KullĦadd_16.08.2020

Page 1

VIŻJONI EKONOMIKA FUQ ĦAMES PILASTRI

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 16 ta’ Awwissu, 2020

Ħarġa Nru 1,414

Rapport f’paġni 8 u 9

Prezz €1

Rapport f’paġna 6

L-AVUKAT ĠENERALI JIRRIŻENJA Dr Peter Grech, li ilu 10 snin iservi ta’ Avukat Ġenerali, ilbieraħ informa lill-President tar-Repubblika li se jkun qed jirriżenja mill-kariga sa tliet ġimgħat oħra. L-aħbar, li ngħatat waranofsinhar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-President George Vella, wasslet ukoll għal reazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela fejn, fost oħrajn, ħabbar li l-post battal se jkun qed jimtela permezz ta’ sejħa pubblika, proċess simili għal dak li wassal biex jinħatar Kummissarju ġdid tal-Pulizija ftit tal-ġimgħat ilu. Dr Grech kien maħtur fil-pożizzjoni mill-amministrazzjoni ta’ Lawrence Gonzi fl-2010 wara li l-Avukat Ġenerali ta’ dak iż-żmien Silvio Camilleri tpoġġa Prim Imħallef. Grech kien ilu jaħdem bħala deputat tal-istess Camilleri għall-ħames snin ta’ qabel. Tkompli f’paġna 3

IT-TIENI L-AQWA TTESTJAR FL-UE KONTRA L-COVID AKTAR MINN 16,000 TEST F’ĠIMGĦA WAĦDA BISS IPOĠĠU LIL MALTA MAL-IŻJED KAWTI FL-EWROPA U FERM AĦJAR MILL-PARAMETRI STABBILITI MILL-WHO STESS Kontra l-impressjoni li tipprova tingħata, pajjiżna din ilġimgħa kien it-tieni l-aktar post fl-Ewropa fejn kienu qed isiru l-iżjed testijiet fost il-popolazzjonijiet. B’16,092 test minn nhar is-Sibt 8 t’Awwissu salbieraħ, jew l-ekwivalenti ta’ 5 persuni kull 1,000 ċittadin, Malta għandha fost l-aqwa rati ta’ ttestjar biex jinqabdu l-akbar ammont possibbli ta’ każijiet malajr u b’hekk jiġu iżolati mill-bqija u ma tissoktax l-imxija. Skont l-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa (WHO) l-aqwa miżura li tista’ tittieħed biex tigi kkontrollata l-imxija tal-Coronavirus hija li jsir ittestjar estensiv, inkluż ta’ persuni mingħajr sintomi, fl-istess ħin li jkun hemm

contact tracing ta’ dawk li b’xi mod seta’ kellhom kuntatt ma’ min jinstab pożittiv. Dan ġie kkonfermat saħansitra mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci fil-bulettin mediku tagħha nhar il-Ġimgħa fejn indikat li l-aktar ħaġa faċli biex tnaqqas il-każi pożittivi hi li tnaq­ qas l-ittestjar fil-komunità. Minflok, pajjiżna f’din il-ġimgħa żid is-swab tests bissaħħa ta’ aktar kliniċi fejn isir l-ittestjar f’ambjent sigur, waħda f’Ħal Qormi u oħra f’Burmarrad. Tkompli f’paġna 7


02

16.08.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM

Editur RONALD VASSALLO

L-Ogħla Temperatura: 34°C L-Inqas Temperatura: 25°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 28°C

email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

35°C

UV 9

25°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

35°C

UV 9

25°C

34°C

Il-Ġimgħa

UV 9

24°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

33°C

UV 9

23°C

33°C

UV 9

24°C

33°C

UV 9

24°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville – 21363244 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovani Curmi, L-Iklin – 21435567 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

16.08.2020

kullhadd.com

VOUCHERS LI SALVAW IN-NEGOZJI L-Assoċjazzjoni tal-Istabbiliment­i tal-Catering (ACE) ilbieraħ iddikja­ rat li l-maġġoranza tal-membri tagħha huma tal-fehma li l-vouchers tal-Gvern kienu kruċjali biex huma jibqgħu miftuħin. Il-vouchers ta’ €100 lil kull ċittadin ta’ 16-il sena ’l fuq jagħmlu parti mill-pjan kumplessiv ta’ €900 miljun imniedi mill-Prim Ministru f’Ġunju li għadda bil-għan li joffri stimolu ekonomiku nazzjonali. Il-maġġoranza tal-bejgħ fl-istab­ bi­limenti membri fl-aħħar ġimgħat kien permezz tal-vouchers talGvern, ħabbret ACE. L-Assoċjazzjoni wriet il-gratitudni tagħha u tal-membri tagħha għal dan l-inċentiv lill-konsumaturi, li “fuq kollox salva l-eluf ta’ impjiegi”, waqt li ħeġġet għal miżuri ulterjuri li jgħinu settur kbir bħal dan.

SE JKUN HEMM SEJĦA PUBBLIKA GĦALL-AĠ ĠDID Tkompli minn paġna 1

“Il-President ta’ Malta llum irċieva ittra mingħand Dr Peter Grech li fiha għarrfu li se jkun qed jirriżenja mill-kariga tiegħu ta’ Avukat Ġenerali, ukoll għall-finijiet u l-effetti tal-Kap. 564 tal-Liġijiet ta’ Malta, b’seħħ mid-9 ta’ Settembru 2020,” qalet l-istqarrija mill-Uffiċċju tal-President tar-Repubblika. Stqarrija sussegwenti mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru qalet li Robert Abela ħa nota tad-deċiżjoni ta’ Dr Grech li jirriżenja mill-kariga ta’ Avukat Ġenerali. “Dr Abela jirringrazzja lil Dr Grech għas-

servizz li ta lill-Istat Malti, tul id-deċennju li fih okkupa r-rwol ta’ Avukat Ġenerali. Wara emendi bla preċedent, li wettqet din l-amministrazzjoni, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis se jkun qed iwaqqaf kummissjoni tal-ħatra, li se toħroġ sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet, skont Kap. 90 tal-Liġijiet ta’ Malta,” qalet l-istqarrija mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. L-Avukat Ġenerali spiċċa fil-mira tal-attakki insensati u mhux ġustifikati tal-establishment Nazzjonalista li wkoll implikah bħala kompliċi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, akkużi li ġew miċħudin minnu b’mod kategoriku bħala gideb u kalunnji.


04

16.08.2020

kullhadd.com

ĠIMGĦA SOTTILI “F’ĠIEĦ SANTA MARIJA”?! Kontra l-aħħar ftit ġimgħat, il-battibekki fil-kriżi Nazzjonalista ħadu pass lura u qagħdu ’l bogħod mill-għajn medjatika, wisq probabbli bi tħejjija għall-fażi li jmiss aktar milli għall-ġimgħa ta’ Santa Marija fejn kważi kollox jieqaf b’mod awtomatiku f ’pajjiżna. Minkejja dan, ma jfissirx li ma kinitx għaddejja ħidma sottili minn taħt, kif jirriżulta lil din il-gazzetta. Għaldaqstant ma tistax ma titqiesx li ma kinitx ġimgħa oħra sħuna iktar min-normal f ’Tal-Pietà. Effett fuq dan l-andament żgur kien il-fatt li ż-żewġ kandidati u nieshom qed iħejju għall-eżami rigoruż ta’ diliġenza quddiem il-kummissjoni maħtura apposta. Ta’ Adrian Delia, li hu l-aktar li għandu x’jitlef mit-tnejn, mhux se jippermettu li ż-żiemel tagħhom jitwaqqaf issa, waqt li Bernard Grech, li reħa kollox f ’idejn l-establishment Nazzjonalista u d-deputati ribelli, kompla jsaħħaħ l-armata b’uffiċjali li jagħtuh il-pariri, waqt li żdiedu l-manuv­ri biex xorta jisforzaw walkover mill-Kap attwali Nazzjonalista. Dawn huma l-aktar punti importanti rrapportati mill-aħħar jiem:

IS-SIBT 8 T’AWWISSU ● Il-Kummissjoni Elettorali tal-Partit Nazzjonalista rrappurtata li qed tinvestiga reklam tal-Kap Adrian Delia fuq Facebook li fih ħabbar il-kandidatura għat-tellieqa tal-Kap, u li għalih jidher li ntużaw fondi tal-Partit.

IL-ĦADD 9 T’AWWISSU ● Fil-ġurnal The Malta Independent on Sunday, Stephen Calleja jikteb li filwaqt li fi 63 sena l-PN kellu biss tliet Kapijiet, f ’temp ta’ 7 snin se jkun hemm 3 elezzjonijiet biex jinbidel il-Kap. Jikteb ukoll li f ’dan l-istadju rikonċiljazzjoni bejn il-fazzjonijiet differenti tidher impossibbli. ● F’intervista Bernard Grech jgħid li huwa mhu tal-ebda fazzjoni fi ħdan ilPN, imma l-għan tiegħu hu li jgħaqqad lil dan il-partit. ● Fi stħarriġ privat, Bernard Grech joħroġ bħala l-favorit fost żewġ terzi tal-membri tal-Partit Nazzjonalista – fdat minn 63% tat-tesserati – hu popolari l-iżjed filĦames, id-Disa’ u l-Għaxar Distrett, fost it-tesserati anzjani u dawk b’edukazzjoni primarja u terzjarja. ● F’artiklu f ’The Sunday Times, is-sieħba ta’ Simon Busuttil, Kristina Chetcuti tagħmel eloġju fuq Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia u tikteb li trid aktar nisa fit-tmexxija tal-PN. Artiklu li joħroġ kif l-Eks Kap Simon Busuttil ma kienx kuntent mill-ewwel bl-għażla ta’ Bernard Grech. ● Kummenti ta’ tesserati tal-PN ippubblikati f ’The Sunday Times jgħidu li għal darba oħra, fi spazju ta’ tliet snin, dawn se jkollhom jagħżlu bejn xi ħadd li ma jafuhx u xi ħadd li ma kinux jafu u li ddiżappuntahom bil-kbir.

Effett fuq dan l-andament żgur kien il-fatt li ż-żewġ kandidati u nieshom qed iħejju għall-eżami rigoruż ta’ diliġenza quddiem il-kummissjoni maħtura apposta

Lulju li għadda, barra d-Dar Ċentrali ħebb u hedded lil Azzopardi. ● ONE News jirrapporta li l-Eks Segretarju ● F’messaġġ li kiteb fuq Facebook, id-Dep- Ġenerali tal-PN tat-tmeninijiet, Louis Gautat Nazzjonalista Hermann Schiavone lea, hu l-moħħ wara l-kampanja ta’ Grech. jgħid li lest li jċedi s-siġġu fil-Parlament jekk Bernard Grech jiġi elett bħala Kap tal-Partit L-ERBGĦA 12 T’AWWISSU Nazzjonalista – offerta li kien għamel ukoll ● Il-ġurnal it-Times ukoll jirrapporta li fl-2017 lil Adrian Delia. ● Aktar artikli li jpoġġu lil Adrian Delia l-Eks Prim Ministru u Eks Kap Nazzjona­ f ’dawl ikrah: It-Times tirrapporta li Delia lista Lawrence Gonzi huwa wieħed minn ma bagħatx il-formola tat-taxxa għas-sena tim ta’ konsulenti ta’ Bernard Grech. 2018 lill-awtoritajiet. Ir-rapport jgħid li dik is-sena Delia kellu dejn u spejjeż li jlaħħqu IL-ĦAMIS 13 T’AWWISSU l-€100,000. ● Jagħlqu l-applikazzjonijiet għall-mem- ● ONE News jirrapporta kif sorsi, li tkellbri tal-Partit Nazzjonalista li lesti jidħlu mu miegħu, isostnu li b’Bernard Grech, l-establishment se jerġa’ jaħtaf lill-PN. għall-kariga ta’ Kap. ● Il-Kummissjoni Elettorali tħabbar li ż-żewġ ismijiet li waslu għandha għaddew IL-ĠIMGĦA 14 T’AWWISSU għand il-Kummissjoni Kandidati mmexxija miċ-Chairman Colin Bowman biex ● F’intervista mat-Times Bernard Grech din twettaq l-iskrutinju u l-eżerċizzju ta’ jgħid li Adrian Delia ma rnexxilux jgħaqqad diliġenża ppruvata meħtieġa fuqhom skont lill-PN u llum il-Partit jinsab f ’sitwazzjoni delikata u hemm bżonn li jittieħdu miżuri l-Istatut tal-Partit Nazzjonalista. ● Il-Kummissjoni Kandidati fi ħdan il-PN drastiċi. Jgħid ukoll li wara d-dħul fl-Untħabbar il-panel li se jmexxi l-proċess ta’ joni Ewropea fl-2004, il-PN falla milli jipdue diligence fuq Adrian Delia u Bernard preżenta viżjoni tanġibbli għall-pajjiż. Grech: Antonio Ghirlando bħala Chairper- ● F’messaġġ fil-paġna tiegħu fuq Faceson, in-Nutar Clyde La Rosa u l-Awditur book biex iwieġeb lill-avversarju tiegħu fl-elezzjoni għal Kap Nazzjonalista, AdriMario P. Galea. ● Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo an Delia jikkritikah għal dak li qal lit-Times wkoll jgħid li lest li jċedi s-siġġu parlamenta- u jgħid li “hu stramb kif Bernard Grech beda l-kampanja tiegħu fuq nota daqshekk ri tiegħu lil Bernard Grech. negattiva. Forsi huma l-konsulenti tiegħu li ġejjin minn żmien qabel l-2013 li ma jafux IT-TLIETA 11 T’AWWISSU mod ieħor,” b’referenza ċara għal Lawrence ● Rapporti jgħidu li Bernard Grech se Gonzi u Louis Galea, fost oħrajn. jaċċetta s-siġġu vakat mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo kif jirbaħ it-tellieqa IS-SIBT 15 T’AWWISSU għal Kap tal-Partit Nazzjonalista. ● Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzo- ● Peter Fenech, iċ-Ċermen tal-Kummisspardi jtella’ lil John Borg, magħruf bħala joni Elettorali responsabbli wkoll mill-elezl-Paddy u iben Ċensu Borg, magħruf bħa- zjoni għal Kap tal-PN, jgħid li l-proċess li la Ċensu l-Iswed - partitarju mill-kamp ta’ se jwassal għall-ġurnata definittiva miexi Adrian Delia l-Qorti b’akkużi li fl-24 ta’ b’pass tajjeb ħafna.

IT-TNEJN 10 T’AWWISSU


kullhadd.com

05

16.08.2020

L-ESTABLISHMENT WAĦDU HU “L-PROBLEMA KOLLHA”

Il-fazzjoni li sfiduċjat lill-Kap attwali Nazzjonalista Adrian Delia u llum trid tibdlu bil-kandidat il-ġdid għall-elezzjoni ta’ Kap Bernard Grech, hi “l-problema ta’ kollox” għall-Partit li jinsab flagħar sitwazzjoni li qatt kien fiha fl-eżistenza kollha tiegħu, saħqu sorsi minn ħdan id-Dar Ċentrali stess. Persuna, li ilha taħdem fl-istrutturi tal-PN għal għexieren ta’ snin u ilha politikament attiva sa minn żmien it-tmexxija ta’ Eddie Fenech Adami, stqarret li għaliha “kieku ma kinux huma, qatt ma konna se naslu s’hawn,” b’referenza għal numru ta’ deputati u uffiċjali oħrajn li għamlu ħilithom biex skreditaw lil Delia sa mill2017 meta ġie elett Kap mit-tesserati. Waqt li l-Kummissjoni Elettorali tal-PN għaddejja bil-proċess ta’ diliġenza biex tevalwa l-kandidaturi ta’ Delia u Grech li fi ftit ġimgħat għandhom jiffaċċjaw lilleluf ta’ tesserati eliġibbli, din ilġimgħa ma tantx kien hemm wisq movimenti f ’Tal-Pietà, għajr li ġie kkonfermat iktar kif l-imsemmija fazzjoni, magħrufa bħala ta’ BuL-uċuh tal-establishment fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista li ilhom mis-sena l-oħra jipprovaw jiskreditaw lil suttil jew tal-establishment, qed Adrian Delia, inkluż l-aħħar tnejn (Schiavone u Debono) li, għal raġunijiet mhux magħrufa, abbandunawh fl-aħħar żminijiet tappoġġja bis-sħiħ lil Grech. Fil-fatt, sar magħruf li kemm B’hekk Grech jispiċċa jikkonl-Eks Prim Ministru u Kap Nazz- qatt ma offrew xi spalla lill-Kap tagħhom tul il-kampanja li twassal ber. Bdiet qabel żmien Delia, iżda jonalista Lawrence Gonzi u l-Eks magħżul tliet snin ilu. saret agħar fi żmienu,” kien ikk- testa waħdu, u allura jkun jeħtieġ għall-elezzjoni ta’ Kap. biss kemm iġib maġġoranza Minflok kienu jogħxew meta Ministru u Eks Segretarju Ġen“Diġà qed jgħidulna ‘lestu ruħ- wotat jgħid Grech. erali Nazzjonalista Louis Galea dan kien jinqabad f ’kontradiz- kom, il-kbir għadu ġej’” qalilna Minkejja li kemm Grech kif sempliċi mingħand it-tesserati. Il-ġimgħa li għaddiet irrapporllum qed jagħtu l-pariri lil Grech, zjonijiet jew joħorġu stejjer li wieħed qrib il-Kap attwali b’ref- ukoll Delia indikaw li t-tnejn avolja fl-aħħar żminijiet ġew fda- jpoġġuh f ’dell ikrah. erenza għat-theddid li għaddej in- għandhom jingħaqdu u li se ja- tajna li alleat ta’ Delia ddeskriti bi rwoli importanti minn Delia raw li jfittxu l-għajnuna ta’ min va din il-possibbiltà, għalkemm ternament. wkoll. Partikolarment tal-aħħar li L-istess ċorma ġiet identifikata jitlef l-elezzjoni għall-ġid tal-Partit remota ħafna, bħala l-bidu tattqabbad ifassal l-aħħar tibdil flminn Delia nnifsu waqt li lbiraħt- u tal-pajjiż, l-istess sors fid-Dar tmiem tal-Partit innifsu kemm-il istatut. L-istess il-Kummissjoni lula kien qed jirreaġixxi għall-kum- Ċentrali li tkellem magħna, wera darba din kellha sseħħ. Fl-aħħar Kunsill Ġenerali 56% Elettorali llum hi mmexxija menti li Grech ta f ’intervista xettiċiżmu kbir għad-diskors ta’ Kif tista’ minn Peter Fenech, sieħeb mat-Times ippubblikati dak- Grech, mingħajr ma indikah m’appoġġjawx ix-xewqa ta’ Delia tistenna l-id li jkun hemm sempliċi vot ieħor fin-negozju tal-Eks Kap Siinhar stess. Waqt li dan tal- speċifikament. mon Busuttil. “Kif tista’ tistenna l-id tal-ħbib- ta’ fiduċja fil-Kap u minflok għażaħħar iddikjara li Delia falla tal-ħbiberija u Is-sors, li ma riedx jikxef milli jgħaqqad lill-Partit u erija u l-appoġġ mingħand min lu kontestazzjoni mill-ġdid għal l-appoġġ mingħand l-identità għal raġunijiet ovindikah bħala s-sors diviżiv, ittimbrajtu bħala diviżiv. U kif se Kap wara biss tliet snin, kif xtaqu vji, tenna li l-kummiedji li il-Kap attwali indika li din tistenna li jingħaqad, meta minn d-deputati ribelli. B’din id-deċiżmin ittimbrajtu bħala joni l-Kunsill qaleb il-vot tiegħu saru fl-aħħar tliet snin biex l-ewwel togħma negattiva kliemek stess, hu diviżiv.” diviżiv. U kif se tistenna mill-avversarju tiegħu ġejja jistaġnaw it-tmexxija ta’ DeFir-reazzjoni tiegħu, Delia stess meta s-sena l-oħra kien iklia “kienu inkredibbli, li jien mill-fatt li qed jieħu l-pariri wkoll jagħmel enfasi għall-kum- konferma lil Delia b’maġġoranza li jingħaqad, meta qatt ma rajt bħalhom kemm ħżiena mill-konsulenti tiegħu menti ta’ Grech li jpoġġi f ’dubju akbar. Min-naħa l-oħra, l-aħħar darba ili fil-Partit (Nazzjonalista). Xi minn kliemek stess, ta’ qabel l-2013 li ma jafux aħjar. kemm hu għad għandu għal qalwħud tgħid imma dawn ġejjin Fl-intervista mat-Times, Grech bu l-Partit. Fi kliem li jixhed rabja, li t-tesserati vvotaw għall-istess hu diviżiv mit-tfal jew minn persuni suppost pinġa lilu nnifsu li “lest iwassal Delia kiteb: “Bernard Grech jien Delia kien fl-2017 meta għażluh maturi.” l-għaqda li l-membri (tal-PN) il- tajt lil dan il-Partit kollox, kulma b’maġġoranza ta’ 53% bħala Illum hu sigriet magħruf, anzi hom jittamaw fiha,” anke jekk għandi u kulma jien. Il-karriera, s-suċċessur ta’ Simon Busuttil, Ġimgħa ilu, nies qrib ħafna ironikament rikeb fuq il-karru il-passjoni, ħajti. Kollox. Qalbi u kontra l-istabbilit Chris Said. saħansitra ddikjarat minn uħud Dakinhar ukoll kien qed iħabminnhom, li deputati bħal Jason tal-Kap attwali Nazzjonalista tal-fazzjoni li ħolqot is-sitwazzjoni ruħi.” Azzopardi, Beppe Fenech Adami, Adrian Delia wkoll urew it-tħas- attwali. Min-naħa l-oħra, is-sosteni- batha kontra l-establishment l-anMario Demarco, Claudio Grech, sib mal-KullĦadd li d-deputati “Delia kellu ħafna opportunita- turi ta’ Grech għadhom qed jip- tik u ssorprenda. Minkejja dan, ilChris Said, Claudette Buttigieg, ribelli se jkunu qed jużaw “l-arma jiet biex jgħin lill-Partit jingħaqad. provaw jimminaw iċ-ċansijiet lum dawk li akkost ta’ kollox iridu Karol Aquilina, Ryan Callus, favorita tagħhom”, b’referenza Hu kellu d-diffikultajiet, kif ilkoll ta’ Delia minn issa stess li għadu jtajrulu rasu mill-Partit, jidher li Therese Comodini Cachia u Da- għall-manipulazzjoni tal-imħuħ ikollna, iżda l-agħar ħaġa li hu u jrid jiġi approvat minn proċess ta’ mhux se jieħdu ċansijiet u saħansivid Thake, flimkien mal-MEPs permezz tal-midja, biex ikomplu n-nies madwaru għamlu kienet li diliġenza u li dellijiet fuq rasu ma tra diġà bdew bit-tattiċi ta’ bbuljar Roberta Metsola u David Casa, jħammġu u jiskreditaw il-favorit ħallew il-mentalità ta’ assedju tik- jagħmluhx eliġibbli li jikkontesta. fuq in-nies ta’ Delia.


06

16.08.2020

kullhadd.com

€5 MILJUN FIT-TISĦIĦ TA’ ŻEWĠ TOROQ FIR-RABAT Telgħa tas-Saqqajja

Triq Għeriexem

Infrastructure Malta qed twettaq proġetti separati b’investiment totali ta’ €5 miljun biex issaħħaħ il-pedamenti ta’ żewġ toroq ewlenin fir-Rabat, li t-tnejn kienu f ’periklu imminenti li jċedu u jiġbdu magħhom bini fil-madwar minħabba li huma mibnijin fuq saffi ta’ blat u tafal dgħajjef. L-ewwel proġett fin-naħa ta’ fuq tat-Telgħa tas-Saqqajja beda f ’Mejju li għadda wara li parti minn din it-triq ċediet fil-wied ta’ taħtha waqt maltempata. Biex tevita li l-ħsarat f ’din it-triq u fil-bini fl-inħawi jkomplu jiżdiedu, l-Aġenzija kellha tagħlaq din il-parti tat-triq u tagħmel interventi strutturali minnufih. Studji ġeotekniċi wrew li t-triq u l-ħajt tal-ġenb tagħha li ċeda huma mibnijin fuq saffi fondi ta’ tafal b’ħafna ilma fih. Dan wassal biex matul is-snin it-triq bdiet iċċedi. Xhieda ta’ dan huma l-konsenturi mal-bini fl-inħawi. Ġie determinat li l-aktar soluzzjoni dejjiema u sostenibbli biex tissaħħaħ it-triq u l-bini madwarha, fosthom il-binja storika tal-Isptar Santu Spirtu, hija li ssir sistema ta’ 38 kolonna tal-konkos rinfurzat bl-azzar imdeffsin fil-fond madwar sitt sulari taħt it-triq. Meta l-ħaddiema jlestu l-kolonni, se jgħaqqduhom flimkien b’għadd ta’ travi li jsallbu minn kolonna għal oħra. B’hekk joħolqu bħal mejda kbira b’ħafna saqajn fil-fond taħt l-art. Fl-aħħar nett, il-kuntratturi jerġgħu jiffurmaw il-wiċċ tat-triq fuq din is-sistema ta’ pilastri u travi. Permezz ta’ dan it-tisħiħ, it-triq u l-bini tal-inħawi jintrifdu u ma jibqgħux jiċċaqilqu bil-konsegwenza li jċedu mal-movimenti tas-saffi tat-tafal taħthom. Fil-ġimgħat li għaddew, Infrastructure Malta wkoll varat proġett simili, imma fuq skala ferm akbar, fi Triq Għeriexem fejn bdiet it-tħaffir għal 112-il pilastru taħt l-art biex tifforma l-pedamenti ġodda tat-triq u twaqqaf snin twal ta’ ħsarat fl-istruttura tagħha u fil-bini fl-inħawi. Minbarra li t-triq se tinbena mill-ġdid fuq pedamenti aktar b’saħħithom u b’karreġġjata b’allinjament aktar sigur, se jsiru wkoll belvedere li jinkludi bankina ġdida, bankijiet li jħarsu fuq il-wied u żoni msebbħin b’ħafna siġar ġodda. Ir-residenti, li jgħixu fl-inħawi, kienu ilhom ħafna snin jappellaw lill-awtoritajiet biex tittieħed azzjoni ħalli s-sisien ta’ din it-triq mal-ġenb ta’ Wied Għexierem ma jibqgħux iċedu u jikkaġunaw ħsarat kbar lir-residenzi tagħhom. Uħud minn dawn ir-residenzi kienu saħansitra waslu f ’periklu li jiġġarrfu. Investigazzjonijiet ġeotekniċi li saru fis-sit ikkonfermaw li din it-triq twila 800 metru hi mibnija fuq saffi ta’ blat imxaqqaq u tafal. Il-ħajt antik, li fuqu sserraħ it-triq, fih ħafna konsenturi u qed imil, sinjali li juru li kien qed jiġi mbuttat ’il barra biċ-ċaqliq fis-saffi fondi tas-sisien taħt it-triq. L-ilma tax-xita li jgħaddi mix-xquq tat-triq kien qed jagħmel aktar pressjoni fuq l-istess ħajt. It-triq u diversi binjiet li hemm ħdejha huma f ’periklu li jċedu, l-istess bħalma ġara fil-parti ta’ fuq tat-Telgħa tasSaqqajja. Issa fl-aħħar jiem il-kuntratturi mqabbdin għall-proġett bdew iħaffru l-ewwel toqob fejn se jtniżżlu żewġ ringieli ta’ pilastri sa ħames sulari taħt l-art. Kull pilastru hu wiesa’ 0.6 metri u dawn se jifilħu għat-toqol tal-istruttura l-ġdida meħtieġa biex tiġi msaħħa t-triq, il-belvedere ġdid u l-bini li hemm fl-inħawi. Fiż-żewġ proġetti fir-Rabat, Infrastructure Malta qed tikkollabora mas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex tiżgura li kull intervent li jsir fiż-żewġ toroq iħares il-wirt storiku fl-inħawi, kemm binjiet kif ukoll fdalijiet arkeoloġiċi ta’ importanza li jista’ jkun hemm mirdumin fl-inħawi. Fl-istess waqt, l-Aġenzija qed taħdem biex tlesti x-xogħlijiet malajr kemm jista’ jkun, ħalli tħares is-sigurtà ta’ dawk kollha li jgħaddu minn dawn it-toroq u tar-residenti li jgħixu fl-inħawi.


07

16.08.2020

kullhadd.com

Pajjiż Testijiet* Lussemburgu (aġġustat) Malta Danimarka Belġju Finlandja Portugall Litwanja Irlanda Rumanija Latvija Awstrija Italja Ċekja Ġreċja Polonja Slovakkja Slovenja Ungerija Kroazja

8 5 5 2 2 2 2 1 1 1 1 1 1 2 1 0.5 0.4 0.3 0.3

*Testijiet għal kull 1,000 persuna

B’INQAS TESTIJIET, INQAS KAŻI Tkompli minn paġna 1 Dan kollu jwassal biex jistonaw id-dikjarazzjonijiet tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) li trid tkompli timponi miżuri li jagħmlu ħsara lill-pazjenti fl-isptarijiet jew bħall-għaqda Repubblika li talbet għal inkjesti għall-mod kif il-pajjiż qed jittratta s-sitwazzjoni tal-COVID-19. L-istess WHO tqis li hemm bżonn li mill-inqas persuna minn kull 1,000 għandha tiġi ttestjata fil-ġimgħa. F’pajjiżna din ir-rata qed isseħħ fl-ewwel erba’ sigħat ta’ kull gimgħa u jekk jinżamm ir-ritmu tat-13 t’Awwissu li għadda jew saħansitra jiżdied, ikun ifisser li nkunu qed nittestjaw mal-40 persuna minn kull 1,000 resident fil-ġimgħa. B’hekk biss jistgħu iżjed malajr jiġu identifikati u mrażżna l-każi pożittivi. Nhar il-Ħamis li għadda, 13 ta’ Awwissu, f ’pajjiżna ttieħdu rekord ta’ 2,485 test. Dan wassal biex jinqabżu s-16,000 test fi żmien ġimgħa waħda, żieda qawwija ta’ 40% fl-ammont ta’ testijiet. Il-Professur Gauci lbiraħtlula qalet li “wieħed mill-prinċipji bażiċi tagħna hu l-ittestjar. Issa rnexxielna nilħqu peak qawwi ħafna ta’ ttestjar ta’ kuljum, jiġifieri qatt ma kellna ttestjar daqskemm għandna bħalissa. U dan irridu nkomplu nsaħħuh, għax irridu li l-każijiet inkomplu nsibuhom.” Meta wieħed iqabbel l-ammont ta’ testijiet tal-istess ġurnata tal-Ħamis li għadda, f ’xhur differenti kif indikat fit-tabella annessa, isib li din l-intensità ta’ testijiet hi saħansitra darbtejn u nofs l-ammont ta’ testijiet li konna qed nieħdu fl-eqqel tal-pandemija f ’April li għadda. Fil-fatt waqt li f ’April kienu jiġu ttestjati żewġ persuni minn kull 1,000 resident lo-

Ammont ta’ testijiet fil-ġurnata

Ammont ta’ testijiet għal kull elf persuna

13 Awwissu

2485

4.8

13 Lulju

456

0.9

13 Ġunju

1044

2.0

13 Mejju

1413

2.7

13 April

1008

2.0

kali, issa tlajna għal kważi ħames persuni kuljum jew iżjed minn 32 persuna minn kull 1,000 f ’ġimgħa. Minbarra hekk, l-għadd ta’ ttestjar li sar fl-24 siegħa qabel ilbieraħ (2,435) kien ukoll 60% iżjed minn dak li għamilna ġimgħa eżatt qabel (1,548) u għalhekk ukoll inqabdu aktar każi pożittivi minn dakinhar. Għalhekk, aktar ma jiżdied l-ammont ta’ testijiet, wieħed għandu jiffoka aktar fuq ir-rata ta’ testijiet pożittivi, milli fuq in-numru stess ta’ pożittivi li jinstabu. Fil-fatt fit-13 ta’ Awwissu r-rata kienet ta’ 2.2%, li hi inqas min-nofs ir-rata li, skont il-WHO, għandha twassal għal xi forma ta’ miżuri restrittivi. L-aktar darba li telgħet ir-rata ta’ każi pożittivi lokali kienet fid-9 ta’ Awwissu meta laħqet it-3%. Dakinhar in-numru ta’ pożittivi kien 54 jew wieħed inqas mill-ammont li ttestjaw pożittiv fit-13 t’Awwissu, imma dakinar l-ammont ta’ testijiet li saru kien ta’ 1,789, jew kważi 30% inqas mir-rekord li saru nhar il-

Ħamis u l-ammont tal-bieraħ. B’rabta maż-żidiet qawwija li kien hemm fl-aħħar jiem, is-Supretendent tasSaħħa Pubblika appellat biex “nieħdu inkonsiderazzjoni l-għadd ta’ testijiet li qed isiru, għax jekk għandek pajjiż li qed jagħmel ftit testijiet, il-każi pożittivi li se jaqbdu huma wkoll ftit. Għaldaqstant, irridu nkunu ċerti li qed inħarsu lejn l-istampa reali.” Meta tqabbel l-ammont ta’ testijiet li saru fit-13 t’Awwissu f ’pajjiżna mal-

għadd ta’ residenti ssib li f ’ġurnata ġew ittestjati aktar minn 0.5% tal-popolazzjoni. Din hi t-tieni l-ogħla rata fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, wara l-Lussemburgu fejn ġew ittestjati 1%. Ta’ min jinnota, iżda, li fil-Lussemburgu r-rata mhix aġġustata għall-eluf kbar ta’ ħaddiema residenti fil-pajjiżi tal-madwar, bħal Franza u l-Ġermanja, li ta’ kuljum jaqsmu biex jaħdmu f ’dan il-pajjiż u li jkollhom jieħdu t-test hemmhekk. Fil-fatt wieħed minn kull seba’ testijiet li jsiru fil-Lussemburgu hu proprju għal dawn il-ħaddiema u għalhekk jekk wieħed jieħu t-testijiet li saru lir-residenti biss fit-13 t’Awwissu, ir-rata aġġustata tagħhom tinżel għal 0.8% avolja tibqa’ l-aktar waħda qawwija. Ir-rata f ’pajjiżna llum hi t-tieni l-aħjar fejn ġew ittestjati l-ekwivalenti ta’ aktar minn ħames persuni għal kull 1,000 resident, li hu wkoll ħames darbiet aktar mit-testijiet li saru nhar il-Ħamis filpajjiż ġar tagħna l-Italja, fost oħrajn. Agħar minn hekk, fil-Kroazja ġew ittesjati 0.3 persuni għal kull 1,000 ċittadin jew inkella 15-il darba inqas minn pajjiżna.

Irridu nieħdu inkonsiderazzjoni l-għadd ta’ testijiet li qed isiru, għax jekk għandek pajjiż li qed jagħmel ftit testijiet, il-każi pożittivi li se jaqbdu huma wkoll ftit. Għaldaqstant, irridu nkunu ċerti li qed inħarsu lejn l-istampa reali – Il-Professur Charmaine Gauci


08

16.08.2020

kullhadd.com

IL-VIŻJONI TAL-GVERN IBBAŻATA F’laqgħa storika tal-Kabinett, li għall-ewwel darba saret fil-Borża ta’ Malta, il-Prim Ministru ROBERT ABELA nhar it-Tlieta li għadda elenka l-viżjoni tal-Gvern għaż-żmien li ġej bil-għan li jsaħħaħ il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti kollu. Dan li ġej hu l-messaġġ sħiħ tal-Prim Ministru, li sab l-approvazzjoni mill-ewwel tal-Presi­dent tal-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u Industrija, il-Perit David Xuereb, tant li ddikjara li baqa’ impressjonat u li, fil-fehma tiegħu, hu f’sintonija mal-viżjoni tal-Kamra tal-Kummerċ.

Nirringrazzja lill-Kamra tal-Kum­ merċ tax-xogħol siewi li qed tagħmel u talli qed isservi ta’ kuxjenza ekonomika fi żmien partikolari. Ir-raġuni li ġejna hawn illum hija biex nuru li dan huwa gvern li jiddjaloga, jisma’ u fuq kollox jifhem u jattwa. Mhux se nħares lura. Imma se nagħti l-bażi li fuqha l-Gvern qed jaħdem biex nibnu fuq it-tajjeb u nirranġaw fejn seta’ sar aħjar. Ma rrid innaqqas xejn mit-taj­ jeb li ksibna. Imma llum għandna esperjenza biżżejjed biex nipproponu flimkien mudell ekonomiku ġdid ibbażat fuq prinċipju li madwaru rridu nibnu l-mudell ekonomiku ġdid: Kwalità ta’ ħajja aħjar. Għalhekk kien important­i ħafna x-xogħol li għamilna fl-Unjoni Ewropea fin-negozjati dwar il-Multi-Annual Financial Framework u l-Fond Ewropew għall-Irkupru meta ksibna rekord ta’ fondi għal pajjiżna, €2.25 biljun, li rridu niffukawhom għal dawn l-għanijiet. Governanza tajba L-ewwel binarju li tlaqna bih seba’ xhur ilu u diġà qed naraw ir-riżultati konkreti kien bażi għal governanza tajba. L-ewwel punt ta’ prinċipju bażilari li nemmen fih huwa li governanza tajba hija ċentrali għal ekonomija f ’saħħitha. Għall-kummerċ u l-business, il-korruzzjoni mhix aċċettabbli fl-ebda livell. In-negozju jrid level playing field u dan jista’ jiġi biss b’governanza trasparenti. Allura l-ewwel riżultat li kellna f ’sitt xhur: Sett sħiħ ta’ liġijiet ġodda bbażati fuq ir-rakkommandazzjonijiet li tawna l-Kummissjoni ta’ Venezja. Iddjalogajna magħhom matul dawn ix-xhur, tawna l-opinjoni tagħhom fuq l-abbozzi li

Kwalità ta’ ħajja aħjar ibbażata fuq ħames punti:

ressaqna u tawna rakkomandazzjoni pożittiva. Imma li kellhom ukoll it-timbru partikolari tagħna għas-siste1   Governanza tajba ma ġuridika tagħkien se jkollu inna. jezzjoni ta’ €25 Ma kienx biż­ 2   Tkabbir ekonomiku għal miljun. Għand   kwalità ta’ ħajja aħjar żejjed. Iddja­lo­ na bżonnhom? gaj­na mal-Op­ Qed nistaqpo­żizzjoni u    Edukazzjoni għal ekonomija si għax meta saħansitra wasal3    b’saħħitha fit-tul tħares mil-lenti na għal ftehim ta’ gvern, tiegħi mhux biż-żewġ bħala Prim Minterzi – imma bil4   Titjib fl-infrastruttura ta’ Malta istru, dawk huma 100% tal-Kamra flus li se jgħinu tar-Rappreżentanti. l-ekonomija tikber Qed nimmoderniz­    Carbon neutral sal-2050 fi żmien li għandna zaw l-infrastruttura lega­ 5   b’miri intermedjarji bżonn. Imma l-prijorità li ta’ pajjiżna. Indaħħlu    kull 10 snin ngħatat fejn kien xieraq li prinċipji ta’ trasparenza ġodda. tingħata. Jien bħala Prim Ministru neħħejt Iżda apparti dan. Jien nemmen diversi mis-setgħat li kienet tagħtili biex intejbu l-kwalità tal-ħajja, għal kulħadd għal diversi raġunini l-Kostituzzjoni. irridu nirriflettu t-tip ta’ turist li jiet. Minn kwistjoni ta’ diżabilità Lestejna l-bażi. Għaddejna l-li­ ġi­jiet. Issa se nibdew naraw il-frott sa kwistjoni li ċerti bnadi saru in- rridu għal Malta. Għalhekk se nkun qed nara, tagħhom. Mela l-ewwel punt ta’ aċċessibbli għall-poplu minħabba prinċipju tal-Gvern li jien immexxi problemi soċjali u ambjent li jmur flimkien mal-Ministru għat-Tu­riż­ mu, li pajjiżna jorjenta l-kampan– governanza tajba hija ċentrali lura. Jekk se jkollna tkabbir ekono- ji tiegħu biex f ’Malta għas-snin għal ekonomija f ’saħħitha. Qed inwett­quha mhux bil- miku, mingħajr il-ħarsien tal-kwal- li ġejjin nattiraw kwalità aħjar ta’ turist. Li jiġi Malta biex jirrilassa ità tal-ħajja, allura ma jiswa xejn. kliem. Bil-fatti. Nemmen li dan li għadna kif fis-sbuħija ta’ Malta u Għawdex. għaddejna minnu bil-pandemija Ifisser li nagħlqu l-bibien għatTkabbir ekonomiku huwa sejħa għal riflessjoni pro- turiżmu tal-massa? Żgur li le. It-tieni punt ta’ prinċipju li nem- fonda. Dan huwa gvern ġdid, Imma rridu l-bilanċ anke f ’dan men fih fl-ekonomija hu li kull tk- imma b’esperjenza ta’ seba’ snin il-qasam biex nattiraw iktar turist abbir ekonomiku jrid iwassal għal fit-tmexxija tal-pajjiż. Għad jon- ta’ kwalità li jagħżel akkomodazzjoni ta’ livell ogħla u li japprezza qos x’nirranġaw u nbiddlu. kwalità ta’ ħajja aħjar. Għalhekk il-qasam soċjali, pajjiżna kulturalment, storikament Allura, iva għal tkabbir ekonomiku – imma tkabbir sostenibbli bil-housing tkun prijorità, huwa u anke bħala oasi ta’ mistrieħ. L-ambjent huwa ċentrali f ’dan li jwassal għal xogħol ta’ kwalità, qasam li għadna rridu nsaħħu. Iva, iktar ħin ta’ kwalità għall-familji dan kollu marbut mal-ekonomija. kollu. Għandna l-isfida tal-iskart li u soċjetà iktar ħanina ma’ dawk li Ma jistax ikollok pajjiż ekonomi- hija fost l-ikbar sfidi għal pajjiżna. kament b’saħħtu jekk in-nies ma Imma wkoll irrid nara Malta iktar qed jaqgħu lura. nadifa, b’inqas trab fl-arja, b’ikSe nagħmel stqarrija iebsa: Ma jkunux qed jgħixu aħjar. Il-pandemija qed tagħtina ċans tar spazji miftuħa u deċiżjonijiet jiswa’ xejn li jkollna tkabbir ekonota’ ppjanar ibbażati fuq prinċipju miku, jekk is-soċjetà ma tkunx naħsbu u nirranġaw għemilna. Dan l-aħħar inqalgħet kon- li kwalunkwe deċiżjoni għandha qed tgħix aħjar. Storbju, laxkezza fid-dixxiplina pubblika, trabijiet troversja dwar parties tal-massa. twassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar fl-arja, postijiet mhux aċċessibbli Qaluli li bħala pajjiż l-ekonomija għar-residenti f ’Malta u Għawdex.

Edukazzjoni għal ekonomija b’saħħitha fit-tul It-tielet punt ta’ prinċipju li nemmen jista’ jwassal għal viżjoni medium u long-term ta’ pajjiżna huwa l-edukazzjoni. L-edukazzjoni twassalna għal ekonomija b’saħħitha fit-tul. Irridu ħsieb profond tas-sistema edukattiva tagħna. M’aħniex qed nippreparaw lit-tfal tagħna biżżejjed biex ikunu ppreparati fil-matematika, fix-xjenzi u fl-ekonomija diġitali li huma l-qafas tal-viżjoni tal-Gvern għall-ekonomija li teħodna għall-ħamsa, għaxra u għoxrin sena oħra. Mhijiex kritika frivola dwar gvern jew ieħor – sistema edukattiva li ilha tinħema snin twal. Imma s-sistema edukattiva tagħna sal-lum ma ħasbitx biżżejjed fil-bogħod. L-edukaturi tagħna li ma komplewx fuq inizjattiva tagħhom, fl-istudji ngħataw linji gwida, frankament, skadenti. Allura l-edukaturi tagħna li huma fost l-iktar li jistinkaw u jaħdmu fid-dinja, kellhom preparazzjoni b’saħħitha biżżejjed fl-oqsma tal-matematika, tax-xjenzi u dak kollu li jdur mad-dinja diġitali tallum? Dan iwassalni għal dak li nemmen għandha tkun l-enfasi tal-ekonomija tagħna li fis-snin li ġejjin, nippreparaw l-istudenti tagħna f ’oqsma bħal-life sciences, robotics, coding, infrastruttura ta’ IT, software development, Intelliġenza Artifiċjali, Cloud Computing, Quantum, Cyber Security u Industrija 4.0 – ir-raba’ rivoluzz-


09

16.08.2020

kullhadd.com

FUQ ĦAMES PUNTI

joni industrijali li hija bbażata fuq dawn kollha li għadni kif semmejt. Dawn mhumiex il-futur. Dawn qed iseħħu bħalissa fl-oqsma tal-manifattura u industriji ġodda li diġà qed jirnexxilna nattiraw lejn Malta. B’hekk għandna bżonn ħsieb iktar profond fuq l-edukazzjoni tagħna u se naħdmu bħala gvern biex naraw li nibqgħu nimmodernizzaw l-infrastruttura edukattiva, imma mhux biss dik tal-ġebel u l-bini, imma b’mod partikolari tas-sustanza ta’ kif qed nippreparaw l-edukaturi tagħna, u l-istudenti tagħna. Titjib fl-infrastruttura Ir-raba’ prinċipju li fuqu qed nimxu bħala gvern huwa t-tisħiħ tal-infrastruttura – tal-bini tat-toroq ta’ Malta u Għawdex kollha, sistemi ta’ trasport aħjar u infrastruttura diġitali. Biex noffru kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin u biex inkunu ġurisdizzjoni li tattira investituri ta’ kwalità, turist ta’ kwalità u allura anke ħaddiema f ’Malta ta’ kwalità rridu noffru infrastruttura ta’ pajjiż modern. Ma nistgħux nibqgħu pajjiż fejn ngħidu li aħna qed nospitaw fost l-iktar industriji sofistikati, imbagħad teħel fit-traffiku u l-ġenn ta’ kull filgħodu u għadna ma wasalniex fuq infrastruttura li tipprovdi mezz kif tivvjaġġa b’mod differenti – bil-mixi jew bir-roti fost l-oħrajn. Wasal iż-żmien ukoll li nitkellmu bis-serjetà fuq mezzi ta’ trasport tal-massa li huma verament

innovattivi. Studji u kliem saru ħafna. Imma issa rridu nieħdu d-deċiżjonijiet. Irridu nimxu wkoll lejn infrastruttura diġitali aħjar. Il-pandemija għallmitna li hemm mezzi li jistgħu jsaħħu l-mod li bih inkunu iktar effiċjenti. B’hekk, nemmen tassew li filwaqt li nieħdu ħsieb checks and balances, il-burokrazija ma tkunx ta’ xkiel għan-negozji iżda tkun hemm biżżejjed biex ma tħallix abbuż iseħħ, iżda mhux iżżejjed. Għalhekk, prijorità se tkun li nsaħħu l-infrastruttura li hemm bżonn biex innaqqsu l-burokrazija manwali u allura s-servizzi kollha għall-business ikunu online miġburin f ’portal wieħed. Bl-istess mod irridu nibqgħu nsaħħu l-infrastruttura diġitali ta’ pajjiżna. B’hekk nista’ nħabbar li bix-xogħol li sar fl-aħħar xhur wasalna fit-tarf tal-proġett importantissimu biex ikollna t-tieni fibre-optic cable li jgħaqqad b’mod iktar b’saħħtu Malta u Għawdex. Fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna opportunità li nħabbru d-dettalji. B’hekk inkunu nistgħu nattiraw iktar industriji ġodda lejn Għawdex. Carbon neutral sal-2050 Il-ħames u l-aħħar prinċipju li qed ngħaqqad mal-ekonomija hija li l-kwalità tal-arja li nieħdu – u għalhekk irrid li naslu lejn pajjiż li jkun Carbon Neutral sas-sena 2050 b’miri intermedjarji li jintlaħqu fl2030, fl-2040 u jwasslu sal-2050. Forsi l-ikbar sfida li għandna. Imma rridu nħaffu l-pass għax li għamilna sal-lum mhux biżżejjed. Irridu nħarsu lejn l-ambjent

bħala l-iktar ingredjent kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku li rridu nilħqu u li jwassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Irrid l-aqwa mħuħ f ’Malta li jingħaqdu flimkien biex nilħqu dan l-għan, li mhuwiex wieħed ambjentali biss, imma huwa wkoll wieħed ekonomiku bbażat fuq mudell ġdid li rrid nara għal Malta. Dan huwa mudell li jmur lil hinn minn leġiżlatura waħda, iżda li se jara sitt leġiżlaturi. Irridu nibdew bi preparazzjoni, imma mhux biss kliem fl-arja. Ninċentivaw bis-serjetà modi ta’ trasport li jnaqqsu l-emissjonijiet. Li d-deċiżjonijiet kollha li nieħdu jkunu jħarsu l-kwalità tal-arja tagħna. Li nipprijoritizzaw l-investiment barrani li jkun qed jipproponi mudelli ta’ kif dak l-investiment li jkun qed jagħmel f ’Malta jkollu l-inqas impatt, jekk mhux saħansitra impatt pożittiv fuq l-ambjent. Se nżid punt ieħor. F’din il-viżjoni li għandi, in-nisa se jkunu fiċ-ċentru tal-potenzjal ekonomiku ta’ pajjiżna. Irrid nara li fi rwoli ekonomiċi importanti jkollna iktar nisa li jieħdu d-deċiżjonijiet. Mhux għax nisa, imma għax nisa ta’ kompetenza li jistgħu jagħtu perspettiva differenti minna lkoll. Nara l-bżonn li jkollna iktar nisa li jixprunaw l-avvanz teknoloġiku fix-xjenzi u l-matematika. Hija bidla anke fis-sistemi edukattivi tagħna. Imma rrid nagħmel dan il-punt. Il-viżjoni ekonomika tagħna trid tkun waħda wiesgħa, li tolqot lil kulħadd u li ttejjeb il-ħajja ta’ kulħadd. Tkabbir ekonomiku mingħajr titjib fil-kwalità tal-ħajja mhux biżżejjed. Dan kollu jista’ jsir u hu fil-miri tagħna għal mudell ekonomiku sostenibbli li rrid nara għal Malta għas-snin li ġejjin. Naf u nifhem li hemm pri­jo­ritajiet iktar immedjati għall-ekonomija, għall-industrija u għan-negozji. U se nkun qed nismagħhom mingħandkom illum. B’dan m’iniex qed inneħħi minn quddiemna l-isfida ewlenija ta’ bħalissa li hija l-isfida ta’ saħħa u dik ekonomika li qiegħda toħloq il-pandemija. Kif tafu l-ewwel seba’ xhur tiegħi bħala Prim Ministru kellhom ikunu iktar il-ħarsien ta’ dak li qed jiżviluppa ġurnata b’ġurnata. Imma ridt li naqsam magħkom il-viżjoni ekonomika tiegħi li ma nbidlitx wisq minħabba l-COVID-19. Jekk xejn saħħitli l-ħsibijiet li diġà kelli għal pajjiżna. Dawn nistgħu nwettquhom permezz ta’ governanza aħjar, mudell soċjali aktar b’saħħtu u ambjent li jkun ċentrali fit-twettiq ta’ dan il-mudell ekonomiku ġdid li rrid nara għal pajjiżna għas-snin li ġejjin.

“LEJN EKONOMIJA IŻJED SOSTENIBBLI FIŻ-ŻMIEN LI ĠEJ” Philip von Brockdorff, Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università, dwar il-viżjoni ppreżentata mill-Prim Ministru din il-ġimgħa Il-viżjoni mħabbra minn Robert Abela fil-laqgħa tal-Kabinett nhar it-Tlieta ġiet deskritta mill-Kap tad-Dipartiment tal-Ekonomija fl-Università ta’ Malta Philip von Brockdorff bħala waħda li se twassal għal ekonomija iżjed sostenibbli u li tad­ datta għall-isfidi u għat-tibdil tal-ġejjieni. F’kumment li ta lil ONE News, Dr Von Brockdorff qal: “Hemm xi ħaġa komuni għall-ħames punti jew ħames pilastri, biex ngħid hekk, li hu l-aspett ta’ ekonomija sostenibbli. Jiġifieri biex ikollok ekonomija sostenibbli, irid ikollok ekonomija soċjali, trid tinvesti fil-qasam soċjali, ekonomija li tinvesti ħafna u ħafna fir-riżorsi umani.” Fost oħrajn, irrifletta dwar l-importanza tal-pilastru tal-edukazzjoni f’din il-viżjoni fi żmien fejn l-ekonomija qed tinbidel b’rata mgħaġġla. Għalhekk stqarr li dan ikun investiment fiż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin. “Il-ħtieġa li nħejju ż-żgħażagħ tagħna biex isibu impjiegi u jiffaċċjaw realtà ġdida li diġà qiegħda magħna u se tkompli tkun ta’ importanza kbira għall-ekonomija tagħna, hi kbira.” Dwar il-miri ambizzjużi ambjentali f’din il-viżjoni ekonomika tal-Gvern, Dr Von Brockdorff kompla jgħid li “l-aspett ambjentali huwa marbut mal-kwalità tal-ħajja… dan marbut ukoll mal-fondi Ewropej għall-Green Deal, jiġifieri l-miljuni ta’ fondi li se jkun hemm biex isir investiment fil-qasam ambjentali u b’hekk innaqqsu l-carbon footprint f’pajjiżna, waqt li nkunu iżjed effiċjenti.” L-ekonomista rinomat temm jgħid li f’dan iż-żmien, fejn il-pandemija tal-COVID-19, ġabet element ta’ inċertezza, importanti li pajjiżna jkollu viżjoni li tħares lejn il-ġejjieni fittul biex ikomplu jingħelbu l-isfidi. OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista tal-Imġarr jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-bar tal-istess lokal sa mhux aktar tard minn nhar il-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2020, sas7:00pm. Il-kundizzjonijiet ser ikunu għad-dispożizzjoni għand isSegretarju (Numru ta’ kuntatt: 99472943). L-offerti għandhom ikunu preżentati u ssiġillati sad-data li tidher hawn fuq. Offerti inqas minn €4 kuljum mhux ħa jiġu kkunsidrati. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.


10

16.08.2020

kullhadd.com

FLYOVERS FIL-QRIB LI JINFETĦU

AKTAR INVESTIMENTI F’INDUSTRIJA ĠDIDA KUMPANIJA TAL-KANNABIS MEDIĊINALI STABBILITA F’MALTA TIDĦOL FI FTEHIM TA’ €25.5 MILJUN GĦAX-XIRI TAL-MATERJA PRIMA MILL-AFRIKA Medcan Ltd, kumpanija li ġiet irreġis­ trata f ’Malta biex tkun tista’ tipproduċi l-kannabis mediċinali, fl-aħħar jiem iffir­ mat ftehim b’valur ta’ madwar €25.5 mil­ jun mal-kumpanija Bophelo Bio Science & Wellness Pty Ltd, sussidjarja ta’ Halo Labs Inc. u stabbilita fir-Renju ta’ Leso­ tho fl-Afrika t’Isfel, biex din tibda tippro­ vdiha bil-materja prima. Il-kuntratt, li jista’ jtul sa seba’ snin, jispeċifika konsenji inizjali sa 10,000 kg tal-pjanta, bl-ewwel trasporti bil-baħar mistennija jibdew fl-aħħar kwart ta’ din is-sena stess. Meqjusa d-domanda att­ wali għal kannabis mediċinali fl-Ewropa, Medcan tistma li l-ewwel 10,000 kg ta’ materja prima tużahom sal-aħħar tas-se­ na d-dieħla. Bħala pijuniera fl-industrija tal-kanna­ bis mediċinali fl-Unjoni Ewropea, Malta qed tikseb sehem tajjeb f ’suq li hu mbas­ sar li se jilħaq aktar minn €55 biljun fl10 snin li ġejjin. Il-leġiżlazzjoni tal-2018 għal produzzjoni u esportazzjoni indus­ trijali tat il-frott tagħha, b’rapporti jgħidu li pajjiżna ġibed l-interess ta’ mhux inqas minn 26 kumpanija b’saħħitha speċjaliz­ zati f ’dan is-settur. Skont rapport fil-Business Wire, Bophelo nnifisha qed taħdem mal-kump­ anija ta’ konsulenza lokali Pharmaconsul­ ta Ltd biex tikseb akkreditazzjoni Maltija, xi ħaġa li l-kumpanija qed tantiċipa li ji­ rnexxilha tikseb sa tmiem l-2020.

Bophelo se tkun qed tipprovdi t-tra­ sport u l-konsenja tal-materja prima f ’kontenituri apposta, li jkunu konformi mal-livelli tal-prattiċi agrikoli, wara li din tiġi spezzjonata u aċċettata minn labora­ torju kwalifikat f ’isem Medcan. Jirriżulta li l-kumpanija f ’Lesotho at­ twalment għandha madwar 186 kg ta’ materjal ittestjat u ppakkjat, miżmum f ’post sigur. Il-materjal kollu prodott s’is­ sa minn Bophelo ġie ttestjat li hu nadif minn kull traċċa ta’ pestiċidi, moffa jew metalli perikolużi. Medcan kisbet Letter of Intent millGvern Malti, li tipprovdi għall-approvazz­ joni tat-twaqqif ta’ fabbrika lokali biex tipproduċi l-kannabis mediċinali, waqt li tinsab fil-proċess biex tikseb iċ-ċertifika­ zzjoni neċessarja għal liċenzja mill-Aw­ torità Maltija għall-Mediċini biex tkun tista’ tbigħ il-prodotti tagħha lil pazjenti Maltin u tesportahom lil pajjiżi oħrajn fejn l-użu tagħhom hu legali. Jirriżulta li sa nofs Mejju li għadda kienu diġà jeżistu mas-700 persuna f ’pajjiżna li, minħabba mard jew kundiz­ zjonijiet partikolari, qed jikkuraw lilhom infushom bil-kannabis mediċinali wara li applikaw mal-awtoritajiet rispettivi u ġabu l-permess neċessarju biex jixtruha direttament mingħand spiżerija. Jirriżulta lil din il-gazzetta li terz ta’ dawk li għandhom permess għal din il-mediċina huma affettwati minn ansjetà,

dipressjoni, nuqqas ta’ rqad (insonja) u obsessive-compulsive disorder (OCD). Dawn jammontaw għal total ta’ 239 paz­ jent. Warajhom jiġu dawk li jbatu minn uġigħ tar-rewmatiżmu kkawżat minn fibromyalgia (140 każ) u wġigħ ieħor, par­ tikolarment uġigħ fid-dar (136 każ). Il-lista twila ta’ każi intitolati għal kan­ nabis mediċinali hi vasta u tvarja minn pazjenti li jbatu minn uġigħ ta’ ras/emi­ granja jew Eczema sa dawk milquta minn Parkinson’s Disease jew kanċer. Skont ċirkolari maħruġa f ’Marzu ta’ sentejn ilu mill-Professur Charmaine Gauci, persuna teħtieġ preskrizzjoni tat-tabib tagħha biex tkun tista’ tapplika b’formola apposta għand l-istess uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika. Wara li ssir l-evalwazzjoni meħtieġa mill-kumitat dwar l-approvazzjoni għall-kannabis mediċinali, id-deċiżjoni tiġi kkomunikata lit-tabib, waqt li l-ap­ provazzjoni bil-miktub għandha tinżamm mill-pazjent biex tiġi ppreżentata meta tmur tixtri l-prodott mill-ispiżerija. Spiżeriji huma obbligati li jżommu rekords tal-pazjenti, inklużi dati meta nbiegħ il-prodott, l-ammont u d-dożi preskritti u t-tabib li għamel l-istess pre­ skrizzjoni. Iċ-ċirkolari lit-tobba, spiżjara, negoz­ janti bl-imnut u dawk li fuqhom għand­ hom il-liċenzja għal spiżerija, tagħmilha ċara li l-prodott ma jistax ikun għat-tipjip.

Ilbieraħ fil-festa ta’ Santa Marija kom­ pliet il-ħidma fuq il-proġett tal-Marsa Junction, bil-Kap ta’ Infrastructure Malta, l-Inġinier Fredrick Azzopar­ di, iħabbar li daqt se jkollna flyovers oħrajn li se jibdew jintużaw mis-sew­ wieqa. F’kumment li tella’ fuq il-midja soċjali, Azzopardi spjega kif f ’din il-festa kompla x-xogħol fuq il-kar­ reġġjati l-ġodda ta’ dan il-proġett. Hu rringrazzja lill-ħaddiema tax-xogħol tagħhom u anke lill-pubbliku għall-ko­ perazzjoni tiegħu sakemm jitlesta dan il-proġett li se jkun qed jiġi jiswa mas€70 miljun meta jitlesta. Għalkemm fil-bidu ta’ Frar li għad­da tpoġġa f ’postu l-aħħar travu tas-seba’ flyovers tal-Marsa, il-proġett massiċċ sofra wkoll mir-restrizzjoni­ jiet imposti kawża tal-pandemija talCOVID-19. Il-proġett, li huwa l-akbar wieħed tax-xorta tiegħu fil-pajjiż u qed juża wkoll asfalt simili għal tar-runways fl-ajruporti, kien mistenni jibda jin­ tuża fit-totalità tiegħu fix-xahar li għadda. B’riżultat tal-impenn qawwi li qed ikompli anke f ’dawn il-jiem, l-erba’ flyovers li fadal issa mistennija jkunu operati qabel tibda sena skolas­ tika ġdida f ’Settembru.

MELITA TIMMIRA GĦALL-5G Melita applikat mal-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni għal liċenzja biex tipprova t-teknoloġija 5G. Din il-prova, li se ssir f ’numru limitat ta’ siti magħżula, se tuża biss frekwenzi li diġà ilhom jintużaw minn wireless networks għal ħafna snin. Simon Montanaro, Chief Technol­ ogy Officer ma’ Melita Limited, qal: “Fl-2018, Melita kkummissjonat lil Ericsson biex ittejjeb il-mobile net­ work tagħha u tipprepara għall-5G. Illum, permezz ta’ dan in-netwerk av­ vanzat, qegħdin f ’pożizzjoni li nistgħu nibdew nippruvaw it-teknoloġija 5G fuq frekwenzi diġà użati bil-ħsieb li nivvalutaw il-prestazzjoni lokali tat-te­ knoloġija avvanzata ta’ Ericsson.” Harald Roesch, Kap Eżekuttiv ta’ Melita Limited, qal: “Nemmnu li l-ap­ proċċ li Melita qiegħda tadotta għal din il-prova – jiġifieri bl-użu eżistenti ta’ antenni tal-mowbajl u spectrum li ilu jintuża fid-djar għal żmien twil - se juri biss żieda negliġibbli fl-emissjoni­ jiet. Ir-riżultati tal-prova teknika se jkunu ppubblikati.”


11

16.08.2020

kullhadd.com

“100 IDEA” GĦAL FUTUR AĦJAR MAĊ-ĊENTINARJU LABURISTA IMNIEDI PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI WIESA’ BIT-TWAQQIF TA’ 10 FORUMS B’TEMI LI JAFFETTWAW DIRETTAMENT LILL-PAJJIŻ U L-ĦAJJA INĠENERALI TAL-POPLU MALTI U GĦAWDXI Kif wiegħed appena ngħata l-ħatra l-ġdida, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, din il-ġimgħa ħabbar proġett bl-isem ta’ “100 IDEA”, li se jpoġġi d-diskussjoni politika fiċ-ċentru tal-ħidma tal-istess Partit, fis-sena li timmarka l-100 anniversarju mit-twaqqif tiegħu. Dan il-proġett, li hu miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ kulħadd, se jara l-ħolqien ta’ 10 policy fora, li flimkien mistennija jkopru l-oqsma kollha li jaffettwaw lil pajjiżna u l-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi. Il-Kap tad-delegazzjoni Laburista filPar­lament Ewropew, Miriam Dalli, tkellmet dwar tliet fora li se tikkordina hi, u li se jkopru l-qasam ekonomiku, ambjentali u tas-saħħa. Fil-forum “Ġid li jasal għand kulħadd” dwar l-ekonomija mmexxi mill-analista finanzjarju Steve Ellul, se jiġu preżentati proposti li jwasslu l-ġid għand kulħadd, u li jwasslu lejn mudell ekonomiku ġdid li jiffoka fuq niċeċ ekonomiċi ġodda li jħarsu lejn is-sostenibbiltà. Se jara kif il-ħaddiema Maltin u Għawdxin ikunu preparati għax-xogħlijiet tal-lum u ta’ għada, u kif jissaħħu l-finanzi tal-pajjiż u jkompli jiġi sostnut turiżmu ta’ kwalità. Il-Partit Laburista jemmen li “L-Ambjent: ġid komuni”, u dan il-forum, immexxi mill-Perit Chris Mintoff, se jipproponi miżuri li jgħinu lis-settur tal-biedja u s-sajd. Se jara li jkun hemm l-investiment xieraq biex issir aktar riċerka u innovazzjoni, fost l-oħrajn dwar il-European Green Deal, li jmur paripassu mal-viżjoni li nieda l-Prim Ministru Robert Abela li pajjiżna jkun ħieles mill-karbonju sas-sena 2050. Fil-forum dwar “Saħħitna”, immexxi mit-tabib Jan Chircop, se jsir xogħol biex jissaħħaħ is-servizz tas-saħħa imma wkoll jiġu mħarsa d-drittijiet tal-pazjenti. Se jiġu diskussi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-anzjani u ta’ tfal li jkunu għaddew minn mard kroniku. B’mod partikolari, se jkun esplorat kif it-teknoloġija tista’ ssaħħaħ is-servizzi tas-saħħa u kif ir-riċerka tista’ tgħin fejn jidħol il-mard rari. Se jsiru wkoll proposti li jindirizzaw l-obeżità, l-isport u l-attività fiżika. “Il-bażi tal-politika li se naħdmu fuqha hija s-sostenibbiltà biex naċċertaw kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin. Konvinta li dawn it-tliet policy fora, għalkemm distinti, se jaħdmu id f ’id biex naċċertaw kwalità ta’ ħajja aħjar, ambjent b’saħħtu u ekonomija reżiljenti,” saħqet Miriam Dalli. Il-President tal-Partit Laburista, Dr Ramona Attard, tkellmet dwar l-erba’ fora li se tkun qed tikkordina hi. “Malta: ir-rwol tagħha fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja” huwa

Id-Deputat Mexxej Laburista Daniel Micallef, il-Kap tad-delegazzjoni Laburista fil-Parlament Ewropew Miriam Dalli u l-President tal-PL Ramona Attard jispjegaw il-proġett imnebbaħ miċ-ċentinarju li qed ifakkar il-Partit din is-sena forum li se jitmexxa minn Anthony David Gatt u li se jara li pajjiżna jaħdem fuq kwistjonijiet ċentrali bħall-immigrazzjoni u r-riżorsi umani li se jkollu bżonn biex isaħħaħ ir-rabtiet ma’ pajjiżi u swieq ġodda inkluż l-Afrika, l-Amerka Latina u l-Asja. Dan il-forum se jara wkoll li s-sigurtà ta’ pajjiżna tibqa’ prijorità. “Ilkoll indaqs”, immexxi minn Rebecca Buttigieg, huwa forum li se jiddiskuti suġġetti li jattiraw kritika. Dan il-forum mhux biss se jkompli jixpruna lill-Gvern fuq l-ugwaljanza fejn jidħlu nisa u rġiel, imma se jwassal proposti dwar kif persuni b’diżabilità jistgħu jipparteċipaw aħjar fil-ħajja pubblika. Dan il-forum se jiddiskuti wkoll il-ħaddiema barranin u r-reliġjonijiet differenti. Dan il-forum se jinkludi wkoll lill-anzjani u kif dawn jistgħu jikkontribwixxu fis-soċjetà. “Il-futur ta’ wliedna”, immexxi minn Alison Civelli, se jesplora l-edukazzjoni ħolistika – dik akkademika, kulturali, sportiva u fis-snajja’. Dan il-forum se jiddiskuti t-tfal u d-dinja online, il-ħin ta’ kwalità tal-familji, tfal ta’ ġenituri li jkunu għaddejjin minn separazzjoni, u tfal li jaffaċċjaw diffikultajiet biex jitgħallmu bħall-awtiżmu u d-dislessija. “Il-qafas demokratiku ta’ Malta” se jkompli jsaħħaħ il-ħidma tal-Partit Laburista li mill-Gvern ħa sensiela ta’ deċiżjonijiet kuraġġużi biex isaħħaħ il-kredenzjali demokratiċi ta’ pajjiżna. Immexxi minn Dr Jonathan Attard,

dan il-forum se jwessa’ l-applikazzjoni tal-prinċipji demokratiċi biex mhux biss jassigura t-tisħiħ tal-mekkaniżmu kontra l-abbuż imma jaċċerta li kulħadd ikompli jkollu d-dritt li jagħżel u jiddetermina d-destin tiegħu. Fi ħdan dan il-forum se jiġi assigurat ukoll li jkun hemm aktar tibdil kostituzzjonali. “L-appell tiegħi hu biex min iħoss li jrid jagħti kontribut, jikkomunika magħna. Mhux biss min jassoċja ruħu mal-Partit Laburista imma anki min jemmen li bħalissa dan hu l-uniku Partit li jista’ jkun katalist għal aktar bidla. Min forsi ma jaqbilx magħna f ’kollox imma jemmen li dan il-Partit għandu r-rieda u għatxan biex jaħdem għall-ġid tal-pajjiż,” saħqet Ramona Attard. Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Laburista, Daniel Micallef, tkellem dwar it-tliet fora li se jkun qed jieħu ħsieb hu. “Soċjetà fejn kulħadd jimxi ’l quddiem” huwa l-Forum li fih se jiġi diskuss dak kollu fil-qasam soċjali. Bit-tmexxija ta’ Dr Maria Brown, dan il-Forum għandu l-għan li jfassal politika li tibni fuq it-tajjeb li sar fl-aħħar snin u tara l-progress ta’ dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Fost l-oħrajn, se jiġu diskussi l-ġlieda kontra l-faqar, l-akkomodazzjoni soċjali, il-garanzija għat-tfal, il-morda u l-vulnerabbli. “Għawdex” jimmerita diskus­sjoni dejjem aktar speċifika. Bit-tmexxija ta’

Monica Farrugia, u bit-tema “Għawdex-Opportunità Ekonomika”, se titfassal politika għar-reġjun Għawdxi. Dan għax Għawdex għandu karatteristiċi u potenzjal ferm differenti minn Malta. Hija gżira b’potenzjal li kif uriet fissnin li għaddew, hija mutur ekonomiku, mogħnija b’ambjent naturali mill-isbaħ u b’potenzjal ta’ opportunitajiet preżenti u futuri kbar. “Kunsilli lokali aktar b’saħ­ħithom” hu l-10 forum, li mmexxi mill-eks Sindku ta’ Ħaż-Żebbuġ, Sarah Agius Saliba, se jara kif l-irwol tal-kunsilli evolva u kif għandu jevolvi fil-futur. Il-Kunsilli huma l-ewwel għatba għall-pubbliku u dan il-forum għandu l-għan li jixpruna fil-Kunsilli Lokali ħidma biex jattiraw l-aqwa talent fil-lokalitajiet fi ħdanhom u jkunu l-katalisti għall-bidliet li hemm bżonn fiċ-ċentri tal-ibliet u l-irħula ta’ pajjiżna. “Mil-lum jibda proċess ta’ konsultazzjoni miftuħ għal kull min jixtieq jagħti sehmu bl-ideat. 100 IDEA hija tema ispirata mill-fatt li qegħdin fil-100 sena mit-twaqqif tal-Partit Laburista. Il-mira tagħna hi li dan l-eżerċizzju jikkonkludi ruħu sal-aħħar ta’ din is-sena u minn hemm jitlaq proċess ieħor ta’ diskussjoni aktar speċifika mibnija fuq dawn l-ideat,” temm jgħid Daniel Micallef. Kull min jixtieq jagħmel kuntatt, jista’ jagħmel dan billi jibgħat email fuq 100@partitlaburista.org jew messaġġ fuq il-paġna ta’ Facebook tal-Partit Laburista.


12

16.08.2020

kullhadd.com

L-UĠIGĦ FL-GĦONQ

Mr. Alistair Melvyn Pace M.D. (Melit.), M.R.C.S.(Eng.), M.R.C.S.(Edinburgh), F.R.C.S.(Tr.& Orth.), M.Sc.(U.K.), Dipl. (Orthopaedics), CCT (U.K.)

L-uġigħ fl-għonq huwa kundizzjoni komuni ħafna. Wieħed minn kull żewġ persuni jsofri minn uġigħ kroniku f ’ħajtu. L-għonq huwa magħmul minn numru ta’ rkiekel fuq xulxin u diski bejniethom. Madwarhom hemm numru ta’ muskoli u ġogi żgħar kif ukoll ligamenti. Minn bejn l-irkiekel joħorġu n-nervituri mill-korda spinali u jmorru fid-driegħ u fl-id. Jekk wieħed joqgħod f ’pożizzjoni ħażina matul il-ġurnata, pereżempju mgħawweġ fuq il-kompjuter jew jaħdem fuq bank għal tul ta’ żmien, dan jista’ jikkawża

wġigħ u ebusija fl-għonq. F’età aktar kbira l-iżjed kawża komuni ta’ wġigħ flgħonq tkun l-artrite. Ħafna drabi l-ġogi ż-żgħar li semmejt u li ngħidulhom “facet joint” jistgħu jiġu affettwati bħalma tiġi affettwata l-artrite fl-irkoppa u fil-ġenbejn. Id-diski bejn l-irkiekel jistgħu ukoll jinxfu u jiddiżintegraw. L-uġigħ jista’ jkun jew flgħonq biss, imma jista’ wkoll jinfirex mal-ispalla, jista’ jitla’ sar-ras u jikkawża wġigħ ta’ ras. Barra hekk, jista’ jinżel sa bejn il-ġwienaħ tad-dahar. F’ċerti każijiet, l-uġigħ jista’ jinżel salminkeb jew sal-idejn u jista’ jiġi akkompanjat minn tnemnim jew tagħrix. Dan l-iktar iseħħ meta jkun hemm l-ewwel diska fl-għonq tagħfas fuq xi nerv ħiereġ minn bejn l-irkiekel flgħonq. Mal-uġigħ jista’ jkun hemm ebusija, l-aktar meta l-kawża tkun l-artrite u din l-iżjed li sseħħ filgħodu malli wieħed iqum. Kawża oħra ta’ wġigħ flgħonq tista’ tkun meta wieħed iweġġa’ għonqu bħal f ’xi waqgħa jew wara xi inċident tat-traffiku, fejn l-għonq jieħu

taħbita ’l quddiem u lura. Xi kultant jista’ jkun hemm ksur ta’ xi rukkell imma ħafna drabi l-uġigħ iseħħ minn tbenġil fil-muskoli tal-għonq jew meta wieħed jilwi l-ligamenti talgħonq. Dan jissejjaħ “whiplash” u jista’ jdum għaddej ġimgħat jew xhur. F’ċerti nies, l-inkwiet u l-ansjetà jistgħu jiġu mmanifestati f ’uġigħ ta’ ras u fl-għonq ukoll. F’każijiet rari, l-uġigħ speċjalment fil-kbar, jista’ jiġi minn xi infezzjoni, pereżempju meninġite jew minn xi kanċer. F’dawn il-każijiet ikun hemm sintomi oħrajn bħal deni, raxx eċċ. Ħafna mill-uġigħ tal-għonq jista’ jiġi kkurat billi wieħed jieħu ħsieb kif joqgħod bilqiegħda, kif ipoġġi ħdejn il-kompjuter jew kif jorqod billejl. Importanti wkoll li jsiru l-eżerċizzji jew il-fiżjoterapija regolari. Il-fiżjoterapista jista’ juża tekniċi differenti bħal messaġġi u ultrasound. Jistgħu jintużaw ukoll xi pilloli tal-uġigħ bħal Paracetamol jew pilloli tal-infjammazzjoni. Showers sħan jew ċraret sħan fuq l-għonq jistgħu ukoll itaf- fejn m’hemmx ksur, il-kullar fu l-uġigħ f ’ħafna każi. F’każi mal-għonq għandu jintuża biss għall-inqas żmien possibbli għax jista’ jikkawża ebusija u aktar uġigħ. Xi pazjenti jsibu li l-akupuncture taċ-Ċiniżi, kiropractor jew messaġġi tal-għonq jgħinu ħafna biex itaffu l-uġigħ. Wieħed jista’ juża wkoll magna li tissejjaħ TENS machine. Din hija magna żgħira li taħdem bil-batteriji u li tista’ tmexxiha miegħek. Bl-għajnuna ta’ pads li wieħed jagħmilhom fuq il-post fejn għandu l-uġigħ, din il-magna tibgħat xokkijiet żgħar tal-elettriku li jgħinu jtaffu l-uġigħ. F’dawk il-każijiet li jippersistu jew ikun hemm xi sintomi oħrajn, importanti li jsiru investigazzjonijiet bħal testijiet tad-demm, X-ray tal-għonq jew MRI scan. Jekk l-MRI scan juri li wieħed jew iktar min-nervitu-

ri ħerġin mill-għonq qed jiġu maqrusin, jew il-ġogi ż-żgħar “facet joints” għandhom l-artrite, tista’ ssir injezzjoni ta’ loppju lokali u steroid madwar in-nerv jew fil-ġog. Inqas minn 5-10 fil-mija tal-pazjenti għandhom bżonn operazzjoni għall-uġigħ flgħonq. Dawn l-operazzjonijiet jistgħu jinkludu operazzjoni fejn jitneħħa ftit għadam jew id-disk madwar xi nerv maqrus, jekk ikun hemm uġigħ nieżel mill-għonq sal-id jew nuqqas ta’ saħħa f ’xi parti tad-driegħ jew xi tnemnim. F’ċerti każijiet jista’ jinbidel id-disk ta’ bejn l-irkiekel f ’wieħed artifiċjali tal-plastik jekk dan ikun tmermer jew issir “fusion” ta’ numru ta’ rkiekel jekk ikun hemm artrite bejniethom. M’hemmx lok fejn tgħid li dawn huma operazzjonijiet maġġuri li għandhom ir-riskji u l-kumplikazzjonijiet tagħhom.

Kawża oħra ta’ wġigħ fl-għonq tista’ tkun meta wieħed iweġġa’ għonqu bħal f’xi waqgħa jew wara xi inċident tat-traffiku, fejn l-għonq jieħu taħbita ’l quddiem u lura. Xi kultant jista’ jkun hemm ksur ta’ xi rukkell imma ħafna drabi l-uġigħ iseħħ minn tbenġil fil-muskoli tal-għonq jew meta wieħed jilwi l-ligamenti tal-għonq


13

16.08.2020

kullhadd.com

L-INFRASTRUTTURA TIBQA’ FIĊ-ĊENTRU TAL-EKONOMIJA

Ian Borg Ministru

Din il-ġimgħa kellna sessjoni speċjali tal-Kabinett fil-bini tal-Kamra tal-Kummerċ, fejn il-Prim Ministru Robert Abela elenka l-pilastri ewlenin tal-politika ekonomika talGvern għaż-żmien li ġej. L-infrastruttura kienet, għadha u se tibqa’ pilastru ewlieni fl-iżvilupp ekonomiku ta’ dan il-pajjiż. Huwa minn ewl id-dinja li pajjiż jeħtieġ infrastruttura b’saħħitha sabiex ikun jista’ jilħaq il-milja tiegħu. Din hija r-raġuni għaliex il-Gvern imbarka fuq pjan ambizzjuż ta’ investiment ta’ €700 miljun fuq 7 snin sabiex jibdel wiċċ Malta. Il-Gvern se jkompli għaddej b’dan il-pjan,

kif ukoll jibda jaħseb fuq proġetti aktar ambizzjużi li jkomplu jtejbu l-infrastruttura u jagħtu pjattaforma aktar soda lill-investituri biex ikomplu jsostnu l-ekonomija talpajjiż għall-ġid tal-familji Maltin u Għawdxin. L-infrastruttura hija s-sinsla talpajjiż – tagħtina l-identità u tħalli l-ewwel impressjoni fuq dak it-turist li jiġi jżurna għall-btala tiegħu. L-infrastruttura tidħol fil-kalkoli li investitur jagħmel meta jkun qed iħares lejn Malta biex ikabbar l-intrapriża tiegħu. L-infrastruttura tmur lil hinn minn sempliċement wiċċ ġdid ta’ asfalt biex nidhru sbieħ mal-kostitwenti. L-impatt ta’ investiment għaqli fuq l-infrastruttura ta’ pajjiż għandu effett ekonomiku kbir għal tul ta’ żmien. Il-pjan tal-Gvern huwa maqsum fuq diversi livelli. Bdejna bi pjan ta’ ħidma fl-immedjat immirat sabiex nindirizzaw l-aktar bżonnijiet urġenti fosthom dawk it-toroq li qatt ma saru u arterji li kellhom bżonn twessigħ immedjat sabiex intaffu l-problema tat-traffiku u jagħtuna riżultat fl-immedjat. Varajna wkoll proġetti kbar maħsuba għal tul ta’ żmien.

Bdejna nindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ utenti oħra tat-toroq tagħna fosthom iċ-ċiklisti. Issa jmiss inħarsu lejn soluzzjonijiet aktar ambizzjużi fosthom trasport tal-massa. Ħafna jsostnu li din hija s-soluzzjoni aħħarija għall-problema tal-konġestjoni tat-traffiku. Jekk hux minnu wieħed irid jara permezz ta’ aktar studju dettaljat, imma żgur li hi għażla li wieħed għandu jikkunsidra u jixtarr sewwa. Huwa proġett massiv li jieħu snin twal biex jitlesta imma naħseb li għandna nkunu għaqlin u nikkunsidrawh. Hemm ukoll il-proġett talmini ta’ bejn Malta u Għawdex. Għall-bidu deher li se jkun hemm qbil unanimu bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni, imma xi żmien wara nibtu xi riservi min-naħa l-oħra tal-Kamra. Madanakollu, aħna nemmnu bis-sħiħ li dan hu meħtieġ għaliex se jagħmel il-ħajja ta’ ħutna l-Għawdxin aktar faċli, speċjalment dawk li jaqsmu regolari biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum. Faċli tikkritika meta inti tkun taqsam il-fliegu darba kultant, forsi għal xi vaganza. Faċli titkellem kontra l-proġett meta ma jkollokx

għalfejn tbakkar kmieni ħafna biex tmur għax-xogħol, tistenna fil-kju għal ħin twil, jew taqsam fil-maltemp, sakemm ma jkollokx għalfejn titlef il-ġurnata tax-xogħol jew saħansitra tqatta’ l-lejl ’il bogħod mill-familja minħabba li l-vapur ma jkunx jista’ jbaħħar. Il-Gvern sema’ l-karba ta’ dawn in-nies u se jkun qed jindirizza din il-problema sabiex itejjeb il-ħajja tagħhom ukoll. Il-Prim Ministru rrefera wkoll għall-park nazzjonali li se jkun qed jinbena ġewwa Ta’ Qali. Dan huwa parti ewlenija minn kullana ta’ proġetti oħra mifruxa madwar Malta u Għawdex. Il-Gvern huwa impenjat biex joħloq aktar spazji miftuħa sabiex jitgawdew mill-familji fi tmiem il-ġimgħa. L-infrastruttura ħadranija hija essenzjali u fost l-aktar impenji ċentrali għall-Gvern li jpoġġi l-ewwel u qabel kollox il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Aħna poplu bieżel u naħdmu bla heda, imma rridu nsibu bilanċ bejn il-familja u x-xogħol, u l-Gvern għandu d-dmir li joffri alternattivi fejn wieħed jista’ jgawdi l-ħin liberu tiegħu. Il-Gvern għandu pjan ħolisti-

ku mibni fuq il-ħtiġijiet tal-poplu għaliex fl-aħħar mill-aħħar dan hu l-obbligu ta’ kull Gvern u ta’ kull politiku. Kif għamilna diġà fuq numru ta’ proġetti, ma niddejqux nisimgħu l-opinjoni tan-nies u ntejbu jekk inħossu li jkun ta’ siwi. L-għan tagħna huwa li naħdmu għall-ġid tan-nies u nibqgħu qrib tagħhom.

L-infrastruttura tmur lil hinn minn sempliċement wiċċ ġdid ta’ asfalt biex nidhru sbieħ mal-kostitwenti. L-impatt ta’ investiment għaqli fuq l-infrastruttura ta’ pajjiż għandu effett ekonomiku kbir għal tul ta’ żmien

LIL MIN TAQBAD TEMMEN?

Lydon Vella Opinjonist

Filgħaxija torqod b’impressjoni mod, filgħodu tqum u tisma’ ċifra ġdida. Imbagħad għall-ħabta tan-nofsiegħa toħrog grafika b’ċifri uffiċjali. Imma donnu ċerti nies fuq il-mezzi soċjali jibqgħu jemmnu u jinterpretaw kif iridu huma. Din hi r-realtà li qed ngħixu bħalissa kemm fid-dinja reali kif ukoll fid-dinja virtwali u l-midja soċjali. Bħalissa d-dinja għaddejja minn perjodu diffiċli ħafna. Diffiċli minn kull aspett tal-

ħajja – saħħa fiżika, saħħa mentali, finanzi, inċertezzi, paniku u min jaf kemm-il ħaga oħra. Din hija r-realtà li qed ikollna ngħixu fiha llum. Għamilt żmien kont ngħid li aħna li twelidna fid-disgħinijiet ilħaqna ħafna ġrajjiet sbieħ, iżda llum qed naħsiba darbtejn! Fil-verità min qed jikteb minn wara dak il-mobile jew kompjuter x’għandu f ’moħħu? Dak li filgħaxija jkun qiegħed jikteb u jxerred figuri li diversi drabi l-għada toħroġ stqarrija u jkun differenti milli jkun xerred hu. Li jagħmel il-ħsara?! L-ansjetà tibda tikber u l-paniku jibda jiżdied fost innies. Donnu din hija parti mill-aġenda ta’ dawn il-paġni u l-profili fuq is-siti soċjali li jsejħu lilhom infushom bħala “indipendenti”. Naturalment, ftit jafu wkoll li meta inti jkollok pjattaforma ta’ ’l fuq minn 30,000 segwaċi, hemm tkun tista’ tagħmel ilflus permezz ta’ reklamar fuq

l-istess paġna. Għaldaqstant, wieħed jaqbillu li jżid fil-popolarità tas-sit tiegħu, inkluż b’sensazzjonaliżmu simili, anke jekk dan jista’ jkun qed jikkawża ħsara kbira mod ieħor. Il-portal tal-Partit Nazzjonalista fuq il-mezzi soċjali moħħu biex jallarma lill-poplu u sikwit itella’ artikli li jkunu purament immirati biex jiżirgħu dubji fl-awtoritajiet jew fl-azzjonijiet tagħhom. Sa ċertu punt wieħed jasal jifhem, għalkemm mhux ġustifikat, għal xiex jagħmlu hekk. Għax jekk dawn in-nies jiżirgħu d-dubji fil-Kap tagħhom stess, xi ħadd jemmen li mhux se jiżirgħu d-dubji f ’min ma jaqbilx magħhom politikament?! Dawn in-nies li ilhom snin twal bi tkissir u qasma fil-partit tagħhom stess, taħseb li se jiddejqu jipprovaw ikissru l-ġid u l-pożittività li l-Maltin drajna biha?! Wara kollox din it-tattika ilha tintuża kontra

l-Gvern Laburista sa mill-2013. U dan mhux biss mill-PN innifsu. Hemm oħrajn li jġegħluk taħseb li qabel l-2013, meta pajjiżna kien mgħerreq fl-inċertezza u l-poplu mgħakkes b’piżijiet esaġerati, aktarx kienu fuq il-qamar. Konvint li l-maġġoranza tal-poplu taf li huma l-awtoritajiet kompetenti u l-Gvern li jridu l-veru ġid lill-poplu Malti. Fiduċjużi li għandna Prim Ministru li qed jaħdem qatigħ biex jiżgura s-saħħa tal-poplu Malti filwaqt li fl-istess waqt jara wkoll li r-rota ekonomika tibqa’ ddur bl-aħjar mod possibbli għal dawn iz-żminijiet. Gvern li ma ddejjaqx jieħu deċiżjonijiet fuq suġġetti differenti anke jekk mhux dejjem kienu popolari. Ejjew ma naqgħux fin-nasba tal-Partit Nazzjonalista li jistinka biex jallarma lill-poplu aktar milli suppost u joħloq tensjoni żejda fil-pajjiż. Ma nħallux ilġlied u l-qasma li hemm fid-Dar Ċentrali f ’Tal-Pietà jittrasmet-

tuha għal fuq il-Maltin kollha kemm huma u l-pajjiż inġenerali. Jien nemmen lill-awtoritajiet … jien nemmen lil Robert Abela!

Il-portal tal-Partit Nazzjonalista fuq il-mezzi soċjali moħħu biex jallarma lill-poplu u sikwit itella’ artikli li jkunu purament immirati biex jiżirgħu dubji fl-awtoritajiet jew l-azzjonijiet tagħhom


14

16.08.2020

kullhadd.com

ŻJARAT VARJI TA’ ĦAJR U KURAĠĠ LILL-ĦADDIEMA Fi tliet żjarat sporadiċi li għamel nhar l-Erbgħa, il-Prim Ministru Robert Abela żar numru ta’ ħaddiema f’postijiet tax-xogħol delikati. Il-preżenza tiegħu ma servietx biss biex jirringrazzjahom għall-ħidma tagħhom, li ma qatgħetx anke f’dan iż-żmien diffiċli tal-COVID-19, iżda wkoll jagħmlilhom kuraġġ li, flimkien, kapaċi negħlbu din l-aħħar sfida. “Is-saħħa tan-nies tibqa’ prijorità għalina u għalhekk li investejna f’dak kollu li kien meħtieġ biex niġġieldu l-COVID-19,” qal waqt li żar it-Taqsima tal-Mard Infettiv f’Mater Dei, fejn kellu l-opportunità li jiltaqa’ mal-ħaddiema fil-qasam mediku u rringrazzjahom tad-dedikazzjoni tagħhom. Dr Abela appella biex il-pubbliku jibqa’ jkun prudenti u jimxi mal-prekawzjonijiet li jindikaw l-awtoritajiet tas-saħħa. Ftit wara l-Prim Ministru żar ukoll iċ-ċentru tal-ittestjar għall-COVID-19 ta’ Pembroke. Bħalma għamel fil-bidu tal-ġimgħa meta mar Ħal Luqa, hu rringrazzja lill-ħaddiema ta’ dan iċ-ċentru u rrikonoxxa d-dedikazzjoni f’ħidmiethom.

Fl-aħħar jiem, il-Prim Ministru kien qal li t-tħassib tal-ħaddiema fiċ-ċentri għall-ittestjar tal-virus ġie indirizzat u dawn il-ħaddiema jixirqilhom l-aqwa rikonoxximent u se jkollhom ir-riżorsi disponibbli kif dejjem kellhom. Filwaqt li sellem lill-persuni li kienu fil-vetturi tagħhom jistennew fil-kju biex jagħmlu t-test, il-Prim Ministru fakkar kif pajjiżna għandu fost l-ogħla rati ta’ testijiet għall-virus mill-pajjiżi kollha. Minbarra ċ-ċentri ta’ Pembroke u ta’ Ħal Luqa, nhar il-Ħamis infetaħ ċentru ieħor li qed jopera mill-Isptar St Thomas f’Ħal Qormi, waqt li dalwaqt jinfetaħ ieħor f’Burmarrad. Sadanittant il-jum tal-Erbgħa, ilPrim Ministru bdieh bi żjara spontanja fl-Iskola Primarja ta’ Wied il-Għajn, li qed tospita Skola Sajf. Dr Abela, li wkoll ipparteċipa mat-tfal ħerqana f’attivitajiet organizzati mill-edukaturi tagħhom, qal li t-tfal irridu nħejjuhom, sa minn ċkunithom, biex ikabbru t-talenti u l-kreattività tagħhom. Hu rringrazzja lill-edukaturi ta’ Skola Sajf tal-opportunità ta’ tagħlim li qed jagħtu lit-tfal bil-prekawzjonijiet kollha meħtieġa.

Skola Primarja ta’ Wied il-Għajn


15

16.08.2020

Ċentru għall-ittestjar f’Pembroke

Ċentru għall-ittestjar f’Ħal Luqa

Taqsima tal-Mard Infettiv f’Mater Dei

Ritratti: GARETH DEGIORGIO

kullhadd.com


16

16.08.2020

kullhadd.com

MIJA FIL-MIJA Byron Camilleri Ministru

Il-ħsieb li fil-100 sena mittwaqqif tal-Partit Laburista niżviluppaw 100 idea għall-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż huwa ż-żerriegħa biex il-Partit Laburista issa jiġġedded fl-iktar aspett importanti: it-tfassil tal-politika. Iġġeddidna u se nibqgħu niġġeddu fin-nies li jiffurmaw it-tmexxija u l-friegħi differenti tal-istess partit. Però, huma l-ideat li eventwalment inwettqu li jagħmluna differenti u saħansitra aħjar minn ħaddieħor. F’dinja li tinbidel ta’ kuljum huwa essenzjali li partit politiku ma jieqaf qatt jiddiskuti u jiżviluppa ideat ġodda. Dak li qed naħdmu bih illum, għalkemm tajjeb u qed jagħtina r-riżultati, jista’ jkun hemm bżonn ikun irfinut, imsaħħaħ jew saħansitra mibdul biex niksbu r-riżultati

ħamsa jew għaxar snin oħra. Li dan l-eżerċizzju jsir mill-Partit Laburista huwa essenzjali. Il-Gvern għandu mandat b’saħħtu biex imexxi l-pajjiż u dan il-mandat qiegħed iwettqu skont il-manifest elettorali li bih irbaħna l-elezzjoni li għaddiet. Naturalment ikun hemm ċirkostanzi li jibdlu x-xenarju fl-immedjat, bħalma kienet il-pandemija, iżda dak li qed naħdmu fuqu qed iħalli r-riżultati u konvint li jista’ jibqa’ jsaħħaħ il-kwalità tal-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin. Però issa qegħdin fi stadju li

rridu nibdew naħsbu mhux biss xi rridu għal din il-leġiżlatura, iżda għal li ġejja u ta’ warajha. Irridu nfasslu l-ġejjieni tal-ġenerazzjonijiet li jmiss. Hemm ħafna domandi li rridu nistaqsu, iżda fuq kollox xi nwieġbu. Il-mudell ambjentali kemm huwa sostenibbli? Is-sigurtà ta’ pajjiżna li tant qed ninvestu fiha kif nistgħu nassigurawha aħjar f ’dinja diġitali fejn ir-reat kriminali qed jimxi wkoll fid-dinja virtwali? X’tip ta’ xogħol iridu għażżgħażagħ tal-lum u x’se nfasslu

għal uliedna? Kif se nkomplu ntejbu l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema? Kif se nibqgħu nattiraw nies lejn servizzi li tant huma essenzjali għall-pajjiż? Xi rwol għandu jkollhom il-barranin fl-iżvilupp ekonomiku ta’ pajjiżna? Anke jekk wasalna tant fuq l-ugwaljanza, irridu nistaqsu kemm u fejn nistgħu naslu iktar? Għawdex xi rwol għandu jieħu fl-iżvilupp ta’ pajjiżna u xi rwol għandu jkollha Malta fil-Mediterran, fl-Ewropa u fid-dinja?

Dawn huma biss ftit eżempji. Meta nwieġbu dawn id-domandi u oħrajn bħalhom ikollna l-bażi għall-programm li jmiss li rridu noffru lill-poplu Malti u Għawdxi. Dan l-eżerċizzju għamilnieh tajjeb ħafna, f ’kuntest differenti, qabel l-2013. Eċitat biex jerġa’ jsir u biex ma’ sħabi fil-Partit Laburista nagħti s-sehem tiegħi. Bejn iż-żewġ partiti hu dak tagħna li jista’ joffri l-aqwa futur lil dan il-pajjiż. Fuq kollox għax f ’dak kollu li għamilna u li qed nagħmlu qed inżommu lil Malta f ’qalbna. Ir-realtà tallum mhix ta’ 100 sena ilu meta twaqqaf il-Partit Laburista. U r-realtà tal-100 sena li ġejjin se tkun differenti minn tallum. Iżda, hemm pedamenti li fuqhom nibnu l-politika tagħna li għadhom u se jibqgħu jingħarfu. Għalhekk dan il-proċess hemm bżonn isir minna anke għax ħidmietna hi gwidata mill-prinċipji t-tajbin; il-mobbiltà soċjali, il-ġustizzja soċjali u l-ugwaljanza fuq quddiem nett. L-idea li fil-100 sena tal-Partit Laburista niżviluppaw 100 idea għal pajjiżna hija waħda li naqbel magħna mija fil-mija. Jien se nikkontribwixxi. Nistieden lil kull min għandu lil Malta f ’qalbu jagħmel l-istess.

ĦAJJA JEW GĦAJXIEN?

Felix Busuttil Galea Kandidat

Li tkun kapaċi ssib bilanċ bejn il-protezzjoni għall-ħajja u l-protezzjoni wkoll għall-għajxien tkun kisba kbira – it-tnejn importanti. Għax jekk ma jkollokx xogħol, jekk ma jkollokx serħan il-moħħ, jekk ħajtek tkun biss inkwiet u stress dan ukoll jista’

jaffettwalek il-kwalità tal-ħajja. L-inkwiet joqtol ukoll – kif joqtlu d-dipressjoni, l-ossessjoni, il-biża’, il-faqar, il-ġuħ, l-iżolament u n-nuqqas ta’ kuntentizza kontinwa. Dawn fit-tul inaqqsu l-istat tas-saħħa mentali, idgħajfu il-qalb, is-sistema nervuża u l-pressjoni. Żgur u mhux forsi jnaqqsu t-tul tal-ħajja – għax ma tkunx tista’ torqod, ma tkunx tista’ tiekol kif jixraq u l-moħħ ma jkunx jista’ jistrieħ. Żgur li meta l-Prim Ministru Robert Abela ddeċieda li jħoll r-restrizzjonijiet ħalli l-ekonomija ta’ pajjiżna tiġi salvagwardjata kienet deċiżjoni mwielda b’rieda tajba għallpajjiż u għal kulħadd. Żgur li meta l-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli flimkien mal-imsieħba tagħha ddeċidew li jiftħu l-ajruport għamlu dan

għax kienu jafu li pajjiżna ma jiflaħx daqqa ta’ ħarta oħra ekonomika. Il-kollass totali jkun inevitabbli jekk sid ir-ristorant ma jkunx jista’ jopera, jekk bar ikun magħluq, jekk hotels u stabbilimenti oħra li jiddependu mit-turisti jkunu magħluqin. Kieku m’ersaqniex lejn in-normal dawn ma setgħux jipprovdu l-għajxien għall-familji tagħhom u jħallsu l-loans li għandhom. Dawn jibdew jagħlqu u jkeċċu lill-ħaddiema tagħhom – u l-ħaddiema bla xogħol isibu ruħhom fl-istess sitwazzjoni bħal dak li kien jipprovdilhom ix-xogħol. It-taxxi jieqfu - ilVAT tisparixxi. U l-Gvern minn fejn ser jipprovdi s-servizzi li forsi dejjem bħala pajjiż nieħdu forgranted? Mediċini b’xejn, sptar b’xejn, allowances, infrastruttura, child care cen-

tres u trasport għall-istudenti b’xejn – il-lista hija bla tmiem. Niżburżaw it-teżor li ħdimna għalih dawn l-aħħar snin. Iva, attivitajiet tal-massa kellhom bżonn jiġu mwaqqfa. Però ma ninsewx li meta dawn kienu permessi, kellna ġimgħat twal ta’ kważi xejn u ftit infezzjonijiet. U għalhekk mingħajr paniku żejjed erġajna morna għar-restrizzjonijiet utli li jkomplu jsibu bilanċ bejn li nipproteġu l-ħajja speċjalment ta’ dawk vulnerabbli u ta’ età avvanzata u li nżommu lil kulħadd kopert u assigurat, u li l-ħajja kellha bżonn tkompli. Ma ngergrux iżżejjed u ma nkunux wisq negattivi. Dan kien li ġabarna bħala pajjiż. Li dejjem konna magħallmin taħt Joseph Muscat u issa taħt Robert Abela sabiex inkunu

kuraġġużi. Ir-rata ta’ dawk bla xogħol baqgħet baxxa. Pajjiżna għad għandu nifs qawwi u flimkien kif għamilna l-ewwel darba nerġgħu negħlbu dan il-virus. U naf fiċ-ċert li dalwaqt ikollna vaċċin għax it-tellieqa internazzjonali għalih hija waħda qalila. Sadanittant, nibqgħu nuru rispett lejn xulxin, nevitaw il-folol u nżommu tbissima sinċiera fuq wiċċna. Forsi bħalissa m’aħniex ok imma fil-futir qrib ser inkunu żgur għax filħajja anke l-inkwiet u d-dwejjaq mhumiex mingħajr tmiem. Xejn mhu permanenti, kollox temporanju. Kollox staġjonali. Nafdaw. Nafdaw fil-Gvern Laburista. Nafdaw f ’Malta u f ’Għawdex. Nafdaw fil-fidi u fit-tama – dawn dejjem ħelsu lil pajjiżna mill-qerda.


17

16.08.2020

kullhadd.com

TIBDIL FIL-KLIMA IT-TIENI PARTI nuqqas ta’ ilma li qed iwassal biex nies jitilqu minn pajjiżhom għal pajjiżi aktar ċentrali. Fenomenu li qed jikber u qed jikkontribwixxi wkoll għal problemi oħra bħall-immigrazzjoni. Bejn is-sessi

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Wara li ġimagħtejn ilu tajna ħarsa lejn xi jfisser it-tibdil fil-klima, din il-ġimgħa ser nagħtu ħarsa lejn min qed jiġi l-aktar affettwat b’dan it-tibdil, li aktar ma jmur aktar qed isir b’mod estrem. Min hu l-aktar affettwat bit-tibdil fil-klima? “Ikoll ngħidu li nħobbu lil uliedna aktar minn kull ħaġa oħra iżda minkejja dan, aħna stess qed nisirqu l-futur tagħhom minn quddiemhom.” – Greta Thunberg, attivista u fundatur ta’ Climate School Strike. It-tibdil fil-klima huwa u se jkompli jkun element ta’ ħsara sakemm il-gvernijiet ma jiddeċidux li jieħdu azzjonijiet konkreti. Dan anki għaliex, l-impatt se jkun ikbar fuq ċerti sezzjonijiet tas-soċjetà bħall-bdiewa li jiddependu fuq l-agrikoltura, dawk li jgħixu qrib il-kosti kif ukoll dawk li diġà huma meqjusa vulnerabbli jew foqra fis-soċjetà. Hawn se naraw kif it-tibdil fil-klima qed joħloq nuqqas ta’ ekwità u ugwaljanza bejn in-nies u l-istati; Bejn pajjiżi sottożviluppati u oħrajn żviluppati Fuq livell nazzjonali, dawk li għandhom dħul baxx u medju, gżejjer żgħar u pajjiżi sottożviluppati diġà huma fost dawk l-aktar affettwati. Popli sħaħ diġà regolarment jesperjenzaw temp devastanti, b’għargħar li jeqirdu kulma jsibu quddiemhom, inkluż djar u villaġġi sħaħ. Heatwaves li seħħew fl-2018 kieku rrapurtati b’mod kostanti madwar id-dinja. Fost il-pajjiżi l-aktar milquta, kien hemm il-Pakistan, fejn kawża ta’ dan, kważi 100 ruħ kienu tilfu ħajjithom. Nies li spiċċaw jaħdmu f ’ambjent b’temperaturi ta’ 44 grad Celsius.

Nisa u bniet huwa pruvat li huma aktar affettwati mit-tibdil fil-klima. Dan għaliex f ’għadd ta’ pajjiżi dawn għadhom marġinati u żvantaġġati. Dan ifisser li huma aktar vulnerabbli għall-impatti relatati m’avvenimenti li jseħħu minħabba t-tibdil fil-klima u huma anqas protetti, anki mill-gvernijiet tagħhom stess, kultant minħabba d-drawwiet u l-użanzi tal-post. Bejn ġenerazzjonijiet Ġenerazzjonijiet futuri se jesperjenzaw l-iktar effetti ħżiena sakemm ma jkunx hemm azzjoni immedjata. Minkejja dan, tfal u nies żgħar fl-età diġà huma esposti għall-ħsara li dan kollu qed jikkawża. Diġà qed naraw tfal b’effetti negattivi psikoloġiċi, nuqqas ta’ żvilupp u rata baxxa ta’ metaboliżmu. Hemm studji ċari li juru li dan huwa attribwit ukoll għal dan ilfenomenu. Dan ifisser iktar nies se jkollhom jaraw x’jagħmlu u jħallu pajjiżhom għal postijiet oħra sabiex isibu housing adekwat, faċilitajiet sanitarji, edukazzjoni, livell ta’ saħħa aħjar u żvilupp tal-persuna u tat-tfal tagħhom. Dan huwa eżempju ieħor kif it-tibdil fil-klima qed iħalli impatt ukoll fuq il-problema tal-immigrazzjoni madwar id-dinja. Bejn il-komunitajiet Popli indiġeni huma fost l-aktar komunitajiet milquta. Dawn aktar jgħixu f ’artijiet marġinati u fraġli fejn l-ekosistema tagħhom tkun tiddependi fuq l-ilma, bħal ħafna oħrajn. L-art tagħhom tkun sensittiva għal kull tibdil fiżiku fl-ambjent u allura l-inqas impatt jaf ikun devastanti. Dawn in-nies, għandhom rabta speċjali man-natura u t-tradizzjonijiet tagħhom għaliex kienu drawwiet li kibru bihom u fihom u l-identità kulturali tagħhom hija proprju bbażata fuq dan. Id-darba li ġejja ser naraw kif id-drittijiet fundamentali tal-bniedem ukoll jiġu milquta negattivament b’dan it-tibdil.

Bejn etnitajiet u klassijiet differenti L-effetti tat-tibdil fil-klima, li ġej minn fossili u tniġġis minn karbonju relatat mal-fuel huwa wkoll devastanti fost etnitajiet diversi madwar id-dinja. Etnitajiet bħal dawk fl-Amerka ta’ Fuq, li wħud minnhom huma komunitajiet foqra, huma sfurzati jibilgħu nifsijiet minn arja mniġġsa minħabba l-postijiet fejn jgħixu u li huma viċin impjanti tal-enerġija u raffineriji. Dawn jesperjenzaw problemi respiratorji u mard relatat mal-kanċer. Etnitajiet oħra bħal dawk Afro-Amerikani, huwa stmat li jmutu minħabba l-kwalità ħażina tal-arja, b’rata ta’ tliet darbiet aktar mill-bqija tad-dinja. Dan jgħodd ukoll għal pajjiżi Afrikani fejn qed naraw

Ġenerazzjonijiet futuri se jesperjenzaw l-iktar effetti ħżiena sakemm ma jkunx hemm azzjoni immedjata. Minkejja dan, tfal u nies żgħar fl-età diġà huma esposti għall-ħsara li dan kollu qed jikkawża

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 6 ta’ Awwissu Xejn ma kont sorpriż bid-deċiżjoni ta’ Roberta Metsola u Therese Comodini Cachia li ma jidħlux għat-tellieqa malKap Adrian Delia. Ilni konvint li Metsola mhix se ttellaq. Kellha ċans ittellaq tliet snin ilu, imma ma ħaditux għax ippreferiet is-siġġu ta’ Brussell. Lil Comodini Cachia se nibda nsejħilha Miss Abbandunatna. Riedet tabbandunana wara l-aħħar elezzjoni li għaddiet meta li kien għaliha, għamlet bħal Metsola għax kienet tippreferi s-siġġu ta’ Brussell. U issa, wara li webblet lilna t-tesserati li se tieħu t-tmexxija tal-partit, reġgħet abbandunatna u ħarġet mit-tiġrija. Insomma ma nagħtihiex tort sal-aħħar għax Jason Azzopardi u sħabu lilha wkoll abbandunawha. Il-Ġimgħa, 7 ta’ Awwissu Tellieqa bejn tnejn tidher li ġejja, man! Bejn il-Kap Adrian Delia u l-Avukat li kien kontra d-divorzju, Bernard Grech. Ma nafx minn fejn inqala’ dan, bħalma lanqas naf għalfejn qatgħu qalbhom is17-il traditur li għamlu minn kollox biex tkun persuna waħda biss li ttellaq ma’ Delia. Jagħmlu li jridu imma jekk ma jinbidlux l-affarijiet lilna l-kunsilliera se jiffrankawlna li l-ewwel noqogħdu nivvutaw aħna, imbagħad jivvutaw it-tesserati. Min jaf għalfejn lilna l-kunsilliera ċaħduna minn għażla vera, minkejja li kienu wegħduna li se jagħtuna għażla, hux!? Is-Sibt, 8 ta’ Awwissu Jien diġà konvint li t-tellieqa se tkun bejn il-Kap Adrian Delia u l-Avukat li kien kontra d-divorzju, Bernard Grech. Mhux aħbar ħażina kieku, għax tal-inqas, Bernard Grech, anke jekk imbuttat u għandu l-appoġġ ta’ dawk is-17-il traditur, mhuwiex wieħed minnhom u għalhekk ma jkolli xejn fuq il-kuxjenza jekk jintgħażel hu. Għax jien tgħidx kemm ilni nhewden kif jista’ jkun li naċċetta lil Therese Comodini Cachia jew lil Roberta Metsola bħala Kap tiegħi meta dawn għalija huma tradituri. Imma issa, tintrebaħ minn min tintrebaħ it-tellieqa, jien se nkun nista’ nibqa’ nimxi fuq il-prinċipju li kien għallimni l-għażiż missieri li nagħti l-appoġġ sħiħ tiegħi lill-Kap tal-partit, ikun min ikun. Il-Ħadd, 9 ta’ Awwissu Kont qed naħseb li kont se nerġa’ nibda kull nhar ta’ Ħadd, meta bħal dawn iż-żminijiet jieqfu l-attivitajiet politiċi, se nkun qiegħed ingawdi l-marċi tal-festa, għax jien il-Ħdud ta’ Awwissu hekk inqattagħhom, niġri minn marċ għal ieħor, minn festa għal oħra. Bħal-lum kieku kont nerħilha għall-Ħamrun,

għax il-marċ ta’ San Gejtanu ma nibdlu ma’ xejn. Imma din l-imniefaħ ta’ mxija reġgħet għamlithielna u tħassar kollox. Fuq din mhux se nagħti tort lill-Gvern, għax id-deċiżjoni tiegħu hija biex iħarsilna saħħitna, speċjalment lilna l-anzjani. Aħjar hekk milli jkollna nerġgħu ninqaflu ġewwa, għalkemm jekk ikun bżonn, ikolli ngħid m’hemmx x’tagħmel. It-Tnejn, 10 ta’ Awwissu Mela llum kellna konferma li t-tellieqa se tkun bejn il-Kap Adrian Delia u l-Avukat Bernard Grech, li kien kontra d-divorzju. Issa sieħeb Simon Busuttil, iċ-Ċermen tal-Kummissjoni Elettorali, jibgħat iżżewġ ismijiet liċ-Ċermen tal-Kummissjoni Kandidati fi żmien jumejn. Sinċerament ma nafx għalfejn għandu jieħu jumejn biex jibgħat żewġ ismijiet, aktar u aktar meta llum, skont ma jgħiduli t-tfal ta’ ħuti, jista’ jagħmel dan b’mod uffiċjali f ’inqas minn żewġ minuti. Imma l-istatut li għadna kif approvajna hekk jgħid, u allura hekk irid isir. Insomma fil-ġranet li ġejjin se nkun fuq ix-xwiek nistenna d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Kandidati li tista’ żżomm kemm lil wieħed, u kemm lill-ieħor milli jkunu kandidati. It-Tlieta, 11 ta’ Awwissu Skont sieħbi tal-Istamperija abbandunaw dak li jgħid l-istatut li approvajna ftit tal-ġimgħat ilu, fuq il-parir tal-veteran Louis Galea, jiġifieri li l-kandidati prospettivi għall-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, ma jistgħux jibdew il-kampanja qabel ikunu approvati mill-Kummissjoni Kandidati. U sewwa għamlu, għax din ċuċata mill-kbar. Ċuċata mill-kbar għax ħadd ma jsegwiha. Jason Azzopardi u l-klikka tiegħu u ta’ Simon Busuttil ilhom tliet snin għaddejjin bil-kampanja kontra l-Kap Adrian Delia. Ma waqfux minuta, man! Ħadu vantaġġ minn kull okkażjoni li ġiethom u għamlu konfoffi minn wara dahar kulħadd. Tgħid mhux se jieqfu issa, fl-eqqel tat-tellieqa?! L-Erbgħa, 12 ta’ Awwissu Hawn aħna, man! Indaħlu Lawrence Gonzi u Louis Galea biex jagħtu l-għajnuna lil Bernard Grech. Il-kbir Eddie jonqos għalkemm aktarx li dan jitkellem permezz ta’ Beppe Fenech Adami. Ikolli nammetti li se nibda naqta’ qalbi, minkejja li għandi rasi iebsa u ma nċedix malajr. Imma meta tara kurrent qawwi kontra tiegħek, tiġi f ’sitwazzjoni fejn, trid u ma tridx, ikollok tibda taħsibha. Ara naqra fiex ġejna. Minflok naraw kif se negħlbu lil tal-Labour, spiċċajna naraw kif se negħlbu lilna nfusna. Insomma, mhix aħbar ħażina din ta’ Lawrence Gonzi u Louis Galea, għax bihom konna nirbħu, għalkemm dawk kienu żminijiet oħra.


18

16.08.2020

kullhadd.com

KEMM AĦNA VERAMENT INDAQS FIS-SOĊJETÀ TAL-LUM? X’QED ISIR F’PAJJIŻNA?

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Nitkellmu spiss dwar drittijiet u dmirijiet. Madanakollu, xorta waħda nisimgħu stejjer dwar inġustizzji jew disprezzi li jsiru f’pajjiżna, eżempju fil-konfront ta’ persuni LGBTIQ+. Saħansitra anke fuq in-nisa! F’pajjiżna, għaddejja ħidma sfiqa ta’ nies kompetenti u anke persuni fl-awtorità, grazzi għall-widen li qed jagħtu għal dawn il-vuċijiet biex flimkien jaħdmu bis-sħiħ biex Malta dejjem tkun ’il fuq minn dan kollu. Tkellimt mas-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi fi ħdan il-Ministeru għall-Ġustizzja, Ugwaljanza u Governanza Rosianne Cutajar.

Rajna l-aħbar sabiħa li Malta se tkun qed tikkompeti għall-ewwel darba sabiex fl-2023 tospita l-EuroPride. Kif ser iħejji ruħu pajjiżna? Sa issa, wasalna fl-istadju fejn Malta qed tikkompeti ma’ żewġ pajjiżi oħra - l-Olanda u r-Renju Unit. Matul dawn l-aħħar snin, bħala pajjiż, urejna biċċar kemm dan hu pajjiż b’esperjenza u karattru fejn tidħol l-ospitalità u organizzazzjoni ta’ avvenimenti fuq livell internazzjonali, speċjalment f ’dak li jirrigwarda loġistika. Nemmen li bħala pajjiż, jixirqilna li Malta tospita l-EuroPride tal-2023, hekk kif pajjiżna ġie fl-ewwel post għall-ħames sena konsekuttiva fl-ILGA-Europe Rainbow Index. Irnexxielna nagħmlu dan għax emminna f ’dak li wettaqna. Wasalna? Nemmen li baqgħalna x’nagħmlu. Fil-fatt, qed inkomplu nimplimentaw l-LGBTIQ Equality Strategy and Action Plan talGvern. F’dan il-qasam pajjiżna għamel rivoluzzjoni sħiħa, tant li Charles Radcliffe li huwa inkarigat mill-ugwaljanza fi ħdan il-Ġnus Magħquda sostna li Malta hija “gold standard” fejn tidħol riforma tal-LGBT. Dan ifisser li mixjin fid-direzzjoni t-tajba, u rridu nkomplu

nagħmlu hekk, biex nassiguraw li kulħadd ikun jista’ jgħix u jħobb lil min jixtieq, mingħajr ebda forma ta’ preġudizzju. Din hi wkoll il-bażi tal-offerta ta’ Malta biex tospita l-EuroPride 2023 – li noffru l-esperjenza tagħna bħala best practice u fejn hemm nies li għadhom iħossuhom oppressati jew iġġudikati minħabba l-orjentazzjoni sesswali tagħhom, ikunu jistgħu jaraw lil Malta bħala mudell ta’ kif imxejna ’l quddiem fejn tidħol l-Ugwaljanza għall-persuni LGBTIQ+. X’taħseb dwar hate speech anke fil-konfront ta’ persuni LGBTIQ+ f ’Malta? Hate Speech m’għandux post fis-soċjetà tagħna. Jien stess kemm-il darba kont target ta’ hate speech. Qatt ma naċċetta diskors bħal dan fil-konfront ta’ ħadd, sew jekk persuni LBTIQ+, sew jekk tfal, nisa jew persuni barranin. Kull persuna tista’ tkun vittma ta’ hate speech li hu reat u għalhekk inħeġġeġ lil kulħadd biex jirrapporta għax hekk biss nistgħu niġġilduh. Irrid nenfasizza li l-hate speech huwa kundannabbli f ’kull xenarju. Jien ikkundannajt anke hate speech fil-konfront ta’ Membri tal-Oppożizzjoni. L-omofobija

m’hemmx lokha lanqas. Irridu niġġieldu dan il-fenominu u ma nħallux li b’xi mod jew ieħor jibqa’ jinfiltra fis-soċjetà. Li tkun gay, bisesswali, transesswali, intersex jew queer, mhux disprezz. Ma nistgħux fis-soċjetà li ngħixu fiha llum naċċettaw kliem omofobiku għax jagħmel ħsara lil individwi li forsi ma jkunux daqshekk b’saħħithom jew li forsi jibżgħu li se jiġu ġġudikati b’xi mod jew ieħor. Int min int, fl-aħħar mill-aħħar int persuna, li tħobb u għandek iddritt tkun maħbub/a.

X’taħseb dwar l-irwol tal-mara fis-soċjetà tal-lum? Taħseb li l-mara hija stmata biżżejjed f ’kull strata tas-soċjetà Maltija? Illum ma nitkellmux fuq irwol li l-mara għandha fis-soċjetà, jew fuq l-irwol li raġel għandu fis-soċjetà, iżda llum nitkellmu fuq l-irwol li kull persuna għandha fis-soċjetà irrispettivament mis-sess jew l-orjentazzjoni sesswali. Għad hemm diffikultajiet bla dubju li jagħmlu lill-mara trid tiġġieled aktar kontra l-isterjotipi. Fis-soċjetà

Ma nistgħux fis-soċjetà li ngħixu fiha llum naċċettaw kliem omofobiku għax jagħmel ħsara lil individwi li forsi ma jkunux daqshekk b’saħħithom jew li forsi jibżgħu li se jiġu ġġudikati b’xi mod jew ieħor. Int min int, fl-aħħar mill-aħħar int persuna, li tħobb u għandek id-dritt tkun maħbub/a

tagħna għad fadal ċirkustanzi li jkejlu l-istatus tal-mara differenti minn dak tal-irġiel, li m’għandux ikun. Irridu naħdmu kontra dawn il-preġudizzju. Għalhekk qed naħdmu biex nassiguraw li aktar nisa jkunu filħajja pubblika, u għalhekk qed naħdmu biex nassiguraw li ma jkunx hemm diskriminazzjoni fil-konfront ta’ mara li tagħmel l-istess xogħol ta’ raġel imma li titħallas anqas. Irridu naħdmu kontra dawn l-isterjotipi, ngħid jien sa mit-tfulija, biex verament f ’dan il-pajjiż ikun hawn ugwaljanza. Inti wkoll ktibt li tinsab kburija li bl-Abbozz tal-Liġi dwar l-Ugwaljanza, li bħalissa qiegħed quddiem il-Parlament, qed tipproponu li l-korpi uffiċjali tal-Gvern ikollhom tal-anqas 40% millmembri tagħhom nisa. Kif se tiġi attwata din? Il-liġi qed tipproponi li minn tal-inqas 40% tal-ħatriet magħmula għall-korpi maħturin uffiċjalment ikunu nisa, u tal-inqas 40% l-oħra jkunu irġiel u fejn ma jkunx possibbli li jintlaħaq dan in-numru ser ikun hemm possibbiltà li dak il-korp jintalab pjan ta’ kif beħsiebu jasal għal dan l-għan. Wara 10


19

16.08.2020

kullhadd.com

Is-soċjetà tagħna hija waħda liberali u demokratika. Dejjem ser ikun hemm min jgħid kontra l-bidla, però darba wara l-oħra l-poplu Malti wera li jrid ikun parti mill-istorja biex nagħmlu pajjiżna aktar liberali. Għalhekk nibqa’ nitkellem dwar suġġetti li jistgħu jidhru kontroversjali bħall-użu personali tal-kannabis u estensjoni tal-użu tal-kannabis għall-użu mediku kif ukoll diskussjoni fuq il-prostituzzjoni u ħafna riformi oħrajn li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi

snin minn meta jidħol fis-seħħ l-Att, il-Kummissjoni ser tkun obbligata biex tagħmel rapport dettaljat dwar jekk din ir-riforma hix qed taħdem jew le. Wara dawn l-ewwel 10 snin, il-Kummissjoni mbagħad tkun obbligata tagħmel dan l-istess eżerċizzju kull ħames snin. Inti wkoll kont il-moħħ wara l-liġi l-ġdida tal-kremazzjoni, anke jekk dak iż-żmien kont backbencher u ssarrfet f ’suċċess. Għaliex hija importanti din il-liġi? Din il-liġi jien kburija biha u tinsab għal qalbi ħafna għax kienet l-ewwel liġi li jien ipproponejt fil-Parlament ta’ Malta. Għall-ewwel darba f ’pajjiżna, il-proċess ta’ kremazzjoni sar legalizzat u regolat permezz ta’ liġi li tirrispetta l-għażla personali tal-bniedem. Din il-liġi saret ukoll wara konsultazzjoni pubblika u pereżempju tinkludi reġistru li ser jinżamm mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, biex dak li jkun jirreġistra x-xewqa tiegħu li jiġi kremat. L-irmied se jkun jista’ jinfirex fil-baħar f ’żoni fejn ma jgħumux in-nies, minn fuq ajruplan jew jinżamm mill-qraba tal-mejjet jew fi spazji miftuħa apposta. Min irid iżomm l-urna jista’ jżommha f ’daru jew f ’qabar iżda l-urna bl-irmied mhux se

tkun tista’ tinbiegħ. Issa nħares ’il quddiem biex ikun hawn l-ewwel krematorju f ’pajjiżna. L-għan tiegħi hu li b’kull liġi li nressaq nagħti aktar drittijiet lill-persuni Maltin u Għawdxin. Tkellimt ukoll dwar diversi suġġetti li forsi wieħed iqis jaħarqu. X’importanza tagħti lil dawn is-suġġetti u għaliex tħoss li għandek tkun il-vuċi tagħhom? Is-soċjetà tagħna hija waħda liberali u demokratika. Dejjem ser ikun hemm min jgħid kontra l-bidla, però darba wara l-oħra l-poplu Malti wera li jrid ikun parti mill-istorja biex nagħmlu pajjiżna aktar liberali. Għalhekk nibqa’ nitkellem dwar suġġetti li jistgħu jidhru kontroversjali bħall-użu personali tal-kannabis, u estensjoni tal-użu tal-kannabis għall-użu mediku kif ukoll diskussjoni fuq il-prostituzzjoni u ħafna riformi oħrajn li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Ta’ min nallarmaw ruħna fuq traffikar tal-umanità? X’qed jiġri f ’pajjiżna f ’dan ir-rigward? U x’qed isir min-naħa tagħkom? Sakemm jibqgħu vittmi tattraffikar tal-bnedmin, irridu nibqgħu nieħdu bis-serjetà dan ir-reat gravi li hu reat kon-

holders kollha. Eżatt kif jiftaħ il-Parlament ser ikun qed jiġi konkluż Abbozz ta’ Liġi li tittratta s-sess lanqas rappreżentat fil-Parlament, li hu importanti li jgħaddi mill-Parlament anke qabel l-elezzjoni ġenerali li jmiss ħalli l-Parlament ikun aktar rappreżentattiv fl-immedjat. Hemm xogħol ukoll għaddej fi stadju ta’ Kumitat Parlamentari dwar l-Abbozz ta’ Liġi dwar l-Ugwaljanza li jien kburija li qed immexxu ’l quddiem. Din hija liġi importanti li bdiet taħt ir-responsabbiltà tal-Kummissarju Ewropew għall-Ugwaljanza Helena Dalli u li llum ġiet fdata lili biex inkompli mmexiha ’l quddiem mal-Ministru Edward Zammit Lewis. Dan hu pajjiż li jpoġġi l-Ugwaljanza bħala ċ-ċentru tal-politika tiegħu. Mil-lat personali, għalkemm diffiċli, il-ftit ħin mistrieħ fis-sajf inqattgħu mal-familja tiegħi imma ovvjament ix-xogħol ma jiqafx X’hemm ippjanat biex fiż-żmien li ġej inkompfil-futur qrib kemm fuq lu nressqu ’l quddiem riformi livell politiku li jassiguraw aktar ugwaljanza mis-segretarjat tiegħek u forsi wkoll fuq bażi personali f ’Malta li tant inħobbu. li jogħġbok taqsam magħna? Appell lil dawk li forsi Bħalissa s-Segretarjat għaddej jitħajru għall-politika ġmielu fuq ir-riformi kollha li imma jaqtgħu qalbhom, jien inkarigata minnhom. Nilt- speċjalment nisa, aqgħu regolarmanet ma’ dawk jew persuni kollha interessati u mal-istake- LGBTIQ+? tra d-drittijiet fundamentali tal-bniedem u offiża lejn is-soċjetà kollha. Għalhekk hu importnati li nkomplu nqanqlu kuxjenza fuq is-suġġett biex isiru aktar rapporti fejn ikun hemm suspetti, isiru r-rapporti anke anonimi jekk hemm bżonn u l-pulizija jkunu jistgħu jinvestigaw u jaġixxu biex ikissru ċrieki ta’ traffikar ta’ bnedmin. Sfortunatament dan hu qasam ieħor fejn in-nisa qegħdin żvantaġġati u jkunu sfruttati kemm minħabba raġunijiet ta’ xogħol kif ukoll għal prostituzzjoni. Proprju ftit jiem ilu, Malta issa ssieħbet fil-kampanja talĠnus Magħquda Blue Heart Campaign, eżattament fit-30 ta’ Lulju li għadda li jaħbat ilJum Internazzjonali kontra t-traffikar tal-Umani. Dan apparti l-kampanja nazzjonali ‘Umani Bħalek’ li l-Gvern nieda s-sena li għaddiet.

Nifhem li tul dawn l-aħħar snin il-politka kienet mifnija b’attakki personali li jaqtgħu qalb ċertu nies li jieħdu l-pass kuraġġuż u jagħtu kontribut fil-politka. Nifhem għax jien kont vittma, mhux darba jew tnejn ta’ dawn it-tip ta’ attakki. Imma ngħid għalija illum il-ġurnata dawn l-attakki saħħewni u żiduli d-determinazzjoni li naħdem u nħeġġeġ aktar nisa biex ikunu fil-ħajja pubblika għax aħna qegħdin hawn biex naħdmu fl-interess tan-nies. L-appell tiegħi hu wieħed - tħallux lil klikek ta’ nies li għandhom aġenda jaqtgħulkom qalbkom milli tikkontribwixxu fil-politka. Int minn fejn int, ġej minn liema qasam ġej u hu x’inhu l-background tiegħek. Bħala Deputat Laburista ninsab kburija li hemm diversi inizjattivi li jħeġġu l-parteċipazzjoni ta’ nies partikolari, bħal LEAD, IDEAT, Forum Żgħażagħ Laburisti, Nisa Laburisti u issa din ilġimgħa stess il-Partit Laburista nieda inizjattiva ‘100 idea’ b’10 policy fora li ser jittrattaw diversi aspetti, fosthom l-Ugwaljanza, u anke l-Kunsilli Lokali – minn fejn bdejt l-esperjenza politika tiegħi. Għal darb’oħra din hi turija ċara ta’ kemm il-Partit Laburista jibqa’ miftuħ għal ideat differenti. Ersqu ’l quddiem. Ejjew inkomplu nagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin.


20

16.08.2020

kullhadd.com

RYAN BARBARA

KIEN MESS MAD-DROGA, U MADWAR SENTEJN ILU TWIELED MILL-ĠDID Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Fil-ħajja l-bniedem xi kultant jaf isib ruħu dgħajjef u jinqabad f ’xibka li ma tkunx faċli tinħall minnha, jekk mhux b’xi għajnuna professjonali. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li meta sab ruħu f ’diffikultà waqt xi perjodu minn ħajtu, rrikorra għad-droga u x-xorb, iżda maż-żmien irnexxielu joħroġ minn din ix-xibka. Qed nirreferi għal Ryan Julian Barbara. Għandu 30 sena, jgħix Ħal Tarxien, iħobb il-futbol u l-qari u jaħdem bħala property advisor. Proprju fit-3 t’Awwissu ta’ sentejn ilu, Ryan ħass li reġa’ twieled mill-ġdid u b’hekk saret ġurnata speċjali għalih. Id-droga kienet il-ħarba mill-problemi tiegħu. Kien wasal f ’sitwazzjoni li beda jobgħod lilu nnifsu. “Speċjali għax waqaft nieħu d-droga u nħossni erġajt twelidt mill-ġdid. Inħoss li erġajt bdejt ngħix u nara l-ħajja minn perspettiva pożittiva,” beda jgħidli dwaru. Ta’ 18-il sena fil-fatt kien mess għall-ewwel darba mad-droga. Però llum isostni li ma jixtieq jara lil ħadd jgħaddi milli għadda hu. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Id-droga għall-bidu taħseb li tagħtik pjaċir, imma fil-verità hija ħarba mir-realtà. B’hekk meta persuna tkun għaddejja minn problema, ħafna mid-drabi flok taffaċċjaha, taħrab minnha, allura tibda żżid fid-doża. Imbagħad tasal f ’mument li tkun trid tieqaf u ma tistax u hemmhekk jibda żmien ta’ dlam biss u tbatija kbira, kemm mentalment, kif ukoll fiżikament,” stqarr miegħi. Kien beda jieħdu d-droga bi ftit u b’mod soċjali Fil-fatt meta Ryan kien mess mad-droga, kien beda bi ftit u b’mod soċjali. Maż-żmien beda jżid u meta kellu 26 sena kien għaddej minn mument diffiċli f ’ħajtu, u hawn kompla l-ħarba tiegħu jsibha ta’ kuljum fid-droga u x-xorb. Mistoqsi jiżvela x’kien ġralu matul dan il-perjodu, Ryan stqarr miegħi li ma xtaqx isemmi minn xiex

għadda. “Biss għaddejt minn mument iebes f ’ħajti bħalma jgħaddi kullħadd, u sibt il-ħarba tiegħi fid-droga u x-xorb.” Ryan isostni li huwa persuna soċjevoli, imma dak iż-żmien kien ingħalaq fil-kamra waħdu u kien jaħrab in-nies. Ma jonqosx li tilef ħafna flus fuq il-vizzju, jipprova jieqaf u ma jistax. Ġismu kien ikun kollu juġgħu. Kien jagħmel iljieli ma jorqodx. Ridt inkun naf jekk innuqqas ta’ rqad kienx ġej mill-ammont ta’ xalar barra mid-dar, jew jekk kienx effett ta’ xi ħaġa oħra. “Dak iżżmien ma kien xalar xejn. Anzi kien żmien ta’ dwejjaq kbar, ma kontx norqod bil-ħsibijiet li kien ikolli u bid-drogi li kont nieħu. Fl-aħħar spiċċajt nibki u nieħu għax ma nistax nieqaf.” Darba fost l-oħrajn, bħal donnu kien ġie konxju li ħajtu qabdet għan-niżla. Meta kien twieled it-tifel tiegħu u waqt li qed jikber, Ryan beda jħoss li qed jispiċċa jkun ’il bogħod

minnu u li qed jonqos bħala missier u dik kienet tkissirlu qalbu ħafna. L-aktar li kien jirrikorri kienu għall-kokaina u għax-xorb. “Kont anke spiċċajt f ’dipressjoni qawwija. Il-ħsieb ta’ suwiċidju kien frekwenti f ’moħħi.” Ridt inkun naf xi kemm dam dan il-perjodu fuqu, u kif eventwalment iddeċieda li jerġa’ jibni ħajtu mill-ġdid. “Dan il-perjodu dam qisu sena u nofs qabel ma waqaft, ħsibijiet ta’ suwiċidju kienu frekwenti lejn l-aħħar speċjalment. Kont xbajt ngħix ’il bogħod mit-tifel u darba minnhom ritratt tat-tifel ispirani biex nibdel ħajti u nagħmel xi ħaġa. B’hekk kif ma rajt l-ebda triq oħra, dħalt nagħmel il-programm,” żvela miegħi Ryan. Irnexxielu jidħol għall-programm tal-OASI Għal xi żmien, għal Ryan ilfatt li jmur jagħmel programm kienet stigma għalih. Iżda

għamel il-kuraġġ u mar jagħmel programm l-OASI Għawdex. Miegħi żvela li ħareġ ħafna ġid mill-programm. “Inbdilt f ’persuna oħra, sirt iżjed konxju tal-ħajja, sirt naf iżjed lili nnifsi u problema naf naffaċċjaha aħjar. Ma kien faċli xejn għax trid

toqgħod ’il bogħod minn kollox u li noqgħod ’il bogħod minn ibni kienet iebsa, imma iżjed ma toqgħod, iżjed tibda tidra u tirrealizza kemm il-programm hu sabiħ u fih ħafna frott x’tieħu,” stqarr miegħi. Fil-fatt tant jidher li mar tajj-

Dan il-perjodu dam qisu sena u nofs qabel ma waqaft, ħsibijiet ta’ suwiċidju kienu frekwenti lejn l-aħħar speċjalment. Kont xbajt ngħix ’il bogħod mit-tifel u darba minnhom ritratt tattifel ispirani biex nibdel ħajti u nagħmel xi ħaġa. B’hekk kif ma rajt l-ebda triq oħra, dħaltnagħmel il-programm


21

16.08.2020

kullhadd.com

eb b’dan il-programm li llum Ryan jgħid li dan kien l-aqwa pass li seta’ għamel f ’ħajtu. U llum jirrakkomandah lil dawk li jbatu mill-vizzju tad-droga. Jemmen ukoll li anki għandu jkun parti mill-kurrikulu fl-iskejjel. “Fl-iskejjel illum il-ġurnata għandek suġġetti bażiċi x’titgħallem. Imma b’dawk l-affarijiet ma tgħix ilħajja. Il-programm fih ħafna psikoloġija li hemm bżonn tkun fl-iskola minn età żgħira. Illum nirrealizza kemm hu sabiħ li jkollok relazzjoni tajba miegħek innifsek, kemm hu sabiħ li tkun taf tikkonfronta bniedem u tkun assertiv fil-ħajja. Dawn l-affarijiet qatt ma tgħallimthom l-iskola jien u huma affarijiet bażiċi fil-ħajja ta’ kuljum,” spjegali Ryan. Bil-programm ħa d-dinjità lura Fil-fatt fi kliem ieħor, isostni li bil-programm ħa d-dinjità lura. Illum huwa bniedem mill-ġdid, u jgawdi t-tifel u l-ħajja tiegħu preżenti togħġbu. Mistoqsi kif irnexxielu jegħleb kull tentazzjoni li seta’ ltaqa’ magħha wara li ħareġ mill-programm, jew jekk kellux jibdel l-istil tal-ħajja

tiegħu, Ryan weġibni: “Eżatt, trid tibdel il-ħajja tiegħek. Jekk ma tibdilx ċerti affarijiet filħajja tiegħek, l-istess riżultati ta’ qabel ser ikollok. Jien kull ħaġa li kellha x’taqsam mal-passat tiegħi kważi bdiltha. Tentazzjonijiet ftit li xejn sibt, imma fl-aħħar mill-aħħar minnek trid tiġi, irrelevanti it-tentazzjonijiet. Trid tibni ħajja li m’għandekx għalfejn taħrab minnha u tkun grat għal dak li għandek.” Fl-aħħar nett, stedint lil Ryan jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Int min

int - qatt tħossok aħjar minn ħaddieħor. Ftakar li llum jien u għada inti, hi x’inhi l-problema li għaddej minnha. Tkellem, tibżax, tagħtix kas jekk in-nies tiġġudika. In-nies tagħmel jew ma tagħmilx ser tgħid xorta, allura għamel li hu għall-ġid tiegħek. Ftakar li kollox jgħaddi filħajja, taqta’ qalbek qatt. Fittex l-għajnuna, tiddejjaq xejn. Dawk huma n-nies kuraġġużi. Il-ħajja sabiħa, kun grat li tqum kull filgħodu, ftakar li hawn min ma jqumx,” temm jgħid Ryan.

Il-programm fih ħafna psikoloġija li hemm bżonn tkun fl-iskola minn età żgħira. Illum nirrealizza kemm hu sabiħ li jkollok relazzjoni tajba miegħek innifsek, kemm hu sabiħ li tkun taf tikkonfronta bniedem u tkun assertiv fil-ħajja


22

16.08.2020

kullhadd.com

ĦAL MILLIERI: RAĦAL TASSEW MISTERJUŻ Bħall-erba’ punti kardinali tal-irjieħ fil-kumpass, jinsabu l-erba’ rħula, li llum nistgħu ngħidu li huma bliet, li huma l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Kirkop u ż-Żurrieq, li ċ-ċentru tagħhom, bħal kumpass ukoll, hu Ħal Millieri. Roqgħa fil-kampanja, li darba kienet raħal li ma baqa’ xejn minnu ħlief dik il-kappella u fdal ta’ oħra biex ifakkruna li darba kienu jabitaw grupp ta’ nies li welldu u ffurmaw raħal li llum, li kieku ma kienx għal dik il-kappella, ħadd ma kien ikun jaf bih. Fuq dan ir-raħal, li bosta jiddeskrivuh bħala misterjuż, iddiskutejt mal-Kommendatur Salvator Mousù, li tana aktar tagħrif. Minn CHARLES B. SPITERI Il-kappella Medjevali li nsibu f’Ħal Millieri

Salvator, x’baqa’ mir-raħal ta’ Ħal Millieri? Li baqa’ minnu, jinsab qalb il-kampanja li hi ffurmata minn mewġiet ta’ għelieqi fl-ikbar pjanura ta’ Malta, proprju f ’nofs l-Imqabba, il-Qrendi, Ħal Kirkop u ż-Żurrieq u li jintlaħaq minn trejqa li tibda mill-katakombi tal-Mentna tal-Imqabba jew mit-triq ewlenija fid-daħla taż-Żurrieq. Hi kampanja ’l bogħod mill-għagħa tal-ibliet u mit-tniġġis tal-arja tat-traffiku, fejn il-ħemda u n-natura, fl-iskarsezza tagħha, jhennuk u jwiżnuk xi ftit mill-pressjoni li kultant ħonqot lill-ħajja moderna. Illum, kif bosta jafu diġà, xejn jew kważi xejn ma jtellfu mill-kwiet u l-iżolament tal-post u din is-serenità tagħti x’wieħed jaħseb li hawn dejjem irrenjat il-paċi u ftit hemm x’wieħed jirrakkonta dwar din in-naħa. Iżda dan mhux l-każ ta’ dan il-post fil-passat. Nafu li kien raħal abitat mhux ħażin u kellu xi żmien li fih kienet tingħatalu ċerta importanza. Bħall-oriġini ta’ tant irħula oħra, il-bidu hu mitluf fil-misteru ta’ ġrajjiet tal-imgħoddi mbiegħed. U dan il-bogħod u dawn il-misteri huma bħal art fertili li tnibbet stejj-

er u leġġendi marbutin mal-post. U l-iktar magħrufa t’hawnhekk hi marbuta mal-post daqskemm, jekk mhux iktar, mal-istess isem tal-post, Ħal Millieri jew kif kien magħruf għal sekli sħaħ u b’mod uffiċjali: Casal Millieri. Kif ġie dan l-isem u għaliex? Hawn tidħol il-leġġenda. Jingħad li bosta sekli ilu, fl-aqwa tażżmien nofsani, re mill-parti t’isfel tal-Italja, imdejjaq minn qatta’ kbira mhux ħażin ta’ nies li fil-fehma tiegħu kienu kriminali, qatagħha li jkeċċihom u jeżiljahom minn pajjiżhom. B’hekk, irre ħaseb li sa fl-aħħar ħeles minn ruxmata nies li kienu ta’ xkiel għalih. U l-gżira li tefgħethom fiha kienet proprju Malta tagħna. Issa immaġinaw dawn ilpovri mkeċċija f ’art imwiegħra u miftuħa għal kull avversità bil-perikli kontinwi jimminaċċjawhom, x’setgħu jagħmlu. U, bħalma ġara f ’każi oħra fl-istorja, qatgħuha li jagħmlu l-almu tagħhom u jibqgħu kemm jistgħu magħqudin biex jappoġġjaw lil xulxin f ’kull bżonn. Iżda l-ewwel ħaġa kienet li jsibu post fejn

setgħu jgħammru flimkien, u terraq ’l hemm u terraq ’l hawn, iddeċidew li jagħżlu post li seta’, bl-għaraq ta’ xbinhom, iħaddmuh biex jieħdu l-prodotti minnu ħalli jkunu jistgħu jitrejqu u jgħixu kif setgħu. Ma kienx ta’ sens li jagħżlu ħdejn il-baħar jew fuq art mogħxa, li ma setgħetx tagħti frott; u ta’ nies b’esperjenza fir-raba’, għażlu pjanura mimlija ħamrija u li kellha possibbiltà ta’ ħażna ta’ ilma. U x’setgħu jsibu aħjar minn din il-pjanura li semmejna: pjanura li llum hi magħrufa bħala ta’ Ħal Millieri?

perfett mal-kunjom Camilleri, u li mbagħad b’nofs Malti u nofs Taljan saret Ħal (flok Ca’) Millieri u li baqa’ b’dan l-isem sal-lum. Dan hu dak li tirrakkonta l-leġġenda: iżda eżattament x’ġara, u x’seta’ ta l-lok għal din l-istorja li tidher ftit stramba u forsi impossibbli?

dawn l-irvellijiet, iddeċieda li jattakka belthom, iħarbatha u jeżilja lill-abitanti kollha u jxerridhom mal-erbat irjieħ biex qatt aktar ma jerġgħu jqumu kontrih. Tant kien sistematiku dan il-kastig tiegħu, li grupp minnhom sa eżiljahom fuq il-gżira tagħna. Xi storiċi jsostnu li dawn iċĊelani kienu ħarbu mill-qilla vendikattiva tiegħu u salvaw ġildhom billi ġew joqogħdu hawn Malta. Hawn jidħol Ħal Għargħur, li xi storiċi, speċjalment ta’ dik innaħa, iħaqquha li marru jabitaw hemmhekk, iżda fil-każ tagħna, skont il-leġġenda, dawn, jew uħud minnhom, marru f ’Ħal Millieri. Hu x’inhu l-fatt, jibqa’ li tassew xi eżiljati ġew hawn Malta wara t-tkeċċija tagħhom fis-sena 1223

Il-fatti juruna li wara kollox, mhix leġġenda la wisq stramba u lanqas tant impossibbli. Celano kienet u għadha belt fil-parti t’isfel tal-Italja li l-abitanti tagħha fis-seklu 13 kienu fil-biċċa l-kbira tagħhom, ostili Allura fl-istess post ħolqu għar-Re Federiku II u mhux talli komunità agrikola? kienu kontrih, talli spiss kienu jiHekk hu. Bdew jiżviluppawha u rvellaw. Federiku, imxebba’ minn b’hekk ħolqu raħal. Issa, peress li kienu mal-1,000 ruħ b’kollox u ma jafux kif se jsemmuh, x’kien hemm aktar loġiku milli bdew isibuh, huma u n-nies tal-gżira Is-sejbien ta’ dawn ta’ Malta, bħala ir-‘Raħal tal-Elf ’. l-irziezet Rumani jagħtuna Peress li kienu Taljani, bil-lingwa tagħhom, appuntu bdew isejħux’nifhmu li kien post ta’ attività ta’ lu bħala il-Casale dei Mille Rei, importanza li baqgħet tiżviluppa li maż-żmien tqassar f ’Ca’ Mille Rei, jiġifieri r-raħal tal-1,000 ħati sal-qerda kbira li ssuċċediet u li malajr din C’Mille Rei issimbil-miġja tal-Għarab fis-sena 870 plifikat ruħha f ’Ca’ Millieri, xebh


23

16.08.2020

kullhadd.com

Il-Kappella ta’ San Ġwann qrib dik tal-Lunzjata. Kien hemm oħra ta’ San Mikiel li ġġarrfet

Ma rridux ninsew insemmu wkoll li barra mil-Lunzjata kien hemm il-kappella l-oħra tal-Viżitazzjoni u ftit ’il bogħod, terġa’ kappella oħra ta’ San Ġwann l-Evanġelista, li hi wkoll kellha ħdejha ta’ San Mikiel. Erba’ kappelli tista’ tgħid fl-istess sit, li huma prova oħra tal-importanza antika ta’ dan ir-raħal misterjuż, passat li ma setax jonqos li ma jidħolx fil-leġġendi jew aħjar il-leġġendi jidħlu fih u li aktarx kienu f ’numru konsiderevoli. Dawn in-nies riedu jaraw x’jagħmlu għall-għajxien tagħhom u bilfors li ħafna minnhom intefgħu jħaddmu l-art għall-biedja. Din taċ-Ċelani, jew kif isibuhom xi wħud, Ċelanesi, hi storja fondata fuq verità storika u interessanti, li xi storiċi bħal Brian Blouet tant ħaqqaqha u sostna li kienu proprju dawn in-nies li l-aktar influwenzaw it-tkeċċija tal-Għarab minn pajjiżna. Insomma, jidher biċ-ċar li dan irraħal tal-1,000 tagħna, twieled u żviluppa ruħu sew wara s-seklu 13, tant li beda jiżdied fil-popolazzjoni. Dokumenti tas-sekli ta’ wara saħansitra jwasslulna li issa dan Ħal Millieri, flimkien ma’ Ħal Armanin sa kellu d-dritt li jibgħat rappreżentant tiegħu fil-Kunsill ta’ Notabile (l-Imdina), li kien jissejjaħ comestabulis. Liema hi l-eqdem data li nsibu li fiha jissemma Ħal Millieri? Hi dik tal-famuża lista tad-Dejma, tas-sena 1419. Madankollu, m’hemmx dubju li l-post hu bilwisq eqdem, anzi l-arkeoloġija rrivelat li fi Żmien ir-Rumani,

hawn mhux biss kien abitat, iżda wkoll kellu attività agrikola ta’ ċertu qies, peress li nstabu fdalijiet ta’ rziezet Rumani. Aktar minn hekk instabu wkoll xi fdalijiet preistoriċi. Is-sejbien ta’ dawn l-irziezet Rumani jagħtuna x’nifhmu li kien post ta’ attività ta’ importanza li baqgħet tiżviluppa sal-qerda kbira li ssuċċediet bil-miġja tal-Għarab fis-sena 870. Minn dik is-sena sat-twelid tal-1200 jidher li f ’dan ir-raħal ma kien hawn ebda ħjiel ta’ xi ħajja fih u l-miġja tan-nies mat-twelid tas-seklu 13, issaħħaħ, f ’parti, xi verità, għalkemm forsi minima, tal-leġġenda. Mill-banda l-oħra wieħed irid ukoll iqis li l-grupp ta’ rziezet li ffurmaw dan ir-raħal ma kinux wisq fin-numru u dawn possibbilment kienu madwar u mhux ’il bogħod mill-kappelli eżistenti, bl-aktar importanti dik tal-Lunzjata. Mill-fatti konkreti naraw li l-aqwa tal-popolazzjoni tar-raħal intlaħqet fil-perjodu ta’ bejn l-1600 u l-1609. Sal-1685 baqgħet l-istess u mbagħad ġara fatt daqsxejn stramb li l-popolazzjoni bdiet tonqos b’mod drammatiku sakemm fis-sena 1711 niltaqgħu mal-aħħar twelid.

Għaliex ġara dan kollu u naqsu n-nies minn Ħal Millieri? Ftit snin wara l-1711 ir-raħal ġie abbandunat għalkollox. U birraġun kulħadd jistaqsi “x’seta’ ġara?” Sal-lum għadu ħadd ma ta spjegazzjoni u forsi r-raġuni ta’ dan l-abbandun tibqa’ misteru għal dejjem! L-istramba hi li fid-diversi drabi li l-pesta attakkat lil pajjiżna, jew aħjar dawk in-naħat, insibu li Ħal Millieri, probabbilment minħabba fin-natura salubri tiegħu, qatt ma ntlaqat mill-pesta. Hemm xi misteri oħra marbuta ma’ dan ir-raħal? Hemm dak marbut mal-Kappella tal-Lunzjata: kappella li teħodna lura għas-seklu 15, iżda ferm aktar qabel jekk inkunu rridu mmorru għall-kappella oriġinali. Hekk pereżempju, la qed nitkellmu fuq misteri, ta’ min isemmi hawn ilkaż kommoventi tax-xbejba li ndifnet preċiż taħt l-artal. Meta saru l-iskavi nstab skeletru ta’ tfajla u dak ta’ tarbija magħha li wara studji bir-reqqa rriżulta li kien ta’ xbejba ta’ 16-

Dokument ferm importanti li jixhed li Ħal Millieri kien attiv u ta’ ċerta importanza fi Żmien ir-Rumani

il sena u t-tarbija ta’ xi sentejn u nofs. Instab ukoll li t-tarbija kienet tagħha, jiġifieri omm u bintha u li ndifnu flimkien fl-istess jum. Sinjali ta’ vjolenza jew ta’ xi marda speċifika ma kienx hemm u fuq kollox, għaliex indifnet fl-iktar post prominenti tal-kappella? X’kien il-każ? Min kienet? Misteru li ndifen magħha u li aktarx jibqa’ midfun għal dejjem! Hi ħaġa tal-iskantament li mill-iskavi li kienu saru fis-sena 1974 minn madwar 1,800 biċċa fdal, ’il fuq minn 1,700 huma ta’ oriġini Rumana; skavar li jagħtina x’nifhmu kemm Ħal Millieri kellu ħidma u aktarx produttività ta’ ċertu volum. Mhux biss il-pedamenti huma ta’ fdalijiet Rumani, talli anki fit-toroq li mhumiex tant mimsusin u li jeħduk għall-kappella, wieħed għadu jista’ jara fil-ħitan tas-sejjieħ, blokok tal-ġebel Ruman. Anki l-iskoperta tal-istess sena tal-iskavar, tal-affreski, li kienu mgħottijin b’aktar minn seba’ passati ta’ tibjid, tefgħet dawl ġdid u ta’ importanza waħdanija mhux biss għall-kappella nnifisha, iżda għall-istorja tal-arti Medjevali ta’ pajjiżna. Ma rridux ninsew insemmu

wkoll li barra mil-Lunzjata kien hemm il-kappella l-oħra tal-Viżitazzjoni u ftit ’il bogħod, terġa’ kappella oħra ta’ San Ġwann l-Evanġelista, li hi wkoll kellha ħdejha ta’ San Mikiel. Erba’ kappelli tista’ tgħid fl-istess sit, li huma prova oħra tal-importanza antika ta’ dan ir-raħal misterjuż, passat li ma setax jonqos li ma jidħolx fil-leġġendi jew aħjar il-leġġendi jidħlu fih. Tgħidilna xi ħaġa fuq l-affreski ta’ dawn il-kappelli? Għalkemm l-affreski saru fis-seklu 15, madankollu huma kopja kważi identika ta’ oħrajn li kien hemm qabel u li setgħu jmorru lura għas-seklu 13. Affreski b’qaddisin kollha tal-Lvant Nisrani, għax aħna konna nsegwu l-kult Biżantin, bi stil li kien sar arkajk fil-kontinent. Iżda li f ’pajjiżna kien għadu sħiħ. Ħaġa ferm unika fl-istorja tal-arti medjevali hi dik li nstab l-isem tal-artist ‘Garinu’, isem Sqalli li jfisser li aktarx kien ġie minn hemm biex ħallielna dawn l-affreski tant importanti.


24

16.08.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

IRVIN VELLA INVESTIGATUR VIRTWALI IL-KAŻ STELLA MARIS Irvin Vella qed jistudja biex iġib il-warrant ta’ investigatur privat, imma sadanittant diġà mħabbat daqs – u iżjed minn – investigaturi professjonisti. Kull ħin jispiċċa jinvestiga u jsolvi xi misteru. Għalhekk, meta tinqala’ opportunità għal vjaġġ b’xejn madwar il-Mediterran fuq l-ewwel cruise liner Malti, l-MV Ġgantija, tiġi proprju fi żmien tajjeb biex jieħu ftit ta’ btala u jistrieħ. Jistrieħ? Irvin? Ħeqq, jixtieq! Għax bilkemm jilħaq isalpa l-vapur, li Barunessa Naplitana li tkun qed tivvjaġġa magħhom tinsterqilha kullana prezzjuża. U min aħjar minn Irvin biex, flimkien mal-kuġini leali tiegħu Luca u Laura, isolvi dan il-misteru abbord il-vapur? U r-riżultat hu investigazzjoni ta’ serqa – investigazzjoni mimlija indizji, azzjoni, suspans u anki ħafna umoriżmu. Irvin Vella: Il-każ Stella Maris, huwa r-raba’ ktieb fis-sensiela ta’ misteri investigattivi għattfal, miktuba minn John A. Bonello u ppubblikati mill-Merlin Publishers. Dan il-każ il-ġdid isegwi lil ta’ qablu— Irvin Vella: Il-Każ tas-Serqiet Strambi (1), Irvin Vella: IlKaż Manduca (2) u Irvin Vella: Il-każ tal-Gżejjer tatTeżor (3) – kollha kotba ideali għal qarrejja minn 9 snin ’il fuq. It-tfal iħobbu lil dan il-karattru għax faċli jidentifikaw miegħu – Irvin iħobb lill-familja tiegħu, it-Twistees, it-te bil-gallettini, u fuq kollox għandu karattru u burdati partikolari immens. Għall-awtur, l-ispirazzjoni prinċipali

għall-karattru kienet sensiela televiżiva antika Detective Columbo. “Kont narah fuq it-televixin man-nanna,” ftakar Bonello, awtur rebbieħ ta’ diversi premjijiet għall-kotba fantasy tiegħu għall-adolexxenti u għall-adulti. Kien hemm episodju partikolari f ’din is-sensiela li dejjem affaxxinani. “Id-detective Columbo jsalpa fuq cruise liner ma’ martu, u jispiċċa jinvestiga qtil abbord. Fl-istorja tiegħu m’hemmx qtil, imma ridt nesplora l-kunċett ta’ investigazzjoni fi spazju ristrett bħalma hu vapur, maqtugħ mill-bqija tad-dinja,” qal Bonello. Is-sensiela t’Irvin Vella hi l-ewwel sensiela ta’ investigazzjonijiet ta’ detective bil-Malti, miktubin apposta għat-tfal, u tant intlaqgħet tajjeb mill-qarrejja li l-ewwel ktieb, Il-Każ Manduca, diġà kellu jiġi stampat darbtejn! Il-ktieb fih ukoll l-illustrazzjonijiet tal-artista magħrufa Lisa Falzon, li hawn użat l-istil retro black-and-white biex toħroġ il-burdata ta’ misteru u investigazzjoni. Ir-rumanzi ta’ Irvin Vella kienu l-ewwel kitba ta’ Bonello għat-tfal, u fil-fatt bħalissa diġà għaddej sew jikteb il-ħames avventura f ’din is-sensiela. Fil-frattemp, it-triloġija tiegħu Il-Logħba tal-Allat hija popolari immens mal-adolexxenti u tnejn mill-kotba fit-triloġija rebbħuh il-premju għall-Aqwa Rumanz għall-Adolexxenti waqt il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Irvin Vella: Il-Każ Stella Maris jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, jew online direttament minn merlinpublishers.com. Mistoqsija: X’jinsteraq minn fuq il-vapur?

Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IRVIN VELLA INVESTIGATUR VIRTWALI: IL-KAŻ STELLA MARIS. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 23 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ĦAL MAQTUGĦ U KITBIET OĦRA huwa: V. SAMMUT - MOSTA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

05

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Ma’ fejn sar il-ftehim għax-xiri tal-materja prima għall-kannabis mediċinali? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

16.08.2020

kullhadd.com

IL-KAŻ MISTERJUŻ TA’ REY RIVERA OMIĊIDJU JEW SUWIĊIDJU? Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

It-toqba li lemħu fis-saqaf t’isfel tal-Belvedere Hotel

Rey Omar Rivera twieled fl10 ta’ Ġunju tal-1973 lil Angel u Maria Rivera. Rivera kien jaħdem bħala kittieb fuq il-finanzi u bħala vidjografu mal-kumpanija Stansberry and Associates, liema kumpanija kienet immexxija minn sieħbu Porter Stansberry. Rey Rivera kien għadu kif mar jgħix f ’Bal- Rey Rivera u sieħbu timore flimkien ma’ martu Alli- Porter Stansberry son minn Kalifornja, biex ikun jista’ jkun viċin il-post tax-xogħol tiegħu, meta għeb. ma javżax lil martu fejn ikun. Wara diversi ġranet ifittxu xi L-għejbien ta’ Rey Rivera ħjiel fejn seta’ mar Rey, huma sabu l-karozza tiegħu pparkjata L-aħħar li Rey Rivera deher f ’parkeġġ qrib ix-xogħol tiegħu kien fir-residenza tiegħu nhar f ’Mount Vernon. is-16 ta’ Mejju tal-2006. Skont Ma’ din is-sejba, il-kollepersuna li kienet qed tgħix gi ta’ Rey telgħu fuq il-bemagħhom, Rivera dakinhar jt tal-parkeġġ u lemħu toqba irċieva telefonata mill-binja fis-saqaf t’isfel tal-Belvedere tax-xogħol u telaq mgħaġġel Hotel u ssejħu l-pulizija biex ’il barra. Allison u l-qraba jinvestigaw. Kif il-pulizija wastagħhom bdew ifittxu lil Rey lu fuq il-post, huma saru jafu li għax kienu jafu li mhux is-soltu s-saqaf kien tal-kamra tal-kontiegħu li ma jmurx id-dar u li ferenzi tal-Belvedere Hotel u

L-evidenza li nstabet fuq ix-xena kompliet toħloq dubji u inċertezzi fuq il-każ. Fil-fatt, in-nuċċali tal-vista u l-mobile ta’ Rivera nstabu kważi bla ebda ħsara ħdejn it-toqba. Meta l-pulizija ċċekkjaw il-kamera tas-sigurtà ta’ fuq il-bejt sabu li din ma kinitx qed taħdem

fiha sabu l-katavru ta’ Rey Rivera, li diġà kien fi stat ta’ dekompożizzjoni. Rey Rivera u martu Allison

L-investigazzjoni Il-pulizija sabu ruħhom f ’baħar ta’ dubju hekk kif bdew jinvestigaw biex jaraw kif il-katavru ta’ Rivera spiċċa fil-kamra tal-konferenzi. Għall-bidu bdew jaħsbu li Rivera qabeż minn fuq il-bejt tal-Belvedere Hotel iżda rawha ftit impossibbli meta kkalkulaw id-distanza mill-bejt għat-toqba fissaqaf. Li kieku Rey kellu jiġri biex jaqbeż għal isfel, hu xorta ma kienx se jasal fejn instabet it-toqba. Dan għaliex id-distanza mill-bejt għal isfel kienet ta’ madwar 50 metru u l-waqgħa kellha tieħu madwar tliet sekondi. Issa biex bniedem sportiv jispiċċa fejn instabet it-toqba ried jiġri erba’ metri f ’sekonda filwaqt li Rey kien liebes karkur jew seta’ wkoll kien ħafi allura l-ġirja tiegħu setgħet tkun biss ta’ għaxar metri f ’żewġ sekondi u nofs.

Teorija oħra kienet li Rey Rivera qabeż minn xi xifer tal-binja ftit sulari ’l isfel mill-bejt. Din it-teorija kienet l-iktar waħda li ma daqqitx lill-pulizija għax kienet diffiċli għal Rey biex jingħata aċċess għax-xifer tal-binja minħabba li l-appartamenti u l-uffiċini kienu privati. L-evidenza li nstabet fuq ix-xena kompliet toħloq dubji u inċertezzi fuq il-każ. Fil-fatt, in-nuċċali tal-vista u l-mobile ta’ Rivera nstabu kważi bla ebda ħsara ħdejn it-toqba. Meta l-pulizija ċċekkjaw il-kamera tas-sigurtà ta’ fuq il-bejt sabu li din ma kinitx qed taħdem. Kien għalhekk li l-eżaminatur mediku kiteb li l-mewt ta’ Rivera kienet waħda inkonklussiva. Skont il-pulizija, il-kumpanija Stansberry and Associates

ħarġu ordni lill-ħaddiema biex ma jkellmux lill-pulizija wara li nstab il-katavru ta’ Rey Rivera. Minkejja din l-istqarrija, il-kumpanija qalet li dan ma kienx minnu. Il-mara ta’ Rivera ma setgħetx tniżżilha li żewġha neħħa ruħu b’idu u baqgħet tipprova ssib xi tip ta’ evidenza mill-uffiċċju li kellu Rivera fid-dar tagħhom. Hi sabet nota mwaħħla ma’ wara tal-iscreen tal-kompjuter iżda wara l-analiżi forensika sar magħruf li din ma kinitx ittra ta’ suwiċidju. Minħabba n-nuqqas ta’ evidenza, il-pulizija xorta waħda emmnu li dan il-każ seta’ kien wieħed ta’ suwiċidju. Il-qraba ta’ Rivera għadhom sal-lum il-ġurnata ma jafux eżatt x’ġara dakinhar tal-għejbien u l-mewt tiegħu.


26

16.08.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

16.08.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 342

M. PACE - ŻABBAR

Bi 3 Numri 037 065 072 203 302 543 576 725 859 925 B’4 Numri

0520 0535 0602 0707 0720 0877 1027 1095 1232 1282 1457 1458 1483

1592 1624 1800 2343 2433 2576 3191 3248 3405 3885 4633 4712 5773

6043 6253 6261 6336 6869 7267 7505 8312 8513 8764 9344 9375

194300 66430 B’5 Numri 432550 72476 00390 466004 75270 00565 597004 75332 05317 684118 75483 09111 927168 79202 12565 960893 85377 17587 88499 21194 B’7 Numri 92367 25885 4053981 92962 27426 5047617 40650 B’6 Numri 5835323 45593 8353348 066900 65093

1. 4. 7,23. 9. 10,11. 12. 16.

Mimdudin: Bħalissa magħluqa (5) Kompli l-qawl: Fejn m’hemmx ...... u ħamrija m’hemmx sinjurija (4) Fiehem (6) United Arab Republic (1,1,1) Pajjiż (3,5) Iżżomm id-dgħajjes (6) Tommy Mifsud

18. 19,22. 20. 21. 23. 24. 1. 2. 3.

Inglott (1,1,1) L-aħħar żewġ vokali (1,1) Stima tal-valur bl-Ingliż (6) Drapp tal-jeans (5) Ara 12 wieqfa Ara 7 Ħatt (5)

tal-karti (3) 5. Gżira bl-Ingliż imqassra (3) 6,15. Indunajna? (9) 8. Iħobb jindaħal (9) 11. Ara 10 12,21M. Ħadd ma baqa’ jiftakru (5) 13. Isem ta’ tifla! (3) 14. Bajja (6) 15 Ara 6 Weqfin: 17. Sikkina? (3) Maħfur? (6) 21. Mhux misjur (3) Kunjom (3) Ara 19 Jaqa’ fil-logħob 22.

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Jibqa, 4.Melħ, 7,24.Stivati, 9.Nar, 10.Severi, 12.Kappar, 16,22.Rubino, 18.RO, 20.Boris, 21.Mai

Weqfin: 1.Jannar, 2.Bir, 3,17.Assuma, 5,23.Everton, 6,11.Ħtija, 8.Temporali,12,19.Kburi 13.Pro, 14.Russja, 15.Pirati, 21.Mar


28

16.08.2020

kullhadd.com

AĠENDI U EGOĊENTRIŻMU Editorjal

Stramba, imma vera, l-elezzjoni li jmiss għall-Kap Nazzjonalista wkoll se tinfluwenza lejn liema direzzjoni se jimxi pajjiżna, hux nonfħu fuq il-ġamar ta’ dawn l-irresponsabbli jew tintefax doċċa kiesħa fuqhom

F’dawn iż-żminijiet u ċirkostanzi bla preċedent li qed ngħixu fihom – bħal oħrajn fil-bqija tad-dinja fuq kollox – imkien ma tismagħha li pajjiż ikollu jħabbat wiċċu ma’ ostakli intenzjonati biex ikomplu jgħarrqu s-sitwazzjoni. Agħar minn hekk ikun meta dawn l-istess gambetti lanqas ikunu ġejjin minn xi stat ieħor, li forsi jkollu kull intenzjoni li jikkompeti u jirbaħ f ’suq miftuħ. Waqt li s-simpatiji globali jixhdu wkoll l-akbar solidarjetà ma’ dawk li jkunu l-iżjed għarkupptejhom, oħroġ ilgħaġeb f ’Malta tagħna ssib min lest jippoppa sidru bħala l-akbar għadu tal-istat u jogħxa meta joħorġu l-aħbarijiet koroh li jagħtu tumakka lill-pajjiż. Minn għaqdiet lokali, li suppost jafu wisq aħjar, sa individwi, li jfittxu l-fama talmument, il-Gvern u l-awtoritajiet Maltin għadhom isibu lil min jagħmlilhom ħajjithom infern, anke jekk ma tkunx, waqt li jnisslu biss sens ta’ biża’ bla bżonn fost l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà. Dawn l-irresponsabbli flok jagħżlu li jiġbdu l-istess ħabel

mal-awtoritajiet u/jew malkumplament taċ-ċittadini anke f ’sens ta’ patrijottiżmu – kif jiġri prattikament f ’kull pajjiż ieħor fejn kulħadd iħossu parti minn nazzjon, fit-tajjeb u anke filħażin – dawn jogħxew jagħmlu l-kontra. Jaħsbu u jemmnu li se jkunu ddikjarati xi eroj, għax joħolqu kull skuża jew gidba biex iħammru wiċċ pajjiżhom stess, avolja ma jkunx hemm bażi għal azzjonithom. Għalkemm jidħlu diversi fatturi li jistgħu jwasslu għal dan, m’hemmx dubju f ’moħħ kull min ilu jsegwi x-xena politika lokali li, fost dawn, hemm aġendi politiċi moħbijin, inkluż minn dawk li jħossuhom fid-dmir li jpaxxu xi naħa kontra l-oħra, minħabba obbligazzjonijiet għal pjaċiri passati. Hemm ukoll issens ta’ egoċentriżmu ta’ oħrajn li, b’riżultat li qatt ma sabu sodisfazzjon fil-ħajja u wkoll qatt ma mmaturaw, jieħdu pjaċir jaraw lil ħaddieħor fl-istess miżerja tagħhom. Biex tgħaxxaq, dawn kollha jibqgħu jistinaw fit-triq il-ħażina li qabdu biex jilħqu l-miri tagħhom,

avolja jissograw li jiġbdu fuqhom il-korla ta’ maġġoranza kbira ta’ nies. Meta għandna fostna ċorma li baqgħet ma aċċettat qatt lill-Partit Laburista fil-Gvern, minkejja maġġoranzi elettorali rekord, u li żaqqhom weġgħathom ferm aktar bis-suċċessi kollha li nkisbu mill-2013 lil hawn, xejn ma jneħħilna minn moħħna li ċerti affarijiet u dikjarazzjonijiet minn xi wħud ma jsirux b’kumbinazzjoni. Anzi jkollhom kull intenzjoni li jipprovaw iniżżlu lill-pajjiż f ’qiegħ l-abbissi ta’ baħar ta’ problemi. Tant li meta l-Ħadd li għadda żvelajna kif, minkejja żidiet ta’ każi li kellna sal-ġimgħa l-oħra, l-inċidenza f ’pajjiżna għadha fost l-inqas fl-Unjoni Ewropea kollha, ħarġu jikkritikawna li qed nipprovaw nagħtu stampa qarrieqa, minkejja li kif jafu l-qarrejja tagħna l-informazzjoni kienet miġjuba mill-Organizz­ azzjoni Internazzjonali tas-Saħħa (WHO) stess. L-ironija hi li dawn l-istess individwi u għaqdiet kont issib­ hom imqabbdin sew maż-żejża

sa seba’ snin ilu, sakemm ilpoplu kien għadu magħkus taħt il-piżijiet tal-ineffiċjenzi u l-isparpaljar amministrattivi, fost oħrajn. Allura ma tridx tkun għaref wisq biex illum tifhem dawn fejn jixtiequ li qegħdin jew fejn xtaqu li baqgħu. Fin-nuqqas ta’ Oppożizzjoni serja, li tkun tista’ taħdem id f ’id mal-Gvern għall-ġid komuni nazzjonali u allura kontra ċerti fazzjonijiet jew individwi li kapaċi biss ikissru u jfarrku, dawn il-ftit inċivili żgur iħossuhom rejiet u rġejjen. Stramba, iżda vera, l-elez­­­­­­zjoni li jmiss għall-Kap Nazzjonalista wkoll se tinfluwenza lejn liema direzzjoni se jimxi pajjiżna, hux nonfħu fuq il-ġamar ta’ dawn l-irresponsabbli jew tintefax doċċa kiesħa fuqhom. Filwaqt li llum mhix l-inten­ zjoni li nikkummentaw dwar din it-tellieqa, żgur inkunu irres­ ponsabbli jekk ma nwissux biex noqogħdu attenti lil min nafdaw u aktar minn hekk noqogħdu fuq it-tagħrif li joħroġ minn fomm l-awtoritajiet lokali u ħadd iżjed.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.