IT-TIELET L-AĦJAR RATA TA’ INFERMIERI FL-UE KOLLHA
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 17 ta’ Mejju, 2020
Ħarġa Nru 1,401
Rapport f’paġna 5 Prezz €1
€60 MILJUN F’BENEFIĊĊJI LILL-FAMILJI Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li matul is-sena li għaddiet aktar minn €60 miljun tħallsu f ’benefiċċji lill-familji Maltin u Għawdxin. Dan joħroġ minn studju li ppubblika l-istess NSO filJum Internazzjonali tal-Familja u li minnu jirriżulta li €37.7 miljun tħallsu f ’benefiċċju tat-tfal (children’s allowance) lil 42,679 benefiċjarju. L-istudju jikkwota wkoll l-aħħar stħarriġ Ewropew dwar id-dħul u l-kundizzjonijiet tal-għajxien li minnu jirriżulta li f ’perjodu ta’ erba’ snin, in-numru ta’ tfal taħt it-tliet snin li jattendu ċ-ċentri għall-ħarsien tat-tfal aktar milli rdoppja. Fil-fatt, jirriżulta li bis-saħħa tal-miżuri ta’ childcare b’xejn għal kulħadd, bejn l-2014 u l-2018 ġiet irreġistrata żieda ta’ 3,566 tifel u tifla li jattendu f ’dawn iċ-ċentri. Il-politika tal-Gvern favur il-familja wkoll wasslet għal żieda qawwija ta’ 16% ta’ ommijiet u missirijiet fis-suq lokali tax-xogħol. L-istudju, li jikkwota mil-Labour Force Survey, juri li matul is-sena li għaddiet 79,912-il ġenitur – 45,954 missier u 33,958 omm – kienu fis-suq tax-xogħol. L-NSO żied jirrapporta li bejn l-2015 u l-2019, ġiet irreġistrata żieda fis-salar ju bażiku annwali kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. Fl-2019, is-salarju medju għall-ommijiet kien ta’ €17,859 waqt li l-missirijiet kellhom salarju medju ta’ €24,722. Imqabbel mal-2015, din kienet tfisser żieda ta’ 16% u 21% fis-salarju medju tal-ommijiet u tal-missirijiet rispettivament. L-istatistika tiżvela wkoll li fis-snin kollha bejn l-2015 u l-2019, l-aktar impjieg komuni għall-ommijiet kien relatat mas-settur tas-servizzi u l-bejgħ. Fl-istess waqt ġiet innotata bidla fix-xorta ta’ impjiegi għall-missirijiet. Waqt li fl-2015 u fl-2016, ħafna kienu impjegati f ’oqsma marbuta ma’ xi snajja’, mill-2017, aktar missirijiet bdew jokkupaw karigi fi rwol maniġerjali. Is-sena li għaddiet l-ommijiet b’impjieg full-time kienu jammontaw għal madwar 67%, żieda ta’ aktar minn 5% meta mqabbel ma’ erba’ snin qabel. L-istħarriġ tal-NSO ta ħarsa wkoll lejn l-istrutturi ta’ kif inhuma komposti l-familji Maltin u Għawdxin. Minn dan joħroġ li matul l-2018 iż-żwiġijiet naqsu b’4% meta mqabbel ma’ sena qabel. F’din l-istess sena, is-separazzjonijiet irreġistraw l-inqas livell bi tnaqqis ta’ kważi 7% meta mqabbel mal-2017. Bil-maqlub, l-għadd ta’ divorzji ammonta għal 433 fl-2018, żieda ta’ 9% fuq l-2017. Ta’ min jinnota li ż-żwiġijiet, is-separazzjonijiet u d-divorzji rreġistraw l-ogħla numri fl-2016 b’total ta’ 3,034 żwieġ, 701 separazzjoni u 500 divorzju.
Id-Deputat Nazzjonalista mwissi diversi drabi mill-Pulizija f’parti mill-filmat imxandar waqt Pjazza
“AĠIR SKANDALUŻ” LI JFIXKEL L-ORDNI ILMENT FORMALI MAL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS BIEX JINVESTIGA LIL KAROL AQUILINA FL-INĊIDENT TA’ SENA ILU FEJN FIXKEL SKORTA TAL-PULIZIJA MA’ MINISTRU BARRANI LI KIEN FI ŻJARA F’PAJJIŻNA Il-mod kif id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina fixkel il-ħidma ta’ uffiċjali tal-Pulizija waqt li kienu qed jeskortaw diplomatiku barrani fi żjara f ’pajjiżna se jiġi investigat mill-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika George Hyzler wara li ntalab jagħmel dan mill-ġurnalist u preżentatur tal-programm televiżiv popolari Pjazza Karl Stagno Navarra, li żvela l-filmat għall-ewwel darba nhar il-Ġimgħa filgħaxija. Il-filmati minn xi żmien is-sena li għaddiet urew delegazzjoni ta’ ministru barrani, akkumpanjata minn żewġ pulizija mit-taqsima tat-traffiku, fi triqitha lejn il-Belt Valletta fejn kellha sseħħ
laqgħa mal-Prim Ministru. Fi Triq Diċembru Tlettax, tidher karozza skura misjuqa mid-Deputat Aquilina li ma obdiex l-ordnijiet biex jitfa’ malġenb, kif għamlu l-vetturi l-oħrajn, anzi beda jidħol fin-nofs tal-vetturi tad-delegazzjoni u jipperikola s-saħħa tas-sewwieqa tal-muturi. Minbarra hekk, baqa’ jsuq bl-istess veloċità mad-delegazzjoni u għadda minn fuq id-dawl aħmar ta’ zebra crossing biex jagħmel dan. Tkompli f’paġna 4
02
17.05.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 21°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa testendi minn fuq il-Punent tal-Libja sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Sabiħ bi sħab għoli Ir-Riħ: Moderat mil-Lvant li jdur mix-Xlokk il-Lvant. Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 19°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
26°C
UV 9
18°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
25°C UV 11
17°C
Il-Ġimgħa
24°C
UV 9
16°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
26°C UV 11
16°C
25°C UV 11
17°C
25°C UV 11
17°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Regent Pharmacy, 70, Triq il-Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 213811776 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Fgura Pharmacy, Triq il-Koppla, Il-Fgura – 21675250 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
17.05.2020
kullhadd.com
COVID-19: KAŻI ATTIVI
RATI TA’ INFEZZJONI ETÀ % 0-9: 2.6 10-19: 5.3 20-29: 24.5 30-39: 23.6 40-49: 14.5
ETÀ % 50-59: 13.2 60-69: 8.6 70-79: 4.2 80-89: 3.1 90-99: 0.4
352 351 337346 328 319332 331 314 324306302 290 288282 276
147149154 127132137 105108
88 62 71 46 51 36 17 19 28 1 2 3 4 5 7 12 12 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
MARZU
241 221 195 162160151
236 222 200211 186193
120110
1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30
APRIL
96 85 81 77 74 72 68 78 90 65 58 58 64 66 66 73 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16
MEJJU
NOFS IL-KAŻI BEJN 20 U 40 SENA Il-miżuri imposti mill-awtoritajiet baqgħu jaħdmu kif mistenni wara t-tieni ġimgħa mindu reġgħu fetħu ċerti ħwienet lokali li għal kważi xahrejn kienu obbligati billiġi li jagħlqu ħalli tiġi mrażżna l-imxija fostna tal-virus COVID-19. F’dawn il-jiem il-Gvern se jħabbar li mistenni jieħu miżuri ulterjuri biex itaffi r-restrizzjonijiet. Anke jekk ilbieraħ żdiedu 14-il persuna infettati ġodda, waqt li tnejn oħrajn fiequ, jirriżulta li l-akbar infezzjonijiet baqgħu fost persuni ta’ etajiet bejn l-20 u l-40 sena. Fil-fatt, skont it-tabella ppubblikata hawn fuq, din ilfaxxa milquta tas-soċjetà tammonta għal iżjed minn 48% tal-każi kollha li ġew irreġistrati s’issa – 263 minn 546. Minn dawk ta’ ’l fuq minn 20 sena kellna 134 każ, waqt li minn dawk ’il fuq minn 30 sena kien hemm 129 każ. Dan jibqa’ jawgura tajjeb ladarba l-aktar faxex vulne
rabbli, jiġifieri dawk ta’ 65 sena ’l fuq, għadhom b’persentaġġi żgħar imqabblin mal-bqija. S’issa kellna biss 72 każ minn dawn l-etajiet, li jfisser 13.1% mit-total kollu. Fil-bulettin mediku tagħha ta’ kuljum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci tat dettalji tal-14-il persuna ġodda li rriżultaw pożittivi għallCOVID-19, wara li fl-24 siegħa ta’ qabel kienu saru rekord ta’ 1,727 test. Fl-istess ħin, persuna ta’ ’l fuq minn 30 u oħra ta’ iżjed minn 40 sena ħarġu mill-infezzjoni. Jirriżulta li disgħa mill-każi pożittivi tal-bieraħ lanqas kellhom sintomi. Ħames ħaddiema fil-qasam tas-saħħa kienu fost dawn – żewġt irġiel, it-tnejn ta’ 54 sena li jaħdmu fl-Isptar Mater Dei, wieħed minnhom fis-sala tal-ENT, u tliet healthcare workers nisa, tnejn Maltin, b’waħda minnhom fl-istess ENT Ward, u barranija ta’
22 sena li kellha kuntatt ma’ pazjent li rriżulta pożittiv. Raġel Għawdxi ta’ 40 sena rriżulta pożittiv wara li mar jagħmel it-test minn jeddu. Huwa jaħdem fis-settur pubbliku u għaddej contact tracing fost il-ħaddiema u l-membri tal-familja. Malti ta’ 38 sena li wkoll jaħdem fis-settur pubbliku, raġel ta’ 64 sena u mara ta’ 61 sena li marret l-Isptar minħabba kundizzjoni medika li għandha, ukoll ħarġu pożittivi. Minn dawk li kellhom is-sintomi, kien hemm żagħ żugħ ta’ 18-il sena u mara ta’ 23 sena li jaħdmu fi ħwienet. F’dawn il-każi, il-Professur Gauci qalet li l-miżuri, bħallużu tal-maskri, għenu biex ma jkunx hemm iżjed tixrid. Il-każi l-oħrajn kienu ta’ tlett irġiel ta’ 28, 60 u 62 sena, li kollha jaħdmu ma’ kumpaniji privati u għalhekk l-awtoritajiet għaddejjin bil-contact tracing neċessarju.
04
17.05.2020
kullhadd.com
“INKOMPLU NIĠĠEDDU” …ĠBIR B’DIFFERENZA MILL-PARTIT LABURISTA Il-Partit Laburista se jkun qed jorganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi b’differenza f ’nofs ix-xahar id-dieħel. L-inizjattiva, li se tkun mqassma fuq ġimgħa sħiħa bejn it-Tnejn 15 u l-Ħadd 21 ta’ Ġunju, se jkollha t-tema “Inkomplu Niġġeddu”. Hu imperattiv li, kif kien qed jagħmel fl-aħħar snin, il-Partit Laburista jibqa’ jżomm il-pass biex jaġġorna l-politika tiegħu u jaddatta dejjem aħjar għall-ġejjieni, mhux l-inqas fiż-żminijiet li l-pajjiż qed jaffaċċja l-aktar kriżi possibbli mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn. Għaldaqstant, il-Partit ħabbar li fil-jiem li ġejjin se jkun qed iħabbar aktar dettalji dwar l-attivitajiet li se jkunu qed iseħħu f ’dik il-ġimgħa partikolari ta’ Ġunju. Minbarra hekk, Manwel Cuschieri se jkun qed jassisti lill-kumitati lokali f ’dan il-ġbir
ta’ fondi minn għada stess. L-iskeda tal-lokalitajiet għallġimgħa d-dieħla se tkun kif indikata hawn taħt: It-Tnejn – In-Nadur (17:00), ixXagħra (18:00) u Għajnsielem (19:00); It-Tlieta – il-Gudja (17:00), il-Kalkara (18:00) u Ħal Luqa (19:00); L-Erbgħa – Ħ’Attard (18:00) u Birkirkara (19:00); Il-Ħamis – il-Mellieħa (17:00), il-Qrendi (18:00) u l-Marsa (19:00); Il-Ġimgħa – Ħad-Dingli (18:00) u l-Imsida (19:00); Għal aktar tagħrif, wieħed jista’ jkellem lill-membri tal-kumitati tal-lokal jew iċempel fuq 21249900. Il-PL iħeġġeġ lil kulħadd biex jingħaqad miegħu u jkun parti minn din l-inizjattiva biex flimkien “Inkomplu Niġġeddu”.
MINFUQ TALAB LI JIĠI PROTETT Tkompli minn paġna 1 Minkejja li d-Deputat kien qed jiġi mwissi l-ħin kollu mill-uffiċjali responsabbli mis-sigurtà, ix-xenati tiegħu ssoktaw minn ħdejn in-niċċa tal-Madonna fit-triq sa taħt il-Kappella talMużew fi Blata l-Bajda. Jirriżulta li Aquilina, li llum ukoll jirrappreżenta lill-Oppożizzjoni bħala l-Kelliem Ewlieni għall-Governanza, kien mitkellem mill-Pulizija aktar tard u minflok ma ammetta li żbalja, irrikorra għall-protezzjoni tal-Ispeaker tal-Parlament daqslikieku huwa privileġġat li jista’ jaġixxi kif jidhirlu kull ħin u kullimkien. Minflok Artiklu 3 tal-Kodiċi ta’ Etika għall-Membri Parlamentari, li kien imfassal minn Gvern Nazzjonalista stess, jistipula li “membru tal-Kamra tar-Rappreżentanti għandu kull ħin, barra u ġewwa l-Parlament, iġib ruħu sewwa b’tali manjiera li tirrifletti l-istat u d-dinjità tal-Kamra tar-Rappreżentanti.” Żgur li l-aġir ta’ Dr Aquili-
na mhux biss ma jirrifletti xejn minn dan, iżda wkoll jikxef l-ipokrezija tiegħu u ta’ sħabu fil-fazzjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil li jriduha tal-paladini tal-korrettezza politika, saltna tad-dritt u ġustizzja ndaqs għal kulħadd. Mitlub jikkummenta fuq l-inċident, il-preżentatur Stagno Navarra stqarr bla tlaqliq li “din hi mġiba skandaluża u irresponsabbli mingħand il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar il-Governanza. Imġiba li xxokkjat ħafna nies u bħalma kull ċittadin ieħor ikun irid jirrispondi quddiem il-ġustizzja meta b’xi mod ifixkel ħidmet il-Pulizija, jipperikola ħajjithom u jsuq b’mod traskurat, l-istess jgħodd għal Membru Parlamentari.” Hu kompla jgħid li “għal wieħed li jippontifika fuq il-ġustizzja, bl-istess kejl tiegħu għandu jissospendi lilu nnifsu minnufih mill-Grupp Parlamentari tal-PN u jissottometti lilu nnifsu għal investigazzjoni u proċeduri eventwali mill-Pu-
lizija. Nistenna wkoll li l-Kap tal-PN Adrian Delia jiddikjara lilu nnifsu fuq din l-imġiba u jekk hux aċċettabbli għalih.” Sadanittant, il-preżentatur tal-programm ta’ ONE, li hu l-aktar segwit fil-faxxa ta’ filgħaxija fost l-istazzjonijiet kollha, ippreżenta ittra formali lill-Kummissarju Hyzler flimkien mal-filmat, li wasal għandu fl-aħħar jiem, fejn talbu jinvestiga “tali aġir li żgur mhux wieħed li jixhed l-istatus u d-dinjità tal-Kamra tad-Deputati, minbarra li hu illegali u juri attitudni ta’ persuna li temmen li hi ’l fuq mil-Liġi.” Ironikament din il-ġimgħa stess, waqt li kien qed jirreaġixxi jekk hux biħsiebu jtenni li l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia għandu jgħaddi proċeduri fuq l-allegazzjonijiet tal-bloger Daphne Caruana Galizia, Dr Aquilina insista li għalih dak kollu li hu ħażin għandu jiġi investigat u eventwalment jittieħdu l-passi kollha neċessarji mill-awtoritajiet kompetenti.
DESTINY XORTA GĦALL-EUROVISION Il-kantanta żagħżugħa Destiny li kienet mistennija tirrappreżenta lil Malta fil-festival prestiġjuż tal-Eurovison Song Festival ta’ din is-sena, li kellu jitħassar minħabba l-pandemija, issa se tkun qed tagħmel dan xorta waħda fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla. L-aħbar ingħatatilha lbieraħ minn Charles Dalli, il-Kap Eżekuttiv tal-Public Broadcasting Services (PBS), wara deċiżjoni tal-bord tad-diretturi, fl-istess ġurnata li fiha miljuni suppost inġabru quddiem it-televixin tagħhom biex isegwu l-ispettaklu annwali mxandar minn Rotterdam, l-Olanda. Il-Ministru Carmelo Abela, li taħtu taqa’ r-responsabbiltà tax-Xandir Nazzjonali, awgura lil Destiny, waqt li qalilha li jittama li d-deċiżjoni se tfisser għaliha “sinjal li l-kuraġġ dejjem huwa r-rebbieħ.”
05
17.05.2020
kullhadd.com
18
6
6 6 6
6
7 7 7
7
8
9
10 10 10
12 12 12 12
14
G Bu reċ lg ja ar Lu i ss La ja em tv j a b Un urg u ge Po rija lo Sp nja an ja Ru Ċip r m u a Es nija to nj a I Po tal ja rt Li uga UE twa ll (m nja ed Kr ja) o Re az p. ja Ċe Sl ka ov en Fr ja an Sl za ov ak Aw kja st rij Żv a Da ez ni ja m ar Ol ka an d Be a lġ ju M AL TA Ir la nd Fi nl a an Ġe dj a rm an ja
5 5 5
9
11 11
13 13
Fil-jum iddedikat lilhom din il-ġimgħa, stqarrija tal-Eurostat ħabbret li fl-aħħar tmien snin pajjiżna kellu l-akbar żieda relattiva fl-ammont ta’ infermieri bħala persentaġġ tal-impjiegi. Fil-fatt, f ’pajjiżna l-persentaġġ tal-ħaddiema li kienu jaħdmu bħala infermieri tela’ b’0.7%. Madwar 2.4% tal-impjiegi kollha f ’pajjiżna huma infermieri jew qwiebel, li huwa ogħla mill-medja Ewropea ta’ 2.2% u d-doppju tar-rata fil-Bulgarija, il-pajjiż bl-inqas porzjon. Dan l-iżvilupp fl-aħħar snin ukoll wassal biex illum ir-rata ta’ infermieri lokali għal kull 1,000 ċittadin hu t-tielet l-akbar fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi, wara l-Ġermanja u l-Finlandja. Waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, flimkien mal-Unjin tal-Infermieri u l-Qwiebel (MUMN), fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tal-Infermieri, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne tenna li, fis-settur pubbliku waħdu, pajjiżna llum għandu 3,500 infermier. Dan mistenni jiżdied fil-ġimgħat li ġejjin meta jiggradwaw 162 oħra. Mr Fearne tenna li hemm kuntrast mal-għadd li kellu pajjiżna lura fl-2013. Hu tkellem ukoll dwar il-fatt li pajjiżna għandu fost l-iżgħar workforce tassaħħa fid-dinja, li jfisser li hemm aktar żgħażagħ li jagħżlu din il-professjoni. Is-sitwazzjoni fl-2010 Sa 10 snin ilu s-sitwazzjoni kienet kompletament differenti u għalkemm innuqqas ta’ infermieri kien jinħass sew fil-pajjiż, il-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iż-żmien kien iddeċieda li jirrifjuta numru ta’ studenti fil-kors tan-nursing. Id-deċiżjoni kienet tistona b’mod partikolari, mhux biss għax pajjiżna kien għatxan għas-servizz professjonali ta’ ħaddiema simili, iżda l-awtoritajiet kienu wkoll qed jimbottaw kampanja pubbliċitarja mill-MUMN biex aktar żgħażagħ jitħajru jieħdu din il-professjoni vokazzjonali. Waqt li d-deċiżjoni tal-amministrazzjoni mmexxija mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi kienet illimitat in-numru ta’ applikazzjonijiet għal 140, il-maġġoranza ta’ dawn ukoll kienu barranin, b’50
L-AKBAR ŻIEDA TA’ INFERMIERI FL-UE BI 13-IL ĦADDIEM SIMILI GĦAL KULL 1,000 ĊITTADIN, HUMA BISS ŻEWĠ PAJJIŻI LI LLUM QED JISBQU R-RATA TA’ PAJJIŻNA
da u l-Polonja kien hemm tnaqqis fl-ammont ta’ infermieri fl-aħħar snin. Fil-Greċja, pajjiż b’popolazzjoni 24 darba dik ta’ pajjiżna, kien hemm żieda ta’ madwar 5,700, jew id-doppju ta’ Malta, f ’dan iż-żmien. Fl-Italja, pajjiż b’popolazzjoni 120 darba dik tagħna, iż-żieda fl-ammont ta’ infermieri kienet ta’ 16,700 jew sitt darbiet iktar minn Is-suċċess fis-settur tagħna. minn tmien snin ilu Analiżi li saret għal din il-gazzetta tinSadanittant meta wieħed janalizza ċ-ċifri dika li wara ż-żidiet qawwija fin-numru ppubblikati fl-aħħar jiem mill-Eurostat ta’ infermieri fl-aħħar snin, pajjiżna issa joħroġ li mill-2012 ’l hawn f ’pajjiżna kell- tela’ fit-tielet post (flimkien mal-Irlanda) fejn jidħlu numru ta’ infermieri na żieda ta’ ftit inqas minn 2,800 għal kull 1,000 persuna resinfermier, li tfisser żieda ta’ identi. Fil-fatt, pajjiżna 82%. Dan il-persentaġġ issa għandu 13-il injikkwantifika f ’9 infermier għal kull fermieri llum għal Fl-2010 l-Gvern kien 1,000 ċittadin. kull 5 li pajjiżna Waqt li huma kellu fl-2012. iddeċieda li jimponi limitu biss il-ĠermanJirriżulta li (numerus clausus) fuq ja (18 : 1,000) u madwar l-UE fl-istess żmien kemm għandhom japplikaw l-Finlandja (14 : 1,000) li jisiż-żieda kienet studenti fl-Università biex bqu lil pajjiżna, ta’ 13% biss, jew sitt darbiet inqas isiru infermieri, minkejja il-medja madwar l-UE hi ta’ 9 inminn f ’pajjiżna. n-nuqqas kbir li kien fermieri għal kull Fl-istess perjodu hawn għalihom. 1,000 resident. li f ’pajjiżna żdiedu B’kuntrast, fil-Greċja 2,800 infermier, f ’Ċipu l-Bulgarija bilkemm isru u l-Estonja kien hemm sib 5 infermieri għal kull 1,000 żieda ta’ ftit aktar minn 1,000. Dan meta ż-żewġ pajjiżi għandhom persuna, jew kwazi tliet darbiet inqas minn pajjiżna. Anke fil-pajjiż ġar tagħna, popolazzjoni ferm akbar minn tagħna. Fl-Iżlanda ż-żieda kienet mad l-Italja, wieħed jista’ jinnota defiċit kbir war 1,500. Agħar minn hekk, f ’pajjiżi mal-medja Ewropea, b’7 infermieri għal bħall-Bulgarija, il-Lussemburgu, l-Irlan- kull 1,000 persuna, jew inqas min-nofs biss studenti Maltin. Il-maġġoranza talbarranin kienu mill-Pakistan. Il-Ministru għas-Saħħa Joe Cassar kien ukoll farfar mir-responsabbiltà u tefagħha fuq il-Fakultà tax-Xjenzi Mediċi fl-Università bħala dik li tiddeċiedi kemm taċċetta studenti kull sena.
FATT:
ir-rata ta’ pajjiżna. Is-sitwazzjoni ferm tajba li pajjiżna jinsab fiha hi dovuta għal snin twal ta’ investiment ta’ flus il-poplu, fejn b’mod partikolari fl-aħħar żewġ leġiżlaturi, ilGvern Laburista rdoppja l-ispiża fuq is-saħħa pubblika, bis-saħħa tat-tkabbir ekonomiku u mingħajr ma nħolqu defiċits eċċessivi. Protett minn din it-tarka b’saħħitha, pajjiżna kien kapaċi s’issa li jieqaf b’suċċess lill-pandemija tal-COVID-19. Mhux b’kumbinazzjoni li pajjiżna kien fost tal-ewwel fejn ir-rata tal-infezzjonijiet stabbilizzat u r-rata ta’ testijiet ras għal ras hi fost l-ogħla fid-dinja. L-inqas rata ta’ fatalità bil-COVID-19 Minbarra hekk, skont statistika mill-Università Amerikana rinomata John Hopkins, ir-rata ta’ fatalità kawża tal-Coronavirus f ’pajjiżna s’issa kienet ta’ 1%, l-inqas fl-UE u kważi n-nofs tar-rata ta’ Ċipru, li għandu t-tieni l-inqas rata ta’ fatalità. Bil-maqlub, il-Belġju għandu rata ta’ fatalità mill-COVID-19 ta’ aktar minn 16%, waqt li fil-Ġermanja, il-pajjiż bl-aqwa riżorsi mediċi fl-UE, ir-rata ta’ mortalità mill-Coronavirus laħqet l-4.4%, jew erba’ darbiet iktar dik f ’pajjiżna. Dan jindika li s-suċċess ta’ pajjiżna mhuwiex riżultat biss tal-ammont ta’ riżorsi li rnexxielna nużaw, imma wkoll tal-effiċjenzja u l-effettività tal-awtoritajiet mediċi lokali.
07
17.05.2020
kullhadd.com Ritratt: DOI - JEREMEY WONNACOT
“UNUR KBIR LI NSERVI N-NIES” “Ninsab ferħan ħafna li bħala Deputat tal-Partit Laburista se jkolli l-opportunità li nservi linnies u nagħmel ħilti kollha biex inkun effettiv fil-ħidma tiegħi. Kuntent ħafna li ħa jkolli l-opportunità naħdem mal-Partit li jemmen fil-poplu Malti u Għawdxi kollu. Partit fil-Gvern li ġab bidla fil-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna. Bidla fejn tejjeb l-għajxien tal-Maltin għaliex dan il-Partit jemmen fil-kapacità ta’ kull wieħed u waħda minna.” Dan kien il-kumment li ta’ Ian Castaldi Paris lil din il-gazzetta hekk kif ġie elett f ’elezzjoni każwali mit-tmien distrett elettorali, wara li aktar qabel kien hemm ir-riżenja ta’ Chris Cardona mill-Parlament. Cardona rriżenja fi tmiem is-seduta parlamentari tal-Ħamis filgħaxija fit30 ta’ April. Chris Cardona kien ġie elett għall-ewwel darba fil-Parlament fl-1996 u baqa’ jiġi elett fl-elezzjonijiet tal-1998, 2003, 2008, 2013 u 2017, dejjem mal-Partit Laburista. Fl-aħħar elezzjoni ġenerali Cardona kien ikkontesta u ġie elett fuq it-tmien distrett. Minn dan id-distrett, f ’isem il-Partit Laburista kien ġie elett ukoll Edward Scicluna li ċeda postu u floku ġie elett Edward Zammit Lewis b’elezzjoni każwali. Kienu kkontestaw ukoll Rosianne Cutajar li ġiet eletta fis-sitt distrett, u Alex Muscat li ġie elett fil-11-il distrett. Iż-żewġ kandidati f ’isem il-Partit Laburista li kienu baqgħu ma ġewx eletti u li setgħu jikkontestaw l-elezzjoni każwali, kienu Ian Castaldi Paris u Rachel Tua. Fil-fatt, f ’din l-elezzjoni każwali li saret wara r-riżenja ta’ Cardona, ġie elett Castaldi Paris
b’2,286 vot. In-Nutar Ian Castaldi Paris qalilna li s-siġġu fil-Parlament huwa wieħed ta’ responsabbiltà kbira u jagħtih entużjażmu akbar minn qatt qabel biex ikun jista’ jgħin u jkun ta’ spalla għall-kostitwenti tiegħu b’mod partikolari tat-tmien distrett. “Inħoss l-obbligu li naċċerta ruħi li nkun viċin in-nies f ’kull ħin u mument, se nagħmel ħilti kollha biex nidħol fid-djar tan-nies ħalli nuri li jien din il-missjoni politika se nagħmilha bl-akbar dedikazzjoni,” qalilna Castaldi Paris. Huwa jgħid ukoll li, li tirrappreżenta lin-nies fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż huwa unur kbir, unur li trid issarrfu f ’ħafna xogħol u impenn. U fuq kollox, li jservi lill-pajjiż kienet dejjem il-ħolma tiegħu. Dwar il-Prim Ministru Robert Abela, Castaldi Paris qalilna li jinsab ferħan ħafna li se jaħdem ma’ Prim Ministru bravu, iffukat, determinat u mimli enerġija, ma tim magħqud u ddedikat f ’xogħlu. “Se naħdem ma’ partit fil-gvern li jgħaqqad lill-Maltin u lill-Għawdxin kollha, ma’ partit kbir li dejjem baqa’ saqajh malart u viċin tan-nies. Partit Laburista fil-Gvern li se jkompli jikseb suċċessi għal din Malta tagħna.” Il-Partit Laburista feraħ lin-Nutar Ian Castaldi Paris u qal li m’hemmx dubju li huwa se jkun qed jirrappreżenta lill-kostitwenti kollha tat-tmien distrett, kif ukoll lill-poplu Malti u Għawdxi kollu, bl-aħjar mod bħala Membru Parlamentari. Il-Partit Laburista rringrazzja wkoll lill-Avukat Rachel Tua li kienet il-kontestanta l-oħra f ’din l-elezzjoni każwali.
08
17.05.2020
kullhadd.com
IL-POSTA F’MALTA HI L-AKTAR AFFORDABBLI BI 30ċ U B’59ċ GĦAT-TQASSIM TA’ ITTRA NORMALI F’PAJJIŻNA U FL-EWROPA RISPETTIVAMENT, IS-SERVIZZ DOMESTIKU BAQA’ L-ORĦOS WIEĦED FL-AĦĦAR 12-IL SENA FOST 31 PAJJIŻ F’Malta ngawdu l-orħos servizz postali li jeżisti fost is-27 pajjiż membru fl-Unjoni Ewropea, l-eks stat membru r-Renju Unit u filpajjiżi tal-European Free Trade Area (EFTA) l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Iżvizzera kollha f’daqqa. Anke jekk fl-aħħar ħames snin kellna żieda ta’ 15% fis-servizz, Malta kompliet iżżomm l-orħos prezzijiet relatati sa mill-2008, skont stħarriġ li ġie ppubblikat fl-aħħar jiem fil-Ġermanja. Tagħrif dwar kemm tiswa ittra normali biex titqassam fil-pajjiż rispettiv jew għal xi pajjiż ieħor kontinentali sab li l-prezzijiet li jrid iħallas il-konsumatur Malti hu ferm taħt il-medja Ewropea – differenza ta’ 82ċ għal kull ittra lokali u €1.08 għal kull waħda li tintbagħat f’pajjiż ieħor Ewropew. Terġa’, skont id-Deutsche Post, li ppubblikat l-istħarriġ għad-19il sena konsekuttiva, il-prezzijiet fid-Danimarka, li għandha l-ogħla servizz, huma sa €3.59 iżjed għal ittra domestika u €3.43 għal ittra li toħroġ mill-pajjiż meta mqabblin ma’ dawk ta’ Malta. Id-Daniżi għandhom bżonn b’kemm jiswew €3.88 f’bolol u b’€4.02 f’bolol għal kull ittra rispettivament. Minħabba li l-prezz nominali jista’ ma jirriflettix assessjar oġġettiv ta’ tali prezzijiet, l-istħarriġ jieħu inkonsiderazzjoni wkoll l-inflazzjoni nazzjonali, l-ispejjeż tax-xogħol relatat biex jiġi proċes-
Ħaddiem Malti jrid jaħdem it-tieni l-inqas ħin biex ikopri l-ispejjeż ta’ ittra normali, ferm ’il bogħod mill-medja fil-31 pajjiż inkwistjoni
PREZZIJIET TAL-POSTA DOMESTIKA
MALTA 30ċ Ċipru 41ċ Slovenja 48ċ Litwanja 55ċ Bulgarija 56ċ Ungerija 57ċ Spanja 65ċ Portugall 65ċ Estonja 65ċ Rumanija 78ċ Slovakkja 80ċ Ġermanja 80ċ Awstrija 80ċ Lussemburgu 80ċ Renju Unit 87ċ
sat it-tqassim fil-pajjiż u s-saħħa tal-infiq (purchasing power) tal-konsumatur lokali. Ir-ratios ikkalkulati mmultiplikati mal-prezzijiet normali ħolqu prezzijiet aġġustati, b’karatteristiċi simili għal kull pajjiż. Iżda anke hawn, għal darb’oħra, is-servizz Malti jibqa’ dak l-iżjed affordabbli fost il-31 pajjiż inkwistjoni, bil-konsumatur lokali wkoll jeħtieġ it-tieni l-inqas ammont ta’ ħin fuq il-post tax-xogħol biex jaffordja ittra postali. Iż-żieda ta’ 36.6% fil-prezz tasservizzi lokali fl-aħħar 10 snin hi inqas minn nofs il-medja ta’ 73.39% irreġistrata għall-31 pajjiż. Ittra domestika Jirriżulta mill-istħarriġ li l-prezz medju ta’ ittra domestika fil-pajjiżi tal-Ewropa hu €1.12, li hu 15ċ ogħla mis-sena li għaddiet. F’Mejju tas-sena li għaddiet l-Awtorità tal-Komunikazzjoni Maltija (MCA) kienet approvat parzjalment żidiet gradwali għall-pustaġġ ta’ ittra normali f’Malta stess minn 26ċ, fost l-inqas żidiet irreġistrati fil-pajjiżi msemmijin. Fil-fatt, waqt li dan is-servizz għola fil-prezz fi 17 minn dawn l-istati, Malta, Franza, l-Olanda,
in-Norveġja, Spanja u r-Renju Unit irreġistraw żieda ta’ inqas minn 10%. Bil-maqlub, il-Finlandja u l-Greċja kellhom żidiet ta’ aktar mid-doppju fil-prezz tal-2019. Meħud fuq l-aħħar ħames snin, il-prezz inkwistjoni żdied konsiderevolment f’ħafna pajjiżi. Waqt li fl-2015 il-prezz medju Ewropew għat-tqassim ta’ ittra domestika kien ta’ 66ċ, bħalissa l-istess ittra qed tiswa €1.12, żieda ta’ 70%. L-akbar żidiet fl-istess perjodu ġew irreġistrati l-Italja (+250%), id-Danimarka (+190%), il-Finlandja (+182%) u l-Greċja (164%). Waqt li Ċipru u l-Iżvizzera ma rreġistraw l-ebda żieda mill-2015 lil hawn, f’Malta ż-żieda ta’ 15% kienet l-inqas irreġistrata. Ittra għall-Ewropa Rigward l-impustar ta’ ittra komuni lil pajjiż ieħor Ewropew ilprezz żdied fi 13-il pajjiż Ewropew. B’żieda ta’ 9ċ fuq is-sena l-oħra, il-medja issa hi ta’ €1.67 għal ittra li tintbagħat lejn l-Ewropa. Dan jikkwantifika għal 1.7 drabi iżjed mill-prezz ta’ ittra li titqassam filpajjiż stess. Il-prezz Malti ta’ 59ċ hu wkoll l-orħos f’dan il-każ, waqt li, minbarra aħna, l-Awstrija, il-Litwanja
Kroazja 88ċ Żvizzera 90ċ Olanda 91ċ Polonja 95ċ Latvja €1.00 Rep. Ċeka €1.01 Żvezja €1.04 Irlanda €1.10 Franza €1.16 Belġju €1.21 Iżlanda €1.42 Norveġja €1.73 Greċja €1.90 Italja €2.80 Finlandja €3.10 Danimarka €3.88
u Ċipru biss iżommu inqas minn €1 għal dan is-servizz. L-ogħla prezzijiet għall-istess ittra huma dawk fid-Danimarka (ekwivalenti għal €4.02) u l-Italja (€3.50). Affordabilità Meta ġiet biex tikklassifika l-affor dabilità tas-servizzi fil-31 pajjiż inkwistjoni, id-Deutsche Post ħadet inkonsiderazzjoni l-livelli differenti fil-ħlas ta’ siegħa xogħol għal ħaddiema fl-industrija tal-manifattura. Id-Direttiva għas-Servizzi Postali tal-UE tesiġi li l-prezzijiet għall-prodotti universali jridu jkunu affordabbli fl-istati membri kollha. Il-pajjiż fejn ħaddiema jridu jaħ dmu l-iżjed biex ikopru l-ispejjeż ta’ ittra normali hi l-Greċja, b’aktar minn disa’ minuti xogħol, waqt li flIżvizzera ħaddiem jeħtieġ jaħdem l-inqas, 1.35 minuti biss. Instab li ħaddiem Malti jrid jaħdem it-tieni l-inqas ħin, 1.43 minuti, ferm ’il bogħod mill-medja ta’ 4.32 minuti ta’ xogħol li jeħtieġ jiddedika ħaddiem Ewropew biex idaħħal biżżejjed flus ekwivalenti għall-prezz ta’ ittra normali. Meta l-istess servizzi huma mqabbla mas-saħħa tal-konsum fil-pajjiżi rispettivi, skont l-istatisti-
09
17.05.2020
kullhadd.com
ka pprovduta mill-Eurostat, l-aktar prezz aġġustat affordabbli hu dak ta’ Malta, segwit minn ta’ Ċipru. Spejjeż tas-servizz Minkejja ż-żieda fit-teknoloġija, jirriżulta li t-tqassim tal-posta tradizzjonali xorta jibqa’ għoli mqabbel ma’ setturi oħrajn, speċjalment f’dak tat-tqassim (delivery). Dan hu rifless fil-persentaġġ għoli ta’ spejjeż ta’ staff fl-ispiża globali, anke jekk dan ivarja minn pajjiż għal ieħor. Bil-għan li jkun hemm aġġustament għal kull pajjiż, Deutsche Post ikkalkulat ir-ratios bl-użu ta’ spejjeż tax-xogħol fil-pajjiżi kollha, immultiplikati skont is-sehem talprezz tas-servizz, skont l-ispejjeż tal-ħaddiema. Għal dan il-għan, intużat l-istatistika tal-ispiża tax-xogħol fis-setturi tas-servizzi postali, tal-courier u tal-express, skont il-pajjiż. Il-prezz medju kkalkulat skont dan il-metodu attwalment hu ta’ €1.56 jew 15ċ ogħla mis-sena ta’ qabel. Tariffi riveduti għal posta ridirezzjonata Sadanittant, din il-ġimgħa l-kumpanija MaltaPost ħabbret tariffi riveduti għas-servizz tal-posta ridirezzjonata (redirection of mail), kif approvati mill-Awtorità Maltija għall-Komunikazzjoni. B’dawn it-tariffi l-ġodda, li se jidħlu fis-seħħ mit-8 ta’ Ġunju li ġej, MaltaPost se tkompli tassorbi l-ispejjeż kollha ta’ posta simili f’indirizz lokali u dan is-servizz se jingħata bla ħlas fl-ewwel sitt xhur għall-individwi u għall-NGOs. Fit-tieni sitt xhur li jmiss, ir-ridirezzjoni ssir bi ħlas ta’ €10. In-negozji u entitajiet oħrajn se jkollhom ħlas ta’ €10 fix-xahar fl-ewwel 12-il xahar, filwaqt li s-servizz mhux se jkun iżjed disponibbli għan-negozji wara li tiskadi s-sena. Bħala l-fornitur ewlieni ta’ servizz universali, MaltaPost trid tipprovdi dan is-servizz f’Malta u f’Għawdex bħala parti mill-obbligazzjonijiet tas-servizz universali. Is-servizz tal-postal redirection jippermetti lid-destinatarju, li ċċaqlaq f’indirizz ġdid, biex ikun jista’ jkompli jirċievi l-posta li tkun indirizzata għall-indirizz il-qadim għal perjodu ta’ żmien. Is-servizz minnu nnifsu hu wieħed kumpless, li qed isir aktar ta’ sfida minħabba l-kriterja tad-demografija u soċjali ta’ Malta li dejjem tinbidel u tiżviluppa. Id-destinatarji huma mħeġġa biex jinfurmaw lill-korrispondenti tagħhom bil-bdil tal-indirizz ta’ tqassim u jieħdu l-miżuri kollha
biex l-indirizz tal-korrispondenza jiġi aġġornat. Bartolo: Libertà wiesgħa ta’ komunikazzjoni għal kulħadd Mitlub mill-KullĦadd biex jagħti r-reazzjoni tiegħu dwar dawn ir-riżultati, is-Segretarju Parlamentari responsabbli Clayton Bartolo wera s-sodisfazzjon tiegħu, waqt li insista li jkun hawn dejjem varjazzjoni ta’ mezzi għad-dispożizzjoni tad-diversi faxex fis-soċjetà. “Irridu naraw li l-libertà li per suni jikkomunikaw ma’ xulxin tibqa’ eżistenti, anke għal dawk li, għal raġunijiet varji, ma jagħmlux użu minn mezzi elettroniċi u moderni li jeżistu fid-dinja tal-lum. Għalkemm nafu li l-użu tasservizz postali naqas b’mod konsiderevoli fl-aħħar snin, b’mod partikolari minħabba l-użu tal-internet, huwa importanti li s-servizz tal-posta jibqa’ disponibbli għal kull min jixtieq jagħmel użu minnu,” tenna s-Segretarju Parlamentari. Hu kompla li “b’sodisfazzjon qed nilqa’ l-aħbar li s-servizz f’pajjiżna hu l-irħas fl-Ewropa. Intennu l-impenn li dan is-servizz tant bżonjuż jibqa’ aċċes sibbli, mhux l-inqas għal dawk li huma finanzjarjament batuti.”
Żvizzera Ċipru MALTA Awstrija Portugall Estonja Renju Unit Litwanja Slovakkja Ungerija Ġermanja Bulgarija Olanda Lussemburgu Iżlanda Slovenja Kroazja Franza Spanja Belġju Żvezja Irlanda Norveġja Polonja Latvja Rep. Ċeka Rumanija Greċja Finlandja Danimarka Italja
0% 0%
PREZZIJIET TAL-POSTA FL-EWROPA
MALTA 59ċ Ċipru 64ċ Litwanja 81ċ Awstrija 90ċ Lussemburgu €1.05 Ġermanja €1.10 Bulgarija €1.18 Slovakkja €1.20 Żvizzera €1.35 Latvja €1.35 Polonja €1.40 Franza €1.40 Estonja €1.40 Spanja €1.45 Rumanija €1.48
15% 18% 18% 18% 21% 22% 23% 28% 29% 29% 32% 33% 34% 41% 41% 53% 55% 57% 57% 62% 62% 74% 75%
Olanda €1.50 Rep. Ċeka €1.52 Belġju €1.61 Renju Unit €1.62 Finlandja €1.70 Irlanda €1.80 Iżlanda €1.82 Kroazja €1.89 Ungerija €2.00 Greċja €2.00 Slovenja €2.01 Żvezja €2.08 Norveġja €2.64 Portugall €2.80 Italja €3.50 Danimarka €4.02
ŻIDIET FILPREZZIJIET TAL-POSTA 2015-2020
100%
131%
164% 182% 190%
250%
ISSEGWI LIL MALTA F’LGBTIQ Fil-jiem li għaddew fil-Parlament Ġermaniż għaddiet liġi li tipp rojbixxi terapija ta’ konverżjoni għal persuni omosesswali. Il-liġi għandha l-għan li twaqqaf gruppi jew entitajiet, ġeneralment fazzjonijiet reliġjużi estremisti, milli joffru dan is-“servizz ta’ terapija”, li jiġi rreklamat daqslikieku persuna tista’ tbiddel l-orjentazzjoni sesswali tagħha. Liġi simili għaddiet f ’Malta erba’ snin ilu, tant li kienet l-ewwel stat membru fl-Unjoni Ewropea li ħoloq leġiżlazzjoni li trażżan u tikkundanna t-tali eżerċizzji qarrieqa. L-aħbar mhux biss kienet għamlet ħoss kif jixraq madwar id-dinja kollha, ladarba liġi avvanzata daqstant kienet ġejja minn wieħed mill-iżgħar pajjiżi, imma saħansitra kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni tajba li kienet diġà tgawdi Malta b’rabta mad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ. Riċerka u studji juru li din ittip ta’ “terapija” kontroversjali tista’ twassal anke għal dipressjoni u riskju akbar ta’ suwiċidju fost persuni omosesswali. Din l-hekk imsejħa terapija tieħu diversi forom, anke billi l-persuna tiġi ipnotizzata jew tingħata xokkijiet elettriċi. Issa fil-Ġermanja min jinqabad joffri dan it-tip ta’ “servizz” jista’ jeħel sa sena ħabs jew multa ta’ €30,000. Il-liġi tgħid ukoll li kemm il-ġenituri kif ukoll kustodji legali jistgħu jiġu kkastigati jekk iġiegħlu lil uliedhom b’theddid u forom oħrajn, biex joqogħdu għal din it-“terapija”. F’Malta, il-liġi, li ddaħħlet fis-seħħ f ’Diċembru tal-2016, tgħid li kull min jipprova b’xi mod ibiddel jew jelimina l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew ukoll l-espressjoni tal-ġeneru ta’ persuna, jista’ jeħel multa u/jew piena ta’ ħabs. Sal-lum Malta għadha fil-quċ ċata tal-lista tal-pajjiżi li joffru l-aħjar drittijiet lill-komunitajiet LGBTIQ u minoranzi oħrajn. Minbarra li attività sesswali tal-istess sess f ’pajjiżna ilha mhux meqjusa bħala reat sa minn 47 sena ilu, b’deċiżjoni tal-Gvern Laburista tal-Prim Ministru Dom Mintoff, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat l-ewwel iddaħħlet l-Unjoni Ċivili fl-2014 u sussegwentement din inbidlet fi żwieġ indaqs tliet snin wara. Minbarra hekk, għal dawn l-aħħar sitt snin sar ukoll aċċessibbli biex koppji tal-istess sess jadottaw tfal, wara tibdil filliġi relatata.
10
17.05.2020
kullhadd.com
TITJIB FIT-TOROQ GĦALL-IMRIEĦEL PJAN MIFRUX FUQ TLIET SNIN TA’ ĦIDMA INFRASTRUTTURALI SE JAGĦTI DEHRA ĠDIDA LIŻ-ŻONA TAL-QASAM INDUSTRIJALI FEJN 260 POST TAX-XOGĦOL JIMPJEGAW 8,000 ĦADDIEM Infrastructure Malta qed twettaq diversi xogħlijiet li jagħmlu parti minn pjan ta’ ħidma mifrux fuq tliet snin biex ittejjeb l-aċċess bejn iż-żona industrijali u kummerċjali fl-Imrieħel u għadd ta’ lokalitajiet, żoni residenzjali u nħawi oħrajn fl-akwati. Dawn jinkludu konnessjonijiet ġodda, tiswijiet u bini mill-ġdid ta’ toroq eżistenti u titjib t’għadd ta’ junctions għal inqas riskji t’aċċidenti. Il-pjan għal dawn ix-xogħlijiet tfassal u qed jitwettaq f ’kollaborazzjoni ma’ Central Business District Malta (CBD), il-fondazzjoni responsabbli mit-titjib tal-infrastruttura fil-Qasam Industrijali tal-Imrieħel li tiġbor fiha mat-8,000 impjegat f ’260 post tax-xogħol. Eluf ta’ persuni oħrajn jivvjaġġaw f ’dawn l-inħawi ta’ spiss sabiex jakkwistaw servizzi minn azjendi kummerċjali li hemm f ’din iż-żona. Bħalissa Infrastructure Malta qed tibni triq ġdida biex tgħaqqad iż-żona industrijali u kummerċjali tal-Imrieħel ma’ Ħal Qormi u Santa Venera. Din it-triq ġdida tagħmel parti minn żewġ toroq eżistenti, Triq l-Intornjatur, li tiġi bi dritt mal-Imrieħel Bypass, u Triq l-Industrija, kantuniera ma’ Triq il-Kanun. Minkejja li din il-konnessjoni kien ilha snin inkluża u skedata li tinfetaħ fil-pjanijiet lokali, baqgħet qatt ma saret, bil-konsegwenza li l-aċċess minn u lejn l-Imrieħel u l-inħawi residenzjali li hemm fil-qrib baqa’ ristrett. Fix-xhur li għaddew, inbnew il-pedamenti, il-bankini u l-ħitan tal-ewwel parti ta’ din it-triq, in-naħa ta’ Triq l-Intornjatur. Taħt l-art tpoġġew ukoll għadd ta’ servizzi għad-distribuzzjoni tal-ilma tax-xorb u tat-telekomunikazzjoni, kif ukoll katusi tad-drenaġġ u sistemi għall-ġbir tal-ilma tax-xita. Wara li fil-jiem li għaddew inksiet l-ewwel parti tat-triq bl-ewwel saffi ta’ asfalt, ix-xogħol se jkompli bil-bini ta’ roundabout ġdida li se tgħaqqad iż-żewġ naħat tat-triq il-ġdida, f ’salib it-toroq ma’ Triq in-Negozju. Wara x-xogħlijiet se jissuktaw fil-kumplament tat-triq in-naħa ta’ Triq il-Kummerċ, lejn Santa Venera. Fl-istess waqt, kuntratturi oħrajn ta’ Infrastructure Malta bħalissa qed jagħmlu xogħlijiet ta’ manutenzjoni u titjib fi
Triq l-Imdina, li tgħaddi biswit l-Akkwadotti ta’ Wignacourt, bejn l-uffiċċji tal-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) fl-Imrieħel u r-roundabout tal-Bieb ta’ Fleur-de-Lys, lejn Birkirkara u Santa Venera. Fost xogħol ieħor, qed jinbidlu l-bankini u l-wiċċ ta’ din it-triq. Żewġ junctions li hemm bejn din it-triq u ż-żona industrijali tal-Imrieħel qed jinbnew mill-ġdid sabiex ikunu aktar siguri għal dawk li jivvjaġġaw f ’dawn l-inħawi. Waħda minnhom, kantuniera ma’ Triq San Ġwakkin (ħdejn il-birrerija l-antika) se jkollha sistema ġdida ta’ traffic lights biex tnaqqas ir-riskji ta’ ħabtiet minn dawk li jkunu qed jaqsmu kontra xulxin. Hawnhekk se ssir ukoll pedestrian crossing għal dawk li jkunu qed jaqsmu minn Birkirkara lejn l-Imrieħel bil-mixi. Junction oħra li ser tiġi mtejba hija dik f ’salib it-toroq ma’ Triq l-Imrieħel u Triq ilMergħat, ħdejn il-Kulleġġ Santa Tereża, Birkirkara. Permezz ta’ dawn ix-xogħlijiet u ħidmiet oħrajn li se jsiru fiż-żmien li ġej, Infrastructure Malta u Central Business District Malta, se jtejbu s-sigurezza fit-triq u jipprovdu rotot u konnessjonijiet alternattivi għal dawk kollha li jivvjaġġaw, jgħixu jew jaħdmu f ’dawn l-inħawi. Sadanittant, Infrastructure Malta għaddejja b’diversi ħidmiet oħrajn ta’ titjib ta’ toroq fiċ-ċentru ta’ Malta. Permezz ta’ Central Link Project, li beda kmieni din is-sena, l-aġenzija qed tibni mill-ġdid il-ħolqa ta’ toroq arterjali bejn l-Imrieħel Bypass, Birkirkara, Ħal Balzan, Ħ’Attard u Ta’ Qali. Dan il-proġett se jtaffi d-diffikultajiet ta’ konġestjoni u tniġġis tal-arja tul din ir-rotta u f ’diversi toroq residenzjali oħrajn fl-inħawi f ’dawn il-lokalitajiet. Fl-istess waqt, se joħloq faċilitajiet ġodda, fosthom bankini u l-itwal korsija għar-roti f ’Malta, sabiex aktar persuni jkunu jistgħu jużaw mezzi tat-trasport aktar sostenibbli. Fl-istess inħawi, Infrastructure Malta bħalissa qed twettaq ukoll proġett ta’ €2.25 miljun biex ittejjeb il-konnessjonijiet tal-Marsa-Ħamrun Bypass m’għadd ta’ lokalitajiet fl-inħawi fosthom ma’ Triq il-Kanun f ’Santa Venera, li tingħaqad mat-triq ġdida li qed tinbena bħalissa lejn l-Imrieħel.
Waħda mill-junctions li se ssir aktar sigura b’sistema ta’ traffic lights
Triq ġdida biex tgħaqqad CBD ma’ Santa Venera u Ħal Qormi
Triq l-Imdina, bejn l-Imrieħel u Santa Venera, qed titranġa wkoll
12
17.05.2020
kullhadd.com
F’DAWN IŻ-ŻMINIJIET IEBSIN
Dr Mary Vella Kummissarju għall-Anzjani
Għaddew xahrejn minn meta feġġ l-ewwel każ tal-Coronavirus f ’Malta, u f ’dawn il-jiem li issa saru ġimgħat ħajjitna ħadet xejra ġdida. L-intenzjoni tiegħi bħala Kummissarju tal-Anzjani u bħala tabiba hija li f ’dan iż-żmien partikolari u bla preċedent, noħolqu iżjed għarfien fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħna. Ngħiduha kif inhi, iż-żminijiet li qegħdin ngħixu fihom ma huma faċli għal ħadd, l-iżjed meta kulħadd ġie mħeġġeġ joqgħod ġewwa. Barra minn hekk, inqas minn ġimgħa wara li feġġ l-ewwel każ, bħala miżura temporanja biex nevitaw t-tixrid tal-virus, twaqqfu l-visti fid-djar tal-anzjani kollha. Kienet deċiżjoni iebsa u diffiċli li ttieħdet wara analiżi dettaljata tas-sitwazzjoni, u dejjem bil-ħsieb li l-interess u s-saħħa tal-anzjani jiġu l-ewwel u qabel kollox. Kull wieħed u waħda minna għandna nifhmu li f ’dawn iż-żminijiet diffiċli, dawn il-miżuri kellhom jittieħdu biex nissalvagwardjaw is-saħħa ta’ kulħadd, imma l-aktar tal-anzjani u tal-iżjed nies vulnerabbli, li huma aktar suxxettibbli li jekk jaqbadhom il-virus jistgħu jiġu affettwati agħar u hemm possibbiltà akbar li jkollhom bżonn kura intensiva. Grazzi għall-implimentazzjoni bikrija ta’ dawn il-miżuri, u anke sforz tal-koperazzjoni mill-pubbliku, s’issa ma kellniex mewġa kbira t’infezzjonijiet. It-tixrid ta’ dan il-virus huwa kkontrollat, u s-sitwazzjoni sa issa hija stabbli. Għandna nkomplu nafdaw u noqogħdu fuq il-pariri u l-ħidma tal-Awtoritajiet tas-Saħħa, fejn kull ħaddiem qed jagħmel ħiltu biex niġġieldu din il-marda. Nafu li dawn iż-żminijiet li għaddejjin minnhom ġabu bidliet radikali u f ’daqqa, u magħhom jafu jġibu wkoll sens ta’ niket, ansjetà u telfa – telfa li ma tistax tkompli tħaddan lin-neputijiet miegħek u telfa li ma tistax tkompli bir-rutina ta’ kuljum, bħal toħroġ tisma’ quddiesa jew toħroġ mal-ħbieb,
imqar sal-pjazza jew forsi sa xi każin. Huwa importanti li ma nitraskurawx is-saħħa mentali u emozzjonali tagħna, speċjalment tal-anzjani tagħna, l-iżjed dawk li jqattgħu ħafna ħin waħedhom mingħajr, jew ’il bogħod mill-qraba u l-ħbieb tagħhom. Kemm se jaffettwawna mentalment dawn iż-żminijiet jiddependi minn kif aħna nirreaġixxu u kif nieħdu l-affarijiet fil-ħajja. Huwa importanti li jkollna kontroll fuq il-ħsibijiet tagħna u nippruvaw insibu s-sabiħ, il-pożittiv u l-affarijiet tajbin fiċ-ċirkostanzi li nsibu ruħna fihom. L-ansjetà, id-diqa u s-solitudni jżidu problemi fiżiċi u emozzjonali, u għalhekk kulħadd għandu jsib il-ħin u l-mod tiegħu biex jirrifletti fuq dawn it-tibdiliet li għaddejjin minnhom, u, dejjem skont il-mezzi u l-kapaċitajiet tiegħu, jadatta bl-aħjar mod possibbli. Huwa normali li wieħed iħossu anzjuż f ’dawn iċ-ċirkostanzi, imma l-ħajja tiddependi minn kif ninterpretawha aħna u kif inħarsu lejn is-sitwazzjoni li qegħdin fiha. Għalhekk f ’dan iż-żmien huwa importanti li nżommu ruħna impenjati u attivi u nsibu mod biex nirrilassaw u nagħmlu dawk l-affarijiet li l-aktar jogħġbuna u jagħtuna gost. Barra minn hekk, nibqgħu nżommu kuntatt bit-telefown jew b’xi mezz ieħor diġitali, ma’ qrabatna, ma’ anzjani fid-djar residenzjali, kif ukoll mal-ħbieb. Illum, grazzi għat-teknoloġija moderna, ħafna anz-
jani skoprew mill-ġdid ħbiberiji antiki, u affarijiet li qabel kont tgawdi, bħall-quddies u festi ta’ snin ta’ qabel li tista’ ssegwihom fuq l-internet, it-televixin u r-radju. Anzjani, speċjalment dawk li jinsabu waħedhom, jistgħu jħossuhom anzjużi, imdejqin, imtaqqlin b’ħafna ħsibijiet, forsi rrabjati jew inkella jibdew jinqatgħu għalihom infushom. Dawn huma kollha emozzjonijiet li wieħed jista’ jħoss, u għalhekk neħtieġu li f ’dawn iż-żminijiet, naħsbu f ’xulxin, ngħinu lil xulxin u nieħdu ħsieb xulxin. Huwa importanti aktar minn qatt qabel li f ’dawn iż-żminijiet nieħdu ħsieb is-saħħa fiżika tagħna billi nieklu ikel bnin u sustanzjuż, u billi nagħmlu xi forma ta eżerċizzju fiżiku b’mod regolari. Bħal dejjem għandna nevitaw it-tipjip u l-konsum talalkoħol, iz-zokkor u xaħmijiet żejda. Iżjed ma nkunu f ’saħħitna, iżjed ġisimna jkun jiflaħ jiġġieled il-mard. Huwa meħtieġ li nieħdu ħsieb l-iġjene personali tagħna, u naħslu jdejna bis-sapun ta’ spiss. Iżjed minn kollox, huwa importanti immens li, bħalma diġà għedna, noqogħdu ġewwa, u ma nitħalltux ma’ nies u familji oħra. Għalkemm aħna mħeġġin noqogħdu ġewwa biex niltaqgħu mal-inqas ammont ta’ nies possibbli, nixtieq nagħmilha ċara li, jekk persuna tinqalalha xi problema medika akuta, bħall-uġigħ fis-sider jew xi emerġenza oħra, m’għandhiex tibża’ jew toqgħod
lura milli tfittex għajnuna medika. L-istess jingħad jekk persuna tara jew tħoss xi sintomi jew sinjali li mhumiex tas-soltu. F’każi bħal dawn, għandha dejjem tfittex parir ta’ tabib. Nisħqu li għalkemm għaddejjin minn din il-pandemija, dawk il-persuni li jbatu minn xi problemi mediċi bħal pressjoni għolja, dijabete jew xi kundizzjoni oħra għandhom ikomplu jieħdu ħsieb saħħithom. Għandna nemmnu fina nfusna u fil-kapaċitajiet tagħna. L-anzjani tagħna huma l-aktar nies li jinterpretaw l-affarijiet b’mod pożittiv u jaraw is-sabiħ f ’kull ċirkostanza, minħabba li jkunu għaddew minn ħafna esperjenzi li servew ta’ lezzjonijiet filħajja. Bħalma fil-passat għaddejna minn ċirkostanzi u żminijiet diffiċli, hekk ukoll għad jgħaddi dan kollu – kif u meta jiddependi mill-aġir ta’ kull persuna, u tal-pubbliku inġenerali. Issa li bdew jitnaqqsu xi restrizzjonijiet, huwa importanti aktar minn qatt qabel li nkomplu nsegwu u nobdu d-direttivi maħruġa mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Nafu li l-virus għadu magħna. Għandna persuni li jkunu pożittivi mingħajr ma juru l-ebda sintomi, u allura r-riskju jibqa’ hemm. M’hemmx lok għall-biża’, imma kulħadd għandu responsabbiltà kbira xi jġorr. Ejja bħala ġens wieħed nuru li nistgħu negħlbu din il-kriżi u ndawruha f ’opportunità biex nikbru u nsiru nies aħjar.
Anzjani, speċjalment dawk li jinsabu waħedhom, jistgħu jħossuhom anzjużi, imdejqin, imtaqqlin b’ħafna ħsibijiet, forsi rrabjati jew inkella jibdew jinqatgħu għalihom infushom. Dawn huma kollha emozzjonijiet li wieħed jista’ jħoss, u għalhekk neħtieġu li f’dawn iż-żminijiet, naħsbu f’xulxin, ngħinu lil xulxin u nieħdu ħsieb xulxin
13
kullhadd.com
FLIMKIEN SE NASLU Silvio Schembri Ministru
Tnaqqsu wħud mir-restrizzjonijiet, infetħu xi ħwienet u bil-mod qed terġa’ tibda dik l-attività kummerċjali. Nafu li dik l-attività kummerċjali ta’ bħalissa mhix l-istess bħal dik li n-negozji kienu draw sa Frar ta’ din is-sena. Konxji li hemm min ra ftit klijenti fil-ħanut tiegħu, konxji wkoll mill-aspett psikoloġiku li ġabet magħha l-pandemija COVID-19. Deħlin għal fażi ġdida u rridu nerġgħu nkunu flimkien sabiex nibnu dak il-pont ta’ fiduċja. Bħala Gvern, aċċertajna li nkunu hemm f ’mument ta’ sfida bħal dan. Rajna li nagħtu għajnuna lin-negozji bi prijorità ewlenija tkun dik li nissalvagwardjaw kemm jista’ jkun impjiegi tant li flimkien ksibna
riżultati pożittivi. Konna proattivi. Għalkemm tnaqqsu xi ftit ir-restrizzjonijiet u ħwienet issa bdew jiftħu bil-mod, dan ma jfissirx li l-għajnuna min-naħa tal-Gvern se tieqaf. Aħna se nimxu dan il-vjaġġ li għandna quddiemna id f ’id magħkom. Għalhekk estendejna l-miżuri t’appoġġ ekonomiku għax-xhur ta’ Mejju u Ġunju li se jkomplu jirċievu n-negozji tagħna sabiex jibqgħu fuq saqajhom. Nemmen li pajjiżna u dak kollu li bnejna fl-aħħar seba’ snin se jwassal biex flimkien noħorġu b’saħħitna. Dan kien irrimarkat minn għadd ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, il-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll riċentament rapport mill-Università ta’ Columbia fi New York fejn ħareġ kif Malta għandha l-akbar miżuri ekonomiċi fid-dinja f ’termini ta’ prodott gross domestiku. Prova ċara li d-daqs ta’ pajjiż ma jirriflettix il-potenzjal tiegħu jew l-iżvantaġġi tiegħu, anzi wrejna kif l-għaqal ta’ dan il-Gvern wassal sabiex ngħinu b’mod b’saħħtu. Dan kien possibbli bil-ħila ta’ kull wieħed u waħda minnkom li fiżżmien ta’ suċċess ħdimtu qatigħ u fdajtu lilna fit-tmexxija ta’ pajjiżna. Filwaqt li l-ħidma bħala Gvern hija kkonċentrata fuq l-imxija tal-
COVID-19, fl-aħħar ġimgħat urejna li bħala parti minn ħidmietna rajna li ma nwarrbux l-attività kummerċjali tan-negozji. Kien ta’ pjaċir għalija li flimkien mal-Prim Ministru żorna fabbrika li addattat għall-isfidi u użat dan il-perjodu sabiex timplimenta l-proġetti t’investiment tagħha li wasslu għal ħolqien ta’ 40 impjieg ġdid. Hemm fabbriki oħra li fl-aħħar jiem se nkunu qed naraw il-passi li ħadu u li qed iwasslu għal ħolqien t’impjiegi ġodda kif ukoll l-implimentazzjoni ta’ proġetti t’investiment. Dan huwa l-ottimiżmu li rridu naraw. Aktar kmieni din il-ġimgħa nedejna skema ta’ sussidju ta’ kera industrijali għal negozji ġodda li jixtiequ jimplimentaw il-proġetti tagħhom. Allokajna €2,500,000 għal din l-iskema, li se tkun miftuħa bejn l-1 ta’ Frar sal-31 ta’ Diċembru 2022, li tgħin finanzjarjament negozji ġodda u persuni li jaħdmu għal rashom u li jixtiequ jikru spazju industrijali minn partijiet terzi biex iwettqu l-attività kummerċjali ġdida tagħhom, jimplimentaw pjanijiet ta’ tkabbir, jimmaniġġjaw żieda fl-ordnijiet u jimplimentaw innovazzjonijiet biex tiżdied l-effiċjenza. Il-baġit allokat għal din l-iskema huwa
mmirat lejn kumpaniji, il-kooperattivi u self-employed jistgħu jibbenefikaw sa €75,000 f ’sussidju tal-kera fuq tliet snin permezz ta’ għajnuna li tlaħħaq il-50% tal-ispejjeż. Din l-iskema kien xewqa ta’ bosta u bħala Gvern rajna li anke f ’dawn iċ-ċirkustanzi nibqgħu nisimgħu u nwettqu. Mhux biss, dan hu żmien fejn anke kif uriet l-istorja, l-aqwa ideat li bidlu d-dinja nħolqu f ’perjodi straordinarji bħal dawn. Għalhekk allokajna €100,000 fond Take Off Seed, immirat lejn start-ups li għandhom idea u li jixtiequ jikkummerċjalizzawha. Dan kien possibbli b’ħidma mal-Università ta’ Malta li wkoll permezz ta’ dipartimenti fi ħdanha tiggwida lil dawn l-istart-ups tant li ħafna minnhom sabu saqajhom fis-suq. Dan li rridu f ’dan il-perjodu, li nixprunaw il-ħsieb kreattiv f ’ċirkustanza fejn it-talent u l-ideat huma essenzjali. L-aħħar xahrejn kienu ta’ sfida għalina lkoll u anke għalija bħala Ministru. Dak li jgħidulu qamar il-għasel għalina nbidel f ’magħmudija ta’ nar; mument ta’ prova kontinwament fejn rajna li nieħdu l-aħjar deċiżjoni għal issa u għall-futur. Għalhekk intenni l-appell tiegħi li niġbdu ħabel
17.05.2020
wieħed issa iżjed minn qabel hekk kif deħlin f ’kapitlu li ftit li xejn nafu x’se joffri. Madanakollu, jekk naħdmu flimkien, inkunu aħna li niddeterminaw dak li rridu u x’futur irridu. Inħares ’il quddiem biex flimkien nerġgħu nkunu xhieda tas-suċċessi ta’ pajjiżna. Nibqgħu nobdu d-direttivi, meta tkun dieħel f ’ħanut tinsiex dik il-maskla u l-hand sanitizer fl-interess ta’ saħħtek u ta’ min qed jagħtik servizz. Ejjew nibqgħu naħdmu f ’għaqda u nuru l-qalb tajba tagħna bħala poplu għax flimkien se naslu.
Nemmen li pajjiżna u dak kollu li bnejna fl-aħħar seba’ snin se jwassal biex flimkien noħorġu b’saħħitna. Dan kien irrimarkat minn għadd ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali
PROFESSJONIJIET LI M’HAWNX PREZZHOM
Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew
F’dawn il-mumenti partikolari fl-istorja dinjija qed nintebħu li jekk verament irridu, nistgħu nbiddlu l-istil tal-għajxien tagħna f ’qasir żmien. Rajna kif ħafna pajjiżi, kumpaniji, negozji u ċittadini bidlu l-mod kif jagħmlu l-affarijiet għax iċ-ċirkostanzi hekk kienu jitolbu. Dan mhux xenarju ideali, iżda minn din ir-realtà tgħallimna ħafna. Irrealizzajna li m’hemmx għalfejn insuqu biex nattendu laqgħat. M’hemmx għalfejn naħlu ħafna ħin sakemm nippreparaw u nsuqu għall-meetings u nduru għall-parkeġġ jew neħlu fit-traffiku. Dan apparti l-fuel li
nużaw, għax b’video call virtwali, ħafna drabi niftiehmu xorta u dak li għandna niddiskutu nistgħu niddiskutuh mill-kumdità ta’ darna. Irrealizzajna li m’hemmx għalfejn nistampaw ħafna karti kuljum, għax mill-esperjenza tagħna ta’ xogħol mid-dar, qed nindunaw li hemm sistemi teknoloġiċi aktar effiċjenti kif naħdmu. M’hemmx għalfejn naħlu u narmu kollox, għax qed nindunaw li bi ftit kreattività kapaċi noħolqu proġetti fid-dar billi nirriċiklaw. Ħaġa li ma nistgħux ngħaddu mingħajrha però huwa l-ikel li nieklu. Anzi, dawn iż-żminijiet għamluna aktar konxji tal-ħtieġa li nikkonsmaw ikel bnin, ġenwin u minn sorsi li nafuhom. Il-ġenwinità tal-prodott lokali Malti hija garantita ferm iktar minn kwalunkwe prodott ieħor importat. Dan huwa suġġett għal qalbi ħafna, u ħabat tajjeb li fil-Parlament Ewropew, bħala Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi, qed insegwi mill-qrib is-settur tal-agrikoltura u s-sajd. Determinata li nara li dak li nikseb f ’ambjent Ewropew ikun fattibbli f ’pajjiż-
na. B’din il-ħidma komplejt nara kemm mhux sostenibbli għal Malta u Għawdex li ma nagħtux l-importanza mistħoqqa lill-agrikoltura u sajd lokali. Irridu nħajru lill-ġenerazzjonijiet żgħar jidħlu f ’dawn l-oqsma, u biex nagħmlu dan irridu nagħmlu sforz biex intaffu ftit mill-isfidi kbar li jeżistu u li nafu bihom f ’dan is-settur. Qabelxejn, irridu nipprovdu riżorsi lil min l-aktar għandu bżonnhom, bħall-aċċess għall-ilma. Irridu norganizzaw il-produtturi biex joħorġu bi prodott distintiv u rridu noħolqu inċentivi biex ulied il-bdiewa u r-raħħala Maltin jieħdu ħsieb l-intrapriżi ta’ familthom u jżommuhom għaddejjin. Meta nippjanaw l-użu tal-art f ’pajjiżna, irridu nippjanaw b’tali mod li nżommu f ’moħħna li bilpass mgħaġġel ta’ urbanizzazzjoni qed tonqos bil-kbir ukoll l-art agrikola. Inutli nħajru ż-żgħażagħ jidħlu f ’dawn l-oqsma, jekk qed innaqsu l-art disponibbli għal dan l-iskop. Ladarba semmejt l-importanza tal-ġenerazzjonijiet futuri fis-settur agrikolu, irrid nelabora
aktar fuq dak li qed nitgħallmu minn din il-pandemija. Hemm aktar setturi li fihom hemm bżonn naraw aktar żgħażagħ. Bħal bosta rkejjen madwar id-dinja, qed nindunaw aktar minn qatt qabel bl-importanza ta’ ċerti vokazzjonijiet, bħall-importanza tas-settur mediku. Dejjem sħaqt, u se nibqa’ nisħaq, fuq l-importanza ta’ oqsma ġodda u innovattivi. Kellha tkun din il-pandemija li verament ġibditilna l-attenzjoni li professjonijiet li ilhom magħna snin twal u li forsi huma meqjusa tradizzjonali, m’hawnx prezzhom. Bl-istess mod għalija l-bdiewa u r-raħħala huma professjonisti fir-rwol tagħhom. Dak li jafu u kapaċi jagħmlu huma ftit nies kapaċi jagħmluh. Fl-immedjat, nistgħu ngħinu fl-oqsma partikolari tal-biedja, lir-raħħala u lis-sajjieda billi qabelxejn nixtru prodott lokali Malti. Ejjew ma niddejqux immorru speċifikament għand talħut, tal-laħam, tal-ħaxix. Meta tmorru tixtru minn supermarkets staqsu għall-prodott lokali, għax hija realtà li ħafna drabi jkollok prodotti Maltin u im-
portati mħalltin flimkien. Fuq kollox, nistgħu nagħmlu l-akbar pass billi ladarba tgħaddi din il-pandemija ma ninsewx dak li tgħallimna. Ladarba jgħaddi dan kollu, ejjew ma ninsewx lanqas min kienu l-eroj fis-sitwazzjoni tal-lum, u nsemmu lil dawn l-eroj ma’ wliedna u wlied uliedna biex huma jitgħallmu mill-iżbalji tal-passat u jħejju triq aħjar għalihom.
Ladarba semmejt l-importanza tal-ġenerazzjonijiet ġejjieni fis-settur agrikolu, irrid nelabora aktar fuq dak li qed nitgħallmu minn din il-pandemija. Hemm aktar setturi li fihom hemm bżonn naraw aktar żagħżagħ
14
17.05.2020
kullhadd.com
PAJJIŻNA KISEB L-AKBAR ĊERTIFIKAT SOĊJALI Minn 10,263 applikazzjoni għall-benefiċċji talħlas b’rabta mal-COVID-19, ġew maħduma 98%, prattikament kollha. Bi spiża ta’ viċin id-€9 miljun. Din hija biss statistika ta’ dan il-perjodu li ninsabu fih għaliex il-ħidma ta’ dan il-Ministeru hija vasta u wkoll, ngħiduha kif inhi, hija ħidma li trid issir b’reqqa u wkoll b’dedikazzjoni. Tkellimna mal-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, Michael Falzon dwar il-ħidma tiegħu f’dan il-perjodu u lil hinn minnu.
Ministru, grazzi li sibt il-ħin għal din l-intervista. Bħal kull ministeru ieħor u wkoll awtorità fil-pajjiż, l-aħħar xahrejn kienu ta’ sfida. F’ministeru soċjali bħal dan kif irnexxielkom tibqgħu taqdu persuni li għandhom bżonn assistenza soċjali? Grazzi lilkom li tagħtu spazju bħal dan biex il-poplu jkun aġġornat dwar dak kollu li għaddej f ’pajjiżna. Iva, bħala Ministeru, għandek xogħol li jrid jibqa’ għaddej, għandek ħlas ta’ pensjonijiet, children’s allowance, u bosta benefiċċji oħra – ħidma normali li ma naqqasna xejn minnha. Ma kienx hemm benefiċċju li tnaqqas, tneħħa jew twarrab minħabba l-COVID-19. Hija xi ħaġa li turi kemm kienu flessibbli l-ħaddiema tagħna u anke d-Dipartimenti tas-Sigurtà Soċjali. L-iskemi ġodda li daħlu saru b’żieda max-xogħol l-ieħor, jekk insemmi pensjonijiet biss, qed nitkellmu fuq aktar minn 93,000 persuna. Sar xogħol addizzjonali bl-iskemi u ċerti wegħdiet qed inwettquhom fl-istess ħin, eżempju ċ-child bonus li qed inwettqu din is-sena. Hemm wegħdi oħrajn li se nkomplu nwettqu, fosthom il-każijiet fejn seħħew inġustizzji fil-passat. Għar-raba’ sena konsekuttiva l-Gvern qed jonora wegħda elettorali li jindirizza anomaliji
studji mill-UE, u naraw lil pajjiż- il-benefiċċju? na dejjem fuq quddiem, fejn tidħol kuntentizza u well-be- Iva, dan huwa programm ta’ ing tan-nies. Din il-pandemija tliet snin, li vera ħadem. Issib li ġabet magħha sfidi, u minkejja 80% ma reġawx marru fuq l-unli huma kbar, bħala pajjiż employment benefit. Dan huwa irnexxielna mhux insolvu kol- mmirat biex tidħol fid-dinja lox, imma pajjiżna kien l-iktar tax-xogħol. Jekk inti qiegħed pajjiż li ħareġ persentaġġ minn fuq it-‘tapering’, u tikkwalifidak kollu li jipprovdi l-Prodott ka għal xi waħda mill-iskemi Dawn il-ġranet għenuna Gross Domestiku (GDP), u l-oħrajn, f ’dawn il-każi t-tapernifhmu kemm konna tajna l-ogħla persentaġġ fejn ing jibqa’ jgħodd b’mod normaqed ngħixu ħajja sinjura, li, ma jitwaqqafx. tidħol għajnuna. tgħidli għaliex? Rajna kif Mhux biss irridu livell ta’ ħajja ħafna ġenituri kellhom li kellna qabel il-COVID-19, Minbarra dawn hemm jaffaċċjaw realtà ġdida, speċjalment ommijiet li wara imma l-impenn huwa li nkom- miżuri oħra li baqgħu plu ngħinu u naqbżu anke fejn jingħataw. Kemm tara li li rnexxielhom joħorġu fid-dinja tax-xogħol permezz konna, għalkemm ir-realtà dawn il-benefiċċji huma essenzjali fil-bini ta’ familja preżenti hija dik li hi. tad-diversi miżuri, b’saħħitha fit-termini bħaċ-childcare b’xejn u trasport għat-tfal b’xejn. Issa Min kien qed jieħu tapering tal-lum il-ġurnata, il-piżijiet of benefits, jiġifieri li wieħed qegħdin hemm, kemm f ’daqqa waħda reġgħu ġew jgħinu miżuri bħal dawn? f ’sitwazzjoni simili għal dik jibqa’ jieħu l-benefiċċju anke jekk jibda jaħdem, ta’ 10 snin ilu? Iva, kellek benefiċċji li żdiedu, issa eżempju mara li kellha bħall-pensjonijiet, għoliet darLe, 10 snin ilu żgur li le, al- tibqa’ d-dar minħabba laħares qatt. Irrid infakkar li s-sitwazzjoni preżenti, xorta ba, tnejn, tlieta, erba’, ħames darbiet fuq xulxin. Taħt ammintaħt il-Partit Nazzjonalista kien qed tibqa’ tieħu dan hemm żmien fejn pajjiżna kellu l-Unjoni Ewropea mwaħħla ma’ dahru u tgħidlu li ma jistax jonfoq iktar fuq il-familji u l-benefiċċji soċjali. Parti mill-Ministeru tagħna huwa Għar-raba’ sena konsekuttiva l-Gvern ddedikat lill-familja u nsemmi qed jonora wegħda elettorali li jindirizza miżuri li għamlu differenza kbianomaliji u inġustizzji tal-imgħoddi. ra bħal-in-work benefit, it-tapering of benefits, iċ-childcare Dan qed isir b’sejħa għall-applikazzjoni b’xejn u t-trasport b’xejn. Dawn mingħand eks membri tal-korpi mwaqqfa kollha kollha taw kontribut biex qabel l-1979, eks ħaddiema tax-xatt u nibnu livell ta’ ħajja aħjar. Repetutament ikun hemm uffiċjali tal-pulizija u inġustizzji tal-imgħoddi. Dan qed isir b’sejħa għall-applikazzjonijiet mingħand eks membri tal-korpi mwaqqfa qabel l-1979, eks ħaddiema tax-xatt u uffiċjali tal-pulizija. Bejniethom mistennija jitħallsu b’kollox madwar €12 miljun.
istrazzjoni preċedenti l-pensjoni ma żdiditx mqar ewro wieħed. Jekk ikollok ċerti pressjonijiet ġodda, dawn l-għajnuniet li qed noffru jservu b’mod pożittiv lill-familja kollha. Irridu ngħidu wkoll li llum qed naraw forom differenti ta’ familji. Irridu nkunu hemm u nibqgħu dinamiċi fil-qasam soċjali u fejn nistgħu se nkomplu ntejbu. Ministru, mill-ħażin kollu li ġabet magħha l-COVID-19, rajna iktar ħin ta’ kwalità bejn il-familji. Kemm huwa importanti dan għall-valur tal-familja f ’pajjiżna? Nawgura partikolarment lil dawk li kellhom joqogħdu d-dar biex jieħdu ħsieb lil uliedhom, ejjew naraw li jkun hemm iktar ħin ta’ kwalità. Aħna fl-aħħar xhur għamilna kampanji pożitivi li jinkludu trobbija pożittiva, permezz ta’ reklamar u kampanji informattivi. Kienet l-ewwel inizjattiva u minn nies li ġew intervistati, 80% kienu jafu bih u minn dawn kien hemm kategoriji differenti. Hemm il-ħsieb li jsiru kampanji oħra, għax verament nemmnu li l-familja hija l-bażi tas-soċjetà Maltija. Naf li bħalissa, iktar mis-soltu, tinsab iktar attiv fix-xogħol tiegħek. Din il-ġimgħa wettaqtu s-seba’
15
17.05.2020
kullhadd.com
kajt. Il-Partit Nazzjonalista kien ikollu lira u jonfoq lira u nofs, aħna jekk daħħalna żewġ liri, infaqna lira u 75ċ u warrabna xi ħaġa wkoll, u llum qed naraw fejn qed imorru dawn il-flus. Kieku ma konniex sodi konna nikkrollaw u ma konniex inkunu f ’pożizzjoni li nwettqu dawn il-benefiċċji. Importanti li nżommu b’saħħitna, nobdu d-direttivi tas-saħħa u nieħdu kull prekawzjoni possibbli, għaliex il-pandemija għadha magħna. Irridu nidraw ngħixu normal ġdid, iżda jien konvint li bħal dejjem, se nħarsu lura lejn dan il-mument bħala wieħed li għamilna aktar b’saħħitna u reżiljenti għall-isfidi tal-futur!
ħlas ta’ benefiċċji b’rabta mal-COVID-19. Iva, s’issa rċevejna 10,263 applikazzjoni u ħdimna 98% minnhom, prattikament maħduma kollha. Hemm xejriet li issa jibdew jitfaċċaw. L-ispiża waslet viċin id-€9 miljun. L-ikbar benefiċċju li hemm huwa dak tal-ġenituri, qed nitkellmu fuq nies li għandhom tfal taħt is-16-il sena, m’għandhomx l-età li qed jieħdu pensjoni u ma jistgħux jaħdmu mid-dar. Ukoll il-maġġoranza huma nisa. Imbagħad hemm skemi oħrajn, hemm madwar 4,000 li jinkludu persuni b’diżabilità, għajnuna medika u persuni li tilfu l-impjieg minħabba l-COVID-19. Jekk wieħed jagħti ħarsa ġenerali, isib li 75% huma nisa, u 24% huma rġiel. Wieħed ma jridx jinsa li dawn l-erba’ skemi huma b’żieda mal-għajnuniet offruti mill-Malta Enterprise. B’sodisfazzjon nirrimarka li minn studju li sar minn Università Amerikana, irriżulta li pajjiżna huwa l-iktar pajjiż li għamel sforz u ppreżenta għajnuniet fejn tidħol il-pandemija. Huwa ċertifikat tajjeb ħafna għal pajjiżna. Xi ħaġa li wieħed jinnota hija l-parteċipazzjoni tan-nisa fid-dinja tax-xogħol. Jidher kemm kien importanti l-input li wettaq il-Gvern fl-aħħar snin. Għalina lkoll li drajna b’miżuri bħaċ-childcare b’xejn, kemm huwa importanti li nerġgħu lura għan-normal? Kull wieħed u waħda minna jixtieq li mmoru lura għan-normal, sinifikanti fejn jidħlu n-nisa għal diversi raġunijiet. Tradizzjonalment huma n-nisa li kienu joqogħdu dar, issa din inbidlet. Illum għandek ħafna nisa li daħlu fid-dinja tax-xogħol, u din hija pożittiva. Intant hemm 501 persuna li kienu qed jieħdu l-benefiċċju talCOVID-19 u dawn issa naqsu u jindika li kien hemm ritorn lejn il-postijiet tax-xogħol. L-isfida qiegħda hemm, imma iva, hemm xejriet pożittivi li jagħtuna kuraġġ u ottimiżmu. Naf li dan il-Ministeru jmiss direttament mal-iktar nies vulnerabbli u li għandhom bżonn l-għajnuna. Iva, sfortunatament l-iktar nies li qed ibatu bħalissa huma dawk il-vulnerabbli. Dan huwa Ministeru li għandu l-iktar żewġ setturi vulnerabbli fis-soċjetà, għandek l-anzjani u l-persuni b’diżabilità. Rajna x’ġara f ’pajjiżi oħra. Rajna anzjani f ’pajjiżi bħar-Renju Unit, fejn litteralment kienu wiped out, ma salva ħadd minnhom. Fi Spanja ħaddiema abbandunaw residenzi tal-anzjani bil-konsegwenza li
r-residenti mietu kollha. F’pajjiżna għal grazzja t’Alla rnexxielna nżommu dik il-faxxa ta’ nies vulnerabbli protetta, ngħid grazzi lill-frontliners kollha, li jaħdmu mal-anzjani tagħna. Permezz tar-reżiljenza tagħhom qed jirnexxilna nagħmlu dan. Fl-istess waqt aħna bqajna ngħinu u nġeddu ftehim m’għaqdiet li jgħinu nies vulnerabbli. Għamilna żewġ ftehimiet ġodda ma’ NGOs li qabel ma kellniex partnership magħhom, u nfakkar li minn nefqa li telqet minn €3 miljun, din issa telgħet għal 17-il mil-
jun li minnhom qed jibbenefikaw tas-sena tħallsu benefiċċji soċjali kważi kwart ta’ biljun ewro – 243 47 għaqda. miljun f ’temp ta’ tliet xhur biss, li f ’parti kbira minnhom huma konMeta titkellem ma’ persuni tributorji bħall-pensjonijiet. minn barra l-pajjiż, jibqgħu Konna kapaċi nagħmlu dan, impressjonati kif bqajna għax konna bil-għaqal fl-aħħar nwettqu ċerti miżuri soċjali seba’ snin, u grazzi ta’ kemm iranke tul din il-pandemija... sista l-poplu wkoll. Ejjew ma Iva, l-erba’ miżuri li għamilna ninsewx li fl-2013 sibna proċeduhuma addizzjonali, b’żieda għal ri mill-UE, sibna ‘excess budget dak li kien hemm. Ma ninsewx li sa deficit’. L-UE kienet tiġri warajna ftit żmien ilu, meta l-housing kien biex ma nżidux l-ispiża tal-pajjiż, parti mill-ministeru, terz tal-baġit inkluż fuq is-soċjal. Erba’ dartal-pajjiż, kien imur kollu f ’dan biet irnexxielna niksbu surplus il-ministeru. Fl-ewwel tliet xhur minkejja l-benefiċċji kollha li elen-
B’sodisfazzjon nirrimarka li minn studju li sar minn Università Amerikana, irriżulta li pajjiżna huwa l-iktar pajjiż li għamel sforz u ppreżenta għajnuniet fejn tidħol il-pandemija. Huwa ċertfikat tajjeb ħafna għal pajjiżna
16
17.05.2020
kullhadd.com
IR-RIVOLUZZJONI ELETTRIKA
Michael Farrugia Ministru
Statistika ppubblikata mill-Eurostat ikkonfermat li l-familji Maltin u Għawdxin għandhom ir-raba’ l-orħos tariffi tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea u t-tieni l-orħos fiż-Żona Ewro. Biex ikun iktar konkret, flaħħar sitt xhur tas-sena li għaddiet, il-Maltin ħallsu €0.13 għal kull kilowatt-hour filwaqt li pajjiżi Ewropej kienu qed iħallsu €0.23 kull kilowatt-hour - Dan ifisser 77% aktar minn dak li kienu qed iħallsu l-familji Maltin u Għawdxin. Tajjeb wieħed ifakkar li meta l-Partit Laburista, kien ressaq il-proposta ta’ power station ġdida li taħdem bil-gass u kien wiegħed li permezz ta’ dan ilproġett il-poplu se jgawdi minn tariffi orħos, kienu qalulna li din kienet wegħda impossibbli u li konna se nidħlu fi sqaq. Fl-2013, l-elettriku kien jiswa €0.17 kull kilowatt-hour. Dakinhar il-prezz f ’pajjiżna kien it-tlettax l-ogħla madwar l-Unjoni Ewropea, iżda llum nirrealizzaw u nikkonfermaw kemm
il-wegħda li saret kienet waħda realistika u sostenibbli. Pajjiżna f ’ħames snin rebaħ disa’ postijiet fil-klassifika tal-orħos prezzijiet tal-elettriku filwaqt li skont l-istatistika tal-Eurostat, fil-ħames snin qabel il-bidla fil-Gvern f ’pajjiżna, il-kontijiet tad-dawl għolew bi 68%. Infakkar biss fl-għajta li l-kontijiet għoljin irridu naċċettawhom u f ’dak li qal il-Prim Ministru ta’ dakinhar Lawrence Gonzi, meta ftaħar li kien se jivvota bil-qalb biex il-kontijiet jogħlew. Dan jikkonferma li l-Gvern preċedenti kien għolla d-dawl bi kważi tliet darbiet minn kemm għoliet il-medja Ewropea, waqt li l-Gvern preżenti raħħas l-elettriku u kellu l-akbar tnaqqis fil-prezz tal-elettriku fl-Unjoni Ewropea. Dan ġie b’kumbinazzjoni? Sibna Enemalta li kienet qiegħda tfalli iżda poġġejna l-prijoritajiet tagħna fid-direzzjoni t-tajba. Minn kumpanija li kienet ta’ theddida għall-ekonomija fl-2013, l-Enemalta mhux biss ġiet f ’sitwazzjoni fejn setgħet traħħas il-kontijiet tad-dawl iżda kompliet ittejjeb il-qagħda finanzjarja tagħha u anke firxet l-operat tagħha barra minn Malta. Grazzi għal dak l-impenn, illum, is-settur tal-enerġija huwa pilastru ewlieni tal-ekonomija Maltija. Il-qasam tal-ġenerazzjoni llum il-ġurnata għaddej ukoll minn tibdil strutturali hekk kif għandna persentaġġ dejjem ogħla ta’ elettriku qed jiġi ġġenerat
minn sistemi ta’ pannelli fotovoltajċi. Sena wara sena, il-Gvern qed ikompli jinċentiva lill-familji u s-settur kummerċjali biex jinvestu f ’dan il-qasam b’għoti ta’ grants u feed-in tariffs. Sa din il-ġimgħa stess, ħabbarna li se nkunu qed nagħtu opportunità oħra lill-pubbliku – permezz ta’ grant sa massimu ta’ €3,000 għal kull sistema b’feed-in tariff garantita għal 20 sena b’rata ta’ 10c5 kull unit. Ħabbarna wkoll li l-fondi allokati għall-iskema tar-roof insulation u double glazing ittieħdu kollha fl-ewwel xhur ta’ din is-sena u minnhom ibbenefikaw mal-1,700 residenza. Dan huwa avvanz ieħor fl-implimentazzjoni tal-politika nazzjonali tal-Gvern fis-settur tal-enerġija u l-Gvern se jkompli b’dawn l-inċentivi biex jintlaħqu kemm il-miri Eworpej kif ukoll biex l-enerġija tkun iġġenerata minn sorsi dejjem aktar nodfa. Irridu nkomplu naħdmu biex ikollna energy mix b’saħħitha u jkollna sorsi ta’ enerġiji alternattivi, rinnovabbli u nodfa. Qegħdin ukoll f ’diskussjonijiet sabiex isiru studji dwar il-possibbiltà li nużaw ir-riħ u l-baħar biex niġġeneraw enerġija rinnovabbli. Id-differenza fil-politika f ’dan il-qasam qed tħalli impatt qawwi fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna. Ir-roħs fl-elettriku kien wieħed mill-kawżi ewlenin tat-tnaqqis fir-rata ta’ inflazzjoni f ’pajjiżna, barra li ta’ kull sena, inkunu ffrankajna €80 miljun lill-familji u lin-negozji.
Il-prijorità ta’ dan il-Gvern għaldaqstant hija waħda ċara: li nipprovdu l-aħjar kwalità ta’ servizzi lill-familji u lill-industriji f ’pajjiżna filwaqt li nżommu l-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda. Nieħu din l-opportunità biex għal darba oħra, nirringrazzja lill-entitajiet u lid-dipartimenti kollha li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi li qed jaħdmu b’impenn biex jassiguraw li l-miri ta’ dan il-Ministeru jintlaħqu fil-ħin u bl-iktar mod effiċjenti. Barra minn hekk, nirringrazzja lil dawk il-ħaddiema li minkejja ż-żminijiet diffiċli li għaddejjin minnhom bħalissa minħabba l-pandemija, baqgħu jmorru għax-xogħol, biex il-konsumatur Malti u Għawdxi, l-isptarijiet u s-siti essenzjali, jibqgħu jiġu pprovduti b’dan is-servizz tant essenzjali.
Il-prijorità ta’ dan il-Gvern għaldaqstant hija waħda ċara: li nipprovdu l-aħjar kwalità ta’ servizzi lill-familji u lill-industriji f’pajjiżna filwaqt li nżommu l-bilanċ bejn il-provvista u d-domanda
IŻ-ŻGĦAŻAGĦ U D-DINJA TAX-XOGĦOL
Rianne Demicoli Parteċipanta LEAD
Huwa permezz tax-xogħol li ż-żgħażagħ jistgħu jwettqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Iżżgħażagħ huma assi imprezzabbli li Malta u kull pajjiż ieħor ma jistax jittraskura jew jonqos
milli jinvesti fihom. L-opportunitajiet li qed jinħolqu għażżgħażagħ illum huma l-pedamenti tal-ekonomiji tagħna għada pitgħada. Fis-suq tax-xogħol, iżżgħażagħ iġibu magħhom ħafna enerġija, entużjażmu, talent u kreattività. Iż-żgħażagħ iġibu magħhom ukoll il-motivazzjoni li kumpaniji privati u pubbliċi għandhom bżonn biex jikbru, ikunu aktar innovattivi u jimirħu. Bil-għan li jagħmlu dan, iż-żgħażagħ jeħtieġu suq tax-xogħol b’saħħtu li mhux biss joffrilhom ix-xogħol imma anke opportunitajiet għal xogħol ta’ kwalità fejn ikunu jistgħu juru tassew il-ħiliet tagħhom. Fl-aħħar snin Malta kienet
ta’ eżempju għal pajjiżi u ekonomiji oħrajn madwar id-dinja għal kif iż-żgħażagħ għandhom jingħataw l-opportunità li joħolmu, jippruvaw, ifallu, iwettqu u jirnexxu. Mhux kollox ward u żahar. Għad hemm sitwazzjonijiet fis-suq tax-xogħol ta’ diskriminazzjoni, sfruttament fosthom b’sigħat twal ta’ xogħol u ħlas baxx, nuqqas ta’ sigurtà u ebda vuċi fuq il-lant tax-xogħol. F’dan il-kuntest waħda mill-miżuri li nemmen li għandha tingħata prijorità hija li wara l-perjodu ta’ prova, il-kumpaniji jkunu obbligati jipprovdu kuntratti fit-tul u permanenti flok kuntratti temporanji jew prekjari. Jobsplus qed tinkoraġġixxi dan
iżda nemmen li hemm bżonn iktar infurzar u possibilità ta’ inċentivi għal dawk il-kumpaniji li jippromwovu liż-żgħażagħ fissuq tax-xogħol. Il-kumpaniji u s-soċjetà b’mod ġenerali jgawdu minn żgħażagħ produttivi u motivati fis-suq tax-xogħol. L-impatt taż-żgħażagħ fis-suq tax-xogħol jikkontribwixxi biex igawdu ġenerazzjonijiet oħrajn u biex jonqsu l-ispejjeż relatati ma’ problemi soċjali bħal kriminalità jew l-abbuż mid-droga fost l-oħrajn. Il-Gvern ma jistax jirbaħ din l-isfida waħdu iżda jeħtieġ l-appoġġ ta’ kulħadd speċjalment tan-negozji u taż-żgħażagħ infushom li jridu juru aktar inizjattiva u ħjiel tal-potenzjal kbir li għandhom.
Fl-aħħar snin Malta kienet ta’ eżempju għal pajjiżi u ekonomiji oħrajn madwar id-dinja għal kif iżżgħażagħ għandhom jingħataw l-opportunità li joħolmu, jippruvaw, ifallu, iwettqu u jirnexxu
17
17.05.2020
kullhadd.com
PAJJIŻNA HU PREPARAT
Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
hija li xxerred id-dubju, li tfixkel u li tipprova tirkeb karrijiet politiċi. Għandna għal xiex inkunu kburin b’dan il-Gvern li qed imexxi lil pajjiżna b’tant għaqal f ’dan il-maltemp kollu. Jikkonfermaw dan fora, aġenziji u studji barranin. Studju internazzjonali kkonferma li Malta kienet l-aktar fost 166 pajjiż li investa b’mod b’saħħtu f ’miżuri ekonomiċi f ’dan il-perjodu talCOVID-19. Dan hu Gvern li jagħti serħan il-moħħ lill-poplu bil-fatti hekk kif Malta ġiet iddikjarata bħala l-pajjiż li għandu l-aktar sistema tas-saħħa fdata fost il-pajjiżi tal-UE kollha. U dan kollu grazzi għall-Gvern li jinvesti ħafna fis-saħħa, Gvern li għandu għal qalbu s-saħħa tal-poplu, grazzi għall-poplu li jobdi l-istruzzjonijiet li jinħarġu mid-Dipartiment tas-Saħħa u fuq kollox grazzi għall-ispeċjalisti, tobba, paramediċi u l-istaff kollu li jaħdmu fil-qasam tassaħħa f ’pajjiżna. Dawn huma l-frontliners li jaffaċċjaw il-mard u jaħdmu bla biża’ u b’dedikazzjoni kbira sabiex il-poplu jibqa’ san u b’saħħtu. Din il-pandemija wriet tassew il-karattru sod tal-poplu tagħna, il-kapaċitajiet fit-tmexxija tal-amministrazzjoni ta’ pajjiżna. Qed nuru l-aqwa tagħna f ’dan iż-żmien ta’ mewġ kbir ma’ wiċċna, aħseb u ara x’kapaċi nagħmlu flimkien meta l-baħar jikkalma u jkollna lok ferm akbar biex nifirxu l-ħidma u nagħmlu l-ġid bla xkiel straordinarju bħal dan.
Spiss nitkellem man-nies u jgħiduli li f ’dan iż-żmien ta’ sfida imnalla hawn Gvern Laburista li qed imexxi lil pajjiżna, imnalla dan il-Gvern għaraf li jerfa’ lil dan il-pajjiż minn għarkupptejh, bena ekonomija soda, ħoloq tant u tant impjiegi, ħoloq il-ġid biex meta jasal maltemp bħal dan, ikollu l-kumdità li jqassam b’mod ġust fost dawk l-aktar milquta fis-soċjetà u fin-negozju. Il-poplu mhux mazzun. Konxju tal-ġid li nħoloq u li minkejja li għaddejjin minn sfida globali kbira, l-impatt ekonomiku fuq Malta huwa fost l-aktar minimu millpajjiżi tal-UE. Aktar minn hekk, il-Gvern ma xxaħħaħx ma’ dak kollu li hemm bżonn f ’tagħmir mediku u prekawzjonijiet sabiex nikkumbattu bl-aħjar metodu dan il-virus. Dan il-Gvern ma weriex kompetenza ekonomika biss f ’dawn il-ġimgħat li għaddejjin minnhom, imma wera kompetenza ta’ ruħ soċjali, kif ukoll par idejn sodi fil-governanza, fl-amministrazzjoni, fit-teħid tad-deċiżjonijiet u konsistenza. Dan jikkuntrasta ferm mal-Oppożizzjoni, fejn issa jgħidu mod u wara żewġ nifsijiet jgħidu mod ieħor. Rajna ħafna U-turns u taħwid, smajna dikjarazzjonijiet kuntrastanti, kwistjonijiet serji bħall-immigrazzjoni saru balDan il-Gvern ma lun politiku għall-Oppożizzjoni. Għandna Kap tal-Oppożizzjoni weriex kompetenza li l-ewwel jgħid li l-immigranti ekonomika biss f’dawn għandhom jitħallew fuq il-vapuri u mbagħad wara jumejn jgħid li il-ġimgħat li għaddejjin għandna ndaħħluhom. Għandna minnhom, imma wera Kap tal-Oppożizzjoni li ddikjara kompetenza ta’ ruħ li kellna mmorru għal-lockdown ġimgħat ilu. Issa qed imieri lilu soċjali, kif ukoll nnifsu u jgħid li qatt ma talab par idejn sodi għal-lockdown. Li kieku ma tarax fil-governanza, il-filmati lanqas temmen dawn il-kontradizzjonijiet. Il-poplu hu fl-amministrazzjoni, konxju ta’ dan it-taħwid, konxju li m’hawnx Oppożizzjoni serja fit-teħid tad-deċiżjonijiet u l-unika arma tal-Oppożizzjoni u konsistenza
Mid -Dj arju ta ’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 7 ta’ Mejju Kemm ħadt, gost man, insegwi l-programm Xtra ta’ Saviour Balzan li intervista lill-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, Adrian Delia. Impressjonani man! Qiegħed jissoda ferm aktar minn qatt qabel, u ma ddejjaq xejn jisfida lill-Prim Ministru Robert Abela għal dibattitu, meta jrid, fuq liema stazzjon irid, fuq liema programm irid. Anzi b’din l-isfida spiċċa, anke jekk kien diġà għamilha qabel fil-programm. Issa ħalliha li ż-żmien li għaddejjn minnu mhux żmien ta’ dibattiti partiġjani, imma l-importanti huwa li jidher li mhux jiddejjaq jisfida lil Robert Abela. Għalkemm hawn min jgħid li ż-żmien ta’ dawn l-isfidi ilu li għadda! Il-Ġimgħa, 8 ta’ Mejju Dawn min huma tal-Columbia University ta’ New York! Żgur li ma semgħux x’għandu xi jgħid il-Kap tagħna Adrian Delia dwar il-pakketti ta’ għajnuna li l-Gvern qiegħed jiftaħar li qiegħed jagħti lin-negozji u lis-self-employed tagħna, għax kieku ma kinux joħorġu jgħidu li pajjiżna jinsab fl-ewwel post fid-dinja bl-aqwa skemi ta’ għajnuna għan-negozji u s-self-employed li ntlaqtu mill-imxija tal-Coronavirus. Qalulna li aħna aqwa minn pajjiżi kbar bħall-Ġappun u l-Istati Uniti. Kieku ġew jitkellmu ma’ Adrian Delia żgur li ma kinux jgħidu l-istess ħaġa. U jien ma nistax nifhem kif dan ir-rapport ta’ din l-Università ngħata importanza mill-BBC. Żgur li mhux għax ma kellhomx biex jimlew! Ara tat-Times u l-Independent, li huma serji, ma tawhx importanza! Is-Sibt, 9 ta’ Mejju Erġajt smajtu dalgħodu, u jkolli ngħid għal darb’oħra li qiegħed jissoda u jissoda bilkbir. Mhu jiddejjaq xejn jattakka qatta bla ħabel lil Robert Abela. Jekk Robert Abela qiegħed jaħseb li jista’ jibqa’ għaddej, jagħmel li jrid, qisu f ’pajjiżna m’hawnx oppożizzjoni se jarralu. Il-Kap tagħna Adrian Dela qiegħed juri ġurnata wara oħra li mhux se jħallih jagħmel dan, bi ftaħir kontinwu fuq l-istazzjon nazzjonali, qisu l-istazzjon tiegħu. Illum deher sod u determinat ħafna l-Kap tagħna Adrian Delia, għalkemm waqajt ftit down meta ċempilt lil sieħbi tal-Istamperija. Għax skont dan, Adrian Delia huwa rrabjat ħafna għax kulma qiegħed jgħid, qiegħed jinġieb fix-xejn, minn xi għorrief barra pajjiżna. Kif qalu dawk tal-Università ta’ Columbia. Il-Ħadd, 10 ta’ Mejju Aħjar ma nsejjaħlux aktar dan il-mniefaħ ta’ virus, għax donnu qiegħed jagħtina saħħa ġdida, u milli jidher qegħdin inżidu sew fl-appoġġ. Qegħdin naqtgħulhom ni-
fishom, man, ta’ kuljum insejħu lill-ġurnalisti biex ngħidulhom xi ħaġa, waqt li nfaħħru lil kulħadd u mmaqdru biss lillGvern. Daqqa għax jum il-mara, daqqa għax jum il-ħaddiem, daqqa għax jum iżżgħażagħ, daqqa għax jum l-Ewropa. Insomma kuljum qegħdin naħtfu l-okkażjoni biex ngħidu xi ħaġa. Li jdejjaqni hu li kultant ċerti ġurnali lanqas biss jirrappurtaw dak li jgħid il-Kap Adrian Delia. Tgħid għax qatt ma jgħid xejn ġdid, jew għax ħlief ħmerijiet ma jgħidx? It-Tnejn, 11 ta’ Mejju Ma nafx, imma milli jidher il-virus talCOVID-19 se jibqa’ magħna anke fis-sajf. Jekk jiġri hekk, mhux se tkun ħafifa għalija li noqgħod ġewwa tul is-sajf kollu, imma jkolli nagħmel li ma rridx. Mhux sagrifiċċju żgħir li ma tixrifx ’il barra matul Lulju, Awwissu u Settembru, imma aħjar hekk milli agħar. Kieku mhux għax jien l-akbar Nazzjonalist f ’Malta, kieku niġi naqa’ u nqum minn kollox, imma jien ma rridx immut qabel nara lill-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, bħalissa Adrian Delia, dieħel Kastilja. Insomma, jekk ikun ta’ warajh, jew ta’ wara ta’ warajh aħjar, għax ngħix aktar. Mhux hekk, man! It-Tlieta, 12 ta’ Mejju Joseph Muscat kellu lil dak Juncker tal-Kummissjoni Ewropea jfaħħru f ’kull okkażjoni li kien ikollu, imma dan Robert Abela jidher li għandu ħafna aktar ħbieb lesti biex ifaħħruħ. Ifaħħruh tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa. Ifaħħruh tal-Unjoni Ewropea. Ifaħħruh universitajiet fl-Amerka. U issa ħareġ ifaħħru wkoll is-Segretarju Ġenerali tal-Għaqda Dinjija tat-Turiżmu. Anzi dan mar lil hinn minn ħaddieħor għax mhux bil-kliem biss faħħru, imma qagħad jiktiblu biex jgħidlu kemm qiegħed jaħdem tajjeb, li miexi fit-triq it-tajba, u ma nafx xiex iżjed. Min jaf, forsi xi darba jsib kappell li jiġih! L-Erbgħa, 13 ta’ Mejju Qattajt aktar minn siegħa npaċpaċ ma’ sieħbi tal-Istamperija. Bħal dan iż-żmien allaħares ma jkunx hu biex ngħid kelma ma’ xi ħadd u biex inkun naf x’inhu għaddej fil-partit darba glorjuż tagħna. M’hemmx aktar fuq xiex titkellem għax lanqas futbol m’hawn. Qbadnieha fuq il-ħatra ta’ teżorier u qbilna li ma jistax jibqa’ jġorr il-piż Robert Arrigo għax bħala Viċi Kap, u bl-elezzjoni sentejn biss ’il bogħod, se jkollu ħafna x’jagħmel. Ma nafx kif minn daqs dawn Nazzjonalisti ma nsibu lil ħadd biex jokkupa l-kariga. Sieħbi qalli li ma tantx issib lil min lest jitgħabba bir-responsabbiltà ta’ dejn kbir. Hawn min jgħid li huwa ta’ €30 miljun. Hawn min jgħid li huwa ta’ 34 miljun u anke aktar. Insomma, huma kemm huma, miljuni kbar jibqgħu.
18
17.05.2020
kullhadd.com
MILL-IĦIRSA U L-ERWIEĦ GĦALL-GAWGAW U L-OROSKOPU F’artiklu preċedenti, il-folklorista Ġużi Gatt tana tagħrif interessanti fuq x’kien twemmin missirijietna b’laqta speċifika fuq il-Ħares u r-Ruħ. Rajna li dawn kienu żewġ ‘persunaġġi’ differenti, għax waqt li l-‘Ħares’ kien ‘għassies’ u jħares lil dak li jkun; ir-‘Ruħ’, (ġieli wkoll f’terminoloġija ta’ ‘Fatat’) kienet tkun il-preżenza ta’ xi ħadd li tkun saritlu xi inġustizzja u f’mewtu baqa’ ma sabx mistrieħ. Bħala każi. Ġużi semmielna mara, li tinqatel kiesaħ u biered minn raġel li qabel ikun abbuża minnha, difinha u kaħħalha ġo xi ħajt. ‘Ruħ’ tista’ tkun ukoll ta’ xi raġel, li jkun ħalla flus fit-testment biex jitħallas il-quddies b’suffraġju għal ruħu, u dawn jittieħdu u jintużaw għal skop ieħor. Tista’ tkun ukoll ir-‘Ruħ’ ta’ xi ħadd ikkundannat għall-mewt bla ħtija. Illum se nkomplu t-tieni parti minn tlieta tal-intervista. Minn CHARLES B. SPITERI fuq in-naħa ta’ wara b’faxxa Ġużi, fl-intervista l-oħra ma Kif nistgħu niddeskrivu jew terħa tal-ħarir, li kienet til‘ruħ’? semmejniex dehriet oħra ma u tleqq donnha rrakkmata magħrufin bħala ‘Tal-Liżar’. Billi l-arti viżiva tal-kultu- bil-kwiekeb.” X’kienu? Il-Mara l-Bajda ta’ Għar ra tal-Punent toffrilna ħafna Dawn x’aktarx kienu jkunu eżempji ta’ kif, fl-immaġinaz- Gerduf kienet timxi b’rasha rġiel li jilbsu hekk biex iwerwru zjoni tal-artist, tkun is-sura baxxuta qisha qed tfittex xi lin-nies balali ta’ xi raħal żgħir. ta’ ruħ li tibqa’ tidher wara ħaġa fuq il-qiegħa tal-art, u Iżda bħala karattri tal-fantasija l-mewt, mhux diffiċli li nir- wara li ddur madwar il-għar jgħoddu mal-fatati għax ikunu ripproduċu eżempju ta’ dan għal darba darbtejn, bla ma erwieħ li baqgħu jidhru u jkunu il-karattru tal-fantasija. Ir-ruħ tlissen kelma, kienet tidħol lura lebsin il-liżar l-abjad tal-kefen. tkun dejjem liebsa skont l-epo- ġewwa u tgħib fix-xejn. Taraha Dari, il-mejtin kienu jitkeff- ka u ż-żmien li fih tkun amb- kienet tqabbdek il-bard. nu bil-‘kunfratija’ – il-libsa li jentata l-istorja, iżda x-xbieha meta kienu ħajjin kienu jilbsu tkun dejjem qisha tixgħel u Insibu xi ħaġa oħra fil-purċissjonijiet bħala membri trasparenti, donnha magħmu- fil-folklor Malti? ta’ fratellanza. F’xi djar qodma la miċ-ċpar, u f ’kemm trodd ġieli dehru purċissjonijiet sħaħ salib tisfuma fix-xejn u tgħib. Karattru ieħor li hemm bżonn ta’ erwieħ lebsin kunfratija ba- Waħda mill-ftit deskrizzjoni- li jingħata sura li tingħaraf u jda u jġorru tebut fuq spalle- jiet li għandna ta’ kif tkun fa- li tagħżlu minn dik ta’ karattri tata jew fantażma jagħtihielna oħra hu l-‘Gawgaw’. jhom. Ġorġ Pisani fil-ħrafa tal-Mara l-Bajda ta’ Għar Gerduf, għar li X’nafu fuq dan il-karattru Insibu wkoll għassiesa taċ-ċimiterji li jirrakkuntaw jinsab fir-raħal ta’ Ta’ Kerċem, tal-fantasija? Għawdex: “Din il-Mara l-Bajda li billejl raw bħal balal tan-nar resqin lejhom. Qatt kienet tidher biss meta l-qamar Nafu li (dejjem skont il-ħrejjikun mimli – toħroġ biss fil-qa- ef u l-folklor) tifel li jitwieled irriżultalek dan? mar kwinta. Kienet tkun liebsa f ’nofsillejl tal-Milied, meta jikIl-katavri midfuna taħt l-art, l-abjad minn fuq s’isfel, b’xux- ber u jsir raġel, kull nofsillejl misturin fid-dlam fl-oqbra itha mitluqa għal fuq spallejha, tal-Milied jistenbaħ mir-raqda, fiċ-ċimiterji, waqt li jkunu jith- iżda din xuxitha tkun mehmuża iqum mis-sodda, joħroġ barra errew u jittieklu mid-dud spiss joħroġ minnhom bħal gass naturali jew fosfru, li meta jsib xaqq minn fejn jgħaddi, joħroġ barra għall-arja, u jaqbad – Wara li jkun qatta’ jieħu n-nar. Anton F. Attard jgħidilna li f ’Għawdex dan inl-lejl jiġġerra fit-toroq, il-Gawgaw nar kien jissejjaħ ‘nar il-Bluh’. jiskadilu l-ħin tiegħu, u eżatt qabel ma In-nies dari kienu jiġġennu jekk jiġu wiċċ imb wiċċ miegħu jdoqq il-Paternoster, jerġa’ jidħol – l-aktar jekk jinzertaw ikunu id-dar, ifittex is-sodda, u jorqod qisu f ’xi ċimiterju weħidhom. Allura nibtu ħafna stejjer ta’ ‘koqatt ma kien xejn. Filgħodu jqum bob tan-nar’ li ġieli ġrew wara u jħossu mfarrak u għajjien, iżda n-nies, jew erwieħ li dehru bħal kobba ċpar jew duħħan abjad ma jiftakar xejn minn dak li jitlajjaw fl-isqaqien mudlama u jwerwru lil kulħadd. jkun ġara l-lejl ta’ qabel
d-dar, u jagħmel ħafna għeġubijiet u jbeżża’ n-nies. Fil-ktieb tiegħu Ulied in-Nanna Venut fl-Amerka, Juan Mamo semma li darba l-Gawgaw “għola m’għola l-kampnar”. Iżda ftit li xejn nafu iktar minn hekk, ħlief li kien jgħaddi mit-toroq jgħajjat b’leħen ikrah, u jkaxkar warajh xatba tal-bdiewa, li kienet tagħmel ħoss tal-biża’. Ix-xatba tal-bdiewa hi dik l-ispeċi ta’ rixtellu li jbarri lil min jidħollu fl-għalqa? Le, mhix dik li sservi bħala bieb jew ilqugħ biex min ma jkunx ta’ ġewwa ma jgħaddix. Ix-xatba tal-Gawgaw hi dik li dari kien ikollu l-bidwi biex biha jwitti l-art u jkisser it-tub li jibqa’ fil-ħamrija wara li jkun ħarat l-għalqa. Dik li jkaxkar warajh il-Gawgaw hi magħmula mill-injam, u tkun għamla ta’ nofs trijanglu – jiġifieri trijanglu mingħajr il-ponta ta’ fuq. Wara li jkun qatta’ l-lejl jiġġerra fit-toroq, il-Gawgaw jiskadilu l-ħin tiegħu, u eżatt qabel ma jdoqq il-Paternoster, jerġa’ jidħol id-dar, ifittex is-sodda, u jorqod qisu qatt ma kien xejn. Filgħodu jqum u jħossu mfarrak u għajjien, iżda ma jiftakar xejn minn dak li jkun ġara l-lejl ta’ qabel. Jiġifieri kull min jitwieled f ’nofsillejl tal-Milied, bilfors ikun Gawgaw? Jekk tkun taf li twelidt f ’nofsillejl tal-Milied, li għandek tagħmel biex ma ssirx Gawgaw hu li tibqa’ mqajjem il-lejl kollu, u toqgħod tgħodd it-toqob ta’ għarbiel kbir, bħal dak li kien
ikollhom il-bdiewa biex jgħarblu l-qamħ wara li jkunu dirsuh fuq il-qiegħa. Tgħodd it-toqob kollha, u meta tlesti, terġa’ tibda tgħodd sa ma jisbaħ. Aħna naħsbu li l-istorja tal-Gawgaw hi qadima ferm, u dawn id-dettalji li għadna kemm semmejna, u li fihom jissemma l-Milied, mhumiex qodma daqs in-nisel tal-istorja. Naħsbu li ħafna u ħafna snin ilu, fl-istorja tal-Gawgaw kienu jissemmew żewġ karattri oħra: dik il-kewkba fis-sema li l-Maltin ta’ dari kienu jafuha bħala ‘il-Kawkaw’ (Alpha Carinae), u dak il-barri kbir u b’saħħtu li fil-ħrejjef jissejjaħ ‘Il-Qawqaw’ jew ‘il-Qawqam’.
19
17.05.2020
kullhadd.com
Mela l-kwiekeb ukoll għandhom sehem f ’dan kollu? Għal dawk li jixtiequ jinżlu aktar fil-fond, nistgħu nibdew billi nfakkru li, b’xorti tajba, dawk li ġabru d-dizzjunarji t-tajbin tal-ilsien Malti, u nies oħra kbar bħal Patri Manwel Magri, laħqu ħadu minn fomm il-poplu l-ismijiet ta’ xi kwiekeb li jidhru fis-sema, u li niesna ta’ dari kienu nnutawhom u għażluhom minn kwiekeb oħrajn. Bis-saħħa t’hekk nafu li dak l-għanqud kwiekeb li bl-Ingliż jissejjaħ Pleiades, bil-Malti nsejħulu t-‘Trajja’. Tiġri wara t-Trajja niesna nnutaw lil kewkba oħra – AlphaTauri – bil-Malti d-‘Dabrani’. Il-kewkba Polaris bil-Malti tissejjaħ ‘Kewkbet is-Safar’. Ursa Major ngħidulha s-‘Seba’ Kwiekeb’. Tissemma kewkba oħra – it-‘Tewwikk’, li m’aħniex ċerti liema kewkba hi, iżda x’aktarx hi dik li tlebleb u tteptep ħafna u li jgħidulha wkoll Sirius. Iżda għalissa l-aktar li jinteressana hu li l-ilsien Malti jaf li ċerta kewkba fis-sema jgħidulha il-‘KAWKAW’. Din il-kewkba hi Alpha Carinae, magħrufa wkoll bħala Canopus. Il-Kawkaw tidher biss minn dawk il-pajjiżi li, bħal Malta, qegħdin xi ftit ’l isfel fil-ħemisfera tat-Tramuntana. Jiġifieri li fil-pajjiżi Nordiċi, dawk li qegħdin aktar ’il fuq fejn jinżel is-silġ u jaħkem ilbard u l-ksieħ, lil din il-kewkba ma jarawhiex, għax ma jirnexxilhiex tixref rasha minn wara x-xefaq. Iżda minn Malta, u minn pajjiżi aktar ’l isfel minnha, din il-kewkba tfiġġ ’il fuq mill-art, u f ’data qrib ħafna tal-Milied, tilħaq l-ogħla quċċata tagħha
Il-Gawgaw - Xogħol tal-artist grafiku Eric Leone
Pittura tal-artist Joseph Bugeja, bl-isem ta’ “il-Gawgaw” li dehret fil-wirja tal-2016 imsejħa Hotel Babaw
l-art li llum nafuha bħala l-Iraq, kienu minn tal-ewwel li flew is-sema billejl, qassmu l-kwiekeb f ’taqsimiet żgħar, taw lil kull taqsima isem, u rabtuha ma’ xi alla jew ma’ xi fenomenu tan-natura skont iż-żmien tas-sena li fih tidher. Biż-żmien dan it-tagħrif wasal għandna wkoll, u aħna nafuh bħala l-oroskopu. Iżda l-oroskopu li nafu aħna hu dak imfassal mill-Griegi, li ġew ferm wara n-nies tal-MesopoTara li hawn se nidħlu tamja. f ’dettalji li jidhru Il-Griegi kkapparaw kulma kumplikati Ġużi? għamlu popli oħra qabilhom, u Iva, iżda taqtgħux qalbkom dawru kollox kif kien jogħġob għax hi storja interessanti ħaf- lilhom. Bil-wiċċ tost kollu ħadu l-kredtu kollu huma. na. L-istudjużi ilhom jafu li n-nies tal-Mesopotamja, dik Kemm interessa lill-istudjużi dan l-għerf tal-imgħoddi? fis-sema – ma taqtgħux xħin? – f ’nofsillejl, jiġifieri mhux ’il bogħod ħafna minn dak il-lejl li fih joħroġ il-Gawgaw u jogħla fl-ajru. Minn Malta u millpajjiżi aktar ’l isfel minna, iżda dejjem fid-direzzjoni tal-Afrika ta’ Fuq, l-aħjar żmien biex tara din il-kewkba hu bejn Diċembru u Frar. F’Diċembru hemm il-festa tal-Milied u fi Frar hemm il-festa tal-Gandlora.
Bla dubju li tal-imgħoddi, li oħra li ġew ferm
gi, interessa bil-kbir lil ħafna studjużi. B’xorti tajba, f ’Lulju tal-2007, Gavin White ħareġ il-ktieb Babylonian Star-lore, u minnu ntbaħna b’dan il-fatt: Fil-pajjiżi tal-Mesopotamja, l-istess bħalma kien jiġri f ’Malta ta’ dari, is-sena tal-biedja kienet tibda għal nofs Settembru. F’dak ix-xahar wieħed kien jittama li tinżel l-ewwel xita wara n-nixfa twila tas-sajf. Il-bidwi kien jiftaħ l-art billi jaħratha bil-moħriet, għax il-ħamrija miftuħa tħajjar liż-żerriegħa tal-ħaxix ħażin biex tinbet mal-ewwel ħalba xita. Kif il-ħaxix jinbet u jikber ftit, il-bidwi kien jerġa’ jaħrat biex jaqla’ l-ħaxix ħażin minn għeruqu, bit-tama li jmut qabel jagħmel iż-żerriegħa, u allura ma jerġax jinbet. Wara li jaħrat, il-bidwi jaqbad ix-xatba li semmejna aktar ’il fuq u dak l-għerf biha jxattab l-għalqa ħalli jwitħażnu nies ti l-art, ikisser it-tub u ċ-ċapep qabel il-Grie- tal-ħamrija u, speċjalment jekk ikun qed juża x-xatba tal-imsiemer, iqaċċat u jeqred l-aħħar xitel tal-ħaxix ħażin li forsi jkun baqa’. Dan kollu jiġri fi dħul il-ħarifa, li jaħbat tard f ’Settembru.
Biex issib lil Canopus, jiġifieri lill-Kawkaw, trid titfa’ ħarstek ’l isfel lejn ix-xefaq. Meta ssibha tkun tista’ sserraħ rasek li qed tħares lejn in-Nofsinhar, u dari s-sajjieda kienu jużawha minflok boxxla.
Jiġifieri għandna rabta bejn il-kwiekeb u x-xogħol fl-għelieqi sa mill-ewwel żminijiet? Hekk hu. Jekk tagħti daqqa t’għajn lejn l-istampa talkwiekeb kif kienu jidhru fis-sema tal-Mesopotamja eluf ta’ snin ilu, kif jagħtihom Gavin White fil-ktieb Babylonian Star-lore, tifhmu xi ħaġa fuq d-disinn tal-oroskopu. Konvint li ħafna jafu taħt liema stilla twieldu. Bħal m’għamlu l-Grie-
gi u r-Rumani fl-oroskopu, innies tal-Babilonja taw isem u rabtu karattru ma’ kull kostellazzjoni li raw fis-sema. Jissokta
L-istudjużi ilhom jafu li n-nies tal-Mesopotamja, dik l-art li llum nafuha bħala l-Iraq, kienu minn tal-ewwel li flew is-sema billejl, qassmu l-kwiekeb f’taqsimiet żgħar, taw lil kull taqsima isem, u rabtuha ma’ xi alla jew ma’ xi fenomenu tan-natura skont iż-żmien tas-sena li fih tidher
20
17.05.2020
kullhadd.com
COROKWIŻŻ – KWIŻIS B’DIFFERENZA GĦAL KULĦADD INTERVISTA MA’ RYAN CARUANA U MARIA LUANA FENECH Kitba ta’ ieħa. Tgħallem id-Design and RAMONA PORTELLI Technology fi skola Sekondarja. Il-passjonijiet tagħha huma Dan l-aħħar kull wieħed u waħ- d-drama kemm fit-teatru u da minna sibna ruħna b’aktar anke fuq it-televixin, il-mużiħin liberu minħabba s-sitwazz- ka speċjalment il-pjanu, kif joni tal-COVID-19. B’hekk ukoll il-Malti. Għalkemm ma ħafna qed iqattgħu aktar ħin komplietx l-istudji tagħha f ’din fuq l-internet. Dan l-aħħar fil- il-lingwa nattiva sal-livell Terzfatt skoprejt li żewg għalliema jarju, tipprova tkompli titgħalMaltin ħolqu kwiżż magħmul lem u tevolvi f ’din il-lingwa apposta sabiex dak li jkun biex iżżommha ħajja. “Barra jgħaddi passata tajba u fl-istess minn hekk, sħabi kollha jafuni ħin jitgħallem minnu. Qed nir- bħala l-persuna li norganizza u referi għal Corokwiżż li ħolqu noħloq l-attivitajiet u l-logħob flimkien Ryan Caruana u Maria għal kulħadd. Għaldaqstant Luana Fenech. fl-aħħar ġieni ċ-ċans li nuża Ryan Caruana joqgħod l-kapaċitajiet tiegħi b’dan ilil-Gudja u għandu 31 sena. mod,” bdiet tgħidli Maria LuXogħlu huwa ta’ għalliem tal- ana. Malti fi skola medja tal-Gvern. Jistqarr li għandu numru ta’ Il-mistoqsijiet jeħduhom passatempi li lkoll kemm huma f ’kull kantuniera li teżisti għandhom is-sabiħ tagħhom. fid-dinja Dawn huma l-fotografija, ilgym, l-isports inġenerali, is-sa- Fil-fatt, kemm Ryan u anke far, u l-qari u l-kitba bil-Malti. Maria Luana huwa żewġ għalIħobb jidħak u jferraħ lil ta’ liema u flimkien iddeċidew li madwaru! Il-kampanja taffaxx- joħolqu grupp ħalli ma jħallux inah immens u mal-ewwel ċans dan iż-żmien jiddemoralizzali jsib jara kif jagħmel u jmur na żżejjed. Qed tirreferi għażmixja ħalli jgawdiha. Huwa tip żmien tal-COVID-19 f ’Malta. ta’ persuna li kemm jista’ jkun Dan hu l-grupp tal-kwiżis, iżda jipprova jħares lejn il-pożit- mhux kwiżż fuq il-COVID-19. tiv tal-ħaġa; għalkemm mhux Ħallejt f ’idejhom sabiex jelabdejjem faċli. “Dan iż-żmien oraw aktar fuq xiex jikkonsisti li qed ngħixu huwa eżempju eżatt dan il-kwiżż. “L-isem frisk u ħaj ta’ dan. Iż-żmien tal-paġna huwa, Corokwiżż. tal-COVID-19 qed nipprova Għalkemm ma kienx l-ewwnużah biex nagħmel affariji- el isem li faqqas fil-garigori et li normalment, minħabba ta’ moħħna, ma domniex ma l-ħajja mgħaġġla li ngħixu fiha, wasalna għalih u wellidnieh. ma jkunux possibbli li jsiru jew Il-mistoqsijiet jeħduna f ’kull jekk isiru, isiru f ’ħin limitat kantuniera li teżisti fid-dinja. ħafna,” beda jgħidli fl-intro- Dan għaliex ħafna mill-kwiżis duzzjoni tiegħu Ryan. jikkonsistu minn mistoqsijiet Maria Laura Fenech għand- fuq tagħrif ġenerali, arti u kulha 26 sena u toqgħod il-Mell- tura, ġeografija, sports, storja u
Fil-bidu nett kull persuna li kienet qed tieħu sehem kienet qed tgħid lill-ħbieb tagħha u tħajjarhom jippruvawh. Madanakollu, issa, permezz tal-paġna li ħloqna, qed nilħqu aktar nies mill-isferi differenti tas-soċjetà
anke fuq il-lingwa Maltija,” spjegawli tajjeb. F’dawn l-aħħar jiem, flimkien ma’ numru mdaqqas ta’ ħbieb, kienu qed iżommu appuntament regolari biex joħolqu u jieħdu sehem f ’għadd ta’ kwiżis. Tant intlaqgħu tajjeb bejniethom li issa ddeċidew li jdaħħlu lil nies oħrajn fil-borma wkoll. Il-proċess huwa wieħed faċli ħafna. B’hekk staqsejtu kif saru l-arranġamenti u kif eventwalment bdew ixerrdu l-kelma hemm barra. “Ilkwiżis bdejna nagħmluhom ma’ grupp komuni ta’ ħbieb li għandna. Kull min jieħu l-inkarigu li jagħmel kwiżż jagħmlu bl-akbar serjetà, tant li qabel jibda jkun għamel riċerka. Għaldaqstant, argumentajna u għedna li qed isiru ħafna preparamenti, imma r-riżultat qed jitgawda minn ftit nies għal ftit ħin! Proprju kien għalhekk li ddeċidejna li nimirħu lil hinn u ninkludu aktar nies. Fil-bidu nett kull persuna li kienet qed tieħu sehem kienet qed tgħid lill-ħbieb tagħha u tħajjarhom jippruvawh. Madanakollu, issa, permezz tal-paġna li ħloqna, qed nilħqu aktar nies mill-isferi
differenti tas-soċjetà.” Fil-fatt, għal kull min jinteressah li jissieħeb fil-kwiżż, kulma jrid jagħmel hu li jagħfas fuq il-ħolqa (link) li tintbagħat fil-grupp stess, wara jirreġistra u jipparteċipa b’xejn. Ridt inkun naf kemm-il darba qed isiru fil-gimgħa, kemm-il darba kuljum, u f ’liema ħinijiet eżatt. “Il-kwiżis qed jintlaqgħu tajjeb minn min jipparteċipa fihom. Għalkemm mhix regola ġenerali, qed nippruvaw nagħmlu kwiżż kuljum man-nies tal-paġna. Kull filgħodu qed intellgħu l-ħolqa tal-kwiżż ħalli dak li jkun ikun jaf bih u jkun jista’ jirreġistra għalih mill-ewwel. Bħala ħinijiet, identifikajna żewġ ħinijiet partikolari, is6pm u s-7pm. F’dawn il-ħinijiet qed isiru l-kwiżis tal-ġurnata (li jkunu l-istess). L-idea hi biex min għal xi raġuni jew oħra ma setax jagħmel tas-6pm, ma jitilfux u jkun jista’ jagħmlu fis-7pm. Kif jintemm kull kwiżż qed intellgħu l-klassifika tal-ewwel tliet postijiet, niktbu l-ismijiet u l-punti li jkunu ġabu,” aġġornawni Ryan u Maria Luana. Għal min jinteressah jis-
sieħeb fil-paġna tal-Facebook ta’ Corokwiżż, il-paġna ġġib l-istess isem, Corokwiżż. Jekk ma ssibuhiex din hi l-ħolqa li twassalkom għaliha: https:// www.facebook.com/corokwizz/?modal=admin_todo_tour Kull kwiżż normalment ikun indirizzat l-aktar għażżgħażagħ u għall-adulti, però t-tfal jistgħu jieħdu sehem ukoll bil-għajnuna tal-kustodji tagħhom. L-ammont ta’ mistoqsijiet ma jkunx dejjem l-istess u l-ħin, naturalment, ivarja skont l-ammont u l-ħinijiet li jkun hemm marbuta mal-mistoqsijiet biex jitwieġbu. “Għaldaqstant, biex wieħed ikollu idea, kull filgħodu, xħin intellgħu l-post, navżaw lill-kompetituri, kemm se jieħu ħin ilkwiżż. Ġeneralment jieħu daqs kwarta.” Stedina lin-nies hemm barra sabiex jekk ikollhom xi suġġerimenti, ma joqogħdux lura milli jibagħtuhomlhom Matul din l-intervista, skoprejt ukoll li qed jagħmlu stedina lin-nies hemm barra sabiex
21
17.05.2020
kullhadd.com
jekk ikollhom xi suġġerimenti, ma joqogħdux lura milli jibagħtuhomlhom, u anke jekk jagħmlu xi kwiżż huma, jistgħu jibagħtuhom ħalli jkunu pruvati. Fil-fatt, kull min jixtieq jagħmel kuntatt magħhom jista’ jibagħtilhom messaġġ privat fil-paġna stess u huma jwiegħdu li jikkuntattjawh fl-iqsar ħin possibbli. Fil-fatt, kien hemm xi individwi li għoġbithom l-idea u xtaqu li huma wkoll joħolqu xi kwiżis. “Dak hu l-iskop aħħari tagħna! Nixtiequ nwessgħu ċ-ċirku ħalli jkollna aktar kwiżis ta’ kwalità u għax le, nitgħallmu minnhom ukoll.” Ta’ min jgħid ukoll, li bejn wieħed u ieħor, il-kwiżis jinkludu 40 mistoqsija u kulħadd ikun qed jilgħab kontra xulxin f ’ħin partikolari li jiġi mħabbar qabel lil kull min ikun imsieħeb fil-grupp diġà. Min iwieġeb tajjeb jingħata l-punti u hemm ukoll punti addizzjonali għal min iwieġeb fl-iqsar ħin possibbli. Fl-aħħar nett kulħadd ikun jista’ jara f ’liema pożizzjoni ġie fil-klassifika. Il-kwiżis idumu bejn 15-20 minuta. Mistoqsi min huwa inkarigat minnhom biex iħejji d-domandi għal kull kwiżż ġdid, weġbuni: “Aħna
l-amministraturi flimkien ma’ sħabna noħolqu l-kwiżis. Kif diġà għedt, kull min jixtieq joħloq jikkuntattjana u diment li nkunu ċerti li l-individwi jkunu responsabbli fil-kwiżis li jagħmlu, ikollhom sehem attiv ukoll.” Matul din l-intervista, sirt naf ukoll li tħejjew xi disinji speċjali apposta għal dawn ilkwiżis, grazzi għal Fabio Scicluna tad-disinji fil-fatt. “Kif iddeċidejna li nniedu dan ilproġett, ikkuntattjajna mill-ewwel lil Fabio Scicluna li huwa intiż fil-qasam tad-disinji diġitali. Għednielu kif nixtiequ li jkunu l-istampi u xi jkun hemm miktub u hu, min-naħa tiegħu, għamilhomlna dak il-ħin stess.” Fl-aħħar nett, stedint kemm lil Ryan u lil Maria Luana sabiex iħallu messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Aħna nixtiequ li din il-paġna ssir tal-qarrejja daqskemm hi tagħna. Nissuġġerulhom li regolarment isegwu l-paġna u jieħdu sehem fil-kwiżis. Jekk jixtiequ jgħaddulna xi suġġerimenti, jistaqsuna, jgħaddulna xi materjal jew saħansitra juruna li jixtiequ jsawru xi kwiżż jew kwiżis, jibagħtulna.”
Għalkemm mhix regola ġenerali, qed nippruvaw nagħmlu kwiżż kuljum mannies tal-paġna. Kull filgħodu qed intellgħu l-ħolqa tal-kwiżż ħalli dak li jkun ikun jaf bih u jkun jista’ jirreġistra għalih mill-ewwel
Ryan Caruana
Luana Fenech
22
17.05.2020
kullhadd.com
IL-LAZZARETT TAL-GŻIRA IMMA DAN IL-BINI X’KIEN?
Kitba ta’ Sistema ta’ drenaġġ ma kinitx s-sistema respiratorja. Dawn CLIFFORD GALEA teżisti, il-bliet kienu ffullati it-tnejn kienu joqtlu lill-vittma bin-nies u b’hekk kienet faċli li li tiġi affettwata minnhom fi Qatt kellkom xi dar jew mor- marda tittieħed. Fejn hemm il- ftit sigħat. Barra din il-marda tu għand xi ħadd jgħix f ’post ħmieġ kont issib ħafna insetti u kien hemm marda oħra kerha daqsxejn antik li jingħad li fih ġrieden li jkomplu jġorru l-mard li n-nies kienu jsejħulha l-‘Korjidher il-ħares? F’Manoel Is- magħhom. Marda li kienet la’ u b’hekk dan l-isptar sewa land, hemm l-Isptar Lazzarett, taqbad spiss kemm f ’Malta kif ta’ Cholera Hospital. Meta li minn għajdut ta’ xi nies li ukoll fi bliet Ewropej, kienet faqqgħet il-marda tal-pesta flforsi resqu viċin b’xi dgħajsa il-pesta. Din il-marda kienet 1675, il-Gran Mastru Nichojew niżlu ħdejh għal xi raġuni tiġi mill-ġrieden, u kienet tin- las Cottoner ra li jinbena sptar jew oħra, jingħad li jinstemgħu qasam fi tliet tipi differenti. ieħor aktar ’il ġewwa mill-Lazl-ħsejjes u l-krib ta’ nies qed L-iktar waħda komuni kienet zarett, imqassam bil-kurituri, imutu. Min jaf ?! Forsi jingħad dik Bubonika; li kienet ittella’ 40 kamra, kappella u ċimiterju. hekk biex wieħed ma jersaqx ’l dawriet ħomor u bil-materja fil- Dan kollu sar biex joqogħdu hemm. Imma l-kurżità tegħleb ġisem u wara ftit jiem toqtlok. hemm dawk ix-xwieni kollha u lil kulħadd u ħafna minnkom Kien hemm tip ieħor li taffett- n-nies tagħhom li jkunu ġejjijn jistaqsu x’kien eżatt dak il-bini. wa d-demm u oħra li taffettwa minn pajjiżi infettatti b’xi mard Isimgħu dan li ġej mela! Il-Katidral tal-Imdina kellu biċċa art fil-Gżira, li fl-1643 ilGran Mastru Jean-Paul Lascaris Fil-passat kienet ħaġa komuni li taqbad Castellar ħadha taħt it-tmexxija tiegħu wara li partatha ma’ marda qerrieda u tinfirex mal-pajjiż biċċa art oħra tal-Fiddien. Fuq kollu. Kien hawn ħafna mard differenti din l-art li akkwista bena sptar u appartamenti li sejjaħlu Lazli ħafna drabi kien jiġi mill-fatt li kien zarett. Din il-kelma kienet ġejja hawn nuqqas ta’ sanità. Sistema ta’ minn San Lazzru, li huwa l-qaddis protettur ta’ nies li kienu drenaġġ ma kinitx teżisti, il-bliet kienu morda b’mard infettiv. Fil-passat kienet ħaġa komuffullati bin-nies u b’hekk kienet faċli li ni li taqbad marda qerrieda u marda tittieħed. Fejn hemm il-ħmieġ tinfirex mal-pajjiż kollu. Kien hawn ħafna mard differenti li kont issib ħafna insetti u ġrieden li ħafna drabi kien jiġi mill-fatt jkomplu jġorru l-mard magħhom li kien hawn nuqqas ta’ sanità.
li jittieħed. Wara numru ta’ snin dan l-isptar inbidel u sar ħabs. Fl-aħħar epidemija tal-pesta li faqqet f ’Malta fl-1813, Il-Gvernatur Sir Hilderbrand Oaks, żied mal-Lazzarett ċimiterju ieħor u aktar appartamenti. Mal-medda taż-żmien il-popolazzjoni bdiet tikber u mal-iċken epidemija kienu jmutu ammont kbir ta’ nies. B’hekk fl-1880, il-gvern ħaseb biex dan il-post jiġi rranġat aħjar u mkabbar biex ikun jiflaħ iżomm fih lil dawk li jitpoġġew fi kwarantina meta jaslu minn xi vjaġġ twil u jaħsbu li jista’ jkun hemm xi mard jittieħed fuq il-membri tal-ekwipaġġ jew fuq dawk li jkunu qed jivvjaġġaw fuq il-vapur u l-merkanzija wkoll. Il-kelma kwarantina ġejja mill-kelma ‘quaranta’, li tfisser erbgħin, b’hekk dawk kollha li jidħlu taħt suspett li qed iġorru xi mard, kienu jitħallew f ’dan il-post f ’iżolament għal erbgħin jum. Meta ġie mkabbar il-Lazzarett saru erba’ ċimiterji, f ’wieħed minnhom kien hemm ukoll kappella ddedikata lil San Ġorġ Martri. Iżda qassisin ma kinux imorru jqaddsu fil-kappella minħabba li ħadd ma seta’ jidħol u joħroġ mill-Lazzarett jekk ma jkunx għamel l-erbgħin jum, biex il-
mard ma jinxteridx. Iżda kienet ħaġa diffiċli li f ’post Kattoliku bħal Malta f ’dawk iż-żminijiet, in-nies joqogħdu mingħajr ma jisimgħu quddies fil-festi. Għal dan il-għan inbniet kappella żgħira fuq is-sur ta’ San Mikiel il-Belt, eżatt faċċata tal-Lazzarett, iddedikata lil Santu Rokku, il-qaddis protettur ta’ dawk morda bil-pesta. Din il-kappella kienet f ’idejn il-Patrijiet Kapuċċini. Iżda minħabba l-bogħod li kien hemm bejn naħa u oħra kienet diffiċli li wieħed verament jisma’ x’kien qed jingħad fil-quddiesa. Illum din il-kappella m’għadhiex teżisti għax waqgħet fil-gwerra. Wara Lazzarett kien hemm ġibjun kbir, li kien ġie mqabbad mal-akkwadott ta’ Wignacourt fl-1887. Illum dan il-post m’għadux jintuża biex jinżammu n-nies infettatti b’mard jittieħed fi kwarantina u b’hekk spiċċa bla użu. Illum meta tħares lejn dan il-bini mill-inħawi tal-Belt li jħarsu lejn il-Port ta’ Marsamxett jidher li jinsab abbandunat, għax saħansitra anki partijiet minnu jidhru li qed jaqgħu biċċiet. Wara li sar restawr tajjeb ħafna fuq il-Gżira Manoel u l-bini li hemm fiha, issa jmiss li l-Lazzarett jieħu ftit in-nifs huwa wkoll.
24
17.05.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
ANTIDA Antida, tfajla sabiħa ta’ 26 sena, tiltaqa’ ma’ ġuvni gustuż u mżejjen b’kollox. Dan il-ġuvni, Dario, kien ġej minn familja għanja. Dario u Antida jsiru jinħabbu, iżda wara li tinqabad tqila minnu jibdew l-intoppi… Antida, li kellha qalbha tad-deheb, tiltaqa’ wkoll ma’ Tonio, ġuvni bil-għaqal ħafna, u jsiru jinħabbu verament. Iżda
hawnhekk ukoll jinqala’ l-għawġ… X’se jiġri minn Antida? Kif sabet ruħha tgħix f ’pajjjiż barrani tant ’il bogħod minn Malta? Min kien Noel? Fiex jidħol l-Istitut tas-Sagra Familja? Storja ta’ tfajla li minkejja l-isfortuni li ltaqgħet magħhom f ’ħajjitha, baqgħet miexja ’l quddiem mingħajr qatt ma qatgħet qalbha.
Silta mill-ktieb Il-ġimgħat komplew igerbu, u issa nsibu li Antida diġà kienet ilha xahar u nofs taħdem mad-ditta ta’ Michael. Il-miġja ta’ Antida f ’dak l-uffiċċju mhux kulħadd ħa gost biha. Magħha, hemm ġew, kien hemm żewġ tfajliet oħra jaħdmu, Doris u Angele li bejniethom kienu jmorru ferm tajjeb ma’ xulxin, tant li kienu qishom ħobża u sikkina. Kif konna għedna fil-bidu tar-rakkont tagħna, Antida kienet tfajla ferm sabiħa, u l-ġmiel naturali tagħha qanqal l-għira fiż-żewġ tfajliet l-oħra. L-għira kompliet żdiedet meta kienu jaraw lil Michael jimxi b’dik il-ġentilezza magħha. Biex ikompli jaħraqhom, bla ma kien jaf, Michael ħatar lil Antida bħala s-segretajra tiegħu minflok Lorna li kienet għadha kif telqitlu. Sew Doris kif ukoll Angele kienu qed jippretendu li waħda minnhom kellha ssir is-segretarja, u mhux waħda li għadha ġejja minn barra. ‘Jiena ma nafx kif narah lil Michael. Ikolli ngħid lil Antida kien ilu jafha. X’taħseb int, Angele?’ qalet Doris lil seħbitha. ‘Jien hekk ngħid ukoll. Dan l-aħħar sirt
naf b’xi ħaġa ġdida, tafx?’ ‘X’inhi?’ staqsietha kollha kurżità Doris? ‘Waħda mill-ħaddiema qaltli li Antida għarusa lil ħu Michael... Kont tafha din?’ ‘Le, ma kontx naf... Jiena lil Antida qatt ma kont rajtha qabel. Mela allura jeħtieġ noqogħdu ferm aktar attenti kif nimxu magħha,’ qaltilha Angele. Min-naħa tiegħu Michael, għad li kienu għaddew is-snin, il-ġibda lejn Antida kienet għadha hemm. L-egoiżmu tal-bniedem kultant ikun kbir wisq. Michael, għalkemm kien jaf li Antida kienet l-għarusa ta’ ħuh, ma qagħad iqis xejn. Biex ikompli aktar jaqdiha mill-koxxa, kif ngħidu bil-Malti, Michael qabbad wieħed mill-ħaddiema tiegħu jwassal lil Antida sa ħdejn il-post fejn jaħdem ħuh, biex dan ikun jista’ jwassalha hu saddar. Issa l-folja donnha li kienet inqalbet għal Antida. Fejn sa ftit ilu dejjem kont taraha ħosbiena u mdejqa, issa spiss kienet titbissem u tiċċajta. Imma dan ma kellux idum wisq. Mistoqsija: Għaliex Doris u Angela riedu joqogħdu iktar attenti kif jimxu ma’ Antida?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ANTIDA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 24 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb L-ITTRA TA’ OSAMA huwa: M. MERCIECA - IŻ-ŻURRIEQ
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm tela’ l-persentaġġ tal-ħaddiema li kienu jaħdmu bħala infermieri? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
17.05.2020
kullhadd.com
IL-ĦALFA Kitba ta’ MARY CHETCUTI
Ir-rakkont tal-lum kien ippubblikat għall-ewwel darba fir-rivista popolari “Blackwood’s Magazine,” fil-ħarġa ta’ Jannar 1891. Fl-1936, l-istess storja ġiet inkluża fil-kollezzjoni ta’ kitbiet miġbura minn Lord Charles Halifax taħt it-titlu ta’ ‘Lord Halifax’s Ghost Book’. Jingħad li r-rakkont seħħ tassew u dan setgħu jikkonfermawh tal-inqas żewġ xhieda okulari. Aktar minn hekk, l-istorja seħħet ġewwa Malta. Meta seħħet l-istorja in-narratur (li ma jurix ismu) kien suldat Brittaniku żagħżugħ stazzjonat ma’ reġiment ġewwa Malta u l-kwartieri tagħhom kienu f ’Lintorn Barracks, il-Furjana. Kien tard fix-xahar ta’ April u l-jum inzerta Ħamis ix-Xirka, tard fit-tieni nofs tas-seklu 19. Dakinhar, in-narratur mar iżur ħabib tiegħu fil-kwartieri militari ta’ Verdala, Bormla. Qasam lura lejn il-Belt bil-baħar u minflok mar dritt lejn il-kwartieri tħajjar iżur il-Katidral ta’ San Ġwann imħejji kif kien għall-festi tal-Għid. Il-ħin tar u sakemm wasal il-Furjana laħqu saru l-11 ta’ billejl. Lintorn Barracks kienu siekta ħlief għal ħsejjes ġejjin mill-unika tieqa għadha mixgħula fil-blokka tal-fizzjali. Mid-diskors, in-narratur intebaħ li kienet għaddejja logħba karti u seta’ jagħraf il-leħen tas-suldat Ralph D. (in-narratur ma kixifx kunjom is-suldat) ogħla minn ta’ kulħadd. Is-suldat Ralph D. kien bniedem kariżmatiku, iżda daqstant emigmatiku. Kien raġel twil b’xagħru iswed u par għajnejn li ma jaħarbilhom xejn; aktar minhekk ħadd ma kien jaf xejn dwaru u dwar il-passat tiegħu. Li kien żgur hu li kellu abbiltà straordinarja fil-logħob tal-Billiard filwaqt li ħadd ma kien iġibha żewġ miegħu fil-logħob tal-karti. U mid-dehra dik il-lejla kienet għaddejja logħba karti taħraq għax l-ilħna bdew jogħlew. Peress li kien dawl ta’ qamar, in-narratur lemaħ ukoll figura ta’ raġel twil liebes kollox skur u kellu bħal mantell iswed imdawwar miegħu taħt it-tieqa fejn kienet għaddejja dil-logħba. L-istramberija kienet li dan irraġel deher iħares ’il fuq lejn it-tieqa mixgħula qisu qed jistenna xi ħaġa waqt li jissemma’ x’kien qed jingħad. Hawnhekk, in-narratur jgħidilna li hu baqa’ dieħel f ’kamartu, iżda minflok mar jorqod xegħel sigarett u qagħad ipejpu fit-tieqa tiegħu li kienet tiġi faċċatta tat-tieqa fejn kienu qed jilagħbu l-karti. Ir-raġel taħt it-tieqa kien għadu hemm, jissemma’ u jistenna. F’daqqa waħda, reġgħu bdew jogħlew l-ilħna. Din id-darba nqa-
la’ argument u wieħed mill-parteċipanti beda jakkuża lil Ralph D. li kien qed iqarraq fil-logħob. B’leħen irrabjat, Ralph D. irribatta li mhux minnu li kien qed iqarraq u rebaħ bil-kapaċità tiegħu biss. L-ilħna komplew jogħlew u biex jurihom kemm kien rett, Ralph D. ġibed ħalfa li jekk mhux minnu li kien qed jgħid jirrah jiġi x-xitan u jkaxkru miegħu. Bilkemm kienet għadha ħarġet minn fommu l-ħalfa li r-raġel twil li kien taħt it-tieqa tela’ b’ħeffa liema bħalha fuq ilħoġor tat-tieqa u daħal ġewwa. Mill-kamra nstemgħet twerżiqa waħxija u ftit sekondi wara r-raġel twil reġa’ qabeż għal isfel u telaq jiġri b’Ralph D. mitfugħ fuq spalltu jixher u jissara. In-narratur ra x-xena kollha. Għall-ewwel ħasbu li qed joħlom imma imbagħad induna li dak li ra kien kollu minnu, ġera b’kemm kellu saħħa biex jipprova jilħaq lir-raġel li ħataf lil Ralph D. In-narratur baqa’ skantat kif bniedem qed iġorr persuna oħra fuq spalltu seta’ jiġri b’daqstant ħeffa. Meta r-raġel liebes l-iswed dar il-kantuniera għal ġol-misraħ tal-kwartieri, in-narratur dar warajh iżda quddiemu ra biss il-baħħ. F’kemm trodd salib qam pandemonju sħiħ. Issejħet tfittxija mal-kwartieri kollha filwaqt li nġieb it-tabib militari. In-narratur ġera, bħalma għamlu suldati oħrajn, lejn il-blokka tal-fizzjali sabiex jipprova jifhem x’kien qed jiġri. Fil-kamra fejn kien qed isir il-logħob, innota li l-mejda u
s-siġġijiet kienu maqlubin. Karti tal-logħob u flus imxerrdin ma’ kullimkien filwaqt li daqs nofs tużżana fizzjali kienu ssummati jħarsu lejn xi ħaġa f ’rokna minnhom. In-narratur ħares fid-direzzjoni fejn kienet mixħuta ħarsthom u b’ħasda ra lil Ralph D. mixħut wiċċu ’l fuq mal-art b’għajnejh imberqin u ħalqu miftuh – kien mejjet. Il-fizzjali rrakkuntaw kif inqalgħet tilwima waqt logħba ta’ vingtet-un, fejn wieħed minnhom silet ass tal-ispadi mill-mazz tal-karti u ‘qagħad’. Wara ftit Ralph D. ħareġ ass tal-ispadi ieħor u hawnhekk inqalgħet il-ġlieda li n-narratur sema’ minn kamartu.
Skont il-fizzjali, appena seħibhom għamel il-ħalfa fuq ix-xitan daħlet buffura qawwija ta’ riħ fil-kamra, il-mejda li kienu madwarha bdiet titriegħed qisu qed jagħmel terremot u f ’dak il-waqt raw lil Ralph D. jerfa’ jdejh ’il fuq, jaqa’ lura bis-siġġu b’kollox u jmut. In-narratur tħawwad u kkonfonda għax ftit qabel hu kien jaħlef li ra lil Ralph D. jinġarr fuq l-ispalla tarraġel misterjuż. Saret awtopsja u kien stabbilit li Ralph D. miet wara li ċċartitlu vina minn rasu. In-narratur irrakkonta lis-superjuri tiegħu dak li kien ra. Madanakollu, inkjesta interna kkonkludiet li f ’dik il-lejla ma kienet daħlet u ħarġet
l-ebda persuna li tikkorrispondi għad-deskrizzjoni li ta. Il-każ ingħalaq u l-istorja traqqdet ħalli tfittex tintesa. Biss, in-narratur ma setax jinsa dak il-lejl għalkemm issa beda jiddubita minnu nnifsu – forsi dak li ra ma kien xejn ħlief thewdin ta’ moħħu. Għaddew ftit ġranet oħra u n-narratur ried iżur suldat ħabib tiegħu li kien maqful f ’kamartu maħkum mid-deni rqiq. Naturalment, id-diskors waqa’ fuq ilmewt għal għarrieda ta’ Ralph D. Il-ħabib deher imħasseb u minn taħt l-ilsien staqsa lin-narratur: “Inti rajtu kien hemm raġel liebes mantell twil iswed jinstennieh taħt it-tieqa?”
26
17.05.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
17.05.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 329
V. MIFSUD - MOSTA
Bi 3 Numri 066 162 363 369 485 605 684 690 717 718 773 788 813 837 865
899 B’4 Numri 0106 0403 0799 0974 1156 1230 1260 1681 2087 2716 2744 3522 4108
4470 5402 5463 5522 5572 6000 6058 6099 6354 6401 6664 6665 7357 7782 7817 8167
8624 8697 9388 9396 9617 B’5 Numri 05975 06668 07960 17664 30050 30387 39033 43395 43526
55854 63177 65141 65418 68350 68884 70937 71248 76944 80169 83752 87063 96348 B’6 Numri 016070
068698 177246 401704 452442 474077 584108 663789 681104 685230 970326 973730
1. 4. 7,16. 9,17. 10. 12. 16.
Mimdudin: Kompli l-qawl: Ix-xitwa mara ............. , is-sajf raġel xalatur (5) Riżultat ta’ xi ġlieda? (4) Mhux qiegħed sew (5) Isem (6) Ta’ fiduċja? (6) Ikun hemm minnhom fiż-zoo (6) Ara 7
18,19. 19. 20. 21. 23. 24.
Narawhom fit-toroq (5) Ara 18 Naħat? (5) L-ogħla parti tal-ġisem (3) Ara 12 wieqfa Il-plural ta’ rdum? (5)
1. 2,22. 3,11. 5,13.
Weqfin: Meħlus? (6) Akkumpanja? (6) Kunjom (5) Jiġi qabel l-Għid
6,15. 8. 11. 12,23. 13. 14. 15 17. 21. 22.
il-Kbir (6) Jista’ jsir (9) Partitarju? (9) Ara 3 Ikunu fil-qsari (6) Ara 5 Idaħħlu kemm kemm (6) Ara 6 Ara 9 Stazzjon (3) Ara 2
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Saħħa, 4.Bjut, 7,11.Ċima, 9.AAJ, 1.Skansa, 2,5.Ħajjar, 3,23.Aċċetta, 10.Ċraret, 12.Ċamata, 18,19.Iġġib, 6.Tut, 8.Irraġunat, 12,21M. Ċitru, 20.Użura, 24.Twila 13,16.Miżati, 14.Aġarqim, 15.Żbalja, 17.Tir, 21.Tre, 22.Urt
28
17.05.2020
kullhadd.com
NIBŻGĦU GĦALL-KARUS! Editorjal
Dawn il-Gżejjer tagħna huma mogħnijin bl-esperjenza ta’ drabi fejn fl-istorja moderna t-tkattir tal-ġid, li jkun seħħ wara snin ta’ tbatija, sagrifiċċji u għaqal, jispiċċa jisfuma bħal duħħan minn amministraturi irresponsabbli, xalaturi u egoisti. Partikolarment is-snin li ġew wara bidliet fil-Gvern fl-1962 u fl1987 ħolqu l-antitesi tal-karattru proprju tal-ħaddiem Malti, li sallum għadu magħruf mad-dinja kollha bħala wieħed li jiddistingwi lilu nnifsu mill-bqija, għax hu
bieżel tassew u saħansitra kapaċi jfendi anke f ’sitwazzjonijiet diffiċli. Min hu sinċier u realistiku jiftakar f ’liema sitwazzjoni miżera kien spiċċa pajjiżna f ’Marzu 2013. Ma kinitx lanqas kumbinazzjoni li l-elezzjoni dak iż-żmien ġabret flimkien lill-akbar maġġoranza fl-istorja li remiet lill-Gvern Nazzjonalista. It-tali għażla wasslet biex mhux biss jiddaħħal nifs ġdid fil-mod kif jittieħdu d-deċiżjonijiet, iżda anke jinfetħu kompletament it-twieqi u l-bibien biex jittajjar l-għanqbut li kien qed jifga lill-poplu u l-ġejjieni tiegħu. Id-determinazzjoni talamministrazzjoni Laburista, taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat, għarfet kif iddawwar ir-rotta flaħħar ħinijiet biex il-bastiment Malti ma jinkaljax u b’hekk evitat l-agħar riperkussjonijiet immaġinabbli. Anke jekk xi wħud, inkluż minn fostna, ma kinux għarfu l-viżjoni u lmentaw mill-metodu użat fl-ewwel snin, illum niftaħru
li dik it-tattika kienet strumentali biex fuqha jinbena pedament sod. Grazzi għall-ħidma ma taqta’ xejn biex terġa’ titkattar ilkredibbiltà f ’ġensna, investimenti kbar kienu reġgħu bdew jersqu lejn xtutna. B’miżuri domestiċi, min-naħa l-oħra, il-poplu ġie inkoraġġit biex jerġa’ jkun ħawtiel, mhux l-inqas in-nisa u dawk li kienu saru dipendenti fuq il-benefiċċji soċjali. B’hekk minn sitwazzjoni fejn il-ħaddiem kien tallab għal xogħol u għal xogħol ta’ kwalità, fl-aħħar snin spiċċajna għal qagħda mimlija b’opportunitajiet sbieħ għal karriera u postijiet tax-xogħol li jitkarrbu dejjem iżjed għal impjegati b’esperjenza. Kien b’dan is-sens ta’ għaqda li r-rota ekonomika qabdet ritmu aqwa minn ieħor u l-kejk nazzjonali baqa’ jespandi. Waqt li l-maġġoranza tal-poplu bdiet tgawdi tajjeb ħafna minn dan kollu u ttejjeb il-livell talgħajxien tagħha, il-pajjiż – bħal missier responsabbli – reġa’ beda jġemma’ bil-goff għal meta jiġi
bżonn. Żmien li ġie wkoll! Bis-saħħa ta’ dan kollu, mibni kantun fuq ieħor, pass wara l-ieħor, pajjiżna kien f ’pożizzjoni li fl-aħħar ġimgħat joffri pakkett tajjeb t’għajnuna lin-negozji u l-impjiegi affettwati bil-pandemija tal-COVID-19, kif deskritt bħala l-aqwa wieħed fid-dinja millUniversità ta’ Columbia fi New York. Minbarra hekk, il-familji Maltin kienu fl-iżjed qagħda finanzjarja tajba biex jilqgħu għal spejjeż li ma kinux mistennija minn fost dawk kollha fl-Unjoni Ewropea, kif ħabbar ġimgħa ilu l-Eurostat. L-istess hu mbassar li, kif tgħaddi din il-burraxka kollha minn fuqna, pajjiżna se jkun fost tal-ewwel li jirkupra mid-daqqiet u t-tbenġil li din ikkawżatilna. Dik hi l-istorja vera talaħħar seba’ snin u m’għandna nippermettu lil ħadd jipprova jnessihielna jew ipinġiha differenti. Ma’ kull sebħ għandna nfakkru lilna nfusna u lill-għeżież tagħna li għad hawn min qed jistinka kontinwament u jġebbed
kull fantażija biex, bi skuża jew oħra, iħarbat dan kollu f ’tebqa t’għajn. Tal-Partit Nazzjonalista u talfazzjonijiet fi ħdanu mhux biss ma jaħmlux sa fejn irnexxielu jasal pajjiżna u l-poplu, bl-għaqal u bil-ħidma tiegħu, taħt Gvernijiet Laburisti, iżda jippretendu li dawn ikunu fl-istess miżerja li jinsabu fiha huma. U b’koerenza malistorja, jixorbu demm il-pajjiż u demm l-unika riżorsa li għandu (il-ħaddiem) kemm-il darba jerġgħu jkunu fis-setgħa. Il-mod kif l-amministrazzjoni tal-Prim Ministru Robert Abela wkoll qed tqassam bil-għaqal – u mhux bl-addoċċ – mill-manna għad-dispożizzjoni tixhed ilkuxjenza kbira u soda ta’ min jaf xi trid biex wasalna għallprosperità li llum ġietna komda fiċ-ċirkostanzi. Ħaddieħor lanqas jaf xi skop għandu karus, għax kapaċi biss biex jisparpalja u jiddejjen, waqt li l-piżijiet u r-responsabbiltajiet tal-kontijiet jgħabbihom fuq ilpoplu.