KullĦadd_13.03.2022

Page 1

Ħarġa Nru 1,496

IL-PJAN TA’ “FAMILJA WAĦDA”

Prezz €1

Il-programm elettorali mniedi mill-Partit Laburista nhar il-Ġimgħa filgħaxija għandu l-għan li jagħmel minn Malta pajjiż isbaħ b’opportunitajiet għal kul­ ħadd. F’indirizz b’saħħtu u b’viżjoni għall-ġejjieni, il-Prim Mi­nistru u Mexxej Laburista Robert Abela ddeskriva dan il-pjan għall-ħames snin li ġejjin bħala wieħed li jagħmel minn ġensna familja waħda fejn tirrenja l-għaqda. Bl-approvazzjoni unanima fil-Konferenza Ġenerali Laburista f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, il-Belt Valletta, Dr Abela qal li b’dan il-programm elettorali se jitfassal pajjiż isbaħ, pajjiż ta’ opportunitajiet indaqs u fuq kollox pajjiż li joffri kwalità ta’ ħajja aħjar. Tkompli f’paġni 16 u 17

F’292 paġna u 1,000 proposta, il-manifest elettorali “Malta Flimkien” iressaq pjan serju bbażat fuq ideat innovattivi u fattibbli li nibtu mill-proċess tal-aħħar snin fl-okkażjoni taċ-ċentinarju mit-twelid tal-Partit Laburista … fost l-aktar kliem komuni li wieħed isib fil-manifest hemm “titjib”, “żgħażagħ”, “ambjent” u “pensjonanti”

Rapport f’paġna 7

Rapport f’paġna 11 Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Il-Ħadd, 13 ta’ Marzu, 2022

IMWEGĦDIN PROBLEMI “FERM ITWAL” MILL-ARRIVA


02

13.03.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 13°C L-Inqas Temperatura: 8°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja fuq il-Lvant tal-Ewropa li testendi lejn il-Libja ftit qed tiċċaqlaq It-Temp: Imsaħħab bix-xita li jsir imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mix-Xlokk il-Lvant li jsir moderat għal ftit qawwi Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Moderat li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx min-Nofsinhar It-Temperatura tal-Baħar: 15°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

17°C UV 2

12°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

16°C UV 5

11°C

Il-Ġimgħa

17°C UV 1

11°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

17°C UV 3

11°C

17°C UV 6

10°C

16°C UV 3

9°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 Brown’s Pharmacy, Retail Outlet, Level 0, 135, Central Business Centre, Spinola Bay, San Ġiljan – 21333886 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta, – 21417593 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

13.03.2022

S&P ISOSTNU L-AĦJAR RATING S’ISSA LIL MALTA S&P Global Ratings ikkonfermaw ir-rating ta’ “A-” bi prospetti stabbli għal pajjiżna. Dan jibqa’ l-aqwa livell li din l-agenzija qatt tat lil Malta fl-aħħar 10 snin u r-raġuni ewlenija tal-esperti tagħha li ħadu din id-deċizjoni kienet li skonthom kien hemm “teħid ta’ deċiżjonijiet effettivi fuq livell nazzjonali u dak Ewropew” li wassal biex tiġi priservata l-kapaċità produttiva ta’ Malta, waqt li nżamm piż moderat fid-dejn nazzjonali. Ir-rapport ta’ S&P Global Ratings jindika li t-tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna kien b’saħħtu ħafna u nnota kif l-investment żdied bi 19%. L-esperti barranin jelenkaw, fost raġunijiet wara dan is-suċċess, il-programm nazzjonali ta’ vaċċinazzjoni kif ukoll l-assistenza fiskali qawwija tal-Gvern. Għaż-żmien li ġej, ir-rapport ta’ Standard & Poor’s ibassar li l-pjan ta’ rkupru u reżiljenza jista’ jwassal għal tkabbir ta’ 0.8% tal-ġid nazzjonali ta’ pajjiżna. Fir-rigward tal-pjan tal-Financial Action Task Force (FATF), l-esperti internazzjonali jgħidu li “l-progress

sinifikanti tal-awtoritajiet fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-FATF jista’ jwassal għat-tneħħija ta’ Malta minn fuq il-lista (l-griża) fi żmien qasir.” Waqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista għadha ssostni li ntilef il-kontroll fuq il-finanzi tal-Gvern, l-esperti ta’ S&P ibassru li, sal2025, id-defiċit nazzjonali se jkun naqas S&P ibassru li għal 1%. Dan ikun ifisser livell baxx ta’ d-defiċit se jonqos defiċit li qatt ma ġie osservat taħt amgħal 1%, rata li qatt ministrazzjonijiet ma ġiet osservata Nazzjonalisti. Bl-istess mod S&P taħt il-PN Global Ratings qed ibassru li, diġà mis-sena d-dieħla, il-piż tad-dejn nazzjonali se jkun naqas taħt is-60%. Dan ir-rapport pożittiv jikkonferma l-għaqal tat-tmexxija ekonomika u fiskali tal-Gvern, immexxi minn Dr Robert Abela, u jindika futur sabiħ għall-ekonomija ta’ pajjiżna.


04

13.03.2022

IL-MARA PRIJORITÀ GĦALL-PL

MAT-TNAQQIS FIT-TAXXA FERM AKTAR BENEFIĊĊJI LABURISTI GĦAN-NEGOZJI M’hemmx dubju li fil-manifest La- jaħdmu għal rashom u għan-negozji Pajjiżna se joffri ekosistema burista l-proposta ewlenija relatata fis-setturi kollha. Dan se jkun game ideali għal negozji ġodda u amman-negozju hi t-tnaqqis fir-rata changer għal ħafna negozji ġodda ministrazzjoni ġdida mmexxija tat-taxxa fuq id-dħul minn 35% għal u investimenti diretti barranin mill-Partit Laburista se tfassal qafas 25% fuq l-ewwel €250,000 profitt. f’setturi emerġenti li bħalissa qed legali speċifikament għal start-ups. Dan ifisser li n-negozji se jiffrankaw isibuha diffiċli biex jiftħu kont. Se jiġi introdott strument finanzsa €25,000 fis-sena. Dr Abela wiegħed ukoll li Gvern jarju mingħajr taxxa biex jitwaqqaf Madankollu, din hi biss waħ- Laburista ġdid se jwaqqaf Credit Re- fond ta’ private equity li mbagħad da minn ħafna proposti oħrajn, view Office li jaġixxi bħala arbitru jipprovdi kapital għal negozji ġodda li, meħudin flimkien, jammontaw bejn il-banek kummerċjali u l-kli- lokali u negozji żgħar jew ta’ daqs għal pakkett qawwi ta’ miżuri favur jenti tagħhom kummerċjali dwar medju. in-negozji u wieħed mill-elementi applikazzjonijiet għal self. F’każ ta’ Se jkun hemm għajnuna permezz ewlenin ta’ dan il-pakkett hu li jip- lment, dan l-uffiċċju se jagħmel ta’ inċentivi fiskali ġodda u seed prova jtejjeb l-aċċess għall-finanzi. ir-rakkomandaz­zjonijiet tiegħu funding biex ikollna aktar intraMill-bidu tal-kampanja, il-Prim għall-kunsiderazzjoni tal-banek, prendituri nisa. Dan minbarra startMinistru Robert Abela indika li, biex up visa għal intraprendituri ġodda ikompli jikber l-investiment, biex jinvestu f’Malta. amministrazzjoni ġdida LaIl-manifest jagħti wkoll priburista se tintroduċi għadd ta’ jorità lill-industrija sostenibskemi t’appoġġ. bli. Amministrazzjoni ġdida Eżempju wieħed hu għotja se toffri energy audit b’xejn lil Għadd ta’ miżuri għan-negozji finanzjarja ġdida lill-kumpaniazjendi żgħar u assistenza fiji biex tkopri 30% tal-investi- mill-PL: għotjiet favur investimenti nanzjarja biex jitwettqu r-rakment li jagħmlu f’kapital fiss ta’ dawn akbar, rifużjonijiet tat-taxxa, inqas komandazzjonijiet biex ikabbru l-operazzjonijiet l-audits. Dawk l-intrapriżi li jisburokrazija, one-stop-shop, eċċ sodisfaw l-istandards ambjentagħhom. L-għotja titla’ għal 40% jekk l-investiment isir fltali akkreditati internazzjonaloqsma tal-enerġija, diġitali, ambment se jirċievu wkoll krediti ta’ jentali, soċjali, edukattivi, u proċessi l-istess kif jagħmel l-Arbitru għas- taxxa. rinnovabbli kif ukoll kwalunkwe in- Servizzi Finanzjarji fir-rigward ta’ Kumpaniji li joħolqu green jobs vestiment f’Għawdex. kwistjonijiet mal-persuni. se jingħataw tax credit li jammonPermezz ta’ skema ġdida oħra, Amministrazzjoni ġdida ta għal massimu ta’ 75% tal-ispejjeż in-negozji li jerġgħu jinvestu l-prof- tissimplifi­ka wkoll il-proċessi biex tal-pagi fl-ewwel sena, 50% fit-tieni itti fl-operazzjonijiet tagħhom jew in-negozji ma jkollhomx għalfejn sena u 25% fit-tielet sena. U peress f’negozji ġodda jirċievu rifużjoni jissottomettu l-istess dokumen- li pajjiżna jeħtieġ aktar ħaddiema sħiħa tat-taxxa mħallsa fuq dak l-in- tazzjoni diversi drabi ma’ entitajiet mħarrġa għall-ekonomija ekoloġivestiment. regolatorji differenti. Il-proċeduri ka, il-Partit Laburista qed jipproponi Linja ewlenija oħra ta’ miżuri hija ta’ due diligence fil-futur se jkunu għajnuna biex tkopri l-ispiża totali dik relatata mat-titjib tal-ease of ċentralizzati għall-entitajiet koll- tat-taħriġ tal-ħaddiema biex ikolldoing business. Hekk kif il-Labour ha tal-Gvern. Dan filwaqt li l-Gvern hom il-ħiliet meħtieġa. introduċa d-dritt għal kont ban- se jwaqqaf one-stop shop li joffri Dan huwa biss ftit minn dak li jinkarju bażiku għall-persuni, issa se l-għaj­nuna kollha disponibbli għal kludi l-manifest Laburista għan-nejestendi dan id-dritt għal dawk li start-ups taħt saqaf wieħed. gozji.

Filwaqt li se jkompli jwieżen iċ-child­care b’xejn, l-inċe­ ntivi fiskali u t-tapering tal-benefiċċji soċjali, Gvern ġdid Laburista se jintroduċi numru ta’ miżuri u inċentivi oħrajn li jaġevolaw diret­ tament lill-mara fis-soċjetà. Fil-ġimgħa li ġie mfakkar il-Jum Internazzjonali tan-Nisa, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Ro­bert Abela ħabbar li, jekk jerġa’ jingħata l-appoġġ tal-poplu, se jagħti rifużjoni ta’ 30% tal-paga lil dawk li jimpjegaw magħ­ hom nisa ta’ ’l fuq minn 40 sena u li kienu inattivi fis-suq tax-xogħol. Il-miżura se tkun mifruxa fuq med­da ta’ tliet snin u toffri sa massimu ta’ €6,000 f’kull każ. Minbarra hekk, kum­paniji li jħaddmu aktar minn 50 ħad­diem u jkollhom 40% tat-tmexxija eżekuttiva tagħhom nisa, jingħataw tax credit sa massimu ta’ €50,000. Mil-lat ta’ saħħa, il-Partit Labu­rista qed jipproponi li jnaqqas l-età tal-iscreening għall-kanċer tas-sider għal dawk ta’ 45 sena. Ma’ dan, il-pillola kontr­ aċettiva (contraceptive pill) u l-morning after pill se jibdew jitqassmu b’xejn mill-ispiżeriji u miċ-ċentri tas-saħħa. Bl-istess mod, l-intrauterine contraceptive device (IUD) se jibda jiġi offrut b’xejn ukoll lin-nisa kol­ lha bħala parti mis-servizz tas-saħħa. Fl-istorja ta’ suċċess tiegħu fl-eman­ċipazzjoni tal-mara, il-Partit Laburista qed jipp­ roponi wkoll l-inqas rata ta’ taxxa possibbli fuq prodotti relatati mal-mestrwazzjoni, li huma bżonn, mhux kapriċċ. Għaldaqstant, Gvern ġdid Labu­ris­ta se jniżżel ir-rata tal-VAT fuq dawn il-prod­otti għall-inqas permessibbli, skont il-liġijiet Ewropej. Prodotti rela­tati wkoll se jitqas­smu b’xejn fl-iskejjel biex tinqe­red l-istigma ass­ oċjata ma’ tali proċess natu­ rali.


05

13.03.2022

MAL-€1,900 IŻJED FIL-BUT TAL-PENSJONANTI Fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja elettorali, Dr Robert Abela wiegħed li jekk jerġa’ jiġi kkonfermat bħala Prim Ministru, Gvern Laburista se jagħti żieda fil-pensjoni ta’ €15 fil-ġimgħa minbarra żieda aktar ġeneruża tal-Cost Of Living Adjustment (COLA), waqt li l-pensjonanti kollha jkollhom il-mediċini b’xejn u r-romol jieħdu l-pensjoni sħiħa. Għalhekk, sa tmiem il-leġiżlatura li jmiss, pensjonant medju se jkun qed jaqla’ €780 aktar kull sena. Bil-mediċini b’xejn, huwa kkalkulat li, bħala medja, pensjonant jiffranka madwar €300 oħra fis-sena. Ma’ dan, Gvern ġdid Laburista se jwessa’ l-eliġib­ bil­tà għall-benefiċċju tal-enerġija billi l-means test jiż­died b’€2,500 fis-sena, li jfisser li ħafna pen­s­jo­ nan­ti jkunu jistgħu japplikaw għaliha. Dan ifisser li pensjonanti jieħdu sa €150 skont fuq il-kontijiet tal-elettriku, sa €124 skont fuq il-kirjiet tal-metres u sa €40 rifużjoni fuq il-gass. Flimkien dawn jammontaw għal €314 addizzjonali fil-bwiet tal-pensjonanti. Dan hu daqskemm ħaddiem fuq il-paga medja se jieħu mit-tnaqqis fl-Income Tax. Minbarra dan il-benefiċċju, għal dawk li għandhom ’il fuq minn 75 sena u li għadhom jgħixu fi djarhom, l-għotja se tiżdied b’€200 oħra. L-anzjani fuq is-supplimentari se jingħataw ukoll internet b’xejn, li jfisser l-iffrankar ta’ €300 fis-sena. Bejn iż-żieda fil-pensjoni, mediċini b’xejn, bene­ fiċċju tal-enerġija, l-għotja lill-anzjani u l-internet b’xejn ifissru mal-€1,900 aktar fil-bwiet tal-pensjo­ nanti meta mqabbel mas-sitwazzjoni tal-lum. U għar-romol iż-żieda se tkun ta’ aktar minn €2,600. Dan huwa l-aħjar pakkett ta’ sostenn li qatt kien mogħti lill-pensjonanti fl-istorja ta’ pajjiżna.

L-aħjar pakkett ta’ sostenn lill-pensjonanti fl-istorja ta’ pajjiżna


06

13.03.2022

Il-mexxejja tal-partiti kollha waqt id-dibattitu fl-Università

ABELA POŻITTIV, GRECH DIFENSIV Analiżi tal-interventi tal-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni fl-ewwel dibattitu bejniethom Id-dibattitu fl-Università ta’ Malta nhar il-Ħamis kien mistenni, bħal f’kull kampanja elettorali lejlet elezzjoni ġenerali, iżda aktar minn hekk, għax kien l-ew­wel wieħed fejn ilPrim Ministru Robert Abela u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech iffaċċjaw lil xulxin. F’dan il-konfront, li wkoll ra s-sehem tal-mexxejja tal-partiti l-oħrajn Carmel Cacopardo (ADPD), Ivan Grech Mintoff (ABBA) u Paul Salomone (Partit Popolari), il-Mexxej Laburista kien mill-aktar pożittiv dwar il-viżjoni tiegħu għall-ħames snin li ġejjin. Min-naħa l-oħra, Grech kien spiss difensiv għall-mani­fest elettorali mimli żbalji tiegħu, għalkemm tilifha iżjed drabi wkoll u beda jinterrompi meta ma kienx ħinu biex jitkellem. Sa mill-bidu nett, il-Prim Ministru Ro­bert Abela ntlaqa’ tajjeb mill-istudenti preżenti u b’inqas formalità mis-soltu u xorta wera livell ferm ogħla minn Grech, tant li wkoll żamm kalm għall-provokaz­zjonijiet kostanti tiegħu.

B’mod kalm u kunfidenti, Dr Abe- l-manifest Nazzjonalista, anke jekk qla, bl-istudenti ma jiddejqux juru la baqa’ bl-istess andament tul id-di- hawn ukoll naqas milli jgħid għal l-approvazzjoni jew in-nuqqas t’apbattitu. B’tonalità soda ppreżenta liema verżjoni kien qed jirreferi. provazzjoni tagħhom għal dak li l-argu­menti validi tiegħu u li jafIpprova wkoll gimmick li splodiet kien qed jintqal, b’ċapċip u kant ta’ fettwaw il-ħajja tal-faxex kollha f’wiċċu meta beda jxejjer dak li qal li “Viva l-Labour” jew ibbuwjar meta tas-soċje­tà, u kien pront jirribatti hu ċ-ċertifikat li ħallas it-taxxa, bil- ma qablux. għall-attakki ta’ Grech li kien qed Prim Ministru jkun pront iwieġbu li Fil-parti l-kbira kien il-Prim jipprova jisraq ix-xena. dokument bħal dak jingħata lil min Minis­tru li ntwera l-aktar apLil hinn minn dan, il-Prim provazzjoni mill-istudenti Ministru rnexxielu jwassal preżenti, bil-Kap tal-Oppożizzmessaġġ ta’ tama favur futur joni li laqqat l-aktar ibbuwjar. aħjar bil-proposti li qed iressaq F’mument minnhom, l-udjenza il-Partit Laburista, inkluż meta wriet l-approvazzjoni għal intkellem dwar il-pjani ambizzjużi tervent ta’ Carmel Caccopardo Il-Kap tal-PN jieħu l-marki għall-ambjent u kemm se tkun dwar l-abort. Ta’ min jinnota qed tiswa kull proposta. massimi biss għall-atteġġjament wkoll li l-kummenti kollha li Bil-maqlub, il-Kap tal-Op­­po­ bdew jinkitbu fuq il-paġna ta’ aggressiv fid-dibattitu żizzjoni ma tantx impres­sjona, Facebook tal-Malta University avolja l-ħin kollu kien qed jipDebating Union, fejn ixxandar prova jilgħabha tal-cool. Waqt li ikun evada t-taxxa. live id-dibattitu, kienu wkoll notevożamm mal-kantaliena, li issa ilna Bla dubju, Grech deher ta’ dak li li. nisimgħu waqt il-kampanja eletto- fil-fatt hu, prinċipjant fil-politika, u Ta’ min ifaħħar ukoll il-mod li bih rali, spikkaw l-attakki personali fuq wera nuqqas ta’ maturità fl-argu- mexxiet id-dibattitu Yasmine Elil-Prim Ministru. menti dgħajfa li ġab. Jekk għandu lul, studenta Universitarja fil-kors Minbarra hekk, meta ġie biex jingħata l-marki massimi hu biss tal-liġi, li minkejja li kellha biċċa iwieġeb dwar l-ispejjeż tal-miżu- għall-atteġġjament aggressiv tiegħu xogħol iebsa biex tikkontrolla l-ħin ri li qed jipproponi hu, naqas milli fid-dibattitu. tal-kelliema, uriet serjetà u imparzjwieġeb u kompla bid-diska mġenġKif inhu mistenni, l-atmosfera jalità mal-mexxejja kollha kull ħin, la li l-Partit Laburista qed jikkopja tad-dibattitu kienet waħda mqan- ovvjament kif kien jixraq.

PJAN TA’ RIĠENERAZZJONI MAL-PAJJIŻ KOLLU Il-proposta, li beda l-kampanja biha l-Partit Laburista, involviet l-allokazzjoni ta’ €700 miljun fi proġetti ambjentali. Dan il-pjan hu intiż li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-familji billi jċaqlaq l-enfasi minn fuq l-investiment infrastrutturali u ekonomiku lejn wieħed ambjentali. Madankollu, hemm żoni fil-pajjiż li ma bbenefikawx biżżejjed mit-tkabbir ekonomiku, jew li kellhom bid­liet demografiċi sinifikanti maż-żmien, u għaldaqstant il-PL qed jara li wasal iż-żmien biex l-isfidi ta’ dawn il-lokalitajiet partikolari jiġu indirizzati b’mod ġdid u innovattiv. Dan hu eżattament dak li qed jiġi propost bil-pjan ta’ riġenerazzjoni fil-manifest Laburista. Fl-ewwel sena tal-leġiżlatura ġdida se jsir studju soċjo-ekonomiku biex jintgħażlu l-ewwel żoni li jgawdu minn dan il-pjan, filwaqt li l-Gvern

ikun qed jagħmel assessjar fil-fond ta’ lokalitajiet oħrajn, anke biex jiżgura li l-lista ta’ postijiet tiżdied skont il-ħtieġa. Jekk tiġi implimentata din il-proposta, għall-ewwel darba Gvern Malti se jkun qed imexxi politika reġjonali diretta fuq żewġ linji partikolari. Għal dawk il-lokalitajiet fejn l-attività kummerċjali naqset fl-importanza, hekk kif l-istruttura ekonomika nbidlet, l-enfasi se tkun prinċipalment fuq li jiġu attirati negozji ġodda. Għal oħrajn fejn kien hemm bidla demografika konsiderevoli, l-enfasi se tkun fuq li dawn iż-żoni jibbenefikaw minn tisbiħ u jsiru aktar kapaċi jilqgħu l-bżonnijiet il-ġodda tal-popolazzjoni tagħhom. L-ewwel innovazzjoni tal-pjan se tkun li l-għotja speċjali lil dawk il-first time buyers li jixtru

f’UCA jew proprjetajiet battala se tkun ta’ €30,000 bħalma hi f’Għawdex. It-tieni innovazzjoni hi li bħalma se jiġri f’Għawdex, negozji stabbiliti u oħrajn ġodda li jimpjegaw ħad­diema ġodda fil-lokalitajiet identifikati jingħataw għajnuna f’forma ta’ ħlas li jkopri sa 30% tal-ispiża fuq il-pagi ta’ dawn l-impjegati sa massimu ta’ €6,000 għal kull ħaddiem. Negozji ġodda fiż-żoni koperti mill-pjan se jingħataw għotja ta’ €15,000. Negozji eżistenti li jirrinnovaw il-bini tagħhom se jkunu jistgħu japplikaw għal rifużjoni ta’ 50% tal-ispejjeż tagħhom sa €15,000. Flimkien, is-somma allokata għal dawn il-miżuri se tkun ta’ €65 miljun. Fl-istess ħin, se jkun prijorità fil-baġit ta’ €700 miljun li proġetti ambjentali f’dawn l-lokalitajiet u f’Għawdex jitlestew l-ewwel.


07

13.03.2022

MALTA FLIMKIEN: ĠID NAZZJONALI F’1,000 PROPOSTA L-aktar kliem komuni li jinstabu fil-programm elettorali tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali 2022: Aktar/Aħjar/Titjib (601)

Tfal/Żgħażagħ (147)

Ambjent/Sostenibilità (118)

Dawn huma biss ftit mill-proposti fil-programm elettorali għal Malta aħjar u għal futur sabiħ:

€700 miljun fi spazji ġodda miftuħa u ħodor L-akbar tnaqqis fit-taxxi għall-familji L-ewwel tnaqqis fit-taxxa fuq in-negozji Il-garanzija għat-tfal u ż-żieda taċ-Children’s Allowance Żieda sostanzjali fil-pensjonijiet u mediċini b’xejn Sostenn ulterjuri lill-first time buyers Appoġġ lill-familji bi tfal li jkomplu jistudjaw u għall-istudenti Aċċess aħjar għall-IVF, kontraċettivi u prodotti mestrwali Titjib kontinwu fil-governanza, riformi u drittijiet ġodda Riġenerazzjoni ekonomika madwar Malta u sostenn akbar għal Għawdex

Ħarsa analitika lejn il-prog­ramm elettorali tal-Partit Laburista, imsej­ jaħ “Malta Flimkien”, hemm ħafna x’wieħed jomgħod, apparti l-kważi 100 proposta li l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela diġà għamel pubb­li­ċi fl-ewwel tliet ġimgħat tal-kampanja. Il-programm ta’ 292 paġna, b’1,000 proposta maqsumin f’20 kapitlu, mhux biss jixhed iżjed is-serjetà fuq il-manifest ta’ kafkaf li ppubblika l-Partit Nazzjonalista fl-ewwel 100 siegħa u diġà biddlu mal-ħames darbiet, iżda jagħmel ukoll proposti innovattivi li jixirqu lil pajjiż modern b’aspirazzjonijiet li jkompli jiżviluppa u jtejjeb l-għajxien ta’ ġensu. Fl-aħħar jiem u ġimgħat, qabel il-manifest ġie approvat nhar il-Ġimgħa mill-Konferenza Ġenerali tal-PL f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, tħabbru l-ewwel proposti, li jkopru mill-aqwa investiment ambjentali li qatt ġie mħabbar, qtugħ qawwi fil-piżijiet u żidiet sinifikanti fil-benefiċċji, appoġġ qawwi lit-tfal u ż-żgħażagħ u strateġija ċara kif pajjiżna jista’ jwettaq b’suċċess il-qalba diġitali u t-trasformazzjoni ambjentali. Lil hinn mill-proposti nfushom, il-manifest tal-Partit Laburista huwa ddominat minn erba’ temi, li mill-bidu sat-tmiem jissemmew kważi elf darba. Dawn it-temi jagħmlu ċari d-direzzjoni u l-viż­joni tal-Partit Laburista. Dan hu l-pjan dettal­jat ta’ azzjoni ta’ moviment li jaf fejn irid jieħu lin-nazzjon u, wara li bena l-pedament tal-avvanz ekonomiku u soċjali, issa qed jieħu lil Malta u Għawdex lejn prosperità ġdida. Bil-pjan Laburista, pajjiżna se jkompli jinvesti fl-infrastruttura u l-edukazzjoni, imma fl-istess ħin se jkun qed jalloka ammont qawwi ta’ fondi

Anzjani/Pensjonanti (101)

ħalli l-ambjent fiż-żoni urbani u l-irħula tagħna jitjieb. Il-manifest Laburista jiffoka fuq miżuri biex żoni f’pajjiżna li s’issa ma gawdewx biżżejjed mill-iżvilupp ekonomiku u soċjali jiġu ġġenerati mill-ġdid. Permezz ta’ inċentivi ġodda, Gvern ġdid Laburista se jkun qiegħed iwassal għal bidliet fil-kultura biex pajjiżna jkompli jimxi ’l quddiem. Se tiddaħħal garanzija għat-tfal wara s-suċ­ ċess tal-garanzija għaż-żgħażagħ biex pajjiżna jkompli jsir aktar ugwali. Il-familji u n-negozji se jingħataw spinta ġdida ħalli l-iżvilupp ekonomiku ma jixxekkilx, waqt li se jsir l-investiment meħtieġ biex isiru d-dekarbonizzazzjoni u d-diġitalizzazzjoni ta’ pajjiżna. L-innovazzjonijiet fil-politika soċjali, bil-għan li l-ak­­k­o­modazzjoni tkun iżjed affordabbli, se jis­saħ­ħu, speċjalment b’inċentivi ġodda, bħallgħotja ġdi­da għal dawk li se jixtru l-ewwel residenza tagħ­hom. Anke fl-edukazzjoni, hemm sensiela ta’ rifor­ mi proposti, fost l-oħrajn, permezz ta’ sostenn qawwi lill-familji minn meta jsostnu l-edukazzjoni ekstrakurrikulari ta’ wliedhom sa meta jaslu għall-edukazzjoni Postsekondarja u dik Terzjarja tagħhom. Waqt li jħares lejn il-futur b’pożittività u aspirazzjoni kbira, dan il-moviment Laburista xorta se jibqa’ rikonoxxenti lejn dawk li ppermettew li jseħħ il-miraklu ta’ pajjiżna. Fil-fatt, il-programm elettorali Laburista joff­ri pakkett ta’ sostenn kbir lill-anzjani u lillpensjo­nanti tagħna, b’pensjoni sħiħa għar-romol, me­diċini b’xejn għall-pensjonanti, żieda qawwija fil-pensjoni, aċċess aħjar għall-energy benefit u għotjiet aqwa.


08

13.03.2022

IL-PN LEST IŻID IL-PIŻ BUROKRATIKU U BOLLA ĠDIDA GĦAN-NEGOZJI Ftit jiem wara li l-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ħabbar li, għall-ewwel darba, ir-rata tal-corporate tax se tkun qed titnaqqas mir-rata attwali ta’ 35%, ilKap Nazzjonalista u tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ħareġ bil-proposta tiegħu. Waqt li qal li dak li qed jipproponi l-Partit Laburista ma jistax isir, Grech qal li t-tnaqqis tiegħu, li fuq il-karta jidher id-doppju ta’ dak li ppropona Dr Abela, jista’ jitwettaq. Fil-verità, numru ta’ esperti, li tkellmu ma’ din il-gazzetta, innotaw li dak li qed jipproponi l-PN ma tantx fih ward u żahar, speċjalment għax dan it-tnaqqis hu marbut bil-kundizzjoni li kumpanija trid tkun iċċertifikata fuq il-kriterji ambjentali, soċjali u tal-governanza (ESG). Issa jekk ir-rappurtaġġ finanzjarju attwali hu meqjus bħala għadma iebsa għal ħafna negozji, iċ-ċertifikazzjoni ESG hi ferm aktar diffiċli u tirrikjedi riżorsi akbar. “Mhux qed nitkellmu biss li jkollok kontijiet finanzjarji awditjati … (negozji) se jkollhom bżonn assessjar ambjentali tal-operat tagħhom, minbarra li jkunu jridu jistabbilixxu skemi varji ta’ governanza, speċjalment fejn tidħol trasparenza ta’ operat u kwistjonijiet ta’ kif jitmexxew materji ta’ riżorsi umani,” saħqu l-esperti magħna. Dawn ukoll poġġew fid-dubju kif il-PN qed jistenna li l-kumpaniji Maltin jiksbu ċertifikazzjoni ESG meta fil-bqija tal-Unjoni Ewropea dan qed ikun rikjest biss minn ditti li jħaddmu mill-inqas 250 persuna jew b’fatturat ta’ €40 miljun jew aktar. Oħrajn qed jindikaw li t-tnaqqis fittaxxa se jiġi offrut biss fuq id-dħul li jinżamm fil-kumpanija nnifisha u b’hekk jillimita b’mod sinifikanti lis-sidien tan-negozji, b’mod partikolari dawk b’ditti li joperaw fi gruppi ta’ kumpaniji. Minbarra hekk, l-esperti nnotaw parti oħra tal-manifest Nazzjonalista, fejn fit-taqsima bit-titlu “Pensjonijiet Adegwati”, jingħad li Gvern tal-PN iwaqqaf fond pensjonistiku mas-settur privat biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tal-pensjonijiet. Kif ġie indikat ukoll f’konferenza stampa din il-ġimgħa mill-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri u l-kandidat Laburista Jonathan Attard, din il-proposta għandha ħafna simili għal dik l-infami tat-tieni pilastru li tant kien iħobb iqajjem il-PN immexxi minn Simon Busuttil sal2017. Din il-proposta kienet li l-ħaddiema u d-ditti kellhom iħallsu bolla addizzjonali, minbarra l-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali, u li eventwalment ġiet ikkritikata, kif jixraq, bħala piż fuq id-dħul tal-ħaddiema.

PL: Bil-bidla fir-rata tat-taxxa, se tiffranka €5,000. PN: Id-ditta tipprova tikseb ċertifikazzjoni ESG, li tiswa €10,000. Imbagħad trid tħallas il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni ta’ €4,000. Jekk iċ-ċertifikat hu pożittiv, jiffrankaw €10,000 fit-taxxa, iżda xorta jispiċċaw €4,000 agħar meta mqabbla mal-lum. Jekk iċ-ċertifikat ikun negattiv, il-kumpanija tispiċċa €14,000 minn taħt fl-infanzja tagħha. Meħud kont tal-eżempji, hemm ċer­tez­za ta’ inqas piż ta’ taxxa bil-proposti Laburisti. Min-naħa l-oħra, li qed jiggarantixxu żgur il-proposti Nazzjonalisti huma iżjed burokrazija u bolla ġdida … wara forsi jkun hemm xi tnaqqis fit-taxxa, għalkemm xorta mhux daqs dak offrut mill-PL. Proposta li ilha fis-seħħ erba’ snin

Dr Grech, iżda, jaħseb li sab is-soluzzjoni politika, għax mhux qed jitlob lill-ħaddiema jħallsu bolla addizzjonali. Minflok se jitlob li dan isir mill-kumpaniji u biex dan ikun fattibbli materjalment, wieħed ikollu bżonn mill-inqas kontribuzzjoni ta’ madwar 8% sa 10% tas-salarji ta’ kumpanija. Għalhekk, waqt li b’id waħda l-PN qed jipproponi li, għal xi kumpaniji, titnaqqas ir-rata tat-taxxa korporattiva, bl-id l-oħra qed iġiegħel lil kull kumpanija biex tikkontribwixxi għas-sostenibilità tal-pensjonijiet. Minbarra hekk, lanqas biss hu ċert kemm jista’ jsir it-tnaqqis fit-taxxa għax se tkun sfida kbira biex negozju jiġi ċċertifikat fuq il-kriterji ESG. Anke għal dawk li jirnexxilhom jiġu ċċertifikati, il-piż ta’ bolla ġdida mistenni jogħtor lin-negozji li għadhom ħerġin minn pandemija. Bħal dejjem il-PN ma jagħti xejn b’xejn, anzi jieħu ferm aktar milli jagħti. Stqarrija tal-PL nhar it-Tlieta qalet li “mal-PN dejjem hemm l-IMMA. Iwiegħdek bit-terms and conditions. Mal-Partit Laburista taf fejn qiegħed. Żieda fil-pensjonijiet mingħajr piżijiet ġodda u tnaqqis fil-corporate tax minn 35% għal 25% għal kulħadd.” Ħejjejna ftit eżempji reali ta’ negozji u kif jitqabblu l-miżuri li jolqtuhom proposti miż-żewġ partiti:

se tiswiehom mill-inqas €10,000, minbarra spiża biex inaqqsu l-konsum tal-enerġija u l-ħela ta’ ikel fir-restoranti tagħha. Jekk tirnexxi, il-lukanda tiffranka €50,000 f’taxxa. Jekk il-PN, imbagħad, jimponi kontribuzzjoni ta’ 8% għall-fond tal-pensjoni, il-lukanda jkollha toħroġ €25,600 żejda u allura tispiċċa b’€14,400 biss aħjar minn bħalissa u xorta mhux tajjeb biżżejjed daqs jew aħjar mill-proposta tal-PL. Jekk ma jirnexxilhiex tikseb ċertifikazzjoni ESG, tispiċċa €35,600 agħar minn issa. Kumpanija li timmanifattura l-għamara u timpjega 10 ħaddiema, bi profitt annwali ta’ €150,000 PL: Bil-bidla fir-rata tat-taxxa, din il-kumpanija se tiffranka €15,000. PN: Id-ditta se jkollha tipprova tikseb ċertifikazzjoni ESG, li tkun diffiċli ħafna minħabba n-natura tax-xogħol – tista’ tinvolvi anke li jkollha tieqaf tuża ċerti materjali u tinvesti f’makkinarju ġdid. Mingħajr ma nqisu dawn l-ispejjeż ġodda, il-proċess tal-ESG se jiswa €10,000 u jekk iċ-ċertifikazzjoni sseħħ, il-kumpanija tikseb tnaqqis fittaxxa ta’ €30,000. Meta jingħadd ukoll il-ħlas ta’ madwar €12,000 oħra f’kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, il-kumpanija se tkun €8,000 aħjar mil-lum. Xorta agħar mill-proposta tal-PL u jekk iċ-ċertifikat ma jkunx pożittiv, il-kumpanija tispiċċa titlef €22,000 mill-qagħda tal-lum.

Lukanda żgħira b’20 full-timer u li tagħmel profitt ta’ €250,000 PL: Bil-bidla fir-rata tat-taxxa, din il-lukanda se tiffranka €25,000. Start-up tal-IT li timpjega żewġ PN: Il-lukanda b’xi mod ikoll- programmaturi u tagħmel profitt ha tikseb ċertifikazzjoni ESG. Din ta’ €50,000

Sadanittant, b’reazzjoni għall-proposta tal-Partit Laburista biex kumpaniji jkollhom aċċess għal kont bankarju bażiku, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech flaħħar jiem ftaħar li din hi kopja ta’ proposta tal-manifest tiegħu. Fil-verità, iżda, il-proposta fil-manifest Nazzjonalista, li kien qed jirreferi għaliha, jiġifieri numru 368, fil-fatt tgħid li: “Nassiguraw li kull persuna legalment residenti f’Malta jkollha d-dritt li tiftaħ u topera kont bankarju bis-servizzi bażiċi ta’ depożitu, ħlasijiet elettroniċi u l-użu ta’ ATM.” Issa dan id-dritt ilu li ġie introdott legalment f’pajjiżna minn Diċembru tal-2018, anke minħabba li teżisti direttiva Ewropea, il-Payments Accounts Directive. Jiġifieri tant kemm il-Kap Nazzjonalista u “l-esperti” tiegħu ma jifhmu xejn li dak li qed jipproponu hi xi ħaġa li bilfors diġà ssir f’pajjiż membru tal-Unjoni Ewropea. Stqarrija maħruġa fl-2018 mill-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) ħabbret li “Konformi mal-Payment Accounts Regulations, attwati bl-Avviż Legali 411 tal-2016, l-Awtorità qed tassigura li dan id-dritt jitgawda mill-persuni kollha legalment residenti f’Malta jew xi stat ieħor membru tal-UE u qed tinsisti li tikseb din il-mira.” (“In line with the Payment Accounts Regulations, enacted through Legal Notice 411 of 2016, the Malta Financial Services Authority (MFSA) is ensuring that this right is enjoyed by all persons legally resident in Malta or another EU Member State and is striving to achieve this objective.”) Mhux talli f’dan il-kont tista’ tagħmel depożitu, ħlasijiet elettroniċi u tagħmel użu minn ATM, kif iridu tal-PN, talli ilu erba’ snin joffri debit card internazzjonali, direct debits mal-UE kollha u pagamenti online. Għaldaqstant, ifisser li l-manifest tal-PN mhux talli jwiegħed xi ħaġa li diġà teżisti, imma qed iwiegħed kont b’inqas servizzi minn dawk tal-lum. Episodju ieħor bħala evidenza tal-faqar ta’ dan il-manifest u tannuqqas ta’ involviment ta’ esperti finanzjarji fit-tfassil tiegħu.


09

13.03.2022

VERŻJONI OĦRA ĠDIDA TAL-MANIFEST TAL-PN Frażi magħrufa sew hi li, fis-settur tal-Metaverse, l-unika ħaġa kostanti hi l-bidla. L-istess jista’ jingħad fuq il-manifest tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali tas-26 ta’ Marzu, li għaliha inzerta wkoll qed jipproponi ġejjieni għallpajjiż f’dan in-netwerk ta’ dinja virtwali 3D. Wara li kienu diġà ħarġu mill-inqas erba’ jew ħames verżjonijiet differenti, il-PN żamm il-ma­ ni­fest tiegħu l-istess wara l-25 ta’ Frar fil-5:00 p.m. Dan, bla dubju, minħabba li l-Partit Laburista kien kixef il-fatt kif il-programm elettorali Nazzjonalista kien qed jinbidel kontinwament. Fl-ewwel jiem tal-kampanja, Bernard Grech ftaħar li l-Partit tiegħu ma stampax il-manifest u li, minflok, tella’ verżjoni online. L-argumenti li ġab kienu biex tiġi ffrankata l-karta (jew aħjar l-ispejjeż) u li jkun eħfef għal xi ħadd anke biex, fl-iqsar ħin possibbli, ifittex xi ħaġa dwar suġġetti partikolari. Minkejja dan, illum nafu li l-unika ħaġa li din id-deċiżjoni ffaċilitat kien il-mod kif jinqabdu l-iżbalji ħoxnin u ripetuti li fih, xi ħaġa li ħadd f’sensih ma jistenna li jkunu f’xi dokument ta’ din il-portata, aktar u aktar meta kull ċittadin irid jiġġudika fuqu. L-esponenti Nazzjonalisti, inkluż il-Kap innif­ su, ta’ kuljum qed jitqanżħu biex jipprovaw jiġ­ ġustifikaw u jiddefendu dan it-taħwid, li fil-ve­ rità qatt ħadd ma ra bħalu f’xi elezzjoni ġene­rali preċedenti. Jipprovaw ukoll jimminimizzaw l-iż­ balji billi jgħidu li “f’dinja li qed tinbidel ta’ kuljum, ma jimpurtax li l-manifest jinbidel”. Madankollu, issa jirriżulta li nhar it-Tne-

jn 7 ta’ Marzu f’11:58, il-PN reġa’ ħareġ verżjoni oħra tal-manifest tiegħu. Dan hu kkonfermat mid-dettalji tad-dokument (PDF) stess li ttella’ fuq is-sit uffiċjali Nazzjonalista. Jidher li l-istrateġisti tal-PN kienu qed jaħdmu ħafna fuq din il-verżjoni l-ġdida, għax ħolqu l-PDF fit-2 ta’ Marzu fis-13:11 u damu sas-7 ta’ Marzu biex ħarġuh. Wara ħamest ijiem, ħarġu verżjoni ġdida! Il-manifest il-ġdid għandu 204 paġni u 559 proposta. Fir-realtà, hemm 560 proposta peress li nsew jagħtu numru lill-proposta li tinsab bejn il-proposta 498 u 499 f’paġna 191. Għalkemm, biex inkunu preċiżi, irid jingħad ukoll li fit-taqsima tal-governanza hemm erba’ proposti li bi żball ġew ripetuti darbtejn. Il-verżjoni preċedenti tal-manifest kellha 202 paġni, filwaqt li verżjonijiet preċedenti kellhom 200 paġna għad-dritt. Fil-bidu kien hemm 544 proposta jew 16-il proposta inqas mill-verżjoni preżenti. Ħafna minn dawn huma kopji tal-proposti mħabbrin mill-Prim Ministru Robert Abela, biex b’hekk il-PN ikun jista’ jsostni l-qlajja’ tiegħu li l-Partit Laburista qed jikkopja l-proposti tiegħu, anke jekk ma jitwemmen minn ħadd. Irid jiġi nnotat li statistikament ġew inklużi tliet proposti ġodda kull jumejn, mindu ħarġet l-ewwel verżjoni tal-manifest tal-PN. B’din ir-rata sa lejlet l-elezzjoni ġenerali u allura l-jum tas-silenzju, li jiġi l-Ġimgħa 25 ta’ Marzu, il-manifest ta’ Bernard Grech se jkollu 600 proposta mifruxin fuq 508 paġni. Daqstant wieħed jista’ jafda fuqu jew jagħtih xi ftit kredibbiltà!

It-Tnejn ħarġet verżjoni ġdida li kienet ilha ħamest ijiem li nħolqot


10

13.03.2022

ĊENTRI TAL-VOTAZZJONI APPOSTA GĦALL-COVID-19 Il-Kummissjoni Elettorali qed tħejji ċentri apposta tal-votazzjoni mifruxin mal-pajjiż għal persuni li se jkunu pożittivi bil-COVID-19 u/jew fi kwarantina. Iċ-ċentri – fil-parkeġġ ta’ Smart City fil-Kalkara u tal-MCAST f’Raħal Ġdid, f’Ħal Far, f’Ta’ Qali (ħdejn Meridiana), f’Pembroke u fil-korsa tażżwiemel, f’Ta’ Xħajma, fix-Xewkija – se jkollhom kaxxi tal-votazzjoni mħallta biex fihom jintefgħu poloz tal-votazzjoni ta’ distretti elettorali differenti. Parkeġġ Bl-approvazzjoni mill-awtoritajiet tas-saħħa, dawn il-postijiet se jaraw li jkun hemm il-prekawzjonijiet kollha meħtieġa, waqt li l-persuni li se jilqgħu lil dawk bil-Covid jew fi kwarantina se jkunu attrezzati b’kull apparat protettiv. Dawk il-persuni kollha li, bejn it12 ta’ Marzu u l-25 ta’ Marzu 2022 jinstabu pożittivi għall-COVID-19 jew ikunu fi kwarantina manda-

torja, ikunu jistgħu jeżerċitaw iddritt tal-vot tagħhom biss f’wieħed minn dawn iċ-ċentri speċjali, skont kif jiġi avżat u mhux fil-post tal-votazzjoni indikat fuq id-Dokument tal-Vot. Votanti li jagħżlu li jibbenefikaw minn ħruġ kmieni mill-kwarantina xorta waħda se jkunu jistgħu jivvotaw biss fiċ-ċentri mwaqqfa għal tal-apposta. Persuni li jkunu fuq il-lista maħruġa mis-Supretendent tas-

Saħħa Pubblika mit-12 ta’ Marzu, u jixtiequ jivvotaw ġimgħa qabel iljum stabbilit għall-votazzjoni, jistgħu japplikaw biex jivvotaw kmieni nhar is-Sibt li ġej, 19 ta’ Marzu 2022. Dan jista’ jsir billi jagħmlu dikjarazzjoni lill-Kummissjoni Elettorali permezz ta’ email fuq covid-19.electoral@gov.mt. It-terminu legali biex issir din id-dikjarazzjoni jagħlaq f’nofsinhar tal-Ġimgħa, 18 ta’ Marzu, 2022. Min ġej Malta minn barra biex

jivvota għandu jiżgura li jagħmel l-arranġamenti meħtieġa fiż-żmien opportun u ma jħallix għall-aħħar ħin biex jivvjaġġa, kemm biex jilħaq jiġbor id-dokument tal-vot tiegħu sad-data stabbilita, kif ukoll biex issir il-komunikazzjoni meħtieġa mal-awtoritajiet tas-saħħa dwar il-perjodu ta’ kwarantina li jkun meħtieġ, li tibda tapplika mal-wasla tagħhom f’Malta. Min ma jkunx laħaq ġabar id-dokument tal-vot sa nofsillejl talĦamis, 24 ta’ Marzu 2022, jew ikun qed ibati mill-COVID-19 inkella jkun fi kwarantina mandatorja u ma jkunx iddaħħal fil-lista tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ma jkunx jista’ jivvota. Aktar informazzjoni dwar dawn l-arranġamenti tista’ tinkiseb fuq in-numru tat-telefown 22261010 bejn it-8.00 p.m. u s-2.00 p.m. jew it-3.00 p.m. u t-8.00 p.m. kuljum sas-26 ta’ Marzu 2022. Persuna tista’ wkoll tibgħat il-mistoqsijiet permezz ta’ email fuq covid-19.electoral@gov.mt sas-26 ta’ Marzu 2022.


11

13.03.2022

Impressjoni artistika tat-“tramm” ippreżentata mill-PN u li pajjiżi oħrajn skartaw għal raġunijiet varji

Il-proposta ewlenija tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, dik ta’ “trackless tram” bħala mezz ta’ trasport tal-massa, twassal għal problemi akbar fil-pajjiż minn dawk li kienu ħolqu permezz tal-bendy buses meta introduċew is-servizz tal-karozzi tal-linja mill-kumpanija Arriva. Riċerka żgħira tixhed li teżisti biss kumpanija waħda fid-dinja, CRRC Zhuzhou Institute Co. Ltd, li għal dawn l-aħħar erba’ snin ipproduċiet dawn il-vetturi deskritti bħala crossover bejn tal-linja u tramm. Iżjed minn hekk, jirriżulta li l-uniku mudell talAutonomous Rail Rapid Transit (ART) żviluppat mill-kumpanija Ċiniża hu twil 32 metru jew madwar 10 metri itwal mill-bendy buses li kienu jeħlu fit-toroq Maltin. Skont il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech innifsu, din it-“trackless tram” se tkun tista’ tgħaddi minn toroq arterjali u dawk distributorji permezz ta’ korsiji riservati, iżda fil-verità jirriżulta li din teħtieġ kareġġjata ta’ kważi erba’ metri għaliha u mill-inqas 15-il metru biex iddur mal-kantunieri. Rapporti ta’ esperti f’pajjiżi, bħall-Awstralja, li kienu qed jikkunsidraw tali sistema ta’ trasport, ukoll warrbu l-proposta, avolja l-infrastruttura tat-toroq tagħhom hi ferm akbar minn dik f’pajjiżna.

IWIEGĦDU PROBLEMI “ITWAL” MILL-ARRIVA! F’riċerka, li saret is-sena li għaddi- akkar fi problemi oħrajn li l-aħħar Gvern et mill-Australasian Railway Associa- Nazzjonalista kien ħoloq meta vvinta tion, jingħad ċar u tond li t-teknoloġija sistema ta’ karreġġjati esklussivi għalltat-“trackless tram” saħansitra għadha karozzi tal-linja u eventwalment kellu lanqas biss ġiet ittestjata jinbidel l-iskop tagħhom f’kundizzjonijiet ta’ toroq billi jsiru wkoll aċċessibbli fejn trid tivvjaġġa fl-istgħal vetturi oħrajn jekk ess ħin ma’ vetturi oħrajn, mhux eliminati għalkollox bħalma hu l-każ ta’ pajjiżf’xi nħawi. na (“This technology is not Problemi oħrajn li nnoyet proven in mixed road taw l-esper­ti barranin jinIt-teknoloġija conditions”). l-fatt li t-“trackless mhix ittestjata kludu Waħda mill-akbar probtram” mhix eskluża milli lemi wkoll li ġew innota- f’kundizzjonijiet teħel fit-traffiku, u allura ti hi li t-“trackless tram” mhux veru li hi xi mezz fejn tivvjaġġa teħtieġ tarmak aktar veloċi ta’ vjaġġar, waqt li ma’ vetturi b’saħħtu biex tivvjaġġa għandha kapaċità ta’ 170 fuqu, differenti minn dak passiġġier u mhux it-307 oħrajn, bħal li normalment jintuża fil-każ ta’ Malta kif il-kumpanija tirreklafil-bini tat-toroq. ma. Għaldaqstant il-“korsiji Minkejja dan, il-PN qed riservati”, li semma l-Kap tal-Oppożizz- jipprova jbigħ il-proposta tiegħu billi joni, iridu jinbnew mill-ġdid kull fejn jgħid li, mqabbla ma’ sistema ta’ metro jistgħu jsiru. F’dan ir-rigward, ta’ min if- li ġiet studjata mill-Gvern Laburista per-

mezz ta’ rapport minn esperti barranin, it-“trackless tram” tiegħu tiġi bi frazzjoni tal-ispiża u bl-inqas inkonvenjenza. Kwistjoni oħra, li naffret investimenti f’vetturi simili, kienet li dawn ma jistgħux jinxtraw b’tender kompetittiv, ladarba hi biss il-kumpanija msemmija li tipproduċihom bir-riskji kollha li dan awtomatikament iġib miegħu. F’konferenza tal-aħbarijiet dwar issuġġett ilbieraħ, id-Deputat Nazzjonalista Toni Bezzina ma weġibx u weħel meta mistoqsi minn ONE News dwar it-tramm li qed iwiegħed il-PN. Mistoqsi jekk din hix l-istess waħda li ġiet skartata minn pajjiżi oħrajn, inkluż fl-Awstralja, il-Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għat-Trasport, ma lissinx kelma waħda. Minkejja l-insistenza tal-ġurnalist Colin Deguara, Bezzina baqa’ ma tax dettalji dwar il-kumpanija li tipproduċi tali vetturi, anke jekk fl-istess konferenza stampa ġie żvelat li hu l-moħħ wara l-istess proposta.


12

13.03.2022

TIM KOMPETENTI U KREDIBBLI Il-Partit Laburista għandu 69 kandi­ dat li se jikkontestaw l-Elezzjoni Ġe­ ne­rali tas-26 ta’ Marzu li ġej, mif­ruxin fuq 13-il distrett elettorali. B’kollox, dawn jagħmlu 122 nomi­nazzjoni, minħabba li hemm kandidati li se jikkontestaw fuq aktar minn distrett wieħed, tant li 53 kandidat se jkunu qed jikkontestaw żewġ distretti. L-għadd ta’ kandidati tal-Partit Laburista għal din l-elezz­joni hu kważi l-istess bħall-Elezzjoni Ġene­rali 2017. Waqt li lbieraħ ippreżenta lill-kandidati kollha tiegħu, il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela ddeskriva dan it-tim bħala wieħed kompetenti u kredibbli. “Kif urejna fl-aħħar snin u sa mill-bidu ta’ din il-kampanja elettorali, għandna pjan b’saħħtu għal pajjiżna. Fiduċjuż ukoll għax għandna tim kompetenti u kredibbli, li jinsab lest li bil-fiduċja tal-poplu dan il-pjan jagħmlu realtà.” Dr Abela saħaq li l-elettorat għandu għażla ċara ħafna quddiemu, dik bejn il-futur u l-passat. Dak li qed joffri l-PL bil-manifest elettorali tiegħu mibni fuq il-bżonn li ntejbu l-kwalità tal-ħajja u li fih hemm 1,000 proposta għal futur isbaħ. Jew inkella l-passat, bl-istess ħsieb ta’ qabel l-2013. “Raġuni għaliex dan it-tim jistħoqqlu l-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi hi li t-tim ta’ kandidati Laburisti huwa wieħed magħqud li joffri ċertezza u stabbiltà f’mument fejn madwar id-dinja qed tirrenja l-inċertezza u l-instabbiltà. Tim ta’ persuni li ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja u li qed jingħaqdu flimkien għal għan wieħed: il-futur ta’ pajjiżna,” spjega l-Prim Ministru filwaqt li għamel stedina lill-poplu biex jingħaqad ukoll għal dan il-għan.

“Għandna pjan sod, li bdejna nis­ pje­gawh mill-ewwel jum u issa lest għall-approvazzjoni tal-elet­­torat. B’wiċċi minn quddiem insostni li qed noffru għażla b’saħħitha lill-poplu Malti u Għawdxi. Kemm f’dak li hu ideat kif ukoll f’min se jħaddem dawk l-ideat. Id-differenza qed tidher fuq kull livell. Għal futur isbaħ mibni fuq tliet prijoritajiet: Malta isbaħ; kwalità ta’ ħajja aħjar; u opportunitajiet għal kulħadd,” temm jgħid Dr Abela. Meta wieħed iqabbel in-nomini kollha li daħlu għand il-Kummissjoni Elettorali, isib li b’kollox daħlu 304 nominazzjonijiet: 122 f’isem il-Partit Laburista; 108 f’isem il-Partit Nazzjo­ nalista; 28 minn ABBA; 20 mill-ADPD; 15 mill-Partit Popolari; 4 minn Volt Malta u hemm 11-il nominazzjoni ta’ kandidati indipendenti. Meta wieħed iħares lejn id-distretti bl-akbar ammont ta’ kandidati miżżewġ naħat hemm it-Tmien u l-Għa­ xar Distretti – it-tnejn li huma bi 28 kandidat. L-inqas se jkun it-Tlettax-il Distrett, bi 17-il kandidat. Bħala kandidatura f’isem il-PL, l-aktar distrett li fuqu ħerġin kandidati hu t-Tielet b’14-il kandidat. Minbarra hekk, il-PL għandu 23% tal-kandidati nisa, bl-iktar numru ta’ kandidati nisa (4) li se jikkontestaw is-Seba’ Distrett. Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, li personalment se jkun qed jikkontesta t-Tieni u l-Ħames Distrett elettorali, qal li anke jekk iż-żewġ partiti għandhom l-istess ammont ta’ kandidati nisa, irridu naspiraw għal aktar f’elezzjoni ġenerali. Dr Abela, iżda, enfasizza li jekk mhux kuntent bl-għadd, żgur li huwa kuntent bil-kwalità ta’ kandidati nisa li għandu l-Partit Laburista.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

L-EWWEL DISTRETT Abela Raymond Apap Meli Sean Attard Joseph-Matthew Azzopardi Tanti Keith John Debattista Jude-Taddeo Ellul Andrew Farrugia Aaron Galea Cressida Grima Christopher Herrera José Sammut Hili Davina IT-TIENI DISTRETT Abela Carmelo Abela Robert Agius Christopher Bedingfield Glenn Camilleri Byron Caruana Clyde Cassar Delia Edward Grech James Grech Mark Mizzi Joseph Scicluna Oliver Spiteri Grech Amanda Zerafa Civelli Alison IT-TIELET DISTRETT Abela Carmelo Abela Raymond Agius Christopher Bonnici Owen Bugeja Said Alicia Cassar Delia Edward Demicoli Audrey Inger Ellul Andrew

Fearne Christopher Grech James Micallef Jean Claude Mizzi Joseph Sammut Joseph Mario Spiteri Kenneth IR-RABA’ DISTRETT Attard Jonathan Bedingfield Glenn Bonett Christian Paul Camilleri Byron Conti Herbert De Giovanni Katya Debattista Jude-Taddeo Fearne Chistopher Scicluna Oliver Spiteri Grech Amanda IL-ĦAMES DISTRETT Abela Robert Bonnici Owen Cutajar Gianluca Dalli Miriam Farrugia Omar Farrugia Portelli Julia Micallef Jean Claude Sammut Joseph Mario Zrinzo Azzopardi Stefan IS-SITT DISTRETT Agius Galea Malcolm Paul Apap Meli Sean Borg Fiona Borg Ian Cutajar Joseph Cutajar Rosianne


13

13.03.2022

B’122 NOMINAZZJONI LABURISTA

De Giovanni Katya Farrugia Omar Galdes Roderick Schembri Saviour IS-SEBA’ DISTRETT Agius Galea Malcolm Paul Borg Ian Bugeja Said Alicia Cachia Naomi Farrugia Aaron Farrugia Portelli Julia Grima Christopher Schembri Saviour Vella Fleur Anne IT-TMIEN DISTRETT Bartolo Clayton Bonett Christian Paul

Borg Fiona Busuttil Galea Felix Caruana Clyde Conti Herbert De Gaetano Oliver Nicholas Galdes Roderick Galea Cressida Muscat Alexander Zammit Lewis Edward ID-DISA’ DISTRETT Falzon Michael Zammit Lewis Edward Grima Clifton Buttigieg Rebecca Zrinzo Azzopardi Stefan L-GĦAXAR DISTRETT Abela Jo Etienne

Bartolo Evarist Busuttil Galea Felix Buttigieg Rebecca Falzon Michael Grima Clifton Spiteri Damian Vella Dario IL-ĦDAX-IL DISTRETT Agius Decelis Anthony Baldacchino Zarb Romilda Dalli Miriam Farrugia Michael Muscat Alexander IT-TNAX-IL DISTRETT Agius Decelis Anthony Attard Jonathan Attard Joseph-Matthew

Raġuni għaliex dan it-tim jistħoqqlu l-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi hi li t-tim ta’ kandidati Laburisti huwa wieħed magħqud li joffri ċertezza u stabbiltà f’mument fejn madwar id-dinja qed tirrenja l-inċertezza u l-instabbiltà – ROBERT ABELA Baldacchino Zarb Romilda Bartolo Clayton Bartolo Evarist Cachia Naomi Farrugia Michael Spiteri Damian Spiteri Kenneth Vella Dario

IT-TLETTAX-IL DISTRETT Abela Jo Etienne Camilleri Abigail Camilleri Clint Camilleri George Paul Refalo Anthony Zammit Christian Joseph


14

13.03.2022

EKONOMIJA REŻILJENTI

AARON FARRUGIA Ministru

Minkejja l-ħafna ftaħir u banners imdendlin mal-faċċati, il-Partit Nazzjonalista baqa’ il-Partit li m’għandux kredenzjali u viżjoni biex imexxi l-ekonomija ta’ pajjiżna filħames snin li ġejjin. Il-pandemija li konna qed naffaċċjaw sa ftit tax-xhur ilu tefgħet ekonomiji kbar madwar id-dinja għarkupptejhom, tant li dawn il-pajjiżi kellhom jgħollu l-prezzijiet ta’ prodotti essenzjali biex jibqgħu kom-

petittivi. Għall-kuntrarju ta’ dan, Gvern Laburista wera li l-kompetittività ma toħloqhiex billi tgħakkes fi żmien ta’ kriżi iżda billi twieżen aktar lil min intlaqat ħażin. Mhux awsterità imma għajnuna. Illum qed inħarsu lejn kunċett ġdid fuq livell Ewropew – ‘Building Back Better’. Ekonomija li mhux biss tisboq ir-riżultati li kienet iġġib fil-passat, iżda waħda li tkun aktar sostenibbli u li tħares lejn industriji ġodda u emerġenti. ’Il bogħod mill-wegħdiet fiergħa ta’ industriji “emerġenti” li diġà qegħdin fostna mill-Partit Nazzjonalista, il-Partit Laburista huwa ffukat li jkompli joħloq ekonomija li tibqa’ kompetittiva, sostenibbli u li tkompli miexja ’l quddiem. Il-manifest li se jiggwida Gvern ġdid Laburista se jkun qed jagħti prijorità lill-industriji li joperaw b’mod sostenibbli. Gvern ġdid Laburista se joffri energy audits b’xejn lil

intrapriżi mikro u żgħar, u assistenza finanzjarja biex dawn l-intrapriżi jwettqu r-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn l-audits. Dawk l-intrapriżi li jissodisfaw standards ambjentali akkreditati internazzjonalment se jirċievu wkoll krediti tat-taxxa. Kumpaniji li joħolqu impjiegi ħodor se jingħataw kreditu ta’ taxxa li jammonta għal massimu ta’ 75% tal-ispejjeż tal-pagi fl-ewwel sena, 50% fit-tieni sena u 25% fit-tielet sena. Peress li pajjiżna għandu bżonn aktar ħaddiema mħarrġa għall-ekonomija l-ħadra, Gvern ġdid Laburista qed jimpenja ruħu li jagħti kreditu ta’ taxxa ġdid ekwivalenti għallispiża totali tat-taħriġ tal-ħaddiema biex ikollhom il-ħiliet meħtieġa biex jaħdmu f’din il-branka tal-ekonomija. Gvern ġdid Laburista qed jimpenja ruħu li joħoloq l-ekosistema ideali biex start-ups joperaw f’pajjiżna. Amministrazzjoni ġdida se tkun qed timpenja ruħha biex tfassal qafas legali speċifikament

għal start-ups. L-iskop ta’ dan il-qafas legali huwa li jattira u jgħin start-ups Maltin u internazzjonali b’potenzjal ta’ tkabbir f’pajjiżna. Se jiġi introdott strument finanzjarju ħieles mit-taxxa biex jitwaqqaf fond ta’ private equity li mbagħad jipprovdi kapital għal startups lokali u negozji żgħar u ta’ daqs medju. Se jkun hemm aktar għajnuna permezz ta’ inċentivi tat-taxxa ġodda u seed funding biex isiru aktar nisa intraprendituri. Se jkun hemm ukoll start-up visa biex tiffaċilita intraprendituri ġodda biex jistabbilixxu ħanut f’Malta. Din hija biss parti żgħira ta’ dak li hemm pjanat għan-negozji fil-manifest tal-Partit Laburista bl-isem ta’ “Malta Flimkien”. Meta wieħed jieħu dawn l-inċentivi u miżuri flimkien, huwa evidenti li l-ambjent fejn in-negozji lokali jaħdmu fih se jinbidel totalment u l-mudell ta’ tkabbir ekonomiku Malti se jkompli jikber u jissaħħaħ. Il-Partit Nazzjonalista, jekk elett, se jkun qed jgħabbi

lin-negozji biex jimplimentaw akkost ta’ kollox miżuri magħrufin bħala Environmental, Social and Governance (ESG) u joffri ħelsien mit-taxxa biss wara li l-SMEs jgħaddu minn proċess li fl-Ewropa qed jingħata mandat biss għal intrapriżi kbar. Dan kollu se jsir mingħajr ma joffri inċentiv wieħed biex dawn jagħmlu din il-bidla. Kuntrarju għal dan, Gvern ġdid Laburista qed jipproponi approċċ ferm differenti. L-intrapriżi kollha se jingħataw ħelsien mittaxxa, filwaqt li l-SMEs se jiġu megħjuna fi kwistjonijiet ESG. Minflok ma wieħed iżid aktar ostakli burokratiċi fuq l-intrapriżi, il-Labour se jipprovdilhom ir-riżorsi u l-finanzi biex jagħmlu din it-tranżizzjoni ta’ sfida. Huwa evidenti li l-Partit Nazzjonalista ma tgħallem xejn mill-kriżi ekonomika tal2008 u lest ikompli jgħakkes lin-negozji b’aktar piżijiet u aktar burokrazija. L-għażla hija f’idejk.

L-EDUKAZZJONI HI Ċ-ĊAVETTA GĦAL SOĊJETÀ IKTAR B’SAĦĦITHA

MARIAH MELI Parteċipanta LEAD

L-edukazzjoni tmur lil hinn milli jkollok it-tfal wara l-bank tal-iskola u bil-proposti li ħabbar il-Partit Laburista waqt il-manifest elettorali, dan qed jiġi rifless. Bħala omm ta’ tifel, studenta u edukatriċi l-proposta tal-garanzija tat-tfal ppreżentata millGvern kienet tirrifletti ħafna mill-bżonnijiet u mid-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom biex insostnu l-edukazzjoni tagħna, u kif ukoll noffru lil uliedna ħajja tajba li tkun ibbilanċjata bejn l-edukazzjoni

u s-saħħa tagħhom. Nelson Mandela ddeskriva l-edukazzjoni bħala arma fundamentali li kapaċi tbiddel id-dinja. Fil-fatt, apparti li niksbu kisbiet akkademiċi li jirriflettu fil-professjoni futura tagħna, l-edukazzjoni għandha wkoll rwol fundamentali li tidħol fil-mod ta’ kif in-nies fi ħdan is-soċjetà jintegraw bejniethom. Għalhekk, m’għandniex ninjoraw il-fatt li din hija ċ-ċavetta ewlenija għal soċjetà li tirnexxi kemm soċjalment kif ukoll ekonomikament. Waqt konferenza li saret mid-Deputat Mexxej tal-Partit Laburista u Ministru għasSaħħa Chris Fearne, flimkien mal-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, Clifton Grima, tħabbar li t-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna huwa d-doppju ta’ dak tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, proposti li kienu implimentati fil-passat mill-istess Gvern, bħaċ-children’s allowance mogħtija lil kull tifel u tifla u s-servizz ta’ childcare b’xejn jistgħu jiġu implimentati aktar

b’saħħithom fil-leġiżlatura li jmiss jekk dan il-partit jerġa’ jiġi elett fil-gvern. Ma jistax ikollna sistema edukattiva li tinjora l-bżonnijiet u l-diffikultajiet tal-edukaturi nfushom. Kif deher fil-ġranet li għaddew, minn meta l-Onor. Clifton Grima ġie elett bħala l-Ministru l-ġdid għall-edukazzjoni, kien kontinwament f’kuntatt dirett mas-settur u dan wassal biex tħabbar pjan ġdid li se jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-edukaturi fuq ix-xogħol, flimkien ma’ żieda fis-salarji tagħhom fil-ħames snin li ġejjin. Ma nistax inħalli barra l-proposta li filwaqt li edukaturi prospettivi tal-kindergarten u LSEs ikunu għaddejjin minn prattika ta’ tagħlim, dawn jitħallsu wkoll. Id-djalogu kontinwu li l-Gvern huwa lest li jsostni mas-settur huwa perċepit permezz tad-diskussjonijiet fit-twaqqif ta’ ċentru ta’ riċerka indipendenti li se tiffoka fuq diversi bidliet bħal aktar ħin liberu għat-tfal tagħna u li jattendu attivita-

jiet kulturali u sportivi. Bħala omm u edukatriċi nista’ nipperċepixxi l-impatt kbir li attivitajiet bħal dawn iħallu impatt tajjeb fuq it-tfal tagħna. Anke hawn il-Gvern qed jipproponi li joffri għajnuna finanzjarja lill-familji. Sabiex is-sistema edukattiva tagħna tkun ta’ suċċess, trid tkun inklussiva fil-livelli kollha billi tgħin lill-familji li ma jaffordjawx jixtru l-bżonnijiet meħtieġa biex uliedhom imorru l-iskola bħall-uniformijiet tal-iskola, l-internet li huwa meħtieġ biex iwettqu ċerti studji u kif ukoll laptop għal kull student fil-livell sekondarju. Barra minn hekk, ma nistgħux ninsew l-ambjent inklussiv li jrid jiġi offrut fl-iskejjel tagħna b’teknoloġija moderna li tista’ tkun aċċessata minn kulħadd. Proposta ewlenija li ġiet ippreżentata f’dawn il-jiem li għaddew u li żgur li ħafna familji huma affettwati minnha hija l-implimentazzjoni ta’ occupational therapy li ssir mis-CDAU, li issa ser

tibda tiġi offruta fl-iskejjel tagħna. Dan ifisser li t-tfal li jagħmlu użu minn dan isservizz, b’din l-inizjattiva ser ikunu jistgħu jibqgħu fl-ambjent komdu tagħhom biex jirċievu din it-terapija filwaqt li tkun iktar konvenjenti għall-familji tat-tfal. Nemmen tassew li l-edukazzjoni hija ċavetta ewlenija għas-suċċess irrelevanti l-età, minn fejn l-individwu jkun ġej u l-bżonnijiet individwali. Madankollu, filwaqt li nsostnu l-edukazzjoni, inkunu wkoll qegħdin nibnu soċjetà b’aktar suċċess. Il-proposti li ġew ippreżentati matul dawn il-jiem urew tassew li din hija aġenda ewlenija għall-Partit Laburista. Bil-garanzija tat-tfal, ilGvern se jkun qed iġedded il-garanzija taż-żgħażagħ li se tirriżulta biex it-tfal ikunu protetti, ferħana u b’saħħithom irrispettivament mill-isfond u l-bżonnijiet tal-familja tagħhom. Din hija l-ideoloġija li għandna bżonn fis-soċjetà tagħna biex insostnu l-inklussività.


Innaqqsu

l-corporate tax għal 25% fuq l-ewwel €250,000 qligħ Dritt ta' kont bankarju bażiku lin-negozji u self-employed

Nistabbilixxu credit review office

Niċċentralizzaw il-proċessi kollha ta' due diligence

Għotja

ta' 30% tal-investiment li jsir fuq kapital fiss Tiżdied b'10% għan-negozji Għawdxin

Energy audit b'xejn għall-kumpaniji micro u żgħar

One-stop-shop ta' għajnuna għall-istart-ups

robertabela.mt


16

13.03.2022

MARKA ĊARA IRRIDU NĦAL Tkompli minn paġna 1 Il-Mexxej Laburista qal kif il-manifest “Malta Flimkien” se jkompli jibni fuq il-ħafna tajjeb li diġà twettaq fissnin li għaddew taħt Gvern Laburista, fosthom riżultati ferm pożittivi għall-ekonomija Maltija, li wasslu biex titjieb il-kwalità tal-ħajja ta’ bosta, inkluż il-pensjonanti, iżżgħażagħ, il-familji u anke n-negozji u l-ħaddiema inġenerali. F’messaġġ ta’ mexxej b’viżjoni, il-Prim Ministru saħaq li, minkejja dan kollu, ma nistgħux nieqfu hawnhekk. “Ma nistgħux nieħdu l-affarijiet for granted. Għalina qatt mhu biżżejjed li nilħqu l-aspettattiva tan-nies. Irridu neċċeduha, kull darba. Dan il-kunċett jestendi għal suġġett importanti ħafna għalija, l-ambjent u li nwasslu pajjiżna li jkun climate neutral. Ħa nuru kif qed nagħmlu tranżizzjoni tal-prijoritajiet tagħna biex insebbħu pajjiżna, u nħaddruh b’aktar spazji miftuħa u ġonna li jistgħu jitgawdew mill-familja.” Waqt li elenka numru ta’ proposti, li se jkomplu jaraw lill-Maltin u l-Għawdxin jgħixu f’pajjiż isbaħ u aħjar, hu qal kif dan il-pjan tal-PL jimmarka b’mod ċar x’tip ta’ pajjiż irridu nħallu għal uliedna. “Dan il-pajjiż qed jinvesti u se jinvesti f’uliedna. Dan il-pajjiż hu wieħed ta’ opportunitajiet. Irrid li wliedna – l-istilel ta’ Tim Malta – ikollhom opportunitajiet indaqs, anzi iva kull tifel u tifla f’Malta trid titlaq mill-istess punt ta’ tluq… biex ikunu huma li jieħdu lil pajjiżna fil-livell li jmiss,” qal Dr Abela, waqt li rrimarka kif kien biss Gvern Laburista

li verament emmen f’p kulħadd. Fi tmiem il-messaġġ lil kulħadd biex jesprim ju demokratiku tas-26 tagħżel Malta isbaħ, se se tagħżel Malta ta’ opp ifest. Fiduċjuż li jekk tr dan il-ħsieb. Fuq kollo tagħżel dan il-movime x’tagħżel, toqgħodx lu fl-għażla tagħkom. Għa Malta Flimkien, għax il Fl-istess Konferenza Prim Ministru u Depu lament Chris Fearne, tal-Partit Daniel Micall Attard. Minbarra hekk Abigail Cutajar, Matth pja Amanda u Emanue li varjaw mill-enerġija, tas-saħħa. Fil-messaġġ tiegħu, teżisti fil-PL u li hi wa il-PN. Waqt li fakkar fi għaqlin tat-tmexxija L demija, hu qal li pajji ikompli jmexxi bl-aħjar Hu għalaq l-interv ż-żewġ partiti kellhom b’differenza waħda. Sa wasslet biex kompliet fil-PL iż-żewġ kontesta mill-għada stess biex pajjiż ’il quddiem. Micallef qal li l-progr strutturat, jaħseb f’kul tura waħda. Waqt li fa


A X’TIP TA’ PAJJIŻ LLU LIL ULIEDNA

pajjiż ugwali bi drittijiet indaqs għal

ġ tiegħu, il-Mexxej Laburista ħeġġeġ mi l-fehma tiegħu, hi x’inhi, fl-eżerċizz6 ta’ Marzu li ġej. “Fiduċjuż li jekk se e tagħżel din il-viżjoni. Fiduċjuż li jekk portunitajiet, se tagħżel dan il-manrid kwalità ta’ ħajja aħjar, se tagħżel ox fiduċjuż li jekk trid ġustizzja, se ent. Għalhekk tibqax id-dar! Tagħżel ura! Oħroġ u vvota! Għandi fiduċja ax flimkien nistgħu nwettqu l-futur! l-futur sabiħ.” a Ġenerali tkellmu wkoll id-Deputat utat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parid-Deputat Mexxej għall-Affarijiet lef, u l-President tal-Partit Ramona k saru interventi wkoll mill-inġiniera hew Zerafa, Larkin Bonnici u l-kopuel Degabriele, li ttrattaw is-suġġetti l-isport, l-għajnuna soċjali u l-kura

Fearne enfasizza dwar l-għaqda li aħda mill-fatturi li tiddefinixxih fuq fis-suċċess li nkiseb bid-deċiżjonijiet Laburista fl-aħħar sentejn ta’ paniżna jeħtieġ biss Gvern serju biex r mod għall-ġid komuni. vent billi qal li f’din il-leġiżlatura m kontestazzjoni għal mexxej ġdid, Saħaq li, fuq naħa, il-kontestazzjoni t tifred lit-tmexxija tal-PN, filwaqt li anti, hu u Robert Abela, ingħaqdu x komplew imexxu lill-partit u lill-

ramm tal-Partit Laburista hu wieħed lħadd u jħares lil hinn minn leġiżlaakkar li l-1,000 proposta fil-manifest

joħorġu mill-“100 Idea” li l-PL stess welled fl-okkażjoni taċ-ċentinarju minn twelidu sentejn ilu, jikkuntrasta sew mal-mod dilettantesk li bih il-PN ħoloq il-manifest tiegħu u li sal-lum diġà biddlu kemm-il darba, frott l-iżbalji u wegħdi perversi li ħarġu minnu. Hu elenka wkoll uħud mill-proposti għal qalbu, fosthom dawk immirati għat-tisħiħ tal-lingwa Maltija fost ittfal, it-tnaqqis fit-taxxa għal 7.5% għal aktar nies li jaħdmu fis-settur sportiv u dawk relatati mas-saħħa mentali, fost oħrajn. Il-President tal-PL fetħet id-diskors tagħha b’esperjenza ma’ koppja, li, fuq insistenza diretta tal-Prim Ministru, spiċċat biex xprunat uħud mill-proposti fil-manifest marbuta mal-emendi fil-liġi tal-IVF. Waqt li wkoll tkellmet mill-esperjenza personali ta’ min tilef tarbija minħabba miscarriage, Dr Attard fakkret li, jekk jingħata l-fiduċja, Gvern ġdid Laburista se jressaq dawn l-emendi fl-ewwel 100 jum tal-leġiżlatura. Dwar l-IVF u l-miżuri proposti mill-PL, il-Konferenza Ġenerali qanqlet ħafna emozzjonijiet bl-intervent tal-koppja żagħżugħa Degabriele. Waqt li b’diqa rrakkontaw it-telfa tal-ewwel wild tagħhom fl-età ta’ sena biss, kawża ta’ marda rari, qalu li ddeċidew li jitkellmu fl-istess Konferenza mhux biex xi ħadd jitħassarhom. Saħqu li riedu juru l-apprezzament tagħhom u ta’ familji oħrajn bi problemi simili għall-appoġġ u t-tama li l-manifest Laburista qed jagħtihom għall-ġejjieni.

Ritratti: GARETH DEGIORGIO U CHRISTIAN CAUCHI

17

13.03.2022



19

13.03.2022

AKTAR ĠID BL-INVESTIMENT FIN-NIES

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

Meta wieħed jifli sewwa l-proposti kollha li qed iressaq il-Partit Laburista quddiem l-elettorat Malti biex jerġa’ jagħtih il-fiduċja fl-elezzjoni tas-26 ta’ Marzu, malajr jinduna kemm il-bażi tagħhom hija l-investiment fin-nies għaliex tassew nemmnu li din hija ċ-ċavetta biex inkomplu nkabbru l-ekonomija b’ritmu qawwi imma fl-istess ħin nagħtu kwalità ta’ ħajja aħjar lill-familji Maltin u Għawdxin. Fl-aħħar żmien ħarġet statistika uffiċjali li wriet li

l-ekonomija tagħna reġgħet laħqet livelli ta’ tkabbir li saħansitra huma aqwa minn dawk li kellha qabel feġġet il-pandemija f’Marzu ta’ sentejn ilu. Dan se jkun qiegħed jippermetti lill-amministrazzjoni Laburista l-ġdida, jekk il-poplu jagħti l-ewwel mandat tiegħu lillPrim Ministru Robert Abela, li tagħmel dawk l-investimenti meħtieġa li minnhom infushom joħolqu aktar impjiegi ta’ kwalità u jtejbu d-dħul tal-familji kollha. Inkomplu ngħinu lill-aktar dgħajfa

tiżdied l-għajnuna lin-negozji bi tnaqqis fil-corporate tax minn 35% għal 25% flimkien ma’ għadd ġmielu oħra ta’ miżuri li se jkomplu jinċentivaw lin-negozji biex jinvestu aktar u jżidu l-impjiegi. Dan se nagħmluh għax il-Partit Laburista għandu direzzjoni ekonomika totalment differenti minn dik tal-Oppożizzjoni. Ma nemmnux fl-awsterità li emmnu fiha tal-Partit Nazzjonalista meta pajjiżna ffaċċja kriżi finanzjarja u ekonomika li kienet ferm iżgħar minn dik li ffaċċjat Malta u l-kumplament tad-dinja flaħħar sentejn. Emminna li bl-investiment ta’ miljuni kbar ta’ ewro fin-nies stajna nkomplu ndawru l-mutur ekonomiku tal-pajjiż u dan minnu nnifsu wassal biex issa qegħdin minn tal-ewwel fost l-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea li qed nirkupraw bis-saħħa mill-effetti tal-pandemija.

B’finanzi tal-pajjiż tassew fissod, Gvern Laburista ieħor se jkompli jwieżen lil dawk l-aktar dgħajfa fis-soċjetà, se jkompli jżid il-pensjonijiet, l-istipendji lill-istudenti u aktar għajnuna lill-first time buyers. Barra minn dan, kulħadd se jkompli jirċievi ċ-ċekkijiet tar-rifużjoni tattaxxa filwaqt li se jkunu qed jitwessgħu t-tax bands biex Nużaw Fondi Ewropej biex kulħadd jibqagħlu aktar flus inħaddru l-ekonomija u fil-but. Min-naħa l-oħra se nagħmluha aktar diġitali

Se nkunu nistgħu nkomplu ninvestu fin-nies anke bil-pakkett finanzjarju li rnexxielna nakkwistaw għal pajjiżna mill-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li jagħlqu fl2027. Mit-€2.27 biljun li ġew allokati għal Malta għandna għotja ta’ madwar €320 miljun li se jkunu investiti skont il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza. Aktar minn nofs dawn il-flus ser jintefqu fi proġetti ta’ natura ambjentali filwaqt li 27% oħra se jintefqu għall-bidla lejn ekonomija diġitali. L-investiment ambjentali li ser nagħmlu minn din l-għotja se jikkumplimenta l-proposti li qed jagħmel il-Partit Laburista favur l-ambjent fil-manifest elettorali tiegħu fosthom investiment ta’ €700 miljun fuq medda ta’ seba’ snin fi proġetti ta’ spazji miftuħa mal-pajjiż kollu. Dan ukoll huwa investiment fin-nies għaliex ser nagħtu lill-Maltin u lill-Għawdxin opportunità li jgawdu pajjiż sabiħ fejn ikunu jistgħu jgħaddu ħin ħieles u ta’ kwalità mal-familji tagħhom.

Se ninvestu wkoll Fondi Ewropej biex inħarrġu lill-ħaddiema Maltin u partikolarment liż-żgħażagħ filħiliet ġodda li huma meħtieġa għal ekonomija diġitali u għal impjiegi li qegħdin u għadhom iridu jinħolqu minħabba l-investimenti kbar li se jsiru fi proġetti ambjentali bħalma huwa l-qalba lejn l-użu ta’ karozzi elettriċi kemm dawk pubbliċi, tal-privat u tat-trasport pubbliku. Investiment ieħor li se nkunu qed nagħmlu fiżżgħażagħ tagħna permezz ta’ Fondi Ewropej ukoll, huwa l-bini ta’ kampus ġdid għall-Istitut tal-Istudji Turistiċi biex inkomplu nħarrġuhom bl-aqwa mod u nippreparawhom għal din l-industrija li hija pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija. Dejjem emminna fl-investiment fl-akbar riżors ta’ pajjiżna, ir-riżors uman. Bil-manifest elettorali li qed nipproponu ħa nkomplu nagħtu prova ta’ dan għaliex tassew nemmnu li b’Malta Flimkien, il-futur huwa sabiħ.

IL-PARTIT LABURISTA JISTA’ JITWEMMEN FUQ L-AMBJENT?

BRIAN SCICLUNA Viċi Chairperson Fondazzjoni iDEAT

Fl-ewwel 48 siegħa tal-kampanja elettorali rajna l-Partit Laburista joħroġ f’saħħtu kollha jispjega proposti ambizzjużi ħafna fuq l-ambjent. Tista’ tgħid li issa drajna kif dak li jitħabbar fl-ewwel sigħat jew ġranet ta’ kampanja elettorali ġeneralment ikun l-ikbar ambizzjoni ta’ dak il-partit għall-ħames snin li ġejjin. Għaldaqstant, nemmen li l-ambjent ser ikun pilastru ewlieni ta’ leġiżlatura Laburista oħra. Ir-rispons tan-nies għal dawn il-proposti kien varju; kellek numru kbir ta’ nies li

laqgħu dawn il-proposti b’entużjażmu filwaqt li kien hemm oħrajn illi kienu xettiċi kemm dawn huma fattibbli, jew kemm Gvern Laburista ġdid verament ser jattwa dan il-pjan. Mhux ser niddejjaq ngħidilkom illi lil dawn in-nies nifhem ix-xettiċiżmu tagħhom, għax verament l-ambjent ilna deċennji sħaħ ngħidu illi għandu jsir prijorità imma spiss rajna jsir l-oppost. Allura issa lejlet l-elezzjoni għaliex għandna nemmnu li l-Partit Laburista ser iwettaq dak li qed iwiegħed? L-ewwel sinjali ċari f’din id-direzzjoni li wieħed seta’ josserva bdew minn tal-inqas mis-sena li għaddiet. Niftakar diskors b’saħħtu tal-Prim Ministru f’Għajnsielem fejn qal illi l-isfidi tat-tibdil fil-klima ser ikunu diffiċli bil-wisq iżjed mill-isfidi li affaċċjajna minħabba l-pandemija, u kif dan il-Gvern kien kuraġġuż u ħa d-deċiżjonijiet meħtieġa fi żmien ta’ pandemija ser ikun kuraġġuż biex jibda paġna ambjentali ġdida, kemm għall-partit kif ukoll għallpajjiż. Fl-istess żmien illi l-Prim

Ministru kien qed jgħid dan id-diskors, il-Fondazzjoni Ideat, think tank politiku fi ħdan il-Partit Laburista, konna qed naħdmu fuq Policy Document b’numru ta’ proposti ambjentali studjati u diskussi ma’ numru ta’ stakeholders. Fost dawn il-proposti kien hemm il-bżonn ta’ ħolqien ta’ spazji ħodor fl-urban, il-bżonn li nibdlu l-qalba tal-irħula tagħna f’żoni pedonali fejn il-komunitajiet jiffjorixxu u l-bżonn li jinħolqu parkeġġi taħt l-art barra mill-irħula. Dawn il-proposti ġew milqugħa tajjeb ferm, tant li anke ġew diskussi iżjed minn darba f’organi għolja tal-partit. Illum il-ġurnata dawn il-proposti huma parti importanti minn dak li l-partit qed jippreżenta lill-elettorat. Għalfejn qed ngħid dan? Żgur mhux biex nieħdu l-mertu ta’ dawn il-proposti għaliex konvint illi t-tim kbir ta’ nies li ħadmu fuq il-manifest daħlu fid-dettall ta’ dawn il-proposti iżjed minna. Li hu żgur illi llum il-ġurnata l-Partit Laburista jilqa’ fi ħdanu numru kbir ta’ nies illi għalihom l-ambjent huwa prijortità, dawn in-nies mhux talli għand-

hom spazju jitkellmu imma dak illi jipproponu jittieħed bis-serjetà. Li hu żgur ukoll illi kellek numru ta’ eżerċizzji konsultattivi fi ħdan il-partit, fosthom ukoll l-inizjattiva tal-100 Idea, li kollha tista’ tgħid ħarġu bi proposti simili, anke jekk kienu nies differenti li pparteċipaw f’dawn l-eżerċizzji. Għalhekk, ma tridx tkun għaref wisq biex tinduna li fi ħdan il-Partit Laburista tal-lum hemm numru sabiħ ta’ nies illi għandhom konsistenza fil-ħsieb u fl-ideoloġija, anke fejn jidħol l-ambjent. Il-Baġit li ppreżenta l-Gvern huwa prova ċara oħra tad-direzzjoni ambjentali illi qabad dan il-partit. Ilkoll nixtiequ li l-iżvilupp bla rażan jiġi kkontrollat. Ħafna semmgħu leħinhom dwar kif dan għandu jsir, smajna anke proposti li jikkastigaw bħal moratorju fuq permessi ġodda. Ejjew inkunu realistiċi, huma proposti fattibbli dawn? Fl-istess dokument li semmejt qabel, il-Fondazzjoni Ideat kienet preżentat proposti sabiex jinċentivaw ix-xiri u r-restawr ta’ proprjetajiet

battala u proprjetajiet fil-qalba tal-irħula tagħna. Proposti intenzjonati biex jikkalibraw il-formola ekonomika billi jiddiversifikaw id-domanda tassuq. Hija mbagħad b’mod naturali li s-suq jirreaġixxi u tonqos il-provvista ta’ binjiet ġodda. Ilkoll nafu li dawn il-proposti kienu parti importanti millaħħar Baġit ippreżentat. Ma nistax ma nsemmix kif proġetti fuq art verġni, bħal dak tal-Università Amerikana fiż-Żonqor ġew riveduti sabiex l-impatt ambjentali jittaffa. L-impenn ta’ dan il-partit lejn l-ambjent huwa evidenti flaħħar xhur tal-leġiżlatura li għadha kemm spiċċat, anke jekk ma kienx marbut b’manifest elettorali, aħseb u ara issa li dan il-partit qed jikkommetti ruħu iswed fuq l-abjad b’numru ta’ proposti ambizzjużi u konkreti. Għaldaqstant, anke għax konvint mill-konsistenza talħsieb fi ħdan it-tmexxija ta’ dan il-Partit, iva nemmen li Gvern Laburista ġdid għandu l-kredenzjali meħtieġa kollha biex iġib il-bidla ambjentali tant bżonjuża.


20

13.03.2022

NIVVUTAW GĦAL FUTUR SABIĦ

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Hekk kif il-Prim Ministru saffar is-suffara u ħabbar id-data tal-elezzjoni ġenerali, tlaqna għal għonq it-triq bit-tħabbir ta’ proposti waħda wara l-oħra sabiex jekk il-poplu jagħti l-fiduċja lill-PL u jagħti mandat ġdid lil Robert Abela bħala Prim Ministru fis-26 ta’ Marzu li ġej, dawn il-proposti jsiru realta u jitwettqu. L-Oppożizzjoni ħarġet tiġri tippubblika l-manifest elettorali u f’temp ta’ ġimgħa assistejna għal bdil fil-verżjoni tiegħu xi ħames darbiet diġà. Mimli żbalji u kontradizzjonijiet. Għaldaqstant, jekk il-PN anki fuq livell ta’ pubblikazzjoni ta’ manifest, li lanqas hu biss ikkostjat, ma tista’ tieħdu bis-serjetà, aħseb u ara kemm tista’ temmnu li dan li qed iwiegħed ser iwettqu. Il-poplu jaf biżżejjed xi jsarrfu l-wegħdi tal-PN. U l-poplu jaf xi jsarraf il-PL. Mal-PL, il-poplu jaf fejn qiegħed għaliex dak kollu mwiegħed jitwettaq u lil hinn minn hekk ukoll. Aktar minn hekk, il-proposti talPL mhumiex wish list jew ħlomna b’idea billejl u ħabbarnieha filgħodu. Il-proposti ta’ dan il-partit huma msejsa fuq studji, fuq laqgħat li saru mal-korpi kostitwiti, stakeholders, għaqdiet, NGOs u mal-familji u individwi li jersqu lejna u li żorna, fuq ilproġett tal-100 Idea. L-ideat u l-ħsibijiet ġew miġbura f’1,000 proposta li huma fattibbli u fuq kollox huma kkostjati. Filwaqt li diversi proposti tal-PN ġew sfidati u kkritikati minħabba li joffru żbalji li wara kellhom jikkjarifikaw u jirranġaw, il-proposti mħabbra mill-PL ħadd ma kkritikahom. Quddiem din il-professjonalità u s-serjetà, il-PN ħareġ jgħid biss li l-PL qed jikkopja l-manifest tagħhom. Nistaqsu lill-PN, minn liema verżjoni tal-manifest qed jikkopja l-PL? Mill-ewwel, mit-tieni jew mill-ħames wieħed? Il-manifest tal-PL ġie approvat mill-Konferenza Ġenerali l-ġimgħa li għaddiet kif jitlob l-istatut u kif titlob is-serjetà wara kollox. Fl-aħħar mill-aħħar il-mistoqsija prinċipali hija x’inhi d-differenza bejn il-manifest tal-PL u tal-PN? It-tweġiba hija: il-kredibilità tat-twettiq tagħhom. Il-poplu għandu għażla ċara quddiemu fis-26 ta’ Marzu li ġej. Il-PN diġà qed jiddikjara li il-manifest huwa dokument li jista’ jinbidel u li ma tistax tagħmel pjan għal ħames snin u li l-costings isiru wara. Il-PN bil-Kap tiegħu qed jgħid ċar u tond li jrid jerġa’ jmexxi kif mexxa l-PN fil-passat. Jien niftakru l-passat ta’ Gvernijiet Nazzjonalisti. X’tawna? Iffriżar fil-pensjonijiet, iffriżar fl-istipendji, jiftaħru li jħallu l-ħajja togħ-

la, quddiem kriżi finanzjarja tefgħu l-piż fuq il-poplu u għollewlu bil-qalb il-kontijiet tad-dawl u l-ilma u l-fuel u tawna biss ħames bozoz. Qalulna li l-faqar hu perċezzjoni. Ilqgħad spara ’l fuq, ekonomija staġnata, kollass fis-sistema tas-saħħa, pilloli out of stock, lista ta’ stennija għall-operazzjonijiet ma tispiċċa qatt, inġustizzji, tibdil fil-local plans biex art daqs is-Siġġiewi ma baqetx ODZ. Inkompli? Dan hu l-passat talPN fil-gvern li niftakar jien. Irridu nirriskjaw li dan kollu jerġa’ jseħħ lilna, lil uliedna u lill-anzjani tagħna? Il-PL fil-gvern għandu track record ta’ twettiq. Dak li jipproponi l-PL iseħħ u anki oltre minn hekk. F’kull qasam tinħass il-qabża fil-kwalità. Aktar minn hekk, tant kemm wettaq dan il-Gvern fuq livell ta’ edukazzjoni, saħħa, ekonomija, xogħol, finanzi, governanza, drittijiet soċjali, ambjent, ġustizzja, li llum ħafna minn dawn il-miżuri nsejniehom, saru parti integrali mill-ħajja tagħna kwotidjana u jittieħdu for granted. Dan m’għandux ikun. Għandna niftakru f’dawn il-kisbiet. Għandhom ikunu l-għan li jfakkruna min tassew iġib lil Malta l-ewwel u qabel kollox, min tassew iħobb lill-poplu Malti u Għawdxi, min tassew tejjeb il-kwalità talħajja f’dan il-pajjiż u min tassew ħa ħsiebna u ħa d-deċiżjonijiet ibsin u meħtieġa fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika u medika li ġabet il-pandemija, min tassew jixpruna l-għaqda u min tassew kapaċi jieħu d-deċiżjonijiet. Dan kollu hu rifless fi Gvern Laburista, immexxi minn Robert Abela, Prim Ministru li wera biċ-ċar x’kapaċi jwettaq u jiddeċiedi fi żmien ta’ kriżi globali, aħseb u ara x’kapaċi jwettaq fi żminijiet aktar ħanina. Għalhekk nappella biex lil hinn missondaġġi, l-uniku sondaġġ attwali huwa dak tas-26 ta’ Marzu. It-tellieqa dejjem titlaq xejn b’xejn. M’hemmx vantaġġi. Fis-26 ta’ Marzu tkun waħdek fil-kaxxa mal-lapes u l-vot. Dan hu dritt tiegħek demokratiku li jeħtieġ teżerċitah għall-ġid u għall-futur tiegħek u ta’ wliedek. Ħaddieħor iridek tibqa’ d-dar. Ħaddieħor beda kantaliena li l-PL jeħtieġ li titnaqqaslu s-saħħa li għandu jew li l-PL għandu biżżejjed voti u allura m’hemmx għalfejn tmur tivvota. Dan hu kollu tfixkil u ingann. Temmen int li taħt Gvern Laburista l-kwalità tal-ħajja tiegħek tjiebet? Temmen int li l-Prim Ministru kien strumentali sabiex jittieħdu d-deċiżjonijiet kruċjali biex ma jintilfux l-impjiegi, jiġu salvati n-negozji u fuq kollox salvati l-ħajjiet kif fil-fatt seħħ? Temmen int li l-PL fil-gvern iwettaq dak li jwiegħed hekk kif rajna li ġara taħt Gvern Laburista? Ninsab persważa li l-maġġoranża assoluta u kbira tal-poplu temmen dan. U allura fis-26 ta’ Marzu hu fid-dmir tagħna li mmorru nagħtu bis-saħħa l-fiduċja tagħna lil Robert Abela billi nivvotaw lill-kandidati kollha tal-PL fuq id-distrett rispettiv tagħna. B’hekk biss, billi mmorru nivvutaw, nistgħu naċċertaw li l-manifest propost mill-PL jista’ jitwettaq, li flimkien inkomplu nwettqu l-ġid, inkattru l-opportunitajiet, inżidu x-xogħol, ikollna ambjent aħjar, biex flimkien bit-tmexxija ta’ Robert Abela l-futur ta’ pajjiżna jkun isbaħ.

Sur Editur, Għaddiet it-tielet ġimgħa wkoll. Żewġt iħdud oħra u Robert tagħna jkompli għaddej bil-ħidma ta’ Gvern Laburista. Inħarsu ’l quddiem biex b’Malta Flimkien ikollna futur isbaħ. X’ma jkollniex futur sabiħ, ibda minni bħala pensjonant. U Melda tiegħi, u wliedi u t-tfal tagħhom. Mhux se noqgħod nirrepeti x’se jagħmel il-Gvern tagħna. Kulħadd jaf x’hemm lest għalina lkoll, u għad baqa’ xi jħabbar, Sur Editur. U kif qed jgħid il-Prim tagħna, dan kollu possibbli meta ħerġin sew mill-pandemija. Aħseb u ara bla pandemija fin-nofs. Imbagħad nisma’ lil tagħhom u nibda nrodd is-slaleb bil-maqlub. Imma ’qq l-ożbreċ ma jindunax li qed jiżgarra dan l-imniefaħ Bernard li tqannew bih? Ilu jgħid ċuċati! U mhux ċuċati ta’ manifest biss. Li ma nafx kemm-il darba bidluh. Imma dawk il-kummenti li qed jgħaddi biex mingħalih jitbissmulu dawk l-erbgħa tgħoddhom fuq idejk li qed ikollu. U bihom qed jurta lil kulħadd. L-aħħar waħda kienet gravi għalija. Issa jew għax għext dak il-perjodu misħut fl-istorja politika tagħna, jew ma nafx. Mela l-ewwel bdiet il-prima provokatriċi, is-suppost sieħba ta’ Simon ‘Qatt ma daħal Kastilja’ Busuttil. Ħalli ma nsemmix isimha għax inkellha tħossha urtata. Għax dawn hekk ta. Huma ħa jġibu lil-Laburisti demel, b’isimhom u r-razza u r-redika kollha. Imma jekk int issemmihom, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Din qalet li l-Papa Franġisku m’għandux għalfejn jiġi Malta. Kemm hi ħelwa, kif tqum filgħodu, Alla jbierek. Imbagħad iż-żatat ta’ Kap tagħhom kompla jżejjinha. Qal li l-Papa għandu għalfejn jiġi Malta jekk ikun hemm Gvern Laburista biss. Istħi Nardu, kif jgħidulek xi wħud. Taf x’qed jgħid dan Sur Editur? U smajtha din xi mkien fuq ir-radju tagħna. Li l-Papa għandu għalfejn jiġi Malta għax bi Gvern Laburista jkun irid jiġi ħa jbierek, ibaħħar pajjiżna u jkeċċi x-xjaten. U mur saqqi l-ħass tal-Marsa jekk fadal! Sewwa jgħidlu Robert tagħna. Imwaħħal fil-passat. U mhux biss fil-passat riċenti ta! B’din id-dikjarazzjoni mar lura għal żmien Gonzi. Mhux GonziPN, imma zijuh Mikiel, dak li kien arċisqof fl-agħar żmien politiku ta’ pajjiżna. Li kien jgħidilna lilna, li jekk nivvotaw lil Mintoff se mmorru l-infern. Gonzi tal-interdett. Gonzi li kien jorganizza r-rallies għall-Insara biex ipattu għall-meetings tagħna. U jroxx il-purfum. Hemm ħadna Bernard tagħhom b’dik li qal. Hekk iridu lill-pajjiż dan? Hekk jaħsibha fuqna l-Laburisti, li aħna mhux kapaċi niggvernaw? Nerġa’ ngħidlu, mur saqqi l-ħass tal-Marsa jekk fadal, għax bil-kitba ma nistax ngħidlek dak li verament nixtieq ngħidlek, x’kull waħda! Skużani imma llum żvugajt, Sur Editur. Għax din li jaħsbu li huma ’l fuq minn kollox, u huma aħjar minna, ma nniżżilhiex daqskemm ma nniżżilx platt ful bit-tewm, li ’kk Alla jrid reġa’ ġie żmienu u Melda tiegħi tagħmlu darbtejn fil-ġimgħa, qaddisa ħanina dinja. Ħallini niżvoga ta. Għax meta naqra li Manuel ‘Wiċċu mċappas bl-Arriva’ Delia b’ritratt li ppubblika l-istazzjon tagħna, ħassu li ġie demonizzat, emminni ilma nsir. Ma jixbax jiddemonizza (sillaba sillaba qed niktibha din, għax kumplikata l-kelma, Sur Editur), ma jixbax jiddemonizza lilna l-Laburisti dan? U jgħajjarna u jżeblaħna? Nerġa’ ngħidlu, wiċċu mċappas bl-Arriva. Milli jkollhom huma bit-tunnellati jagħtuk dawn, Sur Editur. Qed naqra li qalulna: “Tkompli toħroġ fil-beraħ in-negattività tal-Labour”. Ara vera ma jistħux minn Alla li ħalaqhom dawn innies. Aħna l-Labour negattivi? Qegħdin sew u kif Alla jridhom. U qed ikomplu jgħidu li aħna tal-Labour qed nikkupjawhom f’kollox. Kull proposta li jsemmi Robert tagħna qed jgħidu li hija kkupjata minnhom. O Ġesù! Meta jrid jagħti n-notice Bernard tagħhom, Sur Editur? Jew se jibqa’ hemm wara t-tkaxkira li jmiss dan? Wieħed aħjar millieħor dawn il-PeeNee! Għad-dieħla!


21

13.03.2022

IL-BYPASS TAS-SIĠĠIEWI TLESTIET QABEL IŻ-ŻMIEN Ix-xogħlijiet li saru minn Infrastructure Malta f’parti sostanzjali minn Triq is-Siġġiewi, jew kif inhi magħrufa aħjar il-Bypass tas-Siġġiewi jew inkella l-“Benniena”, tlestew qabel iżżmien li kien previst. Wara li mal-20 sena ilu kie­ net inbniet mill-ġdid, f’din ittriq arterjali bejn Ħaż-Żebbuġ u s-Siġġiewi baqa’ qatt ma sar xogħol ta’ manutenzjoni. B’kon­ segwenza t’hekk, issa kellhom isirulha xogħlijiet estensivi biex jissaħħew il-pedamenti li kienu jinkludu l-bini millġdid ta’ 40 struttura tat-tappieri għas-servizzi taħt l-art f’nofs il-karreġġjata, li tkissru matul is-snin. Ġew mgħoddijin ukoll paj­ pi­­jiet għal cables ġodda taħt l-art u saru tiswijiet tal-ban­ kini qabel it-triq inksiet millġdid bil-polymer modified asphalt, tip t’asfalt li Infrastructure Malta nediet fit-toroq

arterjali f’Malta fl-2020 bħala materjal aktar b’saħħtu li jservi iżjed u jirreżisti aktar għat-tibdil fit-temperatura. Ix-xogħli­

jiet fi Triq is-Siġġiewi saru lejl u nhar biex tlestew fi tmint ijiem, flok ħadu 12-il ġurnata kif oriġinarjament previst.


22

13.03.2022

BREN GUN CARRIERS FIL-MELLIEĦA Minkejja li nannietna jsemmu l-ġenn, it-tħarbit, it-tkissir u l-istorbju li kien ikkaġunat fil-gwerra minħabba l-bombi, żgur li kieku għadhom ħajjin, jafu jistqarru li l-ġenn ta’ żminijietna jħabbatha sew ma’ dak li esperjenzaw huma stess tul dawk is-sentejn u nofs li damet għaddejja l-gwerra minn fuq pajjiżna. Niftakru biss li dak iż-żmien it-trasport kien isir l-aktar bil-bhejjem u llum, kull fejn tara, vetturi għaddejjin sparati bħal vleġeġ waħda wara l-oħra. Għal din l-intervista, erġajt tkellimt ma’ Jeffrey Sammut, studjuż fuq dak kollu li għaddiet minnu l-Mellieħa tul is-snin. Illum se jirrakkuntalna fuq il-Bren Gun Carriers, kif ukoll il-ħitan u l-pontijiet ta’ kontra t-tankijiet fil-Mellieħa.

Jeffrey, x’differenza esperjenzat il-Mellieħa hekk kif qorbot it-Tieni Gwerra Dinjija? Hekk kif bdiet tberraq il-gwerra fuq Malta, it-toroq Melliħin, li kienu mdorrijin jaraw biss xi bagħal bil-karrettun, spiċċaw b’mostri tal-azzar għaddejjin iterrqu minnhom. Ritratt uniku juri żewġ Bren Gun Carriers għaddejjin qishom żiffa minn fejn illum hemm il-pompa tal-petrol fid-daħla tal-Mellieħa. Fuq wara tagħhom, fl-istess ritratt, jidher il-palazz ta’ Selmun, isaltan fuq il-kampanja tal-madwar. Fejn illum hemm il-bini Tal-Ibraġ ma jidher xejn ħlief għelieqi u ħitan tas-sejjieħ. Il-plier tal-ġebel li jidher ħdejn it-tieni Bren Gun Carrier hu plier tal-Katidral jew kif inhu magħruf ukoll tal-Kanonki, li kien jifred l-art talGvern minn dik tal-Knisja. Fil-fatt, dan kien jinsab fejn kien hemm it-triq l-antika, li kienet tagħti għal Tal-Ibraġ u għall-Wied ta’ Santa Marija. Hemmhekk l-art kienet proprjetà tal-Knisja kif juri l-plier. Din it-triq illum hi magħrufa bħala Triq il-Qortin. Għamilt referenza għallBren Gun Carriers. X’tista’ tgħidilna fuqhom? Fl-1934, il-kumpanija Vickers Armstrong bdiet tipproduċi vettura armata veloċi, li kienet kapaċi ġġorr machine gun jew tiġbed warajha kanun. Il-Universal Carrier jew kif inhu aktar magħruf, il-Bren Gun Carrier, kellu ekwipaġġ ta’ tlieta min-nies – is-sewwieq, il-machine gunner u suldat ieħor fuq wara. Il-bqija tal-ispazju talBren Gun Carrier seta’ jintuża biex jinġarr munizzjon

Ritratt: ANTHONY ROGERS

Minn CHARLES B. SPITERI

Bren Gun carriers deħlin il-Mellieħa

jew provvisti bħal fuel jew ikel. Hawn Malta, il-Bren Gun Carriers ġew miżbugħin b’tali mod li jiġu jixbhu lill-ħitan tas-sejjieħ biex ma tantx ikunu jagħtu fil-għajn. Xi suldati ma tantx ħadu pjaċir b’dawn il-vetturi. Il-magna Ford li kellhom kienet tixrob il-petrol qisha sponża u ma tantx kienu addattati għall-blat u x-xagħri Maltin, peress li malajr setgħu jqaċċtu l-katina. Ilpjanċi tal-azzar li kellu dan il-carrier kienu biżżejjed biss biex jilqgħu l-balal tal-azzarini jew machine guns iżda xejn iżjed. Armamenti akbar kienu jagħmluhom għarbiel. Jekk tintefa’ hand grenade fil-vettura, peress li kienet miftuħa, l-ekwipaġġ kien ikollu jaqbeż ’il barra f ’ħakka t’għajn għax inkella kien ibati l-konsegwenzi!

Iżda għall-inqas is-suldati li jsuquhom? issa setgħu jirkbu minflok jimxu biex imorru xi mkien! Mhux bilfors, tant li ċertu wieħed Mellieħi, Toni Cauchi, Fejn kienu jinżammu dawn imlaqqam tan-Naqru, kien il-vetturi fil-Mellieħa? wieħed mis-sewwieqa ta’ dawn il-Carriers. Ftit qabel Minħabba l-gwerra, l-Ingliżi il-gwerra, dan Toni, flimkien ddeċidew li jaħbu l-Bren ma’ Ġużepp Vella ċ-ĊempiterGun Carriers f ’garaxxijiet li na u Ġużepp Abela tal-Ħajda, ġew imħaffrin apposta fil- kienu weġġgħu serjament blat, fejn illum insibu l-bitħa meta kienu qed jaqtgħu xi tal-iskola tal-Mellieħa. Taħt trinek bil-furnelli fil-Fortizza il-pett tal-blat fejn illum Campbell. Mid-dehra, xi furhemm il-bypass tal-Mellieħa nelli ma ħadux u għalhekk kien hemm żewġ garaxxi- dawn it-tlieta marru jittawjiet oħrajn fejn aktarx kien lu ħa jaraw x’ġara. Kif waslu jinżamm xi munizzjon u fuel. fil-qrib kien hemm splużjoni Il-Bren Gun Carriers kienu kbira li ħalliethom midrubin spiss deħlin u ħerġin minn sew. hemm u għalkemm għaddew numru ta’ snin mhux ħażin, Peress li l-Mellieħa dawn il-garaxxijiet għadhom minn dejjem kienet jeżistu sal-lum. imsemmija għall-artijiet agrikoli tagħha, dawn Kienu jkunu s-suldati Ingliżi il-vetturi militari ma kinux

jikkaġunaw ħsara lill-għelieqi? Fl-inħawi tal-Mellieħa, ilBren Gun Carriers kienu ta’ spiss jieħdu sehem f ’manuvri militari u xi kultant jibqgħu deħlin fl-għelieqi u addijo prodotti, ħitan tas-sejjieħ u kanali tal-ilma. Meta kien jiġri hekk, il-bdiewa kienu jitolbu kumpens lill-Gvern Ingliż għall-ħsarat li jkunu ġarrbu. Insibu għalhekk li fil-5 ta’ Awwissu 1940, Luigi Pisani, bin Joseph ta’ Pisani, irrapporta li suldati tar-Royal Irish Fusiliers baqgħu deħlin bilBren Gun Carriers fl-għelieqi tiegħu fil-Mellieħa u għamlulu ħsarat fis-siġar tat-tin u d-dwieli. Kellu ħsarat jammontaw għal £2.00. Fil-11 ta’ Awwissu, 1941, Pawlu Vella, bin Grezzju


23

13.03.2022 dati oħra kienu joħroġu b’lieva u jaqilgħu l-katina tat-tank, biex b’hekk ma jkunx jista’ jimxi aktar. B’hekk konna se niddefendu lil gżiritina! Mid-dehra, barra l-foss, kien ikun hemm fence talbarbed wire li kien jagħlaq ittriq. Din kienet titneħħa hekk kif xi vettura Ingliża tkun trid tgħaddi. Ninu Bonanno darba jiftakar kif trakk Ingliż baqa’ dieħel f’dan il-wajer imxewwek u kellhom inewlu tnalja lix-xufier biex seta’ jeħles littrakk minn ġo fih. Apparti mill-pont ta’ Selmun, kien hemm pontijiet oħra?

Bren gun carrier miżbugħ kulur il-ħitan tas-sejjieħ

Minħabba l-gwerra, l-Ingliżi ddeċidew li jaħbu l-Bren Gun Carriers f’garaxxijiet li ġew imħaffrin apposta fil-blat, fejn illum insibu l-bitħa tal-iskola tal-Mellieħa. Taħt il-pett tal-blat fejn illum hemm il-bypass tal-Mellieħa kien hemm żewġ garaxxijiet oħrajn fejn aktarx kien jinżamm xi munizzjon u fuel

tan-Nar, għamel rapport li għall-ħabta tal-ħdax ta’ filgħodu, suldati tar-Royal Irish Fusiliers daħlu bil-Bren Gun Carriers fl-għelieqi tieħu f’tal-Bir u barra li ġarrfulu xi ħitan tas-sejjieħ, għamlulu ħsarat fid-dwieli, għaffġulu l-għeneb u qalgħulu t-triqat. Kellu spejjeż ta’ £1.00. Il-ktajjen tal-azzar ta’ dawn il-vetturi kienu jaqilgħu t-toroq asfaltati, aħseb u ara xi trejqa fir-raba’! Ma nsemmu xejn x’kienu jagħmlu lis-siġar u l-ħxejjex tal-bdiewa. Biex l-Ingliżi saħħew id-difiża tal-gżira b’dawn il-vetturi, sinjal li kienu qed jibżgħu minn xi invażjoni Ġermaniża jew Taljana, hux hekk?

l-gżejjer Maltin jispiċċaw invaduti. Allura ħadu passi biex f ’każ ta’ attakk, itellfu kemm jista’ jkun lill-għedewwa milli jkunu jistgħu javvanzaw. Apparti mill-vetturi li ġabu, iddeċidew li jħaffru trinek fondi fit-toroq biex it-tankijiet u vetturi oħra tal-għadu ma jkunux jistgħu jgħaddu. Biex il-Militar Ingliż ma jisfax imtellef, tfasslu pontijiet tal-injam għal fuq dawn il-fossi li setgħu jitneħħew malajr f ’każ ta’ bżonn. Għandek xi rakkonti marbutin speċifikament ma’ dawn il-pontijiet?

Insemmilek dan ta’ Daniel Bonanno minn Selmun, li fi żmien il-gwerra kellu xi ħames snin. Jiftakar li Hekk hu. Fil-gwerra, l-Ingliżi fit-telgħa tal-Mellieħa, ftit ’l dejjem kienu mbeżżgħin li isfel mit-triq antika ta’ Sel-

Kien hemm ieħor żgur ħdejn in-niċċa tal-Madonna, hekk kif titla’ t-telgħa li mill-bajja tal-Mellieħa tagħti għall-Marfa. Fil-fatt il-post għadu magħruf sal-lum bħala ‘Fuq ilPont’. Mid-dehra kien hemm xi pont ukoll fit-triq talMiżieb. Dan għax il-Kapural A. Debono, tal-Ewwel Battaljun tal-K.O.M.R., irrapporta li sab nieqes bolt tal-ħadid minn dan il-pont tal-injam tattriq tal-Miżieb. Dan insteraq għad-dannu tal-Awtoritajiet Militari. Bħal dawn il-pontijiet kien jeżisti ieħor fit-triq li tagħti għall-Għadira, eżattament kif taqbeż il-kisra li hemm ’il fuq mill-Għajn tal-Mellieħa, fejn hemm id-daħla tat-taraġ li jagħti għal Għar u Casa. Il-foss taħtu kien fond xi nofs sular u l-pont, li kien qisu bieba tal-injam, kien jitneħħa billejl u b’hekk it-triq kienet tkun magħluqa. Forsi l-Ingliżi qatt m’għaddielhom minn moħħhom li t-tankijiet Ġermanizi setgħu jgħaddu mill-għelieqi tal-madwar meta jsibu t-triq maqlugħa! Pont ieħor kien fit-triq ta’ Għajn Żnuber.

Jeffrey, pontijiet biss kien hawn biex iwaqqfu mun, tħaffer foss fond. Matul t-tankijiet tal-għadu? il-ġurnata, dan il-foss kien jitgħatta bl-injam biex jiġi ffur- Le. L-Ingliżi ddeċidew li jibmat pont fuqu. Daniel u ħuh nu ħajt twil li jibda mill-Wied Ninu kien l-hena tagħhom jis- tal-Ħanżira f’Tat-Tomna u tennew xi trakk Ingliż ġej ħalli jkompli sakemm jasal fuq irjaħarbu jiġru għal taħt il-pont riħ tal-Miżieb. Dan il-ħajt kien u hemm jisimgħuh idamdam wiesa’ ferm u m’għola bnieu jirtogħod hekk kif it-trakk dem. Kellu l-iskop li f’każ ta’ jgħaddi minn fuqu. invażjoni jwaqqaf lit-tankiDarba oħra dan Daniel ra jiet Ġermaniżi milli jkompmanuvri militari fl-istess lu javvanzaw. Għalhekk kien triq li kienu jinvolvu Bren jagħlaq ix-xagħra u l-pjanura Gun Carriers, jew xi tankiji- bejn żewġ widien. et żgħar. It-tank kien jaqbad Tnejn mill-Melliħin li in-niżla ta’ Selmun u xi suldati tqabbdu jtellgħu dan il-ħajt kienu jwaqqfuh b’liżar! Li kien kienu Toni u Dwardu Deboqed jiġri huwa li waqt dan it- no ta’ Boroż. Ta’ min jgħid li taħriġ, żewġ suldati, li kienu dawn l-aħwa kienu beżgħu li moħbijin fil-ġenb tat-triq, jinqabdu bil-lieva u jispiċċaw kienu joħorġu jiġru u jgħattu suldati. Biex ma tinqabadx l-vettura armata b’liżar, allu- suldat ried ikollok xi xogħol ra x-xufier kien ikollu jieqaf essenzjali li Malta fil-gwerra għax ma kien ikun qed jara ma setgħetx tgħaddi mingħaxejn, allura seta’ jaħbat. Hekk jru, bħall-biedja. kif jagħfas il-brejkijiet, xi sulAllura dawn it-tnejn tawha

għar-raba’. Sabu ruħ ħanina, Stejfen Debono ta’ Serafin, li kitbilhom xi ftit għelieqi u kemm kellu blat u xagħri. B’hekk ġew jidhru li kienu żewġ gabillotti primi u li kellhom taħt idejhom min jaf kemm-il tomna raba’. Malta setgħet tmut bil-ġuħ mingħajrhom! U bis-saħħa t’hekk skansaw il-lieva! Iżda mill-blat u x-xagħri ma taqlax x’tiekol; allura kif feġġet l-opportunità ta’ dan il-ħajt, kienu pronti ħatfuha. Kienet ix-xitwa tal-19401941 u tant kemm għamlet kesħa li anke l-borra waqgħet. Fil-parti fejn il-ħajt kellu jaqsam it-triq li tagħti għal tat-Tomna tħaffret trinka fittriq u aktarx sar pont ieħor. Hekk kif wara ħafna tbatija, tertir ta’ bard u tixrid ta’ għaraq, il-ħajt li kien fih madwar 350 metru, tlesta, l-awtoritajiet Ingliżi riedu jagħmlu prova. Ħadu tank tal-gwerra mill-kbar u dan mar jeħodha mal-ħajt. Toni u Dwardu marru d-dar jidħku u jirrakkuntaw li hekk kif it-tank għafas fuq il-ħajt, dan infetaħ u sar borġ u t-tank baqa’ għaddej qisu mhux hu! Lanqas ħaqq ix-xogħol u t-tbatija. Iżda l-bennejja kienu tħallsu u issa setgħu jkomplu ‘jaħdmu’ r-raba’! Interessanti li l-ewwel parti tal-ħajt u l-aħħar biċċa għadhom jeżistu sal-lum. Il-biċċa ta’ bejniethom inħattet, insterqet u tfarrket maż-żmien. Ftit ilu, parti mill-ħajt li għad fadal iġġarrfet ukoll u kellu jkun Fredu Sammut, imlaqqam ir-Ratal, li rega’ bnieha kif kienet. Mellieħi ieħor li ħadem fuq dan il-ħajt kien Joseph Aquilina, iċ-Ċeklement. Qabel ma bdiet il-gwerra, xogħlu kien imur il-port jgħabbi t-trakk tiegħu bil-frott bħal-larinġ, li kien jiġi Malta fil-btieti, flimkien ma’ ħxejjex oħra u wara jbigħu l-Manikata u l-Imġarr. Iżda bil-gwerra dan ix-xogħol sfratta. Allura spiċċa jnewwel u jġorr il-ġebel f’dan il-ħajt ta’ kontra t-tankijiet. Joseph ukoll kiteb xi raba’ fuqu biex ma jinqabadx suldat, bħalma ġralu ħuh. Mid-dehra, din kienet drawwa mifruxa sew mal-Melliħin! Iżda min jagħtihom tort! Fil-fatt, Aquilina jsemmi li meta sejħulu biex jidħol suldat, kien hemm ġuvnott fil-kju qablu, li kien refuġjat il-Mellieħa. Dan beda jitlob bil-ħniena lis-surġent biex jeħilsu mil-lieva ħalli jkun jista’ jkompli l-istudji tiegħu l-Università. Iżda ma ġitux żewġ u spiċċa fl-armata, filwaqt li Joseph, li kellu l-karti tar-raba’ x’juri, ħelisha. Il-ġuvnott spiċċa mtertaq biċċiet mill-bombi tal-għadu f’Sant’Andrews u qatt ma temm l-istudji tiegħu kif dejjem kien jixtieq.


24

13.03.2022

IL-BIBLIJOTEKA

LIBRERIJA NAZZJONALI FIL-BELT VALLETTA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-bini famuż tal-Biblijoteka fil-Belt Valletta huwa eżempju rari ta’ arkitettura neo-Klassika f ’Malta. Dan l-istil jinsab f ’wieħed mill-iżjed eżempji oħra ta’ arkitettura prominenti f ’Malta fosthom, il-Qorti tal-Liġi fil-Belt Valletta u l-Knisja tal-Mosta. Ħafna nies jafu li l-palazz tas-seklu 16, li kien fuq dan is-sit qabel kien diġà użat bħala librerija mill-1760. Kien jissejjaħ Conservatoria u kien jintuża biex jaħżen ukoll l-ingotti tad-deheb u tal-fidda tal-Ordni ta’ San Ġwann. Dak iż-żmien il-Kavallier Louis Guerin de Tencin kien qed ifittex post biex jaħżen il-kollezzjoni tiegħu ta’ 19,000 ktieb. Parti kbira minnha kienet tinkludi 9,700 volum, li xtara mingħand il-Kardinal Portocarrero. Il-kollezzjoni privata tal-Kavallier de Tencin saret il-pedament tal-Librerija Nazzjonali futura ta’ Malta. Huwa għalhekk li jista’ jitqies bħala l-fundatur tal-Biblijoteka. De Tencin twieled fis-27 ta’ Diċembru 1702 fi Grenoble, fix-Xlokk ta’ Franza. Meta għalaq 14-il sena ngħaqad mal-Langue of Provence tal-Ordni ta’ San Ġwann. Qabel ma sar kavallier, kien ilu jservi bħala paġġ lill-GM Raimondo Perellos y Rocaful. De Tencin kien qatta’ ħafna ħin jistudja u jiġbor il-kotba. Kienet il-passjoni tiegħu. Peress li l-kollezzjoni kienet qed tikber b’rata mgħaġġla huwa daħal għall-idea li jsib post għaliha fejn il-post ikun disponibbli għall-pubbliku. Fis-seklu 18 l-idea ta’ libreriji pubbliċi u l-intenzjoni li tgħin lin-nies jedukaw bdew isiru xejra ġdida u moderna fl-Ewropa kollha. Dan ifisser li Malta kellha tgawdi minn din l-intenzjoni sa mill-bidu tal-moda tagħha biex ngħidu hekk. Ġie deċiż li jaħżen il-kollezzjoni tiegħu ta’ kotba flimkien mat-teżor tal-Ordni ta’ San Ġwann f ’Conservatoria

fis-sit tal-Librerija moderna. De Tencin ħatar lil Giovanni Pietro Francesco Agius de Soldanis li sar l-ewwel librar tal-ewwel librerija f ’Malta. De Soldanis kien lingwista, storiku u kjeriku Għawdxi. Huwa famuż għall-kitba De Tencin kien qatta’ ħafna ħin jistudja u tal-ewwel lessiku u grammatika tal-lingwa Maltija. jiġbor il-kotba. Kienet il-passjoni tiegħu. Peress li De Soldanis kien interesl-kollezzjoni kienet qed tikber b’rata mgħaġġla huwa sat li jistudja l-istorja, il-kultura, l-arkeoloġija u l-lingwi. daħal għall-idea li jsib post għaliha fejn il-post ikun Huwa għamel ix-xogħlijiet u r-riċerki tiegħu fuq diverdisponibbli għall-pubbliku si suġġetti u ġie ppubblikat f ’Ruma, f ’Napli u f ’Venezja. De Soldanis kien kollettur Hekk kif il-Conservato- għal kavallieri ġenerużi, li kien ovvju li l-bini l-antik ta’ ukoll u kellu l-librerija tiegħu u mużew żgħir fid-dar tiegħu ria l-antik sar l-ewwel li- ġabu kotba ġodda jew kienu Conservatoria ma kienx kbir b’diversi kotba rari, muniti, brerija, il-kollezzjoni tiegħu jagħtu flus għax-xiri ta’ volu- biżżejjed biex jospita l-arkivji kienet dejjem tikber grazzi mi rari. Sa tmiem is-seklu 18 li qed jiżdiedu u t-teżor f’post midalji, fuħħar u statwi.


25

13.03.2022

Il-bini tlesta fl-1796 sentejn biss qabel it-tkeċċija tal-Kavallieri minn Napuljun. Il-Kavallieri ma kellhomx ċans jittrasferixxu l-kollezzjoni ta’ kotba f’bini ġdid. Dak iż-żmien kien hemm madwar 80,000 ktieb fil-kollezzjoni tal-Librerija

wieħed. Qabel, ktieb kien jitqies xi ħaġa kbira u importanti. Illum bit-teknoloġija, forsi ntilef ftit il-valur li kellu qabel. Il-Gran Mastru de Rohan kellu jaħseb u jsib ir-riżorsi għal librerija akbar. Kien għalhekk li huwa kkummissjona lil Stefano Ittar minn Katanja biex jibni palazz millaqwa fuq is-sit tal-Conservatoria. Dam żmien pjuttost twil biex jitlesta l-bini, iżda sar kapulavur mill-aqwa li juri l-evoluzzjoni tax-xejriet arkitettoniċi matul is-sekli. L-ewwel sular huwa sostnut b’loggia, bil-bieb prinċipali fiċ-ċentru. Gallarija bil-balavostri tinsab fuq ilbieb, u hija sostnuta minn

kolonni Doriċi u Joniċi. Il-bini huwa magħruf ukoll għattaraġ neo-Klassiku tiegħu li jinfirex mid-daħla prinċipali sas-sulari ta’ fuq. Dan il-bini huwa konness mal-Palazz tal-GM b’passaġġ arkati. Il-fundatur tal-librerija de Tencin miet fl-età ta’ 63 sena fl-1766 u ma kellux ċans jara t-tlestija ta’ librerija ġdida. Il-bini tlesta fl-1796 sentejn biss qabel it-tkeċċija tal-Kavallieri minn Napuljun. Il-Kavallieri ma kellhomx ċans jittrasferixxu l-kollezzjoni ta’ kotba f’bini ġdid. Dak iżżmien kien hemm madwar 80,000 ktieb fil-kollezzjoni tal-Librerija. Fortunatament, biżżejj-

ed mill-arkivji u kotba rari rnexxielhom isalvaw l-invażjoni ta’ Napuljun. Madankollu, il-kollezzjoni ta’ artifatti rari u 50,000 ktieb kienet sparixxew. Min jaf x’ġara! Fl-1812 il-kotba li kien fadal kienu ġew finalment trasferiti għal-librerija l-ġdida grazzi għall-Gvernatur Brittaniku Sir Hildebrand Oakes. Dan meta l-palazz il-ġdid maħluq minn Ittar beda jiffunzjona bħala librerija. L-inawgurazzjoni tal-Librerija saret fl-4 ta’ Ġunju 1812 f’għeluq is-snin tar-Re Ġorġ III. Biex timmarka l-kontribuzzjoni Brittanika, l-arma tal-Gran Brittanja kienet ġiet miżjuda fis-Sala ewlenija tal-Librerija.

Minbarra l-kotba, il-palazz il-ġdid kien jintuża biex jinżammu diversi artifatti arkeoloġiċi, peress li dak iż-żmien ma kienx hemm mużewijiet speċjalizzati. Biss fl-1903 b’inizjattiva ta’ Themistocles Zammit il-kollezzjoni ġiet mifruda. Themistocles Zammit sar l-ewwel direttur tal-ewwel mużew arkeoloġiku f’Malta. Il-kollezzjoni preservata fil-Librerija Nazzjonali ta’ Malta sal-lum tinkludi l-kotba mill-kollezzjoni oriġinali ta’ Tencin u Portocarrero, volumi tas-seklu 16 miġjuba minn Rodi u l-kotba, li ġew miżjuda aktar tard matul il-perjodu Ingliż u modern. Jinkludi wkoll kotba rari

bħal Diderot’s Encyclopaedia tas-seklu 18 u edizzjoni bikrija ta’ profeziji ta’ Nostradamus. Minbarra l-kotba l-arkivji jikkonsistu f’manuskritti u dokumenti rari fosthom il-Bolla Papali tat-twaqqif tal-Ordni ta’ San Ġwann fl-1113 u l-att ta’ re Spanjol li jagħti l-gżejjer Maltin lill-Kavallieri. Interessanti immens. Jekk qatt ma forsi għamilt riċerka, xorta waħda importanti li żżur dan il-post mill-isbaħ. Dan huwa parti mill-wirt rikk li nsibu f’pajjiżna. Fil-Biblijoteka nsibu kull tip ta’ informazzjoni; kemm dik antika u anke dik riċenti sal-lum. Tajjeb inkunu nafu li hemm kotba antiki li għadhom sal-lum qatt ma ġew studjati.


26

13.03.2022

GARY GIORDIMAINA

REBAĦ MIDALJA TAD-DEHEB Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf li żagħżugħ Malti għamel ħoss barra minn xtutna, fejn rebaħ midalja tad-deheb fl-English Wrestling Championships 2022 fil-kategorija 57 kg. Qed nirreferi għal Gary Giordimaina. Għandu 24 sena, joqgħod il-Mosta, gradwa mill-Università ta’ Malta fis-sena 2020 u qed jaħdem fil-marketing. Bħala passatempi apparti r-wrestling, iħobb id-drama u meta jkollu naqra ħin liberu jħobb jara xi film jew series tajjeb. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna li jaħdem ħafna, jifhem is-sagrifiċċji li ġġib magħha l-ħajja fejn trid tlaħħaq ma’ xogħol jew skola u sport u b’hekk sar dixxiplinat ħafna biex ilaħħaq ma’ dawn l-affarijiet kollha. Jekk ser jagħmel xi ħaġa jrid jagħmilha sew, jagħti kollox, u jkun irid iġib l-aħjar riżultati f’kull ma jagħmel, kemm fl-isport, iżda wkoll fl-iskola u fix-xogħol. Iħobb ħafna l-familja u huwa grat li għandu sapport kbir u kontinwu mill-familjari tiegħu. Il-preparazzjoni ma kinitx waħda faċli minħabba l-pandemija Dan l-aħħar rebaħ midalja tad-deheb fl-English Wrestling Championships 2022 fil-kategorija 57 kg. Fil-fatt, din il-kompetizzjoni saret fid-19 ta’ Frar 2022, f’Windsor, Londra. Mistoqsi xi kemm kien ilu jipprepara għaliha, u b’liema mod prepara ruħu għaliha, Gary weġibni: “Kont ili nipprepara għal din il-kompetizzjoni ħafna xhur, mis-sena l-oħra. Il-preparazzjoni ma kinitx waħda faċli għax il-pandemija ġabet ħafna sfidi għall-contact sports bħal tagħna, allura kien hemm ħafna ostakli. Iżda grazzi għall-Federazzjoni Maltija Lotta konna kapaċi naddattaw, negħlbu dawn l-isfidi u nitħarrġu bl-aħjar mod li stajna. Preparajt għaliha billi rajt li l-kundizzjoni fiżika tiegħi kienet fl-aħjar tagħha, speċjalment meta bdejt nonqos fil-piż sabiex napplika għall-kategorija 57 kg. Dan sar b’ħafna taħriġ intensiv fuq it-tapit tar-wrestling. Preparajt ukoll mentalment sabiex inkun lest għal atmosfera ta’

kompetizzjoni wara li kont ili nieqes mill-kompetizzjonijiet minħabba l-pandemija. Dan kien importanti ferm biex fil-ġurnata nkun kapaċi nagħti prestazzjoni tajba. Rigward il-kisba u r-rebħa tiegħu tal-midalja tad-deheb, Gary stqarr miegħi li dan huwa riżultat importanti ħafna għalih u għall-Federazzjoni Maltija tal-Lotta, għax ifisser li l-preparazzjonijiet għal-logħob tal-Mediterran u tal-Commonwealth li ser isiru fis-sajf ta’ din is-sena qed isiru sew. Ridt inkun naf dwar xi pjanijiet għandu aktar f’dan l-isport, issa li ġie lura Malta b’dan l-unur. “Il-ħidma intensiva tkompli sabiex inġib iktar riżultati tajbin u nkun nista’ nikkwalifika biex nirrappreżenta lil Malta fil-logħob tal-Mediterran u tal-Commonwealth,” stqarr miegħi. Minn informazzjoni li kien għaddieli qabel din l-intervista, din il-kompetizzjoni kienet waħda ta’ livell għoli ħafna għax kienet qualification event għall-Commonwealth Games 2022 għat-timijiet Brittaniċi.

Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Bħalma semmejt, din is-sena ser isiru l-logħob tal-Commonwealth ġewwa Birmingham. Dawn huma t-tieni l-akbar logħob fl-isport wara l-Olimpjadi fejn jieħdu sehem diversi pajjiżi u diversi dixxiplini sportivi. Dan hu avveniment kbir u minħabba li ser isir fil-Gran Brittanja stess, it-timijiet kollha tar-wrestling fil-pajjiż qed jippreparaw iktar minn qatt qabel sabiex itellgħu tim b’saħħtu u jirbħu l-unuri għal pajjiżhom. Issa t-tim nazzjonali jintgħażel billi jaraw ir-riżultati li ġabu l-atleti tagħhom f’diversi kompetizzjonijiet, waħda minnhom proprju l-English Wrestling Championships fejn jien irbaħt il-midalja tad-deheb.” Kellu erba’ kumbattimenti li rebaħhom kollha sabiex kiseb il-midalja tad-deheb. L-ewwel kontra r-Rumen Constantin Neagu, imbagħad l-Iranjan Saeed Saeedi, Iranjan ieħor Farshad Raiesi u l-finali kontra Yahia Tehami li jirrappreżenta l-Ingilterra. Ridt inkun naf xi kemm iddum kull sessjoni ta’ kumbattiment u x’inhu l-qofol tal-isfida tal-kompetizzjoni.

“Kull kumbattiment hu maqsum fuq żewġ rounds ta’ tliet minuti kull wieħed, bi break ta’ 30 sekonda bejniethom. Iżda l-kumbattiment jista’ jispiċċa qabel jekk tmiss dahar l-avversarju mat-tapit għal ftit sekondi li tissejjaħ pin, jew inkella tikseb differenza ta’ 10 punti fuq l-avversarju li tissejjaħ superjorità teknika. Il-kompetizzjoni ġġib magħha diversi sfidi, l-ewwel u qabel kollox l-isfida li tinżel fil-piż biex tintiżen u tikkwalifika fil-kategorija tiegħek. Din mhi faċli xejn u ġieli jkun hemm lottaturi li lanqas jirnexxilhom u jiġu skwalifikati. Imbagħad għandek l-isfida li tikkumbatti ma’ diversi avversarji, fl-istess ġurnata, sabiex tasal sal-finali. Kull kumbattiment ikun iktar ta’ sfida minn ta’ qablu għaliex dejjem tkun qed titla’ fil-klassifika,” żvela miegħi Gary. Jitħarreġ kuljum ħlief ġurnata waħda fil-ġimgħa Ta’ min isemmi wkoll li t-tim Malti kien magħmul minn erba’ lottaturi. Gary stess fil-kategorija 57 kg, Adam Vella: 65 kg, Nico Zarb: 74 kg

u Nathaniel Buttigieg D’Ugo: 74 kg, kif ukoll il-coach: Jesmond Giordimaina u r-referee: Abraham Vassallo. Din kienet l-ewwel kompetizzjoni tas-sena għal Gary u kuntent ħafna li beda s-sena b’riżultat tajjeb immens u fost tant lottaturi ta’ livell għoli minn madwar id-dinja, irnexxielu jġib il-midalja prestiġjuża tad-deheb lura Malta. Mistoqsi hux biħsiebu jikkompeti aktar fil-futur, Gary weġibni: “Dażgur, qed nippruvaw li din is-sena jkollna kompetizzjoni/training camp kull xahar sakemm jaslu l-logħob tal-Mediterran u tal-Commonwealth.” Ridt inkun naf ukoll xi kemm-il darba jitħarreġ fir-wrestling u x’jirrikjedi eżattament. “Nitħarreġ kuljum ħlief ġurnata waħda filġimgħa li tkun għall-mistrieħ, erba’ darbiet fuq it-tapit tar-wrestling fejn nipprattika t-teknika u nikkumbatti mat-training partners tiegħi u darbtejn oħra bi training fiżiku ġo gym fejn niffoka fuq eżerċizzji biex inżid is-saħħa fiżika u l-endurance.” Konxja mill-fatt li xi wħud


08.11.2020 13.03.2022

27

SKEDA ONE 16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10 20:30

Primetime Preview Malta Flimkien Flimkien ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien Attività Politika

06:30 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Malta Flimkien 09:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ieqaf 20 Minuta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:18 19:30 20:10 20:30

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Dak Li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien What’s Cooking Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:18 19:30 20:10 20:30

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Mhux Kemm Taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien -

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News Telebejgħ

TLIETA 15-03

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News

ĦAMIS 17-03

06:30 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Malta Flimkien 09:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ieqaf 20 Minuta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News

jikkunsidraw ir-wrestling bħala sport xi ftit perikoluż minħabba li wieħed jista’ faċilment iweġġa’, ħadt il-kummenti ta’ Gary f’dan ir-rigward. “Fir-wrestling tista’ tweġġa’ daqskemm tista’ tweġġa’ fi sport ieħor bħall-football, il-basketball, il-waterpolo u iktar. Ma naqbilx li fir-wrestling tweġġa’ iktar minn sport ieħor u sfortunatament minn jikkumenta hekk, ikun minħabba l-fatt li ma jafx biżżejjed fuq l-isport tal-lotta/wrestling. L-ewwel li wieħed jitgħallem meta jibda jitħarreġ ir-wrestling huma teknika apposta proprju sabiex jevita li jweġġa’,” saħaq miegħi. Mistoqsi għaliex huwa personali għażel ir-wrestling u mhux xi sport ieħor, Gary weġibni: “Jien twelidt f’dan l-isport għaliex missieri, Jesmond Giordimaina, huwa l-coach nazzjonali u b’hekk kienet naturali li nġbidt lejn dan l-isport waħdi. Missieri qatt ma għamel sforz fuqi biex nibda r-wrestling, iżda waħdi sirt inħobbu għaliex rajt kemm hu sport li jżommok fiżikament fl-aħjar kundizz-

joni possibbli u jwasslek tkun b’saħħtek, atletiku, flessibbli, veloċi u intelliġenti. Jekk titgħallem tegħleb l-isfidi li jġib miegħu dan l-isport, l-affarijiet l-oħra f’ħajtek tibda tarahom faċli.” Ridt inkun naf kemm lokalment isib sapport u għajnuna f’dan l-isport tar-wrestling. “Malta mhux sport popolari ħafna u għalhekk diffiċli ħafna ssib sapport forma ta’ sponsors. B’hekk ikollna niddependu fuq l-għajnuna u l-fondi li ningħataw minn SportMalta u l-kumitat Olimpiku Malti.” Fl-aħħar nett, stedintu jħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nirringrazzja lil kull min jagħraf dawn ir-riżultati eċċellenti li b’ħafna sagrifiċċju u xogħol jirnexxilna nirbħu għal pajjiżna. Is-sapport tagħkom huwa ta’ għajnuna għalina u jkompli jimmotivana biex nibqgħu nistinkaw. Jekk hemm xi ħadd jitħajjar jibda jipprattika dan l-isport, m’għandux għalfejn joqgħod lura. Kemm jikkuntattja lill-Federazzjoni Maltija Lotta fuq il-paġna ta’ Facebook,” temm jgħid Gary.

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30

SIBT 19-03

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News

07:00 Malta Flimkien Attività Politika 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Paper Scan 10:00 Malta Flimkien 10:35 Dak li Jgħodd 11:35 What’s Cooking 12:00 Popcorn 12:30 ONE News

07:00 08:00 08:40 10:00 11:00 11:30

Malta Flimkien Attività Politika Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Malta Flimkien Attività Politika Ieqaf 20 Minuta Flip the Venue

21:30 22:30 23:30

21:30 22:30 23:30

20:30 21:30 22:30 23:30

21:30 22:30 23:30

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime

20:30

12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00 18:45

Telebejgħ Indhouse Mhux kemm Taf ONE News Flimkien ma’ Nancy Sabiħa l-Ħajja Malta Flimkien Pink Panther Ondroad

19:20 19:30 20:10 20:30

12:30 12:35 13:10 14:05 15:10 15:30 15:35 16:00

ONE News Telebejgħ Dak li Jgħodd Indhouse Ieqaf 20 Minuta ONE News Ħabrikt Xandira Diretta - PL

21:30 22:30 23:30

21:30 22:30 23:30

19:20 19:30 20:10 20:30 21:30 22:30 23:30

TNEJN 14-03

2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

- Attività Politika 2603 Malta Flimkien - Attività Politika ONE News

Malta Flimkien Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

ERBGĦA 16-03

Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

ĠIMGĦA 18-03

Malta Flimkien Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Malta Flimkien Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta PM Speech 2603 Flip the Venue ONE News

ĦADD 20-03


28

13.03.2022

reċensjoni tal-ktieb

GĦAL DEJJEM ... U FTIT Kumment ta’ MICHAEL CINI Il-Malti jgħid li l-ewwel ma tiekol, l-għajn. U tassew li hekk ġara lili malli rajt il-qoxra, il-qosor tal-kapitli u l-preżentazzjoni ta’ dan il-ktieb. Għalhekk ma ddispjaċinix li xtrajtu għax ir-rakkont ta’ dan ir-rumanz huwa tassew oriġinali. Matul il-ġrajja ta’ GĦAL DEJJEM ... U FTIT tal-awtriċi Helen Borg, jispikka l-element romantiku fejn l-aspett emozzjonanti tal-imħabba joħroġ b’qawwa sopranaturali. Imħabba mitlufa li terġa’ tinstab ... anki wara li persuna tiġi nieqsa għal dejjem ... u ftit. Tul ir-rakkont, il-qarrej jiltaqa’ ma’ sekwenzi ta’ ħajjiet li ma jintemmu qatt, imżewqin b’imħabba tassew ġenwina u eterna. U dan minkejja kemm dawn il-persuni jsofru meta jaraw lill-maħbubin tagħhom jitwieldu, jgħixu u jmutu, waqt li huma ma jixjieħu qatt. It-tbatija ta’ dawk li ma jistgħux jgħixu ħajja normali hija notevoli, għax xi drabi huma mċaħħdin mill-imħabba, mill-pjaċiri sempliċi u l-bżonnijiet naturali bħalma huma l-ikel u l-irqad. U huwa proprju hawnhekk fejn dawn il-ħajjiet isibu ruħhom f’kunflitt meta jinqabdu bejn il-ħajja u l-mewt. F’kuntatt mal-ħajjin u anki ma’ dawk li tinżel tiġborhom il-mewt fejn xi wħud minnhom, jerġgħu jitwieldu biex mill-ġdid jiltaqgħu mal-imħabba ta’ ħajjithom. Għax f’dan ir-rumanz, tassew li l-imħab-

ba ma tmut qatt! Hawnhekk tajjeb li wieħed isemmi kemm hija interessanti l-ispjegazzjoni li l-awtriċi jirnexxilha tagħti tal-personifikazzjoni talmewt. In-nuqqas tal-emozzjonijiet li tesebixxi, kif ma tifhimx x’inhi l-imħabba u x’kapaċi tagħmel biex tiffavorixxi lill-alleati tagħha li għalkemm imdakkrin min-nuqqas tal-ħajja, xorta waħda jibqgħu jgħixu fuq din id-dinja biex ifittxu l-imħabba. Fir-rumanz ta’ Helen Borg insibu deskrizzjonijiet reali ta’ persuni li ġejjin minn żminijiet ’il bogħod u li jgħixu f’pajjiżi differenti. Rakkonti vivaċi ta’ avvenimenti storiċi magħrufa u li seħħew tassew, ilaqqgħuna ma’ personaġġi importanti li ħallew impatt fuq l-istorja ta’ Malta, kif ukoll tad-dinja. Jidher ċar li biex kitbet dan ir-rumanz, Borg għamlet riċerka estensiva kemm mill-aspett storiku kif ukoll fuq bosta elementi oħrajn, fosthom dawk mistiċi u misterjużi, li lkoll flimkien jagħmlu dan ir-rumanz tassew oriġinali. Ġrajja ta’ mħabba fantastika fejn is-sorpriżi eċitanti, u speċjalment dawk romantiċi ma jonqsu qatt, għaliex b’mod tassew misterjuż jibqgħu jirrepetu ruħhom għal dejjem ... u ftit! Prosit tassew lil din l-awtriċi. Għal aktar informazzjoni żur is-sit: www.horizons.com.mt

Mistoqsija: Fuq xiex inhi d-deskrizzjoni reali li tagħti Helen Borg? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb GĦAL DEJJEM ... U FTIT. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 20 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb STILEL FL-ISTALEL hija:

N. CALLEJA - MELLIEĦA

02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela dwar ir-rata tal-corporate tax?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


29

13.03.2022

“THE GAY SLAYER” Colin Ireland kien joqtol irġiel omosesswali għax iktar “faċli” L-EWWEL PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Colin Ireland kien qattiel tal-massa Ingliż li qatel ħames irġiel omosesswali f’Kent fl-Ingilterra. Bħala riżoluzzjoni tal-1993, Ireland kien iddeċieda li jrid isir qattiel tal-massa biex isir magħruf madwar id-dinja. Wara li kien jitlaq mix-xena tad-delitt, Ireland kien iċempel lill-kmamar tal-aħbarijiet u ġieli lill-pulizija biex jgħidilhom li kien għadu kif qatel u fejn għandhom isibu lill-vittma. Wara li ġie nnutat li kien joqtol irġiel omosesswali, Ireland ġie mlaqqam bħala “The Gay Slayer” fl-aħbarijiet. Ireland kien inaddaf kull xena tad-delitt u li kieku ma nesiex jimsaħ il-marki tas-swaba’ mir-raba’ xena tad-delitt, jaf ma kienx jinqabad wara li qatel lill-ħames u l-aħħar vittma. Ireland kien jitlaq l-għada filgħodu mix-xeni tad-delitti għax kien jemmen li jaqa’ s-suspett fuqu kieku kien jitlaq f’nofs ta’ lejl. Min kien Colin Ireland Colin Ireland twieled fis-16 ta’ Marzu fl-1954 f’Dartford f’Kent fl-Ingilterra. Il-ġenituri tiegħu kienu għadhom żgħażagħ mhux miżżewġin u ftit wara t-twelid tiegħu, il-missier abbandunahom. Ommu kellha biss 17-il sena u flimkien ma’ binha batew il-faqar. L-omm pruvat ittejjeb ilħajja tagħhom billi tieħu lil binha

ma għenuhx jirriforma ruħu u meta ħareġ weħel sena u nofs ħabs fuq diversi serqiet. Ireland ħareġ mill-ħabs f’Novembru tal-1976 u mar jgħix fi Swindon f’Wiltshire. Hawnhekk beda relazzjoni ma’ mara li kellha t-tfal u mar jgħix magħha iżda sena wara reġa’ weħel sena u nofs ħabs fuq theddid. Kif ħareġ mill-ħabs, Ireland reġa’ ġie arrestat fuq serq u weħel sentejn oħra ħabs. Fl-1982, Ireland iżżewweġ lil Virginia Zammit u flimkien kellhom tifla. Huma kienu jgħixu f’Holloway

wali magħruf bħala Coleherne Arms. Kien f’dan il-bar li ltaqa’ mal-vittmi tiegħu bejn Marzu u Ġunju tal-1993. Il-vittmi

L-ewwel vittma ta’ Ireland kien Peter Walker ta’ 49 sena. Walker ħa lil Ireland fl-appartament tiegħu f’Battersea bl-iskop li jkollhom x’jaqsmu sesswalment. Ireland qal lil Walker li hu jħobb jorbot lill-irġiel biex ikun jista’ jwettaq atti sesswali u Walker aċċetta. Hekk kif Ireland rabat lil Walker, hu qabad borża tal-plastik u fgah biha. Wara li fgah, Ireland qabad żewġ pupazzi u poġġiehom fuq L-għada tad-delitt, Ireland, kif ra li ħadd ma il-ġisem bla ħajja Walker. L-għasemma l-qtil ta’ Walker, ċempel lil żewġ ġurnali ta’ da tad-delitt, Ireu qalilhom li hemm il-klieb ta’ Walker maqfulin land, kif ra li ħadd ma semma l-qtil f’kamra u li hu qatel lil sidhom. Qalilhom ukoll ta’ Walker, ċempel lil żewġ ġurnali u li hu jrid isir qattiel tal-massa famuż qalilhom li hemm il-klieb ta’ Walker maqfulin f’kamra u f’postijiet differenti għal futur aħjar. f’Londra sakemm Virginia saret taf li hu qatel lil sidhom. Qalilhom ukoll Minkejja dan, omm Ireland iżżewġet li żewġha kien qed jibdilha ma’ nisa li hu jrid isir qattiel tal-massa famuż. u xħin inqabdet tqila, poġġietu f’is- oħrajn u b’hekk talbet għad-divorzIt-tieni vittma kien Christopher titut tat-tfal. Wara ftit snin, Ireland ju fl-1987. Sentejn wara, Ireland reġa’ Dunn ta’ 37 sena. Dunn ħa lil Ireland reġa’ ngħaqad ma’ ommu u fl-1966, hi żżewweġ iżda ż-żwieġ ma damx wisq fid-dar tiegħu f’Wealdstone u spiċċa reġgħet iżżewġet raġel ieħor. minħabba li kien jerfa’ idu fuq mar- maqtul billi ġie fgat waqt li kien marMeta tfarfar, Ireland kien fil-mira tu u kien anke jisraqha. Fil-bidu tas- but mas-sodda. Għall-bidu, il-pulizija tal-pedofeli u ġie mistieden għal atti snin 90, Ireland għamel żmien bla bdew jaħsbu li l-qattiel kien l-eks sesswali minn tal-inqas tliet darbi- saqaf fuq rasu sakemm sab apparta- sieħeb ta’ Dunn peress li l-qtil seħħ et. Matul żgħożitu, Ireland spiċċa ment f’Southend-on-Sea. Waqt li kien f’akkwata differenti minn ta’ Walker l-ħabs tal-adolexxenti darbte- jgħix hawn, Ireland kien jivvjaġġa lejn u b’hekk ma rabtux iż-żewġ omiċidji jn fuq serq. Dawn l-esperjenzi Earl’s Court biex iżur bar tal-omosess- flimkien.

er

IL-BAR COLEHERNE ARMS FEJN IRELAND KIEN ISIB IL-VITTMI TIEGĦU

al

k

Du

nn

rW P e te

e

r

Chr

o ist

ph

TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA


30

13.03.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


31

13.03.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 424

L. VELLA - KALKARA

MIMDUDIN: 9. 1. Vittoriosa (5) 4. Kompli l-qawl: 10. Ġunju kbir ....... 12. ras il-ħmieġ (4) 7,23. Żied l-isforz (6) 16. Bi 3 NUMRI 064 101 147 268 288 308 844 898 983 997 B’4 NUMRI 0622 1344 2094

2172 2215 2248 2510 2548 2673 2880 3000 4595 4600 4610 5002 5146 5306 5530 5669

5987 6100 6551 6671 6815 6848 7098 7197 7894 8111 8490 8862 9141 9898 9984

B’5 NUMRI 00838 02261 05203 13202 18000 20585 24447 25291 29585 29910 31994 52744 55052 61567 73090

77573 83027 85426 86985 88394 89501 97261 97274 98466 B’6 NUMRI 399071 506994 954593 955307

B’7 NUMRI 0694248 3772307 7994921 8288653 Bi 8 NUMRI 62252591 75237867 84396431 92654266

Inpoġġu fih 18. iċ-ċwievet (3) 19. Ma tiddubitax (6) 20. Jiddevertu 21. fuqhom it-tfal (6) 23. Idaħħan (3) 24.

WEQFIN: 1. Ngħaddu 8. minnhom (6) 11,21W. 2. Drawwa? (3) 12,22. 3,17. Iffastidjati (6) 5.14. Mexxejja navali (9) 13. 6. Ursola Muscat

Nani (1,1,1) 14. Rapport? (9) 15. Biċċa żgħira (5) 17. Kumpanija 21. Teatrali (5) 22. National Statistics Office (1,1,1)

Iva bit-Taljan (2) Stazzjon tat-tv (3) Id-daħla tal-bir (5) Fil-Brażil (3) Ara 7 Żifna (5) Ara 5 Tat għal ftit (6) Ara 3 Ara 11 Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Itlaq, 4.Ħruq, 7,9.Abela, 10.Naħsel, 12.Tletin, 16.Ilu, 18.Te, 20.Marti, 21.Qum, 24.Ibati

WEQFIN: 1.Ineħħi, 2.Lia, 3,6.Qanqal, 5,19. Russja, 8.Batteriji, 11.Il, 12,23. Tumuri, 13.Eta, 14.Nsiena, 15.Salami, 17.LGU, 21.Qam, 22.Mar


32

13.03.2022

GĦAŻLA WAĦDA, MANIFEST WIEĦED Editorjal

Fl-akbar proposta li qed jippreżentalna issa, Bernard Grech qiegħed iwiegħed li, bħala Prim Ministru, jgħabbina bi kriżi ferm akbar minn dik tal-bendy buses tal-Arriva

“Il-pjan għal familja waħda u magħquda” kienet deskrizzjoni li ta fi ftit kliem il-Prim Ministru u Mex­xej La­burista Robert Abela lill-prog­ramm elettorali tal-Partit Laburista għall-elezz­ joni ġene­rali tas-26 ta’ Marzu li ġej. U għandu raġun biex ibigħ! Differenti minn pjani oħrajn, li kulma jagħmlu hu li jħarbtu l-qafas nazzjonali li fuqu tista’ tkun mibnija tali struttura, ilmani­fest “Malta Flimkien”, li tnieda nhar il-Ġimgħa, ikomp­li jibni pedament sod għal ġejjieni iżjed prosperu. Ġejjieni aqwa mill-preżent, li wkoll huwa diġà bil-wisq aħjar minn dak li niftakru sal-2013. Sa minn qabel din il-ġimgħa, wieħed faċilment seta’ jasal għall-konklużjonijiet dwar ilfib­ra u s-sustanzi ta’ dak li qed jip­proponu ż-żewġ partiti ewle­ nin. Għal diversi raġunijiet, kif ippruvat anke fl-aħħar ġranet u ġimgħat, hemm differenzi kbar fil-kwantità daqskemm fil-kwalità. Anke jekk l-akbar differenza tibqa’ l-kredibbiltà ta’ min kapaċi jwettaqhom u min le. Għall-Partit Nazzjonalista, li ftaħar kemm kien mgħaġġel

biex ħareġ il-programm eletto­ rali tiegħu fl-ewwel sigħat tal-kampanja, s’issa pproduċa biss frieħ għomja fost wegħdi li wkoll jeħduna biss fil-passat. Għat-tielet ġimgħa konse­ kut­tiva issa l-Partit ta’ Bernard Grech reġa’ nqabad li mhux biss ma kienx ippreparat sew minn qabel issejħet id-data tal-elezz­ joni, kontra dak li kien jiddikjara l-ħin kollu, iżda l-propos­ti maġġoritarji tiegħu wkoll mibnijin fuq id-duħħan. Fl-ewwel ġimgħa splodietlu f’wiċċu dik li suppost kienet l-akbar pro­posta li kellu – “€1 biljun għall-ħolqien ta’ għaxar setturi ekonomiċi ġodda” – fejn ma domniex ma skoprej­na li prattikament ma kien hemm xejn ġdid u lanqas il-biljun ma jeżisti, għax il-proposta tgħabbi biss djun fuq dawk li jitħajru jinvestu fl-istess setturi. Issa qed tinfaqagħlu malajr ukoll bużżieqa oħra li pprova jonfoħ bħala alternattiva. Fil-fatt, kif qed jiġi rrapportat f’din il-ħarġa wkoll, ma jidher li hemm assolutament xejn suret in-nies wara l-wegħda ta’ “trackless tram”, li qed jissuġġerixxu Grech u sħabu. Anzi,

kif ippruvat ukoll minn riċerki internazzjonali dwar l-istess sistema ta’ trasport tal-massa, hemm ħafna iżjed li hu moħbi minn dak li qalulna f’żewġ konferenzi tal-aħbarijiet. Tgħid saħħa darba fajru ċifra kemm se tiswa proposta par­ tik­olari, kellna niskopru wkoll li l-ispiża tat-“trackless tram” hi ferm akbar minn x’qed jgħid il-PN! Mhux l-inqas għax minn qabel din tmiss l-art Maltija rridu nibnulha karreġġjati ġodda b’tarmak li jkun infurzat apposta minn fejn se tgħaddi. Iżjed minn hekk, il-PN qed jipprova jbigħ lill-elettorat Malti sistema li għad trid tiġi ttestjata f’toroq bħal tagħna, jiġifieri fejn magħha jridu jivv­ jaġġaw fl-istess ħin ukoll vetturi normali. Dan kif indikat f’rapport speċjalizzat tal-Australasian Railway Association is-sena l-oħra. Issa jekk nikkalkulaw il-barka li Gvern Laburista ħelisna mill-bendy buses tal-Arriva fil-bidu tal-2014, Grech bil-maq­ lub qed iwiegħed li, bħala Prim Ministru, jgħabbina bi kriżi akbar sa tmiem il-leġiżlatura li se tibda dalwaqt, partikolarment

għax kull waħda mit-“trackless tram” tiegħu hi ferm itwal mill-vetturi li kienu jistaġnaw it-toroq Maltin meta ma jagħmluhomx ħuġġieġa nar. U jekk vettura ta’ 20 metru ħolqot kaos nazzjona­li li lkoll niftakru sew, x’tista’ tagħ­mel vettura li ma tiġix iqsar minn 32 metru u li teħtieġ spazju ta’ mill-inqas 15-il metru biex tkun tista’ ddur mal-kantunieri? Anke jekk ma ridux jikkonfermawha lill-ġurnalist ta’ ONE News, ta’ min jinnota wkoll li hi biss kumpanija waħda li tipproduċi din it-tip ta’ vettura proposta mill-PN. Għaldaqstant nifhmu li bilfors diġà hemm xi tip ta’ kollużjoni mal-istess kumpanija. Min se jispjega?! Dan mhu xejn ħlief ritorn għall-passat ta’ GonziPN. Żgur mhux parti mid-destin li l-poplu Malti u Għawdxi nnifsu għażel li jimxi fuqu fl-aħħar disa’ snin. Wisq inqas huwa fl-istess livell tal-għajxien tiegħu llum il-ġurnata jew ta’ ġejjieni aħjar li qed jaspira għalih. Għalhekk fis-26 ta’ Marzu għandu jkun hemm biss għażla waħda quddiem l-eletto­rat … u żgur mhijiex dik li ma jivvotax!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.