KullĦadd_17.10.2021

Page 1

EKONOMIJA AĦJAR MILL-2012 … ANKE WARA L-PANDEMIJA Il-Ħadd, 17 ta’ Ottubru, 2021

Ħarġa Nru 1,475

Prezz €1

Rapport f’paġna 8

IT-TRAKKA MINN GĦAJNEJN ID-DILETTANTI B’ċertifikazzjoni mill-FIA u ddisinjata mill-esperti rinomati ta’ Tilke, it-trakka nazzjonali f’Ħal Far mhux biss se twettaq il-ħolma għal kull dilettant lokali, imma saħansitra se ġġib f’pajjiżna stess fost l-ogħla kategoriji ta’ kompetizzjonijiet tat-tlielaq tal-motorsport fid-dinja. Staqsejna lil Duncan Micallef, President tal-Malta Motorsport Federation u Champion Ewropew tad-drag racing, u lil Paul Deguara, rappreżentant tar-Racing Motorcycle Club Malta u President tassezzjoni Motocross Malta, għall-veduti tagħhom u kif iħarsu lejn il-ġejjieni ta’ dawn id-dixxiplini sportivi. Rapport f’paġni 18 u 19

AKTAR MINN €20 ŻIEDA FIL-ĠIMGĦA KOPPJI ŻGĦAR U ANZJANI FOST L-AKTAR LI SE JGAWDU MINN INĊENTIVI GĦALL-BŻULIJA U TITJIB FL-GĦAJXIEN Firxa wiesgħa tas-soċjetà se tkun qed tgawdi minn żidiet abbundanti fid-dħul finanzjarju tagħha b’riżultat ta’ miżuri ewlenin imħabbrin fil-Baġit għas-sena li ġejja. Eżerċizzju, li għamilna fl-aħħar jiem, jikkonferma kif il-pjan tal-Gvern, imniedi mill-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Carua­na nhar it-Tnejn li għadda, se jfis­ser titjib qawwi fl-għajxien ta’ bosta, partikolarment dawk fil-faxex t’isfel li se jibbenefikaw l-aktar. Fil-fatt, jirriżulta minn tmien eżem­ pji tipiċi ta’ individwi u familji f’sitwazzjonijiet u f’ċirkostanzi differenti, li se jkun hemm min jiggwadanja minn żidiet li saħansitra jaqbżu l-€20 filġimgħa. Dan hu l-każ għal koppja anzjana li

qabżet il-75 sena u għal koppja b’paga medja li qed tħabrek biex tibni familja. Kontra l-impressjoni li pprovat tagħti l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, iż-żieda li se jgawdi minnha l-poplu mhix sempliċiment biss dik tal-COLA (Cost Of Living Adjustment), li tiġi determinata fuq “basket” ta’ prezzijiet ta’ numru ta’ oġġetti kif stabbilit fi proċedura maq­bula bejn l-imsieħba soċjali kollha fil-pajjiż. Meħud kont ta’ żidiet bażilari, bħall-kum­ pens għall-għoli tal-ħajja, tnaqqis u rifużjoni tat-taxxi, aġġustament fil-pensjoni u tisħiħ tal-Għajnuna Supplimentari, fost ħafna oħ­ rajn, qisna eżempji ta’ kif jistgħu jintlaqtu ċerti anzjani, familji bit-tfal, koppji żgħażagħ, romol, single parents u anke part-timers.

Tkompli f’paġni 4 u 5


02

17.10.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 24°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi t-Tramuntana tal-Libja It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab b’ħalbiet iżolati taxxita Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent Majjistru li jsir varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 25°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

24°C UV 4

KUNTATT ĠENERALI

18°C

Il-Ħamis

24°C UV 4

19°C

24°C UV 4

Il-Ġimgħa

18°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

24°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 4

19°C

25°C UV 4

18°C

24°C UV 4

18°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 Brown’s Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Sharon’s Pharmacy, 6, Triq in-Nadur, Marsaskala – 21637300 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem – 21563017 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

17.10.2021

Kif kien tħabbar mill-Prim Ministru Robert Abela nnifsu, il-Gvern żamm kelmtu mal-pens­jonanti kollha, li se jgawdu minn żieda ta’ €5 fil-ġimgħa – €3.25 żieda addizzjonali u €1.75 għall-għoli tal-ħajja. B’hekk kull pensjonant se jgawdi minn żieda ta’ €260 fis-sena. Din hija żieda lillpensjo­nanti kollha tas-sigurtà soċja­li b’investiment ta’ €24 miljun. “In-nefqa fl-2022 f’benefiċċji soċ­ja­li tqarreb il-€1.2 biljun, fil-maġġoranza pen­sjoni­jiet lil mad­war 95,000 persuna. B’hekk qed ninvestu fin-nies u mhux naħlu l-flus, b’kuntrast mal-Op­ po­żizzjoni li ssejjaħ dan l-investiment ħela ta’ flus u teatrini,” saħaq il-Minis­tru għas-Solidarje­ tà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon f’konfe­ren­za tal-aħbarijiet b’rabta mal-miżuri ta’ baġit ieħor soċjali. F’din is-seba’ żieda infila, kull pensjonant qed jiżdied b’€14.18 fil-ġimgħa meta titqabbel is-sena 2022 mal-2018. Il-Ministru Falzon qal li mhux talli nżam­met il-wegħda tal-ma­ nifest elettorali Laburista, talli din is-somma nqabżet bi kważi d-doppju. Meta wieħed jinkludi ż-żidiet għall-għoli tal-ħajja (COLA), is-somma titla’ bi €11.07 oħra għal €25.25. Fil-fatt, kull pensjo­nant Malti u Għawdxi żdied b’minn tal-inqas €737.36 fis-sena f’żidiet diretti fil-pensjo­ni, meta jqabbel ma’ tliet snin ilu. Jekk magħhom iżid kull kumpens għall-għoli talħajja, iż-żieda totali tammonta għal €1,313. Iż-żidiet fil-pensjonijiet bdew fuq żewġ kategoriji fis-sena 2016 u bdew jingħataw lill-pens­ jonanti kollha mill-2018. Falzon innota li, anke f’pande­ mija, kien hemm tnaqqis ta’ persuni ta’ ’l fuq minn 65 sena f’riskju ta’ faqar u esklużjoni soċjali. Hu qal li, għall-ewwel darba, 1,200 persuna se jibdew jieħdu pensjoni, wara li l-Gvern kompla jindirizza sitwazzjonijiet fejn persuni, għalkemm kienu ħallsu 10 snin bolol, ma kellhomx biżżejjed biex jikkwalifikaw għal pensjoni. Dawn issa se jibdew bl-inq­as rata tal-pensjoni taż-żewġ terzi, jiġifieri madwar €50 fil-ġimgħa.

L-ENFASI MILL-GVERN FL-OQSMA ESSENZJALI GĦAL GĦAJXIEN AĦJAR Il-Baġit 2022 iżomm mat-tema magħżula tiegħu ta’ “Malta li Rridu għal Uliedna” mhux biss għax, bil-miżuri mħabbrin fih, se jkompli jibni fuq il-pożittività li rendew il-baġits ta’ qablu, iżda saħansitra qed jagħmel enfasi partikolari fl-aktar oqsma li huma essenzjali għat-titjib tal-għajxien tas-soċjetà inġenerali. Fil-fatt, ħarsa lejn ħames indikaturi speċifiċi vvotati għas-sena li ġejja f’dan ir-rigward juru titjib qawwi fuq is-sena li għaddiet u qabża ferm akbar meta mqabbel mal-aħħar sena sħiħa ta’ Gvern Nazzjonalista. Fl-2022 il-Gvern se jinvesti €366.5 miljun fl-edukazzjoni, li hu 18% iżjed minn din is-sena li ninsabu fiha. Fl-2022 l-investiment pubbliku fil-qasam edukattiv, li hu wieħed mill-muturi għal kull żvilupp soċjali, se jkun qed jilħaq livell darbtejn u nofs ta’ dak li kien fl-2012. It-titjib sostnut tar-riżorsi edukattivi kien ir-raġuni primarja għaliex l-iskejjel pubbliċi tagħna baqgħu miftuħin matul il-pandemija meta dawk f’pajjiżi oħrajn kellhom jitwaqqfu u ġenerazzjoni ta’ studenti ġew imċaħħdin minn xhur ta’ tagħlim neċessarju. Aktar impressjonanti minn hekk hu t-tkabbir tal-investiment tal-Gvern fil-qasam tas-saħħa. Is-sena li ġejja l-Gvern se jinvesti €897.3 miljun fil-kura tas-saħħa pubblika, li hu wkoll 18% akbar minn dak li se jkun qed jassorbi l-qasam din is-sena u tliet darbiet akbar minn dak li kien iddedikat għalih fl-2012. Dan it-tisħiħ straordinarju tar-riżorsi għas-settur tas-saħħa lokali hu wkoll ir-raġuni għaliex pajjiżna kien kapaċi jkampa tajjeb ħafna fl-isfida eżistenti tal-pandemija tal-COVID-19, waqt li tkomplew jingħataw servizzi tas-saħħa f’livell eċċellenti. F’pajjiżi oħrajn, sistemi tas-saħħa, li kienu diġà taħt stress finanzjarju, spiċċaw biex fallew fl-amministrar tal-pandemija u ċaħħdu liċ-ċittadini minn kura tas-saħħa anke bażika. Qasam ieħor fejn l-amministrazzjoni Laburista mexxiet b’mod eċċellenti kien fit-tqassim tal-benefiċċji tas-sigur­ tà soċjali. Dawn issa jaqbżu l-€1.2 biljun, meta lura għall-2012 dawn kienu jlaħħqu għal madwar €450 miljun inqas. Dan it-tkabbir seħħ minkejja li l-­għad­d ta’ persuni dipendenti fuq l-assis­tenza soċjali u benefiċċji talqgħad naqsu drastikament hekk kif ir-rati tax-xogħol laħqu livelli rekord. Fil-fatt waqt li l-benefiċjarji naqsu, din l-amministrazzjoni żiedet il-ġenerożità tal-benefiċċji b’mod sinifikanti. Waqt li kien qed isir dan l-investiment qawwi fl-edukazzjoni, is-saħħa u s-sigurtà soċjali, amministrazzjonijiet immexxijin mill-Partit Laburista wkoll wettqu injezzjoni bla preċedent fl-infrastruttura tal-pajjiż. Fil-baġit, li għadu kemm ġie ppreżentat, il-Gvern qed jalloka total ta’ €930.9

2012

2021

2022

Edukazzjoni

€157.0M

€311.9M

€366.5M

Saħħa

€330.2M

€758.M

€897.3M

Sigurtà Soċjali

€750.40M

€1,118.1M

€1,213M

Nefqa Kapitali

€397.1M

€799.5M

€930.9M

Piż tad-dejn

65.9%

61.3%

61.8% Ritratt: GARETH DEGIORGIO

PENSJONANTI: IS-SEBA’ ŻIEDA DIRETTA INFILA

Gvern Laburista qed iqajjem mill-ġdid il-fundamenti tal-ekonomija lokali u jtejjeb il-prospetti tal-pajjiż fit-tul

miljun fi proġetti kapitali. Dan hu 16% aktar minn din is-sena u jimplika li l-investiment fl-infrastruttura nazzjonali issa qiegħed qrib id-darbtejn u nofs ta’ dak li kien fl-2012. Wara snin ta’ awsterità, li wasslu lill-infrastruttura nazzjonali ssir piż kbir fuq il-pajjiż, l-investiment qawwi minn Gvern Laburista qed iqajjem millġdid il-fundamenti tal-ekonomija lokali u jtejjeb bl-aħjar mod il-prospetti talpajjiż fuq perjodu fit-tul. Finalment, is-suċċess tal-Gverni­ jiet Laburisti fl-amministrar tal-finanzi pubbliċi hu rifless fil-fatt li, minkejja l-investiment aktar milli rdoppja jew kważi tripla f’xi oqsma, il-proporzjon tad-dejn pubbliku għas-sena d-dieħla se jkun ta’ 61.8% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD), li hu biss ftit aktar minn dak ta’ din is-sena (61.3%). Iżjed minn hekk, dan hu ferm inqas mill-piż tad-dejn ta’ 65.9% li tħallas mill-aħħar Gvern Nazzjonalista. L-amministrazzjoni attwali kienet kapaċi żżid ir-riżorsi b’mod sinifikanti f’setturi ewlenin, waqt li fl-istess ħin ma tkabbarx il-piż tad-dejn. Dan kien riżultat tal-politika tiegħu li saħħet it-tkab-

bir ekonomiku u allura għamlet li dawn l-investimenti kapaċi jsostnu lilhom infushom u joħolqu ċiklu virtwali ta’ ġid li dejjem jiżdied. Amministrazzjonijiet Konservattivi, bil-politika tagħhom t’awsterità, faqqru l-ekonomija minn riżorsi ewlenin biex wasslu għal aktar limitazzjoni­jiet finan­zjarji u ċiklu vizzjuż ta’ servizzi mnaqqsin.

Waqt li kien qed isir dan l-investiment qawwi fl-edukazzjoni, is-saħħa u s-sigurtà soċjali, amministrazzjonijiet immexxijin mill-Partit Laburista wkoll wettqu injezzjoni bla preċedent fl-infrastruttura tal-pajjiż


04

17.10.2021

Tkompli minn paġna 1

KOPPJA ANZJANA (1) John hu miżżewweġ lil Rita u hu pensjonant. Kellu xogħol tajjeb u llum il-ġurnata qiegħed bil-pensjoni massima. Bis-saħħa tal-Baġit 2022 se jgawdi minn żieda fil-pensjoni tiegħu ta’ €5 fil-ġimgħa jew l-ekwivalenti ta’ €260 fis-sena. Minbarra hekk, bis-saħħa tal-ħelsien minn taxxa fuq il-pensjoni, John se jkun qed jiffranka €244 oħra f’taxxa fl-2022. Min-naħa l-oħra, martu Rita ma ħallsitx biżżejjed bolol f’ħajjitha u allura se tkun qed tieħu l-bonus annwali li fl-2022 se jiżdied b’€150 oħra. B’kollox, John u Rita se jieħdu żieda fid-dħul tagħhom ta’ €410 fis-sena jew kważi €8 fil-ġimgħa, waqt li wkoll se jiffrankaw kważi €244 f’taxxa.

KOPPJA ANZJANA (2) Ħu Rita, Karmenu, kien jaħdem ma’ John u għandhom l-istess ammont f’pensjoni. Karme­ nu għandu 80 sena waqt li martu Doris, li bħal Rita tieħu l-bonus tal-bolol li ħallset, se tagħlaq 75 sena. Din il-koppja anzjana se tgawdi miżżieda ta’ €5 fil-ġimgħa fil-pensjoni ta’ Karmenu u mill-iffrankar tat-taxxa fuq l-istess pensjoni, miż-żieda ta’ €150 fis-sena fuq il-bonus tal-bo­ lol u miż-żieda ta’ €50 fuq l-Għotja tal-Anzjani peress li Karmenu għandu 80. Doris se tibda tirċievi t-€300 fis-sena għax se tagħlaq 75. B’kollox il-koppja se tara żieda fid-dħul tagħha ta’ €760 fis-sena jew aktar minn €14 fil-ġimgħa minbarra li se tiffranka €244 f’taxxa.

Minn single parent, li se tara żieda ta’ aktar minn €8 fil-ġimgħa, permezz tal-miżuri tal-InWork Benefit, rifużjoni tat-taxxa u żieda tal-għoli tal-ħajja, għal koppja anzjana li se tiżdied b’aktar minn €20 fil-ġimgħa, grazzi għaż-żieda diretta ta’ €5 fil-pensjoni u ffrankar tat-taxxa, fost oħrajn, dan il-Baġit ikompli jibni fuq baġits preċedenti li wkoll għollew il-livell tal-ħajja f ’pajjiżna. Dan kollu jirriżulta, mingħajr ma ħadna inkonsiderazzjoni għadd ta’ miżuri oħrajn, bħat-trasport pubbliku b’xejn lil kulħadd mill1 t’Ottubru, iż-żieda fil-benefiċċju għall-ingaġġ ta’ carers fid-dar, il-bonus akbar mat-twelid jew adozzjoni tat-tfal, twessigħ tal-faxex filħin għall-użu taċ-childcare centres, it-tnaqqis sostnut fl-ispejjeż fix-xiri tal-ewwel proprjetà, partikolarment jekk tkun f ’żona ta’ konservazzjoni urbana, aktar mediċini b’xejn u sussidju msaħħaħ fix-xiri ta’ vetturi ġodda elettriċi/hybrid u l-eliminazzjoni ta’ dawk antiki, fost ħafna oħrajn. Minn eżerċizzju simili, li konna għamilna wara l-Baġit li kien ippreżentat sena ilu, kien ħareġ ukoll li għadd ta’ familji kienu inċentivati sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura. B’total ta’ erba’ baġits, tlieta li kienu diġà attwati u dak li rajna f ’din is-sena li ninsabu fiha, skoprejna kif benefiċċji, li huma rikorrenti minn sena għal oħra, għollew id-dħul globali ta’ familja b’żewġt itfal b’iżjed minn €4,000 f ’ħames snin u b’mhux inqas minn €3,000 fil-każ ta’ koppja anzjana b’pensjoni minima. Dawn ilaħħqu għal żieda medja ta’ madwar €800 u €600 kull sena rispettivament. Ir-riżultati, li nżammu pjuttost konservattivi, kienu rreġistrati wara baġit ieħor mimli b’miżuri soċjali, anke jekk kien qed jiġi ppreżentat fleqqel tal-pandemija. Għas-sena d-dieħla wkoll, il-Baġit jerġa’ jżid innefqa tiegħu fuq il-benefiċċji soċjali, għas-somma rekord ta’ €1.2 biljun, fil-maġġoranza meħudin mis-seba’ żieda li se tkun qed tingħata lill-pensjonanti (ara paġna 3). Dan kollu jikkontradixxi mal-mod kif kien irreaġixxa Gvern Nazzjonalista fi kriżi oħra, għalkemm ferm iżgħar, dik finanzjarja tal-2008. Dak iż-żmien il-Gvern Nazzjonalista ta’ Lawrence Gonzi mhux biss mexa fit-triq tal-awsterità, iżda flaġella lill-poplu bl-agħar kontijiet u piżijiet u biex jirrimedja kien ta biss vouchers għal ħames bozoz energy-saving. Wegħdi tal-manifest elettorali, bħalma kienet dik tant mistennija tat-tnaqqis fit-Taxxa tadDħul, baqgħet qatt ma twettqet qabel il-bidla fil-Gvern fl-2013. Minbarra hekk, il-pensjonanti kellhom jikkuntentaw biss biż-żieda tal-għoli tal-ħajja, waqt li riedu jkampaw ma’ problemi bħal nuqqas ta’ mediċini u prezzijiet tal-utilita-

PART-TIME u OVERTIME FAMILJA BIT-TFAL Charles u Stefania għandhom żewġt itfal taħt is-16 u waħda b’diżabilità. Charles jaħ­dem malprivat, iżda martu ma taħdimx. Mill-impjieg ta’ Charles għandhom madwar €14,000 fis-sena. Bil-Baġit, Charles se jiżdied mill-inqas €1.75 fil-ġimgħa fil-paga u €200 fis-sena fl-In-Work Benefit. Il-familja se tiżdied ukoll €5 fil-ġimgħa fl-allowance tat-tifla b’diżabilità. Charles hu ħab­rieki u siegħa sahra ma jitlifhiex. Fid-dħul mis-sahra se jiffranka għax it-taxxa se tonqoslu għal 10%. Is-sena d-dieħla se jirċievi wkoll rifużjoni mit-taxxa ta’ €140. B’hekk il-familja se tiżdied mat-€13 fil-ġimgħa jew €692 fis-sena, barra l-iffrankar tat-taxxa fuq l-overtime.

ARMLA Maryanne romlot ħames snin ilu u bdiet tir­ ċievi pensjoni tar-romol (5/6 tal-pensjoni ta’ żewġ­ha) ta’ madwar €8,500 fis-sena. Minn Jannar, minbarra żieda ta’ €5 fil-ġimgħa filpensjoni tagħha, bħal kull pensjonant, se tgawdi żieda oħra bis-saħħa ta’ miżura ġdida li taħseb biex b’mod gradwali l-pensjoni tarromol tiġi daqs il-pensjoni sħiħa ta’ żwieġhom. Is-sena d-dieħla Maryanne tieħu l-ewwel parti ta’ dan l-aġġustament fil-pensjoni li hu stmat li jkun madwar €5 oħra fil-ġimgħa. Minbarra hekk hi intitolata għal żieda ta’ €4.72 fil-ġim­ għa fl-Għajnuna Supplimentari biex b’kollox se tiżdied €14.72 fil-ġimgħa jew €765 fis-sena.

Kyle u Mandy, ilhom għarajjes sena u qed iġemmgħu biex jixtru post. Kyle jaħdem skrivan mal-privat fejn jaqla’ €12,000 fissena u għandu part-time li minnu jaqla’ €6,000 oħra. Mandy ukoll taħdem fil-privat fejn taqla’ mad-€19,000 li minnhom €5,000 huma overtime. Bil-Baġit Kyle se jiżdied mill-inqas €1.75 fil-paga, se jiffranka €300 f’taxxa fuq il-part-time u matul is-sena se jkun qed jirċievi tax refund ta’ €95. Mandy se tiżdied l-€1.75 fil-paga, se tiffranka €450 f’taxxa fuq l-overtime u se tkun qed tirċievi €95 f’rifużjoni tat-taxxa. B’hekk b’kollox bejniet­hom se jkunu qed jaraw żieda fiddħul tagħhom ekwivalenti għal €21.58 filġimgħa jew €1,122 fis-sena.


05

Ritratt: PIERRE SAMMUT / DOI

17.10.2021

ŻIDIET ABBUNDANTI LI JINĊENTIVAW IL-BŻULIJA U JTEJBU L-GĦAJXIEN jiet li jogħlew kull xahar, fost oħrajn. ekonomiku permezz ta’ investiment fl-akbar Waqt li għall-Kap tal-Oppożizzjoni Ber- riżors li għandu pajjiżna – il-kapital uman.” Hu nard Grech dak ippreżentat nhar it-Tnejn kien semma wkoll kif l-iżvilupp ekonomiku jrid jimxi eżerċizzju ta’ Gvern li jaf biss jaħli u jonfoq, il- id f ’id ma’ dak ambjentali u għalhekk dan ilPrim Ministru Robert AbeBaġit iħabbar l-akbar pala ddeskriva l-Baġit 2022 kkett finanzjarju li qatt magħmul min-nies għankellu l-Gvern fil-qasam nies. Dan kien rikonoxxtal-ambjent u s-sostenibut ukoll mir-reazzjonijiet biltà, waqt li jwieżen l-ikpożittivi mill-imsieħba tar lil dawk vulnerabbli u Minn żieda ta’ aktar minn €8 soċjali u għaqdiet oħrajn lil dawk li ġew affettwati fil-ġimgħa għal single mother (ara paġni 6 u 7). ħażin mill-għoli tal-ħajja. Ibbażat fuq għadd għal iżjed minn €20 għal koppja “Għalhekk, l-impresskbir ta’ konsultazzjonijoni li xi wħud, bħall-Opt’anzjani, il-Baġit ikompli jibni jiet li qatt saru lejlet tali pożizzjoni, qed jippruvaw fuq oħrajn preċedenti li wkoll proċess, il-Gvern Laburisjagħtu li l-Baġit se jkun ta’ ta tenna li dan hu baġit piż fuq iċ-ċittadini, dan għollew il-livell tal-għajxien ta’ pajjiż li ħa deċiżjonijiet assolutament mhuwiex ilf’pajjiżna tajbin waqt il-pandemikaż,” iddikjara Caruana. ja u li qiegħed jirkupra Sadanittant għada fisb’aspirazzjonijiet amministrattivi għal-lum u 6:30 p.m. Bernard Grech jippreżenta t-tweġiba għall-ġejjieni. tal-Oppożizzjoni għall-Baġit, waqt li mbagħad Fi kliem il-Ministru għall-Finanzi nnifsu, pitgħada fl-istess ħin ikun hemm ir-replika tal“il-Baġit jiffoka fuq l-importanza tal-iżvilupp Prim Ministru u Mexxej Laburista.

SINGLE PARENT (1) Nathalie hi mara sseparata, b’żewġt itfal ta’ seba’ u ħames snin. Għalkemm sa issa ma taħdimx, hi mara bil-għaqal u tgħix blGħajnuna Soċjali u xi benefiċċji oħrajn. Bissaħħa tal-Baġit 2022, hi għall-ewwel darba se tirċievi ż-żieda għall-għoli tal-ħajja sħiħa. Minħabba li issa t-tfal kibru ftit u hemm diversi servizzi ta’ kura tat-tfal kemm qabel kif ukoll wara l-iskola, Nathalie sabet impjieg u se tibda taqla’ l-Paga Minima. Malli tibda taħdem, mhux se tiqfilha l-għajnuna soċ­jali b’mod immedjat. Anzi, bis-saħħa tat-tape­ ring tal-benefiċċji, fl-ewwel sena hi se tibqa’ tirċievi 65% tagħhom, fit-tieni sena tieħu 45% u fit-tielet sena l-għajnuna tinżel għal 25%. Malli jispiċċa t-tapering, imbagħad Nathalie tkun tista’ tibda tirċievi l-In-Work Benefit, li fil-każ tagħha jkun ilaħħaq it-€3,000 fis-sena fuq żewġt itfal.

PART-TIME (2) Kevin huwa progammatur fit-Teknoloġija tal-Informatika (IT). Minħabba li dan huwa xogħol meħtieġ ħafna, isservizzi ta’ Kevin huma mfittxijin sew tant li hu jaħdem tliet part-time jobs, li b’kollox jammontaw għal 55 siegħa xogħol fil-ġimgħa, bl-ogħla numru ta’ sigħat f’part-time minnhom hu ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa. Sal-lum Kevin qed iħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fuq dawn il-25 siegħa xogħol biss minħabba li hu meqjus bħala l-impjieg primarju tiegħu, bil-konsegwenza li jekk jibqa’ hekk meta jiġi għall-pensjoni, din se tinħadimlu fuq id-dħul minn dawn il-25 siegħa xogħol fil-ġimgħa biss. Bis-saħħa ta’ miżura li tħabbret fid-diskors tal-Baġit 2022, Kevin se jkun jista’ jagħżel li jħallas il-kontribuzzjoni tas-sigurtà soċjali fuq aktar minn part-time wieħed sa massimu ta’ 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa. B’hekk jista’ jserraħ rasu li fil-futur ikollu pensjoni ferm aħjar meta jiġi biex jirtira.

SINGLE PARENT (2) Victor hu single parent u jaħdem fil-privat fejn jaqla’ paga ta’ madwar €15,000 fis-sena. Hu għandu żewgt itfal taħt is-16-il sena li jrid imantni. Bil-Baġit 2022, Victor issa se jiżdied mill-inqas €1.75 fil-paga u €200 flIn-Work Benefit. Matul is-sena se jkun qed jirċievi wkoll rifużjoni mit-taxxa ta’ €140 biex b’kollox se jara d-dħul tiegħu jiżdied bi €8.30 fil-ġimgħa jew inkella kważi €432 fis-sena.


06

17.10.2021

Is-sistema talkontijiet tal-ARMS, li ilha titħaddem mill-2009, se tkun qed tinbidel ma’ waħda aktar ġusta għal kulħadd u b’benefiċċji ġodda

Għotja medja ta’ €10,000 fis-sena lil kull kap ta’ skola tal-Istat biex jgħinu tfal foqra ma jkunux neqsin minn ikel jew riżorsi bażiċi skont il-ġudizzju tagħhom

Ċensiment nazzjonali tal-ħiliet talħaddiema lokali b’investiment ta’ €2 miljun, segwit minn digitalisation audit tal-postijiet tax-xogħol

Fond ta’ taħriġ, li jibda b’€2 miljun, biex jgħin lill-industriji jħarrġu lill-ħaddiema bi programmi li joħolqu huma stess

It-taxxa fuq id-dħul għall-part-timers se tinżel minn 15% għal 10%

L-iskema tal-Equity Sharing fejn il-Gvern joħroġ nofs l-ispiża ta’ xiri ta’ proprjetà estiża għal dawk ta’ 30 sena ’l fuq ukoll

Id-dħul mill-pensjoni ma jibqax jiġi kkalkulat għallfini ta’ taxxa biex aktar persuni jibqgħu jaħdmu wara l-età tal-irtirar

€300,000 fis-sena lill-Fondazzjoni tal-Akkomodazzjoni Affordabbli biex tgħin persuni li ma jikkwalifikawx għal akkomodazzjoni soċjali, imma d-dħul tagħhom ma jippermettilhomx jaċċessaw is-suq tal-proprjetà mingħajr għajnuna

Tneħħija tat-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €750,000 talprezz ta’ proprjetajiet antiki li jinxtraw f’żoni ta’ konservazzjoni urbana (UCA) fit-tliet snin li ġejjin, bi grant ta’ €15,000 lillfirst-time buyers f’Malta u €30,000 f’Għawdex

Tingħata għotja fuq il-valur tal-VAT imħallas sa massimu ta’ €54,000 fuq l-ewwel €300,000 fi spejjeż ta’ restawr fi proprjetajiet antiki f’żoni ta’ konservazzjoni urbana

REAZZJONIJIET POŻITTIVI GĦALL-BAĠIT Ir-reazzjonijiet għall-baġit mill-imsieħba soċjali, NGOs u entitajiet oħrajn kienu pożitti­vi ferm, bħalma kienet dik tal-gazzetti kollha l-għada tad-diskors tal-Ministru Clyde Caruana fil-Parlament u tal-poplu inġenerali. L-unika eċċezzjo­ni kienet l-Oppożizzjoni, il-gaz­zet­ta tagħha In-Nazzjon, u xi għaq­diet magħrufin għall-affiljazzjonijiet intimi mal-Partit Nazzjonalista. Min-naħa l-oħra, il-PN sejjaħ il-baġit bħala wieħed bla ebda strateġija, mingħajr ebda sens ta’ direzzjoni u bla ebda viżjoni. Qal ukoll li dan hu baġit fl-arja bla kredibbiltà. Dejjem skont il-Partit fl-Oppożizzjoni, il-baġit ma joffri ebda viżjoni fuq setturi ewlenin tal-ekonomija. Din li ġejja hi parti mil-kummenti li għaddew dawk li jagħrfu l-ġid tal-eżerċizzju finanzjarju għas-sena d-dieħla. Il-Kamra tal-Kummerċ, Intrapriża u l-Industrija kienet ċara: Dan hu baġit li jinċentiva x-xogħol, b’miżuri li jaraw investiment f’sostenibbiltà amb­ jentali. Il-Kamra tirrikonoxxi li dan kien baġit li tfassal f’xenarju ta’ sfida fiskali. Tfaħħar ukoll li l-Gvern b’dan il-baġit ma tefax aktar piżijiet fuq is-settur privat. Hi nnotat ukoll l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu indipendenti mill-COLA, li permezz tiegħu se jkunu megħjuna l-familji vulnerabbli u li din ma tgħabbix is-settur privat. Tinnota b’mod pożittiv l-ammont sostanzjali ta’ miżuri soċjali li huma mmirati għall-pensjo­ nanti u setturi vulnerabbli oħrajn. Hi tikkummenta wkoll

Ir-reazzjonijiet pożittivi fil-gazzetti kollha tat-Tlieta, għajr għall-ġurnal Nazzjonalista li ħafna mill-miżuri ewlenin li hi pproponiet lill-Gvern, iddaħħlu fil-baġit, b’mod partikolari dawk il-miżuri li jwittu t-triq għal irkupru ekonomiku. Filwaqt li tgħid li xtaqet tara aktar miżuri li jgħinu setturi milqutin mill-pandemija, madankollu tfaħħar il-pożizzjoni tal-Gvern favur il-moralità fiskali. Il-General Workers’ Union iddeskriviet il-baġit bħala soċjalment kuraġġuż. L-akbar trejdjunjin fil-pajjiż qalet li hi ferm sodisfatta li l-Gvern laqa’ 18-il proposta li ressqitlu hi. Fuq quddiem tfaħħar il-miżura li l-ħaddiema tal-kuntrattur jibdew jitħallsu doppju tal-Ħdud li jaħdmu. Turi wkoll sodis-

fazzjon li ddaħħlu miżuri li se jkomplu jinċentivaw ix-xogħol u dħul aktar għall-ħaddiema, fosthom li t-taxxa fuq is-sahra se tinżel għal 15% għal dawk li jaqilgħu sa massimu ta’ €10,000, li t-taxxa fuq ix-xogħol part-time se tinżel minn 15% għal 10% kif ukoll li l-ħinijiet talftuħ taċ-ċentri tac-childcare se jkunu estiżi. Il-GWU tgħid li dan il-baġit se jkompli jtejjeb il-kwalità talħajja tan-nies billi se jwieżen lil dawk li l-inqas li jifilħu, se jpoġġi l-ambjent fuq quddiem tal-prijoritajiet u se jkompli jinċentiva lil min hu bieżel. Tgħid li dan ilbaġit iħares b’mod ħolistiku ta’ kif se titjieb il-kwalità tal-ħajja tas-soċjetà Maltija.

L-Assoċjazzjoni Maltija talLu­kandi u r-Ristoranti (MHRA) tilqa’ l-baġit bħala investiment ċar fil-kwalità tal-ħajja u tinnota b’sodisfazzjon l-inċentivi li jindirizzaw dirett lill-poplu, l-ambjent u l-prosperità, kif filfatt ipproponiet l-Assoċjazzjoni stess lill-Gvern. Apparti li wkoll issemmi l-miżuri li jħarsu l-ħaddiem, tħares lejn it-trasport pubbliku b’xejn lil kulħadd u wkoll l-opportunitajiet ta’ taħriġ biex ikunu mnaqqsa l-lakuni fil-ħiliet, bħala miżuri ċari li jindirizzaw is-setturi tatturiżmu u l-ospitalità. Ma’ dawn iżżid ukoll il-miżuri ambjentali li wkoll iħarsu lejn sostenibbiltà ambjentali f’dawn is-setturi. Tilqa’ wkoll bħala pass

fid-direzzjoni t-tajba l-inċentivi ta’ konservazzjoni u restawr u wkoll it-tisbiħ ta’ żoni meqjusa bħala żoni turistiċi. Anke l-Assoċjazzjoni talIstab­bilimenti tal-Catering (ACE) tqis il-baġit bħala pożittiv, li jiffoka fuq il-prijoritajiet u li fuq kollox jistimula diskussjoni u konsultazzjoni għall-implimentazzjoni ta’ miżuri oħrajn fix-xhur li ġejjin. Tilqa’ l-miżuri taż-żieda fl-istipendji tal-istudenti u wkoll tfaħħar iż-żieda fil-pensjonijeit billi tiddeskrivihom bħala impatt pożittiv fuq is-settur tal-catering. L-ACE wkoll tħares lejn dan il-baġit bħala wieħed li jin­ko­ raġġixxi aktar xogħol bil-miżuri mħabbrin dwar l-overtime u l-part-time. Tgħid li dawn se jgħinu biex jindirizzaw innuqqas ta’ kapital uman li hemm fis-settur tagħhom. Bl-istess mod tilqa’ l-investiment fis-settur edukattiv. Tapplawdi wkoll il-miżuri indirizzati lejn l-ambjent u l-infrastruttura għaliex tgħid li dawn se jwasslu għal pajjiż aktar attraenti għat-turist. L-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA) tfaħħar il-miżuri tal-baġit u ssejjaħlu bħala wieħed li jinċentiva x-xogħol. Tiddeskrivih ukoll bħala baġit li hu ambizzjuż mibni fuq suppożizzjonijiet qawwija u tbassir ottimist. Baġit li għandu l-għan ukoll li jindirizza l-ħtieġa li jinkiseb tkabbir u żvilupp ekonomiku b’titjib tar-riżorsi umani u kwalità tal-ħajja aħjar. Hi faħħret l-as­petti soċjali, bħattnaq­­qis fit-taxxa għall-ħaddiema b’xogħol part-time u kif ilGvern irnexxielu joħloq bilanċ,


07

17.10.2021

Vetturi, bħal minibuses, coaches u trakkijiet, li fuqhom jiġu installati l-pannelli fotovoltajċi jingħataw għotja sa €900

Skema li tassisti lil intrapriżi b’parti millispiża biex jibdlu l-vetturi li jaħdmu bil-fuel għal oħrajn elettriċi jew hybrid

Trasport b’xejn lil kull resident f’Malta u f’Għawdex mill-1 ta’ Ottubru 2022, it-tieni pajjiż fl-UE li se jkollu tali benefiċċju L-SME Tailored Facility tal-Bank Malti għallIżvilupp se tkun estiża biex tinkludi proġetti sostenibbli u ambjentali mis-settur privat

Żona Ekonomika Esklussiva fl-ibħra tagħna biex jiġu esplorati opportunitajiet, bħallenerġija rinnovabbli

L-istipendju tal-istudenti kollha se jiżdied b’10%, waqt li se jibqa’ jingħata anke lil dawk li fl-istess ħin jaħdmu sa 25 siegħa fil-ġimgħa

L-inċentiv fuq sussidju tal-kera se jkun estiż għal numru akbar ta’ negozji li qed iżidu l-ħażniet ta’ prodotti importati minħabba żieda fil-prezzijiet tat-trasport internazzjonali

L-għotja għal xiri ta’ vetturi ġodda li jaħdmu bl-elettriku jew inkella hybrid se tiżdied minn €8,000 għal €11,000 u għal €12,000 f’każ li tiġi użata wkoll l-iskema tal-iskrappjar, li waħedha qed tiġi rdoppjata wkoll għal €2,000 Estensjoni taċchildcare b’xejn għal ġenituri li jaħdmu filgħaxijiet, fi tmiem il-ġimgħa u bix-xifts

Fit-tliet snin li ġejjin se jiġu installati 1,200 charging point fil-pajjiż f’infrastruttura aktar b’saħħitha

Ħolqien ta’ mekkaniżmu ġdid li, indipendentement mill-Cost Of Living Adjustment (COLA), jikkumpensa għal meta f’ċirkostanzi partikolari l-inflazzjoni titla’ ’l fuq sew MIŻURI KOLLHA BAĠIT 2022 https://finance.gov.mt/en/The-Budget/ Pages/The-Budget-2022.aspx FREEPHONE: 80072207

ĦLIEF MILL-OPPOŻIZZJONI billi jgħin lill-ħaddiema bla ma jitfa’ piż fuq l-employers. Il-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija tgħid li b’mod ġene­rali dan il-baġit iżomm bilanċ tajjeb bejn l-isfera soċjali u l-ħti­ġijiet tan-negozji fi ħdan direzzjoni strateġika ta’ sostenibbiltà. Issemmi l-miżura li se tneħħi t-taxxa fuq il-kapital u t-taxxa tal-boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-propjetà li tinsab f’żona ta’ konservazzjoni urbana, propjetajiet li ilhom mibnija għal aktar minn 20 sena iżda vakanti għal aktar minn seba’ snin jew għal dawk il-propjetajiet ġodda li se jibnew bi stil u arkitettura tipika u tradizzjonali. Tgħid li din il-miżura mistennija wkoll tara l-ħolqien ta’ impjiegi ġodda. Il-Kamra għan-Negozji Żgħar u Medji wkoll tilqa’ b’mod pożittiv il-baġit u tgħid li dan jindirizza diversi sfidi li qed jaffaċċjaw in-negozji. Tiddeskrivih bħala spalla tant meħtieġa għan-negozji u l-ħaddiema. B’mod ġenerali tgħid li dan huwa baġit li jħalli aktar flus fil-but tal-poplu, jinkoraġġixxi x-xogħol u l-investimenti. Issemmi wkoll is-sussidju li se jagħti l-Gvern fuq faċilitajiet tal-ħażna biex in-negozji jkunu jistgħu jixtru bi kwantità ogħla bi prezz irħas. L-Assoċjazzjoni Għawdxija għat-Turiżmu (GTA) tħares lejn il-miżuri mħabbra bħala pożittivi għal Malta u anke għal Għawdex. Tgħid li dan huwa baġit li jaħseb ukoll fil-ħiliet tal-ħaddiema, li mistennija żżid u ssaħħaħ l-impjiegi fis-settur turistiku. Fost dawn, il-miżuri tal-In-work Benefit u li t-taxxa

fuq il-part-time niżlet minn 15% għal 10%. Tilqa’ d-diversi miżuri mħabbra u tgħid li dawn mhux biss iżommu l-ħaddiema preżenti fis-settur tat-turiżmu, iżda jħajru karrieri fit-turiżmu. Il-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabilità qalet li l-baġit jinkludi numru ta’ miżuri li jolqtu lill-persuni b’diżabilità. Miżuri bħal dik tal-vawċers għal Occupational Therapy, tijtib fl-iskema dwar eżenzjonijiet/traħħis relatati ma’ vetturi għal persuni b’diżabilità, tneħħija tat-test tal-mezzi tad-dħul fl-assistenza għal diżabilità severa, u żidiet fl-allowances għal tfal b’diżabilità jew familjari li jieħdu ħsieb adulti b’diżabilità huma fost id-diversi miżuri meħuda sabiex il-ħajja tal-persuni b’diżabilità tkompli titjieb. L-Għaqda Maltija Kontra d-Dijabete tinnota l-miżura li l-apparat ta’ moniteraġġ tal-Glukosju Kontinwu (CGMs) se jiġi estiż gradwalment għażżgħażagħ ta’ 17-il sena sa 21 sena. Hija tgħid li xtaqet li dawn ikunu introdotti għall-persuni kollha li jgħixu bid-dijabete tattip 1, irrispettivament mill-età. Żminijietna - Leħen ix-Xellug ukoll tfaħħar il-baġit u tgħid li dan huwa wieħed pożittiv u progressiv fit-trasport pubbliku. Fost oħrajn tilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Gvern għal trasport pubbliku bla ħlas, għal żieda fil-pensjoni minima u għal żieda fil-benefiċċji tax-xogħol. Tirrikonoxxi wkoll id-deċiżjoni li tkun introdotta formula ġdida tal-għoli talħajja li tgħin lil dawk l-aktar fil-bżonn.

Fuq in-naħa l-oħra tal-munita kien hemm il-Malta Union of Teachers (MUT), l-uniku membru mill-imsieħba soċjali li ħarġet ne­gattiva għallbaġit. Titkellem dwar is-settur edukattiv u filwaqt li tinjora ż-żieda fl-istipendji, id-dħul tal-liġi li tirregola l-professjoni tal-edukaturi, l-investimenti fl-infrastruttura edukattiva, fl-apprendistat u wkoll dak tal-immodernizzar ta’ apparat modern f’180 laboratorju, tinjora l-għajnuna lil tfal vulnerabbli, l-estensjoni tas-servizz taċ-childcare b’xejn, li l-eżamijiet tas-SEC se jsiru fl-istess skej­jel fejn kienu jattendu l-istudenti, u miżuri oħrajn, tgħid li l-baġit m’għandux viżjoni għal dan il-qasam. L-ADPD jindirizza l-mi­żuri ambjentali tal-baġit u, waqt li jfaħħar l-investiment fl-affores­tazzjoni, isejjaħ bla sens it-trakka ppjanata għal Ħal Far. Tal-inqas ifaħħar il-miżura tal-fiskalità morali. Il-kandidat indipendenti Arnold Cassola jgħid li l-aktar miżura importanti fil-baġit hi dik tat-trasport b’xejn lil kul­ ħadd. Miżuri oħrajn li jsemmi huma dawk indirizzati lejn persuni vulnerabbli u dawk ambjentali. Minkejja dan, dan l-eredi tan-negattività ta’ Simon Busuttil, juri x-xettiċiżmu kemm dawn se jitwettqu.


08

17.10.2021

EKONOMIJA AĦJAR MILL-2012 … ANKE WARA L-PANDEMIJA 2003-2012

2021

2022

Tkabbir ekonomiku

2.7%

5.7%

6.0%

Rata ta’ inflazzjoni

2.5%

0.7%

1.8%

Tbassir ekonomiku maħruġ mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) fir-rapport tiegħu tal-“World Economic Outlook” jikkonferma li, minkejja l-pandemija, pajjiżna qed jirnexxilu jmexxi aħjar ekonomikament milli kieku kien taħt Gvernijiet Nazzjonalisti. Dan joħroġ minn żewġ tabelli f’dan ir-rapport li jindikaw li bejn l-2003 u l-2012, l-ekonomija ta’ pajjiżna kibret b’rata medja ta’ 2.7% biss. Dan meta fl-2021 u l-2022 skont l-esperti tal-IMF pajjiżna ser jara l-Prodott Gross

Domestiku jikber b’5.7% u b’6% rispettivament. Dawn huma rati aktar mid-doppju ta’ dawk osservati taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Ir-rapport tal-IMF jindika wkoll li filwaqt li l-Oppożizzjoni qed tippontifika fuq l-għoli talħajja, meta l-kelliema tagħha kienu fil-Gvern, l-inflazzjoni f’pajjiżna kienet 2.5%, jew aktar minn tliet darbiet aktar mir-rata preżenti. Anke s-sena d-dieħla huwa mbassar li l-inflazzjoni se tkun anqas minn dik medja taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Fatt ieħor interessanti li joħroġ mir-rapport tal-IMF huwa li filwaqt li taħt Gvernijiet Nazzjonalisti l-għoli tal-ħajja f’pajjiżna kien jikber b’rata ogħla minn dik fil-bqija taż-Żona Ewro, dan m’għadux il-każ fl-aħħar snin. Bejn l-2003 u l-2012 l-inflazzjoni kienet medja ta’ 2.5% f’Malta u 2.1% fiż-Żona Ewro. Din is-sena madwar iż-Żona Ewro l-inflazzjoni ser

tlaħħaq 2.2% skont l-IMF, kontra 0.7% f’pajjiżna. L-esperti tal-IMF qed ibassru li r-rata ta’ tkabbir ta’ pajjiżna se tkun ogħla minn dik fil-bqija taż-Żona Ewro, 5.7% kontra 5% rispettivament. Filwaqt li t-tkabbir fiż-Żona Ewro mistenni jonqos għal 4.3% s-sena d-dieħla, f’Malta dan se jaċċellera għal 6%. Barra minn hekk, ir-rapport tal-IMF jindika li Malta se tkun il-pajjiż fiż-Żona Ewro bl-anqas rata ta’ qgħad kemm din is-sena kif ukoll fid-dieħla. Dan meta r-rata ta’ qgħad mistennija tkun 3.6% fl-2021 u 3.5% fl2022. B’kuntrast, fiż-Żona Ewro, ir-rata ta’ qgħad mhux biss hija ferm ogħla din is-sena, 8%, imma se tkompli tiżdied is-sena d-dieħla għal 8.1%. Dawn il-previżjonijiet saru qabel tħabbar il-Baġit għall-2022, liema Baġit fih diversi miżuri li mistennija jkomplu jkattru l-ġid u joħolqu x-xogħol f’pajjiżna.

STARTUP FESTIVAL F’NOVEMBRU LI ĠEJ Il-Malta Enterprise se torganiz­ za Startup Festival bejn il-11 u t-13 ta’ Novembru li ġej f’Kordin Business Incubation Centre. Il-Festival, li jibbaża fuq l-isforzi tal-entità governattiva fejn jidħlu startups, se jiġbor diversi esperti f’sensiela ta’ workshops li jiffukaw fuq tliet pilastri – is-sostenibbiltà, id-diġitalizzaz­ zjoni u l-innovazzjoni. Kurt Farrugia, Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise, spjega kif ir-rwol tal-korporazzjoni f’dan ir-rigward dejjem qed jiżdied hekk kif dawn l-aħħar snin il-miżuri finanzjarji li toffri Malta saru aktar attraenti, waqt li ssaħħet l-ekosistema fil-portal nazzjonali startinmalta.com li tnediet f’Marzu li għadda. Ma’ dan, l-isforzi se jkomplu jissaħħu hekk kif tħabbar fil-Baġit li l-Malta Enterprise

waslet fl-aħħar diskussjonijiet mal-Aġenzija Residenza Malta biex titnieda Startup Visa. Il-Malta Enterprise se tkun ukoll qed twaqqaf il-Blue Med Hub, li se jkun qed iġib flimkien startups u investimenti fuq l-ekonomija l-blu. Farrugia spjega li Startup Festival hu ċelebrazzjoni hekk kif il-post proprju, li se jkun qed jilqgħu, din is-sena jagħlaq 20 sena minn mindu beda jopera. Il-Malta Enterprise appel­lat biex wieħed iżur is-sit startinmalta.com, jara l-prog­ramm offrut fil-jiem tal-Festival u jirreġistra għall-workshops. Is-servizz tal-Business First li hu l-one-stop-shop tas-servizzi tal-Gvern se jkun preżenti fil-Festival biex joffri gwida u jassisti b’servizzi li jingħataw mill-uffiċini tagħhom fl-Imrie­ħel.



10

17.10.2021

L-“ARTI” TAD-DOMINANZA FIL- Kontra kull prassi demo­kra­ti­ka jew rispett lejn go­ver­­­­nanza taj­ ba, l-“arti” kif l-establishment iżomm id-dominju fil-Partit Nazzjonalista u jaġevola lil min jaqbillu qed terġa’ tiffjorixxi mindu ftit aktar minn sena ilu d-Dar Ċentrali ġiet mill-ġdid taħt il-kontroll assolut tiegħu. Wara l-konġura u l-iskużi kollha biex tneħħa Adrian Delia, avolja kien elett b’mod demokratiku mit-tesserati fl-2017, fl-aħħar jiem il-forzi dominanti marru fl-eżekut­ tiv biex jimbottaw għal tibdil fir-regolamenti tal-proċeduri għall-ħatra ta’ Kap tal-Partit biex jiffavorixxu biss l-interessi tagħhom. Ir-regolamenti, li kien bid­ dilhom Simon Busuttil meta laħaq Kap fl-2013 biex qarri­ bhom għal dawk imħaddna mill-Partit Laburista, kienu ġew taħt attakk minn bos­ ta membri tal-establishment wara li t-tesserati kienu għażlu lil xi ħadd “minn barra” bħalma kien Delia. Iżda, nhar il-Ħadd li għadda, il-MaltaToday irrapportat kif, bla daqq ta’ trombi, l-eże­kuttiv Nazzjonalista għażel li jintro­ duċi sistema li għandha l-għan li “barranin” li jkollhom oppo­ żizzjoni fit-tmexxija tal-Partit ikollhom triq ferm iżjed diffiċli biex jirbħu fil-ġejjieni. Fil-fatt il-Kunsill Ġenerali Nazzjonalista se jkun qed jib­ da juża s-sistema elettorali tas-single transferible vote biex jagħżel iż-żewġ kandidati li jitressqu quddiem it-tesse­ rati fl-elezzjoni li jmiss ta’ Kap tal-Partit. Fi kliem sempliċi, persuni, bħal Delia, li jersqu għall-pożizzjoni, jispiċċaw jeħ­ lu fl-ewwel fażi minħabba li l-wirt tal-voti ta’ kandidati “że­ jda” jaħdem kontrihom u allu­ ra ma jagħmluhiex għall-finali. Il-każ tal-elezzjoni inter­

Tibdil għal “sistema Makkjavelljana”, intenzjonata biex tagħlaq il-bieb f’wiċċ dawk li jisfidaw lill-establishment

na għal kandidat Nazzjona­ lista għal President tar-Reġjun t’Għaw­dex fih innifsu jispjega perfettament it-tali manuvra kif għandu jittajjar kandidat li ma jkunx mixtieq mill-Par­ tit jew ma jiġbidx l-istess linja tal-establishment. Fil-fatt, kif irrapportat din il-gazzetta, ġie orkestrat vot kontra Samuel Azzopardi, li hu magħruf bħala “ta’ Adrian De­ lia”, f’elezzjoni interna f’Awwis­ su li għadda. Azzopardi, b’es­ perjenza twila bħala President tar-Reġjun t’Għawdex, sab tis­ tennieh kompetizzjoni minn tliet kandidati oħrajn tal-istess fazzjoni qrib id-Deputat Chris Said u l-Kap Bernard Grech. Għalkemm kellu l-akbar ap­

poġġ mal-ewwel għadd, Azzo­ pardi ġie żvantaġġjat meta ntirtu l-voti taż-żewġ kandidati bl-inqas preferenzi u l-kandi­ dat l-ieħor tal-istess fazzjoni spiċċa biex qabeż fil-quċċata fl-għadd finali. B’hekk dan ġie magħżul bħala r-rappreżen­ tant Nazzjo­nalista u wara 12-il sena tajjar lil Azzopardi millwiċċ li kien jirrappreżenta lill-Partit fl-elezzjoni tar-reġ­ juni. Eventwalment Azzopardi xorta sfida lill-Partit tiegħu u kkontesta bħala kandidat in­ dipendenti fl-elezzjoni tar-Reġ­ jun t’Għawdex u spiċċa biex kiseb anke l-appoġġ ta’ Kunsil­ lieri Nazzjonalisti Għawdxin li ppre­ferew lilu flok il-kandidat

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

uffiċjali Nazzjonalista. L-istess manuvra issa se tkun tista’ tintuża fil-ħatra talkan­didat favorit għal Kap ġdid tal-Partit meta ssir. Sa qabel dan it-tibdil, kemmil darba jkun hemm iżjed minn żewġ persuni li jikkandidaw ruħhom għall-elezzjoni ta’ Kap, kienu jivvoutaw għalihom ilmem­bri tal-Kunsill Ġenerali billi jindikaw preferenza sin­ gu­lari. It-tnejn li jġibu l-ak­ bar ammont ta’ voti mbagħad jgħaddu għall-vot finali quddi­ em it-tesserati kollha. Bis-sistema l-ġdida, il-mem­ bri tal-Kunsill Ġenerali jintal­bu jindikaw il-preferenza tagħ­ hom għall-kandidati kollha fit-tellieqa billi jagħtu l-“1”

lill-iżjed favorit u jibqgħu neżlin fuq l-ismijiet l-oħrajn fil-polza tal-vot. Il-kandidati l-inqas popolari jiġu eliminati u l-voti tagħhom jiġu trasferiti fuq tat-tieni preferenza, eċċ. Għalkemm l-istess sistema tintuża fuq livell nazzjonali, in­ ternament f’partit faċilment tiġi manipulata b’dannu għal xi kandidat partikolari, eżatt kif seħħ fl-elezzjoni ta’ Samuel Azzopardi. Fi tweġibiet lil ONE News, id-Deputat Beppe Fenech Ada­ mi, li hu parti mill-istess es­ tablishment, qal li dan kollu hu gideb tal-KullĦadd u anke l-istes­s ONE News. Ma riedx jisma’ meta l-ġurnalist qallu li l-aħbar ħarġet fil-MaltaToday


17.10.2021

PN

mhux kif qed jgħid hu. Minflok, id-Deputat tal-Oppożizzjoni, li kien fost dawk li riedu jtajru lil Delia mill-bidu, qal li dawn l-emendi għamlu lill-Partit wieħed aktar effiċjenti. Uffiċjal għoli mill-PN, li tkellem mal-MaltaToday il-Ħadd li għadda, ikkonferma li t-tibdil fil-metodu ġie approvat u adottat mill-Kunsill Ġenerali. Meta pprova jbenġel il-fatt li dan it-tibdil sar bil-moħbi tat-tesserati Nazzjonalisti, il-Kap Bernard Grech innifsu qal li din il-ġimgħa l-eżekuttiv approva t-tali tibdil. Hu kien qed iwieġeb mistoqsija ta’ ONE News. Membru fil-Kunsill Ġenerali u fil-Ku­mi­tat Sezzjonali tal-11-il Distrett tal-PN, minkejja dan, qal lill-MaltaToday li, bit-tibdil, issa bilfors jintgħażlu l-favori­ ti tal-establishment fuq kull “barrani” li jazzarda jisfida. “Li kieku s-sistema kienet fis-seħħ fl-2017, il-Partit kien jirnexxilu jżomm lil Adrian Delia ’l bogħod mill-vot finali tat-tesserati. Membri tal-Kunsill li jkunu kontrih jivvutaw lit-tliet kandidati l-oħrajn u lil dan iħalluh biss bil-voti tal-ewwel preferenza ta’ dawk li jappoġġjawh,” hu qal. Membru oħra tal-Kunsill, li tkellmet ukoll mal-MaltaToday, iddeskriviet il-mossa bħala waħda “Makkjavelljana, intenz­jonata li tagħlaq il-bieb f’wiċċ dawk li jisfidaw lill-establishment. Jagħżlu lil jqaċċtu lil min iridu, mingħajr ma jagħmluha ċara li qed jimblokkaw il-kandidatura tagħhom b’xi mod.”

11


12

17.10.2021

ĊELEBRAZZJONI SPORTIVA FIL-BAJJA TA’ BIRŻEBBUĠA Ilbieraħ is-Sibt fil-Bajja s-Sabiħa ta’ Birżebbuġa ġiet organizzata ġurnata sportiva bil-parteċipazzjoni ta’ diversi żgħażagħ. Din l-attività, li attirat numru ta’ spettaturi, ġiet organizzata minn Sports Team PL bil-kollaborazzjoni tal-Kumitat Lokali Laburista tal-lokal. Min kien preżenti seta’ jsegwi diversi dixxiplini sportivi, fosthom ibburdjar, kayak u aikido. Il-Klabb tal-Waterpolo ta’ Birżebbuġa organizza kompetizzjonijiet għall-atleti ta’ etajiet differenti. Ittella’ wkoll league tal-beachsoccer fejn ipparteċipaw timijiet minn Ħal Qormi, Ħ’Attard, il-Furjana u Birżebbuġa. Waqt l-attività kien hemm ukoll spettaklu mid-dilettanti żgħażagħ tal-BMX.





16

17.10.2021

MALTA TAL-ARTISTI U TAL-KREATTIVI

JOSÉ HERRERA Ministru

Din il-ġimgħa l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ħabbar l-aħħar Baġit ta’ din l-amministrazzjoni. Ħaġa ċara li l-isfond politiku tal-miżuri kollha previsti għas-sena 2022 – Malta li rridu nħallu lil uliedna – żgur laqat is-sensibilità soċjali tas-setturi kollha li jsawru t-tessut soċjo-ekonomiku ta’ pajjiżna. Illum, iżjed minn qatt qabel, id-diskorsi li nisimgħu mis-sħab soċjali ewlenin – mhux f’pajjiżna biss iżda kullimkien fid-dinja – kulma jmur qegħdin jisħqu dejjem iżjed fuq il-ħarsien tal-prospetti u tal-benessri tal-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada. Il-Gvern saħaq li l-pajjiż illi

rridu nħallu b’wirt lit-tfal u liżżgħażagħ tagħna, huwa Malta fejn il-biżlin tabilħaqq jirnexxu, anke jekk jibdew mix-xejn. Malta b’ruħ soċjali li tgħin lil dawk l-iżjed żvantaġġati. Malta kuraġġuża bħal dik illi ma beżgħetx turi wiċċha waqt il-pandemija tal-COVID-19, tant li minflok biss dlam għarfet tara t-tama billi ħolqot opportunitajiet għal kulħadd. Dan huwa sewwasew il-pajjiż illi l-Gvern Laburista jrid jagħti u jħalli ’l dawk kollha li jagħtu kontribut siewi favur it-titjib tal-ħajja taċ-ċittadini tagħna, fosthom, sintendi, l-artisti tagħna. Il-viżjoni progressiva ta’ dan il-Gvern għas-settur kulturali ma twelditx issa ma’ dan il-Baġit, tant illi l-ewwel pedamenti tagħha diġà tpoġġew f’lokhom matul dawn l-aħħar snin ta’ tmexxija, b’mod partikolari fil-manifest elettorali tal-2017. Dik il-ħabta żvelajna sensiela ta’ miżuri ġodda sabiex inkomplu nsostnu l-prospettivi professjonali tal-persuni u tal-organizzazzjonijiet kreattivi. Issa li wasalna fi tmiem din il-leġiżlatura nistgħu ngħidu b’sodisfazzjon – minkejja l-intoppi massiċċi li ħtiġilna nisbqu

tul il-pandemija – li anke f’dan il-qasam diġà wettaqna għadd ġmielu mill-wegħdiet tagħna. Biex insemmi biss ftit, tajna ġieħ lill-Poeta Nazzjonali tagħna Dun Karm Psaila billi kkummissjonajna t-traduzzjoni tax-xogħlijiet tiegħu f’diversi ilsna barranin. Fl-2018 iċċelebrajna b’suċċess il-belt kapitali tagħna bħala l-Kapitali Ewropea tal-Kultura u mbagħad – abbażi tal-legat ferm pożittiv tal-Fondazzjoni Valletta 2018 – ħloqna l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta biex inkomplu nqarrbu l-wirt kulturali tal-kapitali lejn il-poplu. Inawgurajna l-Valletta Design Cluster, spazju ġdid iddedikat lid-disinn u lill-kreattività fil-qalba tal-komunità. Riċenti varajna wkoll skema fiskali biex ngħinu lill-baned tagħna jsiru sidien tal-każini tagħhom. Waqqafna kor nazzjonali filwaqt li saħħejna bil-kbir l-operat tal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, l-iżjed matul il-pandemija. Rajna r-ritorn grandjuż tal-Festival Kanzunetta Maltija Mużika Mużika. Kif ukoll, matul dax-xhur projbittivi mimlija staġnar u inċertezza, nedejna l-iskema kollettiva tal-wage supplement flimkien ma’ 26 skema oħra sabiex nagħm-

lu tajjeb għat-telf finanzjarju mġarrab mill-artisti kaġun ta’ dan l-isfrattu. Il-Baġit 2022 issa ser iwettaq żewġ proposti fejjieda oħra mwiegħda minna lill-persuni kreattivi fil-manifest elettorali 2017. Qabel xejn, mis-sena bażi 2022 ir-rata tat-taxxa tad-dħul għall-artisti kollha ser tkun ta’ 7.5% biss. Iżjed minn hekk, għall-finijiet tat-taxxa taddħul biħsiebna ndaħħlu mekkaniżmu ta’ income averaging li jaqsam l-introjtu tal-artisti full-time bla xogħol regolari fuq tliet snin. Madankollu, f’dan il-Baġit – wara x-xogħfa li lkoll ħadna tul l-imxija tal-COVID-19 – qegħdin immorru saħansitra oltre. Ibda biex vvutajna wkoll mal-miljun ewro għall-ħolqien ta’ skema ta’ garanzija ħalli ngħinu lill-produtturi u lill-promoturi indipendenti jiġbru spejjeż rikoverabbli minħabba restrizzjonijiet soċjali xejn mistennija bħalma kellna fix-xhur li għaddew. Fuq nota simili l-Gvern biħsiebu jkompli jsaħħaħ b’żewġ miljun ewro l-iskema ta’ għajnuna diġà fis-seħħ bħalissa għall-biljetti li jibqgħu mhux mibjugħa kaġun ta’ tali restrizzjonijiet. Flaħħar nett, ser nallokaw miljun ewro oħra għal skema ulterjuri,

immexxija mill-Kunsill Malti għall-Arti, għal proġetti artistiċi indipendenti. Kif jixhed dan il-Baġit, dan il-Gvern kommess li jibqa’ jibni fuq il-ħidma diġà mwettqa billi jissokta jseddaq bil-fatti l-irkupru ta’ dan is-settur tant importanti għat-tessuti soċjo-ekonomiċi u kulturali talpajjiż. F’sintonija mad-diskors tal-Baġit 2022, il-Ministeru tiegħi għandu l-viżjoni tiegħu għal Malta li jrid jibni b’risq l-artisti tagħna. Malta kreattiva b’persuni kreattivi kuraġġużi li ma jagħtux ruħhom b’mirbuħa, għax imwieżna tajjeb, fost ċirkustanzi bħalma kienet il-pandemija. Malta b’infrastrutturi u ekoloġiji kulturali wiesgħa fejn l-artisti ħabrieka jgħixu ħajja dinjituża b’introjtu li tabilħaqq jagħmel ġieħ lill-mestier tagħhom. Fuq kollox, Malta b’miżuri soċjali sodi u b’entitajiet kulturali b’saħħithom illi jiġri x’jiġri ma jħalluhom qatt jaqgħu lura. Tassew, din hija l-Malta li l-Gvern Laburista jixtieq iwerret lil uliedna u l-Malta li jrid, anzi li dejjem ried, jagħti u jħalli lill-artisti tagħna, kemm tal-mument kif ukoll tal-ġejjieni.

ŻGĦAŻAGĦ: IMMEXXU ’L QUDDIEM

MIGUEL CAUCHI Uffiċjal Politiku FŻL

Hu ta’ pjaċir għalija li f’Marzu tal-2020 ġejt innominat u bdejt inservi bħala Uffiċjal Politiku fi ħdan l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Permezz tal-esperjenza li ksibt mill-attiviżmu studentesk u komunitarju tul dawn l-aħħar snin, nemmen li, flimkien mal-bqija tat-tim, nista’ nagħti kontribut siewi u effettiv biex il-vuċi taż-żgħażagħ tibqa’ tkun parti integrali mill-iżvilupp politiku tal-Partit tagħna. Infatti, “Inħarsu ’l Quddiem” kienet it-tema li bħala Forum Żgħażagħ Laburisti tajna lill-aħħar Laqgħa Ġenerali Annwali, u t-tema li adottajna

fil-bidu tal-ħidma tagħna bħala l-Eżekuttiv il-ġdid tal-Forum Żgħażagħ Laburisti. Dawn mhumiex sempliċement kelmtejn inawgurali, imma l-mod li bih nixitiequ naħdmu biex nkomplu niddefinixxu l-fergħa taż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit tagħna. Fil-100 sena li ilu jeżisti l-Partit Laburista, iż-żgħażagħ minn dejjem kienu protagonisti u dan għaliex, fost l-oħrajn, il-Partit Laburista dejjem ħares ’il quddiem u dejjem adotta politika li biha ħass li seta’ jibni Malta aħjar għall-ġenerazzjonijiet futuri. Id-determinazzjoni tiegħi u ta’ sħabi hi li nkunu żgħażagħ protagonisti – fi kliem il-Prim Ministru: “il-wiċċ li jrid jibdel lil dan il-pajjiż”. Iż-żgħażagħ huma l-futur daqskemm huma l-preżent. Aħna ż-żgħażagħ, aħna l-futur għaliex għandna l-entużjażmu u l-enerġija li nħossu li għada jappartjeni għalina. Il-ħsieb tagħna ż-żgħażagħ fuq il-futur hu naturali: ilkoll naħsbu dwar l-istudji li nixtiequ nagħmlu, il-professjoni li nixtiequ naqbdu jew bidla fil-karriera li nixtiequ nagħmlu, il-familja u dwar kif irridu naraw lil pajjiż na. Aħna ż-żgħażagħ aħna l-preżent għax

il-futur nibnuh bil-lum u llum. Hu inutli li noqogħdu nżommu l-opinjonijiet tagħna għalina u ninħlew nargumentaw fuq il-midja soċjali mill-moħba tagħna wara skrin: biex tassew nagħmlu d-differenza bl-opinjoni tagħna jeħtieġ inwassluha fil-fora adattati u niddiskutuha ma’ oħrajn. Kif diġà wrejna f’dawn l-aħħar xhur u kif se nuru fix-xhur li ġejjin, il-Forum Żgħażagħ Laburisti hu l-forum li qed joffri spazju lilna ż-żgħażagħ biex niddibattu l-opinjoni tagħna ma’ oħrajn, nitkellmu dwar dak li jirrigwardana jew jikkonċernana, dwar dak li qed jaffettwa lill-komunità u lis-soċjetà tagħna. Kien dan li sawwar lill-Partit Laburista fil-familja wiesgħa u rappreżentattiva li hu llum. Apparti minn hekk, nixtieq li fil-ħidma tagħna bħala forum dejjem ikollna aktar individwi li jagħżlu li jipparteċipaw għaliex kull wieħed u waħda minna għandu dak it-talent uniku li bih jista’ jagħti jew tista’ tagħti kontribut. Il-kontribut ta’ kull wieħed u waħda minna hu importanti għaliex biex insawru politika relevanti li kapaċi tikseb il-fiduċja tan-nies, din trid

tkun magħmulha minn nies differenti li ġejjin minn sfondi differenti. Is-suċċess tal-politika jiġi, fost l-oħrajn, mill-fatt li din ma tkunx ġiet magħmulha minn xi erba’ min-nies imma min-nies li ħa jiġu affettwati biha. Mill-aspett politiku, il-ħidma tagħna bdiet permezz tal-impenn li nippreżentaw manifest elettorali għaż-żgħażagħ lill-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Il-ħidma fuq dan il-manifest se nkunu qed nagħmluha permezz tad-diskussjonijiet dwar diversi kwistjonijiet politiċi, anki wħud li jistgħu jiġġeneraw kontroversja. Komuni għad-diskussjonijiet li se nkunu qed immexxu hija l-perspettiva li minnha se nħarsu lejn kull suġġett: ntejbu l-għajxien u l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin, punt li l-Prim Ministru u l-Mexxej Laburista Robert Abela jħobb jirreferi għalih u jsemmi bħala l-għan tat-tmexxija tiegħu. Il-ħidma taż-żgħażagħ fil-Partit Laburista, b’mod partikolari f’dawn l-aħħar 70 sena kemm ilha mwaqqfa l-fergħa, kienet ikkaratterizzata proprju millħsieb li l-ħidma politika tirriżul-

ta f’għajxien u kwalità tal-ħajja aħjar. Anki f’temi li aħna kuraġġużi nistudjaw u nitkellmu dwarhom, aħna se nħarsu lejhom mil-lenti li nagħmlu l-ġid u nissalvagwardjaw il-ħajja u d-dinjità tagħna – u dan bħala riflessjoni tal-kburija tagħna bir-ruħ soċjali u l-għeruq soċjalisti tagħna. Fl-opinjoni tiegħi l-istil tal-politika tagħna mhix li nippruvaw nispjegaw x’nemmnu u x’naħsbu billi nippuntaw subgħajna lejn ħaddieħor u ngħidu x’ma naħsbux u x’ma nemmnux, jiġifieri l-attitudni tal-jien u int u l-int u jien. L-istil tal-politika tagħna hu dak li niddjalogaw ma’ min ma jaqbilx magħna u filwaqt li nispjegaw lil ħaddieħor x’nemmnu u x’naħsbu, nisimgħu l-opinjoni ta’ ħaddieħor. B’din l-attitudni mmexxu ’l quddiem – u ħaddieħor isegwi warajna. B’hekk nagħmlu mill-politika battalja tal-ideat. Tistgħu ssegwu l-ħidma tiegħi fuq facebook.com/ Miguel.Cauchi.mt u kull min jixtieq jissuġġerixxi kwistjonijiet li nistgħu niddiskutu jew jgħaddilna l-opinjoni tiegħu jew tagħha, jista’ jiktbilna fuq l-email uffiċjali: info@fżl.org. mt.


17

17.10.2021

FONDI EWROPEJ GĦAS-SOSTENN TA’ BAĠIT AMBJENTALI U SOĊJALI

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

Ftit tal-ġimgħat ilu lqajna fostna lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursulu Von der Leyen u dakinhar kienet iddeskriviet il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza li ressqet Malta bħala l-aktar pjan ambjentali minn fost il-pjani tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Baġit għas-sena d-dieħla li ressaq nhar it-Tnejn li għadda l-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana jkompli jikkonferma l-impenn tal-Gvern Laburista favur l-ambjent. Huwa ħabbar għadd kbir ta’ inizjattivi ambjentali kollha mmirati biex nilħqu l-miri tagħna u tal-Unjoni Ewropea għat-tnaqqis fl-emissjonijiet

minħabba t-tibdil fil-klima u anke biex il-poplu tagħna jgħix f’ambjent aħjar u sostenibbli. Is-sena li għaddiet irnexxielna niksbu l-allokazzjoni rekord ta’ €2.27 biljun mill-Unjoni Ewropea għas-snin 2021-2027. Minnhom għandna €320 miljun f’għotja diretta, iddedikati għall-Pjan tagħna għall-Irkupru u r-Reżiljenza li ftit tal-jiem ilu ngħata l-aħħar approvazzjoni uffiċjali tal-Unjoni Ewropea waqt laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, li għaliha kont preżenti fil-Lussemburgu. Fi ftit ġimgħat oħra għandu jasal pajjiżna l-ewwel pagament ta’ €41 miljun minn dawn il-Fondi biex nibdew nimplimentaw ilpjan tagħna li 54% tiegħu huma ddedikati għall-ambjent. Huwa bis-saħħa ta’ dawn il-fondi flimkien ma’ programmi ta’ fondi oħra tal-Unjoni Ewropea u fondi maħruġa millGvern li se nkunu qed inwettqu l-parti l-kbira tal-inizjattivi ambjentali li tħabbru nhar it-Tnejn fil-Baġit għas-sena d-dieħla. Fost dawn il-proġetti nsibu l-isforzi tal-Gvern biex innaqqsu kemm jista’ jkun ittniġġis ikkaġunat mit-trasport. Il-miżura li żżid is-sussidju fuq ix-xiri tal-karozzi elettriċi sa

massimu ta’ €12,000 hija intiża biex aktar nies jitħajru jibdlu l-karozzi tagħhom għal dawk elettriċi jew plug-in hybrid. Hemm diversi inċentivi dwar il-karozzi elettriċi marbutin mal-ħelsien mill-ħlasijiet tat-taxxa tar-reġistrazzjoni ta’ dawn il-karozzi. Fondi Ewropej se jkunu qed jgħinu wkoll fl-installazzjoni ta’ 1,200 charging pillar madwar il-pajjiż kollu biex ikun aktar faċli għas-sidien tal-vetturi elettriċi biex jiċċarġjawhom. Anke l-miżura biex it-trasport pubbliku jsir b’xejn għallMaltin u l-Għawdxin b’seħħ mill-1 ta’ Ottubru tas-sena d-dieħla għandha titqies bħala inizjattiva oħra ambjentali għaliex dan jista’ jwassal għal

tnaqqis fl-użu tal-karozzi privati. B’żieda ma’ dan, se jkomplu l-isforzi tal-Gvern biex jintużaw mezzi alternattivi ta’ trasport, fosthom dak bil-baħar u għal dan il-għan se jinbena moll ġdid fl-inħawi ta’ San Pawl il-Baħar li permezz tiegħu jkun jista’ jibda servizz ġdid ta’ trasport bejn din il-lokalità u postijiet oħra. Issemmew ukoll fid-diskors tal-Baġit xogħlijiet li se jsiru f’diversi skejjel. Insemmi hawn bħala eżempju l-bini mill-ġdid tal-Iskola Primarja tal-Imsida li permezz ta’ Fondi Ewropej se tkun kampjun ta’ skola li tkun kważi ħielsa għalkollox mill-emissjonijiet tal-karbonju. Xogħlijiet fi skejjel oħra se jsiru bil-għan li dawn jaħdmu b’aktar effiċjenza fl-użu tal-en-

Huwa bis-saħħa ta’ dawn il-fondi flimkien ma’ programmi ta’ fondi oħra tal-Unjoni Ewropea u fondi maħruġa mill-Gvern li se nkunu qed inwettqu l-parti l-kbira tal-inizjattivi ambjentali

erġija. Mhux fil-qasam ambjentali biss il-Fondi Ewropej se jkunu ta’ sostenn għall-Baġit tas-sena d-dieħla. Issemmiet ħafna l-enfasi li jeħtieġ issir fuq it-tagħlim u t-taħriġ għaż-żgħażagħ tagħna biex ikomplu jitgħallmu jew jitħarrġu wara li jagħlqu s-16-il sena. Hemm imbagħad diversi inizjattivi biex pajjiżna jkompli miexi fid-direzzjoni lejn il-qalba diġitali bi proġetti bħal dak tad-diġitalizzazzjoni tar-Reġistru Marittimu. Fil-qasam tassaħħa Fondi Ewropej se jkunu ddedikati għall-bini ta’ Sptar għall-mard mentali akut u għall-bini ta’ Ċentru ġdid tadDemm, Ċelloli u Tissues li jkun wieħed tal-ogħla livell. Il-Baġit għas-sena d-dieħla huwa wieħed b’viżjoni ċara ta’ kif dan il-Gvern irid imexxi lil pajjiżna ’l quddiem. Qed jurina t-triq kif se ngħollu l-livell tal-għajxien tal-poplu tagħna, kif ikollna pajjiż li jirrispetta u jtejjeb l-ambjent li qed ngħixu fih. Ressaqna viżjoni li tieħu ħsieb lil dawk li ħadmu qabilna, lill-pensjonanti tagħna, li jgħin lid-dgħajjef iqum fuq saqajh. Huwa Baġit li tfassal min-nies, għan-nies li wera tassew x’inhu l-pajjiż li rridu nħallu lil uliedna.

BAĠIT LI TA ĦAFNA U LI MA ĦA XEJN LURA

NIGEL VELLA

Għal darb’oħra, Baġit imressaq minn Gvern Laburista kien Baġit li ta ħafna lill-familji Maltin u Għawdxin u n-negozji, iżda li ma ħa xejn lura. Dan kien Baġit ieħor mingħajr taxxi. Mingħajr taxxi minkejja li d-dinja tinsab fl-agħar kriżi mit-tieni gwerra dinjija ’l hawn. Din mhix xi ħaġa sempliċi li ssir. F’sitwazzjoni bħal din l-aktar ħaġa faċli li tagħmel hija

li tagħmel bħal dak li għamlet l-aħħar Amministrazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, li biex tiffinanzja d-dħul ta’ Malta fl-excessive deficit procedure, kellha tnaqqas il-baġit tagħha minn oqsma importanti bħas-saħħa u l-edukazzjoni filwaqt li żżid piżijiet bla preċedent fuq il-familji. Il-pjan finanzjarju u ekonomiku li ressaq il-Gvern huwa fost l-iktar pjani soċjali u ambjentali ambizzjużi qatt imressqa. Fl-istess waqt huwa pjan li jħares ’il quddiem, li għandu viżjoni, li jaħseb f’għada daqskemm qed jaħseb fil-lum. Jiena ngħid li permezz ta’ dak imressaq mill-Ministru Clyde Caruana, il-Partit Laburista reġa’ wera kemm huwa fidil lejn l-ideali u l-għeruq soċjal-demokratiċi tiegħu. Li jħabbrek u jaħdem qatigħ sabiex jassigura ġustizzja soċjali billi jara li jgħin l-aktar lil min jiflaħ l-inqas. Reġa’ kien hemm żieda

oħra fil-pensjonijiet. Is-seba’ waħda infila. Il-pensjonanti kollha se jgawdu minn żieda ta’ €5 fil-ġimgħa li tinkludi ż-żieda fil-COLA u dan kollu qed isir b’investiment ta’ €24 miljun. Ma’ dawn aktar għajnuniet fiskali lill-pensjonanti skont il-pensjoni speċifika tagħhom filwaqt li se jkomplu jiżdiedu l-mediċini li jingħataw b’xejn lil dawk li jifilħu l-inqas. Se tiżdied l-għajnuna lil persuni b’diżabilità filwaqt li se jingħata t-trasport b’xejn minn Ottubru 2022. Fuq hawn wieħed irid jagħmel punt. Il-fatt li se jingħata t-trasport xejn mhijiex sempliċement miżura marbuta mat-trasport, iżda fl-istess ħin hija miżura ambjentali. Hija miżura ambjentali għax fl-aħħar mill-aħħar se jkun hemm inqas nies li jużaw il-vetturi tagħhom biex jagħmlu l-qadi tagħhom b’mod sussegwenti inqas emissjonijiet u dħaħen. Kif qal il-Prim Ministru

Robert Abela stess, dan huwa Baġit li jwettaq ġustizzja soċjali u joħloq l-opportunità f’ambjent isbaħ. Hawn ta’ min isemmi l-ambjent. Qabel xejn, l-għadd ta’ inċentivi mhux żgħar sabiex il-ħafna propjetajiet vojta u mitluqa, speċjalment dawk fil-qalba tal-ibliet u l-irħula Maltin, ikunu finalment ikunu jistgħu jinxtraw u jingħataw lura l-karatteristiċi tagħhom bl-aħjar mod possibbli. Ma’ dawn proġetti ta’ afforestazzjoni bħal dak filpark tal-Inwadar, pulmun għan-naħa ta’ isfel tal-pajjiż. Huwa ċar li l-proċess preparattiv ta’ qabel il-Baġit sar sew u bir-reqqa. Kien ċar li l-Gvern sema’ tabilħaqq dak li kienu qed jgħidulu l-imsieħba soċjali u fuq kollox dak li kienu qed jgħidulu n-nies. Li kieku ma kienx dan il-każ, ma kienx ikun hemm ir-reazzjonijiet li rajna wara l-Baġit. L-ebda Gvern ma jista’

jwettaq id-differenza fil-ħajja tal-familji tiegħu kemm-il darba dan ma jkunx fehem u sema’. Dan il-Gvern huwa ċar li jdejh qiegħda fuq il-polz tal-Maltin u l-Għawdxin u minkejja li mhux kollox huwa perfett, żgur aktar minn qatt qabel kemm min imexxi jaf xi jridu n-nies. Jaf li l-istudenti kellhom bżonn aktar għajnuna u għalhekk żied l-istipendji b’10%. Jaf li ż-żgħażagħ li qed jixtru l-ewwel propjetà tagħhom riedu spalla u l-Gvern estenda l-miżura tal-first-time buyers u qed jgħin fi skemi oħra. Jaf li fil-familji jridu aktar spazji miftuħa u ambjent aktar san biex irabbu lil uliedhom fih u ta Baġit ambjentali. Jaf li dawk li jifilħu l-inqas kellhom bżonn aktar imbuttatura u ta l-iktar Baġit soċjali. Dan huwa Baġit li ta ħafna imma ma ħa xejn. Dan huwa Baġit li jassigura pajjiż li jixraq lil uliedna.


18

17.10.2021

IT-TRAKKA TA’ ĦAL FAR MINN GĦAJN Bl-aħbar li se tiġi żviluppata trakka professjonali għall-użu, fost oħrajn, tat-tlielaq talkarozzi u tal-muturi f’Ħal Far, fejn diġà hemm il-faċilitajiet popolari tal-kwart ta’ mil u l-karting, l-interess u l-mistoqsijiet mid-dilettanti għadhom ma waqfux. Għal dan ir-rigward, tlabna żewġ rappreżentanti prinċipali tal-motorsport lokali u dilettanti lokali – DUNCAN MICALLEF, President tal-Malta Motorsport Federation u Champion Ewropew tad-drag racing, u PAUL DEGUARA, rappreżentant tar-Racing Motorcycle Club Malta u President tas-sezzjoni Motocross Malta – biex iwieġbu ftit mistoqsijiet relatati mat-twettiq ta’ din il-ħolma. L-aħbar li, fl-aħħar, il-pajjiż se jkollu trakka professjonali għat-tlielaq tal-karozzi u l-muturi xi tfisser għall-organizzazzjoni li int tirrappreżenta u d-dilettanti membri fi ħdanha? Dan il-proġett tant mistenni kellu l-appoġġ ta’ nies diġà warajh għal dawn l-aħħar għexieren ta snin. Kien hemm dilettanti li ilhom jippreparaw anke l-karozzi tagħhom bil-ħolma li jkollhom trakka. Kien hemm ħafna oħrajn li baqgħu joħolmu u llum m’għadhomx magħna. Bilfors li jien, bħala President tal-Federazjoni tal-Karozzi – għalkemm m’iniex tal-muturi, xorta qegħdin fl-istess familja, kont emozzjonat iżżejjed meta l-Prim Ministru Robert Abela ħabbar ilproġett fis-27 ta’ Settembru li għadda. Issemma li t-trakka se tagħti l-opportunità li pajjiżna jiddaħħal fiċ-ċirkwit ta’ kampjonati internazzjonali. Liema livell u x’tip ta’ tlielaq jistgħu jieħdu sehem fuq it-tip ta’ trakka li se jkollna? Korrett ħafna. F’April tal-2023 ħa nkunu qed nospitaw l-ewwel avveniment tal-Kampjonat Ewropew tad-Dragracing taħt il-kappa tal-FIA. Dan qed jurina biċ-ċar li l-FIA qiegħda tistenniena bi ħġarha biex Malta tkun parti mill-pjani tagħha u fuq il-mappa tal-motorsports. Mhux biss, imma dan għadu bidu. Kif ikollna l-proġett lest ħa nkunu nistgħu nospitaw erba’ dixxiplini ta’ livell internazjonali, fosthom drag, karting, circuit u drifting. Iċ-ċirkwit ikun jista’ jospita sa livell ta’ Formula 4 jew GT3, b’ċans kbir li anke Formula 3. Dan inkluż karozzi GT bħala livell internazzjonali. Però nazzjo­ nali nkunu nistgħu nospitaw lil kulħadd, minn karozzi sa muturi ta’ kwalunkwe livell. Dan hu importanti biex il-proġett ikun qed jutilizza l-massimu tal-kapaċità li jista’ jieħu matul is-sena biex inkunu nistgħu wkoll inżommu lil kulħadd kuntent. Bis-saħħa t’hekk, il-proġett jibqa’ miżmum fl-ogħla livell bis-saħħa tal-introjtu li jkollu. Trakka b’wisa’ ta’ 11-il metru u 14-il metru u dritta ta’ kważi 500 metru, kif tqabbilhom ma’ oħrajn fl-

Ewropa? Dan hu punt ieħor importanti li qajjem ħafna dubji. Meta għandek disinjaturi bħal Tilke, li huma fost l-aqwa fid dinja u li s-saħħa tagħhom hi li jiddisinjaw trakki tal-F1, bla dubju dawn in-nies se joqogħdu attenti xi proġetti jaċċettaw biex jipproteġu r-reputazzjoni tagħhom. Meta għandek kumpanija bħal din tappoġġja ċ-ċirkwit tagħna, naħseb għandna nkunu onorati. Iżda mhux dik biss. Iċ-ċirkwit ġie ddisinjat li jkollu 12-il dawra, sitta xellug u sitta lemin. Minbarra li għandek 500 metru straight, din se tkun qed iġġiegħel lis-sewwieq imur mal-limitu għal breaking. Ħa jkun hemm ukoll diżlivelli fiċ-ċirkwit li dawn ukoll ikunu qegħdin jittestjaw is-sewwieq b’kemm saħħa għandu jdur u meta għandu jaqbad jaħseb biex jieqaf. Se jkun hemm kantunieri fejn iduru b’aktar minn 100 km/h. Dawn kollha għandu bżonnhom sewwieq biex ikun jista’ jipprattika fiha u jkun ippreparat kif suppost qabel ma jtellaq barra minn xtutna. Din kienet l-aktar ħaġa importanti li jkollna fiċ-ċirkwit. Mhux kemm hu twil, imma t-teknika li trid tuża fih waqt il-lap. Punt ieħor importanti hu l-wisa’ tat-trakka. Minn 11 sa 14-il metru, mhux biss se tkun komda biex tkun tista’ taqbeż karozza oħra b’mod sigur, imma tajjeb li ngħidu li dawn il-miżuri huma aktar minn dawk ta’ ċerti trakki tal-Formula 1, li fosthom hemm b’disa’ metri wisa’ biss u jintużaw għall-F1 xorta! Jiġifieri aħna se jkollna ċirkwit magħmul għallbżon­nijiet tagħna l-Maltin u dik hi primarja. Imbagħad għandek il-homologation li dak hu ċ-ċertifikat li joħroġ mill-FIA li jikkonferma li ċ-ċirkwit tagħna se jkun jista’ jospita fost l-ogħla kategoriji internazzjonali. B’dan naħseb m’għandix għal xiex nikkummenta aktar fuq il-kapaċità taċ-ċirkwit li se jkollna daqt.

li ddawwar ngħid li jek wit simili, m għax jgħej tiegħu. Għandna ka tal-goka tanza f’ġur ippreparat em mal-lim ru qegd ng imqabbel m jista’ jagħm fiżikament Issa x’għ preparat?! Mil-lat ta’ sewqan, x’inhuma l-akbar sfidi ta’ din ma jku­nux it-trakka li sewwieq jista’ jiffaċċja? ta’ nassigu Mil-lat ta’ sewqan kull m’għandu bżonn sewwieq b’mod pro tal-ogħla livell ħa jkun qiegħed hemm bħala għod- tensiv ħafn da biex ikun jista’ jittestja lilu nnifsu mal-limitu. Teknikament hawn żewġ tipi ta’ trakki u din ukoll importanti li nifhmuha. Hawn dawk it-trakki li Trakka ta’ żewġ kilometri tista’ tkun popolari llum il-ġurnata, f’livell ta’ F1, qegħdin jinbnew bħainternazzjonalment? Tista’ tagħti eżempji ta’ la street circuit li jintużaw biss għal dak il-weekend trakki bl-istess tul fl-Ewropa? tat-tiġrija u fejn il-limiti tagħhom ikunu ristretti Aħna s Kif diġà għedt u spjegajt sewwa, m’iniex ħa nqabbel ħafna. Fl-opinjoni tiegħi mhijiex dik li għandu jkollu pajjiżna. għall-b iċ-ċirkwit tagħna ma’ ta’ ħaddieħor. Però la qed inFil-każ tagħna, iċ-ċirkwit se jkun qed jiġi ddisinjat inqabb b’mod ta’ wieħed professjonali kif jixirqilna. Id-disħa ns inn għad irid jiġi pperfezzjonat, għax bħalissa qegħdin niddjalogaw mad-dixxiplini kemm tal-karozzi Brands kif ukoll tal-muturi biex aħna naraw is-safety u dak min kollu li hemm bżonn. Ir-run-off areas tagħha bħalissa huma għal-livell ta’ karozzi tal-F1, però ma jfissirx li int tista’ tilqa’ Meta tku avvenimenti tal-F1 fiha. Iżda biex karozza tal-F1 tiġi qed iddur ttestjata hawn Malta dak iva. Fl-opinjoni tiegħi naħseb għalina l-Maltin bħala għonqok tk sewwieqa, l-akbar sfida se tkun kemm ha ntellgħu dar­biet il-p speed fid-dritta u li nieqfu fl-inqas distanza possib- boli tas-se imbagħad bli. tgħejja min l-konċentr Kemm trid tkun ippreparat fiżikament faċli tispiċċ biex issuq fi trakka ta’ dan il-livell? Jiġifieri, DUNCAN Punt ieħor tajjeb ferm. Ħafna nies jaħsbu li biex fil-motorsp MICALLEF tkun sewwieq tal-karozzi, kull ma trid tagħmel hu jkollna bitsemmu żewġ kilometri, ħa nsemmi ċ-ċirkwit famuż ta’ Brands Hatch fl-Ingilterra, li hu inqas minn żewġ kilometri u hu wieħed mill-eqdem trakki fl-Ewropa. Mhux biss, imma wkoll hi fost l-aktar okkupati fl-Ingilterra kollha. Aħna ma ħarisniex lejn dawn. Rajna li Malta hi ferm iżgħar minn dawn il-pajjiżi. Rajna l-bżonnijiet tagħna l-ewwel u qabel kollox. Importanti li nifhmu dan il-kunċett. Importanti ħafna. Wara rajna l-inqas art possibbli li għandna bżonn u għamilna premura li mmorru għand l-aqwa nies li jistgħu jagħmlulna ċ-ċirkwit tagħna tal-ogħla livell. Nista’ ngħid lil kull dilettant li se nkunu kburin ħafna meta dan iċ-ċirkwit ikun lest.


19

17.10.2021

NEJN ID-DILETTANTI

r is-steering u tagħfas il-pedala. Nista’ Minbarra t-tlielaq, ingħad li t-trakka għandha kk xi ħadd jidħol b’din il-mentalità f’ċirk- sservi wkoll għal skopijiet oħrajn. Tista’ telabora? ma jagħmilx aktar minn ħames dawriet jja żgur u jibda jitlef mill-performance F’dan l-aspett irridu nħarsu wkoll li t-trakka mhux se tkun biss qiegħda taqdi lis-sewwieqa. Se tagħa tfal ta’ inqas minn 15-il sena li fit-trak- ti wkoll opportunitajiet lill-marshalls, uffiċjali u art jagħmlulek mal-150 kilometru ta’ dis- stewards li jkunu parti mill-istruttura tat-tlielaq. rnata waħda. Trid tkun fiżikament ferm Imma din hu parti żgħira. Se nkunu qegħdin nipt biex tagħmel din id-distanza li dejj- pjanaw strateġija biex, fost l-oħrajn, ikollna gym mitu, ma ninsewx! Jiġifieri 150 kilomet- fejn is-sew­wieqa jistgħu jittrenjaw fil-faċilità għidu 75 dawra maċ-ċirwit li se jkollna, tagħna stess u jipprattikaw fiċ-ċirkwit fl-istess ma’ ħames dawriet li, fl-opinjoni tiegħi, ħin. mel sewwieq li ma jkunx ippreparat Se jkollna wkoll sezzjoni ta’ simulators li, qabel t! ma tmur tipprattika fiċ-ċirkwit, tkun tista’ tużagħandek bżonn tagħmel biex tkun ip- hom biex toħroġ aktar ippreparat hemm barra. Kif naraw b’għajnejna, sewwieqa tal-F1 Tajjeb ngħidu li, fid-dinja tal-lum, is-simulators x immuskolati meta tarahom, iżda nis- waslu biex ikunu viċin ħafna tal-perfezzjoni u qed ura li dawn ikollhom id-dieta tagħhom jintużaw mill-ogħla livell ta’ timijiet, fosthom F1, ofessjonali. Jittrenjaw kuljum b’mod in- qabel ma jinżlu fiċ-ċirkwit. na u ’l bogħod minn kull tip ta’ alkoħol! Nerġa’ ngħid, hemm ħafna aktar. Aħna nixtiequ nimplimentaw faċilità fejn, pereżempju, l-istudenti tal-Università, li qed jistudjaw il-mechanical engineering, ikunu jistgħu jagħmlu s-Search & Development tagħhom fit-trakka tagħna. Dan jista’ jwassal biex dawn iż-żgħażagħ jispiċċaw jaħdmu anke ma’ timijiet tal-F1. Kemm nikkonferma se jkollna ċirkwit magħmul li diġà għandna Maltin jaħdmu ma’ timijiet tal-F1 bżonnijiet tagħna … ma rridx barra minn xtutna u dan ħafna nies ma jafuhx. Se nkunu qegħdin nimplimentaw il-pannelbel ma’ ta’ ħaddieħor, imma li solari biex nippruvaw ukoll innaqqsu l-ispejjeż semmi ċ-ċirkwit famuż ta’ tagħna u ngħinu l-ambjent. Se nimplimentaw arHatch fl-Ingilterra li hu inqas ranġament ma’ Transport Malta biex, forsi, dawk kollha li qegħdin jagħmlu l-kors ta’ sewwieqa inn dak li se jkun tagħna fit-toroq tagħna, jużaw it-trakka tagħna f’ambjent aktar professjo­nali u sigur. Nixtiequ wkoll li t-trakka tibda tiġi użata un qed issuq f’ċirkwit bħal dan u tkun mis-sewwieqa tar-roti minn kmieni filgħodu fejn b’100 kilometru fis-siegħa, ifisser li fuq dak il-ħin ma tkunx qed tintuża mill-karozzi. kun qed tpoġġi piż ta’ aktar minn tliet Nixtiequ li jkollna ġranet partikolari fejn il-post piż ta’ rasek. Dan hu l-aktar punt deb- ikun mif­tuħ għall-pubbliku anke jekk ma jkunx ewwieq. Jekk ma tkunx ippreparat sew, hemm tlielaq għaddejjin. Fosthom ħa jgawdu jibdew iċedu jdejk u spallejk u tibda lukan­di, restoranti, taxis, retail ta’ tajers u parts nn moħħok. Jiġifieri tispiċċa titlef anke tal-karozzi, sprayers, inġinieri u ħafna aktar, speċrazzjoni kollha u tibda tiżbalja aktar u jalment meta jkollna avvenimenti minn barra. ċa barra miċ-ċirkwit. Fl-aħħar mill-aħħar, dan hu proġett li Malta , li rrid ngħid hu li importanti ħafna li se tkun kburija bih u għal dawk kollha li jħobbu ports f’livell professjonali, bħalma se l-motorsports se jkollhom faċilità tal-ogħla livell -trakka, trid tkun atletiku wkoll. possibbli.

PAUL DEGUARA L-aħbar li, fl-aħħar, il-pajjiż se jkollu trakka professjonali għat-tlielaq tal-karozzi u l-muturi xi tfisser għad-dilettanti tal-muturi?

oħra fl-Ewropa ma jistgħux jiġu replikati minħabba li l-qies u d-dinamika tat-trakka hija limitata. Tista tagħti eżempji ta’ trakki ta’ 2km fl-Ewropa li soqt fihom u kif Dilettanti kif ukoll kompetituri kienet l-esperjenza tiegħek? tal-muturi sportivi ilhom mis-sittinijiet, żmien l-Ingliżi mixti- Kull pajjiż fl-Ewropa issiblu trakka eqa. Tajjeb ngħidu li matul dawn ta’ żewġ u aktar kilometri. Il-vaniż-żminijiet, tipi ta’ kompetizz- taġġ ta’ trakka ta’ dawn id-dimenjonijiet bil-muturi sportivi saru sjonijiet huma l-ispejjeż, li norf’postijiet differenti. malment ikunu terz ta’ l-ispejjeż Sfortunatament aktar ma min dawk ta’ erba’ u ħames kilogħadda ż-żmien aktar żdiedu metri. r-restrizzjonijiet. Id-dilettanti Minn aspett ieħor punt ta’ kif ukoll il-kompetituri spiċċaw żvantaġġ huwa t-teknika, li kanjipprattikaw barra minn xtutna tunieri b’veloċità għolja ma b’riżultat ta’ spejjeż kbar biex jip- jkunux jistgħu jiġu prattikati. prattikaw l-isports tant għal qal bhom. Mil-lat ta’ sewqan, x’inhuma l-akbar sfidi ta’ din it-trakka? X’opportunitajiet qed tara li trakka f’pajjiżna tista’ toffri Kull trakka fiha l-isfidi tagħha lid-dilettanti tal-muturi? irrelevanti mill-kobor. Is-sabiħ tal-isports huwa li kemm is-sewL-akbar opportunità hija li nist- wieq kif ukoll il-mutur ifittxu għu nkunu daqsxejn aktar prepa- l-perfezjoni waqt is-sewqan biex rati ma’ pajjiżi oħra fejn jidħol jagħmlu id-dawra fl-inqas ħin taħriġ kemm ta’ veloċità kif ukoll possibbli. fiżiku. Minn esperjenza personali Barra minn hekk, jonqsu l-iv- trakka ta’ żewġ kilometri hija imvjaġġar kif ukoll l-ispejjeż biex penjattiva fir-rigward ta’ brejkijiiżżomm it-taħriġ u l-kumdità li et u aspett fiżiku. Tirrikjedi ħafna tista’ tipprova l-mutur fuq livell enerġija fiżika. tekniku qabel kompetizzjonijiet internazzjonali. Kemm trid tkun ippreparat fiżi­kament biex issuq fi trakka X’tip ta’ muturi se jkunu jistgħu bħal din? jsuqu fuq din it-trakka? Kull dixxiplina sportiva tirrikjeKif isiru l-istudji neċessarji minn di livell fiżiku sodisfaċenti, u fejn persuni speċjalizzati fil-qasam tidħol dixxiplina ta’ sewqan b’mumotoċiklistiku, ikun jista’ joħroġ tur sportiv il-livell huwa għoli ħafsa liema livell din it-trakka tista’ na. F’sewqan b’mutur dan it-tip, tospita. kontinwament għandek taqtigħa Tajjeb ngħidu li possibbilment ta’ moviment mil-lemin għax-xekull tip ta’ ċilindrata tkun tista’ llug u kontra, għal numru kbir ta’ tinstaq sabiex ikunu possibbli repetizzjonijiet. testijiet qabel kompetizzjonijiet Tajjeb ngħidu li kontinwament internazzjonali. tkun qed tissielet ma’ ostakolu ta’ aktar minn 100 kilo li huwa l-muTrakka wiesgħa 11m u 14m u tur, waqt li għaddej b’veloċità ta’ straight ta’ kważi 500m, kif bejn is-60 u l-160 kilometru fistikkumparaha ma’ trakki oħra siegħa fil-kantunieri. fl-Ewropa? Aċċellerazzjoni minn 60 sa 200 kilometru fis-siegħa f’ħames Tajjeb ngħidu li trakka ta’ żewġ ki- sekondi u twaqqif minn 200 kilometri bi 11m u 14m bi straight ta’ lometru għal 60 kilometru f’100 500m tkun qiegħda taqdi bosta metru. esiġenzi ta’ ħafna dilettanti. Però Id-determinazzjoni ta’ dan l-ismadwar 60% tal-livell kompetittiv ports hija fattur ta’ dixxiplina u jista’ jintlaħaq għal bosta xufiera dedikazzjoni biex bis-saħħa ta’ fuq livell għoli bil-mutur. trakka lokali jintlaħqu aktar livelli Kurvi veloċi li jospitaw trakki professjonali bil-mutur.


20

17.10.2021

BAĠIT LI JAĦSEB FIK U F’ULIEDEK

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Il-Baġit hu fuq fomm kullħadd. Bir-raġun għaliex kien Baġit li ġie milqugħ pożittivament mill-maġġoranza kbira tal-korpi kostitwiti, tal-istakeholders u fuq kollox tal-poplu inġenerali. Dan hu Baġit li ħa ħsieb minn qabel mal-persuna titwieled sa żmien ix-xjuħija. Miss b’mod pożittiv lil kullħadd b’mod dirett u aktar minn hekk missna lkoll mhux biss fuq livell fiskali imma wkoll l-kwalità tal-ħajja tagħna fejn tħabbar investiment fantastiku għattisħiħ tal-ambjent ta’ madwarna u wkoll l-indirizzar tal-isfida fit-tibdil fil-klima. Waqt diskussjoni din il-ġimgħa fuq l-istess Baġit, kollega tiegħi laqtet ilmusmar fuq rasu meta qalet li dan ilBaġit huwa t-tweġiba għall-mistoqsija li nistaqsu kulljum: għaliex aħna nimmilitaw fil-PL? Hu proprju hekk hu. Dan il-Baġit fuq kollox huwa pjan ta’ implimentazzjoni ta’ Gvern soċjalista, li għandu fil-qofol tal-prinċipji tiegħu lin-nies, Baġit għan-nies, ikunu min ikunu, imma b’aċċenn u bi ffukar speċjali fuq il-vulnerabbli, fuq dak li għandu l-aktar bżonn. Hekk nemmnu. Dawn huma l-prinċipji tagħna. Nipprattikawhom bi kburija u b’konvinzjoni. Il-Prim Ministru Robert Abela iddeskriva dan il-Baġit bħala wieħed li jirrifletti l-prijoritajiet tan-nies. Ġustizzja soċjali f’pajjiż li jibqa joħloq l-opportunitajiet ġodda f’ambjent isbaħ. L-Oppożizzjoni però qaltlina li dan hu Baġit li jaħli, li jagħti l-flus lin-nies bid-dejn u saħansittra dan hu pajjiż li ma tiħux pjaċir tgħix fih. Ngħiduha kif inhi, minn persuna li meta jkun imsiefer jgħid li hu mill-Greċja, nifhem li ma jiħux pjaċir f’Malta. Li ngħollu l-istipendji huwa ħela, li nwieżnu lil min jiflaħ l-anqas, li nieħdu ħsieb il-kwalità tal-ħajja tal-persuni b’diżabilità, li noffru aktar kura u mediċini b’xejn lill-pazjenti tagħna u lill-koppji li qed jagħmlu l-intervent tal-IVF, li nagħtu trasport b’xejn lill-kulħadd u lill-anzjani tagħna komplejna nżidulhom il-pensjoni u l-benefiċċji soċjali, dan kollu huwa ħela għall-PN. Saħansitra, qalulna li mhumiex favur li jagħtu giveaways. U dan proprju d-differenza fundamentali bejn il-PL u l-PN. Għalina mhux karità li tgħin lil vulnerabbli u lil min hu batut, imma neċessità sabiex titwettaq ġustizzja, sabiex l-opportunitajiet li jinħolqu jkunu għal kulħadd u mhux jintlaħqu biss minn min jiflaħ l-aktar. U dan iwassal għal soċjetà bilanċjata, ġusta u diversa, fejn il-klassijiet joqorbu

lejn xulxin u mhux jitbiegħdu u s-sinjur isir aktar sinjur u l-fqir ikompli jiftaqar u jgħix fl-injoranza. Dan jagħmilna l-partit li jixpruna l-miżuri soċjali u jivvota l-akbar nefqa fis-servizzi soċjali sena wara sena. Għall-PN din hi karità u forsi anki ħela imma għalina dan huwa fundamentali u prinċipji intrisiċi fejn biex ikollok poplu san, irid jikber f’soċjetà ġusta u fejn kulħadd jingħata l-opportunità li jimxi ’l quddiem u javvanza bil-mobbiltà soċjali, kunċett li l-PN sa minn twelidu dejjem stmerr u oġġezzjona għalih. Saħansitra, fi ħdanu stess sal-lum il-ġurnata l-PN huwa maħtuf mill-istess klikka ta’ nies li jaħsbu li għandhom id-dritt divin li jmexxu partit u pajjiż u għajb għal xi ħadd li mhux tal-klikka li jipprova mqar jindiehes u jieħu sehem fit-tmexxija. Rifflessjoni tassew meqjusa kienet tad-Deputat Mexxej tal-PL Daniel Micallef fuq il-midja soċjali fejn qal li Robert Abela huwa ffukat biex ikompli jmexxi dan ilpajjiż b’għaqal u wara l-pandemija u l-kriżi globali rajna Baġit għas-sena d-dieħla li jimla pajjiż b’kuraġġ u b’ottimiżmu. Din hi t-triq ’il quddiem. M’għandix dubju li l-poplu fil-maġġoranza assoluta tiegħu jirrikonoxxi dan u għandu fiduċja f’dan kollu li qed iwiegħed dan il-Gvern għax jaf li qed jiġi effettivament implimentat u mwettaq, għax dan hu Gvern li jisma’, li jiddiskuti imma fuq kollox li jiddeċiedi u jwettaq b’miri li jintlaħqu u b’timeframes ssettjati u miżmuma. Ma’ dan il-Gvern, il-poplu jaf fejn qiegħed, jaf x’jistenna, m’hemmx sorpriżi koroh. Il-poplu jaf li fi żmien ta’ sfida, il-Gvern ma jġibx skużi, ma jwaħħalx fl-isfida u jħalli lill-poplu jġorr il-piż waħdu f’baħar imqalleb. Il-poplu jaf li hawn Gvern Laburista li joffri spalla, li joffri għajnuna u dan ma jagħmlux b’diskors ta’ solidarjetà imma jagħmlu bil-fatti, b’miżuri f’waqthom bla preċedent. Il-poplu rah iseħħ quddiem għajnejh f’dan iż-żmien ta’ pandemija fejn bil-miżuri li ħa l-Gvern salva l-impjiegi, ta serħan il-moħħ lill-familji fuq ħobżhom, fuq l-edukazzjoni ta’ wliedhom, fuq is-saħħa tagħna lkoll, fuq ħajjitna, fuq is-sostenn lill-anzjani tagħna u l-vulnerabbli. Dan kollu seta’ jagħmlu għax ħaseb u kien għaqli bil-finanzi tal-pajjiż, bena ekonomija soda, emmen f’dan il-poplu bieżel, emmen fin-negozjant Malti, attira l-investiment minn barra, inħolqu l-impjiegi, tefa’ l-flus fil-bwiet u b’hekk stajna nkunu reżiljenti f’dawn iż-żminijiet imqallba, li r-riperkussjonijiet se nibqgħu nħossuhom fix-xhur li ġejjin bħalma qed jiġri globalment bil-prezzijiet tal-enerġija. Imma għax dan hu Gvern li hu mogħni b’talent eċċezzjonali fi ħadnu li kapaċi jinterpreta l-andamenti tal-preżent, fassal it-triq sabiex jilqa’ minn issa għall-impatti li kapaċi jolqtuna bħalma qed jolqtu l-kumplament tad-dinja u flok bħalma għamlu l-PN fil-gvern bejn l-2008 u l-2012 u fi kriżi finanzjarja u fl-għoli tal-prezzijiet tal-enerġija għaddew il-piż fuq il-poplu u n-negozji u tawna biss ħames bozoz. Gvern Laburista diġà lest bi pjan li dan l-impatt jassorbih il-Gvern u mhux jgħaddih fuq il-poplu u n-negozji.

Sur Editur, Ara meta jgħidu li tal-partit tagħhom jixgħu fuq pjaneta ’l bogħod minn din id-dinja, ma jesaġerawx ta! Imma kif għal ġieħna, jafu li qed jaqgħu għaċ-ċajt, u qed jiżufjetta bihom pajjiż sħiħ, ħlief xi erba’ intamati, u jkomplu għaddejjin bil-purċinellati, Sur Editur? Mela dawk ta’ rashom fuq għonqhom faħħru l-Baġit li tana Bertu tagħna. Issa kont qed naqra, anki dawk li s-soltu jsibu x-xagħra fl-għaġina, u jaraw x’se jmaqdru, din id-darba ħarġu all out favur il-kontenut tal-akbar Baġit soċjali u ambjentali li qatt ġie ppreżentat. Anki l-gazzetti li jekk biss jagħtas Bernie tagħhom, jgħidu li għamel kapolavur u ħlief imaqdru lil partit tagħna ma jagħmlux, faħħru l-Baġit. Imma ħaqq dak l-imherri ġaħan, dak li jgħid li huwa l-Kap tagħhom u l-gazzetti tal-partit tagħhom, maqdruh. Baġit li jaħseb biss għal-lum qalulna ħej! O Mulej żommli lsieni, għax żgur li tnixxifuli, bir-ragħwa li għandi f’ħalqi! Imma possibbli li dawn in-nies daqshekk għomja, Sur Editur? Imma possibbli li dawn in-nies daqshekk ikkakkmati fil-politika partiġjana, Sur Editur? Imma possibbli li ma jdaħħluhiex f’dak il-moħħ li joqogħdu bilqiegħda fuqu, li qed ikunu the talk of the town, jew? Imbagħad qasmuni dawk it-tliet stooges li għamlu konferenza biex imaqdru l-Baġit. Tliet stooges mill-ħafna li għandu l-partit tagħhom. Kien fihom għaxqa ta! Mela tefgħu lil Noel Muscat, is-Sindku tas-Swieqi u kandidat ta’ Bernard, lill-Kristy l-Babe Debono u Jerome l-Caruana Cilia. Ajma x’qasma qabbduni. Kont ilni ma nidħak hekk minn meta miskina Melda tiegħi dħalt għal għarrieda fuqha u kellha wiċċha miksi aħdar, b’xi taħlita ta’ ħjar u ma nafx xiex aktar, biex tisbieħ qalet. Issa qatt ma kont naf li l-ħjar jagħmel il-mirakli, imma dik storja oħra. Taf kif iddeskrivewh il-Baġit, Sur Editur? Mela ħa ngħidlek jien. Il-babe qalet li dan kien Baġit fl-arja u mingħajr direzzjoni, Baġit mingħajr ebda pjan sostenibbli f’diversi setturi, Baġit li jindirizza l-ħtiġijiet għal-lum biss. Xtaqt ngħidilha x’naħseb li għandha fl-arja lil Miss Kristy. Imma kien hemm Melda tiegħi fil-kamra tat-televixin. Dak tas-Swieqi qal li f’dan il-Baġit, il-futur ma jissemma mkien. Naħseb taf x’futur għandu bħala kandidat ta’ Bernard tagħhom dan hux! U Jerome CC qal li l-Gvern qed jipperikola b’mod dirett ix xogħol tal-ħaddiema. Ajma xi ħlew fih dan Jerome CC! U xi ħadd minn dawn l-istooges qal li dan kien Baġit tat-teatrini li ħela l-ħin tan-nies. Jien ngħid li moħlija kienet il-forma li għamlithom lil dawn. Skużani Sur Editur, jekk kultant nuża xi kliem ta. Imma emminni ma niflaħhomx lil dawn il-limonċelli. Imma l-isbaħ waħda hija li skont dawn it-tliet papri, il-Baġit huwa wieħed ta’ Gvern li għejja. Hawn naqbel magħhom biss. Għax dan huwa Gvern li għejja bl-Oppożizzjoni bla sinsla li jrid jikkumbatti magħha. Imma sew kien qal Napuljun. Forsi veru l-kelma ‘għadu’ hija naqra gravi, imma Napuljun kien qal li qatt ma għandek tfixkel lill-għadu tiegħek meta jkun qed jiżbalja. Ħallihom ħa jiżbaljaw fl-attitudni tagħhom, Sur Editur. U mhux Baġit rekord ta’ kemm huwa wieħed soċjali u ambjentali biss ikollna, imma rekord ta’ tkaxkira oħra li se nagħtuhom fl-elezzjoni li jmiss ukoll. Issa dik mhux oħra? Meta wara l-Baġit ħareġ il-Prim tagħna quddiem Kastilja, il-ġurnalist tagħhom mhux fuq il-Baġit staqsieh. Staqsieh meta ġejja l-elezzjoni. Ara x’naqra ta’ moħħ moħwi dak! Mela darba kont Għawdex u biex ma ntawwalx kien hemm raħħal qalli: “Tirfisx fuq dik il-blata, għax dik moħwija”. Imbagħad kif rajni nħares lejh għax ma kontx fhimtu qalli: “blata vojta dik, qoxra biss”. Jekk qed niftakar sew moħwija kien qalli. Eżatt toqgħodilhom din għal moħħ moħwi li għandhom, Sur Editur! Għad-dieħla.



22

17.10.2021

TONIO PORTUGHESE

ĦIDMA MIFRUXA SEW LI TAT IR-RIŻULTATI MIXTIEQA 40 sena ilu bdiet taħdem f’Malta l-Kumpanija SGS-Ates, illum STMicroelectronics. Tonio Portughese kellu sehem importanti fit-twaqqif u fit-tkabbir tagħha. Ħidma mżewġa mal-impenn fl-oqsma tal-kultura u tal-iżvilupp tar-riżorsi umani. Fl-intervista li għamiltlu tani wkoll tagħrif tar-rikonoxximent mill-President ta’ Malta, ta’ Franza, tal-Italja u ngħata wkoll Ġieħ Għawdex. Minn CHARLES B. SPITERI Tonio, x’tgħidilna fuq it-trobbija tiegħek? Trabbejt f’Tas-Sliema fejn ħadt l-ewwel edukazzjoni fl-Iskola St Elizabeth tas-Sorijiet Franġiskani. Minn hemm għaddejt għall-Iskola Primarja tal-Gvern fi Triq Blanche u kif lestejtha bdejt nattendi l-Liceo fil-Ħamrun. Wara, mort il-Junior College fl-Università l-Qadima, il-Belt Valletta, u l-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta, Tal-Qroqq. Liema suġġett ħalla l-akbar marka u studjajt l-aktar? Studjajt il-letteratura Taljana bir-riċerka fuq Il Pensiero Politico di Dante Alighieri nella Divina Commedia e nelle Opere Minori. Qegħdin infakkru t-800 sena mill-mewt tas-Sommo Poeta. Wara kelli studji komparattivi postgraduate taħt is-superviżjoni ta’ Madalene College, f’Oxford, dwar La Fortuna del Castiglione nell’Inghilterra TuL-Eks President George Abela jaħtar lil Tonio Portughese doriana. bħala Membru fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu fl-2010 Kont ukoll nattendi ċ-Circolo Dante Alighieri fil-Belt Valletta u bħala borsista tal-Gvern Taljan studjajt ukoll fl-Università Taljana SGS-Ates fis-sena 1981 U ma kontx ukoll direttur ftaħt fażi ġdida fil-preparazz- f’konsorzju? degli Studi ta’ Firenze. joni professjonali b’taħriġ ġdid fl-iżvilupp tar-riżorsi umani u Iva, kont direttur fil-konsorMeta lestejt l-istudji x’tip ta’ tmexxija maniġerjali, imħarreġ ju Co Ri Me, Consorzio per la xogħol qbadt? minn Don Jackson, konsulent Ricerca Microelettronica nel Meridione, kollaborazzjoni Bdejt bħala għalliem tal-lingwa Amerikan ta’ fama mondjali. Tgħallimt dwar metodoloġiji b’joint venture mal-Univeru l-letteratura Taljana fis-Sixth Form tal-Kulleġġ Stella Maris, fil-management by objectives, sità ta’ Catania biex jitħarrġu fil-Gżira. Għadni ngħożż dik team building, matrix manage- żgħażagħ inġiniera min-naħa l-esperjenza mal-Brothers ta’ ment u performance manage- t’isfel tal-Italja. De La Salle u lil ħafna studenti ment. Imbagħad kellek imħabba ħeġġiġthom biex iħobbu dan oħra, fejn kont President il-patrimonju kulturali tal-Bel Għal xiex serviek dan l-istudju? tal-Għaqda Mużikali Sliema. Paese. Kif wasalt s’hemm? Permezz tiegħu kelli sehem fitNiftakrek ukoll tingħaqad twaqqif tal-STUniversity f’Ar- Fi tfuliti kont nattendi bħal mal-kumpanija SGS, li kienet champs, Franza, fejn għallimt ħafna tfal oħra Slimiżi, il-MUgħadha kif tefgħet għajnejha fuq Malta. X’memorji għandek żgħażagħ inġiniera minn ħafna SEUM fi Triq Santa Marija, l-Orpajjiżi fejn topera l-ST bil-mod- atorju tas-Sależjani u ċ-Ċirkota’ dak il-post? ule dwar Performance Manage- lu tal-Azzjoni Kattolika, San Girgor. Dawk is-snin kabbart Meta ngħaqadt mal-kumpanija ment.

President Onorarju tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta tal-Gudja u tat-12th May Band and Social Club ta’ Ħaż-Żebbuġ. Barra minn hekk jien membru onorarju ad vitam tal-Għaqda Mużikali Leone tal-Belt Victoria, Għawdex, kif ukoll membru onorarju tas-Società Filarmonica Nazionale La Valette. Li ma nafx hu jekk kontx tħobb l-isport Dażgur. Ir-rabta ma’ Tas-Sliema kibret ukoll meta għal disa’ snin kont President tas-Sliema Sports Association, attiva f’ħafna dixxiplini sportivi bis-sehem ta’ għaqdiet minn Tas-Sliema u San Ġiljan. Hi ovvja wkoll ir-rabta ma’ Sliema Wanderers FC fis-snin ta’ glorja għal dan il-klabb ferm għal qalbi u jibqa’ dejjem hekk. Xi tqis li mmarka l-iżvilupp tal-karriera internazzjonali tiegħek fil-Business Management? Żvolta importanti seħħet lejn ittmiem tas-snin 70. Wara li kont ingħaqadt mal-Korporazzjoni Maltija għall-Iżvilupp bħala responsabbli mir-relazzjonijiet ekonomiċi mal-Italja, intlabt mill-President tal-kumpanija SGS-Ates, l-Inġinier Pasquale Pistorio, biex ngħin fit-twaqqif b’suċċess ta’ fabbrika tal-komponentistika elettronika fl-eks impjant tal-GIE f’Ħal Kirkop u nkun il-“lunga mano” tal-investitur Taljan. Kienet deċiżjoni diffiċli iżda dan nista’ nqisu li kien il-pass li mmarka l-iżvilupp tal-karriera internazzjonali tiegħi fil-Business Management. Bdejna l-fabbrika f’Malta b’madwar 100 persuna u l-ewwel ħaddiema kienu mill-eks Plessey u Shirasuna.

fija l-imħabba u l-impenn lejn il-valuri Kristjani u lejn l-isports u d-drama. Kienet togħġobni l-Festa tal-Madonna tas-Sacro Cuor bit-tmexxija tal-Patrijiet Franġiskani Minuri. Din ir-rabta wasslitni biex inkun maħtur bħala President tal-Għaqda Mużikali Sliema, wara ħafna snin li kienet immexxija mill-mibki Eks President ta’ Malta, Ċensu Tabone. Għandi tifkiriet sbieħ ta’ kunċerti kbar bis-sehem ta’ kantanti tal-opra minn diversi pajjiżi, fosthom fis-Sala tar-Repubblika ta’ Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, u kunċerti memorabbli fl-Italja, fl-Awstrija, fl-Ungerija, fil-Belġju, fl-Iżvizzera, fl-Olanda u fis- Minn hemm imraħt aktar? Slovakkja. Għadni nagħti sehem bħala Mal-Inginier Pasquale Pistorio


23

17.10.2021

kollaborazzjoni mal-Istitut Taljan tal-Kultura. Jiġifieri ngħid sew li l-Italja għarfitek bħala personaġġ ta’ siwi fejn jirrigwarda lilha? Mhux biss, għax dekorazzjoni ferm prestiġjuża ngħatatli mill-President ta’ Franza, Francois Hollande, fis-sena 2017, għall-ħidma favur l-investiment Franċiż u t-tixrid tal-kultura Franċiża – grad ta’ Officier fil-Legion d’Honneur tar-Repubblika ta’ Franza. Mela onorat minn Malta, mill-Italja u minn Franza. Jonqos xi ħaġa oħra?

mxejt ħafna ’l quddiem u ġejt fdat bħala Worldwide Human Resources Development Director għall-fabbriki fil-Marokk, f’Singapore, fil-Malasja, f’Malta u fil-fabbrika ġdida f’Shenzhen, fiċ-Ċina, b’madwar 16,000 ħaddiem b’kulturi differenti.

jonalista Eddie Fenech Adami. Ngħid sew li niftakar li kellek programm ta’ diskussjoni waqt iż-żjara tal-President George Bush u Mikhael Gorbachev?

casting Services. Kelli rwol delikat fil-migrazzjoni minn Xandir Malta għall-PBS u fid-diskussjonijiet tajt kontribut biex il-ħaddiema jinstabilhom post tax-xogħol. Fis-sena 2013 fleqqel tal-karriera internazzjonali tiegħi kont intlabt naċċetta l-kariga ta’ Chairman tal-istess bord u temmejt din il-kariga madwar sena ilu.

Dak kien fl-1989. Fost l-oħrajn fil-programm ta’ diskussjoni Kif bdiet ir-rabta tiegħek kienu ħadu sehem Evarist Barmal-qasam televiżiv? tolo, il-mibki Anthony Montanaro, Mario Schiavone u Harry Kien fl-1981 meta kelli esperjen- Vassallo. Ksibt xi apprezzament za mhux mistennija. Kont avgħall-ħidma li wettaqt tul viċinat mill-Awtorità tax-Xan- Kellek xi ħidma speċjali li il-karriera tiegħek? dir f’isem iż-żewġ partiti tibqa’ tiftakar b’rabta politiċi biex immexxi l-ewwel mar-radju u t-televixin? Fis-sena 2010 ġejt dekorat dibattitu televiżiv bejn il-Prim mill-President George Abela Ministru Dom Mintoff u l-Kap Sehem speċjali kelli fl-aħħar bħala Membru fl-Ordni Naztal-Oppożizzjoni Eddie Fenech tas-snin 70, meta fetaħ Radio zjonali tal-Mertu. Dan seħħ fi Adami. Il-klima politika kienet Televisione Indipendente RTI, żmien meta ffaċilitajt in-neikkaratterizzata minn rivalità bit-televixin u r-radju jxand- gozjati biex il-kumpanija ST kbira. Seħħ żvilupp importanti ru bit-Taljan. Kien investiment tkun ristrutturata u tingħata fil-proċess demokratiku meta mill-Grupp Rizzoli. Kont nikteb missjoni mġedda fit-teknoloġil-Partit Laburista u l-Partit l-aħbarijiet bit-Taljan. ja. Kienu negozjati diffiċli fuq Nazzjonalista qablu li jinżamm Kienet esperjenza unika u livell nazzjonali bis-sehem tall-ewwel dibattitu politiku tele- tgħallimt ħafna minn ġurnal- Gvern, Malta Enterprise, Genviżiv. isti professjonali tal-ġurnal Il eral Workers’ Union, kif ukoll Inqala’ intopp dwar min kel- Corriere della Sera mibgħutin mat-tmexxija tal-ST f’Ġinevra lu jkun fdat biex imexxi dan biex iwettqu dan il-proġett ta’ u max-shareholders tal-kumpid-dibattitu tant mistenni fil- xandir lejn l-Italja. Kont ukoll anija multinazzjonali f’Ruma pajjiż kollu, u ħadd ma beda nikteb u naqra bulettin ta’ u Pariġi. Kien intlaħaq qbil jafda lil ħadd. Wara li kull isem aħbarijiet għar-radju tal-RTI. importanti biex l-ST tagħmel propost sab xi oġġezzjoni minn Kien proġett tajjeb ħafna investimenti ġodda bl-ogħla xi wieħed mill-partiti, intlaħaq sakemm il-Gvern Taljan ħareġ teknoloġija u tittrasferixxi atkunsens fuq ismi, biex bil-fi- liċenzji biex entitajiet privati tività mhux kompetittiva lejn duċja sħiħa nippreżenta jien jibdew ixandru mill-Italja stess pajjiżi fl-Asja. Irrid ngħid li kelldan id-dibattitu storiku. Kelli u b’hekk twieldu fost l-oħrajn hom sehem primarju l-Presisett ta’ regolamenti mfasslin l-istazzjonijiet tal-Mediaset ta’ dent George Abela bil-kompemill-Awtorità tax-Xandir. Nif- Silvio Berlusconi, u televiżjoni- tenzi ta’ medjazzjoni, il-Prim takar fost ir-rappreżentanti jiet bit-Taljan bħal Radio Cap- Ministru Lawrence Gonzi u tal-partiti kien hemm Louis Ga- odistria, TeleMontecarlo, TV l-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dak lea u Michael Falzon għall-PN, Svizzera Italiana u RTI (Malta) iż-żmien, Joseph Muscat. u Joe Grima u Karmenu Vella ma baqgħalhomx aktar rwol għall-MLP. sostenibbli minħabba l-liberal- Qatt tħajjart tiġbor dawn izzazzjoni tax-xandir privat. l-esperjenzi f’xi ktejjeb? Kemm tħoss li mort tajjeb fit-tmexxija ta’ dak Kien wara dan kollu li Iva, kollha ġbarthom fil-pubbid-dibattitu? nħtart fil-Bord tad-Diretturi likazzjoni People Engagement tal-Public Broadcasting for Business Excellence and SoInħoss li ssodisfajt liż-żewġ Services? cial Well-Being. partiti ewlenin, tant li fis-sena Fl-introduzzjoni, il-President 1986 kont ġejt fdat ukoll biex F’Malta ġejt avviċinat fil-bidu George Abela jikteb li quddiem immexxi d-dibattitu finali qa- tas-snin 90 biex nagħmel parti il-bidliet kbar fl-ekonomiji u bel l-Elezzjoni Ġenerali bejn il- mill-ewwel Bord tad-Diretturi l-globalizzazzjoni bdiet isseħħ Prim Ministru Karmenu Mifsud tal-kumpanija ġdida tax-xan- valorizzazzjoni tar-riżorsi umaBonnici u l-Kap tal-Partit Nazz- dir nazzjonali, il-Public Broad- ni billi l-forza tax-xogħol bdiet

Ili snin nippromwovi l-kultura u l-iżvilupp soċjo-ekonomiku f’Għawdex anki bis-sehem tiegħi fil-Kumitat taċ-Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali u Reġjonali. Fil-fatt fis-sena 2015, l-Eks tikseb missjoni ta’ sehem effet- President Marie Louise Coleiro tiv fit-tħaddim tal-isfidi kum- Preca tatni Ġieħ Għawdex immerċjali u finanzjarji. Il-ħad- niedi miċ-Circolo Gozitano. diem evolva u sar sieħeb vitali fil-ħidma ta’ kull organizzazz- Jidher li kellek ħajja ta’ xogħol joni u l-istrateġiji maniġerjali imżewqa, xi tgħid? għall-eċċellenza, produttività u suċċess, grazzi għall-kunċett Tajt sehmi f’diversi karigi f’orta’ kwalità totali u titjib kontin- ganizzazzjonijiet lokali, bħala Membru fil-Kunsill tal-Univerwu. Hu jsemmi l-esperjenzi uniċi sità, maħtur mill-Prim Minisli ksibt fl-Iżvilupp tar-Riżorsi tru; Deputat President u GverUmani, il-Komunikazzjoni u natur tal-MCAST; Chairman l-iżvilupp tal-karriera inter- tal-Employment and Training nazzjonali tiegħi fil-Business Corporation; Direttur fuq ilManagement Internazzjonali Bord tal-Malta Development kif tagħti xhieda din il-pubb- Corporation u tal-MIMCOL Malta Goverment Investments; likazzjoni. Għaldaqstant ingħatajt President tal-Malta Employers’ ir-rikonoximent ta’ Best HR Association u Rappreżentant ta’ Min Iħaddem fil-Kunsill Professional of the Year. Malti għall-Iżvilupp Soċjali u Ekonomiku (MCESD). PreżenApparti r-rikonoxximent tement nippresiedi l-EmployMalti, int irċevejt oħrajn ment Relations Board u l-Bord internazzjonali hux? tal-Għażla tal-Ħaddiem tas-SeRikonoxximent speċjali ngħata na. mill-President tal-Italja Sergio Mattarella bħala Ufficiale Meta tħares lura tul din Omri, Ordine al Merito della il-karriera, tifhem Repubblica Italiana. Fid-digriet il-kumplessità tal-isfidi, tal-ħatra, il-President Mattarel- diffikultajiet u/jew i la jsemmi s-sehem qawwi li tajt s-sodisfazzjon fil-ħajja u fl-iżvilupp u t-tisħiħ tar-rela- tapprezza s-sisien zzjonijiet politiċi, ekonomiċi u tat-trobbija f’Tas-Sliema? kulturali bejn Malta u l-Italja. Il-valuri li tnaqqxu f’ħafna żgħażagħ jibqgħu rilevanAllura l-kavallerat ti. Jiena xrobt fost l-oħrajn meta ksibtu u minn min? mill-kariżma ta’ Don Bosco Ksibtu fis-sena 2001 mill-eks u San Franġisk t’Assisi waqt President Carlo Azeglio Ciampi. li kelli x-xorti li nitrawwem Hu ħatarni Cavaliere dell’Or- professjonalment minn perdine al Merito della Repubbli- sonalitajiet ta’ kalibru fosthca Italiana għas-sehem tiegħi om il-Professur Carlo Alberto fil-promozzjoni tal-lingwa, kul- Dorigo, l-ewwel direttur tal-Istitut Taljan tal-Kultura u lettur tura u tal-investiment Taljan. Inħtart ukoll bħala delegat fl-Università ta’ Malta, u ovvjatal-Associazione Nazionale In- ment il-guru mondjali tal-busisigniti Della Repubblica Itali- ness management, l-Inġinier ana u l-Ministeru tal-Affarijiet Pasquale Pistorio. Dawn ir-role models bitBarranin u Kooperazzjoni Inu l-ispirazzjoni ternazzjonali daħħalni fl-Albo tagħlim Ex Alumni bit-tessera uffiċja- tagħhom huma ta’ valur esli ta’ personalitajiet li jxerrdu senzjali fir-realtajiet li nħabbtu l-lingwa u l-kultura Taljana wiċċna magħhom, illum aktar fid-dinja, kif ukoll għal snin ta’ minn qatt qabel.




26

17.10.2021

GĦALIEX IN-NISA JILBSU L-ISWED META JŻURU L-PAPA FIL-VATIKAN? DAN U AKTAR FLIMKIEN MAL-AMBAXXATUR MALTI GĦAS-SANTA SEDE FRANK ZAMMIT Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

imma permezz tagħha nagħti pjaċir lil ħafna nies li jsegwu kitbieti anke fi programmi televiżivi. Li naf ma nżommux għalija.

Kulħadd jaf kemm għandi għal qalbi l-Knisja Kattolika. Apparti l-fidi, inħobb ukoll l-istorja u l-kultura li ddur magħha. Bla dubju, persuna bravissima fuq dan is-suġġett mhi ħadd ħlief l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede Frank Zammit. Tkellimt miegħu dwar bosta suġġetti u l-informazzjoni li tani hija interessanti immens. M’għandix dubju li ser tieħdu gost taqrawha. Nieħu l-opportunità biex nirringrazzjah tal-ġid kbir li jagħmel u l-ħidma sfiqa li jwettaq bla waqfien.

Tista’ ssemmili xi proġetti li wettaqt u xi ħsibijiet għallfutur?

Xi tfisser li tkun ambaxxatur tal-Vatikan? L-Ambaxxatur Malti akkreditat għas-Santa Sede huwa r-rappreżentant diplomatiku Malti fl-Istat tal-Belt tal-Vatikan u x-xogħol primarju tiegħu jkun li jieħu ħsieb ir-relazzjoni diplomatika bejn iż-żewġ stati jiġifieri Malta u l-Belt tal-Istat tal-Vatikan. X’jinvolvi x-xogħol tiegħek? Ix-xogħol jinqasam fi tliet branki. L-ewwel prijorità huwa x-xogħol tal-Gvern. Kemm ilni nsevi hemm kont involut fil-preparazzjoni ta’ tliet żjarat ta’ Presidenti Maltin fil-Belt tal-Vatikan u żaruh ukoll żewġ Prim Ministri differenti. Akkumpanjajt anke diversi ministri tal-Gvern Malti fejn introduċejthom ma’ diversi mexxejja tal-Kurja Rumana li jikkumparaw ma’ ministri ta’ stat sovran. Imbagħad jidħol l-aspett kulturali pereżempju bħal meta għent lis-Soċjetà Mużikali Sant’Andrija sabiex tesebixxi presepju kbir ambjentat fil-Belt Valletta fil-Bażilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura. L-istess soċjetà Luqija assistejtha sabiex torganizza tliet kunċerti; fi Pjazza San Pietru, fil-Bażilika ta’ San Andrea delle Valle kif ukoll fl-istess Bażilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura. Għent ukoll lis-Soċjetà Mużikali Beland taż-Żejtun sabiex tagħmel kunċert waqt l-Udjenza Ġenerali ta’ nhar t’Erbgħa tal-Papa Franġisku. Dawn iż-żewġ soċjetajiet mużikali kienu ħarġu bl-unuri. Anke s-soċjetà mużikali La Vallette kienet ser tieħu

sehem f’kunċert mal-orkestra tal-“Corpo della Gendarmeria Vaticana”. Dan kien ser iseħħ nhar l-Imnarja tal-2020 iżda kien tħassar u pospost għal data fil-futur minħabba l-pandemija. Nassisti wkoll entitajiet governattivi fl-esplorar ta’ ġemellaġġi ma’ entitajiet Vatikani. It-tielet branka huwa l-pubblika. Nassisti kemm saċerdoti Maltin li jaħdmu fis-Santa Sede kif ukoll soċjetajiet Maltin jew anke lil Maltin li jkunu jridu jżuru l-Belt tal-Vatikan. Ikollok laqgħat mal-Papa u ta’ liema natura jkunu? Kemm ilni ambaxxatur iltqajt għexieren ta’ drabi mal-Papa f’avvenimenti varji bħal meta nakkumpanja lill-President tar-Repubblika u lill-Prim Ministru meta jżuruh. Niltaqa’ mal-Papa anke meta nintroduċilu ministri li jkunu qed jattendu xi udjenza ġenerali. Ikolli laqgħat mal-Papa anke f’avvenimenti meta l-korp diplomatiku jiltaqa’ miegħu kull l-ewwel ġimgħa ta’ Jannar. Ġieli anke ħadt għandu soċjetajiet kulturali Maltin li dejjem jilqagħhom bi mħabba kbira! Għaliex in-nisa jilbsu l-iswed meta jiltaqgħu mal-Qdusija Tiegħu l-Papa? Dan it-tip ta’ lbies hu ddettat mill-protokoll tal-Vatikan. Ma jintlibisx l-iswed biss quddiem il-Papa. Is-Santa Sede mijiet ta’ snin ilu kienet tat il-privileġġ lil diversi pajjiżi li kienu assistew

lill-Knisja fil-kontroriforma sabiex l-irġejjen tagħhom meta jidhru quddiem il-Papa f’xi udjenza jkun permess lilhom li jilbsu l-abjad.

tikan kif ukoll il-protezzjoni ċivili. Bħall-Gwardji Żvizzeri jakkumpanjaw lill-Qdusija Tiegħu l-Papa, b’mod pajżan, kemm waqt l-udjenzi ġenerali kif ukoll meta l-Papa jkun qed Il-Gwardji Żvizzeri għandhom jagħmel żjarat fl-Italja stess xi regoli partikolari? jew f’xi pajjiż barrani. L-istorja tal-“Corpo della Gendarmeria Il-Gwardji Żvizzeri ilhom is- Vaticana” tmur lura għal 200 ervu lill-Pontefiċi Rumani sa sena. mit-22 ta’ Jannar 1506 fi żmien li kien Papa Giuliano della Ro- Kif qed titħejja ż-żjara vere jew aħjar il-Papa Ġulju tal-Papa f’Malta? II magħruf ukoll bħala l-Papa Gwerrier. Dan Giulio Della Ro- F’kull pajjiż li jkun qed jipvera kien serva bħala Isqof fil- prepara żjara tal-Pontefice belt Żvizzera ta’ Losanna u kien Ruman, ikun hemm kumitat minn dak iż-żmien li tefa’ għa- rappreżentattiv bejn l-Istat jnejh fuq il-kapaċitajiet tal-mil- u l-Knisja u ħafna drabi jkun itari Żvizzeri. hemm ukoll ir-rappreżentanSabiex wieħed jiġi aċċet- za ta’ personalitajiet Vatikani tat membru bħala Gward- li minn żmien għal ieħor ikunu ja Żvizzera jrid jilħaq għadd qed iżuru l-pajjiż sa xhur minn ta’ rekwiżiti. Fosthom li l-eta qabel iż-żjara appostolika l-akta’ żagħżugħ biex jidħol trid tar il-Gwardji Żvizzeri, il-Ġentkun bejn 19-30 sena, li ma darmi u l-uffiċjali tas-Sala jkunx miżżewweġ meta jir- Stampa tal-Vatikan. rekluta, li jkun gradwat jew ċertifikat f’livell ta’ liċeo, twil Għaliex għandek tant passjoni ħames piedi u tmien pulzieri u għall-istudju dwar il-Vatikan li jkun attenda sena kors mil- u l-Knisja? itari fl-eżerċitu Żvizzeru. Irid ikun Kattoliku ferventi wkoll Ilni nżur il-Vatikan sa mis-sau saħansitra fil-ġurnata li jiġi jf tal-1977, fil-pontifikat ta’ ddikjarat Gwardja Żvizzera San Pawlu VI meta servejt jieħu ġurament li jkollu jidd- għal sitt ġimgħat bħala abbati efendi lill-Papa anke sakemm fil-Bażilika Papali ta’ San Pietiċarċar demmu għalih. ru fil-Vatikan. L-imħabba lejn dan il-post kibret miegħi. Naf U l-Ġendarmi xi rwol personalitajiet kienu għadhom għandhom fil-Belt tal-Vatikan? qed jistudjaw għall-presbiterat. Illum prelati jew saċerdoti Il-Ġendarmi huma l-pulizija pereżempju li f’dak is-sajf intal-Papa. Allura taħt idejhom għataw inkarigi f’nunzjaturi. għandhom ir-responsabbiltà Din l-imħabba indukrajtha sew tal-paċi pubblika fil-Belt tal-Va- u ma nżommhiex għalija biss

Jien bdejt nikkontribwixxi millBelt tal-Vatikan ħafna snin qabel ma ġejt innominat bħala Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede. Ipproduċejt disa’ sigħat ta’ dokumentazzjoni televiżiva dwar San Ġwanni Pawlu “IlKbir”. Dokumentarju televiżiv ieħor dwar il-kreazzjoni kardinalizzja tal-Agostinjan Prospero Grech. Jien l-awtur ukoll ta’ diversi kotba kemm għall-ġenerazzjoni matura kif ukoll għattfal. Organizzajt esebizzjoni għall-Malta Community Chest Fund ta’ 25 dokumentarju storiku mill-Arkivju Sigriet tal-Vatikan. Din l-inizjattiva seħħet fil-Presidenza ta’ Dr Marie Louise Coleiro Preca fl-2015. Kont jien li ħriġt bl-idea li Malta tesibixxi presepju “life size” fi Pjazza San Pietru sabiex Malta saret l-ewwel stat sovran li esebixxiet dan il-presepju filBelt tal-Vatikan wara 33 sena li dejjem kien esebit minn reġjuni Taljani. Illum wara Malta bdew jesibixxu l-presepji tagħhom pajjiżi oħrajn. Għent lid-Direttorat tal-Kultura sabiex l-Orkestra Filarmonika Maltija ttella’ l-Missa Solemnis ta’ Beethoven fil-Bażilika Papali ta’ San Paolo Fuori le Mura quddiem il-President tar-Repubblika, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u dak tal-Kultura, quddiem numru sabiħ ta’ kardinali u arċisqfijiet u eluf oħra li ħonqu l-Bażilika f’Ruma. Dan il-kunċert kien seħħ f’Diċembru tal-2016. Kemm ilni ambaxxatur għent diversi soċjetajiet Maltin sabiex itellgħu attivitajiet kulturali fil-Belt tal-Vatikan. Dwar il-futur ma nitkellimx għax inħobb ngħix il-ġurnata. Bħalissa qed intella’ sensiela inkredibbli ta’ 24 episodju dwar l-istorja tal-Vatikan. Din is-sensiela qed tiġi trażmessa nhar ta’ Ħamis fuq l-istazzjon nazzjonali Malti. Dan il-proġett qed ninnota li qed ikun segwit ħafna.



28

17.10.2021

MARK AZZOPARDI

KOMPLA BIL-MUŻIKA TIEGĦU BARRA MINN XTUTNA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar skoprejt b’talent mużikali lokali, li iżda m’għadux jgħix hawn Malta. Skoprejt b’ċikka permezz ta’ ħabiba tiegħi Cher, fejn waqt ħafna mill-konverżazzjonijiet tagħna sirt naf li ħuha mar jgħix barra minn Malta u hemmhekk kompla jifrex il-mużika tiegħu. Qed nirreferi għal Mark Azzopardi. Magħruf aħjar bħala Hellcommander Vargblod, Mark għandu 39 sena, u minn Ħal Tarxien. Beda l-interess tiegħu fid-dinja tal-Heavy Metal minn meta kellu erba’ snin, permezz ta’ missieru li kien jisma’ bands bħal Black Sabbath, Led Zeppelin, Deep Purple u diversi bands oħra taż-żmien is-sebgħinijiet. Fl-istess żmien beda jgħallmu l-kitarra wkoll. Ħallejt f’idejh sabiex jgħidli dwar il-bidu tiegħu fix-xena mużikali. “Meta kelli bejn 13 jew 14-il sena, iffurmajt l-ewwel band tiegħi ma’ żewġt iħbieb tal-iskola, taħt l-isem Hell Rats u konna litteralment indoqqu fis-salott taddar tal-ġenituri tiegħi. Ftit wara dħalt ukoll ma’ grupp ieħor taħt l-isem Mannaris. Dak iż-żmien konna għadna qed nesploraw xi stili rridu ndoqqu u kellna bosta diski bi stili differenti,” beda jgħidli Mark. Kompla jgħidli li fis-sena 1995 skopra d-dinja tal-extreme metal u minnufih fetaħ il-bieb tal-Abbissi meta skopra d-Death u l-Black Metal. “Bands bħal Bathory, Burzum, Morbid Angel, Dimmu Borgir u Cradle of Filth, kienu ftit bands li skoprejt fil-bidu u xejn ma ngħidu, ġejt influwenzat, jew aħjar ispirat minnhom minnufih. Dan l-istil ta’ mużika attirani ħafna għax kien totalment differenti minn bands oħra li smajt qabel. Kienu bands li esploraw id-dlamijiet u l-miżerja tal-umanità, u ovvjament tad-dinja tal-okkult,” stqarr miegħi. Matul din l-intervista sirt naf li kien ftit żmien wara li daħal f’dak li tista’ tgħid l-unika grupp attiv Black Met-

al li kien jeżisti Malta dak iżżmien Martyrium, u għamel magħhom 12-il sena, fejn ħarġu tliet albums sakemm dam magħhom u kellhom bosta gigs u tours fl-Ewropa wkoll. ”Dak iż-żmien kont ukoll membru ma’ grupp veteran Malti X-Vandals, kif ukoll membru live ma’ Lord Adder.” Jiddeċiedi li jitlaq minn Malta Fl-2014 iddeċieda li jitlaq minn Malta għal diversi raġunijiet, u mar jgħix l-Iżvezja, ġo raħal fit-Tramuntana tal-pajjiż, jismu Burträsk, xi 100km ’l isfel mill-Arctic Circle. “L-Iżvezja dejjem kienet kolonna fl-istil ta’ mużika li ndoqq jien u ħassejtni home mill-ewwel. Ovvjament ma stajtx nibqa’ ndoqq mal-gruppi li kelli Malta. Bdejt żewġ proġetti waħdi hawn fejn indoqq kollox jien vocals, guitars, bass, drums u keyboards taħt l-isem Draugul u Khaospath,” qalli Mark. Żied jgħidli li Draugul dejj-

em baqa’ solo project, però għal Khaospath sab membri hemmhekk stess li kienu interessati jdoqqu miegħu u bdew jiktbu materjal flimkien. “Ħriġna diversi albums taħt Khaospath (3 albums), kif ukoll Draugul (5 albums) u daqqejna bosta kunċerti fl-Iżvezja, il-Finlandja, il-Bulgarija, u anke nżilna ndoqqu f’festival f’Malta,” aġġornani Mark. Mistoqsi jekk jimmissjax lil Malta u kemm ta’ spiss iżurha, Mark weġibni: “Issa ilni tmien snin li tlaqt minn Malta. Nista’ ngħid li kienet l-aħjar deċiżjoni li għamilt f’ħajti. Ovvjament timmissja ċerti aspetti ta’ art twelidek, bħall-familja u ċertu ikel tradizzjonali Malti. Però, li tlaqt minn Malta, nerġa’ ngħid li kien pass għal quddiem għalija. Dejjem xtaqt ngħix qrib in-natura, ’il bogħod minnies, eżatt kif qiegħed bħalissa, ġo villaġġ żgħir maqtugħ fit-tramuntana tal-Iżvezja, villaġġ ta’ madwar 1,000

persuna, imdawwar b’mijiet cord label li għenet ħafna ta’ kilometri foresti, lakes u fid-distribuzzjoni tal-album. għoljiet.” Daqqejna ma’ bands bħal Gra, Marduk, Avslut, Svartidaudi, Iwaqqaf il-bands sabiex fost oħrajn.” jiffoka fuq proġett ġdid Riċentement fis-sena 2020 bdew jiktbu t-tieni album Kompla jgħidli li fis-sena 2019 taħt l-isem Myronath, imma inbidlu ħafna affarijiet u għal sfortunatament id-drumdiversi raġunijiet iddeċieda mer kellu jieqaf minħabba li jwaqqaf il-bands ta’ Drau- raġunijiet ta’ saħħa. “Ftit gul u Khaospath biex jiffoka wara però, wera interess fina fuq proġett ġdid li beda ma’ eks drummer tal-band Żveħabib ieħor hemmhekk, li diża Amon Amarth, li daħal huwa l-kitarrist tal-band Nor- magħna minnufih u fl-istveġiża Ragnarok. “Iltqajna ess sena, waqt il-ħarifa irb’kumbinazzjoni u ddeċide- rekordjajna t-tieni album jna li naraw niktbux xi ħaġa tal-Myronath - “Djevelkraft”, flimkien. Minn proġett żgħir, f’wieħed mill-istudios rinospiċċa band ewlenija taħt mati fl-Iżveżja Endarker Stul-isem Myronath, li ħadilna dio li huwa mmaniġġjat mill ħafna ħin, b’hekk tfajt Kha- eks bassist tal-grupp Marospath u Draugul fil-ġenb. duk. L-album ħareġ f’Ġunju Daħħalna magħna eks drum- 2021 flimkien ma’ music vidmer tal-band Żvediża Mar- eo li ġie rrekordjat ftit xhur duk u fl-istess sena ħriġna qabel, taħt record label ġdida l-ewwel album ta’ Myronath, min-Norveġja, Hellstain Probl-isem “Into the Qliphoth”. ductions. Minħabba l-panMill-ewwel bdejna ndoqqu demija kellna ovvjament gigs u l-materjal niżel ferm id-diffikultà biex indoqqu tajjeb man-nies u sibna re- f’kunċerti, però fl-aħħar ta’


08.11.2020 17.10.2021

29

SKEDA ONE Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Programm Speċjali Budget ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime

09:30 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35

Espresso ONE News Ħabrikt Kalamita ONE News Telebejgħ

15:50 16:00 16:15 16:45 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Program Speċjali Budget 2022 ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

ERBGĦA 19:30 ONE News 20-10 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:15 Ondroad 22:45 Mill-Chcina ta’ Dari 23:30 ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 16:45 17:00 17:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Filler Żona Sport Mhux kemm taf

18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reebot ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 16:45 17:20 17:30 18:30 19:15

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Filler Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:05 The Local Traveller 10:50 Dak Li Jgħodd

11:30 11:58 12:30 12:35 13:00 14:15 15:30 15:35 16:30

What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mqades l-Istorja ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:35 23:30

Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30 11:25

11:55 12:30 12:35 13:05 13:30 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00

Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Ondroad Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Mqades l-istorja L-Argument

19:20 One Sport 24-10 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up

TLIETA 19-10

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 21-10

Settembru għadu kif kellna l-ewwel kunċert wara l-aħħar wieħed li għamilna f’Diċembru 2019,” stqarr miegħi Mark. Konxja mill-fatt li fil-mużika tagħhom jużaw vocals li jixbah vuċi demonika u għal xi wħud huwa kemxejn stramb, ħallejt fi jdejh sabiex jelabora aktar. “Il-vuċi f’dan l-istil ta’ metal, imur lura għall-bidu tas-snin 80, meta bands bħal Bathory, Venom, Morbid, Mayhem u Sarcofago bdew jesperimentaw bi stil ta’ mużika ġdida, bit-tir li tixxokkja lin-nies u tqajjem kontroversja u biża’ ma dawk li qed jisimgħu. Xejn ma ngħidu, l-istil qajjem kontroversja kbira speċjalment meta n-nies semgħu għall-ewwel darba vuċi demonika, ma kitarri mimlijin qilla sabiex jinħoloq stil mudlam u makabru, kif inhu l-iskop fl-aħħar mill-aħħar. Il-vuċi partikolarment forsi ġieli tfakkar lis-semmiegħa fil-vuċi tat-tifla fil-film “The Exorcist”, fejn il-kantant jesprimi dak li qed

ikanta b’emozzjonijiet ta’ makabrità, rabja, u dwejjaq. Il-vuċi hija tipika tax-xena Black Metal, fejn il-band tesplora l-kurituri mudlama tal-bniedem, fejn mużiċisti ta’ stili kummerċjali jibżgħu jersqu.” Kompla jinfurmani wkoll li sadanittant, mużika għattielet album diġà qed tinkiteb, u l-vjaġġ ġol-abbissi jkompli. Għal dawk li jixtiequ li jsegwu l-mużika tagħhom jistgħu jidħlu hawn https://www. facebook.com/hellcommander.vargblod jew https://www. facebook.com/myronath kif ukoll https://www.youtube. com/watch?v=14xXd6doXRo Fl-aħħar tal-intervista stedintu jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. ”Filwaqt li nirringrazzjak ta’ din l-opporunità li nitkellmu ftit flimkien, inselli għall-qarrejja tal-gazzetta u speċjalment dawk li jsegwu l-band tiegħi u li dejjem urew sapport għal din il-mużika underground,” temm jgħidli.

TNEJN 18-10

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

SIBT 23-10

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Sabiħa l-Ħajja

ĠIMGĦA 22-10

ĦADD


30

17.10.2021

‘THE HIGHLAND PARK STRANGLER’ Benjamin Atkins kien isus wara nisa vulnerabbli Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Benjamin Atkins, magħruf bħala ‘The Highland Park Strangler’ u anke bħala ‘The Woodard Corridor Killer’, kien qattiel tal-massa Amerikan li stupra u qatel 11-il mara f’disa’ xhur. Il-vittmi tiegħu kienu nisa tax-xogħol u nisa li jabbużaw mid-droga. L-omiċidji wettaqhom f’Highland Park u f’Detroit f’Michigan fl-Istati Uniti.

ommu ma kinitx pjaċevoli għax din kienet taħdem bħala prostituta u kemm-il darba rawha jkollha x’taqsam mal-klijenti tagħha. Ix-xogħol ta’ ommu ma kienx jista’ għalih u lejn l-aħħar tat-tmeninijiet telaq mid-dar biex spiċċa jgħix fit-triq. Waqt li kien bla saqaf fuq rasu, Atkins beda jabbuża mid-droga u kien imur f’postijiet fejn kien ikun hemm il-prostituti.

Min kien Benjamin Atkins

Kien jagħżel il-vittmi tiegħu

Benjamin Thomas Atkins twieled fis-26 ta’ Awwissu tal-1968 f’Detroit f’Michigan fl-Istati Uniti. Hu kien iż-żgħir miż-żewġ subien tal-koppja Atkins. Atkins ma twelidx f’familja bil-għaqal għax il-ġenituri tiegħu kienu t-tnejn iħobbu l-qatra u t-tnejn li huma kienu jabbużaw mid-droga. Meta kellu ftit xhur, missieru telaqhom u fl-1970, meta kellu biss sentejn, Atkins ħarab middar u spiċċa f’orfanatrofju. Hu spiċċa biex qatta’ tfulitu u l-adolexxenza tiegħu hawnhekk, fejn kien vittma ta’ ħafna abbużi. Meta kellu madwar 15-il sena, Atkins ħarab mill-orfanatrofju u ngħaqad ma’ ommu u ħuh il-kbir. L-atmosfera fid-dar ta’

Bħala vittmi, Atkins kien jagħżel nisa żgħar jew ta’ mezza età li ħafna drabi dawn kienu jkunu prostituti jew nisa li jabbużaw mid-droga. Atkins kien jeħodhom f’postijiet imwarrbin jew binjiet battala fejn kien jabbuża minnhom sesswalment u wara kien jifgahom. Atkins kien iħalli l-iġsma bla ħajja tal-vittmi tiegħu fl-istess post fejn ikun qatilhom u kien hemm uħud mill-vittmi tiegħu li nstabu wara xhur sħaħ. L-ewwel vittma li nstabet kienet Debbie Ann Friday, mara ta’ 30 sena. Friday kienet ilha nieqsa mit-8 ta’ Diċembru tal1991 u l-ġisem bla ħajja tagħha nstab sitt ijiem wara. Fit-30 ta’ Diċembru tal-istess sena nstab ukoll il-ġisem bla ħajja

ARTIKLU F’GAZZETTA AMERIKANA FEJN JINGĦAD LI ATKINS AMMETTA U TA D-DETTALJI TAL-OMIĊIDJI KOLLHA LILL-PULIZIJA

ta’ Bertha Jean Mason, li kellha 26 sena. Mason kienet ilha rrappurtata nieqsa mill-11 ta’ Diċembru. Fit-3 ta’ Jannar tal-1992, ħaddiema li bdew jaħdmu f’dar battala sabu l-katavru ta’ Patricia Cannon George. Din il-mara kienet fuq il-lista tannies imfittxija mill-awtoritajiet mill-bidu ta’ Diċembru tal-1991 minħabba li kellha rabta ma’ grupp ta’ nies li jbigħu d-droga f’Woodward Corridor. Fil-25 ta’ Jannar tal-1992 instab katavru ieħor, din id-darba ta’ Vickie Truelove ta’ 39 sena. Il-vittmi kollha mietu bl-istess mod – billi l-ewwel ġew stuprati u wara fgati. Atkins ġie arrestat fl-aħħar ta’ Jannar wara li l-pulizija qabduh f’bini abbandunat. Atkins ġie interrogat iżda nħeles mill-arrest wara nuqqas ta’ evidenza. Fis-17 ta’ Frar tal-istess sena, il-pulizija sabu tliet vittmi oħrajn fi kmamar differenti fil-Monterey Hotel f’Highland Park. It-tliet nisa kienu Valerie Chalk ta’ 34 sena, Juanita Hardy ta’ 23 sena u l-vittma l-oħra sejħulha bħala Jane Doe għax l-identità tagħha ma kinitx magħrufa. Bħall-vittmi l-oħrajn, dawn in-nisa ġew stuprati u wara fgati. Fid-9 ta’ April tal-istess sena nstab il-katavru ta’ Brenda Mitchell f’dar abbandunata. Mitchell, li kellha 28 sena, instabet b’xalla mdawra m’għonqha u kważi għarwiena ħuta. Mill-awtopsja rriżulta li Mitchell kellha doża qawwija ta’ droga f’ġisimha u dan l-abbuż wassal għall-mewt tagħha. Kien għalhekk li l-mewta tagħha ġiet iddikjarata bħala waħda marbuta mad-droga. Ftit jiem wara nstab il-katavru ta’ Vicki Beasley-Brown, li kien fi stat ta’ dekompożizzjoni. Beasley-Brown, li kellha 27 sena, dehret ħajja l-aħħar fil-25 ta’ Marzu. Imbagħad fil-15 ta’ Ġunju tal-istess sena nstab

il-katavru ta’ Joanne O’Rourke, mara ta’ 45 sena. L-arrest Atkins reġa’ safa arrestat fil-21 ta’ Awwissu fuq stupru wara li l-vittma li abbuża minnha għarfitu waqt li kien miexi f’Detroit. Il-vittma, Darlene Saunders ta’ 34 sena, kienet ġiet stuprata minn Atkins f’Ottubru tas-sena ta’ qabel. Waqt l-interrogazzjoni, Atkins ġie mistoqsi fuq id-delitti tan-nisa l-oħrajn iżda dan ċaħad u qal li ma kellux interess fin-nisa għax kien omosesswali. Wara 12-il siegħa, Atkins ammetta li b’kollox qatel 11il mara. Atkins iddeskriva x’kienu lebsin il-vittmi tiegħu u qalilhom ukoll fejn kienu jinsabu l-10 u l-11-il vittma tiegħu. L-aħħar żewġ vittmi kienu Ocinena Waymer ta’ 21 sena u LaTanya Showanda Smith ta’ 29 sena. Atkins ammetta wkoll li l-ewwel vittma tiegħu kienet Patricia Cannon George u qal li ma kienx ippjana biex joqtolha. Saħaq li qatilha wara li ħakmitu rabja kbira hekk kif din pruvat titlaq minn ħdejh. Minħabba l-fatt li ma kienx hemm biżżejjed evidenza fiżika kontra Atkins, hu ġie mixli bl-istupru ta’ Saunders u b’dak li stqarr hu stess waqt l-interrogazzjoni. Il-ġuri Il-ġuri beda f’Jannar tal-1994, fejn kien hemm mal-150 per-

suna preżenti, fosthom qraba tal-vittmi. Atkins ammetta li qatilhom iżda qal li kien ibati minn mard mentali. L-avukat tiegħu qal lill-imħallef biex ikun ħanin ma’ Atkins għax dan tal-aħħar kien abbużat kontinwament fi tfulitu u f’żgħoritu. Skont l-avukat, dawn l-esperjenzi koroh u l-vizzju tad-droga wasslu għal problemi mentali, emozzjonali u saħansitra fl-imġiba ta’ Atkins. Il-ġuri dam għaddej erba’ xhur u wara tlett ijiem ta’ deliberazzjoni, Atkins instab ħati mill-ġurija. F’April tal-1994, Atkins weħel diversi sentenzi ta’ għomor il-ħabs. Hu ntbagħat fiċ-Charles Egeler Reception and Guidance Centre f’Jackson iżda minħabba problemi ta’ saħħa ntbagħat fid-Duane Waters Hospital. Atkins miet f’dan l-isptar fis-17 ta’ Settembru tal1997 minn marda relatata malAIDS.

ATKINS WAQT LI ĠIE ARRESTAT



32

17.10.2021

reċensjoni tal-ktieb

META R-RUĦ TINTBILL FID-DEHEB IL-VERITÀ BĦALA STIL TA’ ĦAJJA minn ROBERT FARRUGIA FLORES Bosta mistiċi, u kif ukoll xi filosfi b’ras­hom fuq għonqhom u qalbhom f’postha, għarfu l-bżonn u d-dmir li persuna tidħol fiha nnifisha u timmedita sabiex tagħraf u tagħti spazju lill-ħajja tal-ispirtu. Minn dawn tal-ewwel nistgħu nsemmu l-kbar, bħal San Ġwann tas-Salib, Santa Tereża ta’ Ġesù u Santa Eliżabetta tat-Trinità, li l-awtur talktieb Meta r-Ruħ tintbill fid-Deheb jagħmel referenzi qawwija lejhom u jimxi proprju fuq il-passi tagħhom. Mill-kamp tal-filosfi nsibu wkoll vuċijiet profetiċi bħal dik ta’ Edmund Husserl, li fil-bidu tas-Seklu 20 kien qed javżana dwar dak li hu jsejjaħlu “barbarian hatred of spirit” li qiegħed jiddomina l-ħajja tal-Punent u li, kif jargumenta hu, hu riżultat tal-materjaliżmu u x-xjentiżmu li qegħdin jinvadu u jaħkmu kull sfera u mistoqsija dwar il-ħajja. Id-dixxiplu tiegħu, Michel Henry, ikompli jirradikalizza dan sal-punt li jniżżel l-isfera tal-viżibbli taħt dik li hi inviżibbli, sabiex talaħħar terġa’ verament tieħu r-ruħ u l-ħajja. Wara kollox, kif jghid San Pawl (2Kor 4:18), “dawk li jidhru huma għal żmien qasir, dawk li ma jidhrux huma ghal dejjem.” Il-ktieb ta’ P. Charlò nistgħu narawh bħala żwieġ intimu bejn l-imħabba mistika u l-għerf tar-ruħ. Hu biċċa xogħol ta’ valur siewi u neċessarju għax mhux biss jippreżentalna studju storiku dwar il-meditazzjoni Nisranija, speċifikament dik Karmelitana, jew kif l-awtur isejħilha wkoll “it-talb talġabra,” iżda, bla tlaqliq ta’ xejn, jipproblematizza wkoll il-meditazzjoni fil-forma kontem-

poranja sekulari li rabbiet l-għeruq tagħha fid-dinja kapitalista u konsumerista - li hija l-istess dinja li tħobb tifqa’ dak kollu li hu profond, impenjattiv u misterjuż. Għaldaqstant, kif jinnota l-awtur, din il-prattika qed tigi kummerċjalizzata għal finijiet li mhumiex proprji tagħha. Madankollu, il-ktieb mhux xogħol reazzjonarju. L-awtur jurina kif nistgħu niffukaw ħsibijietna, l-emozzjonijiet u l-aġir tagħna sabiex niltaqgħu mal-verità u ngħixuha b’mod sħiħ. Din il-verità hija Ġesù Kristu, li huwa n-nifs tal-ħajja li, kif jaċċenna għalih l-awtur b’mod espliċitu, huwa l-ispirazzjoni u l-aspirazzjoni – jiġifieri, in-nifs ’il ġewwa u ’l barra, u allura l-ħajja li tgħammar fina u żżommna ħajjin: “Li nirritmaw l-Isem li hu fuq kull isem, l-Isem ta’ Ġesù, man-nifs tagħna, bil-mod il-mod nibdew nindunaw li l-identità vera tagħna hija Ġesù Kristu” (paġ. 213). Fl-aħħar mill-aħħar, it-tip ta’ meditazzjoni li dan il-ktieb iressqilna hi “l-koltivazzjoni tal-ħbiberija ma’ Alla li twassal għall-għarfien tiegħi nnifsi fih u tiegħu fija” (paġ. 184). P. Charlò jenfasizza wkoll il-kelma “attenzjoni” u jużaha kontinwament f’rabta mal-prattika tal-meditazzjoni li qed iressqilna. Din il-kelma hawn imfissra bl-istess mod kif Simone Weil, filosfa u mistika tas-Seklu 20, kienet targumenta li l-prattika tal-attenzjoni ħielsa hija neċċessarja biex tipprepara spazju għall-possibbiltà tal-grazzja. Din l-attenzjoni tar-ruħ, maqtugħa u mbattla mill-egoċentriżmu, tiġbed it-Tajjeb sabiex jingħaqad b’mod kważi irreżis­tibbli mar-ruħ.

Mistoqsija: Fl-aħħar mill-aħħar x’tip ta’ meditazzjoni qed iressqilna dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb META R-RUĦ TINTBILL FID-DEHEB. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 24 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb FRAMMENTI hija:

P. CARUANA - MSIDA

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fl-2022 kemm-il miljun se jinvesti l-Gvern fl-edukazzjoni?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: C. BRIFFA - IŻ-ŻEJTUN



34

17.10.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


35

17.10.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 403

S. AGIUS - FGURA

Bi 3 NUMRI 591 000 596 007 654 125 704 146 754 185 810 199 813 263 824 279 830 410 850 420 863 434 488 B’4 NUMRI

0036 0344 1125 1410 1565 1610 2229 2608 3164 3534 4011 4485 4933

5419 5468 5710 6046 6403 6611 6620 7285 7445 7506 7551 8388 8481

8820 9281 9654 9730

81000 85159 89883 95447

B’5 NUMRI B’6 NUMRI 14107 011113 35405 404695 42603 606548 49046 611297 50857 664690 69985 677545 71315 719744

745763 746091 804126 804283 953083 B’7 NUMRI 5037990 6384276 B’10 NUMRI 2755473990 8759849739

MIMDUDIN: 7,21M. 1. Tagħmilha bil-bajd9,11. jew bl-iżbalji (5) 10. 4. Kompli l-qawl: 12. Frar jgħakkes lix- 16. ...... u liż-żgħar (4) 18.

Ikunu fil-vapuri (5) 19. Iħobb jindaħal (5) 20. Uża l-martell (6) 21. Qara bir-reqqa (6) 23. Parti minn reċta (3) 24. Ara 6

Frott (3) Ħares (5) Ara 7 Ara 17 Parti mill-ġisem (5)

WEQFIN: 1. Prodott agrikolu (6) 8. 2. Ġnien (3) 11. 3. Jaqa’ fil-logħob 12,13. tal-karti (3) 5. Ġurnata (3) 13. 6,18. Daqqa bħal din 14.

tkun fuq il-wiċċ (5) 15. Tikkurdaw? (9) 17,23. Ara 9 Titfi x-xemgħa 21. biha (5) Ara 12 wieqfa 22. Kunjom (6)

Ganġetta kbira (6) Tagħmel dmirek fl-elezzjonijiet (7) Ivo Attard Valletta (1,1,1) Mhux jien (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Xitla, 4.Korp, 7,5.Brodu, 9.DAL, 10.Baruni, 12.Majjal, 18.IU, 19.Ara, 20.Pedun, 21.Qal, 23.FIFA, 24.Mutur.

WEQFIN: 1.Xadina, 2,22.Tellef, 3,16.Abbati, 6,11.Prima, 8.Radjudramm, 12,17. Mitra, 13,21W. Jieqaf, 14.Lanzit, 15.Dardir


36

17.10.2021

L-OPPOŻIZZJONI U FARES OĦRAJN Editorjal

Bl-istess karattri dominanti bħal meta, bil-poter f’idejh, daħħal lill-pajjiż u lill-poplu fil-ħajt u għabbiehom bl-agħar piżijiet, il-PN lanqas lil niesu stess mhu jikkonvinċi meta jattakka l-aktar Baġit soċjali fl-istorja

Li kieku jeżisti apparat li kapaċi jkejjel il-piż tal-kredibbiltà kull ħin li tixtieq, allura l-Partit Nazzjonalista jkun l-ewwel wieħed f’sitwazzjoni imbarazzanti anke akbar milli diġà jinsab fiha. Fil-verità diġà nistgħu nistrieħu fuq il-kejl demokratiku tal-eżerċizzji elettorali fil-livelli nazzjonali, reġjonali u lokali, flimkien ma’ kull stħarriġ xjentifiku tal-opinjoni pubblika li huma intenzjonati biex jiżnu, kultant żmien, il-kredibbiltà politika momentarja u fiċ-ċirkostanzi tal-mument. Biex noqogħdu fuq dak imkejjel sal-lum, ilkoll nafu li dawn kollha jagħtu stampa li tixhed aktar minn biżżejjed evidenza ta’ x’jaħsbu l-Maltin u l-Għawdxin kollha. Fuqhom biss il-PN ukoll kellu u għad għandu obbligu li jagħmel eżami tal-kuxjenza, imqar b’rispett lejn dawk li kienu jew għadhom jappoġġjawh. Anke jekk ma jinħbewx bil-mistħija ta’ kif irrovinaw dak li bnew il-fundaturi tal-Partit f’iżjed minn 100 sena

ta’ storja politika, dawk li llum imexxuh messhom ilhom li għarfu li baqgħu fit-triq il-ħażina li wasslet għad-diżastru li jinsabu fih. Minkejja dan, il-manuvri antidemokratiċi, li baqgħu jmexxu minn taħt, diskorshom u anke azzjonijiethom stess jikxfuhom li assolutament ma jridux jafu li jibdlu r-rotta. La jaqbel lill-forzi dominanti u l-interessi tagħhom, li huma sew midfunin fil-fond talħażen u l-illegalitajiet kollha li twettqu fl-imgħoddi, allura hekk għandu jsir. Dawk moħbijin wara t-tmexxija Nazzjonalista ma jinteressahomx li r-reputazzjoni tal-Partit baqgħet nieżla fl-abbissi u qatt ma kienet ħażina daqs illum. Wisq inqas messithom il-kuxjenza meta għamlu u għadhom jagħmlu ħsara lill-pajjiż fit-tentattiv li jakkwistaw ftit nifs ieħor artifiċjali għall-eżistenza tagħhom. Aħseb u ara kemm se jinteressahom li l-pupazzi magħżulin minnhom biex ikunu l-wiċċ tal-Partit stess, inkluż il-Kap

Bernard Grech innifsu, spiċċaw farsa fuq fomm kulħadd u xejn aħjar minn hekk. Dikjarazzjonijiet, li ma jagħmlu sens ma’ ħadd, bħal li “l-PN qiegħed dejjem iżid l-appoġġ” jew li hemm xi “maġġoranza siekta li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss se taqleb ta’ taħt fuq il-kejl kollu talaħħar snin”, kapaċi biss iqanqlu r-ridikolaġni nazzjonali. Dawk leali għall-PN ukoll jidħlu f’dubju kif qatt setgħu jaslu f’dan il-livell miskin. Kif partit kbir seta’ qatt jispiċċa jedha fil-partiġjaniżmu, waqt li jinjora r-realtajiet ta’ madwarna biex mingħalih jikseb xi punti politiċi u xorta ma jirnexxilux?! Bl-istess karattri dominanti fil-Partit illum bħaż-żmien li, bil-poter f’idejhom, daħħlu lill-pajjiż u lill-poplu fil-ħajt u għabbewhom bl-agħar piżijiet, lanqas nieshom stess mhuma jemmnuhom meta, fost oħrajn, joħorġu jattakkaw l-aktar Baġit soċjali fl-istorja politika tal-pajjiż li ġie ppreżentat din il-ġimgħa.

Aktar ma jeħduha kontra t-tmexxija għaqlija tal-Gvern Laburista, iżjed jikkonvinċu lis-soċjetà li dak tagħhom hu biss kamikażi politiku. Min-naħa l-oħra, l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela, li l-kredibbiltà tagħha hi wkoll sostnuta bl-aħjar punteġġi minn aġenziji ta’ kreditu u istituzzjonijiet internazzjonali, bil-fatti tikkonvinċi fejn tħabbat ir-ruħ soċjali tagħha. Il-pandemija tal-COVID-19, l-agħar test li affaċċjat id-dinja kollha fl-aħħar 80 sena, u l-fatt li, minkejja dan, illum għandna l-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja, il-faqar fostna għadu jonqos u l-ekonomija qiegħda tirkupra minn dan ix-xokk b’saħħa, kif kien antiċipat, ilkoll jagħtu lil pajjiżna fost l-aqwa marki. Għalhekk il-baġit għas-sena d-dieħla seta’ jiffoka u jindirizza aktar tisħiħ tas-soċjetà u l-fibra soċjali. Għalhekk ukoll ninsabu komdi li nitkellmu fuq Malta li rridu għal uliedna. Ħaddieħor jitqanżaħ anke biex jiddeverti lil dawk li minn dejjem kienu ma’ djulu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.