KullĦadd_14.02.2021

Page 1

L-ESTABLISHMENT QED JIŻVIJA DWAR IL-FINANZI TAL-PN Il-Ħadd, 14 ta’ Frar, 2021

Ħarġa Nru 1,440

Prezz €1

Rapport f’paġna 5

Ritratti ta’ JOE CAMENZULI

Għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin, ir-renju tal-bluha rriduċa ruħu fl-aktar forma sempliċi din is-sena b’riżultat tar-restrizzjonijiet li ġabet magħha l-pandemija. Mill-karrijiet enormi armati fuq it-trailers, żfin u kostumi li s-soltu jlewnu l-kapitali b’mod partikolari, dan it-tmiem il-ġimgħa tal-Karnival kien rappreżentat biss b’installazzjonijiet statiċi mferrxin f’postijiet prominenti. Dawn iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ qabel ir-Randan, li jmorru lura għal aktar minn 500 sena, twaqqfu biss meta Malta kienet l-aktar pajjiż ibbumbardjat matul it-Tieni Gwerra Dinjija.

TA’ DELIA QED JIĠU SKARTATI San Valentinu ma serviex biex jirri­konċilja u jtemm il-firdiet bejn il-fazzjonijiet interni fid-Dar Ċentrali, tant li din il-ġimgħa ssoktaw il-manuvri biex jitqalftu ’l barra iżjed nies li kienu jappoġġjaw lill-Eks Kap Adrian Delia. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li, wara għe­ xieren ta’ snin jimmilita fil-Partit, Tony Galea kompla jintwera l-bieb ta’ barra din il-ġimgħa wara li ġie sfiduċjat mir-rappreżentanti tal-PN stess fil-Kummissjoni Elettorali u ma jibqax jitqabbad jissorvelja l-proċessi elettorali fis-sala tal-għadd tal-voti. Avolja Galea kien ilu erba’ snin jirrappreżenta lill-Partit f’tali proċessi, issa nġiebet l-iskuża li hu “wisq partiġjan”. Kollox inqala’ wara li, ġimgħa u nofs ilu, Galea u tmien rappreżentanti oħra tal-PN irtiraw mill-elezzjoni f’Tas-Sliema għall-Kumitat Sezzjonali minħabba tgħajjir u block vote li kien qed jinħema kontrihom minn nies li jappoġġjaw lillKap attwali Nazzjonalista Bernard Grech. B’solidarjetà magħhom, irriżenjaw ukoll il-membri fil-kumitat ta’ Bormla. Tkompli f’paġna 4

INVESTIMENT MINGĦAJR PREĊEDENT FIL-ĠUSTIZZJA IŻ-ŻIEDA TA’ TMIEN MEMBRI ĠODDA GĦALL-ĠUDIKATURA, L-INFIQ TA’ €5 MILJUN F’BINJA ĠDIDA U D-DIĠITALIZZAZZJONI TAL-QRATI DIN IS-SENA SE JFISSRU QABŻA ENORMI GĦAL DAN IL-PILASTRU TAD-DEMOKRAZIJA L-2021 se tkun qed timmarka żvilupp pożittiv kbir fil-qasam tal-ġustizzja f’pajjiżna b’investiment bla preċedent li jinkludi żieda fil-membri tal-ġudikatura għall-akbar għadd fl-istorja ta’ 50 persuna, binja ġdida li se tinkludi erba’ awli u 25 uffiċċju u d-diġitalizzazzjoni sħiħa tal-qrati tagħna, fost oħrajn. Wara s-sejħa pubblika li ħarġet nhar il-Ġimgħa li għadda għall-ħatra ta’ erba’ mħallfin ġodda, fi proċess li fih innifsu hu wkoll rivoluzzjonarju, din il-gazzetta għamlet analiżi tal-iżviluppi kollha li se jkunu qed iseħħu f’dan il-qasam tant importanti għal kull demokrazija. Il-proċess għal imħallfin ġodda awtomatikament se jwassal għal sejħa pubblika oħra

biex jinħatru erba’ maġistrati ġodda, pass ieħor importanti li fit-tisħiħ tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna taħt l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela, li issa qed jerħi kompletament minn idejh il-poter li jkun hu li jagħżel min għandu jinħatar f’dawn ir-rwoli prestiġjużi. Waħda mir-riformi Kostituzzjonali, li twettqu fl-aħħar sena, kienet tinkludi l-metodu kif jinħatru l-imħallfin u l-maġistrati l-ġodda, jiskatta l-proċess li għall-ewwel darba se jkun indipen-

denti mill-Gvern u se jitmexxa b’mod trasparenti mill-Kumitat dwar il-Ħatriet tal-Ġudikatura, presedut mill-Prim Imħallef. Dan il-Kumitat għandu mbagħad jiskrutinja l-applikanti u jissuġġerixxi lista tal-aktar kandidati idonei lill-President tar-Repubblika li jiddeċiedi min għandu jkun maħtur. It-tmien membri ġodda li se jiżdiedu fiż-żmien li ġej se jtellgħu l-għadd tal-membri tal-ġudikatura għal 50. Dan l-akbar ammont ta’ ġudikanti li qatt servew fl-istorja tal-qrati tagħna hu wkoll 11-il membru iżjed minn kemm kien hemm 10 snin ilu taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalis­ta meta kienet għadha fid-diskrezzjoni sħiħa tal-Prim Ministru tal-ġurnata li jaħtar lil min irid hu. Tkompli f’paġna 3


02

14.02.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 12°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq il-baħar Jonju ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Ftit imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita iżolati Ir-Riħ: Ftit qawwi mill-Majjistral it-Tramuntana Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx mill-Punent It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

12°C UV 4

KUNTATT ĠENERALI

8°C

Il-Ħamis

14°C UV 4

9°C

Il-Ġimgħa

16°C UV 3

11°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

16°C UV 4

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

11°C

16°C UV 4

10°C

16°C UV 2

10°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, Iż-Żejtun – 21806009 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

14.02.2021

ĠUSTIZZJA IŻJED AĊĊESSIBBLI Tkompli minn paġna 1 Fl-2001 kien hemm 33 ġudikant, kważi kollha rġiel għajr għal erba’ maġistrati nisa. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li llum għandna 24 ġudikanta li jagħmlu l-maġġoranza fil-qrati tagħna u għad jistgħu jkomplu jiżdiedu fil-ġimgħat li ġejjin. Il-miżura ġdida tal-Gvern Laburista li jsaħħaħ il-bank tal-ġudikatura bi tmien membri oħra tirkeb ukoll fuq l-emenda Kostituzzjonali li tressqet mill-Ministru responsabbli Edward Zammit Lewis f’Novembru li għadda biex l-età tal-irtirar tal-imħallfin u tal-maġistrati tiġi estiża minn 65 għal 68 sena. L-emenda kienet xprunata mill-fatt li, fiż-żmien li ġej, numru konsiderevoli ta’ mħallfin se jkunu qed jirtiraw bl-età ta’ 65 sena. B’hekk ġie żgurat li ma jkunx hemm telf ta’ esperjenza u ta’ speċjalizzazzjoni, b’mod partikolari fil-Qorti Kostituzzjonali u fil-Qorti tal-Appell (sede

Superjuri) fejn hemm ammont kbir ta’ kawżi pendenti. Minn tweġiba Parlamentari joħroġ li sa l-2023 kien hemm tmien membri tal-ġudikatura li kienu se jagħlqu 65 sena, l-età li kienet iġġegħelhom jirtiraw qabel daħlet l-emenda Kostituzzjonali. Ftit taż-żmien ilu wkoll ilGvern ħabbar proġett ta’ kważi €5 miljun bil-għan li jiġi estiż il-bini tal-Qorti. Fil-fatt, binja dilapidata fi Triq id-Dejqa, filBelt, se tkun qed tiġi rinovata u ristrutturata ħalli tospita erba’ awli ġodda u 25 uffiċċju. Anke jekk kien ilu snin jinħass il-bżonn ta’ iktar spazju fil-Qorti, dan il-proġett mhux biss se jsolvi din il-problema, iżda se jkun qed joffri wkoll ambjent iktar dinjituż lill-ħaddiema kollha, inkluż il-ġudikanti. Din l-aħbar tikkumplimen­ ta wkoll l-inawgurazzjoni tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, xogħol fuq l-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Liġi, bini ġdid

2001

2011

2021

PRIM IMĦALLEF

1

1

1

IMĦALLFIN

16

19

24*

MAĠISTRATI

16

19

25*

TOTAL

33

39

50*

*Wara l-ħatra ta’ mħallfin u maġistrati ġodda f’din is-sena

għall-Uffiċċju tal-Avukat talIstat u riforma sħiħa fl-Uffiċċju tal-Irkupru tal-Assi. Minbarra hekk, fl-2021 se jkompli l-proċess ta’ diġitaliz­ zazzjoni tal-awli wara l-introduzzjoni ta’ qafas legali biex il-kawżi ċivili jkunu jistgħu jsiru b’mod virtwali fejn xhieda mhux bilfors ikunu fiżikament preżenti fil-Qorti. Sa tmiem l-2020 diġà kien hemm sitt awli attrezzati bl-aħħar teknoloġija li tippermetti dan. Din l-inizjattiva, li hi biss parti minn politika aktar wiesgħa ta’ diġitalizzazzjoni tas-sistema,

ġiet imfaħħra mill-President tal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u tal-Maġistrati Dr Francesco Depasquale li saħaq li din hi t-triq ’il quddiem biex il-ġustizzja f’pajjiżna tkun waħda moderna, aktar aċċessibbli u effiċjenti għaċ-ċittadini lokali. L-effiċjenza fil-Qrati hi wkoll waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Gvern għal din is-sena, ladarba din mhux biss tilgħab rwol kruċjali fis-saltna taddritt, iżda taċċerta li ċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet, l-aġenziji u l-entitajiet kollha jaħdmu b’mod effiċjenti u jinżammu

responsabbli. Dan jista’ jsir biss jekk il-Qrati joffru rimedji f’waqthom u ġusti. Għal dan il-għan, il-Gvern estenda wkoll il-qalba diġi­tali biex tippermetti li atti tal-Qrati Kriminali jistgħu jiddaħħlu online. Issa min għandu bżonn jippreżenta tali atti, jista’ jagħmel dan mill-kumdità tal-uffiċċju f’kull ħin, mingħajr il-ħtieġa li jmur fil-one-stop-shop u jistenna biex jinqeda. L-atti jiġu pproċessati mill-amministrazzjoni tal-Qorti dakinhar stess jekk jiddaħħlu fil-ħinijiet tal-ftuħ tar-reġistru u l-għada jekk jiġu ppreżentati wara l-ħinijiet tal-ftuħ. Il-miżura se tinħass iżjed fis-sajf meta jiqsar il-ħin tal-ftuħ tar-reġistru. Dawn l-investimenti kollha mingħajr preċedent, flimkien mar-riformi tal-aħħar xhur, għandhom iħejju t-triq għal ġustizzja aktar aċċessibbli għaċ-ċittadin Malti u Għawdxi biex dejjem ikunu fiċ-ċentru tal-ħidma tal-Gvern.


04

14.02.2021

SE JTAJRUH UKOLL MINN KULL PROĊESS ELETTORALI L-EKS RAPPREŻENTANT NAZZJONALISTA F’TAS-SLIEMA, LI SPIĊĊA FIL-MIRA TAL-FAZZJONI BUSUTTIL, ISSA JLAQQATHA WKOLL FIS-SALA TAL-GĦADD TAL-VOTI BL-ISKUŻA (MILL-PN STESS) LI HU “WISQ PARTIĠJAN” Tkompli minn paġna 1 Kif iddikjara hu stess mal-mikrofonu ta’ ONE News, Galea tenna li hu kien appoġġja lill-Eks Kap Adrian Delia fl-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit f’Ottubru li għadda. Għaldaqstant, nifhmu li r-rivolta kontrih issa fi ħdan il-Kummissjoni Elettorali tkompli tindika kif qed jitqalftu dawk kollha li għadhom juru xi tip t’appoġġ lejn Delia. Meta nqalgħet il-kwistjoni f’Tas-Sliema, dan tal-aħħar ukoll kien ħareġ pubblikament jikkritika t-tmexxija ta’ Grech u kif azzjoni simili qed tkompli toħloq biss firda fil-PN. Din il-politika ddettata mill-establishment Nazzjonalista, li imbotta lil Grech fit-tmun tal-Partit, kienet riflessa wkoll fil-laqgħa f’lukanda f’San Ġiljan bejn Richard Cachia Caruana, wieħed mill-imħuħ ta’ din ix-xirka politika, u Ray Bezzina, il-persuna fdata fl-uffiċċju tal-Kap attwali, kif żvelata l-ġimgħa li għaddiet mill-KullĦadd u ONE News. Ġurnalisti tagħna, li kienu preżenti fuq il-post għal din il-laqgħa ta’ madwar siegħa, semgħu lil Cachia Caruana jiddetta kontinwament. Ħin minnhom instema’ jinsisti ma’ Bezzina li Grech għandu bżonn ikun iżjed sod u jibda jsabbat saqajh. Nhar l-Erbgħa, Galea u dawk li fuq Tas-Sliema u Bormla rtiraw mill-elezzjonijiet interni tal-PN ħarġu stqarrija konġunta, li ġiet ukoll riprodotta fuq il-paġna ta’ Facebook tal-analista u lettur fl-Università Simon Mercieca. Dawn ikkummentaw fuq il-laqgħa politika tal-Ħadd li għadda f’Birkirkara mill-Kap Nazzjonalista u kif ġew skartati kompletament, anke jekk dan tal-aħħar għoġbu jiftaħar bl-elezzjoni sezzjonali tal-Partit f’Ħad-Dingli. F’post li akkumpanja l-istqarrija, Mercieca qal li dawn l-eks uffiċjali Nazzjonalisti jqisu li din il-firda akbar fil-Partit hi parti mill-istrateġija li qed idaħħal l-istess Cachia Caruana minn Ottubru ’l hawn. “Tgħid insiena bi skop? Tgħid ma semma xejn għax iddejjaq juri li għandu problema interna? Tgħid insiena għax jemmen li aħna se ninsew? Tgħid insiena għax jaħseb li għax aħna Nazzjonalisti ninsew dak kollu li għaddejna minnu u xorta naslu biex nivvutaw? Tgħid ma semminiex biex mingħalih jagħti x’jifhem li din il-problema għaddiet u ntesiet? Tgħid ma semminiex apposta biex iwasslilna messaġġ li m’għandux bżonna? Tgħid ma semminiex għax dak, li ġabuh fuq il-gazzetti u bil-filmati fuq ONE News, għaddielu ordni ma’ sieħbu Ray Bezzina (meta ltaqgħu) li m’għandux isemmina u li jista’ jgħaddi mingħajrna? Tgħid qed jaħseb li għax sar Kap jista’ jgħaddi romblu fuq nies li huma Nazzjonalisti

Tony Galea (fin-nofs) jesprimi r-rabja tiegħu u ta’ sħabu għat-tmexxija attwali Nazzjonalista għandu jitwaqqaf l-ingaġġ ħafna iżjed minnu?” staqtiegħu mal-Kummissjoni sa l-grupp ta’ dissidenti wara dan il-perjodu kollu. fl-istqarrija tagħhom, b’refF’korrispondenza preċe­ erenza diretta wkoll għalldenti li kien bagħat lill-istEks Rappreżentant Permaess Dr Mercieca u mxandra nenti għal Malta fi Brussell. fuq Facebook, Galea jidIssa din il-gazzetta hi indeskrivi lilu nnifsu bħala furmata li, f’kull elezzjoni, attivist dirett fil-PN sa minn il-Kummissjoni Elettorali żmien Dr George Borg Olivitingaġġa magħha ammont er, kien ukoll segwaċi aħrax ta’ persuni għal żmien ta’ Eddie Fenech Adami, temporanju biex iwettqu waqt li ħadem volontardiversi eżerċizzji marbuta jament fid-Dar Ċentrali fi ma’ elezzjoni. Tony Galea żmien Lawrence Gonzi, Sikien wieħed minn dawn mon Busuttil u anke Adrian il-persuni fejn għall-aħħar Delia. Hu indika li kien ukoll erba’ snin kien jassisti involut fl-uffiċċju elettofl-immaniġġjar tas-Sala rali fejn kien responsabbli tal-Għadd tal-Voti fin-Naxxmit-tiġdid tat-tesseri. ar, iżda issa se jkun mibFl-istess messaġġ stqarr li dul wara li ġie sfiduċjat Simon Mercieca jisħaq li din hi parti jinsab iddiżgustat u mweġġa’ mir-rappreżentanti tal-Oppożizzjoni fuq il-Kummissjoni mill-istrateġija ta’ Richard Cachia Caruana li, flimkien mal-kollegi Anton Debono u John Pillow b’mod Elettorali bl-iskuża li hu wisq partikolari, spiċċaw jaqilgħu involut fil-politika. li Galea jkompli b’din il-ħatra għarl-insulti personali u ħadd Postu mistenni jittieħed minn persuna li hi qrib sew l-estab- raġuni li involva ruħu wisq fil-politika mill-amministrazzjoni Nazzjonalista lishment u għal xi żmien serviet bħala u persuni ingaġġati mal-Kummissjoni ma waqqaf it-tali farsa. Id-deċiżjoni uffiċjal tas-sigurtà ma’ Simon Busut- għandhom iżommu lura minn attivi- tagħhom li jirtiraw mill-elezzjoni f’Tas-Sliema għall-Kumitat Sezzjontil fil-perjodu li dan kien Kap tal-Op- tajiet politiċi. Filwaqt li indikaw kif tassew Galea ali rispettiv Nazzjonalista, qanqlet pożizzjoni bejn l-2013 u l-2017. Sorsi mill-PN stess, li tkellmu ma’ ilu snin twal involut dirett fil-poli- l-għadab ta’ kandidati oħrajn Nazzdin il-gazzetta, qalu li Boris Xerri, tika bla ma qata’ xejn, l-istess sorsi jonalisti minn Bormla li, b’solidarjetà id-direttur tal-fergħa elettorali Nazz- wrew ix-xettiċiżmu tagħhom kif inhu magħhom, ukoll għażlu li jirriżenjaw jonalista, l-ELCOM, u delegat fil-Kum- proprju issa li Galea qed jiġi akkużat proprju wara li ġew eletti f’kumitat missjoni Elettorali, mhux qed jaċċetta bl-involviment politiku tiegħu u allura ieħor sezzjonali.


05

14.02.2021

“NIES TA’ RIEDA ĦAŻINA FIL-PN” – PIERRE PORTELLI

Il-laqgħa bejn RCC u Bezzina li kixfet kif l-establishment qed jerġa’ jiddetta fil-PN

L-ESTABLISHMENT QED JIŻVIJA DWAR IL-FINANZI TAL-PN Fil-blogg tiegħu, Manwel Delia qed jipprova jikteb mill-ġdid l-istorja tat-tmexxija finanzjarja riċenti tal-Partit Nazzjonalista. Dan biex ikompli l-attakk fuq Adrian Delia, kif ukoll id-Deputat Kap, Robert Arrigo, li fi żmien Delia kien jieħu ħsieb il-finanzi tal-Partit. Skont Manwel Delia taħt it-tmexxija ta’ Dr Simon Busuttil il-finanzi tal-PN kienu bdew sejrin għall-aħjar, għax skont hu kien hemm ħafna donazzjonijiet. Imbagħad daħal Dr Adrian Delia u d-donazzjonijiet sparixxew, filwaqt li n-NET beda sejjer ħażin. Il-fatti juru eżatt bil-kontra. Kontijiet pubbliċi depożitati mal-Kummissjoni Elettorali jindikaw li taħt Simon Busuttil, il-PN fi tliet snin għamel defiċit totali ta’ €5.1 miljun, li jfisser medja ta’ €1.7 miljun kull sena. B’kuntrast, taħt Adrian Delia d-defiċit fl-2018 kien ammonta għal €0.7 miljun biss, jew ferm inqas minnofs taħt Busuttil. Il-figuri għall-2019 għadhom mhumiex ippubblikati. Fl-ewwel sena tat-tmexxija ta’ Delia jirriżulta li t-telf minn NET TV jidher li kważi naqas bin-nofs, minn aktar minn €2 miljun għal €1.2 miljun. Minbarra hekk, taħt Robert Arrigo u Clyde Puli, fl-2018 dak li kellu jagħti l-PN lid-diversi kredituri tiegħu naqas minn €9.9 miljun għal €9.7 miljun. Fost l-oħrajn, l-amministrazzjoni tal-PN ukoll bdiet tħallas parti minn dak dovut f’bolla u taxxa miġburin fuq il-pagi tal-ħaddiema. Dawn kienu tħallew jitilgħu għal aktar minn €300,000 mill-amministrazzjoni mmexxija

mill-favorit tal-establishment, Simon Busuttil. Fl-ewwel sena ta’ Delia bħala Kap, aktar minn 20% ta’ dawn l-ammonti ġew imħallsa, filwaqt li l-PN ħallas it-taxxa u l-bolla miġbura dik is-sena. Taħt it-tmexxija ta’ Busuttil, l-ispiża tal-PN fuq pagi u imgħax fuq djun kienet irdoppjat fi tliet snin. Bejn l-2015 u l-2018, NET TV kellu bżonn €7 miljun f’sostenn finanzjarju, medja ta’ €2.3 miljun jew id-doppju tat-telf taħt Delia. Fl-istess żmien, taħt Busuttil id-djun tal-PN kienu splodew minn €7.5 miljun għal €9.9 miljun, żieda ta’ terz fi tliet snin. Fejn jidħlu donazzjonijiet, tneħħi għall-2017 meta kien hemm żieda dovuta għall-elezzjoni, dawn kienu ferm inqas fi żmien Dr Busuttil. Pereżempju, fl-2016 kien hemm inqas minn €1 miljun, mentri fl-2018 kienu nġabru €1.3 miljun. F’termini ta’ ġbir medju kull maratona organizzata, taħt Dr Busuttil, il-PN kien jiġbor €181,375, waqt li taħt Dr Delia kien jiġbor €315,121. Anke bħala dħul minn sħubijiet fil-Partit kien hemm differenzi. Taħt Dr Busuttil fl-2016 kien hemm inqas minn €65,000, mentri taħt Dr Delia kien hemm kważi €113,000. Osservaturi politiċi jaraw din l-aħħar manipulazzjoni tal-fatti mill-establishment Nazzjonalista bħala indikazzjoni li dan qed jibda jipprova jsib paraventu għall-ispejjeż esaġerati li reġa’ daħal fihom il-PN mindu daħal Dr Bernard Grech. Qed jissemmew li diversi membri tal-establishment reġgħu sabu posthom fid-Dar Ċentrali u qed jerġgħu

jibdew jiġbdu minn hemm salarji u konsulenzi fenomenali. Dan mistenni jwassal biex id-defiċit tal-PN jerġa’ jisplodi u d-dejn tal-PN jaqbad it-triq ’il fuq li kien hemm bejn l-2015 u l-2017. Waqt laqgħa bejn ilperċimes tal-establishment Richard Cachia Caruana u Ray Bezzina, il-persuna fdata mill-Kap il-ġdid fit-tmexxija tal-Partit, tal-ewwel instema’ jistaqsi kif qed iħallsuh. Il-mistoqsija qanqlet il-memorja ta’ korruzzjoni li l-pagi tal-uffiċjali jitħallsu mill-privat, waqt li jinħarġu rċevuti foloz fuq l-istazzjonijiet tal-Partit daqslikieku l-flejjes kienu qed jidħlu bħala reklamar. L-iskuża li se tkun qed tinġieb għall-problemi finanzjarji attwali hi li, taħt il-Kap predeċessur, it-tmexxija kienet ħażina. Minbarra li b’hekk jippruvaw jaħbu l-ħela ġdida tal-flus tat-tesserati Nazzjonalisti, din l-istorja se sservi bħala propaganda kontra Robert Arrigo. Hu fatt magħruf li tal-establishment iridu jeliminaw lil Arrigo u qed tirranka l-ħidma biex dan inaqqas l-appoġġ fid-distrett. Dan jispjega l-block vote li sar dan l-aħħar f’Tas-Sliema (ara rapport f’paġna 4). Sadanittant, il-Kap attwali għandu jdejh marbutin meta qed ikollu jaċċetta ż-żieda fl-ispejjez amministrattivi tal-Partit. Tal-establishment qed jagħmluha ċara li talli ngħata l-appoġġ neċċesarju biex isir Kap, issa Dr Bernard Grech irid joqgħod għal dawn id-deċizjonijiet tal-klikka li reġgħet ħadet lura t-tmexxija tal-PN.

Pierre Portelli rriżenja minn membru tal-Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista minħabba nies ta’ influwenza li hu indikahom bħala ta’ “rieda ħażina”. Avolja jammetti li l-pożizzjoni tiegħu ntilfet b’mod awtomatiku, għax kien ilu ma jattendi l-laqgħat, l-Eks Kap Eżekuttiv tal-midja Nazzjonalista fi żmien Adrian Delia ħass li kellu joħroġ fil-pubbliku l-fatt li l-PN sar jitmexxa minn fazzjoni bi skopijiet malinni. F’ittra ta’ riżenja ppubblikata lbieraħ fit-Times, Portelli talab lill-President tal-Kumitat Eżekuttiv Nazzjonalista, Alex Perici Calascione, biex ma jqisux iżjed bħala membru. Portelli, li spiċċa rriżenja mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv fis-sajf jaħraq tal-2019, saħaq li ilu żmien ma jattendi għallaqgħat tal-Eżekuttiv u għalhekk il-pożizzjoni tiegħu ta’ membru waqgħet awtomatikament. Bi kliem ta’ min jixtarr, f’Partit fejn il-ġlied qatt ma naqas, Portelli qal li hu se jżomm id-dritt li jwieġeb għall-allegazzjonijiet li saru u se jwieġeb fi żmien opportun, iżda ma jridx li “nies ta’ rieda ħażina” jużaw l-istejjer dwaru biex tkompli ssir il-ħsara. Il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ilha li fetħet il-kanuni fuq Portelli u kienet hi li rat li l-alleat ewlieni ta’ Delia jkun minn tal-ewwel li jinżel. Deputati u esponenti tal-fazzjoni Busuttil, illum wara l-Kap Bernard Grech, kemm-il darba rrepetew allegazzjonijiet li Portelli kien jieħu flus mis-suspettat mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Yorgen Fenech. Fil-fatt ġie allegat li darba fix-xahar, Portelli kien imur għand Fenech f’Portomaso biex jiġbor

Portelli qal li hu se jżomm id-dritt li jwieġeb fi żmien opportun għallallegazzjonijiet li saru, iżda ma jridx li “nies ta’ rieda ħażina” jużaw l-istejjer dwaru biex tkompli ssir il-ħsara

pakketti ta’ flus ta’ €20,000 kull wieħed. Fid-dawl t’aktar intriċċi u ġlied fil-PN, kien ġie allegat ukoll li anke Adrian Delia ħa eluf ta’ ewro biex tiġi mminata l-kampanja elettorali ta’ David Casa fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal2019. Din l-allegazzjoni kien semmieha wkoll fuq ix-xandir nazzjonali David Thake, esponent ieħor tal-fazzjoni Busuttil u li kien fost l-ewlenin li sfiduċja lil Delia. Kemm Portelli kif ukoll Delia ċaħdu dawn l-allegazzjonijiet, iżda jinsabu taħt il-lenti ta’ inkjesta Maġisterjali dwar allegazzjonijiet li ħadu flus li jistgħu jissarrfu f’tixħim.


06

14.02.2021

4,000 KIRJA TA’ RESIDENZI TWAQQFU BIL-PANDEMIJA Ftit inqas minn 4,000 kirja ta’ residenzi li saru ma’ barranin twaqqfu fl-aħħar sena b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19 u r-restrizzjonijiet li ġew imposti, li imbottaw lil ħafna minnhom biex jirritornaw f’pajjiżhom. Analiżi, li saret mill-Awtorità tad-Djar, fl-ewwel sena tagħha bħala regolatur tassuq tal-kirjiet privati mindu ddaħħlet ir-regolamentazzjoni fl-1 ta’ Jannar 2020, sabet li 4,278 minn aktar minn 30,000 kirja rreġistrati twaqqfu matul is-sena li għaddiet. Minn dawn, 3,984 kienu kuntratti li saru ma’ barranin, inklużi dawk minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea stess, li fil-maġġoranza assoluta kienu qed jaħdmu fostna. Il-bqija (294) saru ma’ ċittadini Maltin. Il-maġġoranza ta’ 45.7% millkażi raw it-tmiem tal-kuntratt mingħajr pre-avviż mill-kerrejja u anke jekk 10.8% biss indikaw speċifikament il-COVID-19 bħala r-raġuni ewlenija għal dan, nifhmu li ħafna kienu iżjed aljenati biex jorganizzaw ir-ritorn tagħhom f’pajjiżhom milli l-kirja tal-post, li tkun imħallsa

bil-quddiem. Nhar il-Ġimgħa tħabbar kif tul l-2020 kien hemm konkorrenza tajba ta’ reġistrazzjoni ta’ kirjiet residenzjali privati. Wara li tliet snin ilu bdiet titfassal White Paper dwar issuq tal-kirjiet privati, li proponiet qafas regolatorju għal dawn il-kirjiet, abbozz ta’ liġi

ġie mgħoddi mill-Parlament flaħħar tal-2019. Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes (inset) tenna: “Permezz tar-riforma li għamilna f’dan is-suq importanti qegħdin nassiguraw trasparenza, stabbiltà u sigurtà. B’din is-sena, li ma kinitx waħda faċli, iċċertifikat

aktar minn qatt qabel l-importanza ta’ reġistrazzjoni mandatorja ta’ kirjiet privati li toffri serħan il-moħħ liż-żewġ partijiet.” L-ewwel statistika li għandu l-Istat dwar dan is-suq ġiet ippreżentata mill-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid McKay li spjega kif sal-aħħar

ta’ Diċembru ġew irreġistrati 30,483 kuntratt, li minnhom 70% kienu jkopru l-perjodu ta’ sena. “Illum permezz tar-reġistrazzjoni mandatorja għandna wkoll, għall-ewwel darba, informazzjoni dwar in-numru ta’ proprjetajiet li qegħdin jinkrew għal skopijiet residenzjali u f’liema lokalitajiet qegħdin. Filfatt, irriżulta li l-maġġoranza ta’ dawn il-proprjetajiet jinsabu f’San Pawl il-Baħar, Tas-Sliema, l-Imsida, San Ġiljan u l-Gżira,” tenna McKay. F’Mejju li għadda l-Awtorità tad-Djar waqqfet ukoll panel ta’ arbitraġġ li qiegħed isolvi b’mod bilġri kwistjonijiet żgħar rigward ħlasijiet u manutenzjoni li ma jammontawx għal aktar minn €5,000. Sal-aħħar tas-sena ġew sottomessi 94 każ li fil-maġġoranza tagħhom ġew deċiżi fi żmien ħamest ijiem minn meta l-partijiet jipprovdu d-dokumenti neċessarji. Il-maġġoranza tal-każijiet kienu jirrigwardaw kwistjonijiet ta’ dawl u ta’ ilma kif ukoll dwar depożitu, bil-każijiet deċiżi sal-aħħar tas-sena, iffavorixxew lis-sidien.

L-AKTAR EKONOMIKAMENT FIDUĊJUŻI FL-UE Il-Maltin huma l-aktar fiduċjużi fost il-popli kollha tal-istati membri tal-Unjoni Ewropea li jemmnu li din is-sena l-qagħda ekonomika fil-pajjiż se tkun aħjar. Dan joħroġ mill-aħħar stħarriġ tal-Ewrobarometru bbażat fuq tweġibiet li ngħataw fl-aħħar tas-sena li għaddiet, is-sena li fiha faqqgħet il-pandemija u l-ekonomiji dinjin affaċċ-

Skont l-Ewrobarometru, 42% tal-Maltin huma ottimisti li l-andament ekonomiku ta’ din is-sena se jkun aħjar mis-sena l-oħra

jaw sfidi bla preċedent. Skont l-Ewrobarometru, 42% talMaltin huma ottimisti li l-andament ekonomiku ta’ din is-sena se jkun aħjar mis-sena l-oħra. Il-medja Ewropea hi nofs ir-rata ta’ pajjiżna u tieqaf fil-livell ta’ 21%. Franza kienet l-inqas pajjiż li għandha l-poplu fiduċjuż li l-ekonomija se tirkupra hekk kif kienu biss 10% taċ-ċittadini ottimisti li r-rota ekonomika se terġa’ tibda ddur. Dan hu erba’ darbiet inqas minn dak li jemmnu ċ-ċittadini Maltin. L-istess stħarriġ Ewropew wera wkoll li 21% biss tal-Maltin iħossu li s-sitwazzjoni ekonomika se tmur għall-agħar, li hu wkoll inqas minnofs tal-medja Ewropea fejn ir-rata hi ta’ 53%. Iċ-ċittadini tal-Latvja huma l-aktar fl-UE li jqisu li s-sitwazzjoni ekonomika se tiggrava bi 68%, li hu iżjed minn tliet darbiet ir-rata Maltija.

Ritratti: JEREMY WONNACOTT

ANALIŻI TAR-REĠISTRAZZJONIJIET TA’ KUNTRATTI TA’ POSTIJIET MIKRIJIN TOĦROĠ L-EFFETTI TAL-COVID FUQ IS-SETTUR LI JINVOLVI WKOLL IL-BARRANIN


14.02.2021

EŻAMIJIET RIVEDUTI

Il-Bord tal-MATSEC nieda sett ta’ miżuri separati biex studenti, li se jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC xorta jkunu kkwalifikati kif xieraq, anke jekk għamlu wħud mill-iktar eżamijiet kruċjali fi żmien il-pandemija. Din is-sena dawn l-eżamijiet se jsiru f’Ġunju u se jsegwu miżuri li kienu ġew deċiżi qabel ma bdiet din is-sena skolastika. Id-Direttur fil-Bord tal-MATSEC Dario Pirotta spjega li, fost l-oħrajn, is-sillabu tal-Matematika, wieħed mis-suġġetti ewlenin, naqas għal dawk li se jagħmlu l-eżami tas-SEC fl-2022, waqt li l-istudenti se jkollhom ukoll inqas poeżiji x’jistudjaw mis-sillabu tal-Malti u jistgħu jippreżentaw 5 esperimenti, flok 15, li għamlu tul is-snin fil-Fiżika. L-assessjar fuq is-suġġetti ewlenin l-oħra se jibqa’ simili bħal dak tal2022. “Il-bord tal-MATSEC fehem li s-sillabu għandu jitbiddel, imma ridna nżommu l-integrità tal-kwalifika. L-istudenti li se joħorġu b’dan iċ-ċertifikat wara li jkunu għamlu dawn l-eżamijiet, se jkollhom l-istess validità,” tenna Pirotta, waqt li spjega li l-ebda kwalifika m’għandha tkun meqjusa inqas minn oħra. Il-Bord tal-MATSEC ikkonsulta ma’ għalliema u professjonisti fl-oqsma kollha li jiġu mgħallmin fl-iskejjel.

OZZY GĦAL BANGLADESH Il-kantant Malti Ozzy Lino hu wieħed minn 10 artisti internazzjonali li ħadu sehem fl-interpretazzjoni ta’ kanzunetta biex tfakkar il-50 anniversarju mill-indipendenza ta’ Bangladesh. Through the Tiger’s Eye qed tiġi promossa fuq livell dinji biex tfakkar din il-ġrajja storika, b’melodija allegruża u lirika pożittiva, kompożizzjoni tal-producer Ġermaniż Rober­t Bartha. Dan tal-aħħar ukoll hu fost l-10 artisti li, bl-isem Artists­ 4Desh, jinterpre­taw il-kanzunetta. Il-ħsieb oriġinali kien li din is-sena jiġi organizzat fi New York, Londra u Berlin, iżda l-avveniment kellu jitħassar minħabba l-pandemija. Fl-1971, George Harrison, il-mibki leġġendarju tal-Beatles, kien ukoll qajjem kuxjenza internazzjonali u fondi kbar b’risq miljuni ta’ refuġjati li kienu sfaw vittmi tal-gwerra li ppreċediet l-indipendenza fl-istess sena f’dan il-pajjiż li jinsab fin-Nofs­inhar tal-Ażja.

07

FL-2022 IMBASSRIN L-AKBAR TKABBIR U TURIŻMU NORMALI SKONT IT-TBASSIR TAX-XITWA TAL-KUMMISSJONI EWROPEA, MALTA SE TIBQA’ FUQ QUDDIEM FL-IRKUPRU GRAZZI GĦALL-GĦAJNUNA OFFRUTA MILL-GVERN U T-TQASSIM MIFRUX TAL-VAĊĊIN KONTRA L-COVID-19 Skont l-aħħar tbassir ekonomiku ju li qatt ingħata pajjiżna se jikkum- UE huma mistennija jilħqu l-livelli tal-Kummissjoni Ewropea, Malta se plimenta r-riżorsi tal-fondi li rnexx- ta’ produzzjoni tagħhom ta’ qabel tirreġistra l-akbar tkabbir ekonomi- ielu jfaddal il-Gvern fl-aħħar snin u il-kriżi aktar kmieni milli mistenku fl-Unjoni Ewropea s-sena d-dieħ- se jwassal għal prosperità ġdida għal ni fit-tbassir ekonomiku tal-ħarifa la, tant li r-rata ta’ tkabbir imbassra pajjiżna. 2020, l-aktar minħabba l-momentum ta’ 5.4% mistennija tkun kważi darba Fit-tbassir ġenerali tagħha, tat-tkabbir aktar b’saħħtu milli misu nofs il-medja Ewropea. Dan jik- il-Kummissjoni qalet li, għalkemm tenni mbassar fit-tieni nofs tal-2021 konferma kemm il-miżuri li l-Gvern l-Ewropa għadha maħkuma mill-pan- u fl-2022. It-tkabbir ekonomiku misintroduċa s-sena li għaddiet u ssok- demija, il-bidu ta’ programmi ta’ tenni jerġa’ jibda fir-rebbiegħa u jżid taw din is-sena mistennija jwasslu tilqim madwar l-UE kollha jipprovdi il-momentum fis-sajf hekk kif il-progħar-riġenerazzjoni tal-ekonomija bażi għal ottimiżmu kawt. Hi tbassar grammi tat-tilqim jagħmlu progress Maltija. li l-ekonomija taż-Żona Ewro se tik- u l-miżuri ta’ konteniment gradwalMinkejja li nnota l-importanza ber bi 3.8% kemm fl-2021 kif ukoll fl- ment jittaffew. Perspettiva mtejba tat-turiżmu għal Malta, ir-rapport 2022, waqt li l-ekonomija tal-UE koll- għall-ekonomija globali hija wkoll tal-Kummissjoni jsostni li l-pro- ha se tikber b’medja ta’ 3.7% fl-2021 u mistennija li tappoġġja l-irkupru,” gramm ta’ vaċċinazzjoni kif ukoll 3.9% fl-2022. qalet il-Kummissjoni. l-irkupru tad-domanda domestika Valdis Dombrovskis, Viċi President “L-ekonomiji taż-Żona Ewro u talmistennija jwasslu għal tkabEżekuttiv għal Ekonomija għasbir qawwi fl-ekonomija Maltija Servizz tan-Nies, qal li dan din is-sena. Fil-fatt, it-tkabbir it-tbassir jipprovdi tama reali fi fl-2021 għal pajjiżna mistenni li żmien ta’ inċertezza kbira. jkun aqwa mill-medja Ewropea “L-irkupru sod mistenni It-tbassir tal-Kummissjoni – 4.5% f’Malta u 3.7% fl-Unjoni fit-tieni nofs ta’ din is-sena Ewropea ma jinkludix l-impatt Ewropea. juri b’mod ċar ħafna li se jital-fondi ġodda Ewropej. B’hekk Ta’ min jinnota li t-tbassir rnexxilna negħlbu din il-kriżi. tal-Kummissjoni Ewropea ma Rispons Ewropew b’saħħtu se l-esperti jsostnu li fir-realtà jinkludix l-impatt tal-fondi jkun kruċjali biex jiġu indit-tkabbir ta’ Malta jista’ jkun ġodda Ewropej. B’hekk l-esperti rizzati kwistjonijiet bħat-telf jsostnu li fir-realtà t-tkabbir ta’ ta’ impjiegi, settur korporataktar minn dak imbassar pajjiżna jista’ jkun aktar minn tiv imdgħajjef u inugwaljanzi dak imbassar. Minbarra hekk, li qed jiżdiedu. Għad fadlilna ir-rapport Ewropew isostni li ħafna x’nagħmlu biex nillimit“sa tmiem l-2022 is-settur turistiaw il-konsegwenzi soċjo-ekonomiċi ku Malti mistenni jirkupra sa qrib usa’. Il-pakkett ta’ rkupru tagħna il-livelli rreġistrati qabel il-pandemise jgħin ħafna biex jappoġġja ja.” L-istess qed tbassar fejn jidħol l-irkupru, appoġġjat mill-introil-kummerċ internazzjonali. duzzjoni tat-tilqima u ż-żieda Fi stqarrija, il-Gvern laqa’ t-tbasprobabbli fid-domanda glosir pożittiv għal Malta, filwaqt li bali,” qal Dombrovskis. qal li jinsab fil-proċess li jiffiIt-tbassir li jmiss nalizza l-pjan strateġiku ta’ tal-Kummissjoni Ewropea kif se jintużaw il-fondi joħroġ f’Mejju li ġej fir-rapEwropej. Dan l-akbar port għar-rebbiegħa 2021. pakkett finanzjar-

L-għajnuna li qed tingħata mill-Gvern, inklużi l-vouchers ta’ €100 għal kull ċittadin, qed tkun strumentali biex inkunu minn tal-ewwel li nirkupraw


08

14.02.2021

ĠBIR MINN MARIGOLD JISSARRAF F’GĦOTJA TA’ APPARAT MEDIKU

Minkejja li r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 għamluha impossibbli biex iseħħu l-attivitajiet f’Ottubru u Novembru tal-2020, il-kampanja Pink October-Movember xorta rnexxielha tiġbor €60,000

Il-Fondazzjoni Marigold din il-ġimgħa ppreżentat apparat mediku diġitali li se jkompli jiffaċilita x-xogħol lill-ħaddiema fin-National Screening Unit (NSU) fil-prevenzjoni kontra l-kanċer tas-sider. L-apparat imsejjaħ Mammography Review Workstation jippermetti lir-radjoloġi biex jipproċessaw u jirrapportaw fuq ritratti diġitali

li joriġinaw minn kull apparat mammografiku u l-użu tiegħu se jissarraf f’testijiet aktar effiċjenti u preċiżi, allura servizz aħjar lill-pazjenti. Iċ-Chairperson tal-Fondazzjoni, Michelle Muscat, spjegat li l-apparat inxtara b’fondi li nġabru waqt kampanji nazzjonali li saru fl-2019, iżda l-għotja ma setgħetx issir qabel minħab-

ba restrizzjonijiet li ġabet il-pandemija tal-COVID-19. Dan l-apparat, li issa se jiġi installat, u oħrajn li l-Fondazzjoni ppreżentat preċedentement ifissru li l-flus li jkun ta l-poplu qed jerġgħu jiġu rritornati lill-pubbliku f’servizzi meta u fejn hu l-aktar meħtieġ. NGOs li jaħdmu kontra l-kanċer, bħal Europa Donna

Malta, il-Fondazzjoni Action for Breast Cancer, Hospice Malta, il-Fondazzjoni Puttinu Cares, il-Fondazzjoni Karl Vella u l-Fondazzjoni Smiling With Jerome, għal darb’oħra rċevew fondi li nġabru matul il-kampanja edukattiva fis-sena li għaddiet. Minkejja li r-restrizzjonijiet tal-COVID-19 għamluha impossibbli biex iseħħu l-at-

tivitajiet f’Ottubru u Novembru tal-2020, il-kampanja Pink October-Movember xorta rnexxielha tiġbor €60,000. Dr Danika Marmara, Direttriċi tad-Direttorat Cancer Care Pathways, enfasizzat l-importanza ta’ kampanji edukattivi simili li jqanqlu kuxjenza akbar fost il-poplu u ħeġġet biex dawn ikomplu fuq livell nazzjonali.

“BL-IMĦABBA NASLU” LLUM MAL-HOSPICE Hospice Malta qed tniedi l-maratona ġbir ta’ fondi “Bl-Imħabba Naslu” li se tixxandar illum f’Jum San Valentinu fuq l-istazzjonijiet kollha tat-televixin, bejn nofsinhar u nofsillejl. Il-maratona se ssir b’risq il-proġett St Michael Hospice li se jservi bħala l-ewwel kumpless għall-kura paljattiva f’Malta u jgħin lill-eluf ta’ pazjenti u familji li llum jużaw isservizzi tal-Hospice b’xejn. Ir-rwol ewlieni tal-Hospice Malta hu li tipprovdi u tippromwovi servizzi ta’ kura paljattiva lill-pazjenti li qed jissieltu mal-kanċer, motor neuron disease, mard tal-qalb, dak respiratorju, tal-kliewi u tal-fwied, fost oħrajn. Bħa-

lissa l-Hospice tgħin lil aktar minn 1,300 familja fis-sena. Waqt konferenza stampa din il-ġimgħa fejn tnediet il-maratona, iċ-Chairperson tal-Hospice Malta, Bernadette Bonnici Kind, qalet li l-organizzazzjoni ilha tipprovdi s-servizzi tagħha għal dawn l-aħħar 32 sena lil pazjenti li qed jissieltu ma’ kundizzjonijiet li jillimitaw il-ħajja. “Hekk kif il-kundizzjonijiet mediċi jkomplu jiżdiedu, hemm bżonn li nkomplu nespandu s-servizzi tal-Hospice biex inkunu nistgħu nilħqu aktar pazjenti u noffrulhom aktar servizzi, biex ikunu jistgħu jibqgħu fl-ambjent tad-dar tagħhom għall-itwal

żmien possibbli. Din il-mira tista’ tinkiseb biss permezz tal-proġett St Michael Hospice li se jippermetti l-espansjoni tas-servizzi fil-komunità, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ servizzi ġodda bħal dawk ta’ sptar għall-pazjenti tagħna,” qalet Bonnici Kind. Permezz ta’ dan il-proġett nazzjonali, il-Hospice se tkun tista’ tkompli tipprovdi servizz komprensiv immirat lejn is-saħħa fiżika tal-pazjenti, kif ukoll elementi psikosoċjali u spiritwali tal-pazjenti u l-familji tagħhom li għaddejjin minn dan il-vjaġġ diffiċli. Il-Kap Eżekuttiv tal-Hospice, Kenneth Delia, sostna kif is-sena li għaddiet kienet

iktar diffiċli hekk kif kellhom Maltija u Għawdxija. Donazzjiffaċċaw numru ta’ diffikul- jonijiet jistgħu jsiru permezz tajiet relatati mal-pandemija ta’ telefonati, SMSs, Pledges, COVID-19, speċjalment biex BOV Mobile u donazzjonijiet jinġabru l-fondi meħtieġa u online. jsostnu s-servizzi. Preżenti għat-tnedija tal-maratona kien hemm ukoll mart il-President ĊEMPEL tar-Repubblika, Miriam Vella, li esprimiet li hemm bżonn ngħinu 5180 2024 (€25) lil dawk li sfortunatament għaddejjin 5190 2031 (€50) minn problemi personali. Il-Hospice tapPLEDGE pella għall-appoġġ u l-ġenerożità tal-pubbliku biex din 2122 0011 il-ħolma ssir realtà għall-popolazzjoni kollha


09 Ritratt: CLIFTON FENECH / DOI

14.02.2021

MONITERAĠĠ AĦJAR LIL TFAL B’DIJABETE TIP 1 Tfal ta’ inqas minn 16-il sena li jbatu mid-Dijabete tat-Tip 1 se jingħataw magna li tissorvelja l-livell taz-zokkor, 24 siegħa kuljum. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar dan ilproġett pilota u spjega li mistennija jipparteċipaw fih mal200 tifel u tifla minn Malta u Għawdex. Il-magna, li hija żgħira u li għandha tintlibes il-ħin kollu, se tevita li t-tfal joqogħdu jittaqqbu mal-erba’ darbiet kuljum biex jaraw il-livell taddemm tagħhom qabel jieħdu l-insulina. L-informazzjoni miġbura mill-apparat imsejjaħ Continuous Glucose Monitoring (CGM) tgħaddi dak ilħin liċ-ċentru ta’ moniteraġġ f’Mater Dei u hu aċċessibbli wkoll mit-tfal stess, mill-ġenituri tagħhom u mit-tobba tal-għażla tal-ġenituri. Il-Konsulent Pedjatriku John Torpiano spjega li l-magna se tkun qed tiġbor l-informazzjoni dwar il-livell taz-zokkor kull ħames minuti u li permezz ta’ din l-informazzjoni t-tobba se jkunu jistgħu jeżaminaw kif jevolvu l-livelli taz-zokkor tat-tfal fuq medda ta’ tliet xhur. L-apparat inebbaħ ukoll lil dawk li għandhom aċċess għal din l-informazzjoni meta l-liv-

ell taz-zokkor jitla’ jew jinżel iktar mill-parametri stabbiliti mill-ġenituri u t-tobba, biex ikunu jistgħu jittieħdu l-miżuri neċessarji. Id-Deputat Prim Ministru tkellem dwar kif l-informazzjoni miġbura se tkun imħarsa skont il-liġijiet tal-protezzjoni tad-data u biex jassigura dan, il-Ministeru għas-Saħħa qiegħed jinvolvi wkoll lill-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data. Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar li servizz ta’ dan it-tip hu tal-ewwel xorta tiegħu fid-dinja. “Ħa nkunu prattikament l-ewwel pajjiż fid-dinja fejn is-sistema kollha qiegħda tkopri l-popolazzjoni sħiħa. Hemm bliet jew sptarijiet li jużawha għall-pazjenti tagħhom, imma li bħala pajjiż sħiħ, Malta se tkun l-ewwel. Apparti d-dijabete, eventwalment imbagħad nestendu għall-mard tal-qalb u pulmun u anke kundizzjonijiet oħrajn, jiġifieri nagħtu servizz aktar viċin in-nies.” Iċ-ċentru fejn se jiġi ssorveljat il-livell taz-zokkor se jkun immexxi minn infermieri u professjonisti apposta u jekk jagħti l-każ li l-livell taz-zokkor ikun anke baxx jew għoli ħafna, tista’ anke tintbagħat ambulanza fuq il-post.

€3.5M INVESTIMENT U 50 IMPJIEG ĠDID Investiment li qed isir minn kumpanija ti lill-KullĦadd. Maltija tal-farmaċewtika mistenni joħloq F’dawn l-aħħar tliet snin Pharmadox 50 impjieg ġdid ta’ kwalità. Dan tħabbar irnexxielha tkompli tespandi kemm l-opmill-kumpanija Pharmadox Healthcare Ltd erat kif ukoll is-swieq tagħha, b’żieda sosdin il-ġimgħa, waqt żjara li għamlet il-Min- tanzjali. B’dan it-tkabbir il-kumpanija se istru għall-Intrapriża Miriam Dalli, flim- jkollha bżonn iżżid il-ħaddiema speċjalizzakien mas-Segretarju Parlamentari Deo De- ti fil-qasam tal-farmaċewtika u l-mediċina. battista. L-investiment imħabbar din il-ġimgħa Pharmadox hi kumpanija b’sidien Maltin, minn Pharmadox huwa parti minn pjan ta’ li minn laboratorju żgħir kienet tħaddem espansjoni mifruxa fuq ħames snin, b’total erba’ min-nies fl-2010 u llum espandiet ta’ €7 miljun. b’tali mod li timpjega aktar minn Il-Ministru Dalli saħqet li flim100 persuna, bil-maġġoranza kien mal-Malta Enterprise, se assoluta tal-ħaddiema huma jkomplu jgħinu lin-negoMaltin. Tul is-snin, Pharmzji biex mhux biss itaffu Ir-reżiljenza adox għamlet isem għalid-daqqa tal-pandemija, ha fis-suq Ewropew u lil imma jiddeversifikaw u tal-kumpaniji Maltin hinn, bħala kumpanija jkomplu jibnu fuq dak li timliena b’kuraġġ. ta’ kwalità li tittestja tant ħadmu għalih. u tiċċertifika prodotti Fost għajnuna difMinkejja ż-żmien diffiċli farmaċewtiċi biex jinferenti, il-Malta Enbiegħu fis-swieq inter- tal-pandemija, xorta waħda terprise għandha nazzjonali. l-iskema ta’ Skills Deqed naraw kumpaniji li B’kollaborazzjoni velopment li tista’ tgħin sħiħa mal-Malta En- qed ikomplu jaqdfu biex biex jitħarrġu l-ħaddieterprise u INDIS Malta, ma bħala parti mill-poliikabbru Pharmadox se tibda l-bini tika tal-Gvern ħalli l-ħadl-operat ta’ binja ġdida biswit il-binja diema jingħataw ħiliet ġodda eżistenti. Fost oħrajn, Pharmadox u javvanzaw. Aktar u aktar meta se tkun qed tinvesti f ’Micro Biology Labsforz tal-avvanzi fit-teknoloġija li qed jioratory ġdid, b’teknoloġija ta’ clean rooms rriżultaw waqt il-COVID-19, iktar ħaddiema għall-analiżi ta’ prodotti mediċinali sterili. tal-id se jkollhom bżonn iżidu l-ħiliet diġi“Ir-reżiljenza tal-kumpaniji Maltin tim- tali u tekniċi tagħhom biex joperaw magni liena b’kuraġġ. Minkejja ż-żmien diffiċ- u sistemi aktar avvanzati. li tal-pandemija, xorta waħda qed naraw Skema oħra hija dik ta’ għajnuna biex kumpaniji li qed ikomplu jaqdfu biex ik- jitqabbdu konsulenti li jgħinu fin-negozabbru l-operat. Dawn huwa l-ispirtu intra- ju, magħrufa bħala r-Re-engineering and prenditorjali li aħna qed nappoġġjaw u se Transformation scheme. Din l-iskema tħalnkomplu nappoġġjaw b’miżuri speċifiċi,” las sa €5,000 lil kumpaniji li jimpjegaw bejn spjegat il-Ministru Miriam Dalli f ’kummen- 10 u 250 ruħ.

Il-Ministru Dalli u s-Segretarju Parlamentari Debattista waqt iż-żjara tagħhom fil-kumpanija Maltija Pharmadox


10

14.02.2021

SENA FID-DJARJU TAL-PRIM MINISTRU: LULJU - AWWISSU

SAJF TA’ SFIDI U ĊERTIFIKATI Meta ġeneralment ix-xahar ta’ Lulju jfisser inqas xogħol, ma kienx il-każ għal dak tas-sena li għaddiet fejn il-Prim Ministru Robert Abela kien għadu mill-aktar impenjati fil-kwistjoni dwar l-immigrazzjoni, waqt li, b’riżultat tal-ħidma ma taqta’ xejn, tħabbru aktar investimenti li minnhom se jgawdi l-poplu Malti u l-kisba ta’ aktar ċertifikati minn fora internazzjonali. Waqt żjara uffiċjali f’pajjiżna mill-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libjan tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja Fayez Mustafa Serraj, il-Prim Ministru Abela jgħid li l-viżjoni ta’ Malta hi li jkun hemm aktar ħarsien talfruntieri, inqas traffikar uman, inqas attività kriminali u fuq kollox inqas telf ta’ ħajjiet fir-reġjun tal-Mediterran. Jintlaħaq ftehim ukoll ma’ numru ta’ pajjiżi Ewropej biex ikunu rilokati 284 immigrant minn Malta. Mar-Rappreżentat Għoli tal-Politika Barranija u s-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea Josep Borrell, Robert Abela jinsisti għal mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni ta’ immigranti li jiskatta b’mod awtomatiku u li permezz tiegħu jiġu indirizzati sitwazzjonijiet li jiżviluppaw minn żmien għall-ieħor fil-Mediterran. Fil-qasam ekonomiku, il-Kummissjoni Ewropea terġa’ tbassar li pajjiżna mistenni jkollu l-inqas daqqa ekonomika relattiva mill-COVID-19 minn fost il-pajjiżi taż-Żona Ewro. L-aġenzija internazzjonali DBRS tikkonferma r-rating A (high) ta’ pajjiżna, waqt li wkoll ningħataw ċertifikat ieħor importanti, dak relatat mal-qgħad, tant li pajjiżna rreġistra l-inqas rata fiż-Żona Ewro. Il-Prim Ministru jinawgura uffiċjalment l-ikbar impjant fotovoltajku privat f’Malta, l-impjant il-ġdid ta’ ħażna ta’ fuel tal-ajruplani b’investiment ta’ €15-il miljun, il-ftuħ ta’ linja ta’ ħwienet internazzjonali “Miniso”, b’investiment millGrupp JB. Dr Abela jinawgura wkoll Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex b’investiment ta’ €2 miljun, investiment ta’ madwar €8 miljun fil-Biċċerija, mużew virtwali f’Dar il-Mediterran b’investiment tul l-aħħar ħames snin ta’ €8 miljun u investiment ta’ €11-il miljun f’50 karozza tal-linja ġdida. F’Lulju ssarrfet ukoll ħidma twila ta’ negozjati u f’summit speċjali Ewropew dwar il-Baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin u l-Fond tal-Irkupru u r-Reżiljenza għal wara l-COVID-19, tħabbar li l-Gvern Malti kiseb l-akbar allokazzjoni għal Malta u Għawdex – €2.2 biljun – u d-doppju ta’ dak li kien irnexxielu jakkwista Gvern Nazzjonalista fl-2013 f’ċirkostanzi kompletament differenti. Il-ħidma tal-Gvern ta’ Robert Abela fuq is-saltna tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura tikseb rikonoxximent f’ittra uffiċjali mill-President talKummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen. Anke x-xahar t’Awwissu ssarraf f’iżjed xogħol fuq diversi fronti għallGvern u għall-Prim Ministru. Tispikka, fost oħrajn, laqgħa storika talKabinett li saret fil-Kamra tal-Kummerċ u li matulha l-Prim Ministru ppropona mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq ħames prinċipji li madwarhom il-Gvern irid jibni l-ġejjieni tal-pajjiż bi kwalità ta’ ħajja aħjar: Governanza tajba; Tkabbir ekonomiku għal kwalità ta’ ħajja aħjar; Edukazzjoni għal ekonomija b’saħħitha fit-tul; Titjib fl-infrastruttura ta’ Malta; u Carbon neutral sal-2050 b’miri intermedjarji kull 10 snin. Imħabbar il-proġett ta’ Grand Harbour Clean Air Project ta’ €50 miljun, nofshom minn fondi Ewropej, li għandu jnaqqas it-tniġġis fl-arja kkawżat mill-cruise liners u bastimenti oħrajn fil-Port il-Kbir b’90%. Il-Port il-Kbir se jkun wieħed mill-ewwel portijiet Ewropej li se jħaddem din it-teknoloġija. Il-ħidma ta’ Robert Abela tkompli ġġib għarfien b’rapport dwar l-andament ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna, li fih l-analisti tal-aġenzija talkreditu Moody’s ifaħħru r-riformi kostituzzjonali li introduċa l-Gvern. Anke l-Bank Ċentrali jagħti ċertifikat u jistma li l-miżuri li ħa l-Gvern, speċjalment bil-pakkett ta’ rkupru fil-bidu ta’ Ġunju, kabbru l-ġid nazzjonali bi 3% minkejja l-pandemija. Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tikkonferma li, filwaqt li l-COVID-19 kellha impatt ekonomiku qawwi, bħal dak fil-bqija tażŻona Ewro, f’pajjiżna d-dħul tal-ħaddiema kien relattivament protett. Wara li ntweriet ix-xewqa tal-imsieħba soċjali għal aktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni preżenti tal-pandemija u t-triq ’il quddiem, il-Prim Ministru jitlob li jitlaqqa’ l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija COVID-19. Fl-indirizz tiegħu għall-okkażjoni, Robert Abela jgħid li l-messaġġ tiegħu jibqa’ ta’ kuraġġ u tama, u waqt li m’għandniex ikollna attitudni ta’ xejn mhu xejn, m’għandna lanqas immorru għall-estremitajiet.

XHUR TA’ NEGOZJATI KONTRA KULL KURRENT JISSARRFU FL-ALLOKAZZJONI TAL-AKBAR BAĠIT EWROPEW GĦAL MALTA U GĦAWDEX – €2.2 BILJUN – ID-DOPPJU TA’ KEMM KIEN KISEB GVERN NAZZJONALISTA FL-2013 F’ĊIRKOSTANZI AKTAR FAVOREVOLI 6 TA’ LULJU: Il-President tal-Kunsill tal-Presidenza Libjan tal-Gvern tal-Għaqda Nazzjonali tal-Libja Fayez Mustafa Serraj bi żjara uffiċjali f’Malta b’taħditiet uffiċjali mal-Prim Ministru Robert Abela dwar temi ta’ interess komuni għaż-żewġ pajjiżi fosthom l-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru jgħid li l-viżjoni ta’ Malta hija li jkun hemm aktar ħarsien tal-fruntieri, inqas traffikar uman, inqas attività kriminali u fuq kollox inqas telf ta’ ħajjiet fir-reġjun tal-Mediterran. 6 TA’ LULJU: Il-Gvern Malti jħabbar li laħaq ftehim ma’ numru ta’ pajjiżi Ewropej biex ikunu rilokati 284 immigrant minn Malta. 7 TA’ LULJU: Fit-tbassir eknomiku Ewropew tas-Sajf 2020, il-Kummissjoni Ewropea qiegħda terġa’ tbassar li minkejja d-dipendenza ta’ pajjiżna fuq it-turiżmu u l-kummerċ internazzjonali, pajjiżna mistenni jkollu l-inqas daqqa ekonomika relattiva mill-COVID-19 minn fost il-pajjiżi taż-Żona Ewro. 7 TA’ LULJU: Mar-Rappreżentat Għoli tal-Politika Barranija u s-Sigurtà tal-Unjoni Ewropea Josep Borrell f’laqgħat f’Kastilja dwar l-immigrazzjoni u s-sitwazzjoni fil-Libja, il-Prim Ministru Robert Abela jinsisti għal mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni ta’ immigranti li jiskatta b’mod awtomatiku u li permezz tiegħu jiġu indirizzati sitwazzjonijiet bħal dawk li qegħdin jiżviluppaw bħalissa fil-Mediterran. 8 TA’ LULJU: Il-Prim Ministru Robert Abela dalgħodu inawgura uffiċjalment l-ikbar impjant fotovoltajku

privat f’Malta li hu magħmul minn 16,896 pannella fotovoltajka mifrux fuq medda ta’ 90,000 metru kwadru ta’ art. 9 TA’ LULJU: F’indirizz waqt is-Summit globali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Prim Ministru jgħid li Malta rnexxielha tillimita l-impatt fuq l-ekonomija grazzi għall-miżuri li ddaħħlu. 10 TA’ LULJU: Il-Prim Ministru jħabbar investiment ta’ €11-il miljun f’50 karozza tal-linja ġdida u jtenni li l-pubbliku Malti u Għawdxi llum reġa’ kiseb il-fiduċja fis-servizz talkarozzi tal-linja. 10 TA’ LULJU: Għat-tielet darba flaħħar xhur, il-Gvern ingħata vot qawwi ta’ fiduċja mill-istituzzjonijiet finanzjarji. Dan meta għat-tielet darba konsekuttiva l-ammont li l-Gvern offra bħala stock kien mhux biss mixtri, imma l-istituzzjonijiet riedu jixtru ħafna aktar milli kien offrut. Filwaqt li l-Gvern kien talab €150 miljun, l-istituzzjonijiet Maltin u barranin offrew €526.3 miljun. 11 TA’ LULJU: Malta tibqa’ fil-klassifika tal-pajjiżi A+ fir-rapport li ppubblikat Fitch Ratings. 13 TA’ LULJU: Il-Prim Ministru jinawgura mużew virtwali f’Dar il-Mediterran: Reliving the Sacra Infermeria, proġett bl-għan li tingħata l-ħajja mill-ġdid ta’ din is-sala tal-konferenzi li ġiet inawgurata 41 sena ilu. Il-proġett seta’ jkun possibbli bis-sehem ta’ fondi konġuti millGvern ċentrali, mill-Unjoni Ewropea u dawk li nġabru minn Dar il-Mediterran stess. L-investiment li sar


11

14.02.2021

tul dawn l-aħħar ħames snin f’Dar il-Mediterran kien bla preċedent u jlaħħaq it-total ta’ €8 miljun. 14 TA’ LULJU: Statistika maħruġa mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ikkonfermat li l-industrija Maltija kompliet tkun fost l-aħjar fl-Unjoni Ewropea. Dan meta minkejja l-pandemija, bejn April u Mejju 2020 kien hemm żieda ta’ 3% fil-produzzjoni industrijali. 14 TA’ LULJU: L-Uffiċċju tal-Prim Ministru jippubblika ittra mibgħuta mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen lillPrim Ministru Robert Abela. Fiha tgħid li tilqa’ l-ħidma tal-Gvern biex tissaħħaħ is-Saltna tad-Dritt u l-Indeipendenza tal-Ġudikatura. 15 TA’ LULJU: Il-Prim Ministru jgħid li l-Biċċerija Pubblika kienet kruċjali għall-provvista tal-ikel f’pajjiżna matul il-COVID-19 filwaqt li jħabbar investiment ta’ madwar €8 miljun f’ħames snin – se jitwaqqaf għalkollox l-użu tal-heavy fuel oil fil-biċċerija. 18 TA’ LULJU: Il-Prim Ministru Robert Abela jisħaq li l-Gvern Malti se jibqa’ jaħdem u jippersevera biex pajjiżna jikseb ftehim li verament ikun jixraqlu. Dr Abela jgħid dan f’kummenti lill-ġurnalisti waqt li qiegħed jieħu sehem f’Summit Speċjali Ewropew li beda jitlaqqa’ lbieraħ fi Brussell, fejn għaddejjin diskussjonijiet dwar il-Baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin u l-Fond tal-Irkupru u r-Reżiljenza għal wara l-COVID-19. 22 TA’ LULJU: Fi stqarrija parlamentari mill-Prim Ministru Robert Abela dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret bejn il-Ġimgħa 17 u t-Tlieta 21

ta’ Lulju 2020, iħabbar li n-negozjati wasslu biex il-Gvern kiseb allokazzjoni ta’ fondi għal Malta u Għawdex - l-akbar li qatt kellna. Allokazzjoni li taqbeż sew iż-żewġ biljun ewro, bl-ammont ta’ fondi għall-Gżejjer Maltin ilaħħaq is-somma ta’ aktar minn żewġ biljun ewro (€2.25 biljun). Din is-somma hi madwar aktar minn biljun ewro aktar minn dik li ġiet negozjata fi Frar tal-2013. Jiġifieri aktar mid-doppju tal-allokazzjoni li kellha Malta fil-perjodu 2014-2020 li issa wasal biex jintemm. 23 TA’ LULJU: Inawgurat l-impjant ilġdid ta’ ħażna ta’ fuel tal-ajruplani fl-Ajruport b’investiment ta’ €15-il miljun. Dan se jwassal biex tingħalaq darba għal dejjem il-ħażna tal-fuel ta’ taħt l-art f’Wied Dalam. Robert Abela jisħaq li l-ftuħ ta’ din il-faċilità hu xhieda oħra tal-impenn u tal-kredenzjali li għandu dan il-Gvern li jkompli jimmodernizza l-infrastruttura ta’ pajjiżna. 25 TA’ LULJU: L-aġenzija internazzjonali DBRS tikkonferma r-rating A (high) ta’ pajjiżna. 27 TA’ LULJU: B’kuntrast għal diversi pajjiżi madwar id-dinja, pajjiżna diġà beda jkollu suċċess fil-ġlieda kontra l-qgħad li rriżulta mill-miġja talCOVID-19. Dan meta fi tmiem Ġunju l-ammont ta’ nies jirreġistraw għal impjieg naqas għal 4,270 imqabbel ma’ 4,409 fi tmiem Mejju. B’hekk kien hemm tnaqqis ta’ 139 persuna, jew 3%. B’hekk kull ġurnata f’Ġunju madwar 5 persuni ma baqgħux ikollhom bżonn jirreġistraw għax kienu sabu impjieg. 28 TA’ LULJU: Inawgurata Pjazza San Franġisk fir-Rabat Għawdex b’investiment ta’ €2 miljun.

29 TA’ LULJU: Jiġi kkonfermat li anke bil-kejl tal-Unjoni Ewropea, dak tal-Labour Force Survey, kien hemm tnaqqis fil-qgħad. Fil-fatt, waqt li kien hemm tnaqqis ta’ 139 persuna jirreġistraw bejn Mejju u Ġunju, bil-kejl aktar wiesa’ tal-Labour Force Survey, it-tnaqqis fl-ammont ta’ persuni li qegħdin ifittxu impjieg ilaħħaq 181 persuna. 29 TA’ LULJU: Il-Prim Ministru jżur investiment ta’ €40 miljun mill-Westin Dragonara Resort. 30 TA’ LULJU: Pajjiżna issa għandu l-anqas rata ta’ qgħad fiż-żona ewro flimkien mal-Ġermanja. Stqarrija maħruġa mill-Eurostat tikkonferma li, filwaqt li f’Malta l-qgħad beda jonqos, fl-Unjoni Ewropea dan kompla jiżdied matul Ġunju. Fil-fatt, f’pajjiżna r-rata ta’ qgħad naqset għal 4.2% f’Ġunju minn 4.3% f’Mejju. Dan meta madwar l-Unjoni Ewropea kien hemm żieda minn 7.0% għal 7.1%, filwaqt li fiż-Żona Ewro ż-żieda kienet minn 7.7% għal 7.8%. 31 TA’ LULJU: Il-Prim Ministru Robert Abela jattendi għall-ftuħ ta’ linja ta’ ħwienet internazzjonali ‘Miniso’ - investiment tal-Grupp JB li jħaddem madwar 250 ruħ u fiż-żmien li ġej huwa maħsub li se jimpjega aktar ħaddiema biex jaħdmu fl-operazzjonijiet kummerċjali kollha talgrupp. 4 TA’ AWWISSU: Il-Prim Ministru Robert Abela jitlob li jitlaqqa’ l-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali biex tkun diskussa l-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfond tal-pandemija COVID-19, wara li sema’ x-xewqa tal-imsieħba soċjali għal iktar informazzjoni dwar is-sitwazzjoni

preżenti u t-triq ’il quddiem. 7 TA’ AWWISSU: Waqt press briefing il-Prim Ministru jgħid li l-messaġġ tiegħu jibqa’ ta’ kuraġġ u tama – filwaqt li m’għandux ikollna attitudni ta’ xejn mhu xejn, m’għandniex imorru għall-estremitajiet. 11 TA’ AWWISSU: F’laqgħa storika tal-Kabinett li saret għand il-Kamra tal-Kummerċ, il-Prim Ministru jipproponi mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq prinċipju li madwaru l-Gvern irid jibni l-mudell ekonomiku ġdid: Kwalità ta’ ħajja aħjar. Kwalità ta’ ħajja aħjar ibbażata fuq ħames punti ta’ prinċipju: Governanza tajba; Tkabbir ekonomiku għal kwalità ta’ ħajja aħjar; Edukazzjoni għal ekonomija b’saħħitha fit-tul; Titjib fl-infrastruttura ta’ Malta; Carbon neutral sal-2050 b’miri intermedjarji kull 10 snin. 14 TA’ AWWISSU: F’rapport li għamlu fuq l-andament ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna, analisti tal-aġenzija tal-kreditu Moody’s faħħru r-riformi kostituzzjonali li introduċa l-Gvern. 25 TA’ AWWISSU: Il-Bank Ċentrali jistma li l-miżuri li ħa l-Gvern kabbru l-ġid nazzjonali bi 3%. 28 TA’ AWWISSU: Statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika tikkonferma li filwaqt li l-COVID-19 kellha impatt ekonomiku qawwi, bħal dak fil-bqija taż-Żona Ewro, f ’pajjiżna d-dħul tal-ħaddiema kien relattivament protett. Filfatt meta mqabbel mat-tieni kwart tal-2019, id-dħul tal-ħaddiema xorta kien €55 miljun ogħla. Dan filwaqt li d-dħul kien €51 miljun anqas minn dak osservat fl-ewwel kwart tal2020.

IL-GRAND HARBOUR CLEAN AIR PROJECT SE JNAQQAS IT-TNIĠĠIS MINN CRUISE LINERS U BASTIMENTI OĦRAJN LI JIDĦLU F’PAJJIŻNA B’90%, GRAZZI GĦAL INVESTIMENT TA’ €50 MILJUN.


12

14.02.2021

RIŻULTATI POŻITTIVI FL-EWWEL SENA TA’ KUNTRATTI REĠISTRATI

DR KURT XERRI Lekċerer Dip. Dritt Ċivili UOM

Sal-2017, is-settur tal-kirjiet privati f’Malta kien ftit li xejn mifhum. Ħadd ma kien f’pożizzjoni li jikkwantifika n-numru ta’ fondi mikrija, fejn kienu qed jiġu mikrija u fuq kollox lil min u għal liema ammont. Għaldaqstant, tliet snin ilu beda x-xogħol fuq il-White Paper li pproponiet qafas regolatorju għall-kirjiet privati. Sentejn ilu, ingħata bidu għal proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li wassal għall-abbozz ta’ liġi li ġie mgħoddi mill-Parlament fl-2019. Liġi li wasslet biex mill-bidu tal-2020, l-Awtorità tad-Djar tassumi r-reponsabbiltà ta’ regolatur ta’ dan is-suq u tibda tilqa’ r-reġistrazzjoni tal-kuntratti tal-kera. Bis-saħħa ta’ dan l-impenn, illum nistgħu ngħidu li s-suq tal-kera f’Malta jammonta għal mill-inqas 30,483 kuntratt, li 70% minnhom jiġu maqbula għal perjodu ta’ sena. Fuq kollox, nafu li l-akbar lokalità li tospita nies li jikru hija dik ta’ San Pawl il-Baħar (15% tat-total tal-kuntratti) filwaqt li l-akbar konċentrazzjoni ta’ inkwilini tinstab fid-distrett tramuntana mill-Port (Tas-Sliema, l-Imsida, San Ġiljan u l-Gżira) b’27% mit-total. Il-liġi l-ġdida ma ġabitx benefiċċji biss għall-Istat, li issa għandu viżibilità ċara tas-settur, iżda aktar importanti minn hekk, ġabet vantaġġi konsiderevoli għall-partijiet tal-kuntratt. Qabelxejn, kemm sidien kif ukoll dawk li jikru llum għandhom ċertezza legali dwar ilftehim tagħhom. Għalhekk, ingħata tmiem għall-kuntratti bil-fomm li kienu jippreżentaw diffikultajiet kemm għal min jikri, f’każ li jkun irid jibbenefika minn għajnuniet statali, kif ukoll għas-sidien, f’każ li dawn ikollhom jiftħu proċeduri ġudizzjarji kontra

l-inkwilini. Hemm ukoll ħafna aktar kjarezza f’dawk li huma t-termini tal-kuntratt, bin-nies li jikru issa jistgħu iserrħu rashom għal żmien minimu ta’ sena u fuq kollox, li jistgħu japplikaw għat-tariffi skontati tad-dawl u l-ilma malARMS u jkollhom aċċess dirett għat-tagħrif dwar il-konsum tagħhom. Il-proċess tar-reġistrazzjoni tal-kirjiet ġab ukoll ħafna aktar trasparenza fiskali f’perjodu li fih il-finanzi tal-pajjiż l-aktar li jeħtiġuha. Kif mistenni, il-pandemija wasslet għal numru ta’ terminazzjonijiet. It-total ta’ 4,168 jirrifletti l-impatt li l-COVID-19 kellu fuq is-suq tax-xogħol

Malti u għalkemm din il-figura tista’ tidher għolja, fid-dawl tan-numru totali ta’ kirjiet reġistrati, din tindika ċerta stabilità anke quddiem trawma finanzjarja globali. Fil-fatt, fl-eqqel tal-ewwel mewġa huwa magħruf li bosta sidien u inkwilini waslu fi ftehim bejniethom sabiex jestendu r-relazzjoni tagħhom b’kera ridotta. Dan il-punt isaħħaħ l-istampa ta’ suq fejn il-partijiet huma sħab xulxin u mhux antagonisti. Kien f’dan l-ispirtu li ġiet maħsuba r-riforma, li ppruvat titbiegħed kemm jista’ jkun min-narrativa żbaljata li t-tort huwa dejjem tas-sid jew dejjem ta’ min jikri. Iżda sintendi, bħal f’kull

relazzjoni kuntrattwali oħra, jista’ jinqala’ nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet. Problema rrapurtata kemm fil-fażi tal-istudju tal-White Paper kif ukoll fil-konsultazzjoni kienet in-nuqqas ta’ rimedju spedit u effettiv f’każ li parti jew oħra tonqos milli tonora l-obbligi tagħha. F’ħafna mid-drabi dawn kienu jkunu kwistjonijiet li jirrigwardaw ammonti relattivament żgħar li għalihom il-partijiet rispettivi mhux dejjem kienu lesti li jidħlu l-Qorti biex jirkuprawhom. Il-liġi l-ġdida, għalhekk, waqqfet Panel li jopera fi ħdan l-Awtorità sabiex jiddeċiedi tilwimiet rigward ħlasijiet u ħsarat li ma jammontawx għal

Għaldaqstant, tliet snin ilu beda x-xogħol fuq il-White Paper li pproponiet qafas regolatorju għall-kirjiet privati. Sentejn ilu, ingħata bidu għal proċess ta’ konsultazzjoni wiesgħa li wassal għall-abbozz ta’ liġi li ġie mgħoddi mill-Parlament fl-2019. Liġi li wasslet biex mill-bidu tal-2020, l-Awtorità tad-Djar tassumi r-reponsabbiltà ta’ regolatur ta’ dan is-suq u tibda tilqa’ r-reġistrazzjoni tal-kuntratti tal-kera

aktar minn €5,000. Barra r-reġistrazzjoni tal-kirjiet, il-figuri juru li dan il-Panel kien l-akbar suċċess tar-riforma, billi mit-twaqqif tiegħu f’Mejju tas-sena li għaddiet sa Diċembru ġew ippreżentati 94 każ, li aktar minn nofshom, jiġifieri 49, ġew diġà solvuti. Din il-parti tal-liġi tidher li ffavorixxiet l-aktar lis-sidien, li rebħu mat-80% tal-kawżi kollha li nqatgħu. Fil-fatt, l-akbar numru ta’ kwistjonijiet li ġew irreferuti lill-Panel jirrigwardaw ħsarat, arretrati ta’ dawl u ilma u żamma tad-depożitu. L-istampa li għalhekk toħroġ mill-figuri tal-ewwel sena hija ta’ riforma li laħqet l-għanijiet prinċipali tagħha, fosthom suq aktar trasparenti, stabbli u ta’ serħan il-moħħ għall-partijiet. Fuq kollox, l-informazzjoni miġbura matul l-ewwel sena tagħti stampa ta’ sidien korretti fil-konfront tal-inkwilini, u ta’ inkwilini li fil-maġġor parti tagħhom huma konformi għall-kundizzjonijiet tal-kuntratt. Dan jawgura b’mod pożittiv għal suq dejjem aktar professjonali u ġust, li jissalvagwardja l-investiment filwaqt li jipprovdi kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni xierqa.


13

14.02.2021

FATTI LI JITKELLMU WAĦEDHOM

MIRIAM DALLI Ministru

In-negozji Maltin u Għawdxin jafu li fil-Gvern qed isibu spalla u sors t’għajnuna f’dawn iż-żminijiet ta’ pandemija globali. Dan il-fatt jikkonfermawh l-eluf ta’ negozji li qed jirċievu l-għajnuna kull xahar, l-eluf ta’ ħaddiema li permezz ta’ din l-għajnuna għadhom fl-impjieg, u l-eluf kbar oħra ta’ familji li ma kellhomx jaffaċċjaw sitwazzjoni ta’ qgħad. L-attitundni pożittiva u proattiva hija dik li qed tiddistingwixxi lil din l-amministrazz-

joni mill-Oppożizzjoni fil-pajjiż. Il-fatti jitkellmu waħedhom. Fl-iktar żmien diffiċli għall-ekonomiji madwar id-dinja fl-istorja riċenti, għamilna kuraġġ u ħadna d-deċiżjoni li ninvestu €350 miljun f’wage supplements, biex ngħinu negozji li ma jistgħux ilaħħqu mal-pagi tal-ħaddiema minħabba l-effetti tal-pandemija. Dan għamilnieh b’sens ta’ għaqal u b’attenzjoni kbira lejn kif is-sitwazzjoni qed tiżvolġi lokalment u globalment. Infatti, permezz tal-Malta Enterprise, estendejna u emendajna l-iskema għat-tieni darba, wara konsultazzjoni mal-komunità kummerċjali u diversi stakeholders oħra. Negozji li esperjenzaw telf ta’ 55% jew aktar huma eliġibbli għall-wage supplement sħiħ, dak ta’ €800 għal kull ħaddiem. Ħdimna b’mod li nkunu ċerti li ma jkunx hemm abbużi mis-sistema u biex dejjem inħarsu d-drittijiet tal-ħaddiema u nipproteġuhom milli jitkeċċew mix-xogħol. Mas-60%

tal-applikanti li bbenefikaw l-ewwel darba komplew jibbenefikaw mill-wage supplement jew qed jingħataw żieda. Investejna wkoll €2️ miljun f’għajnuna fuq il-kontijiet taddawl, biex inwieżnu lin-negozji li m’għandhomx flus f’idejhom u ngħinuhom jadattaw għal realtajiet ġodda. Sal-aħħar ta’ dan ix-xahar stess se joħorgu l-għajnuniet fuq il-kirjiet tan-negozji. Kuntrarju għal dak li qed tgħid l-Oppożizzjoni, ilproċess ta’ sussidju fuq il-kirjiet beda, tant li iktar minn 7,000 negozju applika għal dan is-sussidju u għaddej proċess ta’ verifika fuq din l-assistenza sabiex jinħarġu l-pagamenti. Għamilna dan għaliex nemmnu li lin-negozji rridu ngħinuhom iżommu rashom ’il fuq u mhux jaqbdu t-triq tan-niżla qabel nintervjenu. Din il-ġimgħa stess ħabbart investiment ġdid mill-kumpanija Maltija tal-farmaċewtika Pharmadox Healthcare, li qed tinvesti €3.5 miljun f’espansjoni. Dan l-investiment huwa

t-tielet wieħed f’ħames snin, b’total ta’ €7 miljun. Investiment li hu mistenni jiġġenera mal-50 impjieg ġdid. Kuntrarjament għall-pożizzjoni li qed jieħu Bernard Grech, id f’id mal-Prim Ministru u bħala Gvern qed naħdmu b’għaqal biex l-assistenza titqassam b’mod li jagħmel sens għan-negozji. Mhux talli hekk, talli qed inkunu viżjonarji biżżejjed li nfasslu wkoll it-triq ’il quddiem. Fis-settur tal-enerġija, aħna kommessi li ninvestu bl-aktar mod b’saħħtu f’teknoloġija innovattiva u sistemi li jħeġġu s-sostenibilità. In-negozji tagħna qed jagħmlu kuraġġ, anke fl-eqqel ta’ pandemija, u jimxu lejn din id-direzzjoni wkoll. Ix-xogħol tiegħi qed ilaqqagħni ma’ nies li qed jikkonfermaw dan. Matul dawn l-aħħar jiem, pereżempju, iltaqjt ma’ ħaddiema minn Multi Packaging Limited u E&L Enterprises, u rajt kif komplew jinvestu sabiex ikunu aktar effiċjenti u sostenibbli f’dak kollu li jagħmlu.

F’dan iż-żmien m’aħniex biss nagħtu l-appoġġ tagħna lill-industriji eżistenti imma qed nagħtu sinjal ċar ta’ kif qed niddiversifikaw l-ekonomija, anke f’setturi bħall-avjazzjoni li b’mod internazzjonali għaddejja minn żmien diffiċli. Infatti nedejna l-ewwel pass fl-industrija tad-drones kummerċjali li jġib flimkien it-teknoloġija u l-inġinerija, filwaqt li jixpruna u jgħin fis-sostenibilità ambjentali. Din hija t-triq ’il quddiem: kollaborazzjoni bejn l-entitajiet differenti biex nibagħtu messaġġ ċar li Malta miftuħa għall-investiment. Il-Gvern qed imexxi b’għaqal l-assistenza lin-negozji fi żmien ta’ pandemija sabiex din titqassam b’mod li jagħmel sens għan-negozji, u qed iħares lil hinn minn hekk. Min-naħa l-oħra, l-Oppozizzjoni m’għandhiex ħlief kritika bbażata fuq opinjonijiet bla bażi, u ebda proposta konkreta fuq l-ekonomija tal-pajjiż jew it-triq ’il quddiem fi żmien ta’ kriżi ekonomika dinjija.

oħra biex ikunu jistgħu jixtru prodotti ta’ iġjene mestrwali. Hu importanti li nibdew naħdmu fuq din ir-realtà u naraw l-effetti tagħha f’Malta. Irridu nifhmu t-tip ta’ diffikultà biex minn hemm nersqu lejn soluzzjonijiet. Irridu wkoll inħarsu lejn l-aħjar prattiċi implimentati f’pajjiżi oħra u naraw x’kien u x’ma kienx effettiv fil-mod ta’ kif dawn qed jindirizzaw din ir-realtà fost iċ-ċittadini tagħhom. Eventwalment nistgħu mmorru għal miżuri kontra l-faqar mestrwali li jkunu jagħmlu sens ukoll mil-lat ambjentali. Nistgħu nikkunsidraw, pereżempju, li tingħata b’xejn menstrual cup lill-istudenti nisa kollha. Dan hu prodott menstrwali iġjeniku u li għandu l-vantaġġ li jista’ jerġa’ jintuża, u allura jirrispetta aħjar il-prinċipju ambjentali. L-għan tagħna f’dan il-qasam hu li ma titħalla l-ebda mara fostna esposta għal żvantaġġi ekonomiċi, edukattivi jew oħrajn, minħabba s-sempliċi fatt li jkollha diffikultà biex takkwista dawn il-prodotti. Il-Prim Ministru ta’ New Zealand Jacinda Ardern diġà saħqet dwar il-ħtieġa li nifhmu l-prodotti ta’ iġjene mestrwali bħala prodotti ta’ ħtieġa, u mhux xi lussu jew kapriċċ. Fi New Zealand, il-Gvern diġà qed jagħti l-prodotti ta’ iġjene mestrwali b’xejn lill-bniet u tfajliet fl-iskejjel. Bħalissa hu stmat li aktar minn 90,000 tifla fi

New Zealand mhumiex f’qagħda li jifilħu għall-ispiża regolari ta’ tampuni u pads. Bħalissa ninsabu fi stadji bikrin ta’ riċerka dwar kif il-faqar mestrwali qed jolqot lin-nisa u l-familji ta’ pajjiżna. Minn hawn qiegħda nħeġġeġ lil nisa, tfajliet, persuni, għalliema, esperti u persuni f’karigi ta’ tmexxija involuti fl-oqsma ta’ edukazzjoni u saħħa, sabiex jagħtuna l-fehmiet tagħhom ħalli nersqu lejn il-passi meħtieġa biex niżguraw ugwaljanza ta’ aċċess f’dan ir-rigward. Se nieħu azzjoni dwar dan b’mod determinat — u bl-istess ħsieb riformista li bih Gvernijiet Laburisti mxew għal tibdiliet u riformi importanti, bħal dik dwar ir-rappreżentanza bilanċjata fil-ġeneru li qed naħdmu fuqha, il-liġi dwar il-kremazzjoni, l-emendi fil-liġi tad-divorzju u miżuri u riformi kruċjali oħra li wettaqna matul l-aħħar s-snin. L-għan aħħari hawnhekk hu li r-rimedji li nagħtu jkunu prattiċi u progressivi fis-sens li jħallu impatt għall-aħjar fuq il-ħajja taċ-ċittadini u l-familji tagħna. Bħala Segretarju Parlamentari, nilqa’ kwalunkwe idea, perspettiva jew esperjenza li intom tistgħu taqsmu magħna. Hekk tkunu intom ukoll b’mod dirett qegħdin tgħinuna nifhmu aħjar, insawru l-politika u nieħdu l-azzjoni meħtieġa fuq din ir-realtà soċjali.

FAQAR MESTRWALI

ROSIANNE CUTAJAR Segretarju Parlamentari

It-terminu ‘faqar mestrwali’ jew ‘period poverty’ jirreferi għad-diffikultà li jista’ jkollhom in-nisa biex ilaħħqu mal-ispiża sabiex jakkwistaw prodotti ta’ iġjene marbuta mal-mestrwazzjoni. Dawn il-prodotti mhumiex xi kapriċċ — huma prodotti neċessarji fil-ħajja ta’ kull mara, u jfissru spiża ta’ kull xahar li mhux kulħadd ikun jiflaħ għaliha. F’pajjiżna, irridu nibdew nifhmu sew kemm hi kbira jew le din il-problema, u minn hemm nibdew nindirizzawha. Is-suġġett innifsu tal-mestrwazzjoni għadu mhux suġġett li s-soċjetà tagħna titħaddet dwaru b’mod apert biżżejjed. Lanqas mhu biżżejjed li, meta mara tgħaddi minn l-ewwel mestrwazzjoni tagħha, l-ewwel ħaġa li ngħidulha tkun li issa “saret mara”. Spiss lit-tfajliet tagħna fl-istadju ta’ pubertà ma nitkellmux

magħhom biżżejjed dwar il-fatti ta’ x’se tkun tfisser il-mestrwazzjoni għalihom, bla wisq tidwir ta’ kliem — li din se ġġib magħha b’mod regolari flussi ta’ demm, uġigħ ta’ ras, bugħawwieġ, għeja u bidliet fil-burdata, biex inkunu semmejna ftit mill-effetti ta’ dan il-proċess. Iżda biex inkunu nistgħu nifhmu l-jekk u l-kif ta’ kif nistgħu ntejbu l-qagħda ta’ persuni effettwati mill-faqar mestrwali, irridu l-ewwel nifhmu li l-mestrwazzjoni hi proċess mill-aktar normali li jgħaddi minnu l-ġisem. U huwa wkoll il-prezz li tħallas il-mara għall-funzjoni riproduttiva ta’ ġisimha. Mhux talli m’hemm xejn “abnormali” jew tabù dwar il-mestrwazzjoni, iżda l-prodotti ta’ iġjene li dan il-proċess jeħtieġ ta’ kull xahar huma prodotti meħtieġa daqs dawk il-prodotti l-oħra li neħtieġu fl-iġjene tagħna ta’ kuljum. Il-prezz tal-mestrwazzjoni hu, għalhekk, kemm wieħed fiżiku kif ukoll finanzjarju għan-nisa tagħna. Jista’ jkun li għandna fostna persuni li jinsabu fil-faqar, jew f’qagħda finanzjarja batuta, u li minħabba f’dan ibatu biex jaffordjaw prodotti ta’ iġjene mestrwali ta’ kwalità? Jekk familja bi dħul baxx għandha wild, jew aktar minn wild waħda li huma bniet u deħlin jew jinsabu fil-pubertà, huwa l-każ li lil dawn il-familji għandna ngħinuhom b’mod attiv biex ma jbatux minn din

l-ispiża regolari ta’ wliedhom? Dawn huma biss uħud mid-domandi li jeħtieġ nibdew nistaqsu dwar dan il-fenomenu. Dan mhux fenomenu li għandna neħduh b’mod passiv. Tagħrif miġbur fl-Iskozja, li kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li għamel il-prodotti mestrwali b’xejn għal kulħadd, juri li l-prezz ta’ kull xahar għal tampuni u pads jitla’ sa £8 kull xahar. Instab ukoll minn stħarriġ li diversi nisa ma jlaħħqux ma’ din l-ispiża ta’ kull xahar, bi kwart ta’ dawk li rrispondew għal sondaġġ fi skejjel u entitajiet edukattivi oħra fl-Iskozja jgħidu li ma laħħqux ma’ din l-ispiża. Fir-Renju Unit, 15% tat-tfajliet fl-iskejjel kellhom diffikultà biex jaffordjaw il-prodotti mestrwali. F’Malta għadna rridu nibdew neżaminaw, nanalizzaw, niġbru t-tagħrif u nifhmu kemm hi kbira din il-problema f’pajjiżna, kif timmanifesta ruħha, x’effetti jista’ qed ikollha fuq il-ħajja tal-persuna, u tagħrif meħtieġ ieħor biex inkunu nistgħu nindirizzawha. Jista’ jkun, pereżempju, li l-fatt li persuna ma tkunx tiflaħ għall-ispiża ta’ prodott iġjeniku ta’ kwalità jwassalha biex tevita li tattendi l-iskola, u għalhekk tbati fl-aċċess tagħha għattagħlim. Jista’ jkun ukoll li għandna fostna nisa jew familji li joqogħdu lura milli jixtru neċessitajiet


14

14.02.2021

SAN ĠUŻEPP TA IRRESTAWRAT U F’din is-sena tant speċjali għall-Ġużeppini kollha ta’ madwar id-dinja, wara li l-Papa Franġisku ddikjara din is-sena bħala s-sena internazzjonali Ġużeppina, il-parroċċa ta’ Ħal Għaxaq ħadet ħsieb tibda bl-akbar ċelebrazzjoni possibbli meta flaħħar tax-xahar li għadda ġie inawgurat ir-restawr u l-konservazzjoni tal-istatwa artistika u devota ta’ San Ġużepp. Din l-istatwa għandha kważi 90 sena u kienet ġiet ikkummissjonata wara li nħasset il-ħtieġa li tinbidel l-istatwa antika ta’ San Ġużepp li għadha sal-lum tinżamm b’tant għożża fis-sede tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp tal-lokal. Dak iż-żmien inbeda proċess ta’ konsultazzjoni bejn is-Soċjetà Mużikali San Ġużepp u l-Fratellanza ta’ San Ġużepp tal-istess raħal u permezz ta’ rikors kien ġie deċiż li l-istatwa antika tinbidel ma’ statwa oħra maħduma fl-injam. Din kienet ġiet ikkummissjonata lill-kumpanja Fratelli Bertarelli ta’ Milan. Fit-30 ta’ Novembru tal-1932 l-istatwa waslet f ’Ħal Għaxaq, u ġiet irregalata lill-Fratellanza Ġużeppina mis-Soċjetà Mużikali San Ġużepp għall-parroċċa ta’ Ħal Għaxaq. Din l-istatwa devota u artistika ħarġet proċessjonalment mill-Knisja tal-Għaxqin fis7 ta’ Mejju 1933, fl-okkażjoni tal-festa li kienet issir ta’ kull sena fir-raħal. Matul dawn l-aħħar snin inħasset il-ħtieġa li din l-istatwa devota ta’ mħabba bejn il-missier u l-iben isirilha intervent ta’ restawr u għalhekk il-kumitat tas-soċjetà Mużikali

San Ġużepp flimkien mal-fratellan mu fuq proġett biex din l-istatwa t Fl-2008 ġew imżanżna l-bradel wa, fuq disinn li kien sar 75 sena li kien għamel ukoll id-disinn talbankun u erba’ forċini ġodda biex la. Wara, fl-2010, sar ir-restawr ta nutell tal-fjuretti minħabba l-ħsa kienet ġiet imżanżna l-girlanda maħduma bil-ganutell, wara li nb Wara kien imiss ir-restawr tal 2018 il-Kavallier Michael Camiller Adonai ġew avviċinati mill-kum San Ġużepp biex isir rapport fuq lill-istatwa u l-pedestall. Inħareġ ir-rikors tal-Kurja bie ħol minn dawn l-artisti u, f ’Settem ir-raħal fi triqtha lejn il-gżira Għ tal-artist Michael Camilleri Cauch tar-restawr u l-induratura l-ġdida sjonat lil Mario Camilleri Cauchi, f u Austin. Kollox kien ippreparat għallfl-okkażjoni tal-150 sena mid-dikj maħtur Patrun tal-Knisja Univer tħassar kollox minħabba l-pande Mużikali San Ġużepp baqa’ jistink awgurazzjoni dinjituża. Fl-okkażjoni tas-sena interna Ġużepp, il-kumitat ħataf l-okk mas-Soċjetà Leone tar-Rabat Għ djaknu u Monsinjur Arċipriet ta l-istatwa tiġi inawgurata bi privile dikata lill-Assunta fil-Belt Victoria F’din iċ-ċelebrazzjoni li saret fi ta akkademja mużikali msejħa “B da San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq taħ Direttur Reno Busuttil bis-sehem Caeciliana u s-sehem tal-Bariton pran Connie Frances Zerafa. Fl-istess serata ġiet inawgura


15

14.02.2021

A’ ĦAL GĦAXAQ U KKONSERVAT

nza Ġużeppina qablu u ħadtkun kompluta minn kollox. la u l-bankun ta’ din l-istatqabel minn Carmelo Tonna -pedestall. Sena wara sar iljikkumplimentaw il-bradelal-gastri u nbidel ukoll il-gaara li kellhom. Sitt snin wara l-ġdida ta’ fuq il-pedestall bidlet ma’ dik li kien hemm. l-istatwa u l-pedestall u flri Cauchi flimkien ma’ ibnu mitat tas-Soċjetà Mużikali q ir-restawr u x’għandu jsir

x ikun jista’ jinbeda x-xogmbru tal-2019, il-vara ħalliet ħawdxija, dritt għall-bottega hi u ibnu Adonai. Ix-xogħol a tal-pedestall ġie kkummisflimkien ma’ wliedu Rueben

-festi tas-sena li għaddiet jarazzjoni li San Ġużepp ġie rsali. Meta sfortunatament emija, il-kumitat tal-Għaqda ka biex l-istatwa jkollha in-

azzjonali ddedikata lil San każjoni u ħadem flimkien ħawdex u l-Monsinjur Arċial-Katidral ta’ Għawdex biex eġġ fil-Knisja Katidrali ddea. it-23 ta’ Jannar, ġiet esegwiB’Qalb ta’ Missier” mill-Banħt id-direzzjoni tas-Surmast m tal-Kor Cappella Musicale nu Alfred Camilleri u s-So-

ata l-istatwa mill-President

Matul dawn l-aħħar snin inħasset il-ħtieġa li din l-istatwa devota ta’ mħabba bejn il-missier u l-iben isirilha intervent ta’ restawr u għalhekk il-kumitat tas-soċjetà Mużikali San Ġużepp flimkien mal-fratellanza Ġużeppina qablu u ħadmu fuq proġett biex din l-istatwa tkun kompluta minn kollox tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp Marvic Abela u l-Kapillan ta’ Ħal Għaxaq il-Kanonku Andrew Schembri. L-għada l-Ħadd 24 ta’ Jannar, saret quddiesa solenni mill-Kapitlu tal-Katidral flimkien mal-Kappillan ta’ Ħal Għaxaq, u wara dan, l-istatwa ta’ San Ġużepp tfaċċat fil-bieb prinċipali tal-Katidral ta’ Għawdex, merfugħa mill-fratelli Ġużeppini Għaxqin u milqugħa mill-Banda San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq biex taqbad triqtha lura lejn ir-raħal ta’ Ħal Għaxaq. F’dan il-mument inħaraq ukoll salut minn fuq l-għolja ta’ Gelmus taħt is-superviżjoni ta’ Vampa Organisations. Matul dan kollu kienu osservati r-regolamenti li ħarġet is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika minħabba l-pandemija. F’Ħal Għaxaq, l-istatwa ta’ San Ġużepp ġiet armata għall-festa fuq il-bradella u l-bankun tagħha u fl-okkażjoni tas-sena Ġużeppina, inżammet ġimgħa għall-qima tal-pubbliku. Iċ-ċelebrazzjonijiet waslu fi tmiemhom f ’quddiesa solenni ċċelebrata mill-Kappillan tal-lokal, flimkien mal-kleru tal-parroċċa u l-Arċipriet tal-Katidral ta’ Għawdex Mons. Joseph Sultana. Għal din il-quddiesa attenda wkoll il-President tar-Repubblika Dr George Vella.


16

14.02.2021

VUĊI GĦAL-LIBERTÀ TAL-ESPRESSJONI

RAMONA ATTARD President, Partit Laburista

L-isforzi li qed isiru fil-Qorti biex jingħalqu l-istazzjonijiet politiċi huma sforzi kontra l-libertà tal-espressjoni. Fl-opinjoni tiegħi, insult lejn l-intelliġenza tal-poplu, lejn dawk l-eluf ta’ telespettaturi, li jaraw ONE u NET TV. Il-fatti juru li jekk il-kawża fil-Qorti tirnexxi, l-istazzjon ONE hu l-aktar li jsofri u dan għax hu l-aktar stazzjoni privat segwit, bid-doppju tal-udjenza tan-NET TV skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir. L-esponenti kbar tal-Partit Nazzjonalista li jaħsbu li l-istazzjon tagħhom jiġi segwit biss min-nanniet u z-zijiet tagħhom u għalhekk iriduh jagħlaq, għandhom kull dritt. Il-falliment tan-NET, iżda, ma jistax jiddetta biex stazzjon ta’ suċċess kif inhu l-ONE, ma

jibqax ixandar. Dan mhuwiex biss dritt tagħna, iżda obbligu lejn il-poplu Malti u Għawdxi li minn mindu ONE beda jxandar dejjem kien leali u segwa dak li joffri ONE. Isegwuna nies li jħobbu l-Partit Laburista u oħrajn li ma jaqblux jew saħansitra lanqas biss jivvutaw jew jinteressahom mill-politka, iżda jaraw drama, programmi informattivi jew ta’ divertiment. Fl-ewwel konferenza ġenerali li indirizzajt bħala President tal-Partit Laburista, għedt li jien prodott tal-ONE. Prodott tal-ONE bħal ħafna nies oħrajn, nies fid-dinja politika, pubblika, legali, soċjali, artistika, nies bl-aqwa abbiltajiet tekniċi li għamlu suċċess. Nies li mhumiex magħrufa, iżda ddedikaw ħajjithom għal dan l-istazzjon. Ta’ dan ngħidilhom grazzi, lil kull min ikkontribwixxa fil-passat u dawk kollha li għadhom jikkontribwixxu fil-preżent. Tul is-snin saħħaħna l-ONE, iżda saħħaħna wkoll il-libertà tal-espressjoni fil-pajjiż u l-pluraliżmu fix-xandir. L-argument legali ewlieni ta’ min qed jipprova jwaqqaf l-istazzjonijiet politiċi huwa dak li minħabba li Artiklu 119 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta jgħid li l-funzjoni tal-Awtorità tax-Xandir għandha tkun ukoll li safejn hu possibbli, tinżamm l-imparzjalità fix-xandir, l-istazzjonijiet politiċi għand-

hom jieqfu joperaw. Tajjeb li wieħed jara l-kuntest u l-ispirtu tal-liġi meta kienet oriġinarjament għaddiet mill-Parlament f’xenarju fejn ma kinux jeżistu stazzjonijiet politiċi iżda kien ixandar biss l-istazzjon nazzjonali. Nistqarr li ninsab sorpriża, kif din il-kawża qed tiġi direzzjonata kontra l-istazzjonijiet politiċi biss, meta pereżempju l-istazzjon tal-Knisja mhuwiex u ma nippretendix li jkun imparzjali fuq suġġetti li jmorru kontra r-reliġjon Kattolika. Każ partikolari, meta l-midja tal-Knisja kellha pożizzjoni b’saħħitha u ma kontx nistenna mod ieħor, kontra l-introduzzjoni tad-divrozju f’pajjiżna. Inżid li anke l-ġurnali indipendenti ngħaqdu kontra r-referendum tal-kaċċa u reġgħu ngħaqdu riċentement biex fil-perjodu tal-pandemija tal-COVID-19, ma jinfetaħx l-istaġun tal-kaċċa. Nemmen li l-istazzjon tal-Knisja u l-ġurnali indipendenti għandhom kull dritt li jieħdu pożizzjonijiet f’kull diskussjoni li jkun hawn filpajjiż. Anzi, meta jittieħdu dawn il-pożizzjonijiet, anke jekk ikunu kontra l-opinjoni tiegħi, napprezzahom immens, għax meta tkun qed issegwi dik il-midja partikolari, tkun taf il-linja editorjali. Nipproteġi b’saħħti kollha dan id-dritt tal-midja indip-

endenti, kif ukoll tal-istazzjon tal-Knisja. Dan hu l-veru spirtu tal-libertà tal-espressjoni. Iżda bl-istess mod allura ma nistax nifhem għaliex ONE u NET TV ma jistax ikollhom il-linja editorjali tagħhom, li hija l-linja magħrufa ma’ kulħadd. Wisq nibża’ li wħud li qed jipprovaw isikktu l-istazzjonijiet politiċi, għandhom skop aħħari kummerċjali u finanzjaru. Nagħmilha ċara li kulħadd għandu dritt li juża l-mezzi li tagħtih il-liġi fejn jemmen li għandu jieħu dritt. Però, jista’ jkun li min qed jipprova isikket l-istazzjonijiet politiċi, qed jaħseb f’termini ta’ riklamar, jiġifieri li stazzjon li għandu udjenza b’saħħitha bħall-ONE jattira ċertu porzjon ta’ riklamar, li jekk jiġi biex il-ONE ma jibqax jeżisti, dan il-porzjon imur għal midja oħra. Ir-riklamar hu importanti wkoll biex jasal messaġġ b’mod professjonali. Però jiena nemmen li a skapitu tar-riklamar, m’għandniex nostakolaw il-libertà tal-espressjoni. F’dan il-pajjiż anke riċentement, ġustament saru ħafna argumenti favur il-libertà tal-espressjoni, allura ma nistax nifhem kif in-nies li kienu fuq quddiem b’dawn l-argumenti, issa jridu jagħlqu żewġ stazzjonijiet politiċi li huma parti mit-tessut tas-soċjetà Maltija u huma strumentali biex iwasslu punti di vista, opinjonijiet u fatti importanti

f’pajjiż demokratiku. Jien nemmen li r-rikami tirbaħhom billi tkun kompetittiv u għalhekk l-appell tiegħi huwa biex ikollna kompetizzjoni sana bejn il-mezzi tax-xandir kollha, għax minn din il-kompetizzjoni kostruttiva, jirbaħ iċ-ċittadin li jkollu prodott aktar irfinut u professjonali minn fejn jagħżel. Wara kollox, il-kompetizzjoni hi element kruċjali f’soċjetà demokratika li tħaddan il-pluraliżmu fix-xandir. Lanqas huwa veru l-argument li nġieb minn xi uħud, li l-partiti politiċi barra minn Malta m’għandhomx stazzjonijiet politiċi. Jien trabbejt nara l-istazzjonijiet Mediaset, pass ’il bogħod minn pajjiżna. Kulħadd jaf li l-fundatur tal-Mediaset huwa persuna ċertament mhux aljen għad-dinja politika, l-Eks Prim Ministru Silvio Berlusconi. Għalhekk din il-ġlieda legali għalija hija ġlieda ta’ ideali u ta’ prinċipji, ġlieda għal-libertà tal-espressjoni. Niddikjara li jiena imparzjali fl-argument għax kif għedt mill-ewwel jien prodott tal-ONE. Bl-istess mod li nemmen li min fetaħ il-kawża l-Qorti wkoll huwa imparzjali għax għandu l-ideali tiegħu. Allura din il-kawża ser tkun okkażjoni biex inħabbtu l-ideali tagħna u min-naħa tal-ONE kburija li bħal dejjem qed inqumu għall-okkażjoni flimkien, vuċi waħda biex f’pajjiżna l-libertà tal-espressjoni tissaħħaħ.

L-ABBOZZ TA’ LIĠI DWAR L-UGWALJANZA

OLIVER DE GAETANO Kandidat fit-8 Distrett

Wieħed irid jistqarr li sa qabel is-sena 2013, l-ugwaljanza f’pajjiżna mhux dejjem ingħatat l-importanza li jistħoqqilha. Kien proprju l-Gvern Laburista li mis-sena 2013 ’l hawn ta spinta lill-ugwaljanza f’Malta. Meta Dr Joseph Muscat kien ħatar il-kabinett tiegħu, Dr Helena Dalli kienet ingħatat il-portafoll li jittratta l-ugwaljanza, u tant ħadmet li llum il-ġurnata qed tokkupa l-kariga prestiġjuża bħala l-ewwel Kummissarju Ewropew f’dan l-istess

qasam. Minn hawnhekk nixtieq nifirħilha għall-ħatra tagħha. Eżatt qabel in-nomina tagħha, Dr Dalli kienet ippreżentat l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Ugwaljanza, leġiżlazzjoni li m’għandniex xi ngħidu attirat ħafna kritika, fost oħrajn minn skejjel tal-Knisja peress li ħassew li dan l-Abbozz seta’ jxekkilhom milli jimplimentaw bis-sħiħ l-ideoloġija fundamentali li fuqha huma bbażati. Huma beżgħu li tali Abbozz jista’ jipprojbixxihom milli jimpjegaw għalliema tal-għażla tagħhom, anke għal suġġetti li fihom il-fidi nnifisha mhix ħtieġa ġenwina bħalma huma t-tagħlim tal-lingwi jew ix-xjenzi fost oħrajn. Wieħed mill-avvanzi ewlenin tal-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Ugwaljanza hu li jassigura l-projbizzjoni li ssir diskriminazzjoni kontra nies fuq għadd ta’ karatteristiċi protetti bħal ngħidu aħna t-twemmin jew ir-reliġjon, l-identità tal-ġeneru, l-orjentazzjoni sesswali jew l-opinjoni politika. Nemmen li din in-novità leġiżlattiva tippermetti lil impjegati prospettivi

jisfidaw rekwiżiti mhux raġonevoli, pereżempju meta japplikaw għal postijiet tax-xogħol vakanti. Jeħtieġ li kull entità ssegwi l-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni fl-ingaġġ tal-personal tagħha. Hawnhekk ta’ min jaċċenna l-fatt li l-Abbozz ipoġġi l-karti kollha fuq il-mejda billi jindika li jekk min iħaddem jeħtieġ li impjegat prospettiv ikollu karatteristiċi partikolari biex iwettaq ir-rwol partikolari fi ħdan dik l-azjenda, dawn jistgħu jiġu kkontestati minn tali impjegat fuq ir-raġonevolezza ta’ ċerti rekwiżiti, u allura l-oneru huwa għal min iħaddem li jeskludi lilu nnifsu minn tali allegata diskriminazzjoni. Ta’ min isemmi l-fatt li l-leġiżlazzjoni nazzjonali attwali diġà minnha nnifisha tħares l-ugwaljanza. Biss, l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Ugwaljanza huwa iżjed ħolistiku mil-leġiżlazzjoni kurrenti f’dak li jittratta l-ugwaljanza, tant li l-Abbozz jagħti wkoll protezzjoni lil dawk li jressqu ilment dwar trattament diskriminatorju. Tant hu hekk li l-punt bażilari tiegħu

jirrelata mal-fatt li l-vittmi jħossuhom komdi jagħmlu l-ilmenti tagħhom, u fuq kollox li jingħataw rimedju effettiv mingħajr ma jbatu riperkussjonijiet negattivi, kif inhu xieraq f’soċjetà demokratika. Ħaġa oħra innovattiva ferm hu l-fatt li l-Abbozz ikopri lill-impjegati mhux biss minn diskriminazzjoni diretta, iżda wkoll minn diskriminazzjoni indiretta. Diskriminazzjoni diretta tirreferi għal sitwazzjoni fejn persuna tkun trattata b’mod inqas favorevoli milli kienet se tkun trattata persuna oħra f’sitwazzjoni komparabbli. Id-diskriminazzjoni inidretta hija waħda iżjed sottili u għaldaqstant mhux lakemm wieħed jinduna biha. Filwaqt li l-liġijiet dwar diskriminazzjoni razzjali jew inċitament għall-mibegħda huma indirizzati biss taħt illiġi kriminali, l-Abbozz jipprovdi lill-vittmi bid-dritt li jsegwu l-każ tagħhom taħt il-leġiżlazzjoni dwar l-ugwaljanza wkoll, inkluż billi jressqu ilment mal-Kummissjoni prospettiva tad-Drittijiet tal-Bniedem u

l-Ugwaljanza. Hu minnu li bħal kull ħaġa li tkun katalista tal-bidla, dan l-Abbozz ġab miegħu ċertu xettiċiżmu biex ma ngħidx apprensjoni. Biss hawnhekk nixtieq infakkar lill-qarrej li Malta ttrasponiet il-korp tal-liġijiet u l-każistika Ewropej (Acquis Communautaire) fil-liġi nazzjonali qabel ma biss saret membru sħiħ tal-Unjoni Ewropea. L-Acquis diġà jinkludi fih il-protezzjoni kontra d-diskriminazzjoni fuq il-post tax-xogħol abbażi ta’ sess, oriġini razzjali u etnika, reliġjon jew twemmin, età, diżabilità u orjentazzjoni sesswali. Iżda hawnhekk l-eċċezzjoni hija dejqa għar-rwoli individwali mwettqa, u l-oneru tal-prova ta’ dan ir-rekwiżit jaqa’ fuq min iħaddem. Hu proprju l-fatt li l-abbozz imur pass oltre li jista’ jitqies bħala innovattiv. Fl-aħħar mill-aħħar nemmen li wieħed għandu jevalwa u jiżen. Personalment ninsab konvint li meta wieħed jiżen il-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ dan l-abbozz, il-vantaġġi ċertament jaqilbu l-keffa tal-miżien.


17

14.02.2021

KUNSILLI AKTAR B’SAĦĦITHOM

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Illum ser nagħtu ħarsa lejn dawk ir-responsabbiltajiet li għandu jkollhom il-Kunsilli Lokali. Responsabbiltajiet li jelevaw il-ħidma tal-Kunsilli Lokali. Fost l-aktar 10 punti importanti nsibu: Servizzi Pubbliċi Diċentralizzati Ristrutturar ta’ servizzi pubbliċi eżistenti, b’impenn sabiex ikun hemm titjib fl-effiċjenza, il-konsistenza, l-effettività, u l-assikurazzjoni. Immaniġġjar tar-relazzjoni mar-resident u mmaniġġjar tar-relazzjoni lokali mal-komunità tan-negozju. Identifikazzjoni ta’ servizzi pubbliċi addizzjonali li jistgħu potenzjalment jiġu diċentralizzati u mgħoddija lill-Gvern Lokali. Riżorsi Umani. Taħriġ u żvilupp individwali bi sħab ma’ universitajiet, kulleġġi u skejjel speċjalizzati fl-immaniġġjar. Ingaġġ ta’ ħaddiema ġodda. Teknoloġija u sistemi li jistgħu jagħtu kontribut għal ak-

tar effiċjenza u produttività, benefiċċji u kumpens. Analiżi tax-xogħol imwettaq u tfassil ta’ metodi ġodda ta’ xogħol. Relazzjoni mal-impjegati. Immaniġġjar u dħul finanzjarju. Nidentifikaw sorsi oħra potenzjali ta’ dħul, ristrutturar tal-programmi ta’ skemi ta’ PPP. L-immaniġġjar ta’ sorsi oħra ta’ dħul li huma ġenerati mill-infurzar u servizzi oħra li huma bbażati fuq sorsi ta’ dħul simili. Identifikazzjoni, immaniġġjar u ksib ta’ fondi minn programmi Ewropej, immaniġġjar bi trasparenza ta’ fondi pubbliċi, immaniġġjar tal-assi tal-lokal. Immaniġġjar ta’ Proġetti u Attivitajiet. L-immaniġġjar, ir-rinnovar u ż-żamma ta’ assi immobbli tal-Kunsill, il-makkinarju, il-faċilitajiet sportivi, l-uffiċini, il-ġonna, u l-ispazji miftuħa oħra. Iż-żamma fl-aħjar kundizzjoni ta’ għamara tat-triq, imwejjed u bankijiet, bins tal-iskart, arbli u sinjali ta’ traffiku, dwal u bus shelters. Immaniġġjar u superviżjoni ta’ risorsi umani tal-Kunsill Lokali, ħarsien ta’ ambjent naturali u dak mibni, indafa u immaniġġjar ta’ skart li jinkludi ċ-ċertifikazzjoni tal-istess xogħol. Konsolidazzjoni ta’ ħidma bejn Kunsilli Lokali fuq bażi reġjonali biex tintlaħaq effiċjenza u kwalità ta’ livell superjuri kemm fis-servizz kif ukoll fuq xogħlijiet. Organizzazzjoni ta’ sistemi uniformi ta’ manutenzjoni preventiva, ordinarja, korrettiva u ta’ emerġenza. Assikurazzjoni ta’ assessjar ta’ riskju u mmaniġġjar tal-kuntratti ta’

xogħlijiet, poloz ta’ assikurazzjoni u public liability. Koordinament, organizzazzjoni, promozzjoni u ffaċilitar ta’ proġetti kreattivi, kulturali, artistiċi u popolari. Pjan Urban. Żviluppar ta’ poliċies ta’ urbanizzazzjoni lokali trasparenti li jippromwovu tkabbir ekonomiku sostenibbli u fit-tul f’qafas li jtejjeb il-livell ta’ għajxien tal-ħajja, il-kwalità urbana tal-lokalità, jiffaċilita u jippromwovi mobbiltà sostenibbli, joffri protezzjoni għall-ambjent naturali u jassigura mobbiltà u aċċessibbiltà għal kulħadd. Żieda fi proġetti ta’ żoni ħodor fl-ambjent mibni u urban, titjib fil-kwalità estetika tal-lokalità waqt li tikkontribwixxi għas-saħħa fiżika u mentali tar-resident. Iffukar fuq karatteristiċi uniċi tal-ibliet u l-irħula u r-residenti tagħhom. Konsultazzjoni pubblika biex jiġi assigurat involviment ikbar tal-komunitajiet lokali. Tfassil ta’ strateġiji fit-tul flimkien ma’ stakeholders sabiex inżidu l-fiduċja tal-investitur lokali u nżidu r-rispett reċiproku bejn l-investitur u l-komunitajiet lokali. Investiment f’għodod ta’ komunikazzjoni, ġbir u ta’ informazzjoni u aċċess ikbar għal informazzjoni relatata ma’ sostenibbiltà biex tissaħħaħ il-ħidma bejn il-lokalitajiet, ir-reġjuni, l-entitatijiet talgvern ċentrali u żviluppaturi tal-bini bil-għan li tittejjeb il-kwalità ta’ żvilupp urban fil-lokalitajiet. Immaniġġjar aħjar tas-swi-

eq fil-beraħ. Ristrutturar tas-sistema bl-inqas impatt possibbli fuq ir-resident. Komunikazzjoni. Kampanji u komunikazzjoni diġitali biex ikun hemm branding tal-lokalitajiet. Immaniġġjar aħjar tal-midja soċjali, u materjal ta’ promozzjoni, pubblikazzjonijiet u dokumentazzjoni. Relazzjoni mal-midja li tinkludi konferenzi stampi u tnedija ta’ proġetti filwaqt li jkun hemm assikurazzjoni ta’ messaġġ koerenti, konsistenti u ċar. Konferenzi, esebizzjonijiet u attivitajiet. Titjib ta’ komunikazzjoni interna u titjib fir-relazzjoni ma’ għaqdiet u assoċjazzjonijiet fil-komunità lokali. Mobbiltà Sostenibbli. L-ippjanar fuq bażi lokali ta’ konnettività u aċċessibbiltà permezz ta’ mobbiltà sostenbibli bi prijorità fuq il-mixi u ċ-ċikliżmu. Dan jinkludi infrastruttura meħtieġa anki mal-privat. L-iżvilupp ta’ pjan urban biex jiffaċilita l-konsenja ta’ oġġetti u servizzi f’żoni urbanizzati u ċentrali bl-iskop li titnaqqas il-konġestjoni u t-traffiku minn żoni residenzjali u miċ-ċentri tal-lokalitajiet. Immaniġġjar tal-iskart. Effiċjenza u titjib fil-ġbir taliskart domestiku u lokali, inkluż dak kummerċjali, bl-użu ta’ teknoloġija moderna, assessjar u ġbir ta’ data xjentifika. Involviment attiv fl-edukazzjoni lokali permezz ta’ pjan nazzjonali bl-iskop li tikber kuxjenza fuq ir-rimi żejjed u bla bżonn u riċiklaġġ.

L-GĦAXAR PARTI It-tindif ta’ toroq, żoni publiċi u miftuħa, u pjazez bl-iktar mod effettiv u sostenbibli. L-installar ta’ numru ta’ kontenituri tal-iskart pubbliku f’żoni publiċi, il-manutenzjoni tagħhom u l-ġbir ta’ skart b’mod regolari. L-immaniġġjar ta’ skemi ta’ ġbir ta’ skart domestiku goff. Edukazzjoni u Saħħa. Parteċipazzjoni fl-edukazzjoni bi sħubija mal-gvern ċentrali, skejjel u universitajiet biex jiżdied l-għarfien fuq żvilupp, sostenibbiltà, kultura, arti, tibdil fil-klima, saħħa, integrazzjoni, teknoloġija u materji oħra ta’ natura lokali. Kollaborazzjoni mal-iskejjel primarji u sekondarji biex jikber l-involviment tat-tfal u ż-żgħazagħ fit-tmexxija u fil-proġetti lokali. Użu aħjar tal-iskejjel fil-lokalitajiet biex iservu ta’ ċentri lokali wara l-ħinijiet tal-iskola u fi tmiem il-ġimgħa. Tisħiħ fl-immaniġġjar talbereġ, kontroll u promozzjoni ta’ sanità pubblika u servizzi oħra tas-saħħa primarja bi sħubija ikbar mal-awtoritajiet tas-saħħa. Bliet u rħula smart. L-introduzzjoni u l-użu ta’ teknoloġija moderna fil-lokalitajiet tagħna biex tittejjeb l-informazzjoni ġeografika, urbana u l-mobbiltà. Titjib u tisħiħ fisservizzi ta’ sigurtà, infurzar fuq data pubblika, permessi u mmaniġġjar aħjar ta’ xogħlijiet pubbliċi u privati. Sħubija ta’ entitajiet privati u universitajiet għal riċerka u żvilupp f’servizzi għal konnettività aħjar.


18

14.02.2021

NIES LI B’ĦAJJITHOM TAW Jitqies bħala bniedem qaddis. Kellu ammirazzjoni speċjali lejn il-Madonna. Ma kienx ta’ skola u ħajtu qattagħha f’ħidma iebsa fir-raba’, talb u jgħin lin-nies li jersqu lejh għall-pariri u l-fejqan tagħhom u ta’ membri ta’ familthom. Kien jagħmel kollox bla ħlas u jitlob lil dak li jkun biex jirrikorri lejn Alla, lejn il-Madonna u lejn il-qaddisin. Kif tistgħu tobsru qed nittratta lil FRENĊ MERCIECA, magħruf aktar bħala Frenċ tal-Għarb u li fl-aħħar tax-xahar li għadda mietet ukoll Sunta Apap, li kienet taħdem biex tkabbar id-devozzjoni lejn Frenċ u lejn il-Madonna ta’ Pinu. Minn CHARLES B. SPITERI Frenċ, li twieled fl-istess lokal fit-3 ta’ Diċembru tal-1892 kien it-tmien tifel minn familja ta’ tnax-il wild, ta’ Salvu u Beneditta. Minn żgħir, dejjem kien devot kbir tal-Madonna u kien iqim l-aktar lill-Madonna taħt it-titlu tal-Madonna ta’ Pinu, minħabba li kellu rabta speċjali mas-Santwarju tagħha. Għal bosta snin, Frenċ kien jiġbed ħafna nies lejh, għax kien bniedem umli, jgħix mir-raba’ u ħobżu kien biss mill-għelieqi. Familtu tant kienet fqira li ma kellux ix-xorti jitgħallem l-iskola. Iżda l-fidi li kellu fih, kisbitlu ħafna għerf u kliemu sewa ta’ ġid enormi għal ħafna nies li rrikorrew lejh. Meta n-nies kienu jmorru għandu għal xi grazzja, hu kien ċert li l-Madonna kienet tnebbhu x’kellu jagħmel. Kien iwettaq ħidmietu fil-kwiet, ma jxandar u jiftaħar ma’ ħadd; anzi kien jasal jaħbi dak li jkun seħħ. Il-ferħ li kellu fih kien jidher u lil min iżuru kien jitolbu biex appena jaqla’ dak li jkun xtaq, jiftakar jirringrazzja lill-Madonna, li bl-interċessjoni tagħha jkun sar it-tibdil mixtieq. Il-każ tat-tliet xebbiet Biex ma tibqax kitba monotona, insemmi każ li baqa’ stampat f’moħħ bosta nies. Meta l-popolarità ta’ Frenċ saret

magħrufa, kien ikun hemm xi wħud li jmorru għandu biex jippruvaw jgħadduh biżżmien. Frenċ kien jintebaħ u ġieli kien iebes fi kliemu magħhom. Tant li darba marru għandu tliet xbejbiet għal dan l-iskop u kif daħlu għandu, b’serjetà kbira, qalilhom: “Idħqu! Idħqu! Iżda ħa naraw kemm se ddumu. Intom, it-tlieta morda u sa ħmistax oħra, waħda minnkom tkun mietet.” Meta semgħu hekk tbikkmu u telqu mingħandu. Wara tliet ġimgħat, tnejn biss reġgħu marru għandu u qalulu li seħbithom kienet mietet tassew. Fl-istess ħin skużaw ruħhom u talbuh maħfra talli ppruvaw iwaqqgħuh għaċ-ċajt.

du għal kull bżonn, inkluż bi problemi mediċi, minkejja li Frenċ la qatt ħadem fi sptar u lanqas studja l-professjoni kif jagħmlu t-tobba. Għalhekk kien hemm numru ta’ tobba li bdew jitħassru lin-nies li jmorru għandu, għax kienu jsostnu li bniedem li ma jifhimx fil-professjoni tagħhom, ma setax jikseb ir-riżultati li jiksbu huma xjentifikament. Oħrajn kienu jinkeddu meta jaraw li pazjenti li jkunu marru għandhom u ma fiqux, kienu jmorru għand Frenċ u jitfejqu b’dak li jagħtihom u jgħidilhom. Il-pazjenti stess kienu stqarrew li ħassewhom li għaddew għall-aħjar b’dak li jkun tahom Frenċ.

Rakkonti ta’ ġrajjiet moħbija

Fost dawn insibu x’kienu qalu żewġ żgħażagħ, li dilku lil missierhom muġugħ, bl-ingwent misterjuż li kien tahom Frenċ, li saħqilhom, li waqt li jidilkuhulu, jgħidu Sliema u Qaddisa lill-Madonna. B’dan il-mod, missierhom fieq. Ittabib tal-familja tagħhom talabhom jara l-istess ingwent misterjuż, iżda ma rnexxilux jifhem minn xiex kien magħmul.

Tal-iskantament kien il-fatt rakkuntat ta’ bosta nies, li meta jidħlu quddiemu, jgħidilhom hu stess xi xtaqu mingħandu, meta ma jirrakkuntalhomx ukoll ilħajja moħbija tagħhom. Fost ix-xhieda nsibu dik ta’ mara minn Tas-Sliema, li rrakkuntat li l-ewwel darba li marret għandu, qalilha f’salt wieħed ħwejjeġ li hi u l-konfessur tagħha biss kienu jafuhom. Għalhekk mill-ewwel żammitu bħala qaddis. Kienu, kif għedna ħafna n-nies li rrikorrew għan-

Dlik b’ingwent misterjuż

Tobba jħarrku lil Frenċ Minħabba dan kollu, xi tobba Għawdxin riedu jieħdu passi legali kontra Frenċ, għax

kien qed inaqqsilhom il-qligħ u għalhekk, xi wħud min-nies kienu jmorru għandu fiddlam tal-lejl, biex ħadd ma jarahom. Frenċ innifsu jirrakkonta li: “Fi żmien it-tabib Frank Vella, Malti li kien joqgħod l-Għarb u s-surġent Michael Xerri mir-Rabat, jien ġejt imħarrek u mwaqqaf minn din il-ħidma ta’ fejqan.” Frenċ kien iddispjaċieh immens. Fil-11 ta’ Ġunju, 1938, insibu li Frenċ kellu jitla’ quddiem il-Qorti ta’ Għawdex wara li saritlu ċitazzjoni. Kellu lill-Avukat Franġisk Masini bħala difensur. Hemmhekk il-Maġistrat Karmnu Parnis akkużah li kien għamilha ta’ tabib mingħajr ma kellu l-liċenzja tal-Kap tal-Gvern. Meta l-Maġistrat staqsieh kienx minnu li għamilha ta’ tabib u qeda lin-nies, Frenċ baxxa rasu u ma weġibx. Dan tqies bħala ammissjoni tal-ħtija. Iżda kien hemm tabib li ried jiddefendih, billi qal li Frenċ ma kien qed jagħmel ħsara lil ħadd billi jgħalli l-ħaxix. F’dik il-kawża kien hemm xi 20 persuna li telgħu biex jiddefenduh, iżda ħadd ma ssejjaħ biex jixhed. Madankollu, Frenċ instab ħati tal-akkuża, iżda peress li kellu kondotta tajba, il-Qorti kkunsidrat li ma twaħħlu ebda multa. Twissa iżda, li jekk jerġa’ jinqabad jipprattika x-xogħol li

kien qed jagħmel fil-qasam mediku, il-Qorti setgħet tikkundannah. Bħala bniedem anzjan, u bħal ħafna nies oħrajn, Frenċ kien jibża’ li jeħel xi multa. U waqaf għal ftit żmien milli jipprovdi l-għajnuna tiegħu, għax anki l-Pulizija kienet ilħin kollu għajnejha fuqu. Jippreżentaw ċertifikat Finalment instab xi ħadd li ta parir utli lil Frenċ. Qallu li jekk tabib jagħti ċertifikat lil xi pazjenti biex imur iżuru għall-għajnuna, dak iċ-ċertifikat kien ikun jiswa daqslikieku permess. Numru ta’ tobba ma ridux jagħmlu dan, iżda oħrajn aċċettaw. Għajnuna lil kulħadd L-għajnuna ta’ Frenċ ma kinitx tingħata biss lill-Għawdxin, tant li hu nnifsu kien jgħid li wara dak kollu li ġralu, qabel ma jitkellem mannies, kien jitlobhom iċ-ċertifikat mit-tabib tad-distrett tagħhom jew xi tabib ieħor. Meta jagħtuhulu, ikompli magħhom. Ikompli jgħid li pazjenti minn Malta żaruh bil-mijiet u baqa’ jsegwihom bl-istess sistema. Għalkemm kif għedna, Frenċ ma kienx studja l-mediċina, mhux darba u tnejn li bidel duwa jew mediċina li tkun ordnata minn tabib. Hu


19

14.02.2021

XHIEDA ’L ALLA ġieli kien jiġġudika lit-tobba li kienu jiżbaljaw, għax jgħidu lill-pazjenti tagħhom li xi ħadd kien marid b’ħaġa waqt li tkun b’ħaġa oħra. Lil pazjent minnhom, Frenċ qallu ċar u tond li t-tobba riedu jieklu minn fuq dahru. Huma żammewh taħt il-kura tagħhom sakemm kellu x’jibgħatilhom. Għar-rigward ta’ din l-akkuża gravi, insibu kemm l-isem tat-tabib inkwistjoni, kif ukoll tal-isptar. Lil raġel mix-Xagħra, li ttieħed għand Frenċ biex dan jitlob għalih għax kien se jagħmel operazzjoni, Frenċ qallu biex ma jagħmel xejn. Komplielu: “kul ikla minestra, u minflok ponn ful, itfa’ tnejn u għada erġa’ejja, għax kollox ikun għaddielek!” U għaddielu tabilħaqq. Każ ieħor jirrigwarda tifel li ma setax jimxi. Il-ġenituri ħaduh għand it-tabib li ordnalu l-ħadid għal saqajh, u baqa’ kif kien. Meta missieru ħadu għand Frenċ, il-missier ingħata l-parir li jneħħilu l-ħadid u jitilqu jiġri fir-raba’. It-tifel innifsu jirrakkonta li Frenċ kien qallu jidlek iż-żejt mill-fejġel u bl-għajnuna tal-Madonna u ta’ Frenċ talGħarb, dan it-tifel ġie tajjeb bħal ħaddieħor. Salvalu l-għajn li fadallu Il-ġrajjiet li nsibu rigward il-fejqan permezz ta’ Frenċ huma tremendi. Insibu li minħabba l-mard, it-tobba kienu qalgħu għajn ta’ tifel. Wara xi żmien kienu tal-parir li jaqilgħulu għajnu l-oħra. Iżda l-ġenituri marru bilġri biex jieħdu l-parir ta’ Frenċ. Kif sema’ bil-każ, Frenċ ħatafhom u staqsiehom ridux li jkollhom tifel għama. Imbagħad serrħilhom rashom billi qalilhom li kien se jagħmlilhom ingwent u huma kellhom jagħmlulu ftit minnu fuq moħħu u jgħidu Ave Marija lill-Madonna. Aċċertahom li binhom kien se jgħaddilu. U fil-verità t-tifel baqa’ jara u gawda mill-għajn li kien fadallu. Frenċ kien raġel qaddis, li dejjem emmen li Alla kien qed jgħinu f’dak kollu li jwettaq biex jgħin lil ħaddieħor. Dan joħroġ ċarissimu minn intervista li kienu għamlulu Ġorġ Pisani u Charles Arrigo. Meta ssuġġerewlu li biex il-pariri li kien jagħti ma jintilfux għalkollox u sseġġerewlu biex jgħaddihom lil xi ħadd ieħor, kien weġibhom: “Jien naħseb li min għallem lili, għadu ħaj; ma jmut qatt.” U meta Charles Arrigo

staqsieh min kien li għallem lilu, Frenċ reġa’ wieġbu: “E! Kulħadd jaf. Ma tafx min hu dak li ma jmut qatt?” Dawn il-kelmiet intqalu minn bniedem li beża’ li jitkabbar jekk saħansitra jistqarr li Alla kien qiegħed jgħinu. Ma riedx jgħid li Alla kien qed jaħdem fih. Ried li l-konklużjoni toħroġ weħidha bla ma toħroġ minn fommu. U kulħadd fehem għal min kien qed jgħid. Twiddiba lil negozjant Fuq ħidmet Frenċ insibu wkoll lil saċerdot Agostinjan li jiddeskrivih bħala bniedem ta’ Alla, għax ikkonverta numru ta’ rġiel, ġuvintur u xebbiet mill-ħajja ħażina li kienu qabdu. Isemmi li Frenċ kemm-il darba ma riedx iwiegħed fejqan jekk dak li jkun ma jagħmilx ħiltu biex jersaq lejn Alla. Lil wieħed li talbu xi mediċina, kien qallu: “Int moħħok biss fin-negozju u rużarju ma tgħid qatt. In-negozju jispiċċa, iżda ruħna ma tispiċċax.” Lil ieħor li kien jimxi bil-krozzi, Frenċ qallu: “Jekk għandek rieda tajba, tfiq. Iżda qabel, mur Ta’ Pinu, sib saċerdot, itlob maħfra ’l Alla u l-Madonna tfejqek.” Għalkemm b’nofs ħajra, għamel li qallu Frenċ u meta qam minn bilqiegħda biex joħorġ, sab li seta’ jimxi mingħajr il-ħtieġa tal-krozzi. B’ringrazzjament, ħalla l-krozzi fis-Santwarju, fejn għadhom sal-lum. Lil membru tal-pulizija li mar iżuru biex jitolbu parir, Frenċ wieġbu: “Il-mediċini li ħadt huma għalxejn. Jekk trid jgħaddilek l-uġigħ kbir li għandek fl-istonku; imorrulek id-dwejjaq kbar li għandek u ma tiblax aktar pilloli għalxejn, trid l-ewwel ħaġa li tagħmel, tirrispetta lil martek u ma toffendix aktar lil Alla bid-dagħa.” Ġieli kien iebes Frenċ kien ikun ferħan meta qabel kollox iressaq lill-bniedem lejn Alla u ġieli tkellem b’ton iebes ma’ min ried iwebbes rasu. Darba, raġel mar biex ikellmu flimkien ma’ mara li ma kinitx martu. Ħa taxi mix-xatt biex twassalhom għandu. Fittriq, is-sewwieq ra lil Frenċ ħiereġ mill-Għarb lejn ir-Rabat f’taxi oħra. Ir-raġel ordna lis-sewwieq idawwar u jsuq b’ħeffa biex jilħquh. Is-sewwieq tat-taxi ta’ Frenċ induna x’kien qed jiġri, iżda Frenċ

qallu biex ikompli jsuq u ma jiqafx. Meta waslu r-Rabat, irraġel resaq fuqu u qallu li mar biex ikellmu, iżda Frenċ wieġbu li lilu ma kellux xi jridu. L-ieħor issikkah u talbu bil-ħniena, iżda Frenċ baqa’ serju u qallu: “Meta trid tkellimni, ġib lil martek miegħek.” Frenċ ma tantx kien iħobb jaqsam il-fliegu bejn Għawdex u Malta u kull darba li kien jagħmel hekk, kien jispiċċa b’numru ta’ talbiet biex imur iżur id-djar tan-nies anzjani morda. U hu kien jagħmel li jista’ biex jikkuntentahom. Insibu wkoll li kellu rispett enormi għal Dun Ġorġ Preca. Kienu jafu sew lil xulxin. Filippina, waħda minn ħut Frenċ, tirrakkonta laqgħa ma’ Dun Ġorġ f’Malta. Tgħid li appena ltaqgħu ftiehmu li jmorru għaż-żjarat flimkien. Tul it-triq żammew id f’id lil xulxin.

Sunta Apap

Il-Via Sagra L-aħħar xewqa ta’ Frenċ kienet li l-għolja ‘Ta’ Għamar’ quddiem il-knisja Ta’ Pinu tkun imżejna bl-14-il stazzjon tal-Via Sagra. Din ix-xewqa seħħet u saret attrazzjoni enormi kemm għall-pellegrinaġġi kif ukoll għall-eluf ta’ turisti li jżuruha kull sena. Fl-aħħar erba’ snin ta’ ħajtu, peress li ma kienx tajjeb, Frenċ ma baqax jorqod iżjed fir-remissa u naqqas iż-żjarat li kien ikollu. Kienu snin li għaddiehom iqum u joqgħod fis-sodda. Meta induna li għalih wasal l-aħħar ta’ ħajtu, beda jlissen l-isem ħelu ta’ Marija aktar ta’ sikwit. Hu miet fid-19 ta’ Mejju, 1967. Mara mir-Rabat Għawdex irrakkuntat il-ħasda li ħadet meta dakinhar ħadet lil binha għandu biex titolbu jfejjaqhulha. Kienet għadha ma tafx li miet, iżda ħallewha tidħol. Xebba li kien hemm ġewwa, ħaditilha t-tarbija minn idejha u missitha ma’ Frenċ. Kif marret lura f’darha, dik il-mara stagħġbet iżjed, għax it-tarbija li ma kinitx timxi, bdiet tieqaf fuq riġlejha. L-għada saritlu l-quddiesa funerarja u ndifen fiċ-Ċimiterju tal-parroċċa tal-Għarb, fil-qabar numru 70 A. Kienu ħafna dawk li attendew għall-funeral ta’ Frenċ, u kontinwament bdew jgħidu: “Miet qaddis”, u “bħal Frenċ ma jkollniex ieħor”. Id-dar u r-remissa li fihom kien jgħammar, illum il-ġurnata ġew konvertiti f’Mużew storiku u folkloristiku.

Statwa ta Frenċ bħala bidwi


20

14.02.2021

SYLVIA MARY GRECH

TGĦIX MANHATTAN U L-KOTBA TAGĦHA JINSABU FUQ IL-PROGRAMM QARI GĦAL QALBI

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar hekk kif kont qed naqra fuq l-internet u nosserva talenti lokali, iltqajt ma’ isem ġdid. Fil-fatt, sirt naf li għalkemm għandha għeruq Għawdxin, bħalissa qed tgħix f ’Manhattan l-Amerka. Ftit ilu ppubblikat kotba Maltin u jinsabu online fuq il-programm Qari għal Qalbi. Għamilt kuntatt magħha sabiex insir naf aktar dwarha u dwar il-kitba u l-kotba tagħha. Qed nirreferi għal Sylvia Mary Grech. Bħalissa tgħix Manhattan, New York, hija bint immigranti Għawdxin u tgħallmet l-edukazzjoni tagħha kemm f ’Għawdex u anke fil-belt ta’ New York. Il-familja tagħha hija min-Nadur Għawdex. Iżda meta kellha 20 sena, marret tgħix lura New York sabiex tkompli bl-akkademja tagħha filwaqt li taħdem hemm ukoll. Fil-fatt, irnexxielha tikseb Baċellerat fl-Arti bl-Unuri, fil-Business Management and Liberal Arts ġewwa Marymount Manhattan College filwaqt li kienet taħdem ukoll. “Minn dak iż-żmien ’l hawn għamilt karriera u bdejt naħdem, sakemm fis-sena 2012 bdejt nikteb stejjer għat-tfal u qatt ma waqaft. Jiena wkoll membru attiv ma’ Society of Children’s Book Writers and Illustrators, filwaqt li nattendi wkoll workshops u lectures. Minħabba l-kitba, għandi għal qalbi l-performing arts u l-ivvjaġġar, kif ukoll tisjir ta’ riċetti bnini fosthom anke ħelu, u mhux l-ewwel darba nispiċċa nqassam lil ħbieb u ġirien tiegħi,” bdiet tgħidli dwarha Sylvia.

let Per Child (OTPC). Bħalissa hemm 260 oBook fuq din il-pjattaforma sabiex jinqraw bla ħlas minn kull min irid jikseb aċċess għalihom, u aktar ’il quddiem ser jiżdie-

du 48 ktieb ieħor,” bdiet tispjegali Sylvia. Kull min jixtieq li jaqra l-kotba ta’ Sylvia, tistgħu faċilment tniżżlu b’xejn l-app Octavo u tilloggjaw

fiha. Il-kotba tagħha tistgħu ssibuhom fis-sezzjoni Qari għal Qalbi, tagħfsu fuq Persons u ’l isfel tiktbu isimha sħiħ jew billi tidħlu dirett https://octavo.app/en/store/

Kitbet sensiela ta’ għaxar kotba, li tnejn minnhom jinsabu fuq il-programm Qari għal Qalbi Bħala awtriċi, s’issa Sylvia ħarġet żewġ kotba li jinsabu online fuq il-programm Qari għal Qalbi fuq Octavo app. “Il-kollezzjoni ta’ kotba fuq Qari għal Qalbi ġiet maħluqa minn BDL u approvata minn National Literacy Agency (NLA). Aktar tard din il-kollezzjoni ġiet mixtrija mill-Gvern ta’ Malta bħala parti mill-proġett One Tab-

Dejjem inġorr ktieb miegħi meta nkun f’xi kafetterija jew ħdejn il-baħar. Min-naħa l-oħra nieħu gost meta jkolli qabda kotba miġbura online fuq pjattaforma għal meta nkun qed nivvjaġġa. B’hekk, iż-żewġ verżjonijiet ta’ kotba huma importanti għall-ħajja tal-lum.

search?persons=1390bd c 2- b 8 8 5 - 4 b 4 4 - a 7 0 2- c a 4eaffe6d42 Hemm ukoll verżjoni awdjo billi tagħfsu l-buttuna ħadra Play. Tippreferi l-qabda tal-ktieb f ’idejha Ridt inkun naf x’tippreferi jekk hux ktieb f ’idejha jew ktieb b’verżjoni online u stqarret miegħi li tippreferi ktieb f ’idejha. “Dejjem inġorr ktieb miegħi meta nkun f ’xi kafetterija jew ħdejn il-baħar. Min-naħa l-oħra nieħu gost meta jkolli qabda kotba miġbura online fuq pjattaforma għal meta nkun qed nivvjaġġa. B’hekk, iżżewġ verżjonijiet ta’ kotba huma importanti għall-ħajja tal-lum.” Ta’ min jgħid li s’issa Sylvia kitbet sensiela ta’ għaxar kotba, tnejn minnhom diġà jinsabu ppubblikati online.


21

14.02.2021

Is-serje ġġib l-isem ta’ L-Avventuri ta’ Emma. Fl-ewwel ktieb Il-Wasla f ’GħawdexEmma tesplora fejn trabbew il-familjari tagħha mal-ħabib maġiku tagħha Peppi. Fit-tieni ktieb, Milied f ’Għawdex, Emma tesperjenza żmien il-Milied u t-tradizzjonijiet f ’Għawdex. Kull ktieb f ’din is-serje jġib miegħu sorpriżi bi ftit maġija, bl-għajnuna tal-karattru Peppi. Dawn il-kotba huma mmirati għal tfal tal-etajiet bejn seba’ u għaxar snin jew anqas. Peress li din kienet l-ewwel esperjenza tagħha bħala awtriċi b’kotba online fuq din il-pjattaforma, staqsejtha dwar l-andament kollu. “Fl-opinjoni tiegħi s-sistema sejra tajjeb ħafna. Pjuttost hija ħafifa sabiex wieħed jaċċessaha. Barra minn hekk, li naf li kemm ġenituri, kif ukoll tfal qed igawdu minn qari varjat, jagħtik sodisfazzjon kbir.” Mill-kotba, qlibna l-intervista dwar il-konnessjoni tagħha ma’ Malta. Fil-fatt, Sylvia, taf tikteb u taqra bilMalti, għalkemm tippreferi

l-Ingliż bħala l-ewwel lingwa tagħha. Ma tagħtihiex tort, għaliex għexet tfulitha bejn Għawdex u Manhattan. Però, tiftakar sew meta kienet tqatta’ ħin għand nannitha fin-Nadur, tilgħab mal-kuġini u fid-dar tagħhom. “Għandi diversi zijiet u kuġini li ħallejt warajja Għawdex. Meta kbirt u ġejt ngħix New York, bqajt niġi nżurhom kull meta ċ-ċirkostanzi jippermettu,” stqarret miegħi. Għawdex u Manhattan it-tnejn huma gżejjer, iżda b’differenzi kbar Ma’ Sylvia ddiskutejt dwar kif tqabbel il-ħajja ta’ Għawdex ma’ Manhattan. Filfatt, spjegatli kif il-ħajja ta’ Manhattan ma torqod qatt, b’diversi persuni, kulturi, restoranti u attrazzjonijiet li ma jmutu qatt. Min-naħa l-oħra, tkun qed tistenna li tmur Għawdex, sabiex tgawdi l-paċi u l-kampanja li taf toffri u fuq kollox tiltaqa’ ma’ persuni li tkun ilha ma tara. Erġajt qlibt l-intervis-

ta dwar il-kitba u l-kotba tagħha. Fil-fatt, s’issa ż-żewġ kotba tagħha huma miktuba bil-Malti u bbażati fuq Għawdex. Staqsejtha jekk tikkunsidrax ilfatt li tippubblika kotba bl-Ingliż, anke għall-fatt li peress li qed tgħix l-Amerka, ikunu jistgħu jinqraw aktar. “Il-vantaġġ li ktieb ikun online huwa ferm tajjeb. Dan għaliex fil-każ tal-kotba tiegħi qed jinqraw kemm minn Maltin u minn Għawdxin, u anke minn komunità Maltija li tgħix l-Amerka, il-Kanada, l-Ingilterra u l-Awstralja. Iżda bħala kotba futuri, għandi l-ħsieb li nippubblika kotba bl-Ingliż ukoll,” żvelat miegħi Sylvia. Fl-aħħar nett ta’ din l-intervista, Sylvia xtaqet twassal messaġġ lill-qarrejja kollha sabiex jimxu b’qalbhom u jagħmlu dak kollu li jagħtihom gost u pjaċir. “Qatt mhu tard sabiex issib il-passjoni li tixtieq f ’ħajtek, u ladarba tagħmilha, taf tkun sorpriż fejn tista’ twasslek,” temmet tgħid Sylvia.


22

14.02.2021

SAN VALENTINU...

TIĊĊELEBRAH? BDIET MINN ITTRA MINN RAĠEL LI QATGĦULU RASU! Kienet festa ta’ kollox bla ebda ferħ. Dmija u demm. Iżda fl-istorja li tingħad, jidher sens ta’ mħabba għaliex waqt li kien sejjer għall-mewt, bagħat ittra famuża. Fid-disgħinijiet, donnu iżjed minn qatt qabel, f’pajjiżna San Valentinu beda jieħu xejra oħra. Ngħid hekk, għaliex fil-passat kellu rabta reliġjuża iżda mbagħad, mal-kummerċjaliżmu taż-żmien, sar aktar magħruf għal min se jixtri l-isbaħ warda u l-aqwa rigal, filwaqt ukoll, liema post se jieħu lill-maħbub jew maħbuba tiegħu. Maż-żmien, bdejna naraw ilward blu, bżieżaq, soft toys u elf ħsieb ieħor popolari x’wieħed jista’ jagħmel biex f’dan iljum famuż, juri lill-imħabbtu, kemm huwa jew hija importanti. Jingħad li San Valentinu kien qaddis Ruman tat-tielet seklu. Mhux kulħadd jaqbel dwar id-dettalji ta’ ħajtu. U ngħiduha kif inhi, il-maħbubin qajla jafu li kien qaddis u x’għamel jew m’għamilx. Jingħad li kien qassis, u anke isqof. Il-leġġenda tgħid li fi żmien l-Imperatur Klawdju II, dan Valentinu kien iżewweġ lis-suldati li mhux suppost setgħu jiżżewġu taħt il-ħakma tal-Imperu Ruman. Minħabba f’hekk ir-Rumani malajr arrestawh, kaxkruh mat-toroq, sawtuh, tefgħuh il-ħabs u fl-aħħar qatgħulu rasu. Jingħad li ftit qabel ingħata l-martirju, kien bagħat ittra lil xi ħadd u ffirmaha “il-Valentinu tiegħek”, frażi li għadha tintuża mill-maħbubin sal-lum f’dawn il-ġranet. Jiġifieri l-jum tal-14 ta’ Frar huwa jum ta’ martirju, ta’ qtugħ ir-ras u ma hemm xejn romantiku fih. Imma dan iljum ilu ddedikat lill-maħbubin sa mill-Medjuevu. Kien iżda lejn tmiem is-seklu 18 li bdiet l-użanza ta’ fjuri, ċikkulatini u kartolini, użanza li għadha għaddejja sal-lum. Din is-sena, forsi iżjed minn qabel, issib min se jqatta’ dan il-ħin fil-kumdità ta’ daru minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Imma l-atmosfera fl-arja, ma tmut qatt. Cupid huwa l-alla Ruman tal-imħabba erotika u l-ġibda bejn il-maħbubin. Huwa wkoll iben l-alla tal-imħabba Venere. Fil-mitoloġija Griega, Cupid

Ritratt ta’ Każin tal-Banda San Gabriel - Ħal Balzan A. D 1920

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

isir Eros; bħal dak li hemm fuq il-funtana f’Piccadilly Circus f’Londra. F’Malta, f’Ħal Balzan hemm ukoll altar Malta fil-knisja ddedikat għalih bilkorp sant fih. Ir-rabta bejn dan il-qaddis u Ħal Balzan tmur lura għal Jannar tal-1820 meta huwa miktub li nġabu l-fdalijiet ta’ San Valentinu minn Ruma u kienu ġew mgħoddija

lill-parroċċa mill-Kanonku Dun Lawrenz Grech Delicata li kien mir-raħal stess. Tant hu maħbub f’dan il-lokal, li Valentinu huwa meqjus u venerat bħala t-tieni patrun ta’ din il-parroċċa, wara l-Madonna tal-Lunzjata. Iżjed minn hekk, ismijiet bħal Valent jew Valentina huma popolari sew f’Ħal Balzan speċjalment dawk

Jingħad li San Valentinu kien qaddis Ruman tat-tielet seklu. Mhux kulħadd jaqbel dwar id-dettalji ta’ ħajtu. U ngħiduha kif inhi, il-maħbubin qajla jafu li kien qaddis u x’għamel jew m’għamilx. Jingħad li kien qassis, u anke isqof

ta’ ċerta età li juru wkoll, qima u devozzjoni passata lejn dan il-qaddis. Insibu wkoll triq imsemmija għalih. Fl-imgħoddi, f’Ħal Balzan kienu jiċċelebrawh sew dan il-qaddis fejn kienet issir festa għalih, Ħadd qabel il-festa titulari tal-Lunzjata. Saħansitra, kienet tintrama wkoll il-knisja u f’nhar il-festa, kienet toħroġ purċissjoni bil-fratellanzi rispettivi. Kos hux kemm jinbidel iżżmien. Minn purċissjoni tradizzjonali u reliġjuża, mhux f’Malta biss imma anke f’pajjiżi oħra b’kult reliġjuż, għal attività aktar kummerċjali bl-aqwa libsa, ġiżirana bħala rigal u xi bukkett fjuri!

iċċelebrat fil-Karnival se jibqa’ mniżżel fl-istorja. Mhux il-briju tas-soltu fit-toroq, bil-karrijiet u maskri grotteski, xalar, żfin u divertiment ma jaqtax... imma s-sikta. Sikta li qed tmiss il-qlub tad-dilettanti li jgħixu għal dan iż-żmien. Dan bħal meta ssib min hu ffissat fuq il-festa tar-raħal jew fuq il-Milied, u meta jgħaddi kollox, wieħed iħoss vojt u nuqqas. Immaġinaw xi jħossu dawk li jħobbu din il-festa b’passjoni kbira. Din is-sena, Festivals Malta ħadet ħsieb, li minflok tħalli dan iż-żmien għaddej u l-ispirtu jmut, xorta waħda żżomm l-atmosfera u ħolqot attivitajiet differenti. Apparti l-installazjonijiet artistiċi li l-karristi ser ikunu qed jesebixxu madwar Malta Il-Karnival bla hemm bosta inizjattivi oħra li festeġġjar... huma ta’ interess. Il-kostumi Xtaqt ukoll nieħu spunt li din tal-karnival isiru minn dawk is-sena, il-mod kif se jkun li jgħidulhom kumpaniji taż-


08.11.2020 14.02.2021

23

SKEDA ONE Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 22:50 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Better Living 18:30 Pjazza

ERBGĦA 19:15 ONE 17-02 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Reboot 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt Mhux kemm taf

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty One 21:05 Ilsien in-Nisa 22:40 Ondroad 23:24 Teżori 23:30 ONE News

13:15 13:20 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30

ONE News Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Twenty One Indhouse

18:30 Pjazza 19-02 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Kick OFF 21:40 Country Jamboree 22:15 Gladiator 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 16-02

ĦAMIS 18-02

Immaġinaw xi jħossu dawk li jħobbu din il-festa b’passjoni kbira. Din is-sena, Festivals Malta ħadet ħsieb, li minflok tħalli dan iż-żmien għaddej u l-ispirtu jmut, xorta waħda żżomm l-atmosfera u ħolqot attivitajiet differenti żfin li jikkompetu fil-karnival b’żifna u kostum. Din is-sena ovvjament ser ikunu qegħdin jikkompetu bil-kostumi biss li għalkemm mhux ser ikunu esibiti fit-toroq bħas-soltu, wieħed jista’ jarahom millviċin fi Spazju Kreattiv fejn ser ikunu esebiti bejn il-5 ta’ Frar u s-7 ta’ Marzu. Hemm diversi kategoriji ta’ dan il-konkors; il-kumpaniji li jaqgħu taħt kategorija A normalment apparti ż-żifna u l-kostum ikollhom karru wkoll. Il-kumpaniji ta’ sezzjoni B, Ċ u D jikkompetu biss biż-żifna u l-kostum. Apparti li jieħdu sehem fil-Karnival ta’ Malta ħafna minn dawn il-kumpaniji normalment jieħdu sehem ukoll f’bosta attivitajiet oħra li jsiru fl-irħula li ġeneralment jorganizzaw l-għaqdiet u l-kunsilli lokali. Is-sena l-oħra Festivals Malta ħolqot kategorija ġdida fil-konkors tal-kumpaniji – kategorija li fiha l-parteċi-

panti huma meħtieġa joħolqu kostum sempliċi ispirat mill-Karnival Malti tal-imgħoddi. Il-parteċipanti ta’ din is-sezzjoni jeħtieġu jagħmlu ħafna riċerka fuq dan l-istil u ma jistgħux jużaw materjal modern biex joħolqu dawn il-kostumi. Nieħu gost nara l-kreattività ta’ entitajiet importanti bħal dawn f’pajjiżna, li flok qatgħu qalbhom, ħarġu b’inizjattivi u ideat oħra biex l-ispirtu ma jmutx. Ejjew inkomplu nagħmlu kuraġġ. Forsi sena oħra, nindunaw kemm kellna ħafna, u forsi dejjem ridna iżjed. Ninnutaw kemm aħna xortina tajba, li f’ċokon ta’ pajjiż bħal Malta, l-avvenimenti kulturali ma jiqfux. Għandna fejn nieħdu gost u nafu niċċelebraw. Dak hu l-karattru tagħna. Inħeġġeġ lil kulħadd, biex dawn it-tradizzjonijiet ma mmewtuhomx, speċjalment fil-ġenerazzjonijiet li telgħin. Ejjew nitkellmu dwarhom u ngawduhom. Awguri lil kulħadd.

TNEJN ONE Sports & Temp 15-02 ONE News Prime Time Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja Music Legends ONE News

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:35

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference: Covid-19

SIBT 20-02

ĠIMGĦA

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One 10:18 #Pajjiżi 10:57 Indhouse

11:53 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:37 Żonasport 13:10 Country Jamboree 13:43 Reboot 14:25 Ħabrikt 14:45 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:05 18:45 19:22 19:30 20:04 20:30 23:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 Arani Issa 15:30 ONE News 15:35 Arani Issa - ikompli 15:50 Duurella 16:15 Gladiator 17:30 L-Argument 19:15 One Sport & Temp 19:30 ONE News

20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Mija 22:30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

ĦADD 21-02


24

14.02.2021

reċensjoni tal-ktieb

AMALIA IL-ĠUSTIZZJA

F’dan ir-rakkont inkomplu naraw kif se tisvolġi l-ħajja tal-persunaġġi tagħna. Kobba mħabbla tassew fejn niltaqgħu ma’ nies bla qalb u tassew kefrin. Nies mill-agħar li jridu jingannaw lil ta’ madwarhom u xejn ma jiddejqu li joqtlu u jagħmlu kull xorta ta’ ħsara. Nies bla ebda kuxjenza li ma jibżgħu minn xejn u minn ħadd. U dawn, bi ħżunija u makakkerija tant kbira dejjem jispiċċaw rebbieħa, irrispettati mis-soċjetà u magħduda bħala nies nobbli. U min-naħa l-oħra, nies onesti u innoċenti jkollhom ibatu l-konsegwenzi ta’ dawn ilmiżerabbli li minħabba fihom ħajjithom tispiċċa tinbidel mil-lejl għan-nhar u jsofru bla ebda ħtija. Imma l-ġustizzja fid-dinja tibqa’ ma ssirx? Possibbli li l-kriminali u l-qattiela jibqgħu dejjem isaltnu, filwaqt li l-innoċenti dejjem isofru? Issir ġustizzja xierqa u mistħoqqa jew tibqa’ tiġi mqarrqa? Ikun hemm xhieda u provi biżżejjed jew jibqgħu ma jinstabux? Kif jispiċċaw il-persunaġġi ta’ dan ir-rumanz? Rumanz li jħalli lill-qarrejja sal-aħħar paġni fuq ix-xwiek. Rakkont tabilħaqq imqanqal. addattat minn Charles B. Spiteri

Mistoqsija: X’tip ta’ azzjonijiet ħżiena qed niltaqgħu magħhom? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb AMALIA - IL-ĠUSTIZZJA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 21 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IMĦABBA TAĦT ASSEDJU - STORJA KBIRA hija:

J. SALIBA - QORMI

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hi r-rata mbassra li se tirreġistra l-akbar tkabbir ekonomiku fl-UE s-sena dieħla?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: M. VELLA - IL-GUDJA


25

14.02.2021

RICHARD RAMIREZ: IN-‘NIGHT STALKER’ JABBUŻA, JISRAQ U JOQTOL MATUL IL-LEJL... IT-TIENI PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Fl-14 ta’ Mejju tal-1985, Ramirez reġa’ mar f ’Monterey Park u daħal fid-dar ta’ Bill Doi u l-mara tiegħu Lilian. Ramirez daħal fuq Doi fil-kamra tas-sodda tiegħu u sparalu f ’wiċċu hekk kif Doi prova jilħaq l-arma tan-nar tiegħu. L-isparatura ma kinitx biżżejjed u Ramirez beda jagħti diversi daqqiet lil Doi, fejn dan tal-aħħar spiċċa ntilef minn sensih. Wara dan, Ramirez daħal fil-kamra ta’ Lilian, li kellha diżabbiltà fiżika, rabtilha s-swaba’ flimkien permezz ta’ manetti tas-swaba’ u stupraha. Ramirez seraq li seta’ jsib ta’ valur u ħarab. Doi ttieħed l-isptar iżda miet minħabba l-ġrieħi gravi li kellu. Ħmistax wara, Ramirez seraq karozza, saq lejn Monrovia u waqaf ħdejn id-dar ta’ Mabel ‘Ma’ Bell, li kellha 83 sena, u ta’ oħtha Florence ‘Nettie’ Lang, li kellha ta’ 81 sena. Lang, bħal Lilian Doi, ukoll kellha diżabbiltà fiżika. Ramirez sab martell fil-kċina u ta daqqiet bih lil Lang li kienet fil-kamra tas-sodda tagħha. Hu rabatha u mbagħad mar rabat lil Bell. Apparti daqqiet bil-martell, Ramirez qabad wajer tad-dawl u ta x-xokkijiet lil Bell. Wara reġa’ mar ħdejn Lang, stupraha u fuq koxxitha pinġa pentagramma. Pinġa wkoll pentragrammi oħrajn mal-ħitan tal-kmamar tas-sodda taż-żewġ vittmi. In-nisa nstabu jumejn wara l-attakk, ħajjin iżda t-tnejn kienu waqgħu f ’koma. Bell mietet iktar tard minħabba l-ġrieħi gravi li sofriet. L-għada, Ramirez saq lejn Burbank bl-istess karozza u daħal fiddar ta’ Carol Kyle, mara ta’ 42 sena. Hu rabat lilha u lil binha ta’ 11-il sena bil-manetti u wara ħarbat iddar biex ifittex affarijiet ta’ valur. Ramirez ħall lit-tifel biex jurih fejn kienu l-oġġetti prezzjużi u wara stupra lill-omm għal diversi drabi. Waqt l-istupru beda jgħidilha biex ma tħarisx lejh għax inkella ‘jaqlgħalha għajnejha’. Wara dawn l-atti moqżieża, Ramirez rabat lillomm u lil binha bil-manetti u ħarab minn fuq il-post. Matul il-lejl tat-2 ta’ Lulju tal1985, Ramirez saq karozza oħra misruqa lejn Arcadia u għażel iddar ta’ Mary Louise Cannon, anzjana ta’ 75 sena. Hu daħal f ’darha, sabha rieqda u beda jagħtiha daqqiet b’lampa. Wara mar ġab sikkina mill-kċina u taha diversi daqqiet biha. Cannon ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post. Tlett ijiem wara, Ramirez daħal f ’dar f ’Sierra Madre u sab lil Whitney Bennett, tfajla ta’ 16-il sena, rieqda. Hu qabad jagħtiha daqqiet b’ħadida u wara prova jifgaha b’wajer tat-telefown. Waqt li kien qed jagħmel dan, għadda d-dawl

mill-wajer u ħasad lil Ramirez. Dan tal-aħħar ħarab minn fuq il-post għax beża’ li Ġesù intervjena waqt l-attakk. Bennett salvat iżda kellha tagħmel kważi ħames mitt punt f ’rasha minħabba l-ġrieħi li kellha. Jumejn wara, Ramirez daħal fiddar ta’ Joyce Lucille Nelson, mara ta’ 62 sena, f ’Monterey Park. Hu sabha rieqda fuq is-sufan u qabad jagħtiha bil-ponn u bis-sieq f ’rasha sakemm qatilha. Fil-fatt, il-pulizija sabu l-forma taż-żarbuna tiegħu fuq wiċċha. Wara daħal fiddar ta’ Sophie Dickman, mara ta’ 63 sena. Ramirez rabatha u serqilha l-ġojjelli kollha. Xħin ra li bdiet taħliflu li serqilha kollox, Ramirez qalilha biex taħlef fuq ix-xitan. Fl-20 ta’ Lulju, Ramirez xtara sikkina kbira qabel ma seraq karozza tal-għamla Toyota u reħielha lejn Glendale, f ’Kalifornja. Hemmhekk daħal fid-dar ta’ Lela Kneiding, ta’ 66 sena, u żewġha Maxon, ta’ 68 sena. Hu sab il-koppja rieqda fil-kamra tas-sodda u tahom daqqiet bis-sikkina li xtara. Apparti d-daqqiet, hu sparalhom tiri f ’rashom. Wara li seraq dak li seta’ jsib, Ramirez saq lejn Sun Valley. Għall-ħabta tal-4.15 ta’ filgħodu, Ramirez daħal fid-dar tal-familja Khovananth. Il-missier, Chainarong Khovananth, kien rieqed u kien l-ewwel vittma ta’ Ramirez. Il-missier qala’ tir f ’rasu li qatlu mill-ewwel u wara stupra lillmara tiegħu, Somkid Khovananth, għal diversi drabi. Wara, Ramirez rabat lit-tifel t a l-ko p p j a u kaxkar lil Somkid mad-dar kollha biex turih fejn kienu l-affarijiet ta’ valur. Qabel telaq minn fuq il-post, Ramirez hedded RAMIREZ JURI lil Somkid biex taħlef fuq ix-xitan li L-PENTAGRAMMA ma kinitx qed taħbi xi flus minnu. Fis-6 ta’ Awwissu, Ramirez saq lejn Northridge u daħal fiddar ta’ Chris u Virginia Peterson. Hu daħal fil-kamra tas-sodda u spara f ’wiċċ Virginia. Wara spara lil Chris f ’għonqu hekk kif dan tal-aħħar irreżista u spiċċa fl-idejn ma’ Ramirez. Ramirez sparalu żewġ tiri oħra u ħarab minn fuq ilpost. Il-koppja, minkejja l-ġrieħi li sofriet, salvat.

Tkompli l-ġimgħa d-dieħla

IX-XENA MDEMMIJA TAL-KAMRA TAS-SODDA TA’ WHITNEY BENNETT WARA LI RAMIREZ ATTAKKAHA B’ĦADIDA


26

14.02.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

14.02.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 368

V. MIFSUD - MOSTA

MIMDUDIN: milli 1. Kompli l-qawl: jiċċaqalqu (5) Fid-dinja lkoll 9. Ara 8 niġu ....... xulxin (5) 10. Jitpejjep 6) 4. Insajru fih (4) 12. Jibla’ kollox (6) 7,21M. Iżommu 16. Ara 3 l-vapuri 18. Ara 6 Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 029 0026 040 0048 187 0059 373 0124 547 0139 564 0651 570 0860 832 0890 856 0941 890 1019 1113 1176

1209 1431 1434 1948 1967 1986 2311 2957 3198 3816 3918 4202 4420

4550 4687 4827 5274 5423 5463 5782 6503 7553 7779 8280 9175 9184

9321 9500 9736 9846

47468 50055 62416 66150 73668 86173 92301 97330

B’7 NUMRI 0984305 1687258 5153116 5849074 7045077 7658459 9393245

B’5 NUMRI 00054 04827 12021 37614 B’6 NUMRI Bi 8 NUMRI 43109 299033 28673262 45068 671645 83450509 46278

19. 20. 21. 23. 24.

WEQFIN: Taljana (3) 13,19. 1. Jaħdmu l-art (6) 6,18. Kajin imħarbat (5)14. 2,11. Nitqarbnu 8,9. Tal-PN (12) 15 biha (5) 11. Ara 2 17,22. 3,16. Milied Taljan (6) 12.21W. Il-Vatikan 21. 5. Siegħa tal-Mislem! (5) 22.

Ara 13 Għarajjes Taljani (5) Ara 7 Anġlu tilef siequ (4) Bla ġenituri (5) Biċċa għodda (6) Inpitter (6) Bajja sabiħa (6) Frott (6) Ara 12 wieqfa Ara 17

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Birra, 4.Jkun, 7,16.Marsa, 9.Ajk, 10.Alluda, 12.Parana, 18,19.Armar, 20.Ammen, 21.PRI, 23.Liam, 24.Titli

WEQFIN: 1.Bnadar, 2,5.Rakkmu, 3,6.Amanda, 8.Allarmajt, 11,12 wieqfa. Papa, 13,21W. Rampil, 14,22.Amnestija, 15.Urpani, 17.Sur


28

14.02.2021

BEJN €100 MILJUN U AKTAR Editorjal

Iżda l-pampaluni li jħabbtu fuq sidirhom u jagħmluha tabirruħhom ta’ xi eroj għall-pajjiż u għal ġensna, baqgħu ma tniffsux u ma smajna l-ebda reazzjoni mingħandhom

Għandek tkun taf li mhux kull €100 miljun ifisser l-istess għal kulħadd u kif ċerti individwi jagħmlu distinzjoni kbira meta dan ifisser ħafna jew m’għandu jfisser xejn. Huma dawk magħrufin sew f’pajjiżna li dejjem jagħżlu kif ikunu kapriċċjożament selettivi. Kif, pereżempju, jagħtu piż enormi xi klassifika bbażata biss fuq il-perċezzjoni u litteralment jinjoraw rapport pożittiv mill-Kummissjoni Ewropea u numru ta’ aġenziji ta’ kreditu li jqisu l-fatti iżjed minn kollox. Fl-aħħar jiem dawn is-soltu suspettati, mingħajr ma tniffsu, ukoll spikkaw fuq kulħadd. Statistika ppubblikata nhar il-Ġimgħa żvelat kif bejn l-2017 u l-2020 pajjiżna esperjenza żieda medja ta’ €100 miljun kull sena fl-investiment dirett barrani fis-settur finanzjarju u tal-assikurazzjoni. Għalkemm b’saħħtu ħafna, dan hu biss wieħed minn ħafna setturi li fl-aħħar snin għarfu jattiraw investimenti kbar lejn xtutna, grazzi għal diversi fatturi li għenu għal dan ukoll, inkluż regolamentazzjoni msaħħa.

Lejlet kellna saħansitra l-konferma diretta minn Brussell dwar kif l-għaqal u l-kuraġġ tal-Gvern Laburista, li jippompja l-biljuni fl-industriji l-aktar milqutin mill-pandemija, qed irendu ġid kbir għall-ekonomija. Bis-saħħa t’hekk, Malta se tirreġistra l-akbar tkabbir ras għal ras matul is-sena d-dieħla fl-Unjoni Ewropea kollha. Iżda l-pampaluni li jħabbtu fuq sidirhom u jagħmluha tabirruħhom ta’ xi eroj għallpajjiż u għal ġensna, baqgħu ma tniffsux u ma smajna l-ebda reazzjoni mingħandhom. Ir-raġuni hi sempliċi: tali statistika u rapporti minn fora internazzjonali ma jidħlux fir-retorika tagħhom, anzi jaħdmu eżatt bil-kontra ta’ twemminhom. Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa wkoll stagħġibna (għar-raġuni l-ħażina din id-darba) wara li sirna nafu minn xhieda fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi tal-Parlament li mal-€100 miljun f’żejt fis-sena kienu qed jinħarqu għalxejn fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista.

Fil-veru sens tal-kelma miljuni għall-ħruq, biex ma nsemmux it-tniġġis żejjed ikkawżat. Għal darb’oħra s-skiet tal-pampaluni kien itarrax. Anke hawn ir-raġuni kienet sempliċi: la ma kienx jaħti Gvern Laburista għal dan, allura injoraw l-istorja, daqslikieku dawn ma kinux flus il-poplu wkoll. Veru fl-imgħoddi kien hawn min tal-istess pezza li ddikjara li €100 miljun huma biss qatra f’oċean, għax ovvjament ma kinux flusu, iżda lkoll konxji kif din iċ-ċorma ġieli għamlet plejtu esaġerat għal ferm inqas minn hekk ukoll. Pereżempju fl-aħħar jiem ippretendiet li f’pajjiżna ħadd ma jitkellem fuq xejn jekk mhux fuq tnaqqis minimu rreġistrat fl-indiċi tal-perċezzjoni dwar l-istat tad-demokraziji dinjin li qies lil pajjiżna fil-kategorija ta’ “demokrazija difettuża”, li hi wkoll l-istess keffa li jinsabu fiha l-Istati Uniti, Franza u l-Italja, fost oħrajn. Ir-raġuni għal darb’oħra, ma setgħetx tkun iżjed sempliċi: dan kien

riżultat ieħor tal-montatura internazzjonali tagħha, inkluż fil-Parlament Ewropew, biex tħammeġ isem Malta. Inkunu ġwejjef aħna jekk lil dawn nibqgħu ma nikkalkulawhomx bħala tali. Inkunu iżjed ġwejjef jekk ma nperr­ ċux il-ħsara li qed jagħmlu, inkluż biex jisparixxu kull investiment li jista’ jsir f’artna jew biex iħassru kull deċiżjoni fl-interess tal-poplu inġene­ rali li jista’ jieħu l-Gvern immexxi minn Robert Abela. Jekk il-mantra ddettata mill-establishment hi waħda – dik li titkisser l-ekonomija nazzjonali – u huwa t-tmiem li jiġġustifika l-mezzi, allura l-ħalfa tal-maġġoranza tal-poplu għandha tkun dik li jitkisser darba għal dejjem dan iċ-ċirku malinn li regolarment juri li m’għandu l-ebda intenzjoni li jilgħab skont ir-regoli demokratiċi, għax b’hekk biss ma jista’ qatt jirbaħ. Inkunu nistgħu nifirħu b’mod sħiħ bil-frott ta’ ħidmietna meta nserrħu rasna li m’hemm ħadd li moħħu biss biex jisserra s-siġra minn taħt.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.