KullĦadd_12.07.2020

Page 1

TESTIJIET TAL-COVID-19 BIN-NUMRI

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 12 ta’ Lulju, 2020

Ħarġa Nru 1,409

Rapport f’paġna 6 Prezz €1

F’PARTIT IEĦOR BIEX IMEXXU OPPOŻIZZJONI Il-Kostituzzjoni tindika li, biex ikun hemm Kap tal-Oppożizzjoni differenti, id-deputati ribelli tal-PN iridu joħolqu partit għalihom jew jissieħbu mal-PD… is-sitwazzjoni tista’ tibqa’ tkarkar sajf sħiħ

Delia jista’ jibqa’ mdendel fil-kariga bl-appoġġ tat-tesserati

Minkejja diversi interpretazzjonijiet li ngħataw fl-aħħar jiem lill-Kostituzzjoni ta’ Malta, speċifikament Artiklu 90 tagħha li jittratta l-ħatra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni fil-pajjiż, jidher li biex din il-kariga Kostituzzjonali tingħata lil deputat ieħor li jgawdi l-appoġġ tal-maġġoranza, allura dan irid l-ewwel ikun kap ta’ partit. L-istess pariri legali jidher li qed jingħataw lill-President tar-Repubblika George Vella, li lbieraħ wera fehmtu pubblikament. Għaldaqstant, biex dan iseħħ, id-deputati ribelli Nazzjonalisti, li din il-ġimgħa sfiduċjaw lillKap Adrian Delia, għandhom biss żewġ għażliet quddiemhom: li joħolqu partit kompletament ġdid, li jkun irid jiġi approvat wara proċess mill-Kummissjoni Elettorali; jew inkella iżjed faċli jingħaqdu fi ħdan il-Partit Demokratiku (PD), li diġà hu rappreżentat fil-Parlament minn Marlene u Godfrey Farrugia, u l-kap tagħhom jinħatar minn ħdanhom. Tkompli f’paġna 3

L-UNIĊI LI SE NIRKUPRAW FL-2021 Fl-aħħar tbassir tal-Kummissjoni Ewropea ppubblikat din il-ġimgħa, Malta hi l-uniku pajjiż li fl-2021 se jkun irkupra d-daqqa kollha li se tkun ħalliet din is-sena l-pandemija tal-COVID-19. Anke jekk b’mod ġenerali l-esperti Ewropej kienu inqas pożittivi mill-aħħar tbassir, ikklassifikaw lil pajjiżna fil-quċċata tal-lista ta’ dawk li se joħorġu bl-inqas tbenġil mis-sitwazzjoni. Fil-verità, waqt li jqisu li d-daqqa fuq pajjiżna se tkun ħarira akbar, taw prospetti aktar pożittivi dwar kemm biħsiebu jikber il-ġid nazzjonali Malti matul is-sena d-dieħla biex ekonomikament immorru lura għal dak li konna s-sena li għaddiet.

Dan bid-differenza ma’ pajjiżi oħrajn li l-ekonomiji tagħhom se jmorru lura anke b’għexieren ta’ snin. L-ekonomija Maltija se tkun uriet mhux biss li hi l-aktar reżiljenti fiż-Żona Ewro, imma li hi l-aktar waħda dinamika b’kapaċità li tirkupra aktar malajr minn ekonomiji oħrajn. Dan huwa l-aqwa ċertifikat li qatt seta’ jingħata lill-politika ekonomika tal-Gvern Laburista. Il-pakketti ekonomiċi mhux talli taffew iddaqqa ekonomika, iżda servew ukoll l-iskop proprju bħala bażi soda għar-riġenerazzjoni tal-ekonomija talpajjiż. Minkejja l-irkupru fl-2021, għal ħafna pajjiżi

Ewropej il-qagħda ekonomika tagħhom xorta se tibqa’ lura għal dik li kienet fl-2017 jew l-2018. Hu biss filkaż ta’ Malta li hu mbassar li fl-2021 il-ġid nazzjonali jkun reġa’ lura għal dak li kien qabel il-miġja tal-Coronavirus. Dan jirrifletti żewġ fatturi: l-ewwel nett li hu mbassar li Malta se jkollha l-inqas impatt ekonomiku fl-2020 u t-tieni li pajjiżna se jkun l-uniku wieħed li fl-2021 jesperjenza tkabbir b’rata ogħla mid-daqqa ekonomika tal-2020. Tkompli f’paġna 11


02

12.07.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 30°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja ser testendi fuq il-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 25°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR

It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

31°C UV 11

22°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

30°C UV 11

22°C

Il-Ġimgħa

30°C UV 11

22°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

31°C UV 11

22°C

31°C UV 11

22°C

31°C UV 11

23°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

12.07.2020

kullhadd.com

OSTAKLU GĦALL-PJAN TAT-“TRADITURI” Tkompli minn paġna 1 Il-koppja Farrugia wkoll diġà għamluha ċara li jaqblu mal-mossa tad-deputati li qed jipproponu lil Therese Comodini Cachia biex tkun il-Kap il-ġdid tal-Oppożizzjoni, għalkemm tista’ tkun storja differenti għalihom kemm-il darba jintalbu mid-dissidenti Nazzjonalisti biex jagħmlulhom il-wisa’ u jibdew jiġu mmexxijin b’aġenda ġdida ta’ kap ġdid. Ġimgħa biss ilu l-PD għadu kemm ħatar liż-żagħżugħ Timothy Alden bħala kap tiegħu, pożizzjoni li hu stess kien qed jokkupa temporanjament wara li Godfrey Farrugia rriżenja flaħħar tas-sena li għaddiet. Artiklu 90(2)(a) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jisħaq li “kull meta jkun hemm lok għall-ħatra ta’ Kap tal-Oppożizzjoni, il-President għandu jaħtar jekk ikun hemm partit ta’ oppożizzjoni wieħed li l-forza numerika tiegħu fil-Kamra tad-Deputati tkun akbar mill-forza ta’ kull partit ieħor ta’ oppożizzjoni, il-membru tal-Kamra tad-Deputati li jkun il-Kap ta’ dak il-partit.” Anke wara li ltaqa’ mal-President tar-Repubblika ftit sigħat wara li ġie sfiduċjat f ’daru, Delia baqa’ jinsisti li mhux se jwarrab la minn Kap tal-PN u lanqas minn Kap tal-Oppożizzjoni, avolja donnu qed jipprova jżomm ma’ tibna f ’dan it-tsunami kontrih. Aktarx li dak li qed iżommu jofroq il-mewġ hu l-appoġġ ġej mit-tesserati u l-partitarji Nazzjonalisti li quddiem idDar Ċentrali għajru “tradituri” lid-deputati li mexxew ir-rivolta kontrih. L-istess Delia jinsisti u jakkuża lid-deputati li sfiduċjawh li mhumiex jirrispettaw lit-tes-

serati u għaldaqstant se jibqa’ fil-kariga biex iwettaq il-mandat demokratiku li ngħata skont l-istatut tal-Partit. Warajh s’issa għandu lid-deputati Robert Arrigo, David Agius, Mario Galea, Carm Mifsud Bonnici, Clyde Puli, Frederick Azzopardi, Toni Bezzina, Maria Deguara u Edwin Vassallo. Il-Whip Nazzjonalista Robert Cutajar, li vvota favurih fil-mozzjoni ta’ sfiduċja jingħad li qaleb il-ħsieb fl-aħħar jiem u qed jappoġġja lir-ribelli. Ikkuntattjat minn ONE News ma riedx jikkummenta dwar dan. F’interpretazzjonijiet differenti hemm min qed jargumenta li Artiklu 90(4) tal-Kostituzzjoni, li ma jgħoddx jekk il-Parlament ikun xolt, għandu jiġi attwat. Dan jgħid li “jekk, fil-ġudizzju tal-President, membru tal-Kamra tad-Deputati li ma jkunx ilKap tal-Oppożizzjoni, ikun sar il-Kap fil-Kamra tal-partit fl-op-

pożizzjoni li jkollu l-akbar forza numerika fil-Kamra, jew, skont il-każ, il-Kap tal-Oppożizzjoni jkun temm milli jkollu l-appoġġ tal-akbar grupp singolu ta’ membri f ’oppożizzjoni għallGvern, il-President għandu jħassar il-ħatra tal-Kap tal-Oppożizzjoni.” Dan it-taqlib fl-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li rranka iżjed wara t-telfa elettorali tal2017, laħqu livelli bla preċedent fl-aħħar sebat ijiem, anke jekk pjan simili kien moħmi diġà flaħħar xhur minn wara dahar Delia. Dakinhar l-argument kien in-nuqqas tal-PN li jirkupra d-differenza mal-PL fi stħarriġ wieħed wara l-ieħor tal-opinjoni pubblika. Il-manuvri kienu dejjem immexxijin minn dawk li baqgħu magħrufin bħala l-akkolti jew il-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil (ara “It-tradiment tal-Kap” f ’paġna 5). Ma’ sbieħ l-ewwel jiem tiegħu

bħala Kap tal-Partit Adrian Delia kellu jiffaċċja pjan ta’ tradiment minn min assolutament m’aċċettah qatt. Id-19-il membru fil-Grupp Parlamentari tiegħu, inklużi ż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej Roberta Metsola u David Casa, din il-ġimgħa riedu jsammru l-aħħar musmar fit-tebut ta’ Delia bil-vot ta’ sfiduċja f ’laqgħa urġenti msejħa t-Tlieta filgħaxija. Dan hu f ’sintonija mal-istorja tal-PN li wara l-Elezzjoni tal-1976 kellu jgħaddi minn komplotti u daqqiet ta’ stalletti sakemm tqaċċat il-Kap Giorgio Borg Olivier u floku nħatar Eddie Fenech Adami li kien iżjed żagħżugħ u enerġetiku. Il-pożizzjoni iebsa ta’ Delia li jibqa’ fejn hu ħolqot problema għall-pjan tad-19-il “traditur”, kif qed jissejħu minn partitarji Nazzjonalisti, tant li r-rabja ta’ dawn tal-aħħar setgħet naffret

l-ambizzjonijiet ta’ xi wħud bħal Claudio Grech u Chris Said li jmexxu l-Oppożizzjoni huma. Minflok, imbottaw lil Therese Comodini Cachia biex tiffaċċja s-saram hi, l-istess persuna li, b’riżultat tal-kritika li dabbret, kellha tirtira d-deċiżjoni diġà meħuda li tibqa’ sservi fil-Parlament Ewropew, minflok fil-Parlament Malti fejn ġiet eletta fl-Elezzjoni tal-2017. Il-fatt li ż-żewġ naħat ma jridux iċedu pulzier fil-pożizzjoni tagħhom u l-President qed jinsisti li l-parir li għandu hu li ma jista’ jaħtar lil ħadd flok Delia, ladarba hu l-Kap tal-akbar Partit fl-Oppożizzjoni, ma tidhirx soluzzjoni faċli fuq ix-xefaq. Tard il-Ġimgħa filgħaxija, b’risposta għal stqarrija maħruġa mid-deputati li sfiduċjawh, Delia rribatta bi stqarrija tiegħu. Interessanti li l-istqarrija żżomm it-titlu “Stqarrija tal-Kap tal-Oppożizzjoni u talPN Adrian Delia”, bi sfida għal dawk li ma jriduhx. Hu qal li, għal darb’oħra, jirriafferma l-lealtà tiegħu lejn it-tesserati u l-osservanza sħiħa lejn l-istatut tal-Partit, filwaqt li jgħid li se jibqa’ leali lejn il-ġurament tal-ħatra Kostituzzjonali tiegħu f ’kull ħin. Jistqarr ukoll li se jibqa’ jaħdem bla waqfien għal pajjiżna u għal kull Malti u Għawdxi mingħajr biża’ jew influwenza u b’kuxjenza nadifa. Għaldaqstant, fl-istess ħin li l-Parlament jinsab qrib li jmur għall-vaganzi tas-sajf, probabbli l-kwistjoni ttawwal għal matul is-sajf kollu. Fost dan it-taqlib kollu, tibqa’ tispikka Oppożizzjoni mgerfxa u mfarrka, li żgur mhi fl-ebda sitwazzjoni sana għal demokrazija b’saħħitha ta’ dan il-pajjiż.


04

12.07.2020

kullhadd.com

ĠIMGĦA “TWILA” NAZZJONALISTA IL-ĦADD 5 TA’ LULJU ● Il-gazzetta qrib il-fazzjoni ta’ Busuttil, The Sunday Times, tippubblika “konverżazzjoni”, li jingħad saret fuq WhatsApp bejn il-Kap tal-Oppo­ żizzjoni Adrian Delia u Yorgen Fenech. Din tikxef li, kontra dak li indika hu stess, Delia kien ukoll f ’kuntatt mal-allegat man­dant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia wara li ħareġ li dan kien is-sid tal-kumpanija 17 Black. ● L-editorjal ta’ The Sunday Times ukoll joħroġ bi kliem iebes għal Delia u bla tlaqliq jgħid li din il-komunikazzjoni se tkompli tfieri lill-PN u timbotta aktar votanti li jissimpatizzaw mal-Partit. L-edi­tor­jal ikompli l-baraxx kontra Delia u jgħid li l-PN qed jitmexxa minn persuna li mhix denja li tiġi eletta. ● Aktar tard mal-jum fuq Radju 101, Adrian Delia jiċħad li kellu xi tip ta’ relazzjoni ma’ Yorgen Fenech. Hu jsejjaħ l-istess rappor­ taġġ bħala manuvri: “Fir-realtà dawn huma kollha manuvri”. ● Esponenti mill-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, fosthom l-għaq­diet Civil Society u Occupy Justice mal-ewwel joħorġu jitolbu għal ras Delia. ● Madwar 20 membru Parlamen­ tari Nazzjonalista javviċinaw lis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Francis Zammit Dimech u jitolbuh isejjaħ laqgħa urġenti tal-Grupp Parlamentari.

kien mistenni li jiżviluppaw l-affarijiet dwar it-tmexxija. ● In-nies ta’ Delia jintalbu biex jinżlu fl-Istamperija u jibdew jin­ġemgħu ftit nies quddiem idDar Ċentra­li, flimkien ukoll malpre­żenza ta’ numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija. ● Tibda laqgħa mqanqla sew talGrupp Parlamentari Nazzjonalista. ● Id-Deputat Nazzjonalista The­ rese Comodini Cachia tgħaddi botti lil Delia fuq il-profil tagħha fuq Facebook, kummenti li jsibu l-appoġġ tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. ● Adrian Delia jinsisti li l-vot ta’ sfiduċja fih għandu jittieħed filmiftuħ u mhux permezz ta’ vot sigriet. ● Jittieħed, iżda, il-vot b’mod sigriet u 19-il membru tal-Grupp Par­lamentari, inkluż iż-żewġ MEPs tal-Partit, jisfiduċjaw lil Delia. Il-11-il deputat l-oħra jivvutaw favur Delia. IT-TNEJN 6 TA’ LULJU ● Il-ġurnalisti jitħallew jidħlu fid-Dar Ċentrali fejn Delia kien ● Hu u dieħel għas-seduta tal-Par- mistenni jindirizza konferenza lament, il-Kap tal-Oppożizzjoni tal-aħbarijiet. qal lill-ġurnalisti li hu dejjem qal il-verità dwar is-suspettat mandant fil-qtil ta’ Caruana Galizia, L-ERBGĦA 8 TA’ LULJU Yorgen Fenech. ● Numru ta’ deputati tal-Oppo­ ● Għall-ħabta tas-2:00 ta’ filżizzjoni f ’laqgħat ma’ nies b’kari- għodu, wara li kien għadu kif gi għoljin fit-tmexxija tal-PN biex ġie sfiduċjat mill-Grupp Par­ Delia jitneħħa minn Kap. Dan lamentari Nazzjo­nalista, Delia jindi­rizza konferenza stam­pa kollu minn wara dahar Delia. fejn insista li xorta mhux se jċedi. Anzi saħaq li dakinhar stess, aktar IT-TLIETA 7 TA’ LULJU tard, kien se jidħol lura għax-xogħol bħala Kap tal-PN u Kap ● Tinxtered l-aħbar li fis-7:00 tal-Oppożizzjoni. Jgħid ukoll li p.m. kien mistenni jitlaqqa’ t-tesserati tal-Partit kienu għamlu l-Grupp Parlamentari fid-Dar għażla biex hu jmexxi lill-Partit Ċentrali fejn Delia kien mistenni Nazzjonalista. ● Il-fergħa taż-żgħażagħ tal-Parjiffaċċja vot ta’ sfiduċja. ● Fost il-gruppi taż-żewġ fazzjo­ tit, Moviment Żgħażagħ Parnijiet tal-PN tiġri l-kelma li fil- tit Nazzjonalista (MŻPN), tallaqgħa tal-Grupp Parlamentari bet lill-Kap biex iwarrab, għax

“id-demokrazija mhux fejn jaqbel lilu biss.” ● Toħroġ l-għajta li, fil-pass li jmiss, id-Deputati Nazz­ jo­nalisti li sfiduċjaw lil Delia mistennija jmorru għand il-President tar-Repubblika George Vella, bilgħan li dan jiddikjara lil ħaddieħor Kap tal-Oppożizzjoni. ● Il-portal tal-ġurnal Illum jgħid li wħud mill-membri tal-MŻPN jinsabu urtati u rrabjati li ma ġewx ikkonsultati dwar l-istqar­rija li ħarġet aktar kmieni u talbet għar-riżenja tal-Kap Nazzjonalista. ● Tard waranofsinhar issir laqgħa fil-Parlament mid-deputati ribelli, fejn rapporti jissuġġerixxu li Kristy Debono u Hermann Schiavone, tnejn minn dawk li kienu meqjusin bħala leali lejn il-Kap, kienu preżenti għal din il-laqgħa wkoll. ● Fi stqarrija f ’isem id-19-il de­ putat li sfiduċjaw lil Delia, il-firmatarji Chris Said u Therese Comodini Cachia, li wkoll kienu ressqu l-mozzjoni ta’ sfiduċja fl-ewwel lok, jagħmlu tentattiv ieħor biex Delia jitlaq bil-kwiet. L-istqarrija tappella lil Delia biex, fiċ-ċirkostanzi mwiegħra, iqiegħed lill-Partit u l-interessi talpajjiż qabel kollox. ● Hu u ħiereġ mill-Parlament, id-Deputat Chris Said jgħid li mhux interessat li jidħol għall-kariga ta’ Kap tal-Oppożizzjoni u jgħid li fil-mument opportun se jmorru għand il-President George Vella. Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea jiddikjara li hu kburi li vvota favur il-Kap attwali Adrian Delia, u lil dawk li vvutaw kontrih jgħidilhom li jridu jerfgħu r-res­ponsabilità.

IL-ĦAMIS 9 TA’ LULJU ● Toħroġ il-lista tal11-il deputat li appoġġjaw lill-Kap fillaqgħa tal-Grupp Parlamentari u allura saru wkoll magħrufin id-19 li sfiduċjawh. Illisti baqgħu mhux miċħudin. ● Claudio Grech, li kien qed jissemma li seta’ jidħol fil-pożizzjo­ni flok Delia, jiċħad li kellu xi interess li jidħol fil-kariga. ● Minflok joħroġ l-isem ta’ Therese Comodini Cachia bħala

l-persuna li qiegħda tiġi imbottata għal Kap ġdid tal-Oppożizzjoni. ● Adrian Delia jasal fil-Palazz ta’ Sant’Anton għal laqgħa li damet siegħa mal-President tar-Repubblika. ● Partitarji Nazzjonalisti leali lejn il-Kap jagħmluha pubblika li ma jridux li jkun hemm Kap tal-Oppo­żizzjoni differenti millKap tal-Partit. Joħorġu bl-għajta ta’ “#NotMyLeader” kontra Comodini Cachia u jgħidu li jridu li titieħed azzjoni kontra d-deputati li sfiduċjaw lil Delia. ● Il-President ta’ Team Start, Thomas De Martino, mill-fazzjoni taż-żgħazagħ favur Delia, jirreaġixxi għall-aħbar dwar Co­modini Cachia u jikteb: “Le grazzi. M’iniex wara Kap tal-Oppożizzjoni li hi magħżula minn erba’ min-nies biss. M’iniex wara Kap tal-Oppożizzjoni li kieku tista’ lanqas qiegħda Malta, għax riedet tibqa’ fi Brussell tpappiha sew. M’iniex wara Kap tal-Oppożizzjoni li hi kontra l-valur tal-ħajja li hu fundamentali għall-PN.” ● Jidħlu fil-Palazz ta’ Sant’Anton id-Deputati Nazzjonalisti Claudette Buttigieg u Chris Said biex jipproponu l-isem ta’ Therese Comodini Cachia bħala l-Kap tal-Oppożizzjoni l-ġdid flok Delia. ● Il-President Vella jibda sensiela ta’ laqgħat ma’ Deputati Nazzjonalis­ti. ● Quddiem id-Dar Ċentrali jibdew jinġabru n-nies ta’ Delia. ● Fuq l-istazzjon televiżiv tiegħu, NET TV, Delia jakku­ża lid-deputati li sfiduċjawh li mhux qed jirrispetaw lit-tesserati u jtenni li se jibqa’ fil-kariga ta’ Kap tal-Partit biex jirrispetta l-mandat li ngħata sal-elezzjoni ġenerali li jmiss. ● Fuq Facebook, Adrian Delia jisħaq li hu għadu Kap tal-PN u Kap tal-Oppożizzjoni, waqt li jin-

dika li se jittieħdu azzjonijiet (ta’ dixxiplina) fl-istrutturi tal-Partit fil-konfront ta’ dawk li sfiduċjawh. ● Delia jikkwota mill-Kostituzz­ joni u jgħid li Kap tal-Oppożizzjoni jrid ikun Kap tal-Partit. ● Il-Viċi Kap Nazzjonalista Ro­ bert Arrigo jitlob għar-riżenja tad-Deputati Nazzjonalisti li vvutaw kontra l-Kap.

IL-ĠIMGĦA 10 TA’ LULJU ● David Thake, wieħed mid-19il deputat li sfiduċjaw lil Delia u dak li sena ilu kien alle­ga li l-PN ġie offrut minn Yorgen Fenech €50,000 biex jimmi­na lil David Casa fl-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew, jgħid li l-kriżi fil-PN hi ġlieda biex il-Partit jiġi sal­vat minn idejn nies li daħlu biss biex idaħħluh ġo ħajt. Jappella lin-Nazzjonalisti: “Ejjew ingħaqdu magħna biex il-partit neħilsuh minn dan il-monstru li qed jipprova jaħkmu.” ● Fuq il-midja soċjali, id-Deputat Edwin Vassallo jgħid li r-riżenja tad-deputati li sfiduċjaw lil Delia hi inevitabbli. ● Ikomplu l-laqgħat tal-President Vella ma’ deputati dissidenti. ● Fl-istess ħin, il-portal tagħna, one.com.mt, ħabbar b’mod esklussiv li kienet qed issir laqgħa sigrieta għand Louis Galea fisSiġġiewi. Il-laqgħa, simili għal oħra ftit tax-xhur ilu bl-istess skop, kompliet “ħawdet il-borma”. ● Comodoni Cachia, il-magħżula għal Kap tal-Oppożizzjoni mir-ribelli Nazzjonalisti, tirrifjuta li tikkummenta dwar il-ħatra possibbli u tgħid li “l-proċess għadu għaddej”. F’kummenti lit-Times, hi tgħid li l-President tar-Repubblika kien għadu jrid jiddeċiedi dwar il-kwistjoni kollha u għalhekk kien kmieni wisq biex tiddiskuti l-pjani tagħha. ● Id-19-il Deputat Nazzjonalista li sfiduċjaw lil Delia joħorġu stqarrija oħra u jitolbu lill-Kap iwarrab fl-interess nazzjonali u tal-Partit, waqt li jelenkaw raġunijiet li skont huma jiġġusti-


05

12.07.2020

kullhadd.com

IL-WIRT MILL-GRUPP PARLAMENTARI TA’ BUSUTTIL U DAWK LI ŻDIEDU WARA L-2017, SKONT L-APPOĠĠ LEJN IL-KAP ATTWALI ADRIAN DELIA fikaw it-tali deċiżjoni. ● Fl-ewwel kumment tagħha wara li ġiet innominata għal flok Delia, Comodini Cachia tikteb sentenza waħda fuq il-paġna tagħha ta’ Facebook. Sentenza immirata lejn il-President ta’ Team Start, Thomas De Martino fejn qal: “M’iniex wara Kap tal-Oppożizzjoni li hija kontra l-valur tal-ħajja.” Comodini Cachia qalet biss: “M’iniex favur l-abort. Ċara biżżejjed din?!” ● Rapporti jgħidu li l-President George Vella qal lid-Deputati Nazzjonalisti li mhux magħruf jekk jistax jaħtar Kap tal-Oppożizzjoni ieħor li mhux Kap talPN. Dan flimkien ma’ interpretazz-

FAVUR Delia KONTRA Delia m’għadhomx fil-Grupp Parlamentari

Adrian Delia

Karol Aquilina

David Thake

jonijiet varji ta’ x’jgħid Artiklu 90 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta fejn jittratta din il-ħatra partikolari. ● Delia joħroġ stqarrija biex jirribatti dik tad-19-il deputat li sfiduċjawh u għal darb’oħra jikkonferma l-lealtà tiegħu lejn it-tesserati, se jibqa’ josserva l-istatut tal-Partit u f ’kull ħin se jibqa’ fidil lejn il-ġurament tal-ħatra Kostituzzjo­nali tiegħu.

IS-SIBT 11 TA’ LULJU ● Michael Briguglio, meqjus sa erbat ijiem ilu bħala parti integ­ rali mill-fazzjoni ta’ Busuttil, ħareġ pubblikament jattakka lid-Deputati Nazzjonalisti li, fi kliemu, “mhux jirrispetta(w) id-demokrazija u l-istatut”. ● Il-ġurnal The Malta Independent irrapporta li l-President tar-Repubblika George Vella kkonferma li hemm il-maġġoranza meħtieġa biex Delia effettivament jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni. Minkejja dan, stqarr li hu għandu parir legali li għandu jerġa’ jaħtar lil Delia bħala Kap tal-Oppożizzjoni. ● Il-ġurnal The Times jgħid li żewġ terzi tad-Deputati Nazzjonalisti qalu lill-President George Vella li m’għandhomx fiduċja f ’Adrian Delia.

Ivan Bartolo

Hermann Schiavone

Ivan Bartolo

Edwin Vassallo

Maria Deguara

Karl Gouder

Kevin Cutajar

IT-TRADIMENT TAL-KAP Id-19-il membru fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li t-Tlieta li għadda vvutaw kontra l-Kap attwali f’laqgħa taħraq fid-Dar Ċentrali stess, baqgħu ma uffiċjalizzawx irwieħhom pubblikament. Dan bl-esklużjoni tad-Depu­tati Chris Said u Therese Co­mo­di­ni Cachia stess, li ressqu l-mozzjoni u sussegwentement ippubblikaw stqarrija fejn urew l-intenzjoni ċara tal-grupp, u d-Deputata Claudette Buttigieg li spiċċat takkumpanja lil tal-ewwel għand il-President tar-Repubblika biex Comodini Cachia tingħata l-pożizzjoni Kostituzzjonali ta’ Kap tal-Oppożizzjoni.

Minkejja t-tali sinjal ta’ dgħufija, aktarx influwenzat mir-rabja kbira li qanqlu fost għadd kbir ta’ partitarji, l-identità tal-bqija llum xorta waħda hi sigriet magħruf, kif qegħdin nuru hawn fuq.

Ta’ min jinnota li, waqt li s-17-il “Eroj Blu” ta’ Jason Azzopardi tilfu lil Simon Busuttil u Marthese Portelli, li rriżenjaw mill-Par­­la­ment, posthom illum ħaduh Kristy Debono u Hermann Schiavone, li sa ftit ilu kienu alleati sew talKap Nazzjonalista. Determinati li jingħaqdu magħ­­­­­­­­­hom hemm Marlene u Godfrey Farrugia, eletti fil-Parlament għall-Partit Demokratiku, imma parti mill-ftehim mal-PN ta’ Busuttil. Avolja dik baqgħet magħru­fa bħala l-“koalizz­jo­ni tal-konfużjo­ni”, hu ovvju li, kif qed jara kulħadd, it-taħwid fil-PN fadallu biex jispiċċa.


06

12.07.2020

kullhadd.com

TESTIJIET TAL-COVID-19 BIN-NUMRI SA ĠUNJU, KIEN HEMM KWAŻI 1,000 PERSUNA LI SARULHOM ĦAMES SWAB TESTS JEW IŻJED KULL WIEĦED … 30% TAL-KAŻI POŻITTIVI RRAPPURTATI KIENU TA’ BARRANIN LI JGĦIXU FOSTNA

NAZZJONALITÀ

Tagħrif ippubblikat din il-ġimgħa mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne fil-Parlament żvela għadd ta’ numri relatati mat-testijiet (swab tests) li saru fl-imxija talCOVID-19 f ’pajjiżna minn Frar li għadda sal-aħħar ta’ Ġunju. F’sitwazzjoni fejn Malta ngħatat tifħir kbir għall-mod kif iffaċċjat il-pandemija, inkluż mill-Organizzazzjoni Dinjija tasSaħħa (WHO) innifisha, u d-dinja għadha qed tfittex kura għall-virus li niżżel lil diversi pajjiżi għarkupptejhom, l-istatistika relatata tkompli tagħti stampa akbar tal-ħidma bla preċedent li kellhom jiffaċċjaw diversi ħaddiema, partikolarment dawk mediċi. Filwaqt li hu fatt magħruf li, bħala wieħed mill-aktar pajjiżi li għamel testijiet pro rata, qbiżna

ċ-ċifra ta’ 100,000 swab test s’issa, it-tagħrif żvela indikaturi ġodda, bħal pereżempju kemm kien hemm persuni li għamlu t-test iżjed minn darba u l-oriġini tal-persuni li nstabu pożittivi. Fil-fatt, il-Ministru għas-Saħħa ħabbar li kien hemm aktar minn 14,000 persuna li għamlu t-test aktar minn darba, inkluż 966 li sarilhom ħames darbiet jew iżjed. Minn dawn, saħansitra 47 persuna kellhom it-test għal 10 darbiet jew iżjed. Minbarra hekk, minn erba’ tweġibiet Parlamentari li ngħataw għall-mistoqsijiet tad-Deputati Claudette Buttigieg u Hermann Schiavone jirriżulta li 469 persuna minn 671 każ pożittiv li ġew irreġistrati sal-bidu ta’ dan ix-xahar kienu Maltin, waqt li l-kumplament (30%) kienu barranin li

XAHAR

SWABS

PERSUNI

Frar Marzu April Mejju Ġunju

156 7,655 26,207 37,767 26,521

150 6,835 22,185 28,961 17,721

jgħixu hawn. L-akbar ammonti ta’ barranin tal-istess nazzjonalità kienu Indjani (31), segwiti mit-Taljani (22), is-Sudaniżi (18), il-Filippini u l-Brittaniċi (12). Id-Deputat Prim Ministru wieġeb ukoll dwar l-ammont ta’ swabs kollha li saru xahar b’xahar minn Frar sa tmiem Ġunju li għaddew u l-ammont ta’ swabs li ma kinux testijiet li reġgħu saru lill-istess persuni matul l-istess perjodu. Minn dawn joħroġ li x-xahar ta’ Mejju kien l-aktar wieħed impenjattiv b’37,767 swab test u 28,961 swab test rispettivament.

SWABS PERSUNI 2 3 4 5 6 7 8 9 10 +

10,027 2,513 870 429 228 158 60 44 47

Malta Indja Italja Sudan Filippini Renju Unit Somalja Pakistan Spanja Gambja Bangladesh Serbja Chad Eritrea Sirja Libja Kosta tal-Avorju Marokk Norveġja Senegal Etjopja Nepal Niġerja Greċja Portugall Ukrajna Ungerija Iran Irlanda Russja Ġappun Togo Albanija Stati Uniti tal-Amerka Maċedonja ta’ Fuq Bulgarija Kanada Mali Tuneżija Kolumbja Eġittu New Guinea Ċina Finlandja Franza Sri Lanka Georgia Alġerija Ġermanja Ghana Hong Kong Rumanija Żvezja Turkija

KAŻI 469 31 22 18 12 12 9 7 7 6 5 5 4 4 4 4 3 3 3 2 2 2 2 2 2 2 2 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1 1


07

12.07.2020

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

kullhadd.com

TRAĦĦIS FIN-NOLLIJIET TAL-GOZO CHANNEL MISTENNI JATTIRA AKTAR TURIŻMU INTERN DAN IS-SAJF Skema ta’ vjaġġar bi prezz ferm imraħħas finnoll tal-Gozo Channel sal-aħħar ta’ dan ix-xahar għandha l-għan li tattira iżjed Maltin biex iqattgħu l-vaganzi tagħhom fil-gżira-oħt f ’dan il-perjodu. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li minn għada, il-prezzijiet tal-Maltin u tal-barranin se jkunu mraħħsin drastikament għall-biljetti li jinxtraw mit-Tnejn sal-Ħamis bejn is-14:15 u nofsillejl.

L-iskema ma tapplikax għall-vetturi kummerċjali. Fil-fatt, il-prezz ta’ passiġġier se jkun €2.50 minflok €4.65 u l-prezz ta’ vettura se jkun €8.50 flok €15.70. Fi kliem il-Ministru Camilleri, “Għawdex għandu jkompli jattira n-nies mhux biss fi tmiem il-ġimgħa, iżda fost il-ġranet l-oħra tal-ġimgħa.” Iċ-Ċermen tal-Gozo Channel Joe Cordina qal li inizjattivi bħal dawn ikomplu jgħinu lill-ekonomija Għawdxija, waqt li l-Kap Eżekuttiv tal-Assoċjazz-

SAVINGS BOND ĠDID GĦAL DAWK 62+ Wara s-suċċess tal-ħruġ fl-aħħar tliet snin, il-Gvern nieda r-raba’ ħruġ tas-savings bond għall-persuni ’l fuq minn 62 sena, bi preferenza lil dawk l-applikanti eliġibbli kollha li s’issa qatt ma bbenefikawx mit-tliet ħarġiet preċedenti. Għal darb’oħra, dan il-bond se jkun qed jagħti dħul tajjeb tul il-kors tal-investiment lil numru sostanzjali ta’ anzjani li bil-bżulija u l-għaqal tagħhom faddlu xi ħaġa tal-flus matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom. Il-bond joffri rata ta’ mgħax ogħla minn dik offruta fis-suq. Fil-fatt, ir-rata ta’ mgħax se tkun ta’ 3% fis-sena fissa għal ħames snin, ħafna aħjar mir-rati li qegħdin jiġu offruti bħalissa fissuq għall-istess terminu ta’ żmien u għall-istess profil ta’ riskju. L-investiment se jkun fiss għal ħames snin u mhux negozjabbli fuq il-Borża ta’ Malta u ma jistax jiġi trasferit minn individwu għal ieħor. Kull individwu eliġibbli se

jkun jista’ jinvesti mhux inqas minn €500 u mhux iżjed minn €10,000, waqt li l-bond huwa mmirat biex jinżamm sad-data tal-fidwa, jiġifieri sas-sena 2025, għalkemm jekk tinqala’ l-ħtieġa wieħed jista’ jiġbed l-ammont kollu investit f ’dan il-ħruġ qabel id-data tal-maturità. F’dan il-każ ikun hemm penali ta’ tliet xhur imgħax. Min-naħa l-oħra, f ’każ ta’ wirt, il-kapital flimkien mal-imgħax miżmum jitħallsu lura lill-werrieta permezz tal-proċedura causa mortis u ma jkun hemm l-ebda penali meta l-bond jitħallas lura lill-werrieta ladarba d-detentur jiġi nieqes. L-imgħax se jitħallas kull sitt xhur b’lura fil-21 ta’ Jannar u fil21 ta’ Lulju ta’ kull sena sakemm il-bond jimmatura u l-individwi eliġibbli jistgħu jagħżlu li jirċievu l-imgħax bit-taxxa mnaqqsa minn ras il-għajn jew jirċievu l-ammont kollu gross u jiddikjaraw id-dħul li jirċievu mill-imgħax fil-prospett tat-taxxa fuq id-dħul.

L-applikazzjonijiet jiftħu fit8:30 a.m. tal-Erbgħa li ġej u jagħlqu l-għada l-Ħamis fil-5:00 p.m., jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General. L-applikanti l-ġodda għandhom japplikaw permezz tal-formola tal-applikazzjoni ‘A’ li tista’ titniżżel minn fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment tat-Teżor jew jiksbuha minn u jiddepożitawha għand l-istituzzjonijiet finanzjarji jew fornituri oħrajn ta’ servizzi ta’ investiment awtorizzati. L-applikanti li diġà investew fit-62+ Savings Bonds tal-Gvern għandhom jimlew il-formola tal-applikazzjoni ‘B’ (li ntbagħtitilhom bil-posta) u jissottomettuha f ’waħda mill-istituzzjonijiet finanzjarji jew fornituri oħrajn ta’ servizzi ta’ investiment awtorizzati. Aktar tagħrif jinkiseb mill-Prospett li jista’ jitniżżel minn fuq is-sit elettroniku tatTeżor – www.treasury.gov.mt – jew billi wieħed iċempel fuq in-numru 2596 7125.

joni Għawdxija għat-Turiżmu Joe Muscat faħħar lill-Gvern u qal li b’inizjattivi simili qed ikompli jiġbed aktar viżitaturi lejn Għawdex. Dan hu inċentiv addizzjonali mal-miżuri l-oħrajn li għamel il-Gvern biex jattira t-turiżmu u jiġġenera l-ekonomija Għawdxija, filwaqt li jħeġġeġ iżjed Maltin u turisti jieħdu vantaġġ minn dawn il-prezzijiet vantaġġużi u jagħżlu lil Għawdex bħala d-destinazzjoni tagħhom dan is-sajf.


08

12.07.2020

kullhadd.com

IL-MOLL IL-QADIM FIĊ-ĊIRKEWWA QED JINBENA MILL-ĠDID Fost il-proġetti marittimi li qed twettaq madwar il-kosta, kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex, Infrastructure Malta bħalissa qed terġa’ tibni millġdid il-moll il-qadim fiċ-Ċirkewwa. Partijiet mill-istruttura ta’ dan il-moll, li hu twil 100 metru, tfarrku maż-żmien bil-konsegwenza li l-vapuri t’Għawdex ma kinux għadhom jistgħu jorbtu miegħu b’mod sigur f ’ċertu temp. Ladarba jitlesta l-proġett, li se jiswa €1.6 miljun, dan il-moll ikun jista’ jerġa’ jsir użu minnu kull meta tinqala’ l-ħtieġa, partikolarment f ’dawk il-perjodi tas-sena meta l-vjaġġi bejn iż-żewġ gżejjer ikunu aktar frekwenti bil-vapuri jaqsmu l-fliegu kontinwament.

Minħabba li l-ħsarat li ġarrab kienu konsiderevoli, saħansitra kellhom jitneħħew il-fenders li jservu ta’ lqugħ bejn il-moll u l-vapuri meta dawn jittrakkaw miegħu. Il-moll ilġdid se jkollu gverta aktar sigura, strutturi akbar għall-fenders, bitti (il-bollards għall-irmiġġ) u slielem t’emerġenza ġodda. Faċilitajiet oħrajn li se jsiru bħala parti mill-proġett jinkludu konnessjonijiet għas-servizzi tal-ilma u d-drenaġġ taħt l-art għall-vapuri waqt li jkunu rmiġġati u sistema ta’ dawl aħjar. Dan se jiffaċilita t-tindif tal-vapuri waqt li jkunu ankrati filport kif ukoll it-twassil tal-provvista tal-ilma għal fuqhom.

Il-moll il-ġdid se jkun terz ta’ metru ogħla minn wiċċ il-baħar milli hu bħalissa, biex jofroq aktar il-mewġ u b’hekk ikun aktar sigur għall-użu. L-istrutturi li magħhom jintrabtu l-fenders ukoll se jkunu ogħla minn dawk li kien hemm qabel, biex isiru fenders akbar li joffru lqugħ aħjar lill-vapuri. Filwaqt li huwa mmirat li x-xogħlijiet ta’ dan il-proġett jitlestew fl-ewwel kwart tas-sena d-dieħla u l-vapuri t’Għawdex jibdew jittrakkaw mal-moll il-ġdid wara Marzu, qed jiġi kkunsidrat ukoll għandhomx isiru interventi fuq l-istruttura tal-fanal (lighthouse) li hemm fl-istess port taċ-Ċirkewwa.


09

12.07.2020

kullhadd.com

JIRRITORNAW VISTI FIS-SWALI F’SAN VINĊENZ Minn għada t-Tnejn se jkunu qed jinfetħu l-bibien tas-swali tar-Residenza San Vinċenz de Paul għal dawk kollha li jkunu jridu jżuru lil qrabathom, li jinsabu residenti fil-post. Il-Faċilità għall-Kura fit-Tul ta’ San Vinċenz De Paul ħabbret li, bis-saħħa tad-dedikazzjoni sħiħa tal-ħaddiema u l-koperazzjoni tal-klijenti, is-sitwazzjoni tal-COVID-19 fis-swali qed tiġi kkontrollata b’mod effettiv ħafna. “Għaldaqstant, b’effett minn nhar it-Tnejn, 13 ta’ Lulju 2020, se jinfetħu l-bibien tas-swali ta’ San Vinċenz għall-viżitaturi. L-operat li bih se jitmexxew dawn iż-żjarat mill-qraba u l-ħbieb tal-anzjani ġie diskuss u maqbul mal-awtorita­jiet tas-saħħa pubblika. Din in-normalità l-ġdida fil-fatt se tassigura kemm sigurtà kif ukoll dinjità għall-anzjani, filwaqt li jiġu osservati l-linji gwida kontra t-tixrid ta’ mard,” ingħad fi stqarrija maħruġa mis-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u Persuni b’Diżabilità. L-istess stqarrija tat dettalji tal-ħinijiet u kundizzjonijiet li se jkunu qed jirregolaw is-sistema l-ġdida matul dawn il-visti li se jsiru kif indikat hawn taħt: Ħinijiet: 10.30 – 12.00 / 16.00 – 19.00 •Iż-żjarat isiru bl-appuntament mal-Customer Care ta’ San Vinċenz De Paul fuq 22912373. Hawnhekk il-viżitaturi li jkunu se jattendu jridu jagħtu l-isem u n-numru tal-karta tal-identità. •It-telefonati għall-appuntamenti jistgħu jsiru mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8am u l-5pm. •Jistgħu jattendu massimu ta’ 2 viżitaturi għal kull appuntament. •Importanti li kull viżitatur iġib miegħu maskra jew visor u jrid jilbishom tul il-vista kollha. •Dakinhar tal-appuntament il-viżitaturi jridu jirreġistraw il-wasla tagħhom fil-Main Gate. •Il-viżitaturi għandom jippre­ żentaw il-karta tal-identità fil-post tar-registrazzjoni. •Wara r-reġistrazzjoni l-viżita­turi jridu jgħaddu mill-proċess ta’ screening fejn tiġi ċċekkjata t-temperatura tagħhom. Wara jistgħu jipproċedu għall-entratura skont is-sala. •Mhux permess li viżitatur jgħaddi minn sala għal oħra biex jasal fis-sala mixtieqa. •Għal dan il-għan se jibqa’ jiġi provdut shuttle service u hu permess li viżitaturi jidħlu bil-karozzi tagħhom u jipparkjaw ġewwa.

TIĠIH IN-NOSTALĠIJA GĦAT-“TEŻORERIJA”?! L-eks fotografu ta’ Eddie Fenech Adami, li daħħal €675,000 taħt il-PN, jinfexx jattakka lill-Ministru tal-Finanzi attwali u jistaqsi l-validità tal-kariga Wieħed minn dawk li baqgħu jaħilbu l-baqra taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, din il-ġimgħa ħareġ jikkritika lill-Ministru attwali tal-Finanzi Edward Scicluna u staqsa jekk il-pożizzjoni hix waħda valida. Eddie Aquilina, li dabbar €675,000 fuq perjodu ta’ 13-il sena taħt Gvernijiet Nazzjonalisti, ikkritika wkoll il-finanzi talpajjiż anke jekk, ironikament, illum jinsabu f ’qagħda bil-wisq aħjar, grazzi għall-istess Professur Scicluna, fost oħrajn. F’artiklu fuq il-faċċata ta’ wara tatTimes tat-Tlieta li għadda, intitolat “Fifty shades of grey list”, l-eks fotografu ta’ Eddie Fenech Adami pprova jkompli jiskredita l-istituzzjonijiet nazzjonali u l-pajjiż inġenerali quddiem l-isfida tal-Moneyval, il-kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Promotion Services Ltd, il-kumpanija ta’ Aquilina, li tħaddan fiha d-dar tal-pubblikazzjoni Miranda Publishers, daħħlet iżjed minn €675,000 minn bejgħ ta’ kotba u servizzi oħrajn lil ministeri u entitajiet governattivi bejn is-sena 2000 u l-2013 fil-maġġoranza tagħhom b’direct orders. Aquilina spiss jattendi l-attivitajiet ta’ Occupy Justice fejn f ’waħda mill-istess attivitajiet (ritratt fuq) kien infexx mal-ġurnalisti ta’ ONE News fejn qalilhom li jistgħu jiġbduh kemm iridu għax hu m’għandu xejn x’jaħbi u sebgħu dritt. Aquilina, li jiftaħar li beda l-vjaġġ politiku u fotografu tiegħu ma’ Fenech Adami lura għall-1981, ippubblika l-ktieb Eddie l-Għażla tal-Poplu lejlet l-Elezzjoni Ġener-

ali tal-1987 u ieħor aktar riċenti illustrat bir-ritratti tiegħu stess u bit-titlu My Journey Through a Lens With Eddie Fenech Adami, fost ħafna oħrajn. Skont tagħrif li kien ingħata fil-Parlament ftit taż-żmien ilu, ħareġ li l-kumpanija ta’ Aquilina ngħatat €675,348.36 (madwar €52,000 kull sena) fuq perjodu ta’ 13-il sena infila u kienu jkopru wkoll l-iffinanzjar ta’ kotba li kienu għadhom iridu jiġu stampati mill-istess Miranda. Minn dawn jirriżulta li aktar minn nofs is-somma (€343,460.03) tħallsu millMinisteri tat-Turiżmu taħt tliet Ministri differenti – Michael Refalo, is-Segretarju Ġenerali attwali tal-PN Francis Zammit Dimech u Mario Demarco rispettivament. Minkejja dan, Aquilina din il-ġimgħa kiteb li hu stramb kif il-finanzi talpajjiż miġburin mit-taxxi tal-poplu huma msejħin it-“Teżorerija” u staqsa kif għandu jkun hemm xi ħadd li jgħassishom. “Lately one of these cows asked why one appoints a minister for finance in the first place. In some countries, the holder of the position is referred to as the treasurer and he is engaged purposely to keep guard over the country’s finances which is strangely called the treasury. This trivia of information

might give Edward Scicluna a small hint as to why he has been told to sit at a desk in an elegant government office complete with government car and driver on call,” kiteb Aquilina, daqslikieku l-Ministru Scicluna qiegħed hemm għalxejn. L-ironija hi li fi żmien meta l-pappa kienet tinżel bħal manna fuq Aquilina, ilpajjiż kien għarkupptejh, waqt li l-poplu kien mgħobbi bl-agħar kontijiet possibbli b’riżultat tat-tmexxija ħażina tal-amministrazzjonijiet ta’ Fenech Adami u Gonzi. Imma żgur mhux se nlumuh li għalih dan kien “teżor”, la kien jerda tajjeb minnu.


10

12.07.2020

kullhadd.com

63% SUĊĊESS GĦAT-TAGĦLIM ONLINE SKONT L-EDUKATURI STĦARRIĠ FOST L-GĦALLIEMA DWAR IL-LEZZJONIJIET VIRTWALI MATUL IL-PANDEMIJA JIRREĠISTRA RATA OGĦLA TA’ PARTEĊIPAZZJONI FOST L-ISTUDENTI TAL-PRIMARJA MILLI DAWK TAS-SEKONDARJA Riżultati minn stħarriġ, li mexxa d-Direttorat għal-Litteriżmu Diġitali fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fost 1,910 edukaturi, urew li 63% minnhom qalu li l-maġġoranza tal-istudenti ħadu sehem regolarment filproċess ta’ tagħlim temporanju online matul ix-xhur li l-iskejjel damu magħluqin b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19. L-edukaturi, li ġew intervistati bejn is-6 u t-13 ta’ Mejju, kienu jvarjaw minn kapijiet u assistenti kapijiet tal-iskejjel, kapijiet ta’ dipartimenti, għalliema, inkluż tal-Kindergarten, u learning support educators (LSEs). Il-Ministru responsabbli Owen Bonnici qal li dan l-istħarriġ seħħ bi qbil mill-Working Group li twaqqaf speċifikament fuq ittagħlim online u l-kurrikulu. Hu wkoll ippreżenta sommarju b’uħud mill-punti mill-istħarriġ fil-Parlament bi tweġiba għal mistoqsija mid-Deputat Clyde Puli. Dan tal-aħħar staqsa dwar kemm kien hemm studenti assenti waqt il-ħin tat-tagħlim li kien qed jingħata. Mill-istess punti tal-istħarriġ jirriżulta li l-edukaturi sabuha aktar diffiċli li jirregolaw it-tagħlim tagħhom b’mod sħiħ mal-istudenti tal-Middle Schools u tas-Sekondarja. Fil-fatt dawn irreġistraw l-ogħla rati ta’ parteċipazzjoni fl-iskejjel tal-Primarja – 79% tal-għalliema tal-Year 3 u Year 4; 74% tal-għalliema tal-Year 5 u Year 6; u 73% tal-għalliema tal-Year 1 u Year 2 – u tennew li l-maġġoranza tal-istudenti tagħhom kienu jattendu regolari għal-lezzjonijiet virtwali. Min-naħa l-oħra s-sehem tal-istudenti tal-Middle Schools u tas-Sekondarja kien aktar problematiku, skont l-edukaturi. Minn dawn, 55% tal-għalliema tal-Year 7 u Year 8 fil-Middle Schools qalu li l-istudenti tagħhom kienu parteċipi b’mod regolari. Il-persentaġġ jinżel għal 50% tal-għalliema fis-Sekondarja li esprimew l-istess

fehma. Fis-sommarju jingħad ukoll li dan l-istħarriġ ikkummissjonat ippreżenta stampa realistika tal-mod kif l-edukaturi qamu għall-isfida biex mil-lejl għan-nhar jibdew jgħallmu b’mod virtwali, meħud kont taċ-ċirkostanzi kif irriżultaw f ’pajjiżna u li wasslu għal miżuri drastiċi, inkluż li titwaqqaf ħesrem is-sena skolastika. L-istħarriġ wera li l-edukaturi għamlu impenn tajjeb biex ikopru kemm jistgħu mis-sillabu, b’70% wieġbu li kien irnexxielhom ilaħħqu kważi s-sillabu kollu, waqt li 13% oħrajn qalu li kienu qabżu nofs is-sillabu. Minbarra hekk, jingħad li l-edukaturi użaw diversi mezzi biex jilħqu lill-istudenti online, bil-maġġoranza jagħmlu użu minn iktar minn metodu wieħed biex jingaġġaw magħhom. Kien hemm 72% tal-għalliema li qalu li kienu rrevedew ix-xogħol tal-istudenti u bagħtulhom ir-reazzjoni tagħhom mill-inqas tliet darbiet fil-ġimgħa. Saħansitra 40% qalu li għamlu dan b’mod frekwenti ta’ kuljum mit-Tnejn sal-Ġimgħa. Jirriżulta li 61% tal-edukaturi wkoll bagħtu spjegazzjonijiet tal-lezzjonijiet fuq vidjow tliet darbiet jew iżjed fil-ġimgħa, waqt li bl-istess frekwenza 76% qalu li bagħtu worksheets jew handouts lill-istudenti tagħhom. Dawk li wieġbu li kienu għamlu interazzjoni f ’ħin reali mal-istudenti mill-inqas tliet darbiet fil-ġimgħa ammontaw għal 38%, waqt li 17.8% qalu li għamlu dan inqas regolari. Fil-konklużjoni tas-sommarju jingħad li “dawn iċ-ċifri juru li s-sena skolastika li jmiss se tkun perjodu importanti biex nerġgħu ningaġġaw mal-istudenti kollha fis-sistema edukattiva. Aħna fiduċjużi li, bl-appoġġ tal-imsieħba kollha involuti, se nkomplu naħdmu flimkien għall-ġid tal-istudenti kollha tagħna bil-għan li nsostnuhom fil-kisba tal-potenzjal sħiħ tagħhom.”


11

12.07.2020

kullhadd.com

TBASSIR AĦJAR GĦAL PAJJIŻNA Tkompli minn paġna 1

IL-ĠID NAZZJONALI FL-2021 IMQABBEL MAL-2019 0.0% -1.0% -2.0% -3.0% -4.0% -5.0%

Sp an ja Po rt ug al l Fr an za Fi nl an dj a G re ċj Żo a na Ew ro B el ġj u Ċ ip ru Irl an da O la nd Sl a ov ak kj a Es to nj a A w st rij Ġ a er m an ja Sl o Lu ve n ss em ja bu rg u La tv ja Li tw an ja M A LT A

-6.0%

Ita lja

It-tbassir tas-sajf tal-Kummissjoni Ewropea, li għadu kemm ġie ppubblikat, kien ferm agħar minn dak li kienet għamlet hi stess ftit xhur ilu fit-tbassir tar-rebbiegħa. Dakinhar l-esperti tal-Kummisjoni kienu sostnew li l-ekonomija taż-Żona Ewro kienet se tonqos b’7.7% fl-2020 u tirkupra 6.3% fl-2021. Issa qed tbassar li t-telf fl2020 se jiżdied għal 8.7%, jew 1% aktar, filwaqt li fl-2021 l-irkupru hu proġettat li jkun 6.1% biss, jew 0.2% inqas minn dak maħsub ftit xhur ilu. B’hekk fuq sentejn hemm tbassir rivedut ’l isfel b’1.2%. Fil-każ ta’ Malta l-esperti Ewropej kienu inizjalment bassru li fl-2020 l-ekonomija se tonqos b’5.8% biex imbagħad tikber b’6% fl-2021. Fis-Summer Forecast it-tnaqqis għall-2020 ġie rivedut għal 6%, jew 0.2% aktar, mentri t-tkabbir fl-2021 issa huwa mbassar li se jkun 6.3%, jew 0.3% aktar mit-tbassir preċedenti tal-Kummissjoni. Dan ifisser li, waqt li għall-bqija taż-Żona Ewro l-esperti barranin għamlu tbassir aktar negattiv, għal pajjiżna t-tbassir għal dawn is-sentejn tjieb. Ir-raġuni ewlenija għal din l-opinjoni toħroġ espliċitament fir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea. Fil-fatt, f ’żewġ paragrafi separati l-ekonomisti tal-Kummissjoni jfaħħru l-pakketti ta’ għajnuna li ta l-Gvern Malti. Skont dawn l-esperti, l-għajnuna “għandha ttaffi l-impatt ekonomiku” (“should help cushion the economic impact”), tant li nnotaw li diġà hemm numru ta’ indikaturi li juru li f ’ċerti oqsma, bħall-kostruzzjoni u l-manifattura, hemm sinjali

ta’ tkabbir. Minbarra hekk ir-rapport jindika li “l-mutur ewlieni għall-irkupru mistenni jiġi mill-investimenti, appoġġjati mill-pakketti mħabbra mill-Gvern” (“the main driver of the recovery is set to come from investment, supported by the recovery packages announced by the authorities”). Il-fiduċja qawwija tal-esperti Ewropej fis-saħħa tal-pakkett ta’ riġenerazzjoni ekonomika toħroġ ukoll mill-fatt li Malta hi l-uniku pajjiż li mistenni li fl-2021 ikun irkupra d-daqqa tal-2020. L-agħar daqqa ekonomika se tolqot lill-Italja, fejn il-ġid nazzjonali mistenni jaqa’ din is-sena għal-livell li kien 24 sena ilu, fl-1996. Dan minħabba daqqa ekonomika ta’ 11.2%. Fl-2021 għalkemm se jkun hemm xi rkupru, għat-Taljani dan se jkun b’pass kajman tant li l-ġid nazzjonali se jkun għadu fil-livell li

kien fl-1999, jew kważi ġenerazzjoni ilu. Fil-Ġreċja, din is-sena l-ġid nazzjonali mistenni jaqa’ għal-livell tal-1998, imma fl-2021 is-saħħa tal-irkupru ekonomiku hi tali li l-livell ikun tela’ għal dak li kien tliet snin ilu. Fi Franza d-daqqa tal-2020 se titfa’ l-ekonomija lura għal li kienet fl-2009, biex imbagħad is-sena d-dieħla l-kejl tal-ekonomija Franċiża jkun reġa’ lura għal-livell tal-2016. Waqt li bħala medja l-ġid nazzjonali fiż-Żona Ewro fi tmiem l-2021 hu mbassar li jkun għadu 3.1% inqas mil-livell li kien qabel l-imxija tal-COVID-19, f ’pajjiżna dan se jkun diġà ntlaħaq, skont it-tbassir tal-Kummissjoni. Dan jikkuntrasta bil-kbir ma’ pajjiżi ġirien, bħall-Italja, fejn il-ġid nazzjonali se jkun kważi 6% inqas, jew Franza fejn id-distakk se jkun ta’ kważi 4%.

30 SENA TA’ MUŻIKA JAZZ Festivals Malta, flimkien mal-Mi­ nisteru tal-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali nedew verżjoni alternattiva tal-Malta Jazz Festival. Bħala ċelebrazzjoni tat-30 anniversarju, il-festival se jinkludi programm online u spettaklu ta’ jazz live f ’Misraħ il-Ħelsien fil-Belt Valletta u fit-taraġ biswit il-Parlament bit-titlu ta’ “The City Jazz Series”, bħala kontribut lejn il-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-kapitali. Il-Malta Jazz Festival jibda minn għada permezz ta’ esebizz­ joni ta’ ritratti u memorabilia fost oħrajn, fil-Lukanda Phoenicia, imsemmija “Notes from the Harbour”. Il-masterclasses annwali se jsiru permezz ta’ sessjonijiet diġitali u oħrajn live fil-Green Room tal-Pjazza Teatru Rjal u l-Lukanda Phoenicia.

Charles “City” Gatt / Ritratt: PIERRE STAFRACE

Il-programm online jiċċelebra l-patrimonju tal-Malta Jazz Festival, permezz ta’ filmati b’messaġġi speċjali għal din l-okkażjoni minn artisti lokali u barranin li tul dawn l-aħħar 30 sena għamlu parti mill-festival, flimkien ma’ filmati b’unur lejn l-ewwel direttur artistiku tal-Jazz Festival, Charles “City” Gatt, li hu meqjus bħala l-missier tal-mużika jazz Maltija.

Peress li r-restrizzjonijiet fuq l-ajruporti ġew irrilaxxati, il-Malta Jazz Festival se jilqa’ wkoll xi artisti internazzjonali biex jieħdu sehem fis-‘City Jazz Series’, li tikkonsisti minn kunċerti ta’ nofsinhar u oħrajn filgħaxija f ’Misraħ il-Ħelsien. Il-Malta Jazz Festival se jittella’ online fuq il-paġna ta’ Facebook u s-sit uffiċjali ta’ Festivals Malta.

SITUATION VACANT Technical Support Officer with Safe City Malta Ltd Permit No: 352/2020 Main Duties: 1. Provides day-to-day first line support and daily running of network infrastructure and computer systems; 2. Monitors network infrastructure and all data centre systems; 3. Troubleshoots system and network problems, diagnosing and solving hardware or software faults; 4. Provides operational support, including procedural documentation and relevant reports; 5. Works in tandem with other team members, suppliers, services providers and 3rd party contractors to roll-out new services in different locations; 6. Tests and evaluates new technology; 7. Willing to work flexibly out of office hours to assist customers when required. Core competencies: • Layer 2 and Layer 3 network infrastructure operations and maintenance. • System administration (Windows and Linux). Education Level, Qualifications and Skills: • MCAST Advanced Diploma in I.T. (Computer Systems and Networks), or a similar ICT qualification (minimum MQF Level 4). Applicants in possession of CCNP, MCSE or similar certification also considered. LPI and Enemalta Licence A considered an asset. • Fluency in written and spoken English and Maltese. • At least 18 months’ work experience in a similar role. • Good communicator. • Team player. • Ability to work under minimal supervision. • Ability to solve problems from logical principles. Applications together with a detailed CV are to reach us on hr@mimcol.com by not later than 20th July 2020.


12

12.07.2020

kullhadd.com

Ritratti: GARETH DEGIORGIO

FLIMKIEN

Daniel Micallef Kandidat Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit - PL

Il-kelma flimkien hija b’saħħitha minnha nnifsiha. Twaħħad magħha sens ta’ appartenenza, sens ta’ tim, sens ta’ prinċipji li jgħaqqdu, sens ta’ valuri li jġibu ħafna nies flimkien. Dan kollu huwa dak li rrid li nibqa’ nara fil-Partit Laburista. Is-sens ta’ għaqda, il-fatt li rridu nkunu flimkien, kien dak li xprunana biex il-Partit għamel kisbiet importanti fl-aħħar snin. Rebbieħ mhux biss f ’termini elettorali, rebbieħ għax bis-saħħa tal-Partit, għamilna ħafna bidliet pożittivi, u rridu nkomplu naħdmu għal aktar bidliet. Il-Partit Laburista għadda minn eżami importanti ħafna f ’Jannar – kien eżami li ħaddieħor falla fih, u kif qed naraw bħalissa għadu jbati l-konsegwenzi tiegħu. Qed nirreferi għall-elezzjoni ta’ Mexxej Ġdid li fiha pparteċipaw għall-ewwel darba l-membri tal-Partit. Għax il-Partit kien u għadu b’saħħtu, flimkien għaddejna minnu bl-aktar mod dinjituż. Ħriġna b’saħħitna minn dan il-proċess aktar milli dħalna għalih.

L-aħħar jiem kienu jiem li fihom il-Partit reġa’ beda bi proċess wiesa’ ħafna ta’ tiġdid. Kienu jiem fejn ħassejtni mċekken bl-appoġġ qawwi li rċivejt mingħand l-attivisti tal-Partit - id-delegati, il-membri u dawk kollha li għandhom dan il-Partit għal qalbhom. Kien dan l-appoġġ li wassalni biex inwieġeb għas-sejħa li saritli. Nifhem li dan kollu jitfa’ responsabilità ikbar fuq spallejja, responsabilità li lest inġorr kif għamilt f ’karigi oħrajn fdati lili flaħħar snin; responsabilità li naf li mhux ser inġorr waħdi, għax bħala Partit dejjem ħdimna fi spirtu ta’ tim. Il-viżjoni tiegħi għal dan il-Partit tistrieħ fuq tliet punti li minnhom joħroġ kull aspett tal-ħidma tagħna: L-ewwel - irridu nkomplu nġeddu l-istrutturi tal-Partit. Dawn l-istrutturi diġà jaħdmu, iżda m’għandiex nistrieħu biss fuq hekk. Irridu noħolqu strutturi ġodda għall-esiġenzi ta’ Partit fil-Gvern fis-sena 2020, filwaqt li nsaħħu l-operat ta’ dawk eżistenti. L-aħħar darba li saru tibdiliet qawwija fl-istatut u allura anke tibdil fl-istess strutturi tal-Partit, kien fl-2010, 10 snin ilu. Dakinhar kellna realtajiet differenti milli għandna llum. Dawn huma istanzi li rridu nħarsu lejhom. Iżda biex nagħmlu dan qabelxejn irridu nitgħallmu mill-esperjenzi li għaddejna minnhom u nirranġaw fejn ikun hemm bżonn li nirranġaw. Nemmen li rridu nsaħħu l-operat tal-Kumitati Lokali tagħna, filwaqt li nsaħħu l-għodda ta’

skrutinju intern fuq livell ta’ Partit. Fil-jiem li għaddew bdejt niltaqa’ proprju mal-attivisti tal-Partit. L-ideat li qed naqsam magħhom huma ideat li ġew mingħandhom stess matul dawn is-seba’ snin li fihom servejt bħala President tal-Partit. Nieħu gost nara li l-attivisti tal-Partit, ma jibżgħux mill-bidla – anzi għatxana sabiex inkomplu nevolvu u nissaħħu f ’dan il-proċess li rridu nagħmlu flimkien. Filwaqt li qed naqsam ħafna ideat, l-appell tiegħi huwa sabiex l-attivisti jiġu b’aktar ideat huma, ħalli fix-xhur li ġejjin niffinalizzaw abbozz ta’ ħsibijiet li jgħinuna nġeddu l-istrutturi tal-Partit għassnin li ġejjin. It-tieni – irridu nkomplu nsaħħu l-kunċett ta’ Moviment. Dan kollu ma jsirx b’detriment ta’ naħa jew oħra, iżda nfittxu dak li jgħaqqad u mhux dak li jifred. Il-partit għandu dover li jibqa’ jiltaqa’ man-nies, jisma’ lil kulħadd, iżda fuq kollox iħeġġeġ biex tittieħed azzjoni fejn ikun meħtieġ li tittieħed. Ix-xenarju politiku li qed naraw jevolvi jobbligana aktar bħala partit li nkomplu ninfetħu ħalli nappellaw għal aktar nies ġodda, iżda fl-istess ħin ma nitilqux mill-valuri importanti li dan il-Partit minn dejjem emmen fihom u se jibqa’ jemmen fihom, il-valuri tal-ġustizzja soċ-

jali, l-għajnuna lil dawk li jifilħu l-inqas u l-valuri tal-ħaddiema u min iħaddem. Il-Partit Laburista jrid jibqa’ d-dar naturali ta’ dawk kollha ta’ rieda tajba. It-tielet – irridu nfasslu l-futur ta’ pajjiżna. Din is-sena li fiha qed infakkru l-100 sena mit-twaqqif tal-Partit, għandha sservi ta’ sfond sabiex inkomplu nidħlu fina nfusna u naraw li noħolqu politika li tkompli tagħmel id-differenza filħajja tan-nies. Il-Partit irid jevolvi fi stakeholder distint fis-soċjetà Maltija – irridu

nkunu propożittivi, oġġettivi, kritiċi, irridu nsaħħu d-diskussjoni interna filwaqt li nservu bħala pjattaforma għal dawk kollha li jridu jipparteċipaw u jagħtu sehemhom fil-proċess politiku. It-triq li għandna quddiemna hija eċitanti. Għandna ħafna xogħol x’nagħmlu, iżda persważ li kemm-il darba se nkomplu nkunu flimkien, allura dan il-Partit mhux biss se jibqa’ l-ikbar forza politika fil-pajjiż, iżda se jibqa’ jkun l-ixprun ta’ kwalità ta’ ħajja dejjem aħjar għall-familji kollha Maltin u Għawdxin.


13

kullhadd.com

BENNIENA TA’ IDEAT Stefan Zrinzo Azzopardi Segretarju Parlamentari

Mill-ġdid il-Partit Laburista għaraf li s-saħħa tiegħu tiġi mir-rieda li jkompli jiġġedded. Fil-Konferenza Ġenerali ta’ ġimgħa ilu l-Partit Laburista bagħat messaġġ ċar li imbarka fuq proċess ta’ aktar tiġdid biex ikompli jitħejja għall-ħidma politika llum u fil-futur. Nistqarr li l-bidla fil-mod kif jinħatar id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit kienet bidla meħtieġa. Id-delegati, membri tal-kumitati, kunsilliera u attivisti jixirqilhom li jkollhom id-Deputat Mexxej li jiffoka fuq il-ħidma tagħhom. Il-Membri Parlamentari u l-Membri tal-Kabinett għandhom rwol importanti x’jaqdu fil-ħidma parlamentari u fit-twettiq tal-politika Laburista li qed isseħħ mill-Gvern. Flimkien ma’ din il-ħidma kbira ma nistgħu qatt ninsew il-ħidma importanti li għandu jibqa’ jwet-

taq il-Partit lil hinn mill-ħidma kbira li jwettaq il-Gvern. Il-qafas għal Gvern b’saħħtu iseħħ bis-saħħa ta’ Partit ħaj, attiv u b’saħħtu. Ma nistgħu ninsew qatt li l-Gvern Laburista ġie mwieled bil-ħidma kbira li saret mill-Partit li permezz tagħha ksibna l-fiduċja tal-poplu. Qatt ma għandna ninsew minn fejn tlaqna. Nixtieq nawgura kull suċċess lil Daniel Micallef. Lil Daniel nista’ ngħid li rajtu jikber fil-politika u ħdimna qrib xulxin fiż-żmien li kont President tal-Partit. Nawgura wkoll il-ħidma t-tajba lill-amministrazzjoni tal-Partit li wkoll qiegħda tiġġedded, b’mod partikolari lil Ramona Attard, il-President il-ġdid tal-Partit. Nawguralha mhux biss għax hija l-ewwel President mara tal-Partit iżda għaliex konvint li l-kwalitajiet tagħha se jservu ta’ ġid fil-ħidma għaż-żmien li ġej. Dan huwa żmien interessanti ferm għall-Partit Laburista. Il-Partit tagħna jeħtieġ jibqa’ jiġġedded kontinwament u kif stqarr tajjeb il-mexxej tagħna Robert Abela fid-diskors li għamel fi tmiem il-Konferenza, anke f ’din is-sena li qed niċċelebraw il-100 sena mit-twaqqif tal-Partit, it-tiġdid irid jibqa’ għaddej. Waqt li l-esponenti varji tal-Partit Nazzjonalista jegħrqu fil-kriżijiet, kriżi ta’ tmexxija,

kriżi ta’ ideoloġija, kriżi kbira ta’ kredibbiltà, ir-responsabbiltà fuq il-Partit tagħna hija saħansitra akbar mis-soltu. Iffaċċjati minn Oppożizzjoni mifxula u bla sens ta’ direzzjoni, irridu nkunu aħna stess li nħarsu lejna nfusna, nħarsu lejn ħidmietna fil-gvern fl-aħħar seba’ snin u naraw u nammettu fejn żbaljajna ħalli dak li sar ħażin nirranġawh u naraw li ma jerġax jiġri. Hawn jidħol rwol importanti ħafna għall-Partit Laburista. Kif stqarr il-Prim Ministru Robert Abela fid-diskors tiegħu l-Partit Laburista f ’dan il-mument u ’l quddiem għandu jkollu rwol li jagħmel skrutinju kontinwu fuq il-Gvern u fejn ikun hemm bżonn jiġbdilna l-attenzjoni fuq l-amministrazzjoni pubblika, id-direzzjoni politika u ekonomika, il-governanza u kwistjonijiet oħra. Għandu jagħmel dan minnufih u jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. Fuq kollox, mhux skrutinju biss irid jagħmel il-Partit Laburista fuq il-gvern tal-ġurnata. Għandu jkun dak li Robert Abela fisser tant tajjeb bħala benniena ta’ ideat. Għandu jservi bħala l-post minn fejn jinbtu u jiġu żviluppati ideat innovattivi li joffru viżjoni għal pajjiżna fil-ġejjieni. Il-Partit m’għandu qatt jieqaf milli jgħarbel u jifhem is-sinjali kemm ta’ dak li jkun għaddej, kif ukoll dak li se joffri pajjiżna u l-isfidi li se niffaċċjaw

fil-futur. Għalhekk, l-istrutturi tal-Partit b’konsultazzjoni mill-aktar wiesgħa għandhom dejjem jibqgħu ffukati fit-tfassil ta’ pjani u ideat ġodda li jservu biex insibu tweġibiet ta’ dak li l-poplu jitlob minn għandna. Irridu nibqgħu friski fl-ideat u kontinwament infittxu dak li hu meħtieġ jitwettaq b’risq pajjiżna u l-poplu tagħna. Biex nagħti eżempju, min se jkollu 16-il sena fl-elezzjoni ġenerali li jmiss u għalhekk jivvota għall-ewwel darba, se jkun twieled wara li Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea, wara li bdejna nużaw il-munita ewro, meta kienu bdew jintużaw l-ismart phones, l-internet kien sar xi ħaġa bażika kważi f ’kull residenza u l-midja soċjali saret parti integrali mill-ħajja ta’ kuljum. Dan huwa biss eżempju tax-xejriet fl-elettorat il-ġdid tagħna. Irridu nifhmu aktar il-ġenerazzjonijiet il-ġodda u dak li jistennew mill-politika filwaqt lli rridu nifhmu aktar x’politika rridu noffru għallmod kif is-soċjetà tagħna qiegħda tinbidel ta’ kuljum. Il-Partit Laburista għandu jiċċelebra l-100 sena mittwaqqif tiegħu b’impenn sħiħ għal aktar tiġdid. 100 sena ilu l-impenn tal-Partit kien li jdaħħal l-edukazzjoni bażika ta’ kitba u qari. Illum l-impenn tagħna għandu jkun illi kulħadd ikun litterat fis-sens diġitali kif

12.07.2020

meħtieġ għas-soċjetà tal-lum u ta’ għada. L-impenn tagħna għandu jkun ukoll li nifhmu sew ix-xejriet tax-xogħol u kif ikollna xogħol dinjituż fid-dinja tax-xogħol il-ġdida, kif għamel il-Partit Laburista meta twieled. Irridu nibqgħu naħdmu għal aktar inklużjoni soċjali u aktar ugwaljanza filwaqt li niġġieldu il-mibegħda u l-preġudizzji. Bl-istess mod irridu nibqgħu qrib ukoll tal-għeruq tiegħu, tal-membri tal-kumitati tagħna li volontarjament jimmilitaw favur il-partit tagħna u li nsibuhom f ’kull ħin li jkollna bżonn l-għajnuna tagħhom. Irridu nibqgħu qrib id-delegati tagħna u anke l-membri tesserati li niltaqgħu magħhom fiċ-ċentri tagħna fl-ibliet u fl-irħula Maltin u Għawdxin. Irridu nibqgħu nisimgħu lin-nies u nkunu ta’ sostenn billi nagħtu tweġibiet għal dak meħtieġ. Bħala Partit għandna wkoll nkomplu niġġeddu billi nkomplu nisħqu fuq il-prinċipju tal-għaqda nazzjonali. Nagħmlu dan billi nressqu ’l quddiem proposti ta’ riformi kbar fl-istituzzjonijiet tal-pajjiż, riformi li għalihom insibu kunsens kemm jista’ jkun wiesa’. Il-bibien tal-Partit Laburistadhom jibqgħu miftuħin għal kull min lest li jkun parti minn proġett politiku biex pajjiżna jibqa’ jirnexxi u jimxi ’l quddiem.

GĦALIEX JIEN FIL-PARTIT LABURISTA

Chris Agius Segretarju Parlamentari

Matul din is-sena, aħna l-Laburisti ser inkunu qed infakkru l-100 sena mit-twaqqif ta’ dan il-Partit glorjuż. 100 sena fejn matulhom dan il-Partit kien protagonist f ’dak kollu li seħħ f ’dan il-pajjiż. Partit mibni fuq prinċipji soċjal demokratiċi, fejn matul dawn il-100 sena ħadem u stinka sabiex il-klassi tal-ħaddiem u dawk li jifilħu l-anqas, imx-

ew ’il quddiem. Waqt li qed infakkru dan l-anniversarju tant importanti, wieħed ma jistax ma jiftakarx u ma jfakkarx dak li kien qal Ġużè Ellul Mercer għaliex hu kien fil-Partit Laburista...... “it-twemmin li kull min twieled bniedem, għandu jgħix ta’ bniedem, kull min twieled jeħtieġ li jitgħallem ta’ bniedem, jaħdem ta’ bniedem u jiekol ta’ bniedem, tant jekk twieled bin il-għana, kemm jekk twieled bin il-faqar”. U naħseb li kull min jagħmel parti minn dan il-partit għandu jaħseb f ’dak li kien jemmen Ellul Mercer, u jagħmel eżami tal-kuxjenża jekk hu għandux l-istess twemmin. Jekk nitbiegħdu minn dak li twaqqafna għalih, jekk ma nibqgħux nemmnu f ’dak li suppost huwa t-twemmin tagħna, allura postna mhux f ’dan il-partit. Il-Partit Laburista jibqa’ imfakkar għall-bidliet kbar soċjali

u ekonomiċi li wettaq u li għadu jwettaq, għall-mod kif bidel wiċċ pajjiżna minn pajjiż jiddependi fuq il-barrani għal pajjiż ħieles u rajh f ’idejh. U allura f ’dan iż-żmien ta’ tifkira, ikun f ’postu li nħarsu lura sabiex nitgħallmu kemm mill-ħafna tajjeb li wettaqna u anke minn dak li stajna wettaqna aħjar. Dan il-Partit jibqa’ kbir għax qatt ma beża’ jiġġedded matul iż-żminijiet. Qatt ma beża’ mill-isfidi li ltaqa’ magħhom, anzi ffaċċjahom bl-akbar kuraġġ. Qatt ma ddejjaq jibdel fejn inħass il-bżonn li jibdel. Matul din is-sena, dan il-Partit għażel Mexxej ġdid bl-aktar mod demokratiku u trasparenti, u mill-ewwel komplejna bil-ħidma tagħna kollha maqgħudin wara il-Mexxej u l-Prim Ministru Robert Abela. Dan hu dak li jagħmilna partit kbir u differenti minn ħaddieħor. U nħarsu

’l quddiem sabiex dan il-Partit jibqa’ joħloq il-ġid li minnu jgawdu l-Maltin u l-Għawdxin kollha u dan sabiex il-Partit Laburista jibqa’ l-Partit naturali tal-poplu Malti u Għawdxi. Matul dawn l-aħħar sena u nofs, ħdimna mal-istakeholders kollha fis-settur tal-propjetà, sabiex ikollna liġi li tirregola lil dawk li jaħdmu fil-bejgħ tal-propjetà. Kienu xhur ta’ diskussjonijiet u konsultazzjonijiet sabiex wasalna għall-prodott finali li ġie approvat mill-Parlament sabiex issa din il-liġi tidħol fis-seħħ. Id-diskussjonijiet saru kemm ma’ min jaħdem fis-settur, kif ukoll mal-MCAST sabiex tħejja l-programm tas-suġġetti li ser ikunu mgħallma, kif ukoll mal-FIAU sabiex nilħqu l-obbligi internazzjonali li kellna. Din il-liġi ser tesiġi li kull min jaħdem bħal aġent tal-propjetà,

sensar tal-propjetà u/jew konsulent tal-propjetà jrid ikollu liċenzja. Ser ikunu eżentati biss, dawk li ma jagħmlux aktar minn żewġ tranżazzjonijiet fis-sena. Sabiex wieħed iġib liċenzja jrid jattendi kors u allura jkollu ċertifikat maħruġ minn istituzzjoni ta’ taħriġ akkreditata mill-Kummissjoni Nazzjonali għall-Edukazzjoni Ulterjuri u Ogħla (NCFHE). Kull min irid jaħdem f ’dan is-settur għandu sal-aħħar tas-sena 2021 sabiex ikun konformi ma’ dak li tgħid il-liġi. Għalkemm jien konvint li kull min jaħdem f ’dan is-settur, matul is-snin ingħata t-taħriġ neċessarju, issa ser ikun obbligat li jkollu dan it-taħriġ. Nemmen li huwa xieraq li kull min qed jagħti parir lil min ser jagħmel l-akbar investiment f ’ħajtu, ikollu dak it-taħriġ neċessarju sabiex ikun f ’pożizzjoni li jinforma bl-aħjar mod.


14

12.07.2020

kullhadd.com

PASS IEĦOR LEJN IN-NORMALITÀ TAL-ĦAJJA MALTIJA U GĦAWDXIJA

FI TMIEM DAN IX-XAHAR U F’AW JSIR IL-FESTIVAL INTERNAZZJON Il-‘vojt’ li qegħdin nesperjenzaw fis-smewwiet fejn jirrigwarda nar tal-festi se jkompli jittaffa fl-aħħar ġimgħa ta’ dan ix-xahar u fl-ewwel ġimgħa ta’ Awwissu li ġej meta bħal snin oħra se jkun qed jiġi organizzat il-Festival Internazzjonali tan-Nar. Din is-sena taħbat id-19-il edizzjoni tal-festival u għal darb’oħra se jkun qed jiġi organizzat mill-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur flimkien mal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu. Il-festival tnieda lbieraħ f ’Konferenza tal-Aħbarijiet mogħtija mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli u miċ-Chairman tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu Dr Gavin Gulia. Fl-edizzjoni ta’ din is-sena fejn jirrigwarda wirjiet kompetittivi se jkunu qegħdin jipparteċipaw kumplessi tan-nar minn ħames pajjiżi barranin flimkien ma’ kumpless tan-nar Malti. Il-pajjiżi barranin rappreżentati fil-festival ta’ din is-sena huma r-Renju Unit, l-Iżvizzera, l-Italja (tnejn), Franza u l-Ukrajna. Il-kumpless tan-nar Malti huwa dak tal-Għaqda Mużikali Sant’Andrija ta’ Ħal Luqa. Apparti l-aspett kompetittiv, tul ilġranet tal-festival se jkun hemm madwar 30 wirja tradizzjonali tan-nar li se jkunu qegħdin jittellgħu minn diversi kmamar tan-nar Maltin. Il-wirjiet, kompetittivi u le, se jsiru kemm f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex. Fil-fatt, b’kollaborazzjoni mal-Ministeru għal Għawdex, l-ewwel ġurnata tal-festival, il-Ġimgħa 24 ta’ Lulju, se ssir f ’Għawdex. F’Għawdex se jkunu qegħdin jittellgħu tliet wirjiet piromużikali għal dik li hija kompetizzjoni, li se jkunu akkumpanjati minn diversi wirjiet tradizzjonali minn għadd ta’ kmamar tan-nar. F’Għawdex dan l-ispettaklu se jkun jista’ jitgawda l-aktar mit-Triq ta’ Ħamet, limiti taxXagħra. Il-festival ikompli fuq jumejn, it-Tnejn u l-Erbgħa, 27 u 29 ta’ Lulju, id-darbtejn fl-Imqabba, bl-aħjar post mnejn jistgħu jiġu segwiti huwa Triq il-Konvoj ta’ Santa Marija. F’kull ġurnata se jkunu qegħdin jittellgħu żewġ wirjiet piromużikali fejn jirrigwarda l-qasam kompetittiv akkumpanjati minn wirjiet pirotekniċi minn diversi kmamar tan-nar Maltin. Il-Gran Finale se jsir il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu, fil-Port il-Kbir, bl-aktar post ideali biex ikun segwit huwa Xatt il-Barrieri. Kif mistenni, il-programm għall-aħħar ġurnata jinkludi spettakli tan-nar mill-isbaħ provduti minn diversi kmamar tan-nar Maltin flimkien maċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet lir-rebbieħa. Il-ġurija se tkun iffurma-

Għal dan il-festival, tul is-snin l-Awtorità stiednet speċifikament f’pajjiżna, għexieren ta’ aġenti tal-ivvjaġġar, midja, kif ukoll kompetituri internazzjonali rinomati fil-qasam pirotekniku. L-arti piroteknika għandha rwol importanti fil-qasam tal-promozzjoni tal-kultura Maltija u tradizzjonijiet ta’ pajjiżna fejn jidħlu ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-ibliet u l-irħula ta minn pirotekniċi barranin. Ċertament li fost id-dilettanti tannar, u anke fost dawk li jikkunsidraw dan l-aspett bħala parti mit-tradizzjoni u l-kultura Maltija, din is-sena kien hawn għatx kbir ikkawżat miċ-ċirkostanzi tal-COVID-19. Minn dan l-aspett il-Festival Internazzjonali tan-Nar se jkun ta’ solliev kbir u jkun pass ieħor lejn in-normalità tal-ħajja Maltija u Għawdxija wara li nhar l-Erbgħa li għadda, 1 ta’ Lulju, 32 kamra tan-nar madwar Malta u Għawdex, xegħlu s-smewwiet b’murtali tal-kulur fl-okkażjoni tal-ftuħ mill-ġdid tal-ajruport u l-port u allura “il-ftuħ talistaġun turistiku”. Sadanittant meta nhar it-Tlieta, 30 ta’ Ġunju li għadda fil-Parlament kienet qed twieġeb mistoqsija parlamentari tad-Deputat tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia, il-Ministru għatTuriżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li din is-sena kien ippjanat li Malta tkun fiċ-ċentru tal-attenzjoni dinjija billi tospita l-International Symposium of Fireworks. Sfortunatament dan ukoll spiċċa vittma tal-COVID-19 u ġie pospost għas-sena li ġejja. Fil-mistoqsija parlamentari tiegħu d-Deputat tal-Oppożizzjoni filwaqt li rrimarka li ritratti tan-nar tal-fes-

ti jintużaw spiss f ’pubblikazzjonijiet tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) staqsa x’importanza tagħti l-MTA lin-nar tal-festi fir-reklamar tagħha. Staqsa wkoll jekk l-MTA għandhiex xi pjanijiet li jinkludu l-logħob tan-nar, xi ħaġa simili għal dak li ġie organizzat l-Erbgħa, l-1 ta’ Lulju, fl-okkażjoni tal-ftuħ mill-ġdid tal-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta wara l-pandemija tal-Coronavirus. Fit-tweġiba tagħha, il-Ministru Farrugia Portelli rrimarkat li kif innota d-Deputat tal-Oppożizzjoni nnifsu “l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu sikwit tinkludi l-arti piroteknika fl-inizjattivi tagħha li tippromwovi lil pajjiżna madwar id-dinja. Dan tagħmlu kemm b’videos li tipproduċi għall-promozzjoni ta’ Malta u Għawdex fil-midja soċjali kif ukoll f ’attività fuq karta stampata.” Il-Ministru żiedet tfakkar lid-Deputat tal-Oppożizzjoni li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu ilha għal diversi snin tippromwovi l-Malta International Fireworks Festival bħala wieħed

mill-festivals ewlenin fil-kalendarju ta’ avvenimenti f ’Malta u f ’Għawdex. “Għal dan il-festival, tul is-snin l-Awtorità stiednet speċifikament f ’pajjiżna, għexieren ta’ aġenti tal-ivvjaġġar, midja, kif ukoll kompetituri internazzjonali rinomati fil-qasam pirotekniku. L-arti piroteknika għandha rwol importanti fil-qasam tal-promozzjoni tal-kultura Maltija u tradizzjonijiet ta’ pajjiżna fejn jidħlu ċelebrazzjonijiet tal-festi tal-ibliet u l-irħula,” enfasizzat fit-tweġiba tagħha l-Ministru Farrugia Portelli. Biex tkompli tissenjala l-fatt li l-qasam pirotekniku Malti diġà jingħata l-importanza u r-rikonoxximent li jixraqlu fejn jirrigwarda kontribut għas-settur turistiku, il-Ministru Farrugia Portelli qalet li kif wieħed jista’ jinnota, l-arti piroteknika tkun inkluża kważi f ’kull attività prinċipali li l-Awtorità torganizza jew tagħti l-appoġġ tagħha. “Bħala parti minn inizjattiva tal-Awtorità għat-Turiżmu sabiex l-arti piroteknika tkun dejjem iżjed

sinonim ippjanat tenzjoni national minħabb dan kellu Il-Malta tival se j tgħid fit l-Ministr F’mis ess Dep lill-Mini statistika l-Malta I val jattir pajjiżna. Fit-tw rugia Po timi dw speċifika tional anakollu Nazzjon fl-Awtor tagħmel 2019 kw


15

12.07.2020

kullhadd.com

WWISSU NALI TAN-NAR

ma ma’ Malta, din is-sena kien t li Malta tkun fiċ-ċentru tal-ati dinjija billi tospita l-Interl Symposium of Fireworks, li ba raġunijiet li jifhem kulħadd, u jiġi pospost għas-sena 2021. International Fireworks Fesjsir ukoll din is-sena,” temmet t-tweġiba parlamentari tagħha ru Farrugia Portelli. stoqsija parlamentari oħra l-istputat tal-Oppożizzjoni staqsa stru Farrugia Portelli teżistix a dwar in-numru ta’ turisti li International Fireworks Festira b’mod dirett u indirett lejn . weġiba tagħha l-Ministru Farortelli qalet li ma jeżistux eswar kemm jiġu turisti Malta ament għall-Malta InternaFireworks Festival. “Madu, kemm fi ħdan l-Uffiċċju nali tal-Istatistika kif ukoll rità għat-Turiżmu, riċerka li l-Awtorità tindika li fis-sena ważi nofs it-turisti (49%) żaru

Malta biex igawdu t-temp sabiħ u l-esperjenza kulturali. Barra minn hekk, 11% oħra ġew Malta speċifikament għall-kultura. Dan ifisser tlieta minn kull ħames turisti (60%) li żaru Malta fis-sena 2019 kienu motivati mill-aspett kulturali,” żiedet tgħid il-Ministru Farrugia Portelli fit-tweġiba parlamentari tagħha. “Il-festa hija waħda mill-esperjenzi awtentiċi li jista’ jgawdi turist f ’Malta. Riċerka tal-Awtorità għatTuriżmu turi li l-medja ta’ turisti li attendew festi reliġjużi fis-sena 2019 kienet ta’ 5%, madwar 138,000 turist. L-aktar persentaġġ għoli ġie rreġistrat fl-istaġun tas-sajf b’estimi ta’ 9%, madwar 84,000 turist, li jikkoinċidi maż-żmien meta l-festi f ’Malta jkunu fl-aqwa tagħhom. Ir-riċerka turi wkoll li madwar 12% tat-turisti li ġew Malta fis-sena 2019 attendew festivals lokali. Dan l-estimu jitla’ għal kważi wieħed minn kull ħames turisti fl-istaġun tas-sajf, li jammonta għal madwar 173,000 turist,” ittemm tgħid it-tweġiba tal-Ministru Farrugia Portelli.


16

12.07.2020

kullhadd.com

ĦAJJA MILL-ĠDID LILL-KARTANZJAN

Silvio Parnis Segretarju Parlamentari

Ftit jiem ilu l-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità ħarġet sejħa għall-espressjoni ta’ interess immirata għall-kumpaniji, għall-organizzazzjonijiet u għan-negozji f ’Malta u f ’Għawdex sabiex joffru inċentiv fuq bejgħ u servizzi lir-residenti li għandhom iżjed minn 60 sena. Din is-sejħa ta’ interess se ddum miftuħa għal tliet xhur. Hekk kif tagħlaq din is-sejħa se jiġi ppubblikat ktejjeb li se jkollu fih id-dettalji kollha meħtieġa tal-kumpaniji, tal-organizzazzjonijiet u tan-negozji li applikaw u se jingħata lill-anzjani li jaqgħu taħt din il-kategorija. L-anzjani mbagħad se jkunu jistgħu jingħataw dawn l-inċentivi billi jippreżentaw il-karta tal-identità

tagħhom li fuqha jkollha miktub 60+. Dawk il-kumpaniji, l-organizzazzjonijiet u n-negozji interessati jridu jissottomettu l-offerti tagħhom billi jibagħtu email fuq: procurement-aaccd. mfcs@gov.mt. L-applikazzjoni għandha tinkludi l-isem, l-indirizz, l-email u l-kuntatt tal-kumpanija/tal-organizzazzjoni/tan-negozju u proposta bil-Malti jew bl-Ingliż ta’ mhux aktar minn 500 kelma. Din l-espressjoni ta’ interess hija miftuħa għall-kumpaniji, għall-organizzazzjonijiet u għan-negozji kollha li jipprovdu servizz jew inkella bejgħ. Dawn jinkludu: • Il-kumpaniji u n-negozji kollha li jbigħu l-prodotti inkluż dawk li jbigħu l-ħwejjeġ, iż-żraben, prodotti tas-sbuħija, prodotti sportivi u anki prodotti tal-ikel. • Is-swali tas-sbuħija u l-parrukkiera. • Is-setturi tad-divertiment u tal-ospitalità inkluż il-lukan- domestiku u ta’ prodotti relatati di, spas, iċ-ċentri tal-benessere, mal-I.T. • Servizzi relatati mal-edukair-ristoranti u ċ-ċinema. • L-organizzazzjonijiet kul- zzjoni. • Servizzi ta’ trasport turali inkluż dawk tal-arti, tal-is• Safar torja u tal-agrikoltura. • Ġinnasji u faċilitajiet tal-fit• Servizzi u bejgħ ta’ apparat

ness • Fornituri ta’ servizzi relatati mal-komunikazzjoni. Il-qawmien mill-ġdid tal-Kartanzjan se jkompli jgħin sabiex l-anzjani jkunu jistgħu jgħixu ħajja iżjed komda u attiva. Nixti-

eq minn hawn għalhekk nappella lill-kumpaniji, lill-organizzazzjonijiet u lin-negozji Maltin u Għawdxin sabiex jieħdu sehem f ’din l-inizjattiva li bla dubju se tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-anzjani.

GĦAWDEX FIL-PARLAMENT

Justyne Caruana Membru Parlamentari

Waħda mill-iktar wegħdiet elettorali b’saħħithom għal Għawdex hija t-twaqqif tal-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex fil-Parlament. Din il-wegħda llum hija mwettqa. Dan l-impenn ifisser li fl-istruttura tal-Parlament illum hemm kumitat li jiffoka fuq l-aġenda tal-gżira Għawdxija b’mod permanenti. Aħna mdorrijin li Għawdex jiġi diskuss biss fil-baġit jew f ’xi aġġornament jew mozzjoni tad-deputati Għawdxin. Iżda Gvern Laburista dejjem emmen fil-po-

tenzjal ta’ Għawdex u għalhekk dewmien. ried li Għawdex ikollu vuċi b’mod permanenti fil-Parla- Kumitat Parlamentari ment li huwa l-ogħla istituzz- għal Għawdex joni tal-pajjiż. Sa issa l-Kumitat Parlamentari dwar l-affarijiet ta’ Għawdex Għawdex fuq l-Aġenda f ’temp qasir iltaqa’ disa’ darbiNazzjonali et. Tkellimna u qed nitkellmu Kien għalhekk li din il-miżura mal-istakeholders Għawdxin ddaħħlet fil-manifest elettora- kollha u ma’ dawk li ħidmiethli tal-Partit laburista li ħdimt om tolqot lil Għawdex. Qed fuqha jiena stess u llum għandi niddiskutu u nindirizzaw l-isl-privileġġ li nservi ta’ Chair- fidi iżda wkoll nieħdu azzjoni konkreta biex jittieħdu miżuri person ta’ dan il-Kumitat. F’kull rwol li kelli dejjem għall-kwistjonijiet li jkunu qaemmint li l-aġenda ta’ Għaw- jmu dawk li jkunu ġew jiddisdex għandha tkun parti impor- kutu magħna. Mill-ewwel ħadna divertanti mill-aġenda nazzjonali. L-isfidi ta’ Għawdex mhumiex si azzjonijiet konkreti. Ittal-Għawdxin biss imma tal- tieħdet azzjoni fis-settur talpajjiż kollu. Għalhekk Għaw- għadis fejn bl-intervent dirett dex irid ikun parti sħiħa f ’kull mal-Malta Enterprise, is-settur diskussjoni li ssir fuq bażi naz- ser jibbenefika mill-għajnuna zjonali. Għalhekk ukoll im- sħiħa marbuta mal-COVID-19 bagħad l-Awtorità ghall-Iżvi- ta’ €800 fix-xahar għal kull lupp Reġjonali għal Għawdex, impjegat. Tkellimna u qbilna li wkoll għandi l-unur li kont wkoll li Għawdex għandu sfidi għaddejtha jien stess mill-ist- partikolari u allura l-ħtieġa ikadji kollha fil-Parlament, tis- tar minn qatt qabel ta’ inċenta’ tibda tiffunzjona mingħajr tivi mmirati għall-bżonnijiet

speċifiċi tal-gżira. Azzjonijiet konkreti Kien hemm intervent ukoll biex ikollna sett ta’ linji gwida marbuta mal-COVID għas-settur tat-turiżmu. Spalla ma’ spalla mal-ħaddiema u mal-istudenti Għawdxin qed inkompli nimbotta għal iktar xogħol li jista’ jsir f ’Għawdex stess permezz tat-telework. Qed inkomplu naħdmu biex l-istudenti jkollhom iktar faċilitajiet ta’ tagħlim online u allura jkunu jistgħu jkomplu l-korsijiet u jqattgħu iktar ħin f ’Għawdex. Flimkien mal-Gozo Channel qed issir ħidma biex ngħinu lill-istess Gozo Channel li timpjega mijiet ta’ ħaddiema u li minnha jiddependi l-għajxien ta’ ħafna familji. L-intervent huwa intiż ukoll sabiex mhux biss tingħata l-għajnuna li hemm bżonn, imma biex ikun hemm tisħiħ tas-servizz li huwa vitali għall-gżira Għawdxija. Flaħħar sena rajna kemm ir-raba’ vapur għamel differenza għal

iktar effiċjenza u rridu nkomplu nibnu fuq dan is-suċċess. Ħidma għall-Baġit 2021 Is-suġġett tal-effetti millCOVID trattajnieh minn kull aspett - dak mediku, soċjali, ekonomiku imma wkoll mill-aspetti tal-edukazzjoni, saħħa, kultura, sport u ambjent. Ridna li din l-isfida, li għalkemm ittaffiet għadna għaddejjin mill-effetti tagħna, tkun opportunità biex nitgħallmu minnha u nkunu ppreparati b’sistemi u miżuri aktar adekwati. Waqt li bħalissa qed jinħema l-baġit għas-sena d-dieħla, il-Kumitat Parlamentari ser iressaq il-proposti tiegħu, imsawra fuq id-diskussjonijiet li saru sa issa. Ewlenin fosthom biex ikun hemm iktar opportunità u inċentivi għal telework - kemm fis-settur pubbliku kif ukoll dak privat. Dan u proposti oħra huma mmirati li jsawru l-pjan ta’ ħidma ambizzjuża b’risq Għawdex u l-Għawdxin.


17

12.07.2020

kullhadd.com

PARTIT ĦAJ U MIMLI ĦEĠĠA

Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Bħalissa l-PL għaddej minn żmien ta’ tiġdid fi ħdan l-amministrazzjoni tiegħu. Xi ħaġa sabiħa u sana. IlPL qatt ma nġibed lura jew iddejjaq mit-tiġdid. Anzi ż-żmien ta’ tiġdid u tibdil fl-amministrazzjoni tal-partit dejjem iservi ta’ opportunità fejn nirrealizzaw kemm hemm talent u persuni idonji fi ħdan il-partit li lesti li jagħtu s-servizz tagħhom lejn ilPL b’lealtà u b’sinċerità mingħajr ma jistennew ebda kumpens lura ta’ dan ix-xogħol ta’ responsabbiltà kbira. Ħaddieħor ammetta snin ilu li fi ħdan il-PN m’hemmx talent u milli jidher din in-nixfa għadha hemm. Imbasta jkunu pronti li jisfiduċjaw ilKap tagħhom stess, imbagħad wara jinħbew wara subgħajhom u jegħrqu l-għaraq tad-demm sabiex isibu sostitut għalih. It-tiġdid fost il-Partit Laburista qed isir b’diskussjoni, f ’serenità u fratenità, sitwazzjoni li tikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li qed jiġri faċċata. Dan mhu xejn b’kumbinazzjoni. Min irid jaħtaf il-poter akkost ta’ kollox, dak li jiġrilu. Spiċċaw jissieltu bejniethom stess. Niftakru għeżież qarrejja, li dawn l-istess nies riedu li jmexxu lil pajjiżna tliet snin ilu. Illum qed narawhom jaqbdu f ’xagħar xulxin. Mur ġibhom qed jiggvernaw lil pajjiżna. L-amministrazzjoni tal-PL qed tingħata nifs ġdid b’diversi uċuh ġodda u sehem akbar ta’ nisa f ’karigi importanti. Qed ikun sajf mimli impenn politiku u amministrattiv. Għadu kif kellna kampanja ġbir ta’ fondi b’differenza li kienet suċċess kbir. Fil-ġranet li għaddew kellna Konferenza Ġenerali Straordinarja li skattat il-proċedura biex isiru emendi fl-istatut vis a vis il-ħatra ta’ Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit u kif ukoll skatta l-proċess biex jinħatar deputat mexxej ġdid għall-affarijiet tal-partit u tal-uffiċjali fi ħdan l-amministrazzjoni peress li dawn il-ħatriet ma sarux fi żmienhom f ’April li għadda minħabba s-sitwazzjoni talCOVID-19. F’dawn il-ġranet li ġejjin l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL jikkonferma l-ħatriet ġodda fl-amministrazzjoni u mbagħad fil-25 u fis-26 ta’ Lulju ssir il-votazzjoni ta’ fiduċja u konferma

tad-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit il-ġdid. Il-ħidma mhix se tieqaf hemm, anzi tintensifika ruħha hekk kif wara s-26 ta’ Lulju jibdew erba’ ġimgħat ta’ Laqgħat Ġenerali Annwali tal-kumitati lokali u distrettwali, liema laqgħat kienu ġew sospiżi minħabba l-pandemija. Wara tiskatta mill-ġdid il-ħidma u d-diskussjoni interna li se jwasslu għal tiġdid u bdil fl-istatut, tfassil ta’ pjan politiku li jwassal lil dan il-partit għall-elezzjoni ġenerali li jmiss sentejn oħra, attivitajiet li jikkommemoraw il-100 sena mit-twaqqif tal-PL u kif ukoll ssir il-Konferenza Ġenerali Annwali f ’Settembru li ġej li wkoll kellha tiġi posposta f ’April li għadda. Inħeġġeġ lilkom ilkoll sabiex tipparteċipaw fl-attivitajiet u fid-diskussjonijiet li ser jorganizza filġranet li ġejjin il-PL għax dan huwa partit mimli ħeġġa, entużjażmu, ħajja, talent u ideat. Fuq kollox dan hu l-partit tan-nies, il-partit tagħkom, il-partit tagħna lkoll.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 2 ta’ Lulju Kemm kien hawn min ħadha bi kbira għax il-Prim Ministru Ingliż Boris Johnson qal li aħna aktar ħoxnin mill-Ingliżi! Saħansitra kien hemm anke min offendieh. Għalija dawn huma nies li jieħdu għalihom bix-xejn. Jewwilla mhux veru li aħna ħoxnin!? Mhux jien ta’ għax jien niexef għuda. Niexef mhux għax ma nikolx. Anzi niekol iżżejjed għax meta mmur il-każin wara li nkun kilt, nerġa’ ninfexx fl-appetizers. Naturalment il-birra ma tonqosx lanqas. Jien niexef għax il-ħin kollu ninkwieta fuq il-partit darba glorjuż tagħna għax ma nafx meta se jasal iż-żmien li nerġgħu nkunu filgvern. U aktar ma toqrob l-elezzjoni, aktar qiegħed ninkwieta! Il-Ġimgħa, 3 ta’ Lulju Mhux bilfors ikollu jorqod u jqum l-istamperija l-Kap tagħna Adrian Delia!? Żgur li ħadd qabel ma għamel sagrifiċċju daqshekk kbir għall-partit darba glorjuż tagħna. Imma Adrian Delia ma jistax jagħmel mod ieħor ladarba ddeċieda li jiddedika ħajtu, kollha kemm hi, lejl u nhar, għall-partit tagħna, li baqa’ l-partit tal-maduma. Kultant nitħassru! Dejjem b’xi ħaġa. Illum kellu jmur il-Qorti saħansitra fl-eqqel tax-xemx, mhux biex jikseb xi ħaġa għalih, imma biex jikseb xi ħaġa għalina l-Maltin u l-Għawdxin, kollha kemm aħna, Nazzjonalisti, Laburisti u flowters. Nispera li dawn talaħħar japprezzaw dak li qiegħed jagħmel u jpattulu meta jasal il-waqt. Is-Sibt, 4 ta’ Lulju

It-tiġdid fost il-Partit Laburista qed isir b’diskussjoni, f’serenità u fratenità, sitwazzjoni li tikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li qed jiġri faċċata. Dan mhu xejn b’kumbinazzjoni. Min irid jaħtaf ilpoter akkost ta’ kollox, dak li jiġrilu. Spiċċaw jissieltu bejniethom stess

Issa isbaħ! Ilni ngħid jien li Robert Abela fl-Ewropa għandu ħafna aktar ħbieb milli kellu Joseph Muscat għax milli nista’ nifhem, anke l-appoġġ tal-Kummissjoni Venezja se jirnexxilu jikseb. Dawn tal-Kummissjoni Venezja se jispiċċaw ma jagħtux kas dak li qiegħed jgħid il-partit darba glorjuż tagħna u se jħalluh jagħmel li jrid, jgħidu x’jgħidu Chris Said u l-veteran Tonio Borg. Ngħid id-dritt minn Tonio Borg kont nistenna aħjar għax nippretendi li kemm dam Brussell għamel ħbieb mhux ħażin. Ħeqq, imma dak kien żmien ieħor. Kellna partit b’saħħtu u magħqud, u mhux partit sparpaljat f ’ma nafx kemm-il biċċa. Il-Ħadd, 5 ta’ Lulju Min hu magħna, magħna, u min mhux magħna kontra tagħna. Mil-lum ’il quddiem lit-Times se nibda nqisha kontra tagħna għax għalkemm m’għandi l-ebda dubju li jixtiequ jaraw lill-partit tagħna fil-gvern, min-naħa l-oħra ma jridux li Adrian Delia jibqa’ kap tal-partit. Fi ftit

kliem qegħdin jagħtu l-appoġġ tagħhom lis-17-il eroj jew 17-il traditur, li donnhom issa żdiedu. Kieku ma kienx hekk, kieku ma kinux jippubblikaw ir-rapport. Insomma jgħidu x’jgħidu jien lil Adrian Delia nemmen u għalhekk ma nemminx li gideb meta qal li ma kellux kuntatti ma’ Jurgen Fenech wara li kien sar magħruf li dan kien is-sid ta’ 17 Black, u mhux is-sid tas-17-il eroj. It-Tnejn, 6 ta’ Lulju Dan l-inkwiet kollu fil-partit darba glorjuż tagħna qiegħed jeqridni, man! Se ngħaddi lejl sħiħ ma nagħlaqx għajn ma għajn u l-Bambin biss jaf kemm-il kafè se nixrob waqt li nkun qiegħed nhewden fuq il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari ta’ għada. Ikolli ngħid li din id-darba, il-Kap Adrian Delia mhux se jeħlisha u dawk is-17-il eroj jew 17-il traditur, sejħilhom li trid, se jirnexxilhom ineħħuh minn Kap tal-Oppożizzjoni. Imma skont sieħbi tal-istamperija dan ma jfissirx li se jispiċċa minn kap tal-partit, u allura se nispiċċaw b’żewġ kapijiet. X’ma tinkwetax ma tinkwetax man, tara dan it-taħwid kollu! It-Tlieta, 7 ta’ Lulju Veru li minn 17 telgħu għal 19, imma xorta waħda f ’wiċċhom baqa’ man, għax Adian Delia il-Kap kien, il-Kap għadu, u se jibqa’ l-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna! Anzi mil-lum ’il quddiem se jkun aktar b’saħħtu għax lil dawk id-19, li ta’ chickens li huma riedu vot sigriet, nistgħu ngħidulhom tersqux aktar lejn id-Dar Ċentrali, għax dik tagħna n-Nazzjonalisti ta’ vera. Dik tagħna li għandna għal qalbna l-maduma. Dik tagħna li ngħożżu l-motto religio et patria (jew kif il-mniefaħ kien jgħidha missieri, Alla jaħfirlu). Min jaf miskin x’jitqalleb f ’qabartu jara lil dawn it-tradituri jagħmlu daqshekk ħsara lill-partit li tant kien iħobb u li ta ħajtu kollha għalih. L-Erbgħa, 8 ta’ Lulju Illum addio futbol fuq it-televixin. Ħadt ħsieb nara l-aħbarijiet fuq l-istazzjon tagħna mbagħad ma qlibtlux għax bsart li kont se nara intervista mal-Kap tagħna t-tesserati, tal-partit darba glorjuż tagħna, Adrian Delia. U hekk kien. U afli ma jiddispjaċinix għax imlieni bil-kuraġġ meta smajtu jgħid li se jkompli jaħdem, anzi li se jaħdem aktar minn qatt qabel. Lil dawk id-19-il traditur, li donnhom issa ma jafux x’se jaqbdu jagħmlu, qalilhom ċar u tond li mhux se jħallihom jagħmlu ħsara lill-partit tagħna, għalkemm ikolli nammetti li ma nafx kemm jistgħu jagħmlu ħsara aktar milli diġà għamlu.


18

12.07.2020

kullhadd.com

NOBBILTÀ F’PAJJIŻNA IMMA WKOLL GĦAJNUNA LIL-LOKAL PALAZZO PARISIO FIN-NAXXAR F’Malta kien hawn diversi familji nobbli. Meta wieħed jgħid li hu nobbli ma kienx ifisser li jkollu ħafna flus jew artijiet biss, imma kien ifisser li jkollu titlu li jkun ingħatalu mir-re għal xi servizz li jkun tah. Dawn it-titli kienu jingħataw fiż-żmien tas-sistema fewdatarja. Din is-sistema nqerdet fl-użu tagħha minn diversi pajjiżi madwar l-Ewropa fil-bidu tal-era moderna. Iżda għalkemm is-sistema li biha ħarġu dawn it-titli nobbli nqerdet, it-titlu ta’ nobbiltà baqa’ jinżamm. Il-familji nobbli f ’Malta kienu joqogħdu fil-maġġoranza

tagħhom l-Imdina, li għal żmien twil sal-wasla tal-Kavallieri ta’ San Ġwann f ’Malta kienet iċ-ċentru amministrattiv. Iżda, imbagħad dawn l-istess familji ħafna drabi kien ikollhom xi palazz jew villa oħra li kienu jużawha bħala post ta’ mistrieħ mir-rutina ta’ kuljum. Ġieli seħħ il-każ ukoll li minn villa fil-kampanja kienu jbiddluha filpost fejn joqogħdu s-sena kollha tant kemm il-post ikun marbut ma’ qalbhom. Il-każ ta’ Palazzo Parisio hekk kien. Kien mixtri mill-Markiż Emanuel Scicluna, li maż-żmien biddlu minn villa fil-kampanja għal palazz fejn ikun

Minn CLIFFORD GALEA

jista’ joqgħod mal-familja tiegħu. Il-bidla bdiet isseħħ fis-sena 1898 u x-xogħol fih tlesta fl-1906. IlMarkiż Emanuel Scicluna ma tantx dam igawdih minħabba li sena wara miet. Il-werriet universali tiegħu kien ibnu ta’ sitt snin. Din kienet waħda mill-iktar familji għonja f ’Malta u l-palazz huwa mogħni bi sbuħija kbira u kien jinkludi miegħu medda t’art kbira li twassal sa fejn sa ftit snin ilu kien hemm iċ-ċentru tal-fieri. Kellu wieħed mill-isbaħ u l-ikbar ġonna f ’Malta. Maż-żmien dan il-palazz spiċċa magħluq u ħadd ma seta’

jgawdi s-sbuħija tiegħu minħabba li dan kien propjetà privata u setgħu jidħlu fih biss il-membri tal-familja tal-istess Markiż Scicluna. Il-palazz kien jeħtieġlu li ssirlu dawra sew u restawr kbir f ’ħafna partijiet minnu. L-ispiża kellha tkun kbira ħafna, iżda bint il-Markiż John Scicluna, Christina Ramsey-Scicluna, ntefgħet b’ruħha u b’ġisimha fuq dan ilproġett. Riedet terġa’ tagħti lil dan il-palazz il-ġmiel li kellu oriġinarjament. Ix-xogħol ta’ restawr sar taħt is-sorveljanza tal-Professur Camilleri Cauchi. Minħabba l-fatt li dan ir-restawr ġie jiswa ħafna flus, kien hemm il-ħsieb li dan il-palazz ma jibqax magħluq u jintuża biss min-nies ta’ ġewwa imma jsir post kummerċjali. Illum fih isiru tiġijiet u funzjonijiet oħra, hemm ukoll postijiet fejn tirilassa u tiekol xi ħaġa ma tal-familja jew mal-ħbieb. B’dan il-mod il-ġmiel li hemm fuq in-naħa ta’ ġewwa ta’ dan il-palazz ikun jista’ jitgawda mill-pubbliku inġenerali. Fil-ġonna ta’ dan l-istess palazz ta’ kull sena sa ftit snin ilu kif diġà ssemma qabel kienet issir l-International Trade Fair fejn eluf kbar ta’ nies kienu jattendu bi ħġarhom qalb kull xorta ta’ esebiti bl-iskop li

jixtru l-ħtiġijiet tagħhom bi prezz ftit orħos minn dak tas-soltu. Dawn il-ġonna barokki kienu ġew imsebbħa sew mill-familja tal-Markiż Scicluna, mirquma b’mogħdijiet iċċangjati, li flimkien mad-dwal u l-atmosfera li kienet issir fil-fieri kienu jerġgħu jagħtu l-ħajja lil dawn l-inħawi tal-palazz. Dan il-palazz fiż-żmien il-Gwerra ma kellux użu biss ta’ dar privata imma serva wkoll bħala post t’amministrazzjoni tar-Royal Air Force. Din il-ħaġa hija kommemorata permezz ta’ lapida mal-faċċata tal-istess palazz li tgħid hekk: “Il-Markiż John Scicluna silef dan il-Palazz Parisio lill-R.A.F. matul it-Tieni Gwerra Dinija mela l-Bank Scicluna li kien jopera mill-Palazz Corea (il-Belt) imwaqqaf hemm fl-1830 spjanat mill-Luftwaffe (ajruplani Ġemaniżi) mines bil-paraxut jien kont kanunier volontier imsieħeb fil-First Coast Regiment R.M.A fid-difiża tal-Port fil-Forti Sant’Iermu l-attakki kollha megħluba mill-kanuni tal-Batterija tagħna. Dan il-palazz inbena millGran Mastru Manoel De Vilena fl-1733. Il-Markiż J.J. Scicluna, D.A.M.A.”

Il-palazz kien jeħtieġlu li ssirlu dawra sew u restawr kbir f’ħafna partijiet minnu. L-ispiża kellha tkun kbira ħafna, iżda bint il-Markiż John Scicluna, Christina Ramsey-Scicluna, ntefgħet b’ruħha u b’ġisimha fuq dan il-proġett


19

12.07.2020

kullhadd.com

Ftit ’il bogħod minn din il-lapida mal-istess ħajt hemm ukoll bust tal-bronż tal-Markiż Scicluna. Dan juri kemm dan il-bniendem kien persuna maħbuba minn kull min kien jafu u persuna li dejjem baqgħet imnaqqxa fil-qalb tan-Naxxarin kollha. Mal-pedestall ta’ taħt il-bust hemm l-arma tal-familja Scicluna u dawn il-kelmiet: “Lill-Markiż John Scicluna (1903-1970) benefattur kbir il-poplu Naxxari b’radd il-ħajr ifakkar. 28. 10 – 1979.”

Kont taf li l-birra popolari ċ-Cisk bdiet minn sid dan il-palazz? Kont taf ukoll li l-kelma ‘cisk’ hija tidwir tal-kliem għal ċekk? Għax fil-fatt il-Markiż kellu wkoll bank u n-Naxxarin ma kinitx iddurilhom il-kelma ċekk. Interessanti hux? Kemm hemm x’niskopru u biex nitpaxxew fl-istorja tagħna. Kemm hemm ukoll x’napprezzaw fil-lokalitajiet tagħna. Wasal żmien li ninvestu ħafna wkoll f ’dak li huwa turiżmu lokali. Ejja niftaħru bl-ibliet u bl-irħula tagħna.


20

12.07.2020

kullhadd.com

MAXINE SOPHIA ATTARD

ILLUM SARET RIKONOXXUTA BĦALA MARA KOMPLUTA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Żmien ilu sirt naf b’persuna li kienet għaddejja mill-proċess sabiex minn raġel tkun tista’ ssir mara. Fil-fatt, illum il-ġurnata, saret rikonoxxuta bħala mara kompluta. Qed nirreferi għal Maxine Sophia Attard. Għandha 37 sena, toqgħod Santa Luċija, u taħdem bħala home helper mal-anzjani. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna sempliċi u umli, u mara mimlija mħabba u taf tħobb immens. B’qalb kbira, tħobb ħafna l-moda bħal ħwejjeġ, żraben u make-up. Tħobb issajjar, timxi, tiltaqa’ u toħroġ ma’ sħabha, il-mużika, il-films, shopping u tħobb issiefer. Is-sena 2009 għal Maxine kienet sena li fiha kellha ħolma u saret realtà. Fil-fatt kienet għamlet operazzjoni f ’Ottubru 2009 u sa fl-aħħar ġiet mara kompluta. Kienet kuntenta ser ittir, iżda għaddiet minn martirju kbir għax, għalkemm l-operazzjoni marret tajjeb ħafna, wara nqalgħulha xi kumplikazzjonijiet. Kienet spiċċat f ’koma u saħansitra rat id-dawl talmewt. Ħallejt f ’idejha sabiex tispjega eżatt x’viżjoni kellha. “Il-viżjoni li rajt dak il-ħin kienet mina twila b’dawl qawwi abjad fl-isfar li kien twil ħafna, sakemm wasalt fit-tarf fejn hemm sibt il-kuġinuwi li kien ħalliena f ’inċident tat-traffiku jistennieni, narah iħares lejja bi tbissima fuq wiċċu u qabadli idi u qalli li għadu mhux il-waqt għalija. Niftakar li bdejt nisma’ mill-bogħod lil ommi titkellem ma’ ħuti u tgħidilhom li aktarx se jniżżluni mejta. Bl-uġigħ u t-tbatija li kienet għaddiet minnhom, tiftakar kienet qalet lil Alla jeħodha, għax ma kinitx tiflaħ aktar l-uġigħ kollu, l-aqwa li finalment kienet saret mara kompluta. Staqsejtha kemm kienet u kemm għadha tfisser għaliha li minn raġel ġiet mara, u kif kienet taffettwaha qabel, meta qabel kienet biss tħossha mara mentalment u fiżikament. “Kienet tfisser kollox għalija għax minn dejjem kont inħossni li ninsab f ’ġisem żbaljat. Kont inkun imdejqa ħafna u kont inħossni ngħix ħajja li ma xtaqtx,” stqarret miegħi.

Sabet kull għajnuna xierqa mill-ġenituri u mill-familja Fil-fatt, issostni li mnalla kienu l-ġenituri tagħha għaliha għax sabet kull għajnuna mingħandhom. Fi kliem ieħor huma għamlulha l-ħolma tagħha realtà, mill-ftit flus li kellhom. Ippreferew jarawha kuntenta. Fi kliemha: “Missieri kien għadu kif wiret xi ħaġa żgħira, fejn flimkien ma’ ommi ddeċidew li jagħtuha lili minflok igawduha huma. Laqgħuni tajjeb ħafna, sibt sapport enormi minn għandhom u dak li kelli bżonn.” Kompliet tgħidli li l-operazzjoni li kienet għamlet ta’ sex change kienet saret l-Ingilterra. Wara kienu nqalgħu xi kumplikazzjonijiet. Hawn Malta ħadd ma beda jgħinha, kif ukoll kien inqala’ l-pajp tal-pipi, fejn kienet tgħaddi minn uġigħ kbir. Tmur fejn tmur hawn Malta, kulħadd kien jagħlqilha l-bieb f ’wiċċha. Minħabba f ’hekk, kellha terġa’ titla’ l-Ingilterra għal darbtejn oħra. Ridt inkun naf x’kienet tħoss dak iż-żmien,

li pajjiżha kien isabbtilha l-bieb f ’wiċċha. “Wara ftit ġranet li nżilt kelli xi infjammazzjonijiet u kull fejn bdejt immur ittabib jibgħatni għand ieħor, wara ftit ġranet oħra inqalgħu iktar problemi li xejn ma kienu sbieħ għax kien inqalagħqli l-pajp tal-pipi. Kif għedtlek u l-uġigħ li għaddejt minnu Alla biss jaf għax dik il-ħaġa li trid tagħmel pipi u ma tistax talbiża’ u l-uġigħ li tħoss għamilt ġimgħat hekk ħassejtni ser immut. Hawn Malta ħadd ma ried jgħinni għax għand it-tabib li għamilhieli ma stajtx nerġa’ nitla’ minħabba li kienet inqalgħet dik il-problema meta kien żbroffa l-vulkan u l-ajruplani ma bdewx itiru. Niftakar darba mort l-isptar u kienu raqduni u xħin ġejt f ’tiegħi mil-loppju, kif ftaħt għajnejja narahom jidħqu u qaluli ma jafux xi jridu jagħmlu. It-tabib kien ukoll bagħat xi jridu jagħmlu hawn Malta għax kienu jitgħallmu flimkien u kien prova, imma għalxejn. Meta għadda kollox erġajt tlajt u kellu jagħmilhieli hu. Kien qalli li

tal-mistħija ħadd ma għamel xejn u li ħallewni hekk. Wara dan kollu kienet reġgħet inqalgħetli kumplikazzjoni oħra li baqa’ jiġini d-discharge. Ma ridtx nerġa’ nissogra mmur għand ħadd hawn Malta, ma ridtx li jibqgħu jidħqu u jesperimentaw fuqi għax hekk bdejt inħossni. Erġajt tlajt għat-tielet darba u dik kienet l-aħħar darba. Li għamel miegħi t-tabib kienet xi ħaġa inkredibbli. Kont inħoss rabja kbira u umiljazzjoni minn pajjiżi u mill-Gvern ta’ dak iż-żmien. Iva kont qtajt qalbi għalkollox dak iż-żmien niftakarni ngħid lil Alla għaliex din it-tbatija kollha li qed ngħaddi minnha.” Kompliet tgħidli li kienet spiċċat tiddependi minn ħaddieħor biex jaħsilha wkoll. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar. “Iva, kont spiċċajt ma nista’ nagħmel xejn. Mill-ajruport kienu niżżluni bil-wheelchair għax kont totalment bla saħħa. Niftakar kien hemm it-tliet ħuti bniet jistennewni. Kienu xxukkjaw ruħhom meta rawni għax

kont ġejt qisni skeletru bajda silġ u kif rawni hekk qabżilhom id-dmugħ minn għajnejhom. Riedu jqajmuni huma biex nagħmel toilet u biex ninħasel kienu jdaħħluni huma u jerfgħuni biex joħorġuni minħabba li għaddejt minn xiex għaddejt. Kont tlift ħafna ħafna demm, lanqas nimxi ma kont nista għax kont inżomm ma’ xi ħadd tal-familja. Kelli nabbanduna d-dar tiegħi u nħalli kollox warajja.”

Jien persuna li ma naqta’ qalbi qatt. Issa iktar minn qatt qabel. Il-ħajja tatni bil-ħarta u iktar ġabitni persuna b’saħħti


21

12.07.2020

kullhadd.com

Ma taqta’ qalbha qatt, u dejjem tiġġieled mal-ħajja Kollox ma’ kollox, Maxine hija persuna li ma taqta’ qalbha qatt, u dejjem tiġġieled mal-ħajja. Dejjem tħares lejn il-pożittiv tal-ħajja. Naf però li għalkemm illum qed tgħid hekk, dak iżżmien kienet taħsibha mod ieħor. B’hekk ridt inkun naf, kif illum tispjega u tagħti kuraġġ lil ħaddieħor, wara dan kollu li għaddiet minnu hi personali. “Jien persuna li ma naqta’ qalbi qatt. Issa iktar minn qatt qabel. Il-ħajja tatni bil-ħarta u iktar ġabitni persuna b’saħħti. Nammetti li fiż-żmien tal-operazzjoni kont qtajt qalbi. Tgħallimt li n-negattività narmiha u nħares lejn il-pożittività. Jekk għandkom ħolma għamluha u taqtgħu qalbkom qatt. Iġġieldu għal dak li tridu biex isir realtà u kunu dejjem pożittivi.” Kompliet tgħidli li dak iżżmien kienet damet ukoll xi ħames snin biex ġabet karta tal-identità ġdida, kellha esperjenzi tal-biża’, anke fl-isptar biex jiktbulha l-mediċina tal-hormones li kellha bżonn mit-tabib, kienu jiddieħqu biha u jkeċċuha ’l barra għall-fatt li qisu kien b’kapriċċ il-pilloli li kienet qed tieħu. Ħallejt f ’idejha sabiex tikkummenta dwar dan kollu. “Kienet esperjenza tal-biża’ immens għax wara dak il-martirju kollu li għaddejt minnu kelli nħabbat wiċċi ma’ din il-ħaġa ħames snin sħaħ wara l-operazzjoni. Meta kont inkun irrid nuri l-karta tal-identità, pereżempju meta mmur il-bank, kont nieħu qatgħa għax ma ridux jibdluluhieli dak iż-żmien meta konna taħt il-gvern l-ieħor. Tal-mistħija qed jaraw mara u meta jgħajtulek bl-isem ta’ raġel kulħadd jibqa’ jħares lejk, xogħol ħadd ma kien iħaddimni minħabba l-ħaġa! Kont mort biex jiktbuli l-hormones l-isptar u qalli biex nitlaq ’il barra għax mhux għax vera għandi bżonnhom, imma għax irrid jien qed neħodhom. Niftakar esperjenza oħra meta kelli ninżel il-poliklinika biex nagħmel l-ossiġnu għax inbati bl-ażżma. Xħin talbuni l-karta tal-identità, bdew iħarsu lejn xuxin u jidħqu, ħassejt stallett kbir f ’qalbi xħin nara lil ommi mweġġgħa u bid-dmugħ f ’għajnejha, mhux għalija għax kont drajt bit-tgħajjir, imma tara lil ommok hekk tħossha immens,” spjegatli Maxine b’dispjaċir fuqha. Illum Maxine hija rikonoxxuta bħala mara, bil-karta tal-identità ta’ mara, u tista’ tiżżewweġ u tista’ taddotta wkoll. Matul iż-żmien kellha diversi opportunitajiet. Fil-fatt fis-sena 2019 ġietha opportunità tagħmel show fuq palk meta kienu organizzaw 10 snin Klozet ReBirth

party, u minħabba li kienet l-ewwel waħda rebbieħa u nkurunata bħala Miss Klozet, xtaqu jerġgħu jarawha fuq il-palk. Kienet tant eċitata u daħlet b’ruħha u b’ġisimha, b’rehearsals bla waqfien. “Meta jgħaddi kollox ser inkomplu fejn ħallejna u ikbar. Ser jibqgħu jarawni x-show girl tal-club Michelangelo u hemm ħafna iktar affarijiet ġejjin għall-futur.” Kif jgħid il-Malti, kull deni ħudu b’ġid, għax matul il-perjodu tal-COVID-19, bdiet tagħmel programm live stream fuq Facebook bl-isem Couch Club ma’ Maxine, fejn għandha segwaċi diversi. Ħallejt f ’idejha sabiex tgħaddili aktar informazzjoni. “Dan il-programm nagħmlu kull nhar ta’ Tlieta, Ħamis, Sibt u Ħadd u messaġġ lill-qarrejja ta’ din iljikkonsisti f ’divertiment, diski, gazzetta. logħob, shows u diskussjonijiet “Iva, kif għedtlek ġieli daħma’ segwaċi u personaġġi.” lu nies biex idaħħqu u jgħaddu l-kummenti. Kif taf ukoll, Kellha fobija li titkellem dan l-aħħar rajna hate speech quddiem kamera jew fuq għal nies transgender u hekk mobile irrid nibqa’ nsemma’ leħni ħalKurżità dwar Maxine hija li għandha fobija li titkellem quddiem kamera jew fuq mobile, imma bis-saħħa tal-programm u s-segwaċi tagħha għelbet dan kollu. “Bis-saħħa tal-followers li għandi ħajruni noħroġ minn din il-fobija li kelli li nitkellem fuq il-mobile u quddiem kamera. Minn hawn nirringrazzjahom minn qiegħ qalbi għax dejjem ikunu hemm għalija u sirna familja waħda kbira, anke meta daħlu xi nies jippruvaw jgħajru u jgħaddu xi kummenti jkunu pronti għalihom u jiddefenduni bl-aħjar mod. Ma stennejtx li ser insib nies hekk fil-verità, imma ma jistax ikolli nies aħjar,” stqarret miegħi. Maxine tista’ tgħid li hija l-unika persuna b’sex change f ’Malta li qed tagħmel dan ittip ta’ programm. Fih ikun hemm shows li tagħmel bħala female impersonator. “Iva, għax jien fih daħħalt ukoll l-iktar ħaġa li nħobb nagħmel, ix-shows. Jien l-unika persuna sex change f ’Malta li nagħmel dan. Fix-show dejjem jarawni b’outfits u headresses enormi sbieħ u oriġinali tad-disinjatur bravissimu tiegħi Henry Vassallo li kien ikkonfrontani biex jibda jaħdimli l-outfits għaxshows, kif ukoll fix-shows għandi stilista Silvio Garick għal xagħri u dejjem jagħmilli xi upstyle sabiħ u b’hekk ninsabu tim b’saħħtu.” Maxine fadlilha ħolma li tkompli bil-mod il-mod tagħmel suċċess u ssemma’ leħinha għad-drittijiet għax għalkemm daħlu f ’Malta l-liġijiet kollha, xorta għad hawn nies moħħhom magħluq, jippruvaw iweġġgħu b’ilsienhom. Ħallejt f ’idejha sabiex tgħaddi

li xi darba din il-mibegħda tieqaf darba għal dejjem, għax jekk ċerta nies ser jibqgħu b’din il-mentalità ser nibqgħu ngħaddu minn dawn l-affarijiet. Il-messaġġ li rrid ngħaddi huwa qatt tiġġudikaw persuna qabel tkunu tafuha u qatt tgħa-

jru għax ma tafux x’jista’ jiġi fuqkom. Ħobbu u aċċettaw lil kulħadd. Grazzi immens u min jixtieq ikun miegħi għal iktar informazzjoni jagħmel like u follow fil-page tiegħi https:// www.facebook.com/MaxineSophiaAttard


22

12.07.2020

kullhadd.com

IL-GORBOĠ FL-GĦELIEQI MALTIN

Xi kultant, f’kull ilsien mitkellem, ikun hemm xi kliem li t-tifsira tiegħu tvarja minn post għal ieħor u minn raħal għal ieħor. Hekk, ngħidu aħna, il-kelma gorboġ tfisser post taħt xi indana taraġ, jew f’xi rokna fil-bitħa, fejn wieħed jista’ jrabbi xi fenka (hekk jifhmuha s-Siġġiewi u Ħaż-Żebbuġ). Għal oħrajn tfisser kamra qrib ir-razzett fejn wieħed irabbi xi majjal (il-Wardija). Patri Mikiel Fsadni O.P., fil-ktieb tiegħu ‘Il-Girna’, ifisser il-kelma ‘gorboġ’ bħala kamra miżjuda ma’ xi girna, jew ħdejha, biex dak li jkun ikollu aktar wisa’ – ngħidu aħna fejn isajjar. Għal xi nassaba, il-gorboġ ifisser dik il-kmajra, parti mill-kumpless tan-nassaba, li tkun biswit id-dura fejn ikunu bilqiegħda. F’din il-kmajra jżommu l-gabjuni, xi ftit ikel, u jkunu jistgħu jistkennu fiha f’każ ta’ xi ħalba xita. Biex jagħtina aktar tagħrif fuq il-griebeġ tkellimt ma’ Karmenu Pace mill-Qrendi, li hu espert fil-qasam. Minn CHARLES B. SPITERI Karm, bosta nies ilissnu l-espressjoni: “dak jgħix f ’daqsxejn ta’ gorboġ”. Jiġifieri jirreferu għall-istess bini ta’ kamra? Meta jgħidu hekk ikunu jridu jfissru li wieħed jgħix f ’dar ċkejkna ħafna. Aquilina u Serracino Inglott fid-dizzjunarji tagħhom jagħtu l-kelma gorboġ bħala kmajra fejn irabbu l-fniek jew il-ħnieżer, jew inkella bħala daqsxejn ta’ kamra żgħira x’aktarx mitluqa u żdingata. Il-kelma gorboġ għandha l-plural griebeġ, u d-diminuttiv grejbeġ. Jien kont dejjem nistaqsi lili nnifsi: għaliex fin-naħa ta’ fuq ta’ Malta hemm tant giren, iżda n-naħa t’isfel ma ssibhomx? Jekk il-bdiewa tan-naħa ta’ fuq (il-Mellieħa, l-Imġarr, iċ-Ċirkewwa, eċċ.) ħassew ilħtieġa li jibnu girna biex jistkennu, jistrieħu, jew jerfgħu xi ħaġa fiha; il-bdiewa tan-naħa t’isfel (is-Siġġiewi, il-Qrendi, iż-Żurrieq, l-Imqabba, il-Gud-

ja, Ħal Għaxaq, Birżebbuġa, eċċ.) ma kellhomx l-istess ħtiġiet? Mela għala ma nsibux giren in-naħa tan-Nofsinhar ta’ Malta? Jien naħseb li t-tweġiba bdejt insibha waqt it-tiftix li bdejt nagħmel dwar il-gorboġ fl-inħawi tal-Qrendi. Jekk tistaqsi lill-bdiewa Qrendin x’jifhmu bil-kelma gorboġ, tweġiba waħda toħroġ minn fomm kulħadd: “Il-girbiġ hu bħal kamra żgħa-

jra u baxxa magħmula missejjieħ biex il-bidwej jistkenn ftit fijhe”. Lanqas qatt ma jgħaddi minn ras xi ħadd mill-Qrendi li l-kelma gorboġ għandha xi tifsira oħra. It-tifsira li tajt hawn fuq trabbejna fiha, qiegħda f ’ħalqna, u għalina tinħass minn ewl id-dinja. Iżda f ’irħula oħra l-kelma gorboġ għandha tifsiriet diversi. Jien nixtieq nitkellem biss fuq it-tifsira tal-Qren-

boġ imxerrdin f ’dawn l-imkejjen: il-Qrendi, l-Imqabba, iż-Zurrieq, Bubaqra, Ħal Far, Ħal Luqa, il-Gudja, Ħal Għaxaq, Birżebbuġa, is-Siġġiewi, Ħal Qormi, ir-Rabat, u Ħad-Dingli. F’Għawdex: San Dimitri, in-Nadur, u l-Qala. Hemm Iżda llum fadlilna minn postijiet li għadni ma mortx: dawn il-griebeġ fl-għelieqi Ħaż-Żabbar, Ħal Safi, il-Mosta. tagħna? U f ’Għawdex: Ta’ Sannat, San Fit-tiftix tiegħi f ’dawn l-aħħar Lawrenz, u postijiet oħra. Minn sentejn, sibt madwar 100 gor- dan it-tagħrif li ġbart nista’ nasal għal xi konklużjonijiet. din, u dawk li jifhmuha bħalna. Għalina l-gorboġ hu daqsxejn ta’ kmajra fl-għelieqi, mibnija bil-ġebel tas-sejjieħ, li fiha l-bidwi jista’ jistkenn mix-xemx u x-xita.

X’inhuma l-karatteristiċi ta’ gorboġ?

Fil-biċċa l-kbira, is-saqaf fuq barra jkun miksi b’taħlita ta’ ħamrija u żrar, jew ġebel irqiq, li mbagħad, bil-ħaxix li jikber fuqu, ma jħallix l-ilma tax-xita jinfed għal ġewwa. Għalkemm minn barra, ħafna drabi l-gorboġ jidher ikkupplat, minħabba din il-kisja li għadni kemm semmejt, minn ġewwa, is-saqaf ikun dejjem ċatt

Gorboġ hu binja fl-għelieqi. Il-binja hi sempliċi u kull wieħed hu uniku. Ikun mibni bil-ġebel tas-sejjieħ u ġeneralment ikollu daħla baxxa, bejn wieħed u ieħor xi metru. Il-ħitan tiegħu jkunu mtellgħin dritti. Is-saqaf tiegħu jista’ jkun magħmul minn blata waħda rqiqa u ngħidulha qiegħ. Ħafna drabi jkollu wkoll toq-


23

12.07.2020

kullhadd.com

ba li sservi kemm għall-arja, u kemm biex wieħed jiftaqad jew jgħasses minnha. Fil-fatt, hemm griebeġ li jissejħu ‘tal-erbat irjieħ’ għax ikollhom ‘tawwala’ ma’ kull ġenb. Din it-toqba fil-ħajt tissejjaħ ‘tawwala’ (Ħal Għaxaq), ‘l-għassiesa’ (il-Qrendi), ‘is-sejjieħa’ (iż-Żurrieq), jew ‘in-nemmiesa’ (is-Siġġiewi). Il-gorboġ qatt ma jkollu bieb jingħalaq iżda biss daħla li titgħatta b’xi xkora. Qatt ma jkollu miżieb (sibt wieħed biss – f ’Tal-Qortin, Bubaqra). Is-soqfa tagħhom biex u kif kienu jsiru? Fil-biċċa l-kbira, is-saqaf fuq barra jkun miksi b’taħlita ta’ ħamrija u żrar, jew ġebel irqiq, li mbagħad, bil-ħaxix li jikber fuqu, ma jħallix l-ilma tax-xita jinfed għal ġewwa. Għalkemm minn barra, ħafna drabi l-gorboġ jidher ikkupplat, minħabba din il-kisja li għadni kemm semmejt, minn ġewwa, is-saqaf ikun dejjem ċatt. Jekk minn ġewwa s-saqaf ikun imtarraġ, jew imkilleb bl-irtalli, allura dik tkun girna, mhux gorboġ. Ħafna griebeġ issibhom mibnija direttament fuq il-blat, mingħajr il-ħtieġa ta’ pedamenti, u ġeneralment huma magħmulin baxxi: mhux aktar minn ħames piedi għoli. L-iskop ewlieni tal-gorboġ hu dak li jipprovdi kenn temporanju lill-bidwi li jkun ’il bogħod minn daru. Kenn biex idabbar ftit rasu mix-xemx tikwi, jew jimtedd u jistrieħ kwarta għallħin ta’ nofsinhar. Kien iservih biex jistkenn minn xi ħalba xita mhux mistennija; biex jerfa’ fih xi magħlef żerriegħa; jew biex xi tfal żgħar li jkollu miegħu joqogħdu fih sakemm ilesti. Hemm min kien juża l-gorboġ biex iżomm fih xi żerriegħa tal-patata għall-frisk sakemm jasal żmien iż-żrigħ; jew xi basal niexef biex jaħżnu għall-frisk u ma jitħassarx. Iżda l-gorboġ kellu wkoll il-funzjoni li wieħed seta’ jagħmel għassa minnu ma’ xi wċuħ li seta’ kellu fir-raba’; bħall-basal, patata, bħajra, eċċ. Meta s-saqaf tal-gorboġ kien ikun ċatt biżżejjed, ġieli ttella’ xi għarix fuqu; u ssib griebeġ li fuqhom ikollhom ukoll dura tal-kaċċa. Bħala għamliet, huma differenti? Iva, kull wieħed għandu l-individwalità tiegħu, ma hemmx xi mudell jew xi daqs fiss. Hu mibni mill-materjal tal-post u juri kreattività, sengħa, u ħsieb f ’binjietu. Fil-ġerarkija tal-bini x’aktarx li jiġi l-aħħar. Warajh jiġi l-għarix, li hu magħmul mill-qasab u l-ixkejjer iżda dan mhux struttura fissa għax

Jien tal-fehma li meta n-naħa ta’ fuq ta’ Malta kienu jibnu l-giren, il-bdiewa tan-naħa t’isfel kienu jibnu l-griebeġ; u r-raġuni ewlenija għal dan kienet il-kwalità tal-materjal għall-bini li kien jeżisti fin-natura. Għax il-bidwi kien jinqeda bil-materjal li jsib madwaru. In-naħa ta’ fuq hu magħruf għall-blat tal-qawwi u n-naħa t’isfel hu magħruf għall-ġebla tal-franka iservi biss għal ftit ġimgħat tal-istaġun biex issir l-għassa minnu, imbagħad jiżżarma. Il-gorboġ bħala binja fissa jew permanenti, jiġi wara d-dwejra, li hi kamra ikbar u ogħla minnu u tissakkar bil-bieb. Għalkemm l-ebda gorboġ mhu bħall-ieħor, meta tkun flejt ħafna minnhom tkun tista’ tagħżel bejn diversi kategoriji. a) Il-gorboġ mibni fil-ħajt tas-sejjieħ – id-daħla tiegħu tkun ċatta mal-ħajt, iżda ġewwa jkun jiftaħ anke sa 13-il pied, hekk li tista’ toqgħod imqar familja sħiħa fih. Xi drabi, minn fuqu jkun għaddej ir-raba’ wkoll. Dan it-tip ta’ gorboġ issibu fejn ir-raba’ jkun imtarraġ. b) Il-gorboġ mekkuk – Dan it-tip ikun mibni f ’nofs katina li tifred għalqa minn oħra; u jkun mibni mżaqqaq, biex jirbaħ ftit tal-wisa’. c) Il-gorboġ maqrut – Dan ikun mibni f ’rokna, u jkun għamla ta’ trijanglu jew nofs qamar, hekk li mid-daħla, il-bidwi jkun jista’ jara l-għalqa kollha quddiemu. d) Il-gorboġ b’dahru mal-ħajt – Dawn il-griebeġ ikollhom tliet naħiet maħruġa ’l barra in arja u d-dahar ikun iserraħ jew jagħmel parti mill-ħajt tassejjieħ ta’ wara. e) Il-gorboġ ta’ nofs l-għalqa – li jkun mibni fin-nofs biex jintlaħaq minn kullimkien u, permezz tat-tawwala, il-bidwi jkun jista’ jnemmes ma’ kull riħ u jara xi jkun qed jiġri malgħalqa kollha. f) Il-gorboġ ta’ żewġ daħliet . Dawn ma tantx tara minnhom. Ikollhom daħla kontra l-oħra, jew maġenb l-oħra. g) Il-grejbeġ - jew dawk il-griebeġ żgħar u baxxi ħafna li jista’ jkun li ma sarux biex jagħtu kenn lill-bniedem, iżda lil xi annimal, bħal ngħidu aħna xi kelb, jew għall-ħażna. U jeżistu epoki differenti tagħhom? Hemm dawk antiki ħafna, bit-tisqifa magħmula minn qxur kbir ta’ blat mhux maħdum. Hemm dawk inqas antiki, fejn il-qxur inħadmu għamla ta’

xorok jew kaptelli, iżda l-wiċċ baqa’ bil-qoxra naturali talblat. Imbagħad hemm dawk aktar riċenti, bix-xorok maqtugħa mill-barriera u maħduma għax-xafra bil-mannarett, jew minġura. U hemm dawk moderni u kontemporanji, għax għad hemm ftit każi fejn xi ħadd bena gorboġ b’ġebel u teknika moderna. Il-qedem tal-gorboġ joħroġ mit-tisqifa, u mill-kwalità tal-ġebel li bih ikun inbena. Jien tal-fehma li meta n-naħa ta’ fuq ta’ Malta kienu jibnu l-giren, il-bdiewa tan-naħa t’isfel kienu jibnu l-griebeġ; u r-raġuni ewlenija għal dan kienet il-kwalità tal-materjal għall-bini li kien jeżisti fin-natura. Għax il-bidwi kien jinqeda bil-materjal li jsib madwaru. In-naħa ta’ fuq hu magħruf għall-blat tal-qawwi u n-naħa t’isfel hu magħruf għall-ġebla tal-franka. Tan-naħa ta’ fuq sabu mezz kif ikillbu l-ġebel u jsaqqfu b’dak il-mod, u n-naħa t’isfel ma kellhomx għaliex jagħmlu hekk għax sabu l-qxur tal-blat lest, u setgħu jaqtgħu x-xorok mill-franka (għax minn tal-qawwi ma tagħmilx xorok, iżda kapitelli, għax id-daqqa tal-imterrqa fil-blat tal-qawwi ma timxix fit-tul. Jiġifieri l-bini tal-girna u dak tal-gorboġ ivarja tant minkejja li jservi l-istess skop? Għalija, iva u żviluppaw skont il-ħtiġiet tan-nies tal-post u l-materjal li sabu madwarhom fin-natura. Dan kollu għandu x’jaqsam għax meta l-bidwi kien jeħtieġlu jibni dik l-istruttura fejn jista’ jistkenn jew jaħżen xi ħaġa, kien jinqeda bil-materjal li kien isib fin-natura madwaru u l-eqreb tiegħu. Għalhekk kif naħsibha jien, il-bdiewa tan-naħa ta’ fuq għamlu użu mill-ġebel li jinsab komunament fix-xagħri, bħal fl-inħawi tal-Mellieħa u vvintaw il-metodu tal-ħitan imkillbin (ġebla ħierġa ’l barra mill-oħra, bħall-kileb) biex jirnexxilhom idejqu l-wisa’ tal-binja sa ma jaslu sat-tisqifa, u mbagħad

jagħlqu permezz ta’ xi qoxra jew tnejn blat. Fin-naħa t’isfel ta’ Malta, li hi magħrufa għall-franka, kien hemm is-sengħa tal-qtugħ talblat, li minnu jfasslu l-knatan u joforqu x-xorok. Kienu jkissru l-blat biex ifasslu l-għelieqi. U ħafna drabi, minn dan it-tkissir tal-blat kienu jibnu l-ħitan tal-gorboġ li għall-kuntrarju tal-girna, fil-biċċa l-kbira tagħhom, kif għedna, jitilgħu dritti. Imbagħad it-tisqifa kienet issir jew minn xi qigħan kbar jew qxur tal-blat kbir li kienu jlaħħqu minn ħajt għall-ieħor tal-gorboġ, jew inkella minn xorok maħduma. Dawk it-tisqifiet l-iktar antiki ssibhom bix-xorok imfassla minn blat naturali bla ma jkunu bil-wiċċ minġur, filwaqt li dawk iktar riċenti kienu jkunu maqtugħa iktar bis-sengħa u jintuża l-mannarett biex jaqilgħulhom il-wiċċ lixx bħal dawk li nafu aħna llum fid-djar ta’ ’l fuq minn 50 sena ilu. Il-bdiewa kien ikollhom xi pjanta li kulħadd jimxi magħha biex jibni pariġġ? Ħafna drabi l-gorboġ kien jinbena mill-bidwi, sid il-għalqa nnifsu. Kien jibnih għall-ħtiġiet tiegħu, skont ix-xeħta tal-art u l-qagħda fejn ikun se jibnih. Għalhekk bħal fil-każ tal-giren, insibu diversi għamliet ta’ griebeġ, wieħed mhux bħallieħor, li minnhom wieħed jista’ joħroġ dawk li jixxiebhu u jiġborhom f ’kategoriji. Ngħidu aħna hemm dawk mibnija mdaħħla fil-ħajt tassejjieħ innifsu, b’tali mod li minn fuqhom tkun għaddejja għalqa oħra. Dawn issibhom fejn il-blat ikun wieqaf u l-għelieqi mtarrġa. Hemm griebeġ oħra li bnewhom għax-xeħta tal-ħajt, li jkun jifred ħabel minn ieħor. Dawn ikunu jserrħu mal-ħajt lejn ix-xellug jew lejn il-lemin tagħhom u għalhekk jiena laqqamthom ‘imġennbin’. Hemm dawk imbagħad li l-bidwi bniehom sewwasew fl-għafsa bejn ħajt u ieħor talgħalqa, eżatt f ’xi rokna. Dawn ikunu mqabbdin minn ħajt

għal ieħor bħal trijanglu. Dawn laqqamthom ‘maqrut’ u ma ssibx ħafna minnhom. Inqas u inqas ma ssib mill-kategorija li jien sejjaħtilhom ‘mekkuk’ u ‘mqammrin’. Tal-ewwel għax huma mibnija fil-wisa’ tal-ħajt tas-sejjieħ bejn għalqa u oħra (jissejjaħ ukoll ‘katina’) u tat-tieni għax ikollhom il-faċċata tagħhom imfassla nofs qamar. Imbagħad hemm dawk numerużi, tal-kategorija li daharhom biss iserraħ mal-ħajt tas-sejjieħ li jkun għaddej fuq wara. Iżda la f ’direzzjonijiet differenti, tara li kull gorboġ hu personalizzat u għandu r-ruħ tiegħu? Bla dubju. U ssib min ikollu daħla baxxa u oħrajn daħla għolja. Min bit-tawwala u oħrajn b’xejn. Min bil-faċċata tad-dobblu u min b’tas-singlu. Min mibni bil-ġebel naturali tax-xagħri u min mill-ġebel maħdum. Min bit-tisqifa mill-qigħan u min bix-xorok. Min għandu t-tisqifa sserraħ fuq il-kileb fuq naħa waħda jew fuq iż-żewġ naħat u min bixxorok iwasslu minn tarf s’ieħor. Min bis-saqaf ikkupplat minn barra u min bis-saqaf ċatt. Min baxx u min għoli. Dawn id-differenzi fihom studju ta’ tqabbil fihom infushom u aktarx li minn dawn id-differenzi wieħed ikun jista’ jasal ukoll biex jifred dawk li huma antiki minn dawk li nbnew eqreb lejn żmienna. Hu faċli li wieħed jarahom u jkollu idea sew ta’ kif ikunu dawk il-griebeġ li fadal? Fid-dinja m’hawn xejn diffiċli iżda jien għamilt għadd ta’ disinji li juru l-għamliet ewlenin ta’ dawk li sibt fl-aħħar sentejn. L-għadd tagħhom kien madwar 100 u għadni nsib xi wieħed ’l hemm u ’l hawn, kultant bla ħsieb waqt li nkun nimraħ qalb l-għelieqi jew għax nistaqsi lil xi bidwi. Dawn l-għamliet differenti ġbarthom mill-inħawi kollha ta’ Malta u Għawdex fejn jinsabu l-istess binjiet. Fil-faqar, is-sempliċità u s-satra tagħhom, dawn il-griebeġ joħorġu mimlija rikkezza u interess. Ħafna minnhom tant huma mibnija bla pompa u żina ta’ xejn, tant huma nfilsati tajjeb fl-ambjent ta’ madwarhom, li tgħaddi minn ħdejhom u ma tindunax bihom. U jien għalija dan hu l-ġmiel tagħhom. Is-sbuħija fis-sempliċità. Jaqdu dmirhom ħafna drabi bla ma jagħtu fil-għajn. Huma rifless u espressjoni ta’ ruħ u l-karattru kiebi u umli tal-bidwi bieżel Malti u Għawdxi.


24

12.07.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

MIKIEL ANTON VASSALLI IT-TRADUTTUR

Il-pubblikaturi Horizons għadhom kif ħarġu l-ewwel ktieb ta’ Ivan Said Mikiel Anton Vassalli – It-Traduttur. L-ewwel taqsima tal-ktieb tagħti ħarsa lejn il-ħajja ta’ Vassalli bħala traduttur wara li ġie f ’Malta mill-eżilju fl-1820. Il-ktieb fih ukoll Storja tas-Sultan Ċiru, adattament għallMalti mill-Franċiż ta’ Vassalli stess, li l-Protestanti ppubblikaw fl-1831, sentejn wara mewtu. Hawn narawha tiġi ppreżentata bl-ortografija tal-lum u b’xi noti li jagħtu t-tifsira ta’ ħafna mil-lessiku li nsibu fl-istorja u li qajla għadu jintuża. Said jemmen li l-addattament ta’ Storja tas-Sultan Ċiru hu l-aħħar politiku ta’ Vassalli u jagħti r-raġunijiet tiegħu għal dan fit-tieni taqsima tal-ktieb. Said jaħdem ta’ traduttur mal-Kummissjoni Ewropea fi Brussell u għal dawn l-aħħar 10 snin hu kiteb dwar tradutturi Maltin u dwar temi oħra marbuta mat-traduzzjoni bil-Malti f ’diversi pubblikazzjonijiet, iżda b’mod partikolari f ’ l-aċċent, ir-rivista semi-akkademika tad-Dipartiment tal-Malti tad-Direttorat Ġenerali tat-Traduzzjoni tal-Kummissjoni Ewropea. Sfond storiku Wara 19-il sena ta’ eżilju fi Franza u fi Spanja, fid-19 ta’ Ġunju 1820, Mikiel Anton Vassal-

li wasal Malta minn Marsilja fuq il-brigantin Saint Francis. Fuq l-istess biċċa tal-baħar, fit-2 ta’ Ottubru tal-istess sena tasal familtu: martu Katerina Vassallo, xebba Formosa de Fremaux, li studjużi jemmnu li żżewwiġha diment li kien Franza u wliedu subien, Grabiel ta’ sitt snin, Saver ta’ ħames snin, Mikiel Anton ta’ tliet snin u Lorenzo ta’ età maġġuri. F’Malta taħt l-Ingliżi Vassalli kien fqir u għajjien, mingħajr mezzi u riżorsi biex jgħajjex il-familja. Iżda Rt Hon. John Hookham Frere, diplomatiku Ingliż u lingwista, li kellu interess fil-koltivazzjoni tal-Malti u l-edukazzjoni inġenerali, għenu bis-sħiħ. Saħansitra għenu biex sar l-ewwel Professur tal-Malti fl-Università ta’ Malta u ħallaslu s-salarju. Wisq probabbli kien Frere li fl-1823 laqqa’ lil Vassalli mar-Rev. William Jowett, il-qassis Anglikan li fl-1815 nieda f ’Malta fergħa taċ-Church Missionary Society (CMS). L-Anglikani qabbdu lil Vassalli jittraduċilhom għall-Malti, fost bċejjeċ oħra, l-Erba’ Vanġeli u l-Atti tal-Appostli, li ħarġuhulu ftit xhur wara mewtu f ’Londra fl-1829. Aktarx kien fl-1825 meta l-Anglikani qabbdu lil Vassalli jittraduċilhom Storja tas-Sultan Ċiru li ħarġuh stampat fl-1831 mill-istamperija li s-CMS kienu waqqfu f ’Malta fl-1822.

Mistoqsija: F’liema sena ġie Malta mill-eżilju Mikiel Anton Vassalli? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MIKIEL ANTON VASSALLI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba ID-DAR TA’ FAĊĊATA u OTTU MA JRIDX JIKBER huwa: J. DIMECH - ĦAMRUN

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il persuna għamlet it-test tal-COVID-19 iktar minn darba? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

12.07.2020

kullhadd.com

JINQABAD BIS-SAĦĦA TAD-DNA TIMOTHY WILSON SPENCER – IS-‘SOUTHSIDE STRANGLER’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

IL-VITTMI

Carol Hamm

Debbie Dudley Davis

Dr. Susan Hellams

Timothy Wilson Spencer twieled fis-17 ta’ Marzu tal-1962. Huwa kien serial killer, magħruf bħala s-‘Southside Strangler,’ is-‘Southside Slayer’ u s-‘Southside Rapist,’ li wettaq tliet stupri u omiċidji f ’Richmond u f ’Arlington, f ’Virginia fl-1987. Apparti dawn it-tliet każi, huwa nstab ħati ta’ omiċidju ieħor li seħħ fl-1984. Sfortunatament, għal dan l-omiċidju kien instab ħati raġel li wara rriżulta li kien innoċenti, David Vasquez. It-testijiet tad-DNA u s-similarità bejn l-omiċidji wasslu għall-ħelsien ta’ Vasquez filwaqt li kkonfermaw il-ħtija ta’ Spencer. Dan kien l-ewwel każ fejn it-testijiet tad-DNA għenu biex jinqabad serial killer u bis-saħħa t’hekk raġel innoċenti ngħata l-ħelsien wara ħames snin ħabs.

b’żewġ ċintorini li nstabu mdawrin m’għonqha. Xahar wara dawn iż-żewġ delitti nstab il-ġisem bla ħajja ta’ studenta ta’ 15-il sena, Diane Cho. Il-katavru nstab ħdejn l-appartament tal-ġenituri tagħha f ’Chesterfield County ħdejn Richmond. Mill-awtopsja rriżulta li hi kienet ġiet stuprata u fgata bħaż-żewġ vittmi ta’ qabilha. L-aħħar vittma magħrufa ta’ Spencer kienet Susan Tucker ta’ 44 sena. Il-pulizija jemmnu li din il-mara ġiet stuprata u maqtula f ’Arlington f ’Virginia fis-27 ta’ Novembru tal-1987 iżda ġisimha nstab fl-appartament

tagħha fl-1 ta’ Diċembru. Wara dawn l-erba’ delitti, il-qattiel ingħata l-laqam tas-‘Southside Strangler’ minħabba s-similarità bejn kull delitt.

Il-vittmi L-ewwel vittma ta’ Spencer kienet Debbie Dudley Davis, eżekuttiv tal-accounts ta’ 35 sena. Hi nqatlet bejn it-18 ta’ Settembru u d-19 ta’ Settembru tal-1987 fl-appartament tagħha. Il-pulizija ta’ Richmond sabet il-ġisem tal-vittma bla ħwejjeġ fuq is-sodda tagħha. Davis ġiet stuprata u fgata. Ħmistax wara dan id-delitt, Dr Susan Hellams instabet mejta f ’darha mir-raġel tagħha. Hi nqatlet bejn il-lejl tat-2 ta’ Ottubru u s-sigħat bikrin tal-għada filgħodu. Żewġha sab il-ġisem bla ħajja ta’ martu nofsu bla ħwejjeġ mal-art fil-kamra tas-sodda. Mill-investigazzjoni sar magħruf li l-aggressur daħal fid-dar tagħha minn tieqa fit-tieni sular billi qatta’ x-xibka tan-nemus. Din il-vittma wkoll ġiet stuprata u fgata

Diane Cho

tgħix biss mil ’il bogħod mill-vittma. Huwa ġie akkużat ukoll bil-qtil ta’ Debbie Davis, Susan Hellams u Diane Cho. Fiż-żmien li saru d-delitti f ’Richmond, Spencer kien joqgħod f ’istituzzjoni tal-kriminali, fejn beda jistenna L-investigazzjoni biex jiġi rilaxxat wara li kien ġie Fl-20 ta’ Jannar tal-1988, il-pulizija akkużat b’serq. Din l-istituzzjoni ta’ Arlington County arrestaw lil kienet biss ftit passi ’l bogħod Timothy Wilson Spencer ta’ 25 mir-residenzi ta’ Davis u Hellams. sena minn Richmond, għall-istupru u l-qtil ta’ Susan Tucker. Il-ġuri Il-pulizija kienu konvinti li Spencer wettaq id-delitt meta mar f ’Ar- Il-każi nbnew fuq ittestjar forenlington biex iżur lil ommu. Huma siku li sar fuq diversi kampjuni skoprew li omm Spencer kienet bijoloġiċi u kampjuni oħrajn li nstabu fix-xeni tad-delitti. L-ewwel ġuri ta’ Spencer sar f ’Arlington f ’Virginia fil-11 ta’ Lulju tal-1988. Huwa ġie akkużat b’serq, bl-istupru u bil-qtil ta’ Susan Tucker. Huwa nstab ħati u ngħata s-sentenza tal-mewt hekk kif ir-riżultati tal-kampjuni bijoloġiċi li nstabu fuq ix-xena tad-delitt kienu jaqblu mad-DNA tiegħu. Dan kien l-ewwel każ f ’Virginia fejn każ ġie solvut bis-saħħa tad-DNA. Wara dan il-ġuri, huwa kellu ġuri ieħor f ’Richmond f ’Virginia fejn ġie akkużat b’serq, bl-istupru u bil-qtil ta’ Debbie Davis. Il-kampjuni bijoloġiċi tal-isperma u x-xagħar li nstabu fuq ix-xena

Susan Tucker

tad-delitt kienu jaqblu ma’ dawk ta’ Spencer. Fit-22 ta’ Settembru tal-1988 inqatgħet is-sentenza kontrih u ngħata l-piena kapitali. Fis-17 ta’ Jannar tal-1989, Spencer reġa’ deher quddiem il-ġurija akkużat b’serq, bl-istupru u bilqtil ta’ Susan Hellams. Huwa reġa’ ngħata s-sentenza tal-mewt. Is-suċċess tal-ittestjar bijoloġiku f ’dawn il-każi wassal biex il-pulizija jduru każi oħrajn, solvuti jew le, li kellhom l-evidenza tad-DNA. Huma skoprew li d-DNA tiegħu kienet taqbel ma’ każ magħluq ta’ omiċidju li seħħ fl-1984, dak ta’ Carol Hamm. Għal dan id-delitt kien ġie akkużat David Vasquez fil-bidu tal-1985. Minkejja li l-evidenza tad-DNA kienet inkonklussiva, l-investigaturi kienu ċerti li Spencer kien ħati minħabba l-mod ta’ kif sar id-delitt u b’hekk Vasquez ingħata l-ħelsien. Madanakollu, Spencer ma reġax għadda ġuri għall-qtil ta’ Carol Hamm. Fil-każ ta’ Diane Cho, l-evidenza bijoloġika wkoll ma kinitx konklussiva iżda Spencer xorta nstab ħati għall-qtil tagħha. Timothy Spencer Wilson ingħata l-mewt bis-siġġu tal-elettriku fis-27 ta’ April tal-1994 fil-Greensville Correctional Centre f ’Jarratt, f ’Virginia.

Il-każi nbnew fuq ittestjar forensiku li sar fuq diversi kampjuni bijoloġiċi u kampjuni oħrajn li nstabu fix-xeni tad-delitti. L-ewwel ġuri ta’ Spencer sar f’Arlington f’Virginia fil-11 ta’ Lulju tal-1988


26

12.07.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

12.07.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 337

C. AGIUS - ATTARD

618 Bi 3 Numri 628 118 639 122 664 145 737 151 781 188 880 252 916 281 479 B’4 Numri 506 0270 546

0332 0679 0725 1013 1105 1145 1323 1389 1729 1811 1846

1847 2033 2585 3337 3717 4241 4310 4469 4802 4851 6483

6510 6702 6781 7273 8281 8400 8604 9281 9384

B’5 Numri 09013 13651 31808 43741 84614 97816 B’6 Numri 578893 626840

B’9 Numri 036456025 439700917 490849198 621698218 668310716 774026611

1. 4. 7,11. 9. 10. 12. 16,22. 18,19.

Mimdudin: Meta titlagħlek wiċċek jiħmar (5) Tajjeb għall-ikel (4) Frak irqiq ħafna (4) Ġieli nirreferu għaliha bħala moħħ! (3) Mara bieżla (6) Jgħin fil-Quddies (6) Inxidd (6) Wieħed hawn bħalu li hu ta’ veru (5)

19. 20. 21. 23. 24.

Ara 19 Rendikont tal-Gvern (5) Frans Agius Buġeja (1,1,1) Kumpanija tal-Wardens? (4) Ma bqajtx barra (5)

3,5. 5. 6. 8. 11. 12. 13. 14. Weqfin: 1. Kompli l-qawl: 15 Fejn ma jersaqx 17. id-dubbien ma 21. jbejtux il-........(6) 22. 2,12W. Ġie (5)

Kunjom (6) Ara 3 Isem (3) Raħal (5,4) Ara 7 Ara 2 Il-ħoss li jagħmlu n-nagħaġ (3) Ġie wiċċ imb wiċċ (6) Moħħu hemm (6) Fl-affermattiv (3) Tajjeb wisq bit-tewm (3) Ara 16

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Prima, 4.Djun, 9.Rat, 10.MP Mara, 12.Kisret, 16.Sia, 18.Te, 20.Tazza, 21.Tre, 23.Tuta, 24.Mitni

Weqfin: 1,11.Permessi, 2.Int, 3,17. Armier, 5.JMA, 6,7.Nvara, 8,22. Apprezzament, 12,19.Karab, 13,21W. Statut, 14.Tradut, 15.Ħbiebi


28

12.07.2020

kullhadd.com

L-ISEM TAL-LOGĦBA Editorjal

Is-sabutaġġi u t-tradimenti, huma l-armi prinċipali fil-logħba ta’ din il-fazzjoni psewdoNazzjonalista bla valuri li, fuq kollox, tippretendi li tagħti l-lezzjonijiet li kulħadd

Din kienet il-ġimgħa li fiha seħħ dak li politikament kien ilu mbassar li jseħħ f ’pajjiżna. Sa minn żmien ilu kien ċar li l-mod kif bdew ifarfru l-konsenturi fid-Dar Ċentrali kien biss indikazzjoni li xi darba, mhux wisq ’il bogħod, kollox kellu jisfronda, kif rajna jseħħ f ’dawn l-aħħar jiem u kif għad irridu nkomplu naraw sakemm joqgħod it-trab kollu minn dan id-diżastru li qed jiżvolġi quddiem għajnejna. Meta ngħidu dan ma rridux b’xi mod nassoċjaw il-bidu tal-qasmiet interni fil-Partit Nazzjonalista mas-sena 2017, jew aħjar mindu t-tesserati Nazzjonalisti bl-aktar mod demokratiku ħatru lil xi ħadd li kien estranju għall-establishment l-antik u allura ma kellu x’jaqsam xejn mal-imgħoddi skandaluż tal-Partit. Realistikament tassew mhux il-każ anzi l-problemi, li bdew ikunu iżjed viżibbli sa minn sena qabel l-Elezzjoni tal-2013, imorru lil hinn minn hekk. Persuni, bħal Louis Galea,

Francis Zammit Dimech, Joe Saliba, Lawrence Gonzi u oħrajn, li kien hemm min pinġiehom u aċċettahom daqslikieku kienu s-soluzzjoni għall-inkwiet attwali f ’Tal-Pietà, fil-verità huma l-wiċċ proprju tal-problemi li qabżu kull proporzjon u spiċċaw biex jifgaw il-ġejjieni tal-PN. Il-fatt li l-moviment kontra Adrian Delia fil-Grupp Parlamentari tiegħu stess għamel ħiltu kollha biex jimminah minn qabel inħatar Kap u llum jittanta jqalftu ’l barra mid-Dar Ċentrali, avolja wisq probabbli għad għandu l-appoġġ numeriku tat-tesserati u partitarji oħrajn Nazzjonalisti, ifisser iżjed milli jista’ jidher. Irridu nżommu dejjem f ’moħħna wkoll li dawn irribelli, bis-sostenituri kollha tagħhom, inkluż fil-midja u f ’istituzzjonijiet nazzjonali rinomati u importanti, jam­ montaw għal persentaġġ minimu ħafna fis-soċjetà tagħna, anke jekk kapaċi jagħmlu ħoss akbar milli jixraq, qishom ftit ċenteżmi jiġru f ’bott tal-landa.

Aħna konvinti wkoll li mhux id-19-il deputat kollha, li vvutaw kontra Delia fil-laqgħa ta’ nhar it-Tlieta, jafu l-iskopijiet kollha għal xiex dan għandu jitlaq akkost ta’ kollox. L-istess mhux konxji biżżejjed uħud minn dawk li qed jiġu imbuttati f ’dan il-kamikażi politiku. Mhux se jkunu tal-ewwel u lanqas talaħħar. Ċifri minn stħarriġ talopinjoni pubblika, li veru ma jagħtux kredtu lil Delia (lanqas kienu jagħtu lill-predeċessur tiegħu Simon Busuttil), jew ilkuntatt li dan allegatament kellu ma’ Yorgen Fenech wara li sar magħruf li hu s-sid ta’ 17 Black, huma biss skużi u parti żgħira mill-ħabel li l-hekk imsejħa fazzjoni ta’ Busuttil dawru m’għonq it-tmexxija ta’ Delia. Meta dawn m’aċċettawx lanqas ir-regoli li fasslu huma stess bil-bdil fl-istatut tal-Partit taħt it-tmexxija ta’ Busuttil, wara li r-riżultat finali ma kienx dak li xtaqu, joħroġ mhux biss il-kredenzjali antidemokratiċi tagħhom, fl-istess ħin li jridu

jbellgħuha li huma l-kavallieri tas-saltna tad-dritt. Kif konna diġà nafu, jixhed ukoll kemm tassew huma nies perikolużi li lesti jagħmlu kollox biex jaslu għall-miri makabri ta’ moħħhom. U la jaslu li jagħmlu dan lil “ħuthom” u l-Partit ta’ qalbhom, aħseb u ara mil-liema martirju kapaċi jgħaddu lil ħaddieħor. Bħala Partit Laburista, u kull persuna li tiddeċiedi li tassoċja ruħha miegħu, nafu xi ħaġa dwar dan, speċjalment fl-aħħar seba’ snin mindu l-poplu għażel lit-tmexxija ta’ Joseph Muscat fl-akbar vot rappreżentattiv sa dakinhar, u mhux l-inqas mill-bidu ta’ din is-sena mindu Robert Abela ġie elett fit-tmun tal-Partit u tal-pajjiż. Is-sabutaġġi u t-tradimenti, li suppost ilhom għexieren ta’ snin li nqatgħu mid-dinja demokratika, huma l-armi prinċipali fil-logħba ta’ din ilfazzjoni psewdo-Nazzjonalista bla valuri li, fuq kollox, tippretendi li tagħti l-lezzjonijiet li kulħadd.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.