KullĦadd_15.08.2021

Page 1

ĊELEBRAZZJONI TA’ 30 SENA XANDIR MINN ONE RADIO Il-Ħadd, 15 ta’ Awwissu, 2021

Ħarġa Nru 1,466

Prezz €1

Ara paġni 14 u 15

SAJF IEĦOR TA’ INKWIET • Adrian Delia jgħid li jrid isib min qed jivvinta u jmexxi “l-gideb” fuqu • Konfronti diretti f’Għawdex, bħala parti minn gwerra f’Malta • Bernard Grech jerġa’ joħroġ ta’ Kap dgħajjef u mingħajr ebda kontroll Il-problemi serji ta’ kunflitti interni flaħħar jiem ħolqu sitwazzjoni bla kontroll għall-Kap Nazzjonalista Bernard Grech. Waqt li t-tmexxija hi indikata wkoll bħala sors ewlieni tal-problemi, dak li kien qed ibaq­baq fil-kurituri tad-Dar Ċentrali issa qed ifur fil-pubbliku, b’depu­tati minn fazzjonijiet differenti jattak­kaw lil xulxin fid-dieher. Minn attakk mifrux fuq l-Eks Kap Adrian Delia għal manuvri viljakki bħala parti minn rivalità antika f’Għawdex, sorsi jisħqu li l-baħar ta’ inkwiet f’Tal-Pietà għadu biss fil-bidu. Rapporti f’paġni 4 u 5

REKORD GĦAR-REĠISTRU MALTI TAL-AVJAZZJONI Id-Direttorat għall-Avjazzjoni Ċivili fi ħdan Transport Malta (TM) is-sena li għaddiet irreġistra żieda bla preċedent ta’ ajruplani taħt il-bandiera nazzjonali. Skont ir-rapport annwali tal-Awtorità għall-2020, jirriżulta li kien hemm żieda ta’ 51.7% jew 182 reġistrazzjoni ġdida fuq is-sena ta’ qabel, fil-maġġoranza tagħhom ajruplani ta’ linji tal-ajru, għal total ta’ 534 ajruplan. Għalkemm mill-2015 lil hawn l-industrija lo-

kali kellha suċċess wara l-ieħor, iż-żieda li kien hemm is-sena li għaddiet ammontat għal iżjed minn nofs iż-żidiet kollha f’dan il-perjodu. Waqt li sitt snin ilu kien hemm madwar 200 ajruplan fuq ir-reġistru Malti, sa tmiem l-2020 kien hemm qabża sinifikanti ta’ 150%. Minbarra hekk, mill-2018 sa Diċembru li għadda n-numru ta’ liċenzji individwali rdoppjaw kawża tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni

Ewropea. Mill-ajruplani kollha rreġistrati s-sena l-oħra, rekord ta’ 147 ajruplan huma proprjetà ta’ linji tal-ajru. 30 oħra kienu maqsumin bejn jets kbar (17), jets ta’ daqs medju (1) u dawk żgħar (12). Il-lista miżjuda fuq ir-reġistru nazzjonali jgħaqqduha erba’ ħelikopters u ajruplan żgħir. Tkompli f’paġna 7


02

15.08.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 34°C L-Inqas Temperatura: 25°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral li jdur mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 29°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

34°C UV 9

KUNTATT ĠENERALI

26°C

Il-Ħamis

34°C UV 9

25°C

Il-Ġimgħa

33°C UV 9

24°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

32°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 9

24°C

32°C UV 9

24°C

33°C UV 9

25°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 Remedies Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier k/m Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Remedies Pharmacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 Melita Pharmacy, 127, Triq San Ġorġ, San Ġiljan – 21378657 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Trasfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Victory Pharmacy, 16, Pjazza il-Vitorja, In-Naxxar – 21412454 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 San Ġwakkin Pharmacy, 1, Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

15.08.2021

IL-BEJGĦ TAL-PROPRJETÀ B’REKORD IEĦOR ASSOLUT Fix-xahar ta’ Lulju ġew iffirmati 1,354 kuntratt ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali, li hu rekord assolut għal dan ix-xahar fl-istorja lokali. Jirriżulta minn ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) li f’Lulju li għadda nxtraw 18% aktar proprjetajiet milli kienu nxtraw f’Lulju tas-sena l-oħra u 6% aktar minn Lulju tal2019, jiġifieri qabel laqtitna l-pandemija. Ta’ min ifakkar li qabel tħabbret il-miżura tat-tnaqqis fil-boll, l-ammont ta’ kuntratti ffirmati kien waqa’ għal 552 biss, li allura jfisser li x-xahar li għadda nxtraw darbtejn u nofs l-ammont li kien inxtara qabel ittieħdet din il-miżura fejjieda minn Gvern Laburista. Jirriżulta li fl-ewwel seba’ xhur tal-2021 ġew iffirmati 8,231 kuntratt ta’ bejgħ kontra ftit inqas minn 6,000 sena ilu. Ir-riżultat għal Lulju 2021, minbarra li hu rekord għal dan il-perjodu, jimmarka wkoll l-ogħla ammont osservat minn Ottubru tal-2018. B’kollox il-valur mixtri dan ix-xahar kien ilaħħaq kważi €291 miljun. Jekk wieħed jieħu l-ewwel seba’ xhur tal-2021, il-valur totali ta’ kuntratti laħħaq kważi €1.8 biljun. Dan meta fl-istess żmien sena ilu, il-valur kien ta’ €1.1 biljun biss. Jekk wieħed iħares lejn l-istess perjodu fl-aħħar sena qa-

bel il-pandemija, dan kien ftit aktar minn €1.5 biljun. Skont l-aħħar statistika tal-NSO, kważi 94% tal-bejgħ tal-proprjetà f’Lulju li għadda saru minn individwi għar-residenza privata tagħhom b’valur ta’ €249.3 miljun jew 85.8% tal-valur totali, waqt li l-kumplament kienu f’isem kumpaniji partikolari. Fil-każ tar-reġjuni fejn l-aktar inbiegħu proprjetajiet f’dan il-perjodu, Għawdex baqa’ jieħu s-sopravvent b’191 kuntratt irreġistrat, waqt li lokalitajiet oħrajn imfittxijin kienu Birkirkara, il-Gżira, l-Imsida, Ta’ Xbiex u San Ġwann. Il-prospetti għas-suq tal-proprjetà wkoll jidhru pożittivi immens għaż-żmien li ġej. Dan meta wieħed jikkunsidra li fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena saru 9,159 konvenju, imqabblin mal-

5,645 fl-istess xhur tal-2020 u saħansitra mas-7,395 qabel il-pandemija. Li jfisser li għal kull erba’ konvenji li kienu jsiru f’dan il-perjodu ta’ xhur fl2019, din is-sena saru ħamsa. Billi konvenji jsiru xi ftit xhur qabel jiġi ffirmat il-kuntratt tal-bejgħ, dan ifisser li fix-xhur li ġejjin mistennija żieda oħra fl-ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ. Dan mistenni jkompli jżid id-dħul tal-Gvern minn dan is-sors importanti ta’ taxxa, filwaqt li fl-istess ħin hu antiċipat li jwassal għal bejgħ sostanzjali ta’ servizzi u prodotti relatati, bħal għamara, appliances u furnishings. Dan filwaqt li jkun hemm xogħol tajjeb għad-diversi self-employed li jaħdmu fil-qasam tat-tlestija ta’ proprjetà, fosthom electricians, plumbers, bajjada u kaħħala.

Fix-xhur li ġejjin mistennija żieda oħra fl-ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ. Dan mistenni jkompli jżid id-dħul tal-Gvern minn dan is-sors importanti ta’ taxxa, filwaqt li fl-istess ħin hu antiċipat li jwassal għal bejgħ sostanzjali ta’ servizzi u prodotti relatati


04

15.08.2021

ĠLIEDA FRISKA B’GĦERUQ ANTIKI IT-TĦASSIB TA’ CHRIS SAID BIL-POPOLARITÀ TA’ ALEX BORG FUQ IT-TLETTAX-IL DISTRETT TQANQAL INKWIET ĠDID LI GĦANDU EKU FIR-RIVALITÀ BEJN GIOVANNA DEBONO U ANTON TABONE

Fl-aħħar ġimgħat kompliet tikber il-qasma tal-Partit Nazzjonalista f’Għawdex hekk kif il-fazzjoni li tappoġġja lid-Deputat Chris Said kienet wara numru ta’ manuvri biex telimina lil dawk li xi darba appoġġjaw lill-Eks Kap Adrian Delia. Anke ż-żmien meta twettqu dawn il-manuvri ntgħażel ħalli jaħbat maż-żmien meta s-sena li għaddiet kien hemm il-manuvri biex f’nofs pandemija jitneħħa Delia mit-tmexxija tal-Partit. Fil-mira tan-nies ta’ Said, l-ewwel kien Samuel Azzopardi, l-Eks Sindku Nazzjonalista tal-Belt Victoria. Azzopardi kien vuċi qawwija s-sena li għaddiet fejn kien sostna li kien hemm bżonn għaqda wara Adrian Delia u mhux intriċċi biex jitneħħa l-Kap. Il-vendetta tal-fazzjoni tal-establishment ma damitx.

B’sensiela ta’ manuvri Azzopardi issa se jkun qed jitneħħa mit-tmexxija tar-Reġjun ta’ Għawdex, kariga li kien ilu jokkupa għat-12-il sena li għaddew mindu nħolqu l-kumitati reġjonali. L-istrument tal-fazzjoni tal-establishment fl-elezzjoni interna għall-kandidati li jridu jirrappreżentaw lill-Partit fl-elezzjonijiet tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali

(AKL) f’Ottubru li ġej kien Robert Tabone. B’hekk dan tal-aħħar, li ġab biss vot iżjed minn Azzopardi wara li wiret il-voti ta’ żewġ kontestanti fi block vote ċar, irnexxielu wkoll jieħu s-sodisfazzjon wara li fl-2009 Azzopardi kien ħadlu l-kariga ta’ Sindku tal-Belt Victoria. Ir-rivalità bejn Azzopardi u Tabone għandha għeruq anti-

Ovvjament fl-establishment wara din il-mossa aktar kibret il-konvinzjoni li din il-fazzjoni Għawdxija hemm bżonn titfarrak

ki. Fi żmien Eddie Fenech Adami l-PN f’Għawdex kien maqsum bejn dawk li jappoġjaw lil Anton Tabone, missier Robert Tabone, u dawk li kienu wara Giovanna Debono. L-establishment tal-Partit kien dejjem wara Tabone u anke jekk elettoralment Giovanna Debono kienet dejjem iktar b’saħħitha minnu. Dan wassal biex dawk ta’ Giovanna kienu kkonvinċew lill-mibki Frederick Azzopardi, li kien jaħdem ma’ Tabone, biex jiċħdu u jikkontesta hu wkoll l-elezzjoni. Dan wassal biex ilmagħżul tal-establishment, Anton Tabone, ma ġiex elett. Kontra qalbu, Fenech Adami kellu japponta lil Giovanna Debono Ministru għal Għawdex u lil Anton Tabone għamlu Speaker. L-establishment hawnhekk ried isib mezz biex jerġa’

jaħkem it-Tlettax-il Distrett u kien għalhekk li beda jingħata appoġġ lil Chris Said. Dan talaħħar kien mill-istess raħal ta’ Giovanna Debono u għalhekk kien maħsub li seta’ bilmod inaqqar l-appoġġ tagħha. Kontra din il-mossa, dawk ta’ Giovanna kienu ħadu passi ħalli t-tifel ta’ Anton Tabone jitlef postu minn Sindku tal-Belt Victoria. Bit-tluq ta’ Giovanna Debono mix-xena politika, dawk li kienu jappoġġjawha spiċċaw f’periklu. Speċjalment meta Chris Said beda jimmira li jilħaq Kap tal-Partit wara li rriżenja Simon Busuttil. Kien minn hawn li beda appoġġ għall-kandidat oppost, Adrian Delia. Ovvjament fl-establishment wara din il-mossa aktar kibret il-konvinzjoni li din il-fazzjoni Għawdxija hemm bżonn titfarrak.

JASON AZZOPARDI JAGĦŻAQ BĦALA KELLIEM Riżultati pożittivi ekonomiċi fix-xhur li għaddew reġgħu ħarġu ta’ mażetta lill-Partit Nazzjonalista u l-portavuċi tiegħu fuq is-suġġett, Jason Azzopardi. Id-deciżjoni li Bernard Grech jaħtar lil Azzopardi bħala l-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mis-settur tax-Xogħol u t-Taħriġ, il-Malta Enterprise, il-Kompetittività u r-Relazzjonijiet Industrijali kienet waħda li ssorprendiet minħabba li dan mhuwiex magħruf bħala xi espert fl-oqsma u sa qabel ingħata dan l-inkarigu ftit li xejn kien jitkellem dwar l-oqsma involuti.

Mindu ngħata din ir-responsabbiltà, Azzopardi pprova jtejjeb xi ftit id-dehra tiegħu billi sikwit jitfa’ posts fuq Facebook relatati ma’ dawn l-oqsma, imma hu ċar li flok imur ’il quddiem, darba wara l-oħra qed jispiċċa joħroġ kemm hu assolutament inkompetenti fl-analiżi ekonomika u finanzjarja. Każ tipiku ieħor feġġ wara li f’Mejju li għadda kien qal li s-settur industrijali ta’ pajjiżna qed jikseb l-agħar riżultati fl-Ewropa u attribwieh għal kontijiet “għolja” tad-dawl, frott il-“ftehim skandaluż” tal-Electrogas. Skontu, dan kien qed iwassal għal nuqqas qa-

wwi ta’ kompetittività u għalhekk l-industrija Maltija kienet qed taqa’ lura. Ġara, iżda, li wara li għamel din l-istqarrija, fit-tliet xhur konsekuttivi ta’ wara l-qasam industrijali rreġistra fost l-ogħla rati ta’ tkabbir li qatt ġew osservati fl-istorja. Illum nafu li f’April 2021 il-produzzjoni industrijali kibret b’16%, segwita minn żieda ta’ 7% f’Mejju u issa anke tkabbir ta’ kważi 14% f’Ġunju. Dawn huma l-ogħla rati ta’ tkabbir osservati fi kważi 15-il sena. Tal-istagħġib għal min seta’ emmen lil Azzopardi hu li dan seħħ minkejja li r-rati tad-dawl baqgħu l-istess.

Forsi dawn ma jafux li, waqt li f’Malta l-prezzijiet tad-dawl għan-negozji baqgħu stabbli, madwar l-Unjoni Ewropea l-prezz tal-elettriku tela’ b’5% għan-negozji. L-akbar żieda kienet fil-Polonja bi 30%, segwita mill-Olanda bi 15% ogħla u żieda ta’ 12% fl-Irlanda. Wara l-kawlata fuq l-industrija, l-Avukat Azzopardi issa għoġbu jittanta xortih f’kummenti fuq is-settur finanzjarju. Skontu ħafna kumpaniji finanzjarji qed iċedu l-liċenzja tagħhom minħabba d-deċizjoni tal-Financial Action Task Force (FATF). Fil-fatt, ħareġ jistaqsi mistoqsijiet


05

15.08.2021

SEW Kien hawn li beda l-attakk biex Samuel Azzopardi jitneħħa. Wara li rnexxiet il-manuvra kontra Azzopardi, kien imiss lil Alex Borg, li mhux biss hu kandidat ġdid fuq Għawdex, imma saħansitra hu membru ġdid tal-Eżekuttiv tal-Partit. Alex Borg hu iben l-Eks Chief of Staff ta’ Giovanna Debono. Ħafna qed jarawh bħala l-eredi naturali tal-fazzjoni ta’ Giovanna Debono u għalhekk bħala l-akbar sfida għal Chris Said. Sorsi qrib id-Deputat jistqarru li dan hu inkwetat li minn sitwazzjoni fejn kienu kważi għamluh Kap tal-Partit, kapaċi jispiċċa ma jkunx id-Deputat Nazzjonalista bl-akbar appoġġ f’Għawdex. Kien hawn li l-għaqdiet Repubblika, is-Civil Society Network u Manuel Delia fetħu attakk bla preċedent fuq Alex Borg u spiċċa ssejjaħ Faxxista. Fl-istess nifs Delia sostna li fil-Partit hemm klikka pro-Faxxista li tiddiletta bil-busti tad-dittatur Benito Mussolini. Barra minn hekk, il-Kelliem uffiċjali tal-Partit, Peter Agius, ħareġ pubblikament jgħid li hu perikoluż li ċerti membri tal-Partit jiddevjaw mill-messaġġ li toħroġ it-tmexxija. Rapporti oħrajn jixhdu li, wara l-post tiegħu fuq Facebook, Borg kien imsejjaħ fid-Dar Ċentrali għal laqgħa mat-tmexxija tal-Partit fit-tentattiv biex jagħlqulu ħalqu. Dan anke wara li Repubblika kkuntattjatu u pprovat tagħmel l-istess mingħajr suċċess. Jingħad li l-laqgħa fil-kwartieri Nazzjonalisti spiċċat ukoll ħesrem bit-trikkitrakki u għajjat li seta’ jinstema’ minn barra l-uffiċċju.

ATTAKK MIFRUX FUQ DELIA Minn interessi tad-distrett, għal tpattija u strateġija mid-Dar Ċentrali; l-Eks Kap Nazzjonalista jgħid: “Irrid nara min qed ixerred dawn il-gideb” Waqt li l-inkwiet fil-pubbliku tal-aħħar jiem reġa’ wera kemm il-Partit Nazzjonalista baqa’ maqsum, sorsi qrib il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista jsostnu li dan ma joqgħodx fejn dak li għaddej internament. Fil-fatt mitluba reazzjoni għall-attenzjoni li l-Partit fl-Oppożizzjoni reġa’ attira din il-ġimgħa, sorsi kienu ċari u bla tidwir mal-lewża: “Mhu xejn ħdejn l-inkwiet li tassew hemm fid-Dar Ċentrali u fost ċerti kumitati sezzjonali”. L-attakk li reġa’ nfetaħ fuq l-Eks Kap tal-PN Adrian Delia qajjem rabja kbira b’ammiraturi ta’ dan tal-aħħar determinati li ma jħalluhiex għaddejja sakemm iwasslu l-messaġġ lit-tmexxija attwali. Aktar milli l-attakk innifsu, jidher li iżjed ħoloq inkwiet il-mod kif dan kien ikkordinat u l-fatt li kien hemm diversi interessi jrewħu l-istess attakk. Hu ċar li qed ikun hemm kordinazzjoni ta’ interessi differenti. Sorsi mill-kamra tal-aħbarijiet ta’ NET Television, sostnew li qabel xejn hu kbir is-suspett li wara l-istorja li bdiet l-attakk fuq Delia x’aktarx hemm Deputat Nazzjonalista. “Aħna li qegħdin fil-mistier nafu min ikellem lil min kontinwament u min jiġri wara min. Nafuhom it-tricks u l-kuntatti,” qal sors li d-dinja tal-midja jafha sew, waqt li żied jgħid li kulħadd jaf min għandu ċertu tagħrif u kif kontinwament kien ippostjat f’mezzi tax-xandir differenti skont il-ħtieġa. Iżda, daqskemm ħoloq dwejjaq dan kollu, ħoloq dwejjaq il-lok fejn din l-istorja kienet infilsata għall-ewwel darba, anke jekk Chris Peregin ċaħad li hu kellu x’jaqsam. Minn Lovin Malta, Peregin mar strateġist tal-Kap attwali Bernard Grech b’salarju li f’Tal-Pietà ħoloq inkwiet kbir. Skont midja oħra, is-salarju, li jlaħħaq mal-€65,000, urta lill-ħaddiema tal-Partit li ilhom jintalbu jagħmlu s-sagrifiċċji żżejjed. “Tagħti tort lil min fil-Partit qed jaħseb li dan kollu ġie kkordinat mid-Dar Ċentrali? B’li rajna flaħħar snin il-kumbinazzjonijiet ma tantx nemmnu fihom,” qalilna sors ieħor f’kumitat sezzjonali tat-Tmien Distrett wara li l-at-

takk fuq Delia nibet minn artiklu fis-sit elettroniku li ħoloq l-istess Peregin. In-nies ta’ Delia jemmnu li din hi strateġija mhux biss biex ikun imminat l-Eks Kap, iżda wkoll biex ikun aġevolat Beppe Fenech Adami, li wkoll hu kandidat fuq it-Tmien Distrett. Il-bażi ta’ dan tal-aħħar, bħal Delia, hi wkoll Birkirkara. Wieħed minn dawk qrib Delia kiteb kif ilhom erba’ snin bl-allegazzjonijiet fuq Delia. “Tibqgħux titfgħu l-allegazzjonijiet. Irridu l-provi. Jew hemm il-biża’ fuq it-Tmien Distrett? Ħa terġa’ tibda l-kampanja ta’ gideb,” kiteb pubblikament fuq Facebook wieħed minn dawn il-persuni. Oħrajn kienu aktar ibsin u saħansitra semmew kif qatt ma tintalab ir-riżenja ta’ Jason Azzopardi. “Ja qabda demm ħażin,” kompla jgħid irrabjat. Saħansitra kien hemm min kien aktar kategoriku u filwaqt li tefa’ ritratt ma’ Delia qal: “Min ma jridx lilek ma jridx lilna fil-Partit. Aħna dejjem warajk.” B’referenza lejn il-Lovin Malta xi ħadd kiteb: “Jidher li ma tgħallmux minn meta gidbu fuqek li tkun qed iddur bil-flus tal-€500 u għamiltilhom libell l-istess midja u waqqajtu wara li qalu

li ma kellhomx provi.” U hawn faqqa’ l-bomba Adrian Delia. Meta kiteb: “Jien iktar irrid nara u nuri min qed ixerred dawn il-gideb. U jirnexxili daqt.” Dan l-inkwiet isegwi dikjarazzjoni ta’ Bernard Grech ftit tal-ġimgħat ilu li mhux lest iħalli iktar sitwazzjonijiet ta’ dan ittip. Iżda, jidher li għal darb’oħra reġa’ ma ta kasu ħadt u min qed jimmanuvra minn wara u min tkellem pubblikament. Fost dawn tal-aħħar kien hemm Therese Comodini Cachia, Deputata Nazzjonalista, li ħarġet tattakka d-deċiżjoni ta’ Adrian Delia li jagħmel libell. Anke l-kelliem ta’ Bernard Grech, Peter Agius, kiteb biex b’mod fin iċanfar lil dawk li qabżu għal Delia. Dan qal li l-membri tal-partit m’għandhomx jibagħtu messaġġi konfużi, l-għada li kienu attakkati stqarrijiet ta’ Repubblika. Fi kliem ieħor qalilhom ħallu lil Repubblika jmexxu b’xogħolhom u tfixkluhomx, ftit jiem wara laqgħa bejn il-PN u t-tmexxija tal-għaqda biex jibdew jikkordinaw ċerta strateġija u li għaliha kien hemm preżenti l-istess Agius, Chris Peregin, il-Kap Nazzjonalista u l-iktar bniedem viċinu, Ray Bezzina.

TAL-EKONOMIJA U L-FINANZI Parlamentari fuq kemm kumpaniji ċedew il-liċenzja fl-aħħar xhur. Imbagħad mar fuq Facebook jitkaża li, mit-tweġibiet li ngħata fl-ogħla istituzzjoni, kien hemm erba’ kumpaniji li infurmaw lill-Malta Financial Services Authority (MFSA) li qed iċedu l-liċenzja tagħhom. Skont Dr Azzopardi dan kien ifisser li minħabba l-FATF pajjiżna tilef mijiet ta’ miljuni f’fondi finanzjarji. Jekk fuq il-manifattura Azzopardi ma jifhimx, fuq is-settur finanzjarju jidher li ma jifhimx iżjed! Sorsi professjonali fis-settur, li tkellmu mal-KullĦadd, iddikjaraw li

l-ewwel nett ma kienx hemm bżonn mistoqsijiet Parlamentari biex xi ħadd isir jaf kemm kumpaniji ċedew il-liċenzja. Is-sorsi qalulna li, kull meta dan iseħħ, l-MFSA toħroġ avviż fuq issit elettroniku tagħha. Minbarra hekk kull tliet xhur tippubblika statistika aġġornata fuq dan il-qasam. Li kumpaniji finanzjarji jċedu l-liċenzja hi xi ħaġa naturali. Dan qisu qed jitkaża kemm restoranti jagħlqu mingħajr ma jara kemm jiftħu, ħafna drabi fl-istess post. Li tipprova tgħid li l-liċenzji qed ikunu ċeduti minħabba l-FATF ma jreġix.

Pereżempju tiftixa ta’ malajr fuq is-sit tal-MFSA turi li fl-aħħar sena sħiħa meta Azzopardi kien membru tal-Kabinett Nazzjonalista, bħala medja kull ġimgħa, kien hemm żewġ kumpaniji finanzjarji li ċedew il-liċenzja. Fil-fatt, fl-2012 kien hemm disa’ kumpaniji li jagħtu servizzi ta’ investiment li waqfu joperaw, kif ukoll 96 skema ta’ investiment kollettiv. Fl-2020, ferm qabel id-deċizjoni talFATF, kien hemm 12-il kumpanija li jagħtu servizzi ta’ investiment li għażlu li jċedu l-liċenzja, filwaqt li 113-il skema ta’ investiment kollettiv għam-

lu l-istess. Minkejja dan, illum hawn joperaw skemi ta’ investiment kollettiv ħames darbiet daqs l-2012, filwaqt li kumpaniji li jagħtu servizzi ta’ investiment hawn darba u nofs l-ammont tal-2012. “B’kelliema tal-kalibru ta’ Jason Azzopardi, l-Oppożizzjoni ma hija tagħmel l-ebda pass ’il quddiem biex tikkonvinċi li għandha idea ta’ kif titmexxa l-ekonomija ta’ pajjiżna. Dan in-nuqqas hu bla dubju difett kardinali fl-attentat tagħha (tal-Oppożizzjoni) biex tittieħed bis-serjetà,” ikkonkludew is-sorsi.


06

15.08.2021

“IŻ-ŻMINIJIET TAL-WAĦX FIL-ĦABS KIENU FI ŻMIEN FENECH ADAMI” Eks impjegat tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin iwaqqa’ l-argumenti tad-Deputat Nazzjonalista din il-ġimgħa b’rakkonti tas-sitwazzjoni meta d-droga u l-priġunieri nfushom kienu fil-kontroll assolut sa għaxar snin ilu

Meta din il-ġimgħa d-Deputat lill-Ministru Byron Camilleri, li ikunu l-akkademika Dr Janice Beppe Fenech Adami argu- skontu kellu jġorr ir-respons- Formosa Pace u t-Tabib George menta kontra s-sitwazzjoni abbiltà tiegħu. Grech. fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin Stqarrija tal-Aġenzija għasMinkejja dan, il-Kelliem u favur ambjent tax-xogħol aħ- Servizzi Korrettivi nhar il- Ewlieni tal-Oppożizzjoni jar għall-gwardjani, li jaħdmu Ħadd qalet li wara intervent għall-Intern, is-Sigurtà Nazhemm, eks impjegat, li tkellem mit-tobba u l-infermieri tal- zjonali u ċ-Ċittadinanza qal li ma’ din il-gazzetta, fakkar fi ħabs, il-persuna ttieħdet min- l-PN se jibqa’ juri n-nuqqas ta’ żminijiet tal-waħx li kienu ji- nufih l-Isptar Mater Dei fejn fiduċja fit-tmexxija tal-ħabs li rrenjaw meta l-istess kelliem qed tingħata l-kura meħtieġa. ddeskrivih bħala “skandlu nazNazzjonalista kien fis-setgħa Bil-każ ġew infurmati l-pu- zjonali, fejn il-ħajja tan-nies bħala parti mill-aħħar Gvern lizija tad-distrett, filwaqt li saret ma tiswa xejn.” Nazzjonalista u kien diretta- nħatret inkjesta li qed titmexxa L-eks impjegat, li tkellem ment responsabbli. mill-Maġistrat tal-Għassa Do- magħna, stqarr li llum il-ħabs “Din l-istituzzjoni lanqas reen Clarke. jitmexxa ħafna aħjar minn xi biss kienet denja li ġġorr l-isem Minbarra hekk, il-Ministeru 10 snin ilu, “jekk xejn jitmexxa ta’ faċilità korrettiva, aħseb u għall-Intern, is-Sigurtà Nazz- mill-gwardjani, mhux mill-ħabara kemm kienet. Kien hemm jonali u l-Infurzar tal-Liġi b’mod sin.” klikek ta’ priġunieri Għalkemm irrimarli lanqas biss kont ka li dejjem jibqa’ lok tazzarda tħares legħal titjib biex istituzzjhom jew tipprova tidjoni simili titmexxa dixxiplinahom,” qalilkif għandu jkun, l-eks na r-raġel, li ma riedx impjegat semma bħaIl-każ, li kien mera tal-ġungla li jikxef l-identità tiegħu, la eżempji l-modi fladdominat f’Kordin dak iż-żmien, granti li d-droga mhux avolja llum hu rtirat. “Konna mmorru kien qajjem għagħa kbira fil-pajjiż biss kienet tidħol għax-xogħol b’imwara l-ħitan għoljin sarinna f’saqajna … tal-ħabs, iżda anke kif bejnietna konna spiċċajna immedjat waqqaf bord, skont kienet tgħaddi l-idejn internangħidu ħa naraw illum x’se l-Att dwar l-Inkjesti (Kap. 273), ment. jinqala’,” b’referenza għas-sit- bil-għan li jevalwa l-proċeduri “It-tqassim ta’ kull tip (ta’ wazzjoni kompletament differ- interni fil-Faċilità Korrettiva ta’ drogi) kull ħin u f’kull taqsima, enti fil-ħabs taħt l-aħħar Gvern Kordin. kien movimentat daqskemm Nazzjonalista. Xhieda li ħarġet Stqarrija uffiċjali qalet li, fl- kien ħin l-ikel. L-aċċess kien bla fil-Qorti lejn l-aħħar ta’ dik aħħar ġimgħat, l-istess Minis- limitu. il-leġiżlatura kienet tirrakkon- teru kien f’kuntatt kontinwu L-istess l-overdoses. Kien ta snin ta’ rebus sħiħ fil-ħabs mal-bordijiet stabbiliti skont hemm priġunieri li, wara testimeta kulħadd kien jippretendi il-liġi u anke ma’ professjonisti jiet mediċi, instabu li kelll-akbar dixxiplina u ordni. li jservu fil-Faċilità Korrettiva hom overdose b’iżjed minn tip B’rabta mal-attentat ta’ su- ta’ Kordin bil-għan li jkun stab- wieħed ta’ droga. U s-suwiċidji wiċidju minn priġunier ta’ 30 bilit l-imsemmi bord. Il-bord, li kellna, anke suspettużi?! Ma sena fiċ-ċella tiegħu bħal-lum li għandu 60 ġurnata biex jip- tistax timmaġina!” kompla jenġimgħa, l-għada Fenech Ada- preżenta rapport lill-Ministeru, fasizza. mi mexxa konferenza stampa se jkun qed jitmexxa mill-Psik“Jien lanqas kont nitkellem fid-Dar Ċentrali biex jattak- jatra Dr Anton Grech bħala ma’ tad-dar biex ma nwerka lill-Gvern u speċifikament Ċermen u bil-membri l-oħrajn wirhomx. Imma dak li konna

nesperjenzaw aħna dak iżżmien kien tal-waħx. Kultant kienu joħorġu dettalji – mhux kollox – dwar ċerti sitwazzjonijiet,” kompla l-eks impjegat, waqt li rrefera għall-każ ċelebri ta’ Josette Bickle, bħala eżempju. Il-Beltija ta’ 41 sena kienet ġiet imlaqqma bħala r-“Reġina tal-Ħabs” fl-2011, dak iż-żmien tat-tmexxija politika tal-istess Fenech Adami, minħabba rakkonti tal-imperu ta’ droga li kienet irnexxielha tibni mit-taqsima tan-nisa u l-lussu li kienet tħalliet tgħix fih, inkluż b’erba’ settijiet tat-televiżjoni fiċ-ċella tagħha. Il-każ, li kien mera tal-ġungla li ddominat f’Kordin dak iż-żmien, kien qajjem għagħa kbira fil-pajjiż. Anke Daphne Caruana Galizia kienet kitbet fuqu, għalkemm qagħdet attenta li ma tattakkax direttament lill-Gvern Nazzjonalista jew lil Fenech Adami. F’artiklu stampat f’The Malta Independent on Sunday fit18 ta’ Diċembru 2011, ftit jiem wara x-xhieda mressqa fil-Qorti u l-kundanna ta’ 12-il sena oħra ħabs effettivi fi tmiem ġuri, Caruana Galizia kitbet li “l-każ (ta’ Bickle) iggalvanizza lil Malta u jimmarka l-kaxxi kollha tajbin għal storja xokkanti u tal-orrur. Mara tidħol il-ħabs minħabba l-vizzju tagħha tal-eroina u waqt li tkun hemm tkompli bin-negozju tagħha, ovvjament b’kollużjoni ma’ dawk li huma responsabbli mit-tmexxija, inkella mod ieħor kien ikun impossibbli għaliha. Hi tuża l-poter u l-flus li ġġib mill-bejgħ

tal-eroina, u nissuspetta li tuża l-influwenza li għandha barra l-ħabs permezz tan-network tagħha tad-droga, biex tikkontrolla l-gwardjani u l-kapijiet ġewwa l-ħabs.” Wara l-konferenza stampa minn Fenech Adami nhar it-Tnejn, il-Partit Laburista wkoll qal li d-Deputat Nazzjonalista hu l-aħħar wieħed li jista’ jitkellem dwar il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin. “Meta hu kien fil-Gvern u Assistent Parlamentari fil-Ministeru għall-Intern, il-ħabs kien ġungla fejn jirrenja l-iktar priġunier b’saħħtu, il-ħaddiema kienu jkunu intimidati u t-teħid u l-bejgħ tad-droga kien ir-regola tal-ġurnata. Saħansitra dan kien immarkat f’sentenzi tal-Qrati li ngħataw fi żmien il-Gvern ta’ Fenech Adami.” L-istqarrija tkompli li hu fatt magħruf li fl-aħħar snin saru bidliet kbar fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, fost oħrajn b’investimenti fi professjonisti full-time li kienu ingaġġati għall-ewwel darba. Bidliet li hu ċar li mhux se jieqfu tant li flaħħar xhur saret ukoll konsultazzjoni dwar l-Electronic Monitoring Act u li l-PN għażel li ma jipparteċipax fiha, għax b’mod konsistenti juri li mhux kapaċi jkun parti minn proċessi maħsuba biex itejbu l-affarijiet. “Fuq kollox jagħmel sew il-Gvern li filwaqt li jibni fuq it-tajjeb, jara x’jista’ jsir aħjar u kien għalhekk pass pożittiv li nħatret inkjesta biex tevalwa s-sitwazzjoni preżenti u tagħmel rakkomandazzjonijiet għall-ġejjieni,” temm jgħid il-PL.


07

15.08.2021

LULJU 65% IŻJED SĦUN MIS-SOLTU Temperatura tal-arja massima ta’ 38°C li ntlaħqet fl-aħħar jum ta’ Lulju ġabet fi tmiemu xahar aktar sħun mill-medja u kompletament xott. Fil-fatt, skont l-Uffiċċju Meteoroloġiku, it-temperatura tal-arja f’20 ġurnata fix-xahar li għadda jew f’65% tiegħu kienet ogħla min-norma klimatika ta’ 31.6°C, bit-temperatura massima medja għax-xahar tkun ta’ 33°C. Min-naħa l-oħra, it-temperatura medja ta’ wiċċ ilbaħar kienet ta’ 27.1°C, jiġifieri 2.4°C ogħla min-norma klimatika. Is-sena li għaddiet ix-xahar ta’ Awwissu kien l-aktar wieħed sħun, bi 19-il jum li fihom it-temperatura qabżet il-massimu medju ta’ 31.7°C, waqt li Lulju 2020 kien l-iżjed wieħed xemxi bi 365.6 sigħat ta‘ dawl. Stqarrija mill-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qalet li riħ mill-Majjistral ġab temp xi ftit aktar frisk f’diversi okkażjonijiet f’Lulju. It-18 ta’ Lulju kien l-aktar jum mirjieħ tax-xahar, li fih tkejlet buffura massima ta’ 37 knotsmill-Majjistral kwarta Puntent u temperatura massima ta’ 28.2°C. Ġimgħa wara, l-aktar temperatura baxxa għax-xahar ta’ 21.5°C ġiet irreġistrata f’weekend li kien ikkaratterizzat minn riħ ħafif sa moderat mill-Majjistral. Lulju kien imdawwal minn 364.7 siegħa xemxin, b’dan it-total ikun ftit ogħla mill-kwota ta’ sigħat xemxin għax-xahar ta’ 364.1. Fl-aktar jum xemxi, jiġifieri t-3 ta’ Lulju, l-Uffiċċju Meteoroloġiku kejjel xejn inqas minn 13-il siegħa ta’ xemx. Il-kopertura tas-sħab medja għax-xahar kienet ta’ 0.5 oktas, li hi kemxejn aktar baxxa mill-medja ta’ 0.9 oktas. Sadanittant l-Uffiċċju Meteoroloġiku qed ibassar temp xemxi u sħun għal-lum il-Ħadd, bit-temperatura massima tal-arja mistennija tkun aktar baxxa mit-temperaturi milħuqin fil-bidu tal-ġimgħa, iżda xorta waħda se tilħaq l-34°C, jiġifieri ogħla min-norma klimatika ta’ 31.7°C għal Awwissu. L-istqarrija qalet li dan ix-xahar hu assoċjat ħafna mal-għerejjex ta’ Santa Marija, li huma sħab kbir (Cumulus Congestus) li jifforma meta għadd ta’ kundizzjonijiet meteoroloġiċi ideali, bħal riħ ħafif, biżżejjed umdità fl-arja u reġjuni ta’ arja kiesħa, ikunu preżenti. Minkejja dan, ingħad li, minħabba l-preżenza persistenti ta’ massa ta’ arja xotta fuq il-Mediterran u temp sħun, mhux mistenni li naraw dawn l-għerejjex jiffurmaw fil-jiem li ġejjin.

REKORD TA’ AJRUPLANI ĠODDA FUQ IR-REĠISTRU MALTI MATUL L-2020 L-INDUSTRIJA KIBRET B‘150% MILL-2015, B’INDIKAZZJONI LI S-SUĊĊESS SE JISSOKTA

Tkompli minn paġna 1 Ir-reputazzjoni u l-fiduċja fil-ġurisdizzjoni Maltija bħala reġistru tal-ajruplani fl-Unjoni Ewropea mistennija jissoktaw anke din is-sena, wara li fl-aħħar xhur din il-gazzetta żvelat li kien hemm 16-il applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet lokali minn linji tal-ajru barranin li jixtie­ qu jirrilokaw il-bażi u l-ħidma tagħhom kompletament f’pajjiżna. Kien hemm ukoll erba’ kumpaniji ta’ taħriġ li qed jitolbu li jinħarġilhom il-permess meħtieġ ta’ Ċertifikat għal Operatur tal-Ajru (AOC) Malti. Mir-rapport ta’ TM jirriżulta li, sa tmiem l-2020, dawk b’AOC f’pajjiżna kienu jaqbżu l-40. Aktar kmieni din is-sena kien irrapportat kif il-kumpanija VistaJet, li diġà hi stabbilita f’Malta, se tkun qed tkabbar il-flotta tagħha għal 90 ajruplan sa sentejn oħra, b’riżultat ta’ domanda akbar fis-servizzi speċjalizzati li ntalbet tagħti tul il-pandemija. Minbarra hekk żewġ linji tal-ajru Ingliżi – Titan Airways u Jota Aviation – qalu pubblikament li qegħdin jistennew mingħand l-awtori­ tajiet Maltin biex jirrilokaw hawn min­ ħabba li xebgħu bil-“burokrazija żejda” b’riżultat ta’ Brexit. Skonthom, ir-regoli l-ġodda li ġew imposti fuq linji tal-ajru Brittaniċi wasslu għal telf kbir ta’ klijenti, li jlaħħaq mas-70% tan-negozju kollu tagħhom. Id-Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili, il-Kaptan Charles Pace, f’April ta’ din is-sena kien qal lillKullĦadd li l-2020 immarkat rekord ta’ reġistrazzjonijiet f’pajjiżna, b’medja ta’ ajruplan kull jumejn. Fil-fatt ir-rapport annwali ta’ TM itenni li r-reġistru kien dinamiku ħafna s-sena li għaddiet, primarjament bil-wasla ta’ żewġ operaturi low-cost – Lauda Europe u Malta Air – kif ukoll biċ-ċaqliq ta’ ajruplani tal-linji tal-ajru milqutin mis-sitwazzjoni torità lokali, hu kien enfasizza li dan u pjan ta’ negozju b’saħħtu. Jekk koltal-pandemija globali. jieħu bejn tlieta u sitt xhur biex jitlesta lox jimxi kif mistenni ċ-ċertifikazzjoni “Dawk kollha li riedu jaqilbu kellhom “u ma jagħti l-ebda garanzija li l-AOC tinħareġ mid-Direttorat għall-Avjazzjissodisfaw kompletament il-kriterji (iċ-ċertifikat) Malti se jingħata.” joni Ċivili. mitluba mill-UE u ħafna faħħru lil Malta Ma’ dan hemm ukoll proċess parallel L-evalwazzjoni hi maqsuma f’sitt għal proċess effiċjenti u spedit. Mijiet ta’ stadji differenti minn meta kumpani­ meħtieġ mill-UE, li jwassal lill-kumpaniliċenzji qalbu għal Malta u ħafna oħrajn ja tapplika l-ewwel darba u tinklu- ja interessata biex tinħarġilha Liċenzja qed jipprovaw, sakemm qed nitkellmu. di spezzjonijiet fil-kwartieri u abbord ta’ Operatur tal-Ajru (AOL). Għal dan Il-COVID-19 kienet ħolma hu meħtieġ li l-kumpanikerha għall-industrija, iżda ja jkollha mill-inqas 50%+1 nittamaw li naraw xi sintal-ishma li huma proprje­ jali pożittivi ma ndumux. tà ta’ ċittadini mill-UE u Għandna tkabbir minn tkun formalment stabbilita ħafna kumpa­niji li qed f’pajjiżna, b’uffiċini u staff Sa April li għadda kien hemm jaqilbu l-mudell tagħhom adegwat biex joperaw il-lin16-il linja tal-ajru barranija oħra interessati ja tal-ajru. għal ġarr tal-merkanzija jew jets iżgħar biex jilħqu Mistoqsi x’jattira lil linji li jirrilokaw ħidmiethom f’pajjiżna d-domanda l-ġdida. Is-sena tal-ajru jew setturi oħrajn l-oħra rreġistrajna ajruplan fl-industrija lejn pajjiżna, kull jumejn, li kien rekord,” kien qalilna l-ajruplani tagħha minn uffiċjali ta’ TM. aktar minn oħrajn, il-Kaptan Pace qal li l-Kaptan Pace. Kumpaniji jridu jipprovaw li għandhom fl-aħħar sitt snin Malta kienet estremaFi spjegazzjoni dwar il-proċess rigo­ il-ħaddiema ideali, is-sostenn finanz- ment popolari u ta’ suċċess fis-settur ruż ta’ reġistrazzjoni mħaddan mill-Aw- jarju neċessarju għal vjaġġar ippjanat tal-avjazzjoni.


08

15.08.2021

IŻJED ŻVILUPPI F’MATER DEI JWARRBU  Fil-ġimgħat li ġejjin se jibda x-xogħol fuq tħaffir ta’ service tunnels, l-ewwel pass biex l-isptar ġenerali tagħna, Mater Dei, ikollu blokka state of the art idde­dikata kompetament għal servizzi tal-Outpatients. Ilproġett tħabbar mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne, meta fi tweet din il-ġimgħa qal li l-Awtorità tal-Ippjanar approvat dan l-iżvilupp. L-għan hu li l-blokka l-ġdida qrib id-daħla għall-Emerġenza jkollha parkeġġ taħtha u toffri servizz ferm aħjar f’ambjent modern u ferm akbar minn dak li hemm illum. Għalkemm l-Isptar Mater Dei hu relattivament ġdid, Gvern Nazzjonalista ma kienx ħaseb għall-futur, apparti lista ta’ kontroversji oħrajn, kif kulħadd jaf. Fil-fatt, fl-aħħar snin żieda fil-pazjenti wriet li kien hemm il-ħtieġa li l-binja titkabbar biex ukoll jingħataw aktar servizzi li fil-preżent ma setgħux jingħataw fil-blokka eżistenti. Meta jitlesta l-bini, b’investiment ta’ €170 miljun, iċ-ċittadin se jkun moqdi ferm aħjar, se jara s-servizzi kollha, inkluż oħrajn ġodda, miġbura taħt saqaf wieħed f’ambjent li tassew huwa state of the art. Il-binja fuq ħames sulari u medda ta’ 16,000 metru kwadru se tilqa’ par­keġġ għal 627 vettura għall-kumdità ta’ madwar 575,000 pazjent li hu stmat li se jkollhom bżonn is-servizzi tal-Outpatients sas-sena 2030. Meta wieħed jitkellem fuq state of the art bilfors irid imur lura fiż-żmien u jiftakar kemm il-ftaħir minn amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ dak iżżmien kien biss duħħan, għax maż-żmien bdew ħerġin ukoll

Dehra artistika tal-blokka li se tospita d-Dipartiment tal-Outpatients il-ġdid fl-Isptar Mater Dei id-difetti. Difetti li wrew mhux biss nuqqas ta’ ppjanar, imma wkoll nuqqas ta’ viżjoni għal sptar modern biex jieħu post l-Isptar San Luqa u li tant kien meħtieġ fil-Gżejjer Maltin. Difetti f’Mater Dei Anke qabel id-dewmien biex il-binja ta’ Mater Dei titlesta, mill-ewwel bdew l-intoppi, mhux l-inqas in-nuqqas ta’ ppjanar serju li wassal ukoll biex l-ispiża minn fondi pubbliċi tisplodi. Wara bit-tħaddim tal-faċi­­lità ħarġu l-aktar difet­

ti serji, partiko­larment tal-materjal użat u faċilitajiet li qatt ma setgħu jintużaw. Avolja Gvernijiet Nazzjona­ listi pinġew il-proġett bħala l-flagship ta’ kwart ta’ seklu fit-tmexxija, Mater Dei spiċċa ddiżappunta u rrabja minflok bil-maqlub. Dawn li ġejjin huma wħud mill-istejjer gravi dwar il-proġett li ġew irrapportati maż-żmien: ● DEWMIEN – Il-fażi tal-kos­ truzzjoni kienet bdiet fl-1992 u l-bini dam għaddej 15-il sena sħaħ, iżjed minn ħafna strutturi ikoniċi li jeżistu fid-dinja, u ġie inawgurat mill-Prim Mi­ nistru Lawrence Gonzi fid-29 ta’ Ġunju tal-2007. Minkejja li kien infetaħ uffiċjalment, kien hemm inċertezza dwar meta l-Isptar il-ġdid kellu jiffunzjona kompletament jew meta l-poplu seta’ jibda jgawdi mis-servizzi mediċi. ● L-ISPIŻA – Oriġinarjament il-baġit ipproġettat

kien ta’ €98.1 miljun, imma l-ispejjeż totali tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-isptar spiċċaw jiswew €487.7 miljun, ħames darbiet aktar, waqt li l-Isptar ġie wkoll b’taqsimiet neqsin, inkluż sptar speċjalizzat tal-onkoloġija anke jekk il-flus għalih kienu assenjati. L-ispejjeż totali, inklużi art, tagħmir mediku, għamara u oġġetti oħrajn ammontaw għall-ispiża globali ta’ €583 miljun. ● DOKUMENTAZZJONI NIEQ­ SA – Fl-2018, wara tliet snin li kienet saret it-talba għall-investigazzjoni tal-proċess kollu dwar it-trasparenza, il-governanza u l-amministrazzjoni ta’ fondi pubbliċi mill-istadju ta’ disinn sal-bini finali tal-Isptar, l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (NAO) qal li sab ħafna nuqqas ta’ dokumentazzjoni filproġett li wassal għall-bini talIsptar Mater Dei fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista. Fost dawn ma nstabitx infor­

Studju wera kif il-konkos f’għadd ta’ partijiet mill-binja ma kienx b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ għal iżjed sulari … kien aktar dgħajjef minn dak tal-bankini

mazzjoni bażika dwar l-accoun­ ting u l-assi fissi, li ġie deskritt bħala “falliment istituzzjonali kif ukoll negliġenza grassa fit-tmexxija ta’ fondi pubbliċi”. ● ĦLASIJIET GĦOLJIN – Rapport ieħor ippubblikat fl-2020 tal-Awditur Ġenerali wara talba li saret fl-2018, sab li d-disinn u l-kostruzzjoni tal-Isptar Mater Dei bejn wieħed u ieħor sewa tliet darbiet aktar mill-ispiża stmata u stabbilita ta’ benchmarks internazzjonali għal kull sodda. L-eżerċizzju wera li meta aġġustat għall-prezzijiet tal2018, l-ispiża kienet ta’ €728,485 kull sodda meta mqabbel ma’ spiża rakkomandata b’mod internazzjonali hi li din għandha tvarja bejn €205,000-€275,000 kull sodda. ● KONKOS DIFETTUŻ – Fl2014, il-Gvern Laburista kien beda jippjana li jespandi l-binja tal-Isptar fuq l-Emerġenza, għax wara ftit snin biss, ħareġ biċ-ċar li dan diġà kien qed isir ristrett. Madankollu il-pjani sfaxxaw wara studju mill-kumpanija internazzjo­nali Arup li wera kif il-konkos f’għadd ta’ partijiet mill-binja ma kienx b’saħħtu biżżejjed biex jiflaħ għal iżjed sulari fuqu. Anzi nstab li dan kien aktar dgħajjef minn dak li ġeneralment jintuża għall-bankini.


09

15.08.2021

DIFETTI ANTIKI oħrajn, bħall-kamra mortwarja, li jinsabu qrib. Fl-istess post issa se jinbena l-Outpatients ilġdid. ● ĊENTRU TAL-ONKOLOĠIJA – Il-parti tal-binja fejn illum hemm iċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo wkoll kienet marbuta b’kontroversji. Apparti li fl-2013 Gvern Laburista sab proġett nofs leħja, sab ukoll li apparat ordnat minn Gvern Nazzjonalista kien laħaq ġie ssuperat b’apparat aktar mo­ dern, waqt li wħud ukoll kienu laħqu bdew jissaddu qabel biss intużaw. Minbarra hekk, it-tkax­kir tas-saqajn fil-bini ta’ din l-istruttura mill-aħħar Gvern Nazzjonalista wkoll poġġa f’riskju li jintilfu miljuni f’fondi Ewropej. Kellu jkun l-intervent tal-Gvern Laburista li salva s-sitwazzjoni. Xogħol Gvern Laburista

● FTEHIM SIGRIET – Snin wara ħareġ li l-Gvern Nazzjona­ lista, permezz tal-Fondaz­zjoni għas-Servizzi Mediċi (FMS), kien iffirma ftehim li nżamm sigriet u li fih ċeda d-dritt li jfittex lill-kumpanija responsab­ bli mill-bini, Skanska, f’każ li joħorġu xi difetti fil-proġett tal-Isptar Mater Dei. L-istess ftehim kien wassal għal arbitraġġ internazzjonali quddiem il-Ġnus Magħquda biex jeżonora lill-kumpanija Żvediża minn kull responsabbiltà u l-Gvern kellu jagħmel tajjeb b’fondi pubbliċi għall-ispejjeż ġodda. Fil-ftehim tar-rinunzja ma’ Skanska ħa sehem attiv fihom il-Perit Paul Camilleri, President tal-FES u kuġin ta’ Lawrence Gonzi, waqt li l-Avukat fil-każ kien George Hyzler, illum Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika. ● HELIPAD – Mater Dei kellu ppjanata helipad biex pazjen­ti li jinġarru bil-ħelikopter f’emer­ ġenza, inkluż minn Għaw­dex, ikunu jistgħu jitniżżlu biswit l-Isptar. Oriġinarjament kienet maħsuba għal fuq is-saqaf tal-Emerġenza stess meta l-binja tfasslet fis-snin 90. Eventwalment baqgħet ma saritx u r-raġuni kellna nis­kop­ ruha ħames leġiżlaturi wara. Għal xi żmien kien hemm ilħsieb li ssir qabel id-daħla talIsptar, iżda kien ingħad li kien perikoluż minħabba taqsimiet

Sa mill-amministrazzjoni ta’ bejn l-1996 u l-1998 Gvern Laburista kien beda mill-ewwel jara kif se jsolvi n-nuqqas ta’ spazju li kien ippjanat għal dan l-isptar il-ġdid riżultat ta’ nuqqas ta’ ppjanar fuq terminu fit-tul mill-PN fit-tmexxija talpajjiż. Dan wassal biex jiżdiedu s-sulari fuq il-pjanti. Wara l-2013 kien sar studju wkoll biex jintuża aħjar l-ispazju kbir li kien qed jinħela sa dak iżżmien. Dan wassal ukoll għal iżjed sodod għall-pazjenti. B’riżultat tal-konkos difettuż ġie stmat li l-poplu kellu joħroġ l-ispiża ta’ €150 miljun minn butu biex isaħħaħ l-istruttura fejn meħtieġ. Sadanittant, tlestew ixxogħli­jiet kollha ta’ kostruzzjoni fuq iċ-Ċentru tal-Onkoloġija per­mezz ta’ investiment ta’ €54 miljun, inkluż kofinanzjament mill-Unjoni Ewropea u investiment żejjed f’tagħmir talaħħar tekonoloġija. Ma’ dan sar pont, li ma kienx fil-pjani oriġinali, biex jgħaqqad iċ-Ċentru mal-binja prinċipali. Matul l-2015 inbniet u tlestiet ukoll binja biswit l-Emerġenza, il-Medical Admission Unit, li fissret żieda ta’ 68 sodda oħra f’Mater Dei biex tittaffa l-problema li Gvern Laburista wiret minn amministrazzjoni Nazzjonalista, dik ta’ sptar żgħir. Fażi oħra li jmiss fil-pjani għat-tkabbir tal-Isptar Mater Dei hi l-bini ta’ ċentru ġdid – Mother and Child – bi 300 sodda oħra ddedikati għall-maternità u ċentru speċjalizzat ieħor għall-mard mentali. Dan talaħħar, li hu maħsub li jinbena fis-snin li ġejjin, għandu jagħti servizzi lil pazjenti li ma jkollhomx bżonn kura fit-tul.

Is-SARS-CoV-2, li wassal għall-COVID-19, s’issa qatel 3.8 miljun persuna fid-dinja

TRAĊĊI TAL-CORONAVIRUS FL-AŻJA TA’ 20,000 SENA ILU Riċerkaturi xjentifiċi skoprew li epidemija li jużaw il-Coronaviruses biex jinvadu ċ-ċellotal-Coronavirus kienet laqtet il-Lvant tal-Ażja li tal-bniedem. aktar minn 20,000 sena ilu. Traċċi tal-imxija Il-ġenetika umana moderna tinkludi l-inhuma evidenti fil-ġenetika ta’ dixxendenti formazzjoni li tmur lura għal mijiet ta’ eluf ta’ mir-reġjun, skont rapport xjentifiku ġdid, li snin, fosthom addattazzjonijiet immunoloġiċi għadu kemm ġie ppubblikat. u psikoloġiċi li ppermettew lill-bniedem jifGrupp ta’ xjenzati analizza l-ġenetika ta’ faċċja theddid ġdid, bħal viruses. Ir-riżultati aktar minn 2,500 persuna minn 26 ġens im- riċenti kixfu kif l-antenati ta’ persuni li jgħixu ferrxin mad-dinja kollha, biex jifhem aħjar fil-Lvant tal-Ażja, partikolarment minn żoni kif l-umani addattaw għal imxijiet storiċi tal- li llum huma ċ-Ċina, il-Ġappun, il-MongolCoronavirus. It-tim uża mudelli matema­tiċi ja, il-Korea ta’ Fuq, il-Korea t’Isfel u Tajwan, għall-istudju numeriku tal-imġiba ta’ sistemi esperjenzaw epidemija ta’ marda kkawżata kumplessi biex jikxef traċċi ġene­tiċi ta’ add- mill-Coronavirus simili għall-COVID-19. attazzjoni għall-Coronaviruses, il-familja ta’ Biex jinvadu ċ-ċelloli umani, viruses jaqbviruses responsabbli minn tliet imxijiet kbar du u jinteraġixxu ma’ proteini speċifiċi profl-aħħar 20 sena, inkluża l-pandemija attwali dotti miċ-ċellola li tospitahom, magħrufa tal-COVID-19. bħala Viral Interacting Proteins jew VIPs. Iż-żewġ istanzi oħrajn fl-eżistenza umana Ir-riċerkaturi sabu sinjali ta’ addattazzjoni fl-istorja riċenti huma s-SARS-CoV li was- fi 42 gene differenti uman bil-VIPs, li jissuġ­ sal għas-sindromu ta’ qtugħ ta’ nifs sever, ġerixxi li l-antenati ta’ dawn l-Ażjatiċi fil-parti li oriġina miċ-Ċina fl-2002 u qatel aktar kon­tinentali tal-Lvant kienu ġew esposti minn 800 persuna, u l-MERS-CoV li wassal għall-Coronavirus l-ewwel darba aktar minn għas-sindromu respiratorju tal20,000 sena ilu. Lvant Nofsani li qatel aktar minn L-istudju tat-“traċċi” minn virus850 persuna. Is-SARS-CoV-2 li es antiki jista’ jgħin lix-xjenzati wassal għall-COVID-19, s’issa biex jifhmu aħjar kif il-ġenetika qatel 3.8 miljun persuna. umana f’popli differenti addDan l-istudju fl-evoluz­­ attat għall-attakki li feġ­ġew Ir-riċerka tista’ zjoni ġenetika, iżda, żvela u li ggwidaw l-evoluzz­joni li epidemija kbira tal-Co­ tagħraf viruses li ġabu tal-bniedem. ronavirus kienet ukoll Studji oħrajn urew li l-muepidemiji fil-passat faqq­għet eluf ta’ snin qatazzjoni tal-VIP genes tista’ imbiegħed u l-iżvilupp twassal għal suxxettibilità bel. ta’ kura llum f’każ “Qisu sibna marki tastal-Coronavirus jew sintomi sa­qajn tad-dino­saw­ri flok severi tal-COVID-19. Ħafna millli jirritornaw sibna l-għadam fossilizzat di­ VIPs bħalissa huma parti minn ret­­ta­­­­ment,” qal David Enard, Prokura mediċinali għall-COVID-19 jew fessur mid-Dipartiment tal-Ekoloġiparti minn testijiet kliniċi għall-iżvilupp ja u l-Bijoloġija Evoluzzjonarja fl-Università ulterjuri ta’ mediċini oħrajn. ta’ Arizona. “Ma sibniex il-virus proprju, iżda L-awturi tal-istudju, li involva wkoll l-Iskola sibna l-marki li dan ħalla fuq il-ġenetika tax-Xjenzi Bijoloġiċi fl-Università ta’ Adelaide, umana dak iż-żmien tal-epidemija antika.” qalu li r-riċerka tagħhom tista’ tidentifika viIt-tim ta’ riċerkaturi analizza l-proteini ruses li ħolqu epidemiji fil-passat imbiegħed umani u dawk tas-SARS-CoV-2, mingħajr ma u li jistgħu jirritornaw fil-futur, billi joħolqu uża ċelloli ħajjin u kkonkluda li t-tnejn inter- lista ta’ viruses potenzjalment perikolużi u aġixxew direttament u speċifikament ind- wara jiżviluppaw dijanjożi, tilqim u mediċini ikaw in-natura kkonservata tal-mekkaniżmu oħrajn f’tali eventwalità.


10

15.08.2021

Mumenti mill-Istrina tas-sena l-oħra fejn intlaħaq rekord ta’ ġbir … minħabba l-pandemija, l-MCCFF naqqset il-ġbir tagħha b’madwar €1 miljun

FL-2020 L-MCCF QASSMET €14.2 MILJUN F’GĦAJNUNA Matul is-sena li għaddiet il-Malta Community Chest Fund Foundation (MCCFF) qassmet xejn inqas minn €14,198,208 f’għajnuna lil nies fil-bżonn, filwaqt li naqqset l-ispejjeż amministrattivi tagħ­ha bi kważi €200,000. Fl-istess perjodu, prinċipalment min­ħabba l-effetti tal-pandemija tal-COVID-19, il-Fondazzjoni esperjenzat tnaqqis ta’ ftit aktar minn miljun ewro fil-kontribuzzjonijiet totali miġburin mill-attivitajiet. Dan joħroġ mir-rapport annwali għas-sena finanzjarja li ntemmet fil31 ta’ Diċembru 2020 u li ġie ppreżentat waqt il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Fondazzjoni li tlaqqgħet fil-Palazz ta’ Sant’Anton. Meta indirizza l-laqgħa, il-President tar-Repubblika George Vella fakkar li l-ispiża tal-Fondazzjoni fuq il-mediċini għall-onkoloġija sparat ’il fuq minn inqas minn €1 miljun fl-2015 għal madwar €8 miljun tliet snin wara, għal aktar

minn €14-il miljun is-sena l-oħra. Huwa fakkar li dawn il-flus imorru għal mediċini li jippermettu li persuni li għandhom kanċer jgħixu aktar, u li bil-vokazzjoni li għandha l-MCCFF trid tara kif tagħmel biex tippermettilhom li jakkwistawhom. Dawn jinkludi każijiet ta’ trattamenti li jiswew ’il fuq minn €120,000 għal persuna waħda f’sena. Il-President iżża ħajr lil dawk l-individwi u n-negozji li, minkejja l-għafsa tal-pandemija, baqgħu jsostnu lill-Fondazzjoni fil-ħidma karitattiva tagħha f’perjodu fejn bosta attivitajiet u inizjattivi li minnhom kienu jinġabru fondi importanti kellhom jitħassru jew isiru fuq skala iżgħar. Dawn qed jikkontribwixxu biex jgħinu nies li ma jafux min huma; kunċett ta’ karità anonima bl-għarfien li l-flus se jitqassmu tajjeb, b’mod ġust, u bi trasparenza.

Hu rringrazzja wkoll lill-Gvern talli, meta l-ġenerożità tal-poplu ma tkunx biżżejjed biex jiġu koperti l-ispejjeż kollha, jgħin biex jiġu bbilanċjati l-kontijiet. Kellu wkoll kliem ta’ ringrazzjament għaċ-Chairperson u l-membri tal-Bord tal-Amministraturi tal-MCCFF, kif ukoll għall-istaff kollu. Min-naħa tagħha, iċ-Chairperson tal-Bord tal-Amministraturi tal-MCCFF, Marlene Mizzi, tkellmet dwar il-ħidma, l-isforz, u l-livell tal-appoġġ li l-Fondazzjoni tagħti lis-soċjetà. Fakkret li l-MCCFF toħroġ medja ta’ €1.2 miljun fix-xahar f’għajnuna lil individwi u familji, fosthom billi tiffinanzja 40 tip differenti ta’ trattamenti tal-kimotera­pija. Il-vouchers tal-ikel jiswew lill-Fondazzjoni kważi €20,000 fix-xahar – dawn jingħataw lil familji, normalment bittfal, li ma jkollhomx biex jixtru l-ikel bażiku u affarijiet oħrajn li jippermettulhom jgħixu ħajja diċenti.

L-MCCFF tiffinanzja wkoll lil ġenituri ta’ tfal, jew qraba ta’ persuni, li jkunu qed jirċievu t-trattament barra minn Malta u li, għal xi raġuni, ma jkunux jistgħu joqogħdu waħedhom. Il-Fondazzjoni tħallas it-titjiriet kif ukoll l-allowances għall-ikel u t-trasport ta’ kuljum. Matul l-2020 il-Fondazzjoni ħallset il-biljett tal-ajru għal aktar minn 50 persuna u ffinanzjat aktar minn 660 lejl f’lukandi. B’kollox, matul l-2020, ġew approvati aktar minn 1,555 applikazzjoni li permezz tagħhom ġew megħjuna aktar minn 2,500 ruħ. Kien hemm ukoll 227 applikazzjoni minn nies b’diżabbiltà li wkoll ngħataw l-għajnuna. L-Uffiċjal Finanzjarju tal-MCCFF, Mark Mizzi, irrimarka li, minkejja li l-2020 ġabet magħha sfidi ġodda minħabba l-effetti tal-pandemija, il-Fondazzjoni ħadmet bil-għaqal biex setgħet taċċetta talbiet għall-għajnuna mingħand dawk l-aktar fil-bżonn. Fl-istess waqt, sar sforz biex il-Fondazzjoni stess tibqa’ f’qagħda finanzjarja b’saħ­ħitha bi preparazzjoni għall-eventwalità ta’ diffikultajiet temporanji filġbir tal-fondi matul l-2021 minħabba restrizzjonijiet imposti fi sforz biex tiġi miġġielda l-pandemija. Waqt il-laqgħa ġie ppreżentat ukoll ir-Rapport tal-Awditur minn Claude Ellul, partner fid-ditta KPMG.

F’SETTEMBRU TIRRITORNA L-IKLA TAL-HOSPICE MALTA L-ikla annwali ta’ ġbir ta’ fondi għall-Hospice Malta, li għandha l-għan li tiċċelebra l-kura straordinarja li toffri l-NGO u x-xogħol siewi tagħha fit-titjib tal-kwalità ta’ ħajja tal-pazjenti b’mard serju u qrabathom, mistennija ssir nhar is-Sibt 4 ta’ Settembru fit-8:00 p.m. f’The Reef Club fil-Westin Dragonara Resort f’San Ġiljan. Il-qligħ kollu minn din l-ikla se jmur għall-missjoni ta’ Hospice li hi l-kura paljattiva lil pazjenti li qed isofru minn kanċer, motor neuron disease u mard ieħor terminali serju, bħal mard kardijaku, respiratorju, tal-fwied u l-kliewi. L-NGO regolarment teħtieġ il-finanzjament biex tkompli bix-xogħol imprezzabbli tagħha u f’Ġunju li

għadda l-Prim Ministru Robert Abeikla bi tliet platti, parkeġġ b’xejn u la ħabbar għotja ta’ €8 miljun għallilma, soft drinks u inbid lokali matproġett ta’ rinnovar ta’ binja antika ul is-serata kollha. Is-serata se tkun li se tinbidel fis-St Michael Hospice imżewqa bid-divertiment ipprovdut f’Santa Venera, l-ewwel tax-xorta mill-kantanta lokali Pamela Bezzina. tiegħu għall-kura paljattiva. L-avveniment se jkun qed isegMeta wieħed jattendi għall-ikla wi l-protokolli tal-COVID-19 skont annwali se jkun qed jgħin lill-Hoskif jinħarġu mid-Dipartiment taspice Malta biex tkompli tipprovdi Saħħa u kull min jattendi jrid jippros-servizzi tant bżonjużi tagħha. vdi ċertifikat tal-vaċċin. Il-biljetti jistgħu jinxtraw online sas-26 ta’ AwwisGħal aktar informazzjoni dwar l-avveniment u opsu u huma disponibbli online fuq is-sit elettroniku portunitajiet ta’ sponsorship, tkellem mat-tim billi uffiċjali (hospicemalta.org), abbażi ta’ donazzjoni ta’ ċċempel fuq 21440085 jew b’email fuq fr@hospice€60 għal kull persuna. Dan jinkludi welcome drink, malta.org.


11

15.08.2021

MILL-GĦALQA TA’ ĊIKKU GĦAL ĠNIEN TAL-MOSTIN

Il-Land Rover ta’ Ċikku Fenech mitluqa f’għalqa fil-Mosta qan­­qlet il-kurżitajiet din ilġimgħa. Ftit jafu li dik l-istess vettura kienet tintuża għall-bejgħ tal-ħa­xix minn dan il-karattru kontroversjali, li fl-1963 kien dam tliet xhur iqarraq bil-Pulizija fit-tfittxijiet għalih wara l-qtil ta’ ċertu Ċikku Vella. Fenech kien sinonimu għall-Mosta u ħafna għandhom għadd ta’ memorji tiegħu, ġeneralment ta’ riserva, imma mhux l-inqas xi wħud ta’ ħbiberija. Li kien żgur, però, li fl-għalqa ta’ Ċikku ma kontx tidħol. Għalkemm art tal-Gvern, kien it-territorju ta’ refuġju għalih u fiha kien jikkultiva l-ħxejjex li kien jispiċċa jbigħ mil-Land Rover. Għaddew seba’ snin minn mewtu u l-għalqa li xi darba kien iħares, tinsab fi stat assolut ta’ żdingar u rimi ta’ skart. Għalkemm fiha veġetazzjo­ ni u siġar indiġeni, sfortunatament, dawn ma jista’ jgawdihom ħadd. Fil-prinċipju hu ġnien sabiħ, iżda s-siġar jeħ­ tieġu żabra tajba u min jin­ dok­rahom. Biex tgħaxxaq, lgħalqa tinsab f’żona ta’ żvi­lupp bil-possibbiltà għal blokok ta’ ħames sulari. L-għalqa, li sservi b’xi mod ta’ pul­­mun aħ­dar fil-ko­mu­ ni­tà, inkluż b’siġar endemiċi taż-Żebbuġ u ċ-Ċipress, iżda se tkun il-qofol ta’ proġett ta’ riġenerazzjoni u ta’ konservazzjoni kif tħabbar din ilġimgħa mis-Segretarju Parlamentari responsabbli miċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat, b’kollaborazzjoni mal-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia. Il-proġett se jkun iffinanzjat mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF) u implimentat

u amministrat minn GreenServ. Il-proġett iħares l-ekosiste­mi fraġli li hemm fl-għalqa abbandunata, filwaqt li jagħmilha aċċessibbli b’mod li tista’ titgawda mill-komunità. Id-disinn hu diskret u mmirat biex itejjeb dak li diġà hu preżenti, fosthom is-siġar, l-ekosistemi, il-pajsaġġ naturali u l-ġebla tipika Maltija. L-ispazju se jkun aċċessibbli u komdu biex jitgawda min-nies ta’ kull età u ta’ kull ħtieġa. Din hi inizjattiva oħra minn sensiela ta’ proġetti mal-paj­ jiż kollu li bihom qed jiġu mħaddra żoni ta’ fejn eluf ta’ familji jgħixu u jaħdmu, inkluż fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Ħal Qormi u Ħaż-Żabbar. Żoni li qabel ma kinux aċċessibbli, jew kienu dilapidati u mitluqin, qed jinbidlu biex isiru spazji ħodor u postijiet ta’ rikreazzjoni. Il-proġetti bbażati fuq ilkunċett grey-to-green f’diversi żoni urbani qed ikomplu jtejbu l-kwalità ta’ ħajja tal-familji filwaqt li jindirizzaw l-isfida tat-tibdil fil-klima. Dan il-proġett fil-Mosta hu notevoli mhux biss għax se jkun qed jinfetaħ ġnien magħluq għat-tgawdija tal-pubbliku, iżda wkoll għax hu fost l-ewwel żviluppi ta’ din ix-xorta li seħħ fuq żona kbira li fuqha hemm permess ta’ żvilupp. Il-Gvern għalhekk qed jiżgura li sit allokat għal żvilupp residenzjali ta’ ċertu densità, iżommu bħala pulmun aħdar għall-użu rikreattiv tar-residenti. Din iż-żona ilha abbandunata bosta snin u l-istat ħażin li tinsab fiha ma jagħmilhiex possibbli li titgawda b’mod sigur. Għalhekk, se jkun il-Gvern li jassigura li ż-żona ta’ 4,000 metru kwadru tkun aċċessibbli.

Iż-żona għandha mad-90 siġra tipika Maltija, l-aktar siġar taż-Żebbuġ. L-ebda waħda mis-siġar eżistenti mhi se tinqered jew titneħħa sakemm ma jkunux speċi invażivi. Ittqas­sim tal-proġett se jaddat­ta għall-konfigurazzjoni u l-post attwali tas-siġar. Iddisinjat ukoll biex ikun aċċessibbli għal kulħadd, inklużi nies bi bżonnijiet speċjali. Id-disinn u l-materjali talproġett huma bbażati fuq il-kunċett ta’ bini ekoloġiku, b’aktar minn 40% tal-materjal propost se jerġa’ jintuża jew jiġi riċiklat, bl-integrazzjoni ta’ enerġija rinovabbli. Il-proġett se juża aktar materjali naturali bħal injam u mogħdijiet magħmula minn ħamrija u żrar, u jelimina l-użu tal-konkos. Il-kunċett jinkludi wkoll ġnien komunali li jippermetti lit-tfal jikkultivaw ħxejjex u ħwawar. L-ispazju miftuħ minflok għalqa inaċċessibbli iwieġeb għall-għajta ta’ ħafna ċittadini: il-bżonn ta’ spazji sbieħ, ħodor u miftuħa għal kulħadd. Bejn Komunità Malta, Residenza Malta u l-NDSF, twettqu proġetti kbar ta’ ġid nazzjonali, fosthom l-investiment fiċ-ċentru paljattiv ta’ Hospice Malta f’Santa Venera, ir-restawr ta’ niċċa storika fir-Rabat, investiment fil-Caritas, fil-Pulizija tal-Komunità, fil-faċilitajiet edu­kattivi madwar il-pajjiż u l-għoti ta’ tagħmir edukattiv lill-Aġenzija Support.


12

15.08.2021

VIŻJONI GĦALL-HOUSING LI TĦOSS IL-POLZ TAL-POPLU

RODERICK GALDES Ministru

Meta dħalt għall-isfida li nsir is-Segretarju Parlamentari responsabbli għall-Akkomodazzjoni Soċjali, u eventwalment Ministru responsabbli għal dan l-istess settur, nammetti magħkom li nħsadt bil-volum u l-gravità ta’ sfidi li writna jien u l-kollegi tiegħi f’dan il-qasam sensittiv. L-abbandun u l-indifferenza lejn il-housing li kien jikkaratterizza l-aħħar snin tal-amministrazzjoni Nazzjonalista ħalla effetti kbar fuq is-soċjetà Maltija, tant li l-lista ta’ stennija tħalliet tikber għas-skapitu ta’ eluf ta’ familji li kienu

fil-bżonn. Però din ma kinitx l-unika problema li affaċċjajt fil-bidu tal-esperjenza tiegħi bħala Ministru, aktar inkwetanti min-numri allarmanti u t-telqa lampanti li sibt quddiem wiċċi, kienet in-nuqqas ta’ viżjoni ħolistika li kellhom ta’ qabilna, li kienu jaħsbu li setgħu jitilqu dan is-settur għal rieħu qisu xejn mhu xejn. Għalhekk, bdejt perkors politiku li kien imnebbaħ mill-bżonnijiet tan-nies li niltaqa’ magħhom kuljum, persuni minn kull faxxa tas-soċjetà u li jħaddnu kwalunkwe twemmin politiku. Indunajna mal-ewwel li l-provvista tal-akkomodazzjoni soċjali, għalkemm prijorità ewlenija ta’ dan il-Gvern, waħedha ma kinitx se ssolvi l-isfidi ta’ housing li kien qiegħed jaffaċċja n-nazzjon tagħna. Malta u Għawdex inbidlu, illum is-soċjetà tagħna tħaddan fostha mużajk ikkulurit ta’ gruppi b’interessi u realtajiet differenti minn xulxin li lkoll kemm huma għandhom bżonn assistenza biex ikollhom akkomodazzjoni adegwata. M’hemmx soluzzjoni waħda għal dawn il-gruppi diversi, min-

flok bdejna naħsbu f’kullana ta’ skemi, inizjattivi u għajnuniet biex nilħqu lil kulħadd. L-ewwel li għamilt kien li ħarist bir-reqqa lejn ir-realtà ta’ dawk li jikru f’pajjiżna, faxxa li kienet qed issibha diffiċli tlaħħaq mal-prezzijiet li bdew jogħlew ġmielhom kif jiġri f’kull pajjiż li jkun qed jesperjenza perjodu ta’ tkabbir ekonomiku bla preċedent. Ma ħallejniehomx waħedhom, infatti rriformajt is-sussidju tal-kera biex dan jirrifletti tassew il-qligħ tal-kerrej, u sussegwentament għamilna mhux waħda iżda żewġ riformi legali storiċi fil-qasam talkera li ġabu stabbiltà u bilanċ

lil eluf ta’ sidien u inkwilini. Dawn ir-riformi ġabu bidliet importanti kemm fil-kirjiet liberalizzati kif ukoll f’dawk li kienu fis-seħħ qabel l-1 ta’ Ġunju 1995. Jien kburi li nifforma parti minn Gvern ambizzjuż li jwettaq dak li jwiegħed, u l-poplu Malti u Għawdxi llum qed jara l-frott tal-ħidma tagħna speċjalment fir-riġenerazzjoni ta’ dawk l-oqsma tad-djar li sfaw vittmi ta’ snin kbar ta’ telqa. Mill-2017 sal-lum, saru xogħlijiet ta’ tisbiħ u titjib fuq 54% tal-blokok tal-housing f’pajjiżna, b’xogħlijiet f’mijiet ta’ blokok oħra li sejrin jitlestew fix-xhur li ġejjin. L-impenn

Kburi li nifforma parti minn Gvern ambizzjuż li jwettaq dak li jwiegħed, u l-poplu llum qed jara l-frott tal-ħidma tagħna speċjalment fir-riġenerazzjoni ta’ dawk l-oqsma tad-djar li sfaw vittmi ta’ snin kbar ta’ telqa

tagħna fir-riġenerazzjoni hu mnebbaħ mill-viżjoni tagħna li nieħdu ħsieb l-istokk li għandna filwaqt li qed jersaq lejn tmiemu l-proġett storiku li jinbena 1,700 appartament ġdid ta’ akkomodazzjoni soċjali. Nemmen bis-sħiħ li ma jistax ikollok futur sostenibbli jekk tonqos li tieħu ħsieb dak li ħallewlna missirijietna. Imma dan hu biss il-bidu. Il-viżjoni tiegħi għal housing issa jmiss li tinfirex fuq tliet binarji ġodda: il-housing affordabbli, l-inklużjoni u l-ippjanar sistematiku. Fil-ġimgħat li ġejjin se nħabbru l-bidu ta’ kollaborazzjoni bejn il-Gvern ċentrali u msieħeb soċjali ewlieni biex insaħħu l-kunċett ta’ akkomodazzjoni affordabbli li kont nedejt mal-mibki Joseph Bartolo lura f’Jannar tal-2020. Fl-istess żmien ħa nagħtu aħbar mill-isbaħ lil dawk kollha li kienu kważi tilfu kull tama li jsiru sidien ta’ djarhom permezz ta’ skema li se tkun xhieda tal-qalb kbira ta’ din l-amministrazzjoni. Tistgħu tapprezzaw waħedkom id-differenza kbira bejn il-legat li se nħallu u t-tbażwir li sibna!

SOĊJALISTI FIL-PRATTIKA

MARIA ELLUL Segretarju Ġenerali FŻL

“Suldati tal-azzar”. “Soċjalisti”. “Naħdmu favur iż-żgħir”. Dawn huma kollha kliem li personalment spiss smajt iżda li wkoll iġegħluni nirrifletti. Immilitajt fil-Partit Laburista purament fuq dawn il-prinċipji – dawk xellugin u li jaħdmu lejn l-emarġinati, il-foqra u dawk l-iktar dgħajfa fost il-membri tas-soċjetà. Tul is-snin irridu nirrikonoxxu li kien Gvern Laburista u dan il-Partit li ħadem sabiex jeleva lil din il-klassi.

Mill-banda l-oħra, għalija soċjalist ta’ vera mhux opportunist. Ma jimxix fuq l-interessi personali - daqqa ma banda u daqqa ma’ oħra iżda jżomm il-prinċipji tiegħu minkejja kollox. Ftit tas-snin ilu bħala FŻL nedejna kampanja bl-isem ta’ ‘Proud of my Politics’ għaliex minkejja dak kollu li kien qed jiġri madwarna aħna konna kburin. Kburin, li l-prinċipji tagħna ma kinux jirriflettu l-aġir ta’ nies terzi li kienu jsejħu lilhom infushom soċjalisti. Għaliex avolja għadda ż-żmien, kont issib min jgħaddi ż-żmien bik l-Università għax tgħid li int Laburist, għax kont għadek issib min jaħseb li inti ta’ klassi baxxa u jumiljak għax tħadden dawn il-prinċipji. Iżda le, b’mod konsistenti bqajt insostni l-istess kliem – iva, jien kburija. Dan mhux argument ta’ partiġġjaniżmu iżda ta’ prinċipji. Nirrifletti wkoll meta nara xi sondaġġ ġdid fuq xi gazzetta nhar ta’ Ħadd. Irrid nametti li n-numri sbieħ iżda personal-

ment ftit jimpressjonawni. Nipreferi minflok li nkompli nsostni l-ħidma kollettiva sabiex inkomplu nsaħħu liż-żgħir filwaqt li fuq kollox, nibqgħu saqajna mal-art. Kemm hu sabiħ li tkun realistiku u tibqa’ tħoss il-polz tal-poplu. Huwa b’hekk biss, li tibqa’ partit relevanti bil-forza mhux bin-numri iżda bin-nies li b’mod konsistenti jibqgħu jimmilitaw warajk. Irrid nametti, li jien forsi kelli l-lussu li għixt fi żmien differenti minn dawk ta’ qabli.

Jien forsi sibt it-triq lixxa sforz il-ħidma li saret minn kollegi preċedenti – testimonjanza li dan huwa partit li kontinwament qed jagħżel li jkompli jiġġedded. Li lili kemm bħala żagħżugħa, kif ukoll bħala mara jagħtini spazju fejn naħdem u nkun nista’ noffri l-ideat tiegħi. Iżda minkejja li sar ħafna ġid, nemmen li għad baqgħalna aktar x’nagħmlu. Nixtieq ngħix f’soċjetà, fejn l-ambjent fil-prattika huwa verament prijorità. Nixtieq futur, fejn aktar nisa jkollhom

Kemm hu sabiħ li tkun realistiku u tibqa’ tħoss il-polz tal-poplu. Huwa b’hekk biss, li tibqa’ partit relevanti bil-forza mhux bin-numri iżda bin-nies li b’mod konsistenti jibqgħu jimmilitaw warajk

pożizzjonijiet ta’ tmexxija, b’aktar nisa jieħdu posthom fil-Parlament. Nixtieq nara li l-ekonomija tkompli tikber iżda mhux bi żvantaġġ lejn il-ħajja ta’ kuljum tan-nies. Nixtieq li l-għoli tal-ħajja jiġi kkontrollat u li jkollna prezzijiet tal-bini li jkunu affordabbli minn kulħadd. Ma nistgħux nippermettu li ftit nies tal-flus jixtru lill-politiċi u lill-partiti għall-gwadann personali tagħhom. Hemm ħafna affarijiet li nixtieq, iżda fuq kollox, irridu nkunu aħna stess il-vuċi ta’ dawn il-ħsibijiet. Huwa l-Partit li minkejja kollox irid ikompli jaħdem sabiex iżomm lill-Gvern responsabbli li jieħu deċiżjonijiet fl-aħjar interess tal-poplu. Dan huwa l-futur li nixtieq nara f’pajjiżi. Tajjeb li wieħed jieqaf, jaħseb u jirrifletti iżda mbagħad trid tipprepara, ixxammar il-kmiem u tibda l-ħidma. Ħidma msejsa fuq il-prinċipji li dejjem ħaddant, ħidma sinċiera favur il-bajda u l-ħamra.


13

15.08.2021

L-INDUSTRIJA TURISTIKA LLUM U GĦAŻ-ŻMIEN LI ĠEJ

CLAYTON BARTOLO Ministru

Meta wieħed jikkunsidra l-inċertezzi li għaddejja minnhom id-dinja sforz il-prevalenza tal-pandemija li minkejja li ngħatat daqqa ta’ ħarta kbira bl-avvanzi fil-programmi ta’ vaċċinazzjoni għadha ma ġietx megħluba għalkollox, is-settur qiegħed

jirkupra b’mod raġjonevoli hekk kif irid jinstab bilanċ bejn l-esiġenzi stabbiliti mill-Awtoritajiet tas-Saħħa u l-bżonnijiet tal-vjaġġaturi. Id-differenzi mis-sena l-oħra hija li f ’Malta qegħdin jidħlu persuni mlaqqma biss. Dan qegħdin nagħmluh fl-aħjar interess tas-saħħa pubblika u biex nevitaw skossi inutli għal settur li jrid ikompli jirkupra b’mod responsabbli u sostenibbli. F’dawn l-aħħar xhur u ġimgħat ftaħna s-swieq Ewropej inkluż dak tar-Renju Unit u qegħdin nimxu pass pass biex niftħu swieq oħra lil hinn. Ċertament, li din is-sena m’għandniex il-kwantità ta’ numri li konna nesperjenzaw qabel ma bdiet il-pandemija, iżda ninsabu kunfidenti li aktar mas-sitwazzjoni titjieb, is-settur

turistiku jkompli jirpilja. Il-konnettività bl-ajru hija l-pulmun għat-turiżmu Malti. Għaddejjin b’ħidma importanti sabiex fl-iqsar żmien possibbli nerġgħu nibnu l-konnettività bl-ajru li kellna lura fl-2019. Dan qegħdin nagħmluh permezz ta’ taħditiet mal-linji tal-ajru

kollha sabiex flimkien nippjanaw l-estensjoni tal-operat tagħhom billi nerġgħu niftħu rotot li waqfu f ’dawn l-aħħar sena u nofs, inżidu l-frekwenza ta’ dawk li baqgħu operattivi kif ukoll nattiraw linji tal-ajru ġodda bħalma għamilna fil-każ talAir France, LOT u Cyprus Air-

Ċertament, li din is-sena m’għandniex il-kwantità ta’ numri li konna nesperjenzaw qabel ma bdiet il-pandemija, iżda ninsabu kunfidenti li aktar mas-sitwazzjoni titjieb, is-settur turistiku jkompli jirpilja

ways u fil-każ ta’ rotot bħal Corfu, Chania u Brindisi. Qegħdin inħarsu lejn ixxhur tax-xitwa b’attenzjoni. Il-ħidma tagħna ser tkompli sabex inżommu lil pajjiżna minn ta’ quddiem f ’dak li għandu x’jaqsam ma’ konnettività u interess fost il-vjaġġaturi. Se tkun it-tieni xitwa li d-dinja sejra tiffaċċja fi żmien ta’ pandemija u ma tonqosx il-possibilità li mal-miġja tax-xitwa in-numri ta’ każi f ’din il-parti tax-xitwa jerġgħu jibdew jiżdiedu. Però, jibqa’ l-fatt li bil-programmi ta’ tilqim u anke pjanijiet għal booster shots għal dawk l-aktar vulnerabbli, wieħed jista’ jipprevedi li l-pajjiżi minn fejn nattiraw it-turisti tagħna se jkunu f ’qagħda ferm aħjar milli kienu fix-xitwa li għaddiet.

TOKJO U T-TIBDIL FIL-KLIMA

IAN CASTALDI PARIS Membru Parlamentari

Ilna ħafna nisimgħu b’dak li qed jiġri fil-klima tal-pjanetà tagħna. Minn meta kont għadni student niftakar nitkellmu u niddiskutu suġġetti bħat-toqba li hemm fl-ożone, il-gassijiet velenużi, il-bżonn li nnaqsu l-użu tal-karbonju, il-qerda tal-foresti li huma l-pulmun mondjali u mitt ħaġa oħra. Issa ftit tal-ġranet ilu, fl-istess żmien li f’Tokyo għaddejjin l-Olimpjadi, ilĠnus Magħquda ħasdet id-dinja bir-rapport dwar it-tibdil fil-klima. Il-panel intergovernattiv li għamel analiżi tax-xjenza f’dan is-settur xegħel il-bozza l-ħamra u qalilna ċar u tond li l-attività tagħna n-nies fuq din il-pjaneta qed teqred l-ambjent u l-klima bla

preċedent u anke b’mod irriversibbli. U dan mhux b’kumbinazzjoni li qed nesperjenzaw sħana u temperaturi għoljin liema bħalhom, katastrofi naturali, maltempati u mewġ ta’ sħana li jeqirdu u jaħarqu kulma jmissu. Biss biss it-temperatura mondjali żdiedet b’aktar minn grad celcius f’anqas minn 10 snin. L-aħħar ħames snin kienu l-aktar ħames snin sħan li qatt kienu rrekordjati sa mill1850. U allura bilfors li s-silġ fl-Artiku qiegħed idub b’rata mgħaġġla ħafna filwaqt li l-livell tal-baħar qed jibqa’ jogħla u jibla’ bil-mod il-mod l-artijiet li jmissu miegħu. L-oċeani u l-ibħra qed ikomplu jisħnu u jsiru aktar aċidużi u jogħlew b’madwar żewġ ċentimetri sal-aħħar ta’ dan is-seklu. Qed naraw b’għajnejna u mmissu b’idejna dak li qed iseħħ madwarna. Ftit ’il bogħod minna fil-Greċja u t-Turkija, nirien enormi qed iġibu magħhom devastazzjoni u qerda liema bħalha. Tefgħa ta’ ġebla ’l bogħod minna fi Sqallija naraw temperaturi li jaqbżu sewwa l-45 grad celcius. Filwaqt li fuq in-naħa l-oħra tad-dinja qed nassistu għall-aktar Olimpjadi sħan li qatt saru bl-atleti jinstabtu mal-art bis-sħana

tremenda. Min-naħa l-oħra dawn ilbidliet fil-klima qed ibiddlu u jaffettwaw il-provvista talikel u tal-ilma. Biljuni kbar qed jintilfu mill-ekonomija mondjali annwali flwaqt li għalkemm kulħadd jinsab f’riskju, l-impatt l-aktar gravi huwa fuq il-foqra u l-vulnerabbli. Aktar ma nkunu insensittivi minn dan kollu aktar ikun diffiċli biex naddottaw sistemi u azzjonijiet biex jiġi trattat it-tibdil fil-klima. Ma hemm l-ebda formola maġika li tista’ ssolvi dan il-kaos li ħloqna aħna stess b’idejna. Madankollu, ix-xjenzati li ppreparaw ir-rapport tal-Ġnus Magħquda, liema rapport hu magħruf bħala l-IPCC huma ċari kristall fil-mes-

saġġ tagħhom lill-gvernijiet. Irridu nżommu mal-miri li għandna dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra u fl-istess ħin inkunu aktar ambizzjużi għal pjan ta’ aktar tnaqqis tal-emissjonijiet b’tal-anqas 55% sas-sena 2030. Irridu naspiraw li nsiru newtrali għall-klima u nnaqqsu kemm nistgħu l-emissjonijiet filwaqt li nżidu t-tneħħija tal-gassijiet b’effett ta’ serra mill-atmosfera sabiex nilħqu emissjonijiet żero netti. Ħafna minn dan il-piż jistrieħ fuq spallejna l-gvernijiet u l-industrija però anke aħna ċ-ċittadini għandna r-rwol tagħna. L-għażliet li nagħmlu aħna, individwalment kuljum għandhom importanza u relevanza liema bħala. Għaldaqstant, il-ħtieġa li naħs-

Nemmen b’konvinzjoni li l-bnedmin flimkien fehmu li dan l-isforz huwa wieħed kollettiv u li kull sforz ser jgħin biex inħallu warajna dinja ferm aħjar milli għandna

bu dwar il-mod ta’ kif nivvjaġġaw, kif immorru minn post għall-ieħor, il-mod u l-użu ta’ prodotti li jgħinu biex inkessħu u nsaħħnu d-djar u l-postijiet tax-xogħol tagħna. L-għażliet li nagħmlu dwar prodotti li nixtru, dak kollu li nikkunsmaw, kif ukoll x’nieklu u x’nixorbu u kif u fejn narmu l-iskart u nirriċiklaw kemm nifilħu. Kull azzjoni żgħira kemm hi żgħira tgħin sabiex insalvaw il-pjaneta li ngħixu fuqa aħna u li suppost jgħixu fuqha u jgawduha l-ġenerazzjonijet ta’ warajna. Bħala persuna pożittiva jien nemmen li din l-isfida negħlbuha. Nemmen b’konvinzjoni li l-bnedmin flimkien fehmu li dan l-isforz huwa wieħed kollettiv u li kull sforz ser jgħin biex inħallu warajna dinja ferm aħjar milli għandna. Dinja li fiha jkollna aktar impjiegi ekoloġiċi, aktar indafa u aktar effiċjenza, aktar teknoloġiji ġodda u użu effiċjenti, aktar serħan il-moħħ, aktar natura u spazji miftuħa u fl-aħħar mill-aħħar kwalità tal-ħajja aħjar għalina u għall-familji tagħna. F’ismi u f’isem il-familja tiegħi nawgura l-Festa ta’ Santa Maria t-tajba lilkom il-qarrejja u lil dawk kollha għeżież tagħkom. Insellmilkom.


14

15.08.2021

Il-Kap attwali ta‘ ONE Radio Clint Bajada, flimkien mal-predeċessur tiegħu Ray Azzopardi u Tony Camilleri … l-ewwel ilħna li nstemgħu on air fil-11 t’Awwissu 1991

JOSEF CARUANA

ĊELEBRAZZJONI TA’ 30 SENA XANDIR MINN ONE RADIO

AN

LOUIS V

ELLA

PIERRE BORG

Nhar l-Erbgħa li għadda kienet ġurnata memorabbli fl-okkażjoni tat-30 anniversarju mill-ewwel xandira uffiċjali tal-istazzjon ONE Radio, dak iż-żmien Super 1 Radio. Skeda speċjali ta’ programmi għall-okkażjoni mhux biss fakkret f’mumenti nostalġiċi ta’ dawk iż-żminijiet tal-11 t’Awwissu 1991, b’kollegamenti diretti wkoll mill-festa ta’ San Gejtanu fil-Ħamrun, iżda laqqgħet ukoll lil eks preżentaturi u ġurnalisti, li laħqu mxew għal affarijiet oħrajn fil-ħajja, ma’ dawk li ilhom hemm mill-bidu jew oħrajn li ngħaqdu iżjed ’il quddiem mal-aqwa frek­wenza fil-Gżejjer Maltin, 92.7 FM, u llum għadhom jiddevertu lejl u nhar. Hawn huma ftit mill-mumenti sbieħ fl-anniversarju.

JASON MICALLEF

GINO CAUCHI

L-Eks Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet Mark Farrugia u l-ġurnalisti attwali Leanne Abela Grech (xellug) u Pearl Agius

ISANI

ISABELLE P


NTON

15 Ritratti: MARK DONEO

15.08.2021

RENATO VELLA MANUEL CUSCHIERI GLENN BEDINGFIELD

ROBERTO FRANCALANZA

RUTH VELLA JOHN ZAMMIT

SIMONE CINI

N

FALZO

RECH

RAY G

JOE TANTI

RYAN SPITERI CHARLES MARSH

MARIO S

ALIBA

BELA ETTE AINO D U A L C CCH BALDA

ALFRED ZAMMIT

L-ewwel tekniku Lino Grima b’uħud mit-tifkiriet ta‘ 30 sena ilu


16

15.08.2021

L-ISFIDA TAT-TIBDIL FIL-KLIMA TINSAB MAGĦNA

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Dawk li forsi kienu jaħsbu li l-isfida tat-tibdil fil-klima hija xi ħaġa ta’ għoxrin, tletin jew ħamsin sena oħra, fl-aħħar jiem kellhom l-okkażjoni jirrealizzaw li din l-isfida qed ngħixuha llum. It-temperaturi sħan flimkien mal-irjieħ li kellna ġejjin mill-kontinent Afrikan, urew u qed juru biċ-ċar li wara kollox din hija pjaneta waħda. Li wara kollox pajjiżna mhux daqstant ’il bogħod minn pajjiżi oħra li fihom naraw diżastri naturali kbar. Li wara kollox, Malta hija parti minn pjaneta sħiħa u mhix pajjiż iżolat għalih li bħal donnu għandu xi garanzija mill-ħallieq li dak li naraw iseħħ madwarna qatt mhu se jmiss lilna. Sinifkanti, f’dawn l-aħħar jiem kien ilfatt tat-temperatura tal-ilma. Kull min ried imqar jaħsel idu, kemm jekk l-ilma kien ġej minn xi tank tal-ilma fuq il-bejt jew inkella mis-sistema diretta tal-main tal-Gvern, seta’ jinduna li kellu jagħmel ammont konsiderevoli ta’ sekondi (jekk mhux ftit minuti) sabiex it-temperatura tal-ilma tkun tali li wieħed jista’ jissaportiha. Ifisser li esperjenzajna mumenti fejn biex ikollok l-ilma hekk imsejjaħ ‘room temperature’ trid tuża l-enerġija biex tkessħu. Biex iġġibu temperatura normali u mhux biex ikun frisk! Esperjenzajna ġranet fejn kien strumentali li matul il-ġurnata trid iżżomm it-twieqi magħluqin għaliex it-temperatura ġewwa anki bla arja kkundizzjonata, kienet aktar baxxa mir-riħ sħun ta’ barra. U allura bilfors tidher ikbar il-problema meta jkun hemm qtugħ fis-sistema tad-distribuzzjoni għaliex diġà, fis-sena 2021 sirna niddependu fuq l-arja kkundizzjonata sabiex ikollna kwalità ta’ ħajja tajba fi djarna fix-xhur tas-sajf. Dan iwassalni għal tħassib ieħor li rridu naraw. Għax anki fejn jidħol turiżmu, irridu nibdew naraw u nistaqsu liema huwa dak it-turist li jrid imur vaganza f’pajjiż li biex imur iżur postijiet storiċi (għax l-ebda turist mhu se jżur pajjiż biex joqgħod fil-kamra tal-lukanda bl-arja kkundizzjonata), irid jaqta’ nifsu bit-temp. Ħafna jargumentaw: “Imma jien x’nista’ nagħmel?” jew “Pajjiżna żgħir wisq biex iħalli impatt fix-xena globali”. Mhux daqstant. Kull wieħed u waħda minna jistgħu jagħmlu xi ħaġa. Spiss naraw ħela

bla rażan ta’ ilma. Postijiet b’arja kkundizzjonata li jitħallew miftuħa. Żieda kbira fl-użu tal-vetturi privati. Użu ta’ karti bla bżonn. Ġenerazzjoni ta’ skart b’mod li qisu għada mhu se jisbaħ qatt. Dawl mixgħul meta m’hemmx il-ħtieġa... u tibqa’ sejjer issemmi. Dawn u ħafna aktar huma miżuri żgħar li lkoll flimkien nistgħu nieħdu. B’mod perċentwali r-riżultat iva jista’ jkun żghir imma ċertament li ħsara ma tkunx qed issir. L-ispazju huwa limitat imma rrid nagħmel referenza għall-ambjent urban. Fid-dinja tal-lum fejn il-livelli tal-effetti serra qegħdin dejjem jiżdiedu, huwa imperattiv li jkun hemm pjan urban serju fil-villaġġi tagħna. Dan jgħodd kemm għas-sħanat li qed insofru minnhom kif ukoll l-għargħar li kultant iseħħu meta l-inqas tkun qed tistenniehom. Irridu nassiguraw li l-iżvilupp li jsir, ikun wieħed li jista’ jilqa’ għal dawn l-impatti tat-tibdil fil-klima. Dan għandu jiddaħħal bħala rekwiżit ewlieni fl-aġġudikazzjoni tal-permessi. Dik magħrufa bħala Infrastruttrua Ħadra, trid tingħata prijorità. Ġonna, parks, green roofs, green walls, passaġġi għall-mixi, sistemi ta’ drenaġġ; dawn kollha għandhom jilagħbu rwol importanti fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u għandhom ikunu reżiljenti anki għażżmien li ġej. Għandu fost l-oħrajn jiddaħħal ilkunċett tal-vulnerabbiltà tal-proġġett innifsu meta dan jitressaq quddiem l-Awtorità tal-Ippjanar. Għandu jingħata punti għal kemm għandu pjan urban serju li se jwassal allura biex ikun hemm inqas użu ta’ enerġija biex wieħed joqgħod fih. Kunċetti bħal dawn għandhom jibdew jiddaħħlu fl-immedjat sabiex indaħħlu kultura aktar sensittiva f’dan ir-rigward.

Dawn u ħafna aktar huma miżuri żgħar li lkoll flimkien nistgħu nieħdu. Bħala perċentwali r-riżultat iva jista’ jkun żgħir imma ċertament li ħsara ma tkunx qed issir

Sur Editur, Ħa ngħidlek din, Sur Editur. Emminni li ninfiska bl-ikrah nisma’ l-aħbarijiet tagħhom. Għax kien verament għaref fuq l-għorrief dak li ħareġ biha li l-qaħba milli jkollha tagħtik! U mhux se noqgħod ngħid spiżjar ta, flok il-kelma Maltija! Għax qegħdin kif Alla jridna! Dawk li l-ħin kollu jgħawġu ħalqhom u lsienhom, tismagħhom u taqra t-tħarbix tagħhom kollha kliem, li jekk tiktibhom bl-ilsien tagħna joqogħdu jitkażaw u jippużaw tal-puri aktar minn ma nafx xiex! Mela jien nuża l-kelma Maltija. Daqshekk! Imma jrid ikollok wiċċek imċappas biex tagħmel ċerti aħ­ barijiet e! Bħal dik tal-Kap tagħhom li qal li l-Maltin mhux kburin b’pajjiżhom. Issa dan diġà kien qal li għall-barranin Malta hija pajjiż tal-maħmuġin. Reġa’ ħolom li huwa Grieg għandu jkun dan l-għaref. Imma mhux aħjar jaqta’ biljett one way għal Ateni u jħallina ngħixu dan Bernie, jew? Imbagħad ta’ moħħ ta’ mqarruna li hu, ikkritika il-proġett tal-Marsa u donnu mexa fuq il-passi ta’ Delia, mhux Adrian ta, li għamel libell lill-Hatin’Malta, Manuel Delia, il-moħħ ta’ tarja l-ieħor u li dan il-proġett sejjaħlu Spaghetti Junction! Għax dawn jitkellmu b’mod ikkulurit, Sur Editur. Bħal Salvu l-Istar Candidate Mallia. Ara kieku jitkellem xi ħadd minn tagħna bħal Salvu, kieku ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Imma meta jparlaw żejjed tagħhom, u jfaqqgħu xi waħda kerha, dak ikun diskors ikkulurit. Bħall-blalen li se naraw il-lejla ta’ Santa Marija. Dawk kollha kuluri. U tfaqqigħ. L-aħħar waħda ta’ Mallia kienet li pajjiżna Stat Faxxista. U kompla ta! Skont Mallia Malta hija Faxxista daqs l-Italja taħt Mussolini. Aħjar Alla jżommli lsieni. Għax niżbalja, Sur Editur. Aħjar jaraw it-taħwid li għandhom fil-partit tagħhom dawn l-għorrief. Staqsu lil dawk li huma ta’ Adrian Delia! Il-qaddisa x’qed jagħmlulhom. Qed juruhom li hemm l-għaqda bejniethom, kif qed jippruvaw ibellgħuha dawn tal-establishment lin-nies li għadhom jemmnu fil-partit tagħhom. Għax kif jistgħu jibqgħu jemmnuhom meta jiġi Bernie u jgħid li l-proġetti infrastrutturali tal-Gvern tagħna ma jaħsbux għall-futur? U dan meta Fearne ħabbar li hemm permess għall-bini ta’ Outpatients ġdid f’Mater Dei. Għax huma kienu jaħsbu għall-futur ta, Sur Editur! Jekk tħares lejn Mater Dei biss, ukoll tkun taf x’futur ħasbu għalih dal-qabda pċielaq. Wara li damu snin kbar jibnuh, b’konkos li lanqas biss kien tajjeb, qed ikollu jirranġah il-Gvern tagħna. Taf fiex jeċċellaw dawn, Sur Editur? Biex iwerżqu “Irreżenja”. Għal dan full qanna marks jieħdu. Għax b’hekk biss jiddelettaw. Sustanza m’għandhom assolutament xejn. Issa qed iduru għal denbhom. Għax ta’ Manuel Delia, dak li jiddetta kollox hu fil-partit tagħhom, u jiddetta kollox hu f’dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika, werżaq għar-riżenja ta’ Delia l-ieħor – Adrian. Ftit ħin biss wara li dawn li jsejħu lilhom infushom Repubblika kellhom laqgħa ma’ Bernie dwar l-istrateġija politika tal-PeNe. Dik strateġija! Jgħidu lil Adrian Delia jirreżenja! U ħalluna! Din hija l-istrateġija tal-Pellegrin – għax kunjomu ma’ jdurlix daqskemm ma jdurlux ilsienu hu biex jitkellem bil-Malti. Dak li kien tal-Hatin’Malta u issa sar l-aktar persuna fdata tal-partit tagħhom. Dik strateġija e! Block votes kontra l-kandidati tal-fazzjoni ta’ Adrian Delia, fosthom kontra Samuel Azzopardi f’Għawdex fl-elezzjoni reġjonali tagħhom, u issa l-fazzjoni ta’ Simon Busuttil qed timbotta biex Delia jitqaċċat darba għal dejjem mill-partit. Għax dan Sajmin ieħor mill-ħelwin. Qiegħed segretarju tal-PiPiEe, kultant jagħmlilhom kikkra kafè u towst, u għad għandu l-abbatini fil-partit tagħhom, jimminaw ’l hemm u jimminaw ’l hawn. Dan huwa l-partit li jgħid li huwa lest biex jiggverna, Sur Editur. Daqskemm hija lesta Melda tiegħi biex noħorġu naqra. Ilha siegħa ddellek ma’ wiċċha fil-kamra l-baxxa. Imma meta nistenbaħ filgħodu, mingħajr tiżliġ naraha jien! Għad-dieħla!


17

15.08.2021

TLIET PILASTRI GĦALL-IŻVILUPP SOSTENIBBLI ĦOLISTIKU

ALEANDRA MUSCAT Parteċipanta tal-Programm LEAD

Hekk kif id-dinja tkompli taffaċċja sfidi ġodda ta’ kuljum, il-bżonn li nħejju pjan li jassigura li l-impatt tad-deċiżjonijiet li nieħdu ta’ kuljum ma jħallix effetti negattivi fuq il-ġenerazzjonijiet futuri jkompli jikber. Fl-opinjoni tiegħi dan għandu jseħħ billi nħarsu tliet pilastri essenzjali; l-ekonomija, is-soċjal u l-ambjent li fuqhom huma msejsa l-miri għal żvilupp sostenibbli. Iżda għalkemm dawn it-tliet pilastri għandhom jiġu indirizzati b’mod ħolistiku u mhux indipendenti minn xulxin, nisimgħu fuq kif titjib f’wieħed minn dawn il-pilastri ħafna drabi jsir għad-detriment ta’ xi pilastru ieħor. Jekk inħarsu pereżempju lejn l-ekonomija, it-tisħiħ ta’ dan il-pilastru jwassal sabiex id-dħul kemm tal-individwi fis-soċjetà kif ukoll tal-Gvern ikompli jiżdied. Din l-importanza tat-tisħiħ ekonomiku rajnieha b’mod ċar ħafna

tul il-pandemija, hekk kif grazzi għat-tkabbir ekonomiku preċedenti, il-Gvern kien kapaci jinvesti €5 miljun kuljum sabiex isalva l-impjiegi f’pajjiżna. Dan wassalna sabiex ikollna wieħed mill-aktar swieq tax-xogħol reżiljenti madwar l-Ewropa, fejn ir-rata ta’ qgħad baqgħet waħda relattivament baxxa meta kkumparata mal-medja f’pajjiżi oħra Ewropej. Fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena ġie rappurtat ukoll kif innefqa soċjali tal-Gvern żdiedet b’4.9% fuq is-sena l-oħra, sabiex laħqet in-nefqa totali ta’ €582.8 miljun. Dan għalhekk huwa eżempju ċar ta’ kif l-ekonomija u s-soċjal mibnija flimkien jistgħu jwasslu għal-kwalità ta’ ħajja aħjar fost iċ-ċittadini. Iżda għalkemm bħala pajjiż fl-aħħar snin ksibna avvanzi ekonomiċi kbar, l-isfidi soċjali xorta waħda jibqgħu preżenti. Xorta waħda għad għandna individwi fis-soċjetà li jinsabu f’riskju ta faqar, speċjalment l-anzjani u n-nisa. Dan ifisser għalhekk li wasal iż-żmien li nsibu metodi ġodda sabiex nevalwaw iż-żidiet fl-għoli tal-ħajja, billi ssir reviżjoni fil-mekkaniżmu tal-COLA, li huwa kontributur importanti għas-sistema soċjali ta’ pajjiżna. Irridu nibdew inħarsu wkoll lejn sistemi ta’ pensjonijiet aktar sostenibbli li jħarsu r-realtà ġdida li qegħdin naffaċċjaw illum ta’ persuni li qed jgħixu iktar u għalhekk il-bżonn ta’ tfaddil għal dan il-perjodu fil-ħajja

tal-anzjani kiber. Dan jista’ jseħħ ukoll permezz ta’ aktar għarfien fost persuni żgħar li għadhom fiċ-ċans li jissieħbu f’pensjonijiet privati li jgħinu sabiex wieħed ikun jista’ jgħix b’mod aktar komdu wara li jirtira mix-xogħol. Hekk kif aktar nisa daħlu fid-dinja tax-xogħol flaħħar snin, irridu nevalwaw ir-raġunijiet għaliex s’issa l-persentaġġ ta’ nisa f’karigi għolja kemm fil-privat kif ukoll fis-settur publiku għadu wieħed relattivament baxx. Bla dubju ta’ xejn waħda mir-raġunijiet hija l-leave tal-maternità li ma jħallix lok għall-għażla bejn il-ġenituri rigward it-trob-

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

bija tat-tarbija. Huwa għalhekk li għandha tingħata l-għażla għall-parental leave li jista’ jgħin sabiex ikisser l-isterjotip li t-trobbija talulied huwa dmir tan-nisa. Għalkemm saru diversi inizjattivi li jgħinu lill-familji fejn iż-żewġ ġenituri jaħdmu, bħaċ-childcare b’xejn, xorta waħda għad għandna numru kbir ta’ nisa li jagħżlu li jaħdmu inqas sigħat sabiex jieħdu ħsieb it-tfal tagħhom wara l-ħinijiet tal-iskola. Dan ukoll jikkontribwixxi għall-faqar fost in-nisa, hekk kif dan jista’ wkoll iwassal għal pensjonijiet inqas fil-futur u inqas indipendenza finanzjarja. Iżda ekonomija b’saħħitha

u sistema soċjali soda ma jħallux l-impatt pożittiv meħtieġ jekk ma jkunux żviluppati b’mod li jħares il-kwalità tal-ambjent li ngħixu fih. Illum aktar minn qatt qabel nistgħu naraw li l-effetti kkawżati mit-tibdil fil-klima qed naffaċċjawhom preżentament. M’għadniex nistgħu nsejħulha problema ta’ ġenerazzjonijiet futuri għaliex in-nirien li ħakmu lil bosta pajjiżi fl-aħħar jiem huma stampa ċara ta’ dan. Huwa għalhekk ta’ importanza kbira li l-ambjent dejjem jinżamm fiċ-ċentru ta’ dak kollu li nagħmlu, għaliex fl-aħħar mill-aħħar ma jiswa xejn li jkollok l-aqwa benefiċcji soċjali u l-ikbar tkabbir ekonomiku jekk ikun qed jinqered l-ambjent ta’ madwarna fil-proċess. L-ammont ta’ investiment fi spazji miftuħa għall-familji għandu jibqa’ jiżdied, filwaqt li jkomplu jissaħħu l-inċentivi kemm monetarji u anke ta’ għarfien għall-intrapriżi sabiex jitnaqqas it-tniġġis ikkawżat mill-industriji. L-importanza li dawn ittliet pilastri jinbnew id f’id hija fl-interess tal-poplu kollu u bħala ċittadini għandna nkomplu nħarsu l-kuntratti soċjali tagħna li jwasslu għallġid komuni. Jiddependi minna li nagħżlu l-futur kemm tagħna kif ukoll ta’ ġenerazzjonijiet futuri, għaliex bidliet żgħar fil-mod ta kif ngħixu jista’ jkollhom impatt kbir fuq il-kwalità tal-ħajja ta’ kull individwu fis-soċjetà.


18

15.08.2021

FESTA TA’ STORJA, TWEMMIN Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Fil-15 ta’ Awwissu, il-Knisja Kattolika tiċċelebra s-solennità ta’ Tlugħ il-Verġni Marija fis-sema, magħruf b’mod iktar popolari fostna l-Maltin bħala Santa Marija. Minħabba li kienet Omm Ġesù, l-Iben waħdieni ta’ Alla, hi li kienet ippriservata mit-tebgħa taddnub, bħal Ġesù, Marija ġiet irxuxtata minn Alla għallħajja ta’ dejjem. Marija hija l-ewwel waħda, wara Kristu, li esperjenzat il-qawmien mill-imwiet bir-ruħ u l-ġisem u b’hekk hija antiċipazzjoni tal-qawmien tal-ġisem tagħna lkoll wara l-ġudizzju aħħari. Kien il-Papa Piju XII li pproklama l-Assunzjoni ta’ Marija bħala domma tal-fidi. Il-Knejjes Ortodossi jiċċelebraw il-Festa tar-Raqda talVerġni Marija fl-istess jum tal-15 t’Awwissu. Fil-knejjes tal-Lvant u tal-Punent, id-“Dormitio Virginis” u l-Assunta, huma fost l-eqdem festi Marjani fil-kalendarju liturġiku. Fl-1 ta’ Novembru 1950, fis-Sena Mqaddsa, il-Papa Piju XII ipproklama solennement għall-Knisja Kattolika bħala domma tal-fidi, it-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema permezz tal-Kostituzzjoni Appostolika Munificentissimus Deus. “Għalhekk, wara li tlabna bil-ħerqa lil Alla l-imbierek u invokajna d-dawl tal-Ispirtu tal-verità, għall-glorja ta’ Alla li jista’ kollox, li tefa’ l-grazzja speċjali tiegħu fuq il-verġni Marija biex jonora lil Binha, is-Sultan immortali taż-żminijiet u r-rebbieħ tad-dnub u l-mewt, għall-akbar glorja tal-awgusta Ommu u għall-ferħ u l-eżaltazzjoni tal-Knisja kollha, permezz tal-awtorità ta Sidna Ġesù Kristu, tal-appostli qaddisin Pietru u Pawlu u tagħna, inħabbru, niddikjaraw u niddefinixxu bħala domma rivelata minn Alla li l-Omm bla tebgħa dejjem verġni Marija wara li temmet iż-żmien talħajja tagħha fuq l-art, ġiet imtellgħa għall-glorja tas-sema bil-ġisem u r-ruħ. Għalhekk, jekk xi ħadd, kontra r-rieda t’Alla, iħeġġeġ kontra, jiċħad jew jiddubita volontarjament dak li qed niddefinixxu, jitqies bħala mhux dehen iktar li jħaddan il-fidi divina u Kattolika.” Il-Knisja Ortodossa u l-Knisja Appostolika Armena nhar il-15 ta’ Awwissu jiċċelebraw il-festa tad-Dormizzjoni

L-Assunzjoni - Id-Dormitio

(tar-raqda) ta’ Marija. X’niċċelebraw f ’din is-solennità? Marija Immakulata mħarsa minn kull ħtija oriġinali, fl-aħħar tà ħajjitha, fil-mument tal-mewt tagħha ġiet imtellgħa s-sema. Dan ifisser li ġiet milqugħa fil-glorja tal-ġenna bil-ġisem u r-ruħ u onorata mill-Mulej bħala reġina tal-univers. Hekk Marija kienet kompletament konformi ma’ binha l-Mulej, messija u rebbieħ fuq id-dnub u l-mewt. (Konċilju Vatikan II, Lumen gentium, 59). L-Assunta, skont il-Missal Ruman, hija l-ewwel frott tal-Knisja tas-sema u sinjal ta’ tama ċerta għall-knisja pellegrina. Dak li seħħ f’Marija kienet antiċipazzjoni tal-qawmien tal-ġisem għall-bnedmin kollha l-oħra fl-aħħar taż-żminijiet. Din hija solennità li, li tikkorrispondi għad-dies natalis (jum it-twelid għas-sema) tal-qaddisin l-oħra u hija meqjusa bħala waħda mill-festi ewlenin tal-Madonna. Probabbilment intgħażel

il-jum tal-15 t’Awwissu għax ifakkar il-jum tad-dedikazzjoni ta’ knisja kbira lill-Madonna f’Ġerusalemm. X’inhi l-oriġini ta’ din il-festa? L-ewwel kitba affidabbli li tirrakkonta l-Assunzjoni talVerġni Marija fil-sema, ibbażata fuq it-tradizzjoni li kienet għaddiet bil-fomm sa dak iż-żmien iġġib il-firma tal-Isqof San Girgor ta’ Tours (538 - 594), storiku u kittieb reliġjuż Gallo-Ruman. Huwa jikteb hekk: “Fl-aħħar meta l-Verġni Mbierka, temmet iż-

żmien tal-eżistenza tagħha fuq l-art u kienet se tissejjaħ minn din id-dinja, l-appostli kollha nġabru fid-dar tagħha biex jishru magħha. Meta wasal il-ħin tat-tluq tagħha l-Mulej Ġesù ġie bl-anġli tiegħu u ta ruħha f’idejn l-arkanġlu Mikiel u telaq. Mas-sebħ l-appostli poġġew ġismimha fuq sodda, poġġewh f’qabar u sahru miegħu, jistennew il-miġja mill-ġdid tal-Mulej. U għat-tieni darba l-Mulej dehrilhom u ordna li l-ġisem qaddis ta’ ommu jittieħed il-ġenna.” Id-Duttur tal-Knisja San Ġwann Damaxxenu (676 -749)

kiteb: “Kien xieraq li hi li waqt it-twelid żammet il-verġinità tagħha intatta u żżomm ġisimha intatt mill-korruzzjoni wara l-mewt. Kien xieraq li hi li kienet ġarret il-Ħallieq bħala tarbija fil-ġuf tagħha għandha tgħix fid-dar divina wara mewtha. Kien xieraq li l-għarusa ta’ Alla tidħol fid-dar tas-sema. Kien xieraq li dik li rat lil binha stess fuq is-Salib, tikkontemplah bilqiegħda fuq il-lemin tal-Missier. Kien xieraq li l-Omm ta’ Alla tkun onorata mill-ħlejjaq kollha bħala Omm u Qaddejja ta’ Alla.” San Ġermano ta’ Kostanti-

Fl-1 ta’ Novembru 1950, fis-Sena Mqaddsa, il-Papa Piju XII ipproklama solennement għall-Knisja Kattolika bħala domma tal-fidi, it-Tlugħ tal-Verġni Marija fis-sema permezz tal-Kostituzzjoni Appostolika Munificentissimus Deu


19

15.08.2021

U KULTURA

L-EWWEL FESTIVAL TAL-BANED

L-Assunzjoni ta’ Guercino

nopli (635-733), meqjus bħala kittieb fil-quċċata tal-Marjoloġija fi żmien il-missirijiet tal-Knisja, kien favur l-Assunta għal tliet raġunijiet ewlenin li jpoġġi fi kliem fuq fomm Ġesù: “Ejja għażiża omm li minnek ġejt imnissel. Bi dmir ta’ iben irrid inferrħek; irrid inħallas lura ż-żmien li għaddejt f’ġufek, is-sider li reddagħni, l-imħabba tal-edukazzjoni li tajtni. Irrid nagħti ċertezza lil qalbek. O Omm, int li bl-għażla tal-iva tiegħek aċċettajtni bħala ibnek, agħżel issa li tgħix miegħi.” It-tieni ta’ San Ġermanu hija l-purità u l-integrità ta’ Marija u t-tielet huwa r-rwol ta’ interċessjoni u medjazzjoni li hija msejħa biex twettaq quddiem Binha favur il-bnedmin. San Ġwann, Arċisqof ta’ Tessalonika (bejn 610 u 649 ca.) jiddeskrivi fid-dettall l-oriġini tal-festa ta’ Santa Marija. ‘’L. Assunta, ċertament introdotta fil-Knisja tal-Lvant fl-ewwel sekli tal-Kristjaneżmu biex tagħti ġieħ lil dik li ġisimha ġie trasformat għall-ħajja tal-immortalità; b’mod glorjuż, mogħni b’ħajja perfetta u mhux suġġett għar-raqda

tal-mewt. Fl-aħħar nett, għaliex it-Taljani jsejħu l-festa ta’ Santa Marija bl-isem ta’ Ferragosto? Il-kelma Ferragosto ġejja mill-frażi Latina “feriae Augusti” (il-mistrieħ ta’ Augustu) li tindika btala stabbilita mill-Imperatur Awgustu fit-18 QK. li żdiedet mal-festi eżistenti u antiki ħafna li jaqgħu fl-istess xahar, bħall-Vinalia Rustica jew il-Consualia, biex jiċċelebraw il-ħsad u t-tmiem tax-xogħlijiet agrikoli. Il-Ferragosto talqedem, minbarra l-iskopijiet evidenti politiċi, kellu l-iskop li jgħaqqad il-vaganzi ewlenin ta’ Awwissu flimkien u jipprovdi perjodu adegwat ta’ mistrieħ, magħruf ukoll bħala Augustali, meħtieġ wara l-isforzi kbar li jkunu saru filġimgħat ta’ qabel. Dan huwa spunt mill-aspett reliġjuż u spiritwali. Imbagħad hemm il-kultura u t-tradizzjoni speċjalment dik marbuta ma’ pajjiżna. Forsi dari kien jissemma iżjed millum, il-Konvoj ta’ Santa Mar-

L-Assunzjoni

ija li kien daħal proprju fil-15 t’Awwissu li ħabat ma’ jum l-Assunta. Il-Maltin kienu qiesu dan bħala interċessjoni mill-Madonna u ferħu mhux ftit b’dak li seħħ. Il-poplu kien iżjed reliġjuż bi twemmin aktar sod. L-SS Ohio kien daħal nofsu mgħarraq fil-Port ilKbir. Kien Lorenzo Attard mill-Birgu li ħa r-riskju u daħħal dan il-bastiment filPort il-Kbir, li kien qisu bħal manna nieżla mis-sema għall-Maltin f’dak il-mument li kienu assedjati mill-qawwiet tal-Assi. Jingħad, illi kieku dan ma daħalx, il-Maltin kienu se jitgħakksu sew u jbatu minn ġuħ kbir li kien iwassal f’iżjed tbatija u konsegwenzi koroh. Intant, huwa importanti li ngħidu li din l-operazzjoni kienet magħmula proprjament minn 14-il bastiment, iżda fil-Port il-Kbir irnexxielhom jidħlu biss ħamsa wara li l-oħrajn inqerdu mill-Assi. Tlieta minnhom daħlu fit13 t’Awwissu, wieħed kien ħa rotta differenti u daħal il-ġurnata ta’ wara, jiġifieri fl-14 t’Awwissu. Sakemm fil-15

t’Awwissu daħal l-SS Ohio, li kien qed iġorr madwar 10,000 tunnellata ta’ fuel illi kellhom bżonn l-ajruplani Ingliżi sabiex ikomplu joperaw minn Malta. Dakinhar tad-dħul tal-konvoj ta’ Santa Marija, il-Maltin marru jsellmu l-bastimenti deħlin fil-Port il-Kbir fl-isfond tal-kant u d-daqq ta’ Rule Britannia. Immaġinaw x’ewforiżmu kien hemm dakinhar. Immaġinaw il-kuntest. Qabbluh mal-lum, fejn dak li rridu nsibuh mill-ewwel meta f’dak iż-żmien, l-istess pajjiż li ngħixu fih illum, kien mifni mill-gwerra u ma kienx hemm tama. Il-Konvoj ta’ Santa Marija reġa’ ta t-tama lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Mhux ta’ b’xejn li sal-lum, il-festa ta’ Santa Marija hija ċċelebrata bil-kbir u meqjuma b’tant ġieħ. Minn qalbi nawgura l-festa t-tajba lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha. Huwa żmien ta’ mistrieħ għal ħafna nies. Il-15 t’Awwissu huwa jum ukoll, li malli jgħaddi, ħafna jgħidu li s-sajf daqt jintemm.

L-ewwel edizzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Baned, li se jsir fil-Kottonera, mistenni jittella’ fit-tieni u fittielet ġimgħa ta’ Settembru. Dan tħabbar fl-aħħar jiem miċ-Ċermen tal-Fondazzjoni Kottonera Glenn Bedingfield waqt it-tlugħ tal-polza tal-baned li se jkunu qed jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tal-festival, li kien ġie pospost minn Mejju li għadda. Bedingfield qal li s-soċjetajiet tal-baned huma lok fejn ħafna attivisti juru s-sens ċiviku tagħhom billi jaħdmu fil-komunità volontarjament. Il-baned huma parti mill-identità tagħna bħala poplu u joffru pedament sod għal ħafna żgħażagħ kemm fuq livell mużikali u anke amministrattiv. Il-kunċerti, li se jsiru f’erba’ lokalitajiet fil-Kottonera bejn is-17 u l-25 ta’ Settembru, ġew approvati mill-awtoritajiet tas-saħħa u se jittellgħu skont ir-regolamenti maħruġa mill-Awtorità tas-Saħħa. Il-President tal-Għaqda Nazzjonali Każini tal-Banda Dr Noel Camilleri esprima sodisfazzjon li dan il-festival se jservi biex il-baned Maltin jerġgħu jibdew isemmgħu leħinhom fil-pubbliku wara kważi sentejn wieqfa minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Apparti l-poloz talbaned, tħabbru wkoll l-erba’ kompożizzjonijiet minn kompożituri lokali li ntgħażlu minn panel espert internazzjonali, għax dan il-festival għandu żewġ għanijiet: li jkompli jtejjeb il-kompożizzjonijiet u li jsaħħaħ is-sehem talbaned. L-erba’ baned li telgħu bil-polza huma: • Banda San Ġużepp – Il-Kalkara • Banda Re Ġorġ V – l-Imqabba • Banda Sant’Elena – Birkirkara • Banda San Ġorġ Martri – Ħal Qormi Waqt li l-erba’ kompożizzjonijiet magħżula huma: • Tarsena Suite – Daniel Vella • Ġrajjiet il-Bastjun – Carl Borg • La Battaglia – Etienne Spiteri • Mill-Gardjola – Raymond Magri


20

15.08.2021

Joseph Stafrace

KLIEB GĦAS-SERVIZZ TAL-BNIEDEM Kulħadd jaqbel li l-aktar pet domestiku leali hu l-kelb u fil-każ ta’ Benjamin Zammit, li jbati mill-awtiżmu, Quincy kienet il-kelba li biddlitlu ħajtu totalment. Fiha jsib dak kollu li jressqu ferm aktar lejn ħajja normali. Quincy ġiet imħarrġa mill-Fondazzjoni tas-Service Dogs Maltija u ngħatatlu tliet snin u nofs ilu, minn meta l-ġenituri tiegħu Eric u Joanne skoprew bidla enormi fl-atteġġjament ta’ binhom Benjamin. Minn CHARLES B. SPITERI

Eric, kif sirtu tafu bil-fondazzjoni? Fl-iskola primarja, ibni kellu LSE one to one. Hemmhekk, kien mar raġel nieqes middawl bil-kelb tiegħu biex jagħtihom taħdita. It-tifel feraħ immens meta ra l-kelb u xtaq li jkollu wieħed. Għalhekk għamilna l-kuntatti meħtieġa u sibna li dak irraġel kien Joseph Stafrace, li hu s-Service Manager tal-fondazzjoni tas-Service Dogs. Imma għaliex mortu għal Service Dog? Għax lit-tifel ħajruh jibda jmur għat-terapija. Ħadnieh u rajna kambjament kbir fih, għax ħa interess enormi u pjaċir kbir. Bħala benefiċċji mill-kelba xi ssibu? Tfal bl-awtiżmu ma jkollhomx ħbieb u għalhekk l-akbar ħabiba tiegħu hi l-kelba. Tant hu hekk, li llum Benjamin u Quincy saru inseparabbli. Meta toħorġu barra mid-dar, issibu xi problemi? Le. Quincy hi mgħallma tajjeb u neħduha magħna kullimkien. It-tifel draha sew, u bit-taħriġ li ngħatat Quincy, l-għaq-

da ta’ bejniethom hi xi ħaġa taħriġ jien ukoll u meta l-kelmeraviljuża, għax ifittxu lil ba dehret li ngħaqdet magħxulxin. na, tawhielna. Hemm proċess ftit twil u teħtieġ tiġbor apJiġifieri din timxi billi plikazzjoni mingħand Joseph jżommha hu, bħal klieb Stafrace. oħra? * * * Għandhom xedd apposta biex tingħaraf u biex ħadd Tkellimt ukoll ma’ Joseph Stama jkellimha fit-triq. Magħha frace biex insir naf aktar fuq jaqbdu żewġ ċineg; waħda din il-fondazzjoni u ngħaddiljżommha Benjamin u l-oħra kom din l-informazzjoni. jien. Meta nkunu għal xi mixja, Benjamin imexxi lill-kelba, Joseph, xi kemm ilha li li tkun qed tindukrah il-ħin twaqqfet il-fondazzjoni u kollu. Immorru biha kullim- kemm huma meħtieġa nies kien, bħal f’ristoranti u bosta biex tħarrġu lill-klieb? postijiet oħra. Ġieli f’Ħal Luqa nimxu man-naħa ta’ barra Il-fondazzjoni twaqqfet tar-runway. Anki għal week- tmien snin ilu, jiġifieri fl-2013. end breaks neħduha magħna. Għat-tagħlim teħtieġ ħarrieġ (trainer) u familji li jżommu Issibu problemi ddaħħluha l-ġriewi li aħna nġibuhom fil-lukandi u r-ristoranti? għandna meta jkollhom U tissuġġerixxu lil ġenituri tmien ġimgħat (puppy raisoħra jagħmlu użu minn ers). Dawn iżommuhom għal dawn il-klieb? sena u nofs. F’dan il-perjodu, il-ħarrieġ jibda jara x’inhu Bil-liġi, klieb hekk jitħallew jagħmel il-kelb, jgħallmu l-afjidħlu kullimkien basta jkoll- farijiet bażiċi, bħal joqgħod hom il-vest. bilqiegħda jew mimdud u jiġi Lill-ġenituri bi tfal meta ssejjaħlu. Dawn nirbħal tagħna, ċertament li riferu għalihom bħala l-atti nħeġġiġhom, iżda ngħidilhom tal-ubbidjenza. li jrid ikollhom dedikazzjoni kbira. Iridu jifhmu li f’dar- Jiġifieri t-taħriġ, anki min hom se jdaħħlu pet, li jkun se jżomm il-ġeru jrid jieħu jeħtieġ l-attenzjoni, iżda se sehem fih? jsibu ħabib tassew għal uliedhom, tant li jridu jgħodduh Iva u importanti li jsegwi l-isbħala parti mill-familja. Meta truzzjonijiet li tagħtih il-fonkienu se jagħtuna lil Quincy, dazzjoni. Pereżempju l-ġeru għamilt xi 15-il sessjoni ta’ ma jistax jitla’ fuq is-sodod;

fuq is-sufanijiet u man-nies. Biex jiekol, l-ewwel tgħidlu joqgħod bilqiegħda u mbagħad tibagħtu jiekol. Għax id-dixxiplina, anki ma’ kelb, hi importanti. Iżda ma’ kelb x’dixxiplina tista’ tuża?

jgħinu persuni bl-awtiżmu; oħrajn li jservu ta’ għajnuna imprezzabbli għal individwi li jinsabu f’siġġu tar-roti; oħrajn għal persuni neqsin mis-smigħ. Iżda s’issa, Service Dogs Malta Foundation taħdem f’żewġ oqsma biss: dik għal persuni bl-awtiżmu u bid-dijabete. Inħarrġu wkoll Trid tagħmillu dixxiplina klieb biex jagħmlu terapija bl-imħabba. Meta jagħmel mat-tfal u l-anzjani. xi ħaġa tajba tagħtih premju – xi ħaġa li jħobb. B’hekk Jiġifieri kull kelb jew kelba tiskanta kemm jitgħallem jiġu mħarrġin għal hekk? U malajr dak li tkun trid minnu kif jindunaw bid-dijabete jew u jkun jaf li jekk tgħidlu jo- bl-awtiżmu? qgħod bilqiegħda u jobdi, se jakkwista rigal. Ejja nibdew bid-dijabete. Mhux kull kelb hu tajjeb; għax Niġu għall-fondazzjoni. Kif l-annimali bħall-bnedmin. bdejtuha? Kien hemm xi Hawn min hu tajjeb għal ħaġa ħadd li rsista għal xi kelb? u min għal oħra. Aħna naraw li kelb ikun tajjeb biex jagħraf Le, bażikament konna jien u id-dijabete għax ixammem Sara Grech u qbilna li nwaqq- ħafna. U meta nindunaw li fu din il-fondazzjoni, flimkien l-kelb jaf juża ħafna mnieħru, ma’ Robert Spiteri li jgħallem naqbdu biċċa tajjara u nxarlill-klieb. Dan wara li b’mod rbuha bis-saliva tal-bniedem ġenerali kien hemm bħal tal- u jsir taħriġ ieħor fuq il-kelb. ba għas-service dogs u lqaj- Issa aħna nafu li z-zokkor na għal din il-ħtieġa. Iltqajna normali fil-bniedem ikun fi ma’ persuni li talbu l-għa- grad bejn erbgħa u ħamsa. jnuna għall-klieb u qtajnieha Meta l-livell taz-zokkor ikun li nwaqqfu l-fondazzjoni. taħt il-livell erbgħa, il-kelb jinduna u javza lill-persuna U x’servizz joffru dawn jew lill-ġenituri tiegħu, billi il-klieb imħarrġin? jew imur imisshom jew jinbaħ, skont kif ikun imħarreġ. Is-service dogs jistgħu jwet- Dan jiġri wkoll meta l-livell tqu bosta xogħlijiet. Hemm taz-zokkor jogħla. dawk għall-individwi li jbatu Imbagħad hawn min li kif mill-kundizzjoni tad-dijabete; jinżillu z-zokkor joħroġlu hemm service dogs li jistgħu l-għaraq u jarmi ċerta riħa,


21

15.08.2021

Benjamin

li l-kelb imħarreġ jagħraf- meta tifel jew tifla taħrab ha. tiġri. Allura tintrabat ċinġa minn mat-tifel jew tifla għal Jiġifieri kelb jagħraf lil kull mal-kelb u meta dak li jkun min ibati miz-zokkor? jipprova jitlaq jiġri, il-kelb jintefgħalhom fl-art u bħal Jista’ jkun li l-kelb javżah jankra. ukoll, iżda l-kelb ikun imħarreġ għal dik il-persuna li tkun Mela tabilħaqq qed iservu tieħu ħsiebu u l-intimità u skop tajjeb dawn il-klieb li r-rabta bejn il-persuna u tgħallmu. l-kelb tkun kbira immens. Terġa’ fit-taħriġ li jingħa- Iva u tant hu hekk li għandta, aħna rridu nkunu ċerti li na każ fejn familja qatt ma r-rabta (bond) bejn il-kelb u attendiet għal festa, iżda l-bniedem tkun totali, biex permezz tal-kelb, bdiet tmur. tingħata l-aqwa għajnuna. U Għax it-tifel ikun qed jiffoka jekk kelb ikun moħħu f’kollox fuq il-kelb u mhux fuq l-ambu f’kull ħaġa li jara, allura ma jent ta’ madwaru. jkunx tajjeb għall-iskop tagħna. Semmejtli wkoll li l-klieb iġġibuhom ta’ tmien U biex din ir-rabta titkattar ġimgħat. Issibuhom minn xi jkun meħtieġ? hawn Malta jew iġġibuhom minn barra? Trid tkun l-istess persuna indukrata li tagħtih jiekol, Jekk ikunu lokali nġibuhom għax waħda mill-affarijiet ta’ tmien ġimgħat, għax li ġġiegħel lill-kelb iħobbok lill-ġeru tista’ tifirdu minn hi meta titimgħu. Tiskanta ma’ ommu, wara dak il-perkemm l-ikel iressaq flimkien jodu. Mill-banda l-oħra, jekk lill-kelb mas-sid. inġibuh minn barra jkun ikImbagħad hemm l-ib- bar għax biex jidħol Malta jrid braxxjar tax-xagħar tal-kelb, jgħaddi minn proċeduri bħal li tkompli tagħmilhom ħaġa injezzjonijiet, iċċippjar u jasal waħda. ta’ xi tliet xhur jew erbgħa. Aħna ġeneralment nużaw Barra mid-dijabete klieb tar-razza Labrador u semmejtli l-awtiżmu. Il-kelb Golden Retriever, inkella kif se jagħrfu? taħlita tat-tnejn. Id-differenza bejn is-sesFil-każ ta’ bniedem bl-aw- si ma tagħmilx differenza. tiżmu, il-kelb irid ikollu tem- L-importanti jkun it-temperperament kalm, għax jekk ament tal-klieb, għax hu jħoll persuna tkun fuq tagħha u u jorbot. tibda toqmos u ddur ’l hawn u ’l hemm, il-kelb jibda jagħmel Xi kemm hawn klieb bħalu, għax ibeżżgħu jew ide- imħarrġa s’issa f ’pajjiżna? jqu. Jaf ikollok familja li tmur Bħalissa għandna għaxtixtri minn supermarket. Issa ra; tmienja fuq l-awtiżmu u ħaġa importanti għal min tnejn fuq id-dijabete. Bl-awikollu l-awtiżmu hi li kemm tiżmu hawn numru qawwi. jista’ jkun iżomm rutina. Jiġi- Terġa’ minn dawn it-tmint fieri jekk flok minn passaġġ, iklieb, għandna tnejn bartgħaddih minn ieħor, l-indi- ra l-pajjiż, għax il-familvidwu jagħtih tantrum. Għal- ji emigraw u ħadu lill-klieb hekk ir-rwol tal-kelb hu li magħhom. t-tifel jew tifla bl-awtiżmu jiffukaw fuqu u hu jaljenahom. Għal klieb ta’ ‘servizz’ biex U jekk lil dak li jkun tinbidillu ngħidulhom hekk, jista’ t-triq, ma taffettwahx. japplika kulħadd? U xi kemm Issa sitwazzjoni oħra hi itul it-tagħlim?

Iva kulħadd jista’ japplika. It-tagħlim jieħu bejn tmien ġimgħat u sentejn. Issa service dog idum fisservizz għal għaxar snin. Wara dan iż-żmien, il-kelb ikun irtirat. Jieqaf minn xogħlu u jew tibqa’ żżommu l-familja bħala pet, flimkien ma’ ieħor, jew issiblu familja li taddottah. Fuq punt differenti u bħala kelb gwida, jien għadni bl-ewwel kelb. Għandu erbatax-il sena u seba’ xhur. Bqajt inżommu għalkemm saħħtu mhix tajba, imbagħad la jagħlaq għajnejh, nara. Iżda għalissa la għadu jiekol, jixrob u joffrili l-għajnuna, nibqa’ nżommu salaħħar. Mela tiegħek qabeż l-għaxar snin. U ħafna minn dawn il-klieb taddottawhom minn ftit wara li jitwieldu? Tiegħi iva, iżda ġeneralment is-servizz li jagħtu, itul kif għedtlek. Issa fuq il-klieb żgħar, naċċettawhom jekk ikunu tajbin għal dak li nkunu nixtiquhom jagħmlu. U kif tfittxuhom? Meta xi ħadd joffrilna kelb, naraw l-istorja tiegħu u minn fejn ikun ġej. Għax hu importanti li twieled f’familja u mhux fit-triq, biex inkunu nafu aktar fuq saħħtu. Infatti hawn ħafna Labradors li jbatu minn saqajhom ta’ wara. Dan, għax it-tgħammir ikun sar bl-addoċċ u għax is-sidien ma jkunux iċċekkjaw sew saqajn ir-raġel u l-mara qabel ma jitilquhom flimkien. L-importanti għalihom li jkollhom il-ġriewi u jaqilgħu l-flus minn fuq kull ġeru. Iżda bħala fondazzjoni, aħna nassiguraw irwieħna mill-istorja tal-kelb, il-pedigree u jekk ikollux problemi ta’ saħħa. Għax anki għalina, jekk ikollna kelb mhux skont il-livell, se nkunu investejna ħafna ħin u flus fix-xejn. Bħala taħriġ fejn jingħata?

Ġeneralment isir fit-toroq, għax hu importanti li lill-kelb iżżommu f’saħħtu kemm jista’ jkun, jintegra man-nies, jidra jisma’ l-ħsejjes tal-karozzi, il-ħornijiet, u l-irwejjaħ anki f’supermarket. Jiġifieri aktar ma l-kelb jinżamm barra, aktar jitgħallem.

Meta tagħtu kelb lil xi familja, din tkun obbligata tħallas xi ħaġa?

Le. Il-qasam soċjali hu għal qalbi ħafna. Nemmen li familja, jekk hi diġà mgħattna, m’għandekx tkompli tgħattanha. U bħala bniedem b’diżabilità jien ukoll, nemmen li l-klieb għandhom Sakemm kelb jitgħallem, jingħataw bla ħlas. irid ikollu lill-ħarrieġ dejjem Imbagħad, jekk familja miegħu? tkun tixtieq tagħti donazzjoni, affari tagħha u tkun apLe. Parti mix-xogħol tal-famil- prezzata ferm. ja hi li t-trainer jgħidilha: “Illum, li qed nara lill-kelb batut Mir-riżultati miksubin għall-karozzi, oħorġuh barra s’issa, x’taraw għall-futur? aktar, ħa jidra.” U l-ħidma li jagħtiha t-trainer trid timxi Xogħol hemm kemm trid u fuqha. t-talba hi kbira. Diffikultà li għandna hi li nsibu akIt-trainer li għandkom, ħa xi tar puppy raisers, għax tagħlim barra? min iżommhom fiċ-ċokon tagħhom, tiġih reqqa biex Fil-bidu ġibna tnejn minn Tex- wara sena jinfired minnas, l-Amerka u taw it-taħriġ hom. Iżda min jidħol għal fostna. Issa llum għandna lil din il-ħidma jrid itambar Robert Spiteri li ħa x-xogħol f’moħħu li dak il-kelb se tagħhom ta’ taħriġ. jżommu għal ftit żmien biex ikun jista’ jgħin lil xi ħadd li Bħala spezzjoni lill-klieb, hu fil-bżonn. issirilhom? Kemm-il kelb qed tgħallmu Meta l-fondazzjoni tagħ- bħalissa u puppy raisers ma ti kelb lil xi ħadd fil-famil- jistgħux ikunu l-familji stess ja, isir ftehim li għandhom li jridu l-kelb? iżommu lill-kelb nadif, fi stat fiżiku b’saħħtu, li joħorġuh, Bħalissa qed inħarrġu erbat li t-taħriġ li ngħata l-kelb iklieb. Issa, ġieli jkun hemm jitkompla u ma jippruvawx ċirkostanzi fejn familja tinjgħallmuh affarijiet ġodda dokra hi stess lill-kelb minn bl-addoċċ. żgħir, iżda ħa nsemmilek każ. Pereżempju aħna nisħqu Għandek familja b’tifel li kelb għas-servizz ma jitlax bl-awtiżmu u tajnieha l-ġeman-nies. Issa jekk il-mis- ru. Imma jekk il-kelb ma jisier jew xi ħadd mill-familja rnexxix, għax mhux kollha joqgħod jgħidlu: “ejja għan- jirnexxu, kif se tfiehem litnaqni jew tini hug”, hemm tifel? Għalhekk, idealment iċ-ċans li dan jibda jogħla. ma tkunx il-familja stess li se Għalhekk hu importanti li tibbenefika, li tagħmilha ta’ għal affarijiet ġodda, l-ewwel puppy raiser. jitkellmuhom mal-fondazzjoni. Meta niġu għall-ikel, x’għandu jintema’ l-kelb? U rigward tas-saħħa tal-kelb? Aħna nissuġġerixxu d-dry food. Jingħata minnu bilHu obbligu tal-familja li tieħu qies, darba filgħodu u darba lill-kelb għand il-veterinarju, filgħaxija, biex ma jeħxtagħtih l-injezzjonijiet, l-ikel ienx u mhux ikel minn u eżerċizzju tajjeb. tagħna.


22

15.08.2021

NEIL HALES

B’KUNTRATT SPEĊJALI MA’ LABEL LEĠĠENDARJA R&S RECORDS Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li l-kuntentizza tiegħu jsibha l-iktar meta jintefa’ fl-istudio tiegħu u jesperimenta bi ħsejjes u mużika differenti. Qed nirreferi għal Neil Hales. Għandu 31 sena, joqgħod il-Fgura u jaħdem ma’ kum­ panija tal-avjazzjoni. Apparti naturalment il-passatemp u x-xogħol tal-mużika, iħobb ħafna l-films u ċ-ċinema, iħobb ukoll iġemma’ statwi tal-films u l-comics. Xi naqra ħin quddiem l-aquarium ma jonqosx ukoll. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna li għalih ilfamilja dejjem tiġi l-ewwel u qabel kollox. Huwa wkoll persuna li ħajtu dejjem għaddejja b’ritmu mgħaġġel, iżda mimlija b’affarijiet li veru jieħu pjaċir jagħmel. Bħala persuna jħobb japprezza immens l-affar­ijiet sempliċi, iżda mill-banda l-oħra huwa persuna wkoll li jħobb ħafna d-dinja tat-teknoloġija. Huwa producer tal-mużika elettronika fejn jispeċjalizza l-aktar f’mużika acid house u techno. Minn kif tħadded miegħi matul din l-intervista, sirt naf li l-istil ta’ mużika acid beda lura fiż-żmien it-80 meta l-kumpanija Roland kienet ħarġet apparat li joħloq ħoss li jixbah dak ta’ kitarra talbass. Dan l-apparat, it-TB-303 kien prattikament falliment qabel ma wasal għand żewġ producers Amerikani magħ­ rufa bħala Phuture. Bil-mod li dawn it-tnejn użaw dan l-apparat nistgħu ngħidu li kienu ħolqu stil ta’ mużika ġdid. Ftit wara dawn ħarġu l-ewwel diska magħmula b’dan l-apparat li kien jisimha ‘Acid Tracks’. Minn dakinhar tista’ tgħid li twieled l-istil ta’ mużika Acid House. Dan l-istil kiber b’mod kbir speċjalment fl-Ingilterra u minnu ħarġu bosta stili oħra fosthom it-trance, it-techno, u stili oħrajn li nisimgħu llum. Peress li Neil huwa magħruf aktar bħala Acidulant, ridt inkun naf eżatt x’tirrappreżenta u minn fejn proprjament tfassal dan l-istage name. “Pjuttost ftit tad-daħq din l-istorja, iżda l-kelma Acidulant ġejja minn l-ing­ redjenti li jkunu mniżżlin fuq

wara ta’ flixkun tal-luminata. Bażikament Acidulant huwa ingredjent li ssibu f’ħafna xorb u ikel u kienet skuża taj­ ba li nużah bħala stage name għax għalija jfisser li kulħadd għandu xi naqra Acidulant ġo fih,” tbissem jgħidli. Li rnexxielu jikteb ismu fl-istorja ta’ label tal-mużika huwa diġà unur kbir Ta’ min jgħid li dan l-aħħar, Neil iffirma kuntratt speċjali ma’ label tal-mużika leġġendarja R&S Records. Filfatt, dan kien ftit tal-ġimgħat ilu, fejn iffirma kuntratt ma’ din il-label li għalih kienet waħda mill-ħolmiet li jista’ jgħid ġiet realtà. “Minn mindu kont tifel żgħir u bdejt nin­teressa ruħi fil-mużika, din il-label kienet diġà label rinomata li llum il-ġurnata ċerta mużika li ħarġet fuqha tista’ titqies bħala waħda leġġendarja fil-ġeneru tagħha. Id-diska tiegħi ser tkun inkluża f’release speċjali li hija kkurrata direttament mill-owner tal-label Renaat

Vandepapeliere u ser toħroġ dan is-sajf li ġej f’verżjoni vinyl kif ukoll dik diġitali,” stqarr miegħi. Fil-fatt, issa huwa l-ewwel artist Malti li ħareġ mużika ma’ din il-label leġġendarja. Ħadt il-kummenti tiegħu dwar dan il-fatt. “Li rnexxieli b’xi mod nikteb ismi fl-istorja ta’ din il-label huwa diġà unur kbir, iżda naħseb insib aktar unur fil-fatt li jien l-ewwel persuna li ġarrejt il-bandiera Maltija fost l-artisti l-oħra li diġà jinsabu fuq din il-label.” Aktar minn hekk, Neil s’issa magħruf għall-mużika tiegħu fuq Balkan Vinyl (UK), Fundamental (ES) & DJ Pierre’s labels Jack Trax Records & Afro Acid (US). Kompla jgħidli li dan l-aħħar kien ukoll ixxurtjat li wieħed miż-żewġ persuni li semma ftit qabel li vvinta l-istil Acid House, DJ Pierre, għoġbitu l-mużika tiegħu u talbu biex joħrog xi releases fuq il-label tiegħu ‘Jack Trax Records’. “Dawn kienu releases Acid House b’influwenza oldschool, iżda b’ħafna elementi moderni u ndaqqu

minn bosta artisti rinomati f’din ix-xena, fosthom Dixon, AME, DJ Pierre, Solomun u aktar. Apparti dawn, kelli wkoll ix-xorti li noħroġ xi xogħol fuq waħda mill-aktar record label ‘Acid’ attiva fl-Ingilterra, ‘Balkan Vinyl’. L-aħħar release ħarġet fuq is-sub-label tagħha ‘Metro Jaxx’ bid-diska “Who’s The Gangster In You”, li qed tiġi ssapportjatha minn artisti bħall-BICEP u Rob Hall. Fuq Fundamnetal Recordings u Transparent Sound għandi wkoll xi releases li huma aktar Electro, u fi ftit ġranet oħra wkoll, għall-ewwel darba, ser noħroġ album taħt isem ġdid “Collateral Intelligence”. Dan ser ikun proġett aktar intimu għalija u pjuttost aktar mużika ispirata mit-teatru u ċ-ċinema.” Kuntent meta jintefa’ fl-istudio u jesperimenta bi ħsejjes u mużika differenti Mistoqsi x’sodisfazzjon tagħtih il-mużika u jekk jikkunsidrahiex bħala l-uniku xogħol tiegħu, Neil weġib-

ni: “Aktar milli sodisfazzjon, il-mużika tagħtini l-pjaċir, u dik hija ħaġa li nibqa’ nfittex u niġi lura għaliha. Kif insostni dejjem, fil-ħajja trid dejjem tagħmel dak li jagħmlek kuntent, u fil-każ tiegħi dak li jagħmilni kuntent huwa li nintefa fl-istudjo u nesp­ erimenta bi ħsejjes u mużika differenti. Minn daqshekk, dejjem nikkunsidra u noħlom li xi darba xogħli jkun biss il-mużika, iżda bir-riżorsi u l-progress li lħaqt, s’issa għadni ma kellix l-opportunità li naqleb għal din il-paġna l-ġdida. Għalkemm xogħli mhux il-mużika, xorta waħda niddedika minn tal-inqas 20 siegħa fil-ġimgħa,” stqarr miegħi. Naturalment ix-xogħol mużikali tiegħu jibda minn ġewwa l-istudio tiegħu, iżda jlaqqgħu ma’ ħafna artisti oħra bħal żeffiena u atturi. Fil-fatt, waħda mir-raġu­nijiet għalfejn il-mużika tagħtih pjaċir, huwa għall-fatt li permezz ta’ proġetti u għaqdiet mużika li huwa involut fihom, jirnexxilu jiltaqa’ ma’ nies


08.11.2020 15.08.2021

23

SKEDA ONE 12:30 12:40 12:45 13:00 13:51 14:50 15:15 15:23 15:30 15:35 17:35

ONE News Teftif Telebejgħ Tfesfisa Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Teżori Primetime Preview ONE News Espresso Flimkien ma’ Nancy

18:30 19:17 19:20 19:30 20:07 20:15 20:30 21:00 22:29 23:30

Fish On TNEJN Tentufiet 16-08 ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Dak kien żmien?! Cash Ride Division 7 ONE News

06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Fish On 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Ghajn 11:20 Tentufiet 11:50 Durella

12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 13:55 14:47 15:30 15:35 17:37 18:10

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta

18:30 19:14 19:16 19:30 20:07 20:15 21:00 22:00 22:29 23:30 23:45

Pink Panther Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Fish on Follow Up Niftakru Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:36 12:14

12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:35 18:07 18:30

ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ħabrikt Mad-daqqa t’Għajn

19:13 Tentufiet ERBGĦA 19:20 ONE Sports 18-08 & Temp 19:30 ONE News 20:08 Primetime Preview 20:18 Pajjiżi 20:30 Melodija Taljana 21:00 Tonight 22:23 Division 7 23:40 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:31 Mad-daqqa t’Għajn 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt

12:07 12:30 12:35 12:48 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Moda L-Istorja

18:30 19:05 19:15 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 22:17 22:00 23:30

Melodija Taljana Teżori Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Pirotekniċi Tentufiet Division 7 ONE News

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:00 10:00 10:30 11:30 12:10

12:30 12:35 12:45 13:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00 18:30 19:00

ONE News Teftif Teżori Drama Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Il-Kostruzzjoni Reboot Pajjiżi

19:15 19:20 19:30 20:10 20:15 20:30 21:00 22:00 22:30 23:30

ĠIMGĦA Tentufiet ONE Sports 20-08 & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Country Jamboree Mad-Daqqa t’Għajn Tentufiet Division 7 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:50 Teżori 08:00 Il-Quddiesa tal-Jum 08:32 Teftif 09:30 Ħabrikt 10:00 Telebejgħ

10:26 10:30 11:30 12:30 12:35 12:45 13:36 15:00 15:30

Pajjiżi Flimkien ma’ Nancy Mad-Daqqa t’Għajn ONE News Teftif Klassi Għalina Taste & Travel Ieqaf 20 Minuta ONE News

15:35 16:30 16:50 17:35 19:20 19:30 20:05 20:35 00:00

Fish on Moda L-Istorja Melodija Taljana Pirotekniċi ONE Sport & Temp ONE News Music Legends Arani Issa One News

06:15 06:45 07:15 07:30 07:40 08:00 08:40 10:00 10:50

11:50 12:30 12:35 12:45 13:42 14:00 15:00 15:30 15:35

Reboot ONE News Teftif Klassi Għalina Teżori Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Arani Issa - Maratona

19:20 19:30 20:06 20:33 21:13 22:08 23:40 23:55

One Sport & Temp ONE News Niftakru Attività Politika Cash Ride Tonight One News Follow Up

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:35 11:38 12:13

ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durella Quddiesa tal-jum Mad-Daqqa t’Għajn Telebejgħ Country Jamboree Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin

TLIETA 17-08

ONE News Country Jamboree ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pink Panther Telebejgħ Dak Kien Żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda L-Istorja Ulied Maltin

ĦAMIS 19-08

differenti minn oqsma oħra tal-arti. “Għalija ħaġa hekk hija fundamentali għaliex timlieni b’ħafna ispirazzjoni. Għalkemm il-mużika inġenerali tispirani, inħoss li l-ispirazzjonijiet prinċipali tiegħi ġejjin minn oqsma artistici differenti u mhux mill-mużika biss.” Ta’ min jgħid ukoll li Neil huwa wieħed mill-fundaturi ta’ Electronic Music Malta (EMM) li hija organizzazzjoni li tippromwovi mużika elettronika fi ħdan il-Gżejjer Maltin. Tkellimt miegħu dwar dan sabiex inkun naf aktar dwar irrwol tiegħu. “Electronic Music Malta għandha post verament speċjali f’qalbi għax bis-saħħa ta’ erbat iħbieb b’ideat komuni, irnexxielna nibnu qafas ta’ edukazzjoni li jkisser it-tabù kbir li jeżisti fuq il-mużika elettronika, fejn ċerti nies jassoċċjawha biss ma’ prattiċi illegali u abbuż ta’ sustanzi. Din l-organizzazzjoni llum kibret b’mod li kważi lanqas konna nemmnu fih u dan seħħ bissaħħa ta’ dedikazzjoni kbira għal tul ta’ żmien mit-tim kol-

lu ta’ EMM, b’mod speċjali, Edwin Balzan u kif ukoll bis-sapport tal-Malta Arts Fund u Spazju Kreattiv. F’din l-organizzazzjoni llum inservi bħala konsulent għal proġetti u innovazzjoni, u kif ukoll wieħed mill-kuraturi tal-konferenza annwali ta’ EMM ‘Circuits’.” Jittama f ’esperimenti ġodda u aktar gigs barra minn Malta Miegħu ddiskutejt ukoll dwar jaħsibx li hawn Malta hawnx firxa biżżejjed biex artist bħalu jesponi ruħu pubblikament. “Nemmen li eventwalment ilpajjiż innifsu m’għandux jillimitak biex tesponi ruħek. Għandek dejjem tesplora kull possibbiltà biex tesponi ruħek kemm f’Malta, kif ukoll barra minn xtutna.” Fl-aħħar nett, Neil ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ ewlieni li għandi għall-qar­ rejja huwa biex dejjem jaraw il-ħajja b’perspettiva aktar pożittiva, jagħmlu dak li jagħmilhom kuntenti u dej­ jem juru rispett lejn xulxin.”

ONE News Niftakru ONE News Durella Il-Quddiesa tal-Jum The Local Traveller Pajjiżi Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin

SIBT 21-08

ONE News Dak kien Żmien ONE News Duurella Ħabrikt Il-Quddiesa tal-Jum Paper Scan Attività Politika Indhouse

ĦADD 22-08


24

15.08.2021

reċensjoni tal-ktieb

IT-TPESPISA TAT-TAMA

NOTI, KRIB U FWAWAR... MIT-TAĦBIT TA’ QALBI! Il-ktieb kollu joffri xenarju vast u mirqum fl-esperjenza umana. Ma nixtiqx li f’dan l-istadju tal-preżentazzjoni, nagħmel xi sinteżi tal-kapitli li fih għax ma rridx intellef lill-qarrej milli jagħmel din l-iskoperta waħdu. Hemm vrus u frażijiet li trid taqrahom bil-mod sew għax minbarra li huma qawwija u inċisivi ħafna, kważi kull kelma terġa’ mbagħad tiftaħlek dimensjonijiet oħra fl-istess realtà. Meta kont għadni kemm qrajt id-daħla biss, qalbi kienet diġà bdiet tħabbat b’mod mgħaġġel. Frażi wara oħra u bdejt inħossni ngħix esperjenzi ta’ kull tip. U dan meta kont għadni fid-daħla biss! Imbagħad fil-kapitli kollha, wieħed wara l-ieħor - kollha ġeografiji reali - bdejt mhux biss niskopri u nirrifletti tant xorti, imma bqajt nesperjenza kull tip ta’ emozzjonijiet. Bqajt inħoss hekk sal-aħħar vrus tal-ktieb. Waqt li tkun qiegħed taqra, faċli tħoss il-qalb, il-moħħ u l-ispirtu ta’ Fr Ray. Faċli timmarka l-enfasi u l-impronta partikolari tiegħu. Tħoss il-ħeġġa ta’ qalbu u ta’ talbu. Tħoss kliemu jmissek fil-fond ta’ qalbek. Fi kliemu hemm melodija, armonija u balzmu, daqskemm hemm mumenti oħra fejn ċerti xbihat jiddisturbawk u jħalluk letteralment bla kliem. Fih hemm leħen ta’ kuxjenza li hu silenzjuż u jgħajjat fl-istess ħin. Il-kitba hi limpida u mexxejja. Xejn mhu kriptiku jew imgeżwer. Xejn mhu miraġġ, virtwali jew mistħajjel. Hemm esperjen-

za li ssarrfet f’kontenut psikoloġiku qawwi. Jagħti attenzjoni partikulari lil dak li s-soltu ma jidhirx mal-ewwel u josserva ħafna dettalji li l-għajn mgħaġġla mhux dejjem tintebaħ bihom. Hemm ċerta għera fil-kitba – tipika ħafna f’Fr Ray - li tmissek u ġieli żżarmak minn ġewwa. Imma din hi forza għat-tajjeb għax tiskomodak,

tqajmek mill-medjokrità, mir-raqda u mill-aljenazzjonijiet, waqt li timbuttak tfittex dejjem dak li hu l-ogħla. Il-ħrib mill-preżent u s-sejba tal-verità huma żewġ poli oħra li Fr Ray jagħfas qawwi fuqhom. Il-mod kif imbagħad waħħad flimkien il-bnazzi u l-maltemp, il-wita u l-ostakli fit-triq, is-saram u l-intoppi tal-ħajja mal-ħolma tat-tama li ma tmutx hi xi ħaġa li tħallik profondament bla kliem. Lil Fr Ray, hu u jikkummenta fuq dak li għex, osserva u sab fil-mogħdija talħajja, tħossu jimxi u jtir fl-istess ħin. Kif inhu inevitabbli għal kulħadd, il-ħajja fl-isfumaturi u fix-xejriet kollha tagħha, aħna u nikbru tħalli dejjem marki fina lkoll! Kullimkien issibhom il-perikli, id-dellijiet, it-tniġġis, it-trabokki, ix-xquq u l-konsenturi. U l-implikazzjonijiet li joħorġu minnhom. Fr Ray isemmi b’mod ċar ħafna dak li hemm taħt is-saff oħxon talwiċċ. Bil-ħsieb, bil-kitba u bit-taħdit tiegħu hu jikxef b’ħila kbira l-illużjoni ta’ dak li qisu jidher li huwa ġnien perfett. Kien hemm mumenti li beda jinżilli d-dmugħ hu u jsemmi ċerti sitwazzjonijiet u toroq li hu sabhom imħarbta u diffiċli. Fuq nota personali - u ngħid dan b’dispjaċir għalija li dejjem ħsibtni li kont nafu sew - hu waqt il-qari ta’ xi siltiet mill-kitba, li llum meta nħares lura, intbaħt għalfejn ġieli rajt lil Fr Ray donnu sieket iktar mis-soltu u bħal imtaqqal u mnikket b’xi affarijiet li setgħu mmarkawh. Hu qatt ma

semma xejn! Dan għalija hu skiet dinjituż - iktar u iktar fejn hemm gravità mrażżna - u hu biss min hu nobbli f’qalbu bħalu li għandu din il-kwalità. Kien mill-qari li ħadt ħjiel u bdejt nifhem x’seta’ ġarrab u għex fis-skiet. Kieku ntbaħt qabel kont nagħtih iktar wens żgur. Għax dan ir-raġel li min jaf kemm fih sibna tant appoġġ fil-ħajja ħaqqu tassew aħjar! Imma l-fatt li minkejja kollox hu baqa’ dejjem miexi, baqa’ joffri dawl u ispirazzjoni, u baqa’ jemmen f’Alla u f ’ċerti ideali, għalija wrietni x’dinjità hemm fih. Baqa’ sal-aħħar jagħżel is-sebħ u d-duwa li tfejjaq minflok id-delużjoni jew l-imrar. Hemm sbuħija, għana u seħer f’qalbu li dejjem laqtitni fih. Din ħaġa li baqgħet tidher dejjem f’għajnejh! Ta’ dan biss ngħidlu li għandu l-istima u l-ammirazzjoni tagħna lkoll. Meta wasalt fil-konklużjoni talktieb fhimt iktar għaliex Fr Ray hu maħbub minn ħafna nies. Maħbub bħala bniedem u bħala saċerdot. Filktieb kollu se tkun faċli li bosta nies jidentifikaw ruħhom miegħu u ma dak li esprima. Hu baqa’ wieħed minna f’kollox u jien iktar minn ċert, li min se jaqra din il-kitba tiegħu, ħafna iktar nies se jibqgħu jsibu fih ispirazzjoni u dawl. Is-serenità, il-kuraġġ, il-pożittività, il-paċi u l-iktar il-ferħ li ħafna jħossu meta sempliċement ikunu fil-kumpanija tiegħu jitkellmu biżżejjed weħidhom.

Mistoqsija: Liema huma ż-żewġ poli oħra li Fr Ray jagħfas qawwi fuqhom? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IT-TPESPISA TAT-TAMA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 21 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb U TISBAĦ MISSIER hija:

G. CUTAJAR - BUĠIBBA

02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 B’kemm naqqset l-ispejjeż amministrattivi l-MCCFF?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

15.08.2021

IL-KANNIBALU TA’ BALTIMORE Kien iħallat il-laħam tal-vittmi ma’ tal-annimali u jagħmilhom pulpetti Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Joseph Roy Metheny kien qattiel u kannibalu Amerikan minn Baltimore f ’Maryland fl-Istati Uniti. Minkejja li Metheny stqarr li huwa qattiel tal-massa u li qatel mat-13-il persuna, il-pulizija sabuh biss ħati ta’ żewġ delitti. Il-vittmi tiegħu kienu nisa li bħalu, kienu jabbużaw mid-droga u jħobbu l-qatra. Min kien Joe Metheny Joe Metheny twieled fit-2 ta’ Marzu tal-1955 f ’Baltimore f ’Maryland. Ma tantx huwa magħruf fuq it-trobbija tiegħu iżda hu qal li missieru kien xurban u li miet f ’inċident tat-traffiku meta kellu biss sitt snin. Ommu bilkemm kienet tkun id-dar minħabba li kienet taħdem diversi xogħlijiet biex tkun tista’ tmantni lis-sitt uliedha. Apparti hekk, Metheny kien qal li ommu kienet mejta iżda dan ma kienx minnu. Omm Metheny qalet li ma kinux familja tat-tajjeb iżda dejjem ħadmet biex uliedha qatt ma jorqdu bilġuħ u ċaħdet dak li qal Metheny li ma kinitx tagħti kashom u li kienet tħallihom ma’ familji oħrajn. Ommu qalet li binha kien intelliġenti, edukat u ġwejjed u hi offrietlu tfulija tajba kif setgħet. Meta għalaq 18-il sena, Metheny ingħaqad mal-armata Amerikana u ommu qalet li minn hawn ’il quddiem kompla jitbiegħed iktar minn familtu. Hi temmen li d-droga bidlitu mil-lejl għan-nhar. Drogi, xorb u vendetta Hekk kif ma baqax fl-armata, Metheny, li kien magħruf bil-laqam ironiku ta’ ‘Tiny’ għax kien fih sitt piedi tul u kien magħmul kbir, sab xogħol tajjeb bħala sewwieq ta’ forklifter iżda kien jonfoq flusu fuq drogi

Hekk kif ma baqax fl-armata, Metheny, li kien magħruf bil-laqam ironiku ta’ ‘Tiny’ għax kien fih sitt piedi tul u kien magħmul kbir, sab xogħol tajjeb bħala sewwieq ta’ forklifter iżda kien jonfoq flusu fuq drogi u xorb u xorb. Fl-1994, Metheny qatel lil Cathy Ann Magaziner, prostituta ta’ 39 sena. Metheny qal li hu qatta’ l-laħam tal-katavru u ħalltu mal-laħam talmajjal u ċ-ċanga u għamel pulpetti bit-taħlita. Saħaq li hu qagħad ibigħ il-hamburgers magħmulin minn dawn il-pulpetti lin-nies. Il-fdalijiet l-oħrajn tal-katavru difinhom qrib il-fabbrika fejn kien jaħdem. Meta ġie arrestat ’il quddiem, Metheny stqarr li wara li kienet ilha sentejn midfuna, hu neħħa r-ras tal-is­ keletru tagħha, għamilha f ’kaxxa u ramieha fiż-żibel. Metheny għamel ħabta jgħix fittriq ma’ nies oħrajn li bħalu ma kellhomx saqaf fuq rashom. Fl-1995, Metheny kien qiegħed ifittex lil martu u lil binhom għax ħarbitlu bih ma’ raġel ieħor u mar ifittixha taħt pont li jaf li kienet iżżur biex tagħmel użu mid-droga. Hekk kif wasal taħt ilpont, hu sab lil żewġt irġiel li qalulu li ma kinux jafu fejnhom martu u ibnu. Metheny ma emminhomx u fis-saħna tal-mument qatilhom b’daqqiet ta’ mannara. Wara xeħet il-katavri tagħhom fix-xmara biex jeħles

minnhom. Minħabba l-fatt li ma kienx hemm biżżejjed evidenza li hu qatilhom, Metheny ma n­stabx ħati bil-qtil tagħhom u nħeles mill-arrest f ’Lulju tal-1996. F’Novembru tal-istess sena, Metheny qatel lil Kimberly Lynn Spicer, prostituta li wkoll kienet tixrob u tabbuża mid-drogi, billi taha daqqiet b’sikkina. Bħal filkaż ta’ Magaziner, Metheny qabad il-katavru ta’ Spicer, qattgħu u ħalltu mal-laħam taċ-ċanga u talmajjal u għamel il-pulpetti. Wara biegħhom bħala hamburgers linnies. Il-fdalijiet tal-katavru li ma setax jużahom difinhom ukoll qrib il-fabbrika fejn kien jaħdem. Metheny qal li kien għamel l-istess bil-katavri ta’ prostituti oħrajn iżda ma kienx hemm evidenza fuq dan. Fit-8 ta’ Diċembru tal-1996, Metheny ħataf lil Rita Kemper u prova jistupraha

fit-trailer li kien qiegħed jgħix fih. Kemper irreżistiet u rnexxielha taħrab minn tieqa u baqgħet sejra dritt għand il-pulizija. Xi jiem wara, Metheny kellem lil ħabib tiegħu u talbu biex jgħinu jeħles mill-fdalijiet ta’ Spicer u sieħbu spiċċa biex irrapportah lill-pulizija. Metheny ġie arrestat fil-15 ta’ Diċembru u nstab ħati bilħtif u l-attentat ta’ stupru ta’ Kemper fl-1997. Hu weħel 50 sena ħabs ta’ dawn iż-żewġ atti. Metheny ġie akkużat ukoll bil-qtil ta’ Spicer u weħel il-piena kapitali. F’Awwissu tal-1998, Metheny ammetta li hu qatel lil Magaziner u weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs. Tliet snin wara, is-sentenza ta’ mewt għall-qtil ta’ Spicer inbidlet għal waħda ta’ għomor il-ħabs. Dan kien ifisser li Metheny b’kollox weħel 50 sena u żewġ sentenzi ta’ għomor il-ħabs. Metheny instab mejjet fiċ-ċella tiegħu fil-5 ta’ Awwissu tal-2017 fl-età ta’ 62 sena. Mhuwiex magħruf biex miet.


26

15.08.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

15.08.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 394

HELEN BUHAGIAR - BIRKIRKARA

Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 140 0000 170 0060 237 0737 257 0820 359 1118 395 1564 426 3328 464 3769 497 3782 780 4104 888 4405 896 4691

4907 5169 5688 5747 6323 6606 6608 6881 6883 7156 7241 7481 7847

7888 8844 8860 8898 8982 9051 9301 9361 9464 9504 9688

B’5 NUMRI 04026 07590 07600 07675 08866 09013 14787 17047 19047 21576 29991 38794

40517 43079 44743 52685 58737 60649 66220 66794 74575 94736

B’6 NUMRI 088111 131224 178921 185034 330408 385657 471011 665101 686649 781721 786972 804467

MIMDUDIN: 7,9. Imexxi l-vapur (5) 1. Jekk ikolli dan 9. Ara 7 19. sieket ma 10. Qisu basal (6) 20. nitkellimx (5) 12. Tista’ tkun 21. 4. Kompli l-qawl: tal-Madonna (6) 23. ......... li biebu ma 16,21M. Jekk infittixlu jingħalaqx, ħobżu hekk nagħmel (6) 24. ma jissajjarx (4) 18,19. Għandha fjuri

ħomor (5) Ara 18 Skantati (5) Ara 16 Għandu riħa pjaċevoli (4) Kien ibeżża’ t-tfal fl-antik (5)

WEQFIN: 8,21W. Pulizija (12) 1. Pirata (6) 11. Ara 3 2,12W. Ħadd ma jiftakru (5)12. Ara 2 3,11. Ieqaf (5) 13. Assoċjazzjoni 5. Kunjom (3) tal-għawm (1,1,1) 6,15. Inziku? (9) 14. Ali Baba tilef

siequ (6) Ara 6 Hekk isejħulha lil Sally (3) Ara 8 Tħaddim (3)

15. 17. 21. 22.

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ħajja, 4.Mewt, 7,24.Tkattar, 10.Toħroġ, 12.Mistra, 16.Tar, 18.KO, 19.Rai, 20.Ponot, 21,23.Skrataċ

WEQFIN: 1.Ħbabat, 2,JBK, 3,9.Attakk, 5,17. Ebrajk, 6,11.Tiġri, 8.Kottonera, 12.Mr, 13,21 wieqfa. Skossa, 14.Artist, 15.Librar, 22.RMA


28

15.08.2021

Għandna nkomplu nisparixxu l-Oppożizzjoni?

BI “ĦBIEB” BĦAL DAWN Editorjal

Waqt li dawn se jibqgħu jippretendu li jagħtu l-lezzjonijiet lil kulħadd, se jibqgħu jiġu injorati u iżolati fl-istess ħin u fiż-żmien li ġej … f’għajnejn iżjed ċittadini onesti qed jiġu indentifikati bħala l-għerq tal-problemi kollha f’Tal-Pietà

Min qal li d-deċiżjonijiet (jew in-nuqqas tagħhom) mill-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin immarkaw il-bidu tat-tmiem ta’ din il-forza politika b’għeruq antiki fl-istorja lokali, ma kienx wisq żbaljat. L-inkwiet intern, partikolarment bejn il-fazzjonijiet tribali li jridu jiddominaw fuq kulħadd u fuq kollox, mhux biss dewwed u herra l-istrutturi tal-va­luri li xi darba kienu jħaddnu, iżda ġabet lit-tmexxija attwali Nazz­ jonalista prattikament irre­­ levanti. Dan hu riżultat li l-PN baqa’ qatt ma nbidel u qed jaqta’ kull interess f’politiċi ġodda fl-istess Partit li ġenwinament jemmnu li jistgħu jkunu ta’ servizz għal ħaddieħor. Fl-aħħar jiem anke partitarji sempliċi, imma leali, intebħu li l-kitba fuq il-ħajt, li ilha tiġi injorata fid-Dar Ċentrali sa minn qabel l-2013, qed tħalli riperkus­sjonijiet kbar li qajla jista’ jkollhom xi tip ta’ fejqan. Kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika, li għadhom isostnu appoġġ ferm akbar lill-Partit Laburista ta’ Robert Abela, bla

dubju huma sinifikanti, għal­ kemm for­si mhux biżżejjed indikattivi daqs l-azzjonijiet li qed naraw b’riżultat tar-regħba tal-estab­lishment l-antik u l-fergħat tiegħu, bħal dawk ta’ Repub­blika, Civil Society Network, Manuel Delia u oħrajn. Dawk li jippretendu li l-Partit u l-pajjiż ma jista’ qatt jgħaddi mingħajrhom, qed ikomplu jiġu identifikati f’għajnejn iżjed ċittadini onesti bħala l-għerq tal-problemi kollha f’Tal-Pietà u jekk qatt kien hemm theddida nazzjonali għas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba s-swaba’ qed jippontaw direttament lejhom. It-theddida sfaċċata din ilġimgħa mis-Civil Society Network biex jikun hemm partit ieħor li jieħu post lill-PN fl-Oppożizzjoni ħalli jkun iżjed effet­tiv mhux biss tirredikola lil kull individwu li ta l-fiduċja tiegħu lill-PN, iżda wkoll tinjora l-aħħar riżultat elettorali nnifsu fl-aħjar sistema demokratika li teżisti. Din issegwi t-twissija li l-Eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt,

Manuel Delia, kien għamel lill-Kap Nazzjonalista nnifsu f’Ottubru li għadda. Eżatt kif għad­diet il-konġura, li biha warrbu lil Adrian Delia, u Bernard Grech kien għoddu lanqas biss daħal fid-Dar Ċentrali, dan l-ispeċjalista tal-arroganza fakkru pubblikament biex ma jitlifx l-okkażjoni li kienu qed jagħtuh … inkella malajr kienu jsibu lil ħaddieħor minfloku. Waqt li dawn se jibqgħu jippretendu li jagħtu l-lezzjonijiet lil kulħadd, se jibqgħu jiġu injorati u iżolati fl-istess ħin u fiż-żmien li ġej. U jekk il-messaġġ tagħhom mhux jinfed fil-Partit tagħhom stess, aħseb u ara kemm jistgħu qatt jiġu aċċetta­ti l-attakki tagħhom kontra l-Gvern Laburista li qed jagħmel ħiltu kollha biex jirranġa fejn hu meħtieġ u r-riżultati jagħtuh kredtu. Jekk xejn, problemi oħrajn għalih jirriżultaw iżjed frott is-suċċessi nazzjonali. L-aħħar eżempju f’dan ir-rigward kien il-parir li ta l-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) fi ħdan ilĠnus Magħquda li indika li l-in-

fiq multimiljunarju mill-Istat ma jistax jibqa’ għaddej u jrid jitrażżan bil-mod. Ġie indikat b’mod partikolari l-Wage Supplement, li jingħad kien qed jiswa lill-Gvern mal€44 miljun kull xahar biex ġew salvati mal-100,000 impjieg. Li ma kienx għall-għaqal Laburista fl-aħħar snin, sitwazzjonijiet simili, li l-IMF issa qed jindika bħala problematiċi, żgur ma kinux jeżistu. U mnalla jeżistu tali problemi u mhux oħrajn! L-immaġinazzjoni waħedha wkoll mhix biżżejjed biex tagħtina mqar ħjiel tad-diżastru bi proporzjonijiet enormi li kieku l-għażla elettorali kienet differenti milli kif żviluppat flaħħar snin. Żgur li din hi s-sitwazzjoni li sħab Bernard Grech ilhom jiffantasizzaw fuqha sa mill2013, konxji li saru irrelevanti f’għajnejn l-elettorat u r-regoli normali jobżquhom mis-sistema. L-inkwiet tal-Kap il-ġdid Nazzjonalista hu li dawn l-alje­ ni għal kull demokrazija issa jridu wkoll rasu fuq platt, wara li poġġewh fejn hu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.