Ara paġna 3
www.kullhadd.com Il-Ħadd 16 ta’ Frar, 2020
Wara nixfa ta’ kwart ta’ seklu li fih il-pensjonanti u l-anzjani kienu prattikament minsijin, it-titjib fil-pensjonijiet u flgħajnuniet lill-anzjani kienu fil-qofol tal-programm qawwi soċjali li tnieda s’issa mill-amministrazzjoni Laburista. L-ispinta, li ngħatat f’pensjonijiet u benefiċċji maħsubin għall-anzjani, toħrog l-aktar meta wieħed iqabbel l-ispiża stmata għal din is-sena man-nefqa attwali fl-2013. Fil-fatt, in-nefqa għall-2020 mistennija tlaħħaq aktar minn €900 miljun – qabża enormi ta’ madwar €264 miljun fuq dik tal-2013. Kważi 90% ta’ din iż-żieda tirrappreżenta żieda finnefqa fuq il-pensjonijiet tal-irtirar, tar-romol u l-invalidità u fuq dik tal-età. Mitlub jikkummenta dwar dan, il-Ministru responsabbli Dr Michael Falzon qalilna li l-bosta miżuri li ddaħħlu fl-aħħar snin se jkunu qed jagħtu aktar lill-pensjonanti minn dak imwiegħed fil-manifest elettorali, fosthom iżżieda addizzjonali ta’ €8 fil-ġimgħa li kważi diġà ngħatat kollha. Huwa tenna l-impenn tal-Gvern li jkompli jwettaq aktar miżuri ta’ fejda għallpensjonanti kemm f’din il-leġiżlatura kif ukoll f’dawk li ġejjin. Minn tweġiba li ta din il-ġimgħa għall-Mistoqsija Parlamentari, il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tatTfal u s-Solidarjetà Soċjali ħareġ aktar fid-dieher l-ispinta qawwija f’dawn l-aħħar snin li l-Gvern ta fis-settur tal-pensjonijiet u tal-benefiċċji favur l-anzjani. Tkompli f’paġni 8 u 9
DJUN U ĦABI
Ħarġa Nru 1,388 Prezz €1
QABŻA TA’ €264 MILJUN F’PENSJONIJIET U F’BENEFIĊĊJI GĦALL-ANZJANI F’SEBA’ SNIN
TIRREĠISTRA SEBA’ AJRUPLANI FIL-ĠIMGĦA
Il-Kummissjoni Elettorali ppubblikat il-kontijiet finanzjarji tal-partiti politiċi u minnhom jirriżulta li, kemm taħt Simon Busuttil kif ukoll taħt is-suċċessur tiegħu Adrian Delia, ilfinanzi tal-Partit Nazzjonalista komplew sejrin għall-agħar. Minkejja dan, analiżi, li għamilna u qed nippubblikaw illum, turi ċar li l-agħar li marru kien taħt it-tmexxija ta’ Busuttil, li llum mhux biss għadu Deputat Nazzjonalista, imma wkoll fost l-“eroj blu” li ġew elenkati bħala dawk li jridu jeħilsu mill-istess Kap tagħhom. U waqt li l-PN jinsab mgħerreq fid-dejn, jirriżulta millistess pubblikazzjoni tal-Kummissjoni Elettorali li l-Partit Demokratiku, li tant jitkellem fuq governanza tajba, baqa’ ma ppubblikax il-kontijiet tiegħu.
Ara r-rapporti f’paġna 6
WIED FULIJA SE JINTRADD LURA LIN-NIES WARA 41 SENA Ara paġna 7
02
16.02.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja ser tiksi ċ-Ċentru talMediterran. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli l-iktar mixXlokk il-Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat li jsir ħafif L-Imbatt: Baxx u mħawwad li jsir ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 17°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
16°C
UV 4
10°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
16°C
UV 4
11°C
16°C
Il-Ġimgħa
UV 3
10°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
15°C
UV 4
10°C
16°C
UV 4
10°C
16°C
UV 4
10°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat Malta – 7945 5477 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
16.02.2020
kullhadd.com
RYANAIR TIRREĠISTRA F’MALTA MAS-SEBA’ AJRUPLANI FIL-ĠIMGĦA …80 DIĠÀ DDAĦĦLU FIR-REĠISTRU MALTI SAL-LUM, WAQT LI 120 MISTENNIJA JIĠU INKLUŻI SAS-SAJF LI ĠEJ Il-linja tal-ajru low cost Ryanair se tkun qed tirreġistra xejn inqas minn 120 ajruplan fuq ir-reġistru lokali tal-avjazzjoni sas-sajf li ġej, bħala parti mit-tkabbir tal-kumpanija l-ġdida Malta Air Ltd li twaqqfet f ’Ottubru tas-sena l-oħra. Sorsi infurmati qrib l-industrija qalu lil din il-gazzetta li t-tkabbir diġà beda u “sal-lum diġà ġew irreġistrati mat-80 ajruplan taħt Malta Air minn bażijiet li r-Ryanair kellha fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Italja, fost oħrajn. Qed idaħħlu l-ajruplani fir-reġistru (Malti) bir-rata ta’ xi sitta jew sebgħa filġimgħa.” Minn Novembru li għadda, Malta Air bdiet topera r-rotot kollha tar-Ryanair minn Malta. Skont il-Kap Eżekuttiv talGrupp Ryanair Michael O’Leary, iċ-ċaqliq tar-reġistrazzjoni ta’ ajruplani fil-flotta għal bażijiet bħal dik
f ’Malta għen qatigħ biex jinqatgħu l-ispejjeż tal-grupp. Il-grupp irreġistra profitt nett ta’ €88 miljun fl-aħħar tliet xhur tas-sena li għaddiet, riżultat li kien titjib sinifikanti mis-€66 miljun telf li kellu fl-istess kwart tas-sena ta’ qabel. Dan kien jinkludi t-tkabbir tat-traffiku operattiv ta’ 6% għal total ta’ 36 miljun passiġġier u saħansitra żieda ta’ 1% fil-mili tat-titjiriet minn 95% għal 96%, li skont l-istess sorsi fl-industrija jqisu xi ħaġa impressjonanti. Dan kien ukoll b’riżultat ta’ bookings ferm aħjar milli mistenni għall-perjodu festiv tal-Milied u l-Ewwel tas-Sena. “Dan hu mill-aktar sinifikanti meta diġà kellhom okkupanza daqstant tajba. Li żżid 1% meta l-ajruplani tiegħek jitilqu nofshom vojta hi ħaġa, imma meta diġà qed timla 95% tat-titjiriet u jirnexxilek iżżid dak ir-riżultat, allura jfisser
Dan hu mill-aktar sinifikanti meta diġà kellhom okkupanza daqstant tajba. Li żżid 1% meta l-ajruplani tiegħek jitilqu nofshom vojta hi ħaġa, imma meta diġà qed timla 95% tat-titjiriet u jirnexxilek iżżid dak ir-riżultat, allura jfisser ħafna fl-industrija
ħafna fl-industrija,” tennew is-sorsi. Mir-rapport finanzjarju ppubblikat mill-grupp għall-perjodu, jirriżulta li l-bejgħ ġenerali żdied b’xejn inqas minn 21% għal ftit inqas minn €2 biljun. Minbarra hekk, il-grupp kompla jirreġistra tkabbir f ’Jannar ukoll li waħdu ra żieda ta’ 5% fil-passiġġieri. Wara dan ir-riżultati tant tajjeb, issa l-grupp għolla t-tbassir tal-profitti għas-sena finanzjarja, li tagħlaq fil-31 ta’ Marzu li ġej, għal madwar €1 biljun. Meta tnediet, Malta Air bdiet b’14–il ajruplan irreġistrat f ’Malta, li sitta minnhom kellhom lil pajjiżna bħala l-bażi operattiva tagħhom. F’inqas minn tliet xhur, iżda, dawn żdiedu għal 80 fuq ir-reġistru tal-avjazzjoni u minn-
hom sitta jużaw lil Malta bħala l-bażi tagħhom. Dawn tal-aħħar ukoll mistennija jitilgħu għal tmienja. Fil-pubblikazzjoni tal-aħħar riżultati finanzjarji għall-Grupp Ryanair jingħad li l-flotta ta’ ajruplani rreġistrati f ’Malta se titla’ għal 120 sas-sajf li ġej. Dan ifisser ukoll li l-ekwipaġġ li joperaw l-ajruplani f ’pajjiżna taħt Malta Air mhux se jkunu obbligati li jħallsu t-taxxa fl-Irlanda, kif tobbligahom liġi Irlandiża li tisħaq li kull dħul finanzjarju abbord ajruplan operat minn kumpanija Irlandiża hu suxxettibbli għat-taxxa fl-Irlanda, irrelevanti jekk l-individwu hux residenti fl-Irlanda jew le. “L-Irlanda għandha reputazzjoni ta’ tax haven għall-kumpaniji,
imma mbagħad taf tippenalizza ħafna fejn tidħol it-taxxa tal-individwu,” tenna O’Leary fil-kritika tiegħu lir-reġim tat-taxxa Irlandiż. Rapporti fil-midja Irlandiża jissuġġerixxu li ċ-ċaqliq tal-bażijiet minn Ryanair se jfissru madwar €35 miljun inqas kull sena fid-dħul tat-taxxa fil-pajjiż. Meta mistoqsi dwar il-bdoti u l-bqija tal-ekwipaġġi li se jkunu qegħdin jaħdmu mal-Malta Air u se jkunu bbażati hawnhekk, ilKap Eżekuttiv Diarmuid O’Conghalie kien qal li dawn se jkollhom kuntratti differenti milli kellhom mar-Ryanair. “Dan hu ftehim ġdid b’arranġamenti ġodda għal tliet snin li ġie approvat riċentement mill-bdoti kollha b’mod unanimu,” saħaq O’Conghalie.
04
16.02.2020
kullhadd.com
MHIX ĊAJTA T’APRIL GĦALL-PN George Bonello du Puis kien kemm Ministru għall-Finanzi kif ukoll Ministru għas-Servizi Ekonomiċi ta’ Gvern Nazzjonalista. Kien magħruf ukoll għassens kbir ta’ umoriżmu li kellu. Minkejja dan, ħadd ma kien tbissem meta kien lissen il-famuża frażi li “d-dejn iħallsuh uliedna u wlied uliedna”. L-istess mhux qed jitbissem bħalissa l-Partit Nazzjonalista meta l-kotba tal-finanzi tiegħu qed juru bl-aħmar il-figura akkumulata ta’ dejn ta’ madwar €34 miljun. Il-kliem jidwi ta’ Bonello du Puis mhu se jagħti l-ebda serħan tal-moħħ lill-Partit Nazzjonalista. Jingħad li dan id-dejn ilu jakkumula mindu t-tmexxija tal-Eks Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi ħalliet lill-PN midjun ma’ bosta negozjanti kbar u ma’ diversi banek. Allura tidħol ħidma tal-Kaxxier jew Teżorier tal-Partit, kariga regolata bil-liġi. B’għaqal, pjan u roadmap dan irid jara kif se jsolvi dawn il-problemi serji. Is-sitwazzjoni tiggrava għax in-Nazzjonalisti spiċċaw, jew daqt jispiċċaw, bla kaxxier, hekk kif il-Viċi Kap Robert Arrigo, li wkoll kien qed jokkupa l-pożizzjoni fl-aħħar xhur, qal li se jżarma kollox sal-aħħar ta’ Marzu li ġej. U għax kif jgħid il-Malti, ix-xitan m’għandux ħalib, bl-eku għadu għaddej tar-riżenji, imminar, kumplotti u laqgħat fil-moħbi, li meta naħsbu li jkunu missew il-qiegħ, tfaqqa’ xi ħaġa ġdida li tkompli tgħaddashom ’l isfel. Żgur li mhix sitwazzjoni tajba għad-demokrazija f ’pajjiżna, li
fih il-funzjoni ta’ Oppożizzjoni sana hija bil-wisq importanti. Ir-riżenja ta’ Arrigo Il-Viċi Kap Arrigo għandu mhux iżjed minn sitt ġimgħat oħra fil-pożizzjoni/jiet, kif iddikjara fl-ittra ta’ riżenja li bagħat lillKap Adrian Delia u li ġiet ippubblikata fl-intier tagħha mill-ġurnal In-Nazzjon. Bl-affarijiet kif inhuma u d-diffikultajiet li kien hemm wara r-riżenja tal-predeċessur tiegħu Antoine Zammit f ’Settembru li għadda, hemm dubji kbar kemm se terġa’ timtela l-kariga tat-Teżorier, anke jekk il-Kummissjoni Elettorali se tara li jiġi osservat l-obbligu li l-partit ikollu persuna responsabbli kontinwament u ma terġax tinqala’ s-sitwazzjoni anomala u illegali qabel daħal Arrigo. Biex tgħaxxaq il-pożizzjoni se tiġi battala fl-1 ta’ April, li għal ħafna hu meqjus Jum il-Bluha, bl-Ingliż April’s Fool. Tgħid id-data kienet intenzjonata minn Arrigo, biex forsi jgħaddi messaġġ indirett li ħadd mhu baħnan biżżejjed li jidħol f ’din il-kariga, wisq inqas xi “supereroj blu” minn dawk indikati mid-Deputat Jason Azzopardi? Interessanti dak li qal Arrigo fl-ittra tiegħu dwar is-sitwazzjoni finanzjarja, meta akkuża lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li hedded l-istabbiltà finanzjarja tal-Partit. Akkużahom, partikolarment lil dawk tal-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil, li ħolqu ostakli bil-mira li l-partit ma jiħux ir-ruħ finanzjarjament.
Hemm dubji kbar kemm ser terġa’ timtela l-kariga tat-Teżorier, anke jekk il-Kummissjoni Elettorali se tara li ma terġax tinqala’ sitwazzjoni anomala u illegali qabel daħal Arrigo
Il-kariga skont il-liġi Kull kariga fi ħdan għaqda hi importanti, imma bla dubju li waħda mill-karigi fuq quddiem fil-lista ta’ importanza, u wisq iżjed f ’partit, hija dik tal-kaxxier jew teżorier. L-Att dwar il-Finanzjament tal-Partiti Politiċi huwa ċar f ’dan ir-rigward. Dan jgħid ċar u tond li “…partit politiku ma jiġix reġistrat fir-reġistru tal-partiti politiċi sakemm ma jkollux fl-istatut tiegħu dispożizzjoni għall-elezzjoni ta’ (b) teżorier tal-partit politiku, ikun xi jkun l-isem tal-persuna li tkun qed twettaq il-funzjonijiet ta’ teżorier li bih wieħed jirreferi għalih.” Mhux biss. L-Att jgħid bl-iswed
? fuq l-abjad x’inhuma d-dmirijiet tat-teżorier, dak li jamministra l-finanzi tal-partit, jipprepara l-kontijiet annwali tal-partit għall-verifika u jiżgura l-konformità tal-partit politiku mad-dispożizzjonijiet, fost oħrajn. Teżorier għandu jiżgura li r-rekords tal-kontabilità jiġu miżmuma skont il-prinċipji u l-prattika ta’ kontabilità u skont l-istandards tal-verifika. U dwar dan hemm dettalji sħaħ ta’ kif għandhom jinżammu dawn ir-rekords. Kull waħda importanti għal viżjoni ċara tad-dħul, minn fejn qed jiġi d-dħul u tal-amministrazzjoni tal-finanzi ta’ partit politiku. Inkluża ċarezza dwar dħul ta’ donazzjonijiet u verifika minn awditur. Il-ħtieġa ta’ kontabilità hi meq-
jusa importanti u l-partiti huma obbligati li jirrapportaw lill-Kummissjoni kull tagħrif neċessarju fl-amministrazzjoni finanzjarja tagħhom. Jekk dawn jinstabu li jkunu kisru xi dispożizzjoni talAtt, allura jkunu suġġetti għal sanzjonijiet. Fl-istorja mqallba tar-rwol tal-kaxxier tal-PN, hemm dan ilpiż kollu. Piż li żgur li mhuwiex ċajta. U b’dan kollu f ’moħħom, hemm tesserati fil-PN li qed jagħmlu diversi mistoqsijiet pertinenti. X’ġara u x’għadu jiġri fil-PN? Attwalment hemm mistoqsijiet ġustifikati li jieħdu aktar piż Tkompli f ’paġna 5 >>
FL-EŻEKUTTIV NAZZJONALISTA MĊAĦĦDIN MID-DISKUSSJONI • TESSERATI DESKRITTI FUNDAMENTALISTI U HEMM GĦALL-PJAĊIRI BISS F’laqgħa oħra twila, l-Eżekuttiv Nazzjonalista baqa’ ma ddiskutiex ir-riforma li qed jipproponi l-Eks Ministru Louis Galea fl-istatut tal-PN, anke jekk kien hemm min ipprova jgħid xi ħaġa u ġie msikket. Minflok saret preżentazzjoni ta’ madwar siegħa u nofs ta’ x’qed jiġi ssuġġerit. Uħud minn dawk preżenti ilmentaw li mhux sew li mhumiex jitħallew jiddiskutu fl-Eżekuttiv kif dejjem sar, qabel il-proposti jersqu quddiem l-Assemblea Ġenerali. “Hekk se tingħata l-impressjoni li l-membri tal-Eżekuttiv ukoll qed jaqblu magħhom,” qalu sorsi midDar Ċentrali b’referenza għall-proposti, inkluża dik għall-bdil tal-isem uffiċjali.
Appena nduna li għandu reżistenza qawwija għal numru ta’ proposti kontroversjali minn tiegħu, Galea appella lill-Eżekuttiv biex ma jagħtux wisq piż lill-partitarji li qed jgħajtu biex ma jinbidilx l-isem u daqslikieku dawn huma biss ftit fundamentalisti. Galea qed jipproponi wkoll li jirtira d-dritt tal-vot lit-tesserati fl-istatut kull meta tkun se ssir elezzjoni għall-kap. Fil-preżentazzjoni tal-bieraħ ingħad li ħafna tesserati mhux veru interessati fil-Partit, anzi qed iħallsu t-tessera biex jixtru l-pjaċiri għal meta jkunu fil-gvern. Din il-gazzetta infurmata li meta membru tal-Eżekuttiv oġġezzjona għal dan it-ton, ġie msikket mill-ewwel u qalulu li m’għandux permess biex jid-
diskuti. Il-proposta prinċipali l-oħra kienet li jitnaqqsu l-membri żgħażagħ tal-Partit billi terġa’ togħla l-età minima ta’ tesserament. Hawnhekk qam argument bejn il-President tal-fergħa taż-żgħażagħ u Karol Aquilina, li fl-aħħar jiem kien fil-laqgħa sigrieta fid-dar tal-istess Louis Galea fis-Siġġiewi fejn kien preżenti l-President tal-Eżekuttiv Alex Perici Calascione. Fl-istess laqgħa tal-Eżekuttiv, Ċensu Galea, li hu assoċjat mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, inħatar President tal-Kunsill Ġenerali flok Kristy Debono, f ’mossa oħra meqjusa bħala tnaqqir tal-poteri amministrattivi f ’idejn in-nies ta’ Delia.
05
16.02.2020
kullhadd.com
<< Tkompli minn paġna 4
bid-dikjarazzjoni fl-aħħar jiem minn Robert Arrigo. Hu akkuża lill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li hedded l-istabbilità finanzjarja tal-Partit u ħoloq ostakli bil-mira li l-partit ma jiħux ruħ finanzjarjament. Dan kollu jħalli ħafna ħsibijiet, dubji u mistoqsijiet mhux imwieġba mhux l-inqas fost it-tesserati partikolarment dawk li dejjem taw donazzjonijiet meta saru l-ġabriet, bħall-aħħar waħda f ’għeluq snin Eddie Fenech Adami. Anzi fil-verità għandu dritt li jistaqsi dawn il-mistoqsijiet ukoll il-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu, biex ukoll jiġi assigurat li, kontra l-prattiċi korrotti li ċċappsu ma’ wiċċ amministrazzjonijiet preċedenti tal-PN, kollox ikun leċtu u skont il-liġi. Fuq kollox kif titlob ukoll ir-rule of law. L-“eroj blu” Żgur, iżda, li mhux se tkun il-fantasija jew is-super-eroj, li semma d-Deputat Jason Azzopardi, bħala s-soluzzjoni ta’ kollox jekk mhux l-għan prinċipali tagħhom hu dak li jerġgħu jieħdu taħt idejhom il-magna tal-partit kontra r-rieda tal-maġġoranza fil-partit. Waħda mid-deskrizzjonijiet li tingħata għall-kelma “eroj” hija “wieħed li juri kuraġġ u sagrifiċċju personali għall-ġid komuni”. Issa x’inhu l-ġid aħħari ta’ dawn l-hekk imsejħin “eroj blu”, hu diskutibbli bil-kbir. Anzi prova ċara ta’ kif dawn il-paladini jaħsbuha dwar id-demokrazija, mhux l-inqas Jason Azzopardi. L-istess il-kuraġġ u s-sagrifiċċju personali li dawn kollha qed juru għall-ġid aħħari jidher li mhu xejn ħlief li jkomplu jagħtu d-daqqiet ta’ stalletti f ’dahar Adrian Delia biex iwarrbuh min-nofs kemm jista’ jkun malajr. Biex iwarrbu d-deċiżjoni ta’ dawk li eleġġewh b’mod demokratiku. Ħafna jsostnu u l-istorja tikkonferma li din hi turija ta’ kif dejjem ħadem il-PN, mhux fi ħdanu biss, imma anki fuq livell nazzjonali. Ċirku ristrett ta’ persuni u gwaj għal min jipprova jmur kontrih kif spiċċa miskin Delia. L-unika differenza, u forsi s-salvawomu tiegħu, hi li warajh għandu jsostnuh l-appoġġ kbir ta’ Nazzjonalisti li vvutaw biex ibiddlu l-mentalità u anke n-nies magħrufa bħala tal-establishment. Bil-ħatra ta’ Francis Zammit Dimech bħala Segretarju Ġenerali interim wara r-riżenja ta’ Clyde Puli, l-affarijiet ukoll jidhru li mhux sejrin fid-direzzjoni t-tajba jew skont dak li jistennew it-tesserati Nazzjonalisti. Fil-fatt, l-ewwel deċiżjoni tiegħu li jilqa’ fid-Dar Ċentrali lill-Grupp Repubblika, immexxi mill-blogger Manwel Delia, ftit
Galea kellu jiċħad dak li ħafna qed isostnu, li għandu l-aktar profil addattat għal din il-kariga fil-mument attwali
ħin wara li kiteb artiklu kontra l-Kap Nazzjonalista stess, ukoll bagħtet l-agħar messaġġ possibbli. Sorsi qrib l-Istamperija li tkellmu ma’ one.com.mt ilmentaw li b’din il-mossa ta’ Zammit Dimech, minkejja li wiegħed l-istabbiltà, fil-verità daħħal il-lifgħa f ’ħobb Adrian Delia. Iċ-ċaħda ta’ Louis Galea Mindu ngħata l-inkarigu li jindika t-triq ’il quddiem lill-Partit, l-Eks Ministru Louis Galea kompla iżjed iħawwad il-borma li kienet qiegħda tbaqbaq. Illaqgħat sigrieti fis-satra tal-lejl fid-dar tiegħu ma’ individwi bħal Karol Aquilina u Alex Perici Calascione, fost oħrajn, tefgħu iżjed dawl fuq il-ħadma taċ-ċirku ristrett. Galea kellu jiċħad dak li ħafna qed isostnu, li għandu l-aktar profil addattat għal din il-kariga fil-mument attwali. Imma Galea ċaħad u qal li din mhix bħalma jgħid il-Malti li l-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn. Mhux vera li huwa qed jiġi imbuttat biex jieħu post Adrian Delia bħala kap interim. Anzi qal ukoll li meta laqa’ l-istedina ta’ Delia biex jibda proċess ta’ tiġdid, kien insista li m’għandu ebda intenzjoni jaċċetta ebda kariga fil-Partit Nazzjonalista, lanqas dik ta’ kap interim. Saħaq li huwa ried biss jgħin fir-rifoma u t-tiġdid tal-Partit Nazzjonalista “bħala servizz lill-Kap Adrian Delia u lill-partit.” Minkejja dan, kif ġie rrapportat, dan is-“servizz” issarraf f ’talba lill-President Alex Perici Calscione, biex ilaqqa’ l-Eżekuttiv tal-Partit kif seħħ ilbieraħ biex il-partit ikollu “tim ġdid tat-tmexxija”. Anke jekk fil-bogħod instema’ s-serduq jidden, wisq probabbli lanqas Delia nnifsu għadu ma jafx x’se jiġri u l-affarijiet fid-Dar Ċentrali qed jittieħdu ġurnata b’ġurnata. Żgur li pajjiżna jkollu Oppożizzjoni denja u xierqa li tkun hemm taħdem għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi għadha wisq imbiegħda.
AUSTIN GATT JINSULENTA LIL DELIA WAQT SAN PAWL • FL-EŻEKUTTIV NAZZJONALISTA CLAUDIO GRECH JIDDEFENDI RUĦU MIR-RABTA MAL-EKS MINISTRU
San Pawl “ġab” iżjed firda bejn Austin Gatt u Claudio Grech (fuq) mill-fazzjoni tal-establishment u minn mal-Kap attwali (lemin) Eżatt wara t-tmiem tal-marċ fil-Festa ta’ San Pawl it-Tnejn li għadda u waqt li kulħadd kien f ’atmosfera brijuża barra fit-triq, kien hemm min innota inċident li nqala’ bejn il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u l-Eks Ministru Austin Gatt. Sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta qalu li appena Delia resaq biex jieħu b’idejn Gatt fi spirtu ta’ rieda tajba fil-parti t’isfel ta’ Triq Santa Luċija quddiem il-ħanut San Paulo Naufrago u fil-preżenza ta’ bosta persuni, l-Eks Ministru, li baqa’ magħruf għall-arroganza partikolari tiegħu, kien pront jinsulentah f ’wiċċu. “Mhux biss żvoga fih, imma wkoll urieh biċ-ċar li ma kellu l-ebda intenzjoni li jeħodlu b’idu,” qalulna persuni li kienu preżenti. Il-festa, li hi magħrufa li tattira diversi Nazzjonalisti, inkluż Eks Ministri u deputati attwali, għand-
Fakkru wkoll li “l-imgħallem” tiegħu ried joqtlu bil-ġuħ meta bħala Ministru responsabbli mill-Air Malta kien ħassar kuntratt li Arrigo kien rebaħ b’tender dak iż-żmien
ha xorti li ma ratx kommossjoni ferm akbar jew inkella ġlied fil-veru sens tal-kelma. “Alla ried li ma kienx hemm xi erbgħa rashom sħuna ma’ Delia, għax kienet tagħqad sew,” komplew is-sorsi. Austin Gatt għadu influwenti ferm fi ħdan il-Partit Nazzjonalista kif ukoll mal-klikka li sabet refuġju fis-“soċjetà ċivili”. Dan għax Gatt prattikament għandu sieq filGrupp Parlamentari fejn hemm l-Eks Segretarju Privat tiegħu Claudio Grech u sieq oħra ma’ ta’ Repubblika, immexxija mill-Eks Kap tal-Komunikazzjoni tiegħu Manuel Delia. Iż-żewġ eks impjegati tiegħu inzertaw it-tnejn qed jaħdmu qatigħ biex iqaċċtu lil Adrian Delia mill-kariga ta’ Kap tal-PN. F’laqgħat sigrieti, li kellu malGrupp Parlamentari, Claudio Grech ippreżenta l-viżjoni tiegħu kieku kellu jsir Kap tal-PN. F’rapport bit-titlu “Project Fusion”, Grech qed jipproponi biex il-PN iżarma l-midja tiegħu u minflok ikollhom blog, bħal dak ta’ sieħbu Manuel Delia. Il-midja Nazzjonalista, magħmula mill-istazzjon televiżiv NET TV, l-istazzjon tar-radju NET FM, il-portal netnews.com.mt u l-gazzetti stampati In-Nazzjon u Il-Mument, illum qed titqies bħala l-akbar mażżra finanzjarja fuq il-Partit, li skont rapporti f ’mezzi oħrajn tammonta għal €34 miljun b’mod komplessiv. Claudio Grech, imbuttat minn Austin Gatt u l-klikka tiegħu, hu wkoll wieħed mill-perċimes li ffirmaw stqarrija li fiha Adrian Delia ntalab jirriżenja minn Kap Nazzjonalista. Iżda Grech ma jgawdix
il-fiduċja ta’ kulħadd, kif xehdu dawk li kienu fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-PN l-ġimgħa li għaddiet meta l-Viċi Kap uxxenti Robert Arrigo fetaħ attakk fuq Grech u “sieħbu” Austin. Hu mifhum li Arrigo ħabbar li se jkun qed jirriżenja minn Viċi Kap proprju minħabba l-istess Grech li, fir-rapport “Project Fusion”, ilmenta li l-PN m’għandux biżżejjed talent u b’hekk għandu jitneħħa l-Viċi Kap għall-Affarijiet tal-Partit, jiġifieri Robert Arrigo. Din xejn ma niżlet tajjeb ma’ Arrigo li spiċċa għajjar lil Grech li qatt m’għamel xejn għall-Partit. Fakkru wkoll li “l-imgħallem” tiegħu ried joqtlu bil-ġuħ meta bħala Ministru responsabbli mill-Air Malta kien ħassar kuntratt li Arrigo kien rebaħ b’tender dak iż-żmien. Tant kien taħt pressjoni waqt illaqgħa tal-Eżekuttiv li Grech wasal biex ċaħad lil Austin Gatt quddiem sala mdaqqsa. Biex jipprova jinħeles mir-rabta ma’ Gatt, Claudio Grech qal lil dawk preżenti fillaqgħa “I am my own man”, waqt li staqsa “issa se tikkastigawni għax jien kont ma’ Austin?” Sorsi tagħna qalulna li dak il-kliem kien referenza ċara għall-ambizzjonijiet tiegħu li jsir Kap. “Inkella kif se nikkastigawh jekk mhux billi ma nivvutawx lilu biex jibda jmexxi l-Partit?” staqsew l-istess sorsi.
06
16.02.2020
kullhadd.com
BUSUTTIL TEFA’ GĦALL-AGĦAR IS-SITWAZZJONI FINANZJARJA TAL-PN Il-kontijiet finanzjarji ippubblikati mill-Kummissjoni Elettorali jindikaw li bejn l-2015 u l-2017, perjodu li fih il-Partit Nazzjonalista kien immexxi minn Dr Simon Busuttil, il-finanzi tal-Partit Nazzjonalista marru mill-ħażin għall-agħar. Dan imur ukoll għalkollox kontra dak li stqarret mal-gazzetta MaltaToday Dr Ann Fenech, li qalet li, taħt it-tmexxija tagħha, il-finanzi talPN marru għall-aħjar. Fi tmiem l-2015 il-Partit Nazzjonalista kellu djun, inklużi kontijiet, bolla u taxxa mhux imħallsin, ta’ ftit aktar minn €6.5 miljun. Sa sentejn wara, l-amministrazzjoni mmexxija minn Dr Simon Busuttil kien irnexxielha ttella’ dan l-ammont għaċ-ċifra rekord ta’ kważi €10 miljun. Din tfisser żieda ta’ aktar minn 50% f ’sentejn biss. Ma’ kull jum f ’dawk is-sentejn, l-obbligi finanzjarji tal-PN żdiedu bi kważi €4,600 jew aktar minn €3 kull minuta. Minbarra s-sitwazzjoni mwiegħra
li ħalliet fiha lill-PN, l-amministrazzjoni ta’ Dr Simon Busuttil ħalliet it-telf akkumulat tal-Media.Link jitla’ minn inqas minn €8.5 miljun għal aktar minn €12.2 miljun. Din tfisser żieda ta’ 44% f ’sentejn. Matul dan il-perjodu u ma’ kull jum l-obbligi finanzjarji tal-Media.Link żdiedu bi kważi €5,200 jew kwazi €4 kull minuta. Mill-kontijiet pubbliċi jirriżulta li waħda mill-kawżi ewlenin ta’ din l-emorraġija qawwija ta’ fondi kienet żieda straordinarja fil-pagi, perkaċċi u spejjeż amministrattivi tal-partit. Dawn żdiedu bi kważi terz ta’ miljun ewro, jew kważi rdoppjaw f ’sentejn biss. Kull siegħa l-ispejjeż kienu jogħlew bi €17. Ta’ min jinnota li filwaqt li kien qed iżid dawn il-pagi u l-perkaċċi, il-PN għażel li ma jħallasx il-bolla dovuta lid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Sfortunatament informazzjoni fuq x’ġara fil-pagi u l-ispejjeż fil-Media.Link ma tinstabx fil-kon-
tijiet ippubblikati. Imma minħabba li d-dejn tal-Media.Link żdied b’ritmu simili għal dak tal-Partit Nazzjonalista, wieħed jista’ jassumi li ż-żieda esaġerata fl-ispejjeż seħħet hemm ukoll. Magħdud ma’ dan, wieħed jifhem is-sitwazzjoni prekarja tal-lum fejn jingħad li ħaddiema fil-midja tal-partit ilhom xhur ma jieħdu l-pagi dovuti lilhom. Filwaqt li Dr Simon Busuttil kien jiftaħar fuq il-bżonn ta’ galbu fit-tmexxija tal-finanzi tal-pajjiż u tal-azjendi tal-Gvern, il-finanzi tal-partit immexxi minnu f ’sentejn biss sofrew minn żieda ta’ 50% fid-dejn u kontijiet mhux imħallsin. Minbarra hekk iż-żieda fl-ispejjeż u d-djun kienet akkumpanjata mill-akbar telfa f ’elezzjoni ġenerali. Kontra dak li stqarret Dr Ann Fenech, bejn l-2015 u l-2017 il-kontijiet ippubblikati mill-PN stess juru li l-emorraġija finanzjarja mhux talli ma waqfitx talli żiedet
DELIA BAQA’ SEJJER ĦAŻIN, IŻDA MHUX DAQS BUSUTTIL Taħt it-tmexxija ta’ Dr Adrian Delia, il-finanzi tal-PN u l-fergħa tiegħu tal-Media.Link bdew jistejqru xi ftit, għalkemm il-qagħda baqgħet dejjem imwiegħra. Fil-fatt, fl-2018 il-PN kellu defiċit ta’ €705,984, kontra defiċit ta’ €984,191. Ir-riżultat miksub taħt Dr Adrian Delia fil-fatt kien l-inqas defiċit li għamel il-PN minn mindu bdew jiġu ppubblikati l-kontijiet. Fl-2018 id-dejn u l-kontijiet tiegħu mhux imħallsin naqsu għall-ewwel darba f ’di-
Dejn tal-Partit, inkluż kontijiet, bolla u taxxa mhux imħallsin Telf akkumulat tal-Media.Link Spejjeż fuq pagi u amministrazzjoni tal-Partit
versi snin, għalkemm l-ammont baqa’ qrib is-somma spettakolari ta’ €10 miljun. Minkejja dan, jidher li taħt Delia, għall-ewwel darba wkoll f ’diversi snin, il-PN beda jħallas il-bolla dovuta fuq il-pagi tal-impjegati tiegħu, biex naqqas id-dejn mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni minn aktar minn €309,000 għal inqas minn €254,000. Filwaqt li taħt Dr Adrian Delia l-ispejjeż f ’pagi u amministrazzjoni tal-Partit komplew jikbru, iż-żieda kienet ta’ €68,506 biss. Dan ifisser li filwaqt li taħt Simon Busuttil l-ispejjeż kienu jikbru bir-rata ta’ €17 kull siegħa, taħt Delia l-ispejjeż bdew jakkumulaw bi €8 kull siegħa. Anke fejn tidħol it-tmexxija tal-Media.Link, jidher li Adrian Delia għamel differenza, bit-telf jonqos għal €1.2 miljun, minn €2 miljun fl2017. Min-naħa l-oħra, it-tmexxija ta’ Dr Adrian Delia ma rnexx2017
2018
€9,922,492
€9,706,196
€12,223,073
€13,400,353
€663,538
€732,044
ilhiex twaqqaf l-emorraġija fiddħul minn sħubija fil-Partit Nazzjonalista. Fl-2018 kien hemm dħul ta’ €112,658, jew tnaqqis mill€151,829 li kien hemm fl-2017. Dan jindika li l-bażi tal-partit kompliet tiċkien, anke jekk kien hemm min jinsisti li n-Nazzjonalisti kienu qed jirritornaw lejn id-Dar Ċentrali. Filwaqt li analisti finanzjarji jinnotaw li, almenu taħt Dr Adrian Delia, is-sitwazzjoni tal-PN tidher li bdiet tistabbilizza xi ftit, xorta l-legat ta’ dejn u kontijiet mhux imħallsin mill-amministrazzjonijiet passati hu ta’ sfida qawwija. Jekk il-PN fis-snin li ġejjin ikompli bir-riżultati finanzjarji li għamel fl-2018, irid sal-2063, jew 45 sena, biex iħallas id-dejn kollu. Wisq aktar, jekk dak irrapportat dwar djun simili f ’sezzjoni oħra tal-midja jiġi kkonfermat fid-dikjarazzjonijiet lill-Kummissjoni Elettorali ’l quddiem. Fid-dawl tat-tnaqqis kontinwu fl-appoġġ, kif ukoll id-diffikultà biex il-PN jkompli jopera għal żmien twil bl-awsterità li kellu fissnin passati, il-futur finanzjarju tal-partit jibqa’ dejjem imċajpar. Jidher li l-unika soluzzjoni tibqa’ li l-partit jibqa’ jbigħ il-proprjetajiet tiegħu, kif ukoll li jkollu jagħlaq il-Media.Link għax din l-azjenda qed tkun ta’ piż finanzjarju anzi l-akbar mażżra m’għonqu.
il-veloċità. Kalkolu sempliċi li għamilna hu li kieku l-Partit Nazzjonalista jibda jfaddal id-dħul kollu tiegħu minn ħlas ta’ tesseri biex ikun jista’ jħallas id-djun li kellu sal-2017 kieku għandu 100 sena biex iħallsu kollu. Biex iħallas id-djun kollha li kellu fl-2017 il-Partit jrid jbigħ żewġ terzi tal-proprjetajiet kollha li għad għandu.
Dejn tal-Partit, inkluż kontijiet, bolla u taxxa mhux imħallsin Telf akkumulat tal-Media.Link Spejjeż f’pagi u amministrazzjoni tal-Partit
2015
2017
€6,584,458
€9,922,492
€8,461,263
€12,223,073
€372,865
€663,538
IL-KONTIJIET TAL-PARTIT DEMOKRATIKU MHUMIEX IPPUBBLIKATI GĦALL-2018 Il-kontijiet tal-partiti politici jridu jkunu ppubblikati mill-Kummissjoni Elettorali taħt il-proviżjonijiet tal-Att tal-Finanzjament tal-Partiti Politiċi. Filwaqt li fi snin passati l-Kummissjoni Elettorali kienet tippubblika l-kontijiet tal-partiti ftit xhur wara tmiem is-sena li kienu jkopru tal-kontijiet, għall-2018 il-kontijiet ġew ippubblikati fi Frar 2020, jew kważi sena wara li l-kontijiet kienu approvati internament mill-partiti politiċi. Minkejja dan id-dewmien, il-Kummissjoni Elettorali għadha ma ppubblikatx il-kontijiet pubbliċi tal-Partit Demokratiku,
Fid-dawl ta’ kemm iż-żewġ deputati tal-Partit Demokratiku jħambqu fuq is-saltna tad-dritt u l-bżonn ta’ trasparenza, in-nuqqas ta’ kontijiet pubbliċi għal dan il-partit jistona ħafna iżjed
partit qrib ħafna tal-fazzjoni ta’ Dr Simon Busuttil u li miegħu eleġġew żewġ Membri Parlamentari, il-koppja Marlene u Godfrey Farrugia, f ’dik li baqgħet magħrufa bħala l-“koalizzjoni tal-konfużjoni”. Ta’ min jinnota li anke l-kontijiet tal-Moviment Patrijotti Maltin u tal-Alternattiva Demokratika ġew ippubblikati. Fid-dawl ta’ kemm iż-żewġ deputati tal-Partit Demokratiku jħambqu fuq is-saltna tad-dritt u l-bżonn ta’ trasparenza, innuqqas ta’ kontijiet pubbliċi għal dan il-partit jistona ħafna iżjed. Mhux magħruf x’qed iwassal biex il-Kummissjoni Elettorali ma ppubblikatx il-kontijiet ta’ dan il-partit. Jekk partit ma jissottomettix il-kontijiet pubbliċi, dan iwassal għal penali kif tistipula l-liġi. Mhux magħruf ukoll jekk id-dewmien fil-pubblikazzjoni tal-finanzi tal-partiti l-oħrajn kinitx dovuta għal xi nuqqas minnaħa tal-Partit Demokratiku. Analisti politiċi kkummentaw li n-nuqqas ta’ kontijiet uffiċjali tal-PN wasslet għal ħafna spekulazzjonijiet fuq il-qagħda finanzjarja tal-partit. Din intużat mill-fazzjoni ta’ Dr Simon Busuttil biex tattakka lill-Kap preżenti, Dr Adrian Delia.
kullhadd.com
07
16.02.2020
WIED FULIJA SE JINTRADD LURA LIN-NIES WARA 41 SENA …wara t-trażżin tat-tniġġis minn skart perikoluż, inkluż fil-baħar, iż-żona ta’ 95,000 metru kwadru fil-limiti taż-Żurrieq, li kienet isservi bħala miżbla bejn l-1979 u l-1996, se tara t-tħawwil ta’ siġar indiġeni biex tkun tista’ mill-ġdid titgawda mill-pubbliku inġenerali sal-aħħar ta’ din is-sena
Il-post magħruf bħala Wied Fulija, li hu fost l-isbaħ akkwati fin-Nofsinhar ta’ Malta, eżatt fuq l-irdumijiet fil-limiti taż-Żurrieq, se jkun qed jingħata lura għat-tgawdija u r-rikreazzjoni tal-pubbliku inġenerali wara li fl1979 beda jintuża bħala miżbla li kienet tilqa’ kull tip ta’ skart, inkluż dak potenzjalment perikoluż. Ir-rimi kien twaqqaf fl-1996, imma minn dak iż-żmien ’l hawn il-post baqa’ abbandunat, b’riperkussjonijiet serji, inkluż għall-baħar taħt l-istess irdumijiet fil-viċinanzi fejn beda jiskula skart u materjal tossiku. Is-sit ta’ 95,000 metru kwadru jew l-ekwivalenti ta’ seba’ darbiet id-daqs tal-grawnd tal-futbol f ’Ta’ Qali mistenni jkun lest sa Diċembru li ġej. Bi trasformazzjoni totali, li nbdiet taħt il-Ministru Josè Herrera u issa qed titkompla taħt il-Ministru Aaron Farrugia, is-sit se jkun qed jiġi konvertit għal post ta’ rikreazzjoni bla biża’ ta’ kontaminazzjoni jew perikli għas-saħħa tal-viżitaturi. Il-proġett qed isir bl-infiq ta’ kważi €4 miljun, li 85% ġejjin minn fondi Ewropej. Meta bdew ix-xogħlijiet f ’Diċembru 2018, Dr Farrugia inzerta kien ukoll Segretarju Parlamentari responsabbli mill-fondi Ewropej. Illum wasal fil-fażi li hemm żewġ għoljiet miksijin b’saffi ta’ materjal bħal ġebel fin u ħamrija bil-għan li l-wiċċ ikun jista’ jibda jerġa’ jħaddar b’siġar indiġeni li se jkunu qegħdin jiġu mħawlin. Għal dan il-għan qed tintuża l-esperjenza ta’ speċjalisti botaniċi lokali biex ikun assigurat l-aħjar mezz kif isir it-tħawwil bil-għan li tiġi promossa l-bijodiversità u l-użu rikreazzjonali tul il-wied. Meta din il-ġimgħa wieġeb lid-Deputat Nazzjonalista Toni
Bezzina fil-Parlament dwar parti minn riabilitazzjoni normali jiġri fil-miżbla tal-Magħtab, la tal-Qortin f ’Għawdex,” temm l-istess proġett, il-Ministru Far- ta’ miżbla. Rajna l-istess proċess il-miżbla ta’ Marsaskala u l-miżb- jgħid Dr Farrugia. rugia tenna li “r-riabilitazzjoni tal-miżbla ta’ Wied Fulija qiegħda ssir skont il-permess ta’ żvilupp approvat li jinkludi xogħlijiet ta’ reprofiling u ta’ capping. L-eżerċizzju ta’ reprofiling huwa meħtieġ biex jassigura li l-għoljiet tal-miżbla jkunu stabbli u dan ibbażat fuq studju strutturali ta’ dawn l-għoljiet. Il-miżbla trid imbagħad tkun koperta minn saff ta’ materjal inerti gradat biex jevita l-emissjonijiet tal-gass mil-landfill u l-ilma milli jidħol fil-landfill, li mbagħad jista’ jikkontamina l-ilma tal-baħar u dak tal-pjan.” Fil-fatt, jirriżulta minn informazzjoni li għandna, li saret l-evalwazzjoni tal-miżbla flaħħar tal-2018 u nstab li kien hemm madwar 30 metru fond ta’ skart. Kalkoli stmaw li kien hemm ftit inqas minn żewġ miljun tunnellata, mingħajr rekords ta’ dak li kien qed jintrema u allura jagħmel il-post iżjed perikoluż. Ma’ dawn, madwar 6,000 tunnellata ta’ ħġieġ kien ittieħed hemm biex jinħażen temporanjament. Il-ħamrija madwar iż-żona kollha nstab li kien fiha konċentrazzjoni għolja ta’ tniġġis. Biċ-ċaqliq maż-żmien, ħafna mill-iskart ukoll beda jaqa’ waħdu fil-baħar fuq in-naħa tal-irdumijiet, bi ħsara kbira lill-ambjent tal-madwar. Dan kollu, iżda, jinsab taħt kontroll, skont tagħrif li għandha din il-gazzetta, anke jekk il-proġett kien meqjus bħala wieħed delikat. Il-Ministru għall-Ambjent, fit-tweġiba tiegħu din il-ġimgħa, indika li l-proċess biex tiġi riabilitata l-miżbla ma kienx wieħed faċli. “Huwa ppjanat u mistenni li għad baqa’ ammont kbir ta’ materjal iggradat u speċifiku li għad irid jiġi mwassal Wied Fulija bħala
08
16.02.2020
kullhadd.com
IL-GVERN IMPENJAT LI JWETTAQ AKTAR MIŻURI TA’ FEJDA GĦALL-PENSJONANTI ANKE F’LEĠIŻLATURI OĦRAJN << Tkompli minn paġna 1
KIF ŻDIEDU L-PENSJONIJIET KULL ĠIMGĦA BEJN L-2013 U L-2020
Il-mistoqsija saret mid-Depu tat Nazzjonalista Edwin VasŻIEDA sallo, li xtaq ikun jaf x’kienu 2013 2020 ŻIEDA PERĊENTWALI ż-żidiet fil-pensjoni fil-baġits għall-2015, l-2016, l-2017 u MIŻŻEWĠIN €134.78 €159.96 €25.18 18.7% l-2018. PENSJONI MINIMA Il-Ministru ħataf l-okkażNAZZJONALI PERSUNA €115.97 €144.2 €28.23 24.3% joni biex mhux biss isemmi WAĦEDHA sempliċement iż-żidiet li ngħataw, iżda wkoll elabora dwar PENSJONI MINIMA €118.69 €144.2 €25.51 21.5% il-miżuri u l-inizjattivi li twetNAZZJONALI TAR-ROMOL tqu tul dawn is-snin. Eżerċizzju li għamilna flMIŻŻEWĠIN €126.74 €152.79 €26.05 20.6% aħħar jiem u informazzjoni PENSJONI TAL-ETÀ li ksibna, juru li kif mistenni PERSUNA €99.51 €120.02 €20.51 20.6% din ir-rankatura fil-ħidma talWAĦEDHA Gvern kompliet is-sena l-oħra u qed tissokta wkoll din is-sena li għadna kemm bdejna. 1. Kull pensjonant kontributorju, minbarra dawk imsemmija fuq, bħala minimu żdied €22.82 fil-ġimgħa bejn l-2013 u l-2020. Għaldaqstant, ħassejna li nkomplu fejn kellu jieqaf 2. Ħafna persuni fuq il-Pensjoni Minima Nazzjonali setgħu jibbenefikaw minn żidiet ogħla minn dawk imsemmija fuq skont kemm il-Ministru fit-tweġiba Parlamkienu qed jirċievu bonus għall-għoli tal-ħajja. entari tiegħu, għax hekk kien mitlub minnu, biex b’hekk 3. Eluf ta’ pensjonanti oħra bbenefikaw minn żidiet addizzjonali b’riżultat ta’ reviżjonijiet b’lura li ma kinux qed isiru taħt inkunu tajna ħarsa sħiħa lejn l-amministrazzjoni Nazzjonalista. l-miżuri ta’ fejda f ’dan l-ambitù li qed jitwettqu sal-lum minn Gvern Laburista. fid-dinja tax-xogħol meta jasBeda eżerċizzju biex jiġu Hawn hu t-tibdil ewlieni kollu servizz ġiet estiża għall-ħaddi- 2016 lu fl-età tal-irtirar tnediet ske- riveduti pensjonijiet tal-irtirar li seħħ b’risq il-pensjonanti fis- ema tad-Dipartiment tal-ProIl-pensjonijiet f ’din is-sena ma li permezz tagħha jekk ma u tar-romol biex jidħlu f ’sinsnin indikati: tezzjoni Ċivili. Ħaddiema b’kontribuzzjoni- żdiedu b’€1.75 għall-għoli tal- japplikawx għall-pensjoni meta tonija ma’ titjib li jkun iseħħ jkollhom dritt għaliha, għal kull fil-pagi permezz ta’ reviżjoni 2015 jiet tas-sigurtà soċjali nieqsa ħajja. Minbarra hekk, il-pensjoni sena jingħataw żieda perċent- ta’ ftehim kollettiv għall-impngħataw l-opportunità li jkunu jegati fis-servizz pubbliku, Il-pensjonijiet żdiedu b’€0.58 jistgħu jħallsu sa ħames snin minima nazzjonali żdiedet għal wali fil-pensjoni. fis-settur pubbliku u fis-settur fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja. kontribuzzjonijiet neqsin, li €140 fil-ġimgħa, li kienet tfisser privat. Barra minn hekk ingħataw €35 mhux neċessarjament ikunu żieda medja ta’ aktar minn €8 2017 Dan beda jsir skont kif titlob addizzjonali ta’ darba. l-aħħar ħames snin ta’ qabel fil-ġimgħa. Għal dawk li kellFl-istess sena tneħħew l-anom- issir it-talba, biex itejbu l-pen- hom kontribuzzjonijiet imn- Il-pensjonijiet żdiedu b’€1.75 il-Liġi tas-Sigurtà Soċjali, iżda li aqqsin ħadu ż-żieda pro-rata. fil-ġimgħa għall-għoli tal-ħajja. kien ilu wieqaf għal bosta snin aliji li kienu nħolqu fil-pens- sjoni tagħhom. Ingħatat żieda wkoll ta’ Minbarra hekk, pensjonanti u minħabba nuqqas ta’ riżorsi u joni tas-sigurtà soċjali ta’ eluf Għal persuni oħrajn b’età ta’ ħaddiema tat-Tarzna, billi bejn it-62 u l-74 sena, speċjal- €4.15 fil-ġimgħa, inkluż il-ħlas anzjani miżżewġin b’pensjoni finanzjament. Bis-saħħa ta’ dan l-eżerċizzl-pensjoni tagħhom tpoġġiet ment nisa rtirati li fl-imgħod- għall-għoli tal-ħajja, lill-persuni minima ħadu żieda oħra ta’ fuq l-istess binarji fl-istruttu- di qattgħu ħafna snin barra fuq il-pensjoni minima tal- €4 fil-ġimgħa. Mill-istess żie- ju, li għadu għaddej, eluf ta’ da gawdew ukoll pensjonanti persuni kellhom titjib konsidra tas-salarji tal-ħaddiema tal- mill-impjieg u li m’għandhomx miżżewġin. Romol li kienu jaħdmu u miżżewġin li jirċievu l-Pensjoni erevoli fil-pensjoni tagħhom u Gvern, għax l-azjenda li kienu pensjoni, bdew jirċievu bonus tħallsu miljuni ta’ ewro f ’arrejaħdmu magħha kienet spiċċat, ta’ €200 jekk ikunu ħallsu aktar kellhom dritt għall-pensjoni tal-Età. jew il-post tax-xogħol li kienu minn ħames snin f ’kontribuzz- tal-irtirar, li iżda tilfuha meta Bdiet isseħħ riforma fuq med- trati. jokkupaw ma baqax jeżisti. jonijiet u €100 jekk ħallsu inqas romlu għax bdew jieħdu l-pen- da ta’ sentejn biex pensjonan- Il-bonus li jingħata kull sena lil sjoni tar-romol, bdew jirċievu ti ta’ ’l fuq minn 61 sena ma persuni, l-aktar nisa miżżewġin, Il-pensjoni wara 25 sena bolol. l-pensjoni sħiħa tal-konjugi jibqgħux iħallsu taxxa tad-dħul li ma kellhomx kontribuzzjonitagħhom u mhux aktar 5/6 kif (income tax) fuq il-pensjoni jiet tas-sigurtà soċjali biżżejjed kien qed jiġri sa dik is-sena. tagħhom. biex jikkwalifikaw għall-pensF’din is-sena ġew irdoppjaSaret ukoll riforma fl-allow- joni żdied b’€50. ti l-krediti tal-bolla tas-sigurtà ance supplimentari li minnha Minbarra hekk, anzjani se soċjali għall-ġenituri li kellhom gawdew eluf ta’ pensjonati bi 2018 jieqfu għal xi snin mix-xog- dħul inqas minn €13,000 fis-sejibbenefikaw ukoll mill-bonus ħol biex irabbu lil uliedhom na. Iż-żieda għall-għoli tal-ħajja addizzjonali mogħti għal sena u għall-ewwel darba ddaħħFid-dawl tat-tneħħija ta’ kull fil-pensjonijiet għal din is-sena lu l-krediti għal dawk il-per- forma ta’ diskriminazzjoni ab- kienet ta’ €1.75 fil-ġimgħa. waħda, li se jingħata lill-familji suni li jibqgħu barra mid-dinja bażi ta’ ġeneru ġew riveduti Flimkien ma’ din iż-żieda kollha biex jagħmel tajjeb tax-xogħol biex ikomplu l-is- l-pensjonijiet tan-nisa. F’dan l-pensjonanti kollha, kemm tudji u t-taħrig tagħhom. il-każ iż-żidiet fil-pensjoni dawk li jieħdu l-pensjoni kongħaż-żidiet fil-prezzijiet li kien Biex ħaddiema jiġu inċenti- kienu jlaħħqu sa madwar €20 tributorja u dik mhux kontribvati volontarjament jibqgħu fil-ġimgħa. utorja, bdew jitħallsu €2 oħra hemm f’ċerti prodotti
09
16.02.2020
kullhadd.com
fil-ġimgħa. Bdiet issir stima mill-ġdid tal-pensjoni f ’każi fejn pensjonanti jibqgħu jaħdmu wara li jilħqu l-età tal-irtirar u jibqgħu jħallsu l-bolla sakemm jagħlqu 65 sena. Din l-istima tieħu inkonsiderazzjoni l-bolol li jkunu tħallsu wara l-età tal-pensjoni. Kompliet ir-riforma mibdija fl-2017 favur ħelsien fuq ittaxxa fuq il-pensjonijiet. Minbarra hekk il-massimu ta’ dħul minn pensjonijiet li mhux intaxxat għola għal €13,200.
Flimkien ma’ din iż-żieda l-pensjonanti kollha, kemm dawk li jieħdu l-pensjoni kontributorja u dik mhux kontributorja, bdew jitħallsu €2 oħra fil-ġimgħa
2019 Għar-raba’ sena wara l-oħra l-pensjonijiet reġgħu żdiedu, din id-darba b’€2.17 fil-ġimgħa għall-pensjonanti kollha tas-sigurtà soċjali. Din iż-żieda kienet barra dik mogħtija għall-għoli tal-ħajja, biex b’hekk kull pensjonant/a ħadu żieda ta’ €4.50 fil-ġimgħa. Iż-żieda fil-pensjonijiet, inkluż dik tal-għoli tal-ħajja, kienet eżentata mit-taxxa għax il-massimu tad-dħul minn pensjonijiet, li mhux intaxxat, ġie rivedut u tela’ għal €13,434. Ma’ dan u skont kif imwiegħed fil-manifest elettorali, tjiebu l-pensjonijiet tas-servizz biex minflok kif dejjem sar li jiġi injorat nofs l-ammont ta’ pensjoni tas-servizz li jkun ġie kkommutat, bdiet tiġi injorata 75% tal-ammont ikkommutat. Din il-miżura tapplika għal pensjonanti tas-servizz li jilħqu l-età ta’ 72 sena. Minn din il-miżura gawdew 4,700 pensjonant, li minbarra arretrati, fil-maġġoranza tagħhom ħadu żieda medja ta’ madwar €12 filġimgħa. Filwaqt li mill-ġdid tħallset l-għotja ta’ €300 lil dawk li għalqu l-75 sena u li għadhom jgħixu fid-djar tagħhom, ingħatat żieda ta’ €50 fil-bonus li jingħata lil dawk il-persuni, l-aktar nisa, li ma ħallsux biżżejjed bolol biex jikkwalifikaw għall-pensjoni minima. Il-bonus laħaq is-somma ta’ €200 għal dawk li ħallsu inqas minn ħames snin bolol u ta’ €300 għal dawk li ħallsu aktar minn ħames snin kontribuzzjonijiet. Impjegati fis-Settur Pubbliku ngħataw id-dritt, bħall-ħaddiema fil-privat, li jibqgħu jaħdmu minflok jirtiraw bil-pensjoni u b’hekk tiżdidilhom il-pensjoni tagħhom meta jagħlqu l-età 65 sena sa massimu ta’ 23%. Aktar minn hekk tneħħiet ukoll diskriminazzjoni li kienet tolqot ħaddiema impjegati f ’entità fejn il-Gvern kien is-sid jew kellu l-maġġoranza tal-ishma u li kien aċċettaw li jibbenefikaw minn skema ta’ rtirar kmieni qabel l-1 ta’ Jannar 2008.
Dawn il-ħaddiema saru eliġibbli għall-istess kriterji bħall-ħaddiema li wkoll ibbenefikaw minn skemi simili wara Jannar tal-2008 u għalhekk setgħu jgawdu minn titjib fil-pensjoni tagħhom. Pensjonanti li ħadmu fil-Libja u li ġew affettwati ħażin intortament fil-pensjoni tagħhom minħabba nuqqas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ngħataw l-opportunità li, jekk jippreżentaw provi tal-kontribuzzjonijiet li kienu ħallsu fil-Libja, dawn jiġu kkonvertiti f ’kontribuzzjonijiet Maltin skont is-sistema l-antika. Jekk ma jkollhomx provi x’juru ngħataw l-opportunità li jħallsu sa massimu ta’ 10 snin kontribuzzjonijiet nieqsa skont ir-rati kurrenti. 2020 Għal darb’oħra żdiedu l-pensjonijiet kollha tas-sigurtà soċjali. Pensjonanti tal-irtirar, romol, tal-invalidità u dawk li jirċievu l-pensjoni ta’ l-età ħadu żieda ta’ €3.51 fil-ġimgħa
li b’kollox, flimkien maż-żieda għall-għoli tal-ħajja, laħqet is€7 fil-ġimgħa. Fid-dawl ta’ dawn iż-żidiet, reġa’ għola l-massimu ta’ dħul minn pensjonijiet li ma jkunx intaxxat. Dan tela’ għal €13,798. Għall-koppji b’pensjoni waħda d-dħul eżentat mittaxxa żdied b’€1,000 oħra għal €2,000 addizzjonali. Pensjonanti romol, li għandhom tfal taħt l-età ta’ 18–il sena u li jaħdmu, ingħataw żieda ta’ €5.46 fil-ġimgħa li jingħataw għal kull wild. Daħlet miżura li tolqot persuni li wara li rtiraw mill-forzi dixxiplinati bdew jaħdmu xi mkien ieħor. B’tibdil li sar meta jilħqu l-età tal-irtirar u ssir l-evalwazzjoni tal-pensjoni kontributorja għall-irtirar, jekk ikun jaqblilhom, se jitqiesu wkoll is-snin meta kienu għadhom fis-servizz qabel irtiraw minnu biex ikun ikkalkulat iddħul pensjonabbli tagħhom. Ġiet fis-seħħ miżura li tolqot impjegati fis-servizz jew fis-settur pubbliku li, minkejja li kellhom biżżejjed kon-
tribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali biex jirtiraw fl-età ta’ 61 sena jew laħqu l-età tal-irtirar bejn l-2016 u l-2018, għażlu li jkomplu fl-impjieg tagħhom mingħajr ma ħadu l-pensjoni għal mill-inqas sena. B’din il-miżura dawn l-impjegati ma tilfux iż-żidiet perċentwali li akkumulaw f ’dawn is-snin, għax ir-rata tal-pensjoni tagħhom ġiet aġġustata biex tkun tirrifletti ż-żidiet akkumulati. Anzjani ta’ 75 sena jew aktar, li jgħixu fi djarhom jew mal-qraba, mill-ġdid ingħataw l-għotja ta’ €300. Għal dawk li laħqu l-età ta’ 80 sena u aktar din is-somma żdiedet b’€50. Għall-ewwel darba din l-għotja ngħatat lil persuni anzjani li minn buthom iħallsu biex jgħixu fi djar residenzjali għall-anzjani. Dawk li għalqu t-80 sena l-għotja tagħhom kienet ukoll ta’ €350. Mill-ġdid sar il-ħlas ta’ bonus – li jvarja minn €200 sa €300 – lil dawk il-persuni li ma ħallsux biżżejjed bolol biex jikkwalifikaw għall-pensjoni
minima. Iżda minn din is-sena meta jagħlqu l-75 sena dawn il-persuni baqgħu jirċievu dan il-bonus flimkien mal-għotja għall-anzjani. Sar aktar titjib fl-għajnuna supplimentari li titħallas lill-persuni, l-aktar anzjani, li għandhom dħul baxx. Dan sar billi l-allowance addizzjonali li titħallas kull sena mal-għajnuna supplimentari lill-persuni ta’ 65 sena u iżjed li jkunu f ’riskju ta’ faqar żdiedet b’€50 għal €150 fis-sena. Minbarra hekk, anzjani se jibbenefikaw ukoll mill-bonus addizzjonali mogħti għal sena waħda, li se jingħata lill-familji kollha biex jagħmel tajjeb għaż-żidiet fil-prezzijiet li kien hemm f ’ċerti prodotti. Familja b’persuna waħda se tieħu bonus ta’ €15 u familja b’iżjed minn persuna waħda se titħallas €35. Ħlasijiet oħrajn F’dawn is-snin, il-pensjonanti tas-servizz kellhom żidiet fl-ammont ta’ pensjoni tasservizz li jiġi injorat fl-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali. Sa din is-sena s-somma eżentata laħqet €2,666. Wieħed ma jridx jinsa wkoll l-għotjiet li tħallsu u li se jkomplu jitħallsu din is-sena dawk il-pensjonanti li kienu fil-korpi tax-xogħol qabel l-1979, li kienu jaħdmu x-Xatt u fil-Korp tal-Pulizija. Dan qed isir bi tpattija għal dak li tilfu minħabba anomaliji tal-imgħoddi. F’dawn l-aħħar tliet snin dawn il-pensjonanti (jew jekk ġew neqsin il-werrieta tagħhom) b’kollox tħallsu madwar €34 miljun. Fil-baġit għal din is-sena tħabbar li dawk eliġibbli se jitħallsu mill-ġdid.
10
16.02.2020
kullhadd.com
L-IMF B’ĊERTIFIKAT IEĦOR POŻITTIV GĦALL-EKONOMIJA MALTIJA …id-dejn mistenni jinżel għal kważi nofs il-piż li kien hemm fil-bidu tal-2013 Fi stqarrija maħruġa fi tmiem iż-żjara annwali tagħhom f ’pajjiżna, l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali taw ċertifikat pożittiv ieħor lil pajjiżna. Dan hu t-tielet rapport pożittiv li sar fuq pajjiżna f ’ġimgħa waħda biss, wara r-rating report ta’ Moody’s u t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea. L-esperti tal-IMF isostnu li, “Malta has enjoyed very rapid economic growth in recent years”. Skont l-IMF, “prudent fiscal policy and timely structural reforms have helped boost employment and build fiscal buffers while promoting social cohesion.” Dan ifisser li, skont l-esperti internazzjonali, il-politika mħaddna mill-Gvern mhux talli kabbret l-ekonomija u saħħet il-finanzi pubbliċi, imma wasslet għal tisħiħ soċjali. Filwaqt li l-Oppożizzjoni
qed issostni li pajjiżna jinsab f ’riċessjoni, l-IMF tinnota, “strong performance”, tant li t-tkabbir hu, “above its long-term average”, u tbassar li r-rata ta’ tkabbir se tkompli tkun sostnuta bissaħħa tad-domanda domestika li se tibqa’ ferm sostanzjali. Dan mistenni jseħħ minkejja klima ta’ inċertezza fis-swieq globali. Ir-rapport jinnota li, “a fourth consecutive year of fiscal surplus is expected for 2019, and the structural balance is estimated to continue exceeding the government’s medium-term objective.” B’hekk, l-esperti internazzjonali jikkonfermaw li anke s-sena li għaddiet il-Gvern qabeż il-miri fiskali li kellu. Dan mistenni jwassal biex id-dejn jinżel taħt il-45% tal-ġid nazzjonali, jiġifieri kważi nofs il-piż li kien hemm fil-bidu tal2013. Filwaqt li faħħru l-qagħda fiskali tal-Gvern, l-esperti tal-
IMF irrimarkaw li, “support for social inclusion should continue through well-targeted measures.” L-IMF sostniet ukoll dwar il-bżonn li l-Gvern ikompli bil-proġetti ta’ investiment infrastrutturali. L-esperti internazzjonali
faħħru l-miżuri li qed iwasslu biex aktar nisa jidħlu fid-dinja tax-xogħol, filwaqt li nnotaw li bidliet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ għandhom il-potenzjal biex itejbu l-ħiliet tal-ħaddiema.
Filwaqt li jilqa’ dan it-tielet rapport pożittiv f ’inqas minn ġimgħa, il-Gvern itenni r-rieda li jkompli jwettaq il-programm komprensiv tiegħu ta’ tisħiħ ekonomiku, istituzzjonali u soċjali.
KARTI FOLOZ TAL-€20 U €50 L-AKTAR FIĊ-ĊIRKOLAZZJONI Attent/a … anke jekk ir-rata ta’ qerq simili f’Malta tibqa’ mill-aktar insinifikanti! €5
€10
€20
€50
€100
€200
€500
Żona Ewro %
2.4
13.5
34.2
36.5
9.6
1.4
2.4
Malta %
3.9
15.2
42.2
32.3
4.2
0.6
1.6
Fit-tieni nofs tal-2019 inqabdu 545 karta tal-flus foloz fiċ-ċirkolazzjoni lokali li kienu qed jippruvaw jirrappreżentaw mal-€20,000 ta’ flus reali, skont tagħrif li ta l-Bank Ċentrali fir-rapport tiegħu ta’ kull sitt xhur dwar falsifikar ta’ karti tal-ewro f ’Malta. L-ammont kien inqas minn dak li ġie rrapportat lillBank Ċentrali fl-ewwel nofs tal-2019, li laħħaq għal 844 karta falza għal total ta’ 1,389 karta tal-ewro falza f ’sena sħiħa. Mit-tagħrif li ħareġ il-Bank Ċentrali, l-aktar karti foloz li qarrqu jew ipprovaw iqarrqu bin-nies fit-tieni nofs tal-2019 kienu dawk tal-€20 u l-€50, li flimkien ammontaw għal 406 karta falza jew kważi tlieta minn kull erbgħa li nqabdu. Il-“valuti” tagħhom jissimbolizzaw aktar minn €13,000. Minkejja dan, il-Bank Ċentrali insista li meta l-ammont ta’ karti foloz jitqabbel mal-ewro ġenwini fiċ-ċirkolazzjoni f ’pajjiżna – medja €12.8 miljun – il-persentaġġ ta’ dawk tal-ewwel hu u għadu insinifikanti. Hu baxx ukoll (0.18%) bħala proporzjon tal-ammont totali tal-karti tal-flus foloz maqbuda fiż-Żona Ewro kollha kemm hi matul l-istess perjodu. Minkejja dan, f ’pajjiżna jirriżulta li kien hawn iż-
jed karti tal-ewro foloz f ’valuta żgħira milli fiż-Żona Ewro. Bħala persentaġġi tal-karti foloz kollha kkonfiskati, dawk tal-€5, €10 u €20 foloz huma aktar komuni f ’Malta milli fil-bqija tal-pajjiżi li jħaddnu l-valuta legali komuni. Minkejja l-livell baxx ta’ flus foloz irrapportat lokalment, il-Bank Ċentrali ta’ Malta jibqa’ jwissi lill-pubbliku biex joqgħod attent meta jagħmel tranżazzjonijiet bi flus kontanti hekk kif fix-xhur li għaddew kien hemm żieda fin-numru ta’ karti ta’ flus foloz ta’ kwalità baxxa rtirati miċ-ċirkolazzjoni. Kollha huma faċli ħafna li jiġu identifikati għaliex għandhom imitazzjonijiet tal-karatteristiċi tas-sigurtà ferm inadegwati. Il-karti tal-flus ġenwini jingħarfu faċilment permezz tat-test “FEEL LOOK TILT” kif spjegat fuq is-sit elettroniku tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fil-paġna www. centralbankmalta.org/mt/euro banknotes counterfeit notes. Il-Bank hu disponibbli biex jipprovdi kull tip ta’ għajnuna, inkluż taħriġ lil kwalunkwe entità lokali li tista’ teħtieġ din l-assistenza. Kull min jirċievi karta tal-flus suspettuża għandu jċempel lill-Pulizija fuq 2294 2120, lill-Bank Ċentrali ta’ Malta fuq 2550 6012/13 jew jibgħat email lillBank fuq nccmt@centralbankmalta.org.
MAĦTUR DIRETTUR TAL-KOMUNIKAZZJONI TAL-PARTIT LABURISTA Is-Sur Ronald Vassallo nħatar fil-kariga ta’ Direttur tal-Komunikazzjoni tal-Partit Laburista minflok Aleander Balzan li okkupa l-pożizzjoni fl-aħħar snin. Stqarrija tal-Partit Laburista ħabbret li Vassallo, li għandu 23 sena, hu kkwalifikat b’Masters fil-Politika, Liġi u Ekonomija Ewropea u se jkun qed jokkupa din il-kariga wara li fl-aħħar
sena u nofs serva bħala Kordinatur tal-Komunikazzjoni. Il-Partit Laburista rringrazzja lis-Sur Balzan għall-ħidma u l-kontribut tiegħu fil-kariga. Il-Partit Laburista tenna li hu xhieda ta’ tiġdid kontinwu u ta’ kontinwazzjoni ta’ bidla ġenerazzjonali fi ħdanu, waqt li dejjem lest għal aktar sfidi u suċċessi.
11
16.02.2020
kullhadd.com
100 SENA TA’ PROGRESS U TIĠDID
MAS-56,000 OPERAZZJONI F’MATER DEI FL-2019
Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-PL: stennija kbira għad-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela Fearne: Diversi fatturi li qed iwasslu għal aktar suċċessi fil-qasam tas-saħħa
Waqt li dalgħodu se titlaqqa’ Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista biex, fost oħrajn, jitnieda programm ta’ attivitajiet varji marbutin mal100 anniversarju tal-istess Partit, l-akbar aspettattiva se tkun għad-diskors tal-Mexxej u Prim Ministru Robert Abela. Din mhux biss se tkun l-ewwel okkażjoni ta’ Dr Abela li jindirizza l-Konferenza tal-Partit mindu ħa t-tmexxija f ’idejh f ’nofs ix-xahar li għadda, iżda wkoll fiha mistenni jimmira lejn iżjed ħidma fuq livell nazzjonali b’riżq miżuri li minnhom igawdi l-poplu Malti u Għawdxi. “Bl-esperjenza kbira li għandna tal-aħħar 100 sena u l-mod kif fl-istess perjodu l-Partit Laburista storikament xpruna u mexxa progress soċjali, allura għandna l-potenzjal meħtieġ biex inkomplu fl-istess triq anke fis-snin li ġejjin,” tenna l-Prim Ministru, meta mitlub jikkummenta dwar kif qed iħares lejn l-iskop tal-Konferenza tal-lum issa fit-tmexxija tal-Partit u l-pajjiż. Waqt li jsostni l-ġid kbir li l-Partit Laburista fil-Gvern kiseb flaħħar seba’ snin, grazzi għall-appoġġi elettorali bla preċedent, Dr Abela mistenni jiffoka diskorsu fuq il-viżjoni tiegħu dwar kif jara l-pajjiż jiżviluppa b’mod immedjat u anke fuq medda itwal ta’ żmien. Qabel wasal il-Partit Laburista fl-1920, pajjiżna għadda minn perjodu kiefer fejn id-drittijiet bażiċi kienu mittiefsa u l-progress soċjali mxekkel. Minbarra hekk anke l-edukazzjoni kienet limitata biss għas-sinjuri. F’dak iż-żmien ikrah, erba’ patrijotti Maltin, Ġużeppi Bajada, Lorenzo Deyer, Karmenu Abela u Manwel Attard, spiċċaw inqatlu mill-barrani waqt li pprotestaw fl-irvellijiet tas-Sette Giugno fl1919.
Dakinhar bdiet it-triq tal-bidla f ’pajjiżna u, ftit wara, grupp ta’ Maltin waqqfu partit politiku ġdid biex jiġġieled dan kollu. Din kienet il-bidu tad-demokrazija f ’pajjiżna, fejn ġiet imbuttata riforma soċjali li, mingħajrha, xejn ma kien ikun possibbli milli għandna llum. Sadanittant, b’rabta mal-istess Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-lum, li tibda fl-10:30 a.m., u ċ-ċentinarju li se jkun qed jiċċelebra l-Partit matul din is-sena, il-President Laburista Daniel Micallef, il-Kap Eżekuttiv Laburista Randolph De Battista u s-Segretarju Organizzattiv William Lewis indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet nhar il-Ġimgħa li għadda fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Huma stqarrew li l-okkażjoni tal-lum se sservi bħala l-punt tattluq għall-proċess ta’ diskussjoni fuq kull livell biex il-Partit ikompli jġedded il-politika tiegħu, l-operat, l-istrutturi u anke l-istatut. Fost l-attivitajiet imħabbrin minn Lewis u li se jkunu qed jikkaratterizzaw iċ-ċelebrazzjonijiet ċentinarji hemm musical, b’kitba ta’ Albert Marshall u Dominic Galea, dokumentarju televiżiv, esibizzjoni interattiva li se tinżel fit-toroq man-nies, għadd ta’ attivitajiet sportivi u anke maratona ta’ 100 siegħa fuq l-istazzjon tar-radju tal-Partit, ONE Radio, fost oħrajn.
Bil-mod kif il-Partit Laburista xpruna u mexxa l-progress soċjali, għandna l-potenzjal biex inkomplu fl-istess triq fis-snin li ġejjin
Matul is-sena li għaddiet fl-Isptar Mater Dei saru 56,181 operazzjoni u interventi mediċi. Imqabbel mas-sena ta’ qabel, l-2018, din iċ-ċifra turi żieda ta’ 751 u hija medja ta’ 154 operazzjoni/intervent kull ġurnata filwaqt li pparagunat man-numru ta’ operazzjonijiet li saru fis-sena 2013 din iċ-ċifra turi żieda ta’ ftit inqas minn 9,000. Matul is-sena 2013 kienu saru 47,274 operazzjoni u interventi. Jirriżulta li 46,448 operazzjoni/interventi u li jammontaw għal 83% tal-operazzjonijiet/interventi kollha li saru matul is-sena li għaddiet kienu skedati, filwaqt li l-bqija, 9,733 (17%) kienu ta’ emerġenza. F’kummenti lil din il-gazzetta, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li “r-riżultati huma dovuti għal diversi fatturi, fosthom użu aħjar mit-teatri tal-operazzjonijiet fejn jirrigwarda ħinijiet u ġranet, inklużi l-Ħdud. Għandu jingħad ukoll kemm sar investiment, investiment
qawwi, fl-apparat teknoloġiku u robotiku, investiment uman u fil-mediċini u s-servizzi mediċi li noffru. U hekk se jibqa’ jsir. “Madanakollu, jibqa’ l-fattur importantissimu tal-element uman. Inutli li jkollok apparat teknoloġiku mill-aqwa u kull xorta ta’ mediċini jekk ma jkollokx min iħaddimhom u min jamministrahom. Grazzi għal dawk kollha involuti f ’ħidma daqstant kbira fl-Isptar Mater Dei, f ’kull livell tagħha, illum ninsabu kburin li s-servizz mediku tagħna jikkwalifika mal-aqwa għaxra fid-dinja,” stqarr Dr Fearne. Ta’ min jinnota li l-għadd ta’ operazzjonijiet/interventi mediċi fl-Isptar Mater Dei m’għandux jittieħed waħdu biss, imma bħala parti minn stampa sħiħa. B’riżultat ta’ investimenti kbar li saru, illum fiċ-Ċentri tas-Saħħa jsiru wkoll operazzjonijiet u interventi mediċi li qabel kienu jsiru kollha flIsptar Mater Dei.
PARATA STIL AMERIKAN GĦALL-KARNIVAL 2020 Fl-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Karnival ta’ Malta mistennija tispikka parata li tinvolvi lill-parteċipanti kollha u bil-kostumi varji tagħhom f ’żifna waħda li tibda minn Pjazza Kastilja, tul Triq il-Merkanti, fi Pjazza San Ġorġ u tispiċċa ħdejn il-Funtana tat-Tritoni. Il-parata tas-Sibt waranofsinhar hi simili għal dawk li jikkaratterizzaw parks ta’ Disney fl-Amerka u f ’Pariġi b’diversi karattri li jgħaddu minn kuritur twil għall-gost tal-ispettaturi żgħar u kbar. Din tibda fil-5:00p.m. u mistennija tattira l-eluf tul ir-rotta kollha, qabel imbagħad ikun hemm spettaklu mużikali barra Bieb il-Belt bis-sehem tal-parteċipanti kollha. Dakinhar stess, għall-ħabta tat-8:00p.m. tibda l-isfilata wkoll mistennija tal-karrijiet. Din is-sena hemm 23 karru b’kollox, li qed jikkompetu f ’erba’ kategoriji differenti,
minbarra s-settijiet tal-maskaruni u r-Re tal-Karnival. Is-suġġetti tal-karrijiet ivarjaw ħafna bħas-soltu, b’karattri bħall-President Amerikan Donald Trump, dawk ta’ Disney u l-indokrar tal-ambjent, fost oħrajn. Minkejja dan, żgur hemm stennija għall-karru dwar l-Arċisqof Charles Scicluna, li qala’ kontroversja flaħħar xhur. Il-Karnival, li se jiġi ċċelebrat bejn nhar il-Ġimgħa li ġej 21 ta’ Frar u t-Tlieta 25 ta’ Frar, se joħroġ ukoll mill-Belt biex jinfirex f ’postijiet oħrajn. Fil-fatt, il-Ħadd il-Ħamrun se jara l-parteċipazzjoni ta’ madwar sitt baned u sfilata birRe tal-Karnival u karru ieħor ikkummissjonat li se jfakkar lill-mibki Jean Paul Bonnet, magħruf bħala ċ-Chippy. Dan tal-aħħar sfortunatament miet kawża ta’ xokk elettriku fis-sajf tas-sena l-oħra waqt li proprju kien qed jaħdem fuq karru f ’maħżen fil-Marsa.
Kif inhi t-tradizzjoni, il-Karnival jagħlaq bis-soltu sfilata fil-Furjana nhar it-Tlieta filgħaxija, lejlet Ras ir-Randan, li din is-sena se tinzerta wkoll vaganza għall-istudenti peress li dakinhar l-għalliema se jingħataw ġurnata leave li qed tintradd lura mill-Gvern.
12
16.02.2020
kullhadd.com
FI TMIEM TA’ DAK LI JOĦLOQ IL-BAŻI SODA TA’ KOLLOX F’ĦAJJTINA Is-settur tal-edukazzjoni iddeskrivieh bħala “vjaġġ eċċitanti”. Is-settur tax-xogħol irid jarah jissaħħaħ aktar milli hu u jgħid li hemm rabta qawwija u intrinsika bejn dawn iż-żewġ setturi. Diġà stqarr x’inhuma l-prijoritajiet għas-settur tal-edukazzjoni u wkoll ta ħarsa lejn sena mimlija ħidma għall-Ministeru. Mill-ġustizzja, kultura u gvern lokali għal settur kompletament differenti imma bi sfidi kbar. Kif iħares lejn ir-responsabbiltajiet ġodda l-Ministru Bonnici u xi pjani għandu?
Ħa nibdew mis-settur tal-edukazzjoni. Għaliex iddiskrivejtu bħala vjaġġ eċċitanti? Kif se tara li dan il-vjaġġ ikun verament interessanti għall-edukaturi u fuq kollox għall-istudenti? Ħajjitna hija kullana ta’ esperjenzi li mal-mogħdija taż-żmien isiru memorji. Memorji li meta nħarsu lura lejhom, naraw vjaġġ li jibda mill-età tenera meta nkunu fuq il-bankijiet tal-iskola, għall-età ta’ meta nqattgħu l-parti l-kbira ta’ ħajjitna fuq ilbank tax-xogħol, għall-età aktar matura. Persważ li kulħadd jixtieq li dan il-vjaġġ f ’ħajtu jkun wieħed interessanti. U biex inkompli fuq din it-tixbiha, kull fażi ta’ ħajjitna hija vagun ta’ tren, għaddej b’dan il-vjaġġ, wieħed magħqud mal-ieħor. Is-settur edukattiv huwa l-bażi ta’ kollox. Huwa l-bażi ta’ għarfien, huwa l-perjodu fejn nibdew nixorbu informazzjoni utli li tiswa f ’ħajjitna. L-edukazzjoni hija l-bażi soda li fuqha jinbena dak kollu li nagħmlu f ’ħajjitna. Kemm jekk huwa xogħol, kemm
Irridu naraw li lil dawn u wkoll lil studenti oħra, inkomplu nagħtuhom is-sapport tagħna biex ikomplu jimxu ’l quddiem fl-istudji tagħhom, ikomplu jagħmlu s-suċċessi u nressqu lil studenti oħrajn għall-istess suċċessi
jekk hija imġiba tagħna, kemm jekk huwa dak li se jmexxina ’l quddiem fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. U għalhekk huwa sabiħ. Imma bil-wisq interessanti l-vjaġġ edukattiv. Irrid nara li s-sistema edukattiva tagħna tkun waħda li fiha kemm l-istudent kif ukoll l-edukatur iħossu komdu u toktor il-ħeġġa tal-istudent biex jara l-istudji tiegħu, f ’kull livell li dawn jingħataw, mhux biss bħala essenzjal għall-futur tagħhom fuq il-post tax-xogħol, imma aktar minn hekk, essenzjal għallħajja ta’ kuljum. U biex nilħaq dan, se nsaħħu flimkien dak li diġà sar, imma wkoll inkomplu nanalizzaw u niddiskutu biex dejjem inkomplu ntejbu. Diġà tkellimt dwar ilprijoritajiet tiegħek għal dan is-settur. Telabora? Il-prijoritajiet huma marbuta ma’ dak li għidt qabel. Fassalna l-prijoritajiet tagħna biex nimxu ’l quddiem f ’dan is-settur. L-ewwel: Irrid li iktar tfal u żgħażagħ imorru aħjar fl-iskola. Fejn hemm nuqqasijiet fis-sistema, dawn iridu jissewwew. Fejn hemm studenti tajbin, irridu nkomplu nħeġġuhom biex jirnexxu. Sar ħafna tajjeb f ’dan il-qasam, imma dejjem ikun hemm aktar xi jsir. U din il-prijorità tindirizza proprju l-ħiliet tal-istudenti. Irrid nara li l-istudenti jmorru aħjar fl-iskola. U biex jagħmlu dan irid ikollhom l-ambjent addattat. Mhux qed ngħid biss għall-ambjent tajjeb tat-tagħlim biss, imma wkoll għall-ambjent tal-postijiet minn fejn l-istudenti jieħdu l-edukazzjoni tagħhom. Imma dik niġi għaliha. Biex student imur aħjar, dan il-vjaġġ irridu nagħmluh interessanti aktar milli hu. U b’hekk inżommu wkoll u nagħtu għajnuna lil dawk l-istudenti tajbin biex ikomplu javvanzaw fl-istudji tagħhom. It-tieni: Irrid li dawk it-tfal
u żgħażagħ li jaffaċċjaw sfidi jingħataw is-sapport kollu meħtieġ biex jibqgħu fis-sistema edukattiva, jitħarrġu u jkunu mħejjijin biex jirnexxu fid-dinja tax-xogħol. Dawk li jaqbdu u jitilqu mill-iskola ta’ 16–il sena jridu jkomplu jonqsu. Kulħadd għandu l-pass tiegħu fil-ħajja. Ħadd mhuwa l-istess. U din irridu nirrikonoxxuha wkoll fil-qasam edukattiv. Hemm studenti li għandhom il-pass tagħhom, hemm oħrajn li l-pass tagħhom huwa iżgħar jew akbar. Hemm min fil-ħajja sfortunatament, imma hija r-realtà, għandu sitwazzjonijiet li jimpeduh minn edukazzjoni bl-istess pass ta’ sħabu l-istudenti l-oħra. Hemm min huwa tajjeb għal ħaġa u min huwa tajjeb għal oħra. Imma li hemm komuni f ’dawn is-sitwazzjonijiet hija li lkoll kemm huma għandhom dritt għal edukazzjoni xierqa. Allura din il-prijorità taħseb biex inkattru s-sapport li jeħtieġu l-istudenti f ’kull livell personali tagħhom ħalli jkomplu għaddejjin fis-sistema edukattiva u nippreparawhom għad-dinja tax-xogħol. Ukoll, naraw li bil-ħidma tagħna fis-settur, jonqsu dawk li għal xi raġuni jew oħra, kif jagħlqu s-16–il sena,
iħossu li għandhom jabbandunaw l-iskola. Li hu żgur hu li rridu nkomplu nsammru t-twemmin li s-sistema edukattiva qiegħda hemm għat-tfal u mhux bil-maqlub. It-tielet: Irrid li l-poplu kollu jibqa’ jitgħallem, jitħarreġ u jipparteċipa fit-tagħlim li jingħata, anke f ’età avvanzata. Mhuwa qatt tard li titgħallem. Lanqas meta jkollok ċerta età. L-Università tat-Tielet Età ilha għaddejja fuq medda ta’ 24 sena u hija kkaratterizzata minn sens ta’ vitalità u dinamiżmu. Dawk li jattendu ma jesperjenzawx biss tagħlim, imma wkoll għajnuna fil-ħajja soċjali, qsim tal-esperjenzi u appoġġ fi żminijiet li jistgħu jkunu diffiċli f ’din l-età. Imma apparti f ’din l-età, irridu naraw ukoll li jkun hemm aktar opportunitajiet għal dawk li jkunu spiċċaw l-iskola u jkunu jixtiequ jkomplu l-istudji tagħhom, anki jekk qed jaħdmu. F’dan qed tagħmel xogħol tajjeb ħafna l-MCAST b’korsijiet wara l-ħin normali – kif ukoll l-Università u entitajiet oħra bħall-Istitut għall-Edukazzjoni. Ir-raba’: Irrid li iktar studenti jagħmlu suċċess fl-istadju ta’ edukazzjoni terzjarja jew avvanzata jew vokazzjonali. Irrid
li pajjiżna jkompli jagħmel isem f ’dan il-kamp. Għandna studenti bravissimi li jiġu wkoll f ’postijiet prestiġjużi f ’kompetizzjonijiet internazzjonali. Irridu naraw li lil dawn u wkoll lil studenti oħra, inkomplu nagħtuhom is-sapport tagħna biex ikomplu jimxu ’l quddiem fl-istudji tagħhom, ikomplu jagħmlu s-suċċessi u nressqu lil studenti oħrajn għall-istess suċċessi. Imma importanti wkoll l-istadju tal-edukazzjoni terzjarja, avvanzata u vokazzjonali. Anki hawnhekk irid ikun hemm opportunitajiet tajba u wkoll inħajru aktar studenti biex ikomplu fl-istudji tagħhom. Għandek sena impenjattiva quddiemek. X’inhi l-viżjoni tiegħek għal dawn iż-żewġ setturi matul ix-xhur li ġejjin? Huwa kruċjali li fil-ħidma li kull Gvern iwettaq, ikun jaf x’inhuma l-għanijiet tiegħu, ikun jaf fejn sejjer b’din il-ħidma. Ikollu roadmap. Li aħna għandna wkoll għas-setturi tal-edukazzjoni u x-xogħol. Se jkomplu jitwettqu bidliet importanti li jtejbu l-ħajja tal-istudenti tagħna, tal-ġenituri
13
16.02.2020
kullhadd.com
tagħhom, u tal-edukaturi. Għandna roadmap b’mhux anqas minn 18–il mira li se jkunu l-impenn ta’ dan il-Ministeru f ’din is-sena. Ħa nsemmihom fil-qosor. F’dawk li huma proġetti kapitali hemm skola ġdida f ’San Pawl u se jibda x-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq skola primarja ġdida fl-Imsida u fir-Rabat Għawdex. Hemm il-modernizzazzjoni u l-estensjonijiet tal-iskejjel u se jsir xogħol fuq l-iskola primarja ta’ Ħal Qormi, l-iskola primarja tar-Rabat Malta u se jkomplu numru ta’ blokok fl-iskola sekondarja taż-Żejtun. Din hija roadmap li taħseb ukoll f ’investiment għaż-żamma ta’ faċilitajiet sportivi fl-iskejjel, swali tal-iskejjel modernizzati, infrastruttura tal-IT, attrezzaturi u armar. Il-ħidma fil-qafas ta’ proġetti kapitali tħares ukoll lejn kumdità u sigurtà għal studenti li għandhom il-kundizzjoni tal-awtiżmu. Għalhekk qed jiġu identifikati sitt skejjel fil-livell sekondarju u 17–il skola oħra fil-livell primarju biex l-ambjent tal-iskejjel ikun idoneu għall-istudenti li għandhom din il-kundizzjoni biex huma jibdew iħossuhom aktar komdi u siguri meta jkunu fl-iskola. Bħala parti mill-istrateġija biex tħeġġeġ aktar studenti jkomplu f ’edukazzjoni ulterjuri u terzjarja, fl-2020 il-Ministeru se jkompli x-xogħol fuq numru ta’ siti fakultattivi u strateġiċi fl-Università ta’ Malta kemm f ’Tal-Qroqq u wkoll f ’Għawdex, u l-kampus tal-MCAST. Fil-bidu tas-sena skolastika 2019/2020, 4,950 student talYear 4 ibbenefikaw mill-Iskema One Tablet per Child. Matul din is-sena skolastika l-Ministeru qed iwettaq proġett pilota fost studenti medji biex jipprevedi l-użu ta’ apparat diġitali bħala għodda edukattiva fis-snin medji. Dwar l-użu tal-blockchain fl-edukazzjoni, din is-sena dan is-servizz se jkun disponibbli għal iktar istituzzjonijiet fosthom l-IPS, MATSEC fl-Università ta’ Malta, il-Kunsill Nutarili, l-Iskills Council u l-Jobs Skills Card. Din is-sena wkoll se nagħtu allokazzjoni lill-Università ta’ Malta biex ninċentivaw aktar akkademiċi biex jaħdmu fuq riċerka innovattiva. Bħala parti mill-istrateġija tal-Gvern biex jippromwovi u jinkoraġġixxi l-Intelliġenza Artifiċjali, l-AI, se nniedu proġetti pilota li jaħdmu bl-AI fis-servizz pubbliku - AI in Education. Ma’ dan il-pjan ta’ ħidma hemm ħafna oħrajn, fosthom ħidma biex tinkoraġġixxi l-mobbiltà tal-istudenti u t-tagħlim tal-lingwi barranin. Fit-tieni nofs tas-sena l-Ministeru se jniedi skema li biha kull żagħżugħ u żagħżugħa
se jibbenefikaw sa massimu ta’ €850 biex jitgħallmu lingwa barranija f ’pajjiż ieħor. Se nkomplu nagħtu importanza lil ilsiena, u nħeġġu dejjem aktar l-użu tal-ilsien Malti. Dan se nagħmluh fost oħrajn, permezz ta’ investiment biex ikun hemm spellchecker tal-Malti disponibbli għall-użu online. Qed narawk iżżur l-iskejjel u matulhom titkellem ukoll mill-qrib kemm malistudenti kif ukoll maledukaturi. X’qed tistenna minn dawn it-tip ta’ laqgħat? Minn dejjem emmint fid-djalogu. Ma tistax tinqata’ għalik fil-Ministeru u tmexxi minn hemm biss, li ngħiduha kif inhi huwa xogħol importanti wkoll. Imma trid litteralment tara b’għajnejk u tmiss b’idejk. U tisma’. Eżatt mal-ħatra tiegħi bħala Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol fassalna pjan mifrux fuq diversi ġimgħat biex inżur l-iskejjel u ċentri oħra ta’ tagħlim li għandna mxerrda ma’ Malta u Għawdex. Qed nieħu gost nara l-ambjent fejn uliedna qed jieħdu l-formazzjoni skolastika tagħhom. Qed immiss l-ambjent fejn qed jitgħallmu. Qed nitkellem mal-edukaturi u nara x’inhuma l-ħsibijiet tagħhom. B’hekk fil-ħidma tiegħi mbagħad mill-Ministeru inkun nista’ b’mod aħjar inkompli ntejjeb is-sistemi, l-ambjent u nara kif nistgħu nwasslu għal soluzzjoni għal fejn hemm sitwazzjonijiet li jeħtieġu li jkunu mtejba. Dan kollu jista’ jsir jekk inti tmur fil-post fejn hemm l-edukaturi dedikatissimi tagħna u l-istudenti tagħna – fl-iskejjel u fl-entitajiet l-oħra li għandna fis-sistema edukattiva tagħna. Bħala missier, u nistgħu ngħidu wkoll li fir-rwol tiegħek il-ġenituri qed jafdaw lil uliedhom f ’idejk, kif tħares lejn din ir-responsabbiltà? Meta nħares lejn binti, nara li din ikollha dak kollu possibbli biex il-vjaġġ tagħha minn età ċkejkna sakemm tieħu l-istat tagħha jkun l-aħjar wieħed possibbli. Kull ġenitur ikun irid l-aħjar għal uliedu. Meta ngħid dan, inkun qed nirreferi għallvjaġġ bejn il-bank tal-iskola u l-bank tax-xogħol. Inwiegħed lill-ġenituri kollha, li dak li nixtieq għal binti stess, jien nixtiequ wkoll għal uliedhom kollha. Dak li se naħdem għalih fis-settur tal-edukazzjoni u dak tax-xogħol huwa li wliedna jkollhom mhux biss l-aħjar bidu possibbli fis-settur skolastiku tagħhom, imma wkoll li dan jinġarr anki fid-dinja tax-xogħol.
14
16.02.2020
kullhadd.com
L-EVOLVIMENT TAL-KARNIVAL F’MALTA Inċident vjolenti serju li qisu qatt ħadd ma ta kasu u li sewa l-ħajja ta’ bosta Maltin, seħħ fil-Karnival tal-1763. Tant kien serju li kemm il-Gran Mastru kif ukoll il-Kavallieri mhux biss beżgħu li l-poplu Malti jidħol il-Belt biex jattakkahom, talli għal numru ta’ snin ma baqgħetx tkun organizzata l-Kukkanja, li kienet tiġbed eluf ta’ Maltin imċerċra fil-Pjazza tal-Palazz.
Biex insiru nafu aktar fuq il-Karnival fih innifsu u fuq din ilġrajja, tkellimt mal-Prof William Zammit, Kap tad-Dipartiment li jorganizza korsijiet fuq l-Arkivistika u l-Bibljotekonomija flUniversità ta’ Malta. Minn CHARLES B. SPITERI
Profs. Zammit, meta nsibu l-ewwel Karnival organizzat f ’pajjiżna? Fl-Istorja ta’ Malta kultant jingħadu ċerti żbalji li ma tantx tħassarhom malajr, peress li nsibu ħafna ripetizzjonijiet. F’kotba ta’ ċertu żmien hemm isostnu li l-ewwel Karnival sar meta ġew il-Kavallieri u jagħtu d-data tal1535. Hu minnu li kien Karnival kbir u bil-maskri, iżda mhux tassew li kien l-ewwel wieħed. Naturalment, aħna nafu li l-Karnival hu parti mill-kalendarju liturġiku tal-Knisja Kattolika, fis-sens li l-Karnival jikkonsisti f ’dawk il-ftit ġranet ta’ divertiment; li fihom tista’ tiekol u tixxala, għax imbagħad għandek 40 jum ta’ sawm tar-Randan. Fl-antik kienu tabilħaqq 40 jum ta’ sawm u sagrifiċċju. Jiġifieri dan il-kuntest ma twelidx meta ġew il-Kavallieri f ’Malta. Illum għandna riċerka li turi li l-Karnival kien isir f ’pajjiżna qabel l-1530. Li ġara mal-Kavallieri u lanqas mill-ewwel, kien li fi żmienhom, il-Karnival sar iżjed elaborat. Għax bħalma ġara f ’kollox, meta ġew il-Kavallieri, peress li kellhom il-flus u sfond Ewropew, l-arkitettura u l-arti ħadu spinta ’l quddiem. L-istess ġara bil-Karnival. B’hekk hemm proċess fejn il-Karnival fi żmien il-Kavallieri, kien trasformat minn festa reliġjuża iżda moderata, għal festa fejn qed jidħol aktar u aktar l-Istat. X’jiġifieri jidħol l-Istat? Fi żmien il-Kavallieri, speċjalment mal-bidu tas-Seklu 18, għandek il-fenomenu tal-assolutiżmu fil-poter. Il-Gran Mastri, li kienu l-Kapijiet tal-Ordni u l-Kapijiet ta’ Malta, riedu li kulma jsir f ’pajjiżna, inklużi l-festi u l-Karnival jinbidlu f ’festi ta’ ċelebrazzjoni tal-Mexxej. Jiġifieri xhedna xi żviluppi differenti fil-mudell tal-
Karnival?
s-soltu jżommuk lura.
L-ewwel nett il-Karnival kien jibda meta l-Gran Mastru kien joħroġ dak li jgħidulu l-Bandu tal-Maskri, għax fi ġranet normali, ħadd ma seta’ jilbes maskra, peress li din kienet is-simbolu li dak li jkun qed jaħbi l-identità tiegħu biex jagħmel xi att kriminali. Iżda għall-jiem tal-Karnival, is-Sultan kien jagħti l-liċenzja lil dak li jkun, li jista’ jinbidel għal dawk il-jiem. Dan għax il-maskra tagħti identità differenti lil dak li jkun.
Qisek tkun ħadt droga?
Fil-maskra, hemm xi aspett Venezjan? Ħa ngħidu hekk: din tal-maskri kienet fil-Karnivali ta’ kullimkien, iżda naturalment, Venezja hu fost l-iktar magħrufin. L-idea tal-Karnival hi li għandek perjodu ta’ ftit ġranet, li matulhom kważi ssir persuna differenti u twarrab dawk in-normi soċjali li
Preċiżament. U element importanti biex twarrab in-normi hu li anki mil-lat fiżiku, ma tibqax tidher bħas-soltu. Allura tilbes kostum u maskra u tibdel il-personalità solita tiegħek. Jiġifieri kien ikun hemm stennija kbira biex il-Gran Mastru joħroġ dan il-bandu tal-maskri? Fi żmien il-Gran Mastru Nicholas Cotoner, li laħaq wara l-mewt ta’ ħuh Rafel, ma ħariġx il-bandu tal-maskri, bħala luttu. Għal dan insibu r-referenzi fid-djarji, li jsemmu li kien hemm skuntentizza fost il-poplu, għax dari l-Karnival kien ferm iktar importanti milli hu llum. Forsi għax illum in-nies għandha aktar fiex tixxala u għandna żżejjed fiex tedha. Irridu mmorru lura
300 sena, fejn il-Karnival kien strata tas-soċjetà hux? wieħed mill-avvenimenti annwaIva. Kien waħda mill-ftit okkażli li kien joffri sfog lill-poplu. jonijiet ‘demokratiċi’ li kellek fis-sekli 16 sa 18. Id-differenza U x’kien jiġri meta joħroġ prinċipali kienet tkun fl-ilbies. il-bandu? Is-sinjuri jilbsu lbies li jiswew Ladarba joħroġ, kien jimmarka flejjes kbar, waqt li l-Malti jew l-bidu tal-Karnival, li fi żmien jilbes ħaġa miżera jew bħasl-Ordni kien jinżamm bejn il- soltu. Iżda xorta jidħol il-Belt, Ġimgħa u t-Tlieta ta’ wara. għax il-qawwa tal-Karnival Kienu jorganizzaw sew u anki kienet hemmhekk. Kavallieri kienu jieħdu sehem, fejn insibu riferenzi għall-Ku- Kienu jsiru Karnivali oħra mittivi, jiġifieri gruppi li jagħm- xi mkien ieħor? lulek żfin b’kostumi mill-isbaħ. Jien sibt referenzi fejn inġiebu F’Ħal Qormi u rħula oħra wkoll kostumi Sudamerikani u dan qed kienet issir attività karnivaleska, nitkellmu fuq Malta fl-1686. Jiġi- iżda l-qofol tal-Karnival veru u fieri kollox kien elaborat ħafna. proprju kien ikun il-Belt. U eluf L-istess il-Maltin ta’ klassi għol- kbar ta’ Maltin, sinjuri u foqra ja, għax ġeneralment kien ikun kienu jattendu, jekk xejn bħala hawn l-influwenza tal-Ordni u spettaturi. Imbagħad kien ikollok ċerti s-sinjuri Maltin kienu jikkupjaw u jilbsu kostumi rikki li jiswew evolvimenti ġodda. Pereżempju fil-bidu tas-Seklu 18 kien hawn il-flus. il-Gran Mastru Taljan Zondadari, li beda s-sistema tal-karrijiet U l-Karnival kien għal kull
15
16.02.2020
kullhadd.com
Fi żmien il-Kavallieri, speċjalment mal-bidu tas-Seklu 18, għandek il-fenomenu tal-assolutiżmu fil-poter. Il-Gran Mastri, li kienu l-Kapijiet tal-Ordni u l-Kapijiet ta’ Malta, riedu li kulma jsir f’pajjiżna, inklużi l-festi u l-Karnival jinbidlu f’festi ta’ ċelebrazzjoni tal-Mexxej
Il-kukkanja kienet ritwal sħiħ. Jintrama l-arblu u jitqiegħdu l-gwardji armati madwarha biex ħadd ma jmiss minnha. Fil-jum mistenni, skont id-deskrizzjonijiet, il-Gran Mastru joħroġ fil-gallarija, fejn fil-Pjazza kien ikun hemm folol ta’ eluf. Is-sinSpeċi ta’ kif kien jagħmel juri u n-nobbli komdi fil-gallarImperatur mal-gladjaturi? ijiet biex jaraw l-ispettaklu, u F’ċertu mod iva. Il-Karnival l-popolin ħafi u mċerċer, fil-kes- kanja qabel ma ngħata s-sinjal. beda jintuża bħala eżerċizzju ħa u x-xita ta’ Frar, jimbotta u Din il-ħaġa kienet diġà seħħet darbtejn oħra. Iżda dik id-darba, ta’ relazzjonijiet pubbliċi bejn jistenna. xi ħadd ta ordni biex il-gwardji is-Sultan u s-sudditi. Dan kolta’ mal-Kukkanja, flok iwarrbu lu biex jidher li s-Sultan hu U r-ritwal x’kien? u jħallu r-rambaġġ isir, iwaqqfu ġeneruż, qed joffri spettaklu u ikel. Hawn irridu niftakru Li l-Gran Mastru joħroġ fil-gal- lill-Maltin. fiż-żminijiet ta’ faqar li l-Maltin larija, jagħti s-sinjal u jibda Immaġina n-numru ta’ gwardji kienu jgħixu fihom. U għalhekk r-rambaġġ. Qabel, ħadd ma seta’ limitat ma’ dawk l-eluf ta’ nies, kienu jmorru għal din il-‘festa’. jmiss il-Kukkanja. U l-Gran bid-differenza li l-gwardji kienu Wara Zondadari kien il-Gran Mastru kien jitqies li fil-ħni- armati. U ġrat traġedja li mhix Mastru Pinto li, bħal f ’ħafna af- ena kbira tiegħu, għax iħobb magħrufa u jien nittama li xi darfarijiet oħra, ta żvolta ferm iżjed lill-poplu, jorganizza din il-festa ba titwaħħal lapida f ’dik il-pjazza li tfakkar dan l-inċident, li elaborata lill-Karnival Malti. El- lill-poplu. hu l-ikbar att vjolenti magħruf ement ewlieni fost dawn kienet li seħħ mill-Istat fuq il-poplu l-introduzzjoni tal-Kukkanja kif Kulħadd seta’ jieħu sehem? Malti fi żmien l-Ordni. nafuha llum fil-Karnival. Il-gwardji attakkaw bil-baQablu kienet issir darba, Kull min irid, iżda ħafna drafil-Calendimaggio, l-aħħar jum bi min kien jirbaħ? In-nies junetti u sar massakru. Mietu ’l ta’ April, quddiem il-Palazz il- b’saħħithom; Maltin ta’ fuq fuq minn 60 ruħ, uħud fil-post, Belt. Iwaqqfu l-arblu majjistru ix-xwieni, li jaħdmu fuq il-qlugħ. oħrajn fis-Sacra Infermeria. Min tax-xwieni midluk bix-xaħam, Jiġifieri għalihom, li titla’ ma’ ar- ma mietx, spiċċa arrestat ukoll, għax kiser ir-ritwal tal-istennibl-ikel u annimali ħajjin imdend- blu ma kien xejn. In-nies kienu jixxabbtu biex ja. Din ħadd ma jsemmiha. Inlin miegħu, joħroġ il-Gran Mastru fil-gallarija tal-Palazz, jagħti jaħtfu biċċa laħam, annima- semmu biss kemm għandna bini li mdendlin ħajjin jew xi frott sabiħ tal-Kavallieri, iżda meta s-sinjal u jibda r-rambaġġ. Fil-fatt, meta ftit snin ilu nqala’ u ħaxix. U kważi f ’kull Kuk- nħaffru ftit, insibu dawn l-istejjl-paviment tal-Pjazza tal-Main kanja kien ikun hemm nies li er. Kienet storja kbira li ħalliet Guard, instabet il-ħofra oriġinali jweġġgħu, minkejja li jinxtered fejn kien jiddaħħal l-arblu. Illum it-tiben fl-art. Iżda l-ikbar prem- il-konsegwenzi. Jiem wara nsitaraha jekk tittawwal fil-ħġieġa ju kien għal min jitla’ fuq nett bu li l-Gran Mastru u l-Kavalli saret. Minn żmien Pinto, in- u jniżżel l-istandard tal-Gran lieri kienu mbeżżgħin li tidħol bidlet id-drawwa tal-karru li jqa- Mastru. Dan kien imur quddi- folla kbira ta’ Maltin il-Belt; din ssam l-ikel u bdiet issir kukkan- em is-Sultan, li jagħtih zekkin id-darba mhux biex iċċapċap u tieħu l-ikel tal-Kukkanja, iżda ja oħra fi Pjazza Reġina, illum tad-deheb. biex tattakka. U dan il-biża’ Pjazza Repubblika. Allura kien tant kien reali, li fil-Karnivali ta’ ikun hemm Kukkanja f ’April Kemm dam sejjer wara, il-Kukkanja ma saritx akfil-Pjazza tal-Palazz u oħra fi dan ir-ritwal? tar. Frar fi Pjazza Repubblika, dak Sakemm inqaleb l-iskop li kien iż-żmien Piazza dei Cavalieri. jigglorifika lil Pinto, li kien Jiġifieri nbdiet u iħobbhom dawn l-affarijiet. ntemmet fi żmien Pinto? Kif kienu jikkumparaw Fl-1763 ġara li bħas-soltu kien dawn il-Kukkanji? hemm il-Kukkanja lesta. Inzer- Iva. L-aħħar li saret kienet flDik tal-Karnival kienet ferm ak- tat ġurnata kesħa u xita; in-nies 1763 u wriet li s-Sultan ma tar rikka minn tal-Calendimag- kulħadd jippressa fuq xulxin baqax dak il-ħanin li jipprogio u b’hekk naraw li Pinto ħoloq fil-Pjazza, jistennew sakemm vdi l-ikel, imma wera snienu. dan il-kult, imħallas minnu, fejn il-Gran Mastru jogħġbu joħroġ Wara Pinto, kellna lil Ximenez sena wara l-oħra kull Kukkanja fil-gallarija u jagħti s-sinjal. Iżda u mbagħad il-Kukkanja reġgħet kienet tkun aktar abbundanti l-Gran Mastru ma ħariġx fil-ħin bdiet b’ċerti differenzi taħt ilGran Mastru Franċiż de Rohan. minn ta’ qabilha. Kollox kien tas-soltu. jiddendel ma’ rota fil-għoli u fuq In-nies inġazzaw, sa ma fl- Bdiet issir fil-Pjazza tal-Palazz nett kien ikun hemm il-bandiera aħħar, xi ħadd tilef il-paċenzja ukoll u kienet iktar kontrollata, tal-Gran Mastru. u beda r-rambaġġ għall-Kuk- biex ma terġax isseħħ dik l-istorimħallsin minnu u kien ikollu wieħed mimli bl-ikel u affarijiet tajbin, bil-paġġi jqassmu minnhom lill-pubbliku. U b’hekk naraw lill-Istat jidħol, jabbroga din il-festa u jibdilha.
ja terribbli. Il-maskri kienu introdotti fi żmien il-Kavallieri jew qabel?
gari ħafna u titqies bħala waħda mill-ewwel kitbiet li għandna bi lsienna. Interessanti mil-lat soċjali, mil-lat karnivalesk u mil-lat lingwistiku. Dawn baqgħu jinkitbu b’mod differenti mas-snin, anki fi żmien l-Ingliżi. F’dawn l-aħħar Karnivali, il-Qarċilla ġiet irxuxtata.
Mistoqsija interessanti. Sa fejn naf jien għad ma ltqajniex ma’ referenza ta’ maskri qabel il-Kavallieri, iżda ma jfissirx li ma kinux jintużaw. S’issa, l-ewwel darba li sibna Karnival elaborat, Ngħid sew li fil-Karnivali bil-maskri eċċetra, hu dak tal- ħadd ma seta’ jipprova 1535. jwaqqa’ għaċ-ċajt ir-reliġjon? Hemm xi ħaġa oħra interessanti b’rabta mal-Karnival? Hemm il-Qarċilla, għax kif għedt, fil-Karnival kellek id-differenzi soċjali. Allura għandek il-Kukkanja għall-marmalja u l-kbarat fil-gallarija, jidħqu binnies, u l-ispettaklu fit-Teatru Pubbliku (it-Teatru Manoel) bl-aqwa ballijiet u kummiedji tal-Karnival bit-Taljan għall-Kavallieri u Maltin ta’ klassi għolja. Iżda l-poplu evolva wkoll it-teatru tiegħu tal-Karnival, u fost l-iktar importanti nsibu l-Qarċilla. Kien ikollok tliet karattri ewlenin: in-Nutar, l-għarus u l-għarusa, fejn in-Nutar jaqra bilMalti - għax dan kien spettaklu għall-popolin - il-kitba taż-żwieġ, fejn missier l-għarusa jgħaddi d-dota lil bintu. Kien jinkiteb fuq vena tad-daħq. Pereżempju: mejda bi tliet saqajn, inkwatru bla stampa. Kollox burlesk u ġieli vulgari. Għandna pittura importantissima tal-Favray, li turi xena tal-Karnival bil-Qarċilla. Jidher bniedem liebes ta’ Nutar u l-ambjent, appuntu fil-Piazza dei Cavalieri, b’nies sinjuri lebsin ilbies elaborat u oħrajn nies komuni. Nafu meta bdiet il-Qarċilla? Eżatt le, iżda għandna waħda minn tal-bidu li tmur lura għall-1760. Hu test bil-Malti, vul-
Dażgur. Hemm kienet tinqata’ l-linja. Għandna referenza tard fis-seklu 18, fejn xi ħadd libes ta’ papa u ieħor ta’ isqof, li kienet xi ħaġa mhux aċċettata. Filfatt, aktar tard, l-Ingliżi għamlu l-famuża liġi li fil-Karnival ħadd ma seta’ b’xi mod, jgħaddi botti kontra r-reliġjon, jew jilbes ta’ qassis jew soru. Fil-Karnival insibu dimensjoni oħra. Kien hemm il-Karnival spiritwali, għax fiż-żmien li qed nirriferu għalih il-Knisja kellha relazzjoni ftit ambivalenti mal-Karnival. Taċċetta li kien żmien ta’ xalar qabel ir-Randan, iżda kienet tinkwieta u jdejjaqha l-eċċess tiegħu. Allura kien isir il-Karnival spiritwali. F’ħafna knejjes kien isir it-talb – il-kwaranturi. Kienu jsiru 40 siegħa bl-espożizzjoni tas-Sagrament. Dan kien isir bħala tpattija għall-esaġerazzjonijiet fit-toroq. U fost l-aqwa predikaturi nsibu lil Dun Ignazio Saverio Mifsud, wieħed mill-patrijotti kbar Maltin tas-seklu 18. Għandna f ’manuskritti, il-prietki tal-kwaranturi bil-Malti li kien jagħmel. Dawn jekk xejn, huma teżori mil-lat lingwistiku u soċjali, għax fis-seklu 18 ftit li xejn kont issib min jikteb bil-Malti. Il-Karnival kien fih diversi aspetti: l-element ta’ poter, ta’ divertiment u dak reliġjuż, li kienu jingħaqdu flimkien biex joħolqu din il-ħaġa unika.
16
16.02.2020
kullhadd.com
INKOMPLU NATTIRAW IKTAR INVESTIMENT FL-OQSMA TAT-TEKNOLOĠIJA LEJN PAJJIŻNA
Clayton Bartolo Segretarju Parlamentari
Matul il-ġimgħat li għaddew kelli l-opportunità niltaqa’ ma’ entitajiet differenti – kemm Maltin u anke barranin. Fost l-attivitajiet li attendejt għalihom kien hemm il-konferenza internazzjonali ICE f ’Londra. Pajjiżna kien wieħed minn 150 pajjiż preżenti f ’din il-konferenza li għaliha jattendu ’l fuq minn 35,000 persuna minn madwar id-dinja. Ir-rappreżentazzjoni ta’ Malta f ’ICE wriet is-suċċessi ta’ pajjiżna fl-industrija tal-iGaming. Dan jawgura tajjeb ukoll għal iżjed investiment minn kumpaniji oħra biex b’hekk inkomplu nassiguraw industrija iżjed b’saħħitha. Minkejja l-isfidi li jaffaċċjaw kumpaniji tal-iGaming sa-
biex jibdew l-operat tagħhom f ’pajjiżna, l-operaturi jħarsu lejn il-qafas regolatorju Malti bħala wieħed b’saħħtu u jirrikonoxxu r-rieda u l-impenn tal-Gvern li jkompli jsaħħaħ l-ekosistema fl-industrija tal-iGaming. Eżempju ta’ dan nistgħu nieħdu lill-kumpanija Betsson li għażlet li tkompli tkabbar l-operat tagħha f ’pajjiżna bl-akkwist taċ-ċentru B2C tal-kumpanija GIG. Nikkunsidra dan bħala ċertifikat b’saħħtu ta’ fiduċ-
ja f ’Malta. Il-kumpanija diġà kienet tħaddem ’il fuq minn 1,000 impjegat, iżda issa wkoll se tkun qed tħaddem lill-impjegati tal-kumpanija akkwistata. Dan jagħmel lil din il-kumpanija internazzjonali bħala waħda mill-ikbar f ’pajjiżna. Minbarra l-blockchain u l-intelliġenza artifiċjali, irridu nkomplu nibnu fuq setturi bħall-eSports, il-produzzjoni ta’ logħob diġitali u anke niskopru iżjed dwar it-teknoloġija tal-quantum. Wasal iż-
żmien ukoll li niżviluppaw iżjed l-għarfien dwar l-użu differenti mill-blockchain, li ma jintużax biss għall-cryptocurrencies, iżda jista’ jintuża wkoll f ’oqsma oħra bħall-agrikoltura, it-turiżmu jew anke s-saħħa. Malta kienet l-ewwel pajjiż li fassal qafas regolatorju għal dan is-settur u għalhekk irrid li nkomplu nkunu minn ta’ quddiem sabiex inservu ta’ eżempju għal pajjiżi oħra fil-qasam teknoloġiku. Irrid li pajjiżna jkun minn dejj-
em ta’ quddiem fil-qasam diġitali. Filwaqt li bdejna nevalwaw x’jista’ jsir sabiex naraw li isem pajjiżna jkompli jkun fil-quċċata fejn tidħol ekonomija diġitali. Irridu naraw ukoll li nattiraw lejn pajjiżna investiment ġdid. Irridu naraw li l-ekonomija tagħna ma’ tkunx dipendenti fuq settur wieħed. Għalhekk bdejna l-ħidma tagħna sabiex lejn pajjiżna nattiraw setturi ġodda sabiex niddiversifikaw il-portafoll ekonomiku tagħna.
FI KLASSI WAĦDA IMMA MHUX F’KEFFA WAĦDA
Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew
Id-diversità hija l-arti li wieħed jaħseb flimkien, b’mod indipendenti. Dan huwa kliem Michael Forbes li spiss naħseb dwaru, speċjalment meta niltaqa’ ta’ kuljum ma’ tant realtajiet ta’ nies u ċirkostanzi differenti. Kemm hu sabiħ li nagħrfu naħdmu għal għan wieħed, imma fl-istess waqt naħdmu u naħsbu bil-mod individwali tagħna. Jekk hemm post fejn wieħed jista’ jrawwem il-ħsieb u l-ideat, huwa proprju fuq il-bankijiet tal-iskola.
Infatti nixtieq nittratta aħbar li segwejt riċentement, li se jibda x-xogħol biex jiġi introdott ambjent favur l-awtiżmu f ’diversi skejjel primarji u sekondarji din is-sena. Il-Ministru għall-Edukazzjoni ħabbar li dan se jkun eżerċizzju li se jiffoka fuq 17il skola primarja u sitt skejjel sekondarji, għaliex is-settur tal-edukazzjoni kellu jwieġeb għal aktar għarfien dwar l-awtiżmu billi jiżgura li l-iskejjel jipprovdu l-ambjent it-tajjeb għal dawn it-tfal. Fi ħdan l-iskejjel, għandu jkun hemm ambjent fejn kulħadd jaħdem għal għan wieħed, ċoè t-tagħlim u t-trawwim ta’ uliedna. Iżda għandu jkun ukoll ambjent fejn nippermettu lit-tfal jaħsbu u jaħdmu bil-mod individwali tagħhom. L-awtiżmu huwa suġġett għal qalbi ħafna. Infatti, bħala Membru Ewroparlamentari, ħdimt fuq dikjarazzjoni uffiċjali flimkien ma’ Autism Europe, l-akbar assoċjazzjoni Ewropea li tagħmel xogħol f ’dan il-qasam, u appellajt lill-Kum-
missjoni Ewropea u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea sabiex jaddottaw strateġija Ewropea biex jgħinu lil dawn il-persuni fl-isfidi tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Id-dikjarazzjoni kienet approvata mill-Parlament Ewropew wara li sabet l-appoġġ tal-maġġoranza tal-Membri tal-Parlament Ewropew. Sħaqt u se nkompli nisħaq li m’hemmx metodu wieħed u uniku kif ikun indirizzat l-awtiżmu, u ġenituri għandhom jingħataw l-opportunità li jesploraw metodi varji li jistgħu jgħinu lil uliedhom. Fit-teorija dan nistgħu ngħiduh, imma biex nimplimentawh bis-serjetà rridu miżuri li jikkonċernaw il-ħajja ta’ kuljum ta’ wliedna. Għax uliedna kollha, bl-awtiżmu jew le, imorru l-iskola. Għadda ż-żmien, però, li l-iskola tkun one-size-fits-all. Dan jgħodd mhux biss għal każijiet bħall-awtiżmu, iżda għal ħtiġijiet kollha varji tat-tfal. L-obbligu ewlieni tagħna hu li noħolqu ambjent fejn kulħadd jista’ jit-
għallem u li ma jeskludi lil ħadd minħabba n-natura tiegħu. Irridu nżommu f ’moħħna li meta ngħidu terapija, din ma sseħħx ġo xi klinika maqtugħa mid-dinja, minn tobba jew infermiera. Għall-kuntrarju, is-soċjetà ta’ madwar dawn it-tfal tista’ sservi ta’ terapija għalihom kuljum, filwaqt li kulħadd jibbenefika mill-fatt li l-ambjent fejn it-tfal jitgħallmu jkun inklussiv. Għax l-inklużjoni ma titgħallimhiex mill-kotba, imma permezz tal-prattika. Sabiex dan il-kunċett ikun applikat sew, esperti u stakeholders li jaħdmu f ’dan il-qasam iridu jingħaqdu bejniethom, u jikkollaboraw mal-edukaturi. Għaliex jibqa’ wkoll il-fatt li dijanjosi dettaljata u li ssir kmieni kemm jista’ jkun tgħin biex tingħata appoġġ u informazzjoni aħjar lil tfal bl-awtiżmu u lill-familji tagħhom. Madanakollu, nemmen li s’issa fl-Ewropa mhux qed isir biżżejjed biex ikun hemm dijanjosi minn kmieni.
Ejja nżommu f ’moħħna li l-politika dwar l-awtiżmu diffiċli titfassal b’ċerta perfezzjoni għaliex ħafna ma jifhmux sewwa l-kundizzjoni x’inhi. Irid ikollna diskussjonijiet onesti u diretti ma’ dawk kollha li għandhom rwol f ’dan il-qasam biex naraw x’inhu jaħdem u x’mhuwiex. Aħna u niktbu l-policies irridu niftakru li t-tfal iridu jgħixu t-tfulija tagħhom b’serenità mat-tfal l-oħra filwaqt li l-adulti jridu jgħixu ħajja indipendenti kemm jista’ jkun. Għalhekk ukoll huwa tajjeb li nadattaw l-iskejjel tagħna għal dawn it-tfal, għax dan huwa eżerċizzju li minnu jitgħallem kulħadd. Ninsab konvinta li se jkun hemm sfidi, imma jekk dawn nagħrfuhom bħala opportunitajiet, se jgħinuna nifhmu l-awtiżmu u nindirizzawh, u allura jservu ta’ opportunità. Bħala Membru tal-Parlament Ewropew, se nkompli nisħaq favur dawn it-tip ta’ opportunitajiet u favur l-inklużjoni.
17
16.02.2020
kullhadd.com
HOUSING PROATTIV U SOSTENIBBLI: L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-HOUSING SPEĊJALIZZAT
Dr Rachael M Scicluna
Id-dar hija dritt fundamentali tal-bniedem u toffri stabbilità, sens pożittiv ta’ wellbeing li jinħass meta l-bniedem u l-komunità tħoss sigurtà u għaqda. Il-policy bit-titlu “Sustainable Communities, Housing for Tomorrow” qed tippromwovi dan, kif ukoll sistema ta’ sostenibbiltà li tikkunsidra l-aspett funzjonali, ambjentali u soċjali tal-ħajja domestika u l-komunità Maltija. Din il-viżjoni tpoġġi id-dar fiċ-ċentru tal-ħajja ta’ kuljum. Il-housing speċjalizzat jaqa’ taħt din il-policy u nibet b’mod dirett minn din il-viżjoni proattiva u sostenibbli. Kien ukoll riżultat ta’ riċerka empirika li saret fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Mir-riċerka instab gap fis-servizz tal-housing fejn cohorts ta’ gruppi primarjament vulnerabbli u f ’riskju
Housing ta’ dan it-tip huwa differenti għaliex qed iħares lejn ir-relazzjoni bejn id-dar, il-bżonn, l-istat soċjoekonomiku tal-persuna jew tal-familja u s-saħħa mentali. Dan qed isir billi nħoloq disinn inklussiv li jħares lejn il-binja bħala għodda li tiffaċilita l-kuntatt fil-komunità
ta’ faqar ma bdewx isibu soft landing. B’hekk inħoloq dan isservizz speċjalizzat. Housing ta’ dan it-tip huwa differenti għaliex qed iħares lejn ir-relazzjoni bejn id-dar, il-bżonn, l-istat soċjoekonomiku tal-persuna jew familja u s-saħħa mentali. Dan qed isir billi inħoloq disinn inklussiv li jħares lejn il-binja bħala għodda li tiffaċilita l-kuntatt fil-komunità. Ħsieb soċjali mill-bidu nett! Id-dar tifforma parti kbira mill-ambjent urban u tiġi affettwata b’mod dirett minn tibdiliet soċjali u ekonomiċi. Huwa fatt li l-forma ta’ familja nukleari m’għadhiex in-norma, għalhekk l-ispazju domestiku tradizzjonali m’għadux jista’ jakkomoda l-bżonnijiet tal-familja tal-lum. Dan għaliex l-ippjanar għadu bbażat fuq l-mudell individwalista tas-seklu 20, u mhux qiegħed jaqdi l-bżonnijiet domestiċi tas-seklu 21. Huwa dan it-tip ta’ ħsieb soċjali li jrid jiġi kkunsidrat, kemm meta nippjanaw housing policies, id-disinn tad-djar tagħna, u anke l-infrastruttura ta’ madwarna. Għalhekk, wasal iż-żmien li naċċettaw li l-ħsieb ta’ kif niddisinjaw id-djar tagħna jrid jinbidel. Dan il-ħsieb soċjali qed jiġi implimentat mill-Bord li jinstab fi ħdan id-Djar tal-Awtortità fejn ħoloq relazzjoni ma’ stakeholders ġodda, mal-Kamra tal-Periti u t-tielet settur. Dan kien pass importanti sabiex il-bżonnijiet li għandhom l-NGOs jiġu milħuqa anke mill-aspett arkitettoniku. Għalhekk inħass il-bżonn li ssir kompetizzjoni tad-disinn fejn l-NGOs spjegaw fid-dettall is-servizz il-ġdid li se jipprovdu fid-djar provduti, min se jkunu l-inkwilini u l-bżonnijiet speċifiċi tagħhom. X’se jsir f ’dawn id-djar abbandunati mill-periti rebbieħa? Il-periti tal-local office jispeċjalizzaw f ’arkitettura u disinn apposta għas-saħħa mentali u għalhekk preżentaw proposta lil Richmond Foundation għal Dar Terry f ’Bormla. Din it-tip ta’ arkitettura tpoġġi l-persuna, l-aspetti soċjali, psikoloġiċi u dawk fiżiċi fiċ-ċentru tad-dar biex toħloq dak li jissejjaħ biophilic design. Il-local office pproponew li s-sular t’isfel jintuża bħala spazju informali li jkun semi-pubbliku fejn ir-residenti jkunu
jistgħu jilqgħu l-komunità jew biex jistiednu lil xi ħbieb għal tazza te. Fuq nett se ssir kċina u salott komuni biex ir-residenti jgawdu l-veduta u wkoll biex jużaw it-terrazzin ħalli jkabbru il-ħwawar. Filwaqt li l-ewwel u t-tieni sular se jkunu ddedikati għal ħajja personali u intima. Hawn issib il-kmamar tas-sodda, kċejjen żgħar, u kmamar għat-terapija. Il-materjali u l-kuluri li se jintużaw se jkunu newtrali apposta biex tinħoloq atmosfera ta’ serenità u kalma. Openworkstudio se jaħdmu mal-organizzazzjoni MidDlam għad-Dawl li se joffru servizz lill-priġunieri mid-Dar Bla Ħitan, fil-Birgu. It-tema ġenerali tad-disinn kienet dik ta’ dar ordinarja, jiġifieri dar fejn id-disinn iħares ’il bogħod minn idea punittiva għal waħda ta’ integrazzjoni, parteċipazzjoni u responsabbiltà. Id-dar se jkollha kmamar fejn wieħed jkun jista’ jirrifletti jew iqatta’ ħin intimu mal-familjari tiegħu meta jżuruh. Din id-dar se tiġi modifikata bl-intenzjoni li tintroduċi aktar dawl naturali, sens ta’ ftuħ, ventilazzjoni naturali, privatezza u spazji komuni. Dan kien fiżikament possibbli billi nfetħet bitħa interna fiċ-ċentru tad-dar u skylight li jipprovdi dawl naturali. Se jinħoloq taraġ ġdid biex ir-residenti jkunu jistgħu jaċċessaw kmamar privati li se jintużaw bħala kmamar tas-sodda u kmamar għat-terapija. Id-dormitorji se jkunu fuq wara tal-binja u mqassmin fuq żewġ sulari. Il-kmamar tas-sodda ġew maħsuba fuq modules u se jkollhom sodda, gwardarobba u mejda. Dawn il-modules huma flessibbli u għalhekk jistgħu jiġu trasformati skont il-bżonn ta’ min ikun qed jgħix hemm, peress li din hija dar tranżitorja. Iż-żewg uffiċini tal-periti pproponew metodu bbażat fuq co-design fejn se ssir riċerka kwalitattiva permezz ta’ focus groups u sensiela ta’ workshops ma’ Richmond Foundation u Mid-Dlam għad-Dawl fejn ir-residenti se jiġu involuti fil-proċess tad-disinn finali. Dan il-proċess se jkun dokumentat u analizzat minn aspett antropoloġiku biex l-Awtorità tad-Djar ikollha policies ibbażati fuq riċerka li jkunu adegwati għall-bżonnijiet tal-ħajja moderna. Finalment l-għan ta’ din ir-riċerka huwa li joħorġu rakkomandazzjonijiet biex jinħolqu best practicies li jżommu d-dimensjoni soċjali u kulturali fiċ-ċentru tal-ippjanar.
18
16.02.2020
kullhadd.com
DEMOKRAZIJA LI TAĦDEM Edward Zammit Lewis Ministru
“Every country has a government; only democracies have an opposition.” Din hija kwotazzjoni mill-explanatory report għal Riżoluzzjoni bin-Numru 1601 (2008) tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa. Fissempliċità tagħha din il-kwotazzjoni tenfasizza l-importanza tal-Oppożizzjoni fit-tħaddim tad-demokrazija. Din il-ġimgħa il-Prim Ministru Robert Abela semma li hu mhu qed jieħu pjaċir xejn dwar l-istat li tinsab fih l-Oppożizzjoni u li Oppożizzjoni li taħdem tgħin sabiex insaħħu l-kredenzjali demokratiċi ta’ pajjiżna.
M’hemmx dubju li fil-kultura politika u kostituzzjonali tagħna, aħna dejjem tajna importanza lill-Oppożizzjoni u lill-Kap tal-Oppożizzjoni bħala l-persuna li tirrappreżenta minoranza politika ferm importanti. Infatti l-Kap tal-Oppożizzjoni huwa msemmi sew fl-Art. 90 tal-Kostituzzjoni tagħna. Dan iwassal għal stabilità u bilanċ importanti ta’ poter f ’demokrazija li verament taħdem. Tajjeb li jingħad li kull Oppożizzjoni f ’Kamra tad-Deputati f ’pajjiż li għandu demokrazija effettiva għandha tliet funzjonijiet bażiċi. L-ewwel li żżomm lillGvern kontabbli kemm fil-policies li huwa joħroġ bihom, kif ukoll fid-deċiżjonijiet li dan jieħu. It-tieni hu li l-istess Partit fl-Oppożizzjoni jiżviluppa policies tiegħu u dan sabiex l-elettoratt jibda jarah bħala “Gvern alternattiv”. Finalment li jikkontribwixxi fil-Parlament meta l-Gvern ikun għaddej bl-aġenda tiegħu ta’ liġijiet u anke saħansitra l-Oppożizzjoni għandha mezzi li tipproponi abbozzi ta’ liġijiet tagħha u tressaq mozzjonijiet.
M’hemmx dubju li s-sitwazzjoni preżenti hija pjuttost unika għal pajjiżna. Għandna Oppożizzjoni li suppost qiegħda tikkritika kostruttivament lillGvern u dan sabiex tiggarantixxi amministrazzjoni responsabbli u trasparenti fl-interess pubbliku. Huwa ħasra li l-Oppożizzjoni tal-lum hija waħda li aktar tħares ’il ġewwa milli ’l barra. Suppost qiegħda toħroġ policies li jikkompetu ma’ dawk tal-Gvern dwar kif jistgħu jtejbu l-ħajja talMaltin u l-Għawdxin, minflok mifnija bi ġlied intern. Dan id-degrad fl-Oppożizzjoni ilu sejjer sa mis-sena 2013. Taħt it-tmexxija ta’ Dr Simon Busuttil, il-Partit Nazzjonalista mar lura u spiċċa l-partit tan-negattività. L-elettoratt ma riedx hekk, anzi ried politika li hija bbażata fuq it-tkattir tal-ġid. Ċertifikat ta’ dan huwa r-riżultat elettorali ta’ Ġunju 2017. Però l-Partit Nazzjonalista wera u għadu juri ruħu arroganti intelletwalment u qed juri biċ-ċar li l-piki personali ta’ ġewwa huma aktar importanti mill-poplu hemm barra. Min-naħa tiegħu Dr Adrian Delia li għalkemm kellu żgur
il-leġittimità demokratika li jkun “Kap” tal-Partit Nazzjonalista, mill-ewwel wera n-nuqqas ta’ esperjenza politika tiegħu, kif ukoll il-fatti li ma rnexxilux jimxi bi proċess t’għaqda tal-Partit li dejjem ikun meħtieġ wara telfiet elettorali. Fil-konfront ta’ Simon Busuttil u oħrajn, Delia wera ruħu dgħajjef tant li issa l-istess Delia ffukat biss sabiex iżomm postu u mhux biex jaqdi l-irwol kostituzzjonali tiegħu. Huwa għalhekk li kemm bħala persuna fil-politika, imma aktar u aktar bħala ċittadin li nħobb lil pajjiżi, jiena nemmen li hija din l-akbar sfida demokratika li qed jaffaċċja pajjiżna bħalissa. Ma teżisti l-ebda Oppożizzjoni. Huwa minnu li jekk ikun hemm Oppożizzjoni stabbli li għandha politika ċara dwar kif jitmexxa l-pajjiż, anke jekk wieħed ma jkunx jaqbel magħha, l-istess pajjiżna jimxi aħjar. Dan għaliex il-Gvern ikollu ma’ min jitkellem u jekk ikun hemm Oppożizzjoni b’vuċi waħda u ċara, l-affarijiet fil-pajjiż jimxu kemm jista’ jkun permezz ta’ kompromess u ftehim. Dan hu dak li ħaqqu pajjiżna f ’dan il-mument!
Is-sinjali tat-tmexxija talPrim Ministru u Mexxej Robert Abela huma diġà pożittivi u inkoraġġanti wara biss xahar. Bit-tbassir Ewropew u internazzjonali li l-ekonomija tagħna ser tibqa’ tikber u żżomm il-momentum tagħha, b’dawk ir-riformi kollha li jiena ser immexxi ’l quddiem spalla ma’ spalla malPrim Ministru u Mexxej tiegħi, konvint li ser nibqgħu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha, inżidu l-mobilità soċjali u nsaħħu ir-reputazzjoni tagħna bħala nazzjon demokratiku modern fl-Ewropa u fil-komunità internazzjonali.
joni rapida u naf li tagħha, konxji jew le, għadna qegħdin nħossu l-konsegwenzi. Ix-xahar ta’ Diċembru kien xahar kiefer għall-Partit Laburista għax hawn irrealizzajna kollettivament li kien hemm bżonn li jittieħdu d-deċiżjonijiet – xi ftit minnhom qatt ma kienu jirriflettu l-identità politika ta’ pajjiżna. Aħna fix-xena politika ma tantx naraw riżenji, m’aħniex imdorrijin bihom. Konna saħansitra xhieda tar-riżenja ta’ Prim Ministru u persuni oħrajn fl-awtorità li l-pożizzjonjiet tagħhom ma kinux aktar vijabbli. Dawn ir-riżenji kienu riżultat ta kuraġġ straordinarju, ta’ integrità u ta’ twettiq ta’ deċiżjonjiet li kienu jħarsu lejn l-imħabba għall-pajjiż u mhux lejn l-ego jew lejn skopijiet partiġjani. Forsi jien bħal ħafna qegħdin inħossu n-nuqqas ta’ Joseph Muscat – konna nimxu warajh kważi kuljum, nisimgħuh, noqogħdu għall-pariri tiegħu u nitpaxxew bil-modus operandi tiegħu – bil-mod uniku kif kien jikkomunika u jaħdem. U lil Joseph ma tantx nistgħu ninsewh. U ma fiha xejn ħażin jekk nibku xi ftit in-nuqqas tiegħu, anke jekk għadda xi ftit taż-żmien, diffiċli nidraw mingħajru. Din parti
mill-proċess ta’ tibdil – mentali u emozzjonali. U ma fiha xejn ħażin li nagħtu ftit ta’ żmien ieħor sabiex nidraw lil Robert. Robert għandu kapaċijiet oħrajn kbar speċjalment kif jwassal il-messaġġ tiegħu lill-poplu u d-determinazzjoni tiegħu li jara li dak li kien imwiegħed fil-manifest tal-aħħar elezzjoni ġenerali jiġi mwettaq. Irridu nagħtu ċans sakemm joqgħod l-ilma għax tqanqal sew – jeħtieġ ikollna aktar paċenzja – aktar fiduċja – aktar kuraġġ. Ħalli l-magna ekonomika, soċjali, il-feel good factor li nbena matul seba’ snin biss, jibqa’ għaddej u jkompli jikber. Nemmen li wara dan il-perjodu ta’ tibdil, il-Partit Laburista ser joħroġ aktar rebbieħ, aktar b’saħħtu, aktar feroċi. Dan nemmnu għax aħna mhux bħall-Partit Nazzjonalista – aħna għandna għal qalbna il-bandiera Maltija – din hi d-driving force. Dan hu l-fuel. L-essenza. Every ruin calls for renovation – u din hi lezzjoni li għandhom bżonn jitgħallmu tal-Partit Nazzjonalista. Trid tkisser biex tibni. Trid taqla’ biex tnaddaf. Trid temmen biex tasal. L-ebda mument ta’ glorja ma ġie mingħajr mumenti ta’ għaraq, ta’ ġranet
u ljieli ta’ ħidma, ta’ passjoni u dedikazzjoni – dan il-prinċipju biss jista’ jrewwaħ u jikkanċella l-biża’ u l-inċertezza. Il-Partit Laburista din is-sena jagħlaq 100 sena u ser jagħlaqhom f ’sena li ġabet magħha ħafna tibdil, u li wara s-sofferenza kawża ta nuqqas li jista’ għadna nħossu sal-lum flimkien ma ċerta ansjetà, issa jinbidel u jimla kull qalb Maltija u Għawdxija bil-kunfidenza, bil-pożittività u bil-kuntentizza.
Taħt it-tmexxija ta’ Dr Simon Busuttil, il-Partit Nazzjonalista mar lura u spiċċa l-partit tan-negattività
IN TRANSIT Felix Busuttil Galea
Bħalma jiġrilna fil-ħajja kull wieħed u waħda minna anke meta nkunu tfal qegħdin nikbru u wisq aktar meta nsiru adulti, ngħaddu minn mumenti ta’ tranżizzjoni – il-ħajja tikkumplika ruħha u magħha jikkumplikaw dawn il-mumenti in transit. Minn post li seta’ kien diffiċli ħafna għal post li jista’ jkun ta’ aktar sfida. Minn punt komdu u familjari għal perjodu li jista’ jkun imqanqal u saħansitra mifxul għax hu perjodu totalment ġdid – territorju li jkun ta’ ċerta biża’ għax hu territoriju li qatt ma kien esperjenzat sa issa. U din il-biża’ tista’ ġġib magħha ħafna inċertezzi u ansjetà. Il-bidu huwa dejjem perjodu diffiċli għax il-persuna trid takkommo-
da, tagħmel ċerti kompromessi u trid tieħu deċiżjonijiet li forsi ser jaffettwaw il-futur tagħna u dak ta’ madwarna. Fejn jekk ma jkunx hemm preparazzjoni soda u prinċipji validissimi wieħed faċilment jintilef, jiddejjaq u jitlef mill-enerġija li kienet ikkatterizzata minn żminijiet fejn wieħed ikun dera. Tranżizzjonjiet ta’ post tax-xogħol – tranżizzjonijiet u tibdil fl-emozzjonjiet u l-imħabba – tranżizzjonjiet ta’ post fejn wieħed jgħix – tranżizzjonijiet fejn wieħed jew waħda minna jitlef lill xi ħadd għażiż kawża ta’ mewt, ta’ firda li ġġib magħha nuqqas u vojt. Dawn kollha jiġu in motion meta xi ħadd jieħu deċiżjoni għalina jew inkunu aħna stess li ħadna din id-deċiżjoni – jew għax hekk kellu jkun. Li għaddejna flimkien f ’dawn l-aħħar xhur kienu u għadhom mumenti ta’ tranżizzjoni politika. Imma mhux biss tqanqil politiku – kien għal ħafna u anke għalija personalment bidla li qanqlet l-emozzjonijet, ħawdet xi ftit il-kontinwazzjoni u kissret il-familjarità u ġabet magħha ċerta biża’ ta’ x’se jiġri minna, fejn sejrin u min ser jiggwidana minn issa ’l quddiem. Kienet tranżizz-
Dan nemmnu għax aħna mhux bħall-Partit Nazzjonalista – aħna għandna għal qalbna il-bandiera Maltija – din hi d-driving force
19
16.02.2020
kullhadd.com
PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI MAS-SINDKI
Mario Fava President Sezzjoni Kunsillier PL
Parlamentari li jġib 2,000 vot tal-ewwel preferenza fl-elezzjoni ġenerali dan ikun ġabhom minn distrett sħiħ li jkun jinkludi bejn tlieta u erba’ lokalitajiet. Sindku li jġib l-istess ammont ta’ voti, dan ikun ġabhom biss minn lokalità waħda. Huwa għalhekk importanti li l-Kunsilli Lokali jkollhom viżjoni waħda li permezz tagħha jistgħu jwettqu l-bidla li jixtiequ n-nies. Din hija kruċjali għaliex ikun hemm aktar reżiljenza u aktar ħeġġa biex jinkisbu r-riżultati. Min-naħa ta’ Kunsilliera rridu nifhmu wkoll li aħna stess irridu nibdlu l-mod ta’ ħsieb tagħna billi nisimgħu u nifhmu aktar dak li jridu minna n-nies. Il-viżjoni u l-pjan ta’ ħidma jinkorporaw enerġiji ġodda, għan fejn trid tasal u kif trid tasal. Irridu nifhmu wkoll li viżjoni trid tevolvi għax hija xi ħaġa dinamika u mhux statika. Għaldaqstant, trid tiġi mġedda, mibdula u addattata għar-realtajiet u għall-bżonnijiet ta’ kull lokalità. Biex dan isir, huwa imperattiv is-sehem tas-Sindki billi magħhom tiġi diskussa din il-viżjoni sabiex huma jkollhom l-opportunità li jagħtu l-opinjoni tagħhom dwar dak li jaqbel lil-lokalitajiet tagħhom, fejn jixtiequ jibdlu u x’jixtiequ jaraw aħjar. Huwa għal dan il-għan li wara li ġiet imnedija din il-viżjoni f ’Ottubru li għadda issa ninsabu fi proċess ta’ konsultazzjoni, fejn kif jixraq dan il-proċess ser jibda mas-Sindki ta’ kull lokalità. Wara dan, dan il-proċess ser jiġi estiż għall-Viċi Sindki u għall-Kunsilliera, NGOs u fl-aħħar u mhux l-inqas mar-residenti infushom. Huwa dan li ser ikun qed jiġi diskuss nhar is-Sibt li ġej fejn l-iskop ewlieni huwa dak li naraw titjib fil-kwalità tal-ħajja ta’ kull resident f ’kull lokalità. L-impenn tagħna ser ikun wieħed komuni, dak li r-resident dejjem għandu jiġi l-ewwel.
Ġurnata wara l-oħra tiltaqa’ u tirċievi lmenti mingħand nies differenti fuq kif dawn jixtiequ li jaraw titjib fil-lokalitajiet tagħhom. Meta titkellem ma’ dawn fattur komuni hu li kollha jittamaw, jistennew u jixtiequ li jibdew jaraw differenza fil-lokalitajiet tagħhom. Min-naħa l-oħra imbagħad tiltaqa’ ma’ Sindki u Kunsilliera, li qed jiddedikaw il-ħin liberu tagħhom għal-lokalitajiet rispettivi, mimlija xewqat u enerġija biex proprju jwettqu dak li jridu n-nies. Din hija l-istorja ta’ kuljum fil-Kunsilli Lokali. Kemm ilni mexxi l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali kelli l-opportunità li niltaqa’ mill-qrib u fuq bażi personali tista’ tgħid ma’ kull Sindku, Viċi Sindku u Kunsillier. Il-messaġġ li tieħu huwa li minkejja li dawn fil-maġġoranza tagħhom huma nies kompetenti u għatxana biex jaraw li l-bidla ssir, ħafna drabi tkun tista’ tara bl-aktar mod ċar id-diqa, id-dispjaċir u l-frustrazzjoni tagħhom, għaliex is-sistema ma tħallihomx ikunu effettivi kemm jixtiequ. Tirrealizza wkoll li ħafna mill-ħidma tagħhom tkun b’reazzjoni għal deċiżjonijiet li ħaddieħor ikun ħa għal-lokalità tagħhom aktar milli jkunu huma li jagħtu direzzjoni dwar dak li jridu fil-lokalità tagħhom u l-livell ta’ eċċellenza li jridu jilħqu. Forsi hawn ħadd mhu jirrealizza l-fatt li l-eżerċizzju demokratiku ta’ elezzjoni biex jiġu maħtura r-rappreżentanti tal-poplu fuq livell lokali u alIrridu nifhmu lura qed nirreferi għall-Kunsilwkoll li viżjoni trid liera u s-Sindki, huwa l-akbar eżerċizzju tax-xorta tiegħu. Dan tevolvi għax hija xi ħaġa għaliex filwaqt li f ’elezzjoni ġenerali, l-elettorat jeleġi ftit inqas dinamika u mhux statika. minn 70 Deputat Parlamentari, Għaldaqstant, trid tiġi fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali mġedda, mibdula u l-istess elettorat jaħtar 468 Kunsillier. Dan iffisser li ras għal ras, addattata għar-realtajiet ir-rappreżentanza tal-elettorat u għall-bżonnijiet ta’ fil-membri eletti hija ferm akbar. kull lokalità Biex nagħti eżempju, Deputat
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 6 ta’ Frar Ma tantx domna magħqudin, man! Lanqas ħaqq kemm kantajna lbieraħ ilkażin. Għax milli jidher, Jason Azzopardi dalgħodu jew qam bil-bajda mdawra, jew qam bihom, jew raqad mikxuf, jew kellu xi ħolma kerha u kif stenbaħ fetaħ attakk fuq il-Kap Adrian Delia. Bilkemm ma jridx jgħid li Adrian Delia gideb meta qal li għandu l-appoġġ tal-Grupp Parlamentari kollu. Ara l-Kap tagħna, bniedem onest aktar minn ma nafx xiex, hux se jasal biex jigdeb! Għandu jkun Jason Azzopardi għadu ma jafx li kull Malti u Għawdxi jaf li l-Grupp Parlamentari tagħna fil-Paralament ma jinkludix lil dawk li huma għalkollox egoisti u lil dawk li mal-kritika tagħhom iżidu doża qawwija ta’ velenu! Il-Ġimgħa, 7 ta’ Frar Kont miftiehem ma’ xi ħbieb tiegħi biex immorru nieklu f ’għeluq snin Eddie l-kbir, imma kif qomt ċempiltilhom u għedtilhom inħassru kollox. Mhux għax ma xtaqtx niċċelebra għeluq snin ilkbir Eddie, iżda kont down wisq man! Mhux bilfors tkun down meta tara dan il-partit darba glorjuż tagħna għaddej mill-agħar żmien tiegħu! Ġlied kontinwu, ma jaqta’ xejn. U issa spiċċajna bir-riżenji sempliċement għax dawk ta’ Simon Busuttil qatt ma aċċettaw li jħallu lill-Kap Adrian Delia juri kemm huwa kapaċi. Mur ġib lil missieri jara lill-partit tagħna f ’sitwazzjoni bħal din. Konvint li qiegħed jitqalleb f ’qabru. Is-Sibt, 8 ta’ Frar Qed inħossni se niġġenen, man! Ma ridtx nemmen lil għajnejja meta qrajt li Simon Busuttil qal li fil-partit darba glorjuż tagħna la hemm firda u lanqas hemm fazzjonijiet. Allura ngħid jien
għalfejn ir-riżenji ta’ Robert Arrigo, ta’ Clyde Puli u ta’ Kristy Debono? U għalfejn dan il-ħafna paroli minn Jason Azzopardi, Comodini Cachia u ma nafx minn min aktar mill-grupp tas-17 Blue? Ngħid jien m’għandniex firda u m’għandniex fazzjonijiet meta wasalna li għandna kumitat minn tagħna li qiegħed jgħid lill-Kap Adrian Delia biex ma jersaqx lejn il-każin tagħhom! Insomma, jista’ jkun li għandu raġun għax lil dan il-partit darba glorjuż tagħna, Simon u sħabu farrkuh għalkollox u ħlief frak ma baqax! Il-Ħadd, 9 ta’ Frar Lanqas ilħaqt stenbaħt li ma erħejtilhiex lejn il-Mellieħa għal-laqgħa tal-Kap Adrian Delia. Kont deċiż li jekk ma jiftħulux il-bieb, kont nagħmel waħda minn tiegħi. Imma kif wasalt quddiem il-każin tagħna ħadt ir-ruħ, mhux biss għax il-bieb kien miftuħ, imma għax mill-ewwel kien jidher ċar li konna se niltaqgħu numru mhux ħażin ta’ nies biex nagħtu merħba lill-Kap Adrian Delia u nuruh li aħna warajh konna, warajh għadna, u warajh se nibqgħu. U ħadt gost aktar nisimgħu jitkellem. Lil tas-17 Blue qalilhom ċar u tond li mhux se jwarrab. Mhux biss. Qalilhom ukoll li jekk mhux se jiġbdu ħabel wieħed, posthom mhuwiex fil-partit darba glorjuż tagħna. It-Tnejn, 10 ta’ Frar Sena wara sena, jum San Pawl dejjem l-istess. Il-Belt inqattgħu. Filgħodu mmur għall-quddiesa u nisma’ l-paniġierku fejn din is-sena ingħatajna l-aħbar sabiħa li se jżurna l-Papa Frangisku. Imbagħad, wara li kilt xi ħaġa erħejtilha għall-marċ. Anke l-Kap Adrian Delia kien hemm. Bħas-soltu ma naqasx ukoll li jkun hemm l-Eks Ministru Austin Gatt u l-bella kumpanija li jkollu miegħu. Dak il-marċ ta’ San
Pawl qatt ma jitilfu. Mhux għax ħadt gost xi ħafna, għax il-botti favur u kontra Adrian Delia ma naqsux. Anzi ħin minnhom bżajt li kienu se jiġu fl-idejn, imma mbagħad kollox ikkalma. U lil San Pawl tlabtu biex iġibilna wkoll il-kalma fil-partit. It-Tlieta, 11 ta’ Frar Dejjaqna fuq li dejjaqna dak Jason Azzopardi. Ħareġ jiftaħar bis-17 eroj blu. Ngħid jien, kif tista’ ssejjaħ eroj lil min ta l-gambetti lil Clyde Puli, u mbagħad wara tawh anke daqqiet fuq l-għaksa! Kif tista’ ssejjaħ eroj lil min l-interessi personali tiegħu, jiġu qabel l-interessi tal-pajjiż! Kif tista’ ssejjaħ eroj lil min kisser il-partit darba glorjuż tagħna, sempliċement għax ma jridux jaċċettaw id-deċiżjoni tagħna t-tesserati li għażilna lil Adrian Delia bħala kap tal-partit! Dawn għalija mhux eroj, iżda tradituri kif sejħulhom ħafna minn sħabi. Għalhekk illejla kont ma’ dawk li morna l-Istamperija biex ngħajru lil Jason Azzopardi waqt li kien dieħel għal-laqgħa tal-Eżekuttiv. L-Erbgħa, 12 ta’ Frar Mhumiex 17 l-eroj blu li ħareġ jiftaħar bihom Jason Azzopardi. Minn tal-inqas naqsu bi tnejn għax Stephen Spiteri qal li hu m’għandux x’jaqsam magħhom u Mario Demarco qal li dan mhux żmien ta’ eroj u tradituri. Insomma jagħmlu u jgħidu li jridu. L-aqwa li l-Kap Adrian Delia għal darb’oħra waqt il-programm Dissett għamilha ċara li mhux se jċedi u li se jkun hu li jibqa’ jmexxi lil dan il-partit darba glorjuż tagħna. U allaħares ma jkunx hekk, għax il-partit darba glorjuż tagħna ma jibqax qawsalla ta’ ideat, kif sejjaħlu l-Kap waqt l-istess programm. Ħadt gost nisimgħu jgħid li l-partit tagħna mhux fallut għax kont qiegħed nibża’ li dawk l-€10,000 li tajthom ċedoli mhu se neħodhom qatt lura.
20
16.02.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
ALBERT MARSHALL
POEŻIJI 1964-2019 F’diversi sensi Marshall huwa wild it-tradizzjoni li huwa jidher li jinqata’ minnha l-aktar. Huwa influwenzat minn Dun Karm u mill-iskola tiegħu għall-inqas skont il-liġi tal-opposti. Hi influwenza sottili, diġerita, imħollija dejjem xi mkien fil-qigħan tas-saffi tas-sinifikati u l-lingwaġġi tipiċi tiegħu. F’dan iddawl huwa kuntrarju għal Mario Azzopardi, waqt li b’simplifikazzjoni jingħad li jixbhu. Hi r-relazzjoni bejn l-opposti, li jistgħu jidhru bħal xulxin. F’dan id-dawl Marshall huwa solitarju fil-kwadru tal-poeżija Maltija ta’ żmienu. Id-drawwiet, ir-riti, ir-ritornelli, il-logħbiet tat-tfulija huma fdal ta’ wirt li Marshall jibqa’ mqabbad miegħu b’sagrifiċċju li jinħass. Taħt l-iskorċa ta’ ċiniżmu kroniku l-poeta jaħbi t-turmenti li donnu hu, fit-tilwima mar-romantiċiżmu storiku, jibża’ jistqarru u jkantah. Din hi l-ġlieda li Marshall jitlef miegħu nnifsu, esponent ta’ sensittività mistħija, poeta li jibża’ mill-espressjoni tas-sentiment li hu fil-fatt mimli bih u li jispiċċa biex jagħmlu poeta. Isħeħ mix-xorti temporanja li sabet f ’Malta l-kultura Anglo-Amerikana hemm il-kundizzjoni dejjiema tal-Mediterranjetà. Għal Marshall Malta hi “l-gżira tal-gagazza u tal-kartapesta”, “gżira tal-fidloqqom”. Hi wkoll “dil-gżira ta’ ħolmti”, fejn “ma
nbidel xejn”. Fi ħdan dan id-duwaliżmu tikber il-persunalità ta’ poeta li jħobb u jistmerr, u sewwasew tal-emigrant li jerġa’ lura lejn pajjiżu. Meta jirrifletti dwar din il- qagħda l-poeta jerġa’ jsir liriku, it-tonalità ssir gravi, il-lingwaġġ jissawwar minn kliem elementari, u r-ritmu jinħass klassiku: ħajti volte-face jirrutina mar-ritmi ta’ arloġġ imgħaġġel u mingħajr wiċċ kemm għandu mill-miraġġ ta’ qabel il-mewt il-volte-face ta’ ħajti. .. Volteface Jekk din il-tematika titqies bħala ċentrali fil-poeżija kollha ta’ Marshall, ix-xejriet l-oħrajn jidhru sekondarji jew għall-inqas espressjonijiet imtaħħta għaliha, żviluppi kurjużi tagħha. Iċ-ċiniżmu ta’ bosta siltiet jinħass bħala l-forma li jieħu ideal mixtieq; f ’termini politiko-nazzjonali dan ifisser delużjoni bil-pajjiż, sentiment li waqt li Marshall ifissru b’xejriet oriġinali, huwa wkoll esperjenza mġarrba minn grupp sħiħ ta’ kittieba kemm tal-poeżija u kemm tan-narrattiva u tat-teatru. L-elastiċità stess li hi xejra tal-lingwa tiegħu ssir espressjoni tal-ħtieġa li jħoss li jmur lil hinn mill-forom fissi tas-sintassi tradizzjonali u mil-limiti magħrufa tal-lessiku, u l-aktar tal-lessi-
ku li l-kanoni letterarja lokali ma tħallix lil min imur kontrih jew ’il barra minnu. Bil-ksur ta’ dawn ir-“regoli” Marshall jagħmel stqarrija kemm estetika u kemm politika. L-aħjar mod kif titfisser din l-interpretazzjoni hu t-taħlit tattifħir u tal-kritika. It-test tal-qiegħ hu magħmul mil-limiti u mill-valuri li bihom Malta hi definita tradizzjonalment; it-test tal-wiċċ jistqarr ġudizzju modern u kritiku mingħajr ekwivoċi. Il-possibbiltà ta’ dan il-qari doppju tinħass l-aktar kull meta Marshall jitkellem fit-termini ta’ “aħna”, u jagħmel il-ħaqq dwar poplu billi m’aħniex razza inferjuri għax demmna minestra jew għaliex minn għanqudna twemminna qartasnieh fis-santi pawlini anqas għax l-ideoloġiji inwaħħluhom bozoz fil-festuni mixgħula mal-faċċati tal-każini jew għax ġrajjietna ingastata feles filmusulew tal-popli l-kbar imma għaliex aħna li aħna poplu ġo dar tal-pupi ikkuttunat ġo awra ta’ innoċenza. Il-Ġublew tas-Safa
li sserrep fil-poeżiji ta’ Marshall li, mill-bqija, iroddu impressjoni opposta. Iċ-ċiniżmu hu espressjoni ta’ interess imweġġa’; il-komiċità li tesprimi realtà li mhix mixtieqa; it-twemmin fl-attwalità tat-tfulija jissuġġerixxi l-ħtieġa ta’ alternattiva għall-preżent. Il-qari tal-poeżija kollha ta’ Marshall f ’dan iddawl jitlob li mela kollox jitfisser skont l-implikazzjonijiet u mhux skont l-istqarrija. Marshall reali mhuwiex dak li jitla’ fil-wiċċ, iżda F’waqtiet bħal dan tista’ titfittex dak li jista’ jinstab jekk jitfittex parti mill-malinkonija paradossali taħt is-saff oħxon tal-wiċċ. Dik li
tidher f ’xi waqtiet bħala frivolezza, fittema u fit-tħaddim avventuruż tal-lingwa, ikollha titqies bħala gravità mrażżna, burdata li ma tippermettix li tkun mistħajla. Jekk hemm unità tematika f ’Marshall, kollox juri li din trid tinstab fil-waqtiet tad-delużjoni, li huma wkoll il-waqtiet liriċi. Il-waqtiet l-oħrajn, anki jekk huma kotrana, jieħdu s-sura ta’ intervalli. Ilpunt tar-rabta ma jinsabx fil-livell tagħhom, iżda fil-livell iżjed fond, ’l isfel: il-livell tar-riflessjoni.
Mistoqsija: Minn min huwa influwenzat Albert Marshall? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ALBERT MARSHALL POEŻIJI 1964-2019. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 23 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba INNUENDO U BEJN BAĦAR U BAĦAR huwa: M. GALEA - IL-MOSTA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm inqabdu karti foloz fit-tieni nofs tal-2019 u kemm kieni jammontaw fi flus reali?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
21
16.02.2020
kullhadd.com
IT-TBISSIMA TA’ YUSRA Kitba ta’ MARY CHETCUTI
Din il-ġimgħa ltqajt ma’ storja ta’ tbatija u kuraġġ kbir li ma stajtx inħalliha għaddejja mingħajr ma naqsamha miegħek. Il-protesti li wasslu għall-irvellijiet u eskalaw fi gwerra li ilha tifni ’l-Jemen għal dawn l-aħħar ħames snin, ħolqot tbatijiet li ħadd ma jista’ jimmaġinahom. Ir-ribelli Houthi li okkupaw it-Tramuntana tal-Jemen u sfurzaw lill-Gvern fl-eżilju huma megħjuna mill-Iran. Mill-banda l-oħra, l-Arabja Sawdija tat refuġju lill-Eks President tal-Jemen filwaqt li bagħtet il-qawwiet militari tal-ajru tagħha f ’koalizzjoni mal-Emirati Għarab Magħquda u stati oħrajn fosthom ir-Renju Unit, Franza u l-Istati Uniti tal-Amerka, ilkoll jibbumbardjaw il-bliet u portijiet strateġiċi tal-Jemen. M’għandniex xi ngħidu li l-aktar li qed jintlaqtu b’din il-kriżi li ma jidhirx li hemm tmiem fil-viċin għaliha, huma ċ-ċittadini. Tal-inqas 10,000,000 ruħ jinsabu f ’riskju li jmutu bil-ġuħ. L-ilma huwa kollu mniġġes u għaldaqstant kontinwament ifaqqgħu każi tal-kolera li qed tħalli eluf ta’ vittmi. Il-Ġnus Magħquda qed tagħmel
Meta tisma’ u taqra fuq tant miżerja kkaġunata mill-bniedem ma jibqa’ xejn fik
appelli għall-waqfien mill-ġlied u l-bejgħ ta’ aktar armi. L-appelli qed jaqgħu fuq widnejn torox. L-attakki militari mill-ajru żdiedu minflok naqsu u qed isiru bla konsiderazzjoni ta’ xejn għaliex qed jeqirdu djar, skejjel u sptarijiet. L-attakki qed isiru bir-rata ta’ wieħed kull 90 minuta. Is-servizz tas-saħħa ġie pparalizzat. Il-ħaddiema tal-gvern ilhom ma jitħallsu mill-2015 u ħafna tobba u infermieri telqu band’oħra biex isibu xogħol. Familji jridu jivvjaġġaw distanzi kbar sabiex isibu ċentru tassaħħa intatt ħalli jaraw tabib. Hekk kellha tagħmel l-omm żagħżugħa, Ħayat, sabiex tipprova ssib għajnuna għal bintha Yusra ta’ sitt snin, li kienet għaddejja minn agunija u uġigħ kbir. Ħayat ivvjaġġat 175 mil mill-belt ta’ Ħodeidah sal-kapitali Sana’a biex iċ-ċkejkna tiġi invistata flIsptar Al-Jumhuri; id-dijanjosi kienet kanċer f ’għajnha x-xellugija. Bl-intervent ta’ għaqda talkarità lokali, Yusra setgħet tingħata ġimgħa kimoterapija. B’danakollu, dan it-trattament ma kienx sa jkun biżżejjed biex Yusra tfiq; kellha bżonn operazzjoni immedjata biex it-tumur ma jinfirixx f ’moħħha. Sintendi l-omm ma kellhiex il-fondi meħtieġa u l-isptarijiet li għadhom jeżistu fil-Jemen m’għandhomx l-apparat u l-ispeċjalisti biex jaħdmu. Wara ħafna qtigħ ta’ qalb, Ħayat sabet għajnuna mingħand l-IRC (International Rescue Committee),
għaqda li qed taħdem bla waqfien ta’ xejn biex issalva l-eluf ta’ tfal u kbar morda u jeħtieġu kura speċjalizzata barra l-Jemen. Bis-saħħa tal-IRC, Yusra ittieħdet fil-King Hussein Cancer Centre ġewwa Amman, il-Ġordan fejn saritilha operazzjoni maġġura biex tneħħielha t-tumur. It-tabib li operaha, Dr Jacoub Jousef, kien kuntent ħafna li salvalha ħajjitha imma mnikket ħafna li ma setax isalvalha għajnha x-xellugija. Huwa saħaq illi kieku nġiebet għandu imqar ħames xhur qabel kien ikun kapaċi jsalvalha għajnha wkoll. Ftit tax-xhur ilu, iċ-ċkejkna Yusra saritilha għajn prostetika li titpoġġa fuq l-għajn li tilfet biex wiċċa jkun komplut u lilha tagħtiha aktar kunfidenza. Yusra hija tifla ħelwa immens b’karattru ferrieħi u tbissima li tniffidlek qalbek u mhux faċli tinsieha. Yusra hija wkoll tifla kuraġġuża u ffortunata ħafna li ħelsitha minn ħalq il-mewt wara l-marda kiefra li ħakmitha. Bħalissa, fil-Jemen hemm aktar minn 35,000 ruħ maħkumin mill-kanċer u ma għandhomx aċċess għall-kura. Skont il-World Health Organization, qed ikunu identifikati madwar 11,000 każ ġdid fis-sena. Barra minn hekk, it-tfal taħt l-età ta’ sitt snin jinsabu f ’riskju kbir li jmutu mill-malnutrizzjoni – marda li ħolqitha l-iskarsezza
li ġabet magħha l-gwerra. Parti kbira tal-popolazzjoni tal-Jemen ma tistax tħallas il-prezzijiet eżorbitanti li jintalbu għal ftit prodotti tal-ikel biex jitimgħu lil familthom. Meta tisma’ u taqra fuq tant miżerja kkaġunata mill-bniedem ma jibqa’ xejn fik. Imma
mbagħad nerġa’ nħares lejn ilwiċċ ħelu mixgħul bi tbissima kollha tama taċ-ċkejkna Yusra u nqawwi qalbi li ma jdumx ma jasal dak il-jum meta l-kbarat ineħħu l-għamad ta’ mibegħda minn fuq għajnejhom u jmiddu jdejhom biex itejbu l-ħażin li għamlu huma stess.
22
16.02.2020
kullhadd.com
META L-ARTI TIEĦU KULL TIP TA’ FORMA SAĦANSITRA ANKE FIX-XEMGĦA Bosta drabi nassoċċjaw l-arti mal-pittura, mal-mużika, mal-iskultura, mal-ilbies... iżda llum il-ġurnata din sirna nabbinawha wkoll mat-tattoos, stili tax-xagħar u anke ma’ aspetti oħra. Fil-fatt tkellimt ma’ Stephen Cordina li huwa artist bil-materja prinċipali tiegħu tkun dik tax-xemgħa u l-fwieħa. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Min hu Stephen Cordina? Twelidt f ’Għawdex; iben surġent tal-pulizija f ’familja agrikola. Madanakollu, ommi kellha l-business tagħha fil-manifattura tal-bizzilla u l-ħdim tas-suf. Minħabba d-dyslexia, li fis-snin 80 u 90 ma tantx kien hawn għarfien dwarha, jien kont meqjus bħala illiterat bla ebda kapaċità li nitgħallem xejn. Riżultat ta’ dan, kelli ftit kunfidenza fija nnifsi. Lejn l-aħħar tas-snin 90, wara li għamilt test tal-għajnejn, l-oftalmologu staqsieni jekk hux veru kont dyslexic wara
kollox imma dak iż-zmien lanqas kelli idea ta’ xi tfisser. Wara dak kollu, il-paġna daret ta’ taħt fuq. Ma kellix bżonn in-nuċċali iżjed. Jidher li l-problema li kelli kienet dyslexia fin-numri u l-ittri. Sena wara tgħallimt nikteb u naqra billi ħadt lezzjonijiet privati u mbagħad iddeċidejt nieħu edukazzjoni għall-adulti. Irnexxieli nġib żewġ diplomi fl-aromaterapija u r-riflessoloġija, mediċina klinika, anatomija u psikoloġija. Il-membri tal-familja tiegħi ħasbu li jien kont miġnun. Minn xejn edukazzjoni għal dak l-ammont kollu ta’ studju.
Imma għaddejt mill-eżamijiet kollha. F’żgħożiti diġà kelli business mind. Kont noħloq affarijiet b’idejja u nbigħhom. Spiss kont inkun mgħajjar stupidu l-iskola u li meta nikber, mhu se nkun qed nagħmel xejn tajjeb u jien bdejt nemminha din. Allura, ridt pjan kif se nibda nagħmel il-flus malajr u naħseb għall-futur tiegħi. biex inkompli bl-istudji tiegħi. Wara tmien snin barra; bl-aħħar erba’ snin kienu fl-Iżvizzera, irritornajt lura Malta b’għarfien fuq l-industrija li xtaqt u bi Tlaqt minn Malta fis-sena 2000 tmien snin ta’ esperjenza fil-qaKif beda dan is-suċċess li għandek bil-proġett tiegħek?
sam. Kelli wkoll ftit fondi f ’idi biex nibda niżviluppa d-ditta tiegħi. Wara l-approvazzjoni tal-pjan li kelli, il-Malta Enterprise allokatli mkejjen fejn stajt nibda bl-ewwel pass ’il quddiem. Qatt ma studjat il-business f ’ħajti, allura tista’ timmaġina kemm kienet għolja t-telgħa. Ovvjament, fil-bidu kelli nagħmel kollox jien bi rwoli diversi ħalli naqbad sew. Bħala disinjatur ta’ prodotti kosmetiċi li nuża materjali naturali u bħala aromaterapista u perfumer... kollox kien ġo fija, il-kumplament huwa kollu passjoni u dedikazzjoni. Kienet diffiċli għall-bidu? Ovvjament! Fil-bidu kienet iebsa immens u kelli nagħmel bosta sagrifiċċji għaliex wara kollox ridt inħallas l-edukazzjoni tiegħi f ’din l-industrija; fl-Ingilterra, l-Iżvizzera u fi Franza. Imbagħad kien ikolli naħdem filgħaxijiet biex naqla’ l-ħobża ta’ kuljum. Imma ma jiddispjaċinix għal mument wieħed. Ma kont nonfoq fuq xejn ħlief fuq l-essenzjal biex b’hekk stajt niġbor u nfaddal iżjed flus biex il-premises li kont naħdem minnhom, stajt ngħollihom għal-livell ta’ laboratorju. Dan ġie wkoll id f ’id ma’ attenzjoni lejn is-saħħa u r-regoli kollha meħtieġa, nixtri l-apparat u l-materjal u fl-aħħar u mhux l-inqas; nippreżenta xogħli u l-linja tiegħi. Dan kollu għamiltu waħdi.
23
16.02.2020
kullhadd.com
Huwa faċli li toħlom imma diffiċli li tagħmilhom realtà. Il-prodotti kollha li niddisinja, jeħduli x-xhur u anke s-snin fir-riċerka u l-iżvilupp. Jien perfezzjonist ukoll u noħloq kollox f’dak li nagħmel; mill-bidu sal-aħħar, jiġifieri anke dwar kif ikun ippakkjat il-prodott tiegħi
ta’ industrija. Allura naħseb li Huwa faċli li toħloq ideat ġodda fir-rigward tal-fwejjaħ ġibt xi ħaġa ġdida lejn pajjiżna. L-ewwel lukanda li ċemplitli li tagħmel? kienet il-Corinthia Palace HoHuwa faċli li toħlom imma tel u ma nistax ma ngħidx li diffiċli li tagħmilhom realtà. minn hemm, jien tpoġġejt fuq Il-prodotti kollha li niddisinja, il-mappa. jeħduli x-xhur u anke s-snin fir-riċerka u l-iżvilupp. Jien Għandek xi fwieħa li tgħid perfezzjonist ukoll u noħloq din hija l-aktar għal qalbi, kollox f ’dak li nagħmel; minn dawk kollha li ħloqt?! mill-bidu sal-aħħar, jiġifieri anke dwar kif ikun ippakkjat Din hija mistoqsija diffiċli imil-prodott tiegħi. Il-proċess li mens. Iżda l-aħħar fwieħa li trid tagħmel anke biex toħloq għamilt bl-isem ta’ “Mdina”, it-tip ta’ prodotti tiegħi, jitlob u li fuqha ħdimt għal snin twal ħafna ħin u sagrifiċċju, u ħafna hija għal qalbi immens. Ħdimt spejjeż ukoll. Kollox fih tiegħu. ħafna fuqha għaliex il-materjali Hemm it-tlugħ u l-inżul f ’kull li jintużaw biex issir, huma l-istess materjali li kienu jintużaw ma tagħmel fil-ħajja. waqt il-pesta f ’Malta biex jiffumigaw u joqtlu l-irwejjaħ kif X’kien dak il-mument jew bidla, li għamlitek popolari ukoll joqtlu l-batterji fl-ajru. Kienet tintuża wkoll f ’ritwali ma’ pajjiżna kollu? tal-knisja kif ukoll min-nobbLi kont oriġinali! Ma kien li fil-palazzi tal-Imdina. Alluhawn ħadd f ’Malta li kien ra kuntent immens bir-riżulserjament involut f ’din it-tip tat. Qabel din il-fwieħa, kelli
wkoll “Valletta” li kienet tista’ tgħid hit kbira u l-aktar waħda li begħt. Biex ħloqt “Valletta”, mort lura lejn żmien il-Kavallieri u anke iżjed lura, qabel l-Għarab biex użajt materjali proprju ta’ dak iż-żmien. Kif jinħadmu l-fwejjaħ tiegħek? Taħdem ukoll middar? L-ebda xogħol ma nieħu d-dar, jekk kemm–il darba ma jkunx il-vera bżonn. Minkejja dan, id-dar naqra ħafna dwar din l-industrija fuq livell internazzjonali. Ix-xogħol kollu tal-produzzjoni nagħmlu fil-laboratorju fejn għandi tim tajjeb immens ta’ staff formidabbli u li ilna ngħaqqas tul iż-żmien. Jien niffoka iżjed fuq il-produzzjoni, it-tmexxija, il-kreattività, il-bżonn tal-klijent u li nixtri l-materjali kollha. L-istaff tiegħi mbagħad jieħu ħsieb il-produzzjoni attwali u l-bejgħ
għall-qarrejja li forsi hemm uħud minnhom li jixtiequ jagħmlu xi ħaġa differenti Pjanijiet għall-futur? u jżommu lura għal diversi Issa żgur li jmissni l-ħanut raġunijiet. prinċipali tiegħi fil-Belt Valletta li jinkludi mużew tal-fwejjaħ Aħjar tfalli fl-oriġinalità u differenti u fabbrika fejn in- mbagħad tirnexxi bil-mod, milnies jistgħu jiġu u jaraw b’għa- li timita lil ħaddieħor. Jekk trid jnejhom il-proċess kollu jsir. tmut malajr, aqbad u agħmel Fi spazju ta’ 300 metru kwad- dak li ma jirrappreżentax lilek. ru, ser ikollna wkoll post ta’ Is-suċċess mhux finali u l-faltagħlim u dimostrazzjoni fejn liment mhux fatali. Il-kuraġġ li wieħed jista’ wkoll saħansitra jgħodd! Is-suċċess jikkonsisti li jitgħallem dwar din l-industrija. timxi minn falliment għal falliment mingħajr ma titlef qatt l-entużjażmu tiegħek! Messaġġ mingħandek finali.
24
16.02.2020
kullhadd.com
ESPERJENZAT ĠRAJJA QARSA WAQT L-IFFILMJAR isodju li tiftakar forsi kemxejn umoristiku li jista’ jlissen tbissima fuq il-qarrejja tiegħi, Joelyne malajr spjegatli li affarijiet bħal dawn l-aktar li jiġru huma fuq palk. “Mhux l-ewwel darba li naqbżu xi linji jew xeni. Niftakar f ’waħda mill-kummiedja li għamilna, konna qbiżna xena u nofs u rnexxielna nkomplu qisu xejn mhu xejn bla ma ħadd ma induna.”
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-ħajja kważi kollha sagrifiċċju minnha nnifisha. Daqqa jmur kollox ħarir u xi minn daqqiet jekk mhux ta’ sikwit jaf insibu ħafna intoppi u tlajjiet. F’mumenti bħal dawn irridu nżommu l-kalma, nirraġunaw b’moħħna, ħalli jkollna moħħ naħsbu għall-aħjar kemm jista’ jkun. Għall-intervista tal-lum, għażilt li nitkellem ma’ żagħżugħa, li wieħed mill-passatempi għal qalbha huwa d-drama. Naturalment għalkemm tħobb tagħmlu minn qalbha, bħala umana ġieli ltaqgħet ma’ xi intoppi wkoll, iżda b’ċertu għaqal u dedikazzjoni rnexxielha tkompli bir-rota għaddejja. Qed nirreferi għal Joelyne Scerri. Tara sfida f ’kull karattru Għandha 26 sena u toqgħod Tal-Pietà. Bħala passatempi tħobb id-drama u tħobb taqra wkoll. Ma taħdimx u d-drama
Tħobb ħafna l-Milied, tant li għażlet li twelled ġimgħa qabel ħalli tkun ħielsa
minn dejjem kienet togħġobha. Bdiet tattendi lezzjonijiet minn mindu kellha 10 snin, u ħadet sehem l-ewwel darba fuq drama fit-televixin meta kellha 14–il sena bħala extra. Fil-fatt, miegħi, Joelyne stqarret li d-drama jagħ-
tiha sodisfazzjon kbir, speċjalment meta tidħol f ’karattri oħra li mhux hi naturali. “Din l-affari neħodha bħala sfida ġdida kull darba li tiġini l-opportunità,” bdiet tgħidli. Joelyne ħadet sehem f ’diversi
kummiedji, pantomini u drama fuq il-palk. Minn kif qaltli hija stess, bla dubju l-aktar li jogħġobha huwa l-palk. “Naraha sensazzjoni sabiħa wisq li tħoss l-emozzjonijiet u tara r-reazzjoni tan-nies.” Mistoqsija jekk hemmx xi ep-
Fuq nota personali, Joelyne hija omm u bħall-maġġoranza tal-ommijiet, tħobb lil bintha immensament. Meta kienet tqila, il-professur kien infurmaha li d-data tal-ħlas kellha tkun fil-Milied, u akkost ta’ kollox ma riditx twelled f ’dak iż-żmien għar-raġuni li l-Milied hija l-aktar festa li tħobb, u fil-fatt għamlet l-arranġamenti kollha biex welldet ġimgħa qabel. Fil-fatt, issostni li kien l-isbaħ rigal li seta’ jibgħatilha Alla proprju
25
16.02.2020
kullhadd.com
f ’dak iż-żmien. Ħallejt f ’idejha sabiex tirrakkonta eżatt. “Meta sirt naf li ser inwelled fil-Milied niftakar kienet tatni rasi. Ma stajtx inniżżilha li mhux ser inqatta’ l-iktar festa li nħobb l-isptar. Il-bambin ried li ġimgħa qabel il-professur qalli li t-tarbija lesta biex titwieled u fil-Milied tas-sena 2011 kont id-dar bl-ikbar rigal li qatt seta’ jkolli f ’idejja”. Ġrajja oħra li ser tibqa’ ġġorr magħha waqt xi ffilmjar ta’ drama, hija meta darba minnhom, ommha kienet tatha trombożi u stroke. Joelyne kienet ser tiġġennen. Kienet telqet mill-filming dritt għall-isptar u għamlet sagħtejn hemm. Kif waslet oħtha kellha terġa’ tmur il-filming għax dak huwa parti mis-sagrifiċċju tad-drama. Kif stqarret miegħi hi stess tagħmlu b’ċerta passjoni. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar u kif fuq kollox irnexxielha tikkonċentra meta moħħha kien fuq ommha biss. “Sfortunatament kienet l-agħar ġurnata ta’ ħajti. Moħħi kien il-ħin kollu f ’ommi, imma għamilt kuraġġ u ffukajt iktar ħalli nfittex neħles biex immur ħdejha. Kont sibt ħafna appoġġ mill-atturi, mill-producer, mid-direttur u l-kru kollu. Fil-fatt, għenuni ħafna dak inhar.
Sfortunatament kienet l-agħar ġurnata ta’ ħajti. Moħħi kien il-ħin kollu f’ommi, imma għamilt kuraġġ u ffukajt iktar ħalli nfittex neħles biex immur ħdejha
Niftakar kif dħalt ħdejha ma setgħetx tkellimni sew, imma kellmitni kif setgħet u l-ewwel ħaġa li qaltli jekk ma mortx il-filming għax kienet qed tistenna li tarani ninterpreta l-karattru,” stqarret miegħi. tema b’konnessjoni mal-Milied. Fi kliemha stess tgħid li kienet Qatgħet mill-immudellar esperjenza sabiħa oħra li għaddigħax riedet tiffoka iktar et minnha. “Għamilt sena nieħu fuq drama sehem f ’konkorsi differenti, biss wara kont qtajt. Qtajt mill-imMinbarra d-drama, Joelyne mudellar biex niffoka iktar fuq kienet għamlet xi żmien tim- id-drama.” mudella lura lejn is-sena 2015 Kollox ma’ kollox, id-drama ttifejn kienet rebħet Miss Christ- ha sodisfazzjon kbir. “Nistqarr li mas Beauty 2015. Għal darb’oħra dan nagħmlu għall-pjaċir u mhux
għall-flus. Id-drama teħodli ħafna ħin, imma ma nimmaġinanix iddar u ma niħux sehem f ’xi kummiedji jew drammi. Dak il-ħin li mmur għar-rehearsals għalija jkun sar rutina.” Staqsejt lil Joelyne jekk taħsibx li d-drama lokali hix tmur għall-aħjar, jew jekk hemmx xi affarijet li jdejquha u forsi tixtieq li jmorru għall-aħjar. “Fl-opinjoni tiegħi,
naħseb li kull sena d-drama lokali dejjem qed tikber u titjieb u dejjem qed nagħmlu progress.” Fl-aħħar nett tlabtha tħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Qatt tħallu lil ħadd jaqtgħalkom qalbkom minn dak li tħobbu u tixtiequ tagħmlu filħajja. Hemm ħin għal kollox u sabiħ li tagħmel xi ħaġa li tħobb u tagħtik sodisfazzjon fil-ħajja.”
26
16.02.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
16.02.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 316
H. FARRUGIA - SAN ĠWANN
Bi 3 Numri 008 036 053 058 067 089 160 204 217 312 317 406
432 492 565 624 713 720 775 800 831 856 869 894
B’4 Numri 0539 0614 0618 0796 0847 1311 2480 2812 3038 3269 3311 3378
3600 3757 4528 5472 6053 6432 7015 7370 8902 9628 B’5 Numri 02997
03167 03210 05159 34418 37679 60689 87975 B’6 Numri 247266 720071
B’7 Numri 8010643 8536135 Bi 8 Numri 02438319 80880992 B’9 Numri 615802402 687422204 857693084 946085873
Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Meta tisma’ l-qerd in-........., erfa’ x-xbiek u mur lejn ir-raħal (5) 4. Jagħti togħma lill-ikel (4) 7,16. Jiżen inqas (5) 9,21W. Kunjom (6) 10. Futbol! (6) 12. Xogħolhom iperpru (6) 16. Ara 7
18,19. 19. 20. 21. 23. 24.
Xewqa? (5) Ara 18 Naddaf ? (5) Fejn noqogħdu (3) Tip? (4) Mhux sħiħ (5)
1,11. 2,3. 3. 5.
Weqfin: Ġmied (8) Agħmel hekk il-bejt qabel ix-xita (6) Ara 2 Eddie Muscat
6. 8. 11. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Lucas (1,1,1) Tarah fuq l-arloġġ (3) L-ogħla raħal f ’Malta ? (3-6) Ara 1 wieqfa British Forces (1,1) Nofs tond (3) Ġib qrib (6) Għassad (6) Isem (3) Ara 9 Stazzjon tat-tv (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Ħmura, 4.Mans, 7,9.Karta, 10.Aġenda, 12.Marokk, 16,21W. Tnalja, 18,19.Irene, 20.Agnes, 21.Lat, 23.Alla, 24.Inħir
Weqfin: 1.Ħarbat, 2,11.Użata, 3.AKA, 5.Ann, 6,17.Skanta, 8.Aġġornati, 12.Ma, 13.Rig, 14.Kessaħ, 15.Gerger, 22.Tul
28
16.02.2020
kullhadd.com
IL-LEZZJONI MILL-ISFRONDAR TAL-PN Editorjal
Uħud minn dawn illum iwerżqu bl-ardir jew l-isfaċċataġni kollha u jippretendu li jagħtu l-lezzjonijiet dwar governanza tajba
L-aħħar jiem tal-politika lokali għallmuna l-lezzjoni – jew aħjar ngħidu fakkruna fl-għerf ta’ missirijietna – li ma tista’ tibni xejn sura fuq qafas li ma jkunx sod u b’saħħtu. Mhux l-inqas jekk imbagħad ittella’ strutturi li ma jkunux jorbtu ma’ dan, kif ngħidu ta’ ħorrox borrox. Is-sitwazzjoni li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista llum hija sintomu ta’ żviluppi negattivi mifruxin fuq snin, għexieren ta’ snin. Anke jekk hu l-eqdem partit Malti, ifisser li l-bażi soda, li xi darba kellu, tħalliet tittiekel fuq medda ta’ snin mingħajr ħadd fis-sulari ta’ fuq ma ntebaħ x’kien qed jiġri fil-qiegħ nett. It-tali aljenazzjoni wasslet għad-dekadenza li jinsab fiha llum il-Partit ta’ Nerik Mizzi. Ħadd minnhom ma indenja ruħu li jagħti l-attenzjoni xierqa lil dak li kien qed jiġri u jinvesti bl-aħjar mod biex jindokra l-bażi ta’ kollox bil-għan li jżommha b’saħħitha anke għall-
ġid tal-ġenerazzjonijiet futuri. Fi żminijiet meta kienu jiftaħru li għandhom par idejn sodi fit-tmexxija, fil-verità herrew partit mill-fundamenti, avolja nafu wkoll li fl-istess ħin gliegel kbar ta’ flejjes għaddew b’mod illeċitu mill-inħawi. Imma dik hi storja oħra li wkoll trid faċċati sħaħ ta’ gazzetta biex tispjega l-ħmieġ kollu li kien hemm warajha u min seta’ bena imperi għalih band’oħra. Uħud minn dawn illum iwerżqu bl-ardir jew l-isfaċċataġni kollha u jippretendu li jagħtu l-lezzjonijiet dwar governanza tajba. Għaldaqstant ikollna bilfors naqblu ma’ Adrian Delia li, f ’dan l-istadju, jirreaġixxi kull meta jippontaw is-swaba’ kollha lejh biex jgħajruh li f ’sentejn u nofs ma kienx kapaċi jqajjem mill-ġdid lill-Partit. Ma tistax ma taqbilx miegħu kull meta jirribatti lill-kritiċi billi jelenka d-diffikultajiet u l-gambetti interni li kellu jiffaċċja fil-ftit żmien li ilu fit-tmexxija.
L-istess meta saħansitra jfakkar li l-problemi tal-PN kienu ilhom mal-24 sena li bdew juru s-sinjali. Minn dak li rajna jseħħ s’issa hu evidenti li jekk xi ħadd bħal Delia qed jittanta jibni mill-qiegħ struttura li sfrondat għalkollox, hemm dawk voċiferi li akkost ta’ kollox mhumiex lesti jħalluh iċaqlaq imqar kantun wieħed fil-gorboġ li ħallew warajhom huma stess. Fuq in-naħa l-oħra hemm il-Partit Laburista li baqa’ jġedded lilu nnifsu u jinfetaħ biex jagħti spazji u rwoli lil iżjed nies fi ħdanu, mhux l-inqas liżżgħażagħ. Avolja fl-aħħar ġimgħat spiċċa jibdel lill-Mexxej tiegħu, il-PL kompla jibni bil-għaqal fuq bażi li wkoll baqgħet tissaħħaħ. Hu proprju dak li se jkun qed iseħħ illum stess b’Konferenza Ġenerali Straordinarja tiegħu. Fl-istess waqt, taħt it-tmexxija ġdida ta’ Robert Abela, il-Partit Laburista kompla wkoll jaq-
di l-funzjoni nazzjonali li tliet snin ilu ġiet fdata lilu mill-akbar maġġoranza elettorali. U, kif imwiegħed, dan kollu qed iseħħ fl-akbar trankwillità possibbli u bla ebda skossi li jistgħu jaffettwaw lill-ħajja taċ-ċittadini. Dan ma setax ikun possibbli li kieku, bħan-Nazzjonalisti, it-tmexxija tal-Partit Laburista ma baqgħetx iżżomm sod ma’ prinċipji fundamentali għall-eżistenza tal-istess organizzazzjoni mibnija fuq ix-xogħol u l-ġustizzja soċjali. Jew ma baqgħetx tiġġedded mal-milja taż-żminijiet, kif seħħ b’mod partikolari taħt Dr Joseph Muscat sa mill-2008. Dik hi d-differenza sempliċi li tiddistingwi liż-żewġ partiti ewlenin illum. Is-serjetà talPL f ’dan ir-rigward kienet dik li persuna tfittex f ’min tafda d-destin tagħha u ta’ wliedha u għalhekk dan il-Moviment kien, għadu u se jkompli jiġbed iżjed lin-nies lejh.