KullĦadd_17.04.2022

Page 1

ID-DISTAKK FIS-“SIĠĠIJIET” GĦALL-PL ISSA ŻDIED BI TNEJN Il-Ħadd, 17 ta’ April, 2022

Ħarġa Nru 1,501

Prezz €1

FL-EWWEL TA’ MEJJU NILTAQGĦU L-BELT! Bħal-lum ġimagħtejn il-poplu hu msejjaħ għal ċelebraz­z­joni fil-Belt Valletta fl-okkażjoni tal-Ewwel ta’ Mejju. L-attività tal-massa, organizzata mill-Partit Laburista frisk mill-akbar rebħa elettorali fl-istorja, tinkludi diskors tal-Prim Ministru Robert Abela u se tkun qed issir fl-isfond tal-Konferenza Ġenerali, kif jitlob l-istatut. F’intervista f’din il-ħarġa (ara paġna 5), il-Kap Eżekuttiv talPL, Randolph Debattista, iħeġġeġ lill-poplu jingħaqad f’din il-festa u jkompli jappoġġja lill-moviment li kapaċi jassigura l-aħjar għajxien lill-ħaddiem Malti u Għawdxi.

NOFS L-OPPOŻIZZJONI F’KONFLITT DIRETT IL-BATTALJA INTERNA BEJN IL-FAZZJONIJIET FI ĦDAN IL-PN SE TKOMPLI TIRRANKA … 18-IL DEPUTAT DIĠÀ MAQSUMIN BEJN TAL-ESTABLISHMENT U DAWK TA’ KONTRIHOM

L-eżerċizzju elettorali kkonferma li l-konflitt fi ħdan il-Partit Nazzjona­lista ma mietx, anzi huwa evidenti li dan se jkompli jirranka anke b’iżjed qilla sa mill-ewwel jiem ta’ din il-leġiżlatura l-ġdida. Wara li t-Tlieta li għad­da saru l-elez­ zjonijiet każwali li kien għad fadal u ġew ukoll inklużi d-deputati nisa skont il-mekkaniżmu tal-ġe­ne­ru, issa jirriżulta li l-forzi tal-Blue Heroes fil-Parlament se jinkludu bejn wieħed u ieħor disa’ deputati. Kontrihom, iżda, hemm diġà skje­­rati mad­war disa’ deputati oħrajn li huma assoċjati direttament mal-fazzjoni tal-Eks Kap Adrian Delia

jew inkella anti-establishment. Dan ifisser li, minn 35 rappreżentant li tgawdi b’kollox l-Oppożizzjoni f’din il-leġiżlatura, mill-inqas nofs­hom diġà huma parti minn żewġ fazzjonijiet ewlenin. Fiż-żmien li ġej mistennija tiżdied il-ġlieda biex in-nofs l-ieħor ta’ de­pu­ tati li jkun jifdal, u li fil-maġġoranza tagħhom huma ġodda, jieħdu l-pożizzjoni tagħhom f’waħda minn dawn ilklikek opposti. It-turbolenzi interni bdew jinħassu meta l-PN falla milli jinforma fil-ħin lill-Kummissjoni Elettorali liema distretti kien se jċedi s-siġġu tal-kandi-

dati tiegħu li telgħu fuq żewġ distretti. Dan anke jekk l-istatut jagħmilha ċara li kellhom jiġu ċeduti dawk id-distretti fejn depu­tat, elett minn żewġ distretti, ikun ġab l-inqas voti. Minkejja dan, argumenti u pressjo­ni­jiet ħolqu dewmien inutli, u l-elez­­z­joni każwali għal seba’ Membri Par­la­men­tari oħra Nazzjonalisti kellha tiġi pos­posta b’ħamest ijiem. Fil-proċess kellu jiġi pospost ukoll it-tħaddim tal-mek­ka­niż­mu tal-ġe­neru li żied sitt deputati nisa lil kull partit. Tkompli f’paġna 6

Rapport f’paġna 4


02

17.04.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa minn fuq Benghazi li qed testendi fuq il-Punent tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Baħar Eġew It-Temp: Pjuttost imsaħħab li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral it-Tramuntana li jdur ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx għal moderat mix-Xlokk il-Lvant It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

17°C UV 9

11°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

18°C UV 9

13°C

Il-Ġimgħa

20°C UV 9

15°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

20°C UV 9

12°C

18°C UV 9

13°C

17°C UV 4

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Remedies Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Tal-Ħlas Pharmacy, 60, Triq Tumas Fenech k/m Triq l-Imdina, Ħal Qormi – 21487739 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Regal Pharmacy, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Trasfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 St. Mary Pharmacy, Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr – 21580711 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454247 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Tony’s Pharmacy, Egret Court, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.



04

17.04.2022

2022 PL

PN

Distakk (PL)

PL

PN

Distakk (PL)

1

5

3

2

3

2

1

2

4

2

2

4

1

3

3

5

2

3

4

1

3

4

5

1

4

4

2

2

5

4

2

2

3

2

1

6

3

2

1

3

2

1

7

4

3

1

3

2

1

8

2

4

-2

2

3

-1

9

2

4

-2

2

3

-1

10

2

3

-1

2

3

-1

11

2

3

-1

2

3

-1

12

2

4

-2

2

3

-1

13

4

2

2

3

3

0

T

44

35

9

37

30

7

ID-DISTAKK FIS-“SIĠĠIJIET” JIŻDIED BI TNEJN GĦALL-PL Wara t-Tlieta ġie konkluż il-proċess proprju f’dan id-distrett biex b’hekk elettorali jirriżulta li l-Partit Laburista itella’ siġġu ieħor u b’hekk ikollu progħandu distakk ta’ disa’ siġġijiet Par- porzjonalità aħjar minn hawn. Dan lamentari. Dan jisboq b’żewġ siġġijiet wassal biex tela’ Toni Bezzina. Peress li id-distakk li kien hemm wara l-Elezzjoni Grech ċeda dan id-distrett, minn hawn tal-2017. tela’ wkoll Stanley Zammit fl-elezzjoni B’hekk id-distakk hu daqs dak li kien każwali. hemm wara l-Elezzjoni tal-2013 u kien Dan, imma, fisser li fir-4 Distrett il-PN biss fl-Elezzjoni tal-1947 li kien hemm issa għandu biss membru Parlamentari Gvern li kellu distakk akbar fl-ammont wieħed meta qabel kellu tnejn, għax flta’ siġġijiet Parlamentari. 2017 kien uża l-aġġustament li tagħtih Minħabba l-mekkaniżmu tal-bilanċ il-Kostituzzjoni fuq hemmhekk. bejn il-ġeneri, l-ammont ta’ siġġijiet Bidla oħra mill-2017 kienet li, minParlamentari żdied bi 12, sitta għal kull flok appunta lil xi ħadd mit-13-il Distrett partit rappreżentat. Li kieku wieħed għat-tieni siġġu tal-aġġustament Kostijelimina dan, jirriżulta li l-Partit Nazz- tuzzjonali, il-PN appunta kandidat mis-7 jonalista naqqas siġġu mill-ElezDistrett (Ian Mario Vassallo). zjoni tal-2017. Dan seħħ fil-5 Dan fisser li, għall-ewwel Distrett fejn, minkejja darba, mill-1955, hemm li ħareġ il-Kap innifsu aktar Membri Parla­ Bernard Grech, il-PN mentari Laburisnaqqas il-voti tiegħu ti Għawdxin milli minn 33.3% għal hemm NazzjonalisGħall-ewwel 31.8%. ti. Kemm fl-2017 kif darba f’67 sena Ta’ min jinnota li ukoll fl-2013 il-PN hemm iżjed deputati hawn ukoll, il-Kap kien uża l-aġġustakiseb l-inqas amment tal-KostituzzLaburisti Għawdxin mont ta’ voti miżjoni biex jilqa’ għallminn dawk żewġ distretti li kkonfatt li l-PL kien rebaħ Nazzjonalisti testa. Dan ukoll wara siġġu aktar fil-gżira. li, fil-bidu tal-kampanja Jidher li din id-de­ċiż­ elettorali, kien irrapportat joni tal-PN kienet iddettata kif bidel fehmtu u flok il-5 Distrett minn żewġ kun­siderazzjonijiet. kien se jikkontesta t-12-il Distrett, flimL-ewwel­ nett il-fazzjoni Delia kienet kien mal-11-il Distrett. ċara li mhux se taċċetta l-ebda kandiGħalkemm din id-deċiżjoni nbidlet dat Għawdxi mill-oħra, li tlieta minnappena nqala’ inkwiet kbir intern, mhux hom kienu parti integrali mill-Blue eskluż li nħassu l-effetti tagħha wkoll. Heroes, waqt li t-tieni kienet li kienu Issa biex jgħatti din id-disfatta, il- jafu li bil-mekkaniżmu tal-bilanċ bejn PN għażel li jutilizza l-mekkaniżmu il-ġeneri kienet se titla’ kandidata Lat’aġġustament li tagħtih il-Kostituzzjoni burista Għawdxija u allura jidher li

2017

ppreferew iżommu d-distakk fis-siġġijiet fis-7 Distrett, l-istess bħalma kien fl-2017. L-1 Distrett kien dak li l-aktar ġie affettwat mill-mekkaniżmu tal-bilanċ bejn il-ġeneri fejn kien hemm tliet nisa li ġew eletti, tnejn għall-PL u waħda għallPN. Dan wassal biex id-distakk fis-siġġijiet bejn iż-żewġ partiti żdied b’wieħed. Fit-2 Distrett, il-mekkaniżmu tal-bilanċ bejn il-ġeneri wassal għal distakk inqas bejn il-partiti, wara li ġiet eletta kandidata Nazzjonalista permezz tiegħu. Fit-3 Distrett, id-distakk baqa’ ta’ tliet membri favur il-PL, għax bilmekkaniżmu tal-bilanċ bejn il-ġeneri telgħu kandidata Laburista u oħra Nazzjonalista. Fir-4 Distrett, id-distakk favur il-PL irdoppja minħabba d-deċizjoni Nazzjonalista li ma jutilizzax hawn l-aġġustament tal-Kostituzzjoni bħalma kien għamel fl-2017. Minbarra hekk, il-mekkaniżmu tal-bilanċ bejn il-ġeneri wassal biex titla’ kandidata Laburista u b’hekk il-PL għandu l-akbar distakk f’dan iddistrett – erba’ siġġijiet jew kważi nofs id-distakk fil-pajjiż kollu. Il-fatt li l-Kap Nazzjonalista għażel li jinjora dan id-distrett u ma jużax hawn l-aġġustament tal-Kostituzzjoni jista’ jiġi spjegat biss mill-fatt li kien hemm reżistenza kbira biex jiġi vvantaġġjat Jason Azzopardi. Minbarra hekk, ried jitgħatta l-falliment tal-Partit fil-5 Distrett fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni wkoll falla personalment fit-tellieqa mal-Prim Ministru Robert Abela. Fis-6 Distrett, id-distakk fis-siġġi­ jiet baqa’ l-istess bħall-2017, għalkemm

il-PL irnexxielu jżid il-voti kemm bħala persentaġġ kif ukoll b’mod assolut. Fis-7 Distrett, id-distakk fis-siġġijiet baqa’ l-istess għax il-PN uża l-aġġustament li tagħtih il-Kostituzzjoni biex għamel tajjeb għaż-żieda ta’ kandidata Laburista li telgħet permezz tal-mekkaniżmu tal-bilanċ tal-ġeneri. Dan il-mekkaniżmu ffavorixxa lill-PN fit-8 Distrett, għax ġiet eletta kandidata Nazzjonalista (Julie Zahra). B’hekk id-distakk fis-siġġijiet favur il-PN żdied b’wieħed. L-istess ġara fid-9 Distrett fejn il-mekkaniżmu wassal biex jiżdied b’wieħed id-distakk fis-siġġijiet favur il-PN. Fl-10 u fil-11-il Distrett ma kien hemm l-ebda bidla fid-distakk, anke għax m’applikax il-mekkaniżmu. Imbagħad fit-12-il Distrett il-mekkaniżmu reġa’ ħadem favur il-PN u wassal biex jiżdied id-distakk fis-siġġijiet favurih b’siġġu għal total ta’ tnejn. Dan minkejja li, f’dan id-distrett, hemm distakk vera żgħir fil-voti favur il-PN. Fl-aħħar nett f’Għawdex, kif diġà ġie spjegat, il-mekkaniżmu tal-bilanċ tal-ġeneri u l-għażla tat-tmexxija Nazzjonalista li ma tużax l-aġġustament Kostituzzjonali hawn wassal biex minn sitwazzjoni ta’ bilanċ fis-siġġijiet issa l-PL għandu żewg deputati Għawdxin iżjed mill-PN. Ta’ min ifakkar li kien proprju f’Għawdex li l-PL l-aktar li kabbar il-voti f’din l-elezzjoni. Hawnhekk ħadmu żewġ fatturi – ħidma kbira favur Għawdex millGvern Laburista, kif ukoll kandidatura eċċellenti fid-distrett. Min-naħa l-oħra, kien hemm firda enormi fost il-kandidati Nazzjonalisti li kien ħsiebhom biss kif se jtellfu lil sħabhom stess, partikolarment il-fazzjoni tal-establishment li tħaddan lil Chris Said kontra ż-żagħżugħ Alex Borg, appoġġjat mill-Eks Ministru Giovanna Debono. Dan wassal biex issa hu biss fit-3 u fir-4 Distretti li l-PL igawdi distakk akbar mill-għadd ta’ siġġijiet li għandu f’Għawdex.


05

17.04.2022

PROPRJETÀ: REKORD TA’ BEJGĦ GĦAL DARB’OĦRA Irreġistrat l-aqwa l-ewwel kwart tas-sena lokali L-ewwel kwart ta’ din is-sena kien l-aqwa wieħed irreġistrat fl-istorja fejn jidħol bejgħ ta’ proprjetà residenzjali wara li ġew iffirmati kuntratti li jammontaw għal valur totali ta’ €736 miljun. Dan kien €46 miljun aktar mir-rekord preċedenti rreġistrat fl-2019, qabel bdiet il-pandemija.

BEJGĦ TA’ PROPRJETÀ Q1 2018

€545 miljun

2019

€690 miljun

2020

€568 miljun

2021

€676 miljun

2022

€736 miljun

Jirriżulta li fl-ewwel tliet xhur tal-2022 ġew iffirmati 3,373 kuntratt ta’ bejgħ. Dan ifisser li l-valur medju ta’ kull kuntratt kien ta’ aktar minn €218,000, li hu 6% ogħla mill-valur medju ta’ sena ilu u 11% aktar mill-valur medju tal-2019. Għal darba oħra l-akbar ammont ta’ kuntratti ta’ bejgħ kienu f’Għawdex, b’madwar 580 kuntratt jew wieħed minn kull sitt kuntratti li saru. Fix-xhur li ġejjin hu mistenni li s-suq tal-proprjetà jistabbilizza xi ftit għax l-ammont ta’ konvenji ġodda beda jirritorna għal livelli aktar normali. Fl-ewwel kwart tas-sena saru kważi 2,750 konvenju u, waqt li dan hu aqwa mill-ammont iffirmati fl-istess żmien sentejn ilu, hu inqas milllivell tas-sena li għaddiet meta kien hemm roħs qawwi fil-boll fuq xiri ta’ proprjetà. Issa li l-impatt tal-pandemija fuq l-ekonomija spiċċa u l-Gvern qed jagħti pri­jorità akbar lillamb­jent, l-inċentivi statali huma iżjed ċari biex in-nies titħajjar tixtri proprjetajiet antiki jew abbandunati eqreb taċ-ċen­tri tal-lokalitajiet, iżjed milli fil-peri­ feriji.

META NIEQFU NAĠĠORNAW NISPIĊĊAW BĦAL ĦADDIEĦOR Randolph bħala Membru Parlamentari u Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista. Kif tiddeskrivi l-ewwel jiem u x’se jkunu l-ewwel prijoritajiet tiegħek?

kors tal-Prim Ministru Robert Abela. Irrid inħeġġeġ lin-nies biex jingħaqdu magħna fil-Belt. Wara l-attività nistiednu lin-nies biex jieqfu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista l-Ħamrun u jiltaqgħu magħna fil-maratona ġbir ta’ fondi, li se tkun ilha għaddejja minn filgħodu. Wara kampanja elettorali, li wriet id-differenza bejn iż-żewġ partiti, umilment qed nitolbu s-sostenn tan-nies biex nassiguraw li nżommu dan illivel­l. Irrid nirringrazzja bil-quddiem lil kulħadd tal-għajnuna.

Jien nemmen li min ikollu l-privileġġ iservi f’karigi uffiċjali f’partit għandu dejjem jaħdem biex iħalli lil ta’ warajh partit aktar b’saħħtu minn kif sabu. Dan hu l-prinċipju li dejjem adottajt. Fuq nett tal-prijoritajiet hemm l-aħjar użu tal-proprjetajiet tal-Partit biex nassiguraw sostenibilità finanzjarja fit-tul. Fl-istess ħin irridu nkomplu naġġornaw il-mod kif jaħdmu l-istrutturi u l-mezzi kollha tal-Partit. Is-sehem tal-voluntieri fi ħdan il-Partit Jekk nieqfu naġġornaw u nbiddlu, Laburista huwa imprezzabbli. X’inhu nis­piċċaw bħal ħaddieħor! l-messaġġ tiegħek lil dawk il-mijiet li Fir-rwol ta’ Membru Parlamentari, joffru l-għajnuna tagħhom mingħajr dan l-istess prinċipju japplika aktar. Ir- ma jistennew xejn lura? ridu naħdmu biex inħallu pajjiż aħjar lil ta’ warajna. Fl-ambjent, fl-ekonomija, Kieku xi ħadd kellu jipprova jitfa’ prezz fil-governanza u fid-drittijiet ċivili. fuq ix-xogħol volontarju kollu li jsir Irridu nkomplu nfittxu lil fil-Partit, ma jirnexxilux. Il-valdawk in-nies li għadhom ur tal-vo­lontarjat huwa kbir, mhumiex rappreżentati miċ-Ċentru Nazzjonali jew li jħossu li ħadd mhu Labu­­rista, għall-kumitaqed jismagħhom. Irridu ti lokali, u n-nies kollha nifhmuhom u nbiddlu m’għandhomx karigi, Għall-1 ta’ Mejju liimma fejn hemm bżonn biex ma jiq­fux jaħdmu ċelebrazzjoni dawn ukoll iħossuhom biex iwass­lu l-messaġġ parti mis-suċċess ta’ tal-massa u ġbir tal-Partit, jew joħorġu Malta. barra minn triqthom biex ta’ fondi jgħinu lil ħaddieħor. L-1 ta’ Mejju – is-sinifikat ta’ Jien ngħid li l-Partit Ladan il-jum u x’hemm imħejji? burista hu mibni fuq il-volontarjat. Irrid minn hawn nirringrazzja Jiena nqis l-1 ta’ Mejju bħala l-festa fa- lin-nies kollha li jagħtu l-ħin u l-enerġija vorita tal-Maltin, għax hija l-festa li tagħhom kull meta l-Partit isejħilhom. jiċċelebraha kulħadd. Hija l-festa ta’ min jaħdem, ta’ min iħaddem u ta’ X’inhu s-sigriet biex il-Partit Laburista min m’għandux xogħol u qed jaspira li baqa’ jmexxi b’għaqal u jibni l-Partit ta’ jaħdem. U huwa l-Moviment Laburista għada? li jassigura l-aħjar għajxien għall-ħaddiema. Politiku tajjeb għandu bżonn żewġ affa­ Allura, bix-xieraq, li wara l-waqfa rijiet. tal-pandemija, niċċelebraw flimkien L-iktar ħaġa importanti hi li jkun din il-festa fit-toroq tal-Belt Valletta, bi viċin in-nies il-ħin kollu. B’hekk biss jisspettaklu minn artisti Maltin u d-dis- ta’ wieħed jifhem il-bżonnijiet differenti

Minn fejn int: L-Iklin Età: 34 sena Għeluq sninek: 1 ta’ Mejju L-iktar ħaġa li tħobb: L-ikel u s-safar Kwotazzjoni favorita: Qatt tinsa minn fejn tlaqt tan-nies. B’hekk biss nistgħu nifhmu li mhux kulħadd bħalna, imma s-soċjetà hi magħmula minn nies b’ideat u bżonnijiet differenti. It-tieni ħaġa hi r-rieda li twettaq u li ġġib il-bidla. Inutli tisma’ jekk m’għan­ dekx rieda li timplimenta u li tisfida u tbiddel. B’hekk biss tista’ tagħmel id-differenza fil-ħajja tan-nies. F’għajnejja, dawn huma ż-żewġ elementi li jħaddan b’tant suċċess il-Partit Laburista. X’inhu l-appell aħħari tiegħek biex Malta Flimkien ngħixuha u nħaddmuha? Dawn se jkunu ħames snin importanti għal pajjiżna. Ħames snin li matulhom għandna l-opportunità li nieħdu lil pajjiżna fil-livell li jmiss. Għandna aġenda mimlija, b’1,000 proposta li rridu ndawruhom f’1,000 miżura li jtejbu l-ħajja tal-Maltin u tal-Għawdxin. Fil-Parlament, għandna Grupp Parlamentari li hu l-aktar żagħżugħ fl-istorja u l-aktar rappreżentattiv tas-soċjetà kollha. Konvint li dawn il-ħames snin li ġejjin se jkomplu jġibu l-bidla f’pajjiżna.


06

17.04.2022

FL-AĠENDA WKOLL L-EŻISTENZA TAL-PN Tkompli minn paġna 1 Sussegwentement, meta fetħu n-nominazzjonijiet għall-elezz­jonijiet każwali, kien hemm il-kandidata tat-3 Distrett Janice Chetcuti – meqjusa ferm qrib ilKap Bernard Grech – li ħabbret li mhux se tikkontesta tali proċess, bl-argument li ġabet kien biex tagħti ċans lil xi ħadd ieħor fid-distrett għax hi xorta kienet se titla’ bil-mekkaniżmu tal-ġeneru. Anke jekk l-introduzzjoni tal-mekkaniżmu kellu l-għan li jassigura li ż-żewġ ġeneri jkunu rappreżentati b’mod aktar bilanċjat, din il-mossa Nazzjonalista ħadmet bil-maqlub. Dan għaliex, minflok, il-PN għażel li juża l-mekkaniżmu tal-ibbilanċjar bejn is-sessi biex inaqqas in-numru potenzjali ta’ nisa li jiġu eletti permezz tal-proċess elettorali normali. Li kieku Chetcuti kkontestat l-elezzjoni każwali hi kienet se tiġi eletta u mara oħra kienet titla’ flokha fil-Parlament bil-mekkaniżmu tal-ġeneru. Fid-dieher, il-Kap Nazzjona­lista stqarr li dan sar ħalli tiżdied ir-rappreżentanza fin-Nof­sinhar ta’ Malta. Min­kej­ja dan, fil-verità, jidher li d-deċizjoni ttieħdet biex tiġi ostakola­ta speċifikament kandidata li kienet kapaċi titla’ bil-mekkaniżmu kieku Chetcuti rebħet l-elezzjoni każwali. Dan joħroġ ċar mir-reazz­jonijiet opposti taż-żewġ blogers Simon Mercieca u Manuel Delia. Delia, li normalment jikteb favur Bernard Grech, ħareġ kompletament kontra, waqt li Simon Mercieca, li s-soltu joħroġ dejjem kontra Bernard Grech, din id-darba qabel kompletament miegħu. Anke fuq The Shift News, arma prinċipali f’idejn l-establishment Nazzjo­nalista, saret kritika qawwija lill-Kap tal-PN fuq din il-materja. Nhar it-Tlieta ġie kkon­ fermat li l-per-

suna li tilfet is-siġ­ġu fil-Par­lament, graz­ zi għall-mossa ta’ Grech, kie­net Emma Portelli Bonnici. Il-pre­żenza tal-kandidata magħrufa bħala liberali fi ħdan il-PN fuq il-lista tal-kandidati kienet qajmet ħafna reżistenza mill-fazzjoni konservattiva tal-Partit. B’kuntrast ma’ dan, l-establishment iqis lil Portelli Bonnici bħala forza ġdida li tista’ tgħin biex telimina l-argument li m’għandhomx ucuħ ġodda fosthom. Għaldaqstant jidher ovvju li d-de­ċiżjoni ta’ Chetcuti kienet bżonjuża biex dawk ta’ kontra l-establishment ma jikkontestawx it-tmexxija ta’ Bernard Grech. Is-saħħa tal-fazzjoni antiestab­lishment toħ­roġ ukoll mill-fatt li wara li l-Kap ħareġ pub­b­­likament jgħid li kritika lit-tmexxija m’għand­hiex issir, għax inkella jittieħdu miżuri ta’ dixxiplina, kien hemm diversi interventi fil-gazzetti biex jindikaw li din l-ordni se tiġi kom­ pletament injorata. Fost l-oħrajn, ħareġ id-De­putat Għawdxi Alex Borg li pubblikament qal li deċiżjoni dwar Grech trid tittieħed fil-Partit u bl-ebda mod ma kkommetta xi appoġġ dirett lejh. Dan apparti li, b’mod ċar, wera li min imexxi l-Partit irid jikkunsidra l-am­mont kbir ta’ voti li kis­eb.

Ta’ min ifakkar li m’hemm xejn ġdid fil-“wiċċ ġdid” ta’ Borg. Hu fil-fatt jirrappreżenta lill-klikka ta’ Giovanna Debono, li qed twettaq il-vendetta aħħarija tagħha fuq dawk ta’ Chris Said u l-establishment li tant ħadem kontrihom. Ma’ dan kien hemm ukoll interventi pubbliċi mill-Eks Kap Adrian Delia, li

kompla jdeffes subgħu fil-fatt li l-Partit kompla jitlef u b’hekk ġab fix-xejn id-diska tal-establishment u ta’ Bernard Grech innifsu, li taħtu saru xi avvanzi kbar. L-istess għamlu l-Eks Segretarju Ġenerali Clyde Puli u l-Viċi Kap Robert Arrigo meta ħabbar li mhux se jikkontesta xi kariga wara t-telfa elettorali kbira. Sadanittant, l-elezzjonijiet każ­ wali kellhom effett pożittiv għall-fazzjoni tal-establishment għax numru ta’ membri tagħ­ha sabu posthom mill-ġdid fil-Parlament, filwaqt li daħħlu anke membri oħrajn li jiġbdu mal-linja ta’ kontra Delia. L-ewwel sfidi għall-Kap Issa, waqt li għaddej dan il-konflitt intern qawwi, il-Kap Nazz­ jonalista nnifsu qed ikollu jiffaċċja l-ewwel żewġ sfidi kbar tiegħu. Min-naħa, għandu l-Partit li jinsab f’sitwazz­joni finanzjarja xejn feliċi, għax id-de­ċiż­­ jonijiet li ħa hu u t-tim tiegħu, flimkien mal-kampanja eletto­ rali li mexxew, wasslu għal telf sostanzjali. Kif irrapportat filgazzetta Illum din il-ġimgħa, id-dejn li baqa’ jiżdied u attwalment ilaħħaq għal madwar €30 miljun qed iġib f’dubji serji kemm il-Partit se jkun jista’ jħallas lura dak kollu dovut minnu kemm lill-Istat kif ukoll lil dawk qribu, li investew fis-sistema dubjuża taċ-ĊedoliPN. It-tieni sfida kbira hi li qed jerġa’ jitqanqal b’mod persis­tenti d-diskors li Grech minn dejjem kien magħżul biss bħala Kap temporanju. Issa qed iċċaqċaq li se jkun qed jitneħħa wara l-elezzjonijiet li jmiss tal-Membri Parlamentari Ewropej u


07

17.04.2022

U L-KAP Jekk ma jikkontestah ħadd għall-pożizzjoni ta’ Kap, Bernard Grech m’għandux bżonn jerġa’ jmur għand it-tesserati … jeħtieġ biss maġġoranza sempliċi fost il-kunsillieri tal-Partit waqt il-Kunsill Ġenerali li se jissejjaħ aktar tard dan ix-xahar tal-kunsilli lokali sentejn oħra. Waqt li tibqa’ tissemma l-MPE attwa­ li Roberta Metsola, li llum ukoll għandha r-rwol ta’ President tal-Parlament Ewropew, jidher ovvju li dawk tal-establishment ma jemmnux li din se titħajjar tiġi lura xi darba, tant li qed jgħidu li dan id-diskors hu biss mezz kif ta’ kontrihom iridu jimminaw lil Bernard Grech ħalli eventwalment jeħdulu postu. Irid ikun il-Kunsill Ġenerali Nazzjo­ nalista li jagħti gwida ’l quddiem f’dan ir-rigward. Skont stqarrija maħruġa mill-PN nhar l-Erbgħa, fejn tħabbar ukoll li Robert Cu­tajar inħatar is-Segretarju l-ġdid tal-Grupp Parlamentari, minflok Karol Aquilina, ingħad li l-Eżekuttiv Nazzjonalista se jsejjaħ il-Kunsill aktar tard dan ix-xahar. Il-proċess li jikkonferma jew le lillKap attwali wkoll qanqal kritika ħarxa flaħħar jiem wara li sar magħruf li, kemm-il darba ħadd ma jikkontesta lil Grech għallpożizzjoni, dan tal-aħħar lanqas jerġa’ jmur għall-vot quddiem it-tes­serati talPartit. Minflok jeħtieġ biss maġġoranza sempliċi fost il-kunsillieri tal-Kunsill Ġenerali li jammontaw għal madwar 1,600. Fit-tellieqa ma’ Adrian Delia f’Ottubru ta’ sentejn ilu, bl-appoġġ sħiħ tal-estab­ lishment, Grech kien irnexxielu jikseb 69% tal-voti tat-tesserati, li dakinhar kienu jammontaw għal ftit iżjed minn 18,000.

41 KOLONJA TAL-QROLL F’RISKJU TA’ ESTINZJONI SALVATI FIL-PORT IL-KBIR Qabel tibda xogħlijiet biex tkabbar u ttejjeb il-mollijiet fix-Xatt ta’ Pinto, Infrastructure Malta salvat 41 kolonja ta’ qroll abjad li kienu mwaħħlin magħhom billi rrilokathom għal pos­ tijiet oħrajn fil-Port il-Kbir. Il-qroll abjad (Cladocora caespito­sa) hu speċi ta’ qroll f’periklu ta’ estinzjoni endemiku għall-Baħar Mediterran. Filfatt, huwa inkluż bħala speċi li jinsab f’periklu ta’ estinzjoni fil-Lista l-Ħamra ta’ Speċijiet Mhedda, kaġun ta’ diversi theddid li jinkludu t-temperaturi tal-baħar li qegħdin jogħlew, it-tniġġis tal-baħar u interventi mill-bniedem fl-abitat tagħhom, bħalma huwa t-tbaħħir u żviluppi mal-kosta għal skop ta’ rikreazzjoni jew industrijali. Stħarriġ li sar f’qiegħ il-baħar waqt l-ippjanar għal proġett li se jsir biex jinbnew mill-ġdid u jitkabbru l-mollijiet għall-vapuri tal-passiġġieri fil-Port il-Kbir, wassal biex ġiet identifikata l-eżistenza ta’ kolonji żgħar u ta’ daqs medju ta’ qroll abjad li kienu mwaħħlin mal-ġenb tal-moll. Filwaqt li se jittieħdu l-miżuri kollha ta’ mitigazzjoni applikabbli biex jitnaqqas l-impatt ambjentali minħabba l-bini mill-ġdid tal-mollijiet, ix-xogħlijiet xorta setgħu jaffettwaw l-abitat eżistenti tal-qroll. Fid-disinn il-ġdid, il-ħajt tal-molli­ jiet se jkun mgħotti bi struttura ġdida, li se twaqqaf id-dawl tax-xemx milli jilħaq il-qroll. Minħabba dan it-theddid għall-eżistenza tagħhom, ix-xjenzati u l-awtoritajiet ambjentali rrakkomandaw li l-qroll jiġi rilokat xi mkien ieħor. Ftit ġimgħat ilu, tim ta’ xjenzati u għaddasa speċjalizzati mmexxijin mir-riċerkaturi tal-bijoloġija tal-baħar il-Pro­fessur Joseph A. Borg u Dr Julian Evans nieda operazzjoni delikata biex jinqatgħu bir-reqqa l-uċuħ tal-konkos li fuqhom kienu qed jgħixu l-kolonji fraġli tal-qroll u jerġgħu jitwaħħlu ma’ uċuħ simili taħt l-ilma f’żoni oħrajn tal-Port il-Kbir, f’Bormla u fil-Kalkara.

Peress li dan il-qroll huwa sensittiv ħafna għal żieda fit-temperaturi u tibdil ieħor fl-abitat tiegħu, wara li qalgħu l-kolonji l-għaddasa kellhom iżommu­ hom mgħaddsin f’kontenituri kbar mim­lijin bl-ilma u ġarrewhom minnufih bid-dgħajsa biex jerġgħu jwaħħ­ luhom f’ambjent identiku fil-postijiet il-ġodda tagħhom. L-operazzjoni salvat 41 kolonja talqroll, billi begħdithom miż-żona fejn Infrastructure Malta daqt tibda x-xogħlijiet. Ix-xjenzati se jibqgħu jissorveljaw il-qroll li ġie rilokat biex jeżaminaw il-qagħda tagħhom u jidentifikaw titjib għal operazzjonijiet futuri ta’ rilokazzjoni ta’ dawn l-ispeċi. L-operazzjoni kienet ippjanata b’konsultazzjoni malAw­torità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Infrastructure Malta dalwaqt tibda t-titjib tal-mollijiet 4 u 5 li magħhom isorġu l-vapuri tal-passiġġieri fix-Xatt ta’ Pinto, kif ukoll fix-Xatt ta’ Lascaris biswithom. Se ssaħħaħ u tkabbar dawn l-istrutturi biex tiffaċilita l-ope­ razzjonijiet tal-irmiġġ.

Il-mollijiet il-ġodda se jkollhom ukoll il-konnessjonijiet għall-provvista talelett­riku mix-xatt lill-vapuri (shoreto-ship), li l-aġen­zija qed tinstalla bħala parti mill-Grand Harbour Clean Air Project. Dan il-proġett iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea qed jintroduċi s-servizz tal-elettriku mix-xatt fil-Port il-Kbir biex inaqqas b’90% t-tniġġis tal-arja mill-vapuri tal-passiġġieri u bastimenti oħrajn li jżuru Malta.

Xjenzati u għaddasa speċjalizzati wettqu l-operazzjoni delikata biex jinqatgħu l-uċuħ li fuqhom qed jgħixu dawn il-kolonji fraġli u jitwaħħlu f’żoni oħrajn


08

17.04.2022

SCOPE RATINGS TIKKONFERMA “A+” GĦAL MALTA L-aġenzija tal-klassifikazzjoni Ġermaniża, Scope Ratings, ikkonfermat mill-ġdid l-aħjar rating tagħha għal Malta fil-grad ta’ “A+”, bid-deċiżjoni tkun ibbażata fuq tliet fatturi – il-potenzjal qawwi ta’ tkabbir ekonomiku nazzjonali, ir-rekord tal-Gvern fil-ġestjoni prudenti tal-finanzi u l-pożizzjoni barranija b’saħħitha li għandu pajjiżna. L-esperti Ġermaniżi wkoll innotaw li t-tkabbir talġid nazzjonali laħaq id-9.4% fl-2021, prestazzjoni li hi ferm aktar b’saħħitha milli kien antiċipat. Dan ipoġġi lil Malta fost l-aktar ekonomiji li qed jirkupraw malajr fl-Unjoni Ewropea. Fil-valutazzjoni tagħhom, l-esperti barranin jargumentaw li Malta rnexxielha tillimita l-impatt strutturali tal-COVID-19 u li s’issa l-pajjiż kien impattat b’mod limitat ferm mill-effetti tal-gwerra fl-Ukrajna. Dan l-aktar minħabba li bis-saħħa ta’ intervent qawwi tal-Gvern l-impatt inflazzjonarju kien minimizzat.

Scope Ratings innotat ukoll li meta mqabbel ma’ stati oħrajn Ewropej, pajjiżna kien kapaċi jrażżan ir-rata tal-qgħad matul il-pandemija għall-aktar livelli baxxi li jeżistu, grazzi għall-miżuri effettivi ta’ assistenza mill-Gvern. Minħabba f’hekk Malta hi meqjusa li għandha prospetti ta’ tkabbir ekonomiku b’saħħtu. Fattur ieħor importanti wara r-rating “A+” ta’ Malta hi l-politika fiskali prudenti tal-Gvern. Dan ippermetta lill-Gvern jappoġġja l-ekonomija matul il-pandemija. Minbarra hekk, l-esperti Ġermaniżi jilqgħu l-fatt li l-istrateġija finanzjarja tal-Gvern tibbilanċja l-ħtieġa li jiġi pprovdut appoġġ għall-irkupru ekonomiku u dik li l-finanzi pubbliċi jiġu rritornati għal qagħda aħjar. Filwaqt li l-Oppożizzjoni targumenta li l-Gvern tilef il-kontroll tal-finanzi pubbliċi, m’hemm l-ebda ħjiel ta’ kritika f’dan is-sens min-naħa ta’ Scope Ratings. Anzi huma jistennew li l-piż tad-dejn nazzjonali

se jistabbilizza u jibqa’ sostenibbli. L-aġenzija Ġermaniża tinnota wkoll li l-ekonomija Maltija hi fost l-inqas fl-Ewropa fejn tidħol l-intensività tal-użu tal-karbonju ras għal ras u kisbet wieħed mill-akbar tnaqqis fl-intensità tal-karbonju fost il-pajjiżi fl-UE fl-aħħar snin. Ma’ dan tirrimarka wkoll li, frott il-politika soċjali b’saħħitha tal-Gvern Malti u l-impatt pożittiv ta’ tkabbir ekonomiku li laħaq lil ħafna, il-kundizzjonijiet soċjali tjiebu b’mod sostanzjali f’Malta. L-esperti Ġermaniżi jinnotaw ukoll li ħafna riformi għat-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-governanza ġew implimentati mill-2020 ’l hawn u issa mistennija riformi addizzjonali taħt il-Gvern ta’ Dr Robert Abela, li għadu kemm reġa’ ġie kkonfermat mill-elettorat b’maġġoranza b’saħħitha. F’dan ir-rigward, ir-rapport ta’ Scope jinnota wkoll il-progress qawwi li sar fir-riformi maqbulin mal-Financial Action Task Force (FATF).

KWAŻI GĦAXAR DARBIET IŻJED PASSIĠĠIERI FL-MIA MILL-2021 MOVIMENT TAL-PASSIĠĠIERI (%) MQABBEL MAL-2019 Jan

Frar

Mar

Apr

Mej

Ġun

Lul

Aww

Set

Ott

Nov

Diċ

2020

114

117

35

0

0

0

19

31

17

16

8

10

2021

11

8

7

6

11

26

39

49

55

61

64

53

2022

44

55

66

F’Marzu li għadda kważi 317,000 passiġġier użaw l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA), ammont li jlaħħaq kważi 10 darbiet iżjed mill-moviment ta’ passiġġieri li kienu għaddew minnu fl-istess xahar sena qabel. Meta mqabbel mal-livell ta’ qabel il-pandemija, it-traffiku tal-passiġġieri x-xahar li għadda kien fil-livell ta’ 66%, waqt li f’Marzu ta’ sena ilu t-traffiku talpassiġġieri kien biss 7% tal-attività qabel il-pandemija. Meta wieħed iqabbel l-istat tal-attività ma’ qabel il-pandemija, il-moviment ta’ passiġġieri fl-Ajruport matul Marzu li għadda kien fil-fatt l-aħjar wieħed. L-aqwa livell ta’ rkupru qabel dan kien f’Novembru tas-sena l-oħra fejn il-persentaġġ ta’ passiġġieri kien reġa’ lura għal 64% ta’ dak fl-2019. Dan jindika wkoll li ġie megħlub l-impatt negattiv li kellu l-varjant Omicron, tant li n-numru ta’ passiġġieri li għaddew mill-Ajruport f’Marzu kien akbar minn ta’ dawk li għaddew f’Lulju li għadda. Jirriżulta li kien biss f’Awwissu, f’Settembru u f’Ottubru 2021 li kien hemm aktar attività fl-MIA mindu bdiet il-pandemija. Issa bl-aħbar tar-rilaxx ta’ aktar restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar lejn Malta, is-settur turistiku mistenni jkompli jirranka fix-xhur li ġejjin. F’kummenti li ta lill-ġurnal l-Orizzont fil-bidu ta’ din il-ġimgħa, iċ-Ċermen tal-Awtorità Maltija għatTuriżmu Gavin Gulia tenna li l-okkupanza ta’ kmamar fil-lukandi u postijiet oħrajn ta’ akkomodazzjoni mistennija tkun ferm aħjar minn dak li kienet qiegħda tistenna l-awtorità stess. Fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kienu kważi 673,000 passiġġier li użaw l-Ajruport. Dan b’kuntrast għal inqas minn 99,000 passiġġier fl-ewwel kwart tal2021. Jekk jibqgħu jseħħu dawn it-tendenzi, l-2022 se tkun ferm aqwa mis-sentejn preċedenti. Minbarra minn hekk, ta’ min iżid li, skont ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), jidher b’mod ripetut li t-tul medju tal-btajjel tat-turisti, kif ukoll l-ispiża ras għal ras tagħhom, qed jitilgħu b’mod sostanzjali. B’hekk, b’numru inqas ta’ turisti, pajjiżna qed ikollu ritorn ekonomiku ferm aħjar milli kien ikollu qabel. Tbassir ippubblikat il-ġimgħa li għaddiet mill-organizzazzjoni Ewropea tal-avjazzjoni, Eurocontrol, jindika tkabbir sod fit-traffiku tal-ajru din is-sena, waqt li jantiċipa rkupru tajjeb fil-kontinent sa 96% tal-livelli rreġistrati fl-2019, jiġifieri qabel il-pande­mija talCOVID-19.


17.04.2022

L-IMPJIEGI JKOMPLU JIŻDIEDU

09 Bi proġetti nazzjonali ffinanzjati mill-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza, bħall-impjant EcoHive, hu mbassar aktar titjib ambjentali fiż-żmien li ġej

Rata ta’ 34 impjieg ġdid kuljum f’disa’ snin ta’ Gvernijiet Laburisti F’Novembru n-numru ta’ nies jaħdmu full-time tela’ għal 234,171. Dan ifisser li minn Marzu 2013 ’l hawn kien hemm żieda ta’ xejn inqas minn 87,184 impjieg full-time. Dan minbarra li mill-2013 ’l hawn kien hawn żieda ta’ 21,298 impjieg part-time. F’inqas minn disa’ snin l-impjiegi żdiedu b’aktar milli żdiedu fi tliet leġiżlaturi ta’ qabel. Mill-bidla filGvern kuljum żdiedu 34 impjieg għal total ta’ aktar minn 108,000. Din hi erba’ darbiet ir-rata ta’ ħolqien ta’ xogħol osservata matul l-amministrazzjoni preċedenti. F’Novembru 2021, in-numru ta’ impjiegi full-time żdied b’9,165 fuq sena qabel. Madwar wieħed minn kull disgħa ta’ din iż-żieda kienet mas-settur pubbliku u li aktar minn nofshom kienu mas-servizzi tas-saħħa jew dawk edukattivi.

Żieda ta’ 9,165 impjieg full-time fuq Novembru tal-2020 … b’wieħed minn kull disgħa mas-settur pubbliku, l-iżjed fis-saħħa u l-edukazzjoni Kien hemm żieda ta’ kważi 8,150 impjieg mas-settur privat. Kważi 1,350 kienu żieda mas-settur tal-kostruzzjoni, kważi 1,000 mar-remote gaming, kważi 500 mas-servizzi finanzjarji, madwar 1,100 mas-servizzi professjonali u mal-informazzjoni u kommunikazzjoni kien hemm tkabbir ta’ kważi 600. Kien hemm tkabbir ta’ 900 madwar mas-servizzi tas-saħħa u edukazzjoni privati. Kontra dan kien hemm tnaqqis ta’ kważi 150 masservizzi amministrattivi. B’kollox kien hemm żieda ta’ kważi 1,200 self-employed, speċjalment f’setturi relatati ma’ trasport u turiż­ mu. Waqt li x-xogħol part-time żdied bi kważi 6,200 fuq sena qabel, jirriżulta li tnejn minn kull ħames impjiegi ġodda full-time u part-time kienu meħuda min-nisa. F’Għawdex kien hemm żieda ta’ kważi 900 impjieg full-time, jew madwar 10% tal-impjiegi ġodda. Din ir-rata hi ferm akbar milli wieħed kien jistenna, skont il-proporzjon relattiv tas-suq tax-xogħol f’Għawdex. Kien hemm ukoll żieda ta’ madwar 425 impjieg part-time fil-gżira Għawdxi­ ja jew madwar 7% taż-żieda totali fix-xogħol part-time.

TNAQQIS FIL-GASSIJIET SERRA AĦJAR MILL-UE It-tniġġis lokali jinsab fil-livell ta’ 33% bħalma kien iżjed minn 30 sena ilu … it-tbassir hu li fiż-żmien li ġej ikun hemm iżjed titjib favur it-tibdil fil-klima Riċerka tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li tirriżulta f’żieda fit-tniġġis mill-avjazz- stabbli. saret riċenti tevalwa l-isforzi tal-Gvern joni internazzjonali. Imma l-ekonomisti tal-Bank ĊenMalti biex jiġġieled it-tibdil fil-klima Skont l-ekonomisti tal-Bank Ċentra- trali jinnotaw li, kontra dawn l-hekk billi juża l-politika fiskali u jinċentiva li, waqt li f’termini assoluti d-dħul mit- imsejħin miżuri “ħodor”, kien hemm bl-aħjar mod inizjattivi favur l-ambjent. taxxi fis-settur ambjentali żdied b’ak- numru ta’ miżuri “kannella” (miżuri li Ir-riżultati, li għamlu qabża kbira fl- tar mid-doppju mill-bidu tal-millennju, ma jgħinux li l-pajjiż ikun climate neuaħħar snin, huma impressjonanti, tant f’termini ta’ sehem tal-Prodott Gross tral). Dawn jinkludu dazji aktar baxxi li jieħdu l-livelli tat-tniġġis lura għal li Domestiku (PGD) kien hemm tnaqq- fuq prodotti taż-żejt u taxxi aktar baxxi kienu aktar minn 30 sena ilu. is kważi kostanti. Madankollu f’Malta, tar-reġistrazzjoni tal-vetturi. Dawn L-awturi tar-riċerka jinnotaw li is-sehem tat-taxxi ambjentali mal-PGD kellhom medja ta’ madwar 0.8% tal-PGD t-tniġġis f’Malta mill-gassijiet serra hu xorta konformi mal-medja fl-UE. matul l-aħħar 10 snin. (greenhouse gases) kien qed Dan itappan ftit il-ħidma fajiżdied bejn l-1990 u l-2004, vur it-tibdil fil-klima, imma imma mbagħad bdew jitnaqqsu l-ekonomisti tal-Bank Ċentrali b’mod moderat minn hemm ’il huma ferm aktar pożittivi dwar quddiem sakemm fl-2015 kien L-ekonomisti tal-Bank Ċentrali nnotaw il-politika fiskali favur l-ambjent hemm żviluppi mill-aktar pożitli ġej. ukoll l-adozzjoni tal-istrateġija li tfassal fiż-żmien tivi. Huma jsemmu l-inizjattivi Dan l-aħħar żvilupp irriflet- it-triq għad-dekarbonizzazzjoni lokali ħodor iffinanzjati permezz talta bidliet sostanzjali fil-politika Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza tal-enerġija, fosthom bl-għeluq tal-powMatul l-aħħar 10 snin, it-taxxi amb- nazzjonali u fejn 54% tal-fondi huma er station tal-Marsa, l-introduzzjoni jentali naqqsu d-defiċit ta’ Malta b’mad- ddedikati għal proġetti “ħodor”, waqt tal-interconnector u l-bidla mill-użu tal- war 1%, filwaqt li l-miżuri ekonomiċi li li jirreferu għal numru kbir ta’ proġetheavy fuel oil għall-gass naturali fil-pro- ttieħdu biex iwasslu għal direzzjoni li ti nazzjonali ekoloġiċi, bħall-impjant duzzjoni tal-elettriku. Fl-istess ħin kien ttejjeb il-klima (fosthom sussidji għal tat-trattament tal-iskart EcoHive, ilhemm żieda fl-enerġija rinnovabbli. pannelli solari, eċċ) kellhom medja ta’ pipe­line tal-gass/idroġenu u l-proġetti B’riżultat ta’ żviluppi riċenti, ras għal 0.4%. infrastrutturali tax-shore-to-ship, li se ras, l-emissjonijiet niżlu għal 33%, li hu Madankollu, hemm dibattitu qawwi jħallu impatt qawwi wkoll. taħt il-livell tal-1990 u ferm aħjar minn dwar jekk it-taxxi fuq il-mezzi tat-tras­ L-ekonomisti jinnotaw ukoll l-adozz­ port jistgħux jitqiesu li qed iwasslu biex jo­ni tal-istrateġija għall-iżvilupp tal-kar­ dak fl-Unjoni Ewropea. L-introduzzjoni ta’ diversi skemi tal- ikun hemm inqas ħsara lill-klima, dan bon­ju baxx li tfassal it-triq tad-dekarGvern wasslu wkoll għal żieda fl-użu ta’ għax it-trasport hu neċessità u mhux bonizzazzjoni ta’ pajjiżna. pannelli solari u vetturi li jniġġsu inqas. lussu – jiġifieri li tgħolli l-prezz tal-vetIr-rapport jitkellem b’mod ċar li It-tniġġis tad-dijossidu tal-karbonju turi mhux se jwassal għal tnaqqis fl-użu l-bidla lejn sostenibilità fil-klima mhix (CO2) minn karozzi tal-passiġġieri ġodda tagħhom. kwistjoni ta’ meta jew jekk, imma kwistf’Malta huma taħt il-medja fl-UE. Wara Din ir-riċerka tinnota li fl-aħħar joni ta’ kif. Din it-trasformazzjoni se tidl-2016 dawn ukoll naqsu, bil-maqlub leġiżlatura, il-bilanċ inbidel b’mod ċar definixxi b’mod ċar l-ekonomija tagħna tat-tendenza fl-UE fejn qed jiżdiedu. lejn l-użu ta’ inċentivi u sussidji. Fl-ist- matul l-għexieren ta’ snin li ġejjin u hi Min-naħa l-oħra, iż-żieda kbira fit-titji- ess ħin il-Gvern ma baqax jimponi taxxi l-aktar punt importanti li se tiddetermiriet tal-passiġġieri mill-2015 ’l hawn qed ġodda u żamm il-prezzijiet tal-fuels na l-kwalità tal-ħajja futura tagħna.


10

17.04.2022

SEGRETARJI PERMANENTI ĠODDA Tliet uffiċjali pubbliċi ngħataw il-ħatra bħala Segretarji Permanenti ġodda fis-Servizz Pubbliku wara l-ħatra ta’ Kabinett ġdid. Joseph Chetcuti, Emanuel Psaila u Carlos Tabone ngħataw il-ħatra mill-President ta’ Malta George Vella bħala Segretarji Permanenti fi tliet Ministeri differenti. Kien hemm assenjazzjonijiet ġodda wkoll lil uħud mis-Segretarji Permanenti attwali. Is-Sur Chetcuti kien Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tad-Dwana u issa nħatar Segretarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa; is-Sur Psaila kien Direttur Ġenerali fid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u se jkun Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza; filwaqt li s-Sur Tabone nħatar bħala Segretarju Permanenti fil-Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar wara li serva bħala Direttur Maniġerjali fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Dawn il-ħatriet saru wara li dawn l-uffiċjali pubbliċi ġew innominati mis-Segretarju Per-

Joseph Chetcuti

Emanuel Psaila

Carlos Tabone

manenti Ewlieni, Mario Cutajar, lill-Kummissjoni dwar isServizz Pubbliku li, wara li evalwat il-karriera ta’ kull wieħed mill-uffiċjali, irrakkomandat il-ħatra tagħhom lill-President ta’ Malta. Minn meta nħatar il-Kabinett il-ġdid sa issa kien perjodu li matulu s-Segretarji Permanenti u uffiċjali pubbliċi

oħrajn jintroduċu lill-Ministri u lis-Segretarji Parlamentari għall-portafoll li kull wieħed u waħda minnhom ġew assenjati mill-Prim Ministru Robert Abela. Huma jiġu mgħarrfa b’dak kollu li jgħinhom imexxu l-Mi­ nisteri tagħhom u anke d-deċiżjonijiet li huma meħtieġa jittieħdu fiż-żmien li ġej. Issa jmiss li matul din ilġimgħa u l-ġimgħa d-dieħla kollha, wara li fi tmiem ilġimgħa li għaddiet tqassmu mill-ġdid is-Segretarji Permanenti fid-dekasteri l-ġodda, jibda perjodu ta’ tranżizzjoni f’livell amministrattiv skont fejn hu meħtieg biċ-ċaqliq li sar. Is-Servizz Pubbliku rringrazzja lil Joseph Rapa li, sa mill-2013, serva bħala Segre-

tarju Permanenti fil-Ministeru għas-Saħħa, għas-servizz kbir li ta f’din il-ħatra f’dawn l-aħħar disa’ snin, u li issa hu stess xtaq li ma jerġax ikun ikkunsidrat għal Segretarju Permanenti. Is-Segretarji Permanenti fisServizz Pubbliku issa ġew assenjati kif ġej: Mario Cutajar, Uffiċċju talPrim Ministru u Kap tas-Servizz Pubbliku; Kevin Ma­honey, Uffiċċju talPrim Ministru (Kordinazzjoni u Implimentazzjoni); Joyce Cassar, Uffiċċju talPrim Ministru (People and Standards); Joseph Chetcuti, Ministeru għas-Saħħa; Joyce Dimech, Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u lGvern Lokali;

Wara li ġew innominati mis-Segretarju Permanenti Ewlieni, il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku evalwat il-karrieri tagħhom u rrakkomandat il-ħatra tagħhom lill-President ta’ Malta

Christopher Cutajar, Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ; Mark Musù, Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal u Ministeru għallAk­komodazzjoni Soċjali u Af­ for­dabbli; Sharlo Camilleri, Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali; Ronald Mizzi, Ministeru għall-Ekonomija, il-Fondi Ew­ ro­pej u l-Artijiet; Paul Zahra, Ministeru għallEko­nomija, il-Fondi Ew­ro­pej u l-Artijiet (Fondi Ew­ro­pej); Nancy Caruana, Ministeru għall-Inklużjoni, il-Volontarjat u d-Drittijiet tal-Konsumatur; Johan Galea, Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali u Ministeru għall-Ġustizzja; John Borg, Ministeru għal Għawdex; Emanuel Psaila, Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Ri­ for­mi u l-Ugwaljanza; Anthony Gatt, Ministeru għat-Turiżmu; Joseph F. Caruana, Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u l-Intrapriża; Alfred Camilleri, Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol; Matthew Vella, Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iżŻgħa­żagħ, ir-Riċerka u l-Inno­ vazzjoni; Carlos Tabone, Ministeru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ipp­ janar; u Christine Schembri, Ministeru għall-Anzjanità Attiva.

IS-SERVIZZ PUBBLIKU F’MALTA €3.1M GĦAL PUTTINU JISSODISFA LIL 70% TAL-POPLU Is-Servizz Pubbliku Malti reġa’ kiseb punteġġi għoljin ħafna fl-istħarriġ tal-Eurobarometer dan ix-xahar. F’dan l-istħarriġ, maġġoranza assoluta ta’ 70% talMaltin qalu li huma kuntenti bil-mod kif jingħataw isservizzi governattivi. Dawn ir-riżultati, li jfissru 18% aktar mill-medja tal-pajjiżi kollha membri fl-Unjoni Ewropea, jaffermaw kemm ir-rifor­mi fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar snin qed jagħtu l-frott tagħhom. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li dan għandu jkun ta’ sodisfazzjon għall-uffiċjali u l-impjegati pubb­liċi kollha li fiehmu l-ħtieġa ta’ tibdil. Hu qal li hu ta’ sodisfazzjon li r-riżultat ipoġġi lisServizz Pubbliku Malti fl-aħjar pożizzjoni fir-reġjun u aħjar minn pajjiżi kbar, bħal Franza u l-Ġermanja. Minkejja dan, saħaq li dan mhuwiex tmiem ta’ xi vjaġġ. “Għandna nimmi­raw li nilħqu livelli ogħla biex inħabbtuha ma’ pajjiżi oħrajn li qegħdin fil-quċċata. Għalhekk meħtieġa l-istrateġija ġdida għas-Servizz Pubbliku li bdiet tiġi implimentata minn din is-sena u li fost għanijiet oħrajn għandha t-titjib ta’ dan ir-riżultat,” temm jgħid Cutajar. L-ewwel fażi tal-istrateġija għas-Servizz Pubbliku 2022-2027 se tkun qed tiġi ana­liz­zata fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubbliku bejn it-2 u s-7 ta’ Mejju li ġejjin.

Grazzi għall-ġenerożità tal-poplu, il-maratona b’risq Puttinu Cares nhar il-Ġimgħa l-Kbira ġabret issom­ma rekord ta’ €3,133,430. Il-flus se jintużaw biex tinxtara binja ewlenija fiċ-ċentru ta’ Lond­ra biex tilqa’ iżjed familji li jkollhom lil xi ħadd għażiż bżonn il-kura fil-kapitali Ingliża. Il-binja, li se tissemma għal Dr Victor Calvagna, fundatur ta’ Puttinu Cares u li miet f’Jannar li għadda, se tnaqqas l-iskariġġ għal dawk li jeħtieġu jkunu qrib qrabat­ hom f’perjodu diġà diffiċli ħafna. F’isem il-Gvern, il-Prim Ministru Robert Abela ppreżenta donazzjoni ta’ €50,000 mill-Fond għall-Kawżi Ġusti bħala investiment fi proġett ieħor ta’ fejda, l-aħħar minn kullana ta’ għajnuniet offruti mill-Istat.


11

17.04.2022

54% IŻJED PASSIĠĠIERI JAQSMU LEJN GĦAWDEX FL-EWWEL TLIET XHUR fl-istorja. Bin-nuqqas ta’ turisti barranin, il-livell ta’ ġarr ta’ passiġġieri kellu t-tendenza li jibqa’ pjuttost taħt il-livelli ta’ qabel il-pandemija. Is-sena l-oħra, pereżempju, inqas minn 4.5 miljun passiġġier qasmu l-fliegu, jiġifieri tliet kwarti biss tal-livell tal2019. Minn Ġunju l-attività żdiedet, iżda l-eqreb li qatt waslet biex tilħaq il-livelli ta’ qabel il-pandemija kienet f’Novembru, għalkemm xorta kienet 6% inqas mill-istess xahar fl-2019. Fi Frar, iżda, għall-ewwel darba f’sentejn, in-numru ta’ passiġġieri li qasmu l-fliegu kien ogħla milli kien fl-2019. Iżjed minn 347,000 persu­ na qas­mu f’dan ix-xahar, kontra t-345,000 ta’ Frar 2019. B’kollox, fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, qasmu 1.1 miljun passiġġier bejn Malta u Għawdex, li kien l-ogħla ammont mill-ewwel kwart tal-2019 ’l hawn u 54% aħjar milli kien fl-2021. Minkejja li t-turiżmu barrani għadu mhux qrib dak li kien fl-2019, il-ġarr ta’ passiġġieri bejn il-gżej­­ jer hu biss 4% taħt il-livelli ta’ qabel il-pandemija. Dan juri kemm hemm turiżmu intern b’saħħtu fil-preżent. B’hekk jekk in-numru ta’ turisti barranin ikun ftit biss aħjar minn dak tas-sena l-oħra, l-industrija tu­ ristika Għawdxija se jkollha l-aħjar sajf li qatt kellha fl-istorja.

VETTURI LI QASMU BEJN MALTA U GĦAWDEX BĦALA % TAL-LIVELL TAL-2019 Jan 2020 123 2021 110 2022 119

Fra 125 107 121

Mar 59 69 99

Apr 33 69

Mej 62 98

Ġun 90 102

Lul 102 102

Aww 95 101

Sep 94 104

Ott 89 96

Nov 92 105

Diċ 94 102

PASSIĠIERI LI QASMU BEJN MALTA U GĦAWDEX BĦALA % TAL-LIVELL TAL-2019 Jan 2020 122 2021 79 2022 95

Fra 125 76 101

Ritratt: CLIFTON FENECH/DOI

Mill-bidu tal-2020 il-pandemija talCOVID-19 wass­let biex it-turiżmu f’Għaw­dex jaqla’ daqqa doppja, għax minbarra turisti barranin, mill-ew­ wel naqsu sew anke l-Maltin li kienu jaqsmu regolari lejn il-gżira. Fil-fatt, f’April ta’ sentejn ilu, kien hemm inqas minn 48,000 vettura li qasmu l-fliegu u l-vapuri tal-Gozo Channel ġarrew ftit aktar minn 78,000 passiġġier. Dan fis­ser li l-atti­ v­ità kienet naqset għal terz tal-livelli ta’ qabel il-pandemija f’termini ta’ moviment tal-vetturi u għal 15% tal-livelli ta’ qabel il-pandemija fir-rigward tal-ġarr ta’ passiġġieri. L-ammont ta’ vetturi jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer dejjem baqa’ aktar reżiljenti matul l-aħħar sentejn, bilbiċċa l-kbira tax-xhur fl-2021 juru attività li qabżet il-livelli ta’ qabel il-pandemija. Madankollu, is-sena kollha kemm hi wriet ftit inqas vetturi jaqsmu l-fliegu mqabbel mal-2019. B’kuntrast l-ewwel tliet xhur tal2022 qed juru andament ferm aħjar. F’Jannar u Frar il-vetturi li qasmu l-fliegu kienu 20% ogħla milli kienu fl-istess xhur tal-2019, filwaqt li f’Marzu l-attività kienet virtwalment fl-istess livell bħall-2019. Fl-ewwel tliet xhur tal-2022 kien hemm 406,285 vettura li qasmu bejn iż-żewġ gżejjer. Dan kien l-ogħla livell li qatt ġie osservat fl-ewwel kwart tas-sena

Rebecca Buttigieg (xellug) u Alicia Bugeja Said flimkien mal-President George Vella u mal-Prim Ministru Robert Abela wara l-ġurament tal-ħatra tagħhom il-Ħamis li għadda bħala żewġ Segretarji Parlamentari ġodda għal din il-leġiżlatura. Wara li t-Tlieta għalaq il-proċess elettorali, il-Prim Ministru ħabbar li kien se jappunta lil Buttigieg u lil Bugeja Said fil-Kabinett tal-Ministri tiegħu bħala Segretarju Parlamentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza fil-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza u Segretarju Parlamentari għas-Sajd, l-Akkwakultura u d-Drittijiet tal-Annimali fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, is-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali rispettivament.

Mar 44 40 78

Apr 15 38

Mej 35 62

Ġun 60 80

Lul 73 85

Aww 70 86

Sep 66 91

Ott 61 82

Nov 66 94

Diċ 68 87


12

17.04.2022

IL-ĦIDMA TIEGĦI BĦALA MEMBRU PARLAMENTARI ĠDID

CRESSIDA GALEA Membru Parlamentari

Bħala kandidata Laburista ġdida ffukajt il-kampanja tiegħi fuq għan wieħed – il-ħidma sabiex il-Partit Laburista u l-Prim Ministru Robert Abela jiksbu l-fiduċja tal-poplu kollu. Dan ir-riżultat inkiseb b’maġġoranza assoluta favur il-partit li jisma’, iwet-

taq u jagħmel id-differenza meħtieġa. Il-kampanja Malta Flimkien kienet kampanja pożittiva li tat l-enerġija lilna l-kandidati sabiex inkomplu naħdmu b’aktar determinazzjoni, kif ukoll lilkom il-kostitwenti sabiex tkomplu tagħtu l-appoġġ u l-fiduċja tagħkom lil dan il-partit. Madankollu, din il-kampanja kienet biss il-bidu tal-ħidma tagħna u mhux it-tmiem. Mil-lum il-ħidma tkompli b’impenn akbar sabiex dak li proponejna inwettquh. Għandna nkunu kburin li aħna Maltin u Għawdxin meta nħarsu lejn il-kisbiet li rnexxielna niksbu bħala pajjiż, anke waqt pressjonijiet u sfidi internazzjonali. Malta rnexxielha tikseb l-ogħla rata ta’ tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea, l-inqas rata ta’ qgħad

fiż-Żona Ewro, tnaqqis fir-rata tad-dipendenza soċjali, żieda fir-rata ta’ investiment barrani ġewwa pajjiżna, u kif ukoll klassifikazzjonijiet tal-kreditu pożittivi għal Malta, fost oħrajn. Mil-lum irridu nħarsu ’l quddiem għal aktar kisbiet, għal aktar riformi u deċiżjonijiet meħtieġa li se jkomplu jwasslu għal għan ewlieni – dak li Malta tkun fuq quddiem nett, mhux biss fejn jidħlu figuri ekonomiċi, iżda wkoll fejn tidħol il-kwalità tal-ħajja u l-miri ambjentali. Din hija d-direzzjoni li qed nimxu lejha. Bħala Membru Parlamentari ġdid, il-ħidma tiegħi se tkun iffukata sabiex inkomplu nsaħħu l-ekonomija Maltija billi nkomplu nattiraw investimenti u negozji ġodda, inkomplu nsaħħu u ninċentivaw negozji eżisten-

ti, kif ukoll inkomplu nsaħħu s-suq tax-xogħol u noħolqu impjiegi ġodda u ta’ kwalità għal Maltin u l-Għawdxin. L-ekonomija hija l-għodda li biha nistgħu nkomplu noħolqu l-ġid. Meta l-ekonomija tal-pajjiż tikber, dan ifisser li l-ġid nazzjonali jikber ukoll u b’hekk b’dan ilġid inkunu nistgħu nkomplu ninvestu fin-nies u fis-soċjetà tagħna sabiex kulħadd jilħaq l-ambizzjonijiet tiegħu, inkomplu ninvestu fin-negozji tagħna, inkomplu noħolqu spazji ħodor u miftuħa, kif ukoll inkomplu nkunu ta’ spalla għall-familji sabiex kull familja jkollha saqaf deċenti fuq rasha. Apparti dan, il-ħidma tiegħi se tkun iffukata fuq ir-riformi meħtieġa sabiex inkomplu nilħqu l-ugwaljanza, inkomplu nsaħħu l-governanza ta’ dan il-pajjiż u

nkomplu nagħtu d-dinjità lill-minoranzi kollha fissoċjetà. Nixtieq inkun ukoll l-vuċi taż-żgħażagħ kollha sabiex huma wkoll joħolmu u jilħqu l-ambizzjonijiet tagħhom. Wara kollox, din il-ħidma se tkun iffukata sabiex flimkien mal-kollegi tiegħi naħdmu sabiex inwettqu l-elf proposta tal-Partit Laburista. Dan it-twettiq se jwassal għal Malta isbaħ, b’opportunitajiet għal kulħadd u kwalità ta’ ħajja aħjar. Din il-kariga fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna għalija mhix kisba ta’ poter, iżda hija responsabbiltà li rrid insarraf f ’aktar ħidma għal pajjiżna u l-poplu kollu. Ħidma li se nwettaqa b’lealtà u b’ħilti kollha sabiex intejbu u nsaħħu lil Malta ta’ Għada. Dan huwa biss il-bidu tal-mixja politika tiegħi.

LEJN RAPPREŻENTANZA UGWALI BLA MEKKANIŻMU

AMANDA SPITERI GRECH Membru Parlamentari

Moviment politiku jissejjes minn għadd ta’ valuri komuni fost il-membri li jħaddnuh. Il-Partit Laburista minn dejjem ħaddan valuri altruisti u soċjalisti. Fuq kollox, il-Partit Laburista għandu twemmin waħdieni u jħaddan ideal ewlieni - dak li ma jitħalla ħadd jaqa’ lura. Din hi l-viżjoni li dejjem ħaddan il-Partit Laburista, dik li jaħdem bla heda favur in-nies għax huwa l-partit li hu mibni fuq il-prinċipji

tal-ġustizzja soċjali, tal-mobilità soċjali, u tal-ugwaljanza. Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn dawn l-aħħar tliet ġimgħat rajna lill-elettorat jibgħat sinjal ċar, dak li ma jridx politika ta’ mibegħda u wisq anqas ma jippermettix li jsir tfigħ ta’ tajn fuq isem pajjiżna. Lil hinn minn dan kollu, il-Partit Laburista huwa l-Partit li dejjem għażel li jevolvi, ma jibżax ibiddel fejn meħtieġ u jimxi maż-żminijiet. Bħala omm u mara b’karriera, dejjem rajt li lil uliedi nagħtihom trobbija umli u soda fuq kollox trawwim b’valur veru ta’ x’inhuma l-prijoritajiet. Jien trabbejt f ’familja li lili għallmitni li m’hemmx limitazzjonijiet fejn jiena bħala individwu nista’ nasal. It-trobbija tiegħi ffurmat ruħha fuq il-prinċipju li m’hemmx xogħol għall-irgiel biss jew għan-nisa biss. Iżda r-rieda u d-determinazzjoni għandhom iwassluk fejn

int bħala individwu tixtieq tasal. Minkejja kollox ħarsa madwarna llum fis-sena 2022, anke jekk il-popolazzjoni tan-nisa tisboq lil dik tal-irgiel u minkejja li n-nisa li jistudjaw u jiggradwaw mill-Univeristà huma aktar mill-irgiel għad għandna l-preżenza tal-mara nieqsa f ’livell tat-tmexxija f ’diversi postijiet tax-xogħol u f ’karigi fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet. Hemm oqsma li b’sodisfazzjoni ngħid li wasalna. Fosthom bħala avukat ninnota li fil-ġudikatura hemm bilanċ tajjeb ħafna bejn nisa u irġiel. Iżda dan il-bilanċ ma ntlaħaqx kullimkien u għalhekk inħass li jiġi introdott mezz korrettiv biex ir-rappreżentanza tas-sess femminili fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż tkun ġusta u ekwa bejn iż-żewġ sessi. L-involviment tal-mara fil-Parlament hu tant meħtieġ li hu biss permezz ta’ rappreżentanza ekwa li niksbu demorazija u soċjetà aktar ġusta. Hemm nisa li rnexxielhom

jilħqu f ’karigi importanti mingħajr l-ebda ħtieġa ta’ ebda mekkaniżmu korrettiv. Minkejja dan meta tixtarr sew in-numri ta’ dawk in-nisa li rnexxielhom jagħmlu dan tgħoddhom fuq par idejn jew tnejn. Smajna diversi argumenti dan l-aħħar dwar il-mekkaniżmu u nemmen li mhux dejjem kienu argurmenti ġustifikati. Nammetti wkoll li kien hemm nuqqasijiet kbar fosthom dik li ma tkellimniex biżżejjed dwar kif ħa jitħaddem. Il-mekkaniżmu se jagħti lok għal viżibilità akbar lin-nisa fil-Parlament Malti u ser iservu ta’ katalisti biex dan il-mekkaniżmu jilħaq l-iskop tiegħu biex b’mod temporanju tkun saret bidla radikali. Issa l-ħidma ta’ kull wieħed minna għandha tkun waħda, dik li naħdmu bla heda biex kull tifel u tifla jiġu vvalorizzati fuq il-ħiliet tagħhom. Kull individwu għandu jingħata valur għall-kapaċitajiet tiegħu u mhux jekk hux mara jew

inkella raġel, jekk hux tifel jew inkella tifla. Dan hu l-legat ta’ kull wieħed u waħda minna li nagħtu kontribut lis-soċjetà ta’ għada. Minn diversi studji li saru jidher li kieku ma adottajniex dan il-mezz korrettiv, għal darb’oħra fil-Parlament Malti kien ikollna ferm inqas nisa u konna nitilfu opportunità oħra. Irridu nżommu f ’moħħna li dan il-mekkaniżmu għandu skadenza u li kieku jkollok tistaqsi lil kull mara li ġiet eletta bl-istess mekkaniżmu x’tixtieq, ir-risposta tkun dik li titla’ eletta mingħajr il-bżonn li jidħol għaliha l-ebda mekkaniżmu. Dawn il-ħames snin li ġejjin huma kruċjali li aħna bħala nisa nimmarkaw bidu ġdid. Dan jista’ jsir biss jekk bħala nisa ningħataw iċċans li naħdmu, ningħataw viżibilità akbar biex b’hekk inkunu nistgħu nagħtu xejra differenti u kontribut sfiq lill-politika Maltija. Dan hu parti mit-tfassil u millproċess li jrid jgħaddi minnu pajjiżna.


13

17.04.2022

’IL QUDDIEM GĦAL TISĦIĦ FIS-SETTUR TAL-ANZJANI

JO ETIENNE ABELA Ministru

Ftit ilu, Michelle Bachelet (Kummissarju għoli għad-Drittijiet Umani fi ħdan il-UN) kienet qed tindirizza l-Grupp ta’ Ħidma dwar l-anzjanità, fil-Kwartieri Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York, l-ewwel persuna li għamlet dan b’mod personali, minn meta bdiet fl-irwol tagħha, fl-2011. Laqatni ħafna l-kumment tagħha dwar kif illum, aktar minn qatt qabel, l-anzjani jeħtieġu protezzjoni aktar b’saħħitha biex igawdu bissħiħ id-drittijiet tal-bniedem. Innutat li r-realtà attwali turi li l-oqfsa legali internazzjonali, li għandhom jipproteġu lil kulħadd, mingħajr diskriminazzjoni, għadhom jagħmlu lill-anzjani inviżibbli. Dinja li qed tixjieħ

Ġie nnotat li sal-2050, se jkun hemm id-doppju ta’ anzjani ta’ 65 sena milli hemm issa, u dan se jkun numru akbar minn kemm se jkun hemm żgħażagħ ta’ bejn 15 u 24 sena. Dan huwa tbassir mhux biss għalina lokalment iżda għall-isfera internazzjonali kollha. Għandna nistaqsu lilna nfusna: F’liema tip ta’ dinja rridu ngħixu sa dak iż-żmien? Nixtieq nimmaġina dinja fejn l-anzjani kullimkien huma garantiti li jgħixu ħajja ta’ dinjità, b’sigurtà ekonomika. Dinja fejn ikunu jistgħu jkomplu bil-ħidma tagħhom u jikkontribwixxu għas-soċjetà sakemm jixtiequ u jkunu jistgħu. Fejn jistgħu jgħixu b’mod indipendenti u jieħdu d-deċiżjonijiet tagħhom stess. F‘futur bħal dan, l-anzjani għandhom ikunu jistgħu jipparteċipaw b’mod attiv u jikkontribwixxu għall-iżvilupp sostenibbli fejn anke jkollhom aċċess għall-ġustizzja, f’każ ta’ kwalunkwe ksur tad-drittijiet tal-bniedem li jistgħu jsofru.

tal-bniedem għall-anzjani. Ta’ min wieħed ukoll jitfa’ dawl fuq id-diskriminazzjoni relatata mal-età li toħloq u tiggrava l-faqar u l-marġinalizzazzjoni, u li din anke tkabbar ir-riskji tad-drittijiet tal-bniedem. L-anzjani tħallew fit-truf tas-soċjetà fiż-żmien meta huma kienu l-aktar filbżonn tal-appoġġ tagħna. Madanakollu, f’pajjiżna, ilGvern ħadem bis-sħiħ biex jagħtihom protezzjoni u anke preferenza f’dik li hija saħħa. Jixhed dan kien l-għoti talvaċċin lill-persuni vulnerabbli u anzjani bħala l-ewwel preferenza. Tajjeb li nsemmi li din ilġimgħa, fi żjara li kelli fir-Residenza ta’ San Vinċenz de Paul, flimkien mal-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, assistejt għall-proċess ta’ tilqim tal-anzjani residenti f’din ir-residenza. Madwar 4,000 resident fid-djar tal-anzja-

ni madwar Malta u Għawdex bdew jitlaqqmu bit-tieni doża tal-booster. Fil-fatt, bħalissa qed tintbagħat l-istedina tal-vaċċin lil madwar 17,000 anzjan li għandhom ’il fuq minn 80 sena u li jgħixu fil-komunità u mas-6,000, persuna li jbatu b’sistema t’immunità baxxa. Dan juri l-impenn b’saħħtu tal-Gvern favur il-benesseru tal-anzjani tagħna. Bżonn urġenti ta’ azzjoni It-tisħiħ tad-drittijiet tal-bniedem tal-anzjani huwa għalhekk dejjem bżonn imperattiv u importanti li lkoll għandna nistinkaw għalih. Hekk beħsiebni nagħmel fl-irwol li fdali l-Prim Ministru Robert Abela bħala l-Ministru għall-Anzjanità Attiva. Qatt ma jien ser inħalli li d-drittijiet tal-anzjani tagħna jbatu minn protezzjoni inade-

Viżjoni fit-tul Nafu sew li l-pandemija talCOVID-19 laqtet lil kulħadd b’mod li ħadd ma stenna qabel. Ta’ min jinnota li l-maġġoranza tas-sitt miljun ħajja li ntilfet minħabba l-pandemija, kienu persuni anzjani. Il-kriżi kixfet u kabbret il-lakuni kritiċi fil-protezzjoni tad-drittijiet

Qatt ma jien ser inħalli li d-drittijiet tal-anzjani tagħna jbatu minn protezzjoni inadegwata, u li jiġu injorati u traskurati fil-politika nazzjonali

gwata, u li jiġu injorati u traskurati fil-politika nazzjonali. Hija sfortuna li fil-livell internazzjonali, ħafna huma sempliċiment minsija, imma dan mhux il-każ f’pajjiżna. Qatt mhu biżżejjed u għalhekk determinat li flimkien mat-tim tiegħi u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru għall-Anzjanità Attiva, inkompli naħdem biex insaħħaħ fuq dak li sar kemm minn ta’ qabli kif ukoll millGvern innifsu ħalli nkomplu nissudaw is-sisien sodi. Solidarjetà interġenerazzjonali Nappella għal ħolqien ta’ spirtu ta’ solidarjetà interġenerazzjonali, fejn ilkoll naħdmu id f’id irrelevanti mill-età ħalli niftħu l-progress lejn il-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, f’kull stadju tal-ħajja li minnu jgawdi kulħadd. It-tama tiegħi hija li l-ġenerazzjonijiet futuri kollha jkunu jistgħu jgawdu l-ugwaljanzi u d-drittijiet tal-bniedem li qed nisħqu għall-anzjani fejn wara kollox, dan huwa dritt uman. Nieħu l-okkażjoni nsellem lil dawk kollha li jaħdmu f’dawn is-setturi marbuta mal-anzjani u nifirħilhom għad-dedikazzjoni kbira li għandhom. Kelli ċ-ċans niltaqa’ ma’ bosta minnkom diġà u nħossni kuntent bl-attitudni pożittiva tagħkom.

IX-XOGĦOL JIBDA MINNUFIH

RAY ABELA Membru Parlamentari

Nhar is-26 ta’ Marzu, il-poplu Malti tkellem b’mod ċar u b’mod inekwivokabbli bilvot tiegħu. Il-poplu Malti ta mandat ċar lill-Partit Laburista biex imexxi lil pajjiżna għall-ħames snin li ġejjin.

Il-poplu Malti għażel lill-Partit Laburista biex jimplimenta l-pjan tiegħu, il-viżjoni tiegħu għal Malta ta’ għada. Għal Malta tiegħek u tiegħi. Għal Malta b’saħħitha, Malta reżiljenti u Malta ambizzjuża. Għal Malta li tibqa’ protagonista barra minn xtutna. Għaldaqstant, ix-xogħol jibda minnufih biex bħala Tim Malta flimkien taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, dak kollu mwiegħed fl-elf proposta tal-Partit Laburista jkun jista’ jitwettaq għall-ġid u l-prosperità tal-familji Maltin u Għawdxin kollha. Nibda billi nwiegħed li ser inżomm kuntatt kontinwu magħkom biex nisma’, nifhem, nevalwa u naġixxi biex tassew ikollkom kwalità ta’ ħajja aħjar,

biex tassew nibqgħu nimplimentaw politika tan-nies. U biex din il-politika titwettaq, ser naħdem qatigħ fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna biex tassew niżviluppaw soċjetà b’saħħitha, li tista’ tikber, tirnexxi u timxi ’l quddiem. Il-ħidma kontinwa tiegħi

biex verament nara li min hu batut jingħata l-għodda biex jinqala’ mill-problemi soċjali tiegħu u jgħix ħajja diċenti. Politika tan-nies li tara li l-ġenituri jiġu ppremjati għax-xoghol li jagħmlu u jkunu kapaċi jinvestu f’uliedhom bħalma l-ġenituri tagħ-

Ser naħdem biex bħala Membru Parlamentari Laburista noħloq aktar ġid, aktar investiment u xogħol għall-ħaddiema u għan-negozji tagħna

na investew fina. Ser naħdem biex bħala Membru tal-Grupp Parlamentari Laburista noħloq aktar ġid, aktar investiment u xogħol għall-ħaddiema u għan-negozji tagħna. Biex ninvestu aktar fl-edukazzjoni u fl-opportunitajiet għaż-żgħażagħ tagħna. Biex inkomplu noffru l-id tas-sapport għal dawk vulnerabbli filwaqt li nużaw l-għerf u l-esperjenza tal-anzjani biex infasslu l-politika ta’ għada. Biex inwettqu l-viżjoni ekonomika tal-Gvern għall-10 snin li ġejjin. Biex flimkien nibnu Malta b’saħħitha, Malta ambizzjuża, Malta bi prospettiva u Malta stabbli. Fuq kollox, ser naħdem biex il-Partit Laburista jibqa’ jkun l-alternattiva naturali tal-poplu Malti u Għawdxi fis-snin li ġejjin.


14

17.04.2022

Robert Abela

Chris Fearne

Clyde Caruana

Miriam Dalli

Aaron Farrugia

Byron Camilleri

Jonathan Attard

Michael Falzon

Clint Camilleri

Anton Refalo

Jo Etienne Abela

Keith Azzopardi Tanti

Alison Zerafa Civelli

Andy Ellul

Christian Bonnett

Alicia Bugeja Said

Edward Zammit Lewis

Ray Abela

Katya De Giovanni

Malcolm Paul Agius Galea

Omar Farrugia

Romilda Baldacchino Zarb

Randolph Debattista

Cressida Galea

Bernard Grech

Robert Arrigo

David Agius

Mario Demarco

Darren Carabott

Stephen Spiteri

Carmelo Mifsud Bonnici

Mark Anthony Sammut

Rebekah-Ann Cilia

Charles Azzopardi

Justin Schembri

Beppe Fenech Adami

Adrian Delia

Ivan J. Bartolo

Karol Aquilina

Graziella Attard Previ

Robert Cutajar

Graziella Galea

Alex Borg

Chris Said

Ian Mario Vassallo

Toni Bezzina

Janice Chetcuti

Paula Mifsud Bonnici


15

17.04.2022

Clifton Grima

Roderick Galdes

Silvio Schembri

Rebecca Buttigieg

Michael Farrugia

Alex Muscat

Stefan Julia Zrinzo Azzopardi Farrugia Portelli

Carmelo Abela

Deo Debattista

Owen Bonnici

Clayton Bartolo

Ian Borg

Chris Agius

Glenn Bedingfield

Rosianne Cutajar

IL-“PARLAMENT” ISSA MAGĦQUD Abigail Camilleri

Amanda Spiteri Grech

Naomi Cachia

Stanley Zammit

Jerome Caruana Cilia

Ryan Callus

Joe Giglio

Graham Bencini

Ivan Bartolo

Julie Zahra

Bernice Bonello

Claudette Buttigieg

Davina Sammut Hili

L-14-il leġiżlatura se tara 79 deputat, fosthom 22 mara, bħala rappreżentanti tal-poplu

Ir-rappreżentanti tal-poplu f’din il-leġiżlatura l-ġdida issa huma magħrufin kollIl-ftuħ tal-ogħla ha wara li din il-ġimgħa istituzzjoni fil-pajjiż saru l-aħħar fażijiet talmistenni jseħħ tliet pro­ċess elettorali, l-elezz­ jonijiet każwali għallġimgħat oħra nhar kan­­di­dati Nazzjona­listi u is-Sibt 7 ta’ Mejju l-mek­­kaniżmu tal-ġeneru li żied 12-il siġġu ieħor fil-Parlament, ilkoll riservati għal rappre­ żentanti nisa. Il-proċess kollu suppost intemm ġimgħa u nofs ilu, imma ġġebbed b’ħamest ijiem oħra frott it-traskuraġni tal-PN, li ma infurmax fil-ħin lill-Kum­missjoni Elettorali bid-dis­­ tret­ti li kellhom jiġu ċeduti għallkan­didati tiegħu eletti fuq żewġ distretti. B’dan issa l-Parlament, li se jkun Ivan qed jiftaħ is-Sibt 7 ta’ Mejju, se jkollu Castillo b’kollox 79 deputat – 44 għall-Partit Laburista u 35 għall-PN. Minn dawn hemm 22 mara, bi 13 jirrappreżentaw lill-PL u 9 lill-PN. Waqt li l-PL eleġġa mill-ewwel tliet kandidati nisa, erbgħa oħrajn iddaħħlu bl-elezzjonijiet każwali talġimgħa l-oħra u sitta żdiedu t-Tlieta li għadda permezz tal-mekkaniżmu tal-ġeneru. Il-PN, min-naħa l-oħra, eleġġa mara waħda mill-ewwel, Eve tnejn oħrajn żdiedu bl-elezzjonijiBorg Bonello et każwali u sitta bil-mekkaniżmu.

Li ma kinitx għad-deċiżjoni li Janice Chetcuti ma tiħux sehem fl-elezzjoni każwali fuq it-3 Distrett, bl-iskuża li kellha rasha mistrieħa li se titla’ bil-mekkaniżmu tal-ġeneru, allura kien ikollu mara oħra tirrappreżentah fost il-35 deputat fl-Oppożizzjoni. Il-mossa, li bis-saħħa tagħha l-ve­ teran Carm Mifsud Bonnici rritorna fil-Kamra tad-Deputati, qanqlet anke kritika ħarxa internament. Ma’ Mifsud Bonnici, mill-elezzjonijiet każwali ġew eletti wkoll għall-PN Stanley Zammit (5 Distrett), Rebekah-Ann Cilia (7 Distrett), Charles Azzopardi (7 Distrett), Graziella Attard Previ (9 Distrett), Karol Aquilina (9 Distrett) u Graham Bencini (10 Distrett). B’67 deputat eletti sal-elezzjonijiet każwali – 38 għall-PL u 27 għallPN – il-Kummissjoni Elettorali riedet talloka 12-il siġġu addizzjonali bil-mekkaniżmu tal-ġeneru. B’hekk ġew eletti (skont il-persentaġġi ta’ voti mqabbla mal-kwota) Alicia Bugeja Said, Cressida Galea, Abigail Camilleri, Amanda Spiteri Grech, Naomi Cachia u Davina Sammut Hili għall-PL, waqt li Janice Chetcuti, Paula Mifsud Bonnici, Julie Zahra, Bernice Bonello, Claudette Buttigieg u Eve Borg Bonello żdiedu fl-Oppożizzjoni.


16

17.04.2022

L-ISFIDI TAL-KWALITÀ TAL-ARJA

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Bla eċċezzjoni, il-bliet kollha Ewropej għandhom sfida kbira meta jiġu sabiex jindirizzaw il-kwalità tal-arja, partikolarment, fiż-żoni l-aktar urbani tagħhom. Malta mhix differenti minn dan, anzi l-fattur tad-densità jagħmilha sfida ferm ikbar għalina lkoll. Dan iwassal sabiex ir-residenti Ewropej kollha huma esposti ghal tniġġis tal-arja li ħafna drabi jkun jaqbeż il-livelli stabbiliti bħala gwida mill-Għaqda Dinjija għasSaħħa (WHO), għal arja nadifa. Huwa fatt, u dan huwa wkoll ikkonfermat mill-Aġenzija Ambjentali Ewropea, li t-tniġġis tal-arja huwa l-aktar periklu għas-saħħa ambjentali fl-Ewropa u fuq livell dinji. Liema huma s-sustanzi ewlenin u x’inhuma l-effetti tagħhom fuq il-kwalità tal-ħajja u s-saħħa tar-residenti? Primarjament hemm sitt sustanzi ewlenin li jikkontribwixxu għal dan li huma; • Materja Partikolata • Ożonu Troposferiku • Ossidi tan-Nidroġenu • Sustanzi Organiċi • Metalli Tqal • Ammonja Il-Materja Partikolata (PM) – Din il-materja tiġi rilaxxata minn ħafna sorsi differenti u hija waħda mill-aktar sorsi li jniġġsu u li jagħmlu ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Din tidħol fl-aktar partijiet sensittivi tas-sistema respiratorja tas-saħħa u tista’ tikkawża jew tiggrava kundizzjonijiet u mard kardjovaskulari u relatat mal-pulmun kif ukoll kanċers. L-Ożonu Troposferiku (O3) – Din hija sustanza li tniġġes l-arja li taffettwa s-saħħa tal-bniedem, il-veġetazzjoni u l-materjali. Din is-sustanza tifforma meta mħallta ma’ partikolari oħra jitħalltu u jirreaġixxu għarraġġi tax-xemx. L-Ossidi tan-Nitroġenu (Nox) u l-Ossidi tal-Kubrit (Sox) – Dawn jiġu primarjament ikkawżati mill-kombustjoni ta’ fuel, eżempju; impjanti tal-enerġija u faċilitajiet industrijali oħra, vetturi etċ... Dawn jikkontribwixxu għall-aċidifikazzjoni u għall-ewtrofikazzjoni tal-ilma u l-ħamrija. Minkejja dan, dawn ukoll jistgħu jikkawżaw problemi ta’ saħħa, speċjalment fil-passaġġ tan-nifs u nuqqas fl-effiċjenza tax-xogħol li jista’ jagħmel il-pulmun, Sustanzi organiċi bħall-Benzo(a)pyrene (BaP) – Dawn jiġu rilaxxati minn kombust-

joni ta’ fuel u tal-iskart, minn proċessi industrijali u mill-użu tas-solventi. Dawn jikkontribwixxu għalihom ċerti industriji speċjalizzati f’industriji partikolari. Jikkontribwixxu wkoll proċessi bil-faħam, ħruq ta’ injam, u l-enerġija biex jiġu msaħħna d-djar. Ħafna drabi, il-ħsara li jagħmlu dawn is-sustanzi, barra li taffettwa s-saħħa tal-bniedem, tolqot b’mod qawwi ħafna l-ekosistemi ta’ madwarna, mhux eskluż fost dawn; xmajjar, ibħra, l-ilma tal-pjan, ħamrija eċċ... Metalli Tqal – Jaqgħu f’din il-kategorija metalli bħal ċomb u merkurju. Dawn huma mill-aktar tossiċi għall-ekosistemi. Dawn huma prinċipalment ikkawżati minn kombustjoni u attivitajiet industrijali. Minħabba li jniġġsu l-arja, dawn jistgħu jakkumulaw fil-ħamrija u fis-sedamenti u jakkumulaw b’mod bijoloġiku fis-sistemi elementari. L-Ammonja (NH3) – Din is-sustanza tiġi rilaxxata prinċipalment mill-agrikoltura u tikkontribwixxi kemm għall-ewtrofikazzjoni kif ukoll għall-aċidifikazzjoni tal-ilmijiet u ħamrija. Quddiem dan kollu, il-premessa talpajjiżi Ewropej bil-pjan ta’ azzjoni għal tniġġis Zero, huwa ferm aktar kruċjali. Dwar dan inkun qed nitkellem fl-artiklu li jmiss. Illum xtaqt niffoka fuq kif dak li semmejt aktar ’il fuq, għandu impatt fuq il-ħidma li se jkun qed iwettaq pajjiżna. Proprju ftit tal-jiem ilu, il-Ministru għall-Finanzi, Clyde Caruana, iltaqa’ mas-Soċjetà Ċivili u tkellem dwar kif il-Kwalità tal-Arja hija fost l-akbar prijorità fil-ħidma tal-Gvern u li din se tkun indirizzata b’mod b’saħħtu ħafna. Dan jagħmel sens ikbar meta impoġġi mal-wegħdiet tal-Gvern fil-manifest elettorali tiegħu li jitkellem b’mod ċar dwar il-kwalità tal-ħajja tan-nies. Kwalità tal-ħajja li ma tissarrafx biss fil-livell finanzjarju ta’ għajxien imma b’daqstant importanza, titkejjel ukoll fuq miżuri ambjentali f’waqthom u f’ħinhom sabiex jassiguraw ambjent urban aħjar. Fih innifsu dan huwa investiment fis-saħħa tagħna għaliex kif rajna aktar qabel, kull sustanza tħalli impatt qawwi negattiv fuq is-saħħa tagħna lkoll. Għaldaqstant, b’miżuri bħal dawn, inwasslu biex anqas nies ikollhom bżonn jirrikorru għal ċerti kuri, li bla dubju jissarrfu f’piż fuq l-isptarijiet tagħna u mijiet ta’ eluf ta’ flus f’mediċini u servizzi oħra tas-saħħa. Fuq dan il-livell, il-Kunsilli Lokali qed jagħtu s-sehem tagħhom. Dan permezz ta’ programm u proġett ħolistiku sabiex fil-bliet tagħna naraw anqas użu ta’ karozzi u aktar spazji miftuħa u żoni pedonali. Dan il-proġett jista’ jiġi aċċessat mis-sit https:// www.lca.org.mt/projects/slow-streets/ Dan huwa kruċjali għaliex proġetti bħal dawn, iridu jsiru b’mentalità ta’ minn isfel għal fuq għaliex ma nistgħux nimplimentaw proġetti minn fuq għal isfel u nistennew jew nippretendu li l-one size fits all se jaħdem b’ mod tajjeb kullimkien. Kull lokalità, kull belt, kull komunità għandha l-esiġenzi u l-bżonnijiet tagħha u huwa proprju għalhekk li l-Kunsilli Lokali jrid ikollhom sehem mill-aktar wiesa’ jekk verament irridu nilħqu l-miri tagħna. Il-fatt li l-Gvern qed ipoġġi din l-isfida bħala prijorità, huwa pass kbir fid-direzzjoni t-tajba.

Sur Editur, L-ewwel nett l-Għid it-tajjeb lil kulħadd. Min jaf kemm se jifqgħu bajd taċ-ċikkulata u figolli llum it-tfal. Jien avolja kbirt, imma Melda tiegħi xorta taħsibli għal figolla, u nieħu biċċa bil-qies ma’ belgħa te waranofsinhar. U min jaf kemm inqatlu ħrief għall-ikla tal-lum. Imsieken x’sagrifiċċju dal-ħrief ukoll! Inkun qed nistennieh dak ix-xikel tal-ħaruf il-forn jien. Jien u nikteb dan ftakart f’ħaruf ieħor li qed jipprova jgħid li kien vittma. Jason ‘Baqa’ l-Art’ Azzopardi. X’kull waħda wkoll dan! Qed jilgħabha tal-miskin għax ħa tkaxkira aktar milli ħa l-partit tiegħu fl-elezzjoni li għaddiet. U jgħid x’jgħid, il-PeNe xorta tiegħu se jibqa’, avolja issa qed jipprova jgħid li m’għadux. Ċisss, kemm hu ħelu dan Jason ukoll. Mela ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Dan il-Jason qed jipprova jilgħabha tal-vittma aktar mill-ħaruf tal-Għid. In-neputi qalli li kiteb xi ħaga fuq fejsbuk, u meta qrahieli, għax fuq il-mobile ma nara­ homx kliem żgħar, ħsibtu qed jaqra silta mill-Apokalissi ta’ San Ġwann. Għax bħalissa fl-Għid jinqara ħafna dan l-Apokalissi. Issa Dun Mikiel tal-parroċċa qalilna li l-messaġġ tal-Apokalissi, meta tiżen is-simboli tat-trombi, nirien u qrejjen, u x’naf jien huwa faċli: dak li l-bniedem jiżra’, jaħsad. U hekk qed jiġrilu l-Jason, Sur Editur. Qed jaħsad dak li ilu jiżra’ għal dawn l-aħħar snin. Għax fil-bidu meta beda mal-partit tagħhom, jgħidu li kien maħbub Raħal Ġdid. Imbagħad beda jagħżaq. Speċjalment dawn l-aħħar snin. Issa dan qed jgħid li kien hemm kumplott kontrih mill-partit tagħhom. Għax l-ispiżjar milli jkollu jagħtik, hux! Nesa l-kumplotti li għamel kontra dak li kien il-Kap tagħhom, Delia. U meta ħareġ fil-beraħ jikkumplotta kontra Delia, kienu dawk li jivvutawlu li beżqulu l-vot f’wiċċu, għax naqqas kważi elf vot mir-raba’ distrett. Blu għax tal-Eroj il-Blu ta’ patatti, dan il-Jason u blu bit-tbenġil tat-tkaxkira li tawh in-Nazzjonalisti tad-distrett tiegħu stess. Ħa nfakkruh lil dan il-Jason, li qed jgħid li kellu karriera brillanti fil-Parlament u fil-partit tagħhom. Dan huwa l-Jason li għajjar lil-Laburisti pastizzi, fażola u bċieċen. Li għajjar lill-ġurnalista, jekk niftakar sew Blanche jisimha, li hija bla moħħ u li hija bżonn għaj­ nuna medika għax għandha problemi ta’ saħħa mentali. Dan huwa l-Jason li fl-aħħar kampanja gideb li tgħattew jew inqalgħu tabelli tat-traffiku fil-Marsa biex tpoġġew banners tal-Partit Laburista. Li nstab ħati ta’ ksur ta’ privileġġ fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar. Il-karriera ta’ Jason tinkludi wkoll, Sur Editur, li l-Kamra tal-Avukati rrappurtatu quddiem il-Kummissjoni għall-Amministazzjoni tal-Ġustizzja wara li attakka lill-Imħallef Giovanni Griscti. Il-Jason li għal diversi snin ma ddikjarax it-taxxa tiegħu u waħħal fil-proċeduri ta’ separazzjoni. Fil-karriera tiegħu, Sur Editur, b’digriet tal-Qorti, il-Maġistrat Montebello stqarret li hija ‘tal-mistħija’ kif atti tal-każ li kellhom ikunu preżentati fil-Qorti spiċċaw imperċa fuq il-mezzi tal-midja minn dan il-Jason. Il-Jason li kien, jew għadu, f’nofs kontroversja ta’ inkjesta Kriminali b’rabta ma’ allegat korruzzjoni u frodi fid-Dipartiment tal-Artijiet, fl-istess perjodu meta hu kien Segretarju Parlamentari tal-Artijiet. Dan huwa il-Jason li skont Delia tagħhom stess: “Jason Azzopardi huwa persuna li jigdeb, li jgħid il-falz, illi jiffabrika l-affarijiet fuq in-nies. Jason Azzopardi ħafna drabi jgħid li se jagħmel libelli lin-nies u ma jagħmilhomx. Jason Azzopardi ħafna drabi jweġġa’ lin-nies.” Dan huwa l-Jason li ġie deskritt bħala giddieb faħxi minn omm Yorgen Fenech. Dan huwa l-Jason Azzopardi tal-Fekruna u tal-Löwenbräu. Dan huwa l-Jason li fired, ħarbat u kisser lill-partit tagħhom. Sur Editur, dan huwa il-Jason li gawda suite f’lukanda bl-ispejjeż mħallsa mill-grupp ta’ Fenech meta mar Ġerusalemm, bidel ismu għal Mr Smith, u għamel lejl fuq il-qabar ta’ Kristu, skont hu. Nimla suppliment sħiħ jekk nibqa’ għaddej, Sur Editur. Altru milli ħaruf dan il-Jason! Għad-dieħla.


17

17.04.2022

KOMMEMORAZZJONI FIT-80 SENA TAL-GĦOTI TAL-GEORGE CROSS “B’turija ta’ ġieħ lill-poplu qalbieni tagħha, jiena nagħti l-George Cross lill-gżira fortizza ta’ Malta bħala xhieda ta’ erojiżmu u dedikazzjoni li għad jibqgħu jissemmew fl-istorja.” Dan kien il-messaġġ, bid-data tal-15 ta’ April 1942, li ntbagħat lil Sir William Dobbie, Gvernatur ta’ Malta, mir-Re Ġorġ VI. Kif qal il-Gvernatur dik il-lejla stess f’diskors lin-nazzjon, din kienet l-ewwel darba li unur ta’ din ix-xorta ngħata lil komunità mill-kap tal-monarkija Brittanika. Heritage Malta se tfakkar it-80 anniversarju mill-għoti tal-George Cross lil Malta permezz ta’ jum mimli attivitajiet fil-Forti Sant’Iermu u l-Mużew Nazzjonali tal-Gwerra nhar il-Ħadd 24 ta’ April. L-attivitajiet jinkludu tours gwidati mmexxijin minn kuraturi, re-enactments, esebizzjoni ta’ vetturi militari u, jekk it-temp jippermetti, wirja qasira fl-ajru minn ajruplan tat-tip De Havilland Tiger Moth. Jikkumplimenta dan kollu se

Il-Forti Sant’Iermu fil-Belt Valletta

jkun hemm roħs fil-prezz normali għaddħul fil-Forti Sant’Iermu. Il-kuratur tal-Mużew Nazzjonali talGwer­ra se jagħti żewġ taħditiet dwar il-Memorjal li nfetaħ ftit xhur ilu bħala parti minn dan il-mużew. L-ewwel taħdita tibda fl-10.00 am filwaqt li t-tieni waħda se tkun fit-3.00 pm. Fis-2.00 pm huwa se jdawwar lil dawk interessati mat-taqsimiet iddedikati lit-Tieni Gwerra Dinjija fl-istess mużew. Tour ieħor, immexxi mill-kuratur tal-Forti Sant’Iermu, se jiffoka fuq il-Forti Sant’Iermu fi Żmien l-Ingliżi u jibda fil11.00 am. Id-dilettanti tal-ajruplani se jgawdu wirja kkordinata mill-Mużew tal-Avjazzjoni ta’ Malta bejn is-1.45 pm u s-2.00 pm, meta l-ajruplan De Havilland Tiger Moth jittajjar fil-baxx fuq il-Forti Sant’Iermu. Matul il-jum se jsiru wkoll diversi re-enactments minn membri tal-Battlefront Living History Group, li se jippreżentaw xenarji ta’ żarmar ta’ bombi, jagħmlu drills u jagħtu wirjiet bl-armi, fost oħrajn. Dawn se jikkumplimentaw esebizzjo­ni ta’ vetturi militari li se tittella’ bil-kol­la­­ borazzjoni tal-Military Vehicles Collectors Club Malta. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jixtru ikel u xorb minn Piazza d’Armi, fil-Forti Sant’Iermu. Il-forti (fejn se tkun għaddejja wkoll wirja dwar il-ħajja ta’ Anne Frank) se jkun miftuħ mid-9.00 am sal-5.00 pm, blaħħar dħul fl-4.30 pm. Il-biljetti jinxtraw biss mill-bieb. Il-prezzijiet imraħħsin huma kif ġej: L-adulti, l-anzjani u l-istudenti jħallsu €5. Tfal taħt it-12-il sena u membri ta’ Heritage Malta jidħlu b’xejn. Il-passaporti ta’ Heritage Malta mhumiex se jiġu aċċettati għal dan l-avveniment.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.


18

17.04.2022

IL-KNISJA TAL-VITTORJA FIL-BELT VALLETTA Fl-istudju storiku tiegħu Descrizione Storica delle Chiese di Malta e Gozo datat 1866, Achille Ferris jiddeskrivi l-knisja tal-Vittorja fil-Belt b’dan il-mod: “Matul iċ-ċerimonja tat-tqegħid tal-ewwel ġebla tal-Belt Valletta, mill-Gran Mastru de Valette fit-28 ta’ Marzu, 1566, intrama artal b’pavaljun imżejjen b’mod għani fil-post tal-knisja tal-Vittorja, fejn mal-wasla tal-imsemmi Gran Mastru, saret quddiesa bl-akkumpanjament ta’ mużika kbira u l-isparar tal-kanuni mill-fortizzi kollha waqt l-Elevazzjoni.” Tradizzjonalment hu maħsub li din il-knisja nbniet fl-istess post fejn tqiegħdet l-ewwel ġebla u l-Gran Mastru u l-Ordni ddedikawha lillMadonna tal-Vittorja bħala radd il-ħajr għar-rebħa rinomata fuq l-armata Ottomana fis-7 ta’ Settembru 1565. Dan it-tagħrif ksibtu mill-intervista li għamilt lit-Tabib Stanley Farrugia Randon, Uffiċjal Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa. Minn CHARLES B. SPITERI

Stanley, min iffinanzja l-bini ta’ din il-knisja? Kien il-Gran Mastru de Valette, li mhux biss ħallas għaliha, talli xtaq jindifen hemm. Iżda xewqtu ma ntlaqgħetx għalkollox. Għalkemm indifen hemm fit-22 ta’ Awwissu 1568, il-fdalijiet tiegħu kienu ttrasportati lejn il-knisja Konventwali l-ġdida ta’ San Ġwann fl-1579, flimkien ma’ dawk tal-Gran Mastru Pietro del Monte b’ordni tal-Gran Mastru Jean de la Cassiere. Sakemm damet tuża din il-knisja, l-Ordni? Baqgħet tużaha sa ma ħalliet il-gżira mal-wasla tal-Franċiżi fl-1798. Mat-tluq tal-Ordni, il-knisja kienet taħt il-kura tal-Kappillan Malti Dun Michael Gatt, li biddel it-titlu tiegħu ta’ kappillan għal rettur fl-Ordni, sabiex tkompli l-amministrazzjoni ta’ din il-knisja. Wara li miet fl-1836, il-knisja baqgħet titmexxa minn retturi magħżulin mill-Isqof u l-Gvern Ċivili. Fl1837 bdiet isservi bħala l-knisja Garrison tar-Royal Malta Fencible Artillery u tal-membri Kattoliċi Rumani ta’ reġimenti oħra fl-Armata Brittanika stazzjonati f’Malta. Referenza popolari għall-knisja bħala Madonna tal-Vittorja segwiet kapitulazzjoni oħra, jiġifieri l-kunsinja tal-Flotta Taljana lill-Forzi Alleati fl-1943, fit-8 ta’ Settembru wkoll. Il-funzjonijiet pastorali tagħha huma amministrati mill-Kurja, filwaqt li t-tmexxija tagħha u l-pro-

gramm ta’ restawr tagħha ilu, lill-Madonna tal-Vittorja li mill-2011, fdat f’idejn Din l-Art fiha l-ġisem tal-mibki Gran Ħelwa mill-Gvern ta’ Malta. Mastru Jean de Valette.” Għalhekk aktarx inbniet fl-1567. Kif nistgħu nfiehmu lil L-inċiżjoni ta’ Antoine Lafrery dawk li ma jafux, fejn tinsab du Perac datata 1566 turi inil-knisja tal-Vittorja? dikazzjoni skematika ħafna fejn setgħet kienet il-knisIl-knisja tal-Vittorja tinsab ja iżda n-nuqqas ta’ dettalji immedjatament wara l-edi- jwassal biex wieħed jassumi li fiċju tal-Kavallier San Ġakbu, kienet ippjanata, iżda għadha faċċata tal-knisja ta’ Santa ma nbnietx. Fl-1582 inċiżjoni Katarina tal-Italja u qrib il- ta’ Matteo Perez d’Aleccio turi Berġa ta’ Kastilja. Dan jagħ- rappreżentazzjoni preċiża tiha pożizzjoni predominanti tal-post fejn tinsab il-knisja u fil-Belt Valletta. l-għamla approssimattiva. Il-knisja hi parallela Meta l-Ordni ta’ San Ġwann mal-grilja tal-belt u mibnija marret uffiċjalment mill-Birskont id-disinn li Laparelli u gu għall-Belt Valletta fit-18 ta’ Gerolamo Cassar, is-suċċes- Marzu 1571, il-knisja tal-Vitsur tiegħu, diġà kellhom torja saret il-knisja konventf’moħħhom. wali tal-Kavallieri sakemm tlesta l-bini tal-Katidral ta’ Għaliex inbniet tant ċkejkna? San Ġwann fl-1577. Fl-1617, il-knisja tal-Vittorja kienet idL-oriġini tal-knisja tal-Ma- dikjarata parroċċa tal-Ordni donna tal-Vittorja hi inti- biex ma taqax taħt il-ġurismament marbuta ma’ dik dizzjoni tal-Isqof ta’ Malta. tal-fundazzjoni tal-Belt Valletta. X’aktarx li l-Kavallieri Min kien li ddisinja l-knisja? kienu jafu li eventwalment kellha tiġi sostitwita bi knisja Il-knisja oriġinali, li kellha oħra akbar u takkomoda l-ġid tliet artali, x’aktarx kienet tal-Gran Mastri sussegwenti. iddisinjata minn Gerolamo Għalhekk, kienet maħsuba Cassar (c.1520-1592) peress biex taqdi l-bżonnijiet spir- li kien il-perit responsabbli itwali mhux biss tal-Gran mill-biċċa l-kbira tal-istruttuMastru u tal-Kavallieri iżda ri importanti tal-Belt Valletta wkoll tal-ħaddiema li qed jib- ta’ dak iż-żmien. nu l-belt il-ġdida, peress li ma Il-bini ġie rikostruwit lejn kienx hemm żmien biex tin- l-aħħar tas-seklu 17 taħt bena struttura imponenti u il-patroċinju tal-Gran Mastelaborata. ru Ramon Perellos y Rocafull Id-deskrizzjoni ta’ Malta u dan kien jinkludi bust taldatata 1568 mill-Arkivji Sig- bronż tal-Papa Innoċenz XII rieti tal-Vatikan ikkwotata fuq it-tieqa ċentrali tal-faċċafi traduzzjoni fl-istess test ta. Dan il-bust hu attribwit tgħid: “Fil-Belt hemm knis- lill-iskultur Ruman Giuseppe ja żgħira ħafna ddedikata Mazzuoli, student ta’ Ber-

nini. Dik preżenti hi replika tal-oriġinal, issa fil-Mużew tal-Belle Arti fil-Belt Valletta. Il-bust juri lill-Papa liebes stola mżejna b’motifi veġetali, mwaħħla b’korda, u nofs kappa.

pa Innoċenz XII. L-iskrizzjoni tfakkar lill-Papa u tgħid li l-bust twaħħal bl-ordni tal-Gran Mastru Perellos biex jimmarka l-konklużjoni tax-xogħol ikkummissjonat minnu fl-1699. Fuq naħa waħda tal-knisJiġifieri din il-knisja kellha xi ja twaħħlet skrizzjoni fuq estensjoni? ċangatura tal-irħam li saret fl-1924 biex tfakkar il-ġebla Kellha fl-1699 meta l-Gran tal-ewwel tal-Belt Valletta. Mastru ta permess biex tiżdied fuq wara bi 11-il xiber Minn meta Din l-Art Ħelwa fil-bastjun ta’ warajha biex ngħatat il-kustodja tagħha? jinħoloq spazju għall-kors tal-injam tagħha wara l-ar- Din l-Art Ħelwa kienet ilha tal maġġur u b’hekk jagħtiha tagħmel kampanja mal-Gvern l-bażilika tagħha. biex dan il-ġojjell nazzjonIl-knisja bħalissa żżomm ali jiġi salvat peress li kien il-pjanta bażilika tradizzjon- waqa’ fi stat kbir ta’ telqa. ali, b’tarf absidal tal-lvant u L-ilma kien infiltrat mis-saqaf saqaf bil-kanna. Il-kaxxaforti tagħha u l-pitturi importanti tista’ tkun estensjoni tal-kap- tas-saqaf kienu f’periklu kbir pella oriġinali bil-kanna, iżda li jintilfu. setgħet kienet rikostruzzjoni Fit-8 ta’ Settembru 2011 tal-oriġinal bil-pitturi event- il-Ministru għall-Kultura ta’ wali tas-saqaf miżmuma dak iż-żmien, Dr Mario de f’moħħhom. Li hu kurjuż hu Marco, ħabbar l-Att ta’ Tutela li l-bajjiet tal-kaxxaforti mhu- għall-knisja Madonna tal-Vitmiex ta’ wisa’ ugwali. Fl-1716 torja li tah lil Din l-Art Ħelwa. il-Gran Mastru Perellos ħab- Madankollu, kienu meħtieġa bar fil-Kunsill li kien qed jik- fondi kbar jekk il-knisja u kummissjona lill-artist Malti, l-kontenut tagħha kellhom Alessio Erardi, biex ipinġi jiġu salvati. Xi €1.6 miljun kells-saqaf bi spejjeż tiegħu b’xe- hom jinġabru fuq programm ni mill-ħajja tal-Verġni Mbi- ta’ sitt snin. Fi Frar 2012 Din erka. Dawn il-pitturi, li huma l-Art Ħelwa, permezz tal-Presmimlijin sinifikat simboliku, ident Eżekuttiv tagħha Simissa huma forsi l-akbar teżor one Mizzi, appellat lill-pubartistiku tal-knisja. bliku jgħin isalva dan il-bini Kuruna tal-irħam li laħqet storiku billi jikkontribwixxi il-qofol tagħha fit-trireg- lejn ix-xogħlijiet ta’ restawr num Papali (kuruna tal-Papa tagħha. bi ġojjellerija bi tliet saffi) u skroll tal-irħam bi skrizz- X’kien fadal fi stat sura joni akkumpanjata minn minn dak iż-żmien? żewġ armi tqiegħdu biex jiċċirkundaw il-bust tal-Pa- L-artal maġġur imur lura


19

17.04.2022

L-Assunzjoni qabel ir-restawr għall-modifiki li saru fl-1752. Hu magħmul minn diversi rħam prezzjuż u jirrappreżenta l-patroċinju artistiku ta’ Fra Gerolamo Ribas Montelieu, Marixxall ta’ Majorca li ħallas għall-estensjoni tal-knisja u l-faċċata tagħha. L-arma tiegħu hija mnaqqxa fl-irħam fuq kull naħa tal-artal. Il-konservaturi James Licari u Frank Chetcuti, temmew ix-xogħol ta’ restawr fuq l-artal maġġur fl-aħħar tal-2012 wara li żewġ korbeli tal-irħam tal-ġenb, skoperti li tneħħew u mwaħħla mal-ħajt tal-ġenb tal-knisja biex iservu ta’ xkaffa, reġgħu ddaħħlu minn Joseph Debono, skultur tal-irħam. L-appostli tal-fidda gilt użati fuq l-artal maġġur kienu fi stat kritiku u ġew restawrati minn Giuseppe Mantella Restauri. Lil hinn mill-artal maġġur hemm il-kor tas-seklu 18 bil-monti tal-injam tiegħu. Dawn kienu fi stat kbir ta’ diżintegrazzjoni u kellhom ikunu restawrati. Ix-xogħol beda fl-aħħar tal-2016 wara li tlestew l-istudji tal-mapping ta’ kull biċċa tal-injam. L-14-il bank imnaqqax bl-idejn u l-prie-dieu semiċirkulari tagħhom saru kollha individwalment biex ikunu adattati għall-abside mgħawġa u huma mdaħħlin fil-ħajt li jmiss ma’ dak tal-Kavallier ta’ San Ġakbu, u jagħmlu x-xogħol doppjament diffiċli. Tgħidli xi ħaġa fuq il-kor tal-knisja? Fuq il-kor hemm sitt pitturi ta’ interess konsiderevoli. Fiċ-ċentru pittura Mannerista żgħira iżda importanti li tirrappreżenta n-Natività tal-Verġni. Żgħir fid-daqs, hu maħsub li kien fuq l-ar-

Dettall tal-Assunzjoni wara r-restawr tal tal-kappella oriġinali tal-1567. Sant’Anna, Omm ilVerġni hi mpinġija mimduda, għadha kif welldet lill-Bambin. Qed tiġi offruta l-ikel minn qaddej. San Ġwakkin, missier Marija, jitlob, filwaqt li josserva lill-qwiebel jieħdu ħsieb il-bżonnijiet tat-tarbija. Fuq il-pittura titulari hemm ikona Biżantina talVerġni Mbierka u kienet waħda mill-ewwel biċċiet tal-arti restawrati minn Din l-Art Ħelwa. L-ikona, bil-wiċċ tarramm miżbugħ b’mod delikat u r-riża tal-fidda mnaqqxa fin, tħammeġ minħabba l-espożizzjoni għal spotlight imqiegħed b’mod mhux xieraq u n-niċċa protettiva tal-injam tagħha sofriet deterjorament u infestazzjoni tad-dud tal-injam. Fuq kull naħa tat-Twelid tal-Verġni hemm żewġ pitturi, frammenti salvati ta’ xogħol ikbar li kien tal-knisja parrokkjali ta’ San Anton Abbati fil-Birgu. Fuq ix-xellug, wieħed isib lil San Ġwann Battista, patrun tal-Ordni ta’ San Ġwann, filwaqt li fuq il-lemin hemm San Pawl, patrun ta’ Malta, it-tnejn bl-attributi

tipiċi tagħhom. Ta’ interess storiku kbir huma l-pannelli li fadal ta’ San Anton Abbati fuq ix-xellug u San Anton ta’ Padova fuq il-lemin b’donatur fir-rokna t’isfel tax-xellug. Iż-żewġ pitturi aktarx inġiebu Malta minn Rodi fl-1530 mill-Kavallieri tal-Ordni. Ġew trasferiti għall-knisja tal-Madonna tal-Vittorja mill-Konkatidral ta’ San Ġwann meta l-knisja saret Parroċċa tal-Ordni fis16 ta’ Lulju 1617 u ddedikata lil San Anton Abbati, difensur tal-annimali. Fil-fatt, jum il-festa tiegħu fis-17 ta’ Jannar, u t-Tberik tradizzjonali tal-Annimali, sas-snin Ħamsinijiet kienet iċċelebrata fil-knisja tal-Vittorja.

alluċinazzjonijiet sesswali qawwija. Il-ġebla f’idu x-xellugija hija parti mill-ikonografija standard tal-qaddis u tirreferi għat-twaqqigħ ta’ sidru stess bħala penitenza u biex jegħleb ħsibijiet li ħarġuh minn meditazzjoni spiritwali profonda. Fuq kull naħa tad-daħla prinċipali hemm l-istatwi polikromi ta’ San Filippu Neri fuq ix-xellug u l-Madonna tad-Duluri fuq il-lemin. Hemm ukoll żewġ fonti żgħar tal-irħam imnaqqxa bl-inizjali tal-Verġni Marija dekorattivi superimposti fuq qoxra tal-arzella. Fuq il-fonti talirħam hemm pitturi tal-ħitan arkitettoniċi li fil-passat kienu mbajda.

Hemm aktar pitturi ta’ valur?

Ta’ liema seklu hu l-orgni?

Fuq il-bieb tas-sagristija hemm pittura ta’ San Ġirolmu attribwit lill-iskola ta’ Mattia Preti. Il-qaddis penitent hu mpinġi fid-deżert Sirjan iżomm kranju. Matul l-iżolament tiegħu bħala eremita, dan il-Missier Latin tal-Knisja esperjenza tentazzjonijiet u

Fuq id-daħla prinċipali hemm il-loft tal-orgni u mdaħħlin f’żewġ niċeċ hemm żewġ kabinetti tal-orgni tal-injam magħmulin mill-prinjol. Kif inħarsu ’l fuq, fuq ix-xellug, hemm kabinett tal-orgni finta, miżbugħ biex jidher qisu orgni tal-pajpijiet reali, filwaqt li fuq il-lemin hemm

Il-knisja oriġinali, li kellha tliet artali, x’aktarx kienet iddisinjata minn Gerolamo Cassar (c.1520-1592) peress li kien il-perit responsabbli mill-biċċa l-kbira tal-istrutturi importanti tal-Belt Valletta ta’ dak iż-żmien

l-orgni reali, mgħammar b’pajpijiet taċ-ċomb. Evidenza dokumentata turi li l-orgni hu ta’ qabel l-1790. U minn fejn inġieb dan l-orgni? Fi ħdan ir-reġistru tat-Teżor tal-Kavallieri, li dak iż-żmien kien immexxi mill-Gran Mastru de Rohan tinstab petizzjoni minn Mastro Pietro Santucci, bennej tal-orgni minn Sirakuża, għall-ħlas ta’ xogħol straordinarju li wettaq fuq biċċa xogħol ġdida, li hu stess bena f’din il-knisja. Il-pajpijiet u l-elementi tal-orgni kienu salvati minn restawr mhux xieraq u mqiegħda fil-ħażna fil-Forti Sant’Iermu minn Dr Ray Bondin, li dak iżżmien kien imexxi l-Proġett ta’ Riabilitazzjoni tal-Belt Valletta. Meta Din l-Art Ħelwa ngħatat il-kustodja tal-knisja tal-Vittorja, l-elementi ġew ritornati u l-kompitu metikoluż li jiġi stabbilit liema kienu oriġinali u liema le, ġie fdat, flimkien mar-restawr tagħhom, lill-konservatur tal-orgni Robert Buhagiar li seta’ jippriserva l-oriġinal. Tlesta sal-5 ta’ Diċembru 2017. Din l-Art Ħelwa sabet il-kabinett tal-orgni fi stat ta’ fdalijiet kważi totali, iżda dan flimkien mal-kabinett tal-pipe finta tiegħu ġie restawrat bejn l-2013 u l-2015. Ir-restawr tal-gallarija tal-orgni, li nbniet matul l-estensjoni tal-faċċata tal-1751 u l-40 balavostra tal-injam imnaqqxin u korbali indurati tagħha sar minn Giuseppe Mantella Restauri u kixef pitturi dekorattivi fini. Frieze ta’ motivi tas-seklu 18 ġie skopert fuq il-perimetru tal-ġebel taħt il-gallarija, juri għantijiet ta’ qamħ u girlandi.


20

17.04.2022

L-IRXOXT… FESTA MINSUĠA FL-IDENTITÀ MALTIJA

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA President tar-Reġjun Tramuntana

F’Malta, l-Għid il-Kbir hu kkaratterizzat mill-purċissjonijiet bl-istatwi tal-Irxoxt li joħorġu minn għadd ġmielu ta’ knejjes. Fost dawk b’għeruq antiki, insibu l-purċissjonijiet fil-Kottonera fejn l-istennija tkun għall-ġirjiet tradizzjonali waqt li f’lokalitajiet oħra l-purċissjoni għandha elementi aktar tradizzjonali. Il-purċissjonijiet tal-Irxoxt infirxu sew fl-aħħar 30 sena, bl-istoriku Joseph F Grima jispjega iżda li l-għeruq tagħhom imur lura għal żmien il-Kavallieri ta’ San Ġwann, fil-Belt. Jingħad li probabbilment l-eqdem purċissjoni hi waħda li m’għadhiex issir u kienet toħroġ mingħand ilFranġiskani Konventwali ta’ Triq ir-Repubblika. L-idea tal-purċissjoni tal-Irxoxt infirxet malajr, l-ewwel fil-Kottonera u mbagħad f’lokalitajiet oħra fosthom Ħal Qormi u n-Naxxar fejn fis-seklu 18 diġà kellhom statwa tal-Irxoxt. Il-purċissjonijiet tal-Irxoxt żdiedu ħafna fis-seklu 20. Partikulari f’uħud mill-purċissjonijiet hi l-ġirja bl-istatwa tal-Irxoxt li tikkuntrasta ferm mal-pass solenni tal-Ġimgħa l-Kbira. Fi kliem Dr Grima, il-ġirja hi simbolu tal-ferħ. Qabel it-Tieni Gwerra Dinjija, l-awtoritajiet tal-Knisja f’Malta ordnaw li din il-ġirja tieqaf iżda wara l-Gwerra, il-Kurja għalqet għajnejha u l-ġirja għadha ssir sal-lum. F’xi lokalitajiet, il-ġirja ssir fuq l-ispalla, f’oħrajn issir fuq qafas bir-roti filwaqt li f’postijiet oħra ma ssirx. L-istatwi tal-Irxoxt ivarjaw fl-ikonografija b’uħud għandhom biss il-figura ta’ Kristu rebbieħ. Oħrajn bħal dik tal-parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi ma’ Kristu hemm żewġ għassiesa mbeżżgħin waqt li l-istatwa tal-parroċċa tar-Rabat għandha erba’ figuri billi max-xbieha ta’ Kristu u ż-żewġ suldati Rumani hemm ukoll anġlu. Partikolari l-bnadar f’idejn Ġesù li jirrappreżentaw ir-rebħa tiegħu fuq il-mewt, b’xi statwi minflok għandhom palma li għandha l-istess tifsira. Huwa kemxejn diffiċli li f’artiklu wieħed nagħti l-informazzjoni kollha dwar l-Irxoxtijiet kollha li għandna f’Malta. Nafu żgur li l-iktar antiki huma

dawk tal-Belt Valletta u t-tliet ibliet tal-Kottonera. L-unika fratellanza li għandna f’Malta relatata mal-Irxoxt twaqqfet fl-1659 fil-Knisja tal-Madonna tad-Damaxxena, magħrufa bħala tal-Griegi, fil-Belt Valletta. Dan għaliex il-kult tal-Irxoxt wasal Malta mal-Griegi li akkumpanjaw lill-Kavallieri fl-1530.

Fl-antik il-purċissjoni tal-Irxoxt fil-Belt Valletta kienet issir darbtejn nhar l-Għid filgħodu u filgħaxija u darb’oħra nhar l-ottava tal-Għid. Dwar l-istatwa nnifisha skolpita fl-injam ftit nafu tagħrif għalkemm hemm min jattribwixxi l-figura ewlenija ta’ Ġesù lil Melchiorre Gafà. Il-figuri taż-żewġ suldati żdiedu wara.

Fl-1921 il-Papas Giorgio Schirò tal-Knisja tal-Griegi ddeċieda li jgħaddi l-istatwa u l-purċissjoni lill-Knisja tal-Ġiżwiti peress li ħass li ma taqbilx marrit u t-tradizzjoni Biżantina mħaddna f’din il-knisja. Sallum il-purċissjoni minn din il-knisja toħroġ nhar Ħadd ilGħid filgħaxija. Bħalma ġara fil-Belt Vallet-

L-istatwi tal-Irxoxt ivarjaw fl-ikonografija b’uħud għandhom biss il-figura ta’ Kristu rebbieħ. Oħrajn bħal dik tal-parroċċa ta’ San Ġorġ f’Ħal Qormi ma’ Kristu hemm żewġ għassiesa mbeżżgħin waqt li l-istatwa tal-parroċċa tar-Rabat għandha erba’ figuri billi max-xbieha ta’ Kristu u ż-żewġ suldati Rumani hemm ukoll anġlu

ta, id-devozzjoni antika lejn il-festa ta’ Kristu Rxoxt inżergħet fil-Birgu mill-Griegi li meta waslu Malta mal-Kavallieri ta’ San Ġwann, l-ewwel ma kienu jgħixu kienu f’din il-belt. Infatti ma damux ma taw bidu għal din il-purċissjoni tal-Għid il-Kbir li baqgħet tiġi organizzata mill-Knisja Parrokkjali ta’ San Lawrenz meta dawn flimkien mal-Kavallieri mxew lejn il-Belt il-ġdida wara l-1566. Huwa ddokumentat li l-ewwel statwa tal-Irxoxt fil-Birgu diġà kienet teżisti u takkumpanja l-purċissjoni fis-seklu 17. Matul is-sena din kienet tintrefa’ fil-Knisja tal-Karmnu biex imbagħad nhar Sibt il-Għid kienet issir tranżlazzjoni proċessjonali tagħha lejn il-parroċċa li maż-żmien bdiet tkun akkumpanjata mill-Banda Duke of Edinburgh. Fl-1936 il-Konċilju Reġjonali ta’ Malta ddeċieda li l-purċissjonijiet tal-Irxoxt isiru biss nhar Ħadd il-Għid u għalhekk din tas-Sibt twaqqfet.


21

17.04.2022

Għal xi żmien fis-seklu 18 il-purċissjoni bdiet toħroġ wara nofsillejl nhar Sibt ilGħid iżda peress li bdew jinbtu xi abbużi, fl-1782, l-Isqof Labini ordna li din it-tradizzjoni tieqaf. Minflok, il-purċissjoni bdiet toħroġ wara li jindaqq il-Pater Noster, fl-erbgħa ta’ filgħodu. Drawwa ħelwa li kienet teżisti l-Birgu kienet li mad-daqq tal-Glorja nhar Sibt il-Għid kien joħroġ wieħed idoqq it-tanbur u miegħu kienet tinġabar ċorma tfal minn din il-belt f’dellirju ta’ ferħ u briju. Drawwa oħra li kienet komuni għat-tliet ibliet tal-Kottonera kienet li mad-daqq tal-Glorja għadd ta’ żgħażagħ kienu jaqbżu l-baħar u jgħumu l-ewwel għawma f’baħar li jkun għadu kiesaħ sew. Jingħad li l-ewwel vara tal-Irxoxt li kellhom il-Birgu kienet dik li attwalment tinsab fil-Knisja Kolleġġjata ta’ Bormla. Dan ġara peress li bint il-benefattur ingħaqdet mas-Sorijiet tal-Klawsura ta’ din il-belt ġara u għalhekk l-istatwa għaddiet minn knisja għal oħra. Il-vara sabiħa u artistika tal-lum hija xogħol skolpit fl-injam mill-imgħallem Bomliż Salvatore Psaila u saret fl-1833. Kristu Rxoxt jidher iżomm il-bandiera tal-Ordni

tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u mhux dik bajda bis-salib aħmar bħalma normalment insibu fl-istatwi l-oħra. Il-purċissjoni tal-Irxoxt f’din il-lokalità hija antika ħafna wkoll u x’aktarx li ilha ssir minn meta bdiet issir dik tal-Ġimgħa l-Kbira fl-istess post. Evidenza dokumentata turi li l-festa tal-Irxoxt fl-Isla tmur lura għas-sena 1714. Il-Fratellanza tal-Immakulata Kunċizzjoni kienet tieħu ħsieb l-organizzazzjoni ta’ din il-purċissjoni u kienet ukoll proprjetarja tal-vara tal-Irxoxt. L-istatwa maħduma fi stil tradizzjonali ma nafux eżatt meta saret però hija żgur waħda antika ħafna. Huwa fatt interessanti li l-figura ta’ Kristu hija maħduma fl-injam millqadd ’l isfel u mill-kartapesta mill-qadd ’il fuq. Jaħsbu li dan sar biex filwaqt li l-istatwa tkun waħda b’saħħitha, ma jkollhiex piż żejjed li jista’ jxekkel lir-reffiegħa. Jidher li fl-aħħar tas-Seklu 19 inqala’ xi inċident serju relatat mal-purċissjoni tal-Irxoxt u din twaqqfet għal perjodu twil ta’ madwar 90 sena sakemm kienet taħt it-treġija tal-Arċipriet Dun Ġwann Sladden li reġgħet bdiet issir wara l-1969. Fl-1989, l-istatwa tal-Irxoxt

Jingħad li l-ewwel vara tal-Irxoxt li kellhom il-Birgu kienet dik li attwalment tinsab fil-Knisja Kolleġġjata ta’ Bormla. Dan ġara peress li bint il-benefattur ingħaqdet mas-Sorijiet tal-Klawsura ta’ din il-belt ġara u għalhekk l-istatwa għaddiet minn knisja għal oħra

sarulha xi alterazzjonijiet u ġiet irrestawrata minn John Pace. Il-libsa ta’ Kristu ġiet indurata u l-arġentier Senglean Vanni Bartolo ħadmilha raġġiera tal-fidda biex ma tibqax tintuża dik tal-istatwa tal-Kristu Mejjet (il-Monument) kif kien isir sa dakinhar. Fl-1994 inħadmet ukoll bradella ġdida tal-lewż għal din l-istatwa li tintrefa’ minn 10 reffiegħa u li toħroġ nhar Ħadd il-Għid filgħodu. Bħal fiż-żewġt ibliet l-oħra tal-Kottonera, f’Bormla d-devozzjoni lejn il-festa tal-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu hija b’saħħitha wkoll

u tmur lura ħafna żmien. L-istatwa artistika tmur lura għas-sena 1741 u nġiebet minNapli mill-benefattur il-Kaptan Celestino Sacco. Din ġiet irregalata lill-fratellanza tas-Salib Imqaddes li tagħha l-benefattur kien sar rettur. Għalkemm ma nafux min kien l-awtur tagħha, l-istudjużi jaħsbu li l-istatwa hija xogħol Spanjol. Il-vara hija kollha kemm hi skolpita fl-injam bil-figura ta’ Kristu rebbieħ fuq il-mewt li tidher maqtugħa mill-art fuq qabar miftuħ. Il-qabar kien ġie ddisinjat millġdid mill-imgħallem ċelebri Bormliż Abraham Gatt fl-1926

u nkesa bil-fidda mid-ditta Ranchi ta’ Milan. F’id Kristu, b’differenza għal parti l-kbira tal-istatwi l-oħra tal-Irxoxt, narawh bil-palma minflok bil-bandiera. Il-purċissjoni Bormliża tal-Irxoxt li ssir kmieni f’Ħadd il-Għid filgħodu hija unika fil-Gżejjer Maltin għax hija kkaratterizzata minn ġiri kontinwu mar-rotta. Hemm id-drawwa li t-tfal Bormliżi jistennew l-Irxoxt mad-dawra tar-rotta tal-purċissjoni bil-figolla tal-Għid f’idejhom biex din titberkilhom xħin tgħaddi l-istatwa minn ħdejhom.


22

17.04.2022

MARK ZARB

JIDDISINJA MALJI TAL-GĦAWN TAL-IRĠIEL Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li bħali jħobb ħafna s-sajf. Mhux hekk biss, talli għandu talent li jiddisinja l-malji talgħawn tal-irġiel. Qed nirreferi għal Mark Zarb. Interessajt ruħi li nsir nafu aktar mill-viċin u fil-fatt sirt naf li huwa twieled Ħaż-Żabbar, u huwa s-sitt u l-iżgħar membru tal-familja tiegħu. Dejjem fittex interess f’suġġetti li forsi ma kinux tradizzjonali għan-nies li trabba magħhom. Meta kien qed jikber, kien jieħu interess f’ħafna oqsma, kemm jekk huma l-bijoloġija, l-arti, il-lingwi jew in-negozju. Għalkemm, l-iktar inklinazzjoni qawwija tiegħu dejjem kienet lejn ix-xjenzi. “Ma stajtx ma naħsibx kif tkun ħajti li kieku għażilt karriera differenti jew forsi aktar minn sempliċiment suġġett wieħed li aħna nagħżlu fl-Università. Nirrealizza li l-ħajja hija qasira wisq biex ngħix bil-mistoqsija ta’ ‘what if?’. B’hekk iddeċidejt li nimbarka ruħi fuq vjaġġ ta’ tagħlim lili nnifsi li fetaħli ħajti għal dinja ġdida ta’ possibbiltajiet. Kemm jekk ikun disinn ta’ siti elettroniċi, tagħlim ta’ lingwi multipli, disinn ta’ kunċetti jew tagħlim tan-negozju. Għallimt lili nnifsi xi tfisser li tkun awtonomu u l-unika ħaġa li tista’ tillimitani milli nilħaq l-għan tiegħi hija l-immaġinazzjoni tiegħi stess,” beda jgħidli dwaru Mark. Studja l-Baċellerat fix-Xjenza u s-Saħħa, u jsostni li s-saħħa kienet dejjem ta’ interess kbir għalih għax tagħtih l-opportunità li jgħin lill-proxxmu jfiq. Madankollu, dejjem kellu aspett kreattiv u interess fin-negozju li xtaq jesplora f’iżjed dettall. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan. “Bħalissa, qed naħdem full-time fl-isptar ġenerali Malti, part-time fi klinika privata u mbagħad niddedika ftit ħin għan-negozju tiegħi fl-aħħar tal-ġurnata. Li tkun

sid ta’ negozju għandu l-isfidi tiegħu stess, kemm jekk tinvesti f’materja prima, f’magni ta’ grad industrijali u tħallas lill-impjegati fost bosta oħrajn. Minkejja dan, il-feedback mill-klijenti tiegħi, ħafna minnhom Maltin u espatrijati kien tal-għaġeb u ninsab ferħan li nuri lid-dinja dak li kont qed naħdem fuqu matul din l-aħħar sena,” stqarr miegħi. Skoprejt li Mark huwa persuna li jħobb is-sajf, u peress li trabba Malta, dejjem sab lilu nnifsu mdawwar bil-baħar. B’hekk immaġinajt li kull sajf iżanżan diversi malji minn dawk li jiddisinja huwa stess. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan. “Apparti li nil-

bishom ħafna Malta, inħobb nivvjaġġa lejn pajjiżi oħra u nfittex l-avventuri, bħal meta mort Gran Canaria jew Palma de Mallorca. Inħobb nuri d-disinji tiegħi, speċjalment dawk li jġegħluni nħossni li qed inġorr biċċa mill-identità Maltija tiegħi kull fejn immur”. Ħafna aktar xogħol wara l-kwinti milli wieħed jista’ jimmaġina Bħala persuna li jħobb ħafna s-sajf u li jħobb jilbes malja ta’ l-għawm taħt ix-xemx tas-sajf, għalih huma kollha memorji ta’ sors tal-ispirazzjoni tiegħu u r-raġuni għaliex huwa tant kburi li fit-13 ta’ Diċembru 2020 nieda l-ewwel linja ta’ malji fil-Gżejjer Maltin. Fil-fatt, il-kumpanija tal-ilbies tal-għawm tiegħu tissejjaħ SWHIM għax huwa logħob

ta’ kliem fuq ‘Swimwear for Him’. “Jiena s-sid, id-disinjatur, in-negozjant u iva kultant ukoll il-kunsinnatur bil-karozza għax dan jagħtini l-opportunità nilqa’ lill-klijent u noħloq relazzjoni personali magħhom. Ma nistax ngħid b’ċertezza kemm niddedika ħin lill-kumpanija, iżda nista’ ngħid li nieħu ftit sigħat kuljum”. Ma’ Mark tkellimt dwar ilproċess mill-bidu sal-aħħar ta’ kull malja li joħloq, mid-disinn sal-prodott finali. Fil-fatt, skoprejt li l-manifattura u d-disinn tal-ilbies għall-għawm għandhom ħafna aktar xogħol wara l-kwinti milli wieħed jista’ jimmaġina. “L-ewwel nett, nibda billi nikkuntattja fornituri taddrapp fl-Italja, peress li huma rinomati għad-drappijiet fini tagħhom madwar id-dinja. Wara, billi nagħżel il-kuluri li

nixtieq għall-ġbir irrid nagħżel drapp li juri l-aħjar kwalità u vibranza tad-disinji tiegħi. Barra minn hekk, ladarba d-drapp jasal Malta, neħduh fil-workshop tiegħi f’Tas-Sliema fejn il-ħajjata tiegħi b’aktar minn 30 sena esperjenza tibda tħit l-ilbies tal-għawm bl-idejn billi tuża magni tal-ħjata ta’ grad industrijali. Id-drapp stampabbli jittieħed għand kumpanija Maltija lokali li tistampa fuq id-disinji tagħna f’forma tal-mudell li tagħmilhom lesti għall-ġbir. Kburi ħafna ngħid li s-sorsi tal-kumpanija tiegħi jaħdmu ma’ kumpaniji lokali u dan jagħtiha aktar identità Maltija. Din hija r-raġuni għaliex inħossni kburi li ngħid li huwa prodott 100% Malti. Hemm ħafna proċessi oħra li jmorru wara x-xena, iżda wieħed ma jistax jidħol f’dak id-dettall. Il-parti tad-disinn


08.11.2020 17.04.2022

23

SKEDA ONE 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 17:30 18:30

ONE News Liquorish Kalamita ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:20 19:30 20:10 20:35 22:20 22:50 23:30

ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Liquorish Popcorn Music Legends ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 Ħabrikt 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta 10:00 Espresso

12:30 12:35 12:45 13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55

ONE News Liquorish Step Up Kalamita ONE News What’s Cooking Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari

17:30 18:30 19:18 19:30 20:10 20:35 21:10 22:15 22:50 23:30

Dak Li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Reboot Flip the Venue Il-Willy Music Legends ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30 10:00

12:30 12:35 13:00 15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00

ONE News Liquorish Kalamita ONE News Żona Sport Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking

18:30 19:20 19:30 20:10 20:30 21:10 22:30 23:30

Pjazza 20-04 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Cash Ride Flip the Venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 Liquorish 07:00 What’s Cooking 07:30 ONE News 07:50 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Telebejgħ 09:05 PrimeTime 09:30 Ieqaf 20 Minuta

10:00 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:05 16:26 17:00

Espresso ONE News Liquorish Kalamita ONE News Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview Popcorn Żona Sport

17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:40 21:45 22:45 23:30

Mhux Kemm Taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Ibgħathieli bil-posta Eko Djar Reboot ONE News

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:33 09:05 09:30

10:00 12:30 12:35 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50

Espresso ONE News Liquorish ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari PrimeTime Preview What’s Cooking Music Legends

17:30 18:15 19:13 19:18 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

ĠIMGĦA Indhouse 22-04 Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime Brillanti Maratona Missjoni ONE News

06:30 06:45

ONE News Music Legends 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Maratona Missjoni

12:30 12:35 13:10 15:30 15:35 16:00 17:30 18:00

ONE News Telebejgħ Maratona Missjoni ONE News Liquorish Omnibus Maratona Missjoni Sabiħa l-Ħajja Pink Panther

18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30

Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Maratona Missjoni ONE News

06:30 06:45 07:15 07:40 08:00 08:40 10:00 11:30

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Quddiesa tal-Jum Paper Scan Maratona Missjoni Flip the Venue

12:30 12:40 13:15 15:30 15:35 17:05 18:15 19:25

ONE News Telebejgħ Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni Eko Djar Imqades l-Istorja One Sport & Temp

19:30 20:10

ONE News Ieqaf 20 Minuta Willy Brillanti ONE News

TLIETA 19-04

ONE News Liquorish Popcorn ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso

ĦAMIS 21-04

normalment teħtieġ li partner u jien noqogħdu fuq mejda u nfasslu t-tpinġijiet flimkien, b’lapes fuq biċċa karta sakemm ikollna xi ħaġa li verament inħobbu. Wara dan, neħduhom għand id-disinjatur grafiku tagħna li juża software biex joħloqhom mill-bidu,” spjegali tajjeb. Parti mill-kollezzjoni tiegħu tagħti ġieħ lill-kultura u lill-wirt Maltin Ta’ min jgħid li sezzjoni mill-kollezzjoni tal-ilbies talgħawm tagħhom tagħti ġieħ lill-kultura u lill-wirt Maltin li tant Mark inzerta jħobb u kburi ħafna bihom. Uħud minn dawn id-disinji huma ispirati mill-Gardjola, mill-ħabbata, mill-madum tradizzjonali Malti u mill-famuż luzzu. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora

aktar. “Il-kollezzjoni tagħna ispirata mill-kultura u millwirt Maltin ilha tirċievi reviżjonijiet pożittivi ħafna u hija apprezzata mhux biss fuq skala lokali, iżda konna qed nesportaw kwantitajiet kbar lejn New York, Miami, l-Italja u Spanja! Dan jagħtina sens ta’ kburija u napprezza lil kull min jappoġġja negozji bħal tagħna li jippermettulna naqsmu prodott Malti mal-bqija tad-dinja”. Fl-aħħar ta’ din l-intervista stedintu jħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ dan il-gazzetta. “Nixtieq nirringrazzjakom tal-ħin tagħkom u nħeġġiġkom iżżuru s-sit elettroniku tagħna biex tagħtu ħarsa u nittamaw li nistgħu nintroduċu SWHIM fis-sajf li ġej tagħkom”. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq s-sit elettroniku www. swhimwear.eu

TNEJN 18-04

ONE News Liquorish Niftakru ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta Espresso

06:30 06:45 07:00 07:30 07:50 08:00 08:30 09:05 09:30 10:00

SIBT 23-04

ONE News Liquorish Żona Sport ONE News Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ PrimeTime Ieqaf 20 Minuta

20:35 21:15 23:30

ERBGĦA

ĦADD 24-04


24

17.04.2022

reċensjoni tal-ktieb

RUMANZINI Xalata ta’ karattri u avventuri ġodda! Dak li ġabu magħhom id-disa’ kotba ġodda mis-sensiela bil-Malti “Rumanzini” pubblikazzjoni Merlin Publishers. Din is-sensiela diġà hi fost l-aktar popolari mattfal, u frott dan is-suċċess kompliet tikber, biex issa hemm iżjed u iżjed titli mnejn wieħed jagħżel. Veru hemm xi ħaġa għal kulħadd – għal min iħobb il-pirati, min ilballerini jew il-prinċipessi minn renji antikissimi, min il-fantaxjenza u min l-avventuri fl-ispazju profond. U ngħiduha, kif jistgħu ma jogħġbuhomx b’dawk l-illustrazzjonijiet vivaċi bilkulur, il-kliem kbir u komdu biex jinqara anki minn min is-soltu jevita l-qari bil-Malti. Fil-fatt din waħda millaqwa karatteristiċi ta’ din is-sensiela: proprju li tfal li s-soltu forsi ma tantx ifittxu li jaqraw bil-Malti, tant jarawhom attraenti l-kotba ta’ din is-sensiela – kemm filkontenut tal-istejjer u anki fid-dehra – li spiss jitħajru jaqrawhom. It-tfal ta’ bejn 7 snin u 11-il sena jistgħu jogħxew jiskopru l-avventuri u l-misteri ta’

dawn il-kotba u b’hekk iqattgħu dak li baqa’ millvaganzi tas-sajf mitlufin filfantasija tad-dinjiet favoriti tagħhom. Is-sensiela “Rumanzini” hi mqassma fi tliet livelli ta’ qari: L-EWWEL LIVELL – L-ewwel Pass – hu maħsub għal tfal minn 7 snin ’il fuq. Dawn ilkotba se jgħinu lit-tfal irabbu l-kunfidenza u b’hekk jegħlbu dik ilbiża’ u l-ansjetà meta jibdew jaqraw. IT-TIENI LIVELL – Pass Pass – hu maħsub għal tfal minn 8 snin ’il fuq li issa bdew jaqraw waħedhom u għalhekk ideali biex it-tfal iżidu filkunfidenza u jaqraw l-ewwel ktieb “ta’ veru” tagħhom. IT-TIELET LIVELL – Pass ta’ Ġgant – hu maħsub għal tfal minn 9 snin ’il fuq li issa akkwistaw dik il-kunfidenza fil-qari u qed iħossuhom kburin bl-ammont ta’ qari li jistgħu jagħmlu waħedhom. Dawn il-kotba ġodda – tlieta f’kull livell – jingħaqdu mal-15-il ktieb ieħor fl-istess

sensiela. Xi wħud mill-kotba huma sequels, bħat-tant maħbuba Sara Ballerina li issa hemm żewġ kotba ġodda bl-istejjer tagħha, u t-tielet u l-aħħar ktieb fit-triloġija It-Tifel-Dragun. Stejjer oħra, imbagħad, huma ta’ karattri ġodda fjamanti. Miktubin oriġinarjament bil-Franċiż, dawn il-kotba ġew

addattati għall-Malti minn Loranne Vella u Antoinette Borg. Din is-sensiela hi ideali għat-tfal biex isiru aktar kunfidenti jaqraw bilMalti. Kapitli qosra, lingwa mexxejja u tipa komda, huma l-ingredjenti biex insawru ġenerazzjoni ġdida ta’ tfal li jħobbu jaqraw bil-Malti.

Il-kotba kollha fis-sensiela Rumanzini jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn www. merlinpublishers.com

Mistoqsija: Għal xiex hi ideali din is-sensiela? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb RUMANZINI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 24 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IĊ-ĊIMITERJU TAL-IMGĦALLQIN - IT-TIENI VOLUM hija:

G. CAMILLERI - ŻABBAR

02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kienet iż-żieda ta’ impjiegi full-time f ’Għawdex?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

17.04.2022

JOQTOL LILL-ĠARA BIEX MA TIBQAX TIBKI Il-biża’ li kellu minn missieru jwasslu biex jagħmel att makabru Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Joshua Earl Patrick Phillips huwa qattiel Amerikan li fl-età ta’ 14-il sena qatel lillġara tiegħu, Maddie Clifton, li kellha biss tmien snin. Fl-1998, Phillips qal li kienu qegħdin jilagħbu u bi żball weġġagħha hekk kif laqgħetha bil-ballun tal-baseball. Saħaq li beża’ kif semagħha tibki u tolfoq minħabba li missieru kellu idejh ħfief. Phillips, minflok prova jikkalmaha, qatilha u ħeba l-katavru tagħha bejn is-saqqu u s-sodda tiegħu. Sena wara mill-qtil, hu nstab ħati u weħel għomru l-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ ħelsien. Minħabba l-ħruxija ta’ din is-sentenza, il-każ tiegħu se jerġa’ jinstema’ s-sena d-dieħla biex forsi jingħata sentenza differenti. Min kien Joshua Phillips? Joshua Earl Patrick Phillips twieled fis17 ta’ Marzu tal-1984 f’Allentown f’Pennsylvania fl-Istati Uniti. Missieru, Steve, kien raġel vjolenti u kien jerfa’ jdejh fuq martu Melissa u fuqu. Phillips ma setax idaħħal tfal fid-dar jekk ma kienx ikun id-dar missieru wkoll, speċjalment jekk kienu bniet. Jekk Phillips ma kienx jobdi lil missieru, dan tal-aħħar kien jerfa’ jdejh fuqu. F’Novembru tal-1998, Phillips kien jgħix flimkien mal-ġenituri tiegħu f’Jacksonville fi Florida. Phillips kien deskritt mill-ġirien bħala tifel kwiet u dħuli u mill-għalliema tiegħu bħala tifel li jħobb idaħħaq. Hu qatt ma wera mġiba vjolenti jew ta’ tħassib. Il-Qtil Fit-3 ta’ Novembru tal-1988, Phillips qal li Maddie Clifton marret id-dar tiegħu biex tistaqsih iridx jilgħab magħha. Phillips aċċetta u waqt li kienu qegħdin jilagħbu, hu laqat lil Clifton bil-ballun tal-baseball f’għajnha. Phillips, xħin ra lil Clifton tibki u tolfoq u bid-demm

nieżel ma’ wiċċha, twerwer u tferfex. Kien għalhekk li qabad lil Clifton u kaxkarha lejn il-kamra tas-sodda tiegħu. Kif kienu fuq, hu taha daqqiet bil-mazza tal-baseball biex iwaqqafha milli tibki u ħbieha bejn is-saqqu u s-sodda. Kif wasal missieru d-dar, Phillips mar ikellmu u ftit wara reġa’ tela’ fil-kamra tas-sodda tiegħu. Kif daħal fil-kamra, hu induna li Clifton kienet għadha ħajja għax semagħha tokrob u kif għolla s-saqqu, hu ħanxirlha għonqha u taha seba’ daqqiet ta’ mus f’sidirha biex joqtolha. Kif għamel hekk, hu reġa’ poġġa s-saqqu fuqha. L-għejbien ta’ Clifton ġie rrappurtat minn ommha għall-ħabta tal-5.00 p.m. tal-istess jum u l-pulizija u l-voluntiera damu sitt ijiem għaddejjin bit-tfittxija. Phillips ukoll ħa sehem fit-tfittxija, minkejja li kien jaf li Clifton kienet moħbija f’kamartu. Fl-10 ta’ Novembru, omm Phillips daħlet fil-kamra ta’ binha u rat roqgħa mxarrba taħt is-sodda tiegħu. Waqt li bdiet tfittex fil-kamra, hi sabet il-katavru ta’ Clifton u għarrfet lill-pulizija minnufih. Il-pulizija marru ġabru lil Phillips mill-iskola u huwa ammetta li qatel lil Clifton ftit sigħat wara l-arrest tiegħu. Phillips qal li ma riedx iweġġagħha iżda beża’ mill-qilla ta’ missieru. Kien hemm uħud li ma bdewx jemmnu lil Phillips u qalu li hu prova jabbuża minnha, anke minħabba l-fatt li nstabet bla ħwejjeġ minn qaddha ’l isfel. Kien hemm ukoll tħassib għax ma nstabux traċċi ta’ ħamrija jew ramel fuq ġisem Clifton mentri Phillips qal li kaxkarha millbitħa għal ġod-dar. Apparti dan, lanqas ma nstabu traċċi ta’ demm fil-bitħa u fuq il-mazza tal-baseball li Phillips qal li taha d-daqqiet biha. Minkejja dawn il-kummenti, l-unika sejba li kienet favur Phillips kienet li mill-awtopsja ma rriżultax li Clifton ġiet abbużata sesswalment.

JOSHUA PHILLIPS TA’ 14-IL SENA U ISSA

Il-Ġuri Phillips tressaq il-qorti bħala adult u l-ġuri sar f’Polk County minħabba li l-każ kien fuq fomm kulħadd. L-Avukat ta’ Phillips, Richard D. Nichols, ħa passi li ma tantx għenu lil Phillips bħal nuqqas ta’ xhieda, li ma jħallix lill-ġenituri ta’ Phillips jixhdu u anke lil Phillips innifsu. L-Avukat Nichols ried li d-difensura tkun l-argument finali tiegħu li “l-mewta ta’ Clifton kienet att aċċidentali li żvolġa f’paniku u wassal għal ġennata.” Il-ġuri beda fis-6 ta’ Lulju tal-1999 u dam biss jumejn. F’temp ta’ sagħtejn biss, Phillips instab ħati bi qtil tal-ewwel

grad u weħel għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ ħelsien. Phillips skansa l-piena kapitali għax kien taħt is-16-il sena. Appelli tas-Sentenza Fl-2004, omm Phillips pruvat titlob għal ġuri ġdid għax binha kien għadu żgħir meta nstab ħati. Sena wara, il-Qorti Suprema ta’ Florida ddiskutiet is-sentenza ta’ għomor il-ħabs li ngħata Phillips. Fl-2008, żewġ uffiċjali li kellhom sehem kbir fl-għoti tas-sentenza lil Phillips qalu li ddispjaċiehom li ma offrewlux li jammetti għal qtil tat-tieni grad biex jingħata sentenza inqas ħarxa. Fl-2012, il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti qalet li mhux aċċettabbli li persuna minorenni tingħata sentenza ta’ għomor il-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ ħelsien. Kien għalhekk li f’Settembru tal2016, l-avukati ta’ Phillips irnexxielhom jappellaw is-sentenza fil-qorti u ngħata ġuri ġdid, li seħħ f’Ġunju tal-2017. Omm Clifton ma riditx li s-sentenza tal-qattiel ta’ bintha tinbidel u f’Novembru tal-istess sena reġa’ weħel għomru l-ħabs mingħajr il-possibbiltà ta’ ħelsien. Il-Qorti tal-Appell tal-Ewwel Distrett ta’ Florida qalet li Phillips huwa eliġibbli għal ġuri ieħor fl-2023 jekk ikun hemm sens ta’ maturità u bidla f’Phillips. Phillips appella għal din id-deċiżjoni iżda ġiet miċħuda f’Ġunju tal-2020 mingħajr ebda raġuni.


26

17.04.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

17.04.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 429

V. DEBONO - MOSTA

Bi 3 NUMRI 047 084 449 639 678 679 697 759 901 948 B’4 NUMRI 0046 0466 0626

0921 1314 1454 1563 1952 2447 2545 2633 2793 3275 4001 4123 4502 4692 5341 5455

5527 5748 6214 6641 7054 7140 7271 7733 7928 8008 8077 8271 8579 8644 8814 9352

9550 B’5 NUMRI 02849 02897 07600 22283 37057 41957 42064 42083 43352 51539 53238 62781 72605

75110 75758 76077 79728 89973 93527 B’6 NUMRI 133839 272204 475655 957363 B’7 NUMRI 2511266 2877256

4640596 7231015 7840378 Bi 8 NUMRI 52732497 69063431 B’9 NUMRI 519994282 579499078

MIMDUDIN: 1. Tkun fil-baħar (5) 10. 4. Kompli l-qawl: Għada .... ma rah (4) 12. 7,17. It-tfal Maltin 16. kollha jmorru (5) 9. Kien jiddefendi 18,21W.

l-bliet Maltin (3) Għalaq il-bieb 19. b’tisbita (6) 20. Lest? (6) 21. Norman Oliva 23. Agius (1,1,1) 24. Żgur wara xi

WEQFIN: 1. Tar-Rotunda (6) 2,11. Fjura (5) 11. 3,15. Jgħin dan (9) 12. 5.19. Fill-fond ħafna (6) 13,22. 6, 23. Gradwati? (7) 8. Kien hawn ħafna 14.

fis-26 ta’ Marzu, 2022 (9) Ara 2 Omm (2) Jagħmlu togħma tajba fl-ikel (6) Mitfuħ taħt

mewt (5) Ara 5 Post (5) Lemħu (3) Ara 6 Nispiċċa! (5)

15. 17. 21. 22.

it-trab (6) Ara 3 Ara 7 Ara 18 Ara 13

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Swaba, 4.Twal, 7,9.Skart, 10.Bastun, 12.Gareth, 16.Rio, 18.AT, 19,17.Arrigo, 21.ŻOT, 23.Tnax, 24.Ivara

WEQFIN: 1.Swatar, 2,15.Antartika, 3,20. Asbestos, 5,11.Witta, 6,21W. Lanżit, 8.Karettuni, 12,22.Gotta,13.Ras, 14.Ħasira


28

17.04.2022

IL-QAWMIEN TA’ POPLU Editorjal

Ir-rebħa li l-poplu ta lill-Partit Laburista, immexxi minn Robert Abela, tant hi qawwija li bin-numri, u mhux bil-paroli, iddikjarat li l-establishment ma jgawdi l-ebda appoġġ fuq din l-art

F’dan il-jum jitfakkar b’qima u b’għożża il-qawmien mill-im­ wiet tal-Mu­­lej, dak li l-establish­ ment ta’ żmienu kien sallbu bla ħtija. Mhux ta’ b’xejn li l-Insara qed jiċċelebraw l-akbar festa u jsej­ħulha l-Għid il-Kbir. Fl-istess żmien anke n-natura tfakkar il-qawmien tagħha fuq ix-xhur qliel u qerrieda tax-xitwa. Il-ġmiel tal-ilwien u s-sħana tax-xemx jiddu u jżej­ nu l-ħolqien f’sinjal tar-rebħa fuq id-dlam. Mhux ta’ b’xejn li, b’tifħir lir-rebbiegħa, il-poeta Malti Rużar Briffa naqqax ilkliem “Oħroġ inti xemx sabiħa/ Reġġa’ l-għana, reġġa’ l-fwieħa”. Ir-rebbiegħa Maltija ta’ din is-se­na wkoll se tibqa’ mmarka­ ta fl-istorja tagħna għar-rebħa kbira u finali li l-poplu Malti birraġun jistenna li tkun fuq dawk kollha li għal għexieren ta’ snin iddominawlu ħajtu u xortih, waqt li użawh biex minn fuq dahru jgawdu huma biss. Ir-rebħa totali fuq il-qaw­wiet tad-dlamijiet, bħala parti minn gwerra fit-tul, se tibqa’ assoċjata eternament mar-riżultat tal-Elezzjoni tas-26 ta’ Marzu 2022. Il-verità, li ma jiċħadha ħadd,

hi li sa mill-2008, meta l-Partit Nazzjonalista re­baħ elezzjoni mqanżħa b’nofs siġġu, il-Partit Laburista nbidel f’moviment nazzjonali biex ġabar fi ħdanu kull faxxa tas-soċjetà u sar iddar waħdanija li fiha hu komdu li jgħix, jaħdem u jtejjeb ħajtu kulħadd. Sar dik is-siġra bibli­ka, li tissemma fil-parabboli, bil-bosta friegħi tagħha li fuqhom jibnu l-bejtiet għasafar ta’ kull lewn, daqs u sura. In-numri u l-fatti f’kull elezz­ jo­ni minn dakinhar ’l hawn jixhdu kif il-PN dejjem ħa d-daq­ qiet ’l isfel, waħda iżjed qawwija minn ta’ qabilha. Mhux biss tilef il-boxxla tad-direzzjoni, imma kompla jwebbes rasu. Baqa’ jħares lura bin-nostalġija, għax ma jafx aħjar, u kull darba baqa’ jiġi kkastigat. Hi verità wkoll li l-Partit flOp­pożizzjoni baqa’ ma tgħallimx kif ma tistax tipprova tqum minn koma irriversibbli bħal din billi tibdel il-kapijiet qisek qed tixtri l-pastizzi jew billi tixxaqqaq f’iżjed fazzjonijiet li jibqgħu jdoqqu mużika differenti u stunata b’duttrina komuni ta’ mibegħda. Wisq inqas billi tifrex l-għeruq velenużi

tiegħek f’ammont akbar ta’ orga­nizzazzjonijiet jew istituzzjonijiet. Ir-rebħa li l-poplu ta bħallum tliet ġim­għat ilu lill-Partit Laburista, immexxi minn Ro­ bert Abela, tant hi qawwija li bin-numri, u mhux bil-paroli, iddikjarat li l-pilastri tal-establishment ma jgawdu l-ebda appoġġ fuq din l-art. Il-Maltin u l-Għawdxin urew bil-voti tagħhom li ma jagħtux kas dak kollu li jgħidu l-ftit foloz madwarna. Urew li ma jaf­dawx fil-prietki u l-paniġierki ta’ min suppost joqgħod ’il bogħod mill-politika partiġja­na. Urew li jridu jitnaddfu minn dawk kollha li l-ħin kollu jsinnu s-skie­ ken bl-intenzjoni unika li jfieru Gvern leġittimu li ġie elett bl-akbar maġ­ġoranza fl-istorja. Sfortunatament dawk li jikkmandaw lill-PN għadhom sallum jinsistu li jinjoraw ir-rieda ċara tal-poplu billi jilagħbu bin-numri u jagħmlu l-paragu­ ni dwar kemm nies astjenew mill-vot. Jekk nagħtu ħarsa lejn l-elezzjoni Presidenzjali, li qed isseħħ bħalissa fi Franza, fejn fl-ewwel rawnd astjenew 26.3% tal-votanti u mistennija jiżdie-

du iżjed fit-tieni rawnd, x’se jaqbdu jgħidu?! Li l-President Franċiż elett se jkun illeġitti­ mu?! Ilkoll nafu li, minkejja kollox, dawn il-foloz bl-argumenti bażwijin u t-tiġbid tal-immaġi­­ nazzjoni tagħhom, xorta fejn kienu se jibqgħu. Anke, waqt li qed niktbu dan, il-PN għadu jitlef il-biċċiet u l-emorraġija baqgħet tnixxi minnu. Daqqa tirriżenja l-unika Kunsilliera li kellu fix-Xgħajra u daqqa Kunsillier Nazzjonalista f’Raħal Ġdid. U bħal oħrajn qabilhom, dawn jistqarru li m’għadhomx jirrikonoxxu lill-Partit li kienu jagħmlu parti minnu. Dawk mill-fazzjoni dominanti tal-establishment, li ħolqu dan il-mostru politiku stess, issa qegħdin jammettu li ma jridux ineħħu l-Kap tellief, għax jissograw li jinqasmu. Dikjarazzjoni ċara li tfisser li se jibqgħu jiggranfaw mat-tentufiet biex jiġġustifikaw l-eżistenza (mhux l-għajxien) tagħhom. Fejn ma jsibux ma’ xiex iqabbdu difrej­ hom, lesti jivvintawhom. Il-poplu, li qam u ddikjara fehmtu, illum jippretendi li jiġi rrispettat minn kulħadd.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.