IL-MAĠĠORANZA HI KOMDA SEW BIL-ĦAJJA TA’ KULJUM Il-Ħadd, 12 ta’ Diċembru, 2021
Ħarġa Nru 1,483
Rapport f’paġni 8 u 9
Prezz €1
IŻJED MINN 5,000 JIDĦLU FIL-“QALBA” ELETTRIKA Rekord ta’ għotjiet u benefiċċji offruti mill-Gvern matul din is-sena wasslu lil 5,121 persuna biex igawdu fix-xiri ta’ vettura ġdida li tagħmel inqas ħsara lill-ambjent u fl-iskrappjar ta’ vetturi oħrajn antiki li jaħdmu bi fuel konvenzjonali. Filwaqt li dawn iċ-ċifri huma salaħħar ta’ Novembru, dawn mistennija jkomplu jiżdiedu sal-aħħar tas-sena, ladarba wkoll l-awtoritajiet japprovaw allokazzjonijiet li ġew introdotti mill-għada tad-diskors tal-Baġit għas-sena d-dieħla. Din il-gazzetta hi infurmata li din is-sena biss diġà ġiet allokata s-somma bla preċedent ta’ madwar €14-il miljun mifruxin fuq ħames skemi li jiffavorixxu vetturi li jniġġsu l-inqas u oħra intenzjonata biex twarrab miċ-ċirkolazzjoni vetturi li jikkawżaw l-iżjed tniġġis, għax jaħdmu bil-petrol jew diesel u joperaw b’magni antiki.
L-akbar allokazzjoni ta’ fondi – €7.4 miljun – marret għal xiri ta’ vetturi elettriċi jew hybrid L-akbar ammont ta’ applikazzjonijiet li daħlu għand Transport Malta (TM), ftit inqas minn 3,000, kienu għal pedelecs jew muturi b’ċilindrata baxxa, għalkemm l-akbar allokazzjoni ta’ fondi marret għal ftit inqas minn 1,000 persuna li applikaw għall-iskema biex jixtru vettura elettrika jew plug-in hybrid. Dawn tal-aħħar gawdew s’issa minn €7.4 miljun, filwaqt li €4.1 miljun marru għall-pedelecs u muturi żgħar. Sa Novembru, l-iskema tal-iskrappjar kienet assorbiet mal-€1.5 miljun li marru biex jieqfu joperaw 1,057 vettura antika. Tkompli f’paġna 7
Il-bini ta’ frequency converter station f’Boiler Wharf, l-Isla, waħda minn żewġ strutturi meħtieġa biex jipprovdu l-elettriku fil-proġett tax-Shore-to-Ship, li se jkun qed inaqqas b’90% t-tniġġis tal-cruise liners u bastimenti oħrajn waqt li jkunu fil-Port il-Kbir. Iż-żewġ “stazzjonijiet” huma pass kbir ’il quddiem fil-Grand Harbour Clean Air Project, b’investiment ta’ kważi €50 miljun għal arja aktar nadifa fil-pajjiż. Rapport f’paġna 6
AKTAR KONFERMI LI T-TILQIM HU VITALI • ANKE L-EKONOMISTI JSOSTNU L-ĦTIEĠA LI NIEĦDU L-VAĊĊIN BIEX IS-SENA D-DIEĦLA NŻOMMU R-RITMU EKONOMIKU U SOĊJALI QAWWI LI QBADNA F’MALTA • ESPERTI INTERNAZZJONALI JISĦQU LI L-BOOSTER KRUĊJALI KONTRA L-OMICRON “Waqt li t-tilqim salvana mid-Delta, il-boos ter se jsalvana mill-Omicron,” saħaq ma’ din il-gazzetta d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne meta tlabnieh jikkummenta dwar l-aħħar żviluppi internazzjonali bil-varjant il-ġdid tal-virus COVID-19. Wara li mill-bieraħ iddaħħal l-użu obbligatorju tal-maskra f’postijiet pub bliċi għal dawk li għandhom minn tliet snin ’il fuq, il-Prim Ministru Robert Abela wkoll appella fuq il-midja soċjali li rridu nkomplu naħdmu flimkien biex nassiguraw li r-rata ta’ tilqim ta’ pajjiżna tibqa’ fost l-aqwa fid-dinja.
Hu kien qiegħed jikkummenta fuq ir-rating pożittiv li reġa’ rċieva pajjiżna minn aġenzija oħra ta’ kreditu, li wkoll enfasizzat fuq l-importanza tar-rata għolja ta’ tilqim li jgawdi pajjiżna biex jitkompla l-progress ekonomiku u soċjali. Fl-istess waqt, esperti mediċi internazzjonali komplew jikkonfermaw li t-tielet tilqima, dik tal-booster, hi kruċjali biex tipproteġi l-umanità mill-varjant il-ġdid li qed jolqot partikolarment l-Ewropa. Tkompli f’paġna 3
02
12.12.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 14°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Baħar Jonju li qed testendi fuq iċĊentru tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab Ir-Riħ: Qawwi għal qawwi ħafna mill-Majjistral li jsir ftit qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Qawwi ħafna li jsir moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent il-Lbiċ li jsir mill-Punent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 19°C
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
KUNTATT ĠENERALI
15°C
UV
9°C
Il-Ħamis
16°C UV 3
10°C
Il-Ġimgħa
16°C UV 3
11°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
16°C
UV 3
11°C
16°C UV 3
10°C
16°C UV 3
11°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU GĦADA T-TNEJN 13 TA’ DIĊEMBRU
Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Brown’s Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Safi Pharmacy, St. John Street k/m Bieb ilĠarra Street, Ħal Safi – 21649552 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 2145579 Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb, Għawdex – 27888128
Regent Pharmacy, 70, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 Brown’s Pharmacy, Retail Outlet, Level 0, 135, Central Business Centre, Spinola Bay, San Ġiljan – 21333886 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera Il-Birgu – 27600126 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21454187 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb, Għawdex – 27888128
03
12.12.2021
INQAS IMMUNITÀ MINGĦAJR IL-BOOSTER Tkompli minn paġna 1 Waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri tas-Saħħa Ewropej din il-ġimgħa spikka l-appell dwar il-ħtieġa li ċ-ċittadini Ewropej jirċievu l-booster tal-COVID-19 biex l-Unjoni Ewropea tegħleb fażi delikata tal-pandemija wara s-sejba tal-varjant Omicron. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, li kien preżenti għal-laqgħa, spjega kif f’Malta qegħdin isiru testijiet fuq il-każijiet pożitivi kollha ħalli jkollna kull tagħrif u tagħrif preċiż dwar il-varjanti fil-komunità, anke jekk s’issa għad ma kienx irrapportat l-Omicron fis-soċjetà. Fearne rriafferma l-importanza li l-pajjiżi jibqgħu jixtru l-vaċċini flimkien ħalli kulħadd ikollu aċċess dirett u fil-pront għat-tilqim kif se jiġri filkaż tal-konsenji ordnati għat-tfal ta’ iżjed minn ħames snin li mistennija jaslu fostna għada u jibdew jingħataw mit-Tlieta li ġej. Rapporti fil-midja internazzjonali jikkwotaw xjenzati li jwissu li żewġ dożi tal-vaċċin mhumiex biżżejjed biex jipproteġuna mill-infezzjoni bil-varjant Omicron. Issa li ħerġin riżultati mill-ewwel analiżi tal-infezzjonijiet bl-Omicron u anke bil-varjant Delta wrew li persuni li ħadu sat-tieni tilqima kellhom inqas immunità biex iwaqqfu l-infezzjonijiet bil-varjant ilġdid. Min-naħa l-oħra, it-tielet doża tal-booster qed tgħin biex madwar 75% tal-persuni mlaqqmin ma jifformawx sintomi tal-COVID-19 anke meta esposti għall-Omicron. L-Aġenzija għas-Sigurtà tas-Saħħa fir-Renju Unit analizzat 581 każ ta’ infezzjoni bl-Omicron u eluf oħrajn bid-Delta biex tikkalkula kemm kien effettiv it-tilqim kontra l-aħħar varjant. Għalkemm ibbażata fuq tagħrif limitat, l-analiżi wriet waqgħa drammatika fl-effettività taż-żewġ tilqimiet bl-Oxford-AstraZeneca u l-Pfizer. Minkejja li ma kienx hemm biżżej jed kampjuni x’jiġu analizzati tal-Moderna u l-Janssen, l-esperti jemmnu li m’hemm l-ebda raġuni biex jaħsbu li
Rapporti internazzjonali dwar kif żewġ tilqimiet mhux se jkunu biżżejjed biex jipproteġu kontra l-Omicron dawn se jkollhom xi riżultati differenti. ħafna aktar dawn l-antibodies – dawn Hemm ottimiżmu qawwi li t-tilqim is-suldati fid-demm. Għax inti kont se jibqa’ jżomm aktar nies ’il bogħod diġà mlaqqam bl-ewwel doża jew tnemill-isptarijiet, avolja ħafna iżjed jn u meta tieħu t-tielet doża allura se jiġu infettati. l-antibody levels se Tagħrif fuq is-sejitilgħu ħafna,” qal verità tal-każi li qed Dr Barbara meta ġie tiffaċċja l-umanità intervistat fil-probl-Omicron mistengramm televiżiv Taf Il-booster kapaċi ni jiġi ppubblikat X’Qed Jgħidu? fuq jgħolli l-immunità il-ġimgħa d-dieħla. ONE. Iż-żidiet f’daqqa bilIr-Renju Unit, fost fid-demm b’xi varjant il-ġdid diġà l-agħar milqutin erba’ darbiet … qed jibgħat sinjali minn din il-mewġa li dan qed jevita xi l-ġdida tal-panfir-Renju Unit protezzjoni offruta demija, irrapporta dan qed jipproteġi miż-żewġ tilqimiet. 448 każ ieħor ġdid Aktar kmieni tal-Omicron fl-aħħar lil madwar 75% dan ix-xahar, il-Kap bulettin mediku ta’ dawk esposti tat-Taqsima tal-Patiegħu biex l-għadd toloġija fl-Isptar ta’ każijiet bil-vargħall-Omicron Mater Dei, Dr Chris jant il-ġdid fil-pajjiż Barbara, spjega kif min ħa l-booster issa tela’ għal 1,265. Nhar il-Ġimgħa li diġà tella’ l-livell ta’ immunità b’am- għadda, ir-Renju Unit ukoll irrapporta monti kbar. “Anke b’erba’ darbiet iż- l-ogħla rata ta’ każi ġodda tal-COVID-19, jed milli kien oriġinarjament. Illum total ta’ kważi 59,000 persuna, mid-9 meta tieħu l-booster qed itellagħlek ta’ Jannar li għadda.
L-esperti mediċi Brittaniċi jistmaw li sal-ġimgħa d-dieħla iżjed minn nofs ilkażi ġodda rrapportati jkunu bl-Omicron u kemm-il darba l-varjant jibqa’ mhux imrażżan sa tmiem Diċembru jista’ jkun hemm sa 100,000 każ kuljum. Fl-analiżi tagħha tas-sitwazzjoni ekonomika lokali, l-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS (ara rapport f’paġna 5) ilbieraħ faħħret is-suċċess tat-tilqim f’pajjiżna bħala kruċjali fil-progress li ntlaħaq fl-aħħar xhur biex inkunu minn tal-ewwel li nibdew nirkupraw mill-pandemija. Waqt li diversi pajjiżi oħrajn, inkluż fl-UE, qed jimponu restrizzjonijiet kbar fuq il-popli tagħhom, inkluż lockdowns ġodda, Malta mill-bieraħ iddaħħal l-obbligu tal-ilbies tal-maskra f’postijiet pubbliċi. Din il-miżura minima kienet possibbli wkoll għax konna fost l-aktar li kkonkorrejna għall-appell tal-Awtoritajiet tas-Saħħa fl-aħħar xhur u b’hekk bqajna nilħqu bilanċ bejn il-kura tas-saħħa, it-tgawdija tal-ħajja u li l-ekonomija ma terġax togħtor.
04
12.12.2021
GRECH “GĦAFFIĠHA WKOLL” DWAR IL-WAGE SUPPLEMENT Wara li d-dikjarazzjoni tat-“tberbiq” u l-“ħela”, jitlob lill-Gvern jestendi l-għajnuna li salvat mal-100,000 impjieg Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech spiċċa biex bela’ kliemu għal darb’oħra dwar l-għajnuna multimiljunarja li l-Gvern, immexxi minn Robert Abela, ipprovda sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19 lil eluf ta’ familji u negozji lokali … u fidDar Ċentrali qed ixerrduha li “reġa’ għaffiġha”. Waqt li sa ftit jiem ilu kien għadu jħambaq dwar “it-tberbiq tal-Gvern fil-pandemija”, nhar l-Erbgħa li għadda Grech fajjar il-proposta biex il-Wage Supplement jiġi estiż għal mill-inqas sa Marzu li ġej. Ta’ min ifakkar li permezz ta’ dan l-akbar inċentiv, in-negozji l-iżjed milqutin setgħu jżommu l-ħaddiema impjegati magħhom, waqt li l-Gvern kien qed jipprovdi €800 fix-xahar għal kull impjegat, anke jekk kienu kompletament magħluqin minħabba r-restrizzjonijiet. Hu kkalkulat li b’hekk ġew evitati mal-100,000 sensja f’setturi varji, għalkemm l-iżjed affettwati kienu dawk fl-industrija tat-turiżmu u l-catering. Jirriżulta li sal-aħħar ta’ din is-sena l-Gvern se jkun ħareġ €654 miljun f’Wage Supplements biss. Il-KullĦadd hi infurmata li wara l-aħħar dikjarazzjoni tiegħu, il-Kap tal-PN baqa’ jitlef il-kredibbiltà anke f’“daru” stess. Waqt li kompla jqajjem iżjed dubji fuq it-tmexxija tiegħu, sorsi fi ħdan id-Dar Ċentrali saħqu magħna li “kull min tisma’ jitkellem … ‘ija waħda tajba m’aħniex kapaċi nagħmlu?!’ Il-Kap sar iċ-ċajta tagħna hawn ġew u spiċċajna nqabb luh mal-Kenwood (mixer tal-elettriku) filkċina.”
Ta’ min ifakkar li l-Gvern mika kienet 9.7% akbar minn ir-rata medja Ewropea. ipprovda għadd ta’ skemi, sus- dik irreġistrata fl-istess xhur Minbarra hekk ċifri uffiċjasidji u benefiċċji biex ikun ta’ sena ilu. Din kienet fost l-ogħla li mill-Bank Ċentrali wrew li, spalla għan-negozji u għall-in- rati ta’ tkabbir li qatt ġiet os- sa tmiem Ottubru li għadda, dustriji lokali, li anke kontra servata mindu bdiet tinġabar il-familji Maltin u Għawdxin pajjiżi oħrajn qed igawdu minn tali statistika u l-ogħla tkabbir kellhom depożitati mal-banek prezzijiet stabbli tal-enerġi- ekonomiku minn fost il-pajjiżi lokali l-ammont rekord ta’ ja u mhux qed jiffaċċjaw kriżi kollha tal-UE, darbtejn u nofs €15.2 biljun, li jfisser li mindu sussegwenti bħal laħaq Prim Minisoħrajn. tru Robert Abela, Nhar il-Ħamis li fil-bidu tas-sena li għadda, il-Ministru għaddiet, il-familgħall-Enerġija, l-Inji f’pajjiżna żiedu trapriża u l-Iżvilupp t-tifdil tagħhom Dan it-tgħaffiġ kollu għamel lill-Kap Sostenibbli Mirib’€2 biljun, jew iċ-ċajta fil-kurituri tad-Dar Ċentrali … am Dalli ħabbret li b’medja ta’ €96 iħawwad qisu l-Kenwood fil-kċina! l-iskema ta’ sussimiljun fix-xahar. dju fuq il-kirjiet inIl-medja taż-żiedustrijali għall-ħażda ta’ tifdil tul din na tan-negozji mill-Malta l-amministrazzjoni hi rekord Enterprise ġiet estiża biex storiku u hi d-doppju minn tilqa’ fiha iktar negozji qudżmien l-aħħar Gvern Nazdiem sfidi kummerċjali li zjonalista fl-2013. qed jiddominaw interMinkejja dan kollu, nazzjonalment. f’diskors mill-aktar B’kollox hemm populist fil-maratoallokati €2.5 miljun na ta’ ġbir ta’ fondi għal din l-iskema nhar il-Kunċizzu kull negozju jew joni, il-Kap talintrapriża jistOppożizzjoni ma għu jgawdu minn ġabhiex żewġ lanbenefiċċju masqas fuq il-qgħad simu ta’ €25,000 fuq rekord baxx li qed sena, li jista’ jingħata igawdi minnu għal massimu ta’ pajjiżna llum. €75,000 fuq tliet Waqt li f’nifs snin. wieħed ammet Dan kollu ta li l-Wage Supllum hu rifless plement kien efukoll fl-akbar tkfettiv, eżatt wara abbir ekonomiku attakka lill-Gvern nazzjonali u l-akli, skontu, qed bar tbassir għażiżomm lin-nies żmien li ġej. Jirriżulta fl-impjieg sempliċili, bejn Lulju u Settembru ment billi jdaħħalta’ din is-sena, l-athom maċ-Ċivil. tività ekono“L-uniku mod kif Robert Abela qed iżomm il-qgħad f’livell baxx hu bil-
li jqassam impjiegi bl-addoċċ fiċ-Ċivil,” ġie kkwotat jgħid din il-ġimgħa, akkuża li diġà ġiet miċħuda mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Dwar il-pandemija, Grech qal li hu importanti li kemm jista’ jkun nies jieħdu l-vaċċin u l-booster, anke jekk sal-ġimgħa l-oħra d-Deputata tiegħu Maria Deguara baqgħet tkun xettika dwar l-effettività tat-tilqim ipprovdut. Dr Deguara, li kienet tifforma parti minn kumitat fantażma fil-PN dwar il-COVID, kienet serqet it-titli tal-aħbarijiet wara li ddikjarat li l-vaċċin ma kienx is-soluzzjoni. Issa l-Kap Nazzjonalista fisser it-tilqim bħala “vitali biex jissalvaw il-ħajjiet, filwaqt li jippermettulna nkomplu ngħixu ħajja bl-aħjar mod normali possibbli” u wara li bħal dażżmien sena kien xettiku kemm setgħu jinkisbu biżżejjed dożi għall-popolazzjoni kollha u li jkunu hawn fil-ħin, l-Erbgħa spiċċa jgħid li “mnalla pajjiżna hu membru sħiħ fl-UE biex stajna niksbu provvista tajba ta’ vaċċin.” Mindu l-Grupp Parlamentari Nazzjonalista ordnalu biex, qabel jieħu pożizzjoni fuq xi tema jew oħra, għandu jikseb l-“OK” tiegħu, ġie nnotat kif Grech iżjed qed jidher jgħaffeġ fil-pubbliku meta jibla’ kliemu jew jikkontradixxi l-pożizzjoni li jkun ħa preċedentement, bħal kif ġralu fil-każ tal-liġi għall-użu responsabbli tal-kannabis ftit ġimgħat ilu. “Aħna stess (fid-Dar Ċentrali) lanqas nafu fejn qegħdin, aħseb u ara hemm barra,” kompla s-sors intern fil-PN. “Li hu żgur li l-Partit mhu jiggwadanja xejn b’politika mħawda bħal din.”
05
12.12.2021
Id-DBRS Morningstar ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A (high) stabbli biex bqajna ngawdu l-aħjar klassifikazzjoni li qatt ingħatajna mill-istess aġenzija internazzjonali ta’ kreditu. L-esperti Ġermaniżi sostnew li “r-rati għoljin ta’ tkabbir ekonomiku u s-surpluses fiskali qabel ix-xokk tal-Coronavirus sostnew il-kapaċità tas-settur pubbliku u privat Malti biex itaffu d-daqqiet tal-pandemija u jimmitigaw ir-riskji għar-ratings.” Id-DBRS jinnotaw li fl-ewwel disa’ xhur tal2021 l-ekonomija ta’ pajjiżna diġà kibret bi kważi 8% grazzi għall-irkupru sostnut fil-konsum u fl-investment. Jinnotaw ukoll li r-rata ta’ qgħad issa hija saħansitra inqas milli kienet qabel bdiet il-pandemija. Dan huwa dovut għal tliet fatturi — irkupru gradwali fitturiżmu, għajnuna fiskali sostnuta u rata qaw wija ta’ tilqim. Skont ir-rapport tad-DBRS, dan l-aħħar hu fattur partikolarment importanti għal Malta fid-dawl tal-varjant Omicron, li kapaċi jkollu impatt ekonomiku sinifikanti fuq pajjiżi oħrajn b’rata iżgħar ta’ tilqim. F’indikazzjoni oħra tal-importanza li nitlaqqmu, anke bil-booster, l-esperti qalu li “r-rata għolja ta’ tilqim f’Malta u l-addatta ment imtejjeb għall-ambjent tal-pandemija għandhom jimmitigaw ir-riskji.”
Ir-rapport tad-DBRS jindika wkoll li fl-ana liżi estensiva tagħhom huma mhux qed jaraw li seħħew impatti ekonomiċi mid-deċiżjoni tal-FATF fuq pajjiżna. Tant li s-settur finanzjarju u dak tal-gaming għadhom jikbru b’rati qawwija. Fejn jidħlu l-finanzi pubbliċi, l-analiżi tad-DBRS hi kompletament l-oppost ta’ dik mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Fil-fatt dawn l-esperti internazzjonali nnotaw kif id-defiċit hu dovut għal miżuri ta’ sostenn, li kienu kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Waqt li tal-Oppożizzjoni jbeżżgħu li l-finanzi pubbliċi mhumiex taħt kontroll, skont id-DBRS id-dejn nazzjonali hu sostenibbli. Minbarra hekk, huma jemmnu li t-tbassir tal-Gvern hu prudenti biżżejjed li hemm anke fondi biex pajjiżna jaffronta l-isfida tal-prezzijiet internazzjonali tal-fuel. It-track record ta’ din l-amministrazzjoni jwassal biex l-esperti tad-DBRS m’għandhomx dubji li l-qagħda tal-finanzi tal-Gvern se titjieb malajr. Waqt li jirrimarka li pajjiżna għandu politika stabbli, ir-rapport tad-DBRS ifaħħar il-progress sostanzjali li sar biex tittejjeb il-governanza u s-saħħa tal-istituzzjonijiet. Fil-fatt l-esperti jinnutaw kif il-Prim Ministru Robert Abela qassam aħjar il-poteri tal-Istat, filwaqt li wettaq riformi kbar fil-Pulizija, il-ġudikatura u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, fost oħrajn.
Ritratt: ANTHONY AXIAQ
RATING A (HIGH) U TBASSIR IEĦOR POŻITTIV
06
12.12.2021
L-istruttura tal-frequency converter station fil-Marsa (xellug), l-ewwel tat-tip tagħha fid-dinja, u dik iżgħar f’Boiler Wharf, fl-Isla
JINBNEW ŻEWĠ “STAZZJONIJIET” GĦALL-PROĠETT SHIP-TO-SHORE Infrastructure Malta bħalissa qed tibni ż-żewġ frequency converter stations meħtieġa għall-Grand Harbour Clean Air Project (GHCAP) jew il-proġett taxShip-to-Shore, kif inhu wkoll magħruf. Dan il-proġett se jnaqqas b’aktar minn 90% t-tniġġis tal-arja mill-vapuri talpassiġġieri u tal-merkanzija fil-Port il-Kbir u jagħti imbottatura qawwija lill-miri ambjentali li għandu pajjiżna. Il-proġett massiċċ se jinkludi l-iżvilupp tat-tagħmir biex dawn il-vapuri jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom li jaħdmu bil-gass jew bil-heavy fuel oil u minflok iqabbdu mas-sistema għall-provvista tal-elettriku li se jkun hemm fuq ix-xatt. B’hekk iħaddmu l-makkinarju għasservizzi kollha li jkun hemm bżonn jipprovdu waqt li jkunu weqfin fil-port. B’dan l-investiment ta’ €49.9 miljun, Infrastructure Malta se tagħti arja aktar nadifa lil 17,000 familja li jgħixu madwar il-Port il-Kbir. L-istruttura tal-ewwel frequency converter station, li hi l-ewwel tax-xorta tagħha f’Malta u fost l-ewwel tat-tip
tagħha fid-dinja, diġà nbniet fil-Mar- structure Malta qed tirrestawra din sa, ħdejn Xatt l-Għassara tal-Għeneb it-tinda bħala parti mill-wirt storiku (Deep Water Quay). Din se tinkludi industrijali ta’ Malta. disa’ transformers li jvarjaw minn 16 Sadanittant, l-aġenzija qed tibni MVA għal 21 MVA, tliet frequency con- wkoll strutturi iżgħar fix-Xatt ta’ Pinto verters u 53 switchgear units biex jik- għat-tagħmir meħtieġ biex il-vapuri konvertu l-elettriku għall-frekwenzi tal-passiġġieri jkunu jistgħu jieħdu meħtieġa mill-vapuri tal-passiġġieri u l-elettriku mis-sistema l-ġdida talbastimenti oħrajn. proġett. Inġinieri elettriċi u Tagħmir ieħor, tekniċi oħrajn se jużaw li jinkludi karrijiet mal-ħames kilometri biex fuqhom jinġarru u nofs ta’ cables f’din l-irkiekel tal-cable u 17,000 familja se il-binja biex jgħaqqdu winches biex iqabbdan it-tagħmir flim- jgawdu direttament du l-cables mal-vakien u tiġi operata din puri, qed jinħadmu mill-proġett ta’ is-sistema kumplessa. f’fabbriki speċjalizzati €49.9 miljun L-istruttura se jkollha f’pajjiżi Ewropej difwkoll chillers, sistemi ferenti. ta’ batteriji ta’ riserva, sistemi kontra Qed javvanza wkoll b’rata mgħaġġn-nirien u tagħmir ieħor ta’ kontroll u la t-tqegħid tan-network taħt l-art protezzjoni. li se jwassal l-elettriku miċ-ċentru Bħala parti mill-istess proġett, diġà tad-distribuzzjoni tal-Enemalta plc bdiet tinbena wkoll frequency con- fuq l-Għolja tal-Ġiżwiti, fil-Marsa, verter station iżgħar ġewwa tinda lejn il-frequency converter stations u industrijali antika li hemm f’Boiler l-mollijiet tal-Port il-Kbir għall-vapuri Wharf, fl-Isla. Fl-istess waqt, Infra- tal-passiġġieri fil-Furjana, il-Marsa u
l-Isla. It-tieni fażi tal-proġett se testendi s-servizz tal-elettriku lejn Xatt il-Laboratorju u Ras Ħanżir (Fuel Wharf), f’Raħal Ġdid ukoll, fejn Infrastructure Malta se tibni moll ġdid għall-merkanzija ta’ 360 metru fis-snin li ġejjin. Dawn iż-żewġ mollijiet se jipprovdu s-servizz t’elettriku mix-xatt anke lill-bastimenti tal-merkanzija. Studji preliminari jindikaw li b’dan il-proġett, fuq medda ta’ 20 sena Malta tiffranka sa €375 miljun fi spejjeż ikkawżati mit-tniġġis fl-arja, bħal dawk ta’ saħħa u kura medika kif ukoll sabiex jittaffew l-impatti tat-tniġġis fuq l-ambjent naturali, fuq l-infrastruttura u fuq l-agrikoltura. Il-proġett se jnaqqas ukoll l-impatt tal-istorbju u t-tregħid tal-magni fil-Port il-Kbir. Permezz ta’ dawn il-benefiċċji ta’ saħħa u ambjentali, dan il-proġett se jkun it-tieni l-akbar kontributur għat-titjib fil-kwalità tal-arja f’Malta wara li fl-2017 intfew u żżarmaw il-power stations tal-heavy fuel oil fil-Marsa u f’Marsaxlokk.
07
12.12.2021
INVESTIMENT IKBAR B’RISQ L-AMBJENT Tkompli minn paġna 1 Fid-diskors tal-Baġit 2022 tħabbar li, minn Ottubru li għadda stess, il-Gvern kien qed iżid l-għotja finanzjarja bi €3,000 biex jinċentiva iżjed ix-xiri ta’ vetturi elettriċi u minn €8,000 issa ġiet massimu ta’ €11,000. F’każ li tintuża wkoll l-iskema tal-iskrappjar tal-vetturi antiki, l-għotja titla’ għal €12,000. F’dan ir-rigward, l-iskrappjar ta’ vetturi fil-gżira Għawdxija wkoll tela’ għal €2,000 filBaġit 2022. Dawn kienu kkumplimentati wkoll bl-estensjoni ta’ skemi oħrajn favur vetturi li jniġġsu inqas, li jiffrankaw it-taxxa tar-reġistrazzjoni u l-ħlas tal-liċenzja annwali tat-triq għal perjodu ta’ ħames snin mid-data tal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vettura elettrika jew plug-in. Skemi oħrajn, bħal dik biex vettura tinqaleb taħdem bl-autogas (LPG), oħra għax-xiri ta’ vettura aċċessibbli għal persuni b’diżabilità u dik li tinċentiva l-użu ta’ sistemi dual fuel fuq vetturi heavy duty li jaħdmu b’magna diesel, assorbew mal-€560,000 din is-sena li tgawdew minn 212-il persuna jew kumpanija. L-iskema li tinċentiva lill-pubbliku biex jimmodifika magna ta’ karozza fil-kategorija M1 jew N1 biex taħdem
bl-LPG toffri għotja ta’ €400, waqt li min jixtri vettura ġdida tal-passiġġieri fil-kategorija M1 li tagħmel inqas ħsara lill-ambjent jikkwalifika għal għotja ta’ bejn €1,500 u €2,000. Impriża, li tagħżel li ddawwar vetturi bil-mutur heavy duty għas-sistema dual fuel, li tnaqqas ittniġġis b’mill-inqas 25%, tiggwadanja minn għotja ta’ €800 f’kull każ. Il-Gvern qed jippjana li jżid l-investimenti miljunarji tiegħu fil-“qalba” elettrika u t-tnaqqis fit-tniġġis millvetturi kemm bl-estensjoni ta’ dawn l-istess skemi kif ukoll b’oħrajn ġodda. L-aktar waħda li tispikka mis-sena d-dieħla hi dik li mill-bidu ta’ Ottubru s-servizz tat-trasport pubbliku b’xejn se jkun offrut lil kull resident f’Malta u f’Għawdex. Dan se jagħmel lil Malta t-tieni pajjiż fl-Ewropa kollha fejn jingħata tali inċentiv u persuni li jagħmlu użu ta’ kuljum mill-karozzi tal-linja se jkunu qed jiffrankaw mat-€300 kull sena. Skema ġdida, li se tapplika għal vetturi kbar bħal coaches, minibuses u trakkijiet, toffri għotja ta’ mhux iżjed minn €900 meta jiġu installati pannelli fotovoltajċi fuq is-saqaf tagħhom. Vetturi simili wkoll se jkunu eliġibbli għal għajnuna finanzjarja meta jinstallaw filtri tal-partikuli tad-diesel (DPF) u ta’ tnaqqis katalitiku selettiv (SCR).
08
12.12.2021
Il-maġġoranza assoluta tal-konsumaturi Maltin diġà huma komdi jagħmlu x-xiri mingħand tal-merċa jew jieklu f’xi restorant, fost oħrajn
IL-MAĠĠORANZA Stħarriġ, li sar bejn Ottubru u Novembru li għaddew, wera kif maġġoranza assoluta ta’ madwar 67% tal-poplu Malti u Għawdxi hi komda tagħmel affarijiet essenzjali u ta’ kuljum fil-ħajja. Mix-xiri fil-ħwienet, għall-preżenza fuq il-lant tax-xogħol u l-edukazzjoni fl-iskejjel sad-divertiment fil-bars u r-restoranti, aktar minn 70% tal-poplu tagħna qalu li llum diġà jinsabu komdi jagħmluhom. Medja ta’ 16% oħra fost dawk li ħadu sehem fl-istħarriġ qalu li għadhom xi ftit xettiċi u jeħtieġu mqar ftit jiem jew ġimgħat oħra biex ikunu komdi jagħmlu l-aktar affarijiet essenzjali tal-ħajja. L-istħarriġ ta’ EY, li intervista 716-il persuna, wera li l-konsumatur f’pajjiżna qed iħares b’aktar ottimiżmu, lejn is-sitwazzjoni lokali b’rabta mal-ġlieda kontra l-pandemija, milli qatt kien qed iħares lejha fix-xhur kollha kemm ilna niffaċċjaw is-sitwazzjoni bla preċedent li laqtet lid-dinja. Skont dan l-istess stħarriġ, li ilu jsir għallaħħar ħames snin fostna, il-Maltin mhux biss qed iħarsu lejn artna, imma wkoll jinsabu aktar ottimisti li jkomplu għaddejjin bilħajja tagħhom lil hinn minn xtutna – kien hemm żieda wkoll fuq l-aħħar stħarriġ simili f’Lulju li għadda fost dawk li qed jaraw li jistgħu b’xi mod jippjanaw vaganza f’pajjiż barrani. Jirkbu fuq is-suċċess kbir tat-tilqim tal-popolazzjoni Maltija, fost l-aħjar fid-dinja kollha, ir-riżultati huma meqjusin bħala sinifikanti. L-akbar titjib fuq Lulju li għadda kien irreġistrat fir-reazzjonijiet tal-Maltin u
l-Għawdxin dwar ħarġa ċ-ċinema jew it-teatru, u għal vaganza abbord cruise liner, segwiti minn vjaġġar bit-trasport pubbliku u titjira b’ajruplan. Filwaqt li f’Lulju li għadda kien hemm 46% minn dawk li rrispondew l-istħarriġ li ma kinux qed jazzardaw isiefru barra l-pajjiż, flaħħar stħarriġ dan il-persentaġġ niżel għal 25%. Skont l-aħħar stħarriġ 42% ma jiddejqux jekk ikollhom imorru cruise, imqabbel mal-persentaġġ żgħir ta’ 18% li qalu l-istess f’Lulju li għadda. Min-naħa l-oħra, kien hemm l-akbar tnaqqis (14%) li kien irreġistrat fost dawk li jħossuhom komdi jmorru fuq il-post tax-xogħol. Minkejja dan, xorta jibqa’ għoli ħafna l-persentaġġ ta’ 71% fost dawk komdi. Waqt il-pandemija ħafna kienu qed iżommu lura mill-infiq tagħhom. Anke hawn kien hemm tibdil sinifikanti fil-mod kif qed jaħsibha l-poplu Malti llum. F’Lulju li għadda kienu 28% li qalu li jaħsbuha kemm-il darba qabel jagħmlu xi nefqa sinifikanti, filwaqt li fl-aħħar stħarriġ dan il-persentaġġ niżel sew għal 11% biss. Stqarrija minn EY qalet li, minn riċerka internazzjonali li għamlet il-kumpanija, ilkonsumaturi madwar id-dinja qegħdin jistennew li jkun hemm ċertu tibdil fil-mod kif jgħixu u jwettqu bżonnijiet jew attivitajiet oħrajn, fosthom kif jivvjaġġaw, kif jissoċjalizzaw u anke fejn jidħol ix-xogħol. L-indikazzjoni hi li l-konsumaturi qed jidraw b’ċerti restrizzjonijiet u allura jistennew li dawn isiru parti mill-ħajja ta’ kuljum. Jispikka l-mod kif ir-restrizzjonijiet miġjuba mill-pandemija ġabu wkoll opportunita-
09
12.12.2021
KOMDA BIL-ĦAJJA
META TĦOSSOK KOMDU/A LI: Tixtri minn ħanut tal-merċa Tattendi jew tħalli lil uliedek jattendu l-iskola
L-attitudni tal-Maltin lejn divertiment barra mid-dar, inkluż attivitajiet relatati mal-ivvjaġġar, illum huma meqjusin iżjed pożittivi minn kull żmien ieħor matul il-pandemija tal-COVID-19 Gilbert Guillaumier, Associate Partner f’EY Malta
jiet biex dak li jkun jgħix u jaħdem b’mod aktar flessibbli, bir-riżultat li hemm aktar bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja ta’ kuljum. Dan wassal ukoll biex il-konsumatur ġemma’ aktar. Fl-istħarriġ jidher ċar li hemm 35% ta’ dawn li rrispondew li jridu jibqgħu għaddejjin b’din it-tip ta’ ħajja, filwaqt li persentaġġ ta’ 53% jgħidu li qed iħarsu lejn il-ħajja b’mod totalment differenti minn kif kienu jħarsu lejha qabel ma daħlu r-restrizzjonijiet marbutin mal-COVID-19. EY qalet li dawn ix-xejriet lokali jaqblu sew max-xejriet madwar id-dinja, meta jitqabblu ma’ stħarriġ globali li sar ukoll minn EY li għalih irrispondew eluf ta’ konsumaturi. Wara sentejn ta’ instabilità minħabba l-imxija tal-COVID-19, il-konsumaturi f’diversi pajjiżi donnhom qed joqogħdu għal stennija ta’ ċertu ammont ta’ taqlib fil-ħajja u wkoll inċertezzi. Minn dan kollu, iżda, joħroġ ukoll punt interessanti – il-konsumaturi qed imorru għal deċiżjonijiet ta’ konsum li huma aktar mar-
butin mal-kwalità flok mal-kwantità, bl-esperjenza tagħhom tal-aħħar xhur u skont kunsiderazzjonijiet aktar usa’ ta’ valur għal dak li jkunu qed jikkunsmaw u fatturi oħrajn, bħat-tibdil fil-klima. Dan l-istħarriġ juri wkoll li l-konsumaturi qed iħaddnu aktar it-teknoloġija diġitali, li kienet fattur importanti ferm biex waqt il-pandemija l-ħajja ta’ kuljum u d-dinja tax-xogħol setgħu jkomplu għaddejjin. Anke jekk tali mezzi kienu diġà disponibbli qabel, il-pandemija ħaffet il-proċess għal iżjed għarfien u użu tagħhom. L-istħarriġ mhux utli biss biex jagħti ħjiel għall-mod kif qed ngħixu riżultat tal-pande mija, imma wkoll indikazzjoni tajba għan-negozji u dawk li jħaddmu. EY qalet li l-mod kif qed jaħsibha l-konsumatur hu kif trid tinbidel id-dinja, inkluż pajjiżna, fejn jidħol dak kollu li sa sentejn ilu konna mdorrijin nagħmlu b’għajnejna magħluqin. In-normalità l-ġdida qed iġġib magħha wkoll realtajiet ġodda li rridu wkoll inkomplu ngħixuhom u l-pajjiżi jridu jinbidlu magħhom u għalihom.
Tmur għal appuntament mediku Tiekol f’restorant jew tmur f’bar Tmur għand hairdresser jew spa Tixtri f’ħanut tal-ħwejjeġ
Tmur f’shopping mall/centre
Tmur fil-post tax-xogħol tiegħek Tagħmel eżerċizzju f’gym
Tivvjaġġa bit-trasport pubbliku
Tmur it-teatru jew iċ-ċinema Tivvjaġġa b’ajruplan
Tmur cruise Diġà komdu/a
Jiem/ġimgħat
Xhur
Snin/qatt
11
12.12.2021
GĦASSIESA TAL-ISTAT BŻONN PROĊEDURI ĊARI TA’ REKLUTAĠĠ L-Ombudsman u l-Kummissarju tal-Istandards b’persuni ta’ fiduċja Bl-istess mod li istituzzjonijiet jaraw li l-Istat jimxi ma’ ċerti proċeduri, huma wkoll għandhom ikollhom prattiċi definiti li jaderixxu magħhom u mhux jiksru huma stess dak li jiġbdu l-attenzjoni dwaru. F’reazzjoni għall-ħidma tal-uffiċċju tal-Ombudsman, immexxi minn Anthony C. Mifsud, is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar din il-ġimgħa tenna li dawn u istituzzjonijiet oħrajn għandu jkollhom standards speċifiċi li jimxu magħhom fl-ingaġġ ta’ impjegati magħhom. Fil-fatt, waqt li huma kritiċi għall-ingaġġ ta’ persuni ta’ fiduċja mal-Gvern, kemm l-Ombudsman u kemm il-Kummissarju ghall-Istandards fil-Ħajja Pubblika għandhom impjegati magħhom bl-istess kriterji, wieħed iżjed mill-ieħor. Mhix l-ewwel darba li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ġie kkritikat sew filmiftuħ f’dan ir-rigward, tant li l-maġġoranza assoluta tal-ħaddiema tiegħu ġew ingaġġati b’dan il-mod. “F’ġieħ il-governanza t-taj ba, l-istituzzjonijiet kollha responsabbli biex jgħassu għandu jkollhom il-proċeduri trasparenti u definiti sew ta’ reklutaġġ u standard kif jope raw. Dawn għandhom ikunu disponibbli għal kulħadd u jinkludu l-istituzzjonijiet kollha Kostituzzjonali, mhux biss l-Ombudsman Parlamentari, imma wkoll l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards filĦajja Pubblika, li fih innifsu hu ppakkjat b’persuni ta’ fiduċja bħala staff,” qal id-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) fi tweġiba bi dritt ta’ risposta litTimes of Malta f’isem is-Segretarju Permanenti Ewlieni wara li din ippubblikat kummenti tal-Ombudsman. B’reazzjoni għall-artiklu intitolat “L-Ombudsman jirrifjuta d-dikjarazzjoni li hu jingaġġa persuni ta’ fiduċja”, id-DOI tenna li t-titlu tal-artiklu jikkontradixxi l-istess kontenut tiegħu fejn l-Ombudsman jgħid li hu jingaġġa lill-Eks Prim Imħallef Joseph Said Pullicino bħala konsulent. “Konsulent” hu wkoll “persuna ta’ fiduċja”, ingħad fit-tweġiba. “Il-kwistjoni mhux jekk l-istituzzjonijiet għandhomx id-dritt li jingaġġaw persuni ta’ fiduċja/konsulenti, imma li jkollhom proċedura ċara, trasparenti u magħrufa pubblikament fir-reklutaġġ tagħhom,” kompla jingħad mill-uffiċċju
tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, waqt li insista li għall-ewwel darba s-Servizz Pubbliku għandu standards definiti u manwal speċifiku ta’ proċeduri għall-ingaġġ ta’ persuni ta’ fiduċja/konsulenti. “Mhux l-istituzzjonijiet koll-
ha għassiesa għandu jkollhom proċeduri simili?” temm jistaqsi s-Segretarju Permanenti Ewlieni fir-reazzjoni għall-istess artiklu din ilġimgħa.
Anthony C. Mifsud
George Hyzler
12
12.12.2021
ĦIDMA BLA HEDA
JUSTYNE CARUANA Ministru
Ninsabu tista’ tgħid f’nofs l-aħħar xahar tas-sena. Ħmistax-il jum ieħor u nibdew sena ġdida. Meta wieħed iħares lura jħares lejn sena li ma kinitx faċli għax kellna naffaċċjaw l-isfidi tal-pandemija u l-effetti tagħha fuq il-metodi li kellna naddottaw biex naqdu l-missjoni tagħna. Il-pandemija affettwat kull settur tas-soċjetà Maltija u Għawdxija, mhux l-anqas is-settur edukattiv. Imma bla tlaqliq ngħid li kull pass lejn is-suċċess li
nkiseb huwa mertu ta’ kemm dawk kollha f’dan is-settur, fuq quddiem l-edukaturi u l-ħaddiema f’kull skola u istituzzjoni edukattiva, fhimna lil xulxin, kemm ħdimna id f’id u kemm intweriet dedikazzjoni. Ta’ dan jiena grata ħafna lejn l-edukaturi u dawn il-ħaddiema, kif ninsab ċerta li huma grati lejhom eluf ta’ familji u l-pajjiż kollu. L-edukazzjoni hija pilastru għal dak li rridu nibnu fil-futur. Mhux biss il-futur tal-pajjiż, imma wkoll il-futur ta’ wliedna. U dan jista’ jintlaħaq bil-ħidma sfiqa ta’ kull wieħed u waħda mill-edukaturi li għandna fis-settur. Naf li hemm sfidi li jingħelbu b’rieda u b’ħidma, b’diskussjoni u bit-twettiq tad-deċiżjonijiet. Imma hemm ukoll opportunitajiet li huma miftuħin għal dawk kollha li jridu jaħtfu l-okkażjoni biex ikomplu għaddejjin ’il quddiem fil-karriera tagħhom. Matul din is-sena, fil-ħafna żjarat li għamilt f’diversi skejjel madwar Malta u
Għawdex, komplejt insaħħaħ il-fehma tiegħi u għalhekk napprezza dejjem aktar, kemm hija kbira r-rabta u l-għożża bejn uliedna l-istudenti u l-edukaturi tagħhom. Nifhem aħjar kif il-prinċipali, il-kapijiet u l-istaff kollu jagħmlu l-almu tagħhom biex fl-iskejjel tagħna jinħolqu ambjent u atmosfera ta’ familja. Esperjenzajt kemm verament kull skola ssir it-tieni dar għall-istudenti u l-edukaturi. Kull żjara li għamilt fi skola jew istituzzjoni edukattiva oħra kienet esperjenza mill-isbaħ kemm bħala politiku, imma wkoll bħala omm, biex f’isem il-ġenituri u l-kustodji kollha napprezza d-dedikazzjoni u l-premura tal-edukaturi u l-amministraturi li joħolqu, mhux biss ambjent ta’ tagħlim imma, benniena għall-formazzjoni tat-tfal tagħna. M’hemmx rabta iktar bis-sens minn dik bejn li teduka biex tifforma minn tfal għal adolexxenti u adulti. Għalhekk, intenni r-rikon-
oxximent tiegħi lejn dak kollu li qed jagħmlu l-amministraturi, l-edukaturi u l-ħaddiema anċillari kollha fis-settur vast edukattiv ta’ dan il-pajjiż. Kienet sena li matulha, flimkien wettaqna ħafna, filwaqt li nirrikonoxxi li hemm ħafna aktar xi jsir. Stajna nkomplu maħdmu flimkien, għaliex rajna ċ-ċirkostanzi li konna qed ngħixu fihom, u aċċettajna dik li qed tissejjaħ in-normalità ġdida li qed ngħixu. Imma stajna nagħmlu hekk għaliex dan is-settur wieġeb għas-sejħa nazzjonali tat-tilqim. Il-parti l-kbira tal-edukaturi u l-ħaddiema kollha fis-settur mhux biss huma mlaqqmin, imma wkoll qed iwieġbu għas-sejħa tal-booster. Nappella biex kulħadd iwieġeb għal din is-sejħa. Matul din is-sena li għaddiet rajna wkoll investiment bla preċedent f’dan is-settur. Investiment li ma kienx biss fl-infrastruttura, imma wkoll fit-tisħiħ u fl-aġġornament
tal-istrateġiji edukattivi. Xogħol li se jibqa’ għaddej ukoll matul is-sena li dieħla. Irrid insemmi wkoll il-miżuri kollha li huma maħsuba fil-Baġit li għadda u li minnhom se jkompli jgawdi dan is-settur. U meta qed ngħid settur, inkun qed ninkludi lill-istudenti, lill-edukaturi u lil dawk kollha li huma marbuta mal-edukazzjoni. Meta tħares lura, tara ħidma kontinwa f’dan is-settur. Ħidma li qed twassal għal titjib. Ħidma li qed tagħti opportunitajiet. Ħidma li minnha qed ikompli jibbenefika s-settur kollu. Meta nħares ’il quddiem, nara li din il-ħidma se tkompli għaddejja bla heda. Semmejt kif inqisu l-iskejjel bħala t-tieni dar għal uliedna u għall-edukaturi. Għalhekk, ninvestu bil-kbir, bil-konvinzjoni li l-miljuni jkunu akkumpanjati mill-impenn ta’ kull min huwa involut. Dan nagħmluh b’rispett lejn uliedna, lejn il-familji tagħhom u lejn pajjiżna!
L-EKONOMIJA FI ŻMIEN IL-MILIED
CRESSIDA GALEA Kandidata fl-1 Distrett
Ix-xejriet ekonomiċi matul il-perjodu tal-Milied huma mistennija li jwasslu għal ċifri ta’ bejgħ pożittivi li jkomplu jgħinu biex jagħtu spinta lill-ekonomija tal-pajjiż. Madankollu, minħabba s-sitwazzjoni ta’ inċertezza li żdiedet b’mod sinifikanti fl- aħħar jiem, xi ekonomisti qed ibassru li minkejja li kien hemm żieda fit-tfaddil tal- konsumaturi, hemm il-possibbiltà li l-konsumaturi u l-familji jibqgħu lura mill-infiq sakemm is-sitwazzjoni tal-pandemija terġa’ tistabbilizza. Jekk inħarsu ftit lejn studju riċenti li sar mill-Istitut għall-Istudji Fiskali fl-In-
gliterra, ħafna mill-iffrankar li nbena matul il-pandemija se jibqa’ fil-kontijiet bankarji tal-familji Brittaniċi sakemm il-prospetti ekonomiċi jkunu aktar favorevoli. L-infiq fi żmien il-Milied huwa indikatur tas-saħħa ekonomika tal-pajjiż. Ekonomija b’saħħitha tiġġenera nfiq fi żmien il-Milied li ħafna drabi huwa akbar minn xhur oħra. Għalhekk, numru ta’ ekonomisti jemmnu li żmien il-Milied huwa żmien fejn ikun hemm infiq staġunali li jista’ jwassal għal infiq fil-ħela u jneffaħ il-bużżieqa tal-kreditu. Dan il-ħsieb jirrelata wkoll mat-teorija msejħa “Deadweight Loss” li meta l-konsumaturi jħallsu żżejjed għar-rigali, speċjalment rigali li mhumiex mixtieqa, dan iwassal sabiex jinqered il-valur ekonomiku ta’ dawk il-prodotti. Apparti dan, il-Milied għandu effetti sekondarji mhux intenzjonati għall-ekonomija li jridu jitħallsu minn xi ħadd. Fatturi bħal dawn, magħrufa mill-ekonomisti bħala “externalities”, jistgħu jinkludu l-ispiża għall-ambjent tal-ippakkjar u l-plastik kollha assoċjati ma’ ċelebrazzjoni tipika tal-Milied.
Minkejja din it-teorija, ħafna jaqblu, inkluża jiena, li l-perjodu tal-Milied huwa perjodu ta’ għaqda, ferħ u serenità fejn matul dan il-perjodu, ħafna familji jinġabru flimkien għall-ikla tradizzjonali, kif ukoll għat-tqassim tar-rigali lill-membri tal- familja kollha. Apparti minn hekk, speċjalment matul dan il-perjodu ta’ pandemija, l-infiq matul dan iżżmien jgħin lin-negozji jerġgħu jqumu fuq saqajhom. L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika ippubblika statistika li turi li ż-żieda fil-prodott gross domestiku, jiġifieri t-tkabbir fl-ekonomija, ġiet minħabba żieda qawwija fis-settur tas-servizzi, partikolarment fl-attività tal-konsum lokali u għalhekk tkabbir sos-
tanzjali fid-domanda domestika. Meta wieħed anke janalizza l-moviment fl-ekonomija li kien hemm matul l-aħħar kwart tas-sena 2020, wieħed jista’ jara li fattur importanti li wassal għal dan il-moviment huwa l-konsum lokali minħabba żieda fid-domanda domestika. Għalhekk, din iż-żieda hija assoċjata max-xahar tal-bejgħ ta’ Novembru u Diċembru. Id-domanda domestika u l-konsum privat tal-familji Maltin u Għawdxin kienu fatturi importanti għall-irkpru ekonomiku tal-pajjiż. L-irkupru kien xprunat mid-domanda domestika, bil-konsum privat iservi bħala l-mutur ewlieni biex jirpilja t-tkabbir u l- investiment.
Dawn il-prospetti juru kemm verament is-sentiment tal-konsumatur baqa’ pożittiv anke matul il-pandemija, primarjament minħabba l-kredibbiltà ta’ Gvern Laburista
Mir-riċerka ppubblikata mill-Bank Ċentrali ta’ Malta fuq il-prospetti għall-Ekonomija Maltija: 2021-2023, il-konsum privat fl-2022 huwa mistenni li jżid. Barra minn hekk, minħabba l-pandemija u r-restrizzjonijiet relatati fuq il-mobilità u l-ivvjaġġar, żdied it-tfaddil li huwa mistenni li jonqos ladarba l-inċertezza tonqos. Għaldaqstant, it- tkabbir ekonomiku previst għas-sena d-dieħla mistenni jkun xprunat minn domanda domestika, speċjalment mill-konsum privat li mistenni jikber b’4.0%. Dawn il-prospetti juru kemm verament is-sentiment tal-konsumatur baqa’ pożittiv anke matul il-pandemija, primarjament minħabba l-kredibbiltà ta’ Gvern Laburista. Dan ilGvern ma addottax politika ta’ awsterità, iżda ħa d-direzzjoni għal politika ekonomika msejsa fuq il-ħolqien tal-ġid. Din il-kredibbiltà hija mibnija fuq il-fiduċja tal-poplu fid-deċiżjonijiet ta’ Gvern Laburista. Gvern Laburista huwa l-Gvern tal-lum u l-Gvern tal-futur li għandu l-kapaċità li jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ekonomika u jkompli jtejjeb il-kwalità tal- ħajja ta’ kull individwu.
13
12.12.2021
IL-GRINCH
NIGEL VELLA
M’għandix dubju li bħalissa anke min qatt ma ra jew qara dwar il-Grinch, bħalissa sar jaf bih. Hekk kif bdew jirrankaw il-festi tal-Milied, ir-reklami, ilfilms u t-tiżjin ifakkruna f’dan il-personaġġ maħluq minn Dr. Seuss fl-1957. Il-Grinch kien kreatura ta’ lewn aħdar li kien jgħix ’il bogħod min-nies, maqtugħ mill-komunità f’ħajja solitarja, u minħabba li ma kienx inizzel il-festi tal-Milied, prova ‘jisraq il-Milied’ tan-nies ta’ Who-ville billi jeħdilhom ir-rigali waqt li kienu reqdin. Xi ħaġa li ma rnexxietx hekk kif il-messaġġ tal-film huwa li lil hinn mill-affarijiet materjali, l-ispirtu tal-Milied kien jinsab fin-nies
ta’ dan il-villaġġ fittizju u immaġinattiv tal-ktieb. Tgħiduli biex ġej? Dan il-personaġġ marbut mal-Milied fakkarni fil-Kap tal-Oppożizzjoni hawn Malta. Sintendi qed ngħid hekk metaforikament u mingħajr ebda ħsieb li nweġġa’ jew noffendi. Lanqas qed ngħid hekk għax Bernard Grech ma jħobbx il-Milied. Mill-vidjow li tella’ fuq il-mezzi soċjali mal-kumplament tal-familja, madwar is-siġra tal-Milied tagħhom, għalkemm hemm elementi ta’ drama mhux ħażin, jidher ċar li l-Kap tal-Oppożizzjoni daħal sew fl-ispirtu tal-Milied. Iżda l-iżolament u l-qtugħ mir-realtà ta’ dak li verament iħossu l-familji Maltin u Għawdxin mill-Kap tal-Oppożizzjoni huma evidenti. Hija ċara mhux biss min-numri tassondaġġi, fejn in-nies, ta’ kull età, minn kull parti ta’ Malta u Għawdex, qed jemmnuh dejjem inqas ma’ kull jum li jgħaddi mis-sondaġġ ta’ qabel, u fl-istess ħin qed ikompli jissaħħaħ il-Prim Ministru Robert Abela, iżda nemmen li anke n-nies fil-kwiet ta’ djarhom, qed jaraw dejjem aktar kemm huwa ’l bogħod minnu, ’il bogħod mill-aspirazzjonijiet tagħhom u mitluf fin-negattività.
Waħda mill-affarijiet li m’għandix dubju li kkonfermat kemm il-Kap tal-Oppożizzjoni huwa maqtugħ għalih waħdu, anzi, saħansitra iżolat ferm aktar fil-Partit tiegħu stess, kienet il-liġi mressqa dwar il-kannabis. Lura fiż-żmien, meta l-Gvern ressaq il-liġi, Bernard Grech kien pront u ħareġ jiġri jgħajjat li dak li kien qed jipproponi l-Gvern kienu l-ideat tiegħu. Prova jieħu kredtu li żgur ma kienx tiegħu, iżda agħar minn hekk, prova jilgħabha ‘talbravu’ u ‘tal-cool’ biex mingħalih juri li l-Partit Nazzjonalista qed jimxi dejjem aktar lejn l-ideat progressivi u liberali. Iżda din kienet sempliċiment “messa in scena” għax Grech lanqas induna li bl-għaġla tiegħu sabiex jipprova juri kemm il-Partit Nazzjonalista
nbidel, ikkonferma kemm proprju ma nbidilx u baqa’ l-istess. Tant ma nbidilx li l-grupp Parlamentari Nazzjonalista spiċċa biex ta ultimatum lillKap stess sabiex ma jgħaġġilx biex jitkellem u jagħmel dan biss wara li jkun ġab permess u kunsens mill-membri talGrupp Parlamentari. Din kienet umiljazzjoni għal Grech. Mhux biss għax jekk verament emmen fil-liġi mressqa, li għandi dubju dwar dan, ma setax imexxiha ’l quddiem, għax ma jgawdix l-appoġġ tal-grupp Parlamentari tiegħu stess, iżda agħar minn hekk kellu jagħmel u-turn millkbar nett u deher quddiem il-poplu kemm huwa dgħajjef u maqtugħ għalih. Huwa ċar li Bernard Grech qed juża l-istess riċetta skaduta, bl-istess ingredjenti li dbie-
Tant ma nbidilx li l-grupp Parlamentari Nazzjonalista spiċċa biex ta ultimatum lill-Kap stess sabiex ma jgħaġġilx biex jitkellem u jagħmel dan biss wara li jkun ġab permess u kunsens
lu, tal-Kapijiet li ġew qablu. Ma tistax tkun kredibbli, ma tistax tittieħed bis-serjetà meta l-mantra tiegħek tibqa’ dik ta’ kollox ħażin. Fi żmien il-baġit li ressaq il-Gvern, baġit imfaħħar mill-imsieħba soċjali, apprezzat mill-poplu u approvat mill-Kummissjoni Ewropea, prova juri li huwa għandu l-ideat u ħareġ numru ta’ proposti. Uħud nemmen li huma tajbin u ta’ min jixtarrhom, iżda hawnhekk reġa’ wera li qatt ma jista’ jkun meqjus bħala alternattiva. Kif tista’ wara baġit bħal dak, ikkalibrat bl-aħjar mod possibbli sabiex igawdu l-familji u n-negozji minkejja s-sitwazzjoni dinjija, toħroġ sett ta’ proposti sempliċiment biex tipprova tidher aktar popolari? Huwa ċar li din il-politika mhux qed taħdem u mhux se taħdem. In-nies ma jridux politiċi talGrinch, maqtugħa għalihom waħidhom, jibżgħu min-nies, iridu politiċi li jżommu l-polz tagħhom f’idejhom u jkunu jafu dak li hemm bżonn li jsir sabiex jilħqu l-aspirazzjonijet tagħhom. Għalhekk Gvern Laburista u l-Prim Ministru jissaħħu ma’ kull jum li jgħaddi.
IL-FATTI HUMA XHIEDA
FELIX BUSUTTIL GALEA Kandidat fit-8 u l-10 Distrett
Kien hemm żmien li taħt amministrazzjoni Nazzjonalista konna nisimgħu li l-poplu għandu jiġġudika fuq dak li jsir u mhux fuq dak li jingħad. U ma tistax taħrab aktar minn dan il-fatt. Għax ħafna minn dak li qiegħed jitwettaq kienu atti li biegħdu lill-poplu mill-Gvern u l-poplu kien xeba’ sal-ponta ta’ mnieħru. U għalhekk warrab u warrab bil-kbir it-tmexxija ta’ Gvern li kien falla. Gvern li kien nesa l-ġid ta’ kull individwu. Li kien ħasel idejh fuq deċiżjonijiet tant għal qalb ta’ komunitajiet li saru inviżibbli. Li kien
jiddeċiedi biss sabiex ngħaffġu lill-poplu għax it-teżor ta’ Malta kien qiegħed jitbattal. U l-pajjiż sar dejn biss. Pajjiż li kien imdejjaq bil-ġlied intern li għadu jidwi sal-lum fil-kurituri Nazzjonalisti. Pajjiż li kien qiegħed ibati l-konsegwenzi ta’ kontijiet sfrenati, ta’ trasport pubbliku diżastruż, ta’ żidiet fit-taxxi, ta’ friżar ta’ għajnuna mill-Gvern, ta’ nuqqas ta’ komunikazzjoni nazzjonali. U l-poplu qam. U l-kotra għajtet daqshekk. Malta kellha bżonn ta’ tmexxija ġdida. Ta’ leadership frisk. Ta’ viżjoni ċara. Ta’ kaptani li tassew iħobbu lil Malta. U mill-ewwel ġurnata, meta rebaħ il-Partit Laburista, ilpajjiż beda jieħu n-nifs. Reġa’ rxoxta. L-ekonomija mhux biss issaħħet imma saret waħda mill-ikbar fejn għandu x’jaqsam tkabbir ekonomiku Ewropew. Malta saret l-għira tal-pajjiżi ta’ madwarna. Il-pajjiż tant sar sinjur li sena wara sena kellna surplus finanzjarju. Mingħajr ma żdiedu l-ebda taxxi. Din l-era ġdida ta’ ekonomija b’saħħitha naqqset bil-kbir il-faqar. Xogħol kien
hawn għal kulħadd u l-qagħad qatt ma kien daqshekk baxx. Il-pensjonijiet reġgħu bdew jiżdiedu. Sena wara sena. U bdew jingħataw benefiċċji li qatt ma konna nemmnu li jsiru realtajiet. Childcare centres b’xejn. Trasport lejn l-iskejjel b’xejn. Eżamijiet b’xejn. Il-poplu reġa’ beda jġemma’ u jgawdi. Għax kellu iktar flus fil-but. L-infrastruttura rat tibdil bla preċedent. It-triqat ta’ Malta u ta’ Għawdex saru triqat li fl-antik konna ngħidu dawn triqat ta’ barra. L-arja tnaddfet għax dak li kien juża l-Gvern Nazzjonalista għall-enerġija ta’ kuljum kien biss tniġġis.
U ta’ kuljum is-saħħa ta’ kull individwu, ta’ kull tifel u tifla, kienet qiegħda f’periklu kbir. Arja li b’żejt maħmuġ kienet qiegħda toqtol u tifga. U l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma ma kinux aktar taparsi jiddependu fuq il-prezz mondjali tagħhom. Imma saru raġonevoli. Saru affordabbli. U ma baqgħux serq lill-bwiet tal-familji. L-arja tnaddfet. U ċ-ċmieni qattiela twaqqgħu. L-isptarijiet tagħna tjiebu. Mediċini li ssibhom meta tassew għandek bżonnhom. U f’mumenti fl-istorja umana meta d-dinja kollha kienet u għada tiġġieled gwerra kontra
Bdew jingħataw benefiċċji li qatt ma konna nemmnu li jsiru realtajiet. Childcare centres b’xejn. Trasport lejn l-iskejjel b’xejn. Eżamijiet b’xejn. Il-poplu reġa’ beda jġemma’ u jgawdi. Għax kellu iktar flus fil-but
għadu qattiel li ma nistgħux narawh imma li invada kull teatru soċjali, Malta kienet kapaċi żżomm rasha fil-wiċċ u ssalva. Gvern Laburista baqa’ qrib il-poplu. Għenu finanzjarjament. Għenu medikament. Għenu emozzjonalment. Gvern li akkost ta’ taqlib kriminali żamm sod. Ma beżax iqaċċat. Żamm ġustizzja u mingħajr tlaqliq kien lest iqanqal u jibdel u jsaħħaħ liġijiet ġudizzjarji li kienu staġnaw għal ħafna snin. Gvern li sema’. Gvern liberali u progressiv fejn ma nesa lil ħadd. Ma nesiex lillfqir. Lill-mara. Lill-komunità LGBTIQ. Liż-żagħżagħ. Lill-anzjani. Lill-morda. Lil dawk bla saqaf fuq rashom. Lill-familji. Lill-Għawdxin. Gvern li ser jiġi ġġudikat fuq il-fatti u mhux fuq il-kliem. Għax jien bħal ħafna nemmen li dan hu Gvern li jwettaq dak kollu li jwiegħed. U għalhekk nibqa’ b’ruħi u b’ġismi kollha wara Robert Abela. Wara l-Partit Laburista. Wara t-torċa. Wara pajjiż li jixraqlu biss ġid. Paċi. U mħabba.
REKLAM BI ĦLAS
14
12.12.2021
Mix-xellug: Joseph Seychell, Riccardo Genghini, Calvin Briffa, Lucrecia Dufoo, Ian Gauci
UNLOCKING DIGITAL VALUE FOR
KONFERENZA SABIEX JIĠI ĊĊELEBRAT L-20 SENA ANNIVERSARJU TAL-AWTORITÀ TA’ MA Din is-sena, l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni, l-MCA, qed tiċċelebra l-20 sena anniversarju tagħha. Okkażjoni bħal din tixraq riflessjoni fuq il-passat, ċelebrazzjoni tal-preżent u tħejjija lejn il-futur. Bħala kommemorazzjoni ta’ dan l-anniversarju l-MCA organizzat konferenza ‘hybrid’ fil-25 ta’ Novembru, bl-iskop li tinstiga diskussjoni dwar il-viżjoni tal-Awtorità bil-kontribut ta’ esperti lokali kif ukoll internazzjonali. Kuntest Storiku Madwar 30 sena ilu, l-innovazzjoni u l-progress fit-teknoloġija tat-telekomunikazzjoni bdew jattiraw investiment privat f’Malta li wassal għat-tmiem ta’ era fejn is-servizzi ta’ komunikazzjoni kienu tipikament ikkontrollati mill-Gvern. Madwar id-dinja, bdew jiġu stabbiliti Awtoritajiet Regolatorji Nazzjonali bħala regolaturi indipendenti, biex jikkultivaw suq tal-komunikazzjoni ġust u kompetittiv għall-benefiċċju taċ-ċittadini. F’Jannar tal-2001, bi tħejjija għall-evoluzzjoni minn settur tat-telekomunikazzjoni monopolizzat għal wieħed liberalizzat, twaqqfet l-Awtorità ta’ Malta dwar il-Komunikazzjoni bħala l-korp statutorju responsabbli għar-regolamentazzjoni tas-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi – inkluż it-telefonija fissa u mobbli, l-internet u servizzi ta’ distribuzzjoni tat-televixin – kif ukoll is-servizzi postali, u aktar reċentement is-settur tal-kummerċ elettroniku. Fl-2003, ġiet fi tmiemha l-liberalizzazzjoni sħiħa tas-suq tat-telekomunikazzjoni, u minn dakinhar ’l hemm, Malta mhux bissa laħqet iżda saħansitra għaddiet lil ħafna pajjiżi Ewropej fil-livell ta’ servizzi li qed jiġu offruti lill-konsumaturi. Viżjoni Lejn il-Futur Il-Kap Eżekuttiv tal-MCA, Jesmond Bugeja fetaħ il-konferenza b’messaġġ ta’ tama lejn il-futur, fejn qal li, “20 sena mimlija sfidi li ġew trasformati f’opportunitajiet, rawmu l-investiment u poġġew lil Malta bħala waħda mill-pajjiżi mexxejja fil-qasam tal- konnettività fl-Ewropa. Dan il-vjaġġ huwa mmarkat minn sensiela ta’ żviluppi u kisbiet għas-settur, għall-pajjiż, u għall-MCA. Il-futur saħansitra jwiegħed aktar kisbiet eċċitanti bil-miġja ta’ teknoloġiji tras-
formattivi bħall-5G li kapaċi jiftħu dinja ġdida ta’ opportunità.” F’messaġġ irrekordjat, iċ-Ċerpersin tal-Korp tar-Regolaturi Ewropej għall-Komunikazzjoni Elettronika (BEREC), faħħar ir-rwol attiv li Malta tokkupa fil-korp u stqarr li għalkemm l-Awtorità tista’ titqies bħala regolatur żgħir, “l-MCA żgur qed terfà aktar mill-piż tagħha fl-element ta’ influwenza fi ħdan il-BEREC.” Huwa rringrazzja lill-Kap Eżekuttiv tal-MCA, Jesmond Bugeja, għax-xogħol tiegħu bħala Viċi President matul is sena 2021, u żied jgħid li dan kien tragward sinifikanti billi mmarka l-ewwel darba li l-MCA għamlet parti mit-tim ta’ tmexxija stmat talBEREC. Id-diskussjonijiet ta’ filgħodu ħarsu lejn l-opportunitajiet u l-isfidi diġitali mistennija fl-10 snin li ġejjin. Rigward l-opportunitajiet, il-kelliema esploraw x’azzjonijiet għandhom jittieħdu biex jinkoraġġixxu l-investiment fl-innovazzjoni teknoloġika u jingħata l-aktar valur liċ-ċittadini. Kien hemm referenza diretta għallpjan tal-Ewropa biex tikseb it-trasformazzjoni diġitali tas-soċjetà u l-ekonomija sal-2030, permezz ta’ inizjattivi prattiċi ta’ kooperazzjoni fuq it-teknoloġija tal-5G u l-konnettività madwar l-Ewropa. Fir-rigward tal-isfidi, kien hemm ftehim kolletiv li l-protezzjoni tal-ekonomija u tas-soċjetà hija ta’ prijorità ewlenija għall-Unjoni Ewropea (UE). Inizjattivi mmirati biex jissalvagwardjaw is-soċjetà kontra l-ħsara diġitali, bħall-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) – ippjanat għall-adozzjoni fl-2022 – qed ifittxu li jindirizzaw għadd ta’ sejħiet biex jinħoloq spazju diġitali aktar sikur għaċ-ċittadini kollha tal-UE, filwaqt li jrawmu l-innovazzjoni, l-kompetittività u l-armonizzazzjoni fi ħdan is-suq. Dan l-għan huwa partikolarment rilevanti għall-MCA li qed tiġi fdata responsabbiltajiet ġodda bħall-ħatra reċenti tagħha bħala Koordinatur tas-Servizzi Diġitali għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali (DSA) tal-UE, li se javvanza l-irwol tal-MCA fil-qasam tar-regolamentazzjoni diġitali. B’tifkira tal-20 sena mit-twaqqif tagħħa, l-MCA pproduċiet ukoll sett ta’ bolol li ġew ippreżentati lill-Kap Eżekuttiv tal-MCA, Jesmond Bugeja, mill-Kap Eżekuttiv tal-MaltaPost Joseph Gafà. Aktar dettalji rigward dan se jkunu ppublikati fuq is-sit elettroniku tal-MCA għal dawk interessati li jakkwistaw folder numerat uniku u sett ta’ dawn il-bolol postali.
Opportunitajiet u Sfidi Preżenti
Is-sessjoni ta’ waranofsinhar tal-konfe dawret id-diskussjoni fuq kwistjonijiet kon poranji relatati mas-servizzi diġitali, kif reg mill-MCA. Ingħatat preżentazzjoni dwar joni strateġika tal-MCA għas-suq lokali talmerċ elettroniku fis-snin li ġejjin, fejn ġew irizzati l-iktar punti u mistoqsijiet pertinen ġew identifikati permezz tar-riżultati ta’ u stħarriġ differenti. Dan kien segwit minn diskussjoni fejn e ti fl-ambjenti tal-kummerċ elettroniku tk dwar il-valur tas-servizzi diġitali għas-so waqt li eżaminaw l-opportunitajiet u l preżenti li qed niltaqgħu magħhom f’x ji ta’ kuljum. Kien hemm rikonoxximent ix-xewqat u t-tendenzi tal-konsumaturi jiżdiedu u jsiru aktar kumplessi, jeħtieġ u aktar it-tfassil ta’ regolamenti ġodda. naħa tal-MCA bħala regolatur, għandha tikkomunika mal-industrija u tappoġġja gozji fl-isforzi tagħhom lejn id-diġitalizzaz L-aħħar diskussjoni tal-ġurnata k preċeduta minn preżentazzjoni dettaljata l-aspetti tekniċi tal-iżvilupp ta’ siti elett biex jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva l-Aċċessibilità tas-Siti Elettroniċi, li qed tiġ plimentata u enforzata lokalment millId-diskussjoni kienet magħmula minn kon turi ġejjin minn stabbilimenti, korpi u en et rilevanti. Id-diskuzzjoni, immexxija min Marica Gatt mis-San Miguel Primary Educ Resource Centre, kienet iffukata fuq il-ħ et attwali ta’ persuni b’diżabilità u indirizz il-COVID-19 affettwat lil dawn in-nies sp ment fil-qasam diġitali. Messaġġ ta’ Konklużjoni
Roberto Viola, Direttur Ġenerali ta’ DG NECT tal-Kummissjoni Ewropea, ingħ mal-konferenza b’mod virtwali biex jgħ l-messaġġ ta’ konklużjoni għall-ġurnata. H rringrazzja lill-MCA għall-ħidma tagħha u jgħid li l-MCA “għandha tkun kburija li f’ l-aħħar snin, Malta mxiet ’il quddiem għa post fl-Ewropa fir-rigward ta’ diġitalizzazz Il-proċedimenti tal-ġurnata sħiħa ġew otti fil-lingwa tas-sinjali mill-Aġenzija Sapp u l-filmat jinsab fuq il-paġna ta’ YouTub tal-MCA.
15
12.12.2021
Direttur Ġenerali ta’ DG Connect, Roberto Viola
SANT’ANĠLU U TAL-PILAR ŻEWĠ ATTRAZZJONIJIET SPEĊJALI LLUM U GĦADA
R SOCIETY
ALTA DWAR IL-KOMUNIKAZZJONI
erenza ntemgolati il-viż-kumw indnti, kif studji
esperkellmu oċjetà, l-isfidi xenart li kif i qed aktar . Mintibqà n-nezzjoni. kienet a dwar troniċi dwar ġi im-MCA. ntribuntitajiinn Dr cation ħtiġijizat kif peċjal-
CONħaqad ħaddi Huwa u żied ’dawn as-sitt zjoni.” w tradport, be
Kap Eżekkutiv tal-MCA, Jesmond Bugeja
Il-Forti Sant’Anġlu fil-Birgu u l-Knisja tal-Madonna tal-Pilar fil-Belt Valletta se jkunu miftuħin għall-pubbliku bi ħlas illum u għada fil-festa pubblika bħala attrazzjonijiet partikolari minn Heritage Malta. Waqt li matul il-ġurnata tal-lum il-Forti se jkun qed joffri avventura bil-grupp Malta Command WWII Living History jagħti l-ħajja lil kif kienu jgħixu s-suldati waqt it-Tieni Gwerra Dinjija, għada knisja tas-Seklu 17 u li rarament tinfetaħ se tagħti l-opportunità lil min irid iżurha. L-avvenimenti f’Sant’Anġlu se jibdew b’taħdita fil-11:00 fis-Sala tal-Ammirall, fejn il-Malta Command se jinawgura taqsima sigrieta, li wettqet missjonijiet minn Malta fl-1943. Fuq kull naħa tas-sala se jkun hemm imwejjed b’armi li kienu jintużaw minn din it-taqsima speċjalizzata, flimkien ma’ tagħmir importanti ieħor użat f’operazzjonijiet militari minn Malta. Wara t-taħdita jkun hemm sessjoni fejn dawk preżenti jkunu jistgħu jaraw kif kienu jitħaddmu dawn l-armi. Il-parti ta’ fuq tal-Forti Sant’Anġlu, magħrufa bħala l-Kavallier, se tkun miftuħa għall-pubbliku, b’tour kuratorjali esklużiv għall-membri ta’ Heritage Malta waranofsinhar. Veterani mill-fergħa Maltija tal-Assoċjazzjoni Navali Rjali se jonoraw l-avveniment bil-preżenza tagħhom. Il-Forti Sant’Anġlu se jkun miftuħ mill-10:00 sal-17:00, bl-aħħar dħul fl-16:30. Il-biljetti għaddħul ġenerali jistgħu jinxtraw biss mill-bieb, bi prezzijiet imraħħsin – €5 għall-adulti, €2 għattfal, studenti, anzjani u dawk li għandhom il-passaport ta’ Heritage Malta, u dħul b’xejn għall-membri ta’ Heritage Malta. Il-biljetti għat-taħdita jiswew €1 u jistgħu jinxtraw online, waqt li l-membri jistgħu jattendu għat-taħdita bla ma jħallsu xejn, iżda għandhom jirriservaw post minn qabel billi jibagħtu talba fuq info@heritagemalta.org. Għada f’Jum ir-Repubblika, Heritage Malta se toffri lill-pubbliku opportunità rari li jżur il-Knisja tal-Madonna tal-Pilar fil-kapitali. Din kienet tifforma parti mill-Berġa ta’ Aragona, Katalonja u Navarre, iżda nbniet fis-snin 70 tas-Seklu 17, seklu wara li nbniet il-berġa proprja. L-ewwel ġebla tqiegħdet mill-Gran Mastru Nicholas Cotoner u l-bini tagħha għamlu tajjeb għalih Raimondo de Soler u Felice Inniges de Ayerba, il-Balliju ta’ Majorca u ta’ Caspe rispet-
tivament. Fra de Ayerba ndifen f’din il-knisja meta miet fl-1691. Sentejn wara, f’Jannar, terremot qawwi laqat lill-Gżejjer Maltin u kkaġuna ħsara sostanzjali fl-istruttura tal-knisja. Il-kavallieri Aragoniżi qabbdu lil Romano Carapecchia, il-perit residenti tal-Ordni, biex jibniha millġdid. Il-Gran Mastru Ramon Perellos y Roccaful ħareġ il-flus għal dan il-proġett, li tlesta fl-1718. Il-ġewwieni tal-knisja hu sabiħ ħafna, bi skultura ta’ kwalità għolja u bosta xogħlijiet tal-arti. Tispikka fosthom il-pittura tal-altar maġġuri, magħmula minn Stefano Erardi, wieħed mill-artisti ewlenin f’Malta lejn tmiem is-Seklu 17. Din turi lill-Verġni Marija f’dehra lill-Appostlu Ġakbu l-Kbir waqt li kien qed jitlob fuq ix-xatt tax-Xmara Ebro f’Zaragoza. Magħrufa popolarment bħala l-Madonna tal-Pilar, din ix-xbieha tradizzjonali Spanjola tgawdi devozzjoni kbira fid-dinja Ispanika u f’ġieħha kull sena ssir il-festa reliġjuża u kulturali ewlenija fil-kapitali ta’ Aragona, Zaragoza. Wara t-tluq tal-Ordni ta’ San Ġwann minn Malta fl-1798, il-knisja baqgħet taqdi l-ħtiġijiet spiritwali tan-nies ta’ dawk l-inħawi. Biljetti bi prezz imraħħas ta’ €2 biss jinxtraw mill-bieb. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma mill-10:00 sal-16:00. Dawk kollha li se jżuru l-knisja jridu jilbsu maskra u jirrispettaw il-miżuri tad-distanza soċjali.
16
12.12.2021
SOSTENN U FIDUĊJA
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Hekk kif il-ħidma tal-Gvern tkompli bla waqfien, huwa ġustifikat li wieħed jirrifletti dwar ir-raġuni għaliex Gvern Laburista jibqa’ jgawdi l-fiduċja tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi. Anki jekk għal bosta s-sondaġġi huma biss ritratt tal-mument u jinvolvu margin of errors, il-fatt jibqa’ li stħarriġ wieħed wara l-ieħor, anki b’metodoloġiji kemxejn differenti minn xulxin kollha qed juru l-istess xejra u andament talpolz tal-elettorat. In-numri mhumiex ivarjaw minn xulxin wisq u kollha qed jibagħtu l-istess sinjali. Dan mhu xejn b’kumbinazzjoni. Il-poplu jagħraf min tassew hu kapaċi li jmexxi dan il-pajjiż, li jixpruna l-pożittività, jesprimi l-fiduċja fl-għaqal tal-poplu, li jippremja l-bżulija tal-poplu, li jemmen tassew fil-kapaċitajiet tal-Maltin u l-Għawdxin. In-naħa l-oħra joffru biss negattività, kritika pjuttost distruttiva, ħafna paroli u meta tiġi biex tagħsar ħafna drabi ma ssib xejn ta’ sugu u agħar minn hekk ma jittieħdu l-ebda pożizzjoni u deċiżjoni. Il-poplu llum huwa konxju li t-tir ewlieni tal-Oppożizzjoni huwa li jiksbu l-poter li jqisuh tagħhom bi dritt sagrosant. Il-poplu jagħraf id-differenza bejn iż-żewġ mexxejja ewlenin. L-akbar attribwiti tal-Prim Ministru Robert Abela huma l-umiltà, il-kuraġġ li jittrażmetti lejn in-nies, li qatt ma nqata’ minnies jew warrab il-preokkupazzjonijiet tagħhom. Il-Prim Ministru dejjem għaraf li jikkonsulta u jiddiskuti. Però, il-Prim Ministru ma jiqafx hemm, għaliex imbagħad id-deċiżjonijiet jeħodhom b’responsabbiltà u jwettaq. Din hija riflessa wkoll fil-membri kollha tal-Kabinett hekk kif id-deċiżjonijiet jittieħdu u jitwettqu l-ħidmiet fil-ħin. Xejn mhu ward u żahar, żbalji jsiru għax ngħixu fid-dinja tal-bnedmin. Imma dan il-Gvern mhux supperv. Jisma’ u jikkoreġi għaliex l-irġulija hekk titlob. Il-fiduċja trażmessa mill-poplu m’għandhiex titla’ għal rasna. Iċ-ċavetta hija li nżommu saqajna mal-art, tmexxija b’umiltà li tiggarantixxi politika ta’ aħna aqwa mill-jiena. Dawn huma r-raġunijiet ewlenin għaliex il-poplu jibqa’ juri fiduċja fi Gvern Laburista xahar wara xahar. Ħaddieħor jaħbi rasu fir-ramel tal-iskużi. Ma jammettux li hemm xi ħaġa li mhix tiffunzjona bejniethom, li l-poplu ma jsibhomx ta’ alternattiva. Flok jinbidlu, joħorġu jgħidu li l-poplu hu lluppjat, li l-Gvern qed jixtri lin-nies, li l-Gvern ikkapparra
x-xandir nazzjonali u l-isbaħ waħda li s-sondaġġi li qed isiru huma maħduma u rranġati. Elf skuża jsibu, basta ma jammettux li dawn is-sondaġġi huma tort tal-politika negattiva tagħhom u li l-poplu ilu s-snin li ramieha. Dak li ġġiegħlek tagħmel is-suppervja u n-nuqqas ta’ umiltà. Kulħadd ħażin minbarra huma, u l-poplu jkun f ’siktu u f ’postu biss meta jagħti fiduċja lilhom. Waqt il-kampanja ġbir ta’ fondi għall-Partit Labursita, aħna l-attivisti stajna lkoll inħossu l-imħabba u r-rispett u l-gratitudni li għandhom in-nies għallPrim Ministru u għal dak li qed jagħmel Gvern Laburista. Ngħid għalija nistenna bil-ħerqa l-ġranet li noħorġu nħabbtu l-bibien mhux biss għall-ġbir ta’ fondi imma pjuttost għax huwa mument sabiħ li niltaqgħu man-nies fil-lokalitajiet u nitkellmu magħhom. Il-Partit Laburista jserraħ il-ħidma tiegħu fuq żewġ pilastri ewlenin: il-ħidma ta’ mijiet ta’ volontiera f ’kull saff tal-partit u fuq issostenn finanzjarju mingħand il-poplu. Nieħu l-opportunità sabiex nirringrazzja lill-volontiera, lill-attivisti, lill-membri tal-kumitati lokali u distrettwali u lill-fergħat tal-partit għall-ħidma sfiqa tagħhom li m’għandhiex prezz. Xemx u xita nsibuhom dejjem lesti biex jaħdmu b’lealtà u jagħtu kuraġġ u sostenn lill-amministrazzjoni kuljum. Il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru Robert Abela stqarr li l-għajnuna finanzjarja ta’ kulħadd insarrfuha f ’aktar ħidma u investiment fin-nies. Dak li kkontribwixxejtu lill-partit fil-maratona ġbir ta’ fondi huwa investiment fil-Partit Laburista sabiex jibqa’ l-akbar forza politika fil-pajjiż u b’hekk jista’ mill-Gvern jissokta jkattar il-ġid u jieħu ħsieb il-batut u lill-aktar vulnerabbli, jibqa’ jieħu ħsieb l-edukazzjoni t’uliedna, lill-anzjani tagħna, saħħitna, ħobżna u t-tkattir tal-impjiegi.
Xejn mhu ward u żahar, żbalji jsiru għax ngħixu fid-dinja tal-bnedmin. Imma dan il-Gvern mhux supperv. Jisma’ u jikkoreġi għaliex l-irġulija hekk titlob. Il-fiduċja trażmessa mill-poplu m’għandhiex titla’ għal rasna. Iċċavetta hija li nżommu saqajna mal-art, tmexxija b’umiltà li tiggarantixxi politika ta’ aħna aqwa mill-jiena.
Sur Editur, Għada Jum ir-Repubblika. Kif jgħaddi ż-żmien, hux! Meta flaħħar pajjiżna beda jitmexxa mill-Maltin għall-Maltin. U l-Maesta Tagħha r-Reġina Eliżabetta t-Tieni ma baqgħetx il-Kap tal-Istat tagħna. U kellna l-ewwel President Malti – il-mibki Sir Anthony Mamo. U l-ewwel Prim Ministru ta’ Malta Repubblika, ukoll il-mibki Perit Dom Mintoff. Mhux se noqgħod nidħol fl-istorja, Sur Editur, l-ewwel nett inħalli r-rakkonti tal-istorja għal min hu mgħallem u t-tieni, naħseb se jkollok xi rokna fil-gazzetta dwar dan. Jien inħobb inżomm posti u ma niżżattatx fejn ma nkunx naf. Dejjem hekk kont. U wara li żżewwiġt lil Melda tiegħi, iktar ġabitni f’posti. Mhux bħal ħaddieħor, niżżattat fejn ma nafx. Issa tiġix tgħidli li se nerġa’ naqbad miegħu. Imma din ta’ dak li suppost Kap tal-partit tagħhom, hija eżempju ċar ta’ kif wieħed iżattuh fin-nofs mingħajr ma jkun jaf il-mestier. Daħħluh f’pożizzjoni li assolutament ma kienx kapaċi jimla. Iż-żarbun kbir wisq għalih. U ta’ madwaru ilhom li indunaw b’dan, Sur Editur. U issa għandhom paniku sħiħ biex jaraw kif se jipprovaw isalvaw is-sitwazzjoni. U stħarriġ wara stħarriġ qed juri kemm hija patetika l-politika li qed iħaddan dan il-Grech. Immexxi minn dak tal-Hatin’Malta, il-Pellegrin. Li qed jibni l-istrateġija tal-PeNe. Imma hija strateġija li qed tkompli tgħaddas lill-partit tagħhom fl-abbiss tal-inkompetenza u l-inkonsistenza. U tismagħhom jitkellmu, u ma tkunx taf li kliemhom ma jiswiex il-karta li jkun miktub il-kliem fuqha, taħseb li se jġibu lil pajjiżna ġenna tal-art. Xiz-zokk! Mela dak li ma nafx hux jippjana li għall-Milied imur jorqod fil-maxtura li twieled fiha Ġesù Kristu f’Betleħem, ħareġ b’waħda li jekk ma tkunx anzjan fil-politika bħali, taħseb li qalbu tbaqbaq għall-ħaddiem. Xogħol l-Oppożizzjoni huwa li juri l-inkonsistenzi, bl-obbligu li jtejjeb is-sitwazzjoni, kemm għax dak huwa dmir morali, u anke għaliex huwa dmir politiku, qalilna Jason l-Ispiżjar milli jkollu jagħtik Azzopardi. Ara min qed jitkellem, ukoll! U biex ikompli jgħażaq fil-fossa, kellu l-wiċċ tost jivvinta lil dawk l-erba’ imbeċilli li kellu quddiemu li l-Gvern Laburista mill-2013 ’l hawn ma ġabx industrija ġdida. Issa qed ngħid imbeċilli Sur Editur, mhux biex ngħajjar ta! Lanqas xejn. Imma jekk emmnuh, allura iva, imbeċilli bil-pedigree. Ara min irid jitkellem dwar l-inkonsistenzi, wkoll! Ħaqq l-ostrejakadinja! Moħħ ta’ papra. Xejn aktar. Għax trid tkun imnellaħ fil-materja l-griża biex tgħid li f’dawn l-aħħar tmien snin, il-Gvern Laburista ma ġabx industrija ġdida f’dal-pajjiż. Imma nsomma. Imbagħad xi tgħid għall-mibegħda kollha kontra dawk kollha li ma jaqblux magħhom! Santa Ħniena! Front kontra kulħadd. L-aħħar vittma l-Ispeaker tal-Kamra. Imma jekk tħares lejn il-lista, tara li fl-attakk tagħhom ma jeħlisha ħadd. Tkellem favur il-Labour, faħħar lil-Labour u tidħol fil-lista s-sewda tagħhom. Hekk dejjem kienu u hekk se jibqgħu. Imbagħad, jekk jogħġbok, sur Editur, dak li suppost huwa l-Kap tagħhom inawgura Misraħ il-Milied, skont huma din hija attività, f’dan iż-żmien mill-isbaħ tal-Milied biex wieħed jidħol fl-ispirtu tal-Milied. Mhux billi tagħmel il-villaġġi tal-Milied, jekk l-azzjoni tiegħek tkun waħda ta’ mibegħda u kattiverja, Sur Doktor Grech! Trid verament temmen fit-tifsira tal-Milied! It-tajba hija li Grech ġie ppreżentat bi presepju, u qalulu: “Issa l-għaġeb f’idejk”. Bħalissa fil-fatt għaddejja konsultazzjoni interna dwar min se jitfgħu bħala għaġeb. Qaluli, Sur Editur, li hemm ħafna fuq il-lista u Grech għandu problema oħra xi jsolvi. Issa naraw lil min se jagħżel. Imma l-aqwa li fil-Kunċizzjoni għamlu Maratona Ġbir ta’ Fondi biex skont ma qalu, il-PeNe jkompli jwassal il-messaġġ tiegħu b’mod effettiv. U veru effettiv qed ikun it-twassil tal-messaġġ tagħhom, e! Staqsi lil dawk kollha li qed jagħmlu l-istħarriġ li fihom Grech u l-partit tagħhom dejjem qed joħorġu aktar ta’ mażetta! Ħa nħallik, għad-dieħla!
17
12.12.2021
AKKADEMJA MUŻIKALI F’ĠIEĦ SAN GEJTANU TMIEM IĊ-ĊELEBRAZZJONIJIET TAT-350 SENA MILL-KANONIZZAZZJONI TAL-QADDIS PATRUN B’KUNĊERT FIL-KNISJA PARROKKJALI DAN IX-XAHAR Nhar it-Tlieta 21 ta’ Diċembru 2021, fil-Knisja Arċipretali u Arċimatriċi ta’ San Gejtanu, il-Ħamrun, se tkun qed tittella’ akkademja mużikali mill-Banda San Gejtanu fi ħdan l-Għaqda tal-Mużika San Gejtanu biex ittemm uffiċjalment iċ-ċelebrazzjonijiet li jfakkru t-350 sena minn meta San Gejtanu ġie kkanonizzat. Matul din l-akkademja, li se tibda fis-7.30 p.m., se jiġu esegwiti diversi bċejjeċ mużikali mill-arkivju rikk u vast tal-Għaqda u siltiet ġodda li se jindaqqu għall-ewwel darba proprju għal din l-okkażjoni. Fost il-bċejjeċ mużikali li se jiġu esegwiti se jkun hemm l-“Innu lil San Gejtanu” tal-mibkija Joseph Abela Scolaro u Dun Frans Camilleri, l-innu “Kbir Gejtanu” ta’ Ray Sciberras u Anselm Sciberras, l-innu “O Gejtanu Patrun Maħbub” ta’ Tano u Rene Monseigneur u
kanzunetta ġdida bl-isem ta’ “Gejtanu li Emmen u Ħabba” ta’ Jonathan Borg u Brian Bonnici. Il-Banda San Gejtanu se tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur tagħha Mro. Jonathan Borg u se jieħdu sehem ukoll il-kor Bel Canto, is-sopran Claire Caruana, it-tenur Joseph Aquilina, il-baritonu Albert Buttigieg u l-kantant Mark Tonna. Din l-akkademja se tagħlaq programm wiesa’ li l-Għaqda tellgħet fl-okkażjoni ta’ dan l-anniversarju importanti fejn fost l-attivitajiet kien hemm dramm oriġinali li ttella’ f’Ottubru, wirja li ttellgħet f’Novembru u numru ta’ attivitajiet oħrajn sa mill-bidu ta’ din is-sena li daqt nispiċċaw. Id-dħul għall-akkademja hu b’xejn u kulħadd hu mħeġġeġ jattendi billi josserva l-protokolli kollha li hemm fis-seħħ.
18
12.12.2021
GĦAJNUNA EMOZZJONALI LIN-NIES Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Ninsabu fi żmien li forsi huwa ttimbrat bħala żmien ta’ ferħ u divertiment. Iżda mhux kulħadd ikun fuq l-istess dgħajsa. Hemm min dan iż-żmien joħloqlu iżjed ansjetà anke minħabba konsegwenzi ta’ esperjenzi xejn pjaċevoli. Apparti żmien il-Milied, matul is-sena wkoll ikun hemm mumenti ibsin għal bosta. Fil-verità, min ikollu bżonn ta’ għajnuna u sapport emozzjonali, m’għandux perjodu ta’ meta jkollu bżonn spalla jew widna biex jiftaħ qalbu dwar dak li jkun għaddej minnu u finalment, ifittex l-għajnuna. Tkellimna ma’ Karl Grech - Clinical Strategist fi ħdan il-Victim Support Malta. X’tagħmel il-Victim Support Malta u x’inhu l-iskop tagħha? Il-Victim Support Malta hija organizzazzjoni mhux governattiva li għal dawn l-aħħar 15-il sena kienet minn ta’ quddiem biex tipprovdi għajnuna emozzjonali lil nies li f ’xi mument f ’ħajjithom ikunu esperjenzaw trawma b’konsegwenza ta’ reati kriminali. Din l-għajnuna normalment tikkonsisti f ’terapija minn professjonisti speċjalizzati. F’ċerti każijiet nikkollaboraw ukoll ma’ professjonisti oħra bħal psikjatri u avukati biex jassistu lil dawk li jersqu lejna għall-għajnuna b’mod mediku, legali jew prattiku, skont xi jkun meħtieġ sabiex il-persuna jirnexxilha tegħleb is-sitwazzjoni trawmatika li tkun għaddejja minnha. Minn barra li noffru terapija u support lil vittmi ta’ reati kriminali, għandna żewg servizzi oħra li huma aktar speċjalizzati, u li nħolqu biex jindirizzaw realtajiet soċjali li, iktar ma jmur, dejjem qed ikun hemm bżonn li jiġu indirizzati; CVSA (Care for Victims of Sexual Assault) huwa d-dipartiment li jiffoka primarjament fuq vittmi ta’ stupru jew vjolenza ta’ natura sesswali. Taħt dan id-dipartiment, noffru servizzi ta’ terapija, counselling u psikjatra. SPOT (Suicide Prevention
Outreach and Therapeutic services) huwa d-dipartiment iddedikat għal dawk li jsibu ruħhom affettwati mis-suwiċidju. Hawnhekk mhux qegħdin nitkellmu biss dwar persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna għaliex ikunu għamlu attentat jew pjan ta’ suwiċidju, iżda anki dawk li jesperjenzaw ħsibijiet ta’ suwiċidju, kif ukoll għall-familjari jew nies oħra li jkunu sofrew minn trawma wara li xi ħadd viċin tagħhom ikun tilef ħajtu riżultat ta’ suwiċidju. Taħt dan id-dipartiment, nipprovdu servizzi ta’ terapija, counselling, psikjatra u family therapy. X’tip ta’ każijiet tiltaqgħu magħhom? Minn barra vittmi ta’ stupru jew vjolenza sesswali taħt id-dipartiment CVSA, kif ukoll persuni affettwati b’mod trawmatiku mis-suwiċidju taħt id-dipartiment SPOT, VSM toffri terapija u support emozzjonali lil persuni li jkunu esperjenzaw kriminalitajiet bħal serq,
frodi, stalking, omiċidji, hatecrime, cybercrime, fastidju, vjolenza domestika kif ukoll attakki vjolenti oħra. Xi proċess isir meta jkun irrappurtat każ magħkom? VSM mhijiex entità governattiva, u għalhekk ma jkunx hemm bżonn li każ jiġi rrappurtat lill-Pulizija sabiex l-organizzazzjoni tagħna
tkun tista’ toffri l-għajnuna lill-vittma. Meta xi ħadd ikun jixtieq jutilizza s-servizzi tagħna meta jersaq lejna volontarjament, jew inkella dak li jkun jiġi referut lilna minn professjonisti jew entitajiet oħrajn li jkunu qed jgħinu lill-vittma, issir laqgħa ta’ introduzzjoni minn wieħed mill-mexxejja tad-dipartimenti tagħna. F’din illaqgħa, nispjegaw f ’iktar
dettall lill-vittma x’servizzi u għajnuna nistgħu noffru, waqt li nitkellmu mal-vittma biex nifhmu aħjar is-sitwazzjoni li għaddejjin minnha sabiex niddeterminaw l-aħjar tip ta’ għajnuna li nistgħu noffrulhom. Kemm huma konxji n-nies minn dan is-servizz? Bħala NGO nagħmlu l-almu
F’ċerti każijiet nikkollaboraw ukoll ma’ professjonisti oħra bħal psikjatri u avukati biex jassistu lil dawk li jersqu lejna għall-għajnuna b’mod mediku, legali jew prattiku, skont xi jkun meħtieġ sabiex il-persuna jirnexxilha tegħleb is-sitwazzjoni trawmatika li tkun għaddejja minnha
19
12.12.2021
F’MUMENT IEBES F’ĦAJJITHOM
tagħna sabiex nużaw ir-riżorsi tagħna minn donazzjonijiet u fondi b’mod produttiv, u dan jinkludi l-promozzjoni ta’ VSM bil-għan li nqajmu aktar għarfien dwar is-servizzi tagħna fost il-pubbliku b’mod ġenerali. Sfortunatement, qatt ma jista’ jkun biżżejjed li nagħmlu dan waħedna, u għalhekk nippruvaw nikkollaboraw ma’ NGOs u għaqdiet oħrajn speċjalment meta nħossu l-bżonn li noħorġu kampanji speċifiċi skont il-bżonnijiet li nkunu qed naraw jiddominaw fis-soċjetà Maltija. Kemm qed jiżdiedu l-vittmi f ’dan ir-rigward? X’taħsbu li huma l-fatti li jwasslu biex persuna tkun vittma?
Għaliex tagħmlu enfasi fuq is-sapport emozzjonali? Nagħmlu enfasi fuq is-sapport emozzjonali għaliex meta persuna tgħaddi minn esperjenza trawmatika, jitla’ fil-wiċċ il-bżonn li dik il-persuna titkellem dwar dak li tkun qed tesperjenza billi tiftaħ qalbha ma’ ħaddieħor. Dan huwa essenzjali sabiex il-persuna toħroġ fil-beraħ l-emozzjonijiet tqal li tkun qed iġġorr magħha, u tipproċessa b’mod san it-trawma li tkun għaddiet minnha. Min jixtieq jgħinkom, kif jista’ jagħmel dan?
Kull min jixtieq joffri donazzjoni lil VSM, jista’ jagħmel dan permezz tas-sit elettroniku tagħna jew billi jikkuntattjaQed naraw żieda sostanzjali na fuq l-indirizz elettroniku fin-numru ta’ persuni li qed info@victimsupport.org.mt. jiġu affettwati minn vjolenza domestika, cybercrime, stup- Appell mingħandkom ru u anki ħsibijiet ta’ suwiċi- lill-qarrejja tagħna. dju. Mhux dejjem huwa faċli li niddeterminaw il-fatturi li Meta tkun għaddej minn jwasslu biex persuni jesper- trawma, mhuwiex faċli li jenzaw kriminalità u għaliex taċċetta li dak li qed tħoss ċerti tipi ta’ kriminalità qed huwa validu u li l-għajnuna jiżdiedu aktar minn oħrajn. mingħand ħaddieħor hija esDan għax kull każ huwa in- senzjali. U għalhekk, minflok dividwali u differenti. Però, tbatu waħedkom, inħeġġuil-pandemija f ’dawn l-aħħar kom biex tersqu lejn Victim sentejn żgur li kellha impatt Support Malta għall-għaprominenti fuq din iż-żieda jnuna billi ċċemplulna fuq problematika. 21228333.
20
12.12.2021
KURA DIFFERENTI GĦAL KAŻI TA’ SAĦĦA MENTALI Illum il-ġurnata, bosta Maltin u Għawdxin qishom qed iħabbtu wiċċhom ma’ bosta problemi u sfidi tas-saħħa mentali. Minkejja dan kollu, mill-intervista li kelli mat-Tabib John Cachia, li għadu kemm irtira bl-età minn Kummissarju tasSaħħa Mentali, jirriżulta li minkejja dan kollu, in-numru ta’ pazjenti rikoverati fl-Isptar Monte Carmeli hu l-inqas wieħed li qatt kien hemm. Dan peress li s-servizz offrut f’dan il-qasam minn infermiera, tobba, ħaddiema soċjali u psikologi, qed jingħata minn kliniċi governattivi speċjalizzati f’lokalitajiet differenti u minn residenzi fil-komunità. Minn CHARLES B. SPITERI Dr Cachia, l-Isptar Monte Carmeli tlesta fl-1861. Qabel, il-pazjenti kienu jinżammu fis-Sacra Infermeria, u wara fl-Ospizju u f ’Villa Franconi, it-tnejn fil-Furjana. Dan ifisser li l-ġenn jew għeja mentali kienu minn dejjem? Proprju dak li qed tistaqsini hu prova ċara tal-qagħda tas-saħħa mentali fl-istorja tal-bniedem. L-għeja mentali kienet ukoll fi żminijiet eqdem minn hekk. Filfatt, ir-Rumani għandhom id-diċitura mens sana in corpore sano. Jiġifieri ma jistax ikollok ġisem b’saħħtu jekk m’għandekx moħħ b’saħħtu. L-idea tar-rabta flimkien bejn saħħa fiżika u saħħa mentali, żgur hi eqdem minn żmien ir-Rumani, għax il-bniedem hu magħmul mill-moħħ u l-ġisem. Bħalma jista’ jimrad il-moħħ, jista’ jimrad il-ġisem. Għalhekk naraw li minn dejjem kien hemm il-ħtieġa, li bniedem li għandu sfidi ta’ saħħa mentali, ikollu xi forma ta’ servizz. U dan hu li naraw storikament fid-diversi setturi u servizzi li kien joffri l-pajjiż, minn żmien il-Kavallieri sal-lum. Issa l-istorja qed tinbidel u nittamaw li bil-metodoloġija ta’ kif qed nieħdu ħsieb persuni li għandhom sfidi ta’ saħħa mentali, l-affarijiet jinbidlu b’mod radikali. Iżda l-każi qed jiżdiedu, għax f ’daqqa waħda sirna aktar konxji jew għax verament hawn iktar każi? Nemmen li wara li għamilna dawn l-aħħar 10 snin nitkellmu fuq l-isfidi ta’ saħħa mentali u wara li ġiet fis-seħħ il-liġi l-ġdida, fil-poplu Malti żidna ħafna l-għarfien lejn dawn l-isfidi. Iżda naħseb ukoll li t-tema prinċipali hi, li qed inħarsu
lejn sistema, sitwazzjoni u sfidi ta’ saħħa mentali. Iva, fil-fażijiet termina- jinbidlu tant, li l-persuna ma sfidi, li meta tħares lejhom li hemm ukoll dawn l-isfidi tibqax tagħraf data, ħin, perproporzjonalment naslu Jiġifieri d-dimensja wkoll mentali. Meta għandek dawk suna, u affarijiet oħra tkun viċin terz tal-popolazzjoni. taffettwa s-saħħa mentali? it-tip ta’ personalitajiet li waslet f ’dak l-istat. Niftakru Pereżempju, nafu li l-ansjetà tolqot numru sostanzjali ta’ nies u d-dipressjoni tolqot numru ieħor. Meta tibda tara n-numru ta’ nies fil-komunità li għandhom dawn il-problemi, 7% ansjetà u 8% dipressjoni u żżid magħhom id-dipendenza tad-droga; Issa l-istorja qed tinbidel u nittamaw li l-alkoħol u sustanzi oħrajn; bil-metodoloġija ta’ kif qed nieħdu ħsieb persuni in-nies li jbatu minn skiżofrenija; dawk li jbatu mid-dili għandhom sfidi ta’ saħħa mentali, mensja; dawk li għandhom l-ADHD u dawk li għandhom l-affarijiet jinbidlu b’mod radikali problemi ta’ personalità, kif tgħoddhom flimkien, malajr issib li 35% tal-popolazzjoni, xi darba missew jew kellhom
21
12.12.2021 li hemm spettru wiesa’ ta’ persuni li jbatu mill-ansjetà ansjetà għax wieħed għandu eżami hi sfida, iżda ansjetà li ma tħallikx torqod, tiekol u ma tagħmel xejn f ’ħajtek, ħlief tinkwieta fuqek innifsek, għandha bżonn attenzjoni professjonali. Mela x’qed ngħidu? Qed ngħidu li qed nittrattaw kundizzjoni trattabbli, iżda li l-kwalità u l-kwantità meta jingħaddu flimkien, jammontaw għal numri sostanzjali. Jissemmew Frankuni, il-Manikomju u l-Isptar Monte Carmeli. Huma l-istess, iżda għaliex inbidel l-isem u għaliex ħafna mill-isptarijiet tal-mard tal-moħħ mad-dinja kollha jisimhom Monte Carmeli? Ħafna drabi, il-problema prinċipali f ’dawk it-tip ta’ sitwazzjonijiet kienet, għadha u tibqa’ l-metodoloġija tal-kura u dak li kienet taf ix-xjenza dak iż-żmien u llum. Jiġifieri jekk tħares u ssegwi t-trattament tal-kura tal-mard tal-moħħ u nibdew mill-idea li l-persuna tinqafel, insibu li fl-1970 kellna 1,200 pazjent fl-isptar mentali tagħna, waqt li llum fadal ftit aktar minn 200. Mhux għax inbidlu daqshekk l-affarijiet, iżda għax żdied l-għarfien u l-mod kif inħarsu lejn l-affarijiet; żdiedu t-trattamenti u l-mediċini. Żdiedu l-kuri li mhumiex mediċina, bħall-psikoloġija, il-psikoterapija u l-counselling u żdied ukoll l-għarfien li mmorru kmieni għand it-tabib. Jiġifieri l-mard u l-isfidi qegħdin hemm, waqt li l-metodoloġija ta’ kif jiġu kkurati huma ħafna aħjar milli kienu qabel, u għalhekk il-piż u l-pressjoni fuq l-Isptar, biex joffri servizz, qed jinbidel. Kif qed jinbidel? Qed naraw li settur jinqasam f ’diversi taqsimiet. Qed naraw servizzi tat-tobba tal-familja, li komplew jieħdu kura ta’ persuni li għandhom ansjetà u dipressjoni u bil-mod il-mod jeħtieġ inwiżnuhom b’servizzi speċjalizzati. Bdejna għalhekk naraw servizzi fil-komunità mogħtija minn speċjalisti u minn teams speċjalizzati, ta’ psikjatri, nurses, psikologi u social workers li jaħdmu miċ-ċentri speċjalizzati fil-komunitajiet tagħna. Għandna bosta kliniċi mferrxin ma’ Malta u Għawdex, iżda neħtieġu iżjed, għax hemm lokalitajiet li għad m’għandhomx ċentri fil-ko-
jent jaf idum minn sitta sa tmien ġimgħat biex jistabbilizza s-sitwazzjoni. Iżda fadal familjari li ma jaċċettawx lill-pazjent lura d-dar?
Bil-mod il-mod il-popolazzjoni tal-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna fi sptar qed tonqos waqt li qed jiżdied is-servizz għall-persuni li għandhom dawn l-isfidi
munità li jagħtu dawn it-tip ta’ servizzi, li jistgħu joffru appoġġ, solliev u sostenn lill-familji u lit-tobba tal-familja fil-lokalità nnifisha. Dan ifisser li qed nimxu lejn servizz fil-komunità li jindirizza l-problema qabel ma din issir emerġenza. Irridu naraw li dawk li qabel kienu jiġu kkurati flIsptar, bil-mod il-mod qed jibdew jinħarġu għal servizzi fil-lokalitajiet u fir-residenzi. L-istess servizz jingħata lil persuni anzjani li kienu l-Isptar Monte Carmeli għal snin twal u li marru fid-djar tal-anzjani u ġew integrati fihom. Persuni oħrajn li ma kellhomx saqaf fuq rashom, instabilhom wieħed fil-komunità u mhux jiġu l-Isptar. Bil-mod il-mod il-popolazzjoni tal-persuni li għandhom bżonn l-għajnuna fi sptar qed tonqos waqt li qed jiżdied is-servizz għall-persuni li għandhom dawn l-isfidi. Hu minnu li fl-antik, anki min kien ikollu tarbija barra ż-żwieġ kien jinqafel fil-manikomju? Kien hemm stejjer tal-waħx, għal qagħdiet pjuttost differenti. Pereżempju jekk persuna ssib diffikultà biex tlissen il-kliem fit-taħdit, flok tingħata l-għajnuna meħtieġa, kienet issib ruħha fis-sitwazzjoni inkrepattiva li tinqafel f ’dawn ir-residenzi. Kellna wkoll każi ta’ nies li sfaw abbużati, u flok ma nqafel fil-ħabs min abbużahom, inqaflu huma. Jiġifieri f ’dawk il-każi kienu jinqaflu n-nisa? Hekk hu. Flok min abbuża jingħata l-kastig xieraq, kien hemm sitwazzjonijiet fejn persuni nqaflu għal raġunijiet frivoli u vessatorji. Illum bis-salvagwardji li hemm fil-Liġi tas-Saħħa Mentali, permezz tal-uffiċċju tal-Kummissarju, permezz
tal-eżaminazzjoni obbligatorja f ’dawn is-sitwazzjonijiet, dan mhux possibbli. Illum, tabib ma jistax jaqbad u jiffirma l-karti mingħajr ma jkun hemm iċ-check-ups meħtieġa. Illum jintbagħat psikjatra ieħor, li jinnominah il-Kummissarju, biex jaċċerta li dawn is-sitwazzjonijiet ma jiġrux. Fl-antik kienet tintuża xi tip ta’ tortura fl-Isptar? Naħseb li kien hemm. Fil-fatt, dan jirriżulta wkoll mill-azzjoni li ħa l-Kunsill tal-Ewropa lejn l-aħħar tas-snin 80, permezz tal-Konvenzjoni tiegħu għall-prevenzjoni tat-tortura li Malta rratifikat fl-1988. L-ewwel żjara li niftakar jien ta’ dan il-Kumitat tal-Kunsill tal-Ewropa f ’Malta, kienet fl-1990. Ladarba kien hemm il-ħtieġa ta’ Konvenzjoni u ladarba twaqqaf dan il-Kumitat tal-monitoraġġ, sinjal li fl-antik kienet titħaddem it-tortura. Taf kienet tmur lura sa minn żmien l-Inkwiżizzjoni? Terġa’, taf tmur aktar ’il bogħod minn hekk. Tinsiex li meta wieħed iħares lejn is-sitwazzjoni f ’pajjiżi mhux żviluppati u kif tkun mifhuma d-diżordni mentali, issib li din hi kwistjoni kulturali. Fl-antik, kien hemm min jemmen li min kellu l-epilessija, kellu problema bil-komunikazzjoni mal-allat. Kien hemm bosta ideat psikoloġiċi li kienu żbaljati, anki għax bit-testijiet moderni u bil-qafas modern tal-mediċina li jeżisti llum, nafu li hemm raġunijiet bijoloġiċi fil-moħħ. Hu minnu li fl-Isptar għad hemm mużew ta’ artifatti antiki marbutin mal-psikjatrija, fosthom straight-jackets, sodod magħluqin bil-wire u affarijiet oħra? Iva
u
jien
dejjem
ngħid
li bħalma hemm raġuni għaliex għandu jkun hemm il-mużewijiet li jfakkru l-olokawst, hekk għandu jkun hemm f ’Monte Carmeli, biex il-bniedem ma jinsiex il-passat tiegħu. B’hekk ikun jista’ jgħix il-futur aħjar. Jekk ninsew il-passat, għandna riskju li ntebbgħu l-futur tagħna. Irridu nkunu pożittivi u nifhmu li l-isfidi tas-saħħa mentali, partikolarment meta tintervjeni kmieni u tfittex l-għajnuna, hemm possibbiltà li l-bniedem jirkupra jew jikkontrolla s-sitwazzjoni u ma jiddeterjorax. Ġurnata ta’ pazjent fl-Isptar, kif tista’ tkun deskritta?
Illum hemm ħafna aktar għarfien, u l-familjari jafu li hemm appoġġ qawwi fil-komunità: hemm opportunitajiet ġodda. Hemm madwar 200 pazjent, li flok qegħdin l-Isptar, qegħdin id-dar, bis-sorveljanza tal-familja u ta’ teams professjonali ta’ infermiera fil-komunità, li b’telefonata, dawn jitkellmu mal-infermier konċernat, li jieħu ħsieb lill-pazjent, u jekk ikun hemm kriżi, il-pazjent jidħol l-isptar. Jiġifieri dawn it-tip ta’ sistemi llum naqqsu l-ħtieġa li l-pazjent irid joqgħod bilfors fi sptar. Hemm rata ta’ suwiċidju f ’Monte Carmeli? Jalla ma jkunx hemm. FlIsptar hemm is-salvagwardji kollha possibbli biex wieħed jipprova jevita dawn is-sitwazzjonijiet, iżda f ’Malta inġenerali n-numru ta’ suwiċidju hu ta’ bejn wieħed u ieħor, tlieta fix-xahar. Din hi l-medja li s’issa mxejna biha tul dawn l-aħħar 10 snin.
Preżentament, minbarra l-Covid, li sirna nwaħħlu Bħala Kummissarju kont fiha f ’kollox, x’qed iżid irnixtieq li tkun aħjar u tkun rata ta’ persuni b’nuqqas ta’ aktar varjata, fis-sens li saħħa mentali? jien nemmen li bis-sistemi l-ġodda, pazjent m’għandux Ċifra li tixxokkja lil ħafna għaliex jagħmel ħafna żmien hi li 80% tal-mard mentali jibda minn qabel ma n-nies fl-Isptar. jagħlqu l-25 sena. Ma jfissirx li dak li jiġrilek ta’ 23 sena se Fil-fatt kont se nistaqsik. jaffettwak immedjatament, Pazjent, xi kemm iqatta’ iżda bil-mod il-mod jaf jafjiem fl-Isptar? fettwak f ’ħajtek. Pereżempju nafu li kien Illum, bis-sistemi moderni, il-perjodu massimu ta’ os- hemm l-ibbuljar fl-iskejjel. servazzjoni mingħajr ordni Din hi waħda mill-aktar sitta’ trattament hu ta’ 10 ijiem. wazzjonijiet li twassal biex Malli jgħaddu dawn il-jiem, żgħażagħ għaddew minn difbit-trattamenti b’urġen- fikultajiet biex jitgħallmu. za eċċ., issir applikazzjoni Imbagħad hemm tfal li espelill-Kummissarju, jintbagħat rjenzaw żmien diffiċli, bħal psikjatra indipendenti u fejn ikun hemm swat, vjolenwieħed jara li tassew ikun za domestika, alkoħol, droga hemm il-bżonn li persuna fil-familja u separazzjonijitinżamm fl-Isptar. Jiġifieri et li jwasslu biex ma jkunx llum, mid-data u l-monito- hemm l-attenzjoni meħtieġa raġġ li jsiru, naraw li l-mas- fuqhom. Dawn kollha jwasssimu ta’ żmien li persuna lu għal sfidi ta’ saħħa mentqatta’ fl-Isptar, ma jkunx tali aktar tard fil-ħajja. aktar minn tliet xhur. Iżda Allura hemm ir-responsabl-maġġoranza assoluta biltà li nħarsu lejn it-tfal u tal-pazjenti ma jagħmlux ak- ż-żgħażagħ tagħna, il-benestar minn erba’ sa sitt ijiem, seri tagħhom, inżidulhom ilgħax illum nittrattaw il-fażi ħiliet li jkollhom, li jirreżistu akuta fiż-żmien fejn hemm u jaġixxu fid-diffikultajiet il-kriżi u bil-mod il-mod li jkollhom; dik li ngħidulha lill-bniedem nagħtuh l-għa- r-reżiljenza, biex kemm jista’ jkun dawn l-isfidi li jkunu jnuna biex joħroġ minnha. F’sitwazzjonijiet aktar għaddejjin minnhom, iħarsu profondi, bħal f ’każi ta’ dro- lejhom, jiffaċċjawhom u jirga u ta’ psikożi li tirkadi, paz- bħulhom.
22
12.12.2021
SARAH BUTTIGIEG
IL-MUDELLI M’GĦANDHOMX GĦALFEJN JIRRAPPREŻENTAW FANTASIJA
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li bdiet temmen fiha nnifisha wara li kienet tweġġa’ lilha nnifisha peress li kienet tbati minn problemi mentali. Qed nirreferi għal Sarah Buttigieg. Għandha 21 sena, minn Birkirkara, u bħalissa tinsab fl-aħħar sena tagħha l-Università ta’ Malta tistudja Baċellerat fil-Psikoloġija. Madanakollu, fil-ħin liberu tagħha tħobb tkun kreattiva u toħloq kontenut fuq il-midja soċjali li matul din l-aħħar sena u nofs dan il-passatemp inbidel f’karriera. Barra minn hekk, tieħu ħsieb proġett li għadha kemm bdietu riċentement li jismu Ħobblilekinnifsek. Meta kienet iżgħar, Sarah kienet tbati bi problemi mentali, tant li ġieli kienet tweġġa’ u tqatta’ lilha nnifisha. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Meta kont iżgħar speċjalment meta kont insofri minn problemi mentali, nista’ ngħid li kont f’età vera tenera u vulnerabbli. Peress li kont għaddejt minn ammont ta’ trawmi differenti fosthom li kont tlift in-nanna tiegħi, spiċċajt li ngħalaqt fija nnifsi. Iktar ma beda jgħaddi ż-żmien, il-ħajja iktar bdiet tiġi diffiċli u anke għaddejt minn każijiet ta’ bullying u b’hekk iktar u iktar moħħi beda jkun negattiv. Qattajt snin magħluqa f’kamarti ma nkellem lil ħadd, dejjem bix-xewqa li ser intemm kollox darba għal dejjem. Madankollu, ommi qatt ma qatgħet qalbha minni u dejjem baqgħet għajnejha fuqi għalkemm ma kontx nagħmilhielha faċli. Iktar ma għadda ż-żmien, bl-għajnuna t’ommi u ta’ counsellors u psikologi sibt it-triq tiegħi. Nemmen ħafna li bis-saħħa tagħhom, irnexxieli negħleb il-ħsibijiet negattivi li kelli u biddilt ukoll il-mod ta’ kif niżvoga l-frustrazzjonijiet. Issa nista’ ngħid li meta jkolli mumenti fejn inħossni ħażin, tgħallimt kif għandi naffaċċjahom. Hija xi ħaġa normali li jkollna mumenti fejn inħossuna mdejqa, imma għandna nitgħallmu kif niġbru lilna nfusna minn dik is-sitwazzjoni u nkomplu sejrin ’il quddiem,” saħqet miegħi. Għażlet li tistudja l-psikoloġija għax temmen li
din il-karriera ser tagħtiha sodisfazzjon kbir. Kif qaltli hija stess, mhux karriera faċli, imma taf żgur li kif hi bbenefikat mis-servizzi li jipprovdu fil-qasam tas-saħħa mentali, taf żgur li tkun tista’ tgħin lil ħaddieħor hija stess. Li wieħed imur għand professjonisti huwa investiment personali Eventwalment, maż-żmien bdiet temmen fiha nnifisha, tant li beda jinteressaha l-immudellar u ħadet sehem fil-konkors ta’ Miss Universe Malta. Mistoqsija kif tħajret u kif għamlet il-kuraġġ, Sarah weġbitni: “Meta kont ninsab fil-proċess li nibni lili nnifsi, kont mort nagħmel kors qasir tal-immudellar biex nibni iktar il-kunfidenza tiegħi. Minn dakinhar ’l hemm qegħdin nitkellmu fis-sena 2017, indunajt li veru nħobb il-moda. Iktar ma bdejt nagħmel ir-riċerka tiegħi, iktar bdejt
ninduna li r-raġuni li n-nies iħossuhom li mhumiex tajbin ħafna drabi tkun minħabba n-nuqqas ta’ rappreżentazzjoni f’din l-industrija u fuq il-midja soċjali. Fl-istess żmien kont isseħibt m’aġenzija tal-immudellar, imma sfortunatament ma sabulix xogħol f’dik is-sena li kont qiegħda magħhom. Iżda f’dik is-sena komplejt nibni lili nnifsi u nagħmel ir-riċerka. Kif spiċċa l-kuntratt, bdejt niffoka fuq il-midja soċjali u għalhekk bdejt noħloq kontenut għal hemm. Iżda ma kelli l-ebda ħjiel li l-kumpaniji kienu ser jibdew jaħdmu miegħi. Is-sena l-oħra kont ikkuntattjajt lil ta’ Piccinino u huma aċċettaw li jaħdmu miegħi u minn dakinhar ’l hemm komplejna nikkollaboraw. Sena wara tawni l-opportunità li nkun parti mill-fashion show tagħhom li ntweriet waqt il-konkors ta’ Miss Universe Malta. Ma nistax ngħid li ma kontx nervuża, imma
ħassejt li tul dawn is-snin, bnejt lili nnifsi b’mod li kont kapaċi nirċievi kull tip ta’ kritika,” stqarret miegħi Sarah. Ilkoll konxji, li fil-ħajja tallum, il-problemi emozzjonali qed jiżdiedu. B’hekk iddiskutejt ma’ Sarah, minn dak li għaddiet minnu, x’parir tagħti lil ħaddieħor għal azzjoni immedjata. “Mill-esperjenza tiegħi nista’ ngħid li meta kont f’post mudlam ma ħassejtx li hemm min jista’ jgħinni. Iżda kont veru żbaljata, il-professjonisti qegħdin hemm biex jiggwidawna u jagħtuna l-mezzi biex inkunu nafu kif għandna nieħdu ħsieb tagħna nfusna. Għalhekk m’għandniex għalfejn inħossuna imbarazzanti li ser immorru għand psikologa, pjuttost narah bħali investiment personali li ser jibqa’ miegħek għal għomrok.” Fil-fatt, Sarah filli kienet persuna li ma temminx fiha nnifisha sforz iċ-ċirkostanzi li għaddiet minnhom u filli
bdiet titgħallem tħobb lilha nnifisha. B’hekk magħha ddiskutejt liema fatturi ġabuha f’sensiha. “L-iktar ħaġa li ġabitni f’sensija hija ommi. It-tama tagħha fija qatt ma ntemmet, dejjem kienet issostni li għandi nqum mis-sodda u nibda l-ġurnata. Iktar ’il quddiem bis-saħħa tal-psikologi u l-counsellors tgħallimt l-importanza li għandi nevalwa kif qed inħossni u għaliex qed inħossni hekk. Xi kultant b’ħajja mgħaġġla minn waħda għal oħra ninsew li għandna bżonn nieqfu, nieħdu nifs u nifhmu lilna nfusna. Iktar ma bdejt nibni lili nnifsi iktar tgħallimt l-importanza li għandi bżonn inkun grata u nħobb lili nnifsi għaliex b’hekk inkun nista’ ngħin iktar lil ta’ madwari. Madankollu, nemmen li jekk kulħadd iħobb lilu nnifsu, ikun hawn inqas każijiet ta’ problemi mentali. Xi kultant meta ma nkunux kunfidenti fina nfusna, mingħajr
08.11.2020 12.12.2021
23
SKEDA ONE Ieqaf 20 Minuta ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30
ONE News Primetime Reboot Min Imissu Niftakru ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd: 5 in 1 Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved Taf X’qed Jgħidu? The Big Step Country Jamboree ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports
19:30 20:10 20:30 21:00 22:25 22:55 23:30
ERBGĦA & Temp 15-12 ONE News Primetime The Local Traveller Qerq Niftakru Reboot ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00
15:30 15:35 15:50 16:00 16:20 16:50 17:30 18:30 19:15 19:20
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30
ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News
06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:03 The Local Traveller
10:35 12:30 12:35 13:15 14:15 15:30 15:35 16:30
Dak Li Jgħodd ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu?! ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:33 23:30
Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30 11:25
11:55 12:30 12:35 13:15 15:30 15:35 16:30 17:00 17:45 19:20
Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Imqades l-istorja L-Argument One Sport & Temp
19:30 ONE News 19-12 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Diskors PM 21:15 Awla 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Awla
TLIETA 14-12
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
ĦAMIS 16-12
fini ta’ xejn nistgħu nimponu dawn l-ideat ta’ kif wieħed għandu jkun fuq ħaddieħor li jistgħu jikkawżaw problemi mentali.” Ġiet rikonoxxuta permezz tal-midja soċjali Ta’ min jgħid ukoll, li Sarah issostni li kien bis-saħħa tal-midja soċjali li ġiet rikonoxxuta u daħlet fid-dinja tal-immudellar. Kif tgħid hi stess, il-midja soċjali hija fiha nnifisha pjattaforma veru b’saħħitha. “Fil-bidu sibtha veru diffiċli biex insib min jaħdem miegħi u fil-verità qatt ma ħsibt li hija possibbli. Però, qatt ma qtajt qalbi u veru nemmen li jekk tixtieq tagħmel xi ħaġa m’għandekx għalfejn tistenna lil xi ħadd biex jagħtik l-opportunità, imma għandek taħdem għaliha int. Għalhekk, niftakar li kont bdejt billi nikkollabora ma’ fotografi differenti u kont nikkordina kollox jiena. Bis-saħħa ta’ dan, dejjem tejjibt il-mod ta’ kif nippjana u nikkordina dawn it-tip ta’ kollaborazzjonijiet u nista’ ngħid li llum kapaċi noffri servizz veru tajjeb bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva li kont nieħu.” Sarah temmen li sabiex persuna timmudella mhux bilfors irid ikollha figura perfetta. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Jiena nem-
men li l-mudelli m’għandhomx għalfejn jirrappreżentaw fantasija, xi ħaġa fittizja. Ħafna mir-ritratti li naraw dejjem ikunu mbabsin biex jidhru li huma ‘perfetti’, iżda din mhix ir-realtà. Kif ukoll ma naqbel assolutament xejn li biex xi ħadd jkun mudell għandu jiċħad lilu nnifsu milli jkun b’saħħtu u jagħmel dieti stretti. Nemmen ħafna li l-mudelli għandhom jirrappreżentaw lin-nies kollha, anke dawk li forsi ma tinteressahomx il-karriera ta’ mudell jew mudella. Fl-aħħar tal-ġurnata, il-maġġoranza tan-nies għandhom aċċess għall-midja soċjali u n-nuqqas tar-rappreżentazzjoni tista’ twassalna biex ma naċċettawx lilna nfusna u nispiċċaw f’post ikrah.” Fl-aħħar tal-intervista, Sarah ħalliet messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Messaġġ li dejjem inħobb naqsam huwa fuq l-importanza li għandna nħobbu lilna nfusna. Jiena nemmen bis-sħiħ li kulħadd għandu jħobb lilu nnifsu, kemm mentalment kif ukoll fiżikament. Meta xi ħadd iħobb lilu nnifsu, għalija jfisser li dejjem ser ikompli jaħdem biex itejjeb lilu nnifsu. Bidla pożittiva qatt ma tista’ tiġi minn sors negattiv. Għalhekk, aħdem fuqek innifsek għax tħobb lilek innifsek u mhux għal raġunijiet negattivi,” temmet tgħid Sarah.
TNEJN 13-12
15:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15 19:20
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
SIBT 18-12
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Sabiħa l-Ħajja
ĠIMGĦA 17-12
ĦADD
24
12.12.2021
reċensjoni tal-ktieb
DRAWWIET TAL-MILIED MALTIN Riesaq il-Milied, u arana nibdew: il-Bambin, sabiħ imdawwar bil-ġulbiena u l-ponsjetta. Il-presepju, u ż-żjarat biex naraw il-presepji antiki u oħrajn mekkaniċi, bil-pasturi tradizzjonali libsin il-kabozz u l-barjola. Imbagħad il-purċissjoni bil-Bambin, u wara l-quddiesa ta’ nofsillejl bil-prietka tal-Milied tat-tfal. Qabel il-quddiesa, nisimgħu lill-organista jdoqq il-pastorali. U mbagħad, sintendi, la naslu lura d-dar, insibu l-imbuljuta tistenniena. Qabadkom aptit tal-Milied? Tal-Milied tradizzjonali Malti? Għalhekk dal-Milied Trevor Żahra flimkien mal-Merlin Publishers ħejjielkom ktieb uniku, li jiġbor fih id-drawwiet, il-ħsejjes, it-togħmiet tal-Milied Malti. Drawwiet tal-Milied Maltin fih dan kollu, u ħafna iżjed, irrakkontat minn Carmel G. Cauchi, Jackie Mercieca, Fiona Vella, Joseph Vella Bondin, Alexander Vella Gregory u Trevor Żahra nnifsu. Kont taf, pereżempju, li x’aktarx li l-uniċi żewġ drawwiet tal-Milied li nistgħu forsi nsejħulhom Maltin, huma l-prietka tat-“tifel” fil-funzjoni ta’ lejlet il-Milied, u l-purċissjoni bil-Bambin organizzata mis-Soċjetà tal-Mużew. U kont taf li meta saret l-ewwel purċissjoni, is-soċji indunaw li lanqas kellhom Bambin adattat? Jew pereżempju li jidher li l-ewwel pantomina f’Malta tfaċċat fl-1894, meta fuq il-battleship HMS Ramilles inħadmet Beauty and the Beast. Dawn il-pantomini li kienu jinħadmu mis-servizzi Ingliżi, kienu jsiru bil-għan li joffru divertiment esklussiv għall-familji
tagħhom u ħbiebhom. F’ħafna każi, il-qligħ minn dawn ir-rappreżentazzjonijiet kien imur għal xi istituzzjoni tal-karità. Drawwiet tal-Milied Maltin mimli aneddoti kurjużi bħal dawn, dwar il-Milied Malti. Eżempju ieħor, ir-rakkont bellezza ta’ Jackie Mercieca dwar l-ikel tradizzjonali Malti marbut mal-Milied. Hekk naqraw li qabel ma daħlet il-moda li wara l-quddiesa ta’ nofsillejl, iservu l-English breakfast f’xi lukanda jew restorant, fl-antik biex ittaffi l-kesħa u l-ġuħ wara l-quddies, kienet popolarissima skutella imbuljuta sħuna. L-imbuljuta hija l-unika tradizzjoni Maltija li fadlilna fejn jidħol ikel marbut mal-Milied. Imbagħad hemm ukoll ħafna kurżitajiet, minn qwiel marbuta mal-Milied, għal ħlejqiet u leġġendi li jorbtu ma’ dan iż-żmien speċjali tas-sena. Ngħidu aħna bħall-Gawgaw: Ħażin għalih min jitwieled lejlet il-Milied f’nofsillejl għax kull sena, f’għeluq sninu, isir Gawgaw … jiġiferi Fantażmu, Ħares, Ruħ jew Fatat. Imma teżisti soluzzjoni biex wieħed ikun jista’ jevita din l-isfortuna. Hemm riċetta … iżda li mid-dehra xejn mhi faċli. Drawwiet tal-Milied Maltin huwa ktieb b’qoxra iebsa, kollu stampi bil-kulur u teżor ta’ drawwiet tal-Milied. Rigal perfett għal dan il-Milied, biex tkun qed tagħti togħma tal-Milied Malti tant għażiż għalina. Drawwiet tal-Milied Maltin jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online b’pustaġġ lokali b’xejn minn merlinpublishers.com
Mistoqsija: Meta tfaċċat l-ewwel pantomina f ’Malta? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb DRAWWIET TAL-MILIED MALTIN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 19 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb FISHES hija:
K. CAMILLERI - MOSTA
04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech dwar xiex spiċċa reġa’ bela’ kliemu?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
12.12.2021
“THE SUNSET STRIP KILLERS” Carol M. Bundy u Doug Clark Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Gina Marano u Cynthia Chandler
Doug Clark u Carol M. Bundy Carol M. Bundy u Doug Clark kienu qattiela tal-massa Amerikani. Wara li ġew mixlija b’diversi omiċidji, huma bdew jiġu msejħa bħala “The Sunset Strip Killers.” L-omiċidji wettquhom fl-1980 f’Los Angeles fl-Istati Uniti u l-vittmi tagħhom kienu prostituti u nisa li jkunu ħarbu mid-dar. Min kienu Carol M. Bundy u Doug Clark Carol M. Bundy twieldet fis-26 ta’ Awwissu tal-1942. Ma tantx hemm dettalji dwar it-tfulija tagħha ħlief li l-ġenituri tagħha kienu jħobbu l-qatra u b’hekk għaddiet minn diversi abbużi. Ommha mietet meta kienet għadha żgħira u missierha kien jabbużaha sesswalment. Hekk kif missierha reġa’ żżewweġ, hu tefa’ lil Bundy fis-sistema tal-fostering u spiċċat bdiet iddur minn dar għal oħra. Meta kellha biss 17-il sena, Bundy iżżewġet raġel li kellu 56 sena. Wara dan iż-żwieġ, Bundy iżżewġet darbtejn oħra fejn kellha żewġ subien mit-tielet żwieġ. Dan iż-żwieġ ma kienx wieħed feliċi hekk kif Bundy kienet vittma ta’ vjolenza domestika. Hekk kif ħarbet minn dan iż-żwieġ, Bundy bdiet tiltaqa’ bil-moħbi ma’ sid il-blokka ta’ fejn kienet qiegħda tgħix. Sid il-blokka, Jack Murray, kien jaħdem ukoll ftit sigħat bħala kantant tal-country. Murray kien miżżewweġ u Bundy pruvat tikkonvinċi lil martu biex titilqu iżda din tal-aħħar talbet lil żewġha biex ikeċċi lil Bundy mill-appartament tagħha. Minkejja dan, Bundy xorta baqgħet tiġri warajh u kien isibha kull fejn kien imur ikanta. Lejl minnhom, waqt li Bundy marret tara lil Murray ikanta, hi ltaqgħet ma’ Doug Clark. Din il-laqgħa seħħet fl-1980 meta Bundy kien għad kellha 37 sena u wara
li ltaqgħu ftit drabi, Clark mar jgħix magħha. Hekk kif bdew jgħixu flimkien, huma indunaw li kellhom fantasiji sesswali li riedu jwettquhom flimkien. Clark beda jġib il-prostituti d-dar u l-koppja kien ikollhom x’jaqsmu magħhom sesswalment. Il-fantasiji komplew jiggravaw hekk kif Clark wera interess f’waħda mill-ġirien, li kellha biss 11-il sena. Bundy, biex tikkuntenta lil Clark, irnexxielha tikkonvinċi lit-tfajla biex tippoża għal ritratti pornografiċi. Wara li qatgħetlu xewqtu, Clark beda jgħidilha kemm jixtieq joqtol mara waqt li jkollu x’jaqsam magħha sesswalment. Clark ipperswada lil Bundy biex tixtri żewġ pistoli ħalli din il-fantasija jkun jista’ jwettaqha. F’Ġunju tal1980, Clark mar id-dar u qal lil Bundy li kien iltaqa’ ma’ żewġ żgħażagħ, Gina Marano u Cynthia Chandler. Qalilha li ġabarhom minn Sunset Strip u ġagħalhom iwettqu atti sesswali fuqu. Waqt dawn l-atti, hu ħareġ il-pistola u tahom tir f’rashom. Wara ħadhom f’garaxx, stupra l-ġisem bla ħajja tagħhom u ħeles mill-katavri tagħhom ħdejn il-Ventura Freeway. Il-katavri nstabu l-għada mill-pulizija. Madwar ħmistax wara minn dawn iż-żewġ delitti, Clark qatel żewġ nisa oħrajn, Karen Jones u Exxie Wilson. Dawn kienu jaħdmu bħala prostituti u qatilhom bl-istess mod li qatel lil Marano u Chandler. Clark stedinhom jidħlu fil-karozza tiegħu, sparalhom u wara ħeles mill-katavri billi ħalliehom fejn kienu, mingħajr ma prova jaħbihom. Qabel telaq, Clark qata’ ras Wilson u ħadha miegħu d-dar. Bundy, kif rat ras Wilson, irtokkjata u ħalliet lil Clark iwettaq atti nekrofiliċi. Jumejn wara naddfuha, poġġewha f’kaxxa u ramewha fi sqaq.
Tlett ijiem wara dan l-att makabru, il-pulizija sabu vittma f’foresta, li kienet ilha mejta tliet ġimgħat. Marnette Comer kienet prostituta u wara sar magħruf li din kienet l-ewwel vittma ta’ Clark. Minkejja li Bundy kienet f’relazzjoni ma’ Clark, din xorta baqgħet tmur tara lil Murray ikanta. Darba minnhom, Bundy bdiet tgħidlu x’kienu qegħdin jagħmlu hi u Clark, u wara l-istqarrija tagħha, Murray qalilha li ma setax iwegħedha li mhux ħa jgħid lill-pulizija. Kien għalhekk li f’Awwissu tal-1980, Bundy qalet lil Murray biex imorru fil-vann tiegħu biex ikollhom x’jaqsmu sesswalment iżda l-għan tagħha kien li teħles minnu ħalli ma jikxifhomx mal-pulizija. Hekk kif Bundy u Murray daħlu fil-vann, Bundy sparatlu u qatgħetlu rasu. Hi ħalliet diversi traċċi ta’ evidenza warajha iżda ġiet arrestata wara li fetħet qalbha mal-kollegi tagħha ta’ x’kienu qegħdin jagħmlu hi u Clark. Il-kollegi ċemplu lill-pulizija u Bundy spiċċat biex ammettiet kollox. Waqt l-investigazzjoni, il-pulizija sabu l-armi tad-delitti fuq il-post tax-xogħol ta’ Clark.
Clark ipperswada lil Bundy biex tixtri żewġ pistoli ħalli din il-fantasija jkun jista’ jwettaqha
Karen Jones u Exxie Wilson
Il-ġuri Bundy ġiet mixlija b’żewġ omiċidji, dak ta’ Murray u omiċidju ta’ vittma mhux magħrufa hekk kif ammettiet ukoll li tat il-pistola lil Clark biex joqtolha. Min-naħa l-oħra, Clark ġie mixli b’sitt omiċidji u nstab ħati ta’ kollha. Hu weħel il-piena kapitali fl-1983 iżda għadu sal-ġurnata tal-lum il-ħabs jistenna li tingħatalu. Bundy weħlet 25 sena ħabs għall-qtil ta’ Murray u 27 sena għall-omiċidju tal-vittma mhux magħrufa. Hi mietet b’attakk tal-qalb fid-9 ta’ Diċembru tal-2003 fl-età ta’ 61 sena.
Doug Clark għadu l-ħabs jistenna li jingħata l-piena tal-mewt
26
12.12.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
12.12.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 411
V. CALLEJA - MSIDA
MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Ftit u tajjeb aħjar minn ħafna u ......... (5) 4. Kwiet (4) 7,9. Kulur (5)
Bi 3 NUMRI 208 237 325 362 402 439 534 568 622 644 664 719
731 772 850 895 B’4 NUMRI 0371 0709 1747 1989 2263 2422 2764
3133 3374 3452 3462 3699 3733 3939 4691 4843 5206 6029 6313 6331
6401 6480 7265 7266 7433 8642 9027 9066 9124 9141 9170 9319 9396
9708 B’5 NUMRI 00720 02073 03632 07468 08504 16823 17075 23224 30539 33440
37293 39322 42333 46534 59841 62612 69015 83710 93670 97216 B’6 NUMRI 054720
274315 360423 434406 496145 932639 B’7 NUMRI 1373933 1394001 3344433 7902709 9090506 9404109
WEQFIN: 1. Mhux tqila (6) 2,3. Sebħ (6) 3. Ara 2 5,16. Issibhom fil-knejjes (6) 6,11. Tkabbar
9. 10. 12. 16. 18,19. 8. 11. 12,17. 13,22.
Ara 7 19. Piż tqil (6) 20. Jgħaddi l-ilma minnha (6) 21. Ara 5 23. Iżżomm lanċa 24. wieqfa l-baħar (5) il-ħxejjex fiha (5) 14. Tpoġġi 15. s-sapuna fiha (9) 17. Ara 6 21. Self ? (5) Torbot il-vapur 22. mal-qiegħ (6)
Ara 18 Tajbin moqlija (5) Irranġalek (3) Biċċiet żgħar (4) Kunjom (5)
Xela (6) Kunjom (6) Ara 12 wieqfa Għandek l-għarfien (3) Ara 13
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Jibda, 4.Zarb, 7,21M. Ħbula, 9.Min, 10.Fardal, 12.Rabbit, 20.Tiġri, 23.Iżid, 24.Nċana
WEQFIN: 1.Jumejn, 2,18.Banda, 3,12W. Aħfru, 5.And, 6,22.Balani, 8.Barbaġann, 11,16.Banju, 13,19.Bdiltu, 14.Tlieta, 17,15.Jillumina, 21.Uri
28
12.12.2021
IL-KONSULTAZZJONI U D-DEĊIŻJONI Editorjal
Il-poplu se jerġa’ jara Gvern sinċier li, tista’ ma taqbilx miegħu, iżda jispjega dak li jemmen u jiddeċiedi dwaru. Minnaħa l-oħra, il-poplu ma jafx fejn qiegħed malOppożizzjoni, li tixxejjer bħal qasba fir-riħ
Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jerġa’ jagħżel li jilgħab illogħob partiġjan bi kwistjoni soċjali importanti. L-aħħar manuvri tiegħu biex iħarbat ilproċess Parlamentari marbut mal-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis reġgħu kixfu l-opportuniżmu u l-inkonsistenza politika tiegħu. Dwar l-għanijiet ta’ din illiġi issa rrappurtajna u ktibna kemm-il darba. Fil-verità huma għanijiet ċari ħafna. Għanijiet li jridu li l-pajjiż ma jibqax jistma ta’ kriminal lil min mhux. Iridu li min kellu l-kondotta mċappsa minħabba reat minuri, li llum mhux se jibqa’ reat, ikun jista’ jnaddaf ha. Iridu li min jagħmel din l-għażla personali, anke jekk mhux imħeġġeġ jagħmilha, ma jintbagħatx fid-dinja tal-kriminalità la qabel biex jixtri u lanqas wara bl-arrest. Fuq kollox hija liġi li tirrikonoxxi realtà u li twieġeb għaliha bl-iktar mod regolat u responsabbli. Min mhux qed jaġixxi b’res ponsabbiltà hu l-PN.
Id-diskussjoni dwar is-suġ ġett ilha għaddejja wkoll żmien mhux biss f’Malta, iżda anke f’pajjiżi oħrajn. Bħalissa anke l-Ġermanja u l-Lussemburgu mexjin f’din id-direzzjoni. Lokalment il-konsultazzjoni kienet ukoll waħda li ħadet iżżmien sakemm laħqet il-qofol tagħha meta f’Marzu li għadda ġiet ippubblikata white paper. Dan bil-għan li d-diskussjoni tilħaq l-ogħla livell u għal dik wieġbu mijiet li taw is-sotto missjonijiet tagħhom. Min qabel ma’ dak propost, min ried iktar u min ried inqas. Kien biss il-PN li ma qalilniex x’jaħseb! Saħansitra l-Kap tal-Oppożizzjoni wasal biex jgħid li ma kinitx ippubblikata white paper. Eventwalment dan il-Gvern ikkonferma d-direzzjoni li se jieħu. Għax wara l-konsultazz joni dejjem jasal il-mument tad-deċiżjoni. Kien ċar mill-bidu nett li l-Gvern għamel dan bl-għanijiet imsemmija dejjem f’moħħu. Mal-pubblikazzjoni tal-ab-
bozz ta’ liġi l-Kap tal-Oppożizzjoni ħareġ jiġri jgħid li l-Gvern ikkopja lilu u kulħadd ħaseb li se jivvota favur, sakemm siket u ma qal xejn iktar. Meta l-liġi waslet għall-vot kellu jieħu pożizzjoni u issa hu sigriet magħruf li din ħolqot rebus fil-PN sakemm il-Grupp Parlamentari ta’ Grech idde ċieda kontra u ħareġ jattakka liġi li, skont il-Kap stess, kienet ikkopjata minn fuqu. Fi ftit kliem kien każ ieħor ta’ ħawwadni ħa nifhmek. Rajna kif fid-dibattitu Parlamentari tkellmu mill-inqas deputati Nazzjonalisti u l-Kap tal-Oppożizzjoni lanqas biss ħa sehem. Fi stadju ta’ kumitat fejn isiru l-emendi, l-Oppo żizzjoni wkoll ma ressqitx emendi li qalet li se tagħmel. Fi kliem sempliċi, il-bidliet, li bl-iskuża tagħhom l-Oppożizzjoni trid tħarbat il-proċess Parlamentari, setgħet għamlithom f’dak il-kumitat … iżda m’għamlitx hekk! Issa l-proċess Parlamenta ri mmatura u se jkun imiss
il-vot finali ta’ nhar it-Tlieta li ġej. L-Oppożizzjoni trid tħarbat dan il-proċess ukoll bl-iskuża tan-nuqqas ta’ konsultazzjoni, avolja fil-konsultazzjoni ma kinitx hemm u fejn suppost tkellmet, tkellmet mill-inqas, wara li ħasbet li tista’ tevita li tieħu pożizzjoni fuq xi ħaġa daqstant sensittiva bħal din. Finalment spiċċajna b’Op pożizzjoni li taġixxi bħal xi ħadd li jrid biss jiskorja punti politiċi. Dik biċċa tagħha. Imma li hu żgur hu li l-Maltin u l-Għawdxin se jerġgħu jaraw Gvern sinċier li, tista’ ma taqbilx miegħu, iżda żgur jispjega dak li jemmen u jiddeċiedi dwaru. Min-naħa l-oħra bqaj na b’partit fl-Oppożizzjoni li hu inkonsistenti u li, bħal qasba tixxejjer mar-riħ, ma tkunx taf fejn qiegħed miegħu. Il-liġi dwar l-użu responsab bli tal-kannabis se tirregola bis-serjetà kwistjoni sensitti va … hi wkoll okkażjoni oħra li turina kif lil Bernard Grech ma tistax tafdah imexxi riformi importanti.