KullĦadd_15.12.2019

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 15 ta’ Diċembru, 2019

Ħarġa Nru 1,379

Prezz €1 Ara paġna 11

IL-HOSPICE JIMMIRA GĦAL ĊENTRU ĠDID SAL-2021

Il-Hospice Movement qed jimmira li sal-aħħar tas-sena 2021 ikun infetaħ il-kumpless il-ġdid li minnu tingħata kura lill-bosta pazjenti li jkunu għaddejjin minn mard serju. “Għandna ġirja mal-ħin u ġirja għall-fondi għax dan hu proġett ambizzjuż,” intqal malgazzetta KullĦadd miċChairperson Maria Gatt. Għalkemm il-Gvern jagħti għajnuna, il-maġġoranza tal-fondi huma frott ta’ donazzjonijiet. U fuq l-art li ngħatat mill-Arċidjoċesi għallproġett il-ġdid hemm diversi xogħlijiet li jridu jsiru. Bħalissa għaddejjin bil-proċessi ta’ ħruġ ta’ tenders. L-ewwel iridu jsiru x-xogħlijiet strutturali, li huma ppjanati li jibdew qabel l-aħħar ta’ din issena imbagħad jitkompla x-xogħol l-ieħor,” kompla jingħad fl-intervista. Ara paġni 12 u 13

IL-FEHMA TA’ MIN IRID IMEXXI L-PARTIT LABURISTA U L-PAJJIŻ... X’qed jgħidu fil-bidu tal-kampanja?

QASSIS B’REFUĠJU F’MONASTERU L-ĠERMANJA WARA ALLEGAT ABBUŻ SESSWALI F’GĦAWDEX...

INTERVISTA ESKLUSSIVA MAL-ALLEGAT VITTMA Ara paġna 6

Tixxandar illejla fuq ONE NEWS

ĊERTIFIKAT IEĦOR GĦALL-BAĠIT TAL-GVERN

Il-baġit li ppreżenta l-Gvern għas-sena d-dieħla ngħata ċertifikat pożittiv ieħor. Din id-darba millKunsill Fiskali Konsultattiv Malti (MFAC) li ppreżenta lill-Ministru għall-Finanzi l-evalwazzjoni tiegħu tal-Pjan Baġitarju għall-2020. Il-Kunsill Fiskali kkunsidra t-tbasssir makroekonomiku u dak fiskali għall-2019 u l-2020 bħala plawżibbli. Il-Kunsill ikkonferma wkoll li r-regoli dwar ir- Responsabbiltà Fiskali u fil-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir kienu osservati fl-2018, u li l-pjanijiet fiskali għandhom jiżguraw li l-konformità ma’ dawn ir-regoli tkompli, kemm fl-2019, kif ukoll fl-2020. Dan minkejja l-għadd kbir ta’ miżuri soċjali li ppreżenta l-Gvern u ż-żidiet f’benefiċċji għal diversi setturi tas-soċjetà Maltija. Tkompli f’paġna 4


02

15.12.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 20°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq il-Libja sa fuq il-Gżejjer Maltin It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi millMajjistral għall-ewwel, li bil-mod isir ħafif għal moderat Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Qawwi li jsir moderat għal qawwi L-Imbatt: Moderat mill-Punent li jsir baxx mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 19°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

19°C

Indirizz Postali KullĦadd

UV 3

14°C

Il-Ħamis

19°C

UV2

14°C

19°C

Il-Ġimgħa

UV 2

13°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

18°C

UV 3

13°C

18°C

UV 3

13°C

19°C

UV 1

13°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Il-Belt Valletta – 21238355 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 Ta’ Giorni Pharmacy, Shop 2, Triq Lapsi, Ta’ Giorni – 21333886 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit. Is-Siġġiewi – 21462957 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, ir-Rabat – 21556970 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

15.12.2019

kullhadd.com

REĠA’ QED IBERRAQ FL-MŻPN • TA’ DELIA U TA’ BUSUTTIL IĦARSU LEJN IL-KONTROLL TAL-GĦAQDA Fil-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista reġgħu bdew il-problemi. Dan għax il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil hija determinata li ma titlifx il-kontroll talMŻPN u għalhekk qed tara li biex hekk kif jibda jaħseb biex jispiċċa l-President attwali, Joseph Grech, iddaħħal kandidat ieħor minn tagħha. Huwa ċar li Clyde Puli u l-fazzjoni ta’ Adrian Delia kienu qed jippreparaw lil Thomas De Martino li fl-aħħar xhur mexxa dak magħruf bħala Team Start. Fergħa taż-żgħażagħ li nħolqot biex tiġġieled lillMŻPN. Dan għax iż-żgħażagħ li Delia kien diġà sab lill-Partit Nazzjonalista baqgħu ma jaċċetawhx. De Martino ħoloq tim madwaru li bih issa jrid jieħu kontroll tal-fergħa ewlenija tal-partit, iżda ta’ Busuttil qed

THOMAS DE MARTINO

GABRIEL MICALLEF

jiġru wara Gabriel Micallef biex ikun hu l-kandidat għall-President tal-MŻPN. Micallef hu kunsillier il-Mellieħa li hu meqjus bħala lealissimu għall-fazzjoni ta’ Busuttil. Il-fazzjoni ta’ Busuttil

bħalissa qed taħdem biex ikollha swaba’ mdeffsin f ’kull fazzjoni biex meta jiġi l-mument li jerġa’ jkun imminat il-Kap ikollhom appoġġ mill-iktar wiesa’. Il-fazzjonijiet fiż-żgħażagħ tal-

PN ħarġu qatta’ bla ħabel kontra xulxin fis-sajf li għadda wara t-telfa tal-Parlament Ewropew. Saħansitra ħarġu żewġ rapporti fuq l-istess telfa biex wieħed jgħid li tort ta’ Adrian Delia u l-ieħor jgħid li mhux il-każ. Saħansita ġġieldu bis-sħiħ fuq Facebook. F’mument minnhom il-Viċi President tal-MŻPN, Nicky Azzopardi għajjar lill-President ta’ Team Start Thomas De Martino bħala handbag wara li ħareġ jattakka lil żagħżugħa li ppreżentat il-petizzjoni biex jittieħed vot fit-tmexxija ta’ Delia. Dakinhar De Martino, kien ibbottja u staqsa b’mod ċiniku jekk din hix li ttella’ fuq Instagram favur l-abort. Hawnhekk wieġbu Azzopardi u qallu li tinduna kemm il-problema hija traġika meta l-okkupanti

ta’ wara l-fortizza tat-tieni sular, jibagħtu l-handbag tagħhom biex jattakkaw membri tal-partit b’mod personali. Żied jakkużah li lanqas huma denji jew kapaċi jmexxu l-fergħa li għandhom li sejħilha klabb tal-ħamiem ta’ ħames min-nies. Mill-ewwel irreaġixxa Thomas De Martino li għajjar lil Azzopardi keychain. De Martino qal lil Azzopardi - “Il-keychain jgħajjar lil ħaddieħor handbag. Mela waqt il-kampanja elettorali li matulha l-partit tkellem bis-saħħa kontra l-abort, tiġi ħabibtek u titkellem favurih. Ara kif ġibtuha diżastru fergħa,” qal il-President ta’ Team Start, b’referenza għall-MŻPN. Dakinhar Nicky Azzopardi wieġeb lil De Martino u għajru kaboċċa.

SE JAGĦLQU S-SENA BLA KAXXIER Tliet xhur ma kinux biżejjed biex il-Partit Nazzjonalista jsib minn jimla l-kariga importanti ta’ kaxxier fl-amministrazzjoni tiegħu biex hekk se jagħlaq is-sena mingħajr teżorier. Dan minkejja li sal-Ħadd li għadda reġa’ kien qed jiġbor l-eluf mingħand innies. Il-PN baqa’ b’dik il-kariga battala anke jekk din hi kariga li tirriżulta mil-liġi tal-finanzjament tal-parititi u hija meqjusa bħala waħda importanti ħafna fil-kuntest ta’ liġi li hi maħsuba biex tiggarantixxi t-trasparenza. Ħafna mir-responsabbiltà fil-fatt taqa’ fuq dan it-teżorier. Il-Partit Nazzjonalista ilu żmien biex isib persuna idonea għal din il-kariga. Dan riżultat tal-problemi finanzjarji li għandu. Il-Kap tal-PN, Adrian Delia u Clyde Puli għamlu sforzi kbar biex isibu isem anke jekk għal fuq il-karta biss. Iżda, dak kollu mingħajr suċċess. Sorsi qalu li issa ngħatat id-data ta’ Marzu / April bħala t-tentattiv li jmiss sa meta tinstab din il-persuna. Fis-sajf il-Partit Nazzjonalista spiċċa b’persuna li ma kellha ebda esperjenza għal din il-kariga. Tant li dan Antoine Zammit ma damx ma kellu jirriżenja wara li nħatar f ’Awwissu u rriżenja f ’Settembru. L-imkejjen tagħna kienu spjegaw sa mill-ewwel jum li ma kienx tal-qatgħa, iżda Delia ma kellux għażla. Sakemm l-għażla l-ġdida saret dik li kellu jirriżenja bilfors.

Il-Partit Nazzjonalista ilu żmien biex isib persuna idonea għal din il-kariga. Dan riżultat tal-problemi finanzjarji li għandu L-ewwel umiljawh għax mar jitlob parir fuq il-banking. Fil-fatt Zammit kellu jirrikorri għall-għajnuna ta’ grupp ristrett għan-Nazzjonalist fuq Facebook bl-isem Grupp PN. Huwa talab lin-Nazzjonalisti biex jippruvaw jgħinuh fuq xi ħaġa relatata mal“bankink” tal-Partit. F’Awwissu Zammit kien l-uniku individwu li applika biex jidħol għal din il-kariga wara li ġie mħeġġeġ biex jagħmel dan millKap Nazzjonalista Adrian Delia. Antoine Zammit, magħruf bħala l-“Mater Dei tal-kompjuters”, ik-

kontesta għall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali f ’isem l-Partit Nazzjonalista f ’Ħaż-Żabbar. Iżda naqas milli jiġi elett. Huwa ħa post David Camilleri li f ’Ġunju li għadda rriżenja f ’nofs kontroversja kbira wara li vvota fil-laqgħa tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li matulha kellu jimtela s-siġġu battal tal-Eks Deputat David Stellini. Charles Selvaggi, negozjant u kunsillier fl-Imsida kien l-uniku individwu li ħareġ għal din il-kariga, iżda rtira n-nomina tiegħu ftit qabel il-vot.

OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista ta’ Ħaż-Żabbar jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-bar tal-istess lokal. Dawk kollha interessati għandhom jiġbru l-applikazzjonijiet nhar it-Tlieta 17 ta’ Diċembru bejn il-5pm u s-7pm. L-offerti jinfetħu nhar il-Ħamis 19 ta’ Diċembru bejn il-5pm u s-7pm. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.

Il-fazzjoni Busuttil kienet diġà bdiet turi dubji kbar dwar il-ħiliet fil-finanzi ta’ Zammit biex jipprova jfejjaq is-sitwazzjoni mwiegħra li jinsabu fiha l-finanzi tal-Partit Nazzjonalista. U jidher li dan il-messaġġ, tat-teżorier il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista kien iċ-ċirasa fuq il-kejk. Iżda, ma kienx kollox. Eventwalment spiċċa jtella’ l-filmati fuq Youtube wara li l-kaxxa li tipprovdi xandir illegali ta’ eluf kbar ta’ stazzjonijiet waqfet turi l-films pornografiċi. Fl-istess waqt li t-Teżorier ta’ Adrian Delia kien qiegħed jagħti dawn l-istruzzjoniet, l-awtoritajiet Ewropej kienu qegħdin iwettqu ħidma sabiex iwaqqfu dan l-operat illegali ta’ xandir. Milied Flimkien B’Risq Dar Bjorn ser isir nhar il-Ħadd 15 ta’ Diċembru ġewwa Pjazza San Franġisk f’Ħal Qormi, mill-10:00 sat-20:00. Divertiment garantit kemm għall-kbar u b’mod speċjali għaż-żgħar. Fost l-attrazzjonijiet wieħed ser isib; Dar tal-Christmas Father, Children’s Area u ikel tradizzjonali tal-Milied. Dan kollu għal kawża ġusta, għal Dar Bjorn!


04

15.12.2019

kullhadd.com

<< Tkompli minn paġna 1

FINANZI LI SE JIBQGĦU FIS-SOD Fl-analiżi tiegħu l-Kunsill qal li qed jinnota li skont il-previżjonijiet uffiċjali, l-ekonomija Maltija hi mistennija li żżomm tkabbir għoli. It-tkabbir reali fil-Prodott Gross Domestiku (PGD) huwa mistenni li jkun ta’ 5.0% fl-2019, u għal 4.3% fl-2020. Abbażi ta’ dan it-tbassir ekonomiku, il-Gvern qed jimmira għal surplus fiskali fis-sentejn imbassra, għalkemm kemxejn inqas minn dak tal-2018. Is-surplus fiskali huwa mistenni li jistabbilizza fil-livell ta’ 1.4% talPGD, kemm fl-2019 kif ukoll fl2020. Fl-istess ħin, il-proporzjon tad-dejn mal-PGD huwa mistenni li jkompli nieżel gradwalment, minn 45.8% fl-2018 għal 40.3% sal-2020. “Dawn il-previżjonijiet kienu eżaminati fuq l-ispjegazzjonijiet u l-evidenza pprovduta mill-Ministeru; il-konsistenza ġenerali max-xejriet riċenti; tqabbil mat-tbassir maħruġ minn istituzzjonijiet indipendenti oħra; u fatturi speċifiċi li huma mistennija jinfluwenzaw dawn il-previżjonijiet,” qal il-Kunsill. Il-Kunsill Fiskali fakkar li finanzi pubbliċi b’saħħithom huma importanti mhux biss sabiex josservaw ir-regoli fiskali, iżda wkoll sabiex ikun hemm tfaddil fiskali xieraq meta l-ekonomija sejra tajjeb. “Dan it-tfaddil jagħmel tajjeb fil-każ li l-kundizzjonijiet ekonomiċi jsiru anqas favorevoli, bħal jekk il-kundizzjonijiet ekonomiċi esterni jiħżienu, u / jew id-domanda domestika tbatti. Il-Kunsill ifakkar ukoll fl-importanza li n-nefqa pubblika tiġi mħarsa bir-reqqa, minħabba li ċertu dħul tal-Gvern jista’ xi darba jbatti,” qal il-Kunsill f ’dak li hu rapport ieħor li juri s-suċċess tal-baġits imressqa mill-Gvern ta’ Joseph Muscat.

Dawn il-previżjonijiet kienu eżaminati fuq l-ispjegazzjonijiet u l-evidenza pprovduta mill-Ministeru


05

15.12.2019

kullhadd.com

RIEDU JŻEBILĦU TFAL B’DIŻABILITÀ LI GĦAMLU UNUR • STMERRIJA GĦALL-AĠIR TA’ FTIT GĦEXIEREN NHAR IL-ĠIMGĦA Ġenitur ta’ persuna b’diżabilità esprimiet id-dispjaċir tagħha għall-mod kif tfal spiċċaw stmati minn dawk li nhar il-Ġimgħa inġabru jipprotestaw waqt iċ-ċerimonja ta’ Jum ir-Repubblika. Fis-sigħat ta’ wara ċ-ċerimonja kienu diġà bdew jitkellmu s-suldati u l-membri tal-forzi tal-ordni li sfaw imżebilħa minn dawk miġbura fosthom esponenti tal-klikka ta’ Simon Busuttil bħal Manuel Delia u l-Eks Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake. Iżda, is-Sibt filgħaxija tkellmet omm. Dan f ’kummenti mal-preżentatur ta’ Realtà Brian Hansford u li xxandru fuq il-midja soċjali. Fi kliemha deher ċar id-dispjaċir. “Waqt li konna mexjin il-Belt ġiet persuna avviċinatna u b’mod ta’ żebliħ staqsietna jekk kienx hemm xi tip ta’ gradwazzjoni u l-grupp kollu nfaqa’ jidħak. Kien ovvju li kien kumment barra minn loku, aħna t-tfal tagħna ma jħarsux lejn politika u lejn kuluri. Telgħu jirrappreżentaw lil Malta f ’avveniment barra minn Malta u ġabu l-unuri u ħassewhom li minflok hemm nies li qed jifirħu bihom u jgħidulhom prosit kien hemm nies li kważi kważi provaw jiddieħku bihom,” qalet din l-omm li appellat għall-għaqda. Dawn it-tfal u oħrajn li kienu on-

Il-President tar-Repubblika waqt id-diskors, jidher ukoll il-President Emeritu Ugo Mifsud Bonnici orati għax jagħmlu ġieħ lil pajjiżna spiċċaw ukoll ibbojkottajati mill-Partit Nazzjonalista li għażel li ma jattendix iċ-ċerimonja ta’ Jum ir-Repubblika. Oriġinarjament kien qal li ma jattendix fejn imur il-Prim Ministru Joseph Muscat, iżda r-realtà kienet li l-Prim Ministru kien imsiefer fuq xogħol tal-Gvern u l-Partit Nazzjonalista xorta bbojkottja jum nazzjonali. Filwaqt li l-klikka ta’ Simon Busutti, Jason Azzopardi u Manuel Delia kellha l-libertà kollha li tipprotesta, ħafna kkummentaw kif fil-mira tagħhom spiċċa kulħadd inkluż il-President tar-Repubb-

lika u nies li kienu qed jagħmlu xogħolhom. Il-Garrison Sergeant Major Roger Mulvaney qal li ħassu ddisgustat għan-nuqqas ta’ rispett li wrew lejn il-Forzi Armati ta’ Malta u lejn l-innu nazzjonali ta’ pajjiżna fejn minflok kantaw miegħu nfexxu jsaffru u jibbuwjaw. Kiteb li waqt li bdew jimmarċjaw fi Triq ir-Repubblika, mhux biss ġew mgħajra iżda tefgħulhom affarijiet lejhom bħal flus foloz. Madanakollu, kiteb li l-iktar li nħasad kien meta ra mara b’tifel ta’ sitt snin magħha, tgħajjar bi kliem ta’ mibegħda lil dawn l-uffiċjali. Qal li qatt mhu se jin-

sa l-ħarsa ta’ mibegħda li kellu fuq wiċċu dan iċ-ċkejken fuq ħarstu. Mulvaney qal li ilu 31 sena jservi fl-Armata, b’lealtà u b’rispett. Qal li tul il-karriera tiegħu, irriskja ħajtu biex isalva ħajjet innies, f ’baħar imqalleb u min jaf kemm–il darba kien trawmatizzat b’dak li kien jara f ’ħidmietu. “Shame on you all. No one should ever disrespect our National Athem and our colours,” kiteb Roger Mulvaney imweġġa’ b’dak li għadda minnu hu u s-suldati sħabu l-Ġimgħa filgħodu. Miegħu kiteb ukoll Antoine Scerri, uffiċjal fl-Armata li

l-parata tal-Ġimgħa kienet l-aħħar waħda għalih. Qal li huwa kburi li kien skorta tal-bandiera Maltija, il-bandiera li kull Malti għandu jiddefendi u jonora. Kiteb li kien iddiżgustat għattgħajjir li sar lejn is-suldati li jagħtu servizz lill-pajjiż. Filwaqt li qal li jistenna skuża għat-tgħajjir u n-nuqqas ta’ rispett li qalgħu hu u sħabu. Quddiem l-aġir ta’ ftit għexieren ta’ nies mhux qed jieqfu l-appelli għall-għaqda, fuq quddiem nett mill-Partit Laburista li kontinwament jappella għall-kalma tal-partitarji.

FEARNE JNIEDI L-KAMPANJA ABELA: FLIMKIEN NAĦDMU GĦAL MEXXEJ TAL-PL GĦAL FUTUR SABIĦ Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne nieda uffiċjalment il-kampanja tiegħu għat-tmexxija tal-Partit Laburista fejn f ’10 punti huwa spjega il-viżjoni tiegħu. Chris Fearne stqarr kif jekk jingħata l-mandat se jkun qed isejjaħ konferenza dwar is-saltna tad-dritt f ’pajjiżna li fiha rappreżentanti tal-Gvern, l-Oppożizzjoni, il-partiti politiċi u s-soċjetà ċivili jiddiskutu l-bidliet li hemm bżonn isiru. Spjega wkoll kif permezz talmudell ekonomiku b’saħħtu li għandu dan il-Gvern ser ikompli jiġi xprunat is-suċċess b’iktar trasparenza u meritokrazija. Tkellem ukoll dwar l-importanza li l-ambjent ikun fil-qalba tal-ħidma tal-Gvern filwaqt li jkomplu jiżdiedu l-ispazji rurali. Qal kif pajjiżna irid jieħu pożżizjoni iżjed soda fuq l-immigrazzjoni illegali. Spjega kif il-viżjoni tiegħu

tinkludi wkoll soluzzjonijiet għall-problema tal-housing f ’pajjiżna, mezz ta’ trasport tal-massa affidabbli. Stqarr li tul il-kampanja se jkompli jispjega dak li hi bbażata fuqha l-viżjoni tiegħu. “Bħalma hija r-ruħ soċjali tagħna, fejn inkomplu naqtgħu l-faqar u ngħollu ’l fuq lill-ħaddiema tagħna. Bħalma hija l-kwalità tal-ħajja tagħna, biex inkomplu ngħixu ħajja aħjar, iżjed b’saħħitha, bl-edukazzjoni għal kulħadd, kif ukoll bħalma huwa postna fl-Ewropa u wkoll t-tisħiħ tal-Partit Laburista. Fil-ġranet li ġejjin dawn l-10 punti nkunu nistgħu nkomplu nespandu fuqhom biex nispjegaw il-viżjoni tiegħi, viżjoni tiegħi jekk ninħatar bħala Mexxej tal-Partit Laburista u allura anke l-viżjoni tiegħi bħala Prim Ministru futur,” qal Fearne.

Huwa l-Partit Laburista li jista’ jkompli jmexxi dan il-pajjiz ’il quddiem u dan nistgħu nagħmluh flimkien magħqudin għal futur sabiħ. Dan qallu l-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Laburista Robert Abela fejn tenna kif il-Partit Laburista għandu jibqa’ jissaħħaħ biex ikun jista’ jibni fuq il-ġid li nħoloq. “Is-suċċess elettorali li se jiret il-Partit Laburista mingħand Joseph Muscat huwa wieħed b’saħħtu, u se tkun l-għaqda fil-Partit Laburista li se tibni fuq dawn is-suċċessi.” L-Avukat u Deputat Laburista Robert Abela qal li aħna nistgħu nkomplu mmexxu dan il-pajjiż ’il quddiem, għax il-Partit Laburista għandu l-kredenzjali li jkompli jmexxi dan il-pajjiż bi stabbiltà għall-futur.

Dr Abela qal li hemm ħafna sfidi quddiemna, u l-Partit Laburista qatt ma ddejjaq joffri soluzzjoni għall-isfidi tal-pajjiż. Tkellem dwar l-irwol tad-delegati u tal-membri tal-Partit Laburista li jrid ikollhom vuċi akbar fil-partit, li jgħinu fit-tfassil tal-ideat. Iddeskriva lil dawn innies bħala l-qalb tal-Partit Laburista. “Huma ħafna li dejjem żammu lil dan il-partit b’saħħtu. Li dejjem żammewh bl-għeruq tiegħu. Ejja nagħtu l-importanza lill-għeruq tal-partit u ejja mmorru lura għall-għeruq. Il-mument li mmorru għall-għeruq, nemmen li nkomplu nimxu ’l quddiem,” qal Abela. Dr Abela qal li flimkien, magħqudin se nkomplu naħdmu, bħala moviment sabiex inkomplu mmexxu l-pajjiż ’il quddiem, inqassmu aktar ġid, u flimkien nkomplu nirbħu.


06

15.12.2019

kullhadd.com

TELAQ XĦIN FEĠĠEW L-ALLEGAZZJONIJIET T’ABBUŻ Kitba ta’ KYLE MIFSUD

George Cordina, eks saċerdot Għawdxi li fit-tmeninijiet kien imexxi l-istitut ta’ San Ġużepp f ’Għajnsielem telaq minn Malta fid-dawl ta’ diversi allegazzjonijiet t’abbuż sesswali fuq tfal minuri. Dan ikkonfermatu kelliema għall-Kurja fejn spjegat ukoll li fuq talba li għamel Cordina stess direttament lill-Vatikan fl-2015, huwa neża’ minn qassis fl-istess żmien li s-Safeguarding Commission kienet ġiet infurmata mill-Pulizija dwar dan l-allegat

każi ta’ abbuż. F’intervista esklussiva ta’ ONE NEWS ma’ wieħed mill-allegat vittmi ta’ Cordina u li se tixxandar illejla ġie spjegat f ’dettall dak li kien isir fiċ-ċella li Cordina kellu fl-istitut. “Dan qed nitkellmu mill-1984 sa sal-1991. Kienu jsiru abbużi mhux fuqi biss u abbużi sesswali jiġifieri kien hemm erba’ kmamar u fil-ġenb kellu kamra tiegħu. Kien idaħħalna hemm u kien jagħmel affarijiet sesswali fosthom

kien jaqbadlek rasek u jagħmilha mal-parti ta’ ġismu,” qal Cordina. Il-vittma, li llum għandu 45 sena spjegalna li fl-istitut ta’ San Ġużepp f ’Għajnsielem mhux kollox kien ward u żahar hekk kif xi saċerdoti li suppost kienu qed jieħdu ħsieb tfal ġewwa dan l-orfanatrofju allegatament spiċċaw jabbużaw sesswalment minnhom. Ir-raġel li xtaq li jibqa’ anonimu spjegalna li dan kollu kien isir minn Dun George Cordina. “Dan kien Fr Kien George Cordiidaħħalna hemm u na, mhux darba jew tnejn, kien jagħmel affarijiet quddiem jiġru ħafna epgħall-ewwel sesswali fosthom kien isodji u li ma jibda qisu tkunx sod jintreda jaqbadlek rasek u tagħmel li ma jew hekk jagħmilha mal-parti tridx. Kemm– miegħek il darba kont se imbagħad ta’ ġismu nagħmel suwiċjaqbadlek rasek u idju però niġġildiljagħmilha mal-parti ha,” kompla jgħid. ta’ ġismu,” qal il-vittma. Mistoqsija dwar x’azzjoni kienet Sostna li dawn l-affarijiet kienu ittieħdet bejn l-2008 u ż-żmien jiġru ta’ spiss. Mistoqsi għalfejn ħalla mal-20 li fih Cordina neża’ minn qassis, sena sabiex jersaq ’il quddiem, l-istess kelliema tal-Kurja qaltilna ir-raġel stqarr li qatt mhu faċli li li ma tistax tagħti aktar informazztitkellem dwar l-abbuż. Madana- joni. Minn stħarriġ li għamilna, irkollu, stqarr li dan ħalla impatt negattiv fuq ħajtu fejn saħansitra riżulta li George Cordina bħalissa spiċċa jbati bi problemi ta’ saħħa qed jgħix il-Ġermanja fejn għamel xi snin jaħdem fl-integrazzjoni mentali. “Iva mela jkolli, kultant tinfaqa’ tal-immigranti. Huwa kien qed jgħix ġewwa tibki tgħid imma jiena? Iktar ’il

monasteru magħruf bħala Nikolauskloster. Dan il-post jilqa’ fih familji, membri tal-kleru u lajċi fejn flimkien jipparteċipaw f ’sessjonijiet ta’ talb, meditazzjoni u diskussjonijiet. Mistoqsi għalfejn Cordina qatt ma deher quddiem il-ġustizzja, kelliem għall-Korp tal-Pulizija qalilna li l-Pulizija investigat dak kollu li setgħet iżda r-reat ma setax jiġi investigat aktar minħabba li l-każ ġie preskritt. Dan ma kienx l-unika qassis mill-istitut t’Għajnsielem li ħarġu allegazzjonijiet dwaru. Filfatt, fl-2005, Dominic Camilleri kien ġie sospiż mill-Vatikan milli jeżerċita s-sagramenti saċerdotali wara li allegazzjonijiet dwaru kienu ħarġu fid-dieher sentejn qabel.


07

15.12.2019

kullhadd.com

L-ERBGĦA TIDĦOL FIS-SEĦĦ BIDLA KBIRA • TIBDA TAĦDEM L-AVUKAT TAL-ISTAT L-Erbgħa se tidħol fis-seħħ bidla istituzzjonali kbira oħra. Dan wara li fit-18 ta’ Diċembru se tibda taħdem l-Avukat tal-Istat li se tkun Dr Victoria Buttigieg. Tajjeb li jingħad li l-ħatra ta’ Dr Buttigieg ġiet wara proċess miftuħ u wara parir unanimu ta’ Kummissjoni tal-Ħatra mmexxija mill-Imħallef Emeritu Michael Mallia. Din hija ħaġa li qatt ma saret qabel fl-istorja ta’ pajjiżna u l-proċedura saret fuq rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni ta’ Venezja. Il-metodu ta’ kif inħatret l-Avukat tal-Istat sar b’mod identiku għal dik tal-Avukat Ġenerali. Madanakollu, qabel il-Prim Ministru għamel ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-President dwar min għandu jinħatar, il-Prim Ministru kien obbligat jaġixxi abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Ħatra, li kienet kostitwita minn membri kwalifikati u teknici, wara li din il-Kummissjoni eżaminat il-kandidati li applikaw wara sejħa pubblika. Ta’ min ifakkar li l-istess proċedura se tiġi segwita meta jkun hemm vakanza fil-kariga ta’ Avukat Ġenerali u għal dan il-għan saru l-emendi meħtieġa wkoll fl-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali. Il-Kummissjoni ta’ Venezja fl-opinjoni tagħha dwar Malta tas-17 ta’ Diċembru 2018, kienet ipproponiet is-separazzjoni tal-funzjonijiet duppliċi tal-Avukat Ġenerali u niftakru li fuq kol-

Bis-saħħa ta’ din il-bidla, il-Gvern qiegħed juri ċar u tond l-impenn tiegħu favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u s-separazzjoni tal-poteri f’pajjiżna

lox kienet ippubblikat ir-rapport/l-opinjoni tagħha wara talba tal-Gvern Malti stess biex tanalizza s-sitwazzjoni ta’ pajjiżna. U wara 100 jum, il-Ministru Bonnici kien ħabbar li se jibdew sensiela ta’ emendi fl-ispirtu ta’ dan ir-rapport/din l-opinjoni. Il-Ministru għall-Ġustizzja qal li “permezz ta’ proċessi u ta’ riformi ta’ din is-sura, il-Gvern qed juri r-rieda tiegħu li jwettaq riformi għattisħiħ fis-saltna tad-dritt, anke bis-saħħa ta’ implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja li kien talab hu stess.” Imma x’inhu eżatt ir-rwol tal-Avukat tal-Istat? Dan se jkun rikonoxxut mill-Kostituzzjoni u d-detenur ta’ din il-pożizzjoni se jkollu l-istess doveri u protezzjoni fil-kariga bħalma jgawdu l-Avukat Ġenerali u l-membri tal-Ġudikatura. L-Avukat tal-Istat se jkun il-Konsulent Legali Prinċipali tal-Gvern fejn għandha x’taqsam il-liġi u opinjonijiet legali u jkun obbligat b’mod espliċitu li jaġixxi fl-interess pubbliku u biex jissalvagwardja l-legalità tal-azzjonijiet tal-Istat. L-Avukat tal-Istat se tgawdi l-istess livell ta’ protezzjoni u sigurtà fil-kariga (security of tenure) li jgawdu l-Membri tal-Ġudikatura u l-Avukat Ġenerali. Dr Buttigieg, bħala l-ewwel Avukat tal-Istat - u dawk li jkollhom dan l-uffiċċju warajha - se twettaq il-funzjonijiet tagħha permezz ta’ aġenzija indipendenti stabbilita bl-istess liġi. Ta’ min ifakkar li s-sitwazzjoni tar-rwol doppju tal-Avukat Ġenerali ilha preżenti fil-leġiżlatura Maltija mill-1936, mill-promulgazzjoni tal-Ordinanza dwar l-Avukat Ġenerali li kienet ikkonsolidat il-karigi tal-Prosekutur Pubbliku u tal-Avukat Erarjali fl-irwol tal-Avukat Ġenerali. Din il-konsolidazzjoni nżammet fil-Kostituzzjoni Maltija anke wara l-indipendenza ta’ pajjiżna, u bis-saħħa tal-introduzzjoni ta’ dan

l-Att, din is-sitwazzjoni se tinbidel. Waqt li l-Avukat Ġenerali bissaħħa ta’ din ir-riforma se jibqa’ jżomm ir-responsabbiltajiet ta’ prosekuzzjoni u materji kriminali li tipprovdi għalihom il-Kostituzzjoni u liġijiet oħrajn fil-kamp kriminali, l-Avukat tal-Istat se jibda jkun responsabbli għall-funzjonijiet kollha ta’ pariri lill-Gvern u rappreżentanza legali fl-oqsma tal-liġi kostituzzjonali, ċivili u amministrattiva li sal-lum huma eżerċitati mill-Avukat Ġenerali. Il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici saħaq li, “din il-ħatra se tkun pass ieħor importanti fl-istorja legali ta’ pajjiżna. L-importanza ta’ dan il-pass tikber meta wieħed iqis li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ilu jeżerċita funzjonijiet duppliċi sa mill-1936, meta kien twaqqaf fil-forma legali u bl-isem li għandu llum.” Din ir-riforma, li se tara wkoll it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali bħala uffiċċju indipendenti ta’ prosekuzzjoni, hija wkoll implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjoni ewlenija tal-Kummissjoni ta’ Venezja u se tkun pass ieħor ’il quddiem fil-kamp tal-ġustizzja. Permezz ta’ din ir-riforma, il-ħidma tal-Avukat Ġenerali fil-qasam tal-prosekuzzjoni se tiżdied. L-Avukat Ġenerali qiegħed jingħata poteri ġodda biex jesiġi li l-Pulizija tinvestiga ċerti każijiet, biex jitlob informazzjoni lill-Pulizija dwar l-istat ta’ investigazzjonijiet u biex jesiġi li l-Pulizija toħroġ l-akkużi. L-Avukat

Ġenerali se jkollu wkoll is-setgħa li jkun prosekutur fil-Qrati kollha dwar kull reat. “Aħna ma niddejqu xejn li nirriformaw. Ma niddejqu xejn nagħmlu dak kollu li hemm bżonn biex, b’żieda ma’ dak li

diġà rriformajna, b’żieda ma’ dak li diġà wettaqna, inkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna ħalli nsaħħu d-demokrazija, il-qasam tal-ġustizzja u wkoll is-saltna tad-dritt,” saħaq il-Ministru Owen Bonnici.


08

15.12.2019

kullhadd.com

APPELL RIPETUT LI HEMM BŻONN JINSTEMA’

Qed nersqu iżjed viċin jum il-Milied u allura jiżdiedu l-festini u ċ-ċelebrazzjonijiet. Hemm min xorta ma jixrobx għal bosta raġunijiet u hemm min irid iniżżel sal-inqas qattra minn flixkun. Imma huwa worth it li tibqa’ għaddej bla ma tikkontrolla ftit u tpoġġi ħajtek u ħajjet ħaddieħor fil-periklu? Aħseb ftit! Tkellimna ma’ Rodrick Zerafa minn Transport Malta fejn tana tagħrif dwar x’qed isir din is-sena fuq livell nazzjonali biex nevitaw aħbarijiet koroh f’dawn il-jiem. Għaliex tinħass il-ħtieġa li ssir kampanja bħal din f ’dan iż-żmien tas-sena? Bħal kull sena fi żmien il-Milied, Transport Malta taħdem fuq kampanja edukattiva għall-pubbliku inġenerali biex meta jkunu ħa jsuqu ma jixorbux. Il-messaġġ tal-kampanja ta’ din is-sena huwa wieħed sempliċi iżda fuq kollox dirett: “Se Tixrob? Issuqx!” Hija realtà li matul dawn iż-żminijiet ħafna jkunu mistiedna għal bosta riċevimenti jew ikliet u xi grokk tal-okkażjoni ma jonqosx sabiex tiċċelebra dawn il-festi. Iżda, jekk se tagħmel dan huwa importanti li mhux int tkun ix-xufier, iżda xi ħadd ieħor li ma xorobx, jew inkella tagħmel użu minn servizz ta’ taxi jew mit-trasport pubbliku. Sfortunatament ħafna jirriskjaw għax jemmnu li jifilħu għax-xorb mingħajr ma jikkunsidraw il-konsegwenzi. Mhuwiex aċċettabbli li ssuq wara li tixrob, il-konsegwenzi jistgħu jkunu koroh wisq. Kulħadd għandu jaħseb fil-familjari tiegħu, fih innifsu u f ’dawk kollha ta’ madwaru u jevita l-inċidenti, speċjalment f ’dawn iż-żminijiet ta’ festi. Bħala parti mill-kampanja “Se tixrob? Issuqx”, uffiċjali ta’ Transport Malta se jkunu qegħdin iqassmu għadd ta’ air freshners għall-karozzi bit-tema prinċipali. Il-Malta Road Safety Council ukoll se jkompli jqassam disposable breathalysers biex dak li jkun jiċċekkja l-livell tal-alkoħol li għandu jew għandha. Minnu nnifsu, dan l-att għandu jġib f ’sensih lill-individiwi. Ġo qalbek għandek tistaqsi: “Ser ikolli bżonnu dan? Ser nixrob daqshekk?” Hemm statistika li turi li dan huwa żmien ta’ periklu iktar minn żmien ieħor? Hemm żminijiet oħra matul is-sena li jkun hemm iktar inċidenti. F’dawn iż-żminijiet ukoll Transport Malta tħejji kampanji edukattivi. Fil-fatt fis-sajf ukoll, Transport Malta tagħmel kampanji biex iżżgħażagħ, speċjalment, jiddevertu iżda jżommu bogħod

milli jsuqu wara li jixorbu jew li jirkbu ma’ xi ħadd li jkun xorob. Il-festi tal-Milied ovvjament huma popolari ħafna għad-divertiment u bosta jieħdu grokk ’l hemm u ’l hawn saħansitra matul il-ġurnata. Għaldaqstant, l-Awtorità, wara li għal dan l-aħħar snin iffukat iktar fuq il-prudenza fit-triq, din is-sena reġgħet għażlet li tiffoka speċifikament fuq issewqan taħt l-influwenza. Marbut ma’ dan is-suġġett huwa l-għoti tad-demm. X’qed isir biex il-pubbliku jkun jista’ jagħti d-demm u jgħin? L-għoti tad-demm huwa essenzjali meta jkun hemm xi inċident tat-traffiku. Għal dan il-għan fl-aħħar ftit jiem taxxhur tas-sajf, Transport Malta flimkien mal-Malta Road Safety Council bdiet kampanja żgħira iżda effettiva ma’ kull xufier jew xufiera ġdida. Meta x-xufier jew ix-xufiera l-ġodda jiksbu l-liċenzja biex isuqu vetturi fit-toroq tagħna, flimkien mad-dokumentazzjoni qed tingħatalhom formola biex jekk iridu jsiru donaturi taddemm. Din l-inizjattiva qed issir partikolarment maż-żgħażagħ biex isuq b’attenzjoni imma fl-istess waqt jagħtu s-sehem tagħhom biex isalvaw il-ħajjiet ta’ nies li jkunu sofrew minn xi inċident.

Din l-inizjattiva qed issir partikolarment maż-żgħażagħ biex isuq b’attenzjoni imma fl-istess waqt jagħtu s-sehem tagħhom biex isalvaw il-ħajjiet ta’ nies Infakkru li meta ssir talba biex dak li jkun imur jagħti d-demm, din għandha tittieħed bis-serjetà.Huwa proċess ta’ ftit ħin imma li jiswa mitqlu deheb u tkun qed issalva persuni oħra, kważi kważi familji oħra. X’inhi ħidmet il-Malta Road Safety Council? Il-Malta Road Safety Council huwa awtonomu minn Transport Malta iżda jaħdem id f ’id mal-Awtorità. Il-Kunsill għandu r-rwol importanti biex jassigura li fit-toroq tagħna jkun hawn is-sigurtà neċessarja anke fid-dawl ta’ bini ta’ infrastruttura ġdida li qed issir bħalissa. Il-Kunsill huwa ffurmat mill-istakeholders maġġuri li għandhom xi tip ta’ konnessjoni mal-vetturi fit-toroq, l-infrastruttura u anke x-xuffiera nfushom. Fost dawn hemm id-Dipartiment tas-Saħħa, l-Assoċjazzjoni tal-Assikurazzjoni, il-Pulizija, il-Protezzjoni Ċivili, id-Dipartiment tal-Edukazzjoni, il-Bank għat-Trasfużjoni tad-Demm, ir-Red Cross, l-Għaqda tal-Eżaminaturi tasSewqan, is-CRPD u anke rap-

preżentanti taċ-ċiklisti. L-għan tal-Kunsill huwa li jeduka lil dawk kollha li jużaw it-toroq biex jirispettaw lil ħaddieħor u fl-istess ħin iżommu mal-obbligi tagħhom li jsegwu l-liġijiet tat-triq biex ikun hemm l-ordni fit-triq. Fl-istess ħin jinvolvi ruħu f ’bosta diskussjonijiet mal-Awtoritajiet, inkluż Transport Malta biex iħeġġeġ standards u policies aħjar li jħarsu s-sigurtà fit-toroq. Rwol ieħor li għandu dan il-Kunsill hu l-edukazzjoni fl-iskejjel, minn dawk primarji, sekondarji, skejjel tal-knisja u saħansitra l-MCAST u l-Università. Il-Kunsill jifforma parti mill-EU DG Move, membri tal-ERSC, ETSC u anke l-FIA li lkoll jgħinu sabiex il-Kunsill jibqa’ aġġornat dwar dak kollu li jkun għaddej fid-dinja relatat mas-sigurtà fit-toroq. X’qed tagħmel Transport Malta biex tnaqqas dawn ir-riskji? Fl-aħħar snin il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali taħt it-tmexxija tal-Ministru Ian Borg in-

vesta ħafna fis-sigurtà tat-toroq tagħna. L-investiment li qed isir fil-infrastruttura ġdida huwa wieħed bla preċedent u kull proġett qed jagħti prijorità lil l-aspett tas-sigurtà kemm fid-disinn kif ukoll bl-installazzjoni ta’ infrastruttura bħal crash barriers, kif ukoll infrastruttura għal min jimxi u anke għal dawk li jużaw ir-roti. Fi ħdan Transport Malta hemm unit apposta li jagħmel awditjar fuq it-toroq b’enfasi fuq is-sigurtà. Jagħmel dan kemm fuq toroq eżistenti fejn janalizza x’tibdil jista’ jsir biex itejjeb is-sigurtà tagħhom, fuq toroq li jkunu għadhom fuq il-pjanta u fuq toroq li jkunu qegħdin jinbnew. Transport Malta qed tkompli tinvesti aktar fid-Direttorat għall-Infurzar sabiex il-poplu jkun edukat u jkollu mġiba xierqa fuq it-toroq. Fl-istess ħin l-Uffiċċju għall-Komunikazzjoni u l-Marketing fi ħdan l-Awtorità qiegħed jagħmel kampanji edukattivi kontinwi fuq il-mezzi soċjali li jedukaw lil kulħadd. Fl-aħħar xhur saru kampanji dwar l-użu tal-muturi fit-toroq, ir-rispett lejn iċċiklisti fit-toroq u anke għal min ikun qed jimxi. Matul ix-xhur tas-sajf u bħal dan iżżmien isiru wkoll il-kampanji biex ħadd ma jixrob u jsuq. Nawguraw li ma jkun hemm l-ebda problemi, la f ’dan iżżmien u lanqas matul is-sena.


09

15.12.2019

kullhadd.com

IL-MALTIN FOST L-ISQOF IL-ĠDID TA’ L-IKTAR B’AĊĊESS GĦALL-KURA GĦAWDEX GĦAS-SENA D-DIEĦLA

Il-Maltin u l-Għawdxin huma fost l-iktar popli fl-Ewropa li jifilħu jħallsu għall-kura tas-saħħa tagħhom. Minn stħarriġ tal-Eurostat, l-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, jirriżulta li fl-Unjoni Ewropea hemm medja ta’ 3.6% tan-nies fuq is-16-il sena li qalu li ma setgħux jaċċessaw il-ħtiġijiet mediċi tagħhom. L-iktar raġuni li ssemmiet kienet li ma kinux jifilħu jħallsu għalihom. Raġuni oħra li semmiet ħafna hija dik tal-waiting lists filwaqt li kien hemm min iddikjara li sten-

Xahrejn wara r-riżenja tal-Isqof ta’ Għawdex għad m’hemmx indikazzjoni ta’ min se jkun l-Isqof il-ġdid ta’ din id-djoċesi żgħira, iżda li għandha tradizzjoni Kattolika qawwija. Sorsi viċin il-Kurja qalu mal-gazzetta KullĦadd li fiċ-ċirkostanzi hu diffiċli ħafna li jkun hemm Isqof ġdid qabel l-aħħar tas-sena għax mhuwiex normali li jinħatar Isqof ġdid f ’dawn iż-żminijiet ta’ festi. L-Isqof Mario Grech ħabbar li kien se jieqaf minn Isqof ta’ Għawdex f ’Ottubru wara li ngħata inkarigu importanti fis-Sinodu tal-Isqfijiet fil-Vatikan. Bħalissa Mario Grech huwa l-amministratur il-ġdid tad-Djoċesi. “Issemmew xi ismijiet, iżda sa issa ma nistgħux ngħidu b’ċertezza li hemm xi ħadd li żgur se jkun hu. Għalkemm m’hemmx dubju li n-Nunzju Appostoliku jkun diġà indika ismijiet ta’ saċerdoti f ’dan il-mument,”

qal saċerdot qrib id-Djoċesi ta’ Għawdex li kellimna fl-aħħar sigħat. In-Nunzju Appostoliku li bħalissa huwa Alessandro D’Errico huwa obbligat li jibgħat tliet ismijiet lill-Vatikan fejn minnhom jintgħażel l-Isqof il-ġdid. Dawn it-tliet ismijiet issir konsultazzjoni dwarhom mal-Isqfijiet u anke ma’ persuni li huma qrib il-Knisja tal-pajjiż bil-għan li d-deċiżjoni li ssir tkun l-iktar waħda mgħarrfa u infurmata. Il-Vatikan ikun qed jesiġi li minn żmien għal żmien jingħata lista b’ismijiet ta’ persuni li jistgħu jkunu ideali għal din il-kariga jekk dejjem tinqala’ l-ħtieġa. U mhux kull saċerdot jista’ jsir Isqof. Isqof ma jistax ikollu anqas minn 35 sena u jrid ikun ilu qassis minn tal-inqas ħames snin. Isqof irid ikollu wkoll rekwiżiti akkademiċi sodi u jkun mgħarraf u studja sew suġġetti li għandhom x’jaqsmu mal-moralità u d-duttrina tal-Knisja.

na biex jara jekk is-sitwazzjoni tmurx għall-aħjar waħedha. B’rata ta’ 8.3% kienu l-Griegi l-iktar li rrappurtaw li ma kinux jifilħu jħallsu għas-servizzi mediċi. Warajhom in-nies tal-Latvja u r-Rumanija. L-aħjar sitwazzjoni kienet fir-Repubblika Ċeka u l-Finlandja fejn ma kien hemm ħadd li qal li ma jiflaħx iħallas għall-kura. Malta hija fl-istess ilma tal-Ġermajna, l-Iżvezja u r-Renju Unit fost l-oħrajn b’rata li hi biss ta’ 0.1%.



11

15.12.2019

kullhadd.com

KBURI LI JIEN MALTI, KBURI LI JIEN LABURIST Opinjoni ta’ CHRIS FEARNE - KANDIDAT GĦAT-TMEXXIJA TAL-PARTIT LABURISTA Ninsabu f ’mument storiku kemm għall-pajjiż u kemm għall-Partit tagħna. Il-pajjiż u l-partit qegħdin isejħulna b’ħerqa. Kburi li jien Malti u kburi li jien Laburist u għalhekk b’umiltà tfajt in-nomina tiegħi għall-kariga ta’ Mexxej tal-Partit Laburista u allura għall-kariga ta’ Prim Ministru. Idealment kien ikun ferm u ferm aħjar li kont qed nagħmel dan f ’ċirkostanzi mhux daqstant delikati u diffiċli għall-partit u għall-pajjiż. Huma ċirkostanzi li jitolbu kuraġġ u determinazzjoni tal-azzar. Bħal kulħadd nippreferi nbaħħar fil-bnazzi, imma la qatt bżajt mill-maltemp u lanqas ma jien se nibża’ issa. Anzi. Il-maltemp isaħħaħli d-determinazzjoni tiegħi li nkompli nbaħħar ladarba naf li qegħdin fit-triq tas-sewwa. U għax naf li wara l-maltemp dejjem ġie l-bnazzi. Iċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom jitolbu tmexxija b’id soda, b’qalb kbira u rieda tal-azzar. Kburi li valuri bħal dawn issawru fija mill-ġenituri tiegħi u saħħaħthom tul l-40 sena li ilni attiv fil-Partit Laburista. 40 sena li matulhom għext u esperjenzajt kemm il-bnazzi u kemm il-maltemp. Esperjenzi li matulhom kelli x-xorti li naħdem ma’ nies ta’ integrità, nies b’viżjoni, nies bi mħabba kbira kemm lejn il-Partit Laburista u kemm lejn Malta u Għawdex tagħna. Flimkien għandna dover xi nwettqu b’risq pajjiżna. Dover imsaħħaħ b’mod qawwi ħafna

minn mandat elettorali storiku. Ninsabu f ’nofs il-leġiżlatura u rridu nkomplu nwettqu l-Programm Elettorali li fuqu l-maġġoranza assoluta tal-poplu għażlitna biex immexxu l-pajjiż. Dan huwa dmirna u flimkien se nwettquh b’determinazzjoni u b’rieda tal-azzar. Kull passat għandu jservi biex titgħallem minnu. Hemm lok għal titjib anke fuq it-tajjeb li diġà sar aħseb u ara fejn minkejja ħilitna għadna ma wasalniex. Għandu jkun assigurat kulħadd li d-deċiżjonijiet li jkun hemm bżonn li jittieħdu se jittieħdu. Bla ma nħarsu lejn wiċċ ħadd. Fuq dan m’għandna bżonn lezzjonijiet minn ħadd. Dejjem konna aħna fuq in-naħa t-tajba tal-istorja u hekk se nibqgħu nkunu. Ħarsa lura lejn dawn l-aħħar sitt snin tagħtina stampa tal-ġid kbir li l-Partit Laburista filGvern għamel b’risq il-poplu Malti u Għawdxi. Jingħad x’jingħad, il-pajjiż għamel passi ta’ ġgant ’il quddiem f ’kull qasam tal-ħajja, għal kull faxxa tal-popolazzjoni. Flimkien ilħaqna tragwardi li meta wegħedniehom kien hemm min ħaseb, u kien hemm min ipprova jaqta’ qalb il-poplu u qal li qegħdin inwiegħdu l-impossibbli. Iż-żmien tana raġun. Fadlilna ħafna x’nagħmlu u m’għandniex inħallu ċ-ċirkostanzi preżenti jaqtgħulna qalbna. Huwa żmien li jitlob determinazzjoni, maturità u tmexxija soda. Bil-fiduċja tagħkom u flimkien

magħkom nistgħu nkomplu nibnu fuq il-ħafna tajjeb li għamilna. Il-ħafna tajjeb li ċertament u konvint li jista’ jservi ta’ pedament żonqri għal dak li fadlilna x’nagħmlu. Hawn min qed jaħtaf l-okkażjoni, iċ-ċirkostanzi preżenti, biex inessi l-ġid kollu li għamilna tul dawn l-aħħar sitt snin immexxu lil pajjiżna. Hawn min qed jittanta jirrendi bħala irrilevanti t-tant tajjeb li wettaqna. Din hija l-akbar sfida sottili li qegħdin niffaċċjaw bħalissa. L-aġenda ta’ ħidmietna b’risq il-poplu Malti u Għawdxi nagħmluha aħna. Flimkien u b’għaqda sħiħa bejnietna għandna l-opportunità li lill-Partit Laburista nkomplu inżommuh rebbieħ. Hekk ninsab determinat li nagħmel flimkien ma’ dawk kollha ta’ rieda tajba. Għal dan se nkun qed nagħti saħħti, ħilti u ħajti. Nagħmel u nwiegħed dan għax jien kburi li jien Malti, kburi li jien Laburist.

TRIQITNA GĦANDHA TKUN DEJJEM ’IL QUDDIEM Opinjoni ta’ ROBERT ABELA - KANDIDAT GĦAT-TMEXXIJA TAL-PARTIT LABURISTA Iż-żmien delikat li għaddejjin minnu huwa wieħed li matulu għandna naħsbu ferm aktar, għandna ngħarblu, għandna nistaqsu, għandna fuq kollox dmir li nifhmu u li nkunu għatxana li noħorġu minnu ferm aktar b’saħħitna milli dħalna. Jekk se noqogħdu nħarsu lura, mingħajr ma nitgħallmu, mela nieqfu fejn aħna u ma nitħarrkux. Jekk se nmaqdru mingħajr ma noffru soluzzjoni, mingħajr ma noffru tama, mela aħjar ma nlissnux kelma. Jekk se noqogħdu nibku u ngħidu ‘li kieku’, mela l-aħjar li ninġabru d-dar bil-kwiet u nħallu ż-żmien u l-ħin jgħaddi minn fuqna. Iżda dan mhuwiex żmien li nintelqu iżda huwa perjodu li iebes kemm jidher li hu iebes, għandna dover, perjodu li matulu għandna dmir li nqumu u mmiddu jdejna. Kien dan kollu li xprunani li npoġġi ismi għal Mexxej tal-Partit Laburista. Irrid inkun hemm biex inħares ’il quddiem mhux lura. Irrid noffri t-tama u mhux is-silenzju jew il-biża’. Irrid inkun hemm biex dak li hu tajjeb, u hemm ħafna u ħafna tajjeb li l-arkitett tiegħu huwa Joseph Muscat, inżommuh, u neliminaw u nbiddlu dak li sar ħażin jew li seta’ deher ħażin. Nammetti, li qabel ħadt id-deċiżjoni li npoġġi ismi quddiem l-imsieħba tal-Partit Laburista, ħsibt ħafna. Ma kinitx deċiżjoni faċli.

Nafu li hemm ħafna xi jsir. Nifhem li hemm ħafna Laburisti bħali li forsi jħossuhom diżorjentati, li jħossuhom imdejqa u rrabjati b’dak li ġara. L-istess għall-kumplament tal-Maltin u l-Għawdxin. Jien ċert li hemm ħafna li jħossuhom, ġenwinament irrabjati ħafna, iżda fil-fond ta’ qalbhom ukoll jafu li aħna bħala Partit Laburista, l-alternattiva tagħna nfusna fil-Gvern. In-nies kollha li huma mdejqa mhumiex biss dawk in-nies li qed imorru jipprotestaw il-Belt, uħud fost liema huma interessati biss li jipprovokaw; lanqas ma huma biss dawk li qed jagħmlu l-ħsara bil-fomm lil hinn minn xtutna. In-nies imdejqa huma wkoll Maltin u Għawdxin li sallum għadhom jemmnu f ’dan il-Gvern, li jriduh jissokta ħidmietu permezz tal-mandat b’saħħtu li tawh, huma dawk il-Maltin u l-Għawdxin li ma jaqblux magħna politikament, forsi s’issa għadhom lanqas ivvutaw xi darba għall-Partit Laburista, iżda li sejrin tajjeb, mhux huma biss, iżda anke l-familji tagħhom. Dik hija r-responsabilità tagħna. Jekk ikunx elett Chris Fearne jew jiena, dmirna huwa li nkomplu naħdmu. Li nkomplu nwettqu, li nkomplu mmexxu ’l quddiem lil pajjiżna. Qed ngħid hekk għax proprja fakkart lili nnifsi għalfejn aħna lkoll ninsabu fil-politika. Qegħdin fil-politika għax irridu nagħmlu d-differenza filħajja tan-nies. Qegħdin fil-politika għax permezz

tal-ideali li nħaddnu u ngħożżu, dawk soċjal-demokratiċi, irridu li ngħinu lil dawk l-aktar li hemm bżonn u nagħmlu dan mhux billi nilħqu xi ġlieda bejn xi klassi tas-soċjetà jew oħra, iżda billi nkomplu nifhmu l-interdipendenza kemm hija kruċjali, li l-mod kif pajjiżna huwa mibni ma jeskludi lil ħadd, li kollox mibni saff saff. Dmirna huwa li nipproteġu dan, li nħarsu lejn dak li jagħmilna Maltin. Għalhekk bi mħabba lejn il-Partit Laburista, bi mħabba lejn pajjiżi, b’sens qawwi ta’ responsabilità lejn dawk kollha li tawna l-fiduċja u li sal-lum għadhom jemmnu fina, bl-impenn li nikkonvinċu ferm aktar nies li jersqu lejna, qed inwieġeb għal din is-sejħa. Il-Partit Laburista, il-pajjiż se jkun qed joħroġ ferm aktar b’saħħtu minn dan il-perjodu għax triqitna hija biss ’il quddiem.


12

15.12.2019

kullhadd.com

SERVIZZ MILL-AQWA MILL-MOVIMENT HOSPICE Dan l-aħħar tħabbar li l-Arċidjoċesi għaddiet proprjetà lill-Moviment Hospice biex ikun jista’ jkabbar u jifrex aktar is-servizz bla ħlas li joffri. Għal ħafna, Hospice jitqies bħala l-moviment li joffri l-għajnuna tiegħu b’risq pazjenti li jbatu bil-kanċer, iżda mhux biss. Tkellimt fuq dan kollu ma’ Maria Gatt, Chairperson u ma’ Kenneth Delia, Maniġer Ġenerali tal-Moviment għal aktar għarfien. Minn CHARLES B. SPITERI

Maria, kemm ilkom toffru l-għajnuna tagħkom?

għall-ammont ta’ servizzi li nof- fid-dar tal-pazjent kif ukoll fil-kumpless il-ġdid, b’kumpassfru. joni u dinjità. Apparti li se nkunu qegħdin nespandu s-servizzi U meta tmorru fil-komunità, bl-in-patient unit se fil-post il-ġdid? nkunu qed nieħdu ħsieb pazjenti Meta niġbru kollox hemmhekk, bi problemi aktar kumplessi kif inklużi l-impjegati kollha tagħ- ukoll nagħtu l-appoġġ lill-familna u nkunu f ’dak il-kumpless, jari, li ħafna drabi jsibu ruħhom bil-ġonna ta’ magħha, li l-area f ’diffikultà f ’dawn il-qagħdiet. tagħha biss biss hi ta’ 11,000 metru kwadru, 11–il tomna, inkunu Kemm beħsiebkom iżżommu pazjenti matul nistgħu noffru aktar għajnuna. il-lejl fil-kumpless Xi tgħidli fuq il-bini li hemm? St Michael?

Il-Hospice ilu stabbilit għal dawn l-aħħar 30 sena u din is-sena ċċelebrajna dan l-anniversarju. Minn dakinhar, is-servizzi tagħna baqgħu dejjem jikbru u baqgħu ffukati fuq il-komunità. Dan ifisser li t-tim professjonali tagħna jżur lill-pazjenti fid-djar tagħhom. Noffru wkoll servizz ta’ terapija matul il-jum b’numru ta’ attivitajiet mill-bini tagħna f ’Ħal Balzan, kif ukoll servizz ta’ faraġ għall-familjari tal-pazjenti Il-bini qiegħed fuq xi erba’ tomtagħna, fost l-oħrajn. niet u nofs u qiegħed fl-ewwel u fit-tieni sular. Fih se jkun hemm X’jagħmlu l-pazjenti miġburin is-servizzi kollha tagħmeta jżuru l-Hospice? na inkluż l-amministrazzjoni, Bħala servizz ta’ matul il-jum, b’mod li kollox ikun qed jitmexxa il-pazjenti jattendu d-Day Thera- minn hemm. Xi ħaġa ġdida wkoll se tkun py Unit, fejn jiltaqgħu u jaqsmu nofstanhar flimkien, jagħmlu l-in-patient unit u din se tkun numru ta’ attivitajiet bħal art u fis-sular t’isfel li jkun fiha kmamar music therapy, fost l-oħrajn. Nof- individwali bil-bżonnijiet kollfru wkoll servizz ta’ idroterapija. ha meħtieġa, inkluż il-kmamar Is-sena l-oħra żidna servizz ta’ tal-banju. U waħda mill-isbaħ affiżjoterapija fil-gym fil-bini tagħ- farijiet hi li kull kamra ser ikollha na wkoll, li jgħin lil dawn il-paz- aċċess għall-ġnien fejn il-pazjent jenti. Però, il-mira tagħna hi ikun jista’ jinħareġ ukoll bis-sodferm ikbar minn hekk. L-idea hi da, xi ħaġa li rajna f ’diversi hosli fil-kumpless il-ġdid li ngħata- pices barra. F’dan il-unit tkun jna dan l-aħħar mill-Arċidjoċesi tista’ tingħata l-attenzjoni li jkun Maltija – li nqisuh bħala ġawhra hemm bżonn għall-każi li jkunu – nagħmlu ħafna aktar ġid, speċ- aktar kumplessi. Aħna dejjem ngħidu li nagħtu jalment meta naraw li d-dar f ’Ħal Balzan, saret żgħira wisq l-aħjar servizz possibbli, kemm

Il-kumpless ser ikun miftuħ għal 24 siegħa kuljum, u f ’waqt wieħed jista’ jkun hemm sa 16–il pazjent. U kif jingħażlu? Jingħażlu skont il-kriterji li jagħtu l-ispeċjalisti tagħna, għax mhux kulħadd ikun jissodisfa l-kriterji kollha biex jidħol fl-in-patient unit. Diversi drabi jkun hemm bżonn li tingħata attenzjoni aħjar għall-uġigħ u sintomi oħra relatati. Għaldaqstant, il-pazjent jidħol fl-in-patient unit biex ikollu attenzjoni kontinwa minn nies kwalifikati. B’hekk kemm jista’ jkun, jiġi evitat il-bżonn li l-pazjent jidħol fl-Isptar Mater Dei li jista’ jiffoka fuq każi aktar akuti. Raġunijiet oħra jistgħu jkunu li pazjent jidħol għal ftit ġranet

meta l-main carer tiegħu tkun teħtieg pereżempju tagħmel operazzjoni. La ma jkollux min jieħu ħsiebu jista’ jidħol hemmhekk għal ftit jiem. Fl-aħħar nett, f ’każi partikulari, pazjenti li jkunu waslu fl-aħħar ta’ ħajjithom ikunu jistgħu jidħlu wkoll fl-in-patient unit, biex b’hekk ikunu jistgħu jqattgħu l-aħħar ġranet ta’ ħajjithom bl-aktar dinjità possibbli. U meta taħsbu li ser jitlesta dan il-kumpless? Hemm diversi xogħlijiet li jridu jsiru u bħalissa għaddejjin bil-proċessi ta’ ħruġ ta’ tenders. L-ewwel iridu jsiru x-xogħlijiet strutturali, li huma ppjanati li jibdew qabel l-aħħar ta’ din is-sena u mbagħad jitkompla x-xogħol l-ieħor.

el kamra tagħna minn fejn kien jingħata s-servizz fl-1989 kienet fl-istess post fejn se mmorru issa, jiġifieri fi Triq San Ġużepp, Santa Venera. Naturalment, dik ma kinitx biżżejjed u mill-fondi li bdew jingħataw, inxtrat il-proprjetà ta’ Ħal Balzan. Issa se nerġgħu mmorru lura fil-proprjetà kollha oriġinali, għax l-Arċisqof għaraf l-importanza tax-xogħol li jagħmel il-Hospice u minn hemm nibtet l-idea li flimkien nibdew naħdmu fuq proġett bħal dan. Kenneth, int x’kariga tokkupa?

Ili għal dawn l-aħħar sitt snin u nofs nokkupa l-kariga ta’ Maniġer Ġenerali. L-iskopijiet prinċipali tal-Hospice huma li joffri u jippromwovi l-kura paljattiva. B’joffri rrid infiehem is-servizzi kollha li nagħtu; u nippromwovu Iżda hemm xi ħsieb billi noffru programmi ta’ edukata’ data tal-ftuħ? zzjoni biex b’hekk inkunu aktar Nippjanaw li niftħu bejn in-nofs aċċessibbli għall-pubbliku billi u l-aħħar tas-sena 2021 u għal- ngħarrfuh bl-għajnuna professhekk għandna ġirja mal-ħin u jonali li nagħtu. ġirja għall-fondi għax dan hu X’inhi l-kura paljattiva? proġett ambizzjuż. Il-kura paljattiva tindirizza l-kwalità tal-ħajja tal-pazjent u l-familja tiegħu li jkunu għaddejjin minn mard serju. Il-Hospice jqiegħed Il-premises ta’ Ħal Balzan kien lill-pazjent kif ukoll lill-familjari inxtara. Ironikament, l-eww- tiegħu fiċ-ċentru tal-kura li toffri. X’kien li wassal biex il-Hospice bdiet topera minn Ħal Balzan?


13

15.12.2019

kullhadd.com

Il-Hospice joffri servizzi lil dawk morda bil-kanċer biss, jew hemm għajnuna għal mard ieħor? Il-Hospice joffri servizzi lill-pazjenti li jbatu bil-motor neuron disease u b’mard avvanzat relatat mal-kliewi, ma’ mard respiratorju, tal-qalb u tal-fwied. Iżda din tal-kwalità tal-ħajja, mhix xi ħaġa vaga? Forsi, biex ma nħalluhiex xi ħaġa vaga, tajjeb li nitkellmu kif il-kura paljattiva hija kura komprensiva fejn il-pazjent u l-familjari tiegħu huma fiċ-ċentru tat-terapija kollha li tingħata. Din it-terapija hi bbażata fuq tliet pilastri. Hemm l-aspett fiżiku/mediku; għajnuna psikosoċjali, emozzjonali u għajnuna spiritwali. Fil-fatt, l-ewwel ma jiġi indirizzat hu l-aspett fiżiku għax jekk persuna tkun muġugħa, ikun diffiċli ħafna li tikkonċentra fuq affarijiet aktar psikoloġiċi, emozzjonali jew spiritwali. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ għajnuna soċjali, pereżempju f ’każi fejn il-pazjent kien il-bread winner tal-familja u kellu jieqaf mix-xogħol, jew forsi l-omm kienet tieħu ħsieb il-familja kollha u issa għandha limitazzjonijiet anki soċjali. Ovvjament, dawn ma jiġux waħda wara l-oħra, iżda flimkien. Meta tkun għaddej minn dawn l-affarijiet, kultant ikun hemm ċerti issues li ma jkunux jistgħu jiġu solvuti; jew ċerti ħsibijiet li jqumu, li huma aktar ta’ natura spiritwali bħall-mistoqsija: Għaliex jien?

Wieħed mis-servizzi li nagħtu hu dak ta’ self ta’ apparat. Jiġifieri aħna nippruvaw nipprovdu l-ħtiġiet kollha lill-pazjent, minn bastun sa sodda motorizzata importanti għall-pazjent hu li jibqa’ fl-ambjent tiegħu, fid-dar, imdawwar bil-membri tal-familja tiegħu. Għalhekk, is-servizzi tagħna bħalissa huma kollha fil-komunità, bil-professjonisti jżuru l-pazjenti fid-djar tagħhom. Kif jiġu riferuti għandkom il-pazjenti? Għandna referral form li jiffirmaha t-tabib, biex anki nkunu nafu d-dijanjosi xi tkun; naħdmu ħafna in line mal-familja, mat-tabib tal-familja u wkoll ma’ dipartimenti oħrajn, bħall-Onkoloġija, mal-Isptar Mater Dei u servizzi oħra li joffri l-Gvern, biex kemm jista’ jkun nagħtu kura ħolistika. Imbagħad, l-infermiera tagħna tmur fid-dar tal-pazjent, tagħmel dak li ngħidulu individualised care plan, jiġifieri pjan ta’ azzjoni li se naħdmu fuqu u tindirizza kemm lill-pazjent kif ukoll lill-familja, bit-terapija u bl-affarijiet kollha bżonjużi. U kif tagħmel dan?

Billi tirreferi għat-tabib, għall-fiżjoterapista u għall-bqija tat-tim multidixxiplinarju. Wieħed misservizzi li nagħtu hu dak ta’ self Iżda kultant, mhux anki min ta’ apparat. Jiġifieri aħna nippruhu b’saħħtu jistaqsi dawn vaw nipprovdu l-ħtiġiet kollha l-affarijiet? lill-pazjent, minn bastun sa sodda Dażgur, iżda ċerti ħsibijiet jgħad- motorizzata. dulek minn moħħok iżjed meta tkun għaddej minn sitwazzjonijiet Il-Hospice hu diffiċli. B’hekk il-Hospice għandu megħjun mill-Gvern? tim professjonali li jista’ jassisti lill-pazjent u lill-familjari b’dawn Iva. Il-fondi tagħna jiġu minn tliet id-diffikultajiet. sorsi. Il-Gvern jappoġġjana f ’ammont ta’ spejjeż li għandna, iżda Minn min hu magħmul l-maġġoranza kbira tiġi mill-ġbir it-tim tal-Hospice? ta’ fondi bl-attivitajiet li nagħmlu u minn benefatturi individwali kif Il-Hospice hu magħmul minn ukoll kumpaniji. tim professjonali, kif ukoll numru kbir ta’ voluntiera li jgħinu Hemm xi servizzi f ’diversi oqsma differenti. It-tim oħra li tipprovdu? ta’ professjonisti hu magħmul min-nurses, tobba, fiżjoterapisti, Noffru servizz ta’ trasport complementary therapist, psi- lill-pazjenti li jkollhom bżonn kologi, social workers, kif ukoll imorru għat-terapija l-isptar kif kappillan. Għandna madwar 20 ukoll lill-pazjenti li jattendu d-Day professjonist, bejn full-time u Therapy Unit. part-time, tim żgħir tal-amminFid-dar ukoll nagħtu s-servizz istrazzjoni u l-fund raising team. ta’ carers. Jiġifieri fejn ikun hemm Dawn jassistu fil-ġbir ta’ fondi, bżonn isir assessment u nibagħtu peress li s-servizzi tagħna jingħa- carer biex toqgħod mal-pazjent u taw kollha bla ħlas. tgħinu fil-ħtiġiet tiegħu. Wara li l-pazjent iħallina, nibqgħu B’liema mod jgħinu nieħdu ħsieb lill-familja kif l-professjonisti? inkunu diġà għamilna mill-bidu nett, bis-servizzi ta’ bereavement. Jgħinu b’numru ta’ servizzi. L-ew- Inkomplu nagħmlu sessjonijiet wel nett aħna nemmnu li l-aktar għall-familjari, kemm individwali

nagħlqu għandna wkoll servizz ta’ on call, jiġifieri l-infermiera tagħna jirċievu t-telefonati mingħand il-pazjenti, biex jekk ikun hemm bżonn ta’ xi ħaġa nippruvaw nevitaw kemm jista’ jkun li l-pazjent imur l-isptar u possibilment naqduh fl-ambjent tiegħu. Lill-professjonisti toffrulhom aktar taħriġ?

kif ukoll fi gruppi, skont il-bżonn Il-professjonisti tagħna huma l-qalb tal-Hospice u għalhekk li jkun hemm. nippruvaw nieħdu ħsiebhom kemm jista’ jkun u nagħtuhom X’inhuma l-ħinijiet taħriġ regolari biex jibqgħu tal-uffiċċju tagħkom? aġġornati mal-aħħar żviluppi. Il-ħinijiet huma bejn it-tmien- Kull sentejn norganizzaw konja ta’ filgħodu u l-erbgħa u nofs ferenza ta’ livell nazzjonali. Kull ta’ waranofsinhar, iżda wara li sena jsir ukoll kors għat-tobba u

għall-infermiera kif ukoll korsijiet qosra għall-carers. Nippruvaw ukoll nieħdu sehem fi programmi tar-radju u tat-televiżjoni, biex kemm jista’ jkun ngħarrfu lin-nies bis-servizzi li noffru. Sfortunatament, kif għedt in-numri qed jikbru. Jiġifieri matul is-sena, diġà qed naraw madwar 1,200 familja. Kull xahar ikollna madwar 70 pazjent ġdid u l-iskop tagħna hu li għalkemm ilmard qed ikompli jiżdied, il-Hospice jkun dejjem aktar aċċessibbli għall-pazjenti u għall-familjari tagħhom. Għal iktar informazzjoni, wieħed jista’ jikkuntattja lil Hospice Malta fuq 2144 0085 / info@hospicemalta.org / www.hospicemalta. org


14

15.12.2019

kullhadd.com

L-ILLUŻJON DOMENIC G

Domenic Gruppetta, l-ewwel tifel f’familja ta’ sitt itfal twieled fis-26 ta’ April, 1 Maltija u qatt ma naqas ifakkar lil uliedu li l-familja riedet tgħix biss fuq id-dħul

Pazjent bla saħħa u safrani, li kien qabeż is-sebgħin sena ma kienx jiflaħ għal-loppju biex ikun operat. It-tabib tiegħu tal-Armata, Dr Petrino Xuereb, għaraf mill-ewwel li jekk jagħtih l-anestesija qabel joperah, kien jitilfu għal kollox. Iżda jekk ried jipprova jsalvalu ħajtu u joperah għall-ftuq li kellu, ried isib mezz kif jagħmel dan mingħajr il-mediċina jew l-eteru. Kien f ’dak il-mument li ftakar li snin qabel kien opera lil xi suldati fl-Isptar tal-Imtarfa bl-għajnuna ta’ rekluta Malti fl-Armata Ingliża, li kien studja fuq il-kura li setgħet tingħata permezz tal-ipnotiżmu. Għalhekk, bħal miġnun, l-ispeċjalista ordna ta’ malajr: “Morru sibu u ġibuli lil Domenic Gruppetta!” Meta l-ipnotista, magħruf sew għall-varjetà ta’ oqsma li kellu f ’ħajtu, għax ma kienx biss illużjonista ewlieni iżda studjuż ta’ kif jaħdem il-moħħ, tal-astroloġija u tat-tbassir, daħal fil-kamra tal-pazjent, Dr. Xuereb spjegalu li ħtieġu biex idaħħal lill-marid fi stat qawwi ta’ ipnotesi għal madwar siegħa. Dan biex ikun jista’ joperah, jaqta’ u jħit. Dan kien każ li jqanqal ammirazzjoni b’mod irreżistibbli, fejn l-ispeċjalista ried jaħdem fl-iqsar ħin. L-ipnotista ħadem billi offra effett artifiċjali mill-aqwa fuq persuna li aċċettat mill-ewwel għall-ipnotiżmu. Għalhekk l-ispeċjalista daħħal l-imsaren mill-ġdid f ’posthom, ħiet u reġa’ qajjem lill-pazjent fuq saqajh biex għex għal kważi għaxar snin oħra, fejn kien għoddu daħal għad-disgħinijiet tiegħu. Studju fuq il-qawwa tal-moħħ Domenic kien studja sew l-aqwa letteratura li speċjalisti bħall-Professur Elmer E. Knowles kiteb fuq il-qawwa talmoħħ matul il-mard, kif ukoll oqsma oħra relatati mal-fejqan manjetiku, fejn operazzjoni tista’ ssir permezz tal-ipnotiżmu minflok ma tintuża l-anestesija.

Kważi sal-aħħar ta’ ħajtu Domenic kien għadu jħaddem il-ħila psikika tiegħu biex fejjaq żagħżugħ ta’ 25 sena mis-Siġġiewi. Hu rnexxielu jneħħilu d-diżordni nervuża li kellu tul għoxrin sessjoni ta’ rqad fil-fond. U hawn tajjeb insemmi li meta l-illużjonista kellu 24 sena, irnexxielu jipnotizza lilu nnifsu biex saritlu operazzjoni żgħira fi griżmejh wara li żviluppalu xi felul. Fl-età ta’ 21 sena, Domenic Gruppetta kien diġà qed igawdi minn reputazzjoni vasta għall-poteri telepatiċi u straordinarji li kellu. Kien idur il-villaġġi jagħmel illużjonijiet u telepatija fi żmien meta s-superstizzjoni kienet qawwija fost il-poplu Malti. Għalhekk kien hemm ħafna li kienu jħarsu lejh

Domenic kien studja sew l-aqwa letteratura li speċjalisti bħall-Professur Elmer E. Knowles kiteb fuq il-qawwa tal-moħħ matul il-mard, kif ukoll oqsma oħra relatati mal-fejqan manjetiku, fejn operazzjoni tista’ ssir permezz tal-ipnotiżmu minflok ma tintuża l-anestesija

biċ-ċiera. Insemmu li fis-17 ta’ Lulju, tal-1921, l-illużjonist intalab iwettaq xi atti illużjonarji fi Sqaq Witet fil-Mosta bl-iskop li jinġabru fondi b’risq il-festa titulari. Hu għażel li juri l-ħiliet tiegħu fil-qari tal-karti, fil-palmistrija (qari tal-idejn) u bħala ipnotist, fejn ħaddem il-misteri tat-trażmissjoni’. Dawn ħolqu għagħa enormi fl-udjenza ta’ bdiewa tal-lokal, tant li akkużawh li qed jitbiegħed mill-valuri Kattoliċi u li ried jiddomina lill-folla permezz tal-għajnuna tax-xitan. Investigat mill-Kurja Din l-akkuża waslet sal-Kurja Ekkleżjastika, li bdiet investigazzjoni fil-konfront tal-illużjonist. U l-Isqof Awżiljarju Angelo Portelli, tal-Ordni tad-Dumnikani, tah parir biex jieqaf milli jagħti wirjiet lill-udjenzi tal-irħula. Hu interessanti hawn li nsemmu wkoll, li fil-bidu tas-seklu 17, Blaise Manfre, illużjonist Malti ta’ ħiliet eċċezzjonali, kien wettaq att ta’ fama Ewropea, billi bela’ ilma pur u ferrgħu minn ħalqu bħala birra u cognac. U hawn insemmu li Manfre wkoll kien suspettat li kellu poteri dijaboliċi u biex evita l-kaċċa li bdiet issir għalih spiċċa kellu jiżvela s-sigriet ta’ kif kienet issir dik l-illużjoni lill-Kardinal Mazarin ta’ Franza. Fis-snin 20 kien hawn numru żgħir ta’ illużjonisti li tgħoddhom fuq id waħda. Dawn kollha għamlu isem għalihom, bħal Giuseppe Reale, li kien magħruf l-iktar lejn Tas-Sliema, waqt li Johnny Giordmaina, ħabib tat-tfulija ta’ Gruppetta, mar Toronto, fil-Kanada, fejn sar magħruf bħala l-gay magician of Canada. Domenic għadda wkoll l-arti tal-maġija u għallem lil bniedem ieħor; ħabib ta’ tfulitu mill-Kottonera; ċertu Kelinu Pace, li ħa l-isem illustri ta’ Chris Van Bern. Gruppetta kien intefa’ b’mod professjonali għall-istudju tal-maġija;

jibbaża għerfu fuq il-ħoss, il-prinċipji xjentifiċi; jemmen li l-prinċipji maġiċi setgħu jkunu mifhuma. Storikament, kien jaf il-bażi tal-arti tiegħu miż-żminijiet imbiegħda tad-Dedi Eġizzjan, li kien jagħti l-wirjiet quddiem Cheops, il-bennej tal-piramida l-kbira. Sħubija f ’Ohio Fl-1936, Domenic Gruppetta kien elett membru tal-International Brotherhood of Magicians, ta’ Ohio, l-Istati Uniti, u kien mgħammar b’mod eċċezzjonali bl-informazzjoni klassika. Hu studja b’mod ardenti x-xogħlijiet ta’ nies bħall-Avukat Ingliż A. Lewis, il-Prof. K. Hoffman (pijunier ewlieni għall-Manual for Conjurers) u l-Prof. Herrman, li eċċella ferm fil-maġija biżarra u kemikali u li fuq ix-xogħol tiegħu Black Magic Exposed, li s-satiriku Malti Juan Mamo (1885-1941), ibbaża l-verżjoni tiegħu msejħa Ġabra ta’ Sigrieti, Ta’ Xebh is-Sħarijiet u Ta’ Misteri, ippubblikat fl1934. Iżda l-awtur favorit ta’ Domenic kien David Devant, wieħed mill-akbar illużjonisti ta’ kull żmien, li kien sikwit mistieden mill-irjali. Minn xi noti li fadal għall-awtobijografija li beda meta kien qabeż sew is-60 sena tiegħu, jirriżulta li x-xewqa ta’ Domenic fil-maġija bdiet meta daħal fl-adolexxenza tiegħu u wara li ingaġġa fil-Brigata tal-Infanterija ta’ Malta, fejn missieru, bniedem militari, wild familja umli qajla magħrufa, serva wkoll taħt l-Ingliżi. Insibu li meta Domenic kien għadu żgħir, missieru ħadu jara illużjonista Taljan li kien ġie Malta biex jagħti xi wirjiet. Isemmi li baqa’ mistagħġeb b’dak li ra. Għalhekk kiseb l-indirizz ta’ ħanut tal-maġija f ’Londra u rnexxielu jġib kotba fuq il-maġija, l-ipnotiżmu u t-telepatija. Ma kellux flus biżżejjed biex jixtri l-apparat, iżda kien xortih tajba li kellu ħuh handyman perfett. Flimkien, mhux biss irnexxielhom jaħdmu


15

15.12.2019

kullhadd.com

NIST GRUPPETTA

1898, fin-naħa t’isfel tal-Belt Valletta. Missieru kien Quarter Master fil-Milizzja miżeru ta’ żewġ xelini (24 ċenteżmu) kuljum. Minn CHARLES B. SPITERI

l-apparat meħtieġ, iżda ħolqu ieħor li mhux biss kien ġdid għall-maġija li ħoloq Domenic, iżda kien ħafna aqwa minn dak fis-suq. Fil-ktieb tiegħu Shuffled Magic (1938) illustrat minn H. Blackman, jidhru 12 mill-aqwa illużjonijiet li wettaq, li wħud minnhom kienu riferuti bħala invenzjonijiet ġodda minn ħadd għajr Will Goldston, illużjonist kontemporanju ta’ fama dinjija li kien ħareġ il-Who’s Who in Magic bħala appendiċi tal-ktieb meqjum ferm tiegħu Tricks That Mystify (1934). Familja b’finanzi limitati Meta Domenic kellu seba’ snin, il-familja marret tgħammar fl-Armerija l-Antika ’l barra minn Triq Buskett. Il-paga mqita ta’ Rosario ma setgħetx tipprovdi għall-edukazzjoni sekondarja ta’ wliedu, iżda mmotivat mill-kisbiet edukattivi ta’ ibnu Domenic, minn hemm u minn hawn irnexxielu jdaħħlu fil-British Garrison School tal-Imtarfa, fejn konkors ta’ sparar fil-Pembroke Range offra karriera fil-militar lill-istudent ċkejken. Meta bilkemm kellu 15–il sena, Domenic kien miktub bħala kadett fl-Ewwel Battaljun tal-King’s Own Malta Regiment tal-Milizzja. Hekk kif faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija, Domenic akkumpanja lir-reġiment tiegħu fuq il-mobilizzazzjoni, u ngħata jagħmel għassa fil-Bajja tal-Ġnejna. Fl-istess żmien ingħaqad b’mod attiv u intensiv fil-Baden Powell Scout Movement, fejn kiseb disa’ medalji ta’ profiċjenza fl-ewwel ftit xhur. Kien laħaq scoutmaster kemm tat-Truppa tar-Rabat kif ukoll tal-Hamrun. Hu mexxa l-kontingent Malti għall-Jamboree li saret fl-Ingilterra. Kemm missieru kif ukoll ħuh Vincent, magħruf aktar bħala Ċensinu kienu involuti fl-arti drammatika u l-organizzazzjoni orkestrali tal-Każin tal-Banda Konti Ruġġieru fir-Rabat, fejn sa mill1886 kien jeżisti t-teatrin. Sal-1920 Ċen-

sinu fforma l-kumpanija tiegħu Vittoriosi u hu u Domenic kitbu bosta reċti b’temi storiko-reliġjużi, kif ukoll fuq nies martri u protagonisti erojċi Maltin. Ipnotizzar fuq żewġ siġġijiet Kmieni fl-1921 Gruppetta marru joqogħdu fi Strada Vallone, l-Imsida, fejn Domenic ingħaqad mal-Iscouts tal-Ħamrun u beda jwettaq maġija moderna, telepatija u ipnotiżmu. Waħda mill-aktar atti impressivi li kien jippreżenta kienet meta jipnotizza persuna, mimduda orizzontalment fuq żewġ siġġijiet u jitla’ fuq l-istonku tagħha. Fit-terminoloġija ipnotika, dan l-att hu magħruf bħala Catalepsy, stat fejn is-sensazzjoni u l-istat tal-għarfien ikunu sospiżi u fejn il-ġisem jibbies. Apparti minn dan kollu, Domenic ippreżenta serje ta’ xogħlijiet drammatiċi b’risq it-twaqqif tal-Ħamrun Boy Scout Troupe Theatrical Company fiċ-Cinema Reale u t-Teatru Eldorado. Imbagħad lil Domenic narawh jaqbad linja oħra, fil-forma tat-trejdjunjoniżmu. Bniedem lealissimu u partitarju kbir ta’ Lord Gerald Strickland, Domenic kien wieħed mill-fundaturi tal-Anglo-Maltese League u kien għaraf il-ħtieġa li l-ħaddiema Maltin kellhom jingħaqdu biex jaffrontaw kull diskriminazzjoni mis-sidien tagħhom. L-ewwel impjegat mas-Servizz Ċivili Bħala Uffiċjal maċ-Ċivil fl-impjieg mar-Royal Air Force (hu telaq mill-militar f ’Settembru, 1924) Gruppetta kien elett bħala l-Ewwel Segretarju tal-Assoċjazzjoni tat-Taqsima Klerikali tas-Servizz Ċivili. U peress li hu kien l-ewwel Malti li ddaħħal fl-impjieg masServizz Ċivili Ingliż, kien f ’kuntatt ma’ bosta industrijalisti Maltin li ħadmu mal-RAF. Terġa’ kien f ’kuntatt kontinwu ma’ Trejdjunjonisti bħal Ġużè Ellul Mercer,

Gruppetta kien intefa’ b’mod professjonali għall-istudju tal-maġija; jibbaża għerfu fuq il-ħoss, il-prinċipji xjentifiċi; jemmen li l-prinċipji maġiċi setgħu jkunu mifhuma

Domenic, flimkien ma’ ħuh Ċensinu, marru jgħammru għal ftit f ’dar fi Triq Fra Diego l-Ħamrun u wara għal Triq Brighella. Kompla jagħti wirjiet lil nies distinti, fosthom lill-Gvernatur Ġenerali u Lady Dobbie, li talbu li jkollhom serati ta’ maġija fil-Palazz il-Belt Valletta. Aktar tard, il-konnessjoni li kellu mal-Anglo-Maltese League waqfet u dan juri l-integrità personali li kellu. Għalkemm kien ħaġa waħda mas-sentimenti Ingliżi ħajtu kollha, irrifjuta li jissieħeb fi propaganda politika partiġjana. Hu oġġezzjona għall-preżenza ta’ statwa jew pittura tal-mejjet Lord Strickland fil-kwartieri tal-Anglo-Maltese fi Triq il-Merkanti u għalhekk irriżenja mill-Kunsill b’ittra datata 19 ta’ Settembru, 1941. Żwieġ lil kap ta’ skola

Ġino Muscat Azzopardi, Ġużè Orlando Smith u Reggie Miller, il-bniedem li waqqaf il-General Workers’ Union fl-1943 u li talab lil Gruppetta jkompli jgħin fil-union. Fl-1936, wara li l-Gruppettas marru joqogħdu f ’Tas-Sliema, Domenic kien elett President tat-Taqsima tal-Illużjonisti tal-Istitut għall-Kultivazzjoni tal-Arti. Ħidmietu fil-maġija estendiet għal Birkirkara, Ħaż-Żabbar u l-Belt Valletta, u kien jagħti wirjiet ikkummissjonati minn uffiċjali Ingliżi għoljin kif ukoll mill-Gvernatur Sir Harry Luke, li stieden lil Domenic biex jipprovdi illużjonijiet f ’Casa Leone, ir-residenza uffiċjali tal-Gvernatur fil-Ħamrun. Kif faqqgħet it-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1940 u wara l-mewt ta’ ommu,

Sentejn wara, fil-11 ta’ Settembru, 1943 Domenic iżżewweġ lil Marie Vassallo, kap ta’ skola mħarrġa l-Ingilterra u bint John F. Vassallo, artist u mużiċist minn Bormla li kellu konnessjonijiet qrib ħafna ma’ Carmelo Mifsud Bonnici (ilGross), li kien Ministru tal-Edukazzjoni taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ Enrico Mizzi. Il-koppja Gruppetta kellha tlett itfal. Iżda l-maġija baqgħet l-ossessjoni ewlenija ta’ Domenic, li sa dan iż-żmien kien kiseb l-aqwa riżultati fiha. Sa hawn tant kien ipprattika l-ħeffa li kien iħalli lill-udjenza skantata b’dak kollu li jagħmel. Sal-1964 meta kiber sew, Domenic baqa’ jippreżenta l-atti ta’ maġija, iżda naqqas sew ir-ritmu. L-aħħar wirja tiegħu kienet għal kunċert tal-karità fil-Moviment tal-Azzjoni Kattolika Ħaż-Żebbuġ. Hu kien jemmen f ’dak li qal Houdini, li biex illużjonist iħaddem il-maġija fl-aqwa tagħha jrid ikun ħafif. Għalhekk warrab mix-xena. Kien fit-30 ta’ Novembru tal-1978 li Domenic ħalla din id-dinja darba għal dejjem.


16

15.12.2019

kullhadd.com

SENA OĦRA TA’ ĦIDMA qsu l-persuni jfittxu impjieg, tant li llum l-isfida hi li jinstabu ħaddiema għax-xogħol li qed jinħoloq. Dan ma jfissirx li wasalna fejn ridna iżda għandna bażi soda fuq xiex nibnu għal aktar opportunitajiet ta’ xogħol ta’ kwalità f ’Għawdex stess. Tkabbir ekonomiku Justyne Caruana Ministru

Is-sena 2019 kienet sena ta’ ħidma bla preċedent fl-oqsma kollha fir-responsabilità tal-Ministeru mmexxi minni. Ħdimna b’għan wieħed li nkomplu ntejbu l-ħajja tal-Għawdxin u l-eluf li jżuruna. Ħolqien tax-xogħol

Bħala proporzjon it-tkabbir ekonomiku ta’ Ghawdex ras għal ras kiber iktar minn ta’ Malta u dan huwa kkonfermat mill-istatistika uffiċjali. It-tkabbir ekonomiku jorbot mal-industrija turistika - pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija. F’Għawdex ukoll it-turiżmu hu l-mutur ewlieni li qed jikkontribwixxi sew għal dan it-tkattir ekonomiku. Din is-sena investejna bis-sħiħ f ’dan is-settur u r-riżultati jitkellmu weħidhom. B’rekord ta’ attivitajiet turistiċi għelibna l-isfida tal-istaġjonalità b’numru ta’ festivals tematiċi li sawru lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta matul is-sena kollha. Dan sar id f ’id ma’ diversi NGOs, Kunsilli u korpi kostitwiti.

L-għajta ta’ xogħol f ’Għawdex għall-Għawdxin kompliet issir realtà. Tul is-sena ġibna aktar impjegati fiċ-ċivil jew entitajiet statali lejn Għawdex. Ħloqna 60 post ġdid waqt li fil-futur qrib, l-MFSA ser tiftaħ uffiċċju f ’Għawdex ukoll. Permezz tal-iskema tal-Ministeru Gozo Employment Scheme, is-settur privat ħoloq xejn inqas minn 80 Il-konnettività impjieg ġdid. B’dan l-isforz kollettiv qed jon- Il-konnettività bejn

kienet u ser tibqa’ prijorità għal dan il-Gvern. Introduċejna r-rabà vapur li ngħaqad mal-flotta eżistenti tal-Gozo Channel f ’Ġunju li għadda. Kulħadd stqarr li bl-introduzjoni ta’ MV Nikolaos ittraġitt bejn il-gżejjer tjieb b’mod drastiku. Nibqgħu kommessi li din il-bidla għall-aħjar tkun sostnuta u għalhekk ser joħroġ tender internazzjonali biex il-kumpanija Gozo Channel tikri vapur modern biex jingħaqad mal-flotta għaż-żmien li ġej. Meta ngħidu konnettività ma nirreferux biss għal trasport. Matul dawn il-jiem qed jitqiegħed it-tieni fibre optic cable biex tissaħħaħ il-konnettività diġitali u b’hekk inkunu qed noffru serħan il-moħħ għal dawk il-kumpaniji li jagħżlu li jinvestu f ’Għawdex. Dan isaħħaħ il-pjan wara li ġiet inawgurata l-Gozo Innovation Hub bil-għan li Għawdex jinbidel f ’ċentru ta’ innovazzjoni u riċerka. Infrastruttura u proġetti kapitali

L-infrastruttura f ’Għawdex qed tingħata l-attenzjoni li jixirqilha wara snin ta’ abbandun. Matul din is-sena komplejna ninvestu bis-sħiħ biex intejbu l-qagħda il-gżejjer tat-toroq tagħna u mat-80 triq

ser jerġgħu jinbnew mill-ġdid. Dan apparti r-riġenerazzjoni tal-pjazza tax-Xewkija u x-xogħol li għaddej fi Pjazza San Franġisk fir-Rabat. Frixna ħarsitna wkoll fuq proġetti kapitali ambizzjużi li ilhom fuq l-ixkaffa għal bosta snin, fosthom il-pixxina, il-Mużew ta’ Għawdex u l-impjant tar-Reverse Osmosis f ’Ħondoq. Nemmnu fi żvilupp sostennibli u għalhekk qed nagħtu attenzjoni speċifika lill-patrimonju tagħna. Nedejna skemi ta’ restawr u flimkien mal-NGO Wirt Għawdex qed naħdmu biex nippriservaw Għar Calypso. Il-Ministeru għal Għawdex esproprja l-art madwar Għar Gerduf u ħejjejna l-pjanti biex dan is-sit ikun konservat u jitgawda mill-pubbliku. Irrestawrajna wkoll il-mitħna ottagonali tax-Xewkija kif ukoll wasal fl-aħħar fażijiet ir-restawr fuq il-Fanal tal-Ġordan. Baġit 2020

Fil-baġit li jidħol fis-seħħ ftit ġimgħat oħra, Għawdex ingħata żieda ta’ 20% aktar fondi mis-sena l-oħra. Dan ifisser li l-Ministeru għal Għawdex għandu żieda ta’ ’l fuq minn €11–il miljun li se jiġu użati għal proġetti u għal inizjattivi għall-Għawdxin.

Il-baġit iqis lil Għawdex b’mod ħolistiku u jinkludi l-miżuri soċjali għall-familji, studenti u pensjonanti u oħrajn li jinċentivaw ilħolqien tax-xogħol f ’Għawdex. Jinkludi wkoll miżuri biex niddiversifikaw l-attività ekonomika u dik turistika. Il-Gvern Laburista għandu mandat ċar ikompli jmexxi u diġà bdilna lil Għawdex minn mażżra għal mutur ekonomiku għall-pajjiż kollu. Ikunu xi jkunu l-isfidi, impenjati għal aktar ħidma bl-awgurju għal Milied filpaċi u sena mimlija saħħa u ġid.

B’rekord ta’ attivitajiet turistiċi għelibna l-isfida tal-istaġjonalità b’numru ta’ festivals tematiċi li sawru lil Għawdex bħala destinazzjoni distinta matul is-sena kollha

MIN JIBNI U MIN IĦOTT... Clayton Bartolo Membru Parlamentari

Il-ħajja għallmitni li fil-politika jeżistu żewġ kategoriji ta’ persuni. Żewġ kategoriji totalment differenti minn xulxin, opposti fil-linja tal-ħsieb u anke fl-aġir tagħhom. Dawn huma żewġ kategoriji fejn l-ewwel kategorija hija dik li tibni, filwaqt li t-tieni kategorija hija magħmula minn dawk il-persuni li jħottu. Sfortunatament dawn l-aħħar ftit ġimgħat kienu ddominati minn dik il-kategorija tal-persuni li jridu jħottu. Kategorija

ta’ nies li għax qatt ma kienu kapaċi jibnu, moħħhom biex iħottu dak li ħaddieħor bena matul dawn l-aħħar snin. Iridu jħottu dak kollu li Joseph Muscat u l-Gvern tiegħu bnew b’tant għaqal f ’dawn l-aħħar snin. Din il-kategorija ta’ nies riedet tħott lista sħiħa ta’ kisbiet u suċċessi li saru minn persuni li taw l-enerġija kollha tagħhom għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Fuq kollox riedet tħott lil wieħed millaqwa statisti li mexxa lil pajjiżna fl-istorja moderna u kiseb riżultati bla ebda preċedent. Riedet tħott lil min defiċit bidlu f ’surplus, mingħajr ma daħħal ebda taxxi ġodda. Anzi, ħadem biex dejjem ħalla iżjed flus fi bwiet in-nies. Riedet tħott lil min għal sena wara l-oħra żied il-pensjonijiet, u qiegħed il-pedamenti sabiex is-sena d-dieħla jerġa’ jkun hemm żieda fil-pensjonijiet. Ħaddieħor lanqas biss kien joħlom li jżid il-pensjonijiet,

aħseb u ara kemm kien se jwettaq din il-bidla. Riedet tħott lil min ħadem biex jagħti l-ugwaljanza lil kulħadd, irrispettivament mill-ġeneru. U dan fl-istess waqt li ħadem sabiex jagħti d-dritt li persuni li ma setax ikollhom tfal b’mod naturali jingħataw l-għajnuna permess tal-IVF biex jisimgħu l-għajta ta’ “ma” jew “pa”. Biex minn pajjiż li fl-2009 ma kienx jgħaddi mill-eżami tan-Nazzjonijiet Uniti fejn jidħlu d-drittijiet tal-bniedem, illum għandna pajjiż li jinsab fuq quddiem fid-dinja f ’dan il-qasam. Riedet tħott lil min offra ċ-childcare b’xejn lill-ġenituri kollha li jaħdmu sabiex b’hekk żdiedet ir-rata ta’ nisa jipparteċipaw fid-dinja tax-xogħol u għandna iżjed familji li qegħdin igawdu minn iżjed dħul fi bwiethom. U biex ikompli jgħin lill-familji Maltin u Għawdxin, offra t-trasport b’xejn tal-iskola lill-istudenti kollha. Però li ma kinux jafu huwa li lil dik il-persuna li riedu jħottu,

għalih l-aħna huwa ikbar mill-jiena. Li ma kinux jafu huwa li l-legat ta’ Joseph Muscat bħala Prim Ministru ta’ pajjiżna huwa ferm iktar b’saħħtu mill-politika tal-firda u l-mibegħda li huwa magħruf għaliha l-Partit Nazzjonalista. Fuq kollox, illum il-ġurnata għandna Partit Laburista mibni fuq sisien sodi, b’suldati tal-azzar u baħrin tal-maltemp. U meta tkun veru baħri tal-maltemp taħdem sabiex iktar ma jikber il-maltemp, iktar jissaħħaħ il-vapur. Huwa f ’mumenti iebsa bħal dawn li tara l-kapaċità tal-partit li jiġġedded, anke jekk jinsab fil-Gvern. Dawn huma mumenti li fihom għandha tirrenja l-għaqda fi ħdan il-Partit Laburista u li nkomplu nibnu għall-futur. Fl-aħħar mill-aħħar jiena konvint li ż-żerriegħa li żera’ Joseph Muscat fil-Partit Laburista bħala l-pedamenti tal-Moviment li llum jinsab fil-Gvern se tkompli tikber u tiffjorixxi. Hekk kif jgħaddi

dan il-perjodu li ninsabu fih, il-Partit Laburista u l-pajjiż se jkomplu jissaħħu. Għad baqa’ ħafna xogħol xi jsir fil-pajjiż, u jiena ċert li bil-mexxej il-ġdid fit-tmun se nkomplu naħdmu biex dak li beda dan il-Gvern immexxi minn Joseph Muscat, inkomplu nwettquh b’iżjed determinazzjoni minn qatt qabel għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Dawn huma mumenti li fihom għandha tirrenja l-għaqda fi ħdan il-Partit Laburista u li nkomplu nibnu għall-futur


17

15.12.2019

kullhadd.com

NIPPARTEĊIPAW B’RESPONSABBILTÀ Editorjal

Iż-żmien li ġej huwa wieħed ta’ kampanja u se jkun żmien li juri kif il-Partit Laburista huwa l-partit li għandu t-twemmin u l-politika li jistgħu jħejju ’l-Malta għall-futur

Kif issa jaf kulħadd il-Partit Laburista għaddej bil-proċess biex jaħtar mexxej ġdid. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-Partit Laburista eluf ta’ membri se jkollhom id-dritt li jagħżlu huma l-mexxej tagħhom. F’dan il-każ, ladarba l-Partit Laburista qiegħed fil-Gvern, se jkunu qed jagħżlu wkoll il-Prim Ministru ta’ pajjiżna. Dan huwa dritt li ngħata wara bidla fl-istatut tal-Partit Laburista ftit wara li Joseph Muscat intgħażel Mexxej tal-istess partit. Kienet waħda mill-ħafna bidliet li għamel Joseph Muscat fil-Partit Laburista li nbidel minn wieħed tellief għal wieħed li jirbaħ elezzjoni wara oħra b’riżultati mill-iktar qawwija. Kienet bidla li segwieha wkoll il-Partit Nazzjonalista li ironikament spiċċa użaha qabel minħabba t-telfiet elettorali tal-istess partit. L-istatut tal-Partit Laburista jitlob li biex tesserat ikollu d-dritt li jivvota jrid ikun ilu ħames snin konsekuttiv membru. F’dan il-każ mill-2015 ’il quddiem. Eċċezzjoni hija magħmula biss għal dawk li għandhom 20 sena jew inqas minħabba l-età

li wieħed jista’ jagħmel tesserament fil-partit. Issa hemm eluf ta’ membri li diġà huma regolari u għalhekk bid-dritt għall-vot. Eluf oħra għad jistgħu jiskbu dan id-dritt billi jirregolaw il-pożizzjoni tagħom. L-appell tagħna lil dawn tal-aħħar hu li għandhom jużaw il-jiem li ġejjin biex iċemplu l-call centre tal-Partit Laburista (2090 1771) u / jew iżuru ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista biex jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom. Kull min għandu ċans li fil-11 ta’ Jannar ikollu d-dritt li jivvota għandu jara li jieħdu. Huwa wkoll dmir lejn il-pajjiż li l-eluf jagħżlu huma dak li jaħsbu li jista’ jkun l-aħjar Prim Ministru ta’ Malta. Sa dakinhar l-obbligu ta’ kull wieħed u waħda minn dawn il-membri hi li tixtarr dak li għandhom xi jgħidu dawn iżżewġ kontestanti. Żewġ kontestanti li huma mill-iktar validi. U hawn irridu nagħmlu punti importanti. Tassew għandu biex ikun kburi l-Partit Laburista li fi ħdanu għandu persuni ta’ stoffa li fil-pajjiż hawn qbil ġenerali li jistgħu jkomplu jibnu fuq is-suċċessi li diġà kiseb pajjiżna fl-aħħar

snin. Tassew għandu jkun kburi wkoll Joseph Muscat li fl-aħħar snin integra flimkien persuni ta’ esperjenza politika kbira u oħrajn ġodda b’mod li meta wieħed irid iħares lejn il-ġejjieni jrid iħares lejn il-Partit Laburista. Għax dak hu s-suċċess ta’ moviment. Kif qal il-Prim Ministru, il-moviment li bena hu 11–il sena u nofs ilu madwar il-Partit Laburista m’għandux jieqaf miegħu. Il-moviment għad għandu mandat li jkompli jixpruna l-ħsieb progressiv biex joħloq il-ġid. Dan kollu mhux se jieqaf ma’ Joseph Muscat, anzi dak li għalih il-Partit Laburista kiseb il-fiduċja f ’10 elezzjonijiet konsekuttivi, irid jibqa’ hemm u jissaħħaħ biex mhux biss dan il-moviment jibqa’ popolari mal-elettorat imma iktar minn hekk, dan il-moviment irid ikun hemm biex fil-Gvern jibqa’ jilħaq l-aspirazzjonijiet taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Iż-żmien li ġej huwa wieħed ta’ kampanja u se jkun żmien li juri kif il-Partit Laburista huwa l-partit li għandu t-twemmin u l-politika li jistgħu jħejju ’l-Mal-

ta għall-futur. Irid ikun ukoll iż-żmien tal-għaqda. Nistgħu nibqgħu magħqudin jekk insegwu l-prinċipji. Jekk niftakru li qegħdin fil-politika mhux għall-individwi iżda għall-viżjoni, għall-ħsieb u għall-bidliet li rridu nġibu. Il-forzi progressivi, li aħna parti minnhom, jeżistu biex itejbu l-affarijiet u jisfidaw l-istatus quo. Għaliex il-bidla dejjem hija iktar diffiċli u eċitanti. X’aktarx se nsibu nies li mhux se jaqblu mill-ewwel kif għandha tkun iżda, ladarba aħna magħqudin fuq l-għan aħħari dak għandu jgħin biex nibqgħu magħqudin. Differenti minn ħaddieħor li jinġabar biss ma’ xulxin f ’mumenti li jara li jista jirbaħ il-poter imbagħad jitqatta’ ma’ xulxin għax ladarba l-poter hu l-għan fih innifsu anke bejniethom iridu jiġġieldu dwar min se jaħtaf l-iktar minnu. Għax aħna naħdmu għall-għan ladarba tintgħażel id-direzzjoni li teħodna lejh, naqbdu id’ f ’id u nimxu lejh flimkien. Għax l-aħna huwa ikbar mill-jien u naslu għal bidliet li jtejbu l-ħajja talMaltin u Għawdxin.


18

15.12.2019

kullhadd.com

INDAQS Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew

Ninsabu ġimgħa u nofs ’il bogħod mill-Milied. Żmien li jġib memorji differenti lil nies b’esperjenzi tal-ħajja differenti. Huwa żmien iżda li jgħaqqad pajjiż, fejn in-nies jiġu flimkien u juru l-ġenerożità tagħhom mal-aktar batut. Li tgħin lill-aktar batut huwa wieħed mill-prinċipji tal-Partit Laburista, prinċipju li wassal biex f ’pajjiżna l-politika leġiżlattiva tkun iffukata fuq li tgħin lill-batut jiġi fuq saqajh.

Hemm min jisħaq li maratoni ta’ ġbir ta’ fondi għal kawżi ġusti m’hemmx posthom għax hija r-responsabbiltà tal-Istat li jara li dawk is-servizzi jew għajnuna jkunu mwieġba millIstat. Jien nemmen li waħda ma tmurx kontra l-oħra. Huwa neċessarju - u trid tkun il-ħidma ta’ kull Gvern - li kull min għandu bżonn l-għajnuna ġenwina tingħatalu. Familji jew persuni li qed jaffaċċjaw sitwazzjonijiet fejn waħedhom ma jistgħux isibu soluzzjoni, jridu jkunu megħjuna millIstat. Hemm ħafna li qed isir, u hemm aktar xi jsir. Huwa l-obbligu tal-Istat li jgħin lill-aktar vulnerabbli, hi x’inhi s-sitwazzjoni u ġejja minn fejn ġejja. Fl-istess ħin, li soċjetà tiġi flimkien biex tagħmel il-parti tagħha hija soċjetà li jimpurtaha. Li ma tagħlaqx għajnejha għat-tbatija tal-ġar. Meta soċjetà tkun responsabbli, qed trawwem lit-tfal f ’kultura ta’

rispett. Ir-rispett huwa wkoll dak li jgħallimna nagħrfu l-abbiltajiet ta’ persuni differenti u li nagħrfu li kulħadd għandu x’jikkontribwixxi fis-soċjetà. Bħalma f ’Diċembru jkun hawn aktar kampanji ta’ informazzjoni dwar l-inklussività ta’ persuni b’diżabilità, nemmen li l-azzjoni trid tittieħed kull jum tas-sena. F’dak li nipproponu, f ’dak li nippjanaw, irridu nżommu f ’moħħna li hemm aktar nies li kapaċi jikkontribwixxu bl-abbiltajiet differenti tagħhom. Li nkunu inklussivi jfisser li persuna ma tkunx awtomatikament eskluża minħabba d-differenzi tagħha. Id-differenzi ta’ kull wieħed u waħda minna huma dawk li jagħmluna individwi. Li tkun inklussiv ifisser ukoll li, wara li tkun tajt il-pjattaforma, timxi biex twettaq dak li jagħmel id-differenza fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Bħala Membru Parlamentari

Ewropew dejjem imbuttajt ’il quddiem l-idea ta’ edukazzjoni li tippromwovi l-abbiltajiet differenti u li nadattaw is-sistemi edukattivi skont dawn l-abbiltajiet. B’hekk, inkunu qed insaħħu s-sistema edukattiva tagħna minn kull aspett filwaqt li nkunu qed inrawmu soċjetà ġusta. Inħoss sens ta’ sodisfazzjoni meta nisma’ b’każijiet ta’ tfal li jkunu qed jgħinu tfal oħra b’diffikultajiet. Ifisser li ġenerazzjonijiet żgħar qed jifhmu l-importanza li tkun altruwist. Bħalma għamilt fil-passat, se nkompli naħdem biex l-istituzzjonijiet edukattivi u sportivi jkunu aktar inklussivi. Huma l-istudenti u ż-żgħażagħ stess li jistennew mill-istituzzjonijiet l-attenzjoni soċjali. Nemmen li din it-triq ’il quddiem tinsab f ’dan il-moviment, li kiber ibbażat fuq li aħna lkoll aħwa Maltin. Kulħadd indaqs. Kulħadd jistħoqqlu li jgawdi mill-istess drittijiet.

Inħoss sens ta’ sodisfazzjoni meta nisma’ b’każijiet ta’ tfal li jkunu qed jgħinu tfal oħra b’diffikultajiet

SOLIDARJETÀ MINGĦAJR STAĠUNI

Stefan Zrinzo Azzopardi Membru Parlamentari

F’pajjiżna ż-żmien tal-festi tal-Milied huwa kkaratterizzat mhux biss mill-festi, tiżjin, kulur u laqgħat soċjali iżda wkoll minn diversi inizjattivi ta’ għaqdiet varji b’għan li jiġu megħjuna oħrajn. Hija tradizzjoni marbuta ferm ma’ qalb il-poplu Malti li f ’dan iż-żmien filwaqt li wieħed jieħu l-okkażjoni biex jiltaqa’ ma’ qraba u ħbieb iwieġeb għal sejħiet biex persuni li għaddejjin minn żminijiet diffiċli jiġu megħjuna. Matul is-snin il-poplu Malti wera fiduċja sħiħa fil-ħidma bla heda li saret minn Presidenti tar-Repubblika għal dan l-iskop permezz tal-Malta Community Chest Fund; fond li jaf l-oriġini tiegħu numru ta’ snin twal ilu u li tista’ tgħid sar joffri qafas biex

tingħata għajnuna lil ħafna organizzazzjonijiet kif ukoll għajnuna lil persuni li jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċili. Il-lista ta’ dawk li jibbenefikaw minn dan il-fond u l-inizjattivi li dan il-fond jieħu biex ikun ta’ għajnuna għall-oħrajn hija twila. Għajnuna li tingħata lil persuni li għaddejjin minn żminijiet diffiċili ta’ mard, djar tat-tfal, persuni b’diżabilità, kif ukoll persuni jew familji oħra li għal xi raġuni jew oħra jkunu qegħdin jaffaċċjaw mumenti diffiċili li jkunu jeħtieġu l-għajnuna tal-oħrajn. Dawn l-inizjattivi kollha huma possibbli għaliex il-ġenerożità tal-poplu Malti hija waħda kbira ferm. Il-poplu Malti bil-fatti minkejja li huwa poplu żgħir fid-daqs, dejjem wera qalb kbira. Poplu dejjem dispost biex jgħin u jwieġeb għal sejħiet illi jsiru biex tingħata għajnuna lill-oħrajn. Il-Malta Community Chest Fund tiġbor dawn il-fondi b’diversi inizjattivi matul is-sena. Tista’ tgħid li saret organizzazzjoni b’kalendarju ta’ avvenimenti li saru parti mill-kalendarju nazzjonali. Kull okkażjoni li tiġi organizzata dejjem issib appoġġ u parteċipazzjoni qawwija u l-iskop li għalihom isiru dawn

l-attivitajiet tista’ tgħid li jkun intlaħaq. L-għada tal-Milied tul dawn l-aħħar snin ingħata isem ġdid. Illum, l-għada tal-Milied hija marbuta mal-Istrina, l-avveniment li ta’ kull sena jiġbor lill-poplu Malti u Għawdxi kollu f ’festa waħda ta’ solidarjetà, festa maħsuba biex tinġabar l-akbar somma ta’ flus possibbli bilgħan li tingħata ħafna għajuna lill-oħrajn. Ta’ kull sena l-Istrina sarrfet f ’ġabriet kbar u ta’ suċċess li servew ta’ inkoraġġiment biex il-Malta Community Chest Fund tkun tista’ ssostni ferm u ferm aktar inizjattivi, li jagħmlu tant u tant ġid lill-oħrajn. Pajjiżna għandu qafas soċjali b’saħħtu u bħala stat għandna biex niftaħru dwar kemm tingħata għajnuna lil min isib ruħu f ’diffikultà b’mod partikolari fil-każ ta’ mard. Minkejja dan il-qafas soċjali b’saħħtu, hija meħtieġa għajnuna oħra biex min jgħaddi minn żmien diffiċli jsib l-aqwa sostenn possibbli. Għalhekk ilħtieġa li nkomplu nkunu l-poplu li nagħtu l-għajnuna u nibqgħu nuru s-solidarjetà bl-għemil tagħna. Konvint li l-poplu Malti u Għawdxi se jkun qiegħed mill-

ġdid jipparteċipa bis-sħiħ fl-Istrina u juri l-ispirtu ta’ solidarjetà u ġenerożità. Il-poplu Malti jifhem li iniżjattiva li tagħmel tant u tant ġid matul is-sena kollha m’għandhiex tkun soġġetta għal-ebda bojkott, ma tistax tiġi mwarrba, m’għandhiex tkun vittma ta’ xi protesta politika. L-attakk fuq l-Istrina huwa attakk fuq min jeħtieġ l-għajnuna, fuq min qiegħed ifittex u jdur fuq is-soċjetà Maltija biex tkun ta’ sostenn fil-mument ta’ diffikultà. Min iħeġġeġ kontra l-parteċipazzjoni fl-Istrina qiegħed iħeġġeġ lill-poplu Malti jiċħad wieħed mill-aktar valuri li dejjem għażż u wettaq. Is-solidarjetà m’għandhiex staguni. Is-solidarjetà jeħtieġ li nibqgħu nwettquha kif dejjem għamilna. Nawgura lill-President tar-Repubblika George Vella flimkien mas-Sinjura Miriam Vella, li għall-ewwel darba qed jippatroċinaw l-avveniment tal-Istrina, kull suċċess. Nawgura u nirringrazzja lil dawk kollha li qed jaħdmu bis-sħiħ fl-organizzazzjoni ta’ dan l-avveniment, u l-apprezzament tagħna nuruh billi nagħtu l-kontribuzzjonijiet tagħna f ’nhar l-Istrina.

Dawn l-inizjattivi kollha huma possibbli għaliex il-ġenerożità tal-poplu Malti hija waħda kbira ferm


19

15.12.2019

kullhadd.com

KAPAĊI Mid-Djarju ta’ NIĠĠEDDU Nazju n-Nazzjonalist Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Kien ta’ niket għalina lkoll meta żewġ Ħdud ilu l-Prim Ministru ħabbar li kien se jirriżenja minn Mexxej tal-Partit u minn Prim Ministru. Id-dispjaċir ġej mill-fatt li mhux għax ma konniex nafu li Joseph Muscat se jitlaq matul din il-leġiżlatura, imma għall-fatt li dan ir-raġel kbir fl-opinjoni tiegħi ma ħaqqux jitlaq hekk. Imma għax hu tassew persuna kbira u responsabbli, kif qal hu stess, hekk kien il-bżonn għallġid ta’ pajjiżna biex jibqa miexi ’l quddiem. Refa’ r-responsabbiltà, anki dik li mhix tiegħu u ta lok għat-tibdil u t-tiġdid fl-amministrazzjoni tal-partit u kif ukoll tal-pajjiż. Taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat pajjiżna għamel passi ta’ ġgant bla preċedent, fejn l-ekonomija splodiet, il-qgħad sparixxa, il-pensjonijiet u l-istipendji raw żidiet qawwija kull sena wara kwart ta’ seklu staġnati. Rajna tifsil u tibdil b’ippjanar għall-infrastruttura ta’ pajjiżna, rajna s-setturi ekonomiċi, isservizzi, in-negozji u l-investiment dejjem jikber, rajna tnaqqis fid-dejn nazzjonali u fid-dejn ikkumparat mal-PDG u f ’dawn l-aħħar snin smajna u esperjenzajna surplus flok is-soltu defiċit li kien jagħmel pajjiżna. Rajna turiżmu dejjem jikber fejn missejna u qbiżna iż-żewġ miljun turist fis-sena. Rajna liġijiet li saħħew id-drittijiet ċivili tal-poplu tagħna, uħud minn dawn id-drittijiet huma drittijiet imdaħħla bla preċedent mondjali. Għawdex tassew sar djamant li fl-ekonomija li sar jiġġenera sar eżempju għal Malta stess. U dan kollu grazzi għall-Gvern Laburista mmexxi minn Joseph Muscat. Issa li għandna żewġ kandidati li tefgħu in-nomina tagħhom sabiex jidħlu fiż-żarbun ta’ Joseph Muscat, nawguralhom minn qalbi li jkomplu b’ħeġġa

u b’determiazzjoni jidderieġu lil pajjiżna fit-triq tal-progress li qabad f ’dawn l-aħħar sitt snin, u kif ukoll jagħrfu l-iżbalji li xekklu din l-istorja ta’ suċċess li setgħet kienet storja ferm akbar ta’ suċċess. Imma l-poplu jaf li m’hemmx alternattiva għat-tmexxija ta’ pajjiżna. L-Oppożizzjoni ma toffri l-ebda tmexxija alternattiva soda u kredibbli. Il-poplu jibqa’ juri sinjali ċari u sodi li jafda biss lil dan il-Gvern sabiex imexxih fit-triq tal-progress, prosperità, serenità u ta’ livell t’għajxien dinjituż kif jixraqlu dan il-poplu Malti u Għawdxi bieżel u ta’ qalb tajba. Sondaġġ wieħed wara l-ieħor juri li minkejja t-turbolanzi, uħud mistħoqqa u wħud maqlugħin sabiex jiddistabbilizzaw il-pajjiż, għax literalment jobogħdu dan il-Gvern, il-poplu baqa’ juri fiduċja sħiħa u massiċċa f ’dan il-Gvern u fix-xogħol kollu li għamel Joseph Muscat. In-nies ħabbitu. U bħala turija ta’ gratitudni għandna nagħtu rigal lil dan il-mexxej kbir li litteralment refa’ lil dan il-partit mill-abbissi u għamlu partit glorjuż, billi nżommu ruħna qaqoċċa magħqudin sabiex wara dan iż-żmien ta’ tiġdid, ningħaqdu ponn wieħed mal-Mexxej il-ġdid, mal-Prim Ministru l-ġdid u naħdmu għal rebħa kbira oħra għall-Partit Laburista sentejn u nofs oħra. Joseph Muscat wegħedna li se jibqa’ baħri leali li se jgħin u jara li dan iseħħ. Joseph Muscat dejjem żamm kelmtu. U aħna għandna ningħaqdu miegħu sabiex bħala attivisti, membri u persuni li għandna fiduċja fil-Partit Laburista nkunu ta’ spalla u ta’ sostenn għall-Mexxej il-ġdid, ikun min ikun ħalli nibqgħu nkunu dak il-Gvern li tassew ta l-aqwa ġid u servizz lill-poplu Malti u Għawdxi. Għandna r-responsabbiltà u l-privileġġ li neleġġu mhux biss Mexxej imma wkoll il-Prim Ministru ta’ pajjiżna. Nagħmlu kuraġġ għax il-kobor ta’ dan il-partit jinsab fil-kapaċità tiegħu li jiġġedded u jaċċetta li hemm bżonn jiġġedded u meta jsir it-tiġdid ningħaqdu flimkien b’sostenn għall-Mexxej il-ġdid. Nawgura u nappella sabiex din il-kapaċità terġà tipprevali kif dejjem seħħ fil-passat permezz ta’ turija ta’ maturità politika li jixraq lil dan il-partit glorjuż li wasal sabiex jiċċelebra l-100 sena mit-twaqqif tiegħu.

Il-Ħamis, 5 ta’ Diċembru Manuel (mhux il-Kap) Delia qegħdin jingħataw risposta Qegħdin inneħħulhom it-tapit kemm konna għaqlin aħna Nazzjonalisti minn taħt saqajhom, man! l-Kunsilliera Issa aħna, aħna n-Nazzjon- meta għażilna lill-Kap Adrialisti, qegħdin insiru l-aqwa an (mhux Manuel) Delia fl-Ewropa. Tant sirna l-aqwa biex imexxina. Ma’ kull jum fl-Ewropa li Roberta Metsola li jgħaddi, minkejja t-tfixkil se tmexxi grupp ġdid tal-Par- tagħhom qiegħed jissaħħaħ u lament Ewropew kontra l-kor- joħroġ bi proposti konkreti. ruzzjoni. M’għandix dubju li Illum ħareġ bi 15–il proposkien bis-saħħa tagħna n-Naz- ta u 15–il lezzjoni. Mhux ċazjonalisti, li lanqas biss nafu xi jta man! Tant huma proposti tfisser il-kelma korruzzjoni, li konkreti li se jressaqhom qudanzi konna aħna, fi żmien il- diemna l-Kunsilliera meta se kbir Eddie, li qridna l-korru- jlaqqagħna nhar il-Ġimgħa, zzjoni bl-għeruq u x-xniexel, Jum ir-Repubblika... Nittama li twaqqaf dan il-grupp ġdid li Manuel (mhux il-Kap) Defil-Parament Ewropew. U lia ma jorganizzax xi protesta bħalma konna qridna l-korru- oħra biex Simon Busuttil u zzjoni bl-għeruq u x-xniexel l-bella kumpanija jkollhom minn pajjiżna, issa, bis-saħħa skuża tajba biex ma jiġux. ta’ Roberta Metsola se neqirdu l-korruzzjoni bl-għeruq u Il-Ħadd, 8 ta’ Diċembru x-xniexel mill-Ewropa kollha. Stenna naqra, Naz! Mela Xi protesta, protesta, man! Ilfl-Ewropa teżisti l-korruzz- lum erħejtilha lejn Bormla sa minn filgħodu kmieni. Tgħidjoni? li xejn, avolja mhux Bormliż Il-Ġimgħa, 6 ta’ Diċembru u mhux Laburist, il-festa ta’ Bormla nħobbha wisq. Mhux Ikolli ngħid li ħafna minn biss għax hija l-festa tax-xitwa, dawk in-Nazzjonalisti li kienu imma wkoll għax jien naraha telquna, ġejjin lura. U ġejjin bħala festa verament reliġjuża. lura bis-saħħa tal-Kap Adri- U kemm iħobbuha l-Bormliżi, an Delia li qiegħed jagħmel man! Ma naf bl-ebda Bormminn kollox biex nerġgħu liż li ma jmurx għaliha ladarba nidħlu Kastilja. Mhux waħ- jkun jiflaħ. U kemm sbieħet du, għax qiegħed jikseb l-ap- Bormla, man! It-triq fejn qapoġġ ta’ dawk li qabel kienu bel kien hemm il-ħajt tat-tarzjkunu minn ta’ quddiem nett na saret mimlija kafetteriji, biex juru l-lealtà tagħhom lejn restoranti u ħwienet. Qaluli il-partit darba glorjuż tagħna. li jkunu mimlijin kuljum, u Illum kellna konferma ta’ dan mhux fil-festa biss. meta l-Kap iltaqa’ mal-korpi kostitwiti u kien hemm diversi It-Tnejn, 9 ta’ Diċembru għaqdiet, jew korpi, sejħilhom li trid, li ħadu gost li ltaqgħu Li kont naf li tal-Graffitti se miegħu. M’għandniex xi ngħi- jidħlu Kastilja, hemm kont du, fuq quddiem nett kien inkun għax ili aktar minn hemm Martin Balzan tat-tob- seba’ snin ma nidħol. Veru li ba, u xi ħadd tal-għaqda ta’ sal-kuritur t’isfel tal-bieb ta’ min iħaddem. Insomma dawk wara waslu, imma tal-inqas l-għaqdiet li qatt ma ddejqu daħlu. Insomma kieku kont jagħmlu l-bsaten fir-roti kull magħhom, kien forsi jiddispdarba li fil-gvern ikun hemm jaċini għax jien mhux fil-kuritur t’isfel imdorri nidħol. Jien il-Partit Laburista. imdorri nidħol fl-uffiċċji ta’ qrib Eddie l-kbir u Lawrence Is-Sibt, 7 ta’ Diċembru Gonzi. Min jaf kemm qattajt Konvint li l-klikka ta’ Simon ħin inpaċpaċ ma’ dak u malBusutti, Jason Azzopardi, ieħor, jew ma’ dik u mal-oħra.

Xi kikkra kafè ma kinitx tonqos għax kienu jieħdu gost jisimgħu kelmti, l-akbar Nazzjonalist li hawn fil-pajjiż. Min jaf forsi bl-inkwiet li għandhom tal-Labour dawk iż-żminijiet ma jdumux ma jerġgħu jiġu lura. It-Tlieta, 10 ta’ Diċembru Dik l-Ewroparlamentari Olandiża, li għandha isimha tqil, lili tħawwadni kif titkellem. Meta kienet hawn Malta ftit tal-jiem ilu, kienet iltaqgħet mal-Kummissarju tal-Pulizija u tgħidx kemm faħħritu li l-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia qegħdin isiru b’mod serju u b’mod professjonali. Issa llum qalet li s-sitwazzjoni f ’Malta hija allarmanti. Sa hawn ma fiha xejn ħażin, għax jien m’għandi l-ebda dubju li bidlet id-diska għax ġibdulha widnejha David Casa, Roberta Metsola u Simon Busuttil. Imma donnha trid tgħid li l-Unjoni Ewropea mhix tagħti kas li fil-pajjiżi membri teżisti theddida għad-demokrazija, għas-saltna tad-dritt, għad-drittijiet fundamentali, u ma nafx xiex iżjed. Jien kont naħseb li dan it-theddid jeżisti f ’pajjiżna biss. L-Erbgħa, 11 ta’ Diċembru Fallieli, man! Ix-xewqa tiegħi kienet li jkollhom xi 10 kandidati jieħdu sehem fit-tellieqa għas-suċċessur ta’ Joseph Muscat, imma mort żmerċ. Tefgħu n-nomina tnejn biss. Ikolli nammetti li huma jafu jagħmluhom aħjar minna l-affarijiet u mhux se joqogħdu l-ewwel ilaqqgħu l-konferenza ġenerali, imbagħad jivvutaw it-tesserati. Se jkollhom elezzjoni waħda biss, u barra bid-daqq. Mhux bħalna għaddejna minn gwerra sħiħa li għadna nbatu l-konsegwenzi tagħha sal-lum, u jkolli ngħid se nibqgħu nbatuhom sakemm nerġgħu nieħdu tkaxkira oħra, jekk mhux iżjed ukoll!


20

15.12.2019

kullhadd.com

MISSJUNARJU, KOSTRUTTUR U KONFESSUR IMFITTEX Kitba ta’ EMAN BONNICI Il-belt ta’ Curitiba, fl-istat ta’ Paraná, fil-Brażil, iġġorr popolazzjoni ta’ 1,879,355 ruħ, li tagħmilha għaldaqstant it-tmien l-iżjed belt popolata fil-pajjiż. L-istat innifsu mbagħad jiġbor mal-11,800,000 ruħ, imqassma f ’399 muniċipalità, fosthom il-bliet ta’ Londrina, Maringá, Ponta Grossa, Cascavel, São José dos Pinhais u Foz do Iguaçu. Diffiċli għaldaqstant biex wieħed iseħħlu jikseb popolarità sħiħa ma’ tant nies f ’reġjun hekk vast, sakemm dak li jkun ma jkunx forsi xi politikant influwenti. Mhux hekk iżda huwa l-każ tal-personaġġ tal-lum, għax minkejja li ma kienx jappartjeni lid-dinja tal-ispettaklu jew dik politika, ismu huwa magħruf sew mhux biss man-nies ta’ Curitiba, fejn ħadem għal bosta snin, imma prattikament madwar il-Paraná kollha. L-ironija hija li inkwistjoni quddiemna għandna sempliċi reliġjuż Franġiskan Kapuċċin, imma l-ħidmiet tiegħu tul is-snin f ’dan l-istat Brażiljan, kienu aktar minn biżżejjed biex jirbħu qlub eluf ta’ nies li sal-lum għadhom jiftakruh b’għożża partikolari. P. Michele Bottacin Ilario Bottacin twieled fi ħdan familja fqira fil-villaġġ ċkejken ta’ Loreggiola, fil-Provinċja ta’ Padova, fl-Italja, fl-14 ta’ Awwissu 1921, iben Graziano Bottacin u martu Maria xebba Ceccon u tgħammed l-għada fil-knisja parrokkjali talpost. Fl-20 ta’ Settembru 1938,

ingħaqad fi ħdan l-Ordni tal-Patrijiet Franġiskani Minuri Kapuċċini bħala ajk fis-Seminarju Serafiku ta’ Rovigo u għan-novizzjat tiegħu, li bdieh fis-16 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara, kien mibgħut fil-kunvent ta’ Bassano del Grappa. Wettaq l-ewwel voti f ’dan l-aħħar kunvent fit-12 ta’ Ottubru 1940 u dawk solenni f ’Villafranca Ve-

ronese fid-19 ta’ Marzu 1945. Minkejja li kellu fakultajiet akkademiċi tajbin, ħaġa li kienet dlonk innutata fih mis-superjuri tiegħu, Bottacin għażel li jibqa’ sempliċi ajk u ma jissuktax bl-istudji għattriq tas-saċerdozju kif seta’ faċilment jagħmel mingħajr problemi ta’ xejn. Impenjat fil-kunvent imsemmi

ta’ Villafranca u aktar tard f ’dak ta’ Lendinara, seħħlu jiltaqa’ mażżagħżugħ Ettore Boschini MI., (1928 - 2004), li ħeġġu sabiex jissieħeb mal-Kamilljani u sal-lum għadu stmat għall-ħidmiet umanitarji tiegħu waqt li huwa meqjus ukoll b’kandidat għall-beatifikazzjoni. Fl-1942 imbagħad, kien mibgħut Padova biex jassisti fil-ħtiġijiet tiegħu fl-aħħar xhur ta’ ħajtu, milqut minn kanċer fl-esofagu, lil P. Leopoldo Mandić OFM. Cap., (1866 - 1942), il-magħruf konfessur tal-belt imsemmija, ikkanonizzat mill-Papa San Ġwanni Pawlu II fis-16 ta’ Ottubru 1983. Miġbur bil-lieva ftit wara u maqbud priġunier, għadda ħames snin f ’kamp ta’ konċentrament fil-Bavarja, fejn mis-70 kilo tiegħu tilef 32. Mal-ħelsien tiegħu niżel Milan, imnejn kiseb grad fil-psikoloġija u assenjat fil-missjoni tal-Ordni f ’Luanda, kapitali tal-Angola, qeda bħala għalliem. Arrestat mir-ribelli tal-Kongo-Belga flimkien ma’ saċerdot ieħor waqt li kienu fi triqithom sabiex iwettqu żjara fi skola, fi żmien li matulu kienet għaddejja gwerra ċivili fil-pajjiż, ir-ribelli qatlu lis-saċerdot kumpann quddiem il-Fra waqt li lilu ħallewh għal riħu. Dan l-episodju ħalla impatt kbir fuqu u kull meta kien jitkellem dwaru, bid-dmugħ f ’għajnejh kien itemm ir-rakkont bil-kliem: “Hekk kienet ir-rieda ta’ Alla”. Trawmatizzat u taħt xokk kbir, mar lura l-Italja, sakemm mar-rikoveru tiegħu talab li jissokta bil-ħidmiet missjunarji f ’art ġdida. Mibgħut għaldaqstant fil-missjoni tal-Ordni fil-Brażil, wasal fil-pajjiż abbord il-Conte Biancamano nhar it-18 ta’ Lulju 1957 flimkien ma’ tliet ajkijiet oħra li eventwalment reġgħu lura pajjiżhom. Fl-10 snin li segwew qeda f ’diversi djar u kunventi tal-Ordni fil-kwalità ta’ infermier, purtinar u responsabbli mill-formazzjoni ta’ ajkijiet ġodda f ’Curitiba, Ponta Grossa u Irati fl-istati ta’ Paraná u Santa Catarina. Ħidmiet inċessanti f ’Curitiba Sadanittant, f ’Curitiba twaqqfet żona ġdida bl-isem ta’ Vila Nossa Senhora da Luz dos Pinhais inawgurata fl-10 ta’ Novembru 1966 bħala kumpless ta’ djar għall-ħaddiema tal-proletarjat tal-madwar. Sa mill-bidu, il-lok kien miżgħud problemi soċjali. B’aktar minn 40,000 ruħ jgħammru fil-madwar, il-vjolenza, it-traffikar tad-droga u n-nuqqas ta’ mediċini, sigurtà u edukazzjoni ma damux ma dawru l-post f ’għamla ta’ favela. Il-figura tagħna ta’ Fra Michele kellha

titwaħħad ma’ dan il-post meta fil-11 ta’ Frar 1967, Mons. Manuel da Silveira d’Elboux (1904 - 1970), dik il-ħabta Arċisqof ta’ Curitiba, bagħtu f ’dan id-distrett biex jieħu ħsieb jibni knisja adatta għall-qadi pastorali tan-nies tal-post, ġaladarba ma kienx hemm waħda, fuq biċċa art riservata apposta għal dan il-għan mis-Sindku Ivo Arzua (1925 - 2012). Biex iwettaq it-tali proġett, Fra Michele kellu jmur lura l-Italja biex jieħu ħsieb il-ġbir tal-fondi meħtieġa, mhux qabel iżda ma ħa ħsieb il-ftuħ ta’ crèche għal 120 tarbija, li kienet l-ewwel ħaġa li wettaq mal-wasla tiegħu filpost. Minkejja li sa dik il-ħabta Fra Michele ma kien għad kellu l-ebda ħjiel ta’ formazzjoni teoloġika, il-mod fqir li bih kien jgħix, it-tbissima dejjem pronta u fuq kollox l-azzjonijiet deċisivi tiegħu ma damux ma rebħu qlub in-nies tad-distrett, hekk li saħansitra kien hemm min beda jgħoddu b’mistiku, liema fenomenu huwa dejjem ċaħad b’saħħa. Minkejja li ma kienx ordnat, Mons. da Silveira d’Elboux tah il-fakultà li jamministra l-magħmudijiet, iż-żwiġijiet u l-funerali u aktar tard ħeġġu sabiex jistudja għal saċerdot. Wettaq l-istudji meħtieġa taħt il-Klaretjani u finalment, ta’ 52 sena, kien ordnat presbiteru fit-8 ta’ Diċembru 1973. Mons. d’Elboux sadanittant kien laħaq miet, waqt li minnaħa tiegħu, Fra Michele laħaq lesta l-proġett assenjat lilu u hekk sorġiet il-knisja ta’ Vila Nossa Senhora da Luz dos Pinhais fuq l-art mogħtija lill-Knisja għal dan il-għan. Kien proprju fiha li l-ajk irċieva l-ordinazzjoni saċerdotali tiegħu, mis-suċċesur ta’ d’Elboux, Mons. Pedro Antônio Marchetti Fedalto (1926 - ). Fl-omelija tiegħu dakinhar tal-okkażjoni, l-ordinarju stqarr: “Qatt qabel ma ġrat din li xi ħadd seħħlu jibni knisja u eventwalment jiġi ordnat fiha!” Raġel ta’ kariżma u talenti rari, aġġornat u b’ideat preċiżi, kif wieħed seta’ faċilment jilmaħ mill-omeliji tiegħu, in-nies xorta waħda ssuktat iżżommu b’figura messjanika mżejna b’doni sopranaturali. P. Michele ma kien xejn minn dan. Kien bniedem sempliċi imma fl-istess waqt miżgħud b’sens komun, li għalkemm ismu miegħu suppost huwa appuntu “komuni” bosta drabi fil-ħajja titgħallem li wara kollox it-tali sens mhuwiex daqstant komuni. Għal kull quddiesa tiegħu kienu jattendu mas-700 ruħ (fil-Ħdud kien iqaddes tliet darbiet), waqt li matul il-kors ta’ sena kien jis-


21

15.12.2019

kullhadd.com

ma’ mal-5,000 qrara, numri sinjifikanti għall-aħħar meta tiftakar li fil-bqija tal-Brażil il-knejjes kienu qegħdin kulma jmur jitbattlu flok jimtlew, l-aktar sforz ta’ influwenzi Pentekostali u Umbanda li dik il-ħabta invadew l-istat tal-Paraná. Ikkonċernat iżda fuq kollox millfaqar taqtgħu b’sikkina fid-distrett li kulma jmur kien dejjem jiżdied, P. Michele wettaq sagrifiċċji kbar biex ta’ kuljum seħħlu jitma’ mal130 familja kuljum. Santwarju ġdid Mal-mewt taż-żewġ eżorċisti li kellha l-Arċidjoċesi ta’ Curitiba, P. Michele ntgħażel għal dan l-irwol mill-Arċisqof tal-post. Wara 25 sena jaqdi ta’ vigarju ta’ Villa Nossa Senhora da Luz dos Pinhais, fl-1981, beda jibni bl-għajnuna tan-nies tal-post, dak li llum huwa s-Santwarju ta’ San Leopoldo Mandić fil-kumpless Osvaldo Cruz I fiż-żona industrijali CIC-Cidade ta’ Curitiba li kienet tagħmel parti mill-parroċċa tiegħu. Tant kien miġjub min-nies tal-post u tant parruċċani taw l-għajnuna tagħhom, li s-santwarju sorġa f ’temp ta’ biss ftit xhur, hekk li ġie kkonsgarat minn Mons. Fedalto fis-17 ta’ Mejju ta’ dik is-sena stess. Il-knisja kellha tkun l-ewwel waħda fil-Brażil kollu ddedikata lil San Leopoldu Mandić li dik il-ħabta kien għadu beatu. Minn din il-knisja l-ġdida, P. Michele ssokta jwettaq l-appostolat tiegħu sakemm miet fis-Santa Casa de Misericórdia f ’Curitiba fl-10 ta’ April 1997 fl-għomor ta’ 75 sena. Il-parruċċani tiegħu ma ridux jinfatmu minnu u f ’mewtu wkoll rieduh jibqa’ magħhom. Biss P. Mikiel innifsu kien ħa ħsieb ta’ dan, għaliex f ’ħajtu rnexxielu jikseb permess mingħand l-Arċisqof ta’ Curitiba biex ikun jista’ jindifen biswit is-santwarju, fejn qabru għadu sallum indukrat u miżmum b’għożża, b’madwar mitt ruħ iżuruh kuljum, b’uħud jitolbu saħansitra l-interċessjoni tiegħu għall-ħtiġijiet tagħhom. Tnax-il elf ruħ attendew il-funeral tiegħu u bosta huma l-entitajiet u ż-żoni li llum iġibu ismu. F’ħajtu mbagħad kien onorat biċ-ċittadinanza onorarja tal-belt ta’ Curitiba fil-31 ta’ Mejju 1984 u u b’dik tal-istat tal-Paraná fl-20 ta’ Ġunju tal-istess sena. Ammiratur u espert tat-tagħlim ta’ San Leopoldo, li dejjem fittex jimita fil-kwalità ta’ konfessur u seħħlu jissodisfa matul is-snin il-bżonnijiet varjati ta’ tant nies li rċevew mingħandu kliem sod u deċiżiv, il-proġetti li nieda ma ġewx fi tmiemhom ma’ mewtu. Mhux biss il-crèche li waqqaf tant snin ilu għadu għaddej, li llum iġorr l-isem Frei Miguel b’total ta’ 16–il impjegat li jħares minn trabi sa tfal ta’ sitt snin, imma kuljum 220 familja jirċievu l-għajxien tagħhom grazzi għall-istituzzjonijiet imwaqqfa minnu, waqt li s-santwarju għadu sal-lum imfittex bil-mijiet, b’mod

speċjali għas-sagrament tal-qrar, bħalma kien fi żmienu, bil-ħidma ssuktata llum mill-Kapuċċini sħabu, għalkemm bosta jsibuha diffiċli fl-integrazzjoni sħiħa tagħhom man-nies quddiem il-kariżma partikolari li kien iġorr P. Michele. Minkejja li maż-żmien seħħlu jordna saċerdot, l-imħabba tiegħu għall-ħajja reliġjuża bħala sempliċi ajk, P. Michele ma nsieha qatt. F’ittra miktuba minnu fis-17 ta’ Marzu 1978, mibgħuta

lill-Kapuċċini fl-Italja, jistqarr infatti li “l-ħidma appostolika tiegħi kapaċi nwettaqha llum grazzi għall-formazzjoni li rċevejt bħala ajk Kapuċċin”. F’oħra datata 20 ta’ Marzu 1990, mibgħuta lil P. Raimondo Ambrosi, dik il-ħabta Provinċjal tal-Provinċja Kapuċċina ta’ Venezja stqarr: “Inħossni kuntent ħafna wara 33 sena hawnhekk fil-Paraná. Il-Mulej tani dak li xtaqt”. Lis-suċċesur ta’ Ambrosi, P. Florio Tessari, fl-20 ta’ Jannar

1994, kitiblu li xtaq imut f ’Curitiba, “fejn raddejt ’l Alla dak kollu li tani, fejn għext 37 sena mit-53 li għaddejt s’issa fil-ħajja reliġjuża. Ili diġà 26 sena hawnhekk f ’Villa N. Sra. Da Luz”. Ftit xhur qabel miet imbagħad, f ’ittra li bagħat lil Kapuċċin żagħżugħ Taljan, stqarr li xtaq imut “fis-santwarju ta’ San Leopoldo” nnifsu. Din ix-xewqa ma qatgħhiex, għax miet l-isptar wara li sofra minn attakk f ’qalub huwa u għaddej jisma’ l-qrar f ’kun-

vent tas-sorijiet, fejn miet mal-lejl ftit sigħat wara r-rikoveru tiegħu. Imma t-tieni xewqa, dik li jindifen “biswit is-santwarju ta’ San Leopoldo”, biex hekk jibqa’ “qrib il-foqra, il-morda u n-nies tiegħu”, qatagħha, għax ħa ħsieb iħejji kollox f ’ħajtu. Hekk sal-lum, P. Michele għadu mqar minn qabru, jiġbed lejh folol ta’ nies, bħalma ġibed f ’ħajtu, bil-kariżma, it-tbissima pronta u l-kelma deċisiva tiegħu.


22

15.12.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

QATRA GĦASEL F’BAĦAR IMRAR Meta żewġha Ivan, wara 16–il sena żwieġ, telaqha bħall-Erbgħa fost il-ġimgħa, Laila baqgħet issostni li quddiem Alla kienet għadha mara miżżewġa minkejja li oħtha, Cynthia, kienet tgħidilha li ż-żwieġ tagħha ma’ Ivan ma kienx jgħodd. Tgħid kienet qed tisserva b’din l-iskuża biex ma tidħolx f ’relazzjoni mal-Ispettur Edwin Attard, l-eks namrat tagħha, li stqarr magħha li minkejja kollox kien

għadu jħobbha? Jew riedet tkompli tgawdi l-istima li kellu lejha l-imprenditur, sinjurun u kunjatu tagħha, missier Ivan? Mill-banda l-oħra, binha Ernest ħadha bi kbira meta missieru telaq mid-dar, tant li r-rabja li ħass ġo fih ried jiżvogaha fuq sħabu u jkun aggressiv magħhom. X’kompla wasslu biex assoċja ruħu ma’ nies kriminali? Min kien se jeħilsu mill-ġustizzja?

Silta Mill-Ktieb Deherli li rajtu. Kont qed nittawwal mit-tieqa tal-kċina li tagħti għall-ġnien tiegħi u rajt pitirross fuq fergħa tas-siġra tal-larinġ. Dak il-ħin insejt id-dwejjaq li kelli f ’qalbi u fraħt malli rajtu. Bħal snin oħra l-pitirross kien reġa’ sab it-triq għall-ġnien tiegħi. Issa nerġa’ nibda nħallilu ftit frak tal-ħobż fuq iċ-ċint u noqgħod niggustah narah inaqqar u jiekol. Kemm inħobbhom l-għasafar, l-aktar il-pitirross! Kemm narahom ħelwin u delikati! Dak illewn aħmar taħt sidirhom u dawk is-saqajn twal u rqaq, kemm niggustahom! Nobgħod nara l-għasafar imsakkrin ġo ġagga. Kemm nitħassarhom! Ħsibijieti ġrew bija. Missieri kien iħobb imur jonsob. Min jaf kemm–il għasfur ħarrabtlu!

Kont nitla’ fil-kamra tal-bejt u niftħilhom il-bieba u noqgħod nieħu gost narahom jaħarbu jiġru wieħed wara l-ieħor. Dak il-ħin kont niġi għala biebi mir-rabja li jkollu meta jiġi u jsibhom neqsin. Min jaf kemm sigħat kien jagħmel għassa tagħhom biex jaqbad xi wieħed u jarah dieħel fit-trabokk! Kemm kien jidgħi dagħa meta jsib il-gaġġa vojta! Sakemm beda jwaħħal f ’ommi u ma bqajtx aktar. Bdejt nibża’ mix-xenati li kien jagħmlilha meta ried bilfors jgħid li kienet hi li qed tħarrabhomlu. Ommi bħali kienet tħobbhom l-għasafar, imma fis-sema jtiru. Kienet tgħidli li Alla għalhekk ħalaqhom bil-ġwienaħ biex itiru. Imma qatt ma għamlet bħali u azzardat tħarrabhom. Mhux li kien inrabbi l-ġwienaħ

u ntir bħalhom! Malli dort lura mit-tieqa tfajt ħarsti mdejqa fuq it-tifel. Ernest kien mingħalih li ma kontx qed nagħti kasu. Tbissimt meta rajtu jħares madwaru għax mill-espressjoni ta’ wiċċu ntbaħt li kien qed jistagħġeb. Kont naf li r-riħa tfuħ li kienet ħierġa mill-platt ta’ quddiemu kienet qed taqsamlu qalbu u tiftaħlu l-aptit. Imma Ernest kien qed jiskanta għax għal dik il-lejla kont użajt il-platti fini tal-porċellana, rigal tat-tieġ mingħand nannti. Nannti għamlitli promessa biex inservi fihom għal xi okkażjoni speċjali biss. U jien dik il-lejla ridt nagħtiha għall-ħela. Tant li saħansitra fuq il-mejda frixt id-dvalja fina u sabiħa, kollha maskri tal-bizzilla ta’ Għawdex li, sa fejn jaf kulħadd, darba f ’sena

biss kont inħobb nifrixha, fil-Milied. ‘X’kienet l-okkażjoni?’ stħajjilt li Ernest qed jistaqsi f ’qalbu meta rajtu jistagħġeb. Dak il-ħin ma kienx qed jaħseb fuq żaqqu jew fir-riħa tfuħ tal-ikel. Issoponejt li kien qed jaħseb li kellna xi anniversarju jew forsi xi ħadd minna kellu għeluq sninu. Rajtu jipprova jqalleb moħħu u jaħseb. Imma Ernest ma kienx xi tifel ta’ subgħajh f ’ħalqu. Wara ftit rajtu jħares lejja b’dik il-ħarsa li donnu ried jgħid ħafna, iżda reġa’ bdielu. Le, Ernest kien jaf li llum kienet ġurnata normali. Ġurnata fost il-ġimgħa li ma kien hemm xejn speċjali fiha. Mela għalfejn kont żanżant libsa ġdida? Mill-ħarsa li tani ssoponejt x’kien qed jaħseb. U għaliex kont irranġajt xagħri

f ’maxta differenti mis-soltu? Iżda minkejja dan, Ernest baqa’ ma fetaħx ħalqu. Dak il-ħin siket u deher li ma kellux aptit ipaċpaċ jew jiċċajta. Illum kien qed jistenna fuq ix-xwiek ħalli jara kif se tkun dik il-lejla u għaliex illum jien ridt nidher differenti missoltu. Ernest kellu raġun jitħawwad. F’dik il-lejla ridt nidher sabiħa u aktar attraenti. Minn taħt l-għajn erġajt rajtu jħares lejja u ma setax jaqla’ ħarstu minn fuqi. Deher li kien mejjet biex jistaqsini. Jien għamiltha li m’iniex qed nagħti kasu. Wara kollox ma nafx biex kien qed jiskanta. Jien dejjem kont inħobb inżomm ruħi, tkun xi tkun l-okkażjoni. Meta kien iżgħar min jaf kemm–il darba kien jgħidli li għalih jien kont l-isbaħ omm tad-dinja!

Mistoqsija: F’min beda jwaħħal il-missier meta beda jsib il-gaġġa vojta? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-ktieb QATRA GĦASEL F’BAĦAR IMRAR. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba MILIED IMĦAWWAD u META L-MILIED MA ĠIEX huwa: D. DALLI DECESARE - MQABBA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhi l-kampanja li Transport Malta flimkien mal-Malta Road Safety Council qed jagħmlu ma’ kull xufier ġdid?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


23

15.12.2019

kullhadd.com

ŻVOG FL-AJRU

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-bniedem sar bilkemm ilaħħaq mal-ħin tal-ġurnata. Minn xogħol għall-ieħor, u tista’ tgħid bla waqfien ta’ xejn. Però huwa importanti ħafna li kull persuna jkollha xi tip ta’ passatemp li fih issib ħin għaliha nnifisha, filwaqt li tirrilassa kompletament mid-dinja tax-xogħol. Dan l-aħħar sirt naf b’individwu li bdiet tinteressah it-tajra. Illum il-ġurnata rari sirna naraw tajra tittajjar, għalkemm għad hawn xi dilettanti. Qed nirreferi għal Thomas Abdilla. Imwieled il-Gżira u joqgħod il-Ħamrun. Għandu 62 sena u jaħdem bħala artist, fejn normalment issibu jpitter u jaħdem proġetti bħal walkthroughs li bħalhom ħadem tlieta ġewwa l-lmdina. Fil-fatt fi tfulitu kien iħobb ipinġi u joħloq affarijiet milli jsib madwaru u jibni mudelli ta’ kull xorta bħal dioramas, djar, statwi, jpinġi u jagħmel it-tajr u ħafna ħwejjeġ oħra relatati mal-kreattività. Jgħid li l-arti u l-kreattività wassluh biex jagħmel dak li jogħġbu. Iħobb ħafna l-baħar u jħobb irriħ. Kien iħobb jilgħab il-futbol u l-waterpolo. Martu Betty tagħtih ħafna sapport f ’dak li jagħmel. Dan l-aħħar kien qabad l-ibburdjar u għadu jipprattikah sal-lum il-ġurnata. Ilu biss madwar sena li skopra l-passatemp tat-tajra Thomas ilu biss madwar sena li skopra l-passatemp tat-tajra, meta attenda għall-ewwel darba l-Festival tat-Tajr fl-Għarb, ġewwa Għawdex proprju s-sena l-oħra. Kien xtaq imur biex iġib dawk il-memorji u n-nostalġija ta’ tfulitu. “Immaġinajt li ser nara ħafna tajr tal-karti milli konna naraw sa ftit qabel ma beda dieħel it-televixin f ’Malta, minħabba l-kwantità kbira ta’ aerials li kienu l-kaġun ewlieni li t-tajra, il-ħamiema jew il-manuċċa - kif isibuha

mietet mewta naturali, għalkemm għadek tara waħdiet ’l hemm u ’l hawn f ’xi rħula,” beda jgħidli Thomas fil-bidu ta’ din l-intervista miegħu. Kompla jgħidli: “Imma kif wasalt fuq il-post bqajt imbellah b’dak li bdejt nara quddiemi. Tajr ta’ kull għamla u daqs. Tajr iżgħar minn pied u oħrajn ta’ aktar minn 100 pied. Forom kwadri u rettangolari, tondi u x’naf jien. Kaxxi, għasafar, ħut u draguni. Tajr ċatt u ieħor minfugħ. Parafoils, deltas, tajr talġlied, boxkites u stilel ikkumplikati b’xi sitt saffi (cellulars), annimali ta’ kull xorta mdendlin ma’ lifters kbar ta’ potenza li jerfgħu dawk li jissejħu laundry, inxir jew denduliet, ovvjament minfuħin b’arja. Fil-fatt Thomas kien għamel sigħat sħaħ mistagħġeb, kif kollox kien maħdum hi-tech. “Flok karti, drapp u vireg tal-carbon fibre, flok il-qasab. Fil-bidu li tħajjart nagħmel it-tajr, użajt il-plastick u l-vireg tal-injam. Kull tajra li naħdem bil-plastik u tiġi ttir sewwa, nagħmel engrandiment u naħdimha bid-drapp tan-nylon. Mhux kull tajra hija adattata għal kull riħ, għalhekk bdejt niskopri u nistudja fuq it-tajr,” kompla jelabora miegħi. Prepara ruħu fuq livell internazzjonali b’tema Maltija Ta’ min jgħid li Thomas sar jagħmel il-ħjata fit-tajr. Fil-fatt bdieha xi xhur ilu u ddeċieda li jibda meta kien tgħallem it-teknika u sar fil-fatt iħit tajjeb. Din is-sena proprju f ’Ottubru li għadda sar it-Tieni Edizzjoni tal-International Kite & Wind Festival ġewwa l-Għarb, Għawdex. Thomas din id-darba ħa sehem fih għall-ewwel darba. Miegħu kien hemm pajjiżi barranin parteċipanti oħra fosthom mill-Ewropa, mill-Malasja, mill-Indoneżja, mill-Ġappun u mill-Amerka t’Isfel.

Ħallejt f ’idejh sabiex jgħaddili xi informazzjoni dwar din it-tieni edizzjoni u fuq kollox dwar is-sehem tiegħu fiha. “Għal dan il-festival li ħadt sehem fih għall-ewwel darba kien hemm numru sabiħ li ħadu sehem u dan jawgura għal quddiem. Kien hemm ukoll workshops li raw kwantità enormi ta’ tfal mill-iskejjel u adulti ta’ kull età”. Fil-fatt, għal din is-sena, Thomas prepara tliet tajriet speċjali li kienu adattati għal ftit riħ, riħ medju u riħ qawwi. “Miegħi kelli wkoll xi tajr li għamilt matul is-sena, biex skont ir-riħ inbiddel. Dawn kienu jispikkaw minn tajr ieħor barrani għax utilizzajt il-luzzu u s-salib

ta’ Malta biex jindikaw li huma tal-lokal. Waqt dan il-festival kien hemm ukoll kompetizzjonijiet li raw liċ-ċkejknin ta’ għada jieħdu sehem b’entużjażmu li jawgura tajjeb għal quddiem,” qalli b’ċertu sodisfazzjon fuqu. Thomas kompla jgħidli li wara li għadda dan il-festival, jixtieq jara fejn jista’ jtejjeb fuq dak li għamel. “Żgur li rrid nistudja aktar biex noħloq tajr li jpaxxi l-għajn. Ix-xewqa ta’ kull parteċipant huwa li ssib l-iżvog tal-passjoni u l-mogħdija taż-żmien. Għalhekk wieħed irid jara x’joffri l-ġejjieni. Sadanittant, nawguralkom li nsebbħu s-sema bil-ġmiel. Tajru tajra, ħamiema jew manuċċa,” tbissem

jgħidli. Lejn tmiem din l-intervista, Thomas spiċċa billi assigurani li l-passatemp tat-tajr huwa wieħed prattiku, għax f ’ħakka t’għajn faċilment wieħed jista’ jagħmel siegħa jipprattika dan il-passatemp wara x-xogħol. Ħaġa tajba u żgura wkoll hija li dan il-passatemp iserraħ il-menti ta’ dak li jkun wara ġurnata impenjattiva. Ta’ min jgħid ukoll li l-festival ta’ din is-sena reġa’ kien ta’ suċċess kbir, tant li waqt il-festival ra b’kollox madwar 20 pajjiż barrani jieħdu sehem. Fid-diskors talgħeluq tal-festival tħabbar ukoll u kien kkonfermat li se jerġa’ jsir festival ieħor is-sena d-dieħla.


24

15.12.2019

kullhadd.com

Stejjer Qosra

MINN MARY CHETCUTI

IL-MALTEMPATA “Ejja ma, għamel il-kuraġġ. Grazzi għall-Ħanin Alla ma għandekx ksur. Fekkikt il-polz u għandek dik id-daqqa fuq moħħok,” Rita bdiet tispjega lil ommha hi u tmellsilha xagħarha abjad qoton ħalli tikkalmaha. “Qattus rasi kemm qlajtlek inkwiet, ma kienx tapit li tgerbibt fih. Trid tmur titma dawk it-tfal u naħseb lanqas ilħaqt lestejtilhom xejn,” tenniet ix-xwejħa omm. Rita tbissmet, “qed tinkwieta għalxejn ma ħi għax it-tfal ħa ħsiebhom Pawlu. X’ridtni nagħmel, inħallik tbati d-dar mingħajr ma’ jarak tabib? Issa strieħ ftit u tara kif sa għada tkun ħafna aħjar.” “Għandek raġun binti. Ibża’ għalih lil żewġek Pawlu għax tassew raġel sew. Mur inġabar inti wkoll Rit, issa norqod ftit,” kompliet ommha filwaqt li taptpitilha fuq idha. Rita ġabret il-basket tagħha minn ħdejn is-sodda u wara li bieset lil ommha ħarġet mis-sala fejn poġġewha għall-osservazzjoni minħabba l-waqgħa. “Din kien jonqosha ommi iktar ma’ qatgħet lura minn saħħitha dan l-aħħar. Issa naraw. La nasal id-dar inċempel naqra lil ħija forsi għada jsib ħin jittawlilha wkoll,” ħasbet bejna u bejn ruħha Rita hi u ħierġa mill-isptar. L-għada Rita bakkret bħassoltu. Żewġha mar iwassal lil

uliedhom l-iskola qabel jidħol ix-xogħol. Hi daħlet tinħasel biex tlesti għax-xogħol ukoll. Kif kienet se taqbad tilbes daqqilha l-mobile. Irrispondietu mill-ewwel, kien mill-isptar. Qalulha sabiex tgħaddi sal-isptar għax il-Professur ried ikellimha. Rita ċemplet fuq il-post tax-xogħol tagħha biex tavżahom li ma setgħetx tidħol minħabba emerġenza. Saqet qisha miġnuna

Il-Professur kien bilqiegħda jikteb xi ħaġa. Għolla rasu u qalilha: “Malajr ġejt Sinjura Cassar. Poġġi sakemm inlesti din u nitkellmu ftit. M’hemm xejn ta’ allarm tafx.” Rita ntasbet fuq siġġu quddiem il-Professur filwaqt li b’leħinha mriegħed qaltlu,: “X’inqala’ Profs? Jaqaw ommi marret għall-agħar?” Il-Professur għamlilha sinjal

Issa, wara daż-żmien kollu ommhom minn jeddha kienet qed issemmih hi lil missierhom. Kienet għafsa ta’ qalb kbira għalihom jaraw lil ommhom f’dal-istat; ma kienx ħaqqha jiġrilha hekk

u fi kwarta waslet fil-parkeġġ talisptar. Hi u dieħla fis-sala fejn kienet tinsab ommha lemħitha infermiera li għarfitha mill-jum ta’ qabel. “Sinjura Cassar! Għaddi hawnhekk jekk jogħġbok,” sejħitilha u indikat b’idha lil Rita sabiex tidħol ġo kamra żgħira fil-kuritur ħdejn is-sala.

b’idu, jiġifieri dalwaqt magħha, u bħaċ-ċuċ kellha tistenna xi ħames minuti sakemm ikompli jħarbex fuq il-karti li kellu quddiemu. Dak il-ħin kellha aptit twerżaq twerżiqa f ’wiċċu ħalli jfittex jgħidilha għalfejn bagħat għalija. “Mela, il-mamà ma għandha xejn li jista’ jinkwetana, Sinjura Cassar,” beda bil-mod il-Profes-

sur. Rita ħasset bħal piż tqil jaqa’ minn fuq sidirha. Il-Professur kompla: “Sejjaħtlek hawn biex ngħidlek li ħassejt il-bżonn li neżaminawha dwar il-kapaċità mentali tagħha. Il-mamà għandha l-età u nnutajt li qed turi sintomi ta’ bidu ta’ dimenzja....” “Dimenzja? Le, Profs, naħseb għandek żball, ommi qatt ma wriet sinjali ta’ hekk. Għandha memorja tajba u ....” bdiet tipprotesta Rita sakemm il-Professur qatalha kliemha. “Mingħalik. Is-sinjali jibdew ftit ftit u għall-bidu diffiċli tinduna bihom. Imma mill-bieraħ għallum l-infermieri raw bidla kbira fl-imġiba tal-pazjenta u qed nissuspetta li d-daqqa li ħadet fuq moħħha għamlitilha aktar ħsara f ’dan ir-rigward.” Il-Professur qalleb xi karti u kompla: “Mir-ritratti li ħadnielha ma jidhirx li hemm xi ksur fl-iskutella tar-ras jew xi tip ta’ xokk vjolenti li seta’ effettwalha d-dawl ta’ għajnejha wkoll. Deni....għandha ħajta biss. Però, jibqa’ l-fatt li l-mara hija aġitata ħafna u qed tħawwad fil-kliem. Biex inkun ċert ħa nitlob konsulta ta’ speċjalista fil-ġerjatrija u jekk ikun hemm bżonn jibdielha l-kura.” Rita staqsiet: “Kura għad-dimenzja? Jiġifieri tista’ toħroġ minnha?” Il-professur neħħa n-nuċċali

tal-qari u filwaqt li beda jogħrok bejn għajnejh qal lil Rita: “Il-kura li għandna fil-preżent ma tfejjaqx lill-pazjent mid-dimenzja. Li tagħmel hu li ttawwlilha ż-żmien milli tiggrava. Issa tirċievi l-appuntament mal-ispeċjalista u nimxu minn hemm,” temm jgħidilha l-Professur. Rita rringrazzjatu u ħarġet fil-kuritur. Ma setgħetx tniżżilha li ommha kienet qiegħda tmur minn moħħha. Kif jista’ jkun, mela x-xjuħ taqbadhom id-dimenzja hekk f ’salt?! Daħlet fis-sala u marret ħdejn is-sodda t’ommha u sabitha rieqda. Rita mellsitilha xagħarha qisha qiegħda tirranġahula mingħajr moxt; mossa li kienet ilha tagħmilha mindu kienet ċkejkna u ommha kienet taqbad tidħaq għax tiggustaha. Ommha fetħet għajnejha. “Ħsibtek kont rieqda, ma,” tbissmet Rita. “Le binti, ma kontx rieqda. Għaddejjin wisq ħsibijiet minn moħħi biex norqod....” Rita kienet se tiftaħ ħalqa biex titkellem imma ommha waqqfitha: “Le, ħallini ħa nitkellem Rit.” Ix-xwejħa ħadet nifs qawwi u kompliet: “Jekk niġi nieqsa ara qis li inti u ħuk tieħdu ħsieb missierkom....” Rita inħasdet: “Ma, x’inti tgħid! Fejn tridna nsibuh lil missierna jekk fl-40 sena....jew kemm ilu mindu abbandunak qatt ma


25

15.12.2019

kullhadd.com

smajna b’aħbaru aktar. Lanqas....” Ommha bdiet ixxengel rasha ’l hawn u ’l hinn: “Le, mhux tassew, mhux tassew! Missierkom id-dar qiegħed. Morru ħudu ħsiebu wliedi.... ħudu ħsiebu tħalluhx waħdu....” Ommha bdiet tibki u tross idejn Rita bejn idejha t-tnejn qisha qed titlobha bil-ħniena. Rita tbikkmet. Issa kienet qed tara b’għajnejha dak li pprova jgħidilha l-Professur. Imma kif hi qatt ma ndunat b’xejn għax wisq probabbli ommha kienet ilha turi sintomi ta’ żmagar. Bdiet tikkalmaha u qaltilha: “Ma, ikkalma.... issa nieħdu ħsiebu aħna lil missieri. Tajjeb hekk?” Ommha kkalmat ftit u reġgħet serrħet rasha fuq l-imħadda. Wara ftit għalqet għajnejha. Kienet tidher ferm fraġli u għajjiena. Fil-jumejn li kienet ilha l-isptar qisha xjaħet 10 snin f ’daqqa. *** “Ma tantx hemm x’nistgħu nagħmlu Rit,” tenna Toni wara li qagħad jisma dak li kellha xi tgħidlu oħtu. “Naħseb l-unika ħaġa li nistgħu nagħmlu hija li nippreparaw ruħna għal li ġej,” qalet ħosbiena Rita. Toni ħares lejn Rita: “X’ jiġifieri?” Rita kompliet: “M’intix tara? Fejn ommi qatt ma kienet tlissen kelma dwar missieri, issa f ’daqqa waħda moħħha qed jimmaġina li għadu d-dar u qed tibża’ li aħna ħa nabbandunawh.” “Mela mhux hekk! Jekk għadu ħaj dak il-bagħal nixtieq niġi wiċċ imb wiċċ miegħu għax nagħtih ħasla ħara nobis. Ma ħaqqux aħjar, kemm batiet miskina ommi minħabba fih,” qal Toni, li mill-ewwel kienet taqbdu rabja kbira malli jiftakar kemm rat fuq wiċċha ommu biex rabbiethom u lestew l-iskola kif xtaqet hi. Kienet tmur kuljum taħsel u ssefter għand in-nies. Toni ma kellux memorji ta’ missieru. Kien tarbija ta’ 8 xhur u oħtu kellha 3 snin meta missierhom telaq ’il barra mid-dar u qatt ma reġa’ ġie lura. Ommhom qatt ma kienet titkellem fuqu, iżda mill-ftit drabi li rnexxielhom jieħdu xi ħaġa minn fommha tathom x’jifhmu li seta’ kellu wiċċ ħaddieħor għalhekk għamel li għamel. Meta l-aħwa kibru u bdew jifhmu aħjar is-sitwazzjoni tagħhom kienu jippruvaw jikkonvinċuha ssib fejn joqgħod, xejn xejn teħodlu manteniment. Imma għalxejn, għax ommhom kienet tibda taġita ruħha u ttenni li ma riditx inkwiet. Wara kienet tingħalaq fiha nnifisha u tagħmel ġranet bilkemm tlissen kelma.

Fl-aħħar mill-aħħar Rita u Toni ntebħu li aħjar ma jitkellmux aktar dwar missierhom għax kull darba li qabduha fuq dassuġġett bla ma jafu kienu qed jiftħulha ġerħa ġdida; u kollox miet fuq ruħ ommu. Issa, wara daż-żmien kollu ommhom minn jeddha kienet qed issemmih hi lil missierhom. Kienet għafsa ta’ qalb kbira għalihom jaraw lil ommhom f ’dalistat; ma kienx ħaqqha jiġrilha hekk. *** Il-mewt għal għarrieda t’ommhom ħasdithom. Ġiet bħal sajjetta fil-bnazzi ftit jiem qabel kellha ssirilha l-konsulta mal-ispeċjalista tal-ġerjatrija. Rita rċeviet telefonata fil-11 ta’ billejl; kienet l-infermiera prinċipali tas-sala fejn kien hemm ommha: “Sinjura Cassar, aħjar tiġi sal-isptar u għid lil ħuk biex jiġi wkoll.....” Rita tbikkmet u lanqas tatha ħin tkompli lill-infermiera: “Xi ġralha ommi? Jaqaw mietet? Toqgħodx taħbili għidli x’ġara?” “Ikkalma sinjura, il-mamà tagħkom ħassa ħażin u nippreferu li tkunu hawn. Hawn it-tabib magħha u talabna nsejħulkom. Dak biss naf jien,” qatgħetilha fil-qasir l-infermiera. Rita qajmet lil żewġha Pawlu u qaltlu biex iċempel hu lil ħuha għax bit-tferfir li kellha ħassitha ħa tiġġennen. Wara li ċempel lil Toni, żewġha qabad iċ-ċwievet tal-karozza biex iwassalhom it-tnejn li huma hu lejn l-isptar. Rita oġġezzjonat: “Imma t-tfal mhux se nħalluhom waħedhom, Pawl.” “It-tfal reqdin u lanqas jafu x’inhu jiġri. Tgħid mhux se nħallik issuq bil-qatgħa li għandek fuqek,” tenna Pawlu filwaqt li fetaħ il-bieb ta’ barra u stennieha toħroġ qabel sakkar warajh. Fi triqthom lejn l-isptar għaddew għal Toni u f ’radda ta’ salib it-tlieta li huma waslu l-isptar. Kif waslu ħdejn is-sala infermier waqqafhom milli jidħlu. Toni pront qallu: “Ċemplulna issa biex niġu.....” L-infermier qatagħlu kliemu: “Naf, naf. It-tabib qed jistenniekom. Għaddu hawn ġew jekk jogħġobkom,” filwaqt li fetħilhom il-bieb għal kamra oħra. Ġewwa sabu lil ommhom bit-tħarira tal-mewt fuqha. Ittabib u l-infermiera li ċemplitilhom kienu ħdejha iżda mid-dehra ma setgħu jagħmlulha xejn aktar. F’dak il-ħin wasal ukoll il-kappillan tal-isptar biex jagħmlilha l-griżma tal-morda. Rita, Toni u Pawlu bdew jitolbu mal-patri, iżda ommhom baqgħet mitlufa sakemm fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu mietet. Il-funeral għadda bħal memorja mżellġa għal Toni u aktar u

aktar għal Rita. Setgħu jiftakru biss biċċiet minnu għalkemm Rita ma setgħetx tneħħi minn moħħha t-taħbit tat-tebut malġnub tal-qabar hu u jitniżżel bil-ħbula – dak il-ħoss kien qisu

tezza sabiex naqralkom x’ hemm ġo fih. Tajjeb hekk?” Toni aċċetta u mar qal kollox lil oħtu Rita. Rita stqarret ma’ ħuha li ma kellha l-ebda ħjiel dwar xiex kien qed jitkellem in-nutar. Fil-ver-

Toni aċċetta u mar qal kollox lil oħtu Rita. Rita stqarret ma’ ħuha li ma kellha l-ebda ħjiel dwar xiex kien qed jitkellem in-nutar. Fil-verità, ommha qatt ma semmitilha xejn lilha lanqas

qed jgħidilha li ’l ommha mhix ità, ommha qatt ma semmitilha se taraha iżjed. Ħoss insap- xejn lilha lanqas. portabbli. Ġimgħa wara, Rita u Toni marru għall-appuntament ħa jaraw x’kien *** fiha dil-imbierka ittra li ħallitilMeta tmiss mar-realtà tagħha hom ommhom. Daħlu fl-uffiċċtintebaħ kemm taqlalek taħbit u ju tan-Nutar Lanzon u poġġew ġiri mewt ta’ qarib minn meta tir- bilqiegħda quddiem l-iskrivanireġistrah ħalli imbagħad tagħmel ja tiegħu. Qagħdu jistennewh ir-riċerki testamentarji sabiex bil-paċenzja jiftaħ l-envelop. eventwalment tasal quddiem nu- In-nutar imbotta n-nuċċali tal-qatar pubbliku għad-dikjarazzjoni ri ’l fuq u beda jaqra: Causa Mortis. Biex jaqta’ fil-qasir, Toni mar “Għeżież Rita u Toni, mill-ewwel għand in-Nutar LanĦajti kollha rringrazzjajt lil Alla zon, li minn dejjem kien in-nutar kull ħin u kull mument għax-xorti li tal-fiduċja t’ommhom. sibt magħkom, uliedi. Dejjem urejtuni “Mela mietet il-mamà? L-għo- mħabba u rispett u magħkom qatt mor. Kemm kienet mara sew. ma’naqasni xejn. Nistaqsi jien – x’ Dejjem ġabet lilkom fuq kollox, jonqosha aktar omm meta jkollha wlied tafx,” qal in-nutar lil Toni. bħalkom? “Grazzi nutar. Ħallietna mala- Ħaġa oħra biss neħtieġ mingħandkom jr, ma konniex qed nistennewha għeżież tiegħi, li tisimgħu dak li rrid din,” kompla Toni, “Issa qegħdin nistqarr magħkom mingħajr ma tintnitħabtu bis-suċċessjoni tagħha u errompu lin-Nutar Lanzon sakemm oħti u jien għidna aħjar kieku taħd- jaqra l-ittra sat-tmiem. milna inti għax ma tantx ninqalgħu Li jiena żżewwiġt lil missierkom meta għal dawn l-affarrijiet. X’ taħseb qajla kelli 20 sena tafuh għax għidtulnutar?” kom jien. Li qatt ma għidtilkom hu li Bla ma’ wieġbu, x-xwejjaħ Nu- missierkom u jiena ma konniex kuntenti tar Lanzon qam miinn wara fiż-żwieġ. Mhux għax ma kontx inħobl-iskrivanija tiegħu u resaq lejn bu jew ma nirrispettahx, tafux. kaxxa forti li kellu f ’rokna Missierkom kien ftit akbar minni u tal-uffiċċju ċkejken tiegħu. Fetħu forsi għalhekk kien pussessiv u domiu wara li qalleb xi karti ta’ ġo fih nanti fuqi. Jiena kont nobdih u nipprova ħareġ envelop u dar bih lejn Toni. nikkuntentah f’kollox imma hu kellu “Hawn hu. Xi 10 snin ilu l-mamà marda....iva marda għax m’hemmx keltagħkom kienet ħalliet dal-envelop ma oħra għall-għira li kien jgħir għalija. miegħi. Ma riditx tgħidli x’fih..... Kien ossessjonat li jiena għad nitilqu. kellha kull dritt wara kollox, tafx. Meta kont tqila bik, għażiża Rita, Tatni struzzjonijiet biex la tiġi ni- sab l-iskużi kollha biex lili ma jħallinix eqsa, jiena niftħu quddiemkom u nixref mill-bieb ‘il barra lanqas biex naqra l-ittra li hemm ġo fih lilek u nixtri. Sibt ruħi msakkra f’dari; jekk lil oħtok biss u lil ħadd aktar. Nif- qatt kienet dari għax lanqas indawwar takarha qisu lbieraħ, qabditli jdejja biċċa għamara jew nibdel lewn ta’ par bejn idejha t-tnejn u bid-dmugħ purtieri ma stajt f’dik id-dar enormi u f ’għajnejha talbitni bil-ħniena bla ruħ fejn trabba hu. nagħmel li kienet qed titlobni.” Kont inħossni ħa niġġennen indur malToni ma setax jifhem u staqsa: kmamar ma nafx x’se naqbad nagħmel “Xi jfisser dan kollu, nutar? Jiġifi- bija nnifsi, imma malli kelli lilek insejt eri dan testment?” kollox u ma kontx ninqala’ minn ħde“Le le, din xi ħaġa apparti t-test- jk. Kont il-mimmi ta’ għajnejja. ment li għamlet. Nistqarr miegħek Indunajt li missierek ma kienx kunli ma nafx xi jfisser dan kollu, tent li tajtu tifla. Hu ppretenda tifel. imma lill-mamà dejjem irrispetta- Imma forsi kont qed nimmaġina jien u jtha u tajtha kelmti li nagħmel kif ma jixraqx li nitkellem hekk. kienet qed titlobni. Issa nirranġaw Żewġi ddejjaq ukoll li kont qed inqatappuntament biex tiġu hawn ta’ ħafna ħin mat-tarbija. Beda jgħir l-aħħar nies filgħaxija. L-iskrivan għat-tarbija u nammetti li għall-ewwel ikun telaq u jkollna biżżejjed priva- darba bdiet dieħla biża’ fija li jista’ jagħ-

millek xi ħaġa, Rita. Bdejt niffissa li jista’ jweġġgħek u iktar ma bdejtx ninqala’ minn ħdejk. Imma le, missierek qatt ma kien se jasal sa hekk. Minflok beda jdur fuqi u jinfexx fija. Beda jerfa’ jdejh fuqi imma jiena ma kontx nirreżistih ħalli ma nifferoċjahx iżjed. Mal-iċken kelma kien idawwarli wiċċi n-naħa l-oħra b’daqqa fuq ħalqi. Imma ssaportejt. Meta għidtlu li erġajt tqila hu ma riedx jissogra li nitlef it-tarbija f’każ li jkun tifel għalhekk is-swat waqaf. Xorta baqa’ jżommni msakkra ġewwa. Wasal iż-żmien biex inwelled, ħadni l-isptar u kulħadd kien jgħidli kemm għandek raġel sew u ddedikat għall-familja. Mur għidilhom. Ikolli nammetti li qatt ma rajtu daqshekk ferħan se jtir daqs meta ħaddan liċ-ċkejken Toni f’dirgħajh. Dakinhar, ħassejt ferħ kbir f’qalbi għax għidt li l-affarijiet kienu se jinbidlu għall-aħjar. Meta morna lura d-dar, kien hu li nsistili biex ma ninqalax minn ħdejn in-nieqa ta’ Toni. Widdibni li miskina jien jekk it-tarbija jiġrilha xi ħaġa. Inti Rita, dawn is-sentejn li kien għad għandek kont tkun trid tgħinni b’Toni. Missierek ma riedx jaf u kien jgħajjat miegħek u jbikkik kif jarak se tersaq lejn ħuk. S’issa kont qgħadtlu għal kollox, imma li jagħmel differenza bejn uliedu ma kontx ħa naċċettaha, qatt u qatt. Swietni qares għax reġa’ beda’s-swat. Did-darba b’aktar intensità minn qabel. Il-qiegħa għaqdet f’lejl xitwi waqt maltempata qalila. Inti Rita kont titwerwer mill-beraq u s-sajjetti u jien ridt niġi ħdejk sakemm ibatti l-maltemp li kien għaddej. Missierek ma ħallinix. Smajtek tibki minn kamartek u nsistejt. Qam mis-sodda bl-għerra u qalli issa tara kif se tieqaf tibki u tneħħi l-fsied. Jiena ġġennint u tirt għal warajħ biex inwaqqfu. Hu imbuttani, ħabbattni mal-ħajt u qabadni minn għonqi. Irvillat kif kien beda jagħfasli għonqi u jien għidt se joqtolni u bdejt nissara biex ineħħilu jdejh biex nieħu n-nifs. Baqa’ jagħfas. Emmnuni wliedi, ma nafx x’kont qed nagħmel. Qbadt kandelabru minn fuq il-gradenza l-kbira u xejjirtlu daqqa fuq nagħsu bih ħalli jitlaqni. Niżel mal-art qisu xkora u ma reġax qam. Qtiltu! Jiena qtilt lil missierkom u dfintu fil-kantina ta’ dik id-dar misħuta. Ħajti u l-kuxjenza tiegħi baqgħu maqbudin f’maltempata – turbolenza wara l-oħra ta’ niket u ħtija. Mhux se nitlobkom taħfruli għax naf li ma ħaqqnix. Kulma’qed nitlob mingħandkom huwa li tieħdu ħsieb missierkom u tatuh difna xierqa. Forsi b’hekk insibu l-mistrieħ flimkien. Dejjem ħabbejtkom, Ommkom Temm jaqra bl-leħnu mriegħed in-nutar. Rita kienet qed tolfoq. Tellgħet idejha ma’ ħaddejha u b’qalbha maqsuma tenniet: “Miskina ommi!” Ma’ dal-kliem, Toni qam bil-wieqfa f ’salt tant li qaleb is-siġġu li kien bilqiegħda fuqu u telaq ’il barra bla ma qal kelma.


26

15.12.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

15.12.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 306

D. VELLA - BIRKIRKARA

Bi 3 Numri 177 243 275 311 324 430 474 599 830 871 943

977 B’4 Numri 0072 0710 0768 0769 0948 1095 1096 1282 1344

1778 1990 2576 2577 2681 3249 3260 3428 3505 3711 4505 4693

4765 5170 6498 7111 8197 8297 8525 8763 9076 9849 9932

B’5 Numri 10348 11544 19358 22401 27202 95494 B’6 Numri 030731 120047 630962

809565 Bi 8 Numri 15385670 38745428 47334943 55620494 58080152 70142519 79827307 90303842

1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16.

Mimdudin: Tista’ tkun tal-ħelu (5) Kompli l-qawl: Settembru settembrina, jibdlilna s-....... mal-kantina (4) Inpoġġu l-fjuri fih (5) Ara 7 Żbalja (6) Belt (6) Isem (3)

18,21W. Rabat mal-qiegħ (5) 19. Sinjal (3) 20. Isem (5) 21. Il-kbir tilef siequ! (3) 23. Kien dittatur Afrikan (4) 24. Isem (5)

5. Il-vokali kollha barra E u O (1,1,1) 6,12W. Kunjom (5) 8. Skarta? (9) 11. Ara 2 12. Ara 6 13. Ġera bl-Ingliż (3) 14. Ħut imqadded (6) 15. Żbalja (6) Weqfin: 17,22. Prezzjużi wkoll 1. Prezzjużi dawn (6) dawn (6) 2,11. Dħul ta’ flus? (5) 21. Ara 18 3. Isem (3) 22. Ara 17

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Kaċċa, 4.Ċari, 7,23.Larinġ, 9.Ħin, 10.Immutu, 12.Ħadida, 16.Lia, 18.Oz, 20.Pizza, 21,24.Ħażżinni

Weqfin: 1.Kaħħal, 2,11.Ċanga, 3.Ali, 5,19. Adulti, 6.ITU, 8.Ambizzjuż, 12,22. Ħażin, 13.DOI, 14.Aladin, 15.Rivali, 17.Ira, 21.Hur


28

15.12.2019

kullhadd.com

IL-PL IĦEJJI GĦALL-100 SENA BL-APPOĠĠ TAN-NIES

Il-Prim Ministru jiffirma l-kotba ta’ diversi persuni

• ĠABRA TA’ IKTAR MINN NOFS MILJUN EWRO • MESSAĠĠI IMPORTANTI MILL-PRIM MINISTRU U MICHELLE MUSCAT Il-Partit Laburista ġabar €516,896 f ’donazzjonijiet f ’maratona ġbir ta’ fondi li hi waħda mill-aħħar attivitajiet tal-istaġun politiku għal din is-sena. Kienet sena fejn il-Partit Laburista kompla jirbaħ, filwaqt li jwettaq il-bidliet għal pajjiżna, bil-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Randolph De Battista jgħid li hu sabiħ li s-sena spiċċat kif bdiet jiġifieri bl-appoġġ tannies. “L-atmosfera li kellna nhar il-Ġimgħa l-Ħamrun kienet waħda ta’ attività kbira. In-nies ma qatgħu xejn deħlin biex jagħtu d-donazzjonijiet, iħallsu s-sħubija jew inkella jiltaqgħu mal-Mexxej Joseph Muscat li kien qed jattendi għallaħħar maratona ġbir ta’ fondi tiegħu. Huwa minnu li għaddejna wkoll minn ġimgħat diffiċli imma wara l-Ġimgħa nista’ nkompli ngħid li l-qalb ta’ dan il-partit għadha tħabbat iktar minn qatt qabel. Il-kumitati u l-volontiera tagħna rraportawlna li meta terrqu fl-ibliet u l-irħula u żaru l-familji sabu kull appoġġ u bil-ftit li ta kulħadd qbiżna n-nofs miljun ewro,” qal Randolph De Battista li fakkar kif nofs miljun ewro ieħor inġabru u nqabżu f ’Mejju li għadda. “Din kienet sena fejn kellna elezzjonijiet lokali mal-pajjiż kollu u elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Involvew ħafna xogħol u ħafna spejjeż u għalhekk dan is-sostenn huwa kruċjali biex

il-Partit Laburista jibqa’ għaddej. Filġimgħat li ġejjin se nkunu qed norganizzaw l-ikbar elezzjoni li l-partit qatt għamel għal Mexxej. L-obbligi huma kbar, iżda aħna lesti biex nissodisfawhom bl-aqwa mod possibbli,” żied jgħid De Battista li kellu kliem ta’ ħajr għall-volontiera kollha li taw l-appoġġ tagħhom lill-Partit Laburista f ’dawn l-aħħar xhur. “Huwa l-aqwa mod li bih nistgħu nħejju għal mitt sena mit-twaqqif tal-Partit tagħna. Bl-appoġġ tan-nies,” temm jgħid il-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Jitkellmu Joseph u Michelle F’intervista mal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ ONE, Owen Galea, il-Prim Ministru u s-Sinjura Michelle Muscat għamlu riflessjonijiet fuq dawn l-aħħar ħdax–il sena. Il-prijoritajiet tal-Gvern u l-Partit taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru u d-deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu u t-toqol tagħhom. “Ħafna drabi d-deċiżjonijiet l-iktar importanti jkunu dawk li evitaw li xi ħaġa tiġri. Li tgħin biex ma tinħoloq ebda problema, anzi tkun solvejt il-problema qabel inħolqot. Jien li nista’ ngħid li fl-aħjar tal-kapaċitajiet tiegħi pruvajt nieħu l-aħjar deċiżjonijiet li stajt nieħu. Id-deċiżjonijiet kollha tiegħi. Ma ngħidx għax deċiżjoni tajba

ħadtha jien u għax deċiżjoni ħażina ħadha ħaddieħor. It-tajjeb u l-ħażin li għandi fuqu nġorru kollu jien,” qal il-Prim Ministru. Michelle Muscat għamlet appell imqanqal biex jibqgħu jgħixu l-valuri tal-moviment li bena madwar il-Partit Laburista, Joseph Muscat. “Joseph ħoloq moviment. Moviment ta’ nies li ġejjin minn ħafna backgrounds. Forsi mhux kulħadd jifhimha din... in-nies tagħna hija Malta tagħna. Dan hu lingwaġġ li rebbaħna l-elezzjoni mhux b’1,500 vot. Rebbaħna b’dawk il-voti kollha,” qalet Michelle Muscat. “In-nies jixtiequ li r-riċetta ta’ Joseph Muscat ma tibqax ir-riċetta ta’ Joseph Muscat, imma tibqa’ riċetta tal-Partit Laburista,” qalet Michelle Muscat. Mistoqsi dwar il-pariri għal dawk li qed jikkontestaw biex imexxu minfloku, il-Prim Ministru kien kawt għalkemm qal li importanti li wieħed ikun pożittiv. Imbagħad kellu appell ċar biex ma jiddejqu xejn ibiddlu dak li jaħsbu li sar ħażin, filwaqt li jżommu t-tajjeb. “Anke fejn ibiddlu affarijiet li għamilt jien... inkun qiegħed hemm biex nappoġġjahom,” qal il-Prim Ministru.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.