa fid-dover tagħha li tara li ħadd ma jilgħab mas-sentimenti u l-ħajja taċ-ċittadini tagħha. Permezz ta’ din il-kampanija informattiva u edukattiva, il-Kummissjoni Ewropea qed tħeġġeġ lil dawk kollha li jagħmlu użu mill-midja sabiex qabel ma jirriproduċu informazzjoni fuq il-paġni jew tal-midja soċjali tagħhom jew ta’ midja oħra stampata l-ewwel għandhom jivverifikaw l-awrturi u s-sors li minnhom ikunu ġejjin dawn l-artikli. Tkompli tħeġġeġ ukoll sabiex, dawk kollha li jixtiequ informazzjoni koretta fuq il-COVID-19 għandhom jaċċessaw siti reputabbli, bħal dawk tal-Organizazzjoni Dinjija tas-Saħħa u taċ-Ċentru Ewropew tal-Kontroll tal-Infezzjonijiet (ECDC), aktar milli joqogħdu fuq diċeriji li jxerrdu ċerti individwi.
Il-fake news saru parti integrali anki mill-COVID-19. Bosta huma dawk illi jaqbdu jiktbu dak li huma jaħsbu li huwa korrett u li jiġihom f’moħħhom. Dan ħafna drabi jwassal għal informazzjoni skorretta u jnissel biża’ u paniku bla bżonn
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 2 ta’ April Kultant naħseb li aħjar ma noqogħdux nagħmlu dawn il-konferenzi stampa jum wara l-ieħor għax qiegħed niddubita kemm qegħdin jagħmlulna ġid. Inressqu l-proposti u meta nkunu mistoqsija dwar il-costings, ħadd ma jagħraf iwieġeb. Jistaqsuna dwar xogħol li qegħdin jagħmlu l-wardens, u ma nkunux nafu nwieġbu. Ta’ kuljum ngħidu li qegħdin inressqu proposti ġodda, imma mbagħad meta tisma’ l-proposti tinduna li wħud minnhom ilna nagħmluhom ġimgħa wara ġimgħa. Eżempju, il-proposta tat-traħħis fil-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, ma nafx kemm ili nismagħha, u żgur li mhix proposta ġdida. Il-Ġimgħa, 3 ta’ April Illum għamilt ftit nervi għax jien dawn il-festi marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa jogħġbuni. Is-soltu, bħal-lum jien u Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna dejjem immorru nassistu għall-purċissjoni tad-Duluri talBelt. Togħġobni għax jagħmluha b’dedikazzjoni kbira. Mhux għax l-oħrajn le, imma lili tal-Belt l-aktar li togħġobni. Imbagħad, wara l-purċissjoni ħallina nsibu xi restorant li jispeċjalizza fil-ħut u nieklu platt aljotta u biċċa ħuta tajba. Imma din is-sena kellna nibqgħu ġewwa minħabba dan il-mniefaħ ta’ virus. M’hemmx x’tagħmel, ikollna nieħdu paċenzja. Wara kollox għall-ġid tagħna nfusna u għall-ġid tagħna lkoll. Is-Sibt, 4 ta’ April Qiegħed nimmissja r-rutina tas-soltu, fosthom iż-żjara li kont nagħmel kull nhar ta’ Sibt filgħodu biex ngħaddi sagħtejn niddiskuti ma’ sieħbi u nieħdu xi żewġ grokkijiet flimkien. Minnu li nċempillu tal-inqas kull nhar ta’ Sibt, imma hemm differenza kbira bejn niltaqgħu wiċċ imb wiċċ u nitkellmu bit-telefown. L-ewwel nett għax meta nkunu fuq it-telefown, nissuspetta li jkun hemm xi ħadd li jista’ jissemmgħalna, aktar u aktar għax aħna meta nkunu bejnietna niftħu qalbna ma’ xulxin u naraw fejn verament qiegħed il-partit darba glorjuż tagħna. Ilum ċempiltlu imma kliemu xejn ma kien ta’ inkoraġġiment. Qalli li fl-opinjoni tiegħu, lura sejrin mhux ’il quddiem. Il-Ħadd, 5 ta’ April Ili ngħid li qegħdin nagħmlu ħażin nagħtu konferenza stampa kuljum biex nikkritikaw lill-Gvern fuq il-mod kif qiegħed jilqa’ għall-imxija tal-COVID-19! Ħadd mhu jemminna u ħadd mhu jagħti kasna. Prova ta’ dan tinsab fit-Times tallum li minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika li għamlet jirriżulta li 89% tal-Maltin u
tal-Għawdxin huma tal-fehma li l-awtoritajiet tas-saħħa qegħdin jagħmlu xogħol sew. Ngħid id-dritt, li kieku staqsew lili, l-istess tweġiba kont nagħtihom għax meta nqalleb l-istazzjonijiet u nara dak li qiegħed jiġri f ’pajjiżi oħra, ngħid kemm aħna xxurtjati li għandna min jieħu ħsieb saħħitna daqshekk! It-Tnejn, 6 ta’ April Kont se nċempel lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, imma reġa’ bdieli. U mnalla reġa’ bdieli għax min jaf kemm kien jibgħatni nixxejjer wara li l-partit darba glorjuż tagħna ħareġ jgħid li kieku konna aħna fil-Gvern, ma kienx jiftaħ l-istaġun talkaċċa għas-summien. Issa ħallieha li Ġorġ, għalkemm jagħmel l-istaġun kollu jbakkar, rari jgħid li qabad xi summiena. Skont hu, is-sena l-oħra kulma qabad, kienu żewġ summiniet. U nemmnu għax jien ġieli mort miegħu, għalkemm dilettant m’iniex, imma dik li konna ngħaddu nofstanhar għall-kwiet fil-kampanja kienet togħġobni. Bħalma wara kollox togħġob lill-kaċċaturi kollha, biex ma ngħidx lil kulħadd. It-Tlieta, 7 ta’ April Xejn ma għoġbni dak li qal Jason Azzopardi, (li jien inqisu bħala l-Kap tas-17-il eroj, jew 17-il traditur), dwar id-deċiżjoni tal-Kap Adrian Delia li jaħtru kelliem tal-Oppożizzjoni għall-ġustizzja. Jason Azzopardi qal li se jkun qiegħed jagħmel minn kollox biex jara li f ’pajjiżna ssir il-ġustizzja, u dan se jagħmlu wkoll billi jagħti l-appoġġ tiegħu lill-għaqdiet non-governattivi, bħalma huma Repubblika u Occupy Justice. Jien għalija din mhi xejn għajr daqqa ta’ stallett f ’dahar il-Kap tagħna. Għax dawn l-għaqdiet huma fost dawk li jridu li Adrian Delia ma jibqax kap tal-partit darba glorjuż tagħna. Naħseb li xejn ma kienet għaqlija d-deċiżjoni talKap Adrian Delia, għalkemm skont sieħbi fl-Istamperija, kien Jason Azzopardi li nsista li jkun kelliem għall-ġustizzja. L-Erbgħa, 8 ta’ April Qed tara man kif jien biss qiegħed naħsibha li bil-konferenzi stampa jum wara l-ieħor, qegħdin nisparaw għal saqajna. Qegħdin nidhru koroh għax moħħna biss biex immaqdru l-Gvern u npinġuh ikrah. Kif ipprova Jason Azzopardi meta vvinta taparsi skandlu dwar l-offerta għall-bini ta’ sptar fabrikat. Imma milli jidher m’aħniex se nitgħallmu għax illum erġajna tajna konferenza stampa li fiha ma għedna xejn ġdid. Tal-inqas ma jidher li ntqal xejn kontra l-Gvern, imma jien ma nafx għalfejn saret. Ikolli ngħid li tgħaddi din il-burraxka u nsibu ruħna minn ġot-taġen għal ġon-nar.
18
12.04.2020
kullhadd.com
L-IMĦABBA: MINN GĦELUQ TA’ KATNAZZI GĦAL GĦELUQ FID-DJAR Minn xi snin ’l hawn, mal-pont li hemm f’‘The Point stajna nosservaw numru kbir ta’ katnazzi maqfulin u mitluqin hemm. Kull wieħed, bl-ismijiet ta’ żewġ maħbubin u data. It-tifsira tagħhom hija unika: l-imħabba. Ġeneralment dak il-pont ikun il-post fejn Maltin u barranin iwiegħdu mħabbithom għall-futur, lis-sieħeb jew lis-sieħba tagħhom. Kemm minn dawn isegwu l-wegħda, ma nafux, iżda nawgurawlhom. Madankollu, illum ħsibt li nittrattaw xi ħaġa fuq l-imħabba u din id-drawwa. Minn CHARLES B. SPITERI
Jingħad li bdiet mill-inqas 100 sena ilu minn leġġenda Serba li tmur għall-Ewwel Gwerra Dinjija, u jissemma l-pont Most Ljubavi (il-Pont tal-Imħabba) f ’Vrnjăcka Banja. Ir-rakkont isemmi li Nada, għalliema, kienet tħobb uffiċjal Serb jismu Relja. Wara li wiegħdu mħabbithom lil xulxin Relja mar għall-gwerra fil-Greċja, fejn spiċċa jħobb mara minn Corfu. B’konsegwenza, Relja u Nada kissru r-relazzjoni ta’ bejniethom. Nada qatt ma ġiet f ’tagħha wara l-isfortuna li laqtitha u ma damitx ma mietet b’qalbha miksura. Minn dak iż-żmien, ix-xbejbiet ta’ Vrnjăcka Banja riedu jipproteġu lill-maħbubin tagħhom u bdew jiktbu isimhom u dak tal-maħbubin tagħhom fuq katnazzi li mbagħad, flimkien, jaqfluhom mal-vireg tal-pont fejn Nada u Relja kienu jiltaqgħu. Fil-kumplament tal-Ewropa, il-katnazzi tal-imħabba bdew jidhru mal-bidu tal-millennju bħala ritwal jew epidemija, għalkemm ir-raġunijiet għalihom ivarjaw minn post għallieħor. Madankollu, f ’Ruma nistgħu ngħidu li r-ritwal tal-katnazzi tal-imħabba ma’ Ponte Milvio jista’ jkun attribwit għall-ktieb bl-isem ta’ I Want You, mill-awtur Taljan Federico Moccia, li adattah f ’film fl-2007. F’ħafna bliet, id-drawwa talqfil tal-katnazzi tqieset bħala att ta’ vandaliżmu. U f ’bosta pajjiżi, l-awtoritajiet lokali u s-sidien urew ix-xewqa li l-katnazzi jitneħħew.
• Fl-Alġerija, il-katnazzi tal-imħabba bdew jidhru ma’ pont li qabel kien magħruf bħala l-‘Pont tas-Suwiċidju’, f ’Telemly, f ’Settembru 2013. Iżda wara ftit jiem, xi żgħażagħ marru b’għodod tul il-lejl u qaċċtuhom, wara vidjow ta’ imam li qal li l-katnazzi tal-imħabba jmorru kontra l-Islam. • Fl-2015 f ’Winnipeg il-Kanada, mara li kienet issuq rota fuq pont, weġġgħet serjament f ’idha, meta ħabtet ma’ katnazz minn dawn u kellha tittieħed b’emerġenza l-isptar, fejn sarulha 21 pont. • Fl-2015, awtoritajiet f ’Canberra, l-Awstralja ddeċidew ineħħu dawn il-katnazzi minn ma’ pont li sar post popolari għalihom. L-istess għamlu f ’lokalitajiet oħra f ’Canberra. Il-ġustifikazzjonijiet kienu li fil-futur setgħu jipperikolaw ħajjet in-nies minħabba l-piż żejjed tagħhom fuq il-pontijiet, u minħabba li jagħmlu ħsara strutturali u jsaddu. • Bejn l-2015 u l-2017, ċittadini f ’Norfolk, Virginia, fl-Istati Uniti neħħew ħafna katnazzi mill-pont fuq id-daħla ta’ The Hague f ’Ghent, post storiku f ’Norfolk. Huma sa rrikorrew fil-Qorti biex ġiegħlet lill-Kunsill ineħħi l-kumplament tal-katnazzi u jwaqqaf milli jinkoraġġixxi d-drawwa tagħhom. Il-Qorti qalet li dawn il-katnazzi kienu illegali għax jostakolaw id-dritt tal-aqwa użu tal-pontijiet. Madankollu, l-imħabba qatt ma kienet faċli daqs dawn iż-żminijiet. Anki f ’Malta, kellna perjodu fejn l-imħabba
mhux biss kienet tkun moħbija, talli ż-żwieġ kien isir bil-ħotba u skont ix-xewqa tal-ġenituri. Għalhekk, se nikteb fuq dawn iż-żewġ każi koroh. Jasvinder Sanghera Meta kellha tmien snin twiegħdet lil raġel li tkun il-mara futura tiegħu. L-ewwel darba li ratu f ’ritratt kien meta kellha 14-il sena. Kien iqsar u ħafna ixjeħ minnha. Kif għalqet 15, il-ġenituri qafluha b’katnazz f ’kamritha u saret priġuniera f ’darha stess, minħabba li ma aċċettatx li tiżżewweġ lil min riedu huma. Bħala l-ħames tifla minn sebat ibniet, Jasvinder għexet ilproċess ta’ żwiġijiet imġiegħla fil-familja tagħha. Ħutha akbar minnha, ilkoll kellhom jiżżewġu ta’ 15-il sena u kellhom l-istess disinn ta’ ħajja. Ta’ dik l-età nħarġu mill-iskola, intbagħtu lejn l-Indja u rritornaw id-dar mill-parti ta’ fuq tal-Ingilterra ma’ żwieġhom (mingħajr ma marru lura lejn l-iskola). B’obbligu kellhom jibqgħu jgħixu ħajja miżżewġa abbużiva, b’dan-
nu fiżiku u mentali għalihom. Għalhekk meta kien sar iżżmien biex Jasvinder tieħu l-istat impost fuqha, irribellat. Dan ma għoġob xejn lill-ġenituri tagħha. Kien b’hekk li ħarġuha mill-iskola u qafulha fil-kamra tas-sodda tagħha. Kienu jwasslulha l-ikel wara l-bieb u biex tmur taqdi l-ħtiġiet naturali tagħha, kien ikollha titlob permess. Ġara li meta darba kienet fil-kamra tal-banju, ħejjiet pjan. Biex jirnexxilha taħrab minn dar il-ġenituri, qablet li taċċetta tiżżewweġ. Minn ċkejkna, il-ġenituri tagħha kkontrollawlha ħajjitha. Seta’ jkollha biss ħbieb Indjani, u b’xorti tajba, fosthom kellha ħabib li tassew ġiet bżonnu. Dan kien il-ħabib ta’ ħuha, li kellu jservi ta’ muftieħ għall-ħarba tagħha. Minn żmien qabel, il-ġuvnott kien qal lil Jasvinder li xtaq jgħinha taħrab minn darha. Biex ikun jista’ jikkomunika magħha, matul il-lejl kien joqgħod barra darha u minn wara t-tieqa, jaqra l-messaġġi minn xufftejha. Beda wkoll ifaddal xi flus għaliha.
F’ħafna bliet, id-drawwa tal-qfil tal-katnazzi tqieset bħala att ta’ vandaliżmu. U f’bosta pajjiżi, l-awtoritajiet lokali u s-sidien urew ix-xewqa li l-katnazzi jitneħħew
Jasvinder tirrakkonta li jum wieħed, il-ġuvni libes ta’ mara u mar f ’ħanut taż-żraben, taparsi jixtri. Minn hemm irnexxielu jgħaddilha nota. Din kienet tgħid: “Bħal dal-ħin inkun wara d-dar tagħkom – ittawwal mit-tieqa”. Meta ssemmi din il-ġrajja, Jasvinder tgħid li għamlet kif qalilha u indunat li kien qed jgħidilha biex tiġbor ħwejjiġha. Għamlet dan u dendlitlu żewġ bagalji permezz ta’ żewġ lożor marbutin flimkien. Sakemm għamlet dan, ifflaxxjat l-ilma mill-kamra tal-banju biex ommha ma tindunax u lanqas tisma’ xi ħsejjes li setgħet għamlet. Issa, Jasvinder innifisha kienet qed tistenna li jasal il-jum u l-mument tal-ħarba tagħha. Jum minnhom, il-bieb ta’ barra kien miftuħ. Għalhekk ħarġet fit-triq u bdiet tiġri u tiġri. Bl-għajnuna ta’ ħabibtha, Jasvinder ħarbet. Rikbu fil-karozza tiegħu u saq biha lejn belt oħra. Iżda minħabba dan l-abbuż, Jasvinder immissjat lil familtha. Għalhekk ċemplet lil ommha biex tħabbrilha li hi kienet tinsab tajba, iżda xtaqet tirritorna d-dar kemm-il darba ma jġegħluhiex tiżżewweġ lil min riedu huma. It-tweġiba li tatha ommha baqgħet tinġarr magħha tul il-kumplament ta’ ħajjitha. Jasvinder kitbet: “Qaltli, jew tiġi lura d-dar u tiżżewweġ lil min ngħidulek aħna, jew minn dan il-mument, f ’għajnejna titqies b’mejta.” Ta’ 35 sena, Jasvinder għadna tlett itfal, u tgħid li qatt ma rċeviet ebda kartolina ta’ għeluq
19
12.04.2020
kullhadd.com
sninha mill-familja tagħha. U wliedha ma jafux lin-nanniet tagħhom. Robina, oħt Jasvinder ikkommettiet suwiċidju meta kellha 25 sena. Dan għamlitu għax ippreferietu milli tibqa’ tgħix fi żwieġ abbużiv. Għalhekk Jasvinder iddeċidiet li taħdem biex toħroġ xi ħaġa pożittiva minn dik it-traġedja. Robina għaddiet minn żewġ żwiġijiet abbużivi. Minkejja dan kollu, il-ġenituri tagħha qalulha li kien dmirha tibqa’ miexja fiż-żewġ żwiġijiet, u mexxej tal-komunità qalilha li kienet ir-responsabbiltà tagħha li tikkalma t-tempra ta’ żewġha. Eventwalment, Robina ma setgħetx tibqa’ għaddejja b’dik ilħajja, fejn is-soċjetà kienet qisha qed tagħtiha tort flok taqbel magħha. Għalhekk tat in-nar lilha nnifisha u mietet. Ispirata minn din it-traġedja, Jasvinder bdiet il-Karma Nirvana, moviment karitattiv li jiġġieled kontra ż-żwiġijiet furzati. Tant ħadmet f ’dan il-qasam, li fil-Gran Brittanja rnexxielha twassal li ż-żwiġijiet imposti, ikunu meqjusa b’illegali. Il-karità tagħha offriet għajnuna lil dawk milquta u għadha toffri għażliet ta’ ħarbiet jew rifuġju. Hu evidenti li Robina għadha waħda mir-raġunijiet li oħtha għadha għaddejja b’din il-ħidma. Dan l-aħħar, fuq il-website ta’ Karma Nirvana, ulied Jasvinder kitbu ittra fuq zijithom mejta. Kienet tgħid: “Nixtieq kelli l-okkażjoni niltaqa’ miegħek. Naf li ommi tiftakar fik kuljum. Kull pitirross li naraw ifakkarna fik. Ix-xewqat tiegħi għal għeluq sninek huma li int ma mietx għalxejn. Permezz ta’ mewtek, naf li b’ħiltek, eluf ta’ nisa oħra ngħataw iċċans li jiksbu appoġġ u jkissru l-bibien li kellhom magħluqin. Int tibqa’ miftakra għal dejjem.” Skont rapport tal-BBC, il-moviment Karma Nirvana s’issa għen lil aktar minn 50,000 vittma – u għadu jaħdem biex igħin aktar nisa. Illum il-ġurnata, Jasvinder hi nanna, u ssostni li waħda mill-akbar kisbiet li rnexxielha twettaq hi li taf li kissret il-katina tal-abbuż għal uliedha, għal ulied uliedha u għal ħafna ġenerazzjonijiet futuri. Fuq il-Facebook kitbet: “ Insostni d-deċiżjoni tiegħi għallfatt li naf li wliedi mhuma se jirtu qatt legat abbużiv meta jagħlqu s-16-il sena. Blanche Monnier Mara oħra li ġarrbet l-istess esperjenza kienet il-Franċiża Blanche Monnier, li għexet bejn l-1 ta’ Marzu 1849 u t-13 ta’ Ottubru 1913 u baqgħet magħrufa bħala la Sèquestrèe de Poitiers
peress li kienet toqgħod hemm. Hi nżammet maqfula f ’kamritha ċkejkna għal 25 sena sħaħ minn ommha, mara aristokratika. Eventwalment, Blanche nstabet mill-Pulizija, meta kienet diġà daħlet fil-mezz età, f ’kundizzjonijiet mill-agħar u fejn skont l-uffiċjali, qatt ma rat iddawl tax-xemx kemm damet miżmuma priġuniera. Għaliex ġara dan kollu? Monnier kienet xbejba soċjali f ’familja borgiża u rispettabli ferm f ’Poitiers. L-oriġini tal-familja tagħha kien nieżel min-nobbiltà. Ommha kienet magħrufa għax-xogħol talkarità li kienet tagħmel. Binha Marcel, kien avukat rispettat. Min-naħa tagħha, Blanche, oħt Marcel, kienet magħrufa għas-sbuħija fiżika tagħha, u ġibdet lejha numru ta’ ġuvintur bil-proposta taż-żwieġ. Fl-1874, meta kellha 25 sena, riedet tiżżewweġ avukat akbar minnha fl-età, li madankollu, lil ommha Louise ma kienx jogħġobha. Kienet targumenta l-ħin kollu ma’ bintha li ma setgħetx tħalliha tiżżewweġ avukat bla sold. Riditha tieħu lil xi ħadd tal-flus. Meta Blanche baqgħet tisfida lil ommha, din qaflitha fil-kamra mudlama ta’ fuq nett, taħt issaqaf tad-dar, fejn ħallietha maqtugħa għaliha weħidha għal 25 sena. Kienet temmen li xi darba, bintha tibdel il-fehma tagħha. Iżda ż-żmien u s-snin komplew saħħew il-fehma ta’ Blanche. Kemm Louise Monnier kif ukoll binha Marcel komplew jgħixu ħajjithom qisu qatt ma kien xejn u meta jiltaqgħu mannies li kienu jafuhom, jilagħbuha li kienu mnikkta għall-mewt ta’ Blanche. Qatt ma ppruvaw jgħinuha u s-sefturi nfushom kienu mwerwrin milli jitkellmu l-verità. Lanqas ħadd minn ħbieb Blanche ma kienu jafu fejn sparixxiet u l-avukat li xtaq jiżżewwiġha, miet bla mistenni fl-1885. Kien fit-23 ta’ Mejju li l-Avukat Ġenerali ta’ Pariġi rċieva ittra anonima – li l-awtur tagħha ma kien magħruf qatt – li kixfet il-priġunerija tax-xebba Blanche. L-ittra kienet tgħid: “Sur Avukat Ġenerali: Għandi l-unur ninfurmak bi ġrajja tassew serja u eċċezzjonali. Qed nirriferi għal xebba li tinsab maqfula fid-dar ta’ Madame Monnier, nofsha mejta bil-ġuħ u li ilha tgħix qalb il-ħmieġ tagħha stess u fi rwejjaħ jintnu għal dawn l-aħħar 25 sena.” L-Avukat Ġenerali qatagħha li l-każ ikun investigat u bagħat lill-pulizija biex jivverifikaw. Għall-bidu, dawn ma sabu xejn fid-dar, iżda riħa tinten li taqtagħlek nifsek, inxtammet nieżla mat-taraġ. Telgħu fuq u quddiemhom raw bieb imsakkar. Kellhom jużaw il-forza biex
Jasvinder Sanghera
Blanche Monnier fetħu l-bieb u appena daħlu, wieħed mill-uffiċjali tal-pulizija kellu jkisser il-ħġieġa tat-tieqa li kien hemm. Fuq sodda millagħar, il-pulizija sabu lix-xbejba marbuta b’katina mas-sodda. Blanche ġiet salvata f ’qagħda mill-aktar orribbli. Il-kamra kienet mimlija ikel niexef u qadim, ħmieġ uman, dud u insetti, iduru fl-art u fuq is-sodda fejn kienet. Hi qajla kienet tiżen 25 kilogramm. Madankollu kienet għadha tirraġuna. Pulizija ddeskriva l-qagħda li fiha sab lil Monnier u s-sodda tagħha b’dan il-mod: “Din il-mara sfortunata kienet għarwiena għalkollox fis-sodda tagħha, fuq saqqu tat-tiben imqatta’ u maħmuġ. Madwarha kien miżgħud bi
ħmieġ niexef, minn ħmieġ uman, bċejjeċ żgħar tal-laħam, ħaxix, ħut u ħobż immuffat. Rajna wkoll qxur tal-gajdri u kull kwalità ta’ dud taħt u fuq is-sodda tas-Sinjorina Monnier. L-arja kienet soffokanti u r-riħa li kien hemm fil-kamra għamlitha impossibbli għalina li nibqgħu iktar hemm biex inkomplu bl-investigazzjoni tagħna.” M’għandniex xi ngħidu, ommha kienet arrestata. Ħaditha bi kbira tant li ma damitx ma mardet u mietet 15-il jum wara li rat grupp ta’ nies irrabjati miġburin quddiem id-dar tagħha. Ħuha Monnier deher quddiem il-Qorti u għall-bidu nstab ħati għall-akkużi kontrih, iżda wara nħeles fl-appell: hu kien ċertifikat li kien inkapaċi men-
talment, u għalkemm l-Imħallfin ikkritikaw id-deċiżjonijiet li ressaq, sabu li d-‘dmir għas-salvazzjoni’ ma kienx jeżisti fil-kodiċi penali, fiż-żmien li kien hemm biżżejjed provi li jitfgħuh il-ħabs. Wara li nħarġet mill-kamra li servietha bħala ċella, Blanche kompliet issofri mill-problemi tas-saħħa mentali li kellha. Meta invistawha sew, it-tobba tagħha sabu li kellha bosta diżordnijiet, fosthom anoressja, ġenn, esibizzjoniżmu u interess mhux normali fil-ħmieġ kollu, inkluż tagħha. Minħabba f ’hekk malajr ġiet riferita għall-isptar psikjatriku fi Blois, Franza, fejn mietet fl1913, mingħajr ħadd ma kien għadu jsemmiha.
20
12.04.2020
kullhadd.com
PROGRESS IMPORTANTI FIL-QRATI MALTIN - SETTUR LI JOLQOT LIL KULĦADD kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Suġġett li tista’ tgħid li xi darba jew oħra f’ħajjitna ser jolqtona, huma bla dubju l-qrati. Dan l-aħħar sar progress kbir u ttieħdu passi importanti li forsi minħabba s-sitwazzjoni li ninsabu fiha, naljenaw ruħna u ma nirrealizzawx ix-xogħol kbir li qed isir. Tkellimt mal-Ministru Edward Zammit Lewis li qed jagħmel ħidma kbira f’dan il-qasam u li se tħalli l-frott mixtieq. Aqraw ftit fid-dettall dak kollu li għaddej mill-Ministeru għallĠustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza.
Xi tfisser meta ngħidu diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja? Taħseb li wasal il-mument li nimxu għall-pass li jmiss f ’pajjiżna fir-rigward tal-qrati? Jiġifieri aktar użu tat-teknoloġija biex ix-xogħol ma jaqax lura! Id-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja tfisser l-użu tat-teknoloġija tal-informatika aktar fisservizzi tal-Qorti u tal-mod kif jaħdmu l-persuni li jaħdmu f ’dan il-qasam bħall-ġudikanti, avukati, nutara pubbliċi, prokuraturi legali u l-ħaddiema stess tal-qrati tal-ġustizzja. Dan hu proċess li diġà beda, però meta tiġi quddiemek sfida bla preċedent bħall-COVID-19 tintebaħ aktar minn qatt qabel kemm hija importanti din ilħaġa sabiex inkomplu naħdmu. Dan sħaqt fuqu anke f ’laqgħa virtwali tal-Kunsill tal-Ministri li seħħet nhar it-Tnejn li għadda, fejn ħeġġiġt lill-ministri sħabi li naħdmu aktar flimkien f ’dan ir-rigward. Jidher li anke l-Kummissjoni Ewropea qed tħares lejn din l-għodda b’aktar importanza fiċ-ċirkostanzi preżenti. Dan l-aħħar jiena għandi kumitat informali li qed jiltaqa’ kważi ta’ kuljum sabiex mingħajr dewmien jieħu l-inizjattivi li hemm bżonn. Dan qed nagħmlu fl-ewwel lok għaliex iċ-ċittadin għandu l-jedd li jibqa’ jkollu aċċess għall-qrati tagħna u jinqeda u fit-tieni lok għaliex hemm ħafna persuni li l-għajxien tagħhom jiddependi milli l-qrati tagħna jiffunzjonaw. Dan ser iwassal mhux biss għal inizjattivi singli
fix-short term però wkoll għal strateġija sħiħa għall-qrati tagħna. L-applikazzjoni tat-teknologija tal-informatika ġġib magħha sfidi ġodda bħall-ħarsien tal-jedd tal-privatezza, li dejjem jibqa’ jiġi osservat il-prinċipju proċedurali sagrosant tal-equality of arms, li eżempju nibdew nirrikonoxxu fid-dritt tagħna l-firem elettroniċi u oħrajn. Bl-għajnuna ta’ kulħadd mhux ser nibża’ minn dawn l-isfidi quddiemi u dan hu l-mument li dan isir b’aktar konvizjoni u ninżgħu għalkollox il-konservattiviżmu tagħna. Flimkien naslu! X’miżuri qed jieħu l-Gvern biex jiġġieled l-imxija tal-COVID-19? Il-Gvern il-ġdid, immexxi millPrim Ministru Dr Robert Abela, b’mod kategoriku, poġġa s-saħħa tal-poplu tagħna bħala l-ewwel u l-ogħla prijorità tal-Gvern Malti. Il-Gvern ħa approċċ inkrimentali lejn l-adozzjoni ta’ firxa wiesgħa ta’ miżuri maħsuba biex iwaqqfu, iħarsu u jikkontrollaw l-imxija ta’ dan il-virus. Malta ġiet ikkunsidrata bħala “pajjiż mudell” fit-trattament tal-virus COVID-19, mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa, u matul dawn l-aħħar ftit ġimgħat ġew ippromulgati aktar minn 40 leġiżlazzjoni f ’dan ir-rigward. Apparti minn hekk, l-awtoritajiet Maltin, b’effett mill-7 ta’ Marzu, iddikjaraw emerġenza ta’ saħħa pubblika. B’effett mill-16 ta’ Marzu, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ordnat l-għeluq tal-Qrati tal-Ġustizzja flimkien mar-reġistri rispettivi. Madankollu, il-Qra-
għandha ddum sa 20 jum wara ti tal-Familja u partikolarment li titneħħa l-Ordni għall-għeluq fejn jidħol aċċess għall-ulied. Għalhekk ħassejna li filwaqt li tal-Qrati. nżommu l-prinċipju li għandhom ikunu l-ġudikanti tagħna Ftit ilu ħabbart ukoll li li jkollhom id-diskrezzjoni jekk persuni li jridu jiftħu rikors ħaġa hix t’urġenza jew le, it-talba għal diversi każi fosthom sabiex tintalab il-ftuħ tar-Reġistseprazzjonijiet, sekwestru, ru tal-Qorti fil-ħinijiet li dejjem manteniment u oħrajn jistgħu jagħmlu dan bla ħlas. kienu l-ħinijiet normali tiegħu, tiġi bla ħlas. Hekk naqqasna X’wassal għal dan il-pass? l-piżijiet minn fuq iċ-ċittadini Din kienet bla dubju inizjattiva tagħna fejn hemm bżonn u fejn tajba li ttieħdet wara li smajna hemm bżonn ukoll li l-Qorti lin-nies. Inutli nagħmlu r-riformi tagħti ordnijiet jew tibdel ordfil-qrati tagħna, jekk iċ-ċittadini nijiet li diġà tat sabiex imbagħad ma jkunux fiċ-ċentru tagħhom. iċ-ċittadini jobdu t-tali ordnijiet. Din l-inizjattiva ħadtha mal- Hekk timxi soċjetà msejsa fuq ħabib u kollega l-Ministru Mi- is-saltna tad-dritt! chael Falzon. Li ġara huwa li f ’dan l-aħħar tliet ġimgħat in- Xi tfisser meta tgħidu li kien bidel għalkollox il-mod li qed hemm qbil dwar il-metodu ngħixu u dan minħabba miżuri tal-ħatra tal-ġudikatura? restrittivi li kien hemm bżonn li Għaliex il-ħatra tal-Prim jittieħdu sabiex nikkumbattu din Imħallef il-ġdid qed tissejjaħ storika? l-imxija. Bħala konsegwenza ta’ dan bdew jinqalgħu kwistjonijiet Dak li seħħ nhar l-Erbgħa l-1 l-aktar f ’materji li jolqtu l-Qor- t’April fil-Kamra tad-Deputati kien bla dubju ta’ xejn mument storiku. Kien hekk għaliex għall-ewwel darba fl-istorja ta’ pajjiżna l-Prim Ministru rrinunzija għad-diskrezzjoni tiegħu li jagħti l-parir tiegħu hu biss lill-President ta’ Malta sabiex Id-diġitalizzazzjoni jinħatar wieħed mill-aktar pertal-ġustizzja tfisser l-użu suni importanti tal-Istat Malti – Il-Prim Imħallef tal-qrati tal-ġustat-teknoloġija tal-informatika tizzja ta’ pajjiżna. Kieku mexa aktar fis-servizzi tal-Qorti u tal-mod skont il-Kostituzzjoni tagħna, kieku Robert Abela mexa waħkif jaħdmu l-persuni li jaħdmu f’dan du, però hu ma riedx hekk u tani ċari sabiex jiena il-qasam bħall-ġudikanti, avukati, struzzjonijiet niftiehem mal-Oppożizzjoni fuq nutara pubbliċi, prokuraturi legali u individwu li diġà qiegħed iservi bħala Mħallef sabiex dan isir l-ħaddiema stess tal-qrati Prim Imħallef. Fi ftit ġimgħat tal-ġustizzja dan sar. Intgħazel l-Imħallef
ti ngħataw is-setgħa li jordnaw is-smigħ ta’ każijiet urġenti jew ta’ każijiet fejn il-Qorti tqis li l-interess pubbliku għandu jipprevali – naturalmet soġġett ukoll għal kwalunkwe arranġament hekk ordnat mill-Qorti kotra l-imxija ta’ virus. Bħala miżura konsegwenzjali, il-ħinijiet legali u ġudizzjarji u ta’ kwalunkwe limitu ta’ żmien ieħor inkluż żminijiet perentorji applikabbli għall-proċedimenti jew proċeduri oħra quddiem il-qrati ġew sospiżi sa sebat ijiem wara li titneħħa l-Ordni għall-għeluq tal-qrati. Il-preskrizzjoni f ’materji ċivili u kriminali wkoll ġiet sospiża. Barra minn hekk, il-limiti ta’ żmien kollha mil-liġi imposti fuq in-nutara pubbliċi ġew sospiżi wkoll matul iż-żmien meta l-qrati huma magħluqa. Il-limiti ta’ żmien għall-konklużjoni ta’ bejgħ stipulati f ’wegħda reġistrata ta’ bejgħ huma wkoll sospiżi. Is-sospensjoni tal-limiti ta’ żmien li jikkonċernaw in-nutara
21
12.04.2020
kullhadd.com
Mark Chetcuti. Persuna integra, onesta u li ilha sservi 10 snin f ’din il-kariga bi track record li ma jħalli l-ebda dubju. Dak li għamilna bħala Gvern għamilnieh mhux b’kompromess mal-Oppożizzjoni, iżda b’konvinzjoni sħiħa u soda li wettaqna s-sewwa għal pajjiżna. Robert Abela ma ddejjaqx jitlef mill-poter tiegħu għaliex hekk kien hemm bżonn għall-pajjiż. Din il-kariga f ’dan il-kuntest soċjopolitiku ta’ pajjiżna tal-lum għandha ġġib għaqda u kunsens. Tant kienet deċiżjoni tajba li mhux biss kien hemm il-kunsens tal-Oppożizzjoni, però wara qablu magħha entitajiet u NGOs oħra. Dan hu ċertifikat li jitkellem għalih waħdu. Qbilt mal-Oppożizzjoni mhux biss fuq l-isem tal-ħatra għall-kariga ta’ Prim Imħallef, iżda fuq il-metodu tal-ħatra li ser tiġi proposta lill-Kummissjoni Venezja kemm għall-ġudikanti l-ġodda kif ukoll għall-Prim Imħallef. Dan kien importanti ħalli meta mmorru barra minn Malta nuruhom li aħna l-Maltin kapaċi niftiehmu bejnietna u nimxu ’l quddiem. Ser naqbad
naħdem sabiex dawn u riformi oħra li huma importanti għattisħiħ istituzzjonali ta’ pajjiżna, jimxu ’l quddiem kemm jista’ jkun malajr bl-approvazzjoni ta’ din il-Kummissjoni. Dan ser jgħinna ħalli barra minn xtutna ngħidu aktar minn qatt qabel li pajjiżna huwa wieħed mill-aktar pajjiżi b’demokrazija b’saħħitha u moderna fid-dinja. Ma nistax ma nsemmix u nirringrazzja lill-Eċċellenza Tiegħu l-President ta’ Malta George Vella għax-xogħol tiegħu fl-ambitu tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Individwu li għandu jkun role model ta’ kull politiku li jaspira li jimxi ’l quddiem fil-politika. Dak li seħħ nhar l-Erbgħa kien frott ukoll tax-xogħol tiegħu fejn l-awtorità morali tiegħu ntużat b’abbiltà minnu sabiex daħħlet dak il-bonsens li kien hemm bżonn sabiex jittieħdu deċiżjonijiet storiċi ta’ din ix-xorta. Ser nibqa’ naħdem fi ħdan din il-Konvenzjoni sabiex issa din titwessa’ għall-Konvenzjoni tal-poplu u jekk Alla jrid ikun hawn deċiżjonijiet bħal dawn għall-ġid tal-poplu tagħna. Kull Malti u Għawdxi għandu d-dritt
li jgħix fl-istabbilità u n-normal- tant importanti tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali mmexxi ità. mill-President ta’ Malta George Vella. Hemmhekk ser jiġu diHemm proposti seba’ skussi materji oħra ferm imriformi fil-ġustizzja u portanti għad-demokrazija l-governanza. Nistgħu ta’ pajjiżna, fejn id-dibattitu u niftħu ftit dwar dan? l-konsultazzjoni ser titwessa’ u Ir-riformi li aħna nemmnu fi- mhux ser tibqa’ diskussjoni biss hom mhux ser isiru fil-ġudika- bejn iż-żewġ partiti ewlenin. Ser jibqa’ għaddej ukoll iltura biss, però f ’għadd ta’ istituzzjonijiet oħra. Dawn ser proċess mal-Oppożizzjoni li sa nagħmluhom mhux biss għax fejn hu possibbli jkun hemm hemm l-Opinjoni tal-Kummis- qbil. Ser nisimgħu u nitkellmu sjoni Venezja ta’ Diċembru, ma’ kull min hu ta’ rieda tajba. 2018, iżda kull demokrazija li Fl-aħħar mill-aħħar għandna taħdem tevolvi minn żmien d-dover però li nieħdu d-deċiżjonijiet għall-ġid tal-Maltin u għal żmien. Dawn ir-riformi jmissu diver- l-Għawdxin kollha. Nagħmlu si istituzzjonijiet bħall-Kummis- r-riformi li hemm bżonn sabiex sjoni għall-Amministrazzjoni insaħħu d-demokrazija tagħna. tal-Ġustizzja, il-Kummissjoni Kull nazzjon, minn żmien għal Permanenti ta’ Kontra l-Kor- żmien, ikollu l-ħtieġa li jġedruzzjoni, l-Ombudsman u ded l-istrutturi tiegħu u aħna s-Segretarji Permanenti. Imissu hekk ser nagħmlu. Ser inwetd-Direttur tal-Prosekuzzjoniji- tqu dan għaliex konvinti minnu et Pubbliċi li ser jibqa’ bl-isem u mhux għaliex qed jgħidulna ta’ ‘Avukat Ġenerali’ legalment, ħaddieħor. Ser nagħmlu dan il-funzjonijiet tiegħu u l-po- għaliex nemmnu fir-reputater tal-qrati tagħna li jwettqu zzjoni tant tajba ta’ pajjiżna u l-istħarriġ ġudizzjarju fuq ċerti nemmnu li b’din ir-reputazzjoni nġibu investiment serju lejn deċiżjonijiet tiegħu. Ser jibqa’ għaddej il-proċess pajjiżna għall-ġid tal-Maltin u
tal-Għawdxin kollha. Dan hu l-kompitu li fdali l-PM Robert Abela u huwa dak li ser niddedika l-enerġija kollha tiegħi fissnin li ġejjin!
Dak li għamilna bħala Gvern għamilnieh mhux b’kompromess mal-Oppożizzjoni, iżda b’konvinzjoni sħiħa u soda li wettaqna s-sewwa għal pajjiżna. Robert Abela ma ddejjaqx jitlef mill-poter tiegħu għaliex hekk kien hemm bżonn għall-pajjiż
22
12.04.2020
kullhadd.com
Cane Vella
ĦOLOQ GRUPP F’NOFS TA’ LEJL DWAR TPARTIT TA’ IKEL F’MALTA kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Il-ħela mhi tajba għal ħadd, kemm fl-ikel u kemm f ’affarijiet utli oħra. B’aktar attenzjoni, jaf ma jkollniex ħela żejda u kulħadd igawdi aktar. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li ġietu idea li joħloq grupp fuq Facebook dwar tpartit ta’ ikel f ’Malta. Qed nirreferi għal Cane Vella. Għandu 30 sena u trabba l-Mellieħa, iżda l-familja tiegħu proprjament hija minn Burmarrad. Jaħdem l-Università ta’ Malta bħala uffiċjal tal-laboratorju. Bħala passatempi jħobb kayaking, mixi fil-kampanja, żwiemel, tindif fl-ambjent minn skart u jkabbar ħxejjex u frott. Iħobb ħafna jissoċjalizza ma’ nies li jixtiequ l-ġid u li għandhom valuri ta’ mħabba lejn l-ambjent naturali u lejn xulxin. Għalhekk il-karattru tiegħu dejjem kien li jifforma parti minn soċjetà fejn jaħdmu flimkien biex isolvu xi problema li hemm eżistenti. Dan iżommu attiv u kuntent li jemmen li huwa s-salmura tal-ħajja. Għandu twemmin li l-ikel, l-ilma, fejn joqgħod u li jissoċjalizza huma l-unika affarijiet li hemm bżonn biex persuna tkun kuntenta u dan jixtiequ lil kulħadd. Dan l-aħħar f ’nofs ta’ lejl, proprju f ’xi t-tlieta ta’ filgħodu, ġietu idea dwar tpartit ta’ ikel f ’Malta. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Kulma trid tagħmel huwa li jew ikollok xi ħaġa li għandek ħafna minnha jew li mhux ser tużaha aktar u tagħmel ritratt fuq il-paġna ta’ Facebook tagħna u tiddeskrivi fejn tiffrekwenta. Wara li tagħmel dan, in-nies oħra membri jaraw x’jistgħu joffru xi ħaġa li għandhom huma u jekk it-tnejn jaċċettaw, ipartu li għandhom,” beda jispjegali. Cane huwa gradwat mill-Università ta’ Kent, fl-Ingilterra fix-xjenza tal-annimali. Meta ġie lura Malta, beda jwettaq l-għan tiegħu biex iqanqal mottiv sabiex jieħdu ħsieb in-natura u r-riżorsi li niddependu fuqhom. “Jiena bdejt billi naħdem mal-komunità u għaqqadt grupp fejn innaddfu l-baħar jismu Get Trashed Malta. Barra minn avvenimenti li nagħmlu, għamilt ħafna kampanji fejn ġew involuti xogħliet ta’ ħarsien b’mezzi differenti li inkludew il-qasam tal-edukazzjoni, arti, kultura kif ukoll sport.
Ħdimna wkoll ma’ kumpaniji privati biex ngħinuhom jevitaw l-użu eċċessiv ta’ ċerti prodotti li jħammġu l-ambjent.” Iħobb ikabbar il-ħxejjex tiegħu stess Ta’ min jgħid ukoll li waqt il-ħin liberu tiegħu, Cane iħobb ikabbar xi ħxejjex u jqatta’ ħafna ħin inaddaf it-tniġġis tal-plastik li jkun intrema barra mill-pubbliku. Barra dan, iħobb isib mezzi biex inaqqas milli jżid ma’ din il-problema. Fil-fatt, infurmani li kultant żmien, joħloq diversi clean-ups f ’Malta biex hu u sħabu jsaħħu l-għarfien tal-problema kif ukoll jagħtu eżempju tajjeb lill-poplu b’għan li jnaqqsu l-impatt li jkollna fuq ir-riżorsi li niddependu fuqhom. B’hekk it-tpartit tal-ikel ikompli jnaqqas l-istess problema, peress li ma nżidux aktar pakketti tal-plastik, billi nkunu qed innaqsu għax il-maġġoranza tal-ikel huwa frisk u tal-lokal li huwa ħaġa li ser tgħin biex inżommu livell ta’ saħħa aqwa f ’pajjiżna għax kif nafu għandna livell ta’ dijabete għoli. B’hekk Cane ħareġ b’idea li
flok jaħli l-ikel li jew ikabbar jew li ma jkunx tajjeb għas-suq, ipartu ma’ ikel ieħor li hu stess ma jkollux jew li s-soltu jħallas għalih. Tlabtu jgħid eżatt kif qed taħdem din il-paġna li ħoloq fuq Facebook. “Iva, bħalissa nużaw il-paġna ta’ Facebook għax ilħajja ta’ kuljum saret mgħaġġla, allura dan jgħin ħafna. Fil-futur qed nippjanaw li noħolqu application fuq il-mobile, sabiex inkunu nistgħu nolqtu lil dawk li m’għandhomx din il-faċilità. Nixtieq ukoll li nagħmel ftehim
ma’ ħwienet u postijiet madwar Malta u Għawdex, fejn in-nies jistgħu jħallu l-ikel li ser ipartu sakemm jinġabar mill-persuna l-oħra jekk ma jkunux jistgħu jqabblu l-ħin,” spjegali. Ta’ min jgħid, li din l-idea mhix xi ħaġa ġdida għax il-ġenerazzjoniet ta’ qabilna dejjem hekk kienu jagħmlu. Cane kull ma għamel huwa li qajjem lura din l-użanza billi ħoloq komunità li hija fuq midja soċjali, sabiex iġedded din l-użanza. S’issa filfatt il-paġna li jisimha Food Swap
Fil-futur qed nippjanaw li noħolqu application fuq il-mobile, sabiex inkunu nistgħu nolqtu lil dawk li m’għandhomx din il-faċilità. Nixtieq ukoll li nagħmel ftehim ma’ ħwienet u postijiet madwar Malta u Għawdex, fejn in-nies jistgħu jħallu l-ikel li ser ipartu sakemm jinġabar mill-persuna l-oħra jekk ma jkunux jistgħu jqabblu l-ħin
Malta - għandha madwar 1,500 membru, iżda n-numru qed jikber malajr għaliex din l-idea qed tqajjem nostalġija ma’ ħafna nies u l-interess jinsab hemm u diġà qed isir ħafna tpartit. Il-ħolma li kellu mal-lejl u li qed iwettaqha kienet tikkonsisti f ’li jsostni ruħu mingħajr ma juża pakketti tal-plastik biex innaqsu l-problemi li bħalissa huma evidenti. B’hekk f ’dik is-siegħa bikrija, għax is-soltu jorqod ftit iktar, ħa l-opportunità li jaqbad u joħloq din il-komunità fuq Facebook. Miegħu ddiskutejt dwar kif qed tiżviluppa din l-idea tiegħu, u x’kummenti qed jidħlulu. “Ħafna nies għandhom eċitament kif ukoll ħafna kumpaniji bħal tal-ħobz ħadu ħafna pjacir għax il-ħela mhi tajba għal ħadd u jekk dawn in-nies jistgħu jieħdu xi ħaġa lura minn dak li kien ser isir ħela tant aħjar. Hemm ħafna membri qegħdin ukoll jagħtu ideat ġodda ta’ x’jista’ jsir b’ċerti affarijiet u ingredjenti. Fost il-membri hemm pożittività kbira u għandna tama li nistgħu nqanqlu komunità qrib xulxin bħalma nisimgħu l-anzjani jirrakkontawlna. Jien m’għandix ħafna żmien, imma meta nara
23
12.04.2020
kullhadd.com
għal ieħor, kollha ser nesperjenzaw affarijiet ġodda u l-mod kif nesprimu ruħna dwar is-sitwazzjoni hu importanti għaliex jekk naraw kollox qisu xejn mhu xejn, jasal mument fejn niġu daharna mal-ħajt u nerġa’ ntenni, l-ebda flus mhu ser jgħinuk. Eżempju ta’ dan huwa l-mard pandemiku kif ukoll il-mard li huwa affettwat mill-ġenetika tagħna li l-uniku rimedju huwa kif tgħix il-ħajja ta’ kuljum. Hemm ħafna studji li jorbtu l-istress ma’ mard jew flus ma’ kuntentizza jew relazzjonijiet sodi ma’ saħħa. Meta tagħraf lilek innifsek fuq dawn l-affarijiet, tibda tinduna li huwa assolut u importanti li tiekol, tixrob tissoċjalizza u żżomm ruħek f ’pożizzjoni fejn għandek sigurtà ta’ kenn biex tissalvagwardja s-saħħa li jinkludi l-ambjent ta’ madwarek għaliex dan huwa r-riżors biex issolvi dawn il-pilastri tal-ħajja li semmejt. Ir-riċerka li semmejt hija importanti u tista’ ssibha kullimkien, sew f ’riċerka tax-xjenza, kif ukoll jekk tieħu ftit ħin biex tosserva n-nies ta’ madwarek”, spjegali tajjeb Cane. Miegħi semma wkoll il-mard tad-dijabete f ’Malta li huwa komuni wisq, u fil-fatt hekk hu. Qalli wkoll li b’dan il-mod, din il-bidla tista’ sservi bħala mod li nistgħu nnaqsu n-niket ta’ dawk li qed jieħdu ħsieb lill-familjari li għaddejjin minn dan il-mard jew dawk li qed isofru minn dan il-mard. B’hekk staqsejtu x’qed jirrakkomanda f ’dan ir-rigward. “Jiena fis-soċjetà kif tiffunzjona dan iż-żmien, lanqas għandi dritt li nirrakkomanda x’jagħmel ħaddieħor, għax m’għandix il-kredenzjali meħtieġa, iżda jiena personali niekol ikel frisk li mhux ipproċessat u li huwa kemm jista’ ikun ħieles minn kimika miżjuda. Aħna l-Maltin u l-Għawdxin għandna wieħed mill-ikbar rigali f ’idejna li tista’ tagħtik id-dinja. Għandna staġun ta’ tkabbir tal-ikel li huwa s-sena kollha kif ukoll imdawrin bil-baħar li huwa riżors kbir. Jiena nisma’ l-professuri jsemmu Mediterranean diet. Qabel ma smajtha mingħandhom, kont niekol mingħand membri tal-familja li issa huma vintage. Il-grupp huwa Dan ifisser li ħadem tajjeb għax Food Swap Malta għadhom magħna u b’saħħa taj“Bħalissa nemmen li fid-dinja ba u b’ħila ta’ xogħol, anka f ’età għaddejjin minn żmien diffiċli, kbira”. għaliex aħna bħala speċi kbira ħafna u t-teknoloġija avvan- Ħsieb li joħolqu zat ħafna li jfisser li qed ngħixu applikazzjoni b’sistema ħafna aktar u b’nuqqas kbir ta’ viċin ta’ Tinder mewt sew fit-twelid u kif ukoll matul il-ħajja. Ħafna minn dan Il-grupp – Food Swap Malta qed huwa wkoll minħabba l-plastik, jintegra man-nies, iżda jinsab filpereżempju s-siringi u l-apparat proċess ukoll u Cane qed jippjali jużaw fil-mediċina. Għalhekk na li jagħmel application tal-monemmen li l-ebda għajnuna fi- bile sabiex iħaffu dan il-proċess nanzjarja mhi ser tgħin din ta’ tparltit tal-ikel. Ħallejt f ’idejh is-sitwazzjoni, iżda l-għaqda li sabiex jiżvela aktar informazznsolvu l-problemi ta’ din id-din- joni f ’dan ir-rigward. “Bħalissa ja l-ġdida. Meta nispjega dinja qed naħdmu biex insibu persuni ġdida qed infisser li minn ħin addattati li huma lesti li jgħinuna lin-nies madwari jaħdmu flimkien għal futur aħjar, nemozzjona ruħi bil-ferħ. Li rrid nispjega b’dan huwa li meta inti tneħħi l-egoiżmu, tirċievi premju ta’ sodisfazzjon kbir u iktar tkun kuntent li tiswa għal ħafna affarijiet, fosthom saħħa aħjar li hija l-krema fuq il-kejk meta tqabbilha ma’ ħajja ta’ suċċess u meta mqabbla ma’ dik ta’ egoiżmu u rabta ma’ oġġetti materjali u possesjoni lejn flus u statura għolja fis-soċjetà. Fl-aħħar mill-aħħar, x’inhu aqwa minn ikla tajba malħbieb u l-familja li huma kollha b’saħhithom”, tbissem jgħidli Cane. Barra minn hekk, Cane jemmen li b’din l-idea qed isolvi ħafna problemi li qed jaffaċjaw in-nies li qed jipproduċu kif ukoll in-nies li qed jixtru. Ġabli eżempju li n-nies li jixtru mill-ħwienet qed jixtru prodott li jiswa ferm aktar milli suppost għax ikun hemm l-ispejjeż tal-ħaddiema, tal-pakketti u xi ħaġa qligħ. B’dawn il-fatturi kollha, tal-ħwienet qed jimportaw ħafna ikel minn barra li jiswa mhux biss fil-valur tal-flus, iżda bħala ħsara lejn l-ambjent naturali. Dan għaliex meta jinġieb xi prodott mill-bogħod, awtomatikament ikun qed iħammeġ l-arja għax trid tħaddem il-vapuri u t-tieni nett tkun qed tistenna li ddaħħal xi mard tal-ħxejjex bħalma ġara fil-passat. Għalhekk bissaħħa ta’ din is-sistema li ħoloq Cane stess, meta tpartat l-ikel tkun qed tiekol ikel frisk, bnin u fl-istaġun tiegħu, kif ukoll tkun qed tħeġġeġ lin-nies biex ikabbru l-ikel kif ukoll isiru parti mill-komunità li jkunu qed jgħixu fiha. Din bla dubju ser tħeġġeġ li jkun hemm għaqda fil-komunità lejn futur ta’ sigurtà meta tikkunsidra l-ikel u ser ittejjeb ir-relazzjoni tal-Maltin man-natura tagħna, għax jemmen li ninsabu fi żmien fejn dan huwa kritiku biex ilpajjiż jimxi ’l quddiem, għax l-ebda skema jew ekonomija li tirrenja biss fuq xogħol ta’ numri u karti mhu ser titma’ lil uliedna u żżommna b’saħħitna u neqsin minn kull mard.
f ’dan il-proċess. Fosthom tkellimna ma’ kumpaniji Maltin bit-tama li nagħmlu applikazzjoni fejn in-nies jistgħu jdaħħlu d-dettalji bħal lok fejn ikunu, x’għandhom biex ipartu, ma’ xiex lesti li jpartu. Din imbagħad tqabbel in-nies ħalli jiftiehmu aktar fid-dettall. Hawn applikazzjoni li tlaqqa’ n-nies b’dan ilmod, Tinder, u qed nimmaġinaw li jkun prinċipju simili”, stqarr miegħi Cane. Kompla jgħidli li wieħed għandu jżomm f ’moħħu kemm ikun ħa ħin biex dak l-ikel ġie imkabbar jew magħmul, għax b’dak il-mod tista’ tpartat u kull min hu involut ikun kuntent. Huwa importanti wkoll li jinkiteb minn fejn tkun il-persuna jew fejn tiffrekwenta, ħalli ma tiħux toroq għalxejn. Iżda meta tgħid tpartit ta’ ikel wieħed irid jara x’tip ta’ ikel jista’ jpartat u ma’ xiex jiġi, u jekk hux ser ikun hemm ħlas involut. Cane tani risposta tiegħu għal dan kollu. “Jien ma nixtieq li jsir ebda ħlas għaliex minn fejn tixtri hawn ħafna u jekk wieħed jixtieq jixtri jista’ jifforma relazzjoni ma’ dak li jkun, imma l-għan ta’ dan il-proġett huwa li ma jkunx hemm ħela u għalhekk it-tpartit jimbotta din l-aġenda”. Barra minn hekk, infurmani wkoll li qed jippjanaw li jagħmlu mappa fejn wieħed jista’ jħalli l-ikel li ser ipartat u jinġabru f ’xi ħin ieħor, għax jemmnu li issa huwa żmien fejn in-nies huma impenjati bix-xogħol, allura dan ifisser li l-ħin huwa limitat u għalhekk ħafna nies m’għandhomx ipartu, iżda hekk insolvu din il-problema. Ħallejt f ’idejh sabiex jispjegali kif ser tkun qed taħdem din is-sistema. “Ħwienet u nies f ’postijiet pubbliċi jaqblu li jieħdu r-responsabilità u jaċċettaw li n-nies jistgħu jħallu l-ikel għat-tpartit, imbagħad il-persuna l-oħra tkun tista’ tiġbor l-ikel u tħalli l-oġġett li jkun ser tpartat hemm għall-persuna l-oħra”. Proprju fit-18 u d-19 t’April li ġej ser ikollhom mejda tat-tpartit f ’avveniment waqt Earth Day. “Din huwa avveniment fejn ser ikun hemm ħafna membri li jpartu u jġibu l-ikel li jridu jpartu u jkunu jistgħu jpartu ma’ nies li jkun hemm preżenti. Bħal kull tpartit ieħor, nitolbu li l-membri jżommu f ’moħħhom mhux kemm jiswa flus fis-suq prodott, iżda kemm ħa ħin biex sar u b’hekk it-tpartit ikun wieħed ta’ valur għaż-żewġ partijiet”. Fl-aħħar nett, Cane għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Jien inħeġġeġ biex fil-ħajja tieħdu pass ’il quddiem u tħarsu lura fiż-żmien, tikkalmaw l-għaġla u tagħmlu affarijiet bil-galbu, ħalli żżommu l-kuntentizza u s-saħħa tagħkom u tan-nies u l-maħbubin ta’ madwarkom. Jekk kulħadd jagħmel hekk, m’hemmx ħafna fejn niżbaljaw”, temm jgħid.
24
12.04.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
T E F E I R F L I IS-SIĠAR Isma’ xi affarijiet li ma kontx taf dwar il-friefet: jużaw l-antenni tagħhom biex ixommu, jitwieldu b’ġuħ inkredibbli u hemm minnhom li jaslu jkunu sa 30ċm fit-tul. U issa xi affarijiet dwar is-siġar: Kont taf li hemm siġar li għandhom iżjed minn 8,000 sena? Jew li z-zokk tas-siġra jaqdi l-irwol ta’ kutra biex jipproteġi lis-siġra mill-kesħa? Jew li l-ikbar għadu tas-siġar huwa … il-bniedem? Dawn, u ħafna u ħafna kurżitajiet oħra ssibhom fil-kotba l-ġodda tal-Merlin Publishers: Il-Friefet u Is-Siġar. Hemm tfal li jippreferu jaqraw kotba ta’ fatti flok stejjer fittizji, u huwa għalhekk ukoll li l-kotba non-fiction għaż-żgħar huma mfittxija ħafna. Iżda bil-Malti għadu mhux daqstant faċli ssib minnhom, u għalhekk Merlin Publishers investew f ’dawn il-kotba ġodda għal fuq l-ixkafef tat-tfal. Dawn il-kotba jappellaw għall-kurżità innata tat-tfal u fl-istess ħin joffru opportunità lill-ġenituri biex jiskopru huma wkoll fatti dwar l-abitat naturali ta’ madwarna. Huma kotba, miktubin b’vuċi informali għall-aħħar mill-kittieba Portugiża Ana Oom, perfetti biex iservu ta’ introduzzjoni bikrija għad-dinja tax-xjenza. Il-Friefet u Is-Siġar huma eżempju ta’ kif kotba non-fiction għat-tfal jistgħu jkunu eċitanti daqs l-istejjer fittizji. In-non-fiction mhuwiex biss xi ħaġa “tal-iskola”, imma jista’ jkun spunt ta’ qari attraenti daqs il-fiction. F’dawn iż-żewġ kotba, fatti u informazzjoni oħra huma mwassla, mhux f ’paragrafi twal u tedjanti, imma mxerrdin ’l hawn u ’l hemm f ’sentenzi ċkejknin, addattati għall-Malti minn Tracy Porter, u ppreżentati b’mod viżwalment stimolanti b’illustrazzjonijiet tal-artista Ġappuniża Yara Kono. It-tipografija u d-disinn moderni, jagħmluhom kotba perfetti anki għal dawk it-tfal li ma jħobbux wisq jaqraw. Il-Friefet u Is-Siġar fl-aħħar paġni jinkludu suġġerimenti ta’ attivitajiet li jistgħu jsiru flimkien mat-tfal wara l-qari tal-kotba. Oħorġu lit-tfal fin-natura, tgħid l-awtriċi. Meta taraw farfett ħudu ritratti, iġbru l-frott mis-siġar anki biex niftakru li l-frott ma jikbirx fis-supermarkets! Il-Friefet u Is-Siġar m’għandhomx età waħda fissa. Huma kotba ideali kemm biex jinqraw lit-tfal meta jkunu għadhom ċkejknin, u kemm biex jinqraw mittfal meta dawn jikbru ftit ieħor. Li hu żgur hu li, wara li jaqrawhom, it-tfal malli jerġgħu jaraw farfett jew iserrħu ma’ siġra, se jkunu jridu jitkellmu dwar dak li tgħallmu fuqhom! Il-Friefet u Is-Siġar jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com Mistoqsija: X’tip ta’ suġġerimenti jinkludu l-kotba Il-Friefet u Is-Siġar fl-aħħar paġni?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba IL-FRIEFET u S-SIĠAR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba IT-TERRORIŻMU FL-EWROPA u PUBLIC WOMEN huwa: E. MONTEBELLO - QORMI
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’jisima s-sit li qed tintuża iktar spiss f’dan il-perjodu għal video conferencing?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
12.04.2020
kullhadd.com
L-IMXIJA TAŻ-ŻFIN Kitba ta’ MARY CHETCUTI
Kien jum sħun b’xemx tisreġ f ’nofs Lulju tal-1518 meta mara fi Strasburgu (dak iż-żmien territorju Ġermaniż), magħrufa bħala Frau Trauffea, ħarġet minn darha għal nofs it-triq u qabdet tiżfen. Ħadd ma seta jifhem x’kien ġralha din il-mara li baqgħet għaddejja tiżfen u ġġib lil min jiżfen bħallikieku ma riditx tieqaf. Bdew għaddejjin is-sigħat u Frau Trauffea kienet għadha għaddejja tagħti b’riġlejha u tferfer idejha qisha pupu qed jinġibed bl-ispag. Ħin minnhom għajjiet u ntefgħet mal-art sakemm ġabet nifisha lura. Meta ġiet f ’tagħha, reġgħet qamet fuq saqajha u kompliet biż-żifna frenetika ta’ qabel; baqgħet sejra hekk ġranet sħaħ. In-nies stagħġbu u kkonfondew, xi wħud ippruvaw javviċinaw lil din il-mara biex jikkalmawha. Ġara però, li f ’temp ta’ ġimgħa n-nies maħkumin minn ferneżija ta’ żfin bla kontroll żdiedu għal tużżana, imbagħad żewġ tużżani u n-numru kompla tiela’. Ir-residenti għonja ta’ Strasburgu xejn ma ħadu gost b’dan il-pandemonju kollu mat-toroq tal-belt. Ħafna nies marru jilmentaw mal-kunsilliera tal-muniċipju li dawn min-naħa tagħhom talbu l-għajnuna tat-tobba lokali biex forsi jagħtuhom ħjiel ta’ x’kien qed jiġri. It-tobba studjaw bir-reqqa is-sitwazzjoni u waslu għall-konklużjoni unanima li ż-żfin kien konsegwenza ta’ demm ibaqbaq fl-irjus tal-imsejkna minħabba s-sħana mhux normali li kienet qed tagħmel dak is-sajf. Fuq parir tat-tobba għorrief, il-kunsilliera ħadu lil dawk kollha milqutin mill-imxija taż-żfin fil-misraħ fejn kien jarma s-suq tal-belt ħalli jkollhom fejn jinfirxu u ma jibqgħux jaħbtu ġo xulxin. Barra minn hekk, ġabu l-mużiċisti jdoqqulhom u saħansitra sejħu lill-aktar irġiel b’saħħithom biex ikunu jistgħu jżommu liż-żeffiena weqfin fuq saqajhom u jqandluhom mill-art kull darba li dawn jintelqu bla nifs. In-nies milqutin b’din l-imxija ma setgħux jieqfu jew inaqqsu r-ritmu; kienu tilfu l-kontroll kollu ta’ ġisimhom u komplew biż-żifna qishom maħkumin minn forza sopranaturali. Taħt xemx tisreġ wieħed wara l-ieħor u waħda wara l-oħra bdew jintilfu minn sensihom u jaqgħu mejta. Meta raw li bdew imutu n-nies,
il-kunsilliera tħassbu u kkonkludew li r-rimedju li tawhom it-tobba ma kienx l-aħjar wieħed. Uħud minnhom irraġunaw li din ma kinitx xi ħaġa li kellha x’taqsam mas-saħħa tal-ġisem imma wisq probabbli aktar gravi għax kienet kwistjoni spiritwali; bdiet dieħla l-biża’ li kien kastig minn Alla u allura kien jeħtieġ rimedju mod ieħor. Kien għalhekk li qabdu liż-‘żeffiena’ kollha, li issa kienu żdiedu sew, u kaxkruhom lejn il-grotta ta’ San Vitu fl-għoljiet fuq ir-raħal ġar ta’ Saverne ħalli jitolbuh maħfra u fejqan ta’ malajr. L-imsejkna vittmi ta’ dan il-fenomenu ġew imġiegħla jilbsu żraben ħomor f ’saqajhom miksijin pjagi u slieħ miż-żfin, u mexxewhom dawra tond għal għadd ta’ drabi max-xbieha minquxa fl-injam ta’ dan il-qaddis patrun taż-żeffiena u tal-epilettiċi (dawk li jbatu mill-epilessija). Jingħad li fil-ġimgħat ta’ wara li sar dan il-pellegrinaġġ ħafna mill-vittmi maħkumin mill-imxija bdew jikkalmaw sakemm waqfu għalkollox mill-movimenti li ma kellhomx kontroll fuqhom – kienu fiequ. Sa Settembru il-każi komplew jonqsu sakemm ftit ftit ġew fix-xejn u l-imxija taż-żfin għebet għal dejjem. Din l-imxija li fl-istorja baqgħet magħrufa bħala taż-żfin ħakmet aktar minn 400 ruħ u kien hemm numru mdaqqas minnhom li mietu mifluġin meta ma felħux jitħabtu aktar. X’kienet il-kawża ta’ dak li ġara fi Strasburgu? Mas-sekli kien hemm ħafna teoriji u soluzzjonijiet għal x’seta wassal għal dal-fatt kurjuż, fosthom li l-vittmi ġralhom hekk wara li kielu ħobż magħmul minn dqiq li kien ikkontaminat minn fungu li kkaġunalhom konvulżjonijiet. Ħaddieħor ikkonkluda li ż-żeffiena ma kienu xejn għajr qatta’ reliġjużi eretiċi li riedu jiġbdu l-attenzjoni divina bi żfin sfrenat. Iżda, konklużjoni li aktar tagħmel sens taha l-Amerikan John Waller storiku tal-mediċina, li fl-opinjoni tiegħu l-imxija tażżfin kienet forma ta’ isteriżmu tal-massa magħruf bħala ‘Psychogenic Disorder’. Din il-kundizzjoni jikkaġunawha ċirkustanzi ta’ stress estrem ikkawżat minn biża’ komunitarja. Fil-fatt dak li ġara fi Strasburgu fl-1518 seħħ wara sensiela ta’ epidemiji qattiela tal-ġidri u s-syphilis li laqtu fi żmien li n-nies kienu
diġà qed ibatu l-ġuħ. Rigward ir-rimedju spiritwali, Waller komla jispjega li ma rridux ninsew li f ’dawk in-naħat dak iż-żmien kien jeżisti twemmin superstizjuż li min ma jfittix il-ħniena u l-maħ-
fra mingħand San Vitu taqa’ fuqu s-saħta taż-żfin. L-ewwel dokumentazzjoni storika tal-imxija taż-żfin (xi drabi magħrufa bħala ż-Żifna ta’ San Vitu jew Ballo San Vito)
insibuha f ’Ġunju tal-1374 meta faqqgħet waħda mill-akbar epidemiji tagħha fil-belt ta’ Aachen, il-Ġermanja u kompliet tinfirex sa Cologne, Flanders, Utrecht u saħansitra niżlet l-Italja.
26
12.04.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
12.04.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 324
M. DARMANIN - ŻABBAR
Bi 3 Numri 058 089 099 331 382 448 531 551 559 571 736
983 B’4 Numri 0783 1307 1342 1684 1793 1914 2393 3136 3826
3874 3981 4077 4767 5365 5449 5778 6357 6431 6469 6670 6735
6813 7345 7878 8226 8602 8644 8838 8881 9264 9361 9761
B’5 Numri 23435 26064 36792 47700 65748 85362 B’6 Numri 168112 301893 359458
684971 Bi 8 Numri 05173939 07171167 11897917 16823389 19942400 49914103 65730143 93207450
Mimdudin: 1,23. Jinvesti bit-tama ta’ qligħ akbar? (9) 4. Mingħajrhom la tgħannaq u lanqas tbus (4) 7. Known As (1,1) 9,11,17. Mitkellma (8) 10. Il-kontra tal-arroganza (6) 12. Hawn ħafna dilettanti tagħhom fit-toroq (6) 16. Kontra idjeq (3)
18,19. 19. 20. 21. 23. 24. 1. 2,6. 3.
Bla ġenituri (5) Ara 18 Ma toqgħodx tgħassilhom (5) Hekk tgħajtilha lil Elizabeth (3) Ara 1 mimduda Serjissma! (5)
5. Espressjoni moderna li ma tfisser xejn (3) 6. Ara 2 8. Karozza tal-isptar? (9) 11, Ara 9 12. Omm (2) 13,21W. Jista’ jkun Weqfin: bil-fwieħa! (6) Ma jibqgħux 14. Morru (6) barra (6) 15 Ġie mmexxi (6) Jinġabru l-flus 17. Ara 9 fiha (6) 21. Ara 13 Jirrepeti warajk (3) 22. Warrab (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Miżża, 4.Dmir, 7.BB, 9,21 wieqfa. 1.Maħmuġ, 2,22. Żejtun, 3,19. Ħajjat, 10.Bajjad, 12.Aladin, 16.Ġar, Abbina, 5,21M. Mejjet, 6,12W. Radar, 18.Ra, 20.Ħalib, 23.Tuna,24.Ardit 8.Bandalora, 11,15.Illargat, 13.Ara, 14.Nibred, 17.Ale
28
12.04.2020
kullhadd.com
GĦAD NIRXOXTAW MILL-ĠDID Editorjal
Min-naħa l-oħra, l-għaqal Laburista fit-tmexxija tal-pajjiż f’dawn l-aħħar seba’ snin hu riflessjoni għal ġejjieni tajjeb ukoll għal pajjiżna. Għaldaqstant, għandna għal xiex inkunu mimlijin bil-fiduċja li ninsabu fl-aħjar idejn possibbli fis-sitwazzjoni
Mhumiex l-isbaħ żminijiet li qegħdin ngħixu, bla dubju. Minkejja dan, lanqas ninsabu fuq l-għatba tal-aħħar tad-dinja, kif jaħsbu xi wħud. Żgur li l-pandemija tal-COVID-19 diġà benġlet lil pajjiżna biżżejjed u żżejjed, partikolarment wara li issa rreġistrajna l-ewwel imwiet riżultat tagħha. Bħal oħrajn madwar il-globu, m’aħna l-ebda eċċezzjoni u qatt ma ħlomna li l-imxija b’xi mod setgħet taqbiżna xi darba. Almenu aħna bħala Maltin inħossuna fortunati li kellna u għandna fost l-aqwa sistemi tassaħħa madwar id-dinja. Mhux hekk biss, iżda din ukoll kienet diġà mħejjija sew qabel feġġ l-ewwel każ fostna u kompliet tinvesti biex tissaħħaħ dejjem iżjed. Sa mill-ewwel jum ta’ infezzjonijiet, ħadd ma poġġa fid-dubju l-azzjonijiet neċessarji li ttieħdu mill-awtoritajiet kompetenti jew inkella l-mod kif ittieħdu. Wara xahar ta’ addattazzjoni kollox jagħtihom raġun f ’dan ir-rigward, tant li anke l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) tathom l-akbar
tifħir possibbli. F’dawn iċ-ċirkostanzi ta’ bla preċedent u li ħadd ma jista’ jbassar eżatt sa fejn se jeħduna minn hawnhekk, il-Gvern Malti, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, qed jagħmel l-almu kollu tiegħu bla waqfien biex itaffi d-daqqiet kbar li ġew u għadhom ġejjin ukoll fuq l-ekonomija tagħna. Dan rajnieh s’issa bit-tliet pakketti nazzjonali ppreżentati b’appoġġ wiesa’ ta’ kull min hu involut, minbarra miżuri oħrajn ad hoc u interministerjali li jittieħdu minn jum għal ieħor biex jipproteġu sezzjonijiet partikolari tas-soċjetà. Dawn kollha għandhom l-għan li jsalvaw kemm jista’ jkun impjiegi u negozji lokali, waqt li l-ħajja bażika tissokta u tfendi bl-aħjar mod possibbli. Il-fatt li sa tmiem l-2019 irrota ekonomika kienet għadha għaddejja bl-aħjar ritmu li kienet ilha ma tesperjenza għexieren ta’ snin, allura l-bidu ta’ din issena l-ġdida għan-negozji u ċerti setturi iżjed minn oħrajn fissret waqgħa ferm akbar. Gvern Laburista, li beda jaħseb
għal ċirkostanzi diffiċli sa minn qabel ħlomna li xi virus simili jista’ jniżżel id-dinja għarkupptejha, fehem dan minnufih u kien proattiv fil-miżuri tiegħu. Għadu wkoll jiddiskuti fuq bażi regolari kif jista’ jtejjeb l-azzjonijiet tiegħu bħala parti mir-responsabbiltà enormi li għandu fuqu llum il-ġurnata. L-istorja prinċipali tagħna f ’din il-ħarġa wkoll tgħid ħafna f ’dan ir-rigward. M’aħniex nitkellmu dwar miżuri ta’ kompromessi, minn dawk li jpattu biex xi ħadd sempliċiment irażżan il-kritika tiegħu jew prattikament jagħlaq ħalqu darba għal dejjem. TalPartit Nazzjonalista jiddilettaw ħafna bihom dawk, kif tixhed ir-reshuffle li għadu kemm ħabbrilna din il-ġimgħa l-Kap talOppożizzjoni Adrian Delia filGrupp Parlamentari tiegħu. Ilkoll nafu tajjeb li s-sostenibilità ta’ patti mxajtna simili kapaċi jrendu biss għallimmedjat. Ħadd mhu se jilgħab ġidu li għada pitgħada, dawk magħrufin fil-fazzjoni ta’ Simon Busuttil mhux se jerġgħu jwasslu d-Dar Ċentrali għat-terremoti li kienet fihom fl-aħħar snin,
sempliċement għax il-Kap tahom rwoli importanti fix-Shadow Cabinet tiegħu. Ħadd ma jista’ jagħmlilna l-bżieq fuq imneħirna għal daqshekk, wisq inqas prinċipjant fil-politika bħalma hu l-Kap talOppożizzjoni. Min-naħa l-oħra, l-għaqal Laburista fit-tmexxija tal-pajjiż f ’dawn l-aħħar seba’ snin hu riflessjoni għal ġejjieni tajjeb ukoll għal pajjiżna. Għaldaqstant, għandna għal xiex inkunu mimlijin bil-fiduċja li ninsabu fl-aħjar idejn possibbli fissitwazzjoni, xi ħaġa li mill-ġdid terġa’ taspira lill-poplu biex illum, bħall-2013, jerġa’ jxammar ilkmiem u jagħti sehmu kif u meta jintalab jagħmel dan. B’mod speċjali għalissa hu mistenni minna lkoll li nikkollaboraw bis-sħiħ malawtoritajiet bil-għan li jintlaħqu l-miri mixtieqa llum u anke għada meta noħorġu minn taħt dan issħab iswed. Iżjed ma kulħadd jiġbed l-istess ħabel nazzjonali, aktar faċli noħorġu bl-inqas feriti possibbli. Kuraġġ … determinati li nqumu mill-ġdid fuq saqajna!