MARIO GRECH MAL-FAVORITI LI JILĦAQ PAPA Il-Ħadd, 15 ta’ Mejju, 2022
Ħarġa Nru 1,505
Prezz €1
Ara paġna 6 Ritratt: GIANLUCA FALZON
FI TMIEM IL-ĠIMGĦA JIRRITORNA L-KARNIVAL Rapport f’paġni 10 u 11
A+
Tifħir mill-esperti tal-aġenzija Fitch għal azzjonijiet tal-Gvern Malti biex jindokra lil niesu fi żminijiet ibsin L-aġenzija awtorevoli tal-klassifi kazzjoni tal-kreditu Fitch reġgħet tat rating “A+” lil Malta, filwaqt li nnotat l-azzjonijiet tal-Gvern Laburista biex iħares bl-aħjar mod liċ-ċittadini tiegħu mill-effetti tattaqlib internazzjonali. Rapport ta’ Fitch Ratings, li ġie ppubblikat fl-aħħar sigħat, jgħid li l-gwerra fl-Ukrajna żiedet ir-riskji għall-credit ratings tal-pajjiżi kollha Ewropej, għal kemm l-impatt fuq Malta hu fost l-inqas sinifikanti. Tkompli f’paġna 3
GRECH “QIEGĦED JINQELA F’ŻEJTU” Il-Kap tal-Oppożizzjoni jaqlagħha minn kullimkien u l-akbar akkuża hi li moħħu biss biex isalva hu… ħafna jgħidu li qed jaħsad dak li żera’ u ġietu tajba biss, għax bid-diżastru li ħalla qatel kull aptit li xi ħadd jitħajjar imexxi lill-PN bħalissa L-aħħar jiem kienu jiem ta’ tensjoni kbira fl-uffiċini tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista u dawk ta’ madwaru. Filwaqt li Bernard Grech hu għalkollox iffokat biex jipprova jsalva ġildu, billi jċempel u jiltaqa’ mal-kunsillieri tal-Partit, avolja se jispiċċa jtellaq waħdu għall-ogħla kariga, il-vleġeġ lejn it-tmexxija tiegħu mhuma jaqtgħu xejn. “Dak li deher fil-pubbliku hu biss nitfa minn dak li qed jiġri,” qalilna kunsillier Nazzjonalista minn Għawdex, li jaf sew kif taħdem id-Dar Ċentrali u konxju ta’ dak li għaddej bħalissa. Sal-bieraħ stess ġie ppubblikat artik
lu fuq il-Lovin Malta, dwar kif Bernard Grech ma żammx mal-wegħdi li għamel fil-kampanja elettorali għall-Kap Nazzjonalista lura fl-2020. Is-sorsi tal-KullĦadd jisħqu li s-suspetti kollha jippontaw li dawn huma ċirkostanzi li qed ifakkru fihom nies li fl-aħħar mill-aħħar huma qrib tal-Kap Nazzjonalista nnifsu u li bħalissa l-ġlieda hi min se jkollu l-pussess assolut fuq l-uffiċċju tal-istess Kap. Hu diġà magħruf kif s’issa l-fazzjoni ta’ Beppe Fenech Adami u Karol Aquilina kellha l-ewwel rebħa bil-vot kontra l-Ispeaker Anġlu Farrugia fil-bidu ta’ din
il-ġimgħa, iżda l-kunflitt li qed ibaqbaq taħt l-għatu għadu biss fil-bidu. L-interpretazzjonijiet għal dak li qed jiġri fil-PN huma diversi, anke jekk ilkoll jixhdu riżultati ta’ implużjoni waħda u kbira. Is-sorsi indikaw li hu żgur li Bernard Grech spiċċa jinqela f’żejtu stess. Wara snin jipponta s-swaba’ lejn kulħadd u jdur l-istazzjonijiet televiżivi biex jipp rietka dwar kif għandhom isiru l-affa rijiet, issa kollox u kulħadd qed jipponta direttament lejh. Tkompli f’paġna 4
02
15.05.2022
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 28°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq il-Baħar Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent il-Lbiċ li jsir ħafif min-Nofsinhar ix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 18°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
25°C UV 11
16°C
Il-Ħamis
KUNTATT ĠENERALI
25°C UV 11
17°C
Il-Ġimgħa
25°C UV 11
18°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
24°C UV 9
17°C
24°C UV 11
17°C
23°C UV 4
16°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Remedies Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Remedies Pharmaacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Polymer Żabbar Pharmacy, 30 Triq il-Ħofra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
15.05.2022
SINJAL ĊAR TAL-FIDUĊJA F’MALTA Tkompli minn paġna 1 Fil-fatt l-aġenzija qed tbassar li l-ekonomija ta’ pajjiżna se tikber b’aktar minn 4% din is-sena. Dan waqt li nnotat kif is-sena li għaddiet it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna kien ferm aktar għoli mit-tbassir tagħhom. Aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Prim Ministru Robert Abela għamel intervent skjett, iżda sod, fil-Parlament fejn qal li kemm-il darba wieħed jistenna li ċerti sostenni jibqgħu jingħataw, il-Gvern hu obbligat li jieħu deċiżjonijiet favur l-investiment u t-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku. Intant, fir-rapport tagħhom Fitch ikkonfermaw li l-Gvern Malti qed jipproteġi sew lill-fa milji f’pajjiżna mill-għafsiet li qed jirriżultaw mill-prezzijiet internazzjonali. L-esperti ta’ Fitch sostnew ukoll li “l-maġġoranza tal-fa milji Maltin s’issa baqgħu mhux affettwati miż-żieda qawwija fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-gass u l-elettriku, grazzi għal ftehim għax-xiri bi prezzijiet iffissati, li jipproteġu d-dħul disponibbli reali u l-konsum privat” (“Maltese households have so far remained largely unaffected by a sharp increase in international wholesale gas and electricity prices due to fixed-price purchase agreements, protecting real disposable incomes and private consumption”). Dan filwaqt li anke rrimar kaw li “l-Gvern ukoll qed jintervjeni fis-suq tal-ikel biex irażżan iż-żidiet fil-prezzijiet tal-qmuħ” (“the government is also intervening in the food market to cap the increase in wheat prices”). L-esperti internazzjonali qed jipproġettaw li din is-sena l-Gvern se jirnexxielu jnaq qas id-defiċit fiskali minkejja l-għajnuna qawwija li qed jagħti lin-negozji u lill-familji bħala tarka kontra ż-żieda fil-prezzi jiet internazzjonali. B’kollox bejn l-għajnuna kontra l-effetti tal-pandemija u dik kontra l-inflazzjoni, hu stmat li l-Gvern se jkun qed jonfoq 3% tal-ġid nazzjonali. Fin-nuqqas ta’ dan is-sos tenn, id-defiċit kieku kien ikun ferm inqas minn dak rikjest mir-regoli ta’ Maastricht. Fiddawl tal-irkupru ekonomiku qawwi ta’ pajjiżna, l-ekonomisti ta’ Fitch rrevedew ’l is-
fel it-tbassir tagħhom tal-piż tad-dejn nazzjonali. Fir-rapport tagħha, Fitch titkellem dwar ir-rebħa elettorali tal-Partit Laburista u kif din mistennija twassal għal “kontinwità fil-politika ekonomika u riformi istituzzjonali” (“economic policy continuity, institutional reforms”). Filwaqt li jinnotaw il-progress li diġà seħħ mindu Dr Robert Abela sar Prim Ministru f’Jannar tal-2020, l-esperti tal-aġenzija qed ibassru li din l-amministrazzjoni l-ġdida se tkompli ttejjeb l-istituzzjonijiet, anke wara l-progress li sar minn Malta fil-pjan ta’ azzjoni maqbul mal-Financial Action Task Force (FATF). Għalihom pajjiżna jgawdi minn “kapaċità istituzzjonali b’saħħitha, saltna tad-dritt effettiva u livell baxx ta’ korruzzjoni” (“strong institutional capacity, effective rule of law and a low level of corruption”). Fid-dawl ta’ dan kollu l-esperti ta’ din l-aġenzija kkonfer maw ir-rating tagħhom għal pajjiżna, “A+”, biex bagħtu sinjal ċar tal-fiduċja li għandhom fl-ekonomija ta’ pajjiżna u fittmexxija tal-Gvern Malti. Irkupru ekonomiku akbar milli mistenni Sadanittant, fir-rapport ann wali tiegħu għas-sena li għaddiet u li tressaq fil-Parlament din il-ġimgħa, il-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti wkoll innota li l-indikazzjonijiet kollha juru li l-irkupru fl-attività ekonomika ta’ pajjiżna kien aktar b’saħħtu milli mistenni. Fi stqarrija, il-Kunsill Fiskali Konsultattiv qal li huwa importanti li jiġi sostnut it-tkabbir ekonomiku hekk kif il-pajjiż jinsab fi triqtu lura għan-normalità, minkejja l-isfidi internazzjonali ta’ bħalissa, partikolarment dik tal-inflazzjoni. Ir-rapport tal-Kunsill Fiskali Konsultattiv jikkonferma dak li qalu oħrajn qabel, fost hom il-Kummissjoni Ewropea li, fir-rapport annwali tagħha tax-xitwa fi Frar li għadda, kienet bassret li l-ekonomija Maltija se tkun l-aktar waħda li tikber mill-istati membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Fl-istess ħin, ir-rapport annwali tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jbassar li, matul din is-sena, it-tkabbir ekonomiku għandu jkun ta’ 6%.
Ir-rebħa elettorali Laburista għandha twassal għal kontinwinità fil-politika ekonomika u riformi istituzzjonali
Fitch ikkonfermat ir-rating b’saħħtu għal Malta fil-livell “A+”
04
IL-KONFERMA TA’ KAP BIL-MAŻŻRI M’GĦONQU Fi triqtu biex aktar tard dan ix-xahar jiġi ter Fenech, ingħad li, għalhekk wara Grech se jkun waħdu fit-tellieqa kkonfermat Kap tal-Partit Nazzjona li ttieħdet nota tal-konklużjoni tal- wara li fil-jiem u l-ġimgħat wara r-riżullista, Bernard Grech qed jiġi mgħobbi proċess ta’ due diligence, il-Kummiss- tat elettorali tas-26 ta’ Marzu għamel b’sensiela ta’ problemi ġodda b’riżultat joni Elettorali qiegħda tiftaħ il-perjodu minn kollox biex ibeżża’ li jkun hemm tas-sitwazzjoni ddisprata li qed taħkem ta’ proċess ta’ nominazzjoni li fih Ber- kandidati oħrajn li jinteressaw irlid-Dar Ċentrali u li kompliet tikber nard Grech jista’ jitfa’ n-nomina li trid wieħhom. Waqt li Grech beżża’ bid-dejn taħt it-tmexxija tiegħu fl-aħħar sena u tkun issekondata minn 3 deputati, 5 akkumulat multimiljunarju, l-aptit biex nofs. Dawn qed jinbidlu f’mażżri tqal kunsillieri, 10 membri tal-eżekuttiv, 50 persuni jersqu ’l quddiem ħalli anke titm’għonqu lejlet il-votazzjoni kruċjali membru tal-kunsill ġenerali u 50 tes- jieb is-sitwazzjoni interna kien diġà qed fost il-kunsillieri tal-Partit fejn qed jit- serat Nazzjonalista. jonqos drastikament. karrab għal vot ta’ fiduċja, Fid-dawl tal-inkonsistenanke jekk ħadd mhu se jkun zi u l-inkompetenzi li dejjqed jikkontestah. em jispikkaw iżjed fi Grech, Grech jinsab f’“tellieqa” sorsi fi ħdan il-PN indikaw lil għall-ħatra ta’ Kap waħdu u din il-gazzetta li jippreferu bil-barka tal-Kummissjoni “jħalluh jagħmel hu”, b’refGħal Grech mhux kollox hu ħarir Kandidati tal-Partit, li nhar erenza għall-Kap. u t-triq mhix se tkun dritta sakemm l-Erbgħa ddikjarat li huwa Għal Grech mhux kollox idoneu biex jikkontesta għal issir l-elezzjoni fost il-kunsillieri fis-27 u hu ħarir u t-triq mhix se din il-kariga “wara eżerċizztkun dritta sakemm issir t-28 ta’ Mejju li ġej. It-tellieqa singulari l-elezzjoni fost il-kunsillieri ju ta’ due diligence”. Il-Kummissjoni bbażat id-deċiżjoni u t-28 ta’ Mejju li ġej. tiegħu għall-kariga ta’ Kap hi mtaqqla, fis-27 tagħha fuq it-tweġibiet li It-tellieqa singulari tiegħu fost l-oħrajn, bl-allegazzjonijiet li taha Grech innifsu, bla ma għall-kariga ta’ Kap wara li ppubblikat ukoll ir-riżultati l-akbar telfa fl-istorgħamillu l-Eks Deputat Jason Azzopardi dabbar mill-eżerċizzju, bil-maqlub ja ta’ Malta sovrana, hi wkoll kif għamlet sentejn ilu. imtaqqla bis-sitwazzjoni li Dan sar magħruf wara li ċ-Ċermen Ta’ min jinnota li fl-aħħar tellieqa tefa’ fuqu l-Eks Deputat Nazzjonalista tal-Kummissjoni Kandidati tal-PN Col- għat-tmun tal-PN fl-2020, dik bejn Jason Azzopardi. in Bowman bagħat ir-rapport ta’ due Adrian Delia u l-istess Grech, ir-rapMa’ din ukoll hemm il-firda fost diligence lill-Kummissjoni Elettorali, port tad-diliġenza dovuta kien intb- il-fazzjonijiet fil-Partit li kompliet terRekords u Data u lill-Kunsill Ammi għat lill-midja biex il-kandidati setgħu fa’ rasha ferm iżjed mindu Grech ħa nistrattiv, skont kif jitlob l-istatut jiġu skrutinizzati fid-dominju pubbliku. t-tmexxija tal-Partit f’idejh inqas minn tal-Partit. Għal raġunijiet li ma ġewx iddikjarati, sentejn ilu. Fi stqarrija ffirmata mill-Kum- fiċ-ċirkustanzi attwali, il-PN naqas milli Il-mod kif il-PN ta’ Grech aġixxa fil-bimissarju Elettorali Nazzjonalista Pe- jagħmel dan. du ta’ din il-ġimgħa dwar in-nomina ta’
15.05.2022
Anġlu Farrugia bħala Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti u l-mod kif tkellem fil-Parlament dwar ir-riformi li qed imexxi ’l quddiem il-Gvern Laburista dwar l-IVF huma sintomatiċi li juru kif Grech qed jipprova jintgħoġob. Għalkemm qed jipprova jnessihom, u ma tteħdux passi ulterjuri inkluż b’libell, l-akkużi ta’ Jason Azzopardi ta’ tixħim biex tingħata proklama għadhom tqal fuq spallejn il-Kap Nazzjonalista. Fid-dikjarazzjoni tiegħu Jason Azzopardi allega kif, waqt ikla ma’ numru żgħir ta’ negozjanti, il-Kap tal-PN Bernard Grech ittieħed f’ġenb minn żewġ persuni li huma qrib persuna li għaddejja bi proċeduri kriminali b’rabta ma’ assassinju. Azzopardi allega li hawnhekk issemma s-suġġett ta’ proklama għall-akkużat, bi Grech jagħti assigurazzjoni li kieku kellu jkun Prim Ministru kien ikun dispost jirrakkomanda l-għoti tal-proklama. Azzopardi qal ukoll li f’din l-ikla Grech ingħata donazzjoni ta’ flus għall-maratona ġbir ta’ fondi tal-PN li saret ftit jiem biss wara. Wieħed irid iżomm f’moħħu li Grech kien stqarr li lest jagħti proklama lil Yorgen Fenech, li jinsab akkużat fil-Qorti bħala l-mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Azzopardi beżaq dan kollu fi sfond ta’ ġlied kbir fi ħdan il-PN u wara li tniggeż minħabba li Grech qed jipprova jikkuntenta lill-fazzjonijiet kollha fidDar Ċentrali biex jikseb vot b’saħħtu ta’ konferma bħala Kap tal-Partit. Imma din ma niżlitx tajjeb ma’ Azzopardi, li mhux l-ewwel darba kien protagonista f’battibekki bejn il-fazzjonijiet fi ħdan il-PN, u għalhekk fetaħ konfrontazzjoni fil-miftuħ permezz ta’ dawn l-akkużi, li wassluh biex saħansitra jirriżenja mill-Partit. Waqt li baqa’ jsostni d-dikjarazzjoni tiegħu, Azzopardi qata’ l-aħħar rabta li kellu mal-Partit wara li
05
15.05.2022 l-elettorat sfiduċjah. Ir-reazzjoni ta’ Grech għal dawn l-akkużi – li għadhom imdendlin m’għonqu – kienet li fl-1 ta’ Mejju waqt laqgħa msejħa b’urġenza, tal-Kunsill Amminis trattiv Nazzjonalista ressaq mozzjoni li ġiet appoġġjata b’mod unanimu biex fi żmien 24 siegħa Azzopardi jissostanzja l-allegazzjonijiet, li għamel fuq il-mezzi soċjali, quddiem il-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Midja Soċjali. Kien hawnhekk li Azzopardi rriżenja fi sfond ta’ ġlied kbir, imma ma ċaħad xejn minn dak li spara fil-konfront tal-Kap. L-għada, 2 ta’ Mejju, f’laqgħa oħra speċjali, il-Kunsill Amministrattiv Nazzjonalista esprima fiduċja b’mod unanimu fil-Kap wara li Azzopardi naqas li jissostanzja l-allegazzjonijiet li għamel quddiem il-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Midja Soċjali tal-Partit. Bil-pressjoni fuqu, Grech xorta ħalla bieb miftuh għal Azzopardi meta qal li jemmen li għad hemm post għal Azzopardi fi ħdan il-PN. Bħala parti mill-Blue Heroes u protagonist biex jittajjar il-predeċessur ta’ Grech, ħadd qatt ma stenna li Azzopardi kien se jiġi maħruq b’dan il-mod jew li l-kriżi interna Nazzjonalista kienet se tasal s’hawnhekk. Ħafna fid-Dar Ċentrali jindikaw li din kompliet tisplodi b’mod speċjali bid-deċiżjonijiet jew innuqqas ta’ oħrajn minn Grech stess. Mażżra oħra li għandu ma’ għonqu Bernard Grech hi d-dejn ta’ €32 miljun li għandu l-Partit. Grech għadu ma ċaħadx rapport tal-KullĦadd dwar kif, meta rrefera għall-piż finanzjarju li għandu l-Partit, ħeba mat-€8 miljun oħra taċ-ĊedoliPN biex jipprova jfarfar mir-responsabbiltà. Tali ċedoli bdew jimmaturaw ix-xahar li għadda u allura l-Partit hu obbligat li jħallas kull flus investiti b’imgħax ta’ 4%. Dejn inġenerali tal-Partit kien beda jissemma biss wara l-2013 meta tilef il-poter minn idejh u l-kontroll talKaxxa ta’ Malta. Minkejja li diġà kien hemm l-ewwel vittmi – il-ħaddiema tal-midja tal-Partit, li wara xhur sħaħ ma jitħallsux, spiċċaw ukoll imkeċċijin – sal-lum dan il-piż baqa’ biss jakkumula bil-goff. Illum Grech ukoll tefa’ ħarstu mill-ġdid fuq il-midja u waħħal fiha għat-telf kbir li għandu. Biex itaffi ftit minn dan id-dejn reġa’ ssemma l-ħsieb li jinbiegħu xi każini. Dan ma tantx niżel tajjeb mat-tesserati u uffiċjali tal-Partit, wara li fl-aħħar snin diġà kienu ngħalqu u nbiegħu xi każini, inkluż f’lokalitajiet fejn il-Partit għandu l-akbar saħħa. L-inkonsistenzi u l-inkompetenzi tiegħu, li qed ikomplu joħorġu fil-beraħ, ukoll ikomplu jiskreditaw lil Grech, waqt li jikxfuh kif għadu mwaħħal ma’ politika tal-passat u tan-negattività. Dan ħareġ, fost l-oħrajn, mill-ewwel deċiżjoni tal-Grupp Parlamentari Nazz jonalista, dik li joħroġ kontra n-nomina ta’ Anġlu Farrugia bħala Speaker tal-Parlament u meta l-Gvern ressaq l-ewwel qari għal emendi fil-liġi tal-IVF nhar it-Tnejn li għadda. Minbarra li nqabad li mhux infurmat fuq is-suġġett delikat, billi qal li l-Gvern ressaq l-emendi wara deċiżjoni tal-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, meta kulħadd konxju li dawn l-emendi kienu proposta ewlenija fil-manifest Laburista, il-Kap tal-Oppo żizzjoni ġustament ġie mfakkar meta kien insensittiv ma’ persuni li ma jistax ikollhom tfal b’diskors partiġjan waqt il-kampanja elettorali xahrejn ilu.
GRECH INTERESSAT BISS IŻOMM IL-KARIGA KOSTITUZZJONALI Tkompli minn paġna 1
l-kelma li se jkun hemm “storja taħraq” fit-Times dwar is-sitwazzjoni fil-PN. Is-Sindku Nazzjonalista f’San Ġiljan staqsa jekk ilKap u l-amministrazzjoni tal-Partit kinux jafu b’din illaqgħa man-negozjant u jekk kellhiex l-approvazzjoni tagħhom. Fil-kitba tiegħu fit-Times, Buttigieg ilmenta li, bħala kandidat fuq id-Disa’ u l-Għaxar Distrett elettorali, ġie mminat mill-Partit tiegħu stess. “X’kien il-prezz li tħallas għal dan it-tradiment? Tletin biċċa tal-fidda? Hu dan il-mod kif kelli nħallas talli semmajt leħni? Kien hemm ftehim biex isikktuni?”, kiteb Buttigieg, li semma kif qabel u waqt il-kampanja elettorali ma kienx mistieden imqar darba biex jindirizza konferenza tal-aħbarijiet jew biex jieħu sehem f’dibattitu inkella f’xi attività tal-Partit biex jiddiskuti suġġetti li hu kkwalifikat u għandu esperjenza fihom. Huwa qal li dan b’differenza għal oħrajn, li l-Partit tahom viżibilità kuljum, kontra kull sens ta’ ġustizzja. Hu akkuża lil dawk, li sejħilhom il-gurus tal-Partit, li għażlu numru ta’ kandidati ppreferuti u ramew lil oħrajn, fosthom hu. Is-sorsi tagħna fil-PN jisħqu li wieħed minn dawk li ġew ippreferuti fuq Buttigieg f’dawn id-distretti kien il-kandidat il-ġdid, Graham Bencini, li kemm-il darba rrappreżenta lill-Partit f’dibattiti televiżivi waqt il-kampanja. Kontra Buttigieg, dan spiċċa jiġi elett fuq l-Għaxar Distrett.
“Is-sitwazzjoni tinsab bla kontroll. Għandek dawk li dejjem kienu fil-fazzjoni l-oħra, dawk li jappoġġjaw lil (Adrian) Delia. Bħalissa dawn gallarija jgawdu ftit ir-rivinċità ta’ dak li sar lilhom … qed jgħidu ‘allaħares l-allegazzjonijiet li kien hemm illum saru fuq Delia, għax ħoll xagħrek u ġib iż-żejt’. Qed ifakkru wkoll kif kienet infetħet inkjesta maġisterjali fuq allegazzjoni li Delia ried jelimina lil Casa (fl-elezzjoni għall-Parlament Ewropew),” qalulna s-sorsi, li jafu x’inhu jingħad eżatt fil-laqgħat mill-kumitati. “Dawn se jagħtu d-daqqa fejn jeħtieġ,” komplew l-imkejjen tagħna. “Imbagħad għandek dawk li għamlu lil Grech Kap … u li sa ċertu punt għadhom iwerwruh. Imma issa, fl-istess ħin, dawn qed jiftħu attakk totali fuq in-nies li kienu u għadhom madwar il-Kap.” Mistoqsijin jgħidu x’jemmnu li hi l-akbar problema li għandu Grech bħalissa, huma indikaw mill-ewwel lejn il-ħsieb ta’ ħafna li dan jinsab interessat biss jibqa’ Kap tal-Oppożizzjoni biex iżomm l-istatus, l-uffiċċju u x-xufier u jerġa’ jieħu ċans li jsir Prim Ministru. Fil-fatt, jirriżultalna li anke dawk, li sa ftit ilu kienu jitħallsu l-eluf kbar mid-Dar Ċentrali għall-Kap, huma urtati għall-mod kif dan issa qed iħallihom ifendu għal rashom, partikolarment quddiem akkużi serjissimi minn nies bħall-Eks Deputat Jason Azzopardi u s-Sindku attwali ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg, li wkoll ikkontesta l-aħħar elezzjoni bla suċċess. Waqt li l-perċimes tal-“Blue Heroes”, li mexxa l-konġura interna biex isir spazju fit-tmun tal-Partit għal Grech sentejn ilu, ħareġ jakkużah lill-Kap li ħa donazzjonijiet bil-patt li jiffavorixxi proklama lil persuna akkużata b’omiċidju u li l-imġiba tiegħu hi inaċċettabbli, akkuża simili minn Buttigieg tindika li “uffiċjal għoli mhux elett fil-PN” wiegħed lil negozjant li lest ifixkillu l-kandidatura u jagħlaqlu ħalqu meta jitkellem kontra ċerti żviluppi li qed iseħħu fil-lokalità li jmexxi. Dawk qrib Grech ukoll Minn fost dawk li issa qed iħossuhom urtati l-Kap qed iħallihom waħedhom, kien hemm min ħass għax qed jitħallew ifendu il-ħtieġa li jitkellem pubbgħal rashom quddiem likament. Ray Bezzina, l-isakkużi serjissimi trateġista u l-id il-leminija ta’ Grech sa ftit tal-ġimgħat ilu, fetħilha mal-MaltaToday dwar dan u saħansitra ħareġ stqarrija biex iwieġeb l-artiklu ta’ Buttigieg fitTimes of Malta. Dan tal-aħħar allega li kien hemm min ftiehem ma’ kuntrattur biex jimminah politikament u, għalkemm ma semmiex ismijiet, ħafna fil-PN interpretaw il-kliem “uffiċjal għoli mhux elett” bħala referenza għal Bezzina, l-Eks Chief Of Staff ta’ George Pullicino. Interessanti li tant kemm l-artiklu ta’ Buttigieg kien ikkordinat, li lejlet li ġie ppubblikat kienet diġà bdiet tiġri
Albert Buttigieg
06
15.05.2022
MARIO GRECH MAL-FAVORITI LI JILĦAQ PAPA
L-akbar proġett ta’ housing soċjali fis-Swatar inawgurat f’Marzu li għadda
370 FAMILJA OĦRA F’AKKOMODAZZJONI SOĊJALI ĠDIDA DAQT Waqt li mill-bidu ta’ din is-sena 175 familja ġew dew minn għarbiel riġoruż biex ikun assigurat li allokati postijiet ta’ akkomodazzjoni soċjali ġod- dawn il-postijiet tal-Gvern jingħataw lil min verda li qed jinbnew mill-Gvern fl-akbar investiment ament għandu bżonn. tax-xorta tiegħu fl-aħħar 40 sena, fiż-żmien li ġej “Il-Gvern impenja ruħu li wieħed mill-għanijise jkunu qed jagħmlu l-istess 370 familja. et ewlenin hu li tiġi indirizzata l-lista ta’ stennija. Il-proċess ta’ allokazzjoni tas-siti l-ġodda Minn hawn beda pjan ta’ allokazzjoni. L-ewwel u tal-akkomodazzjoni soċjali mill-Awtorità tad- qabel kollox beda l-bini tal-postijiet, iżda fl-istess Djar se jissokta fix-xhur li ġejjin, waqt li iżjed ħin kien għaddej proċess ieħor ta’ profiling fejn appartamenti jitlestew mill-fażi tal-kostruzzjoni żorna kull persuna li kienet fuq il-lista ta’ stenu l-finishings u jiġu għad-dispożizzjoni tal-Aw- nija tal-Awtorità biex naraw il-bżonnijiet tiegħu. torità tad-Djar biex ikunu jistgħu jiżżanżnu minn Diversi blokki ta’ akkomodazzjoni soċjali issa dawk li jeħtiġuhom. tlestew u bdew jintużaw mill-familBħala parti mill-akbar proġett ji nfushom. Imma issa għaddejjin ta’ housing soċjali f’pajjiżna b’inminn proċess ieħor biex naraw vestiment ta’ €110 miljun, il-Gvern minn fejn nistgħu nġibu proprgħandu numru ta’ proġetti għadjetajiet ta’ akkomodazzjoni soċjali dejjin fl-istess ħin li se jrendu L-investiment u appartamenti mis-settur privat,” blokok sħaħ ta’ appartamenti biex McKay, waqt li ddeskriva dawn ta’ €110 miljun qal tissaħħaħ il-provvista ta’ postijiet il-proġetti li qed jinbnew madwar li jistgħu jintużaw minn dawk li ma f’housing soċjali Malta bħala monument soċjali li jaffordjawx jixtru jew jikru mill-primill-Gvern hu se jkomplu jindirizzaw il-bżonnijiet vat. tal-lum. F’Marzu li għadda ġie inawgurat l-akbar wieħed Huwa fakkar li dawn l-appartal-akbar proġett ta’ akkomodazzjoni fl-aħħar 40 sena menti mhux se jkunu għall-bejgħ soċjali fl-istorja ta’ pajjiżna fiż-żona u fl-ebda mument ma jistgħu jinxtas-Swatar li se jilqa’ fi ħdanu 73 familja. traw, filwaqt li l-kirja soċjali se tinħadem skont Ċifri ppubblikati minn ONE News juru li l-allo- id-dħul tal-inkwilin. kazzjonijiet se jkomplu fix-xhur li ġejjin u fl-2023 Il-binjiet ta’ akkomodazzjoni soċjali li f’siti ġodda ta’ akkomodazzjoni soċjali u siti ffi- qed jinbnew madwar Malta ma jaħsbux biss nanzjati mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċ- għall-bżonnijiet tal-preżent imma anke jaqdu jali (NDSF). l-ħtiġijiet tal-futur. Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid Fl-istess ħin, l-Awtorità tad-Djar hi impenjata McKay qal lil ONE News li fl-aħħar erba’ snin, f’għadd ta’ skemi li jgħinu faxex oħrajn tas-soċdawk li kienu qed jistennew għajnuna fil-forma jetà, waqt li tibqa’ għaddejja wkoll b’xogħlijiet ta’ ta’ housing soċjali kważi naqsu bin-nofs, anke riġenerazzjoni fi blokok u appartamenti mferr waqt li l-Awtorità ġriet wara kull ċavetta biex set- xin mal-pajjiż. Fost dawn, il-Gvern qed jinvesti għet tibda tiġi indirizzata l-lista ta’ stennija. f’numru kbir ta’ lifts biex jiffaċilita l-aċċess ta’ McKay irrimarka wkoll li l-applikanti għad- familji u residenti, li llum kibru fl-età.
Il-Kardinal Mario Grech hu fost numru ta’ kardinali li qed jissemmew bħala favoriti biex ikunu s-suċċessur tal-Papa Franġisku. Hekk kif qed jiżdied it-tħassib dwar saħħet il-Papa, li fl-aħħar jiem ħassar uħud mill-appuntamenti skedati u deher juża siġġu tar-roti kawża ta’ problemi f’irkopptu, diġà beda jinxtered l-għajdut min jista’ jkun il-kardinal li jista’ jeħodlu postu. L-Eks Isqof t’Għawdex u Segretarju Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet, li nħatar Kardinal f’Novembru tal-2020, kien wieħed minn dawk li lbieraħ issemma bi prominenza f’rapport tat-Times ta’ Londra li analizzat kif il-Papa li jmiss se jkun minn fost żewġ fazzjonijiet rivali fil-Vatikan, dawk meqjusin konservattivi u l-oħrajn liberali. Il-favoriti fost il-konservattivi huma l-espert tal-liġi kanonika, il-Kardinal Ungeriż Peter Erdo, il-Kardinal Ġermaniż Wim Eijk u l-Kardinal Kanadiż Marc Ouellet. Skont ir-rapport, il-Kardinal Għawdxi Mario Grech hu kandidat interessanti hekk kif minkejja li jħaddan reputazzjoni konservattiva, fl-istess ħin hu qrib ħafna l-prinċipji li mexa bihom il-Papa Franġisku. Il-kompetizzjoni tinkludi wkoll lil dawk aktar prog ressivi bħall-Kardinal Filippin Luis Tagle u l-Kardinal Pietro Parolin, l-id il-leminija tal-Papa Franġisku u s-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, kariga li hi ekwivalenti għal Prim Ministru. Jirriżulta li sal-lum hemm 117-il kardinal li għandhom inqas minn 80 sena u allura eliġibbli li jivvotaw fil-konklavi. Minn dawn, 67 inħatru mill-Papa Franġisku, 38 mill-Papa Benedittu u 12 saru Kardinali fi żmien il-Papa San Ġwanni Pawlu II. Biex wieħed minn dawn il-kandidati msemmija jilħaq Papa, trid tiġi assigurata maġġoranza ta’ żewġ terzi fost il-kardinali, iżda skont ir-rapport tat-Times ta’ Londra ħadd minn dawk imsemmijin bħala favoriti ma jidher li għandu xi maġġoranza ċara.
15.05.2022
07
MAT-43,000m² TA’ SPAZJU MIFTUĦ Miexi b’ritmu qawwi x-xogħol estensiv fil-proġett f’Ta’ Qali li se jibda jitgawda mill-familji u waqt kunċerti Waqt li kien qed iżur il-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali fejn bħalissa għaddej xogħol estensiv fiż-żona tal-kunċerti, il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar Stefan Zrinzo Azzopardi spjega kif din iż-żona tikkonsisti f’art ta’ 43,000m². Il-proġett, li mistenni jiswa madwar €14-il miljun, se jkun qed jittrasforma l-post fi spazju miftuħ biex jintuża f’kunċerti u avvenimenti kbar. Fil-kumplament tal-ġranet ikun jista’ jintuża bħala spazju ta’ rikreazzjoni għall-familja kollha. Il-Perit Lorenz Buttigieg, responsabbli mid-disinn tal-proġett, spjega f’aktar dettall ix-xogħlijiet li qed isiru. Hu qal li l-ispazju l-ġdid se joffri l-faċilitajiet kollha possibbli biex jistgħu jittellgħu attivitajiet tal-massa tal-ogħla livell, b’dawl innovattiv, teknoloġija moderna u sistema taħt l-art ta’ servizzi sanitarji. Iż-żona tal-kunċert se tkun mgħammra bi kiosks u bars u ż-żona kollha se tkun imħaddra permezz ta’ turf naturali. Madwar 1,500 siġra u arbuxell ġodda se jitħawlu madwar dan is-sit u se jkun hemm ġibjun għall-ħażna tal-ilma tax-xita li se jintuża għat-tisqija tas-sit, inkluż it-turf naturali li se jinżera’ fuq l-ispazju kollu. Dan il-proġett, li qed jitmexxa mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet Pubbliċi, jagħmel parti mill-proġett ferm akbar għar-riġenerazzjoni sħiħa taż-żona kollha f’Ta’ Qali.
08
LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI 2022 Fil-jiem li ġejjin se tissokta l-ħidma amministrattiva tal-Partit Laburista permezz tal-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-kumitat lokali u reġjonali. Rappreżentanti u uffiċjali tal-Partit se jkunu qegħdin iduru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex biex jattendu għal dawn il-laqgħat ġenerali annwali. Dawn se jsiru fiċ-ċentri rispettivi tal-lokalitajiet fis-6:30 ta’ filgħaxija fost il-ġimgħa u fid-9:00 ta’ filgħodu nhar ta’ Ħadd. Il-Laqgħat Ġenerali Annwali li jmiss (bis-sehem tal-uffiċjali jew ir-rappreżentanti fil-parenteżi) huma:
15.05.2022
JINĦATAR SEGRETARJU PERMANENTI EWLIENI Il-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku din il-ġimgħa approvat in-nomina ta’ Tony Sultana bħala s-Segretarju Permanenti Ewlieni l-ġdid fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Hu se jieħu post Mario Cutajar, li se jirtira fl-aħħar ta’ dan ix-xahar wara li okkupa l-pożizzjoni sa mill2013. Kien il-Prim Ministru Robert Abela li ressaq in-nomina ta’ Sultana quddiem il-Kabinett tal-Ministri u, wara approvazzjoni hawnhekk, din għaddiet għand il-Kummissjoni għasServizz Pubbliku. L-approvazz joni ta’ din tal-aħħar imbagħad intbagħtet lill-President George Vella biex issir il-ħatra. Stqarrija ppubblikata nhar l-Erbgħa ħabbret li din il-ħatra
issa se tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju li ġej. Fl-aħħar snin, Sultana mex xa l-Malta Information and Technology Agency (MITA) firrwol ta’ Ċermen Eżekuttiv. B’36 sena esperjenza fis-Set-
tur Pubbliku, Sultana mexxa bidliet importanti biex tkompli tissaħħaħ id-diġitalizzazzjoni tal-istess settur. Tul is-snin kien ukoll fdat bi proġetti maġġuri, bħal ma kienu t-tmexxija tal-Euro IT Task Force u sistemi ġodda fis-settur tal-enerġija. Hu kkwalifikat fil-Matematika u l-Computing mill-Università ta’ Malta u fl-immaniġġjar mill-Università ta’ Anglia fir-Renju Unit. Il-Kabinett tal-Ministri wkoll irringrazzja lil Mario Cutajar għall-ħidma tiegħu, li wasslet għal titjib sinifikanti fis-Settur Pubbliku. Hu kien sar Kap taċ-Ċivil u Segretarju tal-Kabinett f’Marzu tal-2013, fl-ewwel ħatra li wettaq il-Gvern Laburista dak iż-żmien.
IL-ĦADD 15 TA’ MEJJU 2022 Ir-Rabat (Nettu Farrugia) Il-Gżira (Joe Zrinzo) Il-Birgu (Salvu Borg) IT-TNEJN 16 TA’ MEJJU 2022 L-Imsida (Georvin Bugeja) Il-Furjana (Yana Debono Grech) IT-TLIETA 17 TA’ MEJJU 2022 Ħal Tarxien (Nettu Farrugia) Ħad-Dingli (Salvatore Azzopardi) L-Imqabba (Fredrick Cutajar) L-ERBGĦA 18 TA’ MEJJU 2022 Marsaskala (Joe Falzon) Santa Luċija (Nettu Farrugia) Is-Siġġiewi (Salvu Borg) IL-ĦAMIS 19 TA’ MEJJU 2022 Il-Ħamrun (Stanley Mifsud) Tas-Sliema (Joe Zrinzo) Ħal Għaxaq (Nettu Farrugia) IL-ĦADD 22 TA’ MEJJU 2022 In-Nadur, Għawdex
L-EWWEL ERBA’ XHUR JAGĦTU L-AQWA BEJGĦ TA’ PROPRJETÀ Sa April li għadda kienu ġew finalizzati aktar minn 4,500 kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà għal skop residenzjali f’pajjiżna. B’valur totali ta’ €977 miljun dan hu l-akbar li qatt ġie rreġistrat għal proprjetajiet mixtrijin fl-ewwel erba’ xhur tas-sena mindu bdew jinġabru dawn il-figuri. L-attività tal-lum hi kważi €300 miljun jew 42% akbar meta mqabbla mal-2020, jiġifieri fl-ewwel xhur tal-pandemija. Imma anke meta mqabbla mal-2019, jiġifieri qabel bdiet il-pandemija, illum qed jiġi rreġistrat ukoll titjib fl-attività – kważi €60 miljun jew 6%. Dan ix-xiri ta’ residenzi fl-ewwel erba’ xhur tas-sena kien ikkonċentrat f’erba’ lokalitajiet, li huma Għawdex, Marsaskala, il-Qawra u l-Gżira/l-Imsida.
2018 2019 2020 2021 2022
Kuntratti 4,004 4,676 3,547 4,463 4,516
Valur €740,000,000 €920,000,000 €687,000,000 €918,000,000 €977,000,000
Avolja issa r-rata tal-boll fuq ix-xiri ta’ proprjetà reġgħet lura għan-normal, jirriżulta li fl-ewwel erba’ xhur tal-2022 xorta kien hemm għadd qawwi ta’ konvenji. Fil-fatt, ġew iffirmati kważi 3,800 konvenju ġdid, bid-domanda tibqa’ ddominata minn proprjetajiet fir-reġjuni diġà msemmija.
09
15.05.2022
Matul ix-xahar li għadda kien hemm kważi 514,000 passiġġier li użaw l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA), kważi 12-il darba iżjed it-traffiku osservat f’April tal-2021. Minbarra hekk, l-ammont immarka wkoll l-ogħla numru ta’ passiġġieri fl-Ajruport tagħna minn Ottubru tal-2019, jiġifieri ferm qabel laqtitna l-COVID-19. Meta mqabbel mal-livell ta’ qabel il-pandemija, l-attività tal-MIA għaxxahar t’April 2022 kienet ta’ 79%. F’April tas-sena l-oħra t-traffiku talpassiġġieri kien jammonta biss għal 6% tal-attività fl-istess xahar fl-2019. F’termini ta’ attività qabel il-pandemija, il-proporzjon ta’ April kien l-aħjar moviment ta’ passiġġieri fl-Ajruport mill-bidu tal-pandemija. Ir-rekord preċedenti kien Marzu li għadda meta l-perċentwal tal-passiġġieri kien jammonta għal 66% ta’ dak fl-2019. F’April in-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-MIA kien akbar minn dak ta’ Awwissu li għadda – l-aqwa xahar tat-turiżmu. Meta mqabbel mal-attività f’April fis-snin ta’ qabel il-pandemija, it-traffiku fl-Ajruport jidher li reġa’ lura għal kważi dak li kien fl-istess xahar fl-2017.
Fix-xhur li ġejjin is-settur turistiku mistenni jkompli jirkupra bit-tneħħija ta’ aktar restrizzjonijiet Bit-tneħħija ta’ aktar restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, is-settur tat-turiżmu mistenni li jkompli jirkupra fix-xhur li ġejjin. Minbarra hekk, jidher li t-tul medju tal-vaganzi kif ukoll in-nefqa ras għal ras qed jiżdiedu b’mod sostanzjali. Fl-ewwel erba’ xhur ta’ din is-sena kważi 1.2 miljun passiġġier użaw l-Ajruport, aktar minn disa’ darbiet aħjar mill-138,000 passiġġier osservati fl-istess perjodu fl-2021. Jekk dawn ix-xejriet ikomplu, l-2022 se tirriżulta li hi ħafna aħjar għas-settur turistiku mis-sentejn ta’ qabel.
L-AQWA TRAFFIKU TA’ PASSIĠĠIERI FL-MIA MINN OTTUBRU 2019 Movimenti ta’ passiġġieri bħala % tal-livell tal-2019 2020 2021 2022
JAN 114 11 44
FRA 117 8 55
MAR 35 7 66
APR 0 6 79
MEJ 0 11
ĠUN 0 26
LUL 19 39
AWW 31 49
SET 17 55
OTT 16 61
NOV 8 64
DIĊ 10 53
10 Ritratti: GIANLUCA FALZON
15.05.2022
LURA GĦALL-BLUHA TAL-KARNIVAL Fi tmiem il-ġimgħa li ġej se jerġgħu jispikkaw l-ilwien kollha tal-bluha tar-renju tal-Karnival ta’ Malta, b’edizzjoni speċjali din is-sena wara t-tneħħija tar-restrizzjonijiet kontra l-pandemija tal-COVID-19. Waqt li nieda l-programm ta’ attivitajiet, organizzati minn Festivals Malta bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd li ġejjin, il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici spjega li l-Karnival hu wieħed mill-iżjed pilastri importanti fil-kalendarju kulturali Malti. “Dawn l-aħħar sentejn, kienu żminijiet li minħabba l-pandemija ma stajniex niċċelebraw il-Karnival bilmod kif imdorrijin nagħmlu, imma fl-aħħar il-poplu Malti u Għawdxi jista’ jerġa’ jgawdi dan l-avveniment li hu tant għal qalb in-nies,” hu qal, waqt li semma kif aktar kmieni din is-sena, sar programm ridott tal-Karnival ta’ Malta sabiex xorta waħda ġie ċċelebrat fil-parametri imposti mill-awtoritajiet tas-saħħa f’dawk iż-żminijiet. Il-Ministru rringrazzja lill-voluntiera għad-dedikazzjoni u l-ħin tagħhom fil-preparazzjonijiet għal dan l-avveniment, li fih jiġbor numru ta’ talenti u ħiliet differenti. Id-Direttur Artistiku Jason Busuttil spjega li l-programm ta’ din l-edizzjoni jinkludi sfilata ta’ stallazzjonijiet li kkom-
petew fi Frar, flimkien mar-Re tal-Karnival u l-maskaruni, il-parata u kompetizzjonijiet taż-żfin fl-arena fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt. Is-Sibt filgħodu se jirritorna l-Karnival tat-Tfal fl-arena u s-Sibt u l-Ħadd se naraw il-Qarċilla mill-pinna ta’ Ċikku l-Poplu li se ssir quddiem il-Konkatidral ta’ San Ġwann. F’kummenti mal-KullĦadd, Busuttil qal li “l-Karnival jinsab lura għan-normal. Wara li fi Frar iċċelebrajna kif stajna minħabba l-pandemija, bla żfin u kollox statiku, issa ġejna lura biż-żfin kollu fi Pjazza San Ġorġ, kif wkoll sfilati u parati fit-toroq tal-kapitali. Grazzi għallGvern li din is-sena investa bilkbir biex il-festa tal-Karnival tibqa’ tikber u n-nies ikollom spettaklu ta’ livell għoli kif nafu nagħmlu aħna l-Maltin fejn għandna l-ingredjenti kollha mill-aqwa.” Il-programm karnivalesk jinkludi wkoll ċelebrazzjonijiet f’diversi rħula, fosthom Karnival spontanju f’Ħal Għaxaq u l-famuż Ballu Tritoni, b’kollaborazzjoni mal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta matul ittlett ijiem tal-Karnival fi Pjazza Tritoni. Il-Kap Eżekuttiv ta’ Festivals Malta Annabelle Stivala qalet li wara l-edizzjoni ta’ Frar inħass il-bżonn li issa li l-ħajja sejra lura għan-normal, attivitajiet li ma setgħux isiru jiġu ppreżentati fi programm speċjali.
11
15.05.2022
REKORDS ĠODDA TAX-XOGĦOL FI TMIEM L-2021 F’Diċembru n-numru ta’ nies jaħdmu fulltime tela’ għal 243,214, li jfisser li minn Marzu 2013 ’l hawn kien hemm żieda ta’ 87,062 impjieg full-time. Dan minbarra li fl-istess perjodu kien hawn żieda ta’ 21,440 impjieg part-time. F’inqas minn disa’ snin l-impjiegi lokali żdiedu b’aktar milli żdiedu fit-tliet leġiżlaturi ta’ qabel. Mill-bidla fil-Gvern, żdiedu medja ta’ 34 impjieg kull ġurnata għal total ta’ aktar minn 108,500. Din hi erba’ darbiet iżjed ir-rata ta’ ħolqien tax-xogħol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti. F’Diċembru 2021, in-numru ta’ impjiegi
Biljetti jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit elettroniku ta’ Festivals Malta (festivals. mt/karnival) jew mit-Tourist Information Office li jinsab fi Pjazza Tritoni, il-Belt. Karnival Spontanju fin-Nadur Sadanittant, wara nuqqas ta’ sentejn, se jerġa’ jirritorna wkoll il-Karnival Spontanju tan-Nadur bl-eċċezzjoni li din l-edizzjoni se ssir f’Mejju. Il-Karnival tan-Nadur, magħruf għall-fertilità tal-immaġinazzjoni ta’ dawk kollha li jipparteċipaw fih, ukoll se jkun qed isir fi tmiem il-ġimgħa li ġej bejn l-20 u t-22 ta’ Mejju wara nżul ix-xemx. Fit-tnedija tal-attività, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri wera s-sodisfazzjon li din l-attività tant popolari se terġa’ ssir. “Il-Karnival tan-Nadur hu wieħed tradizzjonali fejn bl-ispontanjetà tiegħu jeħodna lura fiżżmien u jurina kif fl-imgħoddi l-Karnival kien mezz kif wieħed jiddeverti u jwassal il-messaġġ tiegħu permezz tas-satira”, hu qal, waqt li fakkar kif il-Karnival f’Għawdex dejjem ikun imfittex mill-Għawdxin, mill-Maltin u mit-turisti. “Nawgura li bħalma kienu l-edizzjonijiet passati, din l-edizzjoni wkoll tattira folla mdaqqsa lejn ir-raħal tan-Nadur biex f’atmosfera ta’ ferħ niċċelebraw flimkien dawn it-tlett ijiem assoċjati mal-briju,” qal il-Ministru għal Għawdex.
full-time żdied b’9,752 fuq sena qabel. Madwar wieħed minn kull 13-il impjieg żdiedu mas-Settur Pubbliku, b’terz minnhom fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni. Kien hemm żieda ta’ kważi 9,050 impjieg mas-settur privat. Minnhom kważi 1,300 kienu fil-qasam tal-kostruzzjoni, kważi 1,000 fir-remote gaming, kważi 600 masservizzi finanzjarji, mal-1,100 mas-servizzi professjonali u tkabbir ta’ kważi 600 malinformazzjoni u l-komunikazzjoni. Kien hemm ukoll tkabbir ta’ xi 900 mas-servizzi privati tas-saħħa u tal-edukazzjoni. B’kollox kien hemm żieda ta’ kważi 1,100
self-employed, speċjalment f’setturi rela tati mat-trasport u t-turiżmu. Ix-xogħol part-time żdied bi kważi 6,300 fuq l-2020. Tlieta minn kull ħames impjiegi ġodda full-time u part-time ttieħdu min-nisa. F’Għawdex kien hemm żieda ta’ kważi 900 impjieg full-time, jew madwar 9% tal-impjiegi ġodda kollha. Din hi rata ferm akbar milli wieħed jistenna skont il-porzjon relattiv tas-suq tax-xogħol Għawdxi. Kien hemm ukoll żieda ta’ madwar 420 impjieg part-time fil-gżira Għawdxija jew madwar 7% taż-żieda totali fix-xogħol parttime.
12
15.05.2022
IL-PANDEMIJA WARAJNA
SILVIO SCHEMBRI Ministru
Is-sentejn li għaddew kienu sentejn ta’ sfidi għad-dinja kollha. U jekk fil-bidu nett tal2020 l-isfidi kienu juru li se jkunu primarjament marbutin mas-saħħa, malajr indunajna li ekonomikament ukoll kellna sfidi kbar. Il-pandemija ġegħlitna ngħixu realtà ġdida, ’il bogħod minn dak li nħobbu nagħmlu u anke ’l bogħod minn dawk li nħobbu. Ma kienx faċli nibdlu l-attitudni tagħna.
U tant ieħor ma kienx faċli għall-Gvern, speċjalment meta kellna nieħdu deċiżjonijiet ibsin ħafna. Ridna dejjem inżommu l-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija. Iżda kif jgħidu l-Ingliżi, “the proof of the pudding is in the eating.” Ħadna deċiżjonijiet għaqlija biex kemm jista’ jkun inaqsu l-impatt tal-pandemija. Il-wage supplement, eżempju, għajnuna diretta lill-ħaddiema u min iħaddem. Li kieku ma kinitx għal din l-injezzjoni diretta n-negozji u l-ħaddiema tagħna kienu jbatu ferm aktar. Infakkarkom li t-tbassir fil-bidu tal-pandemija kien li pajjiżna jispiċċa b’50,000 persuna bla impjieg. X’ġara llum? L-aħħar statistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika turi li f’pajjiżna llum hawn 1,000 ruħ jirreġistraw għax-xogħol, rata ta’ 3%, ir-rata ta’ qgħad fl-Unjoni Ewropea hija ta’ 6.2%, filwaqt li fiz-żona ewro 6.8%. Il-wage supplement fisser €720 miljun dirett f’oqsma
varji tal-ekonomija fosthom it-turiżmu u s-settur tad-divertiment. Il-vouchers, darbtejn matul il-pandemija, miżura oħra li ħalliet il-frott mixtieq. Kull adult f’pajjiżna ngħata b’€100 vouchers (€200 b’kollox) li setgħu jintużaw kemm fil-ħwienet (retail), kemm f’ristoranti u lukandi u anke għal servizzi varji. Fil-laqgħat li jkolli ta’ spiss mal-imsieħba soċjali, dejjem smajt kliem ta’ tifħir fuq dawn iż-żewġ miżuri u dwar kemm kienu importanti biex ma naqgħux lura. Imma dak li ġara nafuh, għexnieh. U għalhekk huwa importanti li niffukaw fuq ilpreżent u ntejbu l-futur tagħna. Illum qegħdin naraw li t-turiżmu qed jerġa’ jirpilja. Ma lħaqniex il-livelli ta’ qabel il-pandemija, iżda mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Irridu nibqgħu noħolqu ambjent li fih inħeġġu aktar l-ekonomija. Din il-ġimgħa stess f’laqgħa ta’ konsultazzjoni
mal-imsieħba soċjali tkellimna dwar il-fond ta’ rkupru u reżiljenza, speċifikament parti minnu li hija mmirata biex negozji tagħna jużaw dawn il-fondi għall-proġetti ta’ diġitalizzazzjoni u effiċjenza enerġetika. Nemmen li biex nimxu ’l quddiem irridu niftħu lilna nfusna għad-djalogu. Djalogu mal-imsieħba soċjali, kif għamilt din il-ġimgħa stess u se nibqa’ nagħmel, ghax b’hekk nifhmu aktar x’inhuma d-diffikultajiet ta’ min qiegħed fis-settur. Id-djalogu jrid isir ukoll mal-Oppożizzjoni. Aktar kmieni dan ix-xahar iltqajt malħames Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni li se jkunu kelliema fis-setturi li jien responsabbli minnhom. Flimkien mal-Malta Business Registry (MBR) qed naħdmu biex jinbidel il-proċess burokratiku żejjed f’reġistrazzjoni ta’ kumpanija u anke fiż-żamma u manteniment ta’ kumpanija. Se nkunu wkoll qegħdin naraw li n-negozjanti tagħna jkollhom aktar
taħriġ u informazzjoni dwar il-liġijiet li jkopru n-negozji u anke skemi u inċentivi li jistgħu jgħinuhom fin-negozju tagħhom. Qegħdin inkomplu nħarsu lejn setturi ġodda fosthom dak tal-video gaming. Dan huwa settur li fuq skala globali huwa akbar mill-industrija tal-films u tal-mużika. Qegħdin nappoġġjaw start-ups f’dak li għandu x’jaqsam ma’ video gaming u esports, li jinkludu sħubija ma’ Unity Technologies – waħda mill-akbar għodod għall-iżvilupp tal-video games, bħala parti mill-istrateġija tagħna. Kienu sentejn ibsin għal aspetti varji, iżda kienu wkoll żminijiet li tgħallimna ħafna minnhom. Tgħallimna l-importanza li jkollna ekonomija reżiljenti. Li jkollna diversifikazzjoni fl-ekonomija tagħna. Tgħallimna li għalkemm aħna pajjiż żgħir u għaddejna, bħall-kumplament tad-dinja, minn żmien diffiċli xorta għamilna suċċess fl-ekonomija tagħna.
IT-TRIQ LEJN L-UGWALJANZA politika ta’ pajjiżna għandna Parlament aktar bilanċjat f’terminu ta’ ġeneru. Il-bilanċ bżonjuż mhux biex nilħqu xi mira Ewropea iżda għax nemmnu li dan il-pajjiż għandu wisq x’jibbenifika mill-kontribut tal-mara. Uliedna l-bniet għad jirringrazzjawna talli konna kuraġġużi. Fl-artiklu tiegħi tal-lum mhux se noqgħod infaħħar ROSIANNE CUTAJAR il-kisbiet u x-xogħol li sar Membru Parlamentari minn Gvern Laburista fil-qasam tal-ugwaljanza iżda se nħares ’il quddiem, nagħti suġġerimenti u naqsam L-ugwaljanza ma tfissirx biss li il-viżjoni tiegħi għall-futur. n-nisa u l-irġiel jkunu ndaqs u li jkollhom l-istess drittijiet u op- Ċertifikat tal-kondotta portunitajiiet iżda tmur lil hinn. It-triq għall-ugwaljanza Qatt innutajtu kif fuq iċ-ċerf’pajjiżna hija twila iżda fiduċ- tifikat tal-kondotta jkun hemm juża li naslu. Il-ħidma tagħ- dejjem imniżżel isem il-missina qed tħalli l-frott tant illi er? Sal-lum il-ġurnata ċ-ċergħas-seba’ sena konsekuttiva tifikat tal-kondotta qed jimtela Malta żammet postha fl-ewwel billi jitniżżel biss isem tal-mispost tal-ILga Europe u fl-2020, sier l-applikant. L-omm titħalla għall-ewwel darba f’10 snin, dejjem barra. irreġistrajna progress fl-indiċi Timmaġinaw kemm hija ta’ Ewropew tal-ugwaljanza bejn weġgħa għal dik l-omm li rabbiil-ġeneru fejn Malta issa tinsab et ’l uliedha waħedha mingħafit-13-il post. jr għajnuna u saħansitra dak Dan kien primarjament il-wild illi lanqas biss kellu grazzi għal-liġi tar-rappreżen- preżenza ta’ missieru f’ħajtu li tanza ugwali li kelli l-unur li meta jikseb kopja tal-kondotta nressaq bħala Segretarju Par- tiegħu jitniżżillu isem missielamentari u li wasslet biex ru? għall-ewwel darba fl-istorja Kienu ħafna li tkellmu
miegħi dwar dan u l-weġgħa tagħhom nifhimha avolja r-realtà familjari tiegħi u ta’ xi wħud hija differenti. Interessanti ngħid li meta tindaga ftit u tipprova tifhem ir-raġuni għaliex isir dan, tirrealizza li lanqas biss hija xi ħaġa li toħroġ mil-liġi iżda prassi li wisq probabbli baqgħet tiġi ripetuta għax dejjem hekk sar u aktarx tirrifletti l-mentalità patrijarkali tagħna fejn il-missier huwa kkunsidrat bħala l-kap tal-familja. L-impenn tagħna lejn l-ugwaljanza jrid ikun rifless kullimkien, inkluż f’affarijiet bħal dawn. Il-messaġġ ikun ċar u mhux kontradittorju għax kif nista’ jien verament nemmen fl-ugwaljanza bejn is-sessi jekk imbagħad qisu bi dritt niddeċiedu li f’dokument, f’dan il-każ, iċ-ċertifikat tal-kondotta, għandu biss jitniżżel isem il-missier u l-omm għandha titħalla barra? Le, dan mhux aċċettabbli. Għalija hija assurda li fl-2022 għadna lanqas irranġajna din l-anomalija. U allura nħeġġeġ lill-awtoritajiet jieħdu azzjoni, il-karta tal-identità għandha tkun aktar minn biżżejjed. Dawn l-affarijiet, anke jekk jidhru żgħar, huma importanti. Jekk verament nemmnu
fl-ugwaljanza assoluta rridu Fl-2014 Gvern Laburista innaraw li l-ugwaljanza tkun troduċa l-possibilità li flok isprattikata f’kull qasam tal- suġġett tar-reliġjon, l-istudenti ħajja. jitgħallmu s-suġġett tal-etika fl-iskejjel primarji, medji u seLibertà reliġjuża kondarji. Kien pass tajjeb ferm li jirrifletti s-soċjetà Maltija li Dan huwa suġġett għal qalbi. aktar ma jgħaddi żmien aktar Fil-fatt, waħda mir-raġunijiet qed tinfetaħ u ssir kożmopolili wassluni biex naħdem fuq tana. Ma neħodhiex b’sorpriża il-liġi tal-kremazzjoni hija allura li s-suġġett tal-etika proprju l-libertà reliġjuża. huwa l-aktar popolari fl-iskejjel Hi x’inhi r-reliġjon tiegħek u li jinsabu fil-lokalitajiet ta’ San saħansitra anke jekk inti ateu, Pawl il-Baħar u ta’ Tas-Sliema. tista’ tagħżel ċelebrazzjoni Is-suġġett tal-etika huwa wara mewtek hekk kif mixtibbażat fuq it-tagħlim tal-valuri eqa minnek. morali minn approċċ sekulari Tliet snin wara d-dħul tal- irrispettivament mit-twemliġi f’pajjiżna, il-poplu Malti min tagħhom. L-għan hu li u Għawdxi għad m’għandux t-tagħlim isir mingħajr indotil-possibilità li jkollu l-għażla trinazzjoni għax it-tfal jiġu tal-kremazzjoni fuq dfin tra- inkoraġġuti jaħsbu, jistaqsu u dizzjonali għax il-kremator- jiddiskutu. Irrid nirrimarka li ju għadu ma nbeniex. Kien dan għandu jiġri f’kull suġġett għalhekk li għamilt ħilti biex mgħallem, mhux fis-suġġett il-Manifest Elettorali tal-Par- tal-etika biss. It-tfal iridu jkunu tit Laburista jinkludi fih il-bini kapaċi jagħmlu analiżi kritika tal-krematorju u sodisfatta li ta’ kollox u mhux jitgħallmu din il-proposta tiegħi ġiet in- bl-amment bħal pappagall. kluża. Inħares ’il quddiem biex Fuq is-suġġett tal-etika qed il-Ministeru għas-Saħħa joħroġ jiġri però li minħabba nuqqas sejħa lill-privat biex finalment ta’ għalliema fis-suġġett, mhux jinbena l-krematorju. qed ikun possibbli għal ċerti Iżda xi tfiss- tfal li jitgħallmu dan is-suġġett er il-libertà reliġjuża? minkejja li jkunu għażuh. U alDan huwa prinċipju jew aħjar lura nappella mhux biss biex dritt uman li persuna tipprat- aktar għalliema jitħajru jgħalltika u tħaddan reliġjon jew mu s-suġġett iżda wkoll biex twemmin partikolari. tinstab soluzzjoni mill-aktar fis.
13
15.05.2022
AKKOMODAZZJONI SOĊJALI U AFFORDABBLI
RODERICK GALDES Ministru
L-ewwel leġiżlatura tiegħi bħala Ministru responsabbli mill-qasam tal-housing f’Malta u Għawdex kienet waħda fejn l-isfidi ma naqsux, u forsi kienet minħabba din id-diffikultà li sibt tul dan il-perjodu li llum għandi l-passjoni li għandi lejn dan is-settur. Kuntent li fis-settur tal-kiri, qbadt il-barri minn qrunu, u għamilt żewġ riformi sostanzjali li llum qed naqtgħu l-frott tagħhom. Kuntent aktar però li erġajna qajjimna mill-mewt il-provvista tal-akkomodazz-
joni soċjali wara għexieren ta’ snin ta’ telqa. Nemmen li fil-ħajja trid tkun umli biżżejjed biex taċċetta li minkejja x-xogħol kollu li flimkien mal-kollegi tiegħek tkun wettaqt, dejjem hemm x’titgħallem u dejjem hemm aktar x’tagħmel għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. Ħaġa li qajjimt aktar kuxjenza dwarha fl-ewwel leġiżlatura tiegħi bħala l-politiku responsabbli minn dan il-qasam kienet fil-fatt il-bżonn tal-akkomodazzjoni affordabbli. F’dan is-sens ma llimitajtx ruħi biss għad-diskors, għaliex flimkien mal-mibki eks kollega tiegħi Joe Bartolo nedejna uffiċjalment dan il-kunċett bil-proġett f’Tal-Patri l-Fgura u aktar tard ftaħt il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli mal-Arċidjoċesi ta’ Malta. Issa wasal iż-żmien li nikkonċentra ħidmieti biex nibda noffri alternattiva vijabbli lill-persuni li llum mhux jirnexxilhom ilaħħqu mal-prezzijiet tas-suq ħieles tal-proprjetà. Dejjem se nibqa’ leali lejn
il-kredu tiegħi li politikant effikaċi m’għandu qatt jgħakkes jew itellef lil dawk l-atturi fis-suq privat li huma ta’ rieda tajba, iżda għandu dejjem ikun hemm biex joffri soluzzjoni studjata u tajba lil min mhuwiex qed jintlaħaq mill-istess suq. Issa li l-kunċett tal-akkomodazzjoni affordabbli qiegħed jinftiehem aktar minn qatt qabel, wasal iż-żmien li nibdew nibnu appartamenti ġodda jew nikru mingħand il-privat dawk il-proprjetajiet disponibbli u nużawhom għal dawk li għandhom aktar qligħ u assi milli jippermettu l-iskemi ta’ akkomodazzjoni soċjali, iżda li xorta mhux jingħataw self għax-xiri tad-djar mingħand il-banek. Il-Fondazzjoni għall-Akkomodazzjoni Affordabbli ħa tkun il-veikolu ewlieni biex nilħqu dan l-għan nobbli, u flimkien ma’ diversi sħab strateġiċi se nkunu qegħdin nagħtu eżempju prattiku li jista’ jkun hemm alternattiva fissuq tal-proprjetà li tilħaq il-but ta’ kulħadd.
Però l-provvista ta’ akkomodazzjoni affordabbli mhux se tkun l-unika għan tiegħi fil-leġiżlatura li għadha kif bdiet, għaliex kont, għadni u nibqa’ kommess li nġib il-lista ta’ stennija viċin iż-żero kif dejjem sħaqt. Apparti t-tlestija tal-proġett massiċċ tal-1,700 appartament ta’ akkomodazzjoni soċjali fi 13-il sit madwar Malta, se nkun qiegħed nagħti bidu għal proġett ieħor ta’ 500 appartament li kien imwiegħed fil-manifest elettorali tal-Partit Laburista. Dawn l-appartamenti l-ġodda li diġà bdejna nallokaw mhux se jkunu rigal politiku, imma opportunità ta’ qawmien soċjali ġdid għal mijiet ta’ persuni li s’issa ma kellhomx ix-xorti li jkunu indipendenti finanzjarjament. Sabiex nassiguraw li l-inkwilini ġodda jibdew vjaġġ ta’ mobbiltà soċjali li jwassalhom lejn din l-indipendenza, tul din il-leġiżlatura se nibdew nattwaw il-care plan li studjajna flimkien mad-Dipartiment tal-Politika Soċjali fi ħdan
l-Università ta’ Malta. Dan ilpjan se joffri taħriġ, terapija, sostenn u kura għal dawk li se jkunu allokati postijiet tas-social housing, iżda li jkollhom sfidi akbar minn sempliċiment nuqqas ta’ flus. Kif tgħallimt mill-kuntatt kontinwu ma’ dawk li jiġu bżonn l-għajnuna tagħna, ħafna drabi n-nuqqas ta’ akkomodazzjoni adegwata huwa biss wieħed mis-sintomi li jimmanifestaw ruħhom meta jkun hemm kundizzjonijiet soċjali aktar kbar u kumplessi, u għalhekk irridu nipprovdu soluzzjonijiet ħolistiċi u dejjiema. Ninsab ħerqan li nerġa’ nservikom u li nkompli nagħmel ġieħ lil dan is-settur, li jibqa’ wara kollox il-legat ta’ Gvernijiet Laburisti tas-seklu 20. Se nibqa’ nħares l-interessi tal-aktar dgħajfa u naħdem lejl u nhar biex insib soluzzjonijiet fejn ħaddieħor kien qata’ qalbu. Se nibqa’ nisma’ l-pożizzjoni ta’ kulħadd sabiex noħloq politika li tinkludi l-interessi u l-aspirazzjonijiet ta’ kull faxx tas-soċjetà.
FUTUR SOSTENIBBLI GĦAS-SAJD
ALICIA BUGEJA SAID Segretarju Parlamentari
Is-settur tas-sajd u l-akkwakultura huma ta’ importanza kbira għal dan il-pajjiż. Apparti l-kontribut ekonomiku u soċjali lejn il-pajjiż, f’dan l-aħħar żmien żgur apprezzajna ħafna iżjed lis-sajjieda u lill-operaturi tal-akkwakultura għaliex stajna nibqgħu ngawdu provvista ta’ ikel li ġej mill-baħar bla tfixkil minn fatturi totalment esterni għalina. Imma l-apprezzament
mhux biżżejjed. Irridu nkomplu naħdmu sabiex verament niżguraw futur sostenibbli lil dawn is-setturi, lis-sajjieda u lill-familji tagħhom. B’sodisfazzjon inħares lura lejn l-aħħar leġiżlatura u nagħraf kemm sar xogħol, għaliex tnedew kunċetti ġodda bħal one stop shops anke għas-sajjieda, industrija tal-akkwakultura li kompliet tikber bi prodott primarju b’suq ta’ esportazzjoni b’saħħtu, investimenti f’siti ta’ ħatt adekwati, investimenti f’għodod għall-monitoraġġ u diversi affarijiet oħra. Imma issa rridu nħarsu ’l quddiem. Il-Manifest Elettorali li ngħata l-fiduċja mill-poplu hu manifest ambizzjuż ħafna, u nazzarda ngħid li għas-setturi tas-sajd u l-akkwakultura wieħed mill-iktar eċitanti li qatt kien hawn. Tul il-ħames snin li ġejjin, se nkomplu nwettqu diversi riformi u nintroduċu kunċetti ġodda. It-turiżmu fis-sajd artiġ-
janali hu niċċa li rridu nisfruttaw iżjed. B’rispett sħiħ lejn l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli, se nkunu qed noħolqu qafas legali sabiex l-industrija tas-sajd artiġjanali tkun tista’ tagħmel diversifikazzjoni filwaqt li tikkonserva iktar il-ħażna tal-ħut fil-baħar, flimkien ma’ għajnuna sabiex is-sajjieda jiżviluppaw il-bastimenti tagħhom. Bl-istess ħsieb ta’ konservazzjoni, u anke għaliex l-ambjent hu għal qalbna, se nkomplu noħorġu skemi sabiex inħeġġu lis-sajjieda jinvestu f’tagħmir u rkapti li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent. Nemmnu wkoll li hemm bżonn iktar edukazzjoni u diversifikazzjoni fir-rigward tat-tipi ta’ ħut u frott talbaħar ikkunsmat. B’kampanji b’saħħithom fuq skala nazzjonali, li se jkomplu jibnu fuq dak li diġà sar riċentement, irridu ngħarrfu lill-pubbliku li hemm ħafna speċi differenti ta’ ħut li jista’ jiġi kkun-
smat b’mod tajjeb, u b’hekk fl-istess ħin niddiversifikaw fil-qabdiet li fl-aħħar millaħħar iwasslu għall-konservazzjoni tal-ħut fil-baħar. Kumplimentari għal dan, permezz ta’ teknoloġiji u inizjattivi fl-akkwakultura, l-għan tagħna hu li nimplimentaw proġetti ta’ konservazzjoni u żieda fil-ħażna ta’ ċerti speċi fl-ibħra tagħna sabiex nattiraw iktar ħut. Dan il-proġett ta’ stock replenishing hu fundamentali speċjalment f’dik li tissejjaħ il-manġara, li ilha snin tiġi mnaqqra ftit ftit. Il-Gvern se jaħdem fuq diversi inizjattivi li jiżguraw li s-settur tas-sajd ikollu futur. Ma nistgħux nibqgħu nitilfu sajjieda anzjani, u magħhom jintilef l-għarfien u l-esperjenza li tkun ġiet akkumulata tul is-snin. Ma nistgħux nibqgħu f’sitwazzjoni fejn sajjied żagħżugħ isibha kważi impossibbli li jidħol fis-settur tas-sajd. Irridu wkoll nirrikonoxxu li aħna żgħar, u riżorsi x’naħlu m’għandniex.
Għaldaqstant, mhix sitwazzjoni sostenibbli fejn ir-riżorsi kollha tas-sajjieda mhumiex jintużaw b’mod għaqli. Għal dan kollu, fil-manifest għandna l-miżuri li se nkunu qed nieħdu sabiex verament niżguraw li s-sajjieda anzjani tagħna jgħaddu l-għarfien tagħhom lil dawk żgħażagħ, sabiex verament ngħinu lis-sajjieda żgħażagħ li jridu jidħlu fis-settur, u b’hekk niżguraw futur sostenibbli lis-sajjieda tagħna u lill-familji tagħhom. Fi ftit gimgħat oħra, se nibdew nimplimentaw miżura importanti ħafna. Se nitkellmu u nikkonsultaw mad-diversi sajjieda differenti, sabiex naslu għal qafas legali sostenibbli u li jgħin u jissimplifika l-ħajja tas-sajjied, u mhux ifixklu. Se nkunu qed nisimgħu lil kull sezzjoni ta’ sajjieda, u niżguraw li ħadd ma jitħalla barra, dejjem bi ħsieb li kulħadd ikun jista’ jaħdem u jaqla’ l-għajxien tiegħu.
14
15.05.2022
L-ISKOLA ST L-GĦAXQA TA’ SA
Kitba ta’ ROBERT ALOISIO L-Iskola St Michael, skola mmexxija mis-Soċjetà tal-Museum, f ’Novembru li għadda għalqet 75 sena mit-twaqqif tagħha. Għal din l-okkażjoni, Pubblikazzjonijiet Preca ħarġu ktieb riċerkat minni bl-isem L-Iskola St Michael – L-Għaxqa ta’ San Ġorġ Preca, ktieb b’ħafna informazzjoni ġdida li rnexxieli nsib u li għandu jsib postu fil-librerija ta’ kull min għandu għal qalbu l-edukazzjoni u lil San Ġorġ Preca għax din l-iskola kienet tassew l-għaxqa ta’ Dun Ġorġ u dal-ktieb jurina għalfejn. Il-ktieb se jkun imniedi nhar l-Erbgħa li ġej mas-soċji tal-Museum u xi mistidnin u mbagħad il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju mal-pubbliku inġenerali fl-Iskola stess fis-7.30pm. “L-għaxqa ta’ qalbi” Ma’ tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, Toni Agius (1907-1989), soċju tal-Museum u engine-fitter, kien ħalla x-xogħol sikur li kellu fit-Tarzna biex jiftaħ skola ġdida. Hu u tliet soċji oħra tal-Museum, apprentisti fit-Tarzna, issagrifikaw kollox biex jidħlu għal avventura sabiħa li bħal kull ħaġa ġdida oħra triqitha ma kinitx nieqsa mix-xewk. Bħall-Fundatur tal-Museum, Agius sab min ma fehmux u oħrajn kellhom ilbiżgħat raġonevoli tagħhom. Imma San Ġorġ Preca bierek b’idejh it-tnejn lil Agius u l-opra ġdida li Alla kien se jibda permezz tiegħu. Iktar tard Dun Ġorġ sejjaħ lill-Iskola St Michael “l-għaxqa ta’ qalbi” u kienet l-hena tiegħu jżur l-Iskola, jitkellem mal-istudenti u l-għalliema u jqaddsilhom. Skola speċjali Fl-1996, l-Iskola St Michael għalqet 50 sena mill-ftuħ tagħha, u fl-istess sena jiena dħalt naħdem f ’din l-Iskola bħala għal-
liem. Bħal ħafna qabli u warajja li daqu l-Iskola, f ’St Michael jiena sibt ambjent ta’ familja li tilqgħek. Skola li tat lili u lil ħafna oħrajn il-possibbiltà li nħaddem it-talenti tiegħi f ’servizz lejn l-oħrajn, speċjalment lejn l-istudenti. Minn dakinhar ’l hawn għaddew 25 sena u ma jiddispjaċini xejn mill-għażla li għamilt kwart ta’ seklu ilu. Eluf ta’ studenti u għexieren ta’ għalliema għaddew huma wkoll mill-Iskola St Michael. Għalija u għal bosta oħrajn din kienet esperjenza li mmarkatilna ħajjitna. U mmarkathielna b’mod mill-aktar pożittiv. Toni Agius kien isejjaħ lill-Iskola St Michael “special school” għax hu ma riedx sempliċiment jagħmel skola oħra. Dak iż-żmien f ’Malta diġà kien hawn numru mhux ħażin ta’ skejjel u kulleġġi. Imma Agius kien ra kemm żgħażagħ kienu qegħdin jitħarbtu fuq il-postijiet tax-xogħol bl-eżempji ħżiena li jaraw, u kemm l-iskejjel ma kinux qed jagħmlu biżżejjed biex jikkumbattu dan it-taħsir. U quddiem dan kollu ma setax jibqa’ b’idejh fuq żaqqu. L-ispirtu altruwista u missjunarju li kien nissel fih San Ġorġ Preca bħala soċju tal-Museum ma setax iħallih indifferenti.
dikati. Matul iż-żmien stajt na minn ambjent modest għal am għall-esiġenzi tal-lum.” “Nawgura li l-Iskola St Mich pajjiżna fil-qasam tal-edukaz l-għalliema, il-persważjoni tal repeti San Ġorġ Preca: ‘It-tagħ Kontribut lis-Soċjetà Maltija
Is-Sur Raymond D’Amato li ilu kola kitibli hekk fid-Daħla tal-k ja lis-Sur Robert Aloisio, għalli ktieb voluminuż, mhux biss għ biex jagħtina l-istorja tal-Iskol għall-impenn tiegħu biex jag d-dedikazzjoni tal-ħidma tal tagħna tul dawn is-snin kollha Inti li ġie f ’idejk dan il-ktie l-kontribut li tat l-Iskola lis-So diffiċli. Jekk inti wieħed jew wa sena kellek ix-xorti li tkun pa Frott is-sagrifiċċju mal-oħrajn dak li rċevejt. Naw F’messaġġ li l-Arċisqof Mons. Charles J. Scicluna bagħatli Michael biex fi kliem San Ġo għall-ktieb huwa kitibli hekk: “Bħala saċerdot żagħżugħ ji- tiegħek u joħroġ ġid spiritwali ena kelli l-opportunità nqaddes l-Ewkaristija mal-istuden- fiha jkun oġġett tal-ħniena tieg ti tal-Iskola St Michael. Għalija kienet esperjenza sabiħa li niltaqa’ ma’ diversi studenti u għalliema f ’ambjent fejn kont Żviluppi kbar fl-Iskola nista’ ninnota li l-edukazzjoni hi wkoll formazzjoni ta’ valuri Fl-1977, l-Iskola St Michael fe qawwija Nsara.” “L-Iskola St Michael hija monument għad-dedikazzjoni kienet inbidlet qatigħ. Hekk, S tal-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, imma hija teknika kif kienet fl-ewwel 30 wkoll frott is-sagrifiċċji ta’ ħafna ġenituri, familji u lajċi dde- ra lill-istudenti għall-eżamijie
15
15.05.2022
T MICHAEL … AN ĠORĠ PRECA
ara l-iżvilupp feliċi tal-Iskola: bidliet kbar u fit-30 sena ta’ wara nbnew żewġ sulari oħra, mbjent iżjed modern u adattat laboratorji ġodda u gymnasium kbir biex hekk l-Iskola setgħet iddaħħal iktar studenti u twessa’ l-għażla tas-suġġetti hael tkompli tagħti servizz lil li toffri. zzjoni u tnissel fl-istudenti u Illum, l-Iskola St Michael timpjega 80 ħaddiem u taqdi l-kliem li tant kien iħobb jir- 370 student ta’ bejn il-11 u s-16-il sena. Ispirata mill-Vanġelu, ħlim hu l-għajn ta’ kull ġid’.” il-komunità tal-Iskola tagħna taħdem biex tnissel f ’kull student viżjoni ta’ tama permezz ta’ mudell edukattiv mibni fuq l-umiltà u l-manswetudni, iż-żewġ kolonni li fuqhom il-Fundatur waqqaf is-Soċjetà tiegħu. iktar minn 30 sena Kap tal-Isktieb: “Minn qalbi nirringrazz- Edukazzjoni fil-Virtù iem tagħna u awtur ta’ dan ilħar-riċerka bir-reqqa li għamel Toni Agius u s-Superjur Carmelo Callus riedu li l-Iskola la għażiża tagħna, imma wkoll bħall-oqsma tal-Museum tkun “forġa li fiha jinħaraq idgħtina l-viżjoni, l-imħabba u dnub”. Mhux ta’ b’xejn li l-Iskola semmewha għal San Mikl-membri tal-istaff tal-Iskola iel, l-arkanġlu li skont l-Iskrittura waddab lix-xitan fl-infern. a. L-Iskola St Michael kienet u għadha għadu kbir tad-dnub u eb, filwaqt li taqrah, apprezza mgħallma tal-virtù kif xtaqha San Ġorġ Preca 75 sena ilu. oċjetà Maltija anki fi żminijiet Nitolbu li dan il-qaddis ibierek lill-ħaddiema u lill-istudenti aħda minn dawk li f ’dawn il-75 tal-bieraħ, tal-lum u ta’ għada, u l-familji tagħhom biex jikbarti mill-Iskola tagħna, aqsam ru fil-virtù u hekk jgħixu ħajja tassew umana. wgura futur sabiħ lill-Iskola St Dan il-ktieb ridt niktbu biex meta jiġu nieqsa dawk li jiforġ Preca, din “titla’ bil-barka takru sew lis-Sur Toni Agius ikun baqgħalna memorja storii u temporali, u kull min jidħol ka tal-ġrajjiet li wasslu għat-twaqqif tal-Iskola St Michael u għek”. tal-ispirtu li anima lill-għalliema tal-bidu. Dan il-ktieb ktibtu biex ma ninsewx minn fejn tlaqna ħalli jkun ċar quddiem għajnejna fejn irridu naslu. Skola mhijiex intrapriża biex tagħmel il-flus imma familja oħra għat-tfal u għaż-żgħażagħ ehmet li r-realtà ta’ pajjiżna fejn jiġu ffurmati fil-valuri tas-sewwa. Hekk riedha Agius u St Michael ma baqgħetx skola hekk riedha San Ġorġ Preca. sena tagħha u bdiet tipprepaNirringrazzja lil kull min ikkopera miegħi biex stajt inwaset fil-Livell Ordinarju. Dan ġab sal fit-tmiem dan il-proġett. Għalkemm pruvajt nintervista
firxa wiesgħa ta’ persuni li b’mod jew ieħor ġew f ’kuntatt mal-Iskola, niskuża ruħi ma’ oħrajn li stajt ħallejt barra. Kull min, għal żmien twil jew qasir, ta kontribut lill-Iskola għandu mertu quddiem Alla li mhux se nżidulu jew innaqqasulu jien b’din il-kitba tiegħi. Jalla dal-ktieb iservi biex niskopru mill-ġdid il-valuri li sawru lil ta’ qabilna, fuq kollox l-impenn tagħhom biex jagħmlu l-ġid lil għajrhom u b’hekk jagħtu glorja lil Alla. Minn fejn tista’ tikseb il-ktieb Il-ktieb L-Iskola St Michael – L-Għaxqa ta’ San Ġorġ Preca huwa t-tmien ktieb tiegħi, u t-tielet wieħed fl-aħħar sena, wara Knisja u Mafja u Il-Papiet Kbar ta’ Żmienna. Ix-xhur tal-Covid kienu xhur produttivi ħafna għalija fejn tidħol kitba. Dawn ittliet kotba u l-kotba kollha tiegħi jistgħu jinkisbu mil-Librerija Preca. Min ikollu xi diffikultà jista’ jċempel 2122 2626. Minn nhar il-Ġimgħa li ġej, dan il-ktieb jista’ wkoll jinkiseb mill-Iskola stess, li tinsab fi Triq il-Kanun Santa Venera, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn is-7.30am u s-1.00pm. Il-pubbliku inġenerali mistieden biex nhar il-Ġimgħa 20 ta’ Mejju jew is-Sibt 21 ta’ Mejju tiġu l-Iskola mis-7.00 p.m. ’il quddiem. Tkunu tistgħu tixtru l-ktieb, idduru mal-Iskola u ssegwu l-kummiedja mtellgħa mill-istudenti “Is-Sultan u l-Kaptan” miktuba minn Trevor Zahra u diretta minn Clive Piscopo. Aħna u nħarsu lura lejn il-75 sena li għaddew, il-komunità tal-Iskola tagħna tħares bi gratitudni lejn dan il-vjaġġ edukattiv twil mhux ħażin. Aħna u nħarsu ’l quddiem, infittxu li nagħmlu li nistgħu bl-opportunitajiet li joffrilna l-ġejjieni. Iżda fuq kollox, ngħożżu l-preżent bħala mument uniku għall-membri tagħna biex inkomplu nikbru flimkien b’mod sabiħ bħala komunità. Fuq kollox, grazzi lis-Sinjur Alla li għoġbu jinqeda bina fl-opra tiegħu tat-tagħlim.
16
15.05.2022
KOPERAZZJONI BEJN KUNSILLI U ENTITAJIET GOVERNATTIVI
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsilliera PL
Bħala rappreżentanti eletti, is-Sindki u l-Kunsilliera għandhom għan primarju, dak li jaħdmu sabiex joffru l-aħjar servizz possibbli lir-residenti tagħhom sabiex jagħmlu differenza fil-livell ta’ kwalità ta’ ħajja li huma jgħixu. Kif nafu, il-Kunsilli Lokali f’pajjiżna m’għandhomx l-awtonomija sħiħa li għandhom Kunsilli oħra f’pajjiżi Ewropej. Ħafna drabi, il-Kunsilli Lokali jkunu jiddependu mill-aġenziji jew mill-entitajiet tal-Gvern Ċentrali. Dawn iridu jaħdmu f’sinerġija billi fl-ewwel lok, jifhmu r-responsabbiltajiet ta’ xulxin u d-differenza netta li hemm bejn il-mandati tagħhom. Filwaqt li l-entitajiet u l-aġenziji ħafna drabi huma mħaddma u mmexxija minn ħaddiema b’kuntratt mal-aġenzija rispettiva, il-Kunsilli Lokali, tal-inqas il-parti politika tiddependi ħafna fuq il-vot tar-resident biex tiġi eletta. Bla dubju, rendiment kajman jew għajjien mill-Kunsillier elett, ikun ifisser telf ta’ fiduċja fl-elezzjoni li jkun imiss, minnaħa tar-residenti. Jekk wieħed ikollu jieħu stampa tas-sitwazzjoni kif inhi llum, irridu nammettu li hemm ħafna x’jista’ jsir biex il-koperazzjoni bejn iż-żewġ naħat titjieb. Bla dubju li l-aktar ħaġa importanti u ta’ prijorità hija l-komunikazzjoni. Bħal kull relazzjoni oħra, anki bejn tnejn min-nies, jekk ma jkunx hemm livell tajjeb u trasparenti ta’ komunikazzjoni, dawn jispiċċaw jitgħajru bejniethom, juru nuqqas ta’ rispett reċiproku u fl-aħħar stadju qabel jisseparaw, taqa’ hemda liema bħala bejniethom għaliex ikunu waslu f’sitwazzjoni fejn lanqas biss jifdal tama li jistgħu jikkomunikaw. L-istess fuq il-livell li qed nitkellem dwaru. Huwa importanti li jkun hemm livell ta’ komunikazzjoni tajba, iżda dan mhux biżżejjed. Irridu naraw ukoll li din il-komunikazzjoni tkun waħda rapida u trasparenti. Dan sabiex tikber il-fiduċja bejn iż-żewġ naħat, li wara kollox, suppost għandhom għan komuni, dak li jagħtu l-aħjar servizz possibbli lir-resident. Huwa importanti wkoll li aktar mil-
li jkun hemm emails ġeneriċi u kollox ċentralizzat fuq indirizz elettroniku wieħed, l-ilmenti jew it-talbiet, jiġu indirizzati lil persuni li verament ikunu jistgħu jagħtu risposti. Dan sakemm ma jkunx hemm persuna jew persuni assenjati sabiex jilqgħu biss l-ilmenti jew il-korrispondenza mill-Kunsilli Lokali. Lura fl-2019, qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali, kienet saret attività li fiha tnediet inizjattiva fejn numru ta’ uffiċjali minn kull aġenzija jew entità, kienu assenjati mal-Kunsilli Lokali. Dawn kellhom ikunu nies li jafu x’inhu l-operat tal-Kunsilli Lokali, filwaqt li jkollhom pożizzjoni fl-entità rispettiva li jkunu jafu l-operat u jistgħu jieħdu d-deċiżjonijiet. Dan proprju sabiex il-ħin ta’ rispons ikun wieħed aċċettabbli u l-informazzjoni li tingħata tkun waħda korretta. Anki sabiex din il-persuna jkollha l-għarfien sħiħ ta’ lil min trid tissikka sabiex dak il-każ partikolari jiġi indirizzat u riżolt. L-importanza li tiżdied il-koperazzjoni bejn dawn l-entitajiet u l-aġenziji mal-Kunsilli Lokali hija importanti wkoll sabiex jiġu indirizzati ċerti grey areas fejn donnu ħadd ma jieħu ownership tagħhom. Hemm diversi eżempji li wieħed jista’ jsemmi; il-parametri ta’ żoni industrijali, l-istess fl-oqsma tad-djar, is-sigurtà ta’ fejn l-iskejjel fil-ħinijiet ta’ dħul u ħruġ, it-tribunali lokali, l-infurzar lokali, l-infrastruttura, ix-xogħlijiet fuq ħsarat tad-dawl u l-ilma, kuntratturi tat-toroq, materji relatati ma’ permessi tax-xogħol, l-awtorità tal-artijiet u oħrajn. L-istess koperazzjoni għandha tiġi estiża wkoll għall-għaqdiet li jirrappreżentaw ċerti setturi bħal; komunitajiet tan-negozju, l-industrija tal-kostruzzjoni, kuntratturi privati li jaħdmu fit-toroq, kuntratturi tat-telekomunikazzjoni li wkoll joħolqu ċerti problemi. Jekk nifhmu li meta naħdmu flimkien inkunu qed niffaċiltaw il-ħajja tar-residenti tagħna u tagħna nfusna, din m’għandhiex tkun xi ħaġa ta’ barra minn hawn. Li wieħed iwaħħal fl-ieħor jew ifarfar mir-responsabbiltà tiegħu, jagħmilha min jagħmilha, twassal biss biex inżidu l-frustrazzjoni tar-residenti u tinbet perċezzjoni li kemm il-Kunsilli Lokali kif ukoll dawn l-entitajiet qegħdin hemm għalxejn. Jekk m’aħniex se naħdmu aħna lkoll flimkien biex indawru din il-perċezzjoni (li kultant mhi perċezzjoni xejn), ħadd mhu se jagħmilha għalina. M’għandi l-ebda dubju li bħalma kull Sindku jixtieq li l-lokalità tiegħu tkun l-aħjar waħda, bl-istess mod il-Kapijiet Eżekuttivi jew Chairmen, jixtiequ li l-entità li jmexxu tkun meqjusa fost l-aħjar. Biex dan isir, għandna bżonn xulxin u aktar ma ndumu ma nifhmu dan, aktar se nkomplu nkunu l-bażi tal-problema flok is-soluzzjoni li jixtieq kulħadd.
Sur Editur, Mela jien inħobb nissawwat naħseb. Tħallix moħħok jiġri bik, Sur Editur. M’għandhiex x’taqsam Melda tiegħi, għalkemm kultant issawwatni bi lsienha, imma naħseb ikollha raġun! Inħobb nissawwat għax naqra dik il-ħaġa tal-gazzetta tal-partit tagħhom. Mhux għat-Tajns qed ngħid, dik issa niġi għaliha. Għan-Nazzjon. Madonna tal-Ħniena kif tifnini! Imma xorta naqraha. Mela dawn iġibu l-faċċata tal-ġurnal tagħhom ta’ snin ilu u jfakkruna xi jkunu ħarbxu f’dak iż-żmien. U qanna jħarbxu kienu u jħarbxu baqgħu. Meta narahom dawn, ħlief kollox negattiv, u kollox imrar, u kollox ħażin ma naqrax. Iġibu liema faċċata tal-gazzetta tagħhom iġibu, kollox qanneċ ħażin. Ilhom hekk minn kemm ilni nsegwi, meta kont daqsxejn ta’ tfajjel. Tagħna kollox ħażin, tagħhom kollox mibgħut minn Alla. Imbagħad hemm it-Tajns, forċina prima klassi tagħhom. U anki hawn nissawwat meta naqraha speċjalment meta naqra l-moqżiżerija ta’ kitba ta’ Cassar, li wiċċ Alla żgur li mhux se jarah. Il-Ħadd li għadda qalilna li l-futur sabiħ – għall-kriminali. Ilu bil-frustrazzjoni politika dan Cassar, u żdiedet mindu ħareġ għall-elezzjoni mal-partit tagħhom u lanqas il-membri kollha tal-familja tiegħu ma vvutawlu. U baqa’ l-art. Insomma mħallat ma’ Beppe l-Fenech l-Adami dan, allura ma tistenniex aħjar minnu, Sur Editur. U ieħor minn tax-Xitnews fuq kollox. Mela l-ewwel kontribut tagħhom dawn in-Nazzjonalisti kien, li qal għu pandemonju dwar il-ħatra tal-Ispeaker. L-ewwel deċiżjoni talgrupp parlamentari tagħhom kienet kontra n-nomina tal-Ispeaker. U l-forċina tal-partit tagħhom, it-Tajns, kitbet editorjal li fih qalet li wasal iż-żmien li nirrevedu l-mod li bih jinħatar l-Ispeaker. U din l-aħbar ġabuha l-aħbarijiet tax-xibka. Ma naħsibx li hemm għalfejn ngħid xejn iktar. L-aqwa li fl-ewwel seduta tal-Parlament il-Kap tagħhom qal li se jibqa’ jaħdem għall-ġid tal-poplu kollu. Iva, ħożż fl-ilma, Sur Editur. U jrid ikollu wiċċu mċappas biċ-ċikkulata mdewba dan Bernard ta, biex jgħajjar lill-Prim tagħna li huwa partiġjan. U fuq xiex, fuq kollox! Fuq l-Aj Vee Eff! Qal lill-Prim Ministru biex ma jkomplix jidħak bin-nies dwar din. Kemm hu ħelu! Wiċċ tal-mudella Claudia x-Xifer għandu. “Jekk vera jrid li jaħdem fi spirtu ta’ ħbiberija Robert Abela għandu jwarrab l-għamad politiku, jieqaf jattakka, naħdmu flimkien u naġixxu fl-interess Nazzjonali,” qalilna dak li l-ewwel werwer lil min seta’ kellu interess jikkontesta għal Kap tagħhom u issa se jtellaq waħdu. Aħjar imur jistudja ftit l-istorja tal-IVF f’pajjiżna dan Bernard. Ħalli jara kemm ħadem il-Gvern tagħna għaliha. Jien niftakar li meta dħalna fil-gvern, il-Fearne kien sab apparat mitluq u antikwat fl-isptar. U kien bis-saħħa tal-Gvern tagħna li dawk kollha li jridu jsiru familji, jistgħu jagħmlu dan. U l-Gvern tagħna se jkompli għaddej bir-riformi. Kieku jien Bernard lanqas biss niftaħ ħalqi, għax meta fetħu waqa’ għal patattu. Quddiem Parlament sħiħ u quddiem poplu sħiħ, la s-seduti nistgħu narawhom fuq it-televixin. Sewwa għamlet id-Dalli, meta kkoreġietu u staqsietu fejn kien waqt il-kampanja elettorali. Mela b’kitba fuq fejsbuk, David Casa stqarr li Bernard Grech għandu jkun l-għażla naturali tal-kunsilliera. Bernard li mexxa lill-partit tagħhom lejn l-ikbar telfa elettorali. U għall-konstipazzjoni, l-għażla naturali hija l-pruna. U iva, naqra lecca culo, nitħabbu naqa ħa nibdew naħsbu għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew sentejn oħra, Sur Editur. Taf x’naf, li dawn medhijin hekk. U l-Prim tagħna jibqa’ għaddej iħares ’il quddiem u jara kif se jkompli jtejjeb ħajjitna. Tagħtix kas lil dawn il-qabda intamati, Prim! Il-Maltin u l-Għawdxin b’moħħhom jaħsbu. U jafu jaraw l-affarijiet. Jafu li dan huwa Gvern determinat li jwettaq dak li wiegħed. U jafu li se jkollhom futur sabiħ. Jafu li dan il-Gvern se jibqa’ jkun ambizzjuż u se jibqa’ jbiddel biex dan il-pajjiż jilħaq livelli ġodda. Gvern l-għira ta’ kulħadd! Għad-dieħla!
17
15.05.2022
CINEMA CITY:
ĊINEMA FIL-BERAĦ FIL-BELT BLA ĦLAS “Cinema City”, avveniment ta’ wiri ta’ films imtella’ mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta fuq ħamest ijiem, għadu kemm ġie mniedi din il-ġimgħa. L-avveniment fi Ġnien Laparelli fil-Belt Valletta se jkun organizzat lejn l-aħħar ta’ dan ix-xahar. Ispirati mill-inizjattiva tal-Unjoni Ewropea Be SpectACTive, l-Aġenzija qed tistieden membri tal-udjenza biex isiru parteċipanti attivi f ’dan l-avveniment ta’ wiri tal-films. Voluntieri kienu ntalbu jaraw numru ta’ films ta’ ġeneri differenti biex minnhom ġew magħżula l-ħames films li se jintwerew matul dan l-avveniment. L-edizzjoni ta’ din is-sena tinkludi temi varji fosthom dik ta’ films klassiċi moderni, lejla ddedikata għall-animazzjoni, film
La Vita è Bella ta’ Roberto Benigni, rebbieħ ta’ tliet Oscars
Cinema City tkompli tibni fuq is-suċċess talValletta Green Festival u hi ċelebrazzjoni ta’ wiri ta’ films fil-miftuħ inklużi produzzjonijiet Maltin Malti u lejla għall-familja kollha. Il-films se jintwerew fid-21:00 kif tindika l-iskeda: It-Tlieta 24 ta’ Mejju – Little
Xena mill-film traġiku Malti Simshar
Miss Sunshine (16) L-Erbgħa 25 ta’ Mejju – Simshar (12A) Il-Ħamis 26 ta’ Mejju – The Matrix (12A) Il-Ġimgħa 27 ta’ Mejju – La Vita è Bella (PG) Is-Sibt 28 ta’ Mejju – The Iron Giant (U) Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici qal li “dan l-avveniment jibni fuq l-impenn tagħna li niċċelebraw il-kultura u nibqgħu nagħtu sostenn lill-artisti kif ukoll lill-industrija tal-films. Aħna kommessi li nkomplu ntellgħu aktar attivitajiet kulturali f ’pajjiżna”. Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
Valletta Jason Micallef tenna li huma kommessi li jkomplu bir-riġenerazzjoni ekonomika, soċjali u kulturali tal-kapitali. “Cinema City tkompli tibni fuq issuċċess tal-Valletta Green Festival u hi ċelebrazzjoni ta’ wiri ta’ films fil-miftuħ inklużi produzzjonijiet Maltin,” spjega s-Sur Micallef. Għalkemm il-parteċipazzjoni hi bla ħlas, il-biljetti jkunu jistgħu jinkisbu mill-uffiċini tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi Triq ir-Repubblika, il-Belt, mal-preżentazzjoni tal-karta tal-identità. Il-postijiet huma limitati u jinħarġu fuq bażi ta’ first come, first served. Għal aktar informazzjoni, wieħed jista’ jibgħat email fuq info@vca.gov.mt jew iżur is-sit elettroniku vca.gov.mt.
18
15.05.2022
IL-KAPPELLA TA’ SAN MIKIEL Tul it-triqat u l-għelieqi tar-Rabat f’Malta, wieħed isib bosta kappelli antiki li nbnew għall-qima u d-devozzjoni lejn ilqaddisin. Ħafna minnhom illum saru parti mill-patrimonju kulturali u reliġjuż ta’ pajjiżna. L-eqdem kappella minnhom, u waħda mill-ftit kappelli Medjevali li baqgħu jeżistu fi gżiritna, hi l-kappella ta’ San Mikiel jew kif ħafna jafuha bħala ta’ ‘San Mikiel is-Sinċier’ jew ‘is-Sanċir’. Din il-kappella tinsab fl-inħawi li fil-Medjuevu kienet il-kontrada ta’ Ġnien is-Sultan, li tasal għaliha jew mill-ġenb tiegħu int u nieżel lejn Għajn Kileb jew minn warajha xħin tikser min-Nigret u taqbad in-naħa għall-Imtarfa, li tikser lejn ix-xellug għat-trejqa li twassal għaċ-Chadwick Lakes. Sfortunatament iżda, din il-kappella mhix wisq magħrufa għax qisha mitluqa f’nofs għalqa u ilha fi stat ta’ abbandun għal snin twal. Għal dan l-artiklu tkellimt mal-Perit Nadia Martinelli, li għamlet it-teżi tagħha fuq din il-kappella, kif ukoll ma’ Roderick Busuttil, dilettant tal-kappelli u koawtur tas-sit www.kappellimaltin.com. Minn CHARLES B. SPITERI Il-mod li bih, in-nies jirriferu għal din il-kappella antika u d-dedika tagħha, huwa kemxejn kurjuż. Minn studju tal-Professur Stanley Fiorini, l-isem San Mikiel is-Sanċir jew ‘is-Sinċier’ jistgħu jitfissru li oriġinarjament il-kappella kienet iddedikata lil San Ċirijaku. Insibu madwar 27 qaddis b’dan l-isem, li bosta minnhom mietu martri. Iżda x’aktarx li hawn qed nitkellmu fuq qaddis meqjum fil-Knisja tal-Lvant, li għex ta’ eremita u miet fis-sena 557 WK, fl-għar ta’ San Chariton, fil-Palestina. Dan il-qaddis, bħal qaddisin oħra tal-kult Grieg, kien igawdi devozzjoni kbira fi gżiritna. Waqt ir-rikristjanizzazzjoni ta’ Malta, meta kien hemm bidla mill-kult Grieg li kien komuni f ’dak il-perjodu, għall-kult Latin, id-dediki ta’ kappelli lil qaddisin tal-kult Grieg bdew jinbidlu għal qaddisin tal-kult Latin. Il-festa ta’ San Ċirijaku, jew San Ċir, kienet taħbat fid-29 ta’ Settembru, jiġifieri fl-istess jum li fil-kult Latin tkun iċċelebrata l-festa ta’ San Mikiel Arkanġlu. Minħabba f ’hekk ukoll wieħed jista’ jasal għal liema San Ċirjaku qed nittrattaw u jista’ jkun li d-dedika ta’ din il-kappella nbidlet għal San Mikiel u n-nies tal-inħawi, biex ikomplu jfakkru lill-qaddis li għalih din il-kappella kienet iddedikata oriġinarjament, bdew isejħulha San Mikiel is-San Ċir li wara nbidlet għal Sanċir jew Sinċier. Dan narawh ukoll fi knejjes oħra, ngħidu aħna f ’Bubaqra, fejn il-kappella ta’ San Mikiel, li llum m’għadhiex teżisti, kienet magħrufa wkoll bħala ta’ San Ċir. Żona arkeoloġika fl-inħawi ta’ Ġnien is-Sultan
Jidher li fejn tinstab din il-kappella llum, fl-inħawi ta’ Ġnien is-Sultan hemm żoni arkeoloġiċi li jmorru lura ħafna fiż-żmien. Ftit ’il bogħod hemm serje ta’ għerien Puniċi. F’waħda mill-arkati tal-kappella tas-Sanċir hemm inkorporata kolonna Rumana. Snin ilu, waqt it-tindif u r-restawr tal-kappella, instabet ġebla ta’ magħsar taż-żejt taż-żebbuġ u jingħad li l-biċċa l-oħra qiegħda fil-bir ta’ wara l-kappella. B’xorti ħażina din il-ġebla kbira tal-magħsar insterqet mill-kappella ftit snin ilu. Waqt ir-restawr saru wkoll xi skavi f’parti mill-ġenb tal-kappella u hemm instabu xi muniti kif ukoll ħafna biċċiet ta’ fuħħar ta’ kull epoka; li jinkludu dawk Puniċi, Rumani u Medjevali. Studju reċenti jidentifika ċaqquf ta’ żmien l-Għarab. Dawn il-fdalijiet illum jinsabu fil-Mużew Nazzjonali għall-istudju, u jindika li l-post fejn tinstab il-kappel-
F’waħda mill-arkati tal-kappella tas-Sanċir hemm inkorporata kolonna Rumana. Snin ilu, waqt it-tindif u r-restawr tal-kappella, instabet ġebla ta’ magħsar taż-żejt taż-żebbuġ u jingħad li l-biċċa l-oħra qiegħda fil-bir ta’ wara l-kappella
la kien jintuża minn żminijiet Puniċi. Dan ifakkarna f’dak li nstab bl-istess mod fl-inħawi tal-kappelli ta’ Ħal Millieri, fil-limiti taż-Żurrieq.
San Ċir kien hemm kappella ta’ San Dimitri fi Ġnien Fieres (li jmiss ma’ Ġnien is-Sultan), oħra tas-Salvatur f’Għajn Qajjed u oħra ta’ San Ġwann f’tat-Tabja. Dawn illum Oriġini spiċċaw, iżda dik ta’ San Ċir fi Ġnien is-Sultan baqgħet wiMill-atti tal-visti pastora- eqfa għax meta ma baqgħetx li nafu li fl-istess inħawi ta’ tintuża bħala knisja, instab
użu għaliha bħala stalla. Ta’ min isemmi hawn każ ieħor jixxiebah: fil-limiti tar-Rabat f’Wied ir-Rum, fejn snin ilu nstabet mill-Prof. Alain Blondy kappella oħra Medjevali li meta tilfet l-identità tagħha ta’ knisja, intużat mill-bdiewa bħala għorfa għas-silla. L-eqdem referen-
19
15.05.2022
Fl-1980, fil-mużew tal-Katidral tal-Imdina, Dun Ġwann Azzopardi, bniedem li stinka ferm għall-istorja u l-kultura Maltija, kellu x-xorti li jkollu fl-istaff tal-Microfilm Project lil Domenic Cutajar u Charles Cassar li malli saru jafu, b’entużjażmu u b’ġenerożità offrew ix-xogħol volontarju tagħhom flimkien ma’ diversi voluntiera oħra, biex inaddfu u jirrestawraw il-kappella
zi għall-post jinsabu f’dokument fil-Kanċellerija ta’ Palermo fejn jingħad li fit-18 ta’ Ġunju 1361 ir-Re ta b’fewdu lil Giacomo Pellegrino l-Ġnien tiegħu b’żewġ għejun li jissejħu Aynalcajd (Għajn Qajjed) u Ayntofen (vijridarium di lu Re cum fontibus). Aktar tard fl-1372, dan Pellegrino kellu inkwiet mas-sultan u l-fewdu tteħidlu biex jibqa’ tar-Re sakemm fl-1530 l-artijiet kollha tas-sultan, inkluż dan il-ġnien, għaddewh għand l-Ordni ta’ San Ġwann sa żmien il-Franċiżi meta reġgħu għaddew għand ilGvern. L-eqdem dokument miktub fuq il-kappella ta’ Sanċir hu l-vista pastorali ta’ Monsinjur Pietro Dusina li żarha fl-1575 u sab li ma kellhiex bieb u twieqi, iżda kellha artal wieħed u paviment. Du-
sina ħeġġeġ lill-Gran Mastru biex isewwiha. F’dan il-kumment insibu tagħrif interessanti, jiġifieri li l-knisja kienet tal-Istat (tal-Ordni ta’ San Ġwann). L-istess isem tal-post, Ġnien is-Sultan, juri li l-għelieqi ta’ dawk l-inħawi kienu tas-Sultan u dan ħafna qabel ma ġew il-Kavallieri f’Malta fl-1530. ll-kappella fl-għelieqi tas-Sultan jidher li kellha l-iskop li taqdi l-bżonnijiet spiritwali tal-bdiewa li kienu jieħdu ħsieb l-għelieqi tas-Sultan u tal-inħawi madwarhom. Wara Monsinjur Dusina, żaru l-kappella diversi isqfijiet oħrajn, li lkoll irriferew għall-abbandun u l-istat ħażin tal-knisja u jgħidu li kienet f’idejn l-Ordni. Jissemma aktar minn darba l-kwadru titulari ta’ San Mik-
iel, għalkemm fl-1615, l-Isqof Cagliares jgħid li ma jingħarafx. Dan jindika t-telqa ġenerali li kienet tinsab fiha l-kappella dak iżżmien. Tissemma’ wkoll il-festa ta’ San Mikiel, fid-29 ta’ Settembru, waqt li fl-1598, l-Isqof Gargallo jgħid li kienu jsiru l-Primi Vespri lejlet il-festa, mill-ħaddiema tad-dwieli talpost. Fl-1678 żar il-post l-lsqof Molina u minħabba l-istat ħażin tal-kappella ddeċieda li ma tistax tintuża aktar għall-funzjonijiet reliġjużi u ordna li l-kwadru jittieħed fil-knisja ta’ San Pawl fir-Rabat, li l-bini tagħha kien qed jintemm u jitkissru xi xorok mis-saqaf ‘tas-Sanċir’, bħala sinjal ta’ desagrazzjoni. B’hekk, fil-knisja l-ġdida ta’ San Pawl twaqqaf l-artal ta’ San Mikiel, li miegħu hi marbuta l-fratellanza tal-bottegari (jiġifieri tal-ħwienet). Wara 13-il sena, il-fratelli qabbdu lil Mattia Preti jagħmlilhom il-kwadru li hemm sallum, minflok il-kwadru miġjub minn San Ċir. Issir razzett Wara l-profanazzjoni tal-knisja fl-1679, il-bdiewa tal-inħawi malajr għamlu użu mill-kappella bħala maħżen tal-frott jew bħala maqjel u sa ftit ilu kienet għadha tintuża minflok girna. Fl1878 ingħatat bl-offerti għal erba’ snin bi qbiela ta’ Lm25 (€58,25ċ) kull sena lil ċertu Karmenu Zerafa. Meta erba’ snin wara t-30 tomna reġgħu ħarġu bl-offerti, flok persuna waħda ħaduh tnejn: Giovanni Galea u l-aħwa Micallef.
Galea ħa r-razzett ta’ fuq kif imsemmi u l-aħwa Micallef ħadu l-bini ċkejken f’nofs l-għelieqi, jiġifieri l-kappella pprofanata, li bdew isejħulha r-Razzett ta’ Sanċir. Fil-bidu tas-seklu 20, l-aħwa Micallef qasmu l-użu tal-kappella bejniethom, tant li tellgħu ħajt f’nofs il-binja. Wieħed mill-aħwa kien jaċċessa l-kappella mill-bieb prinċipali u l-ieħor mill-bieb tal-ġenb. Maż-żmien il-kappella sfat abbandunata, mitluqa u minsija għal aktar minn 300 sena. Sa qabel l-1966, ftit kienu semgħu biha. Imbagħad fil-kitba ‘Kappelli u Knejjes Żgħar’ li kien jikteb fil-ġurnal Leħen is-Sewwa Mikiel Spiteri, magħruf bħala Kilin, ġab disinn tagħha bl-iskop li jnissel interess u tiftix storiku. Fl-1980, fil-mużew tal-Katidral tal-Imdina, Dun Ġwann Azzopardi, bniedem li stinka ferm għall-istorja u l-kultura Maltija, kellu x-xorti li jkollu fl-istaff tal-Microfilm Project lil Domenic Cutajar u Charles Cassar li malli saru jafu, b’entużjażmu u b’ġenerożità offrew ix-xogħol volontarju tagħhom flimkien ma’ diversi voluntiera oħra, biex inaddfu u jirrestawraw il-kappella. Għal dan l-iskop twaqqaf kumitat li kien magħruf bħala Sanċir Trust u l-fondi għax-xogħlijiet inġabru mill-NSTF Foundation. Dan ix-xogħol ħa aktar minn sena u l-kappella nfetħet mill-ġdid wara r-restawr; b’ċerimonja fit-2 ta’ Ottubru 1988. Il-knisja minn barra u minn ġewwa L-istil ta’ din il-kappella jixbah ħafna lil dak ta’ kappelli Medjevali oħrajn li għandna fil-gżejjer tagħna fosthom dik ta’ Santa Ċeċilja f’Għajnsielem, Għawdex u tal-Lunzjata f’Ħal Millieri, għalkemm din tas-Sanċir tidher li tista’ tkun eqdem.
Il-kappella tikkonsisti f’kamra mdaqqsa rettangolari b’arkitettura Medjevali iżda mingħajr l-ebda affreski jew tiżjin ieħor. Il-ħajt hu magħmul minn ġebel li jixbah lill-ħajt tas-sejjieħ, magħruf bħala mazkan. Malġnub tal-kappella, minn barra, hemm rinforzi (buttress walls) biex iżommu l-kappella wieqfa. Dawn jidhru li saru wara li nbniet, minħabba li l-ġebel tar-rinforzi ma jkomplix ma’ dak tal-kappella. Fuq il-bieb, li hu ta’ forma nofs tond ġej għall-ponta, naraw qasma tawwalija jew tieqa li titwessa’ minn ġewwa bl-ornament, biex tagħti xi ftit dawl lill-kappella minn ġewwa. Din it-tieqa jista’ jkun li kienet tintuża wkoll bħala arloġġ tax-xemx minħabba l-fatt li tħares lejn il-Punent. Fuq ġewwa, il-kappella għandha saqaf tax-xorok li jżommuh arkati li ġejjin għall-ponta, li kultant jissejħu wkoll ta’ stil sikulo-normann. Dawn jibqgħu neżlin sal-art. Il-knisja m’għandhiex apside. Instabu ukoll traċċi ta’ bankijiet tal-ġebel bejn l-arkati jew kif inhuma magħrufin aħjar, id-dikkiena. Għad nistgħu naraw li partijiet mill-paviment tal-knisja kienu taċ-ċangatura u kienu tqiegħdu b’ċerta simetrija. Interessanti wkoll li fuq ġewwa tal-knisja nstabu xi graffiti ta’ xwieni – probabbli xi forma ta’ ex-voto. Dawn il-graffiti juru xini ta’ żmien is-seklu 15. Il-kappella għandha żewġ bibien u tieqa li llum huma magħluqin minn aperturi tal-ħadid li għalkemm ma jħallukx tidħol fiha, jippermettulek tara ġewwa. Maġenb il-knisja, fiz-zuntier kien hemm ċimiterju żgħir, illum iċċangat. Kienet ħaġa komuni ħafna li fil-kappelli kif ukoll maġenbhom kien isir id-dfin. Hawn min jgħid li ħafna mill-kappelli kienu jinbnew appuntu biex isir iddfin fihom.
22
15.05.2022
KANTERA
VJAĠĠ TA’ SUĊĊESS U PROMOZZJONI
Kantera - grupp mużikali li nistgħu ngħidu li bdejna nisimgħu bih minn Mużika Mużika – festival tal-kanzunetta Maltija tas-sena 2021, għalkemm diġà kellu xi spettakli bħala grupp u l-membri tiegħu kienu ilhom personalment fix-xena tal-mużika għal iżjed snin qabel. Tkellimt magħhom u tawni ftit tagħrif ħelu li żgur li intom, il-qarrejja tagħna se tieħdu gost taqraw. Għalkemm kontu diġà bdejtu l-vjaġġ mużikali tagħkom, tista’ tgħid li l-festival tal-Kanzunetta Maltija Mużika Mużika tas-sena l-oħra, tefagħkom fl-arena artistika bis-saħħa. Kif kien il-vjaġġ mis-sena l-oħra lil hawn? Il-festival ta’ Mużika Mużika kien ta’ pjattaforma kbira għalina għaliex permezz tiegħu, is-sena l-oħra varajna l-proġett tagħna bl-element Malti ma’ dak modern
fejn irnexxielna wkoll nikklassifikaw fit-tielet post bil-kanzunetta “L-ewwel Jien”. Is-sapport mingħand il-pubbliku kien wieħed kbir fejn meliena b’aktar enerġija biex naħdmu fuq materjal ġdid. Is-sena l-oħra ħriġna l-kanzunetta “Tliet Kitarri u Mandolina” li fiha l-element ta’ nostalġija Maltija u din is-sena ħriġna kanzunetta
b’kollaborazzjoni mal-Hooligan bl-isem “Bil-Kelma t-Tajba” li titkellem fuq meta nikkummentaw fuq il-midja soċjali sabiex inkunu prudenti ma’ xulxin u naraw ukoll il-konsegwenzi tal-istess kummenti tagħna. L-esperjenza ta’ din is-sena ... il-kanzunetta, l-esperjenza u l-klassifikazzjoni
fit-tieni post?! Din is-sena bl-għajnuna tattim tagħna fosthom Elton Zarb u Joe Julian Farrugia rġajna ktibna kanzunetta oħra għall-festival ta’ Mużika Mużika bl-isem ta’ “Tkun ’L Hawn Għaddi” fejn biha rnexxielna nerġgħu ngħaddu mal-finalisti u kklassifikajna fit-tieni post. L-espe-
Il-kritika kostruttiva hija tajba u napprezzawha għaliex inkunu nistgħu naħdmu fuq materjal aħjar milli diġà ħriġna. Nemmnu ħafna fir-rispons tan-nies biex inkunu nistgħu nibqgħu mexjin ’il quddiem b’dan il-proġett tagħna
rjenza tagħna kienet ferm sabiħa, l-istess bħas-sena l-oħra, li żgur qatt m’aħna se ninsew. Meta tkun fuq dak il-palk il-ġmiel tiegħu flimkien mal-akkumpanjament tal-orkestra filarmonika ta’ Malta kif ukoll bl-udjenza quddiemek, żgur li l-esperjenza tkun waħda mill-isbaħ u ma tinsihiex malajr. Kemm taħsbu li ż-żgħażagħ japprezzawkom? Dawn l-aħħar snin qegħdin naraw li ż-żgħażagħ qegħdin japprezzaw aktar il-kanzunetti miktubin bil-Malti wkoll. Dan il-proġett inħoloq apposta biex noħolqu aktar għarfien fuq dak li hu Malti, kemm minn aspett ta’ strumenti Maltin kif ukoll qwiel u idjomi Maltin. Ir-rispons tażżgħażagħ kien wieħed kbir fejn iva, qegħdin japprezzaw il-proġett tagħna u tassew qed jirnexxilna nżewqu l-element folk ma’ dak aktar modern b’ħoss partikolari.
23
08.11.2020 15.05.2022
GĦALL-KULTURA MALTIJA
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA President tar-Reġjun Tramuntana
Tiddejqu jekk tkunu kritikati? Il-kritika kostruttiva hija tajba u napprezzawha għaliex inkunu nistgħu naħdmu fuq materjal aħjar milli diġà ħriġna. Nemmnu ħafna fir-rispons tan-nies biex inkunu nistgħu nibqgħu mexjin ’il quddiem b’dan il-proġett tagħna. X’beħsiebkom tagħmlu biex il-mużika Maltija tagħkom tasal iżjed għand il-ġenerazzjonijiet kollha? U forsi barra minn xtutna... L-elementi li qegħdin nużaw fil-band tagħna diġà ntlaqgħu tajjeb ħafna fejn ser inkomplu nużaw aktar elementi bi strumenti Maltin li forsi ilna ħafna ma’ narawhom fix-xena mużikali. Għalissa qegħdin naħdmu sabiex noħolqu aktar għarfien dwar dak li huwa Malti f’Malta. Iva, kellna xi kuntatti wkoll barra minn Malta speċjalment
rġajna rrankajna?
Bħala proġetti għall-futur, għandna diversi ideat u ħsibijiet fejn qed inkomplu naħdmu fuq materjal ġdid kif ukoll għandna xi kunċerti madwar Malta u Għawdex, bl-ewwel wieħed ikun waqt Ritmu Music Festival li ser isir il-Barakka ta’ Fuq fil-belt kapitali Maltija, Valletta
mingħand emigranti Maltin li qegħdin isemmgħu l-kanzunetti tagħna lill-ġenerazzjonijiet ta’ warajhom għax erġajna ġibnielhom in-nostalġija ta’ kemm kienu jużaw il-qwiel u l-idjomi Maltin filħajja ta’ kuljum kif ukoll ċerti strumenti li m’għadekx tara ta’ kuljum bħal dari. Il-ħolma tagħna hija li fil-futur qrib
nagħmlu kunċert barra minn xtutna sabiex nuru s-sabiħ ta’ dak li jagħmilna Maltin minn aspett mużikali. Hemm ħsieb ta’ kanzunetta bid-djalett?
ħafna fejn aħna bħala ċokon ta’ pajjiż għandna diversi djaletti li għadhom jiġu mitkelma sal-lum il-ġurnata. Ma neskludu xejn milli naħdmu fuq xi proġett bid-djaletti tagħna. Imma nieqfu hemm għalissa, sorpriża.
Bħalma għedna ftit qabel, dan huwa proġett bl-elementi Kemm affettwat lill-artisti Maltin. Id-djalett huwa sabiħ l-pandemija? Temmnu li issa
Il-pandemija kienet ta’ daqqa lil kulħadd speċjalment għall-artisti. Din ix-xena hija katina li ikun hemm ħafna nies involuti minn wara l-kwinti. Bil-mod il-mod l-affarijiet qegħdin jerġgħu jiġu għan-normal. Nemmnu li dan is-sajf se nerġgħu naraw il-kunċerti li konna mdorrijin naraw qabel ma bdiet il-pandemija. X’qed tippjanaw bħala proġetti ġodda? Bħala proġetti għall-futur, għandna diversi ideat u ħsibijiet fejn qed inkomplu naħdmu fuq materjal ġdid kif ukoll għandna xi kunċerti madwar Malta u Għawdex, bl-ewwel wieħed ikun waqt Ritmu Music Festival li ser isir il-Barrakka ta’ Fuq fil-belt kapitali Maltija, Valletta. Minn qalbi, nawgura lillgrupp Kantera għal aktar suċċessi.
22
15.05.2022
PAULINE MARIE CHETCUTI
KIENET MISTĦIJA U MA TAPPREZZAX IT-TUL TAGĦHA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Lill-personalità li tkellimt magħha llum inzertajt ili nafha ftit żmien mhux ħażin, u anke lil missierha. Nista’ ngħid li hija persuna edukata, dħulija u taf tieħu pjaċir fil-ħajja. Ilha fix-xena tal-immudellar minn mindu kienet ferm iżgħar. Qed nirreferi għal Pauline Marie Chetcuti. Oriġinarjament hi minn Ħaż-Żebbuġ u toqgħod il-Mellieħa, taħdem il-bank u għandha għal qalbha ħafna l-isports, is-safar u tieħu gost ħafna ssegwi l-moda. Minn dejjem kienet tfajla ambizzjuża kemm fuq xogħol kif ukoll fil-ħajja personali tagħha. Tħobb ħafna l-familja li dejjem ssapportjatha f ’dak kollu li xtaqet tagħmel. Għandha għal qalbha ħafna x-xogħol tagħha ta’ bankiera għax permezz ta’ xogħolha tħossha li kibret u mmaturat. Tħobb tieħu ħsieb saħħitha billi żżomm ħin għall-eżerċizzju matul ilġimgħa. Dejjem lesta li tgħin lil ħaddieħor u tħobb ħafna l-annimali. Daħlet fix-xena tal-immudellar lura fis-sena 2004 meta kellha 16-il sena. Filfatt kienet daħlet mill-ewwel bħala kontestanta għal Miss Malta u ħadet it-titlu ta’ Miss Talent u ġiet fis-sitt post. Staqsejtha minn fejn kisbet it-teknika tal-immudellar u fejn tgħallmet timmudella. “Dak iż-żmien niftakar li ommi kienet applikatli għal Miss Malta. Kont ħadtha b’sorpriża għax dak iż-żmien kont mistħija ħafna u ma kontx napprezza ħafna t-tul tiegħi. Niftakar l-applikazzjonijiet kienu jistgħu jimtlew minn fuq ilgazzetta u għalija dik kienet l-ewwel esperjenza fix-xena tal-immudellar. Ma kellix esperjenza fuq palk, però kont determinata li nitgħallem kemm teknika kif ukoll kunfidenza. Illum il-ġurnata napprezza kemm din l-esperjenza għenitni nibni l-qofol tal-karriera tiegħi fix-xena tal-immudellar u għenitni noħroġ mill-qoxra tiegħi,” bdiet tgħidli dwarha. Temmen li hawn Malta bdejna nirfinaw ħafna f ’din
l-industrija. Ma’ Pauline ddiskutejt dwar jekk taħsibx li hawn Malta hawn futur sigur u opportunitajiet tajba għal mudelli bħalha, jew jekk hux kull mudella jeħtieġ li ssiefer sabiex tikseb xi tip ta’ karriera u fama meħtieġa. “Nemmen li hawn Malta bdejna nirfinaw ħafna f ’din l-industrija u l-mudelli qed jiġu apprezzati ħafna iktar minn qabel. Li ssiefer hija għażla, imma nemmen li tgħin ħafna fil-karriera għax permezz ta’ din l-esperjenza wieħed jikseb ħafna dixxiplina u titgħallem teknika differenti”. Ta’ min jgħid li eżatt wara li kienet ħadet sehem għal Miss Malta, Pauline kienet ħadet pawża twila ta’ 13-il sena sħaħ sabiex tiffoka fuq il-karriera bankarja tagħha. Kienet pawża twila, imma matul dan il-perjodu xorta baqgħet tieħu sehem f ’okkażjonijiet diversi bħal fashion shows. “Dak iż-żmien xtaqt niffoka ħafna iktar fuq il-karriera bankarja sabiex
nikber u nasal sa fejn nixtieq. Nemmen li f ’kull żmien ikun hemm prijorità lil xi ħaġa partikolari li tkun tixtieq tikseb u sabiex jirnexxilek tasal trid tagħmilha prijorità”. Proprju wara din il-pawża twila, fis-sena 2017 kienet reġgħet bdiet tikkompeti fl-immudellar u fil-fatt kisbet it-tielet post fil-Fit Model Group waqt National Championships għall-IFBB. “Din il-kompetizzjoni kienet tfisser ħafna għalija u sabiex wasalt għaliha ddedikajt ħinijiet twal ta’ taħriġ u pjanar mal-coach tiegħi sabiex niksbu r-riżultati li xtaqna. Li tlajt fuq dak il-palk flimkien ma’ atleti oħrajn kien diġà achievement. Ovvjament wieħed jidħol għal kompetizzjoni biex jirbaħ. Però, li kont wasalt għaliha jien diġà ħassejtni rebbieħa. Ħassejtni sodisfatta bir-riżultat, imma l-iktar ħaġa li ħalliet impatt fuqi hi l-imħabba lejn l-attività fiżika, l-imħabba lejk innifsek
u li qed tiddedika ħin għalik biex int tħossok aħjar kemm fiżikament kif ukoll mentalment. Din il-kompetizzjoni għallmitni nkun dixxiplinata miegħi nnifsi, tatni kunfidenza ikbar fuq il-palk u tkun taf li biex tidħol għaliha jrid ikollok determinazzjoni għalhekk minn wara din il-kompetizzjoni ma qtajt qalbi minn xejn iktar. L-impatt li ħalliet f ’ħajti kien xi ħaġa indimentikabbli”. Kisbet diversi titli u anke pparteċipat barra minn xtutna Ta’ min jgħid li matul is-snin, Pauline kompliet tieħu sehem ’l hawn u ’l hemm u kisbet diversi titli oħra. L-immudellar ħadha wkoll barra minn xtutna fosthom Berlin fejn ħadet sehem bħala mudella waqt Berlin Fashion Week, u anke Pariġi fejn ħadet sehem bħala mudella waqt il-Paris Fashion Week. Ħallejt f ’idejha sabiex taqsam xi memorji waqt dawn il-fashion
shows barra minn xtutna. “Meta niftakar f ’dawn l-esperjenzi nkun nixtieq nerġa’ lura fiż-żmien u nerġa’ nesperjenzahom. Kienu opportunitajiet li għallmuni ħafna dixxiplina. Fil-Berlin Fashion Week niftakar esperjenza minnhom fejn kelli l-opportunità li niltaqa’ ma’ mudelli twal daqsi u iktar minni li jien ħsibt li kienet xi ħaġa impossibli. Niftakar sew kienu organizzati ħafna u kienu għallmuna kif jixtiequ li nimxu waqt ix-show b’ħafna preparamenti waqt ir-rehearsals. L-esperjenza hi sabiħa immens u li int tiltaqa’ ma’ mudelli differenti u ta’ professjonalità żgur ser tieħu xi ħaġa minnha u se tgħinek timxi ’l quddiem. Kelli l-opportunità li fil-Paris Fashion Week naħdem ma’ disinjatur partikulari fejn ingħatajt ukoll award ta’ Model u Model’s Leader. Apprezzajt kemm konna professjonali jien u mudelli oħrajn Maltin waqt ix-show tagħha. Dawn għalija kienu esperjenzi li
23
08.11.2020 15.05.2022
SKEDA ONE 12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:30 18:30
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Popcorn PrimeTime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza
19:20 19:30 20:10 20:35 22:20 23:00 23:30
ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Liquorish Music Legends Popcorn ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:00 16:25 17:00 17:30
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News What’s Cooking PrimeTime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak Li Jgħodd
18:30 19:18 19:30 20:10 20:35 21:10 22:15 22:50 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Reboot Flip the Venue Il-Willy The Local Traveller ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:05 16:28 17:15 18:00
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Żona Sport PrimeTime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking
18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:30 23:30
Pjazza 18-05 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Cash Ride Flip the Venue ONE News
06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso
12:30 12:35 12:50 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00 17:30
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari Kalamita ONE News Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Popcorn Żona Sport Mhux Kemm Taf
18:30 19:20 19:30 20:10 20:40 21:45 22:45 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00
12:30 12:35 12:50 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30
ONE News Liquorish Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse
18:15 19:18 19:30 20:10 20:30 22:30 23:00 23:30
Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Brillanti Popcorn Żona Sport ONE News
06:30 ONE News 06:45 Music egends 07:20 Reboot 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak Li Jgħodd 11:35 What’s Cooking
12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:00 16:25
Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mhux Kemm Taf ONE News Liquorish Omnibus Ħabrikt Flimkien ma’ Nancy
17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30
Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00 10:30 11:30
12:30 12:35 13:10 15:30 15:35 16:00 16:35 17:05 18:15
ONE News Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa What’s Cooking Music Legends Imqades l-Istorja EkoDjar
19:25
One Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Willy Brillanti One News
TLIETA 17-05
ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
ĦAMIS 19-05
ma tista’ tinsiehom qatt,” stqarret miegħi Pauline. Xewqa li kellha u li ġietha naturali wara l-immudellar, kienet li tinvolvi ruħha aktar fix-xena lokali tat-televixin. Fil-fatt, dan l-aħħar bdejna narawha waqt ir-rokna tagħha bħala TV Host kull nhar ta’ Ħamis waqt il-programm televiżiv KikkraTe. “Minbarra l-immudellar minn meta kont żgħira minn dejjem xtaqt li nkun fuq it-televixin nippreżenta programm. Inħoss li waqt dan il-programm qed nagħti kontribut lill-komunità billi nwassal messaġġ lit-telespettaturi li jaf jgħinhom b’xi mod u xi kultant forsi noħloq tbissima wkoll. L-esperjenza fuq KikkraTe hija unika. Inħossni grata kuljum li qed nippreżenta f ’dan il-programm u hi avventura li qed nitgħallem ħafna minnha”. B’kurżità fuqi, staqsejtha fejn biħsiebha tkompli timraħ fil-qasam tal-immudellar, jew taħsibx li l-karriera tagħha ser tintemm malajr. “Qatt ma tista tgħid x’opportunitajiet wieħed jista’ jkollu u l-immudellar huwa għal qalbi ħafna għalhekk ma neskludi xejn. Però, issa li bdejt nippreżenta dan il-programm, inħossni għal qalbi ħafna li ninsab f ’din ix-xena u għalhekk nixtieq nimrah
iktar fuq it-televixin,” stqarret miegħi. Importanti li persuna temmen fiha nnifisha Fl-opinjoni tagħha, Pauline stqarret miegħi li l-iktar ħaġa importanti li mudella għandu jkollha hi li temmen fiha nnifisha. “Jekk temmen li tista’ tasal ser tasal. Importanti li żżomm ruħha fit billi tieħu ħsieb tagħha nnifisha u b’hekk iġġib il-kunfidenza meħtieġa biex tirnexxi u li tkun dixxiplinata”. Mistoqsija xi jdejjaqha filħajja b’mod ġenerali, Pauline weġbitni: “Li wieħed ma jiħux azzjoni milli jikseb dak li jixtieq fil-ħajja għax forsi jaqtgħulu qalbu n-nies ta’ madwaru jew iġibu l-iskużi għax dejjem jistennew iżżmien perfett”. Fl-aħħar nett, Pauline ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “L-ewwel nett, grazzi lill-qarrejja li qed taqraw din l-intervista. Il-messaġġ tiegħi huwa hi li m’għandek taqta’ qalbek minn xejn. Jekk temmen fik innifsek u jekk tgħid ‘iva ser nagħmilha’ u mhux ‘nipprova’, ser jirnexxilek tasal għall-għan tiegħek kemm forsi personali kif ukoll fejn tidħol karriera,” temmet tgħid.
TNEJN 16-05
ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:30 09:05 09:30 10:00
SIBT 21-05
ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Quddiesa tal-Jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Mhux Kemm Taf Flip the Venue
19:30 20:10 20:35 21:15 23:30
ERBGĦA
ĠIMGĦA 20-05
ĦADD 22-05
24
15.05.2022
reċensjoni tal-ktieb
GODFREY PIROTTA
IL-POLITIKA TA’ ĦAJTI Silta meħuda mill-introduzzjoni tal-ktieb
Il-fenomenu ta’ kitbiet awtobijografiċi u bijografiċi f’Malta ħa spinta kbira u żied sewwa fir-ritmu f’dawn l-aħħar snin. Mhux biss qegħdin nisimgħu b’aktar nies fil-ħajja pubblika li qegħdin jiktbu t-tiġrib ta’ ħajjithom, imma sar għandna djar tal-pubblikazzjonijiet li qegħdin jinvestu f’sensiliet editjati ta’ ħajjiet ta’ personalitajiet magħrufa. Kull ħajja ta’ bniedem hija tassew ktieb magħluq li jinfetaħ beraħ hekk kif tiskopriha. Il-ħajja hija damma ta’ avvenimenti, deċiżjonijiet u emozzjonijiet b’taħlita ta’ rieda u, xi drabi beżgħat, li jagħġnuha u jagħtuha tifsila u tifsira. Xogħol bijografiku mhux biss ilaqqagħna mal-persuna taħt il-lenti, imma jagħtina ħjiel ġeneruż taż-żmien u l-ispazju li fih tkun għexet u dammet ġrajjietha. Bħala akkademiku fil-qasam tax-xjenza soċjali, inħoss li dan it-tip ta’ moviment letterarju għandu jibqa’ joktor u jissaħħaħ għax nemmen li hu bżonjuż biex nissoktaw niskopru l-enerġija u d-dgħufija tal-umanità kollettiva u, fl-istess waqt, distintiva tagħna. Huwa f’dan il-kuntest li ddeċidejt li noħroġ għall-beraħ il-ħajja ta’ Godfrey Pirotta. Professur tax-xjenza politika. Għalliem u ħassieb. Riċerkatur u kittieb. Ambaxxatur u attivist soċjali. Ħabrieki fil-volontarjat. Benefattur ta’ eluf ta’ studenti. Persuna li tħobb il-ħajja u tħobb in-nies. Nemmen li l-istorja ta’ Godfrey Pirotta mhux biss hija mimlija, interessanti u mlewna, imma hija wkoll relevanti għall-kotra. Relevanti għax tħeġġeġ għal dak li verament jgħodd
u li jagħti sens lill-ħajja, waqt li tbarri l-artifiċjalità u l-kożmetika li għandhom ħabta jintossikaw il-valuri universali u awtentiċi. Lil Godfrey Pirotta ili nafu sa minn mindu dħalt fl-Università ta’ Malta bħala student fi ħdan id-Dipartiment tal-Public Policy fl-1992. Ngħid id-dritt, ġibidni mill-ewwel mhux biss għax għandu ħabta li jiftakar isem l-istudenti tiegħu u jsejħilhom b’isimhom, imma għax deher mill-ewwel li jien u sħabi ma konniex sempliċiment numru quddiemu. Għalih, aħna konna individ-
wi li konna nġorru bagalji ta’ esperjenzi li hu qatt ma ġġudikahom, imma dejjem bena fuqhom biex jiftħilna t-twieqi għall-għarfien u t-tħaddim tal-għerf. Bħalma ħassejtni jien, hekk ħassewhom sħabi u l-istudenti kollha li ġew qabli u li ġew warajja. Id-destin reġa’ laqqagħni ma’ Godfrey meta snin wara dħalt ngħallem fl-Università ta’ Malta, l-ewwel fuq bażi parttime u aktar tard bħala lettur residenti. Biż-żmien bnejna relazzjoni b’saħħitha bħala kollegi u ħbieb. Min jaf kemm-il darba kien jaqbad jirrakkonta xi episodji minn ħajtu u minn dak li kont nisma’, intbaħt kemm tassew dak li jgħid huwa relevanti għalija. Bla ma jaf, Godfrey baqa’ jgħallimni snin wara li temmejt l-istudji terzjarji tiegħi. Meta kont konvint kemm huwa rakkontatur ta’ ħila u kemm ir-rakkonti tiegħu jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għall-bqija, ġietni l-idea li nikteb il-bijografija ta’ dan il-Professur twajjeb. Ma kinitx deċiżjoni ħafifa. Xogħol bħal dan jieħu s-snin. Jinvolvi l-widnejn, daqskemm jitħaddmu l-ilsien u l-pinna. Fuq kollox jitlob il-paċenzja. Ħafna paċenzja. Imma xejn ma seta’ jibda sakemm seta’ jkolli l-kunsens ta’ Godfrey. U biex qalli ‘iva’, ħa aktar minn tliet snin. Mal-kunsens infetħu l-bibien kollha biex stajna nibdew infasslu dan ix-xogħol bijografiku; xogħol li tmexxa skont metodoloġija li ddettataw it-tematika u l-istil tal-kontenut. Xogħol li nfirex fuq erba’ snin biex stajt niffinalizzah. L-intervisti saru bejn Jannar 2018 u Marzu 2020. Xi drabi ltqajna fl-Univer-
sità ta’ Malta u xi minn daqqiet iltqajna f’xi ħanut fejn konna nixorbu xi ħaġa ħafifa u niskru bil-kliem. Ebda intervista ma kienet iqsar minn sagħtejn u xi drabi laħqet ukoll mat-tliet sigħat. Kont nirrekordjahom kollha u mbagħad, fil-kwiet ta’ dari kont nibda nikteb it-traskrizzjonijiet. Kull min ħakk ma’ dan ix-xogħol, jaf kemm trid ħin u sabar. Kemm trid tkun metikoluż. Minn hemm setgħet tiskatta t-tieni fażi ta’ riċerka min-naħa tiegħi. Wara li kont inkun għamilt it-tiftix tiegħi biex insensel il-mistoqsijiet għal kull intervista, issa kont nirriċerka fuq dak li jkun qalli Godfrey. Jekk semma’ xi ġrajjiet u dati, infittex fuqhom għall-merti ta’ korrettezza. Jekk semma xi filosfi kbar, kont nirriċerkahom biex fil-kitba ndaħħal xi ideat minn tagħhom. B’dan il-mod stajt inseddaq dak li qalli billi daħħalt għadd ta’ kwotazzjonijiet mix-xogħlijiet ta’ dawn il-ġganti tax-xjenza politika. L-istess ħaġa għamilt kull meta ssemmiet xi istituzzjoni; kont infittex fuqha u nżid xi tagħrif biex nagħti sfond għal dak li jintqal. Ma’ din ir-riċerka, l-editjar minnaħa tiegħi kien jinkludi wkoll it-tindif ta’ kliem Ingliż bla ħtieġa biex minfloku ndaħħal Malti idjomatiku. Fl-aħħar mill-aħħar, kull kapitlu miktub u editjat kien jerġa’ jgħaddi għand Godfrey biex jiċċertifika li hu kuntent bil-verżjoni finali. Ħafna drabi l-iskritt kien jerġa’ lura għandi b’diversi bidliet, tnaqqis u żidiet. Hekk seddaqt il-verifikazzjoni interna li hi prinċipju fundamentali fil-metodoloġija tar-riċerka kwalitattiva.
Mistoqsija: Fejn reġa’ ltaqa’ ma’ Godfrey l-awtur? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb GODFREY PIROTTA: IL-POLITIKA TA’ ĦAJTI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 22 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb SHERLOCK, LUPIN U JIEN: IL-MISTERU TAL-WARDA ĦAMRA hija:
M. SCICLUNA - ĦAL QORMI
01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hu l-valur totali ta’ proprjetajiet mixtrijin fl-ewwel erba’ xhur tas-sena?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
Rebbieħ: C. MERCIECA - ĦAL LUQA
25
15.05.2022
‘THE AMAZON REVIEW KILLER’ Iħalli kummenti fuq xi oġġetti li xtara u uża waqt il-ħtif u l-qtil IT-TIENI PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Il-mument li fih il-pulizija sabu lil Kala Brown fil-kontejner
Il-karozza ta’ Carver
Fl-aħħar ta’ Awwissu tal-2016, Kala Brown u l-għarus tagħha, Charles David Carver, marru jnaddfu f’waħda mill-proprjetajiet ta’ Kohlhepp u ma dehrux iżjed. L-għejbien tagħhom qanqal ħafna spekulazzjonijiet u l-pulizija spiċċaw biex marru jfittxu l-proprjetà li l-aħħar ħadmu fiha. Hemmhekk, il-pulizija sabu lil Brown maqfula f’kontejner u matul it-tfittxija sabu wkoll il-karozza ta’ Carver moħbija qalb il-ħaxix. Brown qalet lill-pulizija li Kohlhepp spara lill-għarus tagħha u lilha rabatha fil-kontejner, fejn stupraha diversi drabi. Hi saħqet li Kohlhepp heddida biex ma tippruvax taħrab u wrieha fejn kien difen il-vittmi oħrajn biex ibeżżagħha. Fil-fatt, il-pulizija sabu żewġ katavri, li kienu tal-mara li kienet taħdem fir-restorant li kien iħobb imur Kohlhepp, Meagan Leigh McCraw-Coxie u żewġha, Johnny Joe Coxie. Il-koppja kienet ġiet irrappurtata nieqsa fit-22 ta’ Diċembru tal2015 u nstabet fil-bidu ta’ Novembru tal-2016. L-arrest Kohlhepp ġie arrestat mixli bil-qtil tal-koppja Coxie, ta’ Carver u bilħtif u stupru ta’ Brown. Waqt li kien arrestat, Kohlhepp ammetta wkoll li kien hu li qatel lill-erba’ vittmi f’Chesnee. Il-pulizija emmnuh għax qalilhom li tahom tir kull wieħed f’rashom u dan kien dettall li l-pulizija ma kinux xandru fl-aħbarijiet. Waqt l-investigazzjoni, l-awtoritajiet sabu diversi kummenti fuq xiri ta’ oġġetti mis-sit ta’ Amazon minn Kohlhepp. Jidher li Kohlhepp ikkummenta fuq xi katnazzi li xtara fejn qal li huma “kat-
nazzi b’saħħithom... hemm ħamsa ma’ kontejner... ma jwaqqfuhomx... iżda żgur li jegħjew u jaqtgħu qalbhom.” Kohlhepp ħalla kumment ieħor fuq pala fejn qal li tajba biex “iżżommha fil-karozza għal meta trid taħbi xi katavri u tkun insejt il-pala l-kbira d-dar...” Wara li din is-sejba xxandret fl-aħbarijiet, Kohlhepp ingħata l-laqam ta’ “The Amazon Review Killer.” Għax-xiri ta’ armi tan-nar, Kohlhepp kellu l-għajnuna ta’ Dustan Lawson. Lawson kien jaf li Kohlhepp kien kriminali iżda xorta waħda xtara l-armi tan-nar f’ismu għalih. Hu ammetta li bejn l-2012 u l-2016, hu xtara minn tal-inqas 12-il pistola u ħames silencers għal Kohlhepp. Fl-2018, Lawson instab ħati u weħel tmien snin u tliet xhur ħabs. Hu għandu jiġi rilaxxat fit-12 ta’ Novembru tal-2024. Min-naħa l-oħra, Kohlhepp instab ħati b’seba’ omiċidji, bil-ħtif ta’ Brown u bi tliet akkużi fuq pussess ta’ arma tan-nar li ntużat waqt atti kriminali vjolenti. Hu weħel seba’ sentenzi ta’ għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ ħelsien biex jiffranka l-piena tal-mewt. Minkejja li nstab ħati ta’ seba’ omiċidji, Kohlhepp qal li l-għadd ta’ vittmi huwa ferm ikbar. Waqt waħda miż-żjajjar fil-ħabs, ommu staqsietu kemm qatel nies u t-tweġiba tiegħu kienet li “m’għandekx biżżejjed swaba’” għall-għadd ta’ vittmi. Għall-bidu, Kohlhepp kien issuspettat li kien il-moħħ wara s-serqa tal-bank Blue Ridge Savings Bank li seħħet fl-2003 u matulha nqatlu tlieta min-nies. Kohlhepp ċaħad li kellu x’jaqsam mas-serqa u mal-omiċidji u fil-fatt ma nstabet l-ebda evidenza li setgħet torbtu mal-każ.
Kohlhepp waqt il-ġuri Uħud mill-kummenti li ħalla Kohlhepp fuq l-affarijiet li xtara minn Amazon
TMIEM
26
15.05.2022
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
15.05.2022
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 434
S. AGIUS - FGURA
MIMDUDIN: 9,22. 1. Kompli l-qawl: 10. Għajnejn żoroq 12. jisirqu n-nies mit-.......... (5) 16. 4. Għeneb imqadded (4) 18. 7,23. Mikxuf (6) 19. Bi 3 NUMRI 045 092 167 187 188 367 376 441 497 526 770 B’4 NUMRI 0427
0451 0517 0585 0651 0918 0979 0980 1495 1857 1866 1888 3323 3854 4187 4308
4318 4691 5812 6031 6060 6243 6737 7410 7658 7684 7865 8164 8422 8585 8895
9081 9138 9157 9642 9684 B’5 NUMRI 10138 11445 18965 28639 29177 31317 35689 50011
50908 51354 59850 61185 62092 65812 86964 89492 97247 B’6 NUMRI 062671 221865 776016 952389
B’7 NUMRI 1259026 8874725 B’9 NUMRI 103262417 197312827 B’10 NUMRI 0351089709 1380804228 6827100982 8251631717
WEQFIN: 1. Tqattgħu fuq l-ikel (6) 2,3. Avviċinat (6) 3. Ara 2 5,11. Ibidu l-għasafar fiha (5)
Geddes? (6) Ruman (6) Tikber taħt il-ħamrija 6) Norman Paul Attard (1,1,1) Ara 6 Lemħet (3)
6,18. 8. 11. 12,20.
20. 21. 23. 24.
Kif tinħass Ben 13. Hur (3,2) 14. Jista’ jkun it-tajjeb (9) 15. Ara 5 17. Il-kandidati 21. jikkontestaw f’isem dawn (7) 22.
Ara 12 wieqfa Jaqa’ fil-logħob tal-karti (3) Ara 7 Hekk nagħmel jekk infittxu (5)
Frott (3) Ħut imqadded (6) Rapport? (6) Nofs il-passat (3) Tniżżilha mill-internet (1,1,1) Ara 9
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Baqra, 4. Mart, 7,19.Sbieħ, 9,11. Jobdi, 10.Saħara, 12.Tinbet, 16.Tin, 18.SA, 20.Gaġeġ, 24.Nidem
WEQFIN: 1.Bejjet, 2,23.Qubbajt, 3.Ass, 5.Ara, 6.Tua, 8.Barbaġann, 12,21M. Tnejn, 13,15.Nsaħħuhom, 14.Tiġbid, 17.Inj, 21.EBB, 22.Nej
28
15.05.2022
JIBDEL SUFU … MHUX GĦEMILU! Editorjal
Konvinti li d-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni din il-ġimgħa fil-Parlament ma jdumx ma jiġi suf. Kif diġà wriena, dak li jgħid ma joħroġx mill-qalb, iżda jgħidu sempliċiment għall-konvenjenza
Dikjarazzjoni li saret din ilġimgħa mill-Kap tal-Oppożizzjoni jeħtieġ nibqgħu niftakruha mhux għal wisq żmien ’il bogħod mil-lum. Konvinti li se niġu bżonnha minn hawn u ftit tal-ġimgħat oħra meta tixegħlilna bozza u niftakru li l-vizzji l-ħżiena jdumu ferm iżjed biex imutu. Avolja m’għandniex bżonn provi, imma din ilkwotazzjoni għada pitgħada se tkompli tikkonfermalna li ċerti affarijiet u ċerti nies jibqgħu ma jinbidlu qatt. Dan li ġej hu l-kliem ad verbatim ta’ Bernard Grech fl-ewwel messaġġ tiegħu fl-ogħla istituzzjoni, il-Kamra tad-Deputati, fil-bidu ta’ din il-ġimgħa. Hu kien qed jirreaġixxi għad-diskors tal-President George Vella ġimgħa ilu fejn wassal il-prog ramm ta’ ħidma tal-Gvern għal din il-leġiżlatura l-ġdida. “Is-suġġett tal-IVF għal qal bi ħafna. Smajt u niltaqa’ ma’ koppji li jirrakkontaw stejjer ta’ qsim il-qalb, oħrajn stejjer sbieħ ta’ esperjenzi li wasslu biex kibret il-familja tagħhom. Ma’ dawn in-nies m’għandniex inkunu reattivi. Dawn in-nies għandhom id-dritt li jkollhom l-aqwa trattament. Aħna
għandna l-obbligu li ngħinu hom bis-serjetà u mhux fuq il-karta. Kull persuna hi detentur ta’ drittijiet fil-konfront tal-amministrazzjoni u l-eżekuttiv tal-pajjiż u għaldaqstant dawn tal-aħħar obbligati jaraw li d-drittijiet ta’ dik il-persuna jkunu rikonoxxuti u impli mentati b’rispett, dinjità u min għajr diskriminazzjoni. Hekk biss inkunu denji li jsejħulna rappreżentanti tal-poplu.” Diġà mil-lum, tali dikjarazzjoni tnissel sens ta’ qrusa fost ħafna ċittadini, b’mod partiko lari dawk li ġew bżonn tali servizzi relatati, u dan b’riżultat tal-ipokrezija ta’ Partit fl-Oppo żizzjoni, li anke meta kellu l-opportunità mill-Gvern baqa’ ċass quddiem it-tbatijiet tagħhom u mank kien reattiv biex jgħinhom b’xi mod. Mhux se ninsew lanqas meta madwar ħames snin ilu l-PN mexxa mozzjoni Parlamentari kontra emenda fil-liġi relatata li tagħti iżjed drittijiet lil koppji jsiru ġenituri. Ftit ġimgħat biss ilu l-ipok rezija tal-Kap attwali Nazzjona lista wkoll spikkat f’dan issuġġett. Ħadd ma nesa l-mod kif, waqt il-jiem tal-kampan-
ja elettorali li għaddiet, kien mill-iżjed insensittiv għallweġgħat ta’ persuni li jixtiequ jsiru ġenituri, iżda s’issa ma rnexxilhomx. F’attività politika f’Ħal Qor mi, Grech kien uża dan il-kliem preċiż: “Insellem minn hawn lil dik l-omm li qatt ma kienet, dak il-missier li qatt ma kien, ħsiebi miegħek ukoll. Però int ukoll għandek x’toffri, anke jekk ma kellekx tfal, anke jekk ma jistax ikollok tfal, int ukoll, intom ukoll għandkom x’toffru lis-soċjetà. Bil-ħidma tagħkom, bix-xogħol tagħkom, bl-attiviż mu tagħkom jekk tgħinu lil dan il-partit ikun fil-Gvern, tkunu qegħdin tgħinu lit-tfal ta’ ħadd ieħor, biex huma jirnexxu kif xtaqtu li jkollkom tfal intom u jirnexxu wkoll.” Ġej minn fommu stess, anke jekk fi żminijiet ftit imbiegħda, kif tista’ tieħu bis-serjetà lillKap Nazzjonalista?! Bi kliemu stess, kif jista’ jkun denju li jirrappreżenta lill-poplu?! Meta din il-ġimgħa l-Prim Ministru Robert Abela fakkru f’din l-insensittività tiegħu, Grech ħa għalih. Wisq probabbli għax hu konxju li nqabad li, fuq suġġett daqstant delikat,
ma jistax ikun kredibbli, aħseb u ara fuq il-bqija. Jgħid x’jgħid ħadd mhu se jikkalkulah. Aħna konvinti li d-diskors tiegħu din il-ġimgħa fil-Parla ment ma jdumx ma jiġi suf, ladarba – kif diġà wriena – dak li jgħid ma joħroġx mill-qalb, imma jgħidu sempliċiment għax ikun konvenjenti għalih. Dwar dan iżjed tikkonvinċina l-mossa elettorali permezz tal-kandidata Janice Chetcuti, li ma kkontestax l-elezzjoni każwali fuq it-Tielet Distrett, anke jekk setgħet faċilment tiġi eletta f’dak il-proċess. Bl-ispiża ta’ mara inqas fil-Parlament, ilPN ipprefera jrażżan żagħżugħa fi ħdanu (Emma Portelli Bonnici) li żgur kienet l-iżjed kan didata liberali tiegħu, tant li fil-kampanja elettorali tkellmet b’persistenza favur drittijiet riproduttivi u kura tas-saħħa, speċjalment dik femminili. Ħadd ma jneħħihielna minn moħħna li l-intenzjoni kienet proprja li bil-mossa tiġi kkuntentata waħda mill-fazzjonijiet estremisti fil-Partit. Il-PN ta’ Bernard Grech jibqa’ ma jinbidilx. Mhux ta’ b’xejn ilmaġġoranza tieħu kull diskors tiegħu b’niskata melħ.