KullĦadd_12.09.2021

Page 1

S’ISSA NTUŻAW B’AKTAR MINN €33 MILJUN F’VOUCHERS Il-Ħadd, 12 ta’ Settembru, 2021

JIRRIMARKAW KIF IL-PN QED JAĦBI L-KAP Rapport f’paġna 8

Ħarġa Nru 1,470

Prezz €1

Rapport f’paġna 3

ŻIEDA TA’ 93,000 IMPJIEG F’INQAS MINN SEBA’ SNIN F’perjodu ta’ inqas minn seba’ snin ta’ amminis­ tliet darbiet aktar. trazzjoni Laburista, bejn Marzu tal-2013 u Di­ Sinifikanti wkoll hu l-fatt li, waqt li taħt Gver­ ċem­bru tal-2020, kien hemm żieda ta’ 93,000 nijiet Laburisti wieħed minn kull sitt impjiegi impjieg, medja kull xahar ta’ 1,150 impjieg iżjed ġodda kien part-time, taħt Gvernijiet Nazzjon­ jew 38 aktar kull ġurnata. alisti wieħed minn kull tliet impjiegi ġodda kien Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjo­na­ part-time, id-doppju. li tal-Is­ta­­tistika tin­­dika li din Fl-aħħar seba’ snin ta’ ammi­ iż-żieda fl-impjiegi seħħet sa­ nistrazzjonijiet Nazzjonalis­ti, ħan­­sitra fit-12-il xahar tal-2020, l-ammont ta’ Għawdxin jaħd­ is-sena tal-pande­mi­ja. Fil-fatt, mu full-time żdied minn ftit f’dan iż-żmien ġiet osservata aktar minn 8,500 għal inqas L-impjiegi taħt żieda ta’ 9,060 impjieg full-time minn 9,300, jew xi 800 persuna. u 589 impjieg part-time. B’kuntrast, f’inqas minn seba’ Gvernijiet Laburisti Meta wieħed iħares mill-2013 snin ta’ Gvern Laburista kien żdiedu b’erba’ lil hawn jinnota li kien hemm hemm żieda ta’ 4,685. Dan ifis­ser żieda ta’ kważi 67,500 impjieg li f’Għawdex l-aċċelleraz­zjoni darbiet aktar … full-time mas-settur privat. fir-rata ta’ ħolqien ta’ impjiegi f‘Għawdex waħdu, kienet Fl-istess ammont ta’ żmien taħt akbar. iż-żieda kienet sitt amministrazzjoni Nazzjonalista Fil-fatt, taħt Gvern immexxi sa tmiem l-2012 kien hemm żie­ mill-Partit Laburista, fil-gżira darbiet aktar da ta’ inqas minn 17,600 impjieg Għawdxija kien hemm tkabbir full-time mal-privat. sitt darbiet aktar minn taħt Gvern Nazzjo­na­lista, Dan ifisser ukoll li, minkejja l-pandemija, taħt li hu darba u nofs aktar milli ġara f’Malta. Gvern Labu­rista ż-żieda fl-impjiegi kienet kważi Dan jispjega għaliex wara snin ta’ staġnar, erba’ darbiet aktar. l-ekonomija Għawdxija rnex­xiel­ha tibda tik­ Fejn jidħol xogħol part-time, taħt il-PN kien ber b’rata akbar minn dik ta’ Malta, minkejja li hemm tkabbir ta’ inqas minn 6,300 impjieg, l-ekonomija Maltija kienet qed tikber b’rata re­ mentri taħt amministrazzjonijiet Laburisti fl-ist­ kord. ess tul ta’ żmien kien hemm żieda ta’ aktar minn 16,000 impjieg part-time. Dan ifisser tkabbir ta’ Tkompli f’paġna 3


02

12.09.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq Franza sa fuq il-Punent talMediterran u l-Libja It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab bil-possibilità ta’ xi ħalbiet tax-xita iżolati Ir-Riħ: Moderat mill-Majjistral li jdur ħafif għal moderat mill-Grigal Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent Majjistru li jsir mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 29°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

27°C UV 7

KUNTATT ĠENERALI

21°C

Il-Ħamis

28°C UV 7

21°C

Il-Ġimgħa

28°C UV 6

22°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

28°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 7

23°C

29°C UV 6

23°C

28°C UV 6

23°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21239682 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k/m Triq Vitale, L-Imġarr Malta – 21577784 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454247 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

12.09.2021

PERSENTAĠĠ INQAS TA’ ĦADDIEMA MAL-GVERN Tkompli minn paġna 1 Fost l-istejjer ta’ suċċess li joħorġu mill-istatistika tal-NSO tispikka li filma­nifattura kellna żieda ta’ kważi 2,200 xogħol full-time u 700 xogħol part-time. Fl-istess tul ta’ żmien taħt amministrazzjoni Nazzjonalista kien hemm tnaqqis ta’ kważi 4,000 impjieg full-time u 900 impjieg part-time fl-industrija. Meta ntemmet l-aħħar leġiżlatura Nazzjonalista, is-settur pubbliku kien jimpjega 27% tal-impjegati full-time fil-pajjiż. Filwaqt li l-Oppożizzjoni tgħid li taħt amministrazzjoni Laburista kien hemm żieda fid-dipendenza fuq xogħol mal-Gvern, l-istatistika tindika li l-proporzjon naqas għal 22%. Dan minkejja li Gvern Laburista żied il-fulltimers jaħdmu fis-settur tas-saħ­ħa u l-edukazzjoni bi kważi 4,000, jew terz aktar milli kienu żdiedu taħt ammi­ nistrazzjoni Nazzjonalista fl-istess tul ta’ żmien.

L-akbar tkabbir fl-impjiegi ġodda mal-privat kienu fis-servizzi amministrattivi L-akbar tkabbir fl-impjiegi full-time mill-2013 ’l hawn kienet fis-settur tasservizzi amministrattivi. Hawnhekk kien hawn żieda ta’ 12,250 impjieg fulltime mal-privat, u kważi 600 impjieg part-time. Wara dan is-settur l-akbar tkabbir kien f’dak tas-servizzi professjonali, b’żieda ta’ 8,700 impjieg fulltime u 2,900 impjieg part-time. Fir-remote gaming kien hemm żieda ta’ kważi 6,900 impjieg full-time u 1,800 xogħol part-time. B’hekk kważi wieħed minn kull żewg impjiegi ġodda fis-settur privat li nħolqu f’dawn l-aħħar snin kienu f’dawn it-tliet oqsma. Setturi tradizzjonali, bħal dawk talkostruzzjoni, tal-lukandi u r-restoranti, tal-ħwienet u t-trasport, filwaqt li żdiedu ferm aktar milli kienu jiżdiedu qabel l-2013, xorta ma żammewx il-pass tas-setturi tas-servizzi ġodda. Pereżempju s-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kiber b’56% meta mqabbel ma’ Marzu tal-2013. Is-settur tas-servizzi finanzjarji kiber b’67%. Dan jindika kif mhux biss aċċellerat ir-rata ta’ ħolqien tax-xogħol, imma talli l-ekonomija ddiversifikat aktar lejn setturi ġodda b’valur miżjud aħjar. Kien dan il-proċess ta’ bidla struttura­ li li wassal biex l-ekonomija Maltija kienet kapaċi tilqa’ għax-xokk qawwi tal-pandemija li laqtet setturi bħatturiżmu u l-bejgħ mill-ħwienet.

S’ISSA NTUŻAW AKTAR MINN €33 MILJUN F’VOUCHERS L-INJEZZJONI EKONOMIKA MILL-GVERN SE TIĠI ESTIŻA SA TMIEM OTTUBRU F’perjodu ta’ tliet xhur intużaw b’aktar minn 74% tal-vouchers ta’ €100 li l-Gvern qassam lil kull ċittadin ta’ 16-il sena ’l fuq. Dan ifisser li, b’din it-tieni ħarġa tal-inizjattiva matul il-pandemija tal-COVID-19, aktar minn €33 miljun oħra ġew injettati direttament fl-ekonomija lokali, b’medja ta’ €2.6 miljun fil-ġimgħa. Is-Sibt 10 ta’ Lulju kienet l-aktar ġurnata li fiha ntużaw vouchers f’24 siegħa, total ta’ €774,000. Waqt żjara fost ir-restoranti f’Marsalforn, il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri ta dettalji dwar l-użu tal-vouchers s’issa u kif l-użu tagħhom se jkun qed jiġi estiż b’xahar sal-aħħar t’Ottubru li ġej. Il-vouchers, li setgħu anke jitniżżlu b’mod diġitali mis-7 ta’ Ġunju, jissarrfu f’lukandi, restoranti, ħwienet u servizzi. Schembri, li kien akkumpanjat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri, qal li mill-ammont użat s’issa, €30.6 miljun tal-vouchers issarrfu f’Malta, waqt li €2.4 miljun ġew użati f’Għawdex. Minn €12-il miljun f’vouchers diġitali ntużaw mal-€10 miljun, jiġifieri 83.3%, bi €23 miljun intużaw minn total €32 miljun tal-vouchers stampati, jiġifieri 71.9%. Jirriżulta li mat-3.58 miljun voucher inħarġu biex jitqassmu fost 447,669 persuna eliġibbli għall-valur ta’ €44.77 miljun. Minn dawn, 117,485 persuna niżżlu l-vouchers tagħhom b’mod diġitali, waqt li 330,184 persuna pprefe­rew il-verżjoni stampata. Id-distribuzzjo­ni tal-vouchers bil-posta f’Malta u Għawdex intemm fil-5 ta’ Lulju 2021. Kien hemm 300,757 voucher li ġew impustati jew miġbura kif ukoll 29,425 voucher li għad irid jiġu miġbura. Ix-xahar ta’ Lulju kien ix-xahar li l-aktar intużaw il-vouchers. Fi tmiem il-ġimgħa l-użu medju jammonta għal

€1.37 miljun, filwaqt li matul il-ġimgħa, jiġifieri mit-Tnejn sal-Ħamis l-użu medju ta’ vouchers kien ta’ €1.22 miljun. “L-iskop tagħna qiegħed ikompli jintla­ħaq u r-riżultati ta’ deċiżjonijiet i­bs­ in li kellna nieħdu fl-aktar mument ta’ sfida qed jaslu,” qal il-Ministru Schembri. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għal Għawdex qal li mir-restoranti li żaru deher biċ-ċar li l-vouchers għal sena

oħra għenu lin-negozji lokali. “F’Għawdex biss dan is-sajf intefqu €2.4 miljun f’vouchers. Mill-Ġimgħa 3 ta’ Settembru sal-Erbgħa 8 ta’ Settembru (il-Vitorja) qasmu l-fliegu aktar minn 98,000 persuna bil-Gozo Channel. Matul ix-xhur ta’ Lulju u Awwissu wkoll qasmu l-fliegu kważi miljun persuna bl-istess mezz ta’ trasport,” qal Camilleri, waqt li fakkar ukoll fit-tnaq­ qis fil-qgħad fil-gżira għall-inqas livelli fl-istorja.

MARATONA ĠBIR TA’ FONDI MILL-PL FIL-21 TA’ SETTEMBRU Il-Partit Laburista se jtella’ maratona ġbir ta’ fondi nhar il-21 ta’ Settembru li ġej, f’Jum l-Indipendenza, l-għada li tintemm il-konferenza ta’ erbat ijiem, li fost oħrajn se tiddiskuti ideat għal tiġdid. Dan ħabbru d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista l-Perit Daniel Micallef fuq l-istazzjon ONE nhar it-Tlieta. Il-maratona bit-tema “Inġeddu Malta Flimkien” se ssegwi erbat ijiem konferenza intensiva bejn l-istrutturi kollha tal-Partit, fosthom IDEAT, Nisa Laburisti u Żgħażagħ Laburisti. Fl-istess ħin, qabel il-bidu tal-istess konferenza fid-19 ta’ Settembru, il-PL se jorganizza diskussjonijiet oħrajn fuq diversi temi, bħall-IVF, il-gżira t’Għawdex, is-sistema elettorali u l-edukazzjoni fost oħrajn. L-għan hu li minn dawn id-diskussjonijiet ikun jista’ jitfassal qafas għad-diskussjoni li eventwalment ikompli

jimplimenta l-viżjoni tal-Partit. Dan kien fissru wkoll il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela fl-aħħar intervista li kellu fuq l-istazzjonijiet ONE, fejn enfasizza li jekk aħna lkoll inġeddu lil dan il-pajjiż flimkien, nibqgħu forza politika ħajja u b’saħħitha li dejjem moħħha fil-futur. Fuq il-programm televiżiv Pjazza ta’ nhar it-Tlieta li għadda, proprju meta ħabbar id-data tal-ġbir ta’ fondi li jmiss, id-Deputat Mexxej Laburista qal li dan hu l-mod kif il-Partit iwieġeb għall-isfidi, inkluż attakki viljakki mill-avversarji politiċi. Il-Perit Micallef qal li “aħna bħala Partit, għal dawn it-tip ta’ attakki se nwieġbu b’aktar ħidma. Qed inħeġġu lin-nies biex nhar il-21 ta’ Settembru se norganizzaw maratona ġbir ta’ fondi wkoll għal dawk kollha li jixtiequ li l-Partit Laburista jibqa’ l-akbar forza politika tal-pajjiż.”


04

12.09.2021

L-EWWEL UGWALJANZA TAL-ĠENERU ELETTORALI Il-mekkaniżmu leġiżlattiv, li mill-elezzjoni ġe­­ ne­rali li jmiss se jkun qed jibbilanċja aħjar irrappreżentanza sesswali fil-Parlament, beda jitħaddem proprju fl-aħħar jiem bil-ħatra talmembri tal-Kummissjoni Elettorali. Fil-fatt, skont avviż fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda, tħabbar li l-Kum­ missjoni issa se tkun iffurmata minn għaxar membri, flok tmienja, bl-inklużjoni ta’ erba’ nisa. Il-membri nnominati fil-Kummissjoni, bħala rappre­żen­tanti tal-Gvern u l-Oppo­żiz­ zjoni, huma Mario Callus, Veronique Dalli, Richard Dimech, Dianne Galea, Melanie Mizzi, Marion Portelli, Salvu Sant, Victor Scerri, Angelito Sciberras u Joseph Scicluna.

Dawn issa se jkunu qed jassistu lill-Kum­ missjonarju Elettorali Prinċipali Joseph Camil­ leri, li nħatar f’Lulju tas-sena l-oħra. Il-ħatriet, li jsiru mill-President tar-Repub­b­ lika, fuq parir tal-Prim Ministru, skont id-dis­ pożizzjonijiet tal-Artiklu 60 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta u tal-Artiklu 7(2) tal-Att dwar lElez­zjonijiet Ġenerali (Kap 354), huma għal perjodu ta’ tliet snin b’seħħ mit-30 ta’ Awwissu li għadda. Din l-entità Kostituzzjonali, li għall-aħħar snin kienet dejjem magħ­mula minn irġiel, għandha r-respon­sabbiltà li tmexxi l-proċessi elettorali fil-pajjiż. Għal­daqstant, mill-elezzjoni ġenerali li jmiss trid ukoll taddatta biex tara

li l-inqas sess rappreżentattiv ikollu 40% ta’ membri fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali, wara l-emendi fil-liġi li kienu mwiegħda mill-Partit Laburista. Fl-14 t’April li għadda l-Parlament approva, bi 63 vot favur u tnejn kontra, l-abbozz storiku li kellu bżonn l-appoġġ ta’ mill-inqas żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Il-mekkaniżmu se jitħaddem fl-20 sena li ġejjin. Minkejja dan, meta kien qed jikkummenta dwar dan il-pass storiku, il-Prim Ministru Robert Abela kien tenna fil-pubbliku li perso­ nalment jittama li l-proċess riparatorju jit­ waqqaf anke qabel dan iż-żmien, għax ma nkunux neħ­tie­ġuh iżjed bħala pajjiż.

FIL-PN JISTAQSU FEJN KIEN ALEX BORG IKOMPLU L-MANUVRI TAL-FAZZJONI TAL-“BLUE HEROES” FUQ IL-KANDIDAT GĦAWDXI Żewġ konferenzi tal-aħbarijiet mill-Partit Nazzjonalista dwar Għawdex f’perjodu qasir kell­ hom nieqes lill-kandidat Nazz­ jonalista Alex Borg, bis-sorsi tagħna fid-Dar Ċentrali jgħidu li tqajmu għadd ta’ mistoqsijiet dwar dan. Mit-tagħrif li għandha din il-gazzetta, ingħad li m’hemm ebda skuża li tista’ tiġġustifika għal xiex Borg tħalla barra jew saħansitra ż-żewġ konferenzi saru meta ma setax hu. Dan anke għax fil-konferenzi stam­ pa l-kellie­ma tkellmu dwar temi ġenerali u li ma kinux kurrenti u li kieku riedu li Borg ikun preżenti żgur kienet tinstab xi forma ta’ soluzzjoni. Borg hu l-kandidat l-iktar qrib tal-Eks Ministru Giovanna Debono li se jikkontesta l-elezzjoni ġenerali li jmiss għall-PN fuq it-Tlettax-il Distrett. Minkejja dan, kif irrappor- Peter Agius imexxi waħda mill-konferenzi li eskludew lill-kandidat Alex Borg tat diġà, id-Deputat Chris Said xejn mhu kuntent bih, tant li fl- Borg ikkritika lill-fergħa tal-es- ti min-nuqqas ta’ ideat jew hom jidher f’xi attività jitkelaħħar ġimgħat dan wassal għal tablishment tas-Civil Society affa­rijiet proposti li diġà jsiru lem f’isem il-Partit. Dan seħħ attakk fuq il-kandidat il-ġdid Network, kien Peter Ag­ius innif- f’Għawdex. Fil-fatt, fost oħrajn, minkejja li fl-istess jum kien mill-fazzjoni ta’ Busuttil u Re- su li kiteb pubblikament li ċerti issemma li hemm bżonn jib- qed jitkellem il-Kap tal-Partit. pubblika, li l-kandidat tagħha membri tal-PN qegħdin jieħdu dew is-servizzi ta’ kimoterapija Is-soltu ma ssir l-ebda attivJoe Ellis, ukoll sab ruħu fil-kon- azzjonijiet li jnaqqsu mill-ħid- fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex. ità f’ġurnata hekk, speċjalment ferenzi tal-aħbarijiet bħalma ma tal-Partit. Minn dak­inhar Dan is-servizz, iżda, ilu jingħata nhar ta’ Ħadd. Imma sab postu Chris Said. jidher li ttieħdet deċiżjoni li mill-istess sptar mill-2014. għal dawk ta’ Fil-fatt kien f’konferenza fl-attivitajiet tal-Partit f’GħawIs-sorsi konvinti li l-konfe­ li għamel il-PN biex jitkellem dex tingħata prijorità akbar lil renzi saru b’ċerta għaġla għax dwar is-saħħa f’Għawdex l-ew- Said u Ellis, mentri Borg jitħalla l-istrateġisti tal-PN inkwetaw li wel li spikkat l-assenza tal-kan- barra. Borg kien qed jidher bi promi­ didat Alex Borg. Minflok nenza ma’ Giovanna Borg, il-kelliem ewlieni Debono wara li ntemm tal-PN Peter Agius għażel każ fil-Qorti. li jieħu miegħu lil Dr Attivisti qrib Chris Chris Said u lill-kandidaSaid jgħidu filta Josephine Xuereb. miftuħ li dan seta’ Ta’ Said inkwetati li Borg, Fit-tieni konferenza jwassal biex Borg li jidher bi prominenza ma’ tal-aħbarijiet, li ttratikompli jsaħħaħ Giovanna, seta’ jissaħħaħ tat il-konnettività dwar il-voti ta’ dawk Għawdex, marru d-De­ li qabel kienu pu­tati Joe Ellis u Kevin jivvutaw lil Cutajar. Ta’ min jirrimarka kif dawn Giovanna u nsistew Meta fl-aħħar ġimgħat Alex il-konferenzi kienu ddomina­ biex il-paladin tagħ­

Chris Said kien kruċjali li dan jingħata coverage mill-midja ħalli jipprova jtellef lil Borg, li spikka meta kien l-uniku kandidat Għawdxi li mar jiltaqa’ pubblikament ma’ Giovanna Debono. Sadanittant fi ħdan il-PN f’Għawdex ukoll qed tirrenja rabja kbira għall-atteġġjament ta’ dawk qrib Chris Said. Attivisti tal-PN Għawdxin innutaw kif stħarriġ wara l-ieħor qed jikkonferma kif il-PN mhux jagħmel titjib f’Għawdex. L-aħħar stħarriġ ippubblikat mill-MaltaToday juri li l-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Dr Robert Abela għandu vantaġġ ta’ 19% fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Dr Bernard Grech f’dan id-distrett. Dan huwa fost l-agħar livell ta’ fiduċja li qatt inkiseb minn Kap tal-PN f’Għawdex. Jidher li l-kontroll mill-ġdid tal-Partit mill-“Blue Heroes” qed iwassal għal nuqqas qawwi ta’ appoġġ min-Nazzjonalisti Għawdxin għax dawn iħossu li Busuttil kien warrab lil Giovanna Debono u minflok aġevola lil Chris Said.



06

12.09.2021

L-AĦJAR EDUKAZZJONI BI PROTOKOLLI “Il-punt tat-tluq biex ġew aġġornati l-protokolli għallftuħ tas-sena skolastika 20212022 kien dejjem li l-aħjar edukazzjoni li tingħata lil uliedna hi mill-klassi u għalhekk dawn il-protokolli aġġornati jirrif­ lettu din il-mira,” enfasizzat il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana din il-ġimgħa meta tħabbru l-miżuri li bihom se tiftaħ is-sena skolastika l-ġdida mill-aħħar ta’ dan ix-xahar. M’hemm ebda dubju u hija rikonoxxuta madwar id-dinja kollha, li l-pandemija ħolqot l-akbar tfixkil anke fl-edukaz­ zjoni, sa minn żmien l-aħħar Gwerra Dinjija. Fl-eqqel tal-kriżi, ċifri maħ­ ruġin mill-UNESCO wrew li ’l fuq minn 1.6 biljun student f’aktar minn 190 pajjiż kienu barra mill-iskola. Fost dawn, l-istudenti Maltin. Il-vantaġġ li għandhom l-istudenti Maltin meta mqabbla ma’ studenti madwar id-dinja, madankollu, hija notevoli. Pajjiżna kien l-uniku pajjiż li bil-miżuri ta’ prevenzjoni li wara l-waqfa ħesrem ta’ Marzu kif xterdet il-pandemija, l-iskejjel reġgħu fetħu u baqgħu miftuħin. Bħalma baqgħu miftuħin iċChildcare Centers, Breakfast Club, SkolaSajf, żdiedu wkoll diversi servizzi ta’ appoġġ li ngħataw meta l-iskejjel ingħalqu għal ftit ġranet u numru ta’ servizzi oħra li jingħataw minn entitajiet fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni. Din is-sena għall-ewwel darba qed jingħata servizz ġdid għal tliet ġimgħat lil tfal b’diżabilità u wkoll servizz ta’ Catch-Up Classes. Iżda l-effett qiegħed hemm. Mhux biss l-effett fuq it-tagħ­ lim, imma effetti oħra li huma wkoll ta’ importanza kbira għat-tfal: saħħa mentali, nuqqas ta’ soċjalizzazzjoni, nuqqas ta’ attività fiżika, vulnerabbiltà u esklużjoni. Dak li qed tenfasizza l-Or­ga­ nizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) għall-istaġun skolasti­ ku li jmiss, jiġifieri li “hu vitali li t-tagħlim fil-klassi jibqa’ għaddej bla interruzzjoni­jiet fir-reġjun Ewropew, għax dan hu ta’ importanza massima għall-edukazzjoni tat-tfal, għas-saħħa mentali tagħhom u wkoll għall-ħiliet ta’ soċja­ lizzazzjoni tagħhom, biex ukoll l-iskejjel jgħinu lit-tfal fil-kuntentizza tagħhom u biex ikunu membri produttivi tas-soċjetà,” pajjiżna ilu li adottah u wettqu fil-prattika. Il-Ministeru għall-Edukaz­ zjoni wkoll jaqbel mal-WHO li m’għandniex “nisirqu lit-tfal mill-opportunitajiet li tant

għandhom bżonn u jixirqilhom.” U dan kollu għalhekk huwa l-punt tat-tluq biex ġew aġġornati l-protokolli għall-ftuħ tas-sena skolastika 2021-2022. Wara li l-protokolli b’konnessi mal-ftuħ tas-sena skolastika 2021-2022 ġew approvati mill-awtoritajiet tas-saħħa, saru taħditiet, fosthom mal-istakeholders kollha, li matul­hom ġew diskussi dawn il-protokolli. Dawn se jindirizzaw għalhekk l-effetti tal-pandemija u l-isfidi ta’ saħħa mentali, in-nuqqas ta’ soċjalizzazzjoni, vulnerabbiltà u esklużjoni. Il-Ministru Caruana fakkret li l-pass lura għan-normalità huwa possibbli għaliex l-edukaturi u dawk kollha li għand-

hom konnessjoni ma’ wliedna fl-iskejjel fil-maġġoranza ħadu t-tilqim. Għandna wkoll 85% tal-istudenti ta’ 16-il sena ’l fuq li ħadu t-tilqim u 73% tal-istudenti bejn it-12 u l-15-il sena li wkoll ħadu t-tilqim. Għalhekk b’din ir-rata ta’ tilqim, kemm l-edukaturi u l-istudenti se jattendu b’mod fiżiku fl-iskejjel. Se jkun hemm biss numru żgħir ta’ individwi li huma klassifikati bħala persuni vulnerabbli, li għalihom se jkunu adottati shielding protocols li se jkunu koordinati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Il-miżuri li kienu fis-seħħ qabel il-pandemija u applikabbli għall-persuni meqjusa vulnerabbli, se jibqgħu fis-seħħ. Il-lista sħiħa tal-protokolli jinsabu fuq is-sit tal-Awtori-

tajiet tas-Saħħa. Imma tajjeb li naraw uħud mit-tibdil li se jidħlu biex l-istudenti jkomplu għaddejjin bl-edukazzjoni tagħhom fil-klassi. Il-Joint Team bejn il-Minis­ teru għall-Edukazzjoni u l-Mi­ nis­teru għas-Saħħa se jibqa’ għaddej bil-ħidma tiegħu anke din is-sena biex jaħdem mal-ischool COVID-19 liaison officers bil-għan li jkunu identifikati kemm jista’ jkun malajr każi li jista’ jkun hemm ta’ COVID fl-iskejjel biex tittieħed l-azzjoni immedjata ta’ contact tracing u azzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa. Tajjeb li wieħed ifakkar li matul il-pandemija fl-iskejjel u l-istituzzjonijiet edukattivi mhux biss iddaħħlu aktar minn 50 miżura b’investiment

Il-protokolli l-ġodda, approvati mill-awtoritajiet tas-saħħa u sussegwentement diskussi mal-istakeholders kollha, se jindirizzaw l-effetti tal-pandemija u l-isfidi tas-saħħa mentali, in-nuqqas ta’ soċjalizzazzjoni, vulnerabbiltà u esklużjoni li l-aħħar sena kkawżat fuq l-istudenti Maltin u Għawdxin

ta’ aktar minn €30 miljun biex setgħu jkunu implimentati l-protokolli; imma tqabbdu assessuri independenti u reġistrati mal-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ta’ pajjiżna li spezzjonaw l-iskejjel kollha biex jiċċertifikaw li dak preskritt fil-linji gwida ġie fil-fatt implimentat f’kull skola. Dawn ħallew il-frott tant li skont studju, hemm indikazzjoni ċara li ma kienx hemm impatt negattiv fuq it-tagħlim tal-istudenti tagħna u dan huwa kuntrarju għal dak li ġara fil-pajjiżi fil-bqija tad-dinja – xhieda kemm kienet effettiva l-koperazzjoni u d-determinazzjoni tal-edukaturi kollha biex l-edukazzjoni ta’ wliedna tibqa’ għaddejja. Il-Ministru Caruana tirringrazzja lil dawk kollha involuti fil-ħidma u fid-diskussjonijiet li saru biex tħabbru l-protokolli, fosthom lis-Segretarju Permanenti Frank Fabri li akkumpanjaha waqt il-laqgħat kollha u li issa flimkien mat-team maniġerjali tal-ministeru se jkun responsabbli mit-twettiq tal-protokolli. Il-Ministru tirringrazzja mill-qalb lill-edukaturi u lil dawk kollha involuti fl-edukazzjoni ta’ wliedna, fosthom lill-ġenituri u lill-istudenti nfushom.


12.09.2021

AĠĠORNATI Dawn huma wħud mill-protokolli aġġornati li se jkunu qed jiġu attwati mis-sena skolastika l-ġdida: ● Għal dawk il-klassijiet (sena 8 u inqas), fejn l-età tal-istudenti ma tippermettix li jieħdu l-vaċċin, se tinżamm id-distanza soċjali ta’ metru u nofs bejn id-desks tal-istudenti. ● Riżultat tal-effett protettiv tal-vaċċin, id-distanza fiżika bejn id-desks tal-istudenti fil-klassi għas-sena 9 u ’l fuq tista’ tinżel għal metru – hawnhekk l-iskejjel konċernati jistgħu jħallu distanza ta’ metru u nofs fejn din hija fattibbli. ● Il-protokolli ewlenin aġġornati issa jippermettu aktar attivitajiet għall-istudenti biex nersqu aktar lejn dak li jeħtieġu t-tfal: tagħlim li jgħin ukoll fl-iżvilupp soċjali ta’ wliedna. Għalhekk se jkunu permessi lezzjonijiet ta’ prattika fil-laboratorji; jistgħu jsiru lezzjonijiet ta’ prattika magħrufa bħala fieldwork; jistgħu jsiru attivitajiet tal-edukazzjoni fiżika; jistgħu jsiru avvenimenti speċjali u soċjali – pereżempju: ċelebrazzjoni ta’ għeluq snin student; f’dawn kollha jrid ikun rispettat il-prinċipju tal-gruppi – dik li hija magħrufa bħala l-bubble tal-istudenti u wkoll il-protokolli marbuta mal-prevenzjoni tat-tixrid tal-COVID. ● Fil-każ ta’ apparat waqt l-edukazzjoni fiżika kif ukoll waqt lezzjonijiet ta’ prattika fil-laboratorji, l-apparat li jintuża jrid ikun sanitizzat b’mod regolari. ● Jistgħu jiftħu wkoll it-tuck shops imma jistgħu joffru biss affarijiet li jkunu ppakkjati minn qabel. ● Fil-bidu tas-sena skolastika, il-ġenituri jew il-kustodji tal-istudenti mhumiex se jitħallew jidħlu għal attivitajiet jew għal avvenimenti fl-iskejjel. Din tista’ tinbidel matul is-sena skolastika u tiddependi fuq ir-rilaxx ta’ aktar miżuri preventivi għat-tixrid tal-pandemija kif maħruġa perjodikament mill-awtoritajiet tas-saħħa. ● Fil-każ ta’ kindergarten assistants u LSEs, dawn qed jingħataw il-parir li jilbsu kemm maskra kif ukoll visor. ● School assemblies okkażjonali u li huma essenzjali jistgħu jsiru sakemm tiġi miżmuma d-distanza soċjali u l-prinċipju tal-bubble. ● F’dawk il-każi fejn ikun hemm bżonn ta’ kwarantina, il-protokolli kollha li jkunu fis-seħħ għall-pubbliku inġenerali kif maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa se jkunu japplikaw ukoll għas-settur edukattiv. Dan japplika wkoll għall-protokolli applikabbli għall-adozzjoni ta’ perjodu mqassar ta’ kwarantina ovvjament għal min huwa mlaqqam. ● Dwar iċ-ċerimonji tal-gradwazzjoni, bħalissa qed isiru taħditiet bejn l-istituzzjonijiet li jipprovdu edukazzjoni terz­jarja u l-awtoritajiet tas-saħħa li għandhom iwasslu għal qbil kif dawn jistgħu possibbilment isiru. Il-lista sħiħa tal-protokol­li tinsab online fuq: deputyprimeminister.gov.mt/en/health-promotion/ covid-19/Pages/mitigation-conditions-and-guidances.aspx

07


08

12.09.2021

€250M IŻJED F’XIRI TA’ PROPRJETÀ MINN QABEL IL-PANDEMIJA

JIRRIMARKAW KIF IL-PN JAĦBI L-KAP

Matul ix-xahar ta’ Awwissu li għadda ġew iffirmati 1,137 kuntratt għal bejgħ ta’ proprjetajiet residenzjali. B’valur ta’ madwar €239 miljun, dan hu rekord assolut għal dan ix-xahar fl-istorja ta’ pajjiżna. Fil-fatt, ix-xahar li għadda l-valur ta’ proprjetajiet mixtrija kien 38% ogħla mill-istess xahar sena ilu, kif ukoll 8% aktar milli f’Awwissu tal2019, jiġi­fieri qabel faqqgħet il-pandemija. Jirriżulta li fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena ġew iffirmati 9,400 kuntratt ta’ bejgħ kontra ftit inqas minn 7,000 sena ilu. Bir-riżultati t’Awwissu jfisser ukoll li fl-ewwel tmien xhur tal-2021, inxtraw b’kemm jiswew iżjed minn €2 bil­jun fi proprjetà residenzjali. B’kollox dan hu kwart ta’ biljun ewro aktar mill-ammont li kien mixtri fl-istess numru ta’ xhur fl-2019. Ta’ min ifakkar li qabel tħabb­ret il-miżura tat-tnaqqis fil-boll, l-ammont ta’ kuntratti ffirmati kien waqa’ għal 552 biss, jew b’valur ta’ ftit aktar minn €100 miljun. Li jfisser li x-xahar li għadda nxtraw kważi darbtejn u nofs l-ammont li kien inxtara qabel ittieħdet din il-miżura fejjieda. Il-prospetti fis-suq tal-pro­prjetà jidhru pożittivi immens. Dan meta wieħed jikkunsidra li fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena saru 10,050 konvenju, imqabblin ma’ ftit aktar minn 6,700 fl-istess xhur tal-2020, u ma’ inqas minn 8,300 fl-2019. Ifisser li għal kull erba’ konvenji li kienu jsiru qabel il-pandemija, din is-sena saru ħamsa. Billi wara li jsir konvenju, jgħaddu ftit xhur qabel jiġi ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ, fix-xhur li ġejjin mistennija żieda oħra fl-ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ u b‘hekk ikompli jiżdied id-dħul tal-Gvern minn dan is-sors importanti ta’ taxxa. Minbarra hekk, hu antiċipat ukoll li l-istess negozju jwassal għal bejgħ sostanzjali ta’ għamara, appliances u furnishings. Bl-istess mod mistenni xogħol tajjeb għad-diversi self-employed li jaħdmu fil-qasam tat-tlestija tal-proprjetajiet, bħal bajjada, kaħħala, plumbers u electricians, fost oħrajn.

Fil-Partit Nazzjonalista ttieħdet id-deċiżjoni li Bernard Grech jindirizza mill-inqas konferenzi tal-aħbarijiet possibbli bil-għan li dan jiżbalja inqas. Din il-mossa qiegħda saħansitra tqajjem ukoll il-mistoqsijiet mill-midja indipendenti li ġibdu l-attenzjoni dwar dan anke fl-editorjali tagħhom. Għall-ewwel id-deċiżjoni, li wasslet ukoll biex Peter Agius jinħatar kelliem ewlieni tal-PN, qajmet għagħa, flimkien ma’ bosta mistoqsijiet, fost il-membri tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Fil-fatt minn dak li jirriżulta lil din il-gazzetta, numru ta’ deputati u kandidati kienu l-ewwel li ħadu għalihom. L-argument komuni kien idur mat-tgergir li, minflokhom, kien qed jidher eks kandidat għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Kien hemm min staqsa x’inhi r-raġuni li l-Partit qiegħed jistħi jurihom fil-pubb­ liku meta fil-verità se jkunu huma fuq il-polza tal-vot. Minkejja dan, qed jirriżulta li r-raġuni vera għal xiex ittieħdet din id-deċiżjoni hi li għalissa qed “jippruvaw jimminimizzaw id-danni” billi Bernard Grech ma jidhirx iżżejjed. B’hekk iċ-ċansijiet li jiżbalja jkunu mill-inqas. Dan joħroġ wara n-numru kbir ta’ drabi fejn ta’ madwaru spiċċaw iħokku rashom b’dik-

Il-ħatra ta’ Peter Agius bħala kelliem ewlieni għandha l-għan li Bernard Grech jidher inqas u allura inqas ċansijiet biex jiżbalja

jarazzjonijiet li jkun qal, fosthom u b’mod partikolari meta wiegħed il-maħfra Presidenzjali lil Yorgen Fenech, l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-Independent irrimar­kat fl-editorjal tagħha li “hemm konfużjoni fl-imħuħ tan-nies bir-rwol li ngħata Peter Agius”. “Qalulna li hu Chief Spokesperson,” kompla jikteb l-Editur tal-ġurnal, li tenna li huwa ċar li dan qed jirrappreżenta jew saħansitra qed jidher għall-

Kap. “Għaliex il-PN qed jaħbi l-Kap tiegħu?” kienet mistoqsija skjetta tal-editorjal, li ġiet ukoll wara li f’żewġ stħarriġ tal-opin­ joni pubblika fl-aħħar ġimgħat irriżulta li Bernard Grech kompla jnaqqas il-fiduċja fost innies. L-aħħar stħarriġ mill-Malta­ Today ukoll jindika li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu problema anke fost in-Nazzjona­listi nfushom u hu inqas popolari mill-Partit li jmexxi.


09

12.09.2021

€971 MILJUN TA’ INVESTIMENTI PROPOSTI B’FONDI EWROPEJ Qed tiġi proposta nefqa ta’ €971 miljun ta’ fondi Ewropej f’investimenti filpajjiż bħala parti mill-pakkett rekord ta’ €2.27 biljun li l-Prim Ministru Robert Abela rnexxielu jinnegozja għall-pajjiż f’Lulju tas-sena li għaddiet. Dokument għall-konsultazzjoni pubblika dwar il-proposti għal dan l-investiment tnieda uffiċjalment mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Stefan Zrinzo Azzopardi din il-ġimgħa. Id-dokument hu mimli bi proposti li mistennija jibdew jitwettqu hekk kif wara li tintemm il-konsultazzjoni pubblika, id-dokument jintbagħat għall-iskrutinju tal-Kummissjoni Ewropea u wara li jkun approvat jibdew jitwettqu l-proġetti ppjanati. Il-pubblikazzjoni ta’ dawn id-dokumenti saret wara xhur ta’ konsultazzjonijiet ma’ diversi entitajiet tal-gvern fosthom ministeri u korporazzjonijiet u awtoritajiet statali, organizzazzjonijiet privati, organizzazzjonijiet mhux governattivi u s-soċjetà ċivili u anke esperti Maltin u barranin. Id-dokument hu bbażat fuq sitt prijoritajiet ewlenin li huma t-trawwim tal-kompetittività u t-trasformazzjoni lejn ekonomija innovattiva u diġitali; bidla lejn enerġija nadifa u ġusta, investimenti fl-ekonomija l-ħadra u ċirkulari u s-sostenibbiltà tal-mobbiltà urbana; tisħiħ tal-konnettività fil-pajjiż permezz tat-trasport; soċjetà aktar soċjali u inklussiva; trawwim ta’ żvilupp urban sostenibbli f’Għawdex; u tkun faċilitata t-tranżizzjoni lejn in-newtralità klimatika (ħelsien mill-emissjonijiet tal-karbonju). Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Forti Sant’Anġlu, is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi qal li b’dan ilpjan se jkunu immobilizzati riżorsi sostanzjali fl-ambjent, sabiex niffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament għall-intrapriżi, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u biex inkomplu nkattru l-valur tal-wirt kulturali tagħna, fost oqsma oħra. Investimenti oħra se jiffukaw ukoll fuqis-saħħa, l-edukazzjoni u l-ilma kemm tax-xorb kif ukoll in-new water. Se jsiru wkoll investimenti fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart. Il-Programm qed jindirizza wkoll il-bżonnijiet u l-opportunitajiet meħtieġa t’Għawdex fl-oqsma kollha tal-prijoritajiet li qegħdin jiġu mħabbra. Minbarra dan se jiġu investiti madwar €60 miljun għall-iżvilupp urban sostenibbli f’Għawdex. Allokazzjoni oħra ta’ €207 miljun se tkun investita f’inizjattivi biex tissaħħaħ il-kompetittività tal-pajjiż, inkluż f’inizjattivi għal kumpaniji ta’ daqs żgħir u medju (SMEs), investiment fit-tranżizzjoni lejn ekonomija innovattiva u diġitali, kif ukoll fir-riċerka u l-innovazzjoni. Se jitwaqqaf ukoll Business Incubation Centre ġdid. Waħda mill-miri ta’ dan il-pjan ta’ investiment hi l-bidla lejn enerġija nadifa, fejn se jiġu allokati madwar €469 miljun. Il-bażi ta’ kif se jintlaħaq dan

● Sptar ġdid għal mard mentali akut ● Shore-to-ship fil-Freeport f’Birżebbuġa ● €60 miljun ta’ investiment dirett f’Għawdex ● Charging points għall-karozzi mal-pajjiż kollu ● Għotjiet diretti u strumenti finanzjarji lill-intrapriżi għal effiċjenza fl-enerġija u għall-qalba diġitali ● Investimenti fil-provvista tal-ilma u “new water” ● Faċilità għall-ipproċessar ta’ skart organiku ● Business incubation centre ġdid ● “Green corridors”, spazji miftuħa u tisħiħ tas-siti Natura 2000

Bħall-Port il-Kbir, fil-Freeport ukoll qed jiġi propost proġett ta’ ship-to-shore għal inqas tniġġis jiffoka fuq l-użu effiċjenti tal-enerġija u tnaqqis tal-emissjonijiet li jikkontribwixxu għat-tibdil fil-klima, permezz ta’ sistemi differenti u sostenibbli ta’ mobbiltà fl-inħawi urbani tal-pajjiż. Dawn l-inizjattivi huma fid-direzzjoni tal-European Green Deal bil-għan li tittieħed azzjoni ħalli sas-sena 2050 tintlaħaq in-newtralità klimatika skont it-Trattat ta’ Pariġi. Se jinbnew “green corridors”, ġonna pubbliċi u jsir tisħiħ tas-siti ta’ Natura 2000. Se tkompli tissaħħaħ il-provvista tal-elettriku per-

mezz ta’ interconnector ġdid u jinbnew faċilitajiet għall-ħażna tal-enerġija. Inizjattivi oħrajn huma favur li tissaħħaħ il-protezzjoni u l-konservazzjoni tan-natura u l-bijodiversità. Se titkompla l-ħidma biex tkun żviluppata aktar il-konnettività ta’ Malta man-network TEN-T Ewropew billi tkompli titjieb l-infrastruttura biex din tkun tista’ tilqa’ għad-domanda kemm preżenti kif ukoll futura. Dan kollu se jsir b’nefqa indikattiva ta’ €52 miljun. Mill-fond magħruf bħala Just Tran-

sition Fund se jsir investiment ta’ €33 miljun biex jitkabbar il-proġett taxship-to-shore fil-Port il-Kbir u jsir ukoll proġett simili fil-Freeport f’Birżebbuġa. Dawn il-proġetti se jwasslu għal arja aktar nadifa u ambjent aħjar għal eluf ta’ persuni li joqogħdu fl-ibliet u l-irħula fil-viċinanzi. Fondi minn din l-allokazzjoni se jintużaw ukoll biex jiżdiedu ċ-charging points għall-karozzi talelettriku mal-pajjiż kollu. Għal livell ta’ ħajja aħjar għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjizna se jitjieb l-aċċess uġwali għal servizzi fl-edukazzjoni, ittaħriġ u tat-tagħlim matul il-ħajja, li jkunu inklussivi u ta’ kwalità. Dan isir bl-iżvilupp ta’ infrastruttura aċċessibbli li trawwem ir-reżiljenza għall-edukazzjoni u t-taħriġ online. Se jkompli l-investiment bil-qawwi fil-qasam tassaħħa, fosthom bil-bini ta’ sptar ġdid għal mard mentali akut. B’allokazzjoni ta’ €150 miljun, il-poplu Malti se jibbenefika wkoll direttament minn servizzi li se jiffaċilitaw il-ħajja ta’ kuljum. B’investiment fil-patrimonju kulturali tagħna se ngħinu fil-prodott turistiku ta’ pajjiżna u minnu se jkun qed igawdi wkoll il-poplu kollu. Is-Segretarju Parlamentari Zrinzo Azzopardi temm jgħid li l-programm u l-interventi marbuta miegħu huma maħsuba biex ikomplu jissaħħu diversi setturi ekonomiċi, soċjali u ambjentali biex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet u l-opportunitajiet, anki dawk fit-tul. Hu ħeġġeġ lil kull min hu interessat biex jipparteċipa f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika ħalli jibgħat is-sottomissjonijiet tiegħu sat-8 ta’ Ottubru li ġej lil consultationcohesionfunds@gov.mt. Id-dokument sħiħ għall-konsultazzjoni pubblika jista’ jitniżżel mis-sit elettroniku www.eufunds@gov.mt.


10

12.09.2021

MAL-400,000 PASSIĠĠIER F’AWWISSU

15-IL DESTINAZZJONI U 500,000 POST ABBORD L-Air Malta tniedi l-iskeda għax-xitwa b’65 servizz skedat fil-ġimgħa L-Air Malta se tibda topera l-iskeda ta’ titjiriet tagħha għax-xitwa fil-31 ta’ Ottubru b’67 servizz dirett b’ritorn skedat fil-ġimgħa ppjanat lejn 15-il ajruport Ewropew ewlieni. Il-linja tal-ajru se toffri medja ta’ disa’ titjiriet fil-ġimgħa lejn Londra u Pariġi, b’servizzi lejn l-Ajruporti ta’ Heathrow f’Londra, Pariġi Charles De Gaulle u Pariġi Orly, filwaqt li Munich, Ruma, Vjenna, Zurich u Katanja se jkunu servuti b’sitt titjiriet fil-ġimgħa. Matul ix-xitwa, l-Air Malta se testendi wkoll is-servizzi tagħha lejn l-ibliet ta’ Berlin, Dusseldorf u Lyon. Fil-kummenti tiegħu dwar din l-iske-

Nittamaw li s-swieq ikomplu jirkupraw qabel jasal is-sajf tal-2022

da għax-xitwa, iċ-Ċermen Eżekuttiv tal-Air Malta David G. Curmi qal li “din l-iskeda turi impenn qawwi mil-linja nazzjonali lejn il-konnettività tal-Gżej­ jer Maltin u l-industrija tat-turiżmu lokali. L-għan tagħna għal din ix-xitwa hu li nippreżentaw skeda li tipprovdi servizzi lejn l-ibliet u l-ajruporti Ewropej ewlenin filwaqt li nerġgħu nibnu bilmod il-mod in-numru tal-passiġġieri u tal-merkanzija biex inkunu ppreparati għas-sajf 2022.” Roy Kinnear, il-Kap Kummerċjali tal-Air Malta, żied jgħid li “b’din l-iskeda għax-xitwa, qed nimmiraw li noffru kważi nofs miljun siġġu fis-suq. Għalkemm din l-iskeda għax-xitwa għadha mhijiex waħda fil-livelli ta’ qabel il-COVID, qed nittamaw li nkomplu naraw is-swieq jirkupraw u jsaħħu l-fiduċja fl-ivvjaġġjar qabel jasal is-sajf 2022, fejn qed inbassru li se jkun hemm domanda ogħla ta’ xogħol. Il-programm qawwi ta’ tilqim madwar l-Ewropa qed jagħmlilna kuraġġ u

dan, flimkien mad-domanda li għadha mhix espressa f’dak li huwa vvjaġġar, se jgħinu biex jagħtu spinta lill-ivvjaġġar u t-turiżmu lejn il-Gżejjer Maltin filwaqt li jimmotivaw lil aktar Maltin biex iżuru l-ibliet favoriti tagħhom fl-Ewropa.” Din ix-xitwa l-Air Malta se tkun qed topera titjiriet diretti lejn 15-il destinazzjoni li huma Amsterdam, Berlin, Brussell, Katanja, Dusseldorf, Frankfurt, Pariġi (Charles De Gaulle u Orly), Ruma (Fiumicino), Londra (Heathrow), Milan (Linate), Lyon, Munich, Vjenna u Zurich. Il-linja tal-ajru nazzjonali se tkompli tħaddem il-ftehim ta’ code-sharing ma’ Aeroflot, airBaltic, Air France, Austrian Airlines, Brussels Airlines, Czech Airlines, Emirates, Etihad, KLM, Lufthansa, Qatar Airways, Swiss International Air Lines u Turkish Airlines. Għal aktar informazzjoni żur is-sit airmalta.com, ċempel lit-tim tal-bejgħ tal-Air Malta fuq (+356) 21662211 jew l-aġent tal-ivvjaġġar jew l-operatur turistiku favorit tiegħek.

IR-RISTRUTTURAR FIL-QRATI WKOLL GĦALL-ĠUDIKANTI U L-ĠURNALISTI Bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar tal-Qrati lokali, qed tinħoloq common room esklussiva għall-membri tal-ġudikatura fil-binja Sir Thomas Moore, l-estensjoni tal-binja prinċipali u fejn jinsabu l-uffiċini tal-imħallfin. Biex tkompli taħdem favur sistema tal-ġustizzja aktar effiċjenti u aċċessibbli, l-Aġenzija dwar is-Servizzi tal-Qrati qed twettaq pjan estensiv ta’ ristrutturar fil-Qrati, li fl-aħħar xhur ukoll inkorpora l-użu tal-informatika u t-teknoloġija diġitali għall-ewwel darba fl-awli kollha f’Malta u Għawdex. L-għan tal-common room se jkun

biex il-ġudika­nti jkunu jistgħu jiltaqgħu bejniethom b’mod informali, jaqsmu l-ideat u jiddiskutu kwistjonijiet relatati max-xogħol tagħhom. Din l-inizjattiva saret anke referenza għaliha fir-rapport dwar it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u għaldaqstant l-Aġenzija bħalissa għaddejja bl-aħħar preparamenti biex din il-kamra tkun tista’ tibda tintuża fil-ġimgħat li ġejjin. Fiż-żmien li ġej se tkun qed tiġi ristrutturata wkoll il-kamra riservata għall-membri tal-midja minn fejn il-ġurnalisti jagħmlu ħinijiet twal fil-Qrati isegwu l-kawżi u jippreparaw

ir-rapporti. B’din l-inizjattiva il-ġurnalisti issa se jkollhom kamra b’ambjent u faċilitajiet aħjar minn fejn ikunu jistgħu jaħdmu. Bħala parti mil-pjan tagħha, l-Aġenzija wkoll qed tkompli tinvesti fir-riżorsi umani bl-ingaġġ ta’ diversi impjegati f’kull qasam. Dan kollu u proġetti oħrajn li hemm ppjanati se jkun qed iwassal għal aktar effiċjenza fil-Qrati tagħna, b’post tax-xogħol akkoljenti għall-ġudikanti u l-ħaddiema tal-Aġenzija, daqskemm għal kull ċittadin li jkun jeħtieġ isservizzi fil-binjiet relatati.

Matul ix-xahar li għadda għaddew mill-Ajruport Internazzjo­ na­li ta’ Malta (MIA) 407,435 pas­ siġ­ġier, kważi nofs it-traffiku li kien ġie rreġistrat fl-istess perjodu tal-2019, qabel il-pandemija. Stqarrija mill-MIA stess qalet li r-riżultat tat-traffiku ta’ Awwissu li għadda kien influwenzat mill-prestazzjoni b’saħħitha ta’ ċerti swieq, inklużi Franza u l-Polonja, hekk kif l-istaġun tal-vaganzi laħaq il-quċċata tiegħu. Fil-fatt, is-seat load factors (SLF) għal Awwissu fuq għadd ta’ rotot bejn Malta u s-suq Franċiż u dak Pollakk kienu inkoraġġanti ferm, hekk kif qabżu t-80%. Ħarsa lejn l-istampa usa’ turi li matul Awwissu kull titjira opera­ ta minn Malti ġarret medja ta’ 111-il passiġġier, jiġifieri 72% tal-medja li ntlaħqet f’Awwissu tal-2019, li kienet 155 passiġġier.

Ir-Renju Unit lura fil-quċċata tal-aħjar swieq għal Malta wara nuqqas minn April 2020 L-MIA qalet li Malta kompliet tara lis-suq Ingliż jirkupra b’pass aktar mgħaġġel milli mbassar preċedentement. Fil-fatt ir-Renju Unit irreġistra 99,881 movi­ ment ta’ passiġġieri u b’hekk qabeż lill-Italja fl-ewwel post fost l-aqwa swieq tal-ajruport. Is-suq Ingliż kien ilu ma jkun f’din il-pożizzjoni sa minn April tal-2020. Għalkemm dawn ir-riżultati tat-traf­fi ku t’Awwissu kienu aħjar milli mistennijin, l-industrija tal-ivvjaġġar għadha kkundizzjo­ nata minn rekwiżiti għall-ivvjaġ­ ġar li qegħdin ikomplu jinbidlu, inċertezza u ppjanar għal żmien qasir, hekk kif issa qiegħda tipprepara għall-istaġun tax-xitwa. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta bħalissa qiegħed jaħdem mal-linji tal-ajru sħab tiegħu biex jiffinalizza skeda ta’ titjiriet għal dan l-istaġun li jmiss.


11

12.09.2021

STUDJU DWAR IR-RIFORMI FIS-SERVIZZ PUBBLIKU MALTI Pubblikazzjoni ġdida minn akkademiċi Maltin imnedija din il-ġimgħa tanalizza fil-fond ir-riformi u l-bidliet li saru fisServizz Pubbliku mill-2013 lil hawn, imqabbla ma’ riformi oħrajn preċedenti u kkumplimentati bi stħarriġ vast fuq l-impatti tat-tibdiliet li seħħew. B’din il-pubblikazzjoni, Malta issa qed isservi ta’ punt ta’ referenza għal stati gżejjer żgħar oħrajn, bis-Servizz Pubbliku meqjus case study millaqwa għal riformi fis-servizzi pubbliċi u fl-implimentazzjoni tagħhom b’suċċess.

Fil-ktieb maħruġ mid-dar tal-pubblikazzjoni Springer, li hi rinomata madwar id-dinja, l-edituri l-Professur Frank Bezzina, Dr Emanuel Camilleri u Dr Vincent Marmara janalizzaw it-tiġdid li seħħ fl-aħħar seba’ snin biex inħareġ l-impatt tiegħu fuq is-servizz, fuq il-klijent u fuq l-impjegati tal-Gvern. Din l-analiżi tagħti l-opportunità biex isServizz Pubbliku jikkonsolida dak li sar u jħejji għat-tisħiħ tiegħu permezz ta’ strateġija ġdida ta’ ħames snin. Public Service Reforms in a Small Island State: The Case of Malta tnieda mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar flimkien ma’ wieħed mill-awturi, il-Professur Frank Bezzina. Bl-ew-

Ir-riċerka wriet li s-Servizz Pubbliku kapaċi jġedded lilu nnifsu biex jilħaq il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-klijenti tiegħu

wel riċerka dettaljata tax-xorta tagħha, dan l-istudju daħal fl-isfond storiku u analizza l-impatt soċjali li ħallew ilbidliet li saru fis-Servizz Pubbliku. “B’kuntrast ma’ riformi oħrajn fil-passat, ma ħallejniex snin twal jgħaddu biex nanalizzaw il-bidliet implimentati. Ir-riċerka wriet li s-Servizz Pubbliku kapaċi jġedded lilu nnifsu biex jilħaq il-ħtiġijiet u l-aspirazzjonijiet tal-klijenti tiegħu. Riżultat ta’ dawn ir-riformi, illum għandna Servizz Pubbliku li jaġixxi bħala aġent tal-bidla u leader f’diversi oqsma,” qal il-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar. Il-Professur Frank Bezzina sostna li r-riċerka turi li qatt ma saru daqstant bidliet fi żmien daqshekk qasir. “Il-maġġoranza tal-bidliet saru fl-aħħar snin, tant li r-riformi implimentati bejn l-2014 u l-2017 jikkostitwixxu 55% tar-riformi kollha tas-Servizz Pubbliku,” spjega l-Professur Bezzina. Nhar il-Ħamis il-ktieb akkademiku ġie ppreżentat lill-President George Vella.


12

12.09.2021

’IL QUDDIEM B’DETERMINAZZJONI

CLINT CAMILLERI Ministru

L-impatt li ħalliet il-pandemija fuq is-setturi kollha kien wieħed devastanti. Fl-aħħar xhur, esperjenzajna żmien diffiċli, fejn ir-rota ekonomika f’pajjiżna naqset mir-ritmu li tant konna drajna bih tul dawn l-aħħar snin grazzi għall-viżjoni li Gvern Laburista ta lil dan il-pajjiż. Fin-natura tiegħu, il-bniedem jinsa min fejn telaq u bħal donnu l-memorja

twasslu biex jiftakar f’episodji riċenti li jkunu qed inaqqru mill-kwalità talħajja li jkun beda jesperjenza. Tajjeb niftakru li sa ftit snin ilu, Malta kienet għada taħt il-mekkaniżmu ta’ excess deficit procedure u kien grazzi għall-viżjoni u x-xogħol bla heda ta’ Gvern Laburista li ġġenerajna l-ekonomija, ħloqna l-opportunitajiet u naqqasna l-qgħad. Permezz ta’ din il-viżjoni, inħoloq il-ġid li laħaq lil kulħadd. Il-lista ta’ miżuri soċjali li ġew introdotti huma xhieda ħajja li l-prinċipji soċjali li hu msejjes fuqhom il-moviment Laburista għadhom jiġru fil-vini tat-tmexxija ta’ dan il-Partit u jmorru lil hinn mill-impressjoni li jippruvaw jagħtu xi wħud li dan il-Partit nesa l-priċipji li jsawruh. Iċ-ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika jitkellmu waħidhom. Malta rreġistrat

l-inqas numru ta’ nies jirreġistraw għax-xogħol f’dawn l-aħħar xhur u dan ġie anke nnotat mill-Unjoni Ewropea. Konna ġejna mwissija li matul il-pandemija, il-qgħad ser jisplodi fejn saħanistra issemmew ċifri eżorbitanti ta’ nies li ser ikunu qed iffitxu impjieg. Dan ma seħħx għax il-pandemija sabet Gvern ippreparat li wiżen mhux ftit lis-setturi l-aktar milquta speċjalment dak turistiku. Għawdex beda jistejqer minn dan l-impatt hekk kif l-operaturi turistiċi qed jirrappurtaw li kellhom staġun turistiku tajjeb xprunat l-aktar mid-domanda lokali. Fost is-setturi l-aktar li qabdu ritmu nsibu dawk tal-farmhouses u akkomodazzjoni privata kif ukoll ir-ristoranti. Din id-domanda wasslet biex jinħolqu aktar postijiet tax-xogħol f’dawn is-setturi. Il-Ministeru għal Għawdex jifhem l-importanza ta’ dawn in-niċeċ u kien għalhekk, li

matul is-snin, imbarka fuq numru ta’ proġetti intiżi biex joffru esperjenza aħjar għal kull min jagħżel lil Għawdex għal ftit jiem ta’ mistrieħ. Konxji mill-avvanzi teknoloġiċi, għamilna titjib sostanzjali fuq is-sit visitgozo. com. F’dan is-sit, wieħed jista’ jsib l-informazzjoni kollha meħtieġa għal btala f’Għawdex. Ġie riġenerat ix-xatt ta’ Marsalforn kif ukoll sar titjib fil-Port tal-Imġarr li hu l-bieb ta’ Għawdex. Bħala Ministru għal Għawdex inwiegħed aktar ħidma f’dan is-settur hekk importanti għall-għajxien ta’ bosta familji u negozji. Inġeddu Malta Flimkien Inġeddu Malta Flimkien hi t-tema magħżula mit-tmexxija tal-Partit Laburista għall-Konferenza Ġenerali annwali li ser tiġi organizzata matul dan ix-xahar. Din hi Konferenza Ġenerali ta’ importanza fosthom għall-fatt li

ġejjin fi żmien strateġiku għal pajjiżna – l-irkupru mill-pandemija. Matul dawn l-aħħar snin, Malta rat bidla u dan jistqarru kulħadd. Rajna proġett infrastrutturali wieħed wara l-ieħor u l-Gvern ma beżax mir-riformi u wettaq. Fadal aktar xi jsir biex dan il-pajjiż ikompli jiġġedded u ħadd aktar mill-Partit Laburista fil-Gvern ma jista’ jagħti dan is-serħan il-moħħ biex pajjiżna, b’determinazzjoni, jibqa’ miexi ’l quddiem. Kif esprima ruħu sew il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Dr Robert Abela, permezz tat-tiġdid, hekk biss nibqgħu forza politika ħajja u b’saħħitha li tibqa’ taħseb għall-futur ta’ pajjiżna. Nawgura li din il-Konferenza Ġenerali tkompli taspira fina u fil-moviment Laburista aktar saħħa u fiduċja biex flimkien inkomplu mexjin ’il quddiem.

INVESTIMENT REKORD TA’ €23 MILJUN FIS-SETTUR TAD-DIŻABILITÀ

JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru

Fl-istil antik u sfiduċjat tal-politika, l-iktar ħaġa faċli dejjem kienet li n-nies tkun imwiegħda s-sema u l-art iżda fil-fatt tispiċċa b’idejha vojta. Kienet id-drawwa li tidlek lill-votant bil-ġelu u mbagħad jew issib min jgħidlu “milli għedna m’hemm xejn” inkella jintebaħ waħdu li kien qed jittieħed bid-dgħajsa... sakemm jerġa’ jkun imiss li l-poplu joħroġ jagħmel l-għażla tiegħu għall-ħames snin li jkunu ġejjin. Il-maturità tal-poplu tagħna, bis-saħħa ta’ livell ogħla ta’ edukazzjoni u sehem

akbar fit-tixrid tal-informazzjoni b’mezzi aktar immedjati ta’ komunikazzjoni, finalment ħarġet fil-beraħ ir-realizzazzjoni li m’għadx aktar kien baqa’ lok għall-istil antik. In-nies fehmu li ma kinux sempliċi numri li jingħaddu kull ħames snin u barra bid-daqq. Kien wasal proprju l-waqt li l-partiti politiċi wkoll jifhmu din ir-realtà. Kif dejjem għamel fl-istorja, il-Partit Laburista kien l-ewwel li fittex iħoss b’umiltà l-polz tan-nies u jadatta bl-akbar determinazzjoni għaċ-ċirkustanzi soċjo-politiċi ġodda billi kompla saħħaħ il-mutur demokratiku fi ħdanu u ntrabat li mhux biss ma jagħmilx wegħdiet fiergħa, anzi jkollu, fil-livell tal-poter tal-pajjiż, moniteraġġ assolut ta’ ħidmietu visa-vis il-wegħdiet elettorali. Mill-2013 sal-lum, finalment rajna li l-fatti jistgħu jitkellmu għalihom. Qatt daqs dawn l-aħħar amministrazzjonijiet Laburisti ma kellna partit iwettaq perċentwali impressjonanti mill-wegħdiet elettorali tiegħu. Bil-pubblikazzjoni tar-rap-

port annwali tal-Aġenzija Sapport għas-sena 2020 għadu kemm kellna eżempju ċarissimu ta’ kif il-fatti jitkellmu għalihom, u dan fil-perjodu diffiċli tal-pandemija li d-dinja għadha qed tħabbat wiċċha miegħu. L-Aġenzija mhux biss irnexxielha tibqa’ twassal isservizzi tagħha b’regolarità u effiċjenza f’dan is-settur vulnerabbli, iżda anki ssaħħaħ il-ħidma tagħha permezz ta’ żieda li ngħatat fil-fondi. Għas-sena 2020, l-Aġenzija Sapport kellha baġit ta’ kważi €23 miljun, jiġifieri ftit inqas minn żewġ miljuni fuq il-baġit tas-sena ta’ qabel u kważi seba’ miljuni fuq l-2018. Il-wegħdi tagħna ma jtirux mar-riħ. Wegħedna li nibqgħu ninvestu fil-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom u hekk għamilna u se nibqgħu nagħmlu. Dan l-investiment kien turija oħra ċara tal-impenn tagħna li nagħtu ħajja indipendenti lill-persuni b’diżabilità fil-qalba tal-komunitajiet tagħna waqt li nsaħħu l-ugwaljanza u l-inklużjoni. Irridu li l-persuni b’diżabilità kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex iħossuhom

parti integrali mis-soċjetà, bil-jeddijiet u d-dmirijiet daqs kull ċittadin ieħor. Ir-rapport annwali tal-Aġenzija Sapport huwa mimli b’aktar fatti li jitkellmu għalihom. Ngħidu aħna matul is-sena 2020 ingħataw aktar minn €1.2 miljun f’għajnuna lil persuni b’diżabilità permezz tal-iskemi ta’ fondi “Direct Payment”, “Independent Community Living” u “Personal Assistance”, minbarra li ngħataw ukoll €200,000 taħt l-iskema ta’ “Empowerment Scheme”. Iktar fatti mwelldin u mwettqa mill-wegħdi ta’ Gvern impenjat? Ftit inqas minn €3 miljun fuq il-proġett “Soċjetà Ġusta” għal residenzi fiż-Żurrieq, il-Qrendi u Ħal Kirkop. €370,000 oħra fuq xogħol ta’ tisbiħ u modernizzar fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u residenzi oħra li għandha l-Aġenzija. Tnedew servizzi ġodda permezz ta’ Ċentru ta’ Matul il-Jum f ’Baħar iċĊagħaq; Helpline għall-persuni b’diżabilità; kollaborazzjoni inter-ministerjali dwar żvilupp ta’ strateġija nazzjonali dwar screening tat-tfal; is-servizz ta’ Ħid-

ma Soċjali żviluppa f ’tim multidixxiplinarju sabiex iservi b’mod aktar ħolistiku lil tfal, żgħażagħ u adulti b’diżabilità (Assessment & Intervention Unit) u twaqqif ta’ dipartiment ġdid li jara li jsir moniteraġġ tal-iskemi ta’ servizzi fil-komunità kif ukoll tat-tqassim ta’ fondi lil persuni b’diżabilità li jeħtieġu l-assistenza ta’ carer tal-għażla tagħhom. Ħidma sfiqa u sikwit delikata bħal din f ’settur li, sfortunatamet, għal żmien twil wisq kien tħalla jfendi għal rasu u jiddependi biss fuq il-ġenerożità tan-nies u individwi ta’ inizjattiva, ma tistax isseħħ mingħajr l-appoġġ tal-professjonisti u l-impjegati kollha tal-Aġenzija (sa Diċembru li għadda kienu jlaħħqu xejn inqas minn 573 ruħ). Bil-ħiliet varji u d-dedikazzjoni tagħhom stajna nilħqu miri ambizzjużi, u bis-saħħa tagħhom ukoll nistgħu naspiraw li nkomplu nwettqu r-ristrutturar u l-iżvilupp meħtieġa fit-twettiq ta’ servizzi u proġetti ġodda. U nħallu l-fatti jkomplu jitkellmu għalihom.


13

12.09.2021

EŻEMPJU GĦAL DAWK AKBAR

CHRIS FEARNE Deputat Prim Ministru

Matul dawn ix-xhur, sena u nofs mill-bidu tal-pandemija mhux darba u tnejn li pajjiżi ferm akbar minna ħarsu lejna, biex jaraw x’qegħdin nagħmlu u kif qed nirnexxu. Ħarsu lejna meta sibna ruħna preparati fil-bidu tal-pandemija f’Marzu 2020, fejn kellna t-tagħmir kollu

neċessarju biex niġġieldu l-pandemija. Kieku bqajna nħarsu kif għamlu pajjiżi oħra kien ikun diffiċli ferm biex nakkwistaw dak kollu li kellna bżonn minn ilbies protettiv għall-istaff sa ventilaturi għall-pazjenti fil-kura intensiva. Ħarsu lejna meta konna wieħed mill-aktar pajjiżi li per capita bdejna nagħmlu swabs, biex b’hekk niskopru l-każijiet pożittivi, niżolawhom malajr kemm jista’ jkun u nnaqqsu t-tixrid. Ħarsu lejna meta anke fleqqel tal-pandemija l-isptar tagħna baqa’ dejjem effiċjenti u kull pazjenti fl-ITU ngħata l-kura adekwata għalih. Ħarsu lejn il-programm ekonomiku u programm ta’

rkupru li fassalna biex anke fi żminijiet mill-aktar diffiċli ħadd ma jitħalla jaqta’ lura. Ħarsu lejna fil-bidu ta’ din is-sena, hekk kif waslu lejn kull pajjiż Ewropew l-ewwel dożi tal-vaċċin kontra l-COVID-19. U pajjiżna kien lest biex sakemm waslu l-ewwel vaċċini diġà kellu pjan dettaljat ta’ kif se jimxi l-programm ta’ tilqim f’pajjiżna. Pajjiżi oħra tilfu ġranet u ġimgħat prezzjużi għax ma kinux lesti. Ħarsu lejna, aktar ma bdew jgħaddu l-ġimgħat u x-xhur u l-programm tattilqim tagħna baqa’ miexi kif previst. Anzi le, aħjar milli previst u fil-fatt mexxejna b’ġimgħat ’il quddiem il-programm tagħna. Ħarsu lejna meta kon-

na l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li beda jagħti l-vaċċin lil dawk li kellhom ’il fuq minn 16-il sena u wkoll eżatt wara l-approvazzjoni tal-Awtorità Ewropea tal-Mediċini lil dawk kollha minn 12-il sena ’l fuq. Ħarsu lejna meta konna minn ta’ quddiem fid-dinja li lħaqna l-herd immunity. Ħarsu lejna meta ftit ftit rawna nimxu aktar ’il quddiem u nkomplu fit-triq tal-iżvilupp eknomiku. U llum il-pajjiżi akbar minna reġgħu qegħdin iħarsu lejna hekk kif konna l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li qed nagħtu l-booster talvaċċin lil dawk li l-aktar li għandhom bżonnha fosthom l-anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani.

Din il-ġimgħa stess, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne f’intervista ma’ stazzjon televiżiv Bulgaru ġie mistoqsi dwar is-sigriet tassuċċess ta’ Malta għall-ġlieda kontra l-COVID-19. U pajjiż bħal Bulgarija qed iħarsu lejna u jitolbu l-għajnuna tagħna biex fost oħrajn iħeġġu aktar nies jieħdu t-tilqima. F’pajjiżna mhux biss kellna Prim Ministru u Deputat Prim Ministru li emmnu bis-sħiħ li biex nirkupraw mill-COVID-19 u nkunu nistgħu ngħixu ħajja aktar viċin in-normalità għandna bżonn pajjiż b’saħħtu pajjiż imlaqqam, iżda l-poplu wkoll mexa id f’id u llum għandna waħda mill-aqwa rati ta’ tilqim fid-dinja.

MAL-€1,900,000 F’GĦAJNUNA LIL RESIDENZI LI JSERVU TA’ XELTERS

MICHAEL FALZON Ministru

Mhix dejjem għażla, li persuna tgħaddi minn sitwazzjonijiet diffiċli u prekarji. U anke, jekk dan iseħħ b’għażla jew minħabba deċiżjonijiet ħżiena, xorta nemmen bis-sħiħ li s-soċjetà għandha dejjem tagħti t-tieni ċans. Kulħadd għandu d-dritt li jgawdi minn ġustizzja soċjali u minn opportunitajiet f’waqthom. Fl-aħħar snin, li ili mmexxi l-Ministeru Soċjali, segwejt mill-qrib esperjenzi ta’ persuni li spiċċaw ħażin, riżultat ta’ diversi esperjenzi ta’ qsim il-qalb. Li titħassar sitwazzjonijiet bħal dawn, mhux biżżejjed iżda jeħtieġ li tagħti

s-soluzzjonijiet. Fortunatament, f’Malta tirrenja s-solidarjetà soċjali, u din tilgħab irwol ferm importanti, f’sitwazzjonijiet fejn verament tkun meħtieġa l-għajnuna. Ċerti każijiet partikolari, jirrikjedu wkoll iktar għajnuna speċjalizzata, speċjalment meta persuna tkun mingħajr sapport finanzjarju, emozzjonali u fiżiku. Dan il-Gvern jemmen bissħiħ li jagħti opportunitajiet lil kulħadd, u għalhekk komplejna nsaħħu l-benefiċċji soċjali kollha, inklużi dawk marbuta mal-Assistenza Miżjuda u Benefiċċji oħra, għal dawk l-iktar fil-bżonn. Ma’ dawn komplejna ninvestu f’residenzi u faċilitajiet li jilqgħu persuni li jkunu spiċċaw f’sitwazzjonijiet bħal dawn, fosthom dawk mingħajr saqaf fuq rashom. Hekk pereżempju, matul din is-sena, f’sena li tant offriet sfidi mad-dinja kollha, investejna kważi €2 miljun sabiex niffinanzjaw l-operat ta’ dawn ir-residenzi tal-‘homeless’, madwar Malta u Għawdex. Din in-nefqa

qed tkompli tiżdied kull sena, fejn qed naraw li mhux biss nagħtu xelter temporanju, iżda nipprovdu ambjent li jiffaċilita tranżizzjoni iktar faċli, sabiex kull persuna terġa tintegra lura fis-soċjetà. Fl-aħħar snin rajna jaħdem tajjeb ħafna l-kunċett fejn il-Gvern u NGOs, jingħaqdu flimkien, sabiex joffru servizz ta’ kwalità lil persuni li spiċċaw bla saqaf fuq rashom. Dawn ir-residenzi mhux biss joffru xelter, iżda anke ikla waranofsinhar u filgħaxija lil dawk fil-bżonn. Minbarra din l-għajnuna diretta għal persuni ‘homeless’, dan ilGvern jallokka wkoll is-somma t’aktar minn €18-il miljun fis-sena, sabiex jassisti lil diversi NGOs fil-ħidma diversa tagħhom. Bħala Gvern ninsabu kommessi li nagħtu aktar għajnuna. Fortunatament qed ngħixu f’pajjiż, fejn rajna l-livell tal-faqar u l-esklużjoni soċjali jinżel għall-inqas livelli tiegħu. Qed ngħixu f’pajjiż fejn

għandna l-anqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Quddiem dan kollu imma, ma jfissirx li għandna nagħlqu għajnejna, jew ngħixu f’perċezzjoni, li m’hemmx min għandu problemi. Qegħdin naraw li mhux biss irridu nsaħħu l-infrastruttura, iżda anke ningaġġaw aktar professjonisti f’dan is-settur, sabiex dawn jassistu lil persuni li jkunu għaddejin minn żmien turbulenti. Kull persuna hija importanti, u kull ħajja jixirqilha attenzjoni daqs oħrajn. Proprju din il-ġimgħa assistejt għar-rapport annwali tal-Fondazzjoni Dar il-Hena, u li tmexxi numru ta’ xelters madwar il-pajjiż. Ħarġet ċara l-importanza li nservu ta’ spalla għal persuni għaddejjin minn xenarju simili, kif hawnhekk hi importanti wkoll il-preżenza tas-settur privat bis-sehem ta’ Mizzi Foundation. L-effetti tal-pandemija komplew jitfgħu iktar pressjoni, u problemi ġodda bħas-solitudni u n-nuqqas ta’ komunikazzjoni soċja-

li. Għalhekk servizzi bħal dawn iservu mhux biss biex persuna tmur tiekol jew torqod, iżda anke wkoll bħala kumpanija. Ir-rapport juri kif matul is-sena 2020, kien hemm 515-il persuna li ngħataw servizz tal-ikel b’xejn, li jfisser tnaqqis ta’ 70 persuna, meta mqabbel mas-sena ta’ qabel. Matul l-istess sena, kien hemm 136 persuna li għamlu użu mix-xelters, tnaqqis ta’ 222 persuna meta mqabbel mas-sena 2019. Pożittiv iktar huwa l-fatt, li 30% waqfu jmorru jieħdu dan is-servizz, 13% sabu fejn jikru, u saħansitra kien hemm individwi li anke kisbu diploma mill-Università, xtraw dar ġdida u kisbu xogħol permanenti, fost stejjer ta’ suċċess oħra. Dawn ir-riżultati se jkomplu jimluna b’aktar enerġija, sabiex inkomplu naħdmu u nwettqu differenza fis-soċjetà. Gvern Laburista, dejjem kien, għadu u jibqa’ jemmen bis-sħiħ fis-solidarjetà u l-ġustizzja soċjali għall-aħjar ġid ta’ kulħadd.


14

12.09.2021

IMFAKKRIN REBĦIET Bħal kull sena, nhar l-Erbgħa f’Jum il-Vitorja pajjiżna fakkar żewġ rebħiet importanti fl-istorja ta’ ġensna permezz ta’ attivitajiet mill-Kumitat Festi Nazzjonali, fi ħdan Festivals Malta, kif riflessi f’dawn ir-ritratti mill-isbaħ tal-okkażjoni. F’dan il-jum tal-1565, il-Maltin kienu għelbu l-qawwa tat-Torok fl-Assedju l-Kbir, hekk kif waslet l-għajnuna mingħand ir-Re ta’ Sqallija u qawwiet oħrajn Ewropej, f’dak magħruf bħala l-Grande Soccorso. It-Torok ħallew il-Gżejjer Maltin wara tliet xhur ta’ ġlied kontinwu madwar Malta speċjalment fin-naħat tal-Port il-Kbir u n-Nofsinhar tal-pajjiż. Imbagħad fl-1943, kellhom ikunu t-Taljani li jċedu l-armi fit-Tieni Gwerra Dinjija wara li talbu l-Armistizju lill-Ġeneral u futur President Amerikan Dwight Eisenhower. Sa dan iż-żmien Malta kienet esperjenzat madwar 3,000 rejd bil-bombi tat-Taljani biex ikissru l-portijiet tagħna u d-difiża tal-Qawwiet Brittaniċi. Minbarra li rtirat mill-Gwerra, il-flotta Taljana salpat lejn pajjiżna biex iċċedi. L-attivitajiet din is-sena kienu mifruxin fuq tlett ijiem, bl-ewwel ċerimonja ssir filgħaxija fuq il-Monument tal-Assedju l-Kbir fil-Belt. F’diskors tal-okkażjoni, li din is-sena sar min-Nutara Myriam Spiteri Debono, li kienet l-ewwel u s’issa l-unika mara li serviet bħala Speaker fil-Kamra tar-Rappreżentanti, tfakkar ukoll il-100 sena mill-ewwel pass tal-awtotmexxija tal-Maltin grazzi għall-Kostituzzjoni tal-1921.


12.09.2021

15

STORIĊI TA’ ĠENSNA

Ritratti: JASON BORG u OMAR CAMILLERI / DOI

Filwaqt li rrimarkat il-mixja ta’ Malta fl-aħħar 100 sena, Spiteri Debono elenkat ukoll bidliet riċenti f’pajjiżna, fost oħrajn il-mekkaniżmu li ġie introdott għal aktar rappreżentanza ugwali fil-Parlament. Hi rrimarkat ukoll l-importanza tal-edukazzjoni ta’ wliedna kemm mid-dar kif ukoll fl-iskola, speċjalment biex il-ġenerazzjonijiet futuri tagħna jkunu jafu jgħixu f’dinja globalizzata. L-Eks Speaker irreferiet għall-importanza tas-saltna tad-dritt u l-għaqda meħtieġa biex pajjiżna jibqa’ jagħmel it-tibdil neċessarju. Fl-aħħar tas-serata tpoġġew bukketti tal-fjuri f’riġlejn il-monument, fosthom mill-Prim Ministru Robert Abela. L-għada saret quddiesa pontifikali fil-Bażilika Kolleġġjata Marija Bambina tal-Isla bil-preżenza tal-Prim Ministru u s-Sinjura Abela, u l-President tar-Repubblika Dr George Vella u s-Sinjura Vella. Eżatt qabel ingħata salut nazzjonali mill-Forzi Armati ta’ Malta u saret spezzjoni tal-Gwardja tal-Unur. F’Jum il-Vitorja stess tqiegħdu kuruni tal-fjuri mal-Monument filBelt Valletta mill-President Vella u s-Sindku tal-lokal Alfred Zammit. L-attivitajiet intemmu bi tqegħid ta’ fjuri mill-Kumitat Festi Nazzjonali mal-qabar tal-vittmi tal-Assedju fil-Forti Sant’Anġlu, mal-Monument tal-Vitorja, fil-Birgu, mal-Monument ta’ Malta Rebbieħa fl-Isla u wara fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata fejn jiġu mfakkra l-vittmi tat-Tieni Gwerra Dinjija.


16

12.09.2021

DOKUMENT DWAR L-INFRASTRUTTURA GĦALL-VETTURI ELETTRIĊI b’konsultazzjoni. Dan jirrikjedi finanzjament u investiment b’saħħtu flimkien ma pjanar kwalitattiv urban. Ma’ dan, irridu naraw skemi u inċentivi li jħajru lin-nies jagħmlu din il-bidla. Il-passi li qed jieħu dan id-dokument;

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Viżjoni Resident First Wara li lejn l-aħħar tal-2019, l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali nediet il-viżjoni tagħha u tal-Kunsilli Lokali, għall-ħames snin, tul dawn l-aħħar 18-il xahar, kienet għaddejja b’diskussjonijiet ta’ konsultazzjoni sabiex tibda tippubblika 24 dokument fuq oqsma differenti, li iżda jaqgħu taħt wieħed mill-erba’ pilastri li fuqhom hija bbażata l-istess viżjoni, viżjoni taħt il-kappa ta’ ResidentFirst (ir-resident l-ewwel); Mobbiltà Sostenibbli, Ambjent Urban, Spazji Miftuħa u Bliet Intelliġenti. Wieħed mid-dokumenti li jaqgħu taħt il-pillastru ta’ Mobbiltà Sostenibbli, huwa dak li jittratta l-infrastruttura għall-vetturi elettrici. Dan id-dokument ser jitnieda proprju għada, fil-preżenza ta’ numru ta’ Kunsilliera u stakeholders ewlenin. Electric Vehicles Changeover – Sustainable Mobility Ovvjament, f’dan l-artiklu m’għandix spazju sabiex nagħti dettalji profondi dwar il-kontenut ta’ dan id-dokument imma se nkun qed inħares biss lejn l-aktar punti importanti. Dan id-dokument huwa riżultat ta’ riċerka strateġika ffukata fuq kif it-teknoloġija tat-trasport taffettwa l-aspetti soċjali u ambjentali kif ukoll l-iżvilupp soċjali u urban f’kuntest lokali. Dan id-dokument għandu jservi bħala għodda informattiva għall-Kunsilli Lokali, Kunsilliera u Sindki. Dan sabiex ikunu huma li jipproponu l-ideat tagħhom lill-Gvern, Ministeri u Aġenziji, sabiex ikun hemm aktar kordinazzjoni u kollaborazzjoni bejn it-tnejn. Id-dokument jieħu forma ta’ approċċ bażiku bi tmien passi importanti li wieħed għandu jikkunsidra qabel jibda jimplimenta proġett bħal dan. Introduzzjoni Pajjiżna jrid inaqqas l-emissjonijiet tiegħu mit-trasport b’ritmu aktar mgħaġġel sabiex jilħaq il-miri klimatiċi u dawk ta’ tniġġis tal-arja. Waħda mill-miżuri li qed jaħdem fuqhom hija l-elettrifikazzjoni tal-vetturi. Sabiex dan jiġri, irridu naraw li ninstallaw numru ta’ ‘charging pillars’ b’mod diliġenti u

L-ewwel pass – Irridu niddefinixxu l-isfidi li l-‘EV’ ser isolvu u oħrajn li mhumiex ser isolbu. It-tieni pass – Fil-futur qrib, it-trasport ser isir dejjem aktar diversiv, alternattiv u xxerjat. Għaldaqstant, it-teknoloġija tal-‘EV’ irridu narawha bħala parti mill-mekkaniżmu ta’ mobbiltà sostenibbli u mhux bħala s-soluzzjoni ewlenija. It-tielet pass – Politika nazzjonali fuq mobbiltà sostenibbli u li t-tfassil ta’ road map ikkomunikat tajjeb ma’ stakeholders ewlenin, huwa kruċjali sabiex ikun hemm tranżizzjoni rapida f’din id-direzzjoni. L-addozzjoni ta’ din il-politika fuq livell Reġjonali, Lokali u ta’ komunità huwa kruċjali għassuċċess tat-tħaddim tat-tali politika. Ir-raba’ pass – Data tajba, fil-ħin propizju u l-mument opportun, għandha sservi ta’ gwida għad-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu. Tragwardi nazzjonali kkomunikati b’mod tajjeb u ċar kif ukoll gbir ta’ data analizzata iżżomm lil pajjiżna aġġorant mal-aħħar teknoloġija u żvilupp li jkun qed isir madwarna u fis-suq dinji. Il-ħames pass – Il-proċess spedit għat-tranżizzjoni fil-qalba minn vetturi konvenzjonali għal dawk elettriċi tiddependi ħafna fuq kemm jirnexxilna nattiraw interess u domanda permezz ta’ benefiċċji fiskali. Sa fejn hu possibbli, għandna ninkoraġġixxu dejjem li persuna tiċċarġja l-vettura tagħha mid-dar. Din hija l-akbar għażla vijabbli għall-partijiet kollha konċernati. Dan iżda, irid ikun immaniġġjat u ssapportjat minn politika nazzjonali. Is-sitt pass – Mal-bidla u t-tranżizzjoni għall-karozzi elettrici se jkollna sfidi u problemi ġodda għal għad ta’ stakeholders involuti fit-trasport u fl-infrastruttura, kif ukoll fl-ippjanar urban. Ħafna minn dawn l-isfidi, iridu jiġu indirizzati billi jkun hemm emendi u tħażżiż mill-ġdid tal-pjanijiet lokali. Is-seba’ pass – Mijiet u eventwalment eluf ta’ public chargers se jieħdu post dawk li llum nafuhom bħala postijiet ta’ parkeġġ użati b’xejn mill-pubbliku. It-telf ta’ dawn l-ispazji ta’ parkeġġ irid jiġi mmaniġġjat f’qafas ta’ pjan nazzjonali għall-istrateġija ta’ immaniġġjar aħjar tal-parkeġġi fl-ibliet u fl-irħula tagħna. It-tmien pass – F’ xenarju ideali, għexieren ta’ eluf ta’ vetturi li jaħdmu bil-HFO għandhom jiġu skreppjati u posthom meħud minn vetturi elettriċi. Imma, kif u fejn se jpoġġu dawn il-vetturi? Aħna ppreparati għal din ir-realtà? Kif se nirriċiklaw dan l-iskart? X’se jiġri mill-batteriji li ser jibdew jinbidlu minn żmien għal żmien? Kull wieħed minn dawn il-punti huma spjegati fid-dettall fid-dokument li ser jiġi mniedi għada. Min jixtieq jidħol u jara d-dettall, jista’ jagħmel dan minn nhar it-Tlieta fuq is-sit elettroniku tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali; www.lca.org.mt

Sur Editur, Imma kif ma tgħaddix ġurnata li dawn il-mniegħel Nazzjonalisti ma joħorġux b’kazzata, Sur Editur! U dan kollu għax kif dejjem ngħid, in-Nazzjonalisti jaħsbu li huma biss jistgħu jiggvernaw lil dan il-pajjiż. Kieku ottu qegħdin! U lilna l-Laburisti, għax għandna fiduċja fil-partit tagħna, għax aħna suldati tal-azzar u għax aħna bil-maltemp kontrina imma dejjem qdifna għall-ġid tal-pajjiż, jarawna demel. Anzi bċieċen, issa! Kif qal dak il-mitruħ ta’ Kevin Cassar. Li jiġi ħaten Beppe tas-swimming pool daqs dinja fil-Għargħur Fenech Adami. Mela dan il-mitruħ kiteb artiklu. Mhux fuq in-Nazzjon ta! Mhux fuq The Tajns (ħallieha din Sur Editur. Kelma ġdida ġejja mill-kelma tajn). Mhux fuq il-Hatin’Labour. Għal ġieħna fuq Newsbook, li jekk tidħol fis-sit onlajn tagħhom jgħidlek “Fair, Accurate & Trustworthy”. Iva u jien ħaten ir-Reġina Eliżabetta t-Tieni, mela! Ara jistax dan is-sit ikun Ġust, Preċiż u Affidabbli meta mmexxi minn dak li żgur mhux Fr., il-Bejrut, għax qas ismu ma rrid ngħid! Qisek qed tgħid li n-nisa fl-Afganistan huma Liberi, Ugwali u Ekwi, imma kkontrollati mit-Taliban. Mela ħaqq l-ożbreċ dan il-mitruħ ta’ Kevin Cassar fuq il-ġurnal tal-Knisja, beda jifli l-istħarriġ li kien sar u li fih il-Prim tagħna daħan lill-Kap tagħhom u taf x’qal? B’titlu ta’ “Id-Destin talBċieċen”, dan Cassar li kien kandidat tal-fattiga tal-Partit Popolari Ewropew, Simon, kiteb li l-Partit Laburista għandu jirringrazzja ’l Alla għal dak li skont hu huwa livell baxx tal-edukazzjoni tal-Maltin. Allura l-Maltin bċieċen għax jappoġġjaw lil-Labour. Kemm qegħdin sew dawn li jmissu man-Nazzjonalisti wkoll! U dan mhux kas iżolat ta! Niftakru, Sur Editur, il-Kandidat Stilla taħt Simon ukoll – Salvu Mallia! Il-madre tal-ħniena kemm kien jgħajjarna dak – u għadu! Sa Lulju li għadda, għajjar lil-Laburisti Maltin li huma imbeċilli! L-istess ta, għax beda jitkellem dwar l-istħarriġ li sar li fih il-Labour huwa aktar fdat mill-PeNe. Fl-elezzjoni li ħareġ għaliha u baqa’ mċallas mal-bankina, kien ukoll qabbel il-Partit Laburista man-Nażisti. Għax dawn hekk, Sur Editur. Kollha tiġbid u djuq, u meta jiftħu ħalqhom, riħa ta’ fossa. Dan mhux atteġġjament ġdid ta! Niftakar qisu lbieraħ meta kien hemm wieħed tagħhom, insejt x’jismu imma, naf li Julian kien imma kunjomu ħarabli. Dan kien qal li jekk ikun jaf li tfajla Laburista, ma joħroġx magħha! Issa kulħadd għandu għajnejh f’wiċċu u meta jara dawk il-vari fuq spallejn il-guvintur waqt xi meeting, nafu kemm għandna tfajliet Laburisti sbieħ! Bħallikieku dawn iridu xi intamat bħal dan Julian. Ara ħaqq il-ħanina dinja, kif insejt kunjomu! Kien ħareġ man-Nazzjonalisti fuq Tas-Sliema dan. U taf meta kien dan? Disa’ snin ilu! Legat ta’ Lawrence Gonzi li kien wiegħed stil ġdid tat-tmexxija meta tela’ fl-2008 u fil-fatt, tana stil ġdid tat-tmexxija bbażata fuq il-ħdura kontra l-Laburisti. U baqgħet għaddejja sal-lum. U aktar riċenti, Karol Aquilina li bil-privileġġ tal-Kamra, kien għamel diskors ta’ xi 10 minuti sħaħ jgħajjar lil tal-Labour. Sa Kap tal-Mafja kien għajru lil Joseph Muscat, niftakar. Kollha ġejjin minn tribu wieħed dawn, Sur Editur. Jekk ma tkunx parti mill-klikka, mela allura żgur se ssib ruħek vittma tat-tgħajjir u l-insulti tagħhom. Anki bejniethom ta! Nafu x’qed jiġri minn dawk li għadhom forċina ta’ Simon. Staqsu lil Joe Giglio! Staqsu lil Adrian Delia! Staqsu lil dawk kollha li mhumiex parti mill-klikka ta’ Manuel Delia! Imbagħad hemm il-prenċimeż e! Dak Leone Ganado. Dak Klassi Għalih. Tant għandu ħdura kkakkmata ġo fih, li meta jeħdulu d-demm, iroddu s-Salib Imqaddes, bħala prekawzjoni ta’ infezzjoni. Dan li jixtieq kull tip ta’ deni u ħsara u mard fuq dawk kollha li huma Laburisti. Imma! Xi ħaġa li huma konsistenti fiha din, ħdura konta l-Labour u l-Laburisti. Għad-dieħla!


17

12.09.2021

L-ISBAĦ ŻMIEN TA’ PAJJIŻNA GĦADU ĠEJ..

DARIO VELLA Kandidat fit-12-il Distrett

Ilna sena u nofs nisimgħu aħbarijiet minn madwar id-dinja fuq problemi relatati mal-pandemija. Żmien li laqat lil kull pajjiż bħal sajjetta mingħajr mistenni. Għaddejna minn sena u nofs nippruvaw nifhmu xi tfisser eżatt li tgħix f’pandemija u kellna naddattaw ħajjitna għal ċerti restrizzjonijiet biex nipprevenu l-imxija tal-COVID-19. Kellna noqogħdu ’l bogħod mill-familjari tagħna u minn xulxin, naħdmu middar u dorna lejn l-online bi tfal jattendu għal-lezzjonijiet minn wara l-iscreen. L-isfida ewlenija kienet dejjem il-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija. Fi kliem sempliċi jekk għandniex nagħlqu kompletament u nnaqsu l-każi għal żero imma bil-problemi finanzjarji, jew niftħux kollox ħalli l-ekonomija tikber imma b’detriment għas-saħħa tal-poplu. Dan li qed ngħid seħħ f’pajjiżi barranin fejn kien hemm villaġġi sħaħ li nqerdu minħabba li s-sitwazzjoni ġiet mingħajr kontroll.

Hawn Malta s-sitwazzjoni ma kinetx u mhix din. L-ewwel nett, għax kellna Gvern Laburista sod li qabel il-pandemija għaraf li joħroġ l-aħjar ta’ pajjiżna, attira investiment barrani, l-ekonomija kibret sewwa u bl-għaqal kellna flus imġemmgħin għad-dispożizzjoni tal-Gvern li f’każ li jinqala’ xi ħaġa nkunu nistgħu nużawhom biex intaffu l-piż minn fuq il-poplu. U hekk ġara. Faqqgħet il-pandemija u l-Gvern permezz ta’ diversi skemi għen lin-negozji sabiex jibqgħu għaddejjin fil-limiti taċ-ċirkostanzi u bilgħan li jżommu l-ħaddiema magħhom. Illum in-numru tattilqim tal-vaċċinazzjoni kompla jiżdied u qegħdin fost tal-ewwel fid-dinja biex issa, bil-mod il-mod qed nerġgħu nħarsu ’l quddiem lejn futur isbaħ u aħjar. Il-prinċipju li noħolqu l-ġid biex inkomplu ninvestu fin-nies huwa dak li jiggwidana fil-ħid-

ma tagħna ta’ kuljum. F’pandemija żammejna l-ekonomija b’saħħitha. Irreġistrajna tkabbir ekonomiku ta’ 13.4% u investiment rekord li jixhed kif Malta qabdet sew it-triq tal-irkupru. ’Il bogħod mill-istatistika, dan il-ġid iħossuh in-nies, u jimliehom b’fiduċja għall-ġejjieni isbaħ u aħjar. Fl-istess waqt irreġistrajna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja. Dan kollu grazzi għall-ħidma bla waqfien tal-Prim Ministru ħabrieki tagħna Dr Robert Abela u t-tim kollu tiegħu. Dan jawgura tajjeb għax l-isbaħ żmien ta’ pajjiżna għadu ġej. Jekk Dr Robert Abela sal-lum f’ċirkostanżi xejn feliċi mexxa lil dan il-pajjiż b’mod eċċellenti, kemm jista’ jagħmel iktar fiż-żmien li ġej f’sitwazzjonijiet iktar pożittivi. Min-naħa tagħna ningħaqdu miegħu u nkomplu nagħtu s-sapport ħalli tabilħaqq jirnexxilu jwettaq il-viżjoni tiegħu ta’ Team Malta.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

GO GREEN WEEK:

ATTIVITAJIET VARJI B’RISQ L-AMBJENT Il-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ħabbar kollaborazzjoni bejn il-Ministeru u l-Eden Leisure Group għaċ-ċelebrazzjoni ta’ Go Green Week, ġimgħa mimlija attivitajiet li qed tiġi mtellgħa minn din il-kumpanija bejn il-15 u t-21 ta’ Settembru 2021, li matulha se jkunu qed isiru numru ta’ inizjattivi ambjentali. Il-Ministru Farrugia spjega li l-inizjattiva ta’ Go Green Week hija mfassla biex tħeġġeġ individwi u kumpaniji biex jimplimentaw aktar inizjattivi ekoloġiċi biex isostnu l-ambjent lokali bl-aħjar mod possibbli. Dawn l-inizjattivi volontarji li qed jitħabbru taħt il-kappa tal-kampanja Saving our Blue, se jappoġġjaw din il-kampanja fit-tixrid ta’ tagħrif u l-moniteraġġ tal-progress tal-aġenda ambjentali. Il-Ministru spjega kif l-industrija tal-films għandha l-abbiltà li tispira biljuni ta’ nies madwar id-dinja, u b’hekk din l-industrija hija importanti biex nindirizzaw sfidi ambjentali. Il-Ministru qal li l-Gvern se jkompli jagħti appoġġ lill-kumpaniji fis-settur privat li jieħdu dawn l-inizjattivi biex flimkien naħdmu favur it-tnaqqis ta’ impatti negattivi fuq l-ambjent tagħna u nimxu lejn is-sostenibbiltà f’kull qasam. Din il-kollaborazzjoni malEden tinkludi diversi inizjattivi: il-kumpanija se tkun qed turi numru ta’ films ambjentali mingħajr ħlas jew għal donazzjoni ta’ €1. Il-fondi li

se jkunu qegħdin jinġabru se jmorru lejn il-kontribuzzjoni tal-Eco Fund, li se jintuża għal inizjattivi ambjentali. Se jsiru wkoll numru ta’ clean-ups fuq bajjiet madwar Malta bħala parti mill-kollaborazzjoni tal-kampanja Saving our Blue, kif ukoll book drive fejn se jinġabru kotba li jiġu mogħtija lill-ħwienet talkarità bil-għan li jiġi mħeġġeġ il-kunċett tar-riċiklar tal-kotba. Se jkunu qed jiġu mħeġġa attivitajiet għall-użu ta’ trasport alternattiv lejn il-post tax-xogħol mill-impjegati talEden flimkien mal-użu ta’ remote working fejn l-impjegati jkollhom ġurnata li jaħdmu mid-dar biex jikkontribwixxu lejn inqas karozzi fit-toroq. Permezz ta’ din il-kollaborazzjoni, il-Ministeru qed ikompli jħeġġeġ lill-kumpaniji privati oħrajn biex jagħtu l-kontribuzzjoni tagħhom lejn inizjattivi favur l-ambjent u l-baħar ta’ madwarna, u biex il-bijodiversità lokali tibqa’ tiġi mħarsa u protetta. “Madankollu, il-pubbliku hu mħeġġeġ biex inizjattivi simili jiġu applikati wkoll filħajja ta’ kuljum, kif ukoll ikun hemm iktar responsabbiltà dwar kif għandu jiġi mormi l-iskart, partikolarment fiżżoni marittimi protetti. Dan tajjeb li jsir biex kull individwu jagħmel il-parti tiegħu ħalli jibża’ għall-ambjent ta’ Malta li fuqu jiddependu diversi ħlejjaq tal-art u talbaħar, ekosistemi kif ukoll l-ekonomija,” qal il-Ministru Farrugia.


18

12.09.2021

IL-MADONNA TAL-GRAZZJA: STORJA U KULT Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-kult tal-Madonna huwa wieħed mill-aktar mifrux mhux biss f ’Malta iżda mad-dinja kollha. Il-figura ta’ Marija hija waħda mimlija virtujiet li huma ċċelebrati b’mod partikolari fil-kult Marjan. Mill-Madonna Mirakoluża sal-Madonna ta’ Fatima, ir-referenzi għall-Verġni Omm Alla huma ħafna u sinjuri fit-tifsira. Illum nixtieq niffoka fuq titlu partikolari - l-istorja tal-kult tal-Madonna tal-Grazzja. It-titlu ‘tal-Grazzja’ b’referenza għal Marija għandu tifsira doppja. Minn naħa waħda jirreferi għall-maternità ta’ Marija li hi omm Kristu u li l-grazzja divina permezz tagħha niżlet fost il-bnedmin biex twassalhom għas-salvazzjoni eterna. Min-naħa l-oħra, hija referenza għall-grazzji li Marija tiggarantixxi lill-bnedmin billi tinterċedi għalihom quddiem Alla l-Missier. Il-Madonna tal-Grazzja tirrifletti x-xbieha ta’ omm twajba u mimlija mħabba. Dik li twieldet bla tebgħa u li kellha ġġarrab id-destin kiefer li ssir orfni ta’ binha stess u għal dan ingħatat il-privileġġ li tinvoka lil Alla f ’isem il-bnedmin kollha. Dawn huma r-raġunijiet li jispiraw lill-Insara mid-dinja kollha biex jirrikorru b’devozzjoni lejn il-Madonna tal-Grazzja. Mad-dinja l-postijiet fejn jiċċelebraw il-festa tal-Madonna taħt dan it-titlu huma ħafna, u kollha jqimuha b’modi differenti skont it-tradizzjonijiet tagħhom. Dawn il-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet xi drabi huma marbuta ma’ manifestazzjonijiet oħra Marjani, u ħafna drabi huma marbuta ma’ dehriet jew ġrajjiet mirakulużi li fihom il-Madonna tal-Grazzja kienet il-protagonista. Il-figura tal-Madonna tal-Grazzja hija x-xbieha tal-mara ideali li b’xi mod tippreċedi l-istess figura ta’ Marija nnifisha. Filfatt insibuha diġà preżenti fit-Testment il-Qadim, imma huwa f ’Marija li ssib il-konsagrazzjoni vera: hi li hija

l-ħarriesa ta’ fidi umli, li hija s-smigħ tal-Kelma ta’ Alla u l-aċċettazzjoni bla kundizzjonijiet tar-rieda ta’ Alla. L-Insara jagħrfu fil-Madonna tal-Grazzja, l-Omm tal-Mulej u l-mara umli u ubbidjenti. Għaliha biss twieled u xtered il-kult Marjan għax jara f ’qalbha tifsira awtentika tal-Omm li tħobb. Maż-żminijiet dan ġie rifless fil-knejjes, fid-djar u f ’postijiet pubbliċi permezz ta’ statwi u pitturi sbieħ u ta’ valur li jevokaw l-immaġni tagħha b’mod l-iktar reali. It-titlu “Madonna tal-Grazzja” bħala l-omm ta’ Ġesù Kristu u r-Reġina tal-Grazzji kollha, l-iktar waħda li tista’ tinterċedi għalina ma’ Alla ħalla impressjoni kbira fuq id-devozzjoni popolari. Marija hija dik li tant tħobbna li kapaċi tikseb dak li għandna bżonn għas-salvazzjoni eterna. Imma minn fejn ġie dan it-titlu? L-isem ‘Madonna tal-Grazzja’ joriġina fl-episodju bibliku magħruf bħala “Tieġ f ’Kana”. Hemmhekk Marija tħeġġeġ lil Ġesù biex iwettaq l-ewwel miraklu tiegħu u tixpruna lill-qaddejja billi tgħidilhom jagħmlu dak li jgħidilhom Hu. Matul is-sekli niltaqgħu ma’ bosta poeti u qaddisin li jfakkru l-interċessjoni kbira ta’ Marija bejn il-bniedem u Alla. Insemmi pereżempju lil San Bernard ta’ Chiaravalle, li fil-Memorare tiegħu jikteb: “qatt ma nstema’ li xi ħadd irrikorra lejk u ġie abbandunat”. Dante, min-naħa l-oħra, fix-XXXIII Canto del Paradiso, jattribwixxi lill-istess San Bernard talba lill-Verġni Marija li saret popolari ħafna. It-talba tgħid hekk: “Mara, int daqshekk kbira u daqshekk denja, li dak li jrid grazzja u ma jirrikorrix lejk, jista’ jtir għal ħdejk mingħajr ġwinħajn. Il-qalb tajba tiegħek ma tgħinx biss lil dawk li jistaqsuk, imma ħafna drabi

anke lil dawk li ma jitolbukx.” mad-drawwiet lokali u l-istorja ta’ santwarji partikoIl-festa liturġika lari. tal-Madonna tal-Grazzja Perżempju nsibu bosta postijiet li fid-data tradizFil-kalendarju liturġiku zjonali tal-festa taż-Żjara tal-Knisja Kattolika m’hemm ta’ Marija lill-qariba tagħha l-ebda ġurnata speċifi- Eliżabetta fit-2 ta’ Lulju ka ddedikata lill-Madonna jew fil-31 ta’ Mejju jiċċeletal-Grazzja. Dan it-titlu huwa braw il-Madonna tal-Grazzħafna drabi assoċjat ma’ di- ja. Oriġinarjament il-festa versi festi Marjani marbuta kienet issir nhar it-Tnejn

l-għada ta’ Ħadd fuq l-Għid magħruf bħala Domenica in Albis. Aktar tard ġiet imħarrka għat-2 ta’ Lulju li għadha sal-lum id-data tradizzjonali ta’ din il-festa f ’ħafna mill-postijiet li jqimu lill-Madonna tal-Grazzja. Fi bliet oħra, il-festa liturġika ssir fis-26 ta’ Awwissu jew fit-12 ta’ Settembru, jew fid-9 ta’ Mejju jew

Il-Madonna tal-Grazzja tirrifletti x-xbieha ta’ omm twajba u mimlija mħabba. Dik li twieldet bla tebgħa u li kellha ġġarrab id-destin kiefer li ssir orfni ta’ binha stess u għal dan ingħatat il-privileġġ li tinvoka lil Alla f’isem il-bnedmin kollha


19

12.09.2021

f ’data oħra li tiċċaqlaq skont meta jaqa’ t-tielet Ħadd wara Pentekoste. Is-Santwarju Arċipretali tal-Madonna tal-Grazzja f ’Ħaż-Żabbar, oriġinarjament inbena bejn l-1641 u l-1696 fuq disinn tal-Perit Rinaxximentali Tommaso Dingli. Il-faċċata tagħha, eżempju eċċellenti tal-arkitettura Barokka Maltija, inbniet fl1738 fuq disinn ta’ Giovanni Bonavia, iżda l-koppla reġgħet inbniet fil-bidu tas-seklu 19 wara l-ħsarat li sarulha matul l-imblokk Franċiż tal-1798–1800. Riċentement reġgħet inbniet millġdid fl-ewwel nofs tas-seklu 20 fuq disinn ta’ Giuseppe Pace. Nafu li knisja ddedikata lill-Madonna tal-Grazzja kienet teżisti f ’Ħaż-Żabbar sa mill-inqas mis-seklu 16, u ġiet attakkata mill-Ottomani waqt il-ħbit tas-sena 1614.

Il-Belt Hompesch saret parroċċa fl-1615, u l-knisja preżenti nbniet bejn l-1641 u l-1696. Il-korsija ewlenija ġiet kompluta sal-1658, u l-knisja l-qadima baqgħet teżisti bħala sagristija. Il-knisja hija mżejna bi kwadru titulari mill-isbaħ impitter minn Alessio Erardi fl-1715. Il-knisja nbidlet radikalment fl1738, meta l-faċċata tagħha reġgħet inbniet mill-ġdid fuq stil Barokk maestuż fuq disinji ta’ Giovanni Bonavia. Il-konsagrazzjoni solenni tal-knisja saret fil-31 ta’ Ottubru 1784. Illum dan is-santwarju huwa magħruf bħala wieħed mill-aħjar eżempji tal-arkitettura Barokka Maltija. Matul l-imblokk Franċiż bejn l-1798 u l-1800, Ħaż-Żabbar kien okkupat minn partiġjani Maltin, u għalhekk kienet ibbumbardjata ripetutament mill-forzi Franċiżi

li kienu jinsabu fuq il-linji tal-Kottonera fil-viċin. Waqt wieħed mill-bumbardamenti f ’Novembru 1799, ballun tal-kanun laqat il-koppla tal-knisja, u mara nqatlet mill-ġebel li waqa’. Intant, ir-ribelli Maltin bnew batterija tal-artillerija ħdejn il-knisja sabiex jibbumbardjaw il-pożizzjonijiet Franċiżi. Wara li spiċċa l-imblokk, il-koppla kellha terġa’ tinbena kompletament minħabba l-ħsarat kbar li ġarrbet, filwaqt li l-kampnar tal-lemin kien ukoll sofra ħsarat konsiderevoli u ġie rrestawrat ukoll fl-1801. Fl-1926, il-koppla reġgħet inbniet mill-ġdid għall-aħħar darba flimkien mal-kappelli tal-ġenb fuq disinji ta’ Giuseppe Pace. 70 sena ilu, fl-1951, il-kwadru titulari tal-Madonna tal-Grazzja ġie inkurunat mill-Arċisqof Mikiel Gonzi, u

fl-2001 tpoġġiet fuqu dijadema tal-fidda mill-Arċisqof Gużeppi Mercieca. Is-Santwarju ta’ Ħaż-Żabbar għandu wkoll mużew li jinsab f ’bini mibni apposta maġenb il-knisja. Il-mużew twaqqaf fl-1954, u fih bosta oġġetti kemm reliġjużi kif ukoll sekulari. L-esebiti ew-

lenin jinkludu kollezzjoni ta’ pitturi ex-voto li ġew offruti lill-Madonna tal-Grazzja, żewġ siġġijiet sedani li ntużaw mill-Gran Mastri fis-sekli 17 u 18 u bosta pitturi u opri tal-arti oħra li qabel kienu jinsabu fis-santwarju jew fi knejjes u kappelli oħra f ’Ħaż-Żabbar.


20

12.09.2021

PESTI U PESTILENZI FUQ PAJJIŻNA L-EWWEL PARTI

ia

nt

ar

Sa mis-sena li għaddiet, id-dinja kellha tinżel għarkupptejha riżultat tal-pandemija talCOVID-19. Iżda din ma kinitx l-ewwel darba li seħħ flaġell bħal dan. Ir-rekords, li jikkonsistu f’files u f’dokumenti miżmumin fl-Arkivji tal-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra, fil-Forti Sant’Iermu, jgħinu lit-tobba u lill-professjonisti tal-lum ibassru u jgħinu jippjanaw miżuri futuri ta’ mitigazzjoni billi jistgħu jappoġġjaw id-deċiżjonijiet tagħhom b’għarfien ta’ dak li ħadem fil-passat. Din l-intervista ma’ MARIA MICALLEF u VANESSA CIANTAR, uffiċjali ta’ Heritage Malta, turi li r-rekords iservu skop prattiku. Minn CHARLES B. SPITERI

L-arkivji huma xhieda talfatt li ż-żminijiet jistgħu jinbidlu, iżda hemm affarijiet li jibqgħu l-istess. Li tkun taf u tifhem il-passat hu essenzjali biex jgħinna nifhmu u nittrattaw l-isfidi tal-preżent u tal-futur. X’jirrakkuntaw fuq is-saħħa tal-Maltin dawn l-arkivji? Fil-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra għandna files li jixhdu t-tħejjijiet li saru mill-awtoritajiet lejlet it-Tieni Gwerra Dinjija, biex jiżguraw li l-Gżejjer kienu lesti għal emerġenzi mediċi li kellhom jinqalgħu, riżultat tagħha. Huma ħadu miżuri ta’ prekawzjoni kontra diversi mard infettiv. Fis-snin 30 f ’Malta kien hawn aktar minn 2560.1 persuna kull mil kwadru u probabbilment l-Awtoritajiet tas-Saħħa kienu jafu li l-gwerra se tinvolvi bumbardament fuq iċ-ċivili. Għalhekk wissew lill-popolazzjoni tfittex kenn fix-xelters. Kien hemm xi problemi li ltaqgħu magħhom l-awtoritajiet? Il-problemi ewlenin kienu l-illitteriżmu, in-nuqqas ta’ infermiera mħarrġin u l-mortalità għolja tat-trabi, li fl-1937 kienet l-ogħla fl-Ewropa. It-tħejjijiet bdew fl-1935 meta l-Italja bbumbardjat l-ewwel darba lil Ab-

minnhom kien responsabbli għall-indafa fi tmien xelters. Sa slogans fuq l-iġjene twaħħlu mal-ħitan tax-xelters fi sforz biex jedukaw aktar lill-popolazzjoni. L-iġjene kienet promossa wkoll barra mix-xelters, u kienu jixxandru taħditiet fuq ir-Rediffusion. Imbagħad, minn Novembru 1942 ’il quddiem, it-taħditiet kienu jsiru kull ġimgħa bit-tema ‘Saħħa u Iġjene’. Kien hemm biża’ minn mard kaġunat mill-annimali? Saret prevenzjoni qawwija kontra infezzjoni maġġuri li tillimita t-tixrid tal-pesti. Skont ir-Rapport Annwali tas-Saħħa tal-1941 kien irrappurtat li seħħet kampanja ewlenija kontra l-firien. Il-firien maqbudin kienu ittestjati biex jiċċekkjaw kinux iġorru pesta. Din il-marda kienet ilha ssaltan f ’Malta sekli sħaħ u għalkemm kienet għaddiet, il-Maltin xorta beżgħu minnha għax kienu jafu kemm setgħet tkun fatali. In-nemus kienu mmonitorjati wkoll minħabba li jġorru l-malarja. Insibu li kien hemm xi speċi ta’ vaċċini? Iva, id-Dipartiment tasSaħħa investa wkoll fi programm ta’ tilqim. Dawn kienu ppreparati lokalment mill-1921. Fit-Tieni Gwerra Dinjija, it-tilqima kienet offruta lit-tfal kollha u kienet maħsuba bħala mezz biex tipprevjeni smallpox, tifojde u difterija. Sfortunatament, il-popolazzjoni Maltija kienet suspettuża mit-tilqi-

f

bliċi. L-ilma kien imqabbad u xi xelters ġew mgħammra wkoll bi kmamar fejn setgħu jinħaslu l-ħwejjeġ. Il-riħa tinten fix-xelters żgur li kienet terribbli l-aktar fix-xhur sajfin. Fil-bidu tal-gwerra ntużat sistema primittiva biex permezz tal-pali jintrema l-iskart uman, iżda malajr saru konnessjonijiet mas-sistemi tad-drenaġġ. Dan ma kienx l-uniku titjib li sar fix-xelters. Fejn possibbli saret sistema ta’ ventilazzjoni mgħammra b’fannijiet elettriċi u pavimentar b’materjali li ma jgħaddix ilma minnhom. Ħafna minn dawn il-karatX’sar għall-biża’ tal-attakki teristiċi għadhom jidhru bil-gass fit-Tieni Gwerra? fix-xelter tal-gwerra mħares minn Heritage Malta, li Kienu organizzati konferenzi wieħed jista’ jinżel fih minn li jħejju tobba għall-gwerra ħdejn il-Katidral ta’ San kimika u tal-gass. Stampaw Ġwann. fuljetti li inkludew informazzjoni bażika dwar kif jiġu X’għamlu aktar trattati l-feriti tal-gwerra. l-awtoritajiet biex Iċ-ċentri tal-ewwel għajnuna iħarsu l-iġjene? u d-dekontaminazzjoni ġew stabbiliti taħt l-ARP u l-ħad- Għall-iġjene infurzaw regoli diema ngħataw it-taħriġ biex bażiċi anke jekk mhux dejjem imexxuhom. kien possibbli. Sa kellhom taħlita kontra l-briegħed, Għar-rigward tax-xelters, magħmula minn sapun karkemm għenu? boliku, applikata fl-art regolarment, kif kien il-bexx ta’ Il-kundizzjonijiet fix-xelters pavimenti u ħitan b’diżinkienu sfida kbira għall-aw- fettant. Is-Supretendent toritajiet. Meta faqqgħet tas-Saħħa Pubblika ngħata l-Ewwel Gwerra u l-bombi wkoll il-poter li jordna tinbdew neżlin fuq il-gżira, dif obbligatorju ta’ persuni il-popolazzjoni ma kinitx maħmuġin jew oġġetti. imħejjija għalihom. Terġa’ Fl-1941 ħarġet liġi li tiptaħt l-art kien hemm spaz- projbixxi li fix-xelters jitju limitat fejn seta’ jinstab niżżlu s-sodod u s-siġġijiet. kenn. Għalhekk, l-ifful- Kien diffiċli ħafna biex dawn lar kien problema kbira. ir-regolamenti jiġu infurzati Dan, miżjud mal-problema u għalhekk saret sejħa għal tal-malnutrizzjoni għamel nies volontarji bħala gwardix-xelters art fertili għat-tix- jani tal-kenn. Din is-sistema rid tal-mard. Id-Dipartiment l-ġdida ma ġabitx ħafna titjib tas-Saħħa għamel minn u fil-fatt f ’Jannar 1942 ġew kollox biex jipprevjeni dan ingaġġati mid-Dipartiment u fil-fatt saru spezzjoniji- tas-Saħħa u bi ħlas, dawk li et regolari fix-xelters pub- jnaddfu l-kenn. Kull wieħed

C

ll e

bissinja. Id-Dipartiment tasSaħħa ordna numru enormi ta’ stretchers u provvisti mediċi li kienu jissupplixxu lill-gżira kollha sa Novembru 1942 meta t-tbaħħir reġa’ beda jilħaq ix-xtut Maltin fuq bażi kemxejn regolari. L-Awtoritajiet tas-Saħħa inkwetaw ferm fuq l-insulina għax kien hawn numru sew ta’ individwi dijabetiċi. Iżda matul il-gwerra l-problema ssolviet, grazzi għall-kunsinni erojċi mwasslin bis-sottomarini li rnexxielhom jiżgiċċaw lill-għadu. Dan kien irrappurtat fir-Rapport Annwali tas-Saħħa tal-1942.

sa

i

ca

Kemm aħna xxurtjati li fil-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra għandna arkivji, li fost affarijiet oħra jiddokumentaw dak li għamel id-Dipartiment tas-Saħħa ­Pubblika Maltija biex jipprepara għall-kriżi tal-gwerra u l-perikli assoċjati li ġabet magħha?

V

s an e

Ma

ri a

M

ma u fil-fatt il-ġenituri ta’ madwar 100 tifel u tifla biss ħadu l-offerta tat-tilqim. Minkejja l-proporzjon żgħir ta’ popolazzjoni li tlaqqmet, l-ebda epidemija serja ma kienet irrappurtata sa Novembru 1942. L-iktar serja minn dawn il-mardiet kienet il-poljo, fil-bidu tal-1943. Dan wassal biex fl-1 ta’ Jannar 1943 ingħalqu l-iskejjel u ġimgħa wara ngħalqu wkoll il-postijiet kollha tad-divertiment. Il-biża’ dam xahar biss, grazzi għall-ħidma fil-pront tal-Awtoritajiet tas-Saħħa. Dan it-tilqim sar għal darba biss? It-tilqim reġa’ kien propost fl-1942. Tfasslet skeda li tippermetti lill-popolazzjoni titlaqqam f ’raħalha. Millittri fil-gazzetti ta’ dak iżżmien jirriżulta li kien hawn dibattitu kbir. In-nies ma kinux konvinti mill-effettività tagħhom. Oħrajn ilmentaw li t-tilqim obbligatorju kien impost fuq id-drittijiet tagħhom għal-libertà. Ħafna riedu li l-għada tat-tilqim ikollhom jum vaganza, minħabba l-effetti sekondarji, iżda mhux dawk kollha li jħaddmu, ħallsu lill-ħaddiema li baqgħu d-dar wara li ħadu t-tilqima.


21 Ritratti meħudin mill-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra

12.09.2021

Marid fuq stretcher Minn barra kellna xi għajnuna? Fl-1944 ġiet introdotta skema fir-Renju Unit. L-iskop kien li jirringrazzjaw lill-poplu Malti għas-servizz tiegħu lill-Alleati, billi jisponsorjaw klinika f ’kull raħal. L-iskema kienet imsejħa ‘Adotta Villaġġ’ u l-pjan kien li lokalitajiet fil-Gran Brittanja jadottaw villaġġ f ’Malta u jisponsorjaw il-ftuħ ta’ klinika lokali fejn tkun preżenti infermiera. Kienu organizzati avvenimenti bl-iskop li jinġabru fondi għal din il-karità. Sfortunatament, l-iskema ma tatx suċċess kbir iżda nxtara tagħmir mediku għal Malta, li wasal fl1944. Is-Supretendent tasSaħħa Pubblika li tant ħadem biex is-saħħa tal-popolazzjoni Maltija tinżamm sigura, ingħata CBE, li hi l-Ordni tal-ogħla grad tal-Imperu Ingliż (minbarra l-kavallerat). L-isforzi tad-Dipartiment tas-Saħħa jidhru li taw ilfrott tagħhom. Id-diżgrazzji tal-gwerra kienu ħafna inqas minn dak li kien mistenni u ma nqalgħet l-ebda pandemija maġġuri. Kemm insibu similarità bejn il-biża’ ta’ dak iż-żmien u l-biża’ mill-Covid? Min jaqra l-file mediku fl-Arkivji tal-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra waqt li jgħix il-pandemija COVID-19, isibha diffiċli li ma jagħmilx paralleli bejn ix-xogħol imwettaq fis-snin 30 u l-1940 mid-Dipartiment tas-Saħħa u x-xogħol imwettaq filpreżent mill-istess Dipartiment. Skont dak li kemm-il darba qalu l-epidemoloġisti, dokumenti minn pandemiji tal-passat huma sors ta’ in-

formazzjoni utli li jgħinuhom biex ibassru ċerti mudelli. Ħafna mill-prekawzjonijiet li ttieħdu huma pjuttost simili u hu interessanti li wieħed jinnota li r-reazzjonijiet għal uħud mill-miżuri introdotti biex jibqgħu siguri, bħal pereżempju l-ħidma favur it-tilqim u l-enfasi fuq l-iġjene ma nbidlux ħafna, anke jekk għaddew kważi 80 sena. Għal darb’oħra l-arkivji huma xhieda tal-fatt li anke għalkemm hemm differenza fiż-żminijiet u ċ-ċirkustanzi, ħafna affarijiet baqgħu l-istess matul is-snin. Liema kienet l-ewwel pandemija f ’Malta?

sistema tal-kura tas-saħħa ħafna aħjar u kienu adottati wkoll miżuri ta’ kwarantina aktar effettivi. Fil-fatt, sal-1643 f ’Malta nfetaħ l-isptar tal-Lazzarett fuq il-gżira Manoel. Dan għamel il-porti Malti wieħed mill-iktar siguri fil-Mediterran u seta’ jipprovdi ċertifikazzjoni ta’ saħħa, maħruġa wara kwarantina kkontrollata mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dan tal-aħħar ippermetta lill-vapuri jħottu direttament f ’port fl-Ewropa tal-Punent mingħajr ilħtieġa għal aktar kwarantina.

X’tista’ tgħidilna fuq l-aħħar pandemija Waħda mill-ewwel referen- tal-pesta f ’Malta? zi tal-pandemiji li ġew ukoll Malta kienet dik magħrufa Din seħħet bejn l-1813 u l-1814. bħala The Black Death. Bdiet Irriżultat f ’madwar 4,500 f ’Messina fuq vapur Ġenoviż mewta, jiġifieri madwar 5% f ’Ottubru 1347 u malajr in- tal-popolazzjoni tal-gżejjer. firxet fil-baċir tal-Mediterran Il-pesta waslet Malta minn fejn ħasdet eluf ta’ ħajjiet. Lixandra abbord il-briganIl-Mewt Sewda laħqet Malta tin ‘San Nicola’ fl-aħħar ta’ sena wara permezz ta’ kum- Marzu 1813. Il-mewt ta’ wħud merċ minn Sqallija. Madank- mill-baħrin wasslet biex ollu, ftit li xejn huwa magħruf il-bastiment ġie kwarantidwar l-effett attwali tagħha nat. Madankollu, il-marda fuq il-popolazzjoni lokali, xorta nfirxet minħabba li xi għalkemm meta wieħed iqis merkanzija kienet insterqet in-nuqqas ta’ iġjene pratti- u nbiegħet fil-Belt Valletkata u l-iffullar żejjed f ’ċerti ta. Il-marda dehret fil-Belt żoni, malajr iwassal lil dak li f ’nofs April, u kienet severa jkun għar-raġuni. sa nofs Mejju. Fiha mietu 11,300 persuna Meta nsibu referenza minn popolazzjoni ta’ madgħall-ewwel pesta? war 60,000 sa 70,000. Ħafna mill-imwiet seħħew f ’żoni Fl-arkivji, l-ewwel li nsibu urbani b’popolazzjoni għolja referenza għaliha hi fl-1592- bħar-reġjun tal-Port il-Kbir. 93. Din laħqet il-gżira minn In-numru tal-imwiet kien vapur li telaq minn Lixandra tant għoli għax kien hemm (l-Eġittu) u kellha effett pjut- nuqqas ta’ qbil fuq jekk tost devastanti fuq il-popola- il-marda kinitx il-pesta jew zzjoni lokali li rreġistrat le, u fil-frattemp infirxet. f ’madwar 3,300 mewta (12% Dawk li mardu, ittieħdu tal-popolazzjoni tal-gżira). il-Lazzarett, fejn uffiċjali tasDawn l-imwiet wasslu saħħa pubblika ħadu l-marda lill-Kavallieri, li kienu ospi- u mietu wkoll. B’hekk, l-epitalieri mħarrġin, jiżviluppaw demija nfirxet, in-numru ta’

Operating Theatre - L-Imtarfa uffiċjali rdoppja u nfetħu ak- Mastru Cottoner wiegħed li tar sptarijiet ta’ iżolament. jappoġġja lill-vittmi tal-marda, u ta donazzjonijiet lil U missirijietna, kellhom dawk fil-bżonn. L-Imdina inxi pieni imposti fuqhom għalqet ukoll għal dawk li minħabba l-pesta? mhumiex residenti, dan ma ħalliex l-epidemija tilħaq Inħarġu pieni severi, fosth- il-popolazzjoni tagħha. L-ivom il-piena kapitali kontra vjaġġar lejn Għawdex kien dawk li ma rrappurtawx każi skoraġġut, u l-marda ma lill-awtoritajiet, tant li tlett xterditx hemm. irġiel spiċċaw ħadu l-forka. Meta l-marda nfirxet Nistgħu ngħidu li l-ħajja għall-kampanja, il-gżira f ’Malta twaqqfet ħesrem? kollha ġiet iddikjarata bħala infettata, u kienu adotta- Għalkemm l-Ingliżi ħadu ti miżuri internazzjonali ta’ miżuri stretti sabiex irażżnu kwarantina. Ħafna komplew l-pesta, kien tard wisq b’ħajjithom ta’ kuljum u hu għall-kontroll tal-ħsara. maħsub li kien dan il-fattur Iż-żona popolata ħafna madli rriżulta f ’numru daqshekk war il-Port il-Kbir inqatgħet għoli ta’ mwiet. mill-bqija tal-gżira. In-nies Kien biss wara li diversi ġew skoraġġiti milli jitħalltu tobba Ewropej taw l-opin- fis-swieq, il-komunikazzjoni jonijiet tagħhom li kienet bejn il-bastimenti u x-xatt pesta, li kienu infurzati kienet ipprojbita, il-knejjes miżuri stretti ta’ trażżin, iżda ingħalqu, l-annimali domessa dak iż-żmien kien tard tiċi nżammew ġewwa, dawk wisq. In-nies kienu pprojbiti mitlufin inqatlu, il-ħwienet li jinġabru fi knejjes u f ’lukan- jbigħu l-ikel tħallew jinfetħu di u fi spazji pubbliċi fil-beraħ biss għal erba’ sigħat kuljum. u l-isptarijiet ta’ iżolament Il-vjolazzjonijiet ta’ dawn reġgħu tkabbru. Il-mejtin ir-regolamenti ġarrew pieni indifnu f ’oqbra tal-massa ħorox, inkluża l-piena kapif ’postijiet magħżulin. tali. L-aktar postijiet milquIl-Gran Mastru Cottoner tin gravi kienu l-Belt, il-Furu l-Kunsill tal-Ordni talbu jana, Birkirkara, Ħal Qormi u għajnuna minn barra biex Ħaż-Żebbuġ. jgħinu jindirizzaw l-epidemiSa Jannar 1814 kien maħja. Kirurgi u tobba waslu Mal- sub li l-pesta ngħelbet. ta fi żmien xahar, jew bħala Madankollu, il-marda ġriet voluntiera jew taħt kuntratti involontarjament f ’Għawdex mħallsin. Każi kkonfermati u permezz ta’ ħwejjeġ kontamsuspettati fil-Forti Sant’Ier- inati, u tifqigħa oħra seħħet mu ġew trasferiti għall-Iso- fir-raħal tax-Xagħra. Miżuri lotto (Lazzarett), u tħabbar ta’ trażżin imposti minnufih curfew ġenerali. illimitaw il-firxa u naqqsu Id-djar kienu diżinfettati r-rata ta’ mortalità fil-gżira minn profumaturi. Il-Gran Għawdxija.


22

12.09.2021

MICHAEL JOE CINI

IL-MUŻIKA TIEGĦU WASLET UKOLL FL-AMERKA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-mużika hija parti mill-ħajja ta’ kuljum tal-bniedem. Hawn min jieħu pjaċir jismagħha, filwaqt li hawn min jieħu gost jipproduċiha. Proprju llum intervistajt żagħżugħ Għawdxi dwar din in-namra tiegħu mal-mużika. Qed nirreferi għal Michael Joe Cini. Magħruf ukoll bħala Micimago, għandu 23 sena u joqgħod iż-Żebbuġ Għawdex. Fortunatament, il-passatempi tiegħu saru karriera. Jaħdem bħala web developer fuq bażi full-time, u l-bqija tal-ħin liberu jqattgħu fl-istudio jipproduċi u jikteb il-mużika. Jara lilu nnifsu bħala persuna li jaħseb ħafna u filfond dwar kull ħaġa li jiltaqa’ magħha f’ħajtu. Jgħid ukoll li din il-ħaġa taf tkun problema f’ċerti sitwazzjonijiet għax ġieli jispiċċa jikkumplika l-ħajja għalxejn. Iżda, xi kultant, dawn il-mistoqsijiet

iwassluh biex jiskopri u jesperimenta f’affarijiet ġodda. Michael huwa deejay Għawdxi, magħruf aħjar bħala Micimago. Mistoqsi minn fejn nibet dan l-istage name tiegħu rrakontali li beda meta kien fl-iskola primarja. “Niftakar darba waħda ġie wieħed minn sħabi fuqi u qalli “Haw Micimago!”. Jaf il-verżjoni kienet daqsxejn differenti, imma xi ħaġa fuq dik il-linja kienet. Minn dakinhar ’il quddiem, kull meta ġejt biex noħloq profil fuq l-internet, bdejt nuża dak il-laqam. Darba minnhom waslet il-ġurnata li ħloqt profil fuq SoundCloud, u ovjament għażilt dak il-laqam mingħajr ħafna ħsieb. U f’kemm ilni ngħidlek, spiċċajt weħilt bih,” stqarr miegħi. Kiseb popolarità sostanzjali f ’pajjiżna u barra minn xtutna

Ta’ min jgħid li bħala deejay diġà kiseb popolarità sostanzjali f ’pajjiżna. Mhux hekk biss, iżda l-mużika tiegħu, indaqqet fl-Amerka wkoll. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Jiena bniedem li nemmen li bil-mezzi soċjali li għandna llum, id-dinja saret qisha pajjiż wieħed mingħajr fruntieri. Ovvjament baqa’ ħafna borduri li jifirdu n-nies, imma nemmen li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed ikun possibbli li twassal kull tip ta’ informazzjoni fejn trid, u b’mod effiċjenti ħafna. Il-katalgu tal-mużika tiegħi huwa probabilment disponibbli fuq kull sit li tista’ ssib il-mużika fuqha. Meta noħroġ xi diska, dejjem nutilizza l-mezzi soċjali biex inwassal kemm jista’ jkun id-diska lil ħafna nies, kemm f ’Malta kif ukoll barra minn xtutna. Ċerti siti bħal Spoti-

fy joffrulek ċerta analiżi bħal kemm qed tindaqq il-mużika tiegħek kif ukoll fejn. U kemm-il darba jkolli diski li jindaqqu barra minn Malta, inkluż l-Amerka. S’issa Malta dejjem kienet l-aktar pajjiż li jkolli semmiegħa minnu, imma timmotiva ruħek meta tara li l-mużika tiegħek qiegħda tasal mad-dinja kollha,” stqarr miegħi. Mistoqsi x’tip ta’ mużika jdoqq, Michael weġibni: “Meta bdejt nipproduċi kont iffissat fuq l-Electronic Dance Music. Għamilt żmien twil nisma’ dak l-istil biss. Illum sirt nisma’ minn kollox u permezz t’hekk, il-mużika tiegħi bdiet tieħu forom differenti. Xorta nibqa’ nħoss li l-mużika elettronika hija dik li nispeċjalizza fiha, imma ma nixtiqx ningħalaq għal ġeneru wieħed biss.” Konxja mill-fatt li ħafna jaqtgħu qalbhom mill-ġiri u

forsi jarawh ħela ta’ ħin meta jidħol trasport żejjed fil-ħajja mgħaġġla tal-lum. Anke peress li Michael joqgħod Għawdex, mhux l-ewwel darba li kellu jinżel Malta għal xi qadja mużikali jew laqgħa ta’ kwarta biss, u dan xorta qatt ma qatagħlu qalbu. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt. “Għawdex huwa bellezza biex tgħix fih, imma jekk trid li timxi f ’karriera li għandha ħafna konnessjoni ma’ Malta, ser tkun diffiċli daqsxejn. Imbagħad jiddependi fuq kemm inti lest li tissagrifika għat-tiri tiegħek. Madanakollu, illum il-ġurnata wasalt f ’punt fejn ma nistax naħli ħafna ħin fuq vjaġġar jekk il-ħaġa mhix essenzjali. Għalhekk, nipprova kemm jista’ jkun ngħaqqad l-affarijiet flimkien.” Ispirat minn DJ Żvediż ta’ fama mondjali - Avicii


08.11.2020 12.09.2021

Lura għal meta kien ferm iżgħar, kien sar midħla mal-mużika wara li kien sema’ d-diska ‘Levels’ tadDJ Żvediż ta’ fama mondjali Avicii. Fil-fatt, beda jipproduċi l-ewwel mużika tiegħu meta kellu 14-il sena. Tgħallem kollox online u eventwalment beda jipproduċi l-mużika. “Jien nemmen ħafna fis-saħħa tal-internet. Nemmen ħafna li jekk tixtieq titgħallem xi ħaġa, huwa possibbli li titgħallimha minn fuq l-internet. Ovvjament din ma tapplikax għall-mużika biss. Fil-każ tiegħi, anki ħafna mit-teorija mużikali tgħallimtha online. Kelli xi idea qabel għax kont tgħallimt it-teorija formalment, imma ovvjament dejjem hemm iktar x’titgħallem. Dwar produzzjoni, tgħallimt kollox online wkoll. Meta nitgħallem waħdi nħoss li l-ħaġa nitgħallimha aktar filfond u nispiċċa nkun kreattiv fil-mod ta’ kif nitgħallem ukoll. Pereżempju jien ma tantx inħossni komdu naqra sheet music, iżda xorta jirnexxili ndoqq l-istrumenti. L-istudio tiegħi huwa xi ħaġa li qatt ma tispiċċa tinbena għax dejjem tevolvi. Fil-verità m’għandekx għalfejn ħafna apparat biex tipproduċi l-mużika, speċjalment dik elettronika. Però, jien inħoss li meta jkollok ambjent komdu b’apparat professjonali, ikollok aktar kumdità biex tesprimi ruħek. Madanakollu, għamilt ħafna diski sempliċement fuq laptop u headphones.”

23 Mistoqsi jekk il-mużika hix l-unika ħobża ta’ kuljum tiegħu, Michael stqarr miegħi li s’issa jaħdem bħala web developer ukoll. “Xi kultant hija diffiċli tibbilanċjahom, imma min-naħa l-oħra nħoss li peress li l-mużika mhix il-ħobża ta’ kuljum għalija, hija dik il-ħaġa li fiha nista’ nkun komdu u fil-libertà kollha. Staqsejtu wkoll jaħsibx li hawn Malta mużika bħal tiegħu hix qed tiġi apprezzata biżżejjed. “Din hija diskussjoni li dejjem tibqa’ għaddejja bejnietna l-artisti. Aħna nħossu li m’aħniex apprezzati biżżejjed, u mhux qed nirreferi għall-mużika elettronika biss. Iżda mbagħad dejjem inġib l-argument li forsi rridu naħdmu aktar aħna l-artisti biex ninteressaw aktar lis-semmiegħa. Forsi għad irridu ntejbu aktar lilna nfusna biex il-mużika tiġi apprezzata iktar. Fl-aħħar mill-aħħar, inti ma tistax tisforza linnies jisimgħu l-mużika li trid int, bl-istess mod li ma tistax tisforza lil xi ħadd biex jixtri prodott. Għalhekk, nemmen li dejjem għandna naqdfu biex intejbu l-prodott tagħna.” Fl-aħħar nett, ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Jekk hawn xi ħadd li jixtieq jesperimenta u jitgħallem xi ħaġa, ma jaqtax qalbu. L-informazzjoni teżisti u l-għodda kollha li għandna bżonn qiegħda f ’butna. Sempliċement irridu nitgħallmu nużawha fit-tajjeb.

SKEDA ONE 12:30 12:40 12:45 13:00 14:00 15:00 15:20 15:30 15:35 17:35 18:30

ONE News Teftif Telebejgħ Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Primetime Preview ONE News Espresso Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:17 Tentufiet TNEJN 19:20 ONE Sports 13-09 & Temp 19:30 ONE News 20:07 Primetime Preview 20:15 Pajjiżi 20:30 Dak kien żmien?! 21:00 Cash Ride 22:29 Division 7 23:30 ONE News

06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Għajn 11:20 Tentufiet 11:50 Durella

12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 13:55 14:47 15:30 15:35 17:37 18:10

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta

18:30 19:14 19:16 19:30 20:07 20:15 21:00 22:00 22:29 23:30 23:45

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:31 09:16 10:00 10:30 11:36 12:14

12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:07 18:30

ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ħabrikt Pjazza

19:13 Tentufiet ERBGĦA 19:20 ONE Sports 15-09 & Temp 19:30 ONE News 20:08 Primetime Preview 20:18 Pajjiżi 20:30 Melodija Taljana 21:00 Tonight 22:23 Division 7 23:40 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:31 Pjazza 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt

12:14 12:30 12:35 12:48 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Moda L-Istorja

18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 22:30 23:30 23:45 00:06

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:00 10:00 10:30 11:30 12:10

ONE News Niftakru ONE News Durella Il-Quddiesa tal-Jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin

12:30 12:35 12:45 13:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00 18:30 19:15

ONE News Teftif Teżori Drama Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Il-Kostruzzjoni Pjazza Tentufiet

19:20 ONE Sports ĠIMGĦA & Temp 17-09 19:30 ONE News 20:10 Primetime Preview 20:15 Pajjiżi 20:30 Country Jamboree 21:00 Mad-Daqqa t’Għajn 22:00 Tentufiet 22:30 Division 7 23:30 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:50 Teżori 08:00 Il-Quddiesa tal-Jum 08:32 Teftif 08:32 Better Living 09:30 Ħabrikt

10:10 10:26 10:35 11:35 12:30 12:40 12:50 13:36 14:00 15:00

Telebejgħ Pajjiżi Flimkien ma’ Nancy Mad-Daqqa t’Ghajn ONE News Teftif Klassi Ghalina Taste & Travel Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta

15:30 15:35 16:26 16:55 17:35 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00

ONE News Fish on Moda L-Istorja Melodija Taljana Piroteknici ONE Sport & Temp ONE News Music legends Ħabrikt Hazzzard

06:15 06:45 07:15 07:30 07:40 08:00 08:40 10:00 10:50

11:50 12:30 12:35 12:45 13:42 14:00 15:00 15:30 15:35

Reboot ONE News Teftif Klassi Ghalina Teżori Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Ondroad

16:15 19:20 19:30 20:06 20:33 21:13 22:08 23:40

Arani Issa One Sport & Temp ONE News Niftakru Attivita’ Politika Cash Ride Tonight ONE News

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:35 11:38 12:13

ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Country Jamboree Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin

TLIETA 14-09

ONE News Country Jamboree ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak kien żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda l-Istorja Ulied Maltin

ĦAMIS 16-09

SIBT 18-09

ONE News Dak kien Żmien ONE News Duurella Ħabrikt Il-Quddiesa tal-Jum Paper Scan Attività Politika Indhouse

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Fish on Follow Up Niftakru Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Pirotekniċi Division 7 ONE News Division 7 - ikompli Hazzzard Update

ĦADD 19-09


24

12.09.2021

reċensjoni tal-ktieb

ĠUŻI Ġużi jafda fil-kliem sabiħ ta’ Toni meta dan jissuġġerilu biex jagħmel bħalu u jemigra lejn l-East End ġewwa Londra. Toni jdaħħlu jaħdem bħala bouncer fl-istess night club fejn jaħdem hu f’Soho. Iż-żagħżugħ qatt ma ħaseb ħażin f’sieħbu Toni u qatt ma basar li ħabibu kien membru ta’ ċirku kriminali u li kien qiegħed jingannah. Bil-manuvri ta’ Toni u ta’ Dim the Greek, Ġużi jsir kompliċi bla ħsieb f’serqa kbira. Il-ġrajja sseħħ f’Londra u f’Malta fl-1961. X’konnessjoni seta’ kien hemm bejn ‘Is-Serqa tas-Seklu’ f’Londra ma’ każ ta’ qtil fin-Naxxar? U fuq kollox, Jenny, it-tfajla Ingliża ta’ Ġużi, x’sehem kellha f’dan kollu? Wara tant taqtigħ il-qalb x’jiġri minn dawn it-tnejn?

Mistoqsija: Min daħħal lil Ġużi f ’serqa kbira bla ħsieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ĠUŻI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb LEĦEN MIX-XAGĦRI MAĦQUR hija:

N. ELLUL - KALKARA

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Minn meta se tibda topera l-iskeda tal-Air Malta u kemm-il servizz hemm skedat?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: D. CALLEJA - IL-FGURA


25

12.09.2021

L-‘ALPHABET MURDERS’ Il-każi jinvolvu tliet vittmi li kellhom isimhom u kunjomhom jibda bl-istess ittra alfabetika IT-TIELET PARTI Il-bniet kienu magħmulin żgħar u t-tlieta li huma ġew stuprati qabel ma nqatlu billi ġew fgati. Skont it-tfal l-oħrajn, it-tlieta li huma kienu jqattgħu ħafna ħin waħedhom. Mill-awtopsja u l-kontenut tal-istonku, kemm Walkowicz u kemm Maenza kienu kielu ftit qabel ma nqatlu. Dawn it-tnejn instabu bil-ħwejjeġ iżda ġew imlibbsa wara li nqatlu. Il-pulizija jemmnu li l-qattiel ma għażilx il-vittmi tiegħu għax kellhom l-ewwel ittra alfabetika ta’ isimhom u kunjomhom l-istess għax inkella dan ifisser li kien isus warajhom minn qabel. Jekk persuna toqgħod issegwi persuna oħra għal ċertu perjodu, dan seta’ jwassal biex tinqabad minn xi ħadd fil-fatt. Il-pulizija issa kienu tal-fehma li l-qattiel ta’ Walkowicz u ta’ Maenza kien l-istess bniedem minħabba x-xebh fil-każi iżda l-qattiel ta’ Carmen Colón kien xi ħadd li kienet taf. Is-suspettati Fil-każ ta’ Carmen Colón, is-suspettat ewlieni kien zijuha, Miguel Colón. Miguel kien jiġi ħu missierha Justiniano. Jidher li wara s-separazzjoni tal-ġenituri tagħha, omm Colón, Guillermina, bdiet relazzjoni ma’ Miguel. Colón dejjem kienet tmur tiġbor il-mediċina tal-familja

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

L-UFFIĊJALI TAL-PULIZIJA WAQT L-INVESTIGAZZJONI TA’ MICHELLE MAENZA

mill-istess spiżerija però kienet dejjem tkun ma’ nannuha. Dakinhar tal-għejbien tagħha, Colón talbet lin-nanniet biex tmur waħedha. Ftit ġimgħat qabel l-għejbien u l-qtil, zijuha Miguel xtara karozza li kienet tixbah id-deskrizzjoni tax-xhieda u b’hekk l-investigaturi fittxewha minn ġewwa u minn barra. Huma nnutaw li l-karozza kienet imnaddfa sew u li l-bagoll tnaddaf b’kimika qawwija. Il-pulizija marru jkellmu lill-bejjiegħ li mingħandu xtara l-karozza Miguel u dan qal li l-bagoll ma tnaddafx b’deterġent qabel ma ġiet mibjugħa. Fil-karozza sabu wkoll pupa ta’ Colón iżda l-qraba tagħha qalu li din is-sejba ma kien fiha xejn ħażin għax Colón rik-

OMM MICHELLE MAENZA TIBKI T-TELFA TA’ BINTHA

bet kemm-il darba fil-karozza ta’ zijuha. Il-kobba iżda kompliet titħabbel hekk kif jumejn wara l-qtil ta’ Colón, Miguel qal lil ħabib tiegħu li kien se jitlaq mill-Istati Uniti “għax wettaq xi ħaġa ħażina f’Rochester”. Miguel telaq minn Rochester erbat ijiem wara l-qtil tan-neputija tiegħu u mar joqgħod fi Peurto Rico. Minkejja li telaq mill-pajjiż, il-pulizija xorta marru jfittxuh f’Marzu tal-1972 f’San Juan u xħin sar jaf li bdew ifittxuh, ħarab minnhom. Fis26 ta’ Marzu, Miguel mar għand il-pulizija u aċċetta li jirritorna f’Rochester biex iwieġeb il-mistoqsijiet li kellhom għalih. Xħin ġie mistoqsi fuq fejn kien fil-jum tal-għejbien

tan-neputija, Miguel Colón ħareġ bi storja li ma niżlet xejn tajjeb mal-pulizija. Apparti li ma emmnuhx, Miguel ma kellux persuni li setgħu jivverifikaw fejn kien u jekk dak li qal kienx minnu. Minkejja l-evidenza ċirkostanzjali li nstabet kontrih, Miguel ma ġiex mixli bil-qtil tan-neputija tiegħu għax ma kienx hemm evidenza fiżika fix-xena tad-delitt u fil-karozza tiegħu li setgħet torbtu mal-qtil. Miguel Colón neħħa ruħu b’idejh fl-1991 fl-età ta’ 44 sena wara inċident ta’ vjolenza domestika fejn fera lil martu u lil ħuh b’tiri ta’ arma tan-nar. Suspettat ieħor għall-qtil tat-tlett ibniet kien Dennis Ter-

mini. Termini kien pumpier ta’ 25 sena u kien mixli b’14-il każ ta’ stupru. Hu kien imlaqqam bħala l-‘Garage Rapist’ u l-istupri wettaqhom bejn l-1971 u l-1973. Termini kellu wkoll karozza li kienet tixbah id-deskrizzjoni li taw ix-xhieda waqt il-ħtif. Apparti dan kollu, Termini għamel ħabta joqgħod fi Triq Bock, li tinsab qrib l-akkwata fejn inħatfet Michelle Maenza. Fl-1 ta’ Jannar tal-1974, jiġifieri ħames ġimgħat wara l-qtil tal-aħħar vittma tal-Alphabet Murders, Termini prova jaħtaf żagħżugħa iżda spiċċa ħarab minn fuq il-post wara li qabdet twerżaq. Ftit wara, hu ħataf tfajla oħra iżda marru l-pulizija hekk kif wieħed mill-ġirien rah. Waqt li kien imsakkar fil-karozza, Termini spara għal rasu. Waqt it-tfittxija fil-karozza ta’ Termini, l-investigaturi sabu suf abjad tal-qtates fuq it-tapizzerija. F’Jannar tal-2007, il-katavru ta’ Termini ttella’ mill-qabar biex jittieħdu kampjuni tal-ġenetika tiegħu. Il-ġenetika tiegħu tqabblet ma’ dik li nstabet fuq Walkowicz u rriżulta li ma kinitx taqbel. Dan kien ifisser li hu ma kienx il-qattiel tagħha. Minkejja dan it-test, ma kinitx instabet biżżejjed evidenza fiżika fuq il-katavri ta’ Colón u Maenza biex isiru aktar testijiet.

UFFIĊJAL TAL-PULIZIJA ĦDEJN IL-ĠISEM BLA ĦAJJA TA’ MICHELLE MAENZA TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA


26

12.09.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

12.09.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 398

L. CALLEJA - MARSASKALA

Bi 3 NUMRI 009 180 220 428 430 445 710 904 926 963 B’4 NUMRI

0129 0269 0532 0840 0842 1170 1220 1470 1563 1752 1885 3500 3510

3676 3681 3841 4035 5018 5158 5214 5841 5957 6052 6172 6554 6734

6849 7708 7842 8270 8911 9040 9273 9717 9764 9898 B’5 NUMRI 02830

07848 09081 10890 11220 11589 23918 25581 27116 29310 31095 47214 48183 52341

61896 72204 77100 81474 82194 91502

949610 B’7 NUMRI 5155962 7136479 7522449 8868940 9136812 9341337

B’6 NUMRI 361109 368476 395719 Bi 8 NUMRI 556611 14489109 905003 36622087

MIMDUDIN: Sultana (1,1,1) 1. Trewwaħ bih (5) 10. Belt (6) 4. Jeħtieġ il-kura (4) 12. Titwaħħal mal7. L-ewwel tnejn art jew mal-ħajt (6) tal-alfabet (1,1) 16,22. Ippreparati (6) 9. Ingrid Agius 18. Filgħodu (1,1)

19,17. 20. 21. 23. 24.

Biża’ (6) Trid taħdem biex tħollu (5) Ajk (3) Bla ġenituri (4) Kunjom (5)

WEQFIN: 1. Kompli l-qawl: Fost l-........... min jaħdem u min għażżien (6) 2,3. Qal il-futur 3. Ara 2 5,11. Serja ħafna (5)

15. 17. 21. 22.

wieqfa (6) Tajbin fil-brodu (6) Ara 19 Tajjeb ferm mal-ħobż biż-żejt (3) Ara 16

6,12 W. Jinħadem fuq il-palk (5) 8. Fejn jinżamm il-ħamiem (9) 11. Ara 5 12. Ara 6 13. Fejn noqogħdu (3) 14. Jaħdmu f’6 u 12

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Palju, 4.Konz, 7.HP, 9.Sit, 10.Mostru, 12.Partit, 16.Tul, 18.AU, 20.Rigal, 21.Sid, 24.Ittra

WEQFIN: 1.Passat, 2,23.Latrina, 3.UHM, 5,11. Ostja, 6.ZMU, 8.Portugiżi, 12,19. Platt, 13.Rai, 14.Talent, 15.Storja, 17.Uri, 21.Sar, 22.Don


28

12.09.2020

MA JINBIDLU QATT Editorjal

Bit-tattiċi medjatiċi kollha u strateġisti mħallsin biz-zalza, il-PN xorta kompla jegħreq iżjed mill-ikkopjar talkampanja tal-President Nicolas Sarkozy jew dik Brittanika tas-snin 30

Li l-Partit Nazzjonalista qatt ma ried jinbidel hi storja antika. B’arroganza wkoll jippretendi, li kontra dak li jiddetta, ħadd u xejn ma jindaħallu biex jit­ ranġa. Is-suppervja li taħkmu kontinwament żammitu mili ’l bogħod milli jammetti ħtijie­tu, kinux kbar u wisq aktar żgħar. Anzi kull meta tilef elezzjoni kemm ġenerali kif ukoll dik lokali, dejjem żerżaqha li “l-elettorat ma fehmux”, mhux x’kien hemm ħażin f’dak li ġie kkomunikat minnu lill-poplu. Kull meta tqanżaħ biex jagħti xi dehra ġdida u friska, kif qed jipprova jagħmel f’dawn il-jiem, ma jdumx ma jinqabad li imbarka biss fuq eżerċizzju ieħor falz. Sempliċi make-up li jgħatti kull kruha li hemm taħt, mingħajr ir-rieda neċessarja li l-Partit jinbidel tassew u jkun dak li indikawlu niesu stess jew aħjar il-poplu inġenerali. L-ikkopjar ta’ reklam barrani mid-Dar Ċentrali fl-aħħar jiem bil-għan li jimbottaw “tiġdid” tant meħtieġ fil-Partit swiehom agħar. Fil-pubbliku għadhom qegħdin jiġu rredikolati sal-lum

mhux biss għax inkixfu li huma dilettanti u lanqas kapaċi jaslu għal sempliċi idea ta’ reklamar, aħseb u ara kemm huma lesti u jistgħu jaslu għas-soluz­zjonijiet f’affarijiet iżjed serji, jekk jiġu fdati mill-elettorat, kif qed jittamaw li jiġri fi ftit xhur oħra. Video promozzjonali, bil-Kap Bernard Grech jipprova jqan­qal il-qlub biex jimxu wa­rajh qisu l-Pied Piper ta’ Hamelin, iżjed bikka nies bid-daħq. Jekk xejn qanqal biss il-memorja u r-rabja ta’ żminijiet mhux imbiegħda ta’ qerq politiku simili meta ħafna kienu ħasbu li l-PN ma setax jinżel iżjed fil-ħama. Illum qed niskopru li, bit-tattiċi medjatiċi kollha u strateġisti mħallsin biz-zalza, anke f’dan ir-rigward il-PN xorta kompla jegħreq iżjed minn dak iżżmien tal-2008 fil-kampanja identika għal dik tal-President Franċiż Nicolas Sarkozy, “Flimkien Kollox Possibbli”, jew dik suċċessiva fl-2013 ta’ “Labour Won’t Work” ikkopjata minn kampanja Brittanika tat-tleti­ nijiet. Minbarra hekk, anke l-iċken

sforzi baqgħu jsirulhom suf meta minn taħt il-lega ħoxna tal-irtokk joħroġ l-istess Grech jiddefendi l-agħar deċiżjoni­jiet politiċi fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti. Qalilna li dawn ma kien fihom xejn ħażin u kienu tajbin ħafna għal dakinhar, avolja kienu mgeżwrin f’delli­jiet kbar ta’ korruzzjoni u tattiċi Mafjużi. X’differenza enormi hemm mill-Par­tit Labu­rista! Kull min mhux mogħmi bl-għamad politiku jifhem u jiżen dak kollu li taħt Gvernijiet Laburisti kisbu pajjiżna u ġensna fl-aħħar tmien snin, anke meta mqabb­ lin mal-istess perjodu qabel l-2013. Saħansit­ra, iżjed minn hekk, jagħraf kif il-Partit fil-Gvern xorta ma raqadx fuq is-suċċessi tiegħu li m’għandhomx preċedent. Lanqas irrassenja ruħu li ma tista’ qatt tintlaħaq forma aħjar tiegħu nnifsu, minkejja l-appoġġ qawwi u kostanti li baqa’ jirċievi fil-pubbliku. Lanqas wara s-suċċess fittest bla mistenni tal-agħar kriżi globali fi 80 sena, it-tmexxija

ta’ Dr Robert Abela ma straħitx minuta. Mill-Gvern u f’livell ta’ Partit, din kontinwament baq­ għet tiġri wara t-tiġdid u l-bidla maż-żminijiet, ovvja­ment mingħajr il-ħtieġa li tikkopja l-ideat mingħand xi ħadd. Anzi huma oħrajn, inkluż stati ferm akbar minna, li qed jistudjaw il-każ ta’ Malta biex itejbu l-qagħda tagħhom, waqt li l-Kummissjoni Ewropea u istituzzjonijiet oħrajn internazz­ jonali jfaħħru l-impenn kbir li ntwera minn dawn il-gżej­ jer ċkejknin tagħna fl-aħħar żminijiet u fuq diversi fronti. Ir-riformi leġiżlattivi nazzjo­ nali, li kienu ilhom mixtieqin għexieren ta’ snin, u l-aġġornar tal-politika inter­na La­bu­­rista baqgħu għaddejjin mingħajr waqfien. Iżjed minn hekk se jissok­taw fil-jiem, fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin. Għax, kontra ħaddieħor, aħna tassew nemmnu li għand­ na nibqgħu niġġeddu. U dan nagħmluh mill-qalb għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Il-passat riċenti tagħna hu garanzija għall-ġejjieni.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.