KullĦadd_14.06.2020

Page 1

IFFRANKATI MEDJA TA’ €6 FIX-XAHAR www.kullhadd.com Il-Ħadd, 14 ta’ Ġunju, 2020 Ħarġa Nru 1,405

Rapport f’paġna 3 Prezz €1

IL-BAJJIET MALTIN B’ILMA EĊĊELLENTI Ir-Ramla l-Ħamra fl-isplendur kollu tagħha. Aġenzija Ewropea kkonkludiet li l-ilma f’97.7% tal-bajjiet Maltin u Għawdxin hu eċċellenti … fil-ħin propizju biex jitgawdew wara xhur ta’ restrizzjonijiet. Rapport f’paġni 8 u 9

IL-FAMILJI FIL-QALBA TAL-PJAN TAL-GVERN

GĦIN BIEX IL-PL JIBQA’ JIĠĠEDDED

Minn għada se tibda maratona ta’ ġbir ta’ Ladarba l-pandemija tal-COVID-19 wasslet fondi mifruxa fuq għall-problema attwali ekonomika b’riżultat ġimgħa organizzata ta’ nuqqas kbir ta’ konsum lokali, il-pjan ta’ mill-Partit Laburista riġenerazzjoni mħabbar mill-Gvern nhar bil-għan li dan ikompli it-Tnejn li għadda għandu fil-qalba tiegħu jiġġedded u jkun iżjed għajnuna sinifikanti li tolqot b’mod dirett relevanti għaż-żminijiet lill-familji, meqjusin bħala magna biex tal-lum u t’għada. Grazzi ir-“rota” tibda ddur malajr. għall-PL fit-tmexxija talAnke jekk, b’mod ġenerali, il-familji pajjiż qed ikompli jinħoloq ma sofrew l-ebda tnaqqis fid-dħul, aktar ġid fis-soċjetà, anke eżerċizzju ta’ din il-gazzetta juri jekk ninsabu ħerġin minn eżempji ċari ta’ kif familji f’faxex u perjodu iebes b’riżultat talċirkostanzi differenti se jkunu qed pandemija tal-COVID-19. Int igawdu minn dak imħabbar. ukoll tista’ tgħin biex dan jissokta. Rapport f’paġni 4 u 5

Rapport f’paġna 7


02

14.06.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 21°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli li jsir ħafif għal moderat mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

26°C UV 11

20°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

26°C UV 11

19°C

27°C UV 11

Il-Ġimgħa

19°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

28°C UV 11

18°C

27°C UV 11

19°C

26°C UV 11

19°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Chemimart Pharmacy, 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

14.06.2020

kullhadd.com

IFFRANKATI MEDJA TA’ €6 KULL XAHAR Minn għada l-bejgħ tal-fuel se jorħos b’seba’ ċenteżmi fil-litru bħala parti mill-miżuri fil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika talGvern ta’ €900 miljun, kif tħabbar nhar it-Tnejn li għadda. Dan se jfisser traħħis ta’ madwar €6 fix-xahar meta kkalkulat fuq konsum medju ta’ €25 filġimgħa, kemm petrol kif ukoll diesel. Dan joħroġ minn kalkolu li għamlet din il-gazzetta bħala parti minn studju dwar kemm se jkunu qed jiggwadanjaw il-familji mill-miżuri kollha li tħabbru mill-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministri Edward Scicluna u Silvio Schembri. Fil-preżentazzjoni ta’ din il-miżura tat-traħħis tal-fuel, li wkoll se tolqot direttament lill-familji, daqskemm lin-negozji, ingħad li fl-aħħar xhur kien hemm tnaqqis fil-prezz internazzjonali taż-żejt, li issa se jkun rifless fil-prezzijiet lokali bi tnaqqis fit-taxxi sal-ammont ta’ €7 miljun. B’hekk minn għada se jidħol fis-seħħ dan l-akbar tnaqqis f ’daqqa fil-prezz taż-żewġ fuels, biex l-unleaded jibda jinbiegħ għal €1.34 kull litru, waqt li d-diesel se jkun €1.21 kull litru. Din l-aħbar, flimkien ma’ oħrajn prinċipali fil-pakkett, intlaqgħet b’mod pożittiv ħafna u għandha tagħti nifs ieħor fl-ispejjeż, partikolarment ta’ negozji fil-qasam tas-servizzi, li wkoll iridu jaqbdu r-ritmu millġdid wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet kawża tal-pandemija talCOVID-19. Sadanittant, id-Dwana ta’ Malta infurmat lis-sidien tal-pompi tal-petrol bil-miżuri li jridu jieħdu bil-għan li jikkwalifikaw għal rifużjoni fuq l-istokk li se jkun għad għandhom sa nofsillejl li ġej. Fi stqarrija hi qalet li “kif ħabbar il-Gvern, permezz ta’ Avviż għall-Istampa fit-8 ta’ Ġunju 2020, il-prezz tal-fuel, mill-15 ta’ Ġunju 2020, qed jorħos b’seba’ ċenteżmi permezz ta’ roħs fit-taxxi fuq dawn il-prodotti. B’hekk l-istokk tal-unleaded petrol u l-gasoil f ’kull pompa tal-fuel, f ’nofsillejl tal-Ħadd 14 ta’ Ġunju 2020 hu suġġett għal rifużjoni ta’ seba’ ċenteżmi kull litru.” Għaldaqstant, kull pompa talfuel għandha tibgħat lil min jissupplixxiha t-talba għal rifużjoni fuq dan l-istokk. Id-Dwana enfasizzat li talbiet

għal rifużjoni li ma jkunux ivve­ rifikati u ffirmati mir-Regolatur għas-Servizzi tal-Enerġija u l-Ilma ma jiġux ipproċessati.


04

14.06.2020

IL-FAMILJI FIL-QALBA TAL-PJAN TAL-GVERN

kullhadd.com

FL-EWWEL KWART TAS-SENA L-KONSUM TAL-FAMILJI MALTIN NAQAS B’€25 MILJUN Konxju mill-fatt tal-importanza li jirrappreżentaw il-familji f ’ekonomiji madwar id-dinja kollha, Gvern Laburista mill-ewwel ġurnata investa bil-kbir fihom. Kemm permezz tat-traħħis tal-kontijiet tad-dawl u tal-ilma, l-akbar pjaga li kienu qed iġorru grazzi għallaħħar amministrazzjonijiet Nazzjonalisti, kif ukoll bl-inċentivi biex aktar nisa joħorġu jaħdmu u persuni li jkunu saru dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali jiksbu lura d-dinjità li tixirqilhom, din l-amministrazzjoni għandha l-aħjar kredenzjali biex tiftaħar kif tejbet l-għajxien ta’ eluf kbar ta’ familji Maltin u Għawdxin. Dan kollu kien xprun prinċipali biex, minn sitwazzjoni ta’ staġnar, ir-rota ekonomika setgħet taqbad ritmu tajjeb seba’ snin ilu għal ritmu eċċellenti sal-aħħar tal-2019 qabel intlaqatna mill-pandemija tal-COVID-19, bħall-bqija tad-dinja. Għaldaqstant, l-iskop ewlieni tal-pjan imħabbar fil-bidu ta’ din il-ġimgħa mill-Prim Ministru Robert Abela kien li jerġa’ jagħti fiduċja lill-familji Maltin u Għawdxin biex jerġgħu lura għal-livell ta’ konsum li konna mdorrijin bih u li tant iġġenera tkabbir ekonomiku fis-snin li għaddew. Tajjeb wieħed jifhem għal xiex kien hemm bżonn din l-injezzjoni ta’ fiduċja. Skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena l-konsum tal-familji f ’pajjiżna naqas b’€25 miljun. Dan meta bħala medja mill-2013 ’l hawn il-konsum tal-familji żdied b’€59 miljun fl-istess perjodu. Ma’ dan, l-istatistika turi wkoll li fejn jidħol ikel u xorb mhux alkoħoliku kien hemm żieda fl-ewwel kwart ta’ €22 miljun, meta l-medja mill-2013 ’l hawn kienet żieda ta’ €5 miljun. Li jfisser li fejn jidħlu prodotti u servizzi oħra t-tnaqqis li ħass in-negozju kien akbar. Fil-fatt, għax-xahar ta’ April l-NSO rrapporta li l-bejgħ mill-ħwienet naqas b’25%. Mill-istħarriġ li l-Kummissjoni Ewropea tagħmel ta’ kull xahar fost il-familji f ’pajjiżna joħroġ ukoll li, waqt li f ’Jannar kellna maġġoranza ta’ 36% tal-familji li qalu li kienu qed jagħmlu xiri ta’ affarijiet konsiderevoli, f ’April kellna maġġoranza negattiva tal-istess rata li qalu li mhux qed jixtru affarijiet kbar bħalissa. Il-problema ekonomika hija li dan in-nuqqas ta’ konsum ma jidhirx li hu kkawżat minn xi daqqa fiddħul. Fil-fatt, statistika tal-Bank Ċentrali fuq depożiti tal-familji mal-banek tindika li f ’Marzu u f ’April biss dawn żdiedu b’€453 miljun, li hu għaxar darbiet iż-żieda li kien hemm fl-istess xhur is-sena li għaddiet. Minbarra hekk, ta’ min jinnota li l-Maltin u l-Għawdxin is-sena li għaddiet nefqu €202 miljun fuq safar barra l-pajjiż fix-xhur tas-sajf, liema ammont mistenni jonqos ħafna din is-sena minħabba r-restrizzjonijiet fuq għadd ta’ destinazzjonijiet. B’hekk hemm diġà ammont qawwi ta’ tfaddil, li hu wkoll ferm aktar għoli minn dak li hemm bżonn, u kapaċi jkompli jikber fix-xhur li ġejjin jekk in-nefqa fuq safar tonqos kif naqset fl-ewwel kwart tas-sena. Dan ifisser li l-pjan tal-Gvern li jinċentiva żieda fil-konsum jista’ jsir mingħajr ebda riskju għall-pożizzjoni finanzjarja tal-familji. Minkejja dan, xorta ttieħdu serje ta’ miżuri kif tħabbar fil-bidu ta’ din il-ġimgħa biex il-familji jingħataw inċentivi finanzjarji ħalli jkunu jistgħu jikkonsmaw aktar.

L-iskop ewlieni tal-pjan imħabbar fil-bidu ta’ din il-ġimgħa mill-Prim Ministru Robert Abela kien li jerġa’ jagħti fiduċja lill-familji Maltin u Għawdxin biex jerġgħu lura għal-livell ta’ konsum li konna mdorrijin bih u li tant iġġenera tkabbir ekonomiku fis-snin li għaddew Raġel u mara miżżewġin Dħul: €40,000 tagħhom u allura għandhom inqas riżorsi biex jagħmlu tajjeb għall-impatt ekonomiku tal-COVID-19.

Vouchers: €200 Taxxa: -€104 Fuel: -€82*

Familja fil-klassi medja

*Sal-aħħar tas-sena u fuq stima ta’ nfiq ta’ €25 fil-ġimgħa

€386 se jibqgħu f’idejhom

1 F’dan ir-rigward, ħejjejna tliet eżempji ta’ każi ta’ familji diġà stabbiliti u oħra li għadha qed tinħoloq biex inpoġġu fil-perspettiva l-miżuri li ġew introdotti waqt il-konferenza stampa indirizzata mill-Prim Ministru, akkumpanjat mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri. Minn dan l-eżerċizzju joħroġ li, filwaqt li l-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika hu maħsub biex itejjeb iddħul tal-familji kollha, huwa ċar li dawk il-familji bi dħul iżjed baxx se jingħataw spinta ferm akbar. Minbarra hekk, il-miżuri favur dawk li għadhom fil-proċess li jixtru proprjetà, fil-maġġoranza tagħhom koppji żgħażagħ, ifissru li l-appoġġ tal-Gvern hu ferm aktar b’saħħtu lejn dawk il-familji li għadhom fit-twelid

Familja fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu u jaqilgħu l-paga medja ta’ €20,000 kull wieħed, fix-xahar ta’ Ġunju se tkun qed tieħu rifużjoni ta’ taxxa ta’ €104. Fuq fuel, wara r-roħs imħabbar u jekk wieħed jassumi nfiq ta’ €25 fil-ġimgħa għal kull ġenitur, l-ispiża se tonqsilhom għal €23.60 fil-ġimgħa jew €82 sal-aħħar tas-sena. Minbarra hekk, din il-familja se tingħata żewġ settijiet ta’ vouchers ta’ €100. Għaldaqstant, il-finanzi ta’ din il-familja marru aħjar b’madwar €386, titjib fid-dħul disponibbli ta’ kważi 1.2%. Familja bi dħul baxx F’każ ta’ familja fejn it-tnejn jaħdmu, imma d-dħul komprensiv ilaħħaq €18,000 (jiġifieri inqas min-nofs tal-eżempju preċedenti), dawn se jieħdu rifużjoni tattaxxa ta’ €128 bejniethom. Fuq fuel, wieħed jista’ jassumi konsum simili u allura impatt ta’ €82 ffrankati sal-aħħar tas-sena. It-titjib fl-In-Work Benefit ifisser li f ’każ fejn dawn għandhom żewġt itfal, se jgawdu minn żieda fil-benefiċċju tagħhom ta’ €100. Minbarra hekk se jingħataw suppliment ta’ €250. Peress li wliedhom m’għandhomx 16-il sena, se jieħdu wkoll żewġ settijiet ta’ vouchers ta’ €100 bħall-familja tal-klassi medja. B’kollox għalhekk il-finanzi ta’ din il-familja se jmorru tajjeb b’€760, li hu l-ekwivalenti ta’ titjib fid-


05

14.06.2020

kullhadd.com

BIS-SAĦĦA TAL-GĦAQAL TAL-GVERN

dħul disponibbli ta’ kważi 4.7%. B’hekk, familja fejn id-dħul hu inqas min-nofs dak medju, l-inċentivi li ta l-Gvern se jkunu ferm aktar mid-doppju f ’termini ta’ titjib fid-dħul disponibbli. Koppja żagħżugħa F’dan l-eżerċizzju qisna wkoll il-każ ta’ koppja, individwi li kienu biħsiebhom jiżżewġu fix-xhur li għaddew, imma kellhom jipposponu kollox minħabba l-miżuri ta’ prekawzjoni imposti mill-Gvern. Meta pposponew it-tieġ kienu weħlu spejjeż addizzjonali fil-valur ta’ €2,000. Fil-ħsieb tagħhom kellhom ukoll li jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom b’valur ta’ €300,000. Minħabba li diġà kellhom garaxx fuq isimhom ma kinux se jgawdu mill-iskema tal-First Time Buyers, li introduċa flaħħar snin il-Gvern Laburista. Permezz tal-miżuri mħabbrin din il-koppja issa se tingħata rifużjoni ta’ €2,000, waqt li se jiffrankaw €10,500 fil-ħlas tal-boll. Minbarra hekk, se jirċievu wkoll €300 bejn vouchers u rifużjoni tat-taxxa. Flimkien mar-roħs fil-fuel dan it-titjib jitla’ għal €382 (1.2%) fid-dħul disponibbli. Meta jitqies l-iffrankar tal-boll u tal-ispiża tal-posponiment, it-titjib jitla’ għal 41% fid-dħul disponibbli tagħhom.

Żewġ għarajjes li jridu jixtru darhom Dħul: €18,000

2 Raġel u mara miżżewġin u żewġt itfal żgħar Dħul: €18,000 Vouchers: €200 In-Work Benefit: +€100 Suppliment: +€250 Taxxa: -€128 Fuel: -€82* *Sal-aħħar tas-sena u fuq stima ta’ nfiq ta’ €25 fil-ġimgħa

Vouchers: €200 Posponiment tat-tieġ: +€2,000 Boll: -€10,500 Taxxa: -€100 Fuel: -€82* *Sal-aħħar tas-sena u fuq stima ta’ nfiq ta’ €25 fil-ġimgħa

€12,882 se jibqgħu f’idejhom

3

€760 se jibqgħu f’idejhom

Il-pjan tal-Gvern li jinċentiva żieda fil-konsum jista’ jsir mingħajr ebda riskju għall-pożizzjoni finanzjarja tal-familji. Minkejja dan, xorta ttieħdu serje ta’ miżuri kif tħabbar fil-bidu ta’ din il-ġimgħa biex il-familji jingħataw inċentivi finanzjarji ħalli jkunu jistgħu jikkonsmaw aktar

Il-pakkett ta’ €900 miljun li għandu l-għan li jqajjem l-ekonomija mill-ġdid fuq saqajha u jagħtiha spinta kbira ’l quddiem, hu biss il-frott tal-għaqal fit-tmexxija tal-Partit Laburista fil-Gvern, irrelevanti mill-pakkett ta’ rkupru, li għadu fil-forma ta’ proposta, mill-Kummissjoni Ewropea. F’dan ir-rigward, tlabna kumment mis-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi li beda biex jgħidilna li jekk ma tgħallimna xejn mill-pandemija tal-COVID-19, żgur għarafna kemm hu importanti li t-tmexxija ta’ kull pajjiż fid-dinja taħseb bil-quddiem għal kull għawġ li jista’ jinqala’ u tara li jkollha l-finanzi tal-pajjiż ikunu verament fissod. “Nistgħu ngħidu bla tlaqliq li l-Gvern Laburista Malti kien wieħed li, bl-għaqal tiegħu, ħadem biex ġab il-finanzi tal-pajjiż fuq bażi soda tant li llum ninsabu f ’pożizzjoni li nistgħu bħala pajjiż nagħtu stimolu ta’ riġenerazzjoni ekonomika li jlaħħaq id-€900 miljun.” tenna Dr Zrinzo Azzopardi. “Wara l-frakass ekonomiku li qed tħalli warajha l-pandemija fid-dinja kollha, bil-pakkett ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ġie ppreżentat nhar it-Tnejn li għadda se nkunu nistgħu nerġgħu nqumu fuq saqajna bis-saħħa tagħna stess. Kif qal sewwa l-Prim Ministru Robert Abela fil-preżentazzjoni u anke fil-Parlament din il-ġimgħa, se jgħinna biex nitilqu niġru fit-triq tal-progress.” Ir-reazzjoni tal-oqsma kollha tas-soċjetà Maltija, l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, l-unjins, ir-rappreżentanti tal-oqsma tat-turiżmu u tan-negozji ta’ daqs żgħir u medju, kollha kienu vuċi waħda jfaħħru l-programm ta’ riġenerazzjoni mressaq mill-Gvern Laburista fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Ċertifikat mill-aqwa għall-viżjoni u fuq kollox għall-għaqal tal-Gvern Laburista. Waqt li fakkar minn fejn tlaqna fl-2013 u l-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv imposta fuqna minn Brussell minħabba li d-dejn nazzjonali kien ilaħħaq għal aktar minn 70% tal-Prodott Gross Domestiku (GDP), is-Segretarju Parlamentari fakkar kif il-Gvern biddel id-direzzjoni tal-pajjiż u beda jkabbar l-ekonomija b’mod straordinarju (b’medja ta’ 6% fis-sena). “Fi ftit snin, u għall-ewwel darba f ’deċennji sħaħ, pajjiżna beda jirreġistra surplus fil-finanzi tiegħu u d-dejn tnaqqas għal 43% tal-GDP. Dan kien l-għaqal li mexxa bih il-Gvern Laburista. Għaqal li wassalna fejn ninsabu llum. Pajjiż, li minkejja d-daqqa kbira li tatna l-pandemija, issa aħna kapaċi nqumu fuq saqajna u nkomplu fejn ħallejna tliet xhur ilu. Waqt li Malta kellha kull ġid neċessarju mġemma’ taħt rasha, se nkomplu naħdmu bil-qawwa kollha mal-istituzzjonijiet Ewropej biex niksbu għal Malta l-aqwa pakkett finanzjarju possibbli, meta bħalissa għaddejjin it-taħditiet dwar il-Fond tal-Irkupru Ewropew u l-Baġit tal-UE għas-snin 2021-2027. Il-pakkett ta’ fondi mill-UE irid iservi bħala opportunità oħra għal aktar investiment f ’pajjiżna,” temm jgħidilna s-Segretarju Parlamentari fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej. Hemm bosta eżempji ta’ stati membri oħrajn flUE li jinsabu litteralment għarkupptejhom u l-irkupru tal-ekonomiji tagħhom jiddependi esklussivament fuq dak li se jkun qed jiġi allokat lilhom minn Brussell. Fost dawn hemm l-Italja, Spanja u l-Greċja, li l-ekonomiji tagħhom diġà mifnijin bi djun u defiċits enormi. Malta, bis-saħħa tal-għaqal tal-Gvern Laburista tinsab fuq quddiem nett biex titlaq tiġri ’l quddiem u terġa’ tibda tgawdi minn tkabbir ekonomiku kif konna mdorrijin bih.


06

14.06.2020

kullhadd.com

COVID-19

KAŻI ATTIVI DAQS TLIET XHUR ILU

VENDA ĠDIDA F’MARSASKALA Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u lProġetti Kapitali Ian Borg ilbieraħ żar il-lokalità ta’ Marsaskala flimkien mat-tmexxija ta’ Transport Malta (TM) u rappreżentanti mill-Kunsill Lokali rispettiv biex jaraw ix-xogħol li sar fuq venda ġdida għall-passiġġieri tat-trasport pubbliku. Din il-venda, li tinsab fi Triq Sant’Antnin, taqdi seba’ rotot differenti u jgħaddu minnha 10 vjaġġi fis-siegħa. Fl-2019 biss, telgħu aktar minn 530,000 passiġġier minn din il-venda. Il-proġett ta’ din il-venda jlaħħaq investiment ta’ aktar minn €260,000 maqsuma bejn TM u l-kuntrattur li rebaħ it-tender. Parti mis-saqaf tal-venda ma jgħaddi l-ebda dawl minnu biex joffri dell massimu filwaqt li l-bqija tas-saqaf joffri aktar minn 99% protezzjoni mir-raġġi UV. Il-pavimentar sar apposta biex ikun aċċessibbli għal persuni li huma nieqsa mid-dawl u d-disinn tal-venda jtejjeb is-sigurtà għal min jitla’ u jinżel mill-vetturi tal-linja. Fost il-faċilitajiet ta’ din il-venda, l-utenti se jkollhom aċċess għal wifi b’xejn u vending ma-

B’36 każ attiv ta’ persuni infettati bil-COVID-19 f ’pajjiżna, jirriżulta li dan l-ammont huwa l-istess għal dak li kien irreġistrat kważi tliet xhur ilu jew fit-tieni ġimgħa ta’ każijiet irrappurtati lokalment. B’tendenza li tkompli tmajna u eventwalment jiġu rriversjati l-każi kollha li nstabu mis-6 ta’ Marzu ’l quddiem, illum ninsabu fl-istess sitwazzjoni ta’ każi daqskemm kellna nhar is-17 ta’ Marzu. Skont l-aħħar bulettin mediku ppubblikat ilbieraħ, instab każ ġdid wara 1,044 swab test fl24 siegħa ta’ qabel. Dan żamm l-istess għadd li kellna l-Ġimgħa meta dakinhar ġew irreġistrati ħames każi ġodda. Fl-istess ħin ġiet irreġistrata persuna oħra li fieqet biex issa t-total ta’ persuni li fiequ mill-Coronavirus tela’ għal 601. It-total ta’ persuni li ttestjaw pożittivi għall-COVID-19 huwa ta’ 646. Sal-bieraħ kienu saru 80,953 swab test b’kollox. L-awtoritajiet tas-saħħa qalu li testijiet li saru fuq il-persuni li ġew f ’kuntatt mal-każi tal-Ġimgħa kollha rriżultaw fin-negattiv, inklużi residenti u

chines. Il-Ministru Borg qal li “l-Gvern għaddej b’titjib nazzjonali tal-infrastruttura u dan jinkludi l-infrastruttura għas-servizz tat-trasport pubbliku wkoll. F’dawn l-aħħar snin, TM amministrat it-twaħħil ta’ 30 bus shelter ġdid tal-ogħla kwalità. Sadanittant għaddejjin ukoll b’interventi oħrajn bħal waqfiet aktar siguri fil-proġetti l-kbar u għandna ppjanat proġett ta’ riġenerazzjoni għas-subway pedonali ta’ viċin Bieb il-Bombi.” Hu spjega li din il-venda ta’ Marsaskala issa hija attrezzata b’materjali li jifilħu għall-klima tagħna, aċċessibbli għal kulħadd u li se tkun tista’ takkomoda sa 25 persuna bilqiegħda. “Is-servizz tat-trasport pubbliku għamel qabżiet kbar f ’dawn l-aħħar snin, kemm fil-kwalità kif ukoll fl-użu. Fl-ewwel xahrejn ta’ din is-sena rajna żidiet ta’ 16.6% u ta’ 21.8% fl-użu fuq l-istess xhur tas-sena l-oħra. Illum, wara li bdejna bil-mod nirrilaxxaw il-miżuri, qed naraw medja ta’ 35,000 B’investiment ta’ €900,000, ispassiġġier iżjed kuljum meta mqabbel ma’ April,” servizz ta’ lifeguards fuq il-bajjiet reġa’ beda fi tmiem din il-ġimgħa tenna l-Ministru Borg. wara li ġie mniedi uffiċjalment mill-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli. Dan isservizz għas-sajf ta’ din is-sena jibqa’ attiv sat-30 ta’ Settembru. Sa issa huma 12-il bajja li joffru servizz ta’ lifeguards f ’Malta. F’Għawdex, il-bajjiet b’servizz ta’ lifeguard jammontaw għal ħamsa, filwaqt li hemm ukoll servizz ta’ lifeguard fil-bajjiet ta’ Blue Lagoon u l-Bajja ta’ Santa Marija f ’Kemmuna. Il-bajjiet f ’Malta huma l-Ġnejna, Għajn Tuffieħa, Golden Sands, l-Għadira, il-Bajja ta’ Buġibba, il-Ponta tal-Qawra, il-Bajja ta’ San Ġorġ u l-Bajja tal-Balluta f ’San Ġiljan, Fond Għadir f ’Tas-Sliema, il-Fajtata f ’Wied il-Għajn u l-Bajja s-Sabiħa u l-Bajja ta’ San Ġorġ f ’Birżebbuġa. F’Għawdex, is-servizz ta’ lifeguard se jkun offrut fir-Ramla l-Ħamra, Marsalforn, ix-Xlendi,

impjegati fid-Dar tal-Anzjani ta’ Bormla fejn anzjana ta’ 98 sena rriżultat pożittiva. Mill-istatistika tal-każi kollha rrapportati mindu pajjiżna ntlaqat mill-pandemija tliet xhur ilu jirriżulta li l-irġiel u dawk fletà ta’ bejn 30 u 34 sena baqgħu l-iżjed affettwati. Fil-fatt, din il-faxxa ta’ età s’issa hi l-unika waħda li rreġistrat iżjed minn 100 każ (109), segwita minn dik li tiġbor persuni ta’ bejn il-25 u d-29 sena (87 każ) u dik li tiġbor persuni ta’ bejn l-20 u l-24 sena (74). Bejniethom dawn it-tliet faxex tas-soċjetà jammontaw għal 270 każ infettiv jew 42% tal-każi kollha rreġistrati sal-bieraħ.

PROTEZZJONI FUQ IL-BAJJIET

Mġarr ix-Xini u Ħondoq ir-Rummien. Minbarra s-servizz ta’ lifeguard li nafu bih b’mod tradizzjonali, minn din is-sena se jibda jiġi offrut servizz speċjali ta’ First Aid Mobile Clinic fil-bajjiet ta’ Wied iż-Żurrieq u Għar Lapsi. Dan se jkun immexxi mill-Malta Red Cross. Kevin Brincau, Direttur tal-Operat Malta Red Cross, esprima s-sodisfazzjon tiegħu li qed joffru dan is-servizz f ’żewġ bajjiet oħra biex jassiguraw is-sigurtà. Irringrazzja lill-Ministeru u lil kull min kien involut biex b’għan wieħed ikunu jistgħu joffru servizz aħjar. Is-servizz se jkun qed jinkludi wkoll numru ta’ rescue vans li jġorru l-lifeguards bħala backup u hydro-ambulance. Dan is-servizz jikkumplimenta l-ħidma ta’ beach supervisors tal-Awtorità Maltija għatTuriżmu li kull sena jkunu fuq il-bajjiet biex jassiguraw li l-protokolli jkunu mħarsa.


“GĦINNA NKOMPLU NIĠĠEDDU!” 21242620 (pledge line) Fl-isfond tat-tiġdid li qiegħed jesperjenza pajjiżna taħt it-tmexxMinbarra hekk tista’ ssir ukoll ija Laburista, il-Partit Laburista nnifsu wkoll qed jagħmel l-al- donazzjoni ta’ €6.99 permezz ta’ mu kollu tiegħu biex javvanza SMS fuq in-numru 50618900. maż-żminijiet. Dan anke jekk mingħajr ebda dubju l-ewwel xhur ta’ din is-sena ma kienu xejn faċli għall-Prim Ministru u l-Mexxej il-ġdid Laburista Dr Robert Abela. Din is-sena l-Partit Laburista jagħlaq 100 sena mit-twelid tiegħu u tali ċentinarju għandu jservi wkoll biex l-akbar Partit filpajjiż ikompli jiġġedded, jibqa’ dejjem qrib in-nies u l-eżistenza tiegħu anke relevanti għal-lum il-ġurnata u ż-żmien li ġej. Għal dan il-għan, minn għada, se tibda maratona ġbir ta’ fondi bbażata fuq ġimgħa sħiħa minflok ġurnata waħda partikolari. It-tema li qed tintuża hi “Inkomplu Niġġeddu”. Is-sensiela ta’ attivitajiet tilħaq il-qofol tagħha nhar il-Ħadd li ġej, 21 ta’ Ġunju. Iżda minn għada l-programm televiżiv popolari Pjazza se jkun qed jixxandar f ’edizzjoni speċjali mis-18:00 (flok mis-18:30 bħas-soltu) u jibqa’ għaddej sas-19:15. Dan se jissokta kuljum sa nhar is-Sibt. Il-qofol u l-għeluq tal-ġbir ta’ fondi jintlaħaq il-Ħadd 21 ta’ Ġunju bi programm speċjali fuq ONE mit-15:00 sa tard filgħa­ xija, fejn għall-okkażjoni jattendi wkoll il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela nnifsu. Minbarra hekk, din is-sena l-Partit Laburista ddeċieda li, bil-kontra ta’ snin preċedenti fejn il-kumitati lokali kienu jinġabru fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jagħtu l-għotja tagħhom, din id-darba se tkun l-amministrazzjoni tal-Partit li toħroġ u tmur fil-lokalitajiet biex jiġbru l-flus. Dan se jkun qed isir anke b’sens ta’ ringrazzjament u ap­ prezza­ment għall-ħidma dejjiema tal-kumitati lokali li jagħmlu xogħol siewi immens u li mingħajru l-Partit innifsu ma jkunx jista’ jaħdem kif mixtieq. Jekk int ukoll tixtieq tikkontribwixxi direttament biex tgħin lill-Partit Laburista jsaħħaħ il-qagħda tiegħu, tista’ ċċempel fuq dawn in-numri bid-donazzjoni tiegħek: 51702053 (€15) 51802036 (€25) 51902060 (€50)

07

14.06.2020

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

kullhadd.com


08

14.06.2020

kullhadd.com

L-ILMA TAL-BAJJIET M Rapport annwali mill-aġenzija ambjentali tal-Unjoni Ewropea kklassifika l-kwalità tal-ilma fil-bajjiet u l-postijiet l-oħrajn għall-għawm f ’pajjiżna bħala eċċellenti. B’persentaġġ ta’ 97.7%, Malta għandha t-tielet l-aħjar ilma fil-bajjiet Ewropej, waqt li kkwalifikat fost ħames pajjiżi biss li għandhom iżjed minn 95% perfezzjoni tal-ilmijiet f ’postijiet għall-għawwiema. Skont l-istħarriġ, li ġie ppubblikat din il-ġimgħa, jirriżulta li minn total ta’ 87 post għall-għawm li jeżistu, ilkoll kostali u b’ilma baħar, 85 irriżultaw “eċċellenti” u t-tnejn l-oħrajn “tajbin” wara testijiet regolari li jsiru qabel jibda l-istaġun tal-għawm. Huma biss Ċipru u l-Awstrija li jaqbżuna bi ftit, waqt li warajna eżatt jiġu l-Greċja u l-Kroazja. Wara kważi tliet xhur ta’ lockdowns minħabba l-pandemija tal-COVID-19, il-Maltin u l-Għawdxin, bħallEwropej kollha, se jkunu qed jieħdu li jistgħu mis-sajf u l-bajjiet meraviljużi li mogħnijin bihom, waqt li sal-aħħar ta’ dan ix-xahar ikomplu jittaffew iżjed restrizzjonijiet f ’kull pajjiż individwali u fuq il-fruntieri. “Ilma nadif għall-għawm ġeneralment hu meqjus bħala xi don, imma fil-verità hu waħda mill-kisbiet kollettivi fl-Unjoni Ewropea,” qal il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-ambjent Virginijus Sinkevicius. “Hu r-riżultat ta’ xogħol iebes minn ħafna nies fuq perjodu twil. Ir-rapport ta’ din is-sena għal darb’oħra jikkonferma li ċittadini Ewropej jistgħu jibqgħu jgawdu l-ogħla livelli meta jgħumu f ’ibħra u f ’ilmijiet Ewropej. Il-miżuri kollha għandhom jibqgħu jittieħdu biex nibqgħu fuq din il-linja.” Fil-fatt il-kwalità tal-ilmijiet f ’postijiet tal-għawm Ewropej baqgħet għolja b’mod ġenerali u mill-pajjiżi kollha analizzati – is-27 pajjiż fil-blokk Ewropew, ir-Renju Unit, l-Albanija u l-Iżvizzera – kienet biss il-Polonja b’inqas minn 50% tal-bajjiet eċċellenti. L-Aġenzija Ewropea tal-Ambjent (EEA) qalet li minn 22,295 post fejn saru t-testijiet għall-ilma, 84.6% instabu li kienu ta’ kwalità eċċellenti. Hi qalet li l-kwalità tal-ilma f ’dawn il-postijiet ġeneralment tkun aħjar mal-kosta, milli f ’lagi jew xmajjar f ’nofs l-art. Tal-ewwel instabu li kienu 87.4% eċċellenti mqabblin mad-79.1% eċċellenti f ’postijiet fuq l-art (inland). L-Aġenzija nnutat ukoll waqgħa fit-total tal-postijiet fejn kwalità ħażina tal-ilma tista’ twassal għall-mard. Minn dawn jirriżulta li kien hemm biss 1.3% tas-siti kollha flUE li ngħataw klassifikazzjoni fqira, imqabblin ma’ 2% fl2013. L-Albanija, l-Estonja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Olanda u s-Slovakkja kienu s-sitt pajjiżi li nstab li kellhom 3% jew iżjed ta’ ilma għall-għawm ikklassifikat bħala ta’ kwalità fqira. L-EEA tikklassifika l-ilma f ’postijiet tal-għawm skont kri­terji mikrobijoloġiċi, li huma definiti fid-Direttiva tal-Ilma għall-Għawm tal-UE. Fil-każ ta’ Malta, l-Aġenzija wettqet 2,026 test fuq kampjuni miġburin minn bajjiet lokali. Skont l-istess direttiva, l-għawm għandu jiġi mċaħħad b’mod permanenti jew issir twissija biex ma jsirx f ’postijiet li jinstabu li għandhom ilma ta’ kwalità fqira għal mill-inqas ħames snin konsekuttivi. “Fl-2019, dan kien il-każ għal 55 post għall-għawm: 36 fl-Italja, tmienja fi Spanja, erbgħa fir-Renju Unit, tnejn fi Franza u post kull wieħed fir-Repubblika Ċeka, fid-Danimarka, fl-Irlanda, fl-Olanda u fl-Iżvezja,” qalet l-EEA.

ST PETER’S POOL, Dellimara Waqt li fakkret li bħalissa qed taħdem ukoll fuq proġett kofinanzjat mill-UE biex tkompli teċċella fix-xogħol li twettaq u anke tidentifika ħsarat minnufih, il-WSC elenkat ċifri li joħorġu mit-tħaddim tal-impjanti tagħha taddrenaġġ, parti minn infrastruttura kumplessa u delikata. Fost oħrajn, ħabbret li aktar minn 24 biljun litru ta’

drenaġġ jiġi trattat kull sena f ’dawn l-impjanti, l-ekwivalenti għal 67 miljun litru kuljum. “Saving Our Blue” Sadanittant, il-Ministru Malti res­­ponsabbli mill-Ambjent

Il-WSC entużjasta Il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC) espri­mie­t is-sodisfazzjon tagħha li, għal darb’oħra, l-ilma f ’postijiet tal-għawm lokali hu fost l-aqwa fl-Ewropa. Saħqet ukoll li hi entużjasta li tikkontribwixxi għal dan is-suċċess, grazzi għall-impenn kbir u eċċellenti tal-ħaddiema tagħha.

L-GĦADIRA, Il-Mellieħa


09

14.06.2020

kullhadd.com

Ritratti: ANTHONY AXIAQ

MALTIN EĊĊELLENTI

BLUE LAGOON, Kemmuna Aaron Farrugia din il-ġimgħa nieda l-kampanja bl-isem ta’ “Saving Our Blue”, inizjattiva nazzjonali ta’ edukazzjoni u għarfien immirata biex tinforma lill-pubbliku dwar l-importanza tal-ambjent marittimu u l-annimali li jgħixu u r-riskji relatati mal-konsum mhux sostenibbli ta’ single use plastics.

Hu spjega li din is-sena tunnellati kbar ta’ plastik se jispiċċaw fil-baħar minħabba prattiċi ħżiena ta’ rimi, li jammonta għal 80% tal-iskart kollu li jakkumula fuq il-bajjiet u fl-ibħra Ewropej. Il-lista tal-aktar 10 oġġetti li nsibu mormijin fuq il-baj­ jiet tinkludi b’mod partikolari s-single use plastics, bħal

GOLDEN BAY, L-Imġarr

pereżempju filters tas-sigaretti, fliexken tal-plastik u wrappers tal-ikel. Fl-edizzjoni tas-sena li għaddiet ta’ “Saving Our Blue” nġabru madwar 25kg ta’ filters tas-sigaretti waqt ħames attivitajiet ta’ għarfien fuq bajjiet ta’ tliet sigħat. “Wasal iż-żmien għal bidla trasformattiva. Għal azzjoni ambizzjuża u immedjata. L-ibħra għandom rwol importanti fil-European Green Deal u fit-tranżizzjoni tagħna lejn ekonomija sostenibbli. Għandna bżonn sistemi marittimi li jappoġġjaw futur reżiljenti anke għat-tibdil fil-klima,” saħaq il-­Ministru Farrugia. Hu spjega wkoll li din il-kampanja tagħmel parti minn kampanji oħrajn simili fi 42 pajjiż madwar l-Ewropa fejn l-iskart fil-baħar jagħmel ħsara lil aktar minn 600 speċi u li 15% minnhom ukoll jinsabu f ’riskju ta’ estinzjoni.

Minn 2,026 test li saru fuq l-ilma f’87 post imfittex għall-għawm irriżulta li dan hu ta’ kwalità “eċċellenti” f’85 minnhom. Fit-tnejn l-oħrajn l-ilma kien ikklassifikati fil-livell ta’ “tajjeb”, skont l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent


10

14.06.2020

kullhadd.com

TITJIB FI ŻJARAT LIL ANZJANI

INDUSTRIJA LESTA FUQ IL-PONOT TAS-SWABA’ QED JIKBER L-ENTUŻJAŻMU FOST KUMPANIJI INTERNAZZJONALI SPEĊJALIZZATI FIS-SUQ TAL-KANNABIS MEDIĊINALI BIEX JIBDEW JIPPRODUĊU MINN MALTA Bħala pijuniera fl-industrija tal-kannabis mediċinali fl-Unjoni Ewropea, Malta qed tikseb sehem tajjeb f ’suq li hu mbassar li se jilħaq aktar minn €55 biljun fl-10 snin li ġejjin. Il-leġiżlazzjoni tal-2018 għall-produzzjoni u esportazzjoni industrijali tat il-frott tagħha, b’rapporti jgħidu li pajjiżna ġibed l-interess ta’ mhux inqas minn 26 kumpanija b’saħħitha speċjalizzati f ’dan is-settur. ZenPharm, waħda minn dawn li diġà topera mill-Qasam Industrijali ta’ Ħal Far, għadha kemm ħabbret fil-website uffiċjali tal-kumpanija-omm tagħha li hu ttamat li sax-xahar id-dieħel il-faċilità tagħha tkun għaddiet mill-ispezzjonijiet neċessarji u obbligatorji tal-Awtorità tal-Mediċini ta’ Malta biex tkun tista’ topera kif mixtieq. B’hekk, qalet Zenabis Global Inc, li hi bbażata fil-Kanada, se jkun possibbli biex ZenPharm tibda tipproċessa minimu ta’ 500 kilogramma ta’ kannabis mediċinali fuq perjodu ta’ tliet snin biex jinbiegħu fis-suq Ġermaniż waħdu, permezz tal-kumpanija Farmako. ZenPharm mistennija wkoll takkwista ċ-ċertifikazzjoni meħtieġa mill-Unjoni Ewropea lejn it-tielet kwart ta’ din is-sena biex, ftit wara, din il-kumpanija bbażata f ’Malta tibda tissupplixxi l-ewwel kannabis mediċinali lill-Ġermanja lejn l-aħħar ta’ din is-sena stess, waqt li tantiċipa li tibda tissupplixxi wkoll żejt mill-kannabis lejn il-bidu tas-sena d-dieħla. Angele Azzopardi, li hi l-Kap Eżekuttiv ta’ ZenPharm, qalet li t-tim li tmexxi huwa kburi li rnexxielu jidħol għal dan

l-impenn f ’Malta u qed iħarsu ’l quddiem biex ikun hemm aktar żvilupp f ’aktar prodotti ta’ kannabis mediċinali. It-tali żviluppi f ’dan il-qasam, li kien il-viżjoni ta’ Gvern Laburista, hu marbut ma’ kumpanija oħra li qed topera minn pajjiżna, il-Panaxia Global, li l-kumpanija-omm tagħha hi bbażata f ’Iżrael. Mill-aħħar rapporti finanzjarji tagħha joħroġ li, fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, Panaxia Global kellha tkabbir ta’ 365% fid-dħul meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Panaxia Global Dr Dadi Segal qal li “l-kumpanija qed tħares ’il quddiem li tirċievi l-liċenzja għall-esportazzjoni biex tibda tħares lejn is-suq Ġermaniż u dak Daniż b’mod immedjat. Imma anke jekk ikun hemm dewmien biex toħroġ din il-liċenzja, nemmnu li l-faċilitajiet tal-produzzjoni f ’Malta se jgħinu biex nespandu l-bejgħ tal-prodotti tal-kannabis mediċinali lejn l-Ewropa, bħala alternattiva proviżjonali sakemm tibda l-es-

portazzjoni minn Iżrael”. Ġimagħtejn ilu ħabbarna kif attwalment jeżistu madwar 700 persuna f ’pajjiżna li, minħabba mard jew kundizzjonijiet partikolari, qegħdin jikkuraw lilhom infushom permezz tal-kannabis mediċinali wara li applikaw mal-uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci u ġabu l-permess meħtieġ biex jixtruha direttament minn spiżerija. Sax-xahar li għadda kienu ġew approvati 690 applikazzjoni lokali għall-użu tal-kannabis mediċinali minn kumitat speċifiku li jiltaqa’ mill-inqas darbtejn filġimgħa. Kif jimmaturaw il-pjani ta’ Panaxia, ZenPharm u kumpaniji oħrajn simili li jibdew il-produzzjoni fostna mhux biss se tgawdi l-ekonomija b’mod sostanzjali, imma anke l-pazjent Malti se jkun jista’ wkoll igawdi minn għażla ta’ prodotti manifatturati lokalment li wisq probabbli jiġu orħos ukoll.

B’konsultazzjoni mal-Awtorità tasSaħħa Pubblika, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ħarġet ċirkolari ġdida lir-residenzi kollha tal-anzjani. F’din iċ-ċirkolari, l-Awtorità elenkat pjan dettaljat b’miżuri ta’ prekawzjoni li għandhom jittieħdu biex b’hekk minn nhar il-Ħamis li ġej, 18 ta’ Ġunju, il-qraba jkunu jistgħu jżuru lill-anzjani li jinsabu fir-residenzi mingħajr l-użu ta’ barrieri tal-ħġieġ jew perspex. Dan l-iżvilupp se jwassal ukoll biex mill-1 ta’ Lulju jingħata l-permess lil dawk il-persuni anzjani li jitolbu biex joħorġu mir-residenzi. S’issa din iċ-ċirkolari ma tapplikax għar-Residenza San Vinċenz de Paule (SVPR), iżda tapplika biss għar-residenzi għall-anzjani tal-Gvern, tal-Knisja u tal-privat. Waqt li tirreferi għall-ewwel miżuri li setgħu jiġu introdotti minn nhar it-Tlieta li għadda, bħall-inklużjoni ta’ attivitajiet fid-djar u li l-anzjani setgħu jissoċjalizzaw f ’żoni komuni bla ma jkunu limitati għall-kmamar jew is-sulari rispettivi tagħhom, iċ-ċirkolari mill-Awtorità ta’ Standards Soċjali tgħid li mill-Ħamis li ġej qraba tar-residenti fid-djar iżuruhom mingħajr l-użu ta’ barrieri tal-perspex jew ħġieġ. Għaldaqstant, kull dar għandha tidentifika żona spazjuża u ventilata fejn il-qraba jew viżitaturi oħrajn ikunu jistgħu jżuru lir-residenti. L-Awtorità tesiġi li ż-żona indikata tinkludi pultruna komda għar-resident u żewġ siġġijiet għall-viżitaturi. Jista’ jkun hemm arranġament ta’ aktar siġġijiet skont id-daqs taż-żona. Irid ikun hemm 12-il metru kwadru għal kull arranġament ta’ siġġijiet. Pultruni u mwejjed għandhom ikunu magħmulin minn materjal li jista’ jitnaddaf u m’għandhomx ikunu magħmula minn drapp tas-suf jew materjal ieħor li ma jistax jiġi diżinfettat wara kull żjara. Fejn hu possibbli, imwejjed għandhom jiġu evitati biex titnaqqas il-kontaminazzjoni kemm jista’ jkun. L-ammont ta’ viżitaturi se jkun limitat billi jingħata appuntament lill-qraba li jkunu jridu jżuru lill-għeżież tagħhom. Għal kull resident għandhom ikunu permessi biss żewġ viżitaturi kull darba, waqt li ż-żjara għandha tkun ta’ bejn 15 u 25 minuta. Il-viżitaturi għandhom ikunu konxji li kuntatt fiżiku, bħal bews u tgħanniq, mhuwiex permess. Dan għalissa se jibqa’ pprojbit biex ir-residenti jkunu protetti kemm jista’ jkun. Il-miżura ta’ distanza soċjali għandha tiġi rispettata. Iż-żona magħżula fid-djar għaż-żjarat mill-qraba u oħrajn għandha tkun sorveljata minn Health Care Worker biex ikun żgurat li l-proċeduri kollha jkunu qed jiġu segwiti.


11

14.06.2020

kullhadd.com

L-AĠIR IRRESPONSABBLI FIT-TRIQ TAD-DEPUTAT KAROL AQUILINA

KONFERMA LI L-PULIZIJA QED TINVESTIGAH Il-każ ta’ mġiba ħażina u irresponsabbli mid-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina s-sena li għaddiet waqt skorta tal-Pulizija ma’ delegazzjoni ta’ ministru barrani għal żjara f ’Malta issa hu kkonfermat li qed jiġi investigat mill-forzi tal-ordni. Dan joħroġ minn korrispondenza li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler għadda lill-ġurnalist u preżentatur tal-programm televiżiv Pjazza Karl Stagno Navarra li talab kemm lill-istess Kummissarju u anke lill-Korp tal-Pulizija biex jinvestiga l-inċident li kien għoddu ndifen li kieku ma kienx għall-filmati li xxandru esklussivament fl-istess programm fuq ONE TV. “Il-Kummissarju tal-Pulizija informa lill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika li l-pulizija qed tinvestiga denunzja magħmula minnek fis-27 ta’ Mejju 2020. Ġaladarba għaddejja investigazzjoni minnaħa tal-Pulizija, il-Kummissarju għall-Istandards issos­penda l-investigazzjoni tal-ilment tiegħek, skont kif jitlob l-Artikolu 13(3) tal-Att dwar Standards fil-Ħajja Pubblika,” qalet korrispondenza mill-uffiċċju tal-Kummissarju Hyzler lil Stagno Navarra. Ġimagħtejn ilu rrapportajna kif Dr Hyzler ikkuntattja lill-Aġent Kummissarju tal-Pulizija biex jistaqsih jekk il-korp dixxiplinat hux jieħu passi diġà fil-konfront tad-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina. Filmati li xxandru fi Pjazza wrew lid-Deputat mis-Siġġiewi jimmanuvra l-karozza tiegħu f ’nofs żewġ muturi tal-Pulizija li kienu qed jeskortaw dele-

gazzjoni ta’ ministru barrani li kien fostna għal żjara uffiċjali. Fihom jidher ċar ukoll kif, kontra dak li kien mistenni minnu, m’obdiex l-ordnijiet tal-uffiċjali biex jitfa’ malġenb tat-triq u jagħmel wisa’ lid-delegazzjoni, anzi baqa’ jsuq magħhom b’veloċità eċċessiva u saħansitra għadda minn fuq id-dawl aħmar tat-traffic lights fi Triq Diċembru Tlettax. Minfuq, jirriżulta li d-Deputat Nazzjonalista baqa’ sejjer dritt il-Parlament, fejn kienet se ssir seduta dakinhar filgħodu, u talab il-protezzjoni tal-Kamra, anke jekk spiċċa biex qarraq bl-Ispeaker Anġlu Farrugia, kif indika dan tal-aħħar stess fi tweġibiet għal mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnal L-Orizzont ilġimgħa l-oħra. Waqt li d-Deputat tal-Oppożizzjoni ddefenda l-aġir tiegħu għax għandu “immunità Parlamentari”, l-Ispeaker Farrugia tenna li m’hemm xejn li jista’ jipproteġih minn xi azzjoni żbaljata jew agħar minn hekk reat li jista’ jwettaq. Jirriżulta lill-KullĦadd li min iddeċieda li ma jiħux passi dwar ksur tal-liġi kontra Aquilina sena ilu kien uffiċjal li “jiġi minn kollega tal-istess Aquilina”, mingħajr ma identifikaw għal min qed jirreferu.



13

14.06.2020

kullhadd.com

MINFLOK LOCKDOWN!

Byron Camilleri Ministru

Ftit tal-ġimgħat ilu kien hemm min qalilna agħlqu kollox. Bħala Gvern weġibna billi aġixxejna bħalma ġenitur responsabbli jaġixxi ma’ wliedu li tant jgħożż. Għidna lill-poplu Malti biex joqgħod attent u jieħu l-prekawzjonijiet fejn hemm bżonn. Iżda, għidnielu wkoll biex ma jintrikibx mill-biża’ għax għada jasal ukoll u rriduh ikun aħjar mil-lum u isbaħ mill-bieraħ. Dan il-ħsieb deher ċar filpjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li ħabbar il-Prim Ministru din

il-ġimgħa. Fil-fatt dak li ressaqna ’l quddiem huwa pjan li bagħat messaġġ ċar li l-Gvern lest li jgħin. Fl-istess ħin erġajna konna ċari li l-iktar li se jkun premjat huwa l-bieżel. Dak li jrid jaħdem biex ma jiddependi fuq ħadd u fl-istess ħin idawwar lira biex hu u l-familja jkunu jistgħu jagħmlu kapriċċ jew itejbu l-livell tal-għajxien tagħhom. F’dan il-kuntest kull deċiżjoni ttieħdet bi ħsieb. Fost oħrajn għaliex smajna l-karba kemm ta’ min iħaddem kif ukoll tal-ħaddiema u se nestendu l-wage supplement sa Settembru li ġej biex il-Gvern se jkompli jagħti €800 għall-impjiegi full-time u €500 għall-impjiegi part-time, għal dawk kollha li huma involuti mal-akkomodazzjoni turistika, mal-aġenziji tal-ivvjaġġar, mal-iskejjel tal-lingwi, mal-organizzazzjonijiet ta’ events u trasport bl-ajru. Id-dinjità tal-ħaddiem toħroġ l-iktar mix-xogħol u għalhekk nedejna inizjattivi li l-għan

ewlieni tagħhom hu li l-postijiet tax-xogħol ikunu mħarsa. Għalhekk, qed nissussidjaw bin-nofs il-kontijiet tal-enerġija tan-negozji f ’miżura li tħalli €30 miljun għand dawn in-negozji. L-istess negozji li se jgawdu minn roħs sostanzjali fil-prezzijiet tal-fuel, li minnu jgawdi wkoll kull konsumatur. Lin-negozju u l-ħaddiem tiegħu qed ngħinuh billi nibagħtulu l-klijenti f ’miżura innovattiva li għandha l-għan li ddawwar ir-rota tat-turiżmu intern. Fost oħrajn se nibagħtu voucher ta’ €100 għal kull persuna ’l fuq minn 16-il sena biex dan ifisser li hawn familji li se jkunu qed jieħdu bejniethom mijiet ta’ ewro f ’inċentivi ta’ dan it-tip. Flejjes li se jonfquhom waqt li jgawdu s-sajf Malti li issa beda dieħel flaqwa tiegħu. Inċentivajna wkoll lil dawk li din is-sena se jkunu qed jixtru proprjetà bil-flejjes li se jiffrankaw ilaħħqu eluf ta’ ewro li jistgħu jkunu investiti f ’affarijiet oħra speċjalment għal dik il-koppja li għadha qed tibda

tibni familja. Dan il-pjan faħħru min iħaddem, faħħruh l-entitajiet li jirrappreżentaw in-negozji, laqgħuh l-unjins u kienu ewforiċi għalih dawk li jaħdmu u jħaddmu fit-turiżmu. Sab diffikultà bih biss il-Partit Nazzjonalista! Li kieku ma tkunx taf kif ġabuh għarkupptejh finanzjarjament il-partit tagħhom stess jaf tibda teħodhom bis-serjetà. Iżda, sfortunatament m’għandhom ebda kredibbiltà. Fil-kritika tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-inċentivi f ’dan il-pjan mhumiex tajbin biżżejjed għall-familji Maltin anke jekk fl-istess nifs ħareġ jiftaħar li wħud mill-inċentivi kienu idea tiegħu. L-istrateġija tal-Partit Nazzjonalista issa tgħallimnieha. Strateġija distruttiva maħsubha biex ittellef il-ħidma tal-Gvern u tipprova twaqqaf ir-rota ekonomika. Li kien għalihom u ta’ madwarhom pajjiżna ma kienx ikun f ’pożizzjoni li jiddedika dawn id-€900 miljun għal dan il-pjan.

Però aħna erġajna tajna prova li ninsabu ffukati fuq it-tmexxija tal-pajjiż, lesti biex nieħdu d-deċiżjonijiet kollha li hemm bżonn u biex minflok il-lockdown li riduna nagħmlu tajna kickstart mill-ġdid lill-ħolqien tal-ġid f ’dan il-pajjiż. Konvinti li minn dan il-ġid se jgawdi kulħadd.

Dan il-pjan faħħru min iħaddem, faħħruh l-entitajiet li jirrappreżentaw in-negozji, laqgħuh l-unjins u kienu ewforiċi għalih dawk li jaħdmu u jħaddmu fit-turiżmu

NAĦDMU GĦAL GĦADA AĦJAR

Roderick Galdes Ministru

Jekk hemm karatteristika li tiddefinixxi lill-amministrazzjoni Laburista, hija l-abbiltà tagħna li negħlbu kull ostaklu u nbiddlu l-isfidi f ’opportunitajiet. Il-pandemija tal-COVID-19 ħasdet lill-Ewropa u lid-dinja, iżda hawn f ’Malta, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, irnexxielna nikkontrollaw l-imxija u issa ninsabu f ’pożizzjoni b’saħħitha li nħarsu ’l quddiem lejn għada aħjar u isbaħ. Madanakollu, dan kien possibbli bis-saħħa ta’ dak kollu li l-Partit Laburista fil-Gvern irnexxielu jikseb, mhux biss f ’dawn l-aħħar ftit xhur, iżda tul l-aħħar seba’ snin. It-tkabbir ekonomiku li wassal biex inkunu

nistgħu nħabbru baġit wara baġit mimli miżuri li jippremjaw il-bżulija u d-diliġenza tal-poplu Malti u jippromwovu l-ġustizzja soċjali. Għakemm din saret in-norma fis-snin reċenti, wieħed ma jistax jinsa li dawn il-baġits kienu jsiru bla ħsieb ta’ xejn fis-snin qabel tela’ fil-gvern il-Partit Laburista. Issa, mill-banda l-oħra, drajna bi Gvern li jagħti minflok jieħu u l-pjan ambizzjuż ta’ riġenerazzjoni li ħabbarna aktar kmieni din il-ġimgħa, fi żmien li fih il-pajjiż qed iħejji biex imur lura għan-normalità, ma kienx eċċezzjoni. Dan il-pakkett ta’ €900 miljun kien imfassal apposta biex jolqot lil kulħadd u jippremja kemm lill-individwu, iżda anke lill-intrapriżi tagħna wara xhur ta’ sagrifiċċji. Il-miżuri mħabbra, li jinkludu, fost oħrajn, roħs filprezz tal-fuel u anke l-għotja ta’ €100 f ’vouchers lil dawk kollha li għandhom minn 16-il sena ’l fuq, se jfissru aktar flus fil-bwiet tan-nies u se jgħinu fil-ġlieda kontra l-impatt li l-pandemija ħalliet fuqna lkoll. Apparti minn hekk, dan “ilbaġit b’viżjoni,” kif sejjaħlu tant tajjeb il-Prim Ministru, se jkun

qed iżid il-kunfidenza tal-konsumatur u jassigura li r-rota tal-ekonomija terġa’ tibda ddur, biex hekk il-pajjiż ikun jista’ jerġa’ jqum fuq saqajh malajr kemm jistà jkun. Dawn l-aħħar xhur ma kienu faċli għal ħadd. Kollha kemm aħna kellna nagħmlu sagrifiċċji u kollha kemm aħna sofrejna minn sfidi mentali, fiżiċi u finanzjarji. Issa, dik il-koperazzjoni tal-poplu, se tkun ippremjata b’pakkett ta’ rkupru, għax dak huwa dak li jagħmel dan il-Gvern – aħna nirrikonoxxu u nippremjaw il-bżulija u s-sagrifiċċji biex niggarantixxu għada aħjar għal kulħadd. Fil-fatt, dan kien l-approċċ wara l-inizjattivi tagħna fi ħdan is-settur tal-akkomodazzjoni. IlHome Deposit Scheme li ħabbarna riċentement, pereżempju, se tkun qed tgħin lil dawk li se jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom u li ħadmu u investew fihom infushom u fl-edukazzjoni tagħhom, biex issa anke huma jkunu jistgħu jixtru dar. Issa, permezz ta’ dan il-pakkett, se nkunu qed nagħtu aktar appoġġ lil aktar individwi li jixtiequ jixtru proprjetà, biex aktar u aktar ċittadini Maltin isiru sidien

tad-djar tagħhom. L-iskema tal-first-time buyers, li kellha suċċess kbir, se tkun estiża aktar biex issa, anke individwi li xtraw proprjetà qabel din l-iskema, li kienet introdotta fl-2013, se jkunu jistgħu jibbenefikaw minnha. Permezz ta’ miżuri bħal dawn, qed ninċentivaw aktar persuni biex jinvestu fil-proprjetà u nagħtuhom l-appoġġ biex ikollhom id-dar tagħhom. Apparti minn hekk, f ’miżura li se tkun qed tiswa €32 miljun u li minnha se jgawdu madwar 10,000 koppja, se nkunu qed inaqqsu t-taxxi kemm għal min qed jixtri u anke għal min qed ibigħ proprjetà biex anke hawn inkomplu nħeġġu lin-nies jinvestu u jħaddmu l-ekonomija. Minn issa, min ibigħ, minn 8% se jibda jħallas 5% taxxa tal-boll, filwaqt li x-xerrejja se jħallsu 1.5% minflok 5%. Permezz ta’ dawn il-miżuri u bis-saħħa ta’ dan il-pakkett ta’ rkupru, se nagħtu lura lill-poplu, wara s-sagrifiċċji kollha talaħħar ftit xhur. Ridna nkunu ċerti li nipprovdu xi ħaġa lil kulħadd, biex inkomplu nsaħħu u ninkoraġġixxu l-potenzjal ta’ pajjiżna. Dan għax dan il-Gvern

huwa wieħed li jemmen fil-poplu Malti u Għawdxi u dejjem jinsab lest li jgħin u jagħti l-appoġġ kollu tiegħu meta ż-żmien ikun iebes. Flimkien, irnexxielna nirbħu lill-pandemija tal-COVID-19. Issa, ejjew nimxu flimkien ’il quddiem lejn futur aħjar għalina lkoll.

Dan “il-baġit b’viżjoni,” kif sejjaħlu tant tajjeb il-Prim Ministru, se jkun qed iżid il-kunfidenza tal-konsumatur u jassigura li r-rota tal-ekonomija terġa’ tibda ddur, biex hekk il-pajjiż ikun jista’ jerġa’ jqum fuq saqajh malajr kemm jistà jkun


14

14.06.2020

kullhadd.com

LEJN IL-FUTUR TA’ ŻEWĠ MUTURI TAL-EKONOMIJA Beda l-karriera politika tiegħu minn età żgħira u ilu jservi bħala Membru tal-Parlament mill-1996 u llum huwa s-Segretarju Parlamentari Responsabbli għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni. Setturi importanti ferm għaliex dawn huma fost il-muturi ewlenin tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Setturi li raw diversi miżuri jiddaħħlu li minnhom gawdew iżżgħażagħ u l-familji. Imma x’futur hemm għal dan is-settur? Tkellimna mas-Segretarju Parlamentari Chris Agius dwar dan, imma ma setax jonqos li nitkellmu miegħu wkoll dwar is-sitwazzjoni li għadda minnha, u għadu għaddej minnha l-poplu Malti minħabba s-sitwazzjoni dinjija tal-COVID-19.

Għaliex taħseb li l-Gvern kien f ’pożizzjoni tajba biex jilqa’ minn kull lat għall-imxija tal-COVID-19? Tajjeb li wieħed jiftakar u jfakkar mnejn telaq Gvern Laburista wara li l-poplu tah il-fiduċja fl-2013. Dakinhar sibna pajjiż b’ekonomija staġnata, qgħad tiela’, investiment imdendel li jitlaq minn pajjiżna, dejn nazzjonali jiżdied, defiċit wieħed wara l-ieħor u mitt problema oħra. Sitwazzjoni li fiha kien qed jgħix il-poplu Malti. Imma b’għaqal u bi bżulija rnexxielna noħolqu klima li ressqet lejna ħafna investiment kemm lokali u anki barrani. Ħloqna ħafna impjiegi ġodda. Sirna kalamita għal min ried jinvesti. Sirna wkoll post fejn wieħed ifittex impjieg. U allura rnexxielna npoġġu pedamenti sodi. Pedamenti li fl-aħħar mill-aħħar gawda, u għadu qed igawdi minnhom il-poplu kollu. It-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna sar xi ħaġa normali. Ma bqajniex b’dik l-inċertezza li konna sfortunatament imdorrijin biha sena wara sena. U dan it-tkabbir ekonomiku drajnieh anki jekk pajjiżi ħafna akbar minna kellhom esperjenzi

bil-maqlub. Biżżejjed ngħidu li matul l-aħħar snin kellna tkabbir ta’ aktar minn 5% kull sena. Dan it-tkabbir kien ifisser li kibru n-negozji tagħna, żdiedu l-impjiegi u allura naqas ilqgħad, żdiedu l-pagi u l-pensjonijiet. Fejn jidħol il-qgħad rajna tnaqqis bla preċedent. Ilħaqna livelli li qatt ma kellna qabel, tant l-għajta li f ’pajjiżna kellna x-xogħol jiġri wara l-ħaddiema, u mhux il-ħaddiema jiġru wara x-xogħol! Kif għidt, ħassarna mill-vokabolarju tagħna l-kelma defiċit u llum nisimgħu biss b’surplus fil-finanzi pubbliċi ta’ kull sena u għal din is-sena hemm imbassar surplus ta’ 1.4%, filwaqt li nkomplu naraw tnaqqis fil-piż tad-dejn. Fis-sena 2012 kellna defiċit ta’ 3.6% u dejn nazzjonali ta’ 70% tal-Prodott Gross Domestiku u aħna, bi pjan u b’ħidma bil-għaqal, naqqasnieh għal 40%. Matul l-aħħar xhur pajjiżna, bħall-kumplament tal-pajjiżi madwar id-dinja, kellu jaffaċċja l-pandemija COVID-19. Imma mill-ewwel rajna li nagħmlu dak kollu possibbli sabiex inkunu ppreparati għal din il-pandemija. Ovvjament l-ewwel rajna li nħarsu s-saħħa tal-poplu tagħna. Dik kienet prijorità. Kif jgħid il-Malti, ħsib-

mhux biss lokali, imma wkoll hemm bżonn. Jekk għalaqna konna mfaħħra barra minn l-iskejjel, numru ta’ negozji, xtutna għall-mod kif ħdimna. tlabna lill-anzjani u lill-vulnerabbli biex ma joħorġux, għamilna dan skont il-pariri li Eżatt. Matul dawn l-aħħar kellna mingħand l-awtoritajiet ġimgħat il-Gvern nieda tas-saħħa pubblika. ħafna miżuri ta’ għajnuna Issa niftakru wkoll li kien lil setturi differenti. hemm min beda jgħajjat għal X’taħseb fuq dawn total lockdown mal-ewwel il-miżuri? sinjali li feġġet il-pandemija. Kif għidt tajjeb int, il-Gvern Imma dan mhuwiex il-mod kif ħabbar numru ta’ miżuri mat- taħdem il-politika. Politika serul dawn l-aħħar xhur li minn- ja taħdem fuq pjan meqjus, u hom ibbenefikaw ħafna nies u mhux li tispara bl-addoċċ. Dak huwa l-għaqal, li int negozji. Niftakru li aħna ħadna l-miżuri li kien hemm bżonn tieħu l-pariri u tisma’ mingħand fiż-żmien li l-awtoritajiet tas- l-esperti, f ’dan il-każ l-Awtorsaħħa tawna parir li kellna itajiet tas-Saħħa Pubblika u neħduhom u li ħassew li kien t-tim ta’ esperti, li huma professjonisti fil-qasam tagħhom. Lil dawn kollha, il-frontliners kollha, mill-kbir saż-żgħir, jistħoqqilhom kull tifħir u ringrazzjament. Issa malli bdejna nieħdu dawn il-miżuri biex nilqgħu Matul l-aħħar xhur pajjiżna, għal din l-imxija, ridna naraw li bħall-kumplament tal-pajjiżi madwar nibdew ngħinu wkoll lill-familji id-dinja, kellu jaffaċċja l-pandemija u negozji. Kienu ħafna l-miżuri nieda l-Gvern. Għajnuna lil COVID-19. Imma mill-ewwel aħna rajna lidawk li n-negozji tagħhom intli nagħmlu dak kollu possibbli sabiex laqtu u kellhom jagħlqu. Hawn inkunu ppreparati għal din il-pandemija. rajna li l-ħaddiema f ’dawn Ovvjament l-ewwel rajna li nħarsu is-setturi jingħataw €800 fix-xahar jekk jaħdmu full-time s-saħħa tal-poplu tagħna. Dik u €500 għal part-timers. kienet prijorità Dan minbarra għajnuniet

na fil-ħażin, biex it-tajjeb ma jonqosx. U naħseb hawnhekk tajna eżempju lid-dinja b’dak kollu li għamilna u r-riżultati li ksibna. Tant li kellna kliem ta’ tifħir minn aġenziji internazzjonali, saħansitra sirna pajjiż li ta eżempju ta’ ħidma għaqlija. Iżda ridna naraw ukoll li nsalvaw l-impjiegi u n-negozji tagħna. U anki hawn, għax kellna ekonomija b’saħħitha, għax kellna Gvern bil-għaqal, stajna ngħinu lill-familji u n-negozji tagħna. U tajjeb li ngħid li din l-għajnuna li tajna sa mill-bidu, ukoll bil-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomiku li tħabbar proprju din il-ġimgħa, tajna risposta


15

14.06.2020

kullhadd.com

oħra għal dawk li ma ntlaqtux totalment. Għal dawk li kellhom jieħdu leave tal-kwarantina tajniehom l-għajnuna wkoll, kif ingħatat ukoll lil dawk bi bżonnijiet speċjali u dawk il-ġenituri li riedu jibqgħu d-dar jieħdu ħsieb lil uliedhom. Qed insemmi ftit fuq fuq, għax l-għajnuniet li ngħataw hija lista li ma tispiċċa qatt. Għall-grazzja ta’ Alla, bdejna ħerġin mill-periklu tal-imxija u bdejna nirrilaxxaw il-miżuri. Bdejna naraw il-ħwienet jiftħu u n-nies imorru lura għax-xogħol. Il-ħbieb reġgħu bdew jiltaqgħu. Il-ħajja bdiet tirritorna għan-normal. Iżda, għax konxji li n-negozji tagħna għad baqgħalhom bżonn l-għajnuna, rajna li dawn l-għajnuniet jibqgħu għaddejjin anke jekk fetħu. U mhux hekk biss, iżda issa ser inkunu qed ngħinu wkoll lin-negozji fil-kontijiet tad-dawl u anke fil-kirjiet. Dawn minbarra ħafna aktar miżuri, bħal tnaqqis fil-prezz tal-fuel, għajnuna għal min kellu jħassar it-tieġ… insomma kif għidt, hemm lista enormi ta’ miżuri u għajnuniet li tajna. Dan huwa l-mod kif jaħdem dan il-Gvern - bil-għaqal u bi bżulija. Issa nduru għar-responsabbiltajiet tiegħek bħala Segretarju Parlamentari. Il-qasam tal-kostruzzjoni u l-proprjetà huma setturi importanti ħafna għallekonomija ta’ pajjiżna. Dawn ukoll intlaqtu b’xi mod minn dak li seħħ madwarna. Kif tħares lejn dak li għadda minnu dan is-settur u x’futur tara għalih? Sewwa qed tgħid. Il-qasam tal-kostruzzjoni u l-proprjetà huma fost il-muturi ewlenin tal-ekonomija ta’ pajjiżna. Kollha kemm aħna niftakru li dan is-settur kien għaddej minn slowdown matul is-snin 2011 u 2012. Allura malli l-poplu tana l-mandat, u ridna nċaqalqu l-ekonomija u l-kummerċ f ’pajjiżna, mill-ewwel ħsibna f ’dawk is-setturi li jħallu effett immedjat. Wieħed minn dawn kien is-settur tal-proprjetà. U l-ewwel miżura li għamilna kien li ħabbarna tnaqqis fil-ħlas talboll għal min jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu. Kienu eluf li bbenefikaw minn din il-miżura, li permezz tagħha, kull min xtara l-ewwel dar iffranka €5,000 fuq l-ewwel €150,000. Dan żgur kien mod tajjeb ħafna kif stajna ngħinu ħafna koppji żgħar f ’dan l-akbar investiment ta’ ħajjithom. Tajjeb li wieħed ifakkar

fil-popolarità ta’ din l-iskema. Naraw li minn Jannar 2014 sa Lulju 2019 kien hemm 19,326 individwu li bbenefikaw minn din l-iskema li wasslet sabiex ġew iffrankati €61.4 miljun. U nafu sew li dawn gawdew minnhom iż-żgħażagħ, il-familji tagħna. Fl-aħħar baġit, għax konna konxji li l-valur tal-proprjetà kien għola, rajna li anki aħna nċaqalqu l-ammont li fuqu jibbenefikaw il-familji tagħna meta qed jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Illum kull min jixtri proprjetà b’valur ta’ €175,000 kien se jiffranka sa €6,500. Din il-miżura għad irridu naraw ir-riżultati tagħha għax daħlet fis-seħħ ftit ġimgħat biss qabel kellna d-dħul tal-imxija f ’pajjiżna. Konxji wkoll li għandna ħafna, speċjalment koppji żgħażagħ, li għalkemm ikunu jixtiequ li jkollhom id-dar tagħhom, meta jiġu biex jagħmlu dan il-pass isibu l-problema tal-10%, u aħna ddeċidejna li ngħinu lil dawn ukoll. U allura dawk iż-żgħażagħ li m’għandhomx l-10%, il-Gvern ser ikun qed jislef lil dawk li għandhom anqas minn 40 sena, sa €175,000 u dawn jitħallsu fuq perjodu ta’ 15-il sena mingħajr interessi. Jiġifieri jekk ser tixtri proprjetà ta’ €175,000, mhux biss ser tiffranka €6,000 u €500 boll, iżda taf li ser issib l-10%, jekk ikollok bżonn. F’dan iż-żmien diffiċli għal kulħadd, anki s-settur tal-proprjetà għadda minn żminijiet ftit aktar kajmana. U għal darb’oħra rridu nagħtu spinta lil dan is-settur. U ftit tal-ġranet ilu ħabbarna wkoll bidla f ’min jista’ jibbenefika mill-iskema tal-first time buyers. Kien hemm min beda jsibha diffiċli jibbenefika għax kellu xi garaxx jew part-ownership fi proprjetà. Illum dawn jistgħu jibbenefikaw mit-tnaqqis filħlas tal-boll. Iżda morna pass oltre u ħabbarna tnaqqis ieħor għal min qed jixtri proprjetà. Ir-rata tat-taxxa tal-boll fuq xiri ta’ proprjetà sa €400,000 ser tkun qed tonqos minn 5% għal 1.5% fuq kuntratti li se jiġu ffirmati bejn id-9 ta’ Ġunju u l-31 ta’ Marzu 2021. Fl-istess waqt, it-taxxa għal dawk li qegħdin ibigħu proprjetà li qed tiġi żviluppata jew dawk il-kuntratti li jsiru wara l-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Marzu 2021, ser tonqos minn 8% għal 5%. F’dan kollu x’naraw? Naraw li aħna qed nagħmlu minn kollox, dak kollu possibbli biex intaffu l-piżijiet fuq il-poplu. Għax nistgħu. Imma huwa wkoll riflessjoni li dan huwa Gvern li qed jaħdem biex għada verament ikun aħjar.

Fl-aħħar baġit, għax konna konxji li l-valur tal-proprjetà kien għola, rajna li anki aħna nċaqalqu l-ammont li fuqu jibbenefikaw il-familji tagħna meta qed jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom. Illum kull min jixtri proprjetà b’valur ta’ €175,000 kien se jiffranka sa €6,500. Din il-miżura għad irridu naraw ir-riżultati tagħha għax daħlet fis-seħħ ftit ġimgħat biss qabel kellna d-dħul tal-imxija f’pajjiżna


16

14.06.2020

kullhadd.com

GĦAX ŻGĦAR NOQOGĦDU? Evarist Bartolo Ministru

Jgħidu li l-istorja għalliema tajba iżda mhux dejjem issib studenti lesti li jitgħallmu. 2,436 sena ilu kient għaddejja gwerra bejn Ateni u Sparta. Ateni nvadiet il-gżira ċkejkna ta’ Melos (xi tliet darbiet daqs Għawdex). Riedet tuża l-portijiet tagħha għax-xwieni tagħha. In-nies ta’ Melos xtaqu jibqgħu newtrali u jgħixu fil-paċi: kemm ma’ Ateni, kif ukoll ma’ Sparta. Ateni ma riditx taf. Qalet lil Melos: ċedu. Intom żgħar. Mhux x’tixtiequ intom jgħodd. Imma xi rridu aħna. Il-kbar jagħmlu li jridu. Iż-żgħar ikollhom joqogħdu.

Melos ma ċedietx. Ateni nvadietha. Rebħitha. L-irġiel kollha ġew maqtula. It-tfal u n-nisa ħaduhom bħala lsiera. Kif Ateni ttrattat lil Melos għadha tissemma bħala kif ilpajjiżi l-kbar jistmaw lill-pajjiżi ż-żgħar. Bil-goff jew bi kliem ħelu jgħidulhom: Intom żgħar. Mhux x’tixtiequ intom jgħodd. Imma xi rridu aħna. Il-kbar jagħmlu li jridu. Iż-żgħar ikollhom joqogħdu. Iż-żgħar isibu ħafna min jipprietkalhom. Min jinvestigahom. Min jakkużahom. Min jikkundannahom. Isibu ferm inqas min lest jgħinhom biex jużahom għall-interessi tiegħu. F’dawk li għandhom x’jaqsmu dmirijiet, obbligi internazzjonali, liġijiet u konvenzjonijiet ... il-pajjiżi ż-żgħar mistennija jħarsuhom daqs il-kbar. Xħin niġu għas-solidarjetà u fejn iż-żgħar jistennew li jsibu lill-kbar jgħinuhom, jitħallew ifendu għal rashom. Allura ż-żgħar ikollhom joqogħdu għal kollox? Jew jaraw kif ifittxu l-ġid u l-interessi tagħhom mill-aħjar li

jistgħu? Ma naħsibx li għandna nċedu l-armi. Għandna nifirxu u nsaħħu r-rabtiet ma’ pajjiżi differenti għall-ġid tal-poplu tagħna u ta’ pajjiżna. Nemmen li pajjiż ċkejken bħal tagħna għandu jaħdem biex ikollu relazzjonijiet tajba mal-akbar numru possibbli ta’ pajjiżi oħra. Nemmen li n-newtralità tagħna għandha tiggwidana kif naħdmu ma’ pajjiżi oħra biex ma nħallu l-ebda pajjiż jiddominana, jiddettalna x’għandna nagħmlu u jużana kontra ħaddieħor. Għandna nkunu ħbieb anki ma’ pajjiżi miġġildin ma’ xulxin bla ma nżommu ma’ wieħed kontra l-ieħor. Fuq kollox għandna dejjem inżommu ma’ Malta. Fil-futbol imdorrijin li għax aħna żgħar għandna supporters club ta’ timijiet kbar u famużi barranin. Iżda xħin niġu għar-rabtiet li għandu jkollna ma’ pajjiżi oħra, nemmen li għall-ġid tagħna u bla ma niġġieldu kapriċċjożament ma’ ħadd, m’għandna nkunu fl-ebda supporters club, ħlief f ’dak ta’ Malta. Fl-istess ħin, li nħobbu lill-poplu tagħna u lil pajjiżna

bl-ebda mod m’għandu jfisser li għandna nobogħdu popli u pajjiżi oħra jew ningħalqu fina nfusna u nidħlu fi sqaq. Aktar kemm niżviluppaw rabtiet ta’ ħbiberija mal-akbar numru possibbli ta’ pajjiżi, aktar aħjar. Illum iżjed minn qatt qabel, ħafna sfidi u problemi ma jista’ jsolvihom l-ebda pajjiż waħdu, kbir kemm hu kbir, aħseb u ara pajjiż ċkejken bħal tagħna li biex jgħix bilfors irid jikkummerċja mal-bqija tad-dinja. F’ħafna oqsma rridu naħdmu ma’ pajjiżi oħra għall-ġid komuni: fosthom it-tibdil fil-klima, it-turiżmu, il-kummerċ, il-ġlieda kontra l-kriminalità ekonomika internazzjonali, l-immigrazzjoni, il-ġlieda kontra l-mard, il-paċi u s-sigurtà. Waqt li kull pajjiż jagħmel mill-aħjar li jista’ biex jaħseb għal rasu, mhux f ’kull qasam u fuq kollox il-pajjiżi jikkompetu ma’ xulxin u dak li jirbaħ wieħed, jitilfu l-ieħor. Hemm fejn il-pajjiżi jirbħu jekk jaħdmu flimkien flok kontra xulxin. Għandna naħdmu id f ’id ma’ pajjiżi oħra fejn dak li nagħmlu jkun għall-ġid tagħhom u tagħna.

Ma naħsibx li għandna nċedu l-armi. Għandna nifirxu u nsaħħu r-rabtiet ma’ pajjiżi differenti għall-ġid tal-poplu tagħna u ta’ pajjiżna. Nemmen li pajjiż ċkejken bħal tagħna għandu jaħdem biex ikollu relazzjonijiet tajba mal-akbar numru possibbli ta’ pajjiżi oħra

ĦSIEB EKONOMIKU KEYNESJAN

Aaron Farrugia Ministru

Politiċi internazzjonali ilhom għal dawn l-aħħar snin jistaqsu x’inhi l-formula rebbieħa tal-Gvern biex dawwar defiċit f ’surplus sena wara l-oħra, inaqqas id-dejn u jirregistra l-ikbar tkabbir ekonomiku fiż-Żona Ewro mingħajr ma resaq pulzier lejn il-mudell ta’ awsterità imbuttat minn numru ta’ pajjiżi. Ir-risposta hi waħda ċara ħafna fejn mingħajr ma vvintajna r-rota, aħna bħala Gvern b’ruħ soċjali, iżda li jemmen f ’finanzi b’saħħithom biex

ikollu pajjiż b’saħħtu, ħaddem il-mudell ekonomiku Keynesjan, mudell li jsegwi fuq id-duttrina ta’ John Maynard Keynes. Dan Keynes kien riformista fil-qasam tal-ħsieb ekonomiku, u biddel għalkollox il-mod ta’ kif wieħed juża l-ispiża tal-Gvern biex jikkontrolla l-ekonomija. Keynes kien ħareġ bl-idea li l-aħjar mod kif il-gvernijiet jiġġieldu r-reċessjonijiet huwa billi jżidu l-ispiża tagħhom u mhux inaqqsuha. Apparti hekk, Keynes kien jemmen li t-taxxi għandek tnaqqashom mhux iżżidhom. Hu dan ilmudell ekonomiku mmudellat għal pajjiżna li wassalna għas-suċċessi li ksibna. Dan il-mudell erġajna użajnieh fl-isfond tal-imxija talCOVID-19. Kemm waqt u kemm issa li ħerġin minnha. Fiż-żewġ okkażjonijiet, il-miżuri u l-inċentivi mħabbra kienu speċifiċi biex jindirizzaw il-bżonnijiet meħtieġa f ’kull żmien partikolari. Il-ħidma fil-bidu kienet immirata biex insalvaw l-impjiegi u n-negozji tagħna. Il-pakketti

finanzjarji kienu speċifiċi biex in-negozji u l-industrija jżommu l-ħaddiema fuq il-kotba tagħhom bl-ispiża maġġuri tgħaddi fuq il-Gvern. Kien hemm ukoll tax deferrals biex nagħtu nifs lil min iħaddem. Din id-darba però, fil-pjan ta’ rkupru li ħabbarna din ilġimgħa, konna ċari li rridu ngħinu fl-istimolu tal-ekonomija biex nerġgħu nibdew niġu fuq saqajna u allura li nżidu l-konsum privat, ninvestu f ’industriji ġodda, inkluż dawk ħodor u ngħinu fl-ispejjeż rikorrenti fejn l-ispiża tinqasam bejn in-negozji u l-Gvern. Il-miżuri li ħadna stajna niħduhom għax l-andament ekonomiku fil-pajjiż kien b’saħħtu. Li kieku pajjiżna kien f ’qagħda finanzjarja ħażina bħal dik li ħallielna Gvern Nazzjonalista fl-2013 allura ma kienx ikollna l-cushion bżonjuża. Meta l-PN ħallielna defiċit eċċessiv, kien qiegħed ukoll iħalli l-Gvern f ’sitwazzjoni fejn irid bilfors jiddiskuti mal-Kummissjoni Ewropea l-baġit ta’ kull sena. Kien ukoll f ’qagħda fejn

ma jistax ikompli jissellef iktar għax kien barra mill-kriterji ta’ Maastricht. Il-ħidma li għamilna fl-aħħar seba’ snin kienet kruċjali biex issa stajna nissellfu b’rati vantaġġużi u ngħinu kif mitlub u meħtieġ. Għada aħjar. Din kienet it-tema li ħriġna biha fl-aħħar jiem. Għada aħjar għax aħna poplu reżiljenti. Għax diġà jinħass il-feel good factor. Kull ekonomista jgħidlek li l-feel good factor ma tixtrihx. Ebda Gvern ma jista jixtri l-feel good factor. Dan jista’ biss jinkiseb u jintrebaħ. U hu proprju dan li qed nagħmlu bħalissa, li l-poplu Malti jerġa’ jħossu kunfidenti jonfoq u n-negozji komdi jinvestu, jiftħu u jħaddmu iktar nies. Pajjiżi oħra viċin tagħna jinsabu għarkupptejhom. Aħna lesti biex nistartjaw il-magni. Il-ħidma li għamilna fl-aħħar ġimgħat qed tħalli l-impatt li dejjem xtaqna. Aħna l-Maltin poplu reżiljenti. Għaddejna minn ħafna battalji u t-triq tagħna dejjem kienet għat-tela. Dan hu pajjiż li qatt ma kellu riżorsi naturali, hu pajjiż żgħir ħafna u l-klima

hi waħda ta’ sfida. Xorta waħda pajjiżna rnexxa u llum jinsab mal-aqwa ekonomiji fl-Ewropa. Jien, bħalek, kunfidenti mill-bieraħ u mil-lum. Kunfidenti minn għada.

Il-miżuri li ħadna stajna niħduhom għax l-andament ekonomiku fil-pajjiż kien b’saħħtu. Li kieku pajjiżna kien f’qagħda finanzjarja ħażina bħal dik li ħallielna Gvern Nazzjonalista fl-2013 allura ma kienx ikollna l-cushion bżonjuża


17

14.06.2020

kullhadd.com

MILL-ĠDID GĦAN-NORMALITÀ

Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

It-Tnejn li għadda, il-Prim Ministru ħabbar baġit multimiljunarju, baġit li l-iskop tiegħu huwa li jippremja l-bżulija u jinkoraġġixxi lill-poplu sabiex issa, li kollox jindika li l-mewġa tal-pandemija kkalmat sew fuq pajjiżna, jibda jdawwar l-ekonomija millġdid, igawdi s-sajf li huwa tant qrib tagħna u jżur il-ħwienet u l-istabbilimenti, dejjem bl-istess prekawzjonijiet ta’ distanza soċjali u kawtela. Jien l-ewwel waħda m’iniex se nippretendi li ġaladarba l-awtoritajiet irrilaxxaw diversi miżuri meħuda biex nikkontrollaw il-pandemija, il-poplu ser jitlaq jiġri mill-ewwel. Nifhem li n-nies għadhom taħt xokk u jridu ż-żmien tagħhom sabiex jerġgħu għan-normalità li konna qed ngħixu sa tliet xhur ilu. Erġajna lura fuq il-postijiet tax-xogħol minn nhar it-Tnejn li għadda. Ngħid għalija, il-pandemija ma waqqfitnix milli nibqa’ nagħti l-massimu tax-xogħol permezz tat-teleworking. Kien esperiment li ħadem ngħid jien kemm fis-settur pubbliku kif ukoll fis-settur privat. Imma s-sensazzjoni li terġa’ tmur lura fl-uffiċċju hija tassew sabiħa. Il-bniedem mhux maqtugħ sabiex jgħix magħluq bejn erba’ ħitan u għaldaqstant imqar jekk tmur ix-xogħol u terġa’ tibda tiltaqa’ u tiddiskuti x-xogħol mal-kollegi tiegħek huwa diġà nifs ġdid lura sabiex terġa’ tibda tgħix u mhux teżisti. Ninsab ċerta li l-maġġoranza kbira u assoluta tal-poplu għoġbu dan ilbaġit imħabbar it-Tnejn li għadda u dan jinkludi l-istakeholders, l-unjins u l-korpi kostitwiti. Sa ċertu punt ħafna kienu sorpriżi għaliex ma stennewx li l-Gvern se jroxx daqshekk u se jinċentiva daqshekk il-poplu biex jinkoraġġih joħroġ mill-fosdqa li daħal fiha u jerġa’ jibda jgawdi u jgħix. Barra li inċentiva lill-poplu, kien hemm bżonn li jinċentiva lin-negozji, jgħinhom u jwiżinhom sabex jerġgħu jsibu saqajhom u jirrankaw. L-ekonomija mhix se tirkupra mil-lum għal għada. Se tieħu ż-żmien. Madanakollu, dan il-baġit għandu l-mira li jsostni n-negozji u jissalvagwardja l-impjiegi sakemm l-ekonomija terġa’ tirranka sewwa u n-negozji mhux talli jkunu kapaċi

jfendu waħidhom, talli joħolqu biżżejjed ġid li jerġgħu huma stess joħolqu tant impjiegi li ma jlaħħqux mad-domanda u jidħlu f ’kompetizzjoni bejniethom sabiex isibu l-ħaddiema li għandhom bżonn, hekk kif konna sa Jannar li għadda. M’għandix dubju li din il-mira se nilħquha fil-futur qrib, għax il-Malti huwa bil-għaqal u l-Malti jħobb igawdi wkoll. Fuq kollox pajjiżna huwa ffortunat li fi kriżi mondjali tant hekk kbira, kien hawn Gvern Laburista li qed imexxi l-pajjiż. Dan il-Gvern ħaseb u ħadem sabiex ikollu sodda fuq xiex jistrieħ li kieku kellna ngħaddu minn żmien ta’ kriżi. Din il-kriżi effettivament ġiet u pajjiżna daħal għat-test. Malta ma għerqitx bħalma għerqu pajjiżi kbar oħra fl-Unjoni Ewropea, irnexxielna nżommu l-figuri tal-qgħad baxxi kemm jista’ jkun. Kellna strateġija mill-aqwa kif ikkumbattejna din l-imxija, strateġija li ġiet imfaħħra u rrakkomandata mad-dinja kollha. Issa l-Gvern reġa’ addatta strateġija fejn jinċentiva u jħajjar lill-poplu sabiex idawwar l-ekonomija, minflok imur għall-istrateġija difensiva ta’ self u taxxi li qed tissuġġerixxi l-UE. Dan il-Gvern qatt ma emmen fi pjan ekonomiku t’awsterità u żgur mhuwiex sejjer lejn dik il-linja issa. Anzi jemmen li tagħti inċentivi li jdawru l-ekonomija u b’hekk jinħoloq il-profitt li jsarraf f ’aktar investiment u ħolqien ta’ impjiegi.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 4 ta’ Ġunju Huwa minnu li l-Kap tagħna Adrian (mhux Manuel) Delia huwa bniedem bravu ħafna, imma ma tistax tistenna l-impossibbli mingħandu. U la mingħandu u lanqas minn ħadd. Imma l-Gvern qiegħed jippretendi li meta nhar it-Tnejn iressaq il-mini-baġit, permezz tal-Ministru Edward Scicluna, Adrian Delia jqum dak ilħin stess biex jagħmel l-analiżi, jew il-kritika tiegħu. Imbagħad, fl-istess seduta, jagħmel dik li nsejħulha r-replika, il-Prim Ministru Robert Abela. Mhux sew, hux veru, li nistennew reazzjoni immedjata mill-Kap tagħna. Insomma, jien konvint li l-Kap tagħna se jagħti reazzjoni tajba. Fuq kollox, meta jitressaq il-baġit normali, ilKap tagħna mill-ewwel jagħti r-reazzjoni tiegħu. Il-Ġimgħa, 5 ta’ Ġunju Ma fhimt assolutament xejn minn dak li qal il-Kap tagħna Adrian Delia dwar riformi fil-partit tagħna. Milli jidher, il-veteran li jien tant nammira, Louis Galea, baqa’ ma għamel xejn f ’dawn l-aħħar xhur ħlief ħalliena nistennew biex naraw biex se joħroġ. U tant ma għamel xejn li issa ħtarna numru ta’ kumitati, sejħilhom li trid, biex jagħmlu x-xogħol li Louis Galea suppost għamel f ’dawn l-aħħar xhur. Filfatt, il-Kap tagħna aktar faħħar lil Claudio Grech, u skont ma fhimt jien, kien hu li ressaq il-proposti biex isiru r-riformi li ilna nitkellmu dwarhom tliet snin. Insomma, kien min kien, jien naħseb li aħjar nibdew nitkellmu fuq il-manifest elettorali, aktar u aktar, jekk il-Kap tagħna għandu tagħrif li l-elezzjoni tinsab wara l-bieb. Is-Sibt, 6 ta’ Ġunju

M’għandix dubju li din il-mira se nilħquha fil-futur qrib, għax il-Malti huwa bil-għaqal u l-Malti jħobb igawdi wkoll. Fuq kollox pajjiżna huwa ffortunat li fi kriżi mondjali tant kbira, kien hawn Gvern Laburista li qed imexxi l-pajjiż

Xi ħlew ta’ ritratt man! Titgħaxxaq tara lillKap tagħna, Adrian Delia, flimkien ma’ deputati li mhumiex parti mis-17-il eroj jew 17-il traditur, flimkien mal-Prim Ministru, ministri u deputati min-naħa l-oħra, jiehdu kafè flimkien. Li kont naf, kont nara x’nagħmel biex inkun magħhom. Imma apparti minn dan, ħadt gost għax ir-ritratt għamilli kuraġġ li ma ndumx ma nkun nista’ nagħmel bħalhom, nidħol salBelt u nieħu drink ma’ min niltaqa’, ikunu min ikunu dawk li niltaqa’ magħhom. Fuq kollox, meta nitla’ sal-Belt ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, ma noqogħdux ngħidu jekk dak hux Nazzjonalist jew Laburist. L-aqwa li nixorbu xarba u nieħdu gost, kif wara kollox għandu jkun. Il-Ħadd, 7 ta’ Ġunju Xejn ma naqbel mal-Kap tagħna Adrian Delia li offra li jmur Brussell flimkien ma’ Robert Abela biex jikkonvinċu lill-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea li l-problema

tal-immigranti mhix problema tagħna biss u li aħna ma nifilħux għaliha. Insomma, jien aktar ngħid li qalha biex jidher sabiħ. L-ewwel nett għax anke jekk imur Brussell ma’ Robert Abela, lilu mhux se jħalluh jidħol għal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri. Barra minn hekk, tal-Unjoni Ewropea jafu li bħala poplu aħna magħqudin fuq din il-problema, u m’hemmx għalfejn joqgħod imur Brussell ma’ Robert Abela. Naħseb li jkun aħjar jekk l-ewwel jikkonvinċi lil tal-Partit Popolari Ewropew, fejn hemm Simon Busuttil. It-Tnejn, 8 ta’ Ġunju Tħawwadt fuq li tħawwadt illum, man! Għax ngħiduha kif inhi, li jagħtini €80 biex nonfoqhom għal żaqqi, mhix ħaġa ħażina. Anzi lili għoġbitni ħafna għax nista’ mmur, tal-inqas milli fhimt, sal-każin, u noqgħod nonfoq €80 ftit ftit fi drinks. Tal-apitajżers is-soltu ma nħallasx, mhux hekk! Żgur li dawn it-€80 m’iniex se nonfoqhom ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, għax kieku mur oqgħod bi lsienu! Imma l-ħsieb tiegħi huwa li nqatta’ weekend break ġo xi lukanda. Waħdi man! Min jaf, forsi, niltaqa’ ma’ xi ħadd li jnessini l-inkwiet li għandna fil-partit darba glorjuż tagħna! It-Tlieta, 9 ta’ Ġunju Illum ma nistax ngħid li hawn għaqdiet, korpi, sejħilhom li trid, li faħħru lill-Gvern għax huma Laburisti. Ma naħsibx li hemm wisq xi tmaqdar fil-miżuri li tħabbru minn Robert Abela lbieraħ. Anzi, skont Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, li llum ma naqasx li jċempilli biex joqgħod jiftaħar bil-pakkett ta’ Robert Abela, ma fih assolutament xejn xi tmaqdar. Skont hu, il-klijenti li marru jixtru mingħandu llum, kulħadd kliem ta’ tifħir kellu għal Robert Abela. Ngħidha kif inħossha. F’qalbi anke jien faħħartu, imma jien ma nasal qatt li nfaħħru quddiem in-nies jew ma’ xi ħaddieħor. Ma tarax, man! Mela l-akbar Nazzjonalist fil-pajjiż jasal biex jagħmel xi ħaġa bħal din. L-Erbgħa, 10 ta’ Ġunju Segwejt id-dibattitu dwar il-mini-baġit, jew pakkett ta’ miżuri, sejjaħlu li trid. Ħadt gost ħafna nisma’ lil Mario de Marco u lil Claudio Grech għax dawn urew li mhux minnu dak li qal Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna li ħlief kliem ta’ tifħir ma semax. La Claudio Grech u lanqas Mario de Marco ma faħħruh. U ovvjament, lanqas il-Kap tagħna Adrian Delia ma faħħru, għalkemm ħawwadni ftit għax ma nafx x’ried jgħid biha li l-Gvern se jgħin lil dawk li qegħdin jegħrqu u mhux lil dawk li qegħdin jgħumu f ’baħar imqalleb. Ngħid għalija, li se ngawdi wkoll, la qiegħed ngħereq u lanqas qiegħed ngħum f ’baħar imqalleb.


18

14.06.2020

kullhadd.com

LURA GĦAN-NORMALITÀ B’BAĠIT MULTIMILJUNARJU BIEX IGAWDI L-POPLU KOLLU Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Pajjiżna mexa b’mod għaqli tassew waqt il-pandemija COVID-19. Madanakollu, dak li għaddiet minnu d-dinja kollha nħass kullimkien inkluż f’pajjiżna. Iżda Gvern għaqli ħaseb għal dan u ma ħalliex il-poplu jgħum fil-mewġ waħdu tant li t-Tnejn li għadda, 8 ta’ Ġunju 2020, tħabbar baġit multimiljunarju biex jgħin lil pajjiżna jerġa’ jaqbad ritmu li konna drajna bih. It-tlajja’ qatt mhuma faċli iżda bl-għajnuna u l-ġenwinità, nimxu ’l quddiem. Tkellimt mal-Onorevoli Clayton Bartolo, is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u Ekonomija Diġitali.

Statistika tal-Eurostat li ħarġet fid-9 ta’ Ġunju indikat li l-mod kif il-Gvern mexxa l-pajjiż mil-lat ta’ saħħa u mil-lat ekonomiku, ħalla lil Malta fost l-aqwa fl-Ewropa f ’dan ir-rigward. X’tikkummenta dwar dan? Ma tistax ma tkunx kburi. Jekk imorru lura għal Jannar li għadda meta f ’pajjiżna ma kellniex każijiet irrapportati ta’ COVD-19 konna diġà qed nisimgħu b’aħbarijiet li s-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci flimkien mat-tim tagħha kienu qed jgħidulna li pajjiżna qed jipprepara għal kull eventwalità. Allura, dawn il-kummenti pożittivi dwar Malta mhumiex ġejjin b’kumbinazzjoni. Bħala Gvern ħadna deċiżjonijiet ibsin, imma għax il-poplu kkopera magħna, illum nistgħu ngħidu li bil-mod bdejna ħerġin minn din il-pandemija. Irrid nirrikonoxxi x-xogħol kbir li għamlu l-frontliners tagħna. F’din il-gwerra b’għadu li ma nafux minn fejn ġej, kellna suldati li għelbu din il-pandemija bil-kbir. Minn aspett ekonomiku, minkejja l-pandemija, it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna baqa’ wieħed pożittiv tant li f ’termini reali l-ekonomija Maltija kibret b’1.9%, kuntrarju ta’ ekonomiji kbar fl-UE bħall-Ġermanja, Franza, Spanja u l-Italja li esperjenzaw tnaqqis sostanzjali fil-prodott gross domestiku.

Kif il-Gvern ser ikun qed jagħmel kuraġġ lil dawk l-industriji li se jerġgħu jiftħu l-bibien wara l-pandemija, fosthom dik tat-turiżmu u l-kummerċ? Huwa fundamentali li nerġgħu nsaħħu l-fiduċja fost il-klassijiet soċjali ta’ pajjiżna. L-ewwel nett estendejna l-miżura talwage supplement li kienet daħlet fis-seħħ f ’Marzu li għadda kif ukoll il-Gvern ser jagħmel tajjeb għal nofs il-kontijiet tal-elettriku għan-negozji li ġew milquta minħabba l-COVID-19. Irridu ninkoraġġixxu l-kwalità tal-ħajja li l-Maltin u l-Għawdxin kienu jesperjenzaw qabel ma faqqgħet din il-pandemija. Kien għalhekk li se nagħtu voucher ta’ €100 lill-persuni ta’ 16-il sena ’l fuq biex insaħħu l-konsum domestiku li hu parti integrali tal-ekonomija Maltija.

joni. Illum qed ngħixuh flimkien. F’dawn l-aħħar seba’ snin, dan il-Gvern naqqas id-dejn li writna minn ta’ qabilna u sena wara sena rnexxielna niksbu surplus fil-finanzi tal-pajjiż. Lil pajjiżna komplejna mmexxuh ’il quddiem u hemmhekk fejn tara l-kobor ta’ dan il-Gvern. Fi kriżi ekonomika li ma ħloqniex aħna, flok morna għar-rotta tal-awsterità kif għamel ħaddieħor, rajna li nqassmu l-ġid li minnu jgawdi kulħadd. Illum, qed nagħtu lill-poplu minn dak li faddalna fl-aħħar snin. Dan qed nagħmluh mhux b’kapriċċ imma biex insaħħu l-kompetittività tagħna f ’suq ekonomiku differenti minn ta’ Jannar li għadda. Fuq xiex huwa bbażat dan il-pjan ta’ riġenerazzjoni?

Prinċipalment, huwa bbażat fuq tliet pilastri li dawn tal-aħħar isibu lilna bħala Gvern ta’ spalla magħhom. L-ewwel prinċipju Il-Gvern fil-fatt nieda pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika huwa li nnaqqsu l-ispejjeż fuq in-negozji u ninċentivawhom li permezz tiegħu qegħdin jissaħħu l-familji u n-negozji. ħalli jkunu jistgħu jinvestu. Fl-istess waqt irridu nerġgħu nagħtu Bil-miżuri li tħabbru, in-nefqa totali tammonta għal spinta lid-domanda domestika 900 miljun fejn il-Gvern tenna kif ukoll sostenn dirett lill-indusli b’hekk qegħdin nassiguraw trija lokali. Fiduċjuż li dawn talGħada Aħjar għal poplu Malti aħħar se jerġgħu jsaħħu l-fiduċja u Għawdxi. Dan huwa għaqal biex pajjiżna jkompli jimxi f ’direzzjoni tajba. fit-tmexxija? Niftakru li l-prinċipju tal-għaqal fit-tmexxija, il-Partit Laburista kien diġà qed jitkellem dwaru minn meta kien fl-Oppożizz-

Iżda bħal donnu hawn ċerti nies li tagħmel x’tagħmel xorta jridu jikkummentaw b’mod negattiv saħansitra

anke dwar l-għoti tal-voucher ta’ €100 mill-Gvern biex jintefaq f ’diversi setturi f ’pajjiżna. Qatt ma naf li f ’pajjiżna Gvern ta daqshekk għajnuna, lanqas meta kien hawn riċessjoni madwar l-Ewropa kollha. X’tikkummenta dwar dan? Aħna Gvern ta’ kulħadd. Hemm dawk li jikkritikawna b’mod kostruttiv u fuq in-naħa l-oħra għandna Oppożizzjoni ankrata fin-negattività. Kieku ħadna l-parir tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex immorru għal lockdown totali, pajjiżna kien verament ikun f ’xifer ta’ riċessjoni. Huwa faċli tikkritika però aħna niggvernaw b’mod prudenti fejn meta ħadna t-tmun ta’ dan il-pajjiż fl-2013 writna sitwazzjoni ta’ dejn eċċessiv minn amministrazzjoni Nazzjonalista. Sforz l-għaqal ekonomiku li semmejt qabel ħidmna b’mod illi naqqasna dan id-dejn f ’livelli rekord sabiex intaffu mill-piż finanzjarju fuq il-ġenerazzjonijiet li ġejjin kif ukoll ikollna ammunizzjoni b’saħħitha għal żminijiet diffiċli li għadna kif esperjenzajna. Din it-taħlita ta’ għaqal u governanza tajba wasslet sabiex ippreżentajna pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika bla ebda preċedent. Tajjeb nelenkaw uħud mill-inċentivi li ħabbar

il-Gvern nhar it-Tnejn li għadda f ’dan il-baġit multimiljunarju biex b’hekk il-poplu jkompli jkun mgħarraf dwar il-possibbiltajiet t’għajnuniet li hemm għalih. Lil hinn mit-traħħis fil-kontijiet għan-negozji u l-vouchers għad-divertiment, dan kien pjan ta’ rkupru li ħaseb f ’kulħadd. Biss biss, il-Gvern se jagħti rifużjoni tat-taxxa lil 210,000 ħaddiem li ħadmu tul l-2018. Apparti minn hekk, fejn qabel min kien se jixtri proprjetà ried iħallas bolla ta’ 5% issa se jkun qed iħallas 1.5%. Fost ħafna miżuri oħrajn, ser nagħtu wkoll għajnuna lil dawk il-kumpaniji li jħarsu lejn swieq ġodda b’allokazzjoni ta’ €10 miljun biex issir skema ta’ export credit guarantee kif ukoll raħħasna b’seba’ ċenteżmi l-petrol u d-diesel. Madankollu, smajna bosta reazzjonijiet pożittivi fosthom mill-UĦM fejn il-Kap Eżekuttiv is-Sur Josef Vella tkellem b’mod pożittiv fuq numru ta’ miżuri mħabbra mill-Gvern. X’wassal biex dan il-pass mill-Gvern kien ta’ suċċess? Għandna l-lussu li l-Prim Ministru Robert Abela huwa mexxej li jisma’ lil kulħadd. Huwa bniedem tal-poplu li jagħraf


19

14.06.2020

kullhadd.com

u jifhem is-sentiment tan-nies hemm barra u minn hemmhekk jiddeċiedi. Dan kien pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika li bih qegħdin intejbu l-ħajja ta’ kulħadd u dawn ir-reazzjonijiet pożittivi minn kull sezzjoni tal-poplu jagħmlulna l-kuraġġ biex nimxu ’l quddiem. X’tikkummenta dwar in-negattività tal-Partit Nazzjonalista li f ’din is-sitwazzjoni qagħad biss gallarija, li meta fettillu ried jagħlaq kullimkien u meta fettillu gerger li pajjiżna ma kienx preparat għal din ilpandemija? Sfortunatament, għandna Oppożizzjoni tal-estremiżmu u l-popoliżmu. Għandna Kap tal-Oppożizzjoni li llum qed jgħid li jrid jippremja lill-frontliners tagħna iżda kien dgħajjef meta l-kelliem tiegħu għall-ġustizzja Jason Azzopardi tefa’ dawn l-istess persuni quddiem inkjesta maġisterjali. Aħna Gvern magħqud li ħadna deċiżjonijiet kruċjali fl-aħħar xhur u kommessi li nibqgħu nagħmlu

dan fix-xhur li ġejjin. X’inhuma l-prospetti għal Malta futura? Se nkomplu fit-triq li qbadna minn meta tela’ Gvern Laburista fit-tmexxija ta’ pajjiżna, dik ta’ suċċess u ħidma bla waqfien għall-ġid tal-poplu kollu? Pajjiżna ċkejken fid-daqs imma kbir f ’għemilu. Fl-istorja ta’ pajjiżna, Gvernijiet Laburisti dejjem poġġew il-progress soċjali u ekonomiku fiċ-ċentru tal-ħidma tagħhom. F’dan ilpjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika qed inħarsu lejn preżent li qed jippreparana għal futur mill-isbaħ. Fil-fatt, ħabbarna proġetti infrastrutturali li se jkunu qed iwittu t-triq biex Malta tattira niċeċ ekonomiċi ġodda. Bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli misservizzi finanzjarji u l-ekonomija diġitali qegħdin naħdmu bis-sħiħ biex nagħmlu pajjiżna ċentru ta’ eċċellenza fejn l-ekonomija diġitali, ir-riċerka u l-innovazzjoni jkunu pilastri ewlenin tal-ekonomija lokali.

Irridu ninkoraġġixxu l-kwalità tal-ħajja li l-Maltin u l-Għawdxin kienu jesperjenzaw qabel ma faqqgħet din il-pandemija. Kien għalhekk li se nagħtu voucher ta’ €100 lill-persuni ta’ 16-il sena ’l fuq biex insaħħu l-konsum domestiku li hu parti integrali tal-ekonomija Maltija


20

14.06.2020

kullhadd.com

CELINE AGIUS

KIENET VULNERABBLI U MA KINITX TEMMEN FIHA NNIFISHA BIŻŻEJJED Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Il-mużika tagħtiha sodisfazzjon kbir. Però, iktar minn hekk tagħtiha mezz ta’ ħarba minn din il-ħajja u tgħinha tirkupra mit-tbatija tal-ħajja. Qed nirreferi għal Celine Agius. Għandha 25 sena, toqgħod San Ġiljan u ma tantx għandha ħin għall-passatempi. Meta ssib ċans tħobb tara xi film u kontinwament tkun bil-headphones tisma’ xi album tajjeb. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna ġenwina, diretta, onesta, impulsiva u tipprova tagħti qalbha. Celine ilha tinteressa ruħha fil-mużika minn età żgħira. “Qisu mindu kelli xi seba’ snin. Bdejt nitgħallem il-kant iktar tard qisu meta kelli 15-il sena. Kont bdejt fil-kor tal-iskola. L-għalliema li kienet tmexxi l-kor tal-iskola għarfet li għandi kapaċità u qaltli li għandi mmur nieħu xi lezzjonijiet tal-kant. Wara bdejt nieħu sehem f ’xi festivals żgħar tal-lokal,” bdiet tgħidli dwar il-bidu u l-ġibda tagħha lejn il-mużika u l-kant. Tkellimt magħha wkoll dwar in-namra lejn il-mużika, u dwar li kellha tagħmel diversi sagrifiċċji finanzjarji. Fil-fatt spjegatli li kollox ġie fuqha bis-sagrifiċċji tal-ħajja. “Meta kont żgħira kont xtaqt immur nitgħallem il-pjanu, imma dak iż-żmien, il-familja tiegħi ma kinitx għaddejja minn żmien tajjeb finanzjarjament. Konna b’paga waħda u żewġ aħwa wkoll. Missieri kien tani l-għażla mmurx il-lezzjonijiet tal-kant jew tal-pjanu. Bħala kantanta għażilt li mmur il-lezzjonijiet tal-kant minflok. Kont naqla’ xi pocket money mingħand in-nanniet f ’għeluq snini u fil-Milied u kont inġemma’ biex immur nirrekordja xi diska f ’xi studio. Wara xi żmien inġemma’, ta’ tifla li kont żgur li kien avvanz kbir, li kont nara l-karus jimtela għax naf li kont ser immur nirrekordja xi diska. Kien żmien iebes, però jgħinek tikber ħafna.” Ridt inkun naf jekk għandhiex xi kanzunetti oriġinali tagħha. Fil-fatt, Celine stqarret miegħi li bħala diski oriġinali għadha qatt ma kellha

opportunità li tagħmel. Però huwa proġett fil-futur qrib, ma’ seħibha mużiċist u kitarrist – Glenn Sacco li qed jaħdmu flimkien biex joħroġu materjal ġdid, sew interpretazzjonijiet ta’ covers, kif ukoll tittama li jkollhom materjal oriġinali. Kienet għamlet xi sitt snin wieqfa mill-kant Permezz tal-kant u grazzi għallkant stess, Celine bla ma taf kienet ta’ ispirazzjoni u ta’ ġid għal xi persuni. Fil-fatt kif qaltli hi stess, episodju indimentikabbli li ċertament jibqa’ f ’moħħha huwa l-X Factor. “Jien ma tantx għadni kelli opportunitajiet qabel X Factor, kont wieqfa u qabel kont inkanta biss waqt xi lejla sajfija. Iżda, mumenti sbieħ li ma ninsa qatt minn dan X Factor u li nibqa’ ngħożżhom f ’qalbi, huma bħal meta ġiet omm ta’ tifla u bagħtitli kemm tixtieq tirringrazzjani ta’ kemm nagħmel kuraġġ lit-tifla tagħha u li bil-preżenza tiegħi qed ngħinha

tegħleb il-biżgħat u l-ansjetà li għandha.” Sfortunatment, għal xi żmien Celine kienet għaddiet minn esperjenza qarsa – cyberbullying. Proprjament kellha YouTube channel li eventwalment kellha tneħħih. Li ġara kien, li kien hemm grupp ta’ individwi u kienu jintimidawha u dak iż-żmien kienet għadha żgħira u vulnerabbli u naturalment

kienet tweġġa’. Illum tħares lejn is-cyberbullies minn lenti differenti u ma jaffettwawlhiex ħajjitha. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar dwar dan il-fatt. “Iva, għaddejt minn żmien ta’ cyberbullying naqra aħrax mhux ħażin. Kont niġi attakkata personalment u kontinwament fuq il-YouTube channel li kelli, tant li darba minnhom iddeċidejt li nneħħi l-videos li kelli. Kont

vulnerabbli, ma kontx nemmen fija nnifsi biżżejjed. Issa li dħalt f ’X Factor, erġajt bnejt il-kunfidenza, u l-YouTube channel qed naħdem sabiex nerġa’ niftħu b’materjal ġdid.” Illum il-ġurnata, Celine konxja mill-fatt li l-bullying isir għal raġuni waħda, min jagħmel bullying fuq ħaddieħor jagħmel dan għal raġuni waħda, għax iħossu inferjuri għall-persuna

Meta kont żgħira kont xtaqt immur nitgħallem il-pjanu, imma dak iż-żmien, il-familja tiegħi ma kinitx għaddejja minn żmien tajjeb finanzjarjament. Konna b’paga waħda u żewġ aħwa wkoll. Missieri kien tani l-għażla mmurx il-lezzjonijiet tal-kant jew tal-pjanu. Bħala kantanta għażilt li mmur il-lezzjonijiet tal-kant minflok. Kont naqla’ xi pocket money mingħand innanniet f’għeluq snini u fil-Milied u kont inġemma’ biex immur nirrekordja xi diska f’xi studio


21

14.06.2020

kullhadd.com

kienet wieqfa, kienet taf li xi darba terġa’ tibda, imma ma kinitx taf meta ser jiġri dan. “Għedt dejjem ser nimxi bil-gut feeling tiegħi u meta nħoss li wasal il-mument tajjeb, nerġa’ lura. Kont insegwi X Factor Season 1 u kont ngħid mank qiegħda hemm. Intella’ u nniżżel, fetħu l-applikazzjonijiet għal Season 2, u wara ħafna ħin naħseb nidħolx jew le, fl-aħħar mumenti qabel għalqu l-applikazzjonijiet, qbadt u ddeċidejt li nitfa’ l-applikazzjoni u b’hekk nagħmel comeback. Waqaft meta kelli xi 19-il sena u llum għandi 25 sena,” stqarret miegħi. Kif qaltli hija stess, l-esperjenza tagħha waqt X Factor kienet waħda memorabbli. “Ħassejtni kbirt, tgħallimt ħafna, ltqajt ma’ diversi nies u għenuni nsib iktar lili nnifsi u bdejt nemmen iktar fija nnifsi. F’X Factor wasalt sal-kwarti tal-finali u ninsab grata ħafna li totalment mix-xejn wasalt fi stadju daqshekk avvanzat fil-kompetizzjoni. X Factor jiftaħlek diversi bibien, l-isbaħ ħaġa hi li permezz tiegħu ltqajt ma’ sieħbi mużiċist Glenn Bis-saħħa tal-X Factor Sacco li issa li spiċċa kollox ħassitha li kibret u qed naħdmu flimkien sabiex tgħallmet ħafna noħorġu l-materjal tagħna,” Kompliet tgħidli li għalkemm żvelat miegħi. l-oħra. “Naħseb li dejjem għandu jibqa’ jkun hemm għarfien fuq il-bullying, speċjalment dak li huwa cyberbullying, fejn dak li jkun jinħeba wara screen biex jagħmel il-ħsara lil ħaddieħor. Il-parir li nagħti lil min għaddej minn cyberbullying, jew bullying inġenerali hu: tkellmu, aqsmu l-uġigħ tagħkom ma’ xi ħadd li verament tafdaw u li jgħinkom taraw lil hinn mill-insigurtajiet tagħkom u fittxu l-għajnuna għax qiegħda hemm,” sostniet bl-akbar serjetà fuqha Celine. Ta’ min jgħid ukoll, li minbarra dan kollu, Celine kienet għamlet xi sitt snin wieqfa millkant, fejn kienet ħassitha iżolata, waħedha, insigura u vulnerabbli minħabba s-cyberbullying. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar fid-dettall. “Għamilt snin snin qabel X Factor wieqfa mill-kant, sempliċement inkanta d-dar u mhux fil-pubbliku. Kont vulnerabbli. Ma kontx qed nemmen fija nnifsi u konsegwement iddeċidejt li nieqaf inkanta. Imma kif jgħidu - you can silence the singer, but not the song.”

Naħseb li dejjem għandu jibqa’ jkun hemm għarfien fuq il-bullying, speċjalment dak li huwa cyberbullying, fejn dak li jkun jinħeba wara screen biex jagħmel il-ħsara lil ħaddieħor. Il-parir li nagħti lil min għaddej minn cyberbullying, jew bullying inġenerali, hu: tkellmu, aqsmu l-uġigħ tagħkom ma’ xi ħadd li verament tafdaw u li jgħinkom taraw lil hinn mill-insigurtajiet tagħkom u fittxu l-għajnuna għax qiegħda hemm

Lil hinn mill-mużika u l-kant, ridt inkun naf xi jdejjaq b’mod personali lil Celine mill-ħajja inġenerali. “Naħseb li l-bniedem huwa kontinwament sfruttat u li l-bniedem mhux konxju ta’ dan, peress li maqbud f ’ċirku ta’ influwenza li mistennija li timxi mal-massa. Idejquni ħafna l-inġustizzji, il-klassiżmu, ilfaqar, u l-inġustizzji tal-ħajja.” Tkellimt magħha rigward futur mużikali, jekk hemmx xi ħaġa ppjanat għaliha. “Bħala pjanijiet fil-futur tal-kant, qed nipprova ma narax kbir iżżejjed, iżda li hu ċert li jien u sieħbi Glenn Sacco ser noħorġu materja u nagħmlu gigs flimkien u nkomplu naħdmu fuq mużika

tagħna.” Fl-aħħar nett, Celine xtaqet tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi lill-qarrejja huwa biex dak li tixtiequ tagħmlu għamluh illum, għax għada

ma rajtuhx, u tagħmlu x’tagħmlu u tmorru fejn tmorru, morru bil-qalb u bir-ruħ kollha. Tħallux il-passat tagħkom jinkalzrakom milli taħdmu biex ikollkom futur aħjar. Dejjem ftakru minn fejn ġejtu,” temmet tgħid.


22

14.06.2020

kullhadd.com

IL-BIDU TAL-IFFURMAR TAL-BANEK It-tħaddim tal-flus minn dejjem kellu parti importanti fl-ekonomija tal-pajjiżi differenti. Mingħajrhom ma seta’ jsir l-ebda kummerċ, għalkemm nafu li kull pajjiż kellu l-muniti tiegħu. Bihom kienu jixtru dak li jinħtieġu minn pajjiżi oħra, iżda mhux dejjem tħallsu l-kontijiet bi flus kontanti. Kif qrajna fl-artiklu l-ieħor ġimagħtejn ilu, fil-pajjiżi Għarab, kienet titħaddem is-suftadja – mezz ta’ kitba li tawtorizza l-ħlas. Is-suftadja kienet aċċettata minn diversi pajjiżi u għalhekk il-kummerċ seta’ jitkompla. Dr. John A. Consiglio, Ph.D., Dipartiment ta’ Studji Bankarji u Finanzjarji, Fakultà tal-Ekonomija, Management u Accountancy, fl-Università ta’ Malta, ikompli jfornina b’dan it-tagħrif. Minn CHARLES B. SPITERI

John, la jiddaħħlu dawn il-flejjes, kien hemm xi forma ta’ banek? Naturalment, ma’ din iċ-ċirkulazzjoni ta’ flus ta’ oriġini diversi, u tipiku ħafna tal-ħajja ekonomika tal-pajjiżi Musulmani f ’dan il-perjodu, kien ix-xogħol kbir li kienu jwettqu l-banek, anki jekk naturalment kienu ta’ bixriet ferm diversi minn kif nafuhom illum, saħansitra anki fil-kuntest tat-tant mitkellem dwaru fi żminijietna l-Islamic banking. Dan forsi hu element li jidher anqas, iżda hu dokumentat sew f ’għejun Għarab u Persjani fejn hemm referenzi għallgħadd kbir ta’ bankiera fil-bliet il-kbar u fil-bażars. F’Bagdad il-bankiera kellhom l-uffiċċji tagħhom fittriq Aun, u f ’Maragha li kienu ħdejn il-Madrasa al-Kadawija. F’Fostat, li baqgħet ilbelt kapi-

tali Eġizzjana għal żmien twil anki wara t-twaqqif tal-Kajr, kien hemm għadd ta’ boroż (stock exchanges): waħda sempliċiment magħrufa bħala Dar-as-sarf; oħra bħala Dar al-Manak, u t-tielet waħda bħala al-Mat. Skont il-vjaġġatur Persjan Nasir-i Khosran kien hemm mhux inqas minn 200 bankier fil-belt ta’ Isfahan lejn nofs is-seklu 11. Dawn il-bankiera orjentali kienu anki jieħdu interess f ’negozju ta’ kull natura ġenerali barra milli jagħmlu kull tip ta’ xogħol bankarju: bdil ta’ flus, self, u trasferimenti ta’ krediti. Allura minn dan l-aspett, l-organizzazzjoni tax-xogħol bankarju fil-pajjiżi Musulmani kienet differenti minn dik li kien hemm fil-Punent?

Pittura ta’ Nicole Oresme għall-fehma ta’ Aristotle fuq l-Etika, il-Politika u l-Ekonomija, li tinsab fil-Bibljoteka Muniċipali ta’ Rouen fi Franza

Taljani fil-Borża ta’ Fostat. F’rapport tal-istoriku Għarbi-Kristjan Yahya b. Said hemm riferenzi għal xi ġrajjiet li seħħew fis-sena 996, u hemm imsemmijin 130 negozjant minn Amalfi fl-Italja li kienu jaħdmu fil-Borża ta’ Dar alManac. Meta nxebbhu l-istruttura bankarja tal-Lvant Iżlamiku fi żmien il-kaliffi Abbasid u l-Kruċjati, ma’ dik li kellna fl-Ewropa Kristjana, ikollna nsemmu l-importanza, (għal bosta mhux żgħira) li kellhom il-fieri, jew festi lokali tipiċi, fid-dinja Iżlamika, (kif ukoll naturalment fl-Ewropa). Filkaż speċifiku, pereżempju tal-Italja, indikazzjoni tal-importanza ta’ dawn l-avvenimenti nistgħu nsibuha fil-fatt li dawn il-festi lokali spiss huma magħrufa bħala ‘sagra’ (p.e. del vino, delle castagne, eċċ). Li tgħid li dawn il-fieri ma kellhom ebda importanza fil-ħajja ekonomika Musulmana tkun esaġerazzjoni kbira. Mill-banda l-oħra iżda dawn kienu indubbjament kollha ta’ xejra lokalizzata u kellhom ftit li xejn siwi fil-kuntest ta’ dak li hu n-negozju l-kbir li kien isir bejn pajjiż u ieħor.

Kienet ferm differenti, iżda meta mbagħad niġu biex nistudjaw l-oriġini tal-kambjala, u l-ipotesi li fil-Punent Kristjan ġew adottati mezzi bankarji oħra tal-Lvant, ikollna bilfors insemmu test li Meta nxebbhu jindikalna l-preżenza l-istruttura bankarja ta’ neg o z - Is-suftadja fiha xi xebh tal-Lvant Iżlamiku fi żmien j a n t i mal-kambjala?

il-kaliffi Abbasid u l-Kruċjati, ma’ dik li kellna fl-Ewropa Kristjana, ikollna nsemmu l-importanza, (għal bosta mhux żgħira) li kellhom il-fieri, jew festi lokali tipiċi, fid-dinja Iżlamika, (kif ukoll naturalment fl-Ewropa)

Is-suftadja hi differenti mill-kambjala f ’diversi aspetti. L-ewwel nett is-suftadja mhix kambjala li permezz tagħha somma flus awtomatikament tinbidel f ’munita differenti. Jekk nistudjaw il-kliem tas-suftadji miktubin fl-Iraq u fl-Eġittu fi żmien il-kaliffi Abbasid,

naraw li l-ammonti ta’ flus mibgħuta f ’belt jew f ’pajjiż ieħor dejjem kellhom jinġabru fl-istess tip ta’ munita li fih tkun tħallset il-kambjala. Naraw ukoll li l-uffiċjali tat-taxxi, u l-gvernaturi tal-provinċji, ġieli bagħtu dinari f ’Bagdad meta effettivament, oriġinarjament kienu jkunu ġabru dirhams: f ’dan il-każ iżda, il-bankiera tal-provinċja kienu jkunu bidlu d-dirhams f ’dinari. Naraw għalhekk li l-kitba ta’ suftadja hija ta’ spiss marbuta ma’ tranżazzjoni ta’ qlib ta’ flus (foreign exchange), iżda din tkun seħħet qabel u hi għalkollox mifruda minnha. Permezz tas-suftadji tan-negozjanti, li għalihom hemm riferenzi fid-dicta tal-ġuristi Lhud flIraq fl-10 u l-11-il-seklu, dirhams kienu jibtbagħtu minn belt għal oħra. Nistgħu forsi anki nuru aħjar in-natura pjuttost flessibbli tas-suftadja fi żmien il-kaliffi Abbasid? Faċilment, billi nsemmu naqraw minn ittra miktuba fis-seklu 11, u li darba kienet tinstab filgħeniża tal-Kajr: “....negozjant Lhudi xiħ, mill-belt ta’ Tustar fin-Nofsinhar tal-Persja, xtaq iħalli Bagdad biex imur Damasku, mar għand bankier f ’Bagdad, ħallsu 150 dinar Magribi, u ngħata żewġ suftadji pagabbli f ’Damasku”. Minn dak it-test, li l-oriġinal tiegħu hu bl-Ebrajk, u anki minn dokumenti oħra simili, tista’ tinsilet il-konklużjoni li kull min xtaq jakkwista flus barranin, ma kellux għajr jipprova fil-bliet il-kbar, fejn kien

hemm negozju tajjeb ħafna f ’dawn il-flus. Konna għadna ferm ’il bogħod hawnhekk f ’dawk iż-żminijiet. Minn meta l-amministrazzjonijiet u s-setgħat tat-tmexxija f ’ħafna pajjiżi, inklużi dawk tal-Orjent, bdew ifittxu li jħarsu l-interessi ta’ pajjiżhom b’fost oħrajn liġijiet li ġabu d-dħul ta’ kontrolli diversi fuq il-kambju (exchange controls). L-istudjuż tal-istorja tal-ekonomija Franċiż Andrè Sayous (1934) isostni li l-użu tal-kambjala wasal f ’Barċellona – u f ’dik il-belt ferm wara fl-Italja u fin-Nofsinhar ta’ Franza – minħabba li ħafna flus minn pajjiżi differenti kienu qed jiċċirkulaw f ’dak il-port, u li dan l-influss ta’ flus kien ta’ importanza kbira fil-kummerċ internazzjonali (kemm importazzjoni kif ukoll esportazzjoni) f ’dawk l-inħawi. It-tip ta’ munita mħallsa u miġbura permezz tas-suftadja hu ċertament il-karatteristika li l-aktar tagħżilha mill-kambjala. Mhix kumbinazzjoni li l-istoriċi kollha tal-ekonomija jaċċettaw it-teżi ta’ Sayous, u miegħu Chiaudano, li tqis id-differenza fil-munita bħala element essenzjali fil-kitba tal-kambjala tal-Punent. Fiex setgħet tidher iktar id-differenza bejn is-suftadja u l-kambjala tal-Punent? Notevoli hu l-għadd ta’ persuni mdaħħlin fit-tranżazzjoni. Is-suftadja hi negozju bejn tliet partijiet: ‘A’ iħallas ċertu ammont ta’ flus lil ‘B’, talli jaċċetta li jordna lil ‘Ċ’, biex iroddha


23

14.06.2020

kullhadd.com

lura lil ‘A’. Iżda nsibu wkoll dokumenti li jsemmu suftadji li jinvolvu erbgħa min-nies, u l-ittra li semmejna aktar ’il fuq tan-negozjant minn Tustar hi eżempju tajjeb. Hemmhekk il-kittieb iħallas 150 dinar lil Solomon b. Aaron f ’Bagdad għal żewġ suftadji, waħda indirizzata lil tliet aħwa, imwielda f ’Tustar iżda jgħixu l-Kajr, b’talba li jordnaw lil Sadaka b. Amram f ’Damasku li jħallsu 100 dinar; u fl-oħra lil Sahlan b. Hayyin (f ’Damasku wkoll) li jħallsu 50 dinar. Skont xi ġuristi Iżlamiċi, jista’ anki jkun hemm suftadja bla isem, jiġifieri pagabbli al portatore (‘to bearer’). Iżda l-parti l-kbira tas-suftadji kienu tranżazzjonijiet bejn tliet persuni. Issa, ladarba l-kambjala ġejja mill-ordni tal-ħlas skont il-liġi kummerċjali, teżisti differenza bejn kambjala tal-Lvant u oħra tal-Punent? Billi waħda mill-verżjonijiet ta’ xi storiċi tal-liġi kummerċjali hi li l-kambjala kienet tinkiteb ma’ kuntratt ta’ self, tajjeb niċċaraw id-differenza bejn il-format tagħhom, u dan għax hu aspett importanti fl-istudju tal-oriġini tat-tratta. L-Orjentali ma kinux jafu bil-kambjala ‘domiċiljata’, kif isejħilha Goldsmicht. Fil-kuntratti tas-self kienu jissemmew biss iż-żewġ partijiet u l-werrieta tagħhom. Id-‘delegati’ b’setgħat sħaħ li nsibu f ’xi strument tal-Punent ma jissemmewx, u dan kien pass deċiżiv fl-iżvilupp tat-tratta Ewropea. Billi d-drawwiet tal-Lhud fejn għandha x’taqsam il-kitba ta’ kuntratti tan-negozju kienu simili għal dawk tal-ġirien tagħhom kemm Insara kif ukoll Iżlamiċi, tajjeb nikkwotaw formularju mibni fl-ewwel nofs tas-seklu 11 fl-Iraq, magħruf bħala Sefer hash’taroth, ta’ Rav Hai Gaon (tal-1138). F’din ilġabra ta’ dokumenti, il-kitbiet dwar self barra mill-partijiet kuntrattwali jsemmu biss il-werrieta tad-debitur. Ta’ min jinnota li, mhux biss skont Goldschmidt iżda anki skont storiċi oħra tal-liġi kummerċjali fil-Punent, il-kambjala oriġinat minn ittra li kienet tinkiteb u tinżamm mal-kuntratt. Anki Schaube, li jiċħad l-iżvilupp tat-tratta mill-kambjala domiċiljata, jenfasizza li fit-13il seklu, strumenti ta’ dan it-tip kienu jintużaw mal-kambjala nnifisha.

ment). L-Għarab kienu ilhom jużaw dawn il-ġirati sa minn żmien il-kaliffi, u dan jista’ jiġi konkluż minn xi testi tal-10 seklu. Fil-qosor mela, is-suftadja kienet mezz ta’ ħlas li jingħażel għalkollox mill-kambjala, u oriġinat f ’ambjent u kuntest ekonomiku u legali, ferm differenti minn dawk li fihom kien isir ix-xogħol bankarju fin-Nofsinhar tal-Ewropa fi żmien il-Kruċjati. Waqt li l-parti l-kbira mid-dokumentazzjoni f ’dan il-kamp taf l-oriġini tagħha mill-Iraq, oħrajn huma minn xi provinċji Persjani, u oħrajn anki mill-Eġittu. Għal dik li hi l-epoka tagħhom kważi kollha nkitbu matul il-200 sena ta’ qabel il-Kruċjati, ċjoè fid-9 u l-10 seklu. Xi jrid jagħmel wieħed biex jindaga aktar fil-fond fuq il-bidu tal-kambjala? Naturalment hu importanti li jeżamina l-proċeduri bankarji u tan-negozju fl-Eġittu u l-pajjiżi qrib tal-Kruċjati. Dan peress li hemm kien il-perjodu li fih, negozjanti Taljani kellhom relazzjonijiet kummerċjali kontinwi ma’ dawk il-pajjiżi. U għalhekk id-dokumenti li għal żmien twil kienu mħarsa fil-għeniża tal-Kajr, li l-parti l-kbira minnhom kienu tal-11 u t-12-il seklu, għandhom importanza notevoli f ’dan il-kuntest. Hemmhekk kienu jinżammu xejn anqas minn 7,000 ittra u kuntratti tan-negozju, ta’ ħafna tipi. L-istudju tagħhom juri fil-wisa’ li s-suftadja kienet tintuża ħafna minn negozjanti u bankiera, u hu studju li għalih ħafna mill-kredtu jrid jingħata lill-istudjużi u tradutturi Franċiżi, Taljani, u Tedeski, kif ukoll naturalment orjentali. Naqraw pereżempju, f ’dawn id-dokumenti, dwar rimessi ta’ flus minn belt għal oħra fl-Eġittu permezz tas-suftadja, pereżempju mill-Kajr (Fostat) lejn al-Ushmunain, minn Tinnis (fid-Delta) lejn Fostat u viċeversa, minn Fostat lejn Tiru, minn Damasku lejn il-Kajr, minn Ġerusalemm lejn Fostat u viċeversa. Ħafna mid-dokumenti juru li l-ammonti mibgħuta kienu jkunu aktarx żgħar, u fi żmien il-Kruċjati s-suftadja tidher allura bħala strument bankarju użat għal tranżazzjonijiet żgħar.

jgħiduhulna xi awturi Għarab kontemporanji. L-istess bħal fil-perjodu ta’ qabel, l-ammont mibgħut permezz tas-suftadja kummerċjali kien jinġabar fl-istess munita li kien ikun tħallas. F’dan il-kuntest ta’ min iqis ittra mibgħuta min-negozjant Nissim b.Halfon lil Nahray b.Nissim, negozjant u bankier, fit-tieni nofs tas-seklu 11. Il-kittieb tal-ittra kien ħallas lill-bankier Ibn ‘Allan, 123 dinari mustansiri (li 75 minnhom kienu ‘ġodda’, jiġifieri maħdumin reċentement, u 48 kienu ‘Sirjani ġodda’) għal suftadja maħruġa għal Tinnis, fejn kien sejjer għan-negozju. Ilqies eżatt tal-muniti mħallsa juri b’mod ċar li l-kittieb ried jirċievi l-istess dinari f ’Tinnis. Aspett karatteristiku ieħor tas-suftadja li joħroġ mid-dokumenti tal-għeniża hu li t-tranżazzjoni tinvolvi biss tliet persuni. Anki minn dan il-lat is-suftadja kienet baqgħet mhux mibdula minn żmien il-kaliffi Abbasid. Tassew li xi dokumenti jitkellmu fuq suftadja b’erba’ partijiet kuntrattwali, iżda dawn huma każi rari. L-istess bħalma suftadja Siro-Eġizzjana ta’ żmien il-Kruċjati kienet bħal dik tal-Iraq u l-pajjiżi qrib fi żmien il-kaliffi Abbasid, hekk ukoll il-kuntratti fuq self li hemm filgħeniża kienu miktubin fl-istess format ta’ ħafna sekli qabel. L-ebda ‘kambjali domiċiljati’ ma jinstabu fid-dokumenti talgħeniża. Id-dokumenti li hemm isemmu li d-dejn irid jitħallas mid-debitur u l-werrieta tiegħu. F’xi kuntratti (l-aktar lejn żmien is-seklu 12 u fis-seklu 13,

L-istess bħalma suftadja Siro-Eġizzjana ta’ żmien il-Kruċjati kienet bħal dik tal-Iraq u l-pajjiżi qrib fi żmien il-kaliffi Abbasid, hekk ukoll il-kuntratti fuq self li hemm fil-għeniża kienu miktubin fl-istess format ta’ ħafna sekli qabel

jissemmew ukoll il-werrieta tal-kreditur. Mill-banda l-oħra hemm ukoll kuntratti li fihom lanqas jissemmew il-werrieta tad-debitur.

Is-suftadja kienet tintuża fir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-Eġittu u l-pajjiżi tal-Magreb? Forsi din hi l-aktar konklużjoni sorprendenti li toħroġ mid-dokumenti tal-għeniża. F’dak li hu l-oriġini tal-kambjala hu fatt li s-suftadja qatt ma ntużat f ’dawk ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-istess żewġ pajjiżi, jew bejn il-pajjiżi talMagreb infushom. Hemmhekk il-flus kienu jinġarru kontanti, u l-muniti kienu jinżammu f ’portafolji magħrufin bħala surra. Mill-banda l-oħra nafu li l-bill of exchange kellha l-oriġini tagħha fil-bliet fuq ix-xtut Nordiċi talBaħar Tirren: Ġenova, Marsilja, eċċ. Punt ieħor li joħroġ mid-dokumenti tal-għeniża u li jixraqlu enfasi hu l-fatt li l-kelma ħawa-

la ma tissemma xejn, u dan jagħti lil wieħed x’jaħseb li l-kambjala orjentali kienet ġiet adottata mill-Punent Ewropew. Il-kelma ħawala, jew ħewala, tfisser trasferiment (magħruf anki bħala ħundi) f ’kuntest ta’ sistema ta’ trasferiment ta’ valur, li tkun waħda informali u msejsa fuq it-twettiq u l-unur ta’ xibka wiesgħa ta’ sensara (brokers), li fil-parti l-kbira kienu jkunu filLvant Nofsani, l-Afrika ta’ Fuq, il-Qarn tal-Afrika, u s-subkontinent Indjan, b’dawn kollha joperaw ’il barra minn, jew parallel ma’ sistemi tradizzjonali bankarji, rotot finanzjarji u sistemi ta’ rimessi (bħal pereżempju s-SWIFT). L-assenza ta’ din il-kelma ħawala mid-dokumenti tal-għeniża hi forsi xhieda li Solmi kellu raġun meta ċaħad l-oriġini Għarbija tal-kelma Taljana ‘avallo’ (endorsement).

Iżda nsibu suftadji ta’ ammonti kbar, mhux hekk?

Fl-istess żminijiet kien ikun hemm tip ieħor ta’ suftadja, dik li kienet tkun ordni ta’ ħlas maħruġa minn gvern. Kienet Appuntu, il-kambjala Medjevali għadha tintuża l-istess bħalma tal-Punent tingħażel mis-suft- kien isir fl-Iraq fi żmien il-kalifadja fl-użu tal-ġirata (endorse- fi Abbasid u fil-pajjiżi qrib. Dan Lil min insibu l-ewwel fl-użu tal-‘endorsement’?

In-negozju fil-bidu tiegħu


24

14.06.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

LUPU LUPETTU JITLA’ L-MUNTANJI LUPU LUPETTU JOĦLOM BL-OĊEAN Trid lit-tfal tiegħek jikbru bi mħabba għall-ambjent u n-natura imma għadhom ċkejknin wisq biex japprezzaw id-dokumentarji ta’ David Attenborough? Mela hawn soluzzjoni għalik: Lupu Lupettu, il-karattru favorit mattfal qarrejja Maltin, reġa’ magħna din id-darba b’avventura fin-natura. Fl-ewwel ktieb ġdid tiegħu, Lupu Lupettu jitla’ l-muntanji, il-lupu seħibna jitlaq fuq missjoni biex isib il-Yeti tal-muntanji li sparixxa u ħadd ma jista’ jsibu. Dan il-Yeti inzerta huwa missier l-akbar ħabiba ta’ Lupu Lupettu, u din il-ħabiba mdejqa ħafna li ma tafx fejn mar il-papà tagħha. Lupu jterraq biex ifittxu, u l-vjaġġi tiegħu jeħduh sa Mount Fuji l-Ġappun, Uluru l-Awstralja, Kilimanjaro t-Tanza-

nija, Machu Picchu l-Perù, Denali l-Alaska u Mont Blanc ġo Franza. U fi triqtu, jiltaqa’ ma’ orsijiet, llamas, kangarùs, babuni u kull tip ta’ annimal eżotiku ieħor. Il-Yeti ma jidhirx, imma Lupu ma jaqtax qalbu malajr. Tgħid jirnexxilu jsibu? Fil-ktieb l-ieħor, Lupu Lupettu joħlom bl-oċean, il-lupu jitlaq f ’insegwiment ta’ dgħajsa tal-pirati sa ma tiġi mewġa enormi li tordmu. Il-lupu jispiċċa f ’qiegħ l-oċean, imma jiġi jsalvah Poseidon, ir-re tal-baħar, li b’maġija jagħmlu jista’ jieħu n-nifs taħt l-ilma bħall-ħut. U fl-oċean Lupu Lupettu jiskopru kull tip ta’ teżor tan-natura ta’ taħt l-ilma – u fl-istess ħin jinduna kemm it-tniġġis talbaħar qed jeqred kollox. Dawn iż-żewġ kotba ġodda ppub- mas-sensiela kbira ta’ kotba dwar Lupu blikati mill-Merlin Publishers iżidu Lupettu, u ġew addattati għall-Malti minn Clare Azzopardi. Lupu Lupettu – ħolqien tal-awtriċi Franċiża Orianne Lallemand – huwa fenomenu internazjonali popolarissimu fost it-tfal li jħobbuh immens. Bħalhom, Lupu ma jħobbx jimxi żżejjed, li kieku għalih jiekol biss l-għaġin, jaħseb li l-mużewijiet huma postijiet taddwejjaq u jrid dejjem jirbaħ f ’kull tellieqa. Tfal ta’ kull età, miċ-ċkejknin nett li jaqrawhomlhom il-ġenituri, sa tfal ikbar li jaqrawhom weħidhom, iħobbuh lil Lupu. Dawn il-kotba huma ideali biex jintroduċu mat-tfal suġġetti ta’ informazzjoni ġenerali mingħajr prietki. Lupu Lupettu jitla’ l-muntanji hija storja umoristika

li tgħallem dwar il-ġografija, u Lupu Lupettu joħlom bl-oċean huwa l-introduzzjoni ideali għal diskussjoni dwar l-ambjent u t-tniġġis. Ta’ min jinnota wkoll l-arti u l-apprezzament tal-arti, li huma “moħbija” f ’dawn il-kotba. Pereżempju, f ’Lupu Lupettu joħlom bl-oċean il-mewġa li tordom lil Lupu hija ispirata minn The Great Wave off Kanagawa (1829) tal-artist Ġappuniż Hokusai. L-illustratriċi tal-kotba Eléonore Thuillier jirnexxilha titfa’ dawn ir-referenzi artistiċi ġol-istampi tagħha. Lupu Lupettu joħlom bl-oċean u Lupu Lupettu jitla’ l-muntanji jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers.com

Mistoqsija: X’jordmu lil Lupu Lupettu waqt li jkun għaddej fuq dgħajsa tal-pirati? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba LUPU LUPETTU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 21 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb STELLA huwa: P. CARUANA - L-IMSIDA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

01

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hu l-persentaġġ li bih hi kklassifikata l-kwalità tal-ilma fil-bajjiet f’pajjiżna? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: V. AXISA - IN-NAXXAR


25

14.06.2020

kullhadd.com

HURRICANE CARTER.... Kitba ta’ MARY CHETCUTI

Fis-sigħat bikrin tas-17 ta’ Ġunju 1966, żewġt irġiel sparaw u qatlu lis-sid ta’ ħanut tax-xorb jismu Lafayette Bar & Grill, filbelt ta’ Paterson, New Jersey. Fil-ħanut inzertaw kien hemm koppja qed jixorbu li nqatlu wkoll. Kien hemm persuna oħra li ntlaqtet f ’rasha imma baqgħet ħajja u qalet lill-pulizija li l-qattiela kienu żewġt irġiel suwed li dehru ħerġin minn ġo karozza bajda. Bdiet tfittxija mal-belt kollha u kif il-pulizija lemħu karozza bajda misjuqa minn raġel iswed li miegħu kellu passiġġier iswed waqqfuhom u ħaduhom fuq ix-xena tad-delitt u wara l-isptar fejn kienet qed tiġi kkurata l-persuna li baqgħet ħajja. Din

il-persuna ma għarfithomx bħala l-qattiela. Iż-żewġt irġiel, li kienu John Artis ta’ 19-il sena flimkien mal-boxer magħruf, Rubin ‘Hurricane’ Carter ta’ 29 sena, ġew interrogati mill-pulizija fejn huma ċaħdu kategorikament li kellhom xi involviment fid-delitt tripplu tal-Lafayette Bar & Grill, saħansitra taħt it-test bil-magna tal-verità. Il-pulizija ħelsithom mill-arrest. Madanakollu, f ’Ottubru tal-istess sena l-pulizija reġgħet arrestat lil Carter u Artis u akkużathom bil-qtil. Fl-1967, quddiem ġurija kollha bojod iż-żewġ akkużati instabu ħatja u ngħataw tliet sentenzi ta’ għomor il-ħabs kull wieħed wara ġuri bbażat

kollu fuq ix-xhieda ta’ żewġt irġiel b’rekord kriminali, Alfred Bello u Arthur Dexter Bradley. Fil-lejl tad-delitt, Bello u Bradley kienu qed jippruvaw jidħlu ġo maħżen sabiex jisirqu. Sadanittant, Bello mar biex jixtri pakkett sigaretti u meta wasal quddiem il-Lafayette Bar & Grill ħabat maż-żewġt irġiel li kienu għadhom kemm wettqu l-isparatura. Bello seraq xi flus mill-bar. Waqt li kienu fil-kustodja tal-pulizija, Bello ma setax jagħraf lil Carter jew lil Artis bħala l-irġiel li kien ħabat magħhom. Ftit żmien wara, kemm Alfred Bello kif ukoll Arthur Bradley bidlu d-diska u stqarrew li wieħed mill-qattiela kien Rubin ‘Hurricane’ Carter.

Kemm Carter kif ukoll Artis baqgħu jsostnu l-innoċenza tagħhom. Huma ma kellhom xejn x’jaqsmu ma’ dak id-delitt; dak il-lejl kienu qed jirritornaw id-dar wara lejl jixorbu ġo nightclub. ‘Hurricane’ Carter intefa’ jistudja b’mod estensiv meta kien il-ħabs. Fl-1974 kiteb u ppubblika l-awtobijografija tiegħu li qanqlet interess enormi fost ċelebritajiet bħal Bob Dylan u Muhammed Ali li bdew jitolbu li ssir ġustizzja ma’ Carter u sieħbu Artis. Lejn l-aħħar tal-1974 Alfred Bello u Arthur Bradley stqarrew li kienu gidbu fix-xhieda tagħhom bil-għan li jinstabu ħatja Carter u Artis wara li ġew imwiegħda trattament preferenzjali

mill-pulizija. Sentejn wara, ilgazzetta The New York Times ġie f ’idejha t-tape li kkonferma dan u l-Qorti Suprema ta’ New Jersey qatgħatha li teħles lil Carter u Artis fuq pleġġ. Sitt xhur wara nstabu ħatja mill-ġdid fit-tieni ġuri tagħhom wara li Bello reġa’ dar għall-verżjoni oriġinali tax-xhieda tiegħu. Fl-1981, John Artis inħareġ mill-ħabs bil-parole. Imma, għal Rubin ‘Hurricane’ Carter il-ħelsien ġie wara lotta twila 22 sena. Finalment, fis-7 ta’ Novembru, 1985 l-Imħallef Federali H. Lee Sarokin ta raġun lil Carter bil-konklużjoni tiegħu li l-prosekuzzjoni kienet ħbiet aktar milli kixfet tant li r-razziżmu għeleb ir-raġuni.

....U GEORGE FLOYD Fil-25 ta’ Mejju 2020, skwadra tal-pulizija ta’ Minneapolis arrestaw lil George Floyd, raġel iswed ta’ 46 sena, wara li mar ġo ħanut tal-merċa biex jixtri pakkett sigaretti u l-lavrant deherlu li pprova jħallsu b’karta ta’ $20 falza. Għaldaqstant, ċempel in-numru tal-emerġenza 911. Minn xħin waslet l-ewwel karozza tal-pulizija sakemm George Floyd ħa l-aħħar nifs ta’ ħajtu għaddew 17-il minuta biss. X’ġara?

nettjat ma kienx hemm għalfejn jitrażżan Bla dubju ta’ xejn intużat forza eċċessiva wiċċu mal-art u jitilgħu fuqu żewġ uffiċfl-arrest ta’ dan il-bniedem li għalkemm jali tal-pulizija biex ma jitħarrikx meta għamel reżistenza sakemm ġie mma- hu ma riedx jidħol f ’karozza tal-pulizija għax tenna li kien klawstrofobiku (jibża’ mill-għeluq). L-uffiċjal tal-pulizija Derek Chauvin L-uffiċjal tal-pulizija Derek niżel għarkupptejh fuq għonq George Chauvin niżel għarkupptejh Floyd filwaqt li ma tax kas tal-krib tiegħu jitolbu bil-ħniena li ma setax jieħu nifs. fuq għonq George Floyd Inġabru nies li xtaqu jagħmlu xi ħaġa biex itaffu t-tbatija ta’ Floyd, imma jafu filwaqt li ma tax kas tal-krib huma impotenti fejn jidħlu l-forzi tiegħu jitolbu bil-ħniena li ma lital-ordni. In-nies ġibdu filmati bil-mobile fejn setax jieħu nifs jidher ċar l-uffiċjal abjad, Chauvin, qed

jagħfas bil-piż tiegħu kollu fuq għonq George Floyd u baqa’ fuqu anki meta r-raġel iswed deher mitluf minn sensih u ma tħarrikx iżjed – filmat li fih 8 minuti u 46 sekonda sakemm l-imsejken Floyd waqaf jieħu n-nifs. Id-Dipartiment tal-Pulizija ta’ Minneapolis keċċa l-iskwadra li għamlu dak l-arrest u fid-29 ta’ Mejju Derek Chauvin ġie akkużat formalment bil-qtil ta’ George Floyd, ċittadin Afro-Amerikan. Għal mijiet ta’ eluf ta’ ċittadini Amerikani dan mhuwiex biżżejjed għax dak li ġara imur lil hinn minn sempliċement delitt. Dak li kulħadd ra fil-filmat huwa abbuż sfaċċat ta’ poter.


26

14.06.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

14.06.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 333

L. BUHAGIAR - QORMI

Bi 3 Numri 089 094 103 105 321 373 389 487 549 582 595 780

928 998 B’4 Numri 0079 0249 0499 1045 1151 1197 1205 1539 1588

1999 2141 2431 2432 2475 2728 3421 3596 3740 3773 4184 5134 5214

5337 5437 5744 6106 6495 7357 7391 9002 9411 9754 9848 9959

B’5 Numri 03712 13956 24140 37933 62387 72911 84725 99822 B’6 Numri 617323 743512

Bi 8 Numri 22447549 25733989 35151235 38181101 50989104 69234442

1. 4. 7,23. 9. 10. 12. 16. 18. 19. 20.

Mimdudin: Ma jiftakarx (5) Qbid tal-ħut (4) Il-Feddej (6) Kap? (3) Ma tibqax imxarrba (6) Imkeċċi temporanjament (6) Ara 11 Xarba komuni (2) Nofs tond? (3) Malajr isir

21. 23. 24.

irmied (5) Ara 6 Ara 7 Tajba tal-irkotta (5)

dan mhux perfett (6) 8. Muri stima (9) 11,16. Torqod fuqha (5) 12. Ara 2 13,22. Ktieb tar-regoli? (6) 14. Fejn jagħmlu Weqfin: l-festa 1. Kompli l-qawl: tal-Grazzja (6) Min ........ ma Ħarab (6) jaqbadx ħut (6) 15 17. Morse Code: 2,12W. Tista’ tkun Dash ..... dash (3) tal-ġrieden (5) 21. Eric Borg 3,5. Probabbli (6) Inguanez (1,1,1) 5. Ara 3 22. Ara 13 6,21M. Jekk għandu

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Xitwa, 4.Ġewż, 7,9.Ktieb, 1.Xwieni, 2,3.Tabakk, 5.Elf, 6.ŻMS, 10.Krafes, 12.Kannol, 16,21W. Ifalli, 8.Trankwill, 11,13.Kanna, 12,22. 18. NK 19.Art, 20.Xawer, 21.Law, Kawża, 14.Larinġ, 15.Atturi, 17.Fra 23.Iran, 24.Leggi


28

14.06.2020

kullhadd.com

MILJUNI ’L HAWN U ’L HEMM Editorjal

Taħt in-Nazzjonalisti, il-miljuni kienu jissemmew biss fil-miri finanzjarji li qatt ma jintlaħqu, fl-akkumulu ta’ muntanja dejn nazzjonali jew agħar meta xi ass ewlieni fil-pajjiż kien jinbiegħ bil-boqxiex

Deċiżjoni jew dikjarazzjoni ħażina tibqa’ mfakkra daqs waħda meqjusa tajba. Aktar ma jkunu kbar il-konsegwenzi tagħha, aktar se tibqa’ mnaqqxa fil-memorja, anke jekk jgħaddu għexieren ta’ snin minn fuqha. Minkejja dan, il-moħħ uman, meraviljuż daqskemm misterjuż, ħafna drabi jkun jeħtieġ spark li jixgħellu ċerti dettalji rreġistrati f ’xi ġrajja passata u jqanqal ilmemorji fil-bniedem. Għalhekk ukoll hu ideali li wieħed jinforma ruħu u jibqa’ aġġornat, bil-qari jew b’mezzi oħrajn ta’ komunikazzjoni, bilgħan li jkun f ’qagħda aħjar li, mingħajr ma jiddettalu xi ħadd, jifforma fehma bilanċjata anke skont l-esperjenzi. Dan jgħodd anke għallistorja politika lokali ovvjament, fejn mal-milja taż-żmien nibtu dejjem iżjed dawk li jippretendu li jiddettaw kif jaħsibha l-poplu Malti, forsi wkoll għax dejjem qisuh bħala “ċuċ”. Għal daqshekk niftakru żgur id-dikjarazzjoni ta’ Tonio Fenech, eks Ministru għallFinanzi li kważi falla pajjiż u llum jitkellem dirett mal-qaddisin.

Għal min hu aġġornat, jista’ jgħid li ta’ kuljum fil-ħajja ta’ ġensna jkollu l-istanzi partikolari li jqanqlulu l-memorji talimgħoddi u din il-ġimgħa ma kienet l-ebda eċċezzjoni. Il-preżentazzjoni tal-pakkett ta’ €900 miljun mill-Prim Ministru Robert Abela, ilMinistru għall-Finanzi Edward Scicluna u l-Ministru għallEkonomija Silvio Schembri nhar it-Tnejn li għadda bħala pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika wara l-pandemija, ħolqot festa ta’ sparks f ’moħħna. Ftakarna malajr kif kienu żminijiet oħrajn, żminijiet mill-aktar koroh li għaddejna minnhom ilkoll. Żminijiet meta l-ebusija tarras għattnet kemm lill-familji kif ukoll lin-negozji taħt l-agħar kontijiet u s-soluzzjoni kienet voucher għal ħames bozoz energy saving, kif ġie rrimarkat tajjeb ħafna mill-istess Ministru Schembri nhar l-Erbgħa filParlament. Waqt li llum nitqannew bissuċċessuri u anke fdalijiet tal-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, li jipprovaw jirredikolaw tliet

pakketti finanzjarji u pjan ħafna ikbar ta’ qawmien ekonomiku, rajna kif dawn la qatt kellhom u lanqas jidher li jista’ jkollhom xi darba mqar qatra żejt f ’wiċċhom. Taħt in-Nazzjonalisti, ilmiljuni kienu jissemmew biss filmiri finanzjarji li qatt ma jintlaħqu, fl-akkumulu ta’ muntanja dejn nazzjonali jew agħar meta xi ass ewlieni fil-pajjiż kien jinbiegħ bil-boqxiex u biex joffendu iżjed lill-poplu kienu jgħidulu “għaxar miljuni ’l hemm jew ’l hawn mhu se jagħmlu l-ebda differenza.” Il-miżuri, li introduċa l-Gvern Laburista u li kienu deskritti bħala l-aħjar fid-dinja, salvaw mal-100,000 impjieg fl-aħħar tliet xhur ta’ restrizzjonijiet u staġnar sħiħ għal xi wħud, partikolarment dawk li jiddependu mit-turiżmu. Dawn kienu s-salvawomu li pajjiżi oħrajn, inkluż ġganti ekonomiċi dinjijn, lanqas biss setgħu joħolmuhom, aħseb u ara jwettquhom. L-attitudni negattiva tal-Partit ta’ Adrian Delia spikkat iżjed din il-ġimgħa, wara li l-Prim Ministru kixef l-għatu fuq id-€900 miljun, li se jitqassmu fuq kull faxxa tas-

soċjetà. Din l-akbar għajnuna li qatt ingħatat intlaqgħet millkelliema ewlenin Nazzjonalisti b’argumenti fażulli, bħal “€200 miljun f ’rifużjoni tat-taxxa jew €400 miljun f ’investimenti flinfrastruttura li ma jiswew xejn”, li dawn “fondi ġejjin mill-pakkett li pproponiet il-Kummissjoni Ewropea fil-pjan ta’ rkupru tagħha” jew li “m’hemm ebda fondi ta’ sustanza għat-turiżmu”. Kif inhu spjegat ukoll f ’din ilħarġa, dawn il-miljuni u l-miljuni mqassmin fil-ġimgħat preċedenti huma lkoll frott l-għaqal u l-bżulija tal-Partit Laburista fil-Gvern li għaraf kif jistimula l-kapaċitajiet ta’ dan il-pajjiż u poplu ħawtiel biex jattira investimenti li qatt ma rajna bħalhom, waqt li ġemma’ biżżejjed għal ċirkostanzi bħal dawk li għaddejjin minnhom. Imma anke jekk id-dinja llum tqum bilwieqfa biex tapplawdi liċ-ċkejkna Malta għal dan issuċċess, fi ħdanna għandna Partit, li għadu jimxi fuq politika distruttiva, li diġà ġiet skreditata mill-poplu u rriduċiet lilu stess fi kważi organizzazzjoni volontarja għall-karità.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.