WIED FULIJA: LURA GĦAND IL-POPLU WARA 42 SENA MIŻBLA Il-Ħadd, 18 ta’ Lulju, 2021
Ħarġa Nru 1,462
Rapport f’paġni 8 u 9
Prezz €1
MOLL ĠDID F’ATTIVITÀ 57% AKBAR Studji juru li, hekk kif fis-snin li ġejjin l-ekonomija ta’ pajjiżna tkompli tikber, mistennija żieda qawwija fil-bastimenti li jżuru l-Port il-Kbir biex joffru diversi servizzi lil setturi differenti. Fil-fatt hu stmat li, sa sentejn oħra, vapuri fil-Port il-Kbir, kemm dawk talpassiġġieri kif ukoll dawk tal-merkanzija, mistennija jiżdiedu b’madwar 57% meta mqabbel mas-snin li għaddew. Għal dan il-għan, fiż-żmien li ġej, ilGvern se jkun qed jinvesti €65 miljun fi proġett biex jinbena moll kompletament ġdid fiż-żona ta’ Ras Ħanżir f’Kordin.
QABEL WARA
Tkompli f’paġna 4
BL-AKBAR QABŻA LEJN UGWALJANZA TAL-ĠENERU FL-UE
MIŻURI BIEX IĦAJRU LIN-NISA JIDĦLU FIS-SUQ TAX-XOGĦOL, LI ĠEW INTRODOTTI MINN GVERN LABURISTA WARA L-2013, GĦENU LIL PAJJIŻNA JTEJJEB IL-QAGĦDA TIEGĦU FL-INDIĊI EWROPEW … MISTENNIJA RIŻULTATI AĦJAR FIS-SNIN LI ĠEJJIN
Riċerka ġdida Ewropea turi kif, f’perjodu ta’ tmien snin sal-2018, pajjiżna kien fost erba’ pajjiżi li għamlu sforz impressjonanti biex itejbu l-qagħda tagħhom fejn tidħol l-ugwaljanza bejn ċittadini rġiel u nisa fi ħdanhom. Minkejja li fadal iżjed x’naqdfu, ir-riżultat ta’ Malta huwa iżjed sinifikanti ladarba miżuri għall-emanċipazzjoni tal-mara fissoċjetà ma ddaħħlux qabel inbidel il-Gvern fl-2013. Fuq quddiem nett ta’ tali miżuri kien hemm l-inċentivi biex eluf ta’ nisa Maltin u Għawdxin jidħlu fissuq tax-xogħol, tant li d-diskrepanza fl-impjiegi full-time naqset b’10% sa ħames snin wara, skont ir-riċerka. Rapport f’paġna 3
KONFERENZA ĠENERALI D I S K O R S M I L L P R I M M I N I S T R U U M E X X E J TA L PA R T I T L A B U R I S TA
DR ROBERT ABELA I L Ġ I M G Ħ A 2 3 T A ’ L U L J U 2 0 21 | 8 . 0 0 P M |
PARTIT L ABURISTA
02
18.07.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 29°C L-Inqas Temperatura: 22°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Gżejjer Baleariċi sa fuq il-Libja.. It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat għal qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Punent li jsir baxx għal moderat It-Temperatura tal-Baħar: 28°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
30°C UV 11
KUNTATT ĠENERALI
23°C
Il-Ħamis
31°C UV 11
23°C
32°C UV 11
Il-Ġimgħa
24°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
33°C UV 11
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
24°C
34°C UV 11
24°C
34°C UV 11
24°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Penny Lane Pharmacy, Triq is-Sejjieħ, Is-Swieqi – 21375373 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Brown’s Pharmacy, 45, Telgħet Raħal Ġdid, Raħal Ġdid – 21694818 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat – 21564447 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
18.07.2021
MALTA BL-AKBAR QABŻA BIEX TITNAQQAS L-INUGWALJANZA MALTA TIRREĠISTRA TITJIB ĠENERALI FL-INDIĊI EWROPEW BIEX TIĠI RKUPRATA D-DISKREPANZA BEJN ĊITTADINI RĠIEL U NISA SAL-2018 … L-AKBAR TNAQQIS IRREĠISTRAT FID-DIFFERENZA FL-IMPJIEGI FULL-TIME Malta rreġistrat l-akbar sforz fl-Unjo ni Ewropea biex titnaqqas l-inugwaljanzi abbażi tal-ġeneru fost iċ-ċittadini tagħha, skont stħarriġ ippubblikat din il-ġimgħa. Ibbażata fuq l-oqsma ewlenin tax-xogħol, il-flus, l-għarfien edukattiv, il-ħin, il-poter u s-saħħa, riċerka konġunta bejn l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza fil-Ġeneru (EIGE) u l-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib fil-Kundizzjonijiet tal-Ħajja u x-Xogħol (Eurofound) sabet li pajjiżna – flimkien mal-Portugall, Ċipru u l-Italja – kellu riżultati impressjonanti fl-indiċi Ewropew. B’żieda ta’ 7.5 punti fuq perjodu ta’ tmien snin ir-riżultat kien ferm aħjar mill-medja Ewropea. L-akbar qabża sinifikanti li kisbet Malta f’dan ir-rigward kienet fl-impjie gi, fejn ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 10% fid-diskrepanza bejn impjegati full-time (jew l-ekwivalenti) ta’ rġiel u nisa. Filfatt, waqt li fl-2010 l-irġiel kienu fl-impjieg 33% aktar min-nisa, tali differenza tnaqqset għal 23% tmien snin wara. Din il-qabża hija żgur attribwita għall-inċentivi li Gvern Laburista kien introduċa wara l-bidla fil-Gvern fl-2013. Għaldaqstant, waqt li l-Lussemburgu wkoll kellu l-istess persentaġġ ta’ rkupru, għal pajjiżna dan ir-riżultat hu ferm aktar sinifikanti. Minbarra dan, pajjiżna rreġistra titjib qawwi wkoll fit-taħriġ fl-oqsma tal-edukazzjoni, tas-saħħa u l-welfare, u fil-bilanċ bejn il-faċendi tad-dar u l-kura tat-tfal, flimkien ma’ titjib moderat fost in-nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija. Minkejja dawn l-avvanzi u t-tendenza ta’ iżjed titjib, deskritti minn EIGE u Eurofound bħala kruċjali, pajjiżna xorta għadu lura biex jilħaq il-livelli medji fl-Unjoni Ewropea. Dan waqt li ż-żewġ istituzzjonijiet Ewropej iqisu li l-impatti soċjali u ekonomiċi b’riżultat tal-pandemija qed jheddu l-progress riċenti fl-ugwaljanza fil-ġeneru fuq livell Ewropew. Fuq livell Ewropew, ir-riċerka minn EIGE u Eurofound tisħaq li l-akbar titjib fl-ugwaljanza bejn l-2010 u l-2018 kien irreġistrat fil-pożizzjonijiet ta’ poter fl-oqsma tal-politika, tal-ekonomija u tas-soċjal. Hawnhekk Franza, l-Italja, il-Belġju u l-Ġermanja kellhom l-akbar titjib, speċjalment fiż-żieda ta’ nisa fuq bordijiet ta’ kumpaniji. F’Malta s-sitwazzjoni għandha tkun ħafna differenti ladarba mill-elezzjo ni ġenerali li jmiss tiddaħħal fis-seħħ il-miżura elettorali biex ikun hemm mill-inqas 40% tas-sess l-inqas rappre żentattiv fl-ogħla istituzzjoni f’pajjiżna, il-Parlament. Meta qiesu l-livell nazzjonali, l-istituzzjonijiet Ewropej sabu li bosta stati Mediterranji, fosthom Malta, u xi stati Baltiċi kienu l-aktar li għamlu avvanzi biex ilaħħqu mal-medja Ewropea. Minn
Waqt li fl-2010 l-irġiel Maltin kienu fl-impjieg 33% aktar min-nisa, tali differenza tnaqqset għal 23% tmien snin wara … il-qabża hija attribwita għall-inċentivi li ġew introdotti wara l-bidla fil-Gvern fl-2013
dawn tal-aħħar, l-Estonja għamlet qab ża impressjonanti ta’ 7.3 punti fl-indiċi Ewropew. Il-progress fost l-istati membri taċ-ċentru u l-Lvant tal-Ewropa kien inqas inkoraġġanti, b’għadd minnhom jirreġistraw titjib inqas mill-medja. Pereżempju, ir-Repubblika Ċeka, l-Ungerija u l-Polonja baqgħu prattikament fl-istess sitwazzjoni fl-2018, bħalma kienu tmien snin qabel. B’qabża fl-indiċi ta’ 16%, Malta, l-Italja u Ċipru, li kienu fost dawk l-aktar maqtugħin mill-bqija, irreġistraw l-akbar titjib f’dan il-perjodu ta’ tmien snin, bl-Iżvezja tibqa’ tokkupa l-ewwel post tal-lista. It-titjib f’pajjiżi, li diġà kellhom l-inqas ugwaljanzi sesswali rreġistrati, ma qabiżx il-5%, waqt li l-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa m’avvanzawx iżjed minn 1.2%. Nisa f’impjieg Id-diskrepanza fil-ġeneru fost impjegati full-time jew l-ekwivalenti, li hi definita bħala d-differenza bejn il-valuri assoluti fir-rati tan-nisa u l-irġiel, b’konsiderazzjoni tal-inċidenza ogħla tan-nisa f’impjiegi part-time, naqset bi ftit fuq livell Ewropew. Minkejja dan, il-Lussemburgu u Malta kellhom l-aħjar riżultati biex jirkupraw id-differenza mal-oħrajn, wara
l-introduzzjoni ta’ miżuri impressjonanti li wasslu għal tnaqqis b’terz fil-livell ta’ pajjiżna u kważi bin-nofs fil-Lussemburgu. L-Italja u l-Olanda rreġistraw l-inqas titjib fil-perjodu kollu, minħabba rata iżgħar ta’ nisa jaħdmu fl-Italja u rata eċċezzjonalment għolja ta’ nisa Olandiżi f’impjiegi part-time. Is-sitwazzjonijiet fil-Finlandja u l-Iż vezja, li kisbu l-aħjar riżultati fl-2018 b’diskrepanzi tal-ġeneru ta’ 7.9%, ukoll irrappreżentaw titjib żgħir mill-2010, waqt l-qagħda ta’ disa’ pajjiżi – il-Bulgarija, ir-Rumanija, l-Ungerija, il-Polonja, il-Litwanja, il-Latvja, l-Estonja, is-Slovakkja u l-Irlanda – kompliet teħżien. Nisa fil-poter Id-differenzi bejn l-istati membri fost il-karigi ta’ poter f’livell lokali żdiedu b’mod drastiku, anke wara miżuri individwali li ttieħdu biex jiżdiedu n-nisa fuq bordijiet ta’ kumpaniji kbar. Franza u l-Italja raw il-persentaġġi tagħhom jiżdiedu b’aktar minn 29%, waqt li fil-Belġju u l-Ġermanja żdiedu b’aktar minn 19%. Dawn kienu attribwiti partikolarment għall-introduzzjoni ta’ miżuri, li stabbilixxew legalment ammont minimu ta’ rappreżentazzjoni femminili, fosthom pereżempju bl-użu tal-kwoti. Bejn l-2010 u l-2018, sitt pajjiżi –
il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, l-Italja, l-Awstrija u l-Portugall – adottaw mi żuri simili u l-impatt tagħhom kien ċar ħafna. Aktar riċenti, il-Greċja adottat leġiżlazzjoni simili. Sa Ottubru li għadda, in-nisa kienu jammontaw għal madwar 37% tal-membri tal-bordijiet fil-kumpaniji l-kbar fl-istati membri li daħħlu dawn il-miżuri, imqabblin ma’ inqas minn 25% mal-pajjiżi li ma ħadux dawn il-passi. Ir-Rumanija u l-Litwanja kienu l-uniċi membri fl-UE li esperjenzaw tnaqqis fil-proporzjon ta’ nisa fuq bordijiet ta’ kumpaniji. L-istħarriġ wera li t-titjib f’pajjiżna, li kien fost l-agħar fil-qasam, għenna nirkupraw xi ftit, iżda mhux biżżejjed biex nitqabblu ma’ dawk li jinsabu fuq quddiem, waqt li s-sitwazzjoni mistennija tkompli titjieb b’numru ta’ inċentivi li ħajru iżjed nisa joħorġu jaħdmu jew jirritornaw fis-suq tax-xogħol wara li kienu waqfu biex irabbu lil uliedhom. L-ugwaljanza fost il-ġeneri hi meqjusa bħala fattur ewlieni fil-valuri tal-UE u stabbilita bħala dritt fundamentali fit-trattati tagħha. L-istrateġija Ewropea għas-snin 2020-2025 timbotta għal ugwaljanza fejn in-nisa u l-irġiel kapaċi jkomplu fit-triq tal-ħajja li jagħżlu f’soċjetà ħielsa minn vjolenza u sterjotipi, waqt li t-tmexxija tkun maqsuma b’mod ugwali u kull individwu li kapaċi javvanzaw f’ekonomija bilanċjata bejn is-sessi.
04
18.07.2021
ZAMMIT DIMECH U FENECH ADAMI JIBQGĦU FL-EŻEKUTTIV … mijiet ta’ kunsillieri tal-PN jgħidu le lil Mark Anthony Sammut, avolja tellaq waħdu u kellu l-barka tal-Kap Fl-elezzjoni għall-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li r-riżultati tagħha tħabbru lbieraħ reġgħu żammew posthom Francis Zammit Dimech, Michael Fenech Adami u Alex Perici Calascione, li, bejniethom ħadu nofs is-sitt postijiet li kien hemm disponibbli għall-irġiel. Min-naħa l-oħra, għall-ewwel darba ġie elett Joe Giglio, li mill-informazzjoni li għandna midDar Ċentrali kien qed jirsisti li jkollu sieq fl-eżekuttiv biex ikun jista’ jilqa’ għall-attakki interni li qed jagħmlu kontra tiegħu, partikolarment dawk mill-klikka tad-Deputati Chris Said, Karol Aquilina u Jason Azzopardi. Miegħu kien elett ukoll Michael Piccinino, li issa mistenni jkun is-Segretarju Ġenerali, minflok Zammit Dimech, wara li dan iddeċieda li jirtira mill-kariga, għalkemm xorta żamm postu b’suċċess u vot qawwi fl-eżekuttiv Nazzjonalista.
Sadanittant, ilbieraħ ukoll reġa’ rritorna bħala President tal-Kunsill Ġenerali Mark Anthony Sammut. Bil-barka tal-Kap Bernard Grech, Sammut reġa’ daħal fis-siġġu li kellu sa qabel irriżenja biex ikun jista’ jmexxi, ma’ oħrajn, il-kampanja kontra l-Eks Kap Adrian Delia. Fil-fatt, hu magħruf kif Mark Anthony Sammut
hu viċin ħafna l-grupp ta’ Repubblika u d-deputati magħrufa bħala “Blue Heroes”, li kienu fuq quddiem nett biex ittajjar Delia minn Kap u minfloku tpoġġa Bernard Grech. Anke jekk ilbieraħ Sammut ġie elett bla diffikultà (928 vot) , hu sinifikanti li mijiet ta’ membri tal-Kunsill Ġenerali ma riduhx (243 kontra, 22 invalidi). Ladarba dan tellaq waħdu u kien saħansitra imbottat mill-Kap innifsu, ir-riżultat kien aktar minn indikazzjoni ċara li l-qasma interna għadha attiva fit-tmexxija Nazzjonalista. Fil-fatt, jirriżulta li kien hemm 21% tal-voti kontrih mill-kunsillieri Nazzjonalisti li marru jivvutaw. Mal-200 oħrajn għażlu li litteralment ma jmorrux jeżerċitaw dan id-dritt tagħhom. Dan fl-istess ħin li l-elezzjonijiet tal-bieraħ kellhom fost l-inqas turnouts ta’ dawn l-aħħar snin f ’elezzjonijiet ta’ dan it-tip.
L-ATTIVITÀ FIL-PORT STMATA LI SE TIKBER B’57% SAL-2023 Tkompli minn paġna 1 Waqt li jirriżulta li l-faċilitajiet u l-ispazji eżistenti għallirmiġġ tal-vapuri fil-Port ilKbir diġà huma taħt pressjoni, il-proġett se jkabbar drastikament il-potenzjal ta’ pajjiżna f’dan ir-rigward. Mingħajr it-tali investiment, vapuri li jkunu deħlin Malta bil-merkanzija u l-materja prima għall-fabbriki, ħwienet u negozji oħrajn f’Malta, ikollhom idumu aktar biex jistennew li jitbattal post mal-moll. Ifisser ukoll li prodotti li jsiru f’pajjiżna għall-esportazzjoni jdumu aktar ma jaslu fid-destinazzjoni tagħhom. Dan kollu jżid l-ispejjeż u jnaqqas il-kompetittività fl-istess ħin għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Permezz ta’ Infrastructure Malta, il-Gvern qed jaħseb bil-quddiem biex jilqa’ għal din l-isfida u t-terminal ġdid fuq art fil-qalba tal-Port, li ilha snin twal mitluqa, se joffri spazji ġodda u faċilitajiet aktar effiċjenti għall-ħatt u t-tagħbija tal-merkanzija. L-istudji, li saru għal dan il-proġett, juru li b’dan l-investiment pajjiżna se jiffranka għexieren ta’ miljuni fi spejjeż relatati mad-dewmien biex il-bastimenti jidħlu fil-Port u jgħabbu jew iħottu l-ħażna tagħhom. Għal darb’oħra, l-investiment infrastrutturali se jkun ta’ pilastru t’appoġġ għal aktar kompetittività u sostenibilità għall-ekonomija, li fl-aħħar mill-aħħar tfisser aktar impjiegi, aktar ġid u kwalità ta’ ħajja aħjar. Minbarra hekk, se jfisser
ukoll inqas tniġġis tal-arja, ladarba l-vapuri se jqattgħu inqas ħin jistennew fl-ibħra Maltin, waqt li se jkun hemm ukoll il-faċilità ta’ provvista ta’ dawl, bħala parti minn proġett ieħor massiċċ li qed isir bħalissa, dak tax-shore-to-ship. Minn tweġiba Parlamentari li ta l-Ministru Ian Borg din ilġimgħa jirriżulta li f’Ottubru li għadda, Infrastructure Malta ħarġet sejħa għall-offerti biex jintgħażlu l-kuntratturi li se jibnu dan il-moll ġdid fittliet snin li ġejjin. Il-proċess tal-aġġudikazzjoni għadu għaddej. Il-faċilità għall-merkanzija se testendi fuq medda ta’ 28,000 metru kwadru, kważi daqs erba’ grawnds tal-futbol, u magħha se jkunu jistgħu jorbtu bastimenti sa 300 metru tul u b’fond sa disa’ metri. Il-proġett jinkludi t-tqe għid tal-pedamenti fi 30 met-
ru fond, it-tisħiħ ta’ qiegħ il-baħar, il-bini tal-istruttura ewlenija tal-moll u l-iżvilupp tal-infrastruttura meħtieġa għall-irmiġġ, l-immaniġġjar tal-merkanzija u l-operat għall-ħażna. Ix-xatt il-ġdid se jkollu wkoll faċilitajiet oħrajn bħalma huma konnessjonijiet għas-servizzi tal-ilma, elettriku u telekomunikazzjoni, sistema tat-tifi tan-nar, provvista tal-elettriku għat-trailers bil-friża, sistemi ta’ lqugħ għall-ilma tax-xita u tagħmir effiċjenti fl-enerġija biex idawwal il-moll. Għal mistoqsija mid-Deputat Chris Said, il-Ministru tenna li “Infrastructure Malta se tibni moll ġdid ta’ 360 metru għall-immaniġġjar tal-merkanzija fiż-żona ta’ Ras Ħanżir fl-inħawi ta’ Kordin, fil-Port il-Kbir. Din il-faċilità ġdida għall-merkanzija ta’ €65 miljun bejn Xatt il-Laboratorju u
Fuel Wharf se tintroduċi spazju ta’ rmiġġ addizzjonali tant meħtieġ fil-Port il-Kbir għal bastimenti li jġorru trailers u merkanzija ġenerali oħra (RoRo Ships). Se ttejjeb l-effiċjenza fil-Port, filwaqt li tipprovdi lill-awtoritajiet marittimi lokali b’aktar flessibbiltà u disponibbiltà fl-użu tal-mollijiet l-oħrajn fl-istess żona.” Hu stqarr li l-pjani biex din il-medda abbandunata tal-kosta tinbidel f’xatt ġdid kienu ilhom għal ħafna snin. “Infrastructure Malta inkludiet dan il-proġett fil-pjan fit-tul tagħha biex ittejjeb il-faċilitajiet għall-vapuri talpassiġġieri u tal-merkanzija fil-Port il-Kbir minn meta ġiet fdata bl-iżvilupp tal-infrastruttura marittima ta’ Malta fl2019,” kompla l-Ministru, waqt li semma li saru diskussjonijiet mal-awtoritajiet tat-trasport, l-ippjanar, l-ambjent u
l-wirt storiku, kif ukoll partijiet oħrajn interessati, biex b’hekk il-pjani tal-proġett ikunu skont kull rekwiżit. Infrastructure Malta ddisinjat ukoll il-moll il-ġdid b’mod li jkun jissodisfa l-ħtiġijiet ta’ bastimenti futuri, inkluż l-infrastruttura biex fil-futur ikun jista’ jipprovdi lill-bastimenti s-servizz tal-elettriku mix-xatt għal aktar soste nibbiltà ambjentali, bħala parti mill-proġett shore-to-ship li għaddej bħalissa fil-Menqa tal-Marsa. Il-proġett hu parzjalment iffinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni tal-Unjoni Ewropea. Fi tmiem it-tweġiba tiegħu, il-Ministru enfasizza li l-bord, li se jkun qed jiġġudika l-offerti, qed jitħalla jmexxi l-evalwazzjoni tal-offeri bla ndħil u allura ma setax jindika meta dan il-proċess se jkun konkluż.
05
18.07.2021
L-AĦJAR UŻU TAR-RIŻORS UMAN FIS-SUQ TAX-XOGĦOL
Miż-Żona Ewro kollha, pajjiżna qed jagħmel l-aħjar użu mirriżors uman tiegħu fis-suq tax-xogħol u għandu l-inqas nuqqasijiet f’dan ir-rigward, skont ċifri li ġew ippubblikati din il-ġimgħa mill-Eurostat. B’rispons għall-impatt ekonomiku li ħalliet il-pandemija tal-COVID-19, l-uffiċċju tal-istatistika Ewropew introduċa indiċi ġdid li jikkalkula diversi rekwiżiti oħrajn fis-swieq lokali tax-xogħol, minbarra r-reġistri tal-qgħad. Dan biex jagħti stampa iżjed fattwali ta’ dak li għaddejjin minnu l-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Wara l-introduzzjoni ta’ skemi varji li offrew supplimenti tal-paga, l-esperti Ewropej innotaw li ħafna ħaddiema ma tkeċċewx, iżda baqgħu impjegati għal ftit sigħat biss, kemm jikkwalifikaw għall-benefiċċji. Ir-riżultat kien li ċ-ċifri ma kinux qed jirriflettu s-sitwazzjoni attwali. Għaldaqstant, bdew jiġu evalwati wkoll ċifri ta’ dawk il-ħaddiema li jridu jaħdmu iżjed sigħat, dawk li huma disponibbli biex jaħdmu, imma mhumiex attivi jfittxu x-xogħol, u dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol, imma mhumiex disponibbli mill-ewwel għalih. Pajjiżna diġà jgawdi minn pożizzjoni tajba ħafna fil-miżura tradizzjonali tar-rata talqgħad fiż-Żona Ewro, tant li l-aħħar ċifri jixhdu li għandna t-tieni l-inqas rata ta’ 3.7%, daqs il-Ġermanja. Hija biss l-Olanda li għandha rata iżgħar. Minkejja dan, f’din l-analiżi ġdida ta’ statistika komprensiva tas-suq tax-xogħol, jirriżulta li Malta tinsab fl-ewwel post. u l-kundizzjonijiet tax-xogħol et fis-suq tax-xogħol żdiedu bi Bl-inqas rata (6.3%) ta’ huma ħżiena, ħafna li jixtiequ 22%. “nuqqasijiet” fis-suq tax-xog- jaħdmu ma jkollhomx l-entużF’termini perċentwali, ħol, pajjiżna jaqbeż lill-Ġer- jażmu li jfittxu impjieg u min- kienet is-Slovenja l-iżjed milqumanja fit-tieni post b’rata ta’ flok jiddependu fuq il-benefiċċji ta b’żieda ta’ 73% f’dan l-indiċi, 8.9%. U minkejja li għand- statali jew appoġġ minn qra- segwita mill-Olanda (66%) u ha l-aħjar riżultati fil-qgħad, ba. Malta u l-Finlandja huma r-Repubblika Irlandiża (50%). l-Olanda toħroġ b’nuqqasijiet l-uniċi żewġ pajjiżi fiż-Żona Waqt li r-rata ta’ qgħad kbar (16%) ta’ persuni impjega- Ewro fejn dan l-effett ma żdiedx f’pajjiżna hi nofs dik medja ti, avolja r-rata tagħha hi qrib mindu bdiet il-pandemija fil-bi- fiż-Żona Ewro, ir-rata tagħna ħafna l-medja taż-Żona Ewro. du tas-sena l-oħra. ta’ nuqqasijiet fis-suq tax-xogIr-raġuni ewlenija ħol hi terz tal-medja għal dan hi li l-pajjiż fl-istess żona. Dan jikgħandu persentaġġ konferma li l-impatt relattivament kbir ta’ tal-pandemija fuq iskważi 7% mill-work suq tax-xogħol lokali force tiegħu li mhukien ikkontrollat bl-aħIs-suċċess tal-miżuri adottati miex jaħdmu sigħat jar mod, ferm aħjar minn Gvern Laburista kien ġej daqskemm jixtiequ. mill-bqija tal-Ewropa. ukoll mill-fatt li dawn ħolqu Bil-maqlub, Malta Raġuni ewlenija għandha biss 1.7% tal- opportunitajiet ġodda ta’ xogħol għal dan kien il-fatt li work force tagħha li d-deċiżjonijiet ta’ apjippreferu jaħdmu iżpoġġ ekonomiku ma jed sigħat. Dan il-proporzjon hu Fil-perspettiva wiesgħa ta’ kinux imfasslin biex iġiegħlu nofs il-medja fiż-Żona Ewro u nuqqasijiet, Malta kienet l-uni- lin-negozji u l-industriji jaħdkważi kwart dak fl-Olanda. ku pajjiż fejn ir-rata ma nbidlitx mu inqas sigħat ta’ xogħol. Fil-każ ta’ dawk li jixtiequ minkejja l-pandemija, waqt li Pereżempju, f’diversi pajjiżi, jaħdmu, imma mhux ifittxu fiż-Żona Ewro sħiħa kien hemm il-benefiċċji ta’ wage suppleb’mod attiv, dawk li fil-lingwaġġ żieda ta’ 3.4 miljun persuna bi ments kienu jiddependu minn ekonomiku jiġu riferuti bħa- ħtieġa għax-xogħol li baqgħet tħaddim ta’ ftit sigħat tal-ħadla ħaddiema skoraġġiti, Malta ma ntlaħqitx. Din kienet rifles- diema. għandha inqas minn 1%, kontra sa f’żieda ta’ 13% bejn l-ewwel Minbarra hekk, is-suċċess t-13% tal-Italja u medja ta’ 5% kwart tal-2020 u l-ewwel kwart tal-miżuri adottati minn Gvern madwar iż-Żona Ewro kollha. Laburista kien ġej ukoll millta’ din is-sena. It-teorija ekonomika tisMadwar 1.3 miljun persuna fatt li dawn ħolqu opportunisuġġerixxi li, meta l-opportu- minn din iż-żieda kienu fl-Ital- tajiet ġodda ta’ xogħol. Skemi, nitajiet ta’ xogħol ikunu skarsi ja waħedha, fejn in-nuqqasiji- bħall-vouchers ta’ €100 li ngħa-
2021 Q1
taw darbtejn lil kull ċittadin ta’ ’l fuq minn 16-il sena, id-deċiżjoni li ma jitwaqqfux kompletament ċerti industriji, bħallmanifattura u l-kostruzzjoni, u t-tkomplija tal-proġetti infrastrutturali statali, wasslu lil ħafna biex ikomplu jfittxu impjieg, flok jaqtgħu qalbhom u jkunu dipendenti diretta-
MALTA
6.3
ŻONA EWRO
17.3
Il-Ġermanja
8.9
Is-Slovakkja
9.9
Il-Litwanja
11.6
Is-Slovenja
12.3
L-Estonja
12.6
Il-Lussemburgu
13.6
Il-Belġju
14.0
Il-Portugall
14.1
L-Awstrija
14.5
L-Olanda
16.0
Il-Latvja
16.1
Ċipru
16.3
Franza
17.0
Il-Finlandja
18.0
L-Irlanda
20.1
Il-Greċja
25.4
Spanja
25.7
L-Italja
25.8
ment fuq il-benefiċċji. Waqt li xi wħud jargumentaw li, b’inqas nuqqasijiet fissuq tax-xogħol, ifisser li negozji jiffaċċjaw nuqqas ta’ ħaddiema, din il-kwistjoni hi ferm eħfef biex tissolva milli jekk ikollok eluf ta’ persuni li tilfu kull tama li jiġu ingaġġati u jsiru ġenerazzjoni mitlufa ta’ ħaddiema.
06
18.07.2021
“IRRID NAĦDEM BIEX IL-POPLU FAĊILITAT JKOLLU IŻJED OPPORTUNITAJIET” IT-TILQIM “Irrid nagħti s-sehem tiegħi biex nara l-Partit Laburista mill-Gvern ikompli jibni fuq il-kisbiet li saru biex nassiguraw li l-poplu jingħata aktar opportunitajiet fiż-żmien li ġej,” tenna Dr Jonathan Attard f’kumment lil din il-gazzetta wara li din il-ġimgħa ġie maħtur fil-Parlament bħala Deputat Laburista minflok Dr Manuel Mallia, li issa se jkun il-Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit. Dr Attard ħa l-ġurament Parlamentari waqt l-aħħar seduta qabel il-vaganzi tas-sajf ta’ nhar l-Erbgħa li għadda (ritratt), wara li l-Grupp Parlamentari u l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista qablu unanimament li jiġi co-opted fl-ogħla istituzzjoni. Jonathan Attard ilu jipprattika ta’ avukat mill-2015 u, minbarra li hu ggradwat b’Dottorat fil-Liġi, iggradwa wkoll fil-Komunikazzjoni u fl-Istudji Soċjali. Fl-aħħar snin kien fdat biex jaħdem fuq diversi riformi leġiżlattivi u riformi kostituzzjonali. Għandu wkoll esperjenza fil-ġurnaliżmu u kien involut ukoll fit-trejdjunjoniżmu mal-General Workers’ Union. Mistoqsi dwar kif jara l-ħidma tiegħu fiż-żmien li ġej, l-avukat żagħżugħ stqarr magħna li hu jaspira li jibqa’ jara pajjiż igawdi minn ekonomija li tippermetti biex kulħadd ikollu l-opportunità li jibqa’ tiela’ tarġa ’l fuq, fejn il-kompetenza u l-bżulija jiġu ppremjati. “Nixtieq li s-soċjetà tkompli tesperjenza kwalità ta’ ħajja aħjar u ambjent li jixraq il-ġenerazzjonijiet tal-lum u t’għada, opportunità li kulħadd jirċievi edukazzjoni ta’ kwalità u opportunità li ngħixu f’soċjetà ġusta bi standards għoljin ta’ governanza, aċċess għall-ġustizzja u livell għoli ta’ sigurtà,” kompla Dr Attard. “Meta fil-bidu ta’ din is-sena ressaqt ismi bħala kandidat tal-Partit Laburista, għamilt dan għax ħassejt li kien wasal
Ritratt: KEVIN ABELA / DOI
– id-Deputat ġdid Laburista Jonathan Attard
iż-żmien li nżid l-impenn tiegħi fil-Partit Laburista. Għaldaqstant, meta kont avviċinat mill-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela biex nimla s-siġġu ta’ Dr Mallia, ilqajt din l-istedina minnufih u nrodd ħajr lill-Grupp Parlamentari u lill-Eżekuttiv tal-Partit li qablu unanimament fuq il-co-option tiegħi. “Inħossni onorat li ngħatajt dan il-privileġġ li nservi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż u nwiegħed l-impenn kollu
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
tiegħi biex nara l-Partit Laburista millGvern ikompli jwettaq il-programm politiku tiegħu. Jien nemmen li l-Partit Laburista, immexxi minn Robert Abela, għandu ambizzjonijiet kbar għal pajjiżna u nħares ’il quddiem biex b’ħidmieti nikkontribwixxi fit-twettiq ta’ dawn l-ambizzjonijiet u nara lil pajjiżna jkompli jagħmel dik il-qabża fil-kwalità,” temm jgħidilna d-Deputat il-ġdid talGvern.
TAL-COVID Residenti f’Malta u Għawdex, li kienu għadhom ma ħadux it-tilqima kontra l-COVID-19, issa se jkunu jistgħu jitlaqqmu iżjed faċilment u mingħajr appuntament. Dan se jsir peress li minn għada se jinfetħu żewġ postijiet apposta, wieħed f’Malta u l-ieħor f’Għawdex, fejn persuna tista’ tmur xħin trid bejn it-8:30 a.m. u t-3:00 p.m. Il-postijiet huma l-Gateway Hall fl-Università (mit-Tnejn sas-Sibt) u l-Gozo Conference & Expo Centre fir-Rabat, Għawdex (mit-Tnejn sal-Ġimgħa). Minbarra hekk minn għada se jibda jdur madwar Malta l-mobile unit li se jieqaf f’diversi lokalitajiet, bil-għan li l-għoti tal-vaċċin għall-adulti jkun dejjem iżjed aċċessibbli. F’din il-ġimgħa li ġejja, l-ewwel lokalitajiet li se jkollhom din il-faċilità huma l-Mosta (minn għada), iż-Żejtun (mill-Erbgħa) u San Ġiljan (mill-Ġimgħa). F’kull każ, min jixtieq jitlaqqam hu mitlub li jippreżenta l-karta tal-identità. Tfal ta’ taħt is-16-il sena għandhom ikunu wkoll akkumpanjati minn ġenitur li jista’ jagħti kunsens għat-tilqima. Fin-nuqqas ta’ karta tal-identi tà, wieħed jista’ juri dokument ieħor ta’ identifikazzjoni, flimkien ma’ prova li hu residenti f’Malta, bħal pereżempju kont tad-dawl, kuntratt ta’ kiri ta’ post f’Malta jew kuntratt ta’ impjieg lokali.
07
18.07.2021
IT-TIELET MEWĠA DINJIJA TAL-COVID Ċittadini f’pajjiżi bl-ogħla rati ta’ tilqim, bħal Malta, għandhom riskji minimi ħafna li jkollhom bżonn jidħlu l-isptar għall-kura f’każ li joħorġu pożittivi issa … kompletament differenti mill-esperjenza sa ftit tax-xhur ilu Waqt li l-Kap tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) Tedros Adhanom Ghebreyesus wissa nhar il-Ħamis li għad da dwar iż-żieda ta’ każi pożittivi fit-tielet mewġa globali tal-pandemija, il-pajjiżi bl-iżjed rati ta’ tilqim mhumiex jirrapportaw xi żidiet ta’ infezzjonijiet li jeħtieġu kura speċjalizzata fl-isptarijiet jew imwiet relatati. Dan hu l-każ ukoll f’pajjiżna, li għandu l-ogħla rata ta’ tilqim fid-dinja. Skont il-WHO, din iż-żieda ġdida fl-infezzjonijiet hi attribwita għall-imxija tal-varjant Indjan (Delta), iż-żieda fil-mobilità soċjali u l-ftuħ tal-ekonomiji, fost oħrajn. Meta nhar it-Tlieta li għadda kien qed jitkellem waqt il-programm televiżiv Pjazza fuq ONE, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ta rendikont dwar is-sitwazzjoni lokali u kif l-awtoritajiet għadhom ma rawx żidiet f’persuni rikoverati jew fatalitajiet kif kien qed jiġri qabel wasal il-vaċċin. Mit-tagħrif mogħti, jidher ċar li l-maġġoranza tal-każi f’pajjiżna s’issa kienu relatati ma’ safar, b’90% minnhom li ma kinux imlaqqmin. Dan juri l-importanza tat-teħid talvaċċin u kemm kien għaqli li l-Gvern ħaseb mal-ewwel biex pajjiżna jkollu biżżejjed dożi għall-popolazzjoni u anke iżjed. Għalkemm il-varjant Indjan daħal ukoll fostna, bħal pajjiżi oħrajn, u attwalment għandna 22 każ, l-għadd ta’ persuni li kienu jeħtieġu kura l-Isptar Mater Dei baqa’ minimu (17), b’persuna waħda biss rikoverata fit-Taqsima tal-Kura Intensiva (ITU). Il-persuna ta’ nazzjonalità barranija ma kinitx imlaqqma. Esperjenzi simili qed jirri żultaw fir-Renju Unit u f’Iżrael, li bħal Malta, għandhom rati għoljin ta’ tilqim. Tal-ewwel, waqt li qed jir rapporta żieda fil-każi pożittivi, iżda mhux fl-isptarijiet, minn għada se jneħħi iżjed restrizzjo nijiet, inkluż l-użu obbligatorju tal-maskra f’postijiet magħluqin. F’Iżrael, fuq medja ta’ sebat ijiem, kellhom 563 każ ġdid, b’medja ta’ mewt waħda fl-istess perjodu. Fir-Renju Unit, fuq medja ta’ sebat ijiem, kellhom 34,613-il każ ġdid, b’medja ta’ 29 mewt fl-istess perjodu. L-istatistika għal Malta turi li, fuq medja ta’ sebat ijiem, kellna 130 każ ġdid bl-ebda mewt. Sa ftit tal-jiem ilu f’Iżrael kienu qed jiċċelebraw ir-ritorn
għan-normalità, iżda mbagħad feġġ il-varjant Indjan u reġgħu daħħlu għadd ta’ miżuri preventivi, bl-ilbies tal-maskra u d-distanza soċjali partikolarment. Sharon Alroy-Preis, Kap tasSaħħa Pubblika fil-Ministeru għas-Saħħa ta’ Iżrael qed jirrakkomanda spinta biex ikunu kkontrollati l-infezzjonijiet filwaqt li qal li hu possibbli li ma jkunx hemm żieda kbira f’dawk li jimirdu b’mod serju, bħalma rajna fiż-żewġ mewġiet preċedenti meta l-vaċċin kien għadu ineżistenti jew l-ebda pajjiż b’immunità tal-massa. Nachman Ash, Direttur Ġe nerali tal-Ministeru għas-Saħ ħa ta’ Iżrael, qal li minn studju li sar hu mbassar li mhux se jkun hemm numri kbar ta’ każi severi f’din it-tielet mewġa, iżda fl-eventwalità mhux probabbli li n-numri ta’ każi serji jibdew jogħlew, allura jkun jeħtieġ li jittieħdu passi biex is-sistema tas-saħħa ma tiġix ipperikolata. Statistika Iżraeljana turi wkoll li kien hemm biss ftit mijiet li ġew infettati bilCOVID-19 minn popolazzjoni ta’ ħames miljuni u nofs li huma mlaqqmin. L-aħħar ċifri ppubblikati nhar il-Ġimgħa juru li minn Diċembru tal-2019, meta bdiet l-imxija miċ-Ċina, l-aktar ħames pajjiżi Ewropej li rrapportaw każi kienu Franza (5,812,639), ir-Russja (5,808,473), it-Turkija (5,476,294), ir-Renju Unit (5,121,245) u l-Italja (4,271,276). Grazzi għall-miżuri adottati mill-Gvern, Malta kienet imħej jija bl-aħjar mod, u aħjar minn pajjiżi oħrajn, biex tiġi protetta s-saħħa tal-poplu tagħna u anke l-ekonomija. Rapporti varji internazzjo nali wkoll jinnotaw l-importan za u l-effikaċità tal-programm b’saħħtu ta’ tilqim f’pajjiżna u jirrimarkaw kif Malta kienet l-ewwel pajjiż fl-UE li laħqet l-immunità kontra l-COVID-19, wara li iżjed minn 70% tal-popolazzjoni ġiet imlaqqma kompletament. Fl-aħħar jiem, waqt intervista ma’ ONE News, il-Membru Par lamentari Ewropew millPortugall, Sara Cerdas, ukoll faħħret lil Malta u l-proċess ta’ tilqim. Hi ħeġġet lil pajjiżi oħra biex jimxu fuq il-passi tagħna. Attwalment f’Malta għandna 84% tal-adulti li ħadu mill-inqas l-ewwel doża u iżjed minn 80% li huma mlaqqmin kompletament. Dan jagħmel lil pajjiżna l-aktar wieħed li għandu popolazzjoni mlaqqma ras għal ras.
L-ewwel tilqima f’pajjiżna f’Diċembru … illum iżjed minn 80% tal-popolazzjoni hija kompletament imlaqqma, l-akbar rata fid-dinja
08 QABEL
18.07.2021
QABEL
WIED FULIJA: LURA LILL-POPLU WARA 42 SENA MIŻBLA FIL-PJANI TAL-GVERN BIEX 165,000 METRU KWADRU TA’ ART TA’ IMPJANTI U MIŻBLIET MHUX UŻATI JINTRADDU LURA F’ŻONI ĦODOR Għal ħafna snin, il-miżbliet kienu l-uniku mod ta’ kif dan il-pajjiż kien jiddisponi mill-iskart li jiġi ġġenerat. Din id-dipendenza fuq il-miżbliet wasslet biex illum il-ġurnata għandna numru ta’ miżbliet madwar Malta u Għawdex li, għalkemm m’għadhomx jintużaw kollha, xorta qed jikkawżaw impatt sinifikanti kemm ambjentali kif ukoll soċjali. Kien għalhekk li l-Gvern Laburista ħadem fuq pjan strateġiku u qed jinvesti xejn inqas minn €500 miljun biex jinbnew impjanti ġodda, li jixirqu ż-żmien li qed ngħixu. Fost dawn hemm il-Waste-to-Energy, li mhux talli ħa jkun qed inaqqas id-dipendenza fuq il-miżbliet, iżda saħansitra se jkun qed jiġġenera enerġija elettrika mill-iskart. B’hekk pajjiżna se jibda jdawwar l-iskart f’riżorsa essenzjali u jersaq dejjem iżjed qrib ta’ ekonomija ċirkulari. Minbarra hekk, il-Gvern ma waqafx hemm. Anzi ra kif għamel biex miżbliet li m’għadhomx jintużaw jibdew jiġu kkonvertiti fi spazju għall-benefiċċju tal-komunitajiet tal-madwar u oħrajn, daqskemm għall-ġid tal-ambjent innifsu. Xhieda ta’ dan hi l-eks miżbla ta’ Wied Fulija fiż-Żurrieq, li għal 42 sena dan is-sit pittoresk kien qed jikkawża ħsarat ambjentali minħabba gassijiet fl-arja li ħafna drabi kienu jikkawżaw anke dħaħen u skular ta’ materjal ikkontaminat minn fuq l-irdum fejn jinsab dirett fil-baħar. Illum din l-art ta’ ’l fuq minn 80 tomna ġiet mibdula fi spazju miftuħ b’passaġġ pavimentat b’tul ta’ madwar 200 metru. Żewġ għoljiet, li kienu magħmulin minn 1.85 miljun tunnellata ta’ skart li ntrema f’dawk is-snin kollha, illum qed jospitaw mat-43,000 siġra u arbuxell, li ġew imħawla, minflok, bl-iskop li l-art tirritorna għall-abitat naturali tagħha, b’ambjent imsebbaħ li wkoll jagħmel il-post aċċessibbilment san għal kull min jiddeċiedi li jżuru. Jikkumplimenta dan huma veduti panoramiċi tal-baħar mill-isbaħ li jagħtu għal fuq l-irdumijiet minn fejn wieħed jista’ anke jgaw-
di panorama impressjonanti, b’veduti ta’ Filfla. Il-proġett, li sar b’investiment ta’ €4.5 miljun, ġie inawgurat mill-Prim Ministru Robert Abela nhar it-Tnejn filgħaxija. “Il-prinċipju tagħna hu li mhux nikkuntentaw bl-ovvju u bil-medja, mhux naqtgħu qalbna mill-isfidi, iżda minflok nibdluhom f’opportunità. Wieħed mill-isbaħ pajsaġġi li għandna f’pajjiżna kien mirdum taħt munzelli ta’ skart, bil-konsegwenzi li din tħalli fuq l-ambjent, issaħħa u l-kwalità tal-ħajja ta’ kulħadd. Iżda għax ħlomna u għax konna ambizzjużi tajna lura din il-medda ta’ art lin-nies,” qal Dr Abela, waqt li saħaq li l-ambjent mhux piż, iżda opportunità. B’dan l-istess mod il-Gvern diġà indika l-ħsibijiet ambjentali tiegħu kemm fl-istrateġija ekonomika għall-10 snin li ġejjin kif ukoll filpjan ta’ pajjiżna għal wara l-pandemija. L-għan tal-proġett f’Wied Fulija, immexxi minn WasteServ, kien li din il-medda mdaqqsa t’art tintradd lura lill-pubbliku u fiha terġa’ tkattar in-natura. Kien għalhekk ukoll li b’kollaborazzjoni mal-Assoċjazzjoni tan-Naħħala Malta, tpoġġew bosta kolonji ta’ naħal endemiċi ta’ Malta biex jagħtu imbuttatura lill-bijodiversità ta’ din iż-żona. F’kollaborazzjoni oħra din id-darba ma’ BirdLife tpoġġew ukoll numru ta’ kaxex mal-irdum biex fihom ibejjet iċ-ċief. Impjanti u miżbliet bħal Wied Fulija, il-Qortin f’Għawdex u Sant’Antnin f’Marsaskala kollha se jingħataw lura lill-pubbliku f’forma ta’ żoni ħodor biex b’hekk b’kollox il-poplu se jkun qed igawdi mill-ġdid aktar minn 165,000 metru kwadru ta’ art, li ttieħdet fl-imgħoddi. Din hi l-viżjoni ċara ta’ dan il-Gvern li mhux biss se jkun qed jinvesti biex mill-iskart tiġi ġġenerata l-enerġija, imma wkoll billi miżbliet bħal din jinbidlu f’postijiet għan-nies ta’ kull età biex ikollhom post ieħor ta’ rikreazzjoni minn fejn jistgħu jgawdu n-natura jew imorru għal mixja fil-kwiet.
09
18.07.2021
WARA
WARA
10
18.07.2021
FIL-POLONJA AKTARX QED JIKKUNSIDRAW LI JOĦORĠU MILL-UE Il-gvern ħabib tal-PN ma jaċċettax ċanfira mill-Qorti Ewropea minħabba tibdil ġudizzjarju li jmur kontra s-saltna tad-dritt Wara li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja kkundannat lill-Polonja għal riformi ġudizzjarji li jmorru kontra l-ispirtu tas-saltna tad-dritt, il-Qorti Kostituzzjo nali fil-pajjiż din il-ġimgħa ddikjarat li d-deċiżjoni tmur kontra l-Kostituzzjoni u m’għandhiex tiġi kkunsidrata. Tali rifjut biex deċiżjoni tal-Qorti Ewropea tiġi implimentata ġiet meqjusa minn osservaturi legali bħala indi
kazzjoni ċara li l-Polonja trid timmina l-liġijiet Ewropej fi ħdanha jew anke titbiegħed mill-Unjoni Ewropea nnifisha. Il-Kummissjoni Ewropea qalet li hi “mħassba” mill-aħħar deċiżjoni, waqt li insistiet li l-liġi Ewropea għandha preċedenza fuq il-liġi Pollakka. Il-Polonja, li bħal pajjiżna ssieħbet fl-UE fl-2004, hi obbligata li timxi mar-regoli u l-liġijiet Ewropej, iżda Varsavja spiċċat maqbuda fi kwistjoni mal-pajjiżi l-oħrajn minħabba riformi kontroversjali ġudizzjarji li introduċiet fi Frar tas-sena l-oħra. Minn dak iż-żmien, l-imħallfin Pollakki ma setgħux jirre feru każi lill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Ma’ dan inħol qot ukoll sistema dixxiplinarja li tirrestrinġi l-indipendenza tal-ġudikatura u tneżżgħahom mill-immunità tagħhom biex b’hekk ikunu jistgħu jiffaċċjaw proċeduri kriminali. Ir-riformi mill-Gvern lemini Pollakk, immexxi mill-Prim Ministru Mateusz Morawiecki, kienu meqjusin bħala theddida għas-saltna tad-dritt mill-Qorti Ewropea. Issa l-każ jinsab quddiem il-Qorti Kostituzzjonali tal-pajjiż, li mistennija tiddeċiedi fuqu dalwaqt. Jekk il-każ jinqata’ kontra l-Gvern Pollakk, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tkun tista’ tisforza lill-pajjiż biex jissospendi parti mir-riformi. Jekk ikun bil-maqlub, kif inhi l-indikazzjoni, il-Polonja trid tbiddel il-Kostituzzjoni jew tirtira millblokk Ewropew. Sentejn ilu kienet il-KullĦadd stess li żvelat kif il-Membru Parlamentari Ewropew f’isem il-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola, imxiet differenti ħafna mal-Gvern ta’ Morawiecki milli kif iġġib ruħha kontra Malta. Dakinhar kien irrapportat kif f’laqgħa fejn attakkat lil Malta, Metsola ma użatx l-istess riga mal-Polonja u ma vvotatx biex isir rapport dwar is-saltna tad-dritt fil-pajjiż filLvant tal-Ewropa. Il-votazzjoni kontra l-Polonja kienet intilfet b’vot wieħed biss, jiġifieri d-deċiżjoni ta’ Metsola kienet iżjed minn strumentali. Metsola u wisq inqas ilPN għadhom iridu jesprimu ruħhom f’dan ir-rigward. Attitudni konfliġġenti simili
Il-Prim Ministru Pollakk u l-MEP Maltija, li fl-2019 “salvatlu wiċċu” fi Brussell mill-istess MEP ġiet innotata diversi drabi u fil-konfront ta’ pajjiżi oħrajn Ewropej, speċjalment dawk affiljati mal-Grupp tal-Partiti Popolari Ewropej (PPE), fejn hu msieħeb ukoll ilPN. Fost dawn hemm il-Bulgarija, li sa ftit ilu kienet immexxija mill-Gvern ta’ Boyko Borisov. Metsola kienet attakkat lid-dimostranti Bulgari li niżlu fit-toroq kontra t-tmexxija korrotta ta’ Borisov, li saħansitra ġie akkużat b’tattiċi Mafjużi. Fil-każ tal-Gvern tal-Ungerija, Metsola u l-kollega tagħha David Casa kienu qagħdu lura milli jiffirmaw ittra formali ta’ pressjoni biex il-Partit ta’ Viktor Orbán, Fidesz, jitkeċċa mill-PPE. L-ittra, datata t-2 ta’ April 2020 kienet indirizzata lill-President tal-PPE Donald Tusk, iffirmata mid-delegazzjonijiet fi ħdan l-istess Grupp, iżda mhux dawk Nazzjonalisti.
11
Ritratt: OMAR CAMILLERI / DOI
18.07.2021
BILANĊI ĠODDA BEJN ĦAJJA U XOGĦOL FIS-SERVIZZ PUBBLIKU Imnedija l-ewwel Remote Working Policy, li se tidħol fis-seħħ mill-1 t’Ottubru minflok is-sistema eżistenti tat-teleworking
Ġiet ippubblikata l-ewwel Remote Working Policy għas-Servizz Pubbliku, li hi bbażata fuq proġettpilota li nbeda tliet snin ilu u l-esperjenza talimxija tal-COVID-19. Kif imħabbar fil-Ġimgħa għas-Servizz Pubb liku ta’ din is-sena, din il-policy se tkun qed toffri flessibilità sħiħa lill-impjegati tas-Servizz Pubbliku, biex fuq bażi regolari jwettqu xogħolhom minn postijiet differenti lil hinn mill-uffiċċju formali tagħhom. Filwaqt li l-policy tidħol fis-seħħ mill-1 ta’ Ottubru li ġej, se jkun hemm perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ 18-il xahar biex issir il-qabża mis-sistema tat-teleworking eżistenti għar-remote working policy, kif ukoll jilħqu jsiru t-tibdiliet kollha meħtieġa mill-aspetti ta’ tagħmir u taħriġ. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar qal li din il-policy hi frott ta’ diversi xhur ta’ xogħol. “L-ewwel permezz ta’ proġett-pilota, imbagħad b’analiżi tal-andament tax-xogħol waqt l-imxija, u wara minn working group maħtur apposta biex din il-policy tkun tista’ titfassal. Nemmen bis-sħiħ li din il-policy se tkompli tissiġilla lis-Servizz Pubbliku bħala leader ewlieni fil-pajjiż fejn jidħol il-bilanċ bejn il-ħajja u x-xogħol għall-impjegati,” qal is-Sur Cutajar. Il-policy, li tnediet nhar il-Ħamis, se tagħmilha possibbli biex mhux biss individwi jinqalbu jaħdmu remotament, imma anke sezzjonijiet u
dipartimenti sħaħ. Ir-Remote Working Policy ddaħħal ukoll linji gwida biex tassigura standards professjonali fl-għoti tas-servizz, il-protezzjoni tad-data, il-benesseri tal-impjegat u t-tagħmir teknoloġiku, kif ukoll biex jitħarsu liġijiet, policies u ftehim settorjali fis-seħħ. Il-policy se tħaddan ukoll il-prinċipju tar-right to disconnect, li ġie nnegozjat f’livell Ewropew mill-Membru Parlamentari Laburista Alex Agius Saliba. Taħriġ speċifiku mill-aspett ta’ management u ta’ teknoloġija se jingħata mill-Istitut għas-Servizzi Pubbliċi, kemm lill-impjegati kif ukoll lill-kapijiet, u dan biex jiżdied l-aċċess għal din is-sistema ġdida tal-mod kif jaħdem is-Servizz Pubbliku. L-ewwel Remote Workspace attrezzat biex jakkomoda ħaddiema tas-Servizz Pubbliku ħalli jaħdmu ’l bogħod mill-post tax-xogħol tagħhom u eqreb lejn djarhom infetaħ f’Jannar li għadda Santa Venera mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar. Ħaddiema tas-Servizz Pubbliku se jkollhom aċċess faċli għal dawn l-ispazji remoti, li jinkludu wkoll dawk fil-hubs ta’ servizz.gov f’Birkirkara u Ħal Qormi, kif ukoll fl-Uffiċċju Ċentrali ta’ servizz.gov fil-Mosta, fejn ikunu jistgħu jwettqu d-dmirijiet tagħhom mhux biss fl-akbar konvenjenza u kumdità. L-ispazji remoti attwali u dawk li għad iridu jinħolqu lkoll se jkunu attrezzati blaqwa teknoloġija.
12
18.07.2021
INVESTIMENT BLA PREĊEDENT LEJN L-INDUSTRIJI KULTURALI U KREATTIVI
JOSÉ HERRERA Ministru
Il-Gvern Malti huwa impenjat lejn is-setturi kulturali u kreattivi speċjalment fiddawl tal-isfidi bla preċedent li d-dinja qed tiffaċċja minħabba l-konsegwenzi kontinwi li rriżultaw mill-pandemija. L-arti għandna bżonna, speċjalment f’dawn iż-żminijiet diffiċli. L-arti tagħtina benefiċċji personali u soċjali li ma jitkejlux. L-arti tfakkarna li m’aħniex waħedna u li naqsmu esperjenza universali umana. Permezz tal-arti, inħossu emozzjonijiet profondi flimkien u kapaċi nip-
proċessaw esperjenzi, insibu konnessjonijiet, u noħolqu impatt fuq is-soċejta ta’ madwarna. Il-kultura, magħmula minn drawwiet, interazzjonijiet soċjali, u attivitajiet, hija maħduma mill-arti u l-artisti. Kemm jekk tkun mużika, pittura, skultura, arti viżiva, il-kultura u l-arti huma inseparabbli. Filwaqt li mhux possibbli niltaqgħu mal-ħbieb u l-familjari kif konna mdorrija normalment nagħmlu hekk kif qed ngħixu f’din il-pandemija, l-arti tippermettilna noħolqu messaġġ ta’ gratitudni mill-bogħod. Fil-ġimgħat li għaddew, artisti ta’ kull tip u minn madwar id-dinja ilhom joħolqu xogħlijiet artistiċi li jirringrazzjaw lill-ħaddiema essenzjali u lill-ħaddiema fil-kura tassaħħa. Fid-dawl taċ-ċirkostanzi uniċi ppreżentati millCOVID-19, il-Ministeru tiegħi ġie allokat fondi diretti li jammontaw għal total ta’ €5.62M għall-2021. Il-fondi intitolati RESTART huma ġestiti
mill-Kunsill Malti għall-Arti u ggwidati fuq tliet prinċipji kruċjali. Il-prinċipji huma Miżuri ta’ Mitigazzjoni; Sopravivenza u Reżiljenza; u Żvilupp u Sostenibbiltà. L-iskemi jindirizzaw objettivi distinti u huma investiment fis-settur sabiex jiżviluppaw u joħolqu xogħol ġdid, li jirrispondu għaż-żminijiet preżenti, sabiex iwasslu esperjenzi straordinarji għall-udjenzi. L-attitudni kreattiva għat-teħid tar-riskju u l-innovazzjoni se tkun appoġġjata u investita b’mod olistiku b’enfasi fuq is-sostenibbiltà fit-tul tal-industriji kulturali u kreattivi.
L-aħħar skema li tnediet u għaddejja bħalissa tikkonsisti f’ €2M u tindirizza s-sostenn tal-avventimenti. Din l-iskema maqsuma f’żewġ linji sabiex tippermetti li jsiru avvenimenti kulturali u artistiċi fix-xhur li ġejjin. L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Avvenimenti tista’ tintuża għal dawk l-avvenimenti li jaqgħu fl-ambitu deskritt fl- “Standards for safer organised controlled events taking place in an enclosed area” kif ippubblikat mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. L-Iskema ta’ Appoġġ għall-Avvenimenti hija maħsuba biex iżżid il-vijabilità ekonomika ta’ avvenimenti kulturali u
Qed ninvestu fl-industriji kulturali u kreattivi għaliex nemmnu li l-arti tgħinna nirreġistraw u nipproċessaw aktar minn sempliċement esperjenza individwali
artistiċi permezz ta’ finanzjament ta’ ticket match-funding u assistenza loġistika. Qed naraw żieda akbar fl-arti waqt il-pandemija. Il-parteċipazzjoni u l-attendenzi għal wirijiet tal-arti għandhom is-saħħa li jżidu l-konessjoni tal-esperjenza umana aktar universali. Kemm jekk tagħmel l-arti fid-dar, fil-pubbliku, tara u tisma’ drammi u mużika, jew nespirmu it-talenti tagħna b’forom artistiċi diġitali, l-arti hija espressjoni ta’ xi tfisser li tkun bniedem. Qed ninvestu fl-industriji kulturali u kreattivi għaliex nemmnu li l-arti tgħina nirreġistraw u nipproċessaw aktar minn sempliċiment esperjenza individwali. L-apprezzament tal-arti jiddokumenta d-dinja ta’ madwarna u jippermettilna naħdmu permezz ta’ kif aħna parti minnha. Flimkien, nistgħu nespandu l-”arkivju” tad-dinja tal-arti b’vuċijiet u esperjenzi aktar rappreżentattivi u nikkontribwixxu għan-narrattivi storiċi tagħna permezz tal-arti.
SEGWI U TGĦALLEM
CHRIS AGIUS Segretarju Parlamentari
Ix-xahar li għadda kien ikkaratterizzat mil-logħba tal-futbol, meta ġew organizzati l-EURO 2020. Saru sena tard għaliex is-sena l-oħra kienu posposti minħabba l-imxija tal-COVID-19. Kien xahar fejn id-delettanti tal-futbol kellhom xalata għax kien possibbli li naraw kull logħba fuq l-istazzjonijiet nazzjonali. Ta’ dan ngħidulhom, grazzi. Kienet kompetizzjoni fejn għall-ewwel darba fl-istorja tal-futbol, iltaqgħu fil-finali t-timijiet tat-Taljani u tal-In-
gliżi. Pajjiżna li hu maqsum min-nofs bejn supporters Taljani u Ingliżi, kien qed jistenna b’ħerqa u anke bi ftit biża’ din il-logħba. Il-biża’ mill-bluha u l-pandemija li ghadha fostna. Illum nafu li t-tim Taljan huwa r-rebbieħ tal-EURO 2020. Iżda dawn il-kompetizzjonijiet jagħtuna ħafna lezzjonijiet. Jien wieħed minn dawk li nemmen li kull ħaġa li sseħħ hemm lezzjoni x’titgħallem minnha. Mhux l-anqas il-logħba s-sabiħa tal-futbol. L-akbar lezzjoni hija li jrid ikollok tim magħqud, tim qisu familja. Naħseb l-akbar differenza li kellu t-tim Taljan minn timijiet oħra kienet l-għaqda, il-grupp, u fost kollox l-imħabba lejn il-flokk li jilbsu. U din hi tagħlima fil-ħajja ta’ kuljum. Familja, uffiċċju, partit li juru li għandhom xi differenzi, li għandhom ix-xquq, li ma jissapportjawx lil xulxin, li mhumiex magħqudin, ma jistgħux ikollhom is-suċċess mixtieq. Tagħlima oħra hija li t-tiġrija sal-barkun, u l-kapaċita-
jiet tiegħek trid tippruvahom fil-mument tal-prova. It-tim tal-Belġju kien meqjus bħala l-aqwa tim fl-Ewropa. Kulħadd kien qed jibża’ minnhom. Iżda int trid turi l-kobor tiegħek, il-kapaċitajiet u l-forza tiegħek meta jkun l-aktar bżonjuż. Hekk jiġri fil-ħajja ta’ kuljum, f’kull okkażjoni. Hekk jiġri meta tkun iffaċċjat minn sfidi. It-tim tal-Belġju minkejja li kellu l-aqwa ranking, minkejja li għamel logħbiet kbar, meta wasal għassiegħa tal-prova, weħel. Lezzjoni oħra importanti hija li ma għandek tissottovaluta lil ħadd u qatt. Hija drawwa fil-logħba tal-football, li team kbir jafda u/jew jabbuża minn team żgħir. U meta jiġri hekk, mhux l-ewwel darba li kontra kull tbassir, David jegħleb lil Gulija. Din hi lezzjoni importanti fil-ħajja ta’ kuljum. Kun preparat għal kull eventwalità, u qatt ma għandek tnaqqas fl-importanza u r-rispett lejn ħaddieħor. Xi ngħidu mbagħad għall-importanza li jkollok mexxej tajjeb? Għalkemm
kull tim ikollu dik il-persuna li jħares lejha bħala dik li turihom it-triq, iżda huma ftit dawk li jkollhom kaptan/ mexxej sod li anke b’ħarsa jinftiehem. It-timijiet f’din il-kompetizzjoni kollha kellhom xi ħadd li jista’ jitqies bħala mexxej. Iżda żgur ħadd daqs it-Taljani li f’Bonucci u fi Chiellini kellhom duo li jħarsu lejhom bħala l-mexxejja jew anke fi rwol ta’ missier, kap tal-familja. Din tgħodd għallħajja. Familja bla kap żgur li ma jkollhiex id-direzzjoni t-tajba għall-ulied. Uffiċċju bla kap li jagħti d-direzzjonijiet, u jżomm id-dixxiplina u fl-istess ħin l-għaqda fost ilgrupp, ma jkollux ir-riżultati mixtieqa. Partit bla mexxej sod ma jistax iressaq lejh il-fiduċja tal-poplu. Għalhekk dan il-Partit, il-Partit Laburista, dejjem iżid fil-fiduċja għax għandu mexxej li juri d-direzzjoni, li jżomm l-għaqda, li jispira fiduċja u pożittività. U s-sagrifiċċju, xi ngħidu fuqu? Ma jsir xejn u ma tasalx għal dak li tixtieq jekk int ma tkunx kapaċi tagħmel
sagrifiċċju, tilqa’ għad-daqqiet u tiflaħ għall-mewġ. Tim tal-futbol, irid ikun kapaċi li jiddefendi, jaqla’ fih, sabiex imbagħad joħroġ fl-aqwa mument u jġib ir-riżultat. Hekk għamlu ż-żewġ timijiet li waslu sal-finali. L-Ingliżi ssaportew u ddefendaw l-attakki tad-Danizi. It-Taljani laqgħu għall-furja l-ħamra tal-Ispanjoli. Iżda għax issaportew is-sagrifiċċju, għax laqgħu tajjeb għall-attakki, ħarġu rebbieħa. Hekk hi l-ħajja. Ilħajja fiha minn kollox, ferħ, biki, uġigħ ta’ qalb, telfiet, rebħiet eċċ... Iżda biex tegħleb dawn l-isfidi, trid tkun sod, trid tiflaħ għad-daqqiet. Għalhekk importanti li wieħed jifhem li fil-ħajja trid tkun preparat għal kulma’jista’ jinqala’ u tiffaċċja l-isfidi. Min jikkrolla quddiem l-ewwel mewġa, ikun tilef il-battalja. Issa li għadda dan il-kampjonat fi żminijiet straordinarji, inħarsu ’l quddiem u niftakru f’dak li nistgħu nitgħallmu minnu sabiex fil-futur intejbu fuq dak li stajna nagħmlu aħjar u differenti.
13
18.07.2021
NDSF: SOĊJALIŻMU FIL-PRATTIKA
ALEX MUSCAT Segretarju Parlamentari
Għaliex ngħidu li aħna soċjalisti? Għax noħolqu ġid li jasal fil-komunità. Għax ma nemmnux fl-elitiżmu, imma fil-bżonn li l-ekonomija tagħna ma teskludi lil ħadd. B’dan il-kredu, jibda kull jum ta’ ħidma. Kull proġett imħabbar għandu t-tir li jeleva lil min hu l-aktar fil-bżonn, u jitwettqu l-proġetti l-aktar li hemm bżonn isiru. Jekk kien hemm żmien li fih naraw kemm hi wiesgħa ħidmet l-Aġenzija NDSF, huwa proprju dan. Hemm lista ta’
proġetti li nista’ nsemmi, u li qed jitgawdew minna lkoll. F’temp ta’ ġimgħa biss, tħabbru tnejn importanti. L-NDSF kif inhu magħruf huwa l-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali, li jamministra flus li ġejjin mill-inizjattivi Maltin ta’ residenza b’investiment. Dan il-Fond għadu kemm għadda kontribuzzjoni ta’ solidarjetà ta’ miljun ewro lil tliet organizzazzjonijiet volontarji li sofrew tnaqqis fid-dħul finanzjarju tagħhom minħabba anomalija teknika li seħħet waqt telethons għall-ġbir ta’ fondi organizzati bejn Ottubru 2020 u Jannar 2021. Ma rridu lil ħadd ibati, huma x’inhuma ċ-ċirkostanzi. Għaldaqstant, ma stajniex inħallu anomalija teknika tħalli impatt fuq min għaddej minn sitwazzjoni ta’ mard. B’hekk l-NDSF għaddiet kontribuzzjoni ta’ darba lill-Malta Community Chest Fund (€500,000) id-Dar tal-Providenza (€350,000) u Caritas Malta (€150,000). Ngħid ta’ darba, għax f’dan il-każ indirizzajna anomalija. Imma
kemm ilu mwaqqaf il-Fond, diġà ġew approvati għotjiet soċjali lill-diversi organizzazzjonijiet volontarji ewlenin lejn il-ko-finanzjament ta’ proġetti li huma kkunsidrati ta’ importanza nazzjonali u li ser jibbenefikaw sew ġenerazzjonijiet preżenti kif ukoll dawk futuri. Qed inkunu ta’ spalla għannies fl-aktar mumenti vulnerabbli ta’ ħajjithom. Dan il-ħsieb, li nidħlu fejn l-aktar hemm bżonn, mhux limitat għall-persuni biss, imma jestendi fuq il-bżonn li nħarsu l-patrimonju kulturali tagħna. B’dan il-ħsieb, l-NDSF ħabbret investiment ta’ miljun ewro fi proġett ta’ illuminazzjoni bla preċedent fl-Mdina. Dan bħala parti minn investiment akbar ta’ tliet miljun ewro favur it-tisbiħ ta’ bini u wirt ewlieni f’Malta li għandu valur kbir arkitettoniku u kulturali. M’għandix dubju li kull ċittadin Malti u Għawdxi jgħidlek li jrid jara aktar investiment fil-patrimonju kulturali ta’ pajjjiżna, li jixtieq jgħin lil min hu l-aktar fil-bżonn, li jixtieq investiment ikbar fl-iskejjel,
servizz tas-saħħa aħjar, aktar infurzar tal-liġi u infrastruttura mtejba. Żgur ukoll, li kull ċittadin Malti jixtieq jara dan kollu mingħajr ma jżid piż fuqu jew fuq l-ammont ta’ taxxi li jrid iħallas. Huwa inkredibbli dak li nkiseb f’Malta minn mindu Dom Mintoff stabbilixxa l-welfare state. Minn dakinhar, bdiet tinħoloq sistema ta’ sigurtà soċjali għal dawk l-aktar vulnerabbli. Ħloqna x-xogħol, li jipprovdi dinjità. Ħloqna servizz tas-saħħa b’xejn, ħloqna servizz ta’ child care b’xejn, u edukazzjoni b’xejn. Imma dejjem jifdal xi jsir, u biex dan iseħħ, irridu nħallsu l-kontijiet. M’aħniex pajjiż b’taxxi għolja, u ma rridux inkunu. Is-sigriet biex insostnu u nkattru s-suċċess huwa l-attrazzjoni tal-investiment dirett barrani u t-tkabbir tal-eknonomija. Ir-riżorsi tagħna limitati, imma l-ftit li għandna huma b’saħħithom. M’għandniex gass, żejt jew minerali xi nbigħu imma għandna l-klima ideali, iddawl tax-xemx, il-kultura tagħna, li xprunaw l-indus-
trija tat-turiżmu. U għandna l-approċċ favur l-intrapriża tagħna, li toħloq l-impjiegi u li żżid id-dħul mit-taxxa mingħajr ma żżid ir-rati ta’ taxxa. B’dan is-sens intraprenditorjali qed naħdmu biex nattiraw l-investiment dirett barrani. Min isegwi ġrajjiet kurrenti żgur qed jinduna li kull ġimgħa qed inħabbru proġetti li minnhom se ngawdu kollha kemm aħna. Kull min jirrisjedi Malta jaf li bħalissa, żmien ta’ pandemija, sibna fil-karus Malti flus li ġew minn inizjattivi ta’ residenza u ċittadinanza. Bil-ħidma u bit-twemmin tagħna li nibqgħu nsostnu l-investiment f’pajjiżna biex ma nħallu lil ħadd eskluż, nibdew kull ġurnata xogħol billi naħsbu fl-iktar persuna li għandha bżonn l-intervent tagħna. Nibdew kull ġurnata billi naraw liema proġett nistgħu nwettqu, li jtejjeb ħajjitna u ħajjet dawk ta’ warajna. It-tir aħħari tagħha hu li noħolqu dejjem aktar ġid li bih nibqgħu ninvestu fil-komunità.
IL-ĦADDIEM U L-EKONOMIJA -
MINGĦAJR WIEĦED MA JKOLLOKX L-OĦRA waħdu iżda flimkien mal-is- jkun qed jingħad. Għalkemm għal pajjiżna. Fost dawn, kien takeholders kollha. Min jinves- il-qasam u l-aspett tad-djalogu hemm pakketti, wieħed wara ti, min iħaddem u l-ħaddiema soċjali hija materja li taqa’ taħt l-ieħor, ta’ sostenn finanzjarju huma lkoll parti mill-istess il-Ministeru mmexxi minni, għan-negozji u l-familji tagħmunita, u mhumiex oppos- ninnota kif entitajiet, dipar- na. Trattajna l-pjan ta’ riġenti għal xulxin. Għaldaqstant, timent u Ministeri tal-Gvern erazzjoni ekonomika li l-Gvern l-importanza ta’ djalogu socjali ta’ kuljum jikkonsultaw u jid- kien nieda bħal daż-żmien ħaj u effettiv hija krucjali jekk djalogaw qabel ma jwettqu sena ilu. U ma setax jonqos, pajjiżna jrid jilħaq l-għanijiet xi inizjattiva jew politika tal- li din l-istess viżjoni ekonota’ din il-viżjoni ekonomika. Gvern. B’hekk id-deċiżjoni li mika ddiskutejnieha f’laqgħa Din hija xi ħaġa fil-qalba ta’ dan finalment tittieħed tkun mhux mal-imsieħba soċjali x-xahar il-Gvern, li mhux biss jaqbad biss l-aqwa deċiżjoni, iżda dik li għadda, fejn ma stajtx ma CARMELO ABELA u jiddeċiedi jew jieħu deċiż- li tiġbor it-tamiet u l-aspirazz- ninnutax il-ħerqa minn min Ministru jonijiet importanti f’xi torri jonijiet ta’ kulħadd. iħaddem u r-rappreżentanti tal-avorju mingħajr ħadd ma Għamilna dan kemm-il tal-ħaddiema sabiex jikkollabjkun jista’ jsemma’ leħnu. Min- darba fl-aħħar sena u nofs – oraw mal-Gvern biex nimpliflok, il-Gvern Laburista jisma’, fil-kappa tal-MCESD trattaj- mentaw din il-viżjoni ekonoFl-aħħar jiem kien ta’ pjaċir jevalwa u jgħarbel dak kollu li na żviluppi importantissimi mika fi strateġija li twassal għalija li nattendi seminar imtella’ bħala parti minn konsultazzjoni vasta mill-Ministeru tal-Ekonomija dwar il-viżjoni ekonomika ta’ pajjiżna 2021-2031 li l-istess Ministeru nieda fil-ġimgħat li għaddew. Ma setax jonqos, li din l-istess viżjoni ekonomika ddiskutejnieha Bħal ħafna, kont disponibbli f’laqgħa mal-imsieħba soċjali x-xahar li għadda, fejn ma stajtx li nagħti l-veduti tiegħi kemm ma ninnutax il-ħerqa minn min iħaddem u r-rappreżentanti bħala Ministru tal-Gvern kif ukoll bħala politiku. tal-ħaddiema sabiex jikkollaboraw mal-Gvern biex Nemmen ħafna li l-viżjoni ekonomika trid taspira li jkollnimplimentaw din il-viżjoni ekonomika fi strateġija ha ambizzjonijiet kbar, li jintli twassal għal kwalità ta’ ħajja aħjar laħqu mhux biss mill-Gvern
għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Aspett ieħor importanti, u li wkoll tkellimt dwaru din il-ġimgħa, kien l-importanza li fl-ekonomija ta’ pajjiżna fis-snin li ġejjin, ma tkunx sempliċiment ekonomija li l-ġid tagħha nkejluh f’termini ta’ prodott gross domestiku, iżda tkun ekonomija li żżomm fuq quddiem il-ħaddiema tagħna, u dawk li jiddependu fuq il-ħobża ta’ kuljum tagħhom. Nagħmlu tajjeb li nitkellmu fuq ekonomija li tiġġenera l-ġid, li toħloq is-surplus kull sena u li dejjem tikber, imma dan irid isir filwaqt li nżommu għajnejna fuq ir-realtajiet tal-ħaddiema tagħna. Irridu dejjem naraw kif insaħħu u nkabbru l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Qegħdin naħdmu bis-sħiħ f’dan ir-rigward, u fil-ġimgħat li ġejjin se jkollna diversi inizjattivi xi nħabbru sabiex niżguraw l-ogħla kundizzjonijiet tax-xogħol għall-ħaddiema kollha, irrispettivament x’inhu xogħolhom. Mingħajr ħaddiema ma jkollniex l-ekonomija, u mingħajr l-ekonomija ma jkollniex ħaddiema.
14
18.07.2021
100 IDEA LABURISTA FUQ TLIET PRINĊIPJI Maqsumin bejn 10 kategoriji, li jkopru l-oqsma kollha li jaffettwaw lill-pajjiż u lill-ħajja tal-poplu tagħna, il-Partit Laburista l-ġimgħa l-oħra ppropona 100 idea li jħarsu lejn il-ġejjieni, iżda bbażati fuq il-prinċipji li imbottaw u mxew magħhom missirijiet dan l-istess moviment sa mill-konċepiment tiegħu fl-1920. Waqt it-tnedija tal-istess ideat xprunati mill-100 anniversarju tal-Partit, il-Prim Ministru Dr Robert Abela spjega kif dan il-kunċett iwassal għall-aktar tliet prinċipji importanti li sawru l-istorja tal-partit fl-aħħar 100 sena u li huma kruċjali għas-snin li ġejjin. “L-ewwel nett, il-Partit Laburista kien u se jibqa’ l-partit tax-xogħol – ta’ min jaħdem u min iħaddem. Il-formola tagħna ħolqot il-ġid u l-prosperità għax kienet kapaċi tibni alleanza bejn il-ħaddiema u min iħaddem, bejn min investa l-kapital u l-ħaddiema li ta’ kuljum jirsistu biex ilpost tax-xogħol tagħhom jimxi aktar ’il quddiem. It-tieni prinċipju hu marbut malgħaqal – l-għaqal li naħdmu bih biex meta jiġu d-daqqiet, inkunu kapaċi nilqgħu għalihom u nibqgħu għaddejjin. Il-Partit Laburista qatt ma għażel l-awsterità. Il-Partit Laburista qatt ma għakkes lill-ħaddiem biex jagħmel tajjeb għall-fallimenti tas-swieq. Il-Partit Laburista dejjem fehem li l-ħaddiem ma jistax jiġi kkastigat f’dak il-mument fejn il-pajjiż għandu l-aktar bżonnu. It-tielet prinċipju hu t-tqassim tal-ġid: għalxejn noħolqu l-ġid jekk ma nkunux kapaċi nassiguraw li dan il-ġid qed jilħaq lil kulħadd. Għalxejn nieħdu gost
bl-istatistika jekk it-tkabbir ma jilħaqx lil kulħadd, u lil dawk l-aktar bi dħul baxx,” insista l-Mexxej Laburista. Hu saħaq ukoll kif, permezz ta’ dan il-proċess, qed inġeddu l-ħolma tal-poplu Malti u Għawdxi biex inkunu l-partit tal-progress u tal-bidla, waqt li nagħtu prijoritajiet lill-ambjent naturali u ambjent urban li ngħixu fih, lir-riżorsi tagħna u l-governanza t-tajba. “Il-Partit Laburista hu l-partit tad-deċiżjonijiet. Tad-deċiżjonijiet li jtejbu l-ħajja tan-nies u l-komunità, iżda wkoll ta’ dawk id-deċiżjonijiet li jaffettwaw persuna waħda, jew familja waħda, li l-futur tagħhom ikun jiddependi minn dawn id-deċiżjonijiet. Il-100 Idea huma kontinwazzjoni ta’ proċess ta’ tisħiħ, tisħiħ li se jwassalna għal aktar kisbiet, mhux biss għall-Partit Laburista, iżda kisbiet fl-interess ta’ pajjiżna, in-negozji tagħna u l-familji tagħna.” Dawn l-ideat tfasslu minn fora differenti b’taħlita ta’ professjonisti u nies ta’ esperjenza bil-għan aħħari li jaraw lill-Partit Laburista jimxi maż-żminijiet, jaġġorna l-politika tiegħu kif jixraq u jsarraf ħidmietu f’aktar ġid u ġid akbar għas-soċjetà Maltija u Għawdxija. L-aħħar 50 idea, li qed nirriproduċu hawn, jittrattaw aktar tisħiħ tal-governanza t-tajba u l-istituzzjonijiet nazzjonali; il-ħidma kontinwa għal iżjed ugwaljanza minkejja l-qabżiet kbar fl-aħħar tmien snin; Għawdex u l-isfidi demografiċi tiegħu; il-pożizzjoni ta’ Malta fl-isfera internazzjonali; u Kunsilli Lokali mgħammrin biżżejjed biex, bħala gvernijiet lokali, jaffrontaw sfidi f’żoni differenti fil-pajjiż.
ILKOLL INDAQS 61
Fl-ugwaljanza bejn is-sessi u l-ħaddiema fuq il-post bħal equal pay for equal work li jridu jkomplu jiġu in l-prekarjat biex jiġi assigurat li kull ħaddiem f’pajjiżn li jagħtu dejjem aktar emanċipazzjoni lill-mara.
62 Il-parental leave għandu jiġi użat skont il-ħtiġijiet tal
63 Għandha ssir diskussjoni nazzjonali fuq l-ewtanażja
Minkejja l-avvanzi kbar li għamel pajjiżna fil-qasam t 64 l-edukazzjoni tibqa’ ċ-ċavetta ta’ soċjetà ugwali vera ta’ entitajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet privati.
Il-vittmi tal-vjolenza domestika u wliedhom għandho
65 jibqgħu jgħixu f’ambjent sigur f’darhom.
Għandhom jitwessgħu dejjem aktar is-servizzi tas-sa
66 servizz tas-saħħa tal-Istat.
Tkompli tiġi msaħħa l-parteċipazzjoni ta’ ħaddiema
67 individwali. Għandu jiġi esplorat li jiżdiedu l-obbligi t fl-inklużjoni ta’ persuni b’diżabbiltà.
Il-Gvern għandu jgħin b’mod dirett persuni b’diżabb
68 ta’ saħħa partikolari fosthom cancer survivors, sabie
self mill-banek u jissaħħaħ il-kunċett ta’ independen
69
L-anzjani għandhom ikollhom kull opportunità li jibq s-servizz tagħhom lill-komunità kif ukoll fil-qasam ta preżentament teżisti diskriminazzjoni fuq bażi ta’ et pubbliku.
70 Għandha tissaħħaħ l-edukazzjoni kontra r-razziżmu forom oħra ta’ diskriminazzjoni u mibegħda.
GĦAWDEX
IL-QAFAS DEMOKRATIKU TA’ MALTA
Jitfassal masterplan għal Għawdex imsejjes fuq il-bi divertiment, l-aspetti soċjali u ambjentali tal-gżira G żoni strateġiċi bħall-Imġarr u r-Rabat.
51
Għandu jkompli jissaħħaħ il-programm ta’ riformi bla preċedent fil-qasam tal-governanza u s-saltna tad-dritt, b’tali mod li pajjiżna jibda jiġi meqjus a best practice f’dawn l-oqsma fuq livell Ewropew.
52
Jitnieda proċess ta’ diskussjoni nazzjonali dwar is-sistema elettorali attwali f’pajjiżna.
53
Għandu jkun introdott rimedju għal dawk iċ-ċittadini li jħossuhom aggravati b’dikjarazzjonijiet li jkunu saru fil-konfront tagħhom minn membri fil-Kamra tar-Rappreżentanti taħt il-privileġġ parlamentari, jekk ikun stabbilit li ġie abbużat l-istess privileġġ.
54
L-Awtorità tax-Xandir għandu jkollha rwol li huwa aktar relevanti għaż-żminijiet tal-lum. Tissaħħaħ irrappreżentanza fi ħdanha permezz ta’ persuni indipendenti mill-politika.
55
Il-midja hija pilastru ewlieni tad-demokrazija. Jitwaqqaf fond amministrat mill-Awtorità tax-Xandir maħsub sabiex ikun ta’ sostenn u jinċentiva ġurnaliżmu speċjalizzat.
56
Għandu jissokta l-proċess li jwassal sabiex tintuża l-karta tal-identità bħala dokument tal-vot.
76 Għawdxija.
57
F’kuntest ta’ liġijiet u proċeduri dejjem aktar speċjalizzati għandu jiġi assigurat li jkollna dejjem aktar membri tal-ġudikatura speċjalizzati f’oqsma tekniċi.
77 skala kbira.
Filwaqt li l-indipendenza tal-ġudikatura tibqa’ l-aktar prinċipju fundamentali tas-sistema ġudizzjarja, il-Qrati f’pajjiżna għandhom jaħdmu f’ambjent ta’ aktar kontabbiltà, trasparenza 58 u effiċjenza bl-użu tal-mezzi teknoloġiċi kollha disponibbli f’kull stadju talproċessi.
59
Id-dewmien fil-proċess tal-ġustizzja jnaqqas mill-fiduċja tan-nies fissistema ġudizzjarja. Id-daqs tal-ġudikatura u t-taħriġ provdut lilha għandu jirrifletti l-ħtiġijiet vera tal-pajjiż b’mod li l-ġustizzja ssir kif meħtieġ u fl-inqas żmien possibbli.
60
L-Istat għandu jsaħħaħ l-għodod għad-dispożizzjoni tal-għaqdiet mhux governattivi sabiex jaqdu r-rwol tagħhom ta’ attiviżmu fil-komunitajiet, u dak ta’ skrutinju fuq livell nazzjonali.
71
Għandu jiġi żgurat żvilupp sostenibbli li jipproteġi l-
72 l-pajsaġġ u l-passaġġi antiki tal-ilma hekk kif mixtieq
73 It-titjib fil-konnettività bejn iż-żewġ gżejjer b’mezzi d
Għawdex isir destinazzjoni ewlenija għal investimen
74 jew SMEs jiftħu jew jespandu l-operat tagħhom f’Għ
Għawdex isir destinazzjoni dejjem aktar distinta mi
75 karatteristiċi uniċi tal-gżira Għawdxija; l-ambjent na
Għawdex jeħtieġ proġetti u skemi ta’ akkomodazzjo
Għandu jkompli jissaħħaħ il-kalendarju artistiku u k
Id-daqs tal-gżira Għawdxija jagħmilha ideali għall-im pilota inkluż dawk ambjentali. Għawdex jista’ jkun il 78 ambjentali ta’ pajjiżna fil-qafas tal-viżjoni li twassal g Għaldaqstant, għandhom jiġu mnedija proġetti ta’ t nadif b’inċentivi speċjali għall-bidla tal-vetturi preże
Għandha ssir ħidma sabiex iċ-Ċittadella u wirt stori
79 fil-Lista tal-Patrimonju Dinji tal-UNESCO.
Il-viżjoni li tħares lejn is-servizz tas-saħħa f’Għawdex
80 eċċellenza għandha tibqa’ tiġi imbuttata għall-bene Għawdxin kollha.
15
18.07.2021
tax-xogħol saru passi ‘l quddiem, iżda jibqgħu sfidi ndirizzati. Irid ikun hemm ġlieda kontinwa kontra na jiġi trattat b’dinjità, filwaqt li tkompli l-ħidma f’miżuri
l-familji.
a volontarja f’pajjżna għal persuni b’mard terminali.
tad-drittijiet ċivili speċjalment mal-persuni LGBTIQ, a, u għandu jingħata sensitivity training lill-ħaddiema
om jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ u jiġi assigurat li
aħħa speċjalizzati għal persuni transesswali mis-
IR-RWOL FIL-MEDITERRAN, FL-EWROPA U FID-DINJA 81
Hekk kif pajjiżna jersaq lejn 20 sena ta’ sħubija fl-Unjoni Ewropea, il-fondi Ewropej għandhom iservu sabiex iqarrbu il-benefiċċji tal-proġett Ewropew fil-komunitajiet madwar Malta u Għawdex, filwaqt li nsaħħu l-impenn tagħna li naraw Ewropa aktar solidali u soċjali.
82
Bħala pajjiż għandna nkomplu naħdmu favur il-kodifikazzjoni ta’ customary international law filwaqt li nsaħħu l-impenn tagħna f’diversi oqsma, fosthom fil-liġi marittima internazzjonali.
83
Id-diplomazija kummerċjali hija mezz kif insaħħu l-esportazzjoni ta’ servizzi u prodotti lokali lejn swieq ġodda madwar id-dinja.
Bħala l-pont ġeografiku u kulturali bejn il-kontinent Ewropew u dak Afrikan, Malta għandha tibqa’ promotur newtrali u ewlieni għall-paċi fil-Mediterran u fid-dinja, filwaqt li nikkonsolidaw il-pjanijiet 84 differenti tal-awtoritajiet tal-pajjiż fi strateġija nazzjonali għas-sigurtà bil-kollaborazjoni ma’ pajjiżi oħra fir-reġjun. Noħolqu sistema kompetittiva li tattira lejn pajjiżna l-aqwa talent possibbli sa minn studenti,
85 filwaqt li ssir ħidma sabiex Malta ssir hub internazzjonali tas-saħħa. 86
Malta tingħaqad ma’ pajjiżi żgħar oħra sabiex tespandi r-rappreżentanza tagħha madwar id-dinja.
b’diżabbiltà fid-dinja tax-xogħol skont il-ħiliet tas-settur pubbliku u l-privat
87
Insaħħu r-rappreżentazzjoni diplomatika ta’ Malta u nsaħħu l-opportunitajiet ta’ investiment f’aktar kontinenti, inkluż fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerika Latina.
biltà jew kundizzjonijiet ex ikollom aċċess għal nt living.
88 internazzjonali. Malta sservi ta’ eżempju b’inizjattivi reċiproki ta’ kummerċ
qgħu jagħtu ax-xogħol fejn tà, inkluż fis-settur
89
L-immigrazzjoni rregolari hija fenomenu rikorrenti għal pajjiżna. Malta għandha tkompli tindirizza din l-isfida internazzjonali permezz ta’ ħidma konkreta mal-pajjiżi tal-oriġinu u t-transitu kif ukoll fuq livell Ewropew.
90
Għandu jkun hemm inizjattivi li jippromwovu l-kuntatt malkomunitajiet Maltin imferrxin madwar id-dinja, partikolarment malġenerazzjonijiet il-ġodda billi jiġu promossi l-lingwa, l-istorja, il-kultura u l-patrimonju Malti.
u, l-omofobija u
ilanċ bejn l-andament ekonomiku, faċilitajiet ta’ Ghawdxija, filwaqt li jiġu żviluppati pjanijiet għal
L-isfidi tal-kontinent Afrikan huma relevanti għall-Ewropa u l-komunità ġust u ħolqien ta’ impjiegi fil-pajjiżi Afrikani.
KUNSILLI LOKALI AKTAR B’SAĦĦITHOM 91
Insaħħu l-awtonomija finanzjarja tal-Kunsilli Lokali billi parti mid-dħul li jinġieb minn attività li toħloq inkonvenjent lil-lokalità jibda jmur għand il-Kunsill Lokali.
-karatteristiċi uniċi tal-irħula Għawdxin, ix-xenarju, q mir-residenti Għawdxin.
92
Jissaħħu l-operat u l-effiċjenza tal-Kunsilli Lokali permezz ta’ kollaborazzjoni bejn lokalitajiet differenti fuq il-prinċipju ta’ economies of scale, b’mod li jiġu megħluba sfidi komuni.
differenti għandu jibqa’ prijorità.
93
Għandu jiġi żgurat sehem akbar tal-Kunsilli Lokali fl-iżvilupp ta’ politika nazzjonali li tirrifletti l-ħtiġijiet tal-komunitajiet tagħna.
nt ta’ kwalità, b’inċentivi mmirati li jħeġġu startups ħawdex.
94
Il-prinċipju ta’ tisħiħ tal-parteċipazzjoni ugwali bejn is-sessi fuq livell parlamentari għandu jiġi estiż ukoll fil-Kunsilli Lokali b’mekkaniżmi li jkunu adekwati għall-istess Kunsilli.
inn Malta, b’settur turistiku msejjes fuq ilaturali, il-prodott lokali, l-istorja u l-avventura.
95
Jitfassal programm ta’ investiment fl-iżvilupp tal-kapaċitajiet tal-membri eletti u amministrattivi tal-Kunsilli Lokali, inkluż fl-aspett tal-ħidma internazzjonali.
96
Għandha tissaħħaħ il-kontabbiltà tal-Kunsilli Lokali u jingħata rwol regolatorju lid-Diviżjoni tal-Gvern Lokali.
97
L-uffiċini tal-Kunsilli Lokali għandhom ikunu mezz sabiex jiġu ddiċentralizzati aktar servizzi provduti minn entitajiet governattivi billi jiġu provduti l-mezzi neċessarji, b’mod li jkunu eqreb lejn ir-residenti.
98
Il-Kunsilli Reġjonali għandhom jassiguraw aktar effiċjenza fis-servizzi pubbliċi provduti lir-residenti, inkluż mill-entitajiet pubbliċi, billi jiffaċilitaw il-qsim ta’ kompetenzi u l-użu tal-fondi Ewropej bejn ilKunsilli Lokali tar-reġjuni rispettivi tagħhom.
99
Għandha dejjem tissaħħaħ aktar il-komunikazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u r-residenti, inkluż bl-użu ta’ pjattaformi elettroniċi.
oni soċjali ddisinjati skont il-ħtiġijiet tal-popolazzjoni
kulturali matul is-sena kollha, inklużi kunċerti fuq
mplimentazzjoni ta’ proġetti l-pijunier għall-qalba għal carbon neutrality. trasport alternattiv u enti għal dawk elettriċi.
iku ieħor jiddaħħlu
x bħala wieħed ta’ eficċċju taċ-ċittadini
Il-Kunsilli Lokali flimkien mal-għaqdiet tal-lokal għandhom ikunu mezz li permezz tagħhom tissaħħaħ l-identità kulturali tal-bliet u 100 l-irħula tagħna. Bħala l-entitajiet li huma l-eqreb tar-residenti, il-Kunsilli għandhom il-potenzjal li jgħinu aktar fil-qasam soċjali.
16
18.07.2021
PARTIT LI KIEN U GĦADU DINAMIKU JOE SAMMUT
KANDIDAT GĦALL-5 DISTRETT MIN HU JOE SAMMUT? Iben il-ħaddiem li, għad li lħaqt l-aspirazzjonijiet akkademiċi tiegħi, billi gradwajt mill-Fakultà tal-Liġi, u anke politikalment, peress li ġejt elett Membru Parlamentari għas-snin 1998 sa 2017, dejjem bqajt qrib in-nies u dejjem lest li nisma’ lil kulħadd. Politikalment dejjem ħaddant il-prinċipji Laburisti/ soċjalisti u dejjem kont leali, eżemplari u ta’ integreta tant li s-Segretarjat fi ħdan l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran fi ħdan il-Ġnus Magħquda għoġobha tappuntani Membru Onorarju, Avukat Anzjan u Membru sedenti fuq il-panel għall-Kummerċ u l-Investiment, liema panel jkopri aspetti kruċjali fl-integrazzjoni ekonomika fi ħdan ir-reġjuni EwroMediterranji u r-reġjuni tal-Golf Għarbi, użu ta’ riżorsi naturali b’mod effikaċi, siġurtà fil-qasam tal-enerġija, tkabbir u żvilupp ta’ SMEs, ħolqien ta’ impjiegi, turiżmu sostenibbli, u l-promozzjoni tal-investiment. PROFESSJONI - Avukat kif ukoll fundatur u Direttur Maniġerjali fi ħdan SMM Group li huwa ditta ta’ Avukati Speċjalizzati. Barra minn hekk, membru sedenti, wara li ġejt appuntat mil-Prim Ministru, fuq it-Tribunal għas-Servizzi Finanzjarji, Chairman fuq każi Soċjali u Gvernatur għall-Ħarsien tal-Ambjent.
Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?
STAT – Miżżewweġ u għandna tifel. LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Imrobbi u resident minn dejjem iż-Żurrieq. IKEL FAVORIT –Ħut PASSATEMP – Żamma ta’ ġonna/ għelieqi, kaċċa u nsib u f’ambitu legali u kkontrollat fost oħrajn. KTIEB FAVORIT – Natural Law and Natural Rights ta’ J. Finnis ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Dan huwa mument, fl-istorja ta pajjiżna, delikat ħafna. Il-kisbiet infrastrutturali, ekonomiċi u soċjali ressqu bil-kbir lil pajjiżna f’pożizzjoni li għamluh aktar attraenti minn pajjiżi ferm akbar minna u li jippretendu li huma aħjar minna. Sabiex insostnu l-kisbiet tagħna u ma nisfawx mgħarrqa mill-għira ta’ pajjiżi oħra tal-madwar rridu nkunu proattivi u filwaqt li norganizzaw ruħna għal dawn l-isfidi l-ġodda, noħolqu niċeċ ġodda li jkomplu jsaħħu l-ekonomija tagħna. Hawn fejn nemmen li nista’ nikkontribwixxi bis-sħiħ.
tru u wara President Agatha Barbara li kienet ta’ spiss tkun id-dar ta’ ommi u missieri u fejn is-suġġetti li kienu jkunu Id-deċiżjoni tiegħi li nagħżel il-Partit diskussi, fil-maġġor parti tagħhom, Laburista kienet, hija u tibqa’ waħda kienu jkunu bbażati fuq politika. naturali. Jiena ġej minn familja tal-ħaddiem. Familja li, bħal tant familiji oħra, Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għażlet it-triq tas-sagrifiċċju sabiex jie- għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? na ksibt l-edukazzjoni tiegħi li ma kinitx tkun possibbli li ma kienx għal politika Bla dubju hemm diversi u mifruxa tal-Partit Laburista fis-sebgħinijiet taħt f’amministrazzjonijiet diversi. L-ewit-tmexxijja tal-Perit Duminku Mintoff wel kisbiet kbar ta’ Gvern Laburista li għamilha possibbli għal kulħadd. kienu dawk fejn Malta kisbet il-Ħelsien Barra minn hekk, kien hemm mem- tagħha fis-sebgħinijiet, l-introduzzjoni bri oħra tal-familja tiegħi li kienu attivi ta’ sistema ta’ għajnuna soċjali, leave u politikalment u b’mod dirett fi ħdan sick leave għall-ħaddiema u children’s il-Partit Laburista u hawn qed nir- allowance sabiex issostni l-edukazzjoni referi għal oħt ommi Adelide Darm- tat-tfal li kienet saret b’xejn u fuq kollox anin li kienet fis-Segretarjat tal-Minis- għajnuna medika b’xejn fost benefiċċji
oħra. Dan kollu bejn l-1971 u l-1987. Il-Gvern Laburista ta’ wara 2013 ġab kisbiet oħra ta’ xejra internazzjonali. Poġġa lil Malta fuq il-mappa. Ħafna barranin kienu jikkunsidraw lil Malta bħala pajjiż żgħir insinifikanti li għalkemm parti mil-Unjoni Ewropea, aktar meqjus mal-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq. Gvern Laburista tal-2013 ħareġ bi pjan ekonomiku li xejjen dan kollu u ġab lil Malta f’pożizzjoni attraenti u kompetittiva li tħabbata mal-pajjiżi l-kbar fi ħdan l-Unjoni Ewropea li bla dubju ġabet reazzjoni inġusta u negattiva kontra Malta bil-għan li jwaqqfuna mill-avvanż u mir-ritmu li konna mexjin bih. Huwa proprju hawn li qed naraw l-għaqal tat-tmexxija tal-Prim Ministru Dr Robert Abela li b’determinazzjoni daħal sabiex jindirizza din l-isfida b’mod dirett li, wara li rnexxielu jżomm ir-ritmu ekonomiku materjalment mill-impatt negattiv tal-pandemija, issa beda l-proċess sabiex ireġġa’ lura deċiżjoni inġusta li ttieħdet mill-FATF li poġġiet lil Malta fil-grey listing. Deċiżjoni totalment politika li ħaġa tal-iskantament sabet l-appoġġ tal-Ġermanja li suppost bħalna hija membru fi ħdan l-Unjoni Ewropea u li għalhekk suppost, f’linja mal-prinċipju bażilari tas-solidarjetà kellha tivvota ma’ pajjiżi oħra membri fi ħdan l-UE u tivvota kontra li Malta titpoġġa fil-grey listing.
kienu ta’ preokkupazzjoni fil-mument filwaqt li kien proattiv u mexxa l-interessi ta’ pajjiżna ’l quddiem. Fuq bażi politika fehem iż-żminijiet u adatta għalihom tant li l-Partit Laburista kien dejjem fuq quddiem bħal meta introduċa l-vot għan-nisa, drittijiet għall-ħaddiem, drittijiet ċivili, il-vot għaż-żgħażagħ ta’ 16-il sena fost avvanżi oħra.
Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin?
Dik li nkompli fuq il-passi li ħallejt meta ma kkontestajx l-elezzjoni tal-2017. Li nkompli naħdem fil-qrib mal-kostitwenti u aktar mal-Prim Ministru sabiex inressaq lejn Malta investimenti ġodda ħalli pajjiżna jkun parti u nipparteċipaw bis-sħiħ fir-revoluzzjoni ekonomika li ser ikun hawn fuq skala mondjali ladarba jtaffu l-effetti tal-pandemija.
Il-Partit Laburista kien u għadu wieħed dinamiku li dejjem għaraf iż-żminijiet. It-twemmin xellugi dejjem attira lejh nies ta’ intellet u hawn f’Malta, m’aħniex l-eċċezzjoni. Il-Partit Laburista Malti dejjem żamm saqajh mal-art u indirizza dawk is-sitwazzjonijiet li
X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Il-Prim Ministru Dr Robert Abela ma setax jassumi r-responsabilitajiet li assuma f’perjodu aktar diffiċli. Fil-passat ħdimt ma’ missieru l-President Emeritus Dr George Abela u aktar reċenti, bħala Avukat ma’ Dr Robert Abela. Ma tistax ma tinnutax, fil-persuna tal-iben l-ingredjenti tal-missier u ċoè l-mod metikoluż ta’ kif jindirizza l-problema u l-mod strateġiku li jippreżenta s-soluzzjoni għall-problema li jkollu quddiemu. Ir-riżultat ikun dejjem wieħed ċar u loġiku u f’waqtu kif fil-fatt rajna tul il-perjodu qasir imma diffiċli li fih ħa t-tmexxija u ninsab persważ li fiċ-ċirkostanzi partikolari huwa l-Prim Ministru li Malta u l-Maltin jixirqilhom. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta?
17
18.07.2021
PM POŻITTIV U TA’ KURAĠĠ LILL-POPLU ABIGAIL CAMILLERI
KANDIDATA GĦAT-13-IL DISTRETT MIN HI ABIGAIL CAMILLERI? Abigail hija omm, professjonista u mara tal-familja. Hija għalliema gradwata mill-Università ta’ Malta fil-Baċellerat fitTaljan, fil-PGCE, fil-Masters fil-Letteratura Taljana kif ukoll fil-Masters fl-Educational Leadership and Management. PROFESSJONI - Għalliema STAT – F’relazzjoni LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Ix-Xlendi
IKEL FAVORIT - Il-ħut PASSATEMP – Inħobb naqra ħafna kemm bil-Malti, kemm bl-Ingliż kif ukoll bit-Taljan. Inħobb immur mixjiet twal bil-kelb tiegħi qalb il-kampanja. KTIEB FAVORIT – Agatha - il-Mara talAzzar miktub minn Elizabeth Ebejer ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Taqta’ qalbek qatt, żomm dejjem saqajk mal-art u qatt tinsa’ minn fejn tlaqt.
Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Biex inkun ta’ servizz għal pajjiżi u għax nemmen li l-politika hija l-istrument ideali biex verament nkun ta’ għajnuna lis-soċjetà. Inqis il-Partit Laburista bħala t-tieni familja tiegħi. Ommi u missieri, minn dejjem kienu jattendu għall-attivitajiet tal-Partit u jien dejjem kont immur magħhom. Meta kbirt sirt aktar attiva fil-Partit. Bdejt mill-Kumitat tan-Nadur bħala Uffiċjal taż-Żgħażagħ. Wara sseħibt ukoll fil-Forum Żgħażagħ Laburisti, ikkontestajt fl-Elezzjonijiet tal-Kunsilli tal-2015 fuq il-lokalità tan-Nadur, attendejt diversi drabi għall-korsijiet offruti mill-You Progress li mbagħad sar Ideat. Attendejt ukoll għall-programm Lead. Inħoss li l-politika mhix xi ħaġa li titgħallimha biss, iżda wkoll tħossha ġo fik u għalhekk, għalija dan kien pass naturali ħafna. Nemmen li l-politika qiegħda hemm biex tagħmel differenza f’ħajjet in-nies u dan il-Partit dejjem poġġa lin-nies fiċ-ċentru tal-politika tiegħu. Jien bint il-ħaddiema, u l-prinċipji soċjalisti li hu mibni fuqhom dan il-Partit huma wkoll il-prinċipji tiegħi. Barra minn dan kollu, kien proprju dan il-Partit li ta lill-mara l-importanza li jixirqilha. Dan seħħ billi taha vuċi biddritt tal-vot u issa jrid jara lill-mara fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Gvern Laburista għamel diversi kisbiet li biddlu l-ħajjiet tan-nies. Kien kapaċi jistimula l-ekonomija u joħloq ix-xogħol. B’hekk il-famiji Maltin kellhom kwalità ta’ ħajja aħjar u serħan il-moħħ. Il-ħidma li saret fejn jidħlu d-drittijiet ċivili biddlet il-pajjiż minn wieħed konservattiv għal wieħed fejn kulħadd huwa fil-libertà li jħobb lil min irid. Persuni LGBTIQ sabu lil min jismagħhom u jibdlilhom ħajjithom għall-aħjar. Fil-fatt, illum Malta tinsab fil-quċċata fejn jidħlu d-drittijiet ċivili.
Abela, Malta qiegħda fil-quċċata fejn jidħol it-tilqim. Riċentement, l-aġenzija internazzjonali DBRS Morningstar ikkonfermat ir-rating ta’ pajjiżna bħala A (high stable) u faħħret il-ħidma ta’ dan il-Gvern.
Il-pandemija ġabet magħha żminijiet ta’ inċertezza u anke biża’ però sibna Prim Ministru li dejjem baqa’ pożittiv u ta’ kuraġġ għall-poplu Għawdxi u Malti Kisbiet oħra li ta’ min isemmi huma, il-bidliet fil-liġi tad-divorzju, ir-riformi fil-qasam tal-governanza tajba, kif ukoll il-ħidma għal aktar ugwaljanza bejn is-sessi, mhux biss fuq il-post tax-xogħol iżda wkoll fl-ogħla istituzzjonijiet tal-pajjiż. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Il-Partit Laburista qatt ma beża’ mill-bidla u dejjem għaraf li jkun proattiv u li jimxi maż-żminijiet mingħajr qatt ma nesa l-prinċipji sodi li hu mibni fuqhom. Partit riformista li ħaseb f’kulħadd anke f’dawk li jitqiesu bħala minoranza. Kien kapaċi jiġbed lejh l-element żagħżugħ mimli enerġija u ideat ġodda kif ukoll għaqqad lill-poplu f’familja waħda mingħajr l-ebda kulur u distinzjoni. Dan sarraf biex il-poplu Għawdxi u Malti jersaq b’mod naturali lejn dan il-Partit li issa wieħed jista’ jsejjaħlu moviment. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Kemm verament għandna mexxej. Mhux kull min ikun fuq is-siġġu jfisser li jkollu l-kwalitajiet ta’ mexxej. Uriena verament li hu mexxej ta’ stoffa. Minn mindu laħaq Prim Ministru żgur ma sabx quddiemu sitwazzjonijiet faċli. Il-pandemija ġabet magħha żminijiet ta’ inċertezza u anke biża’ però sibna Prim Ministru li dejjem baqa’ pożittiv u ta’ kuraġġ għall-poplu Għawdxi u Malti. Kien kapaċi jieħu deċiżjoni-
jiet biex żamm bilanċ bejn is-saħħa tal-poplu kif ukoll l-ekonomija talpajjiż. Il-vaċċin kien disponibbli u għadu disponibbli għal kulħadd. In-negozji sabu spalla ta’ sostenn bid-diversi inċentivi u skemi li ngħataw lilhom biex setgħu jkomplu joperaw kif ukoll biex il-ħaddiem ma jitlifx xogħlu. Bid-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru Dr Robert
X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Noħlom li nara pajjiż li joffri l-opportunitajiet kollha neċessarji biex kull wieħed u waħda minna jkun jista’ jilħaq il-potenzjal kollu tiegħu u jidħol fid-dinja tax-xogħol. Noħlom f’pajjiż fejn kull żagħżugħ u żagħżugħa, ġejjin minn liema klassi ġejjin, ikollhom opportunitajiet ugwali biex jirnexxu. Noħlom li nara pajjiż li jkompli jiżviluppa u li jimxi ’l quddiem. Però fejn l-iżvilupp ma jkunx ta’ detriment għall-ambjent sabiħ ta’ madwarna. Noħlom f’pajjiż fejn ikomplu jiddominaw l-imħabba, it-tollerenza, l-ugwaljanza, l-inklussività u l-ġustizzja soċjali.
18
18.07.2021
IX-XOGĦOL FIL-KOMUNITAJIET
MINN MIN GĦANDU JSIR?
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsillier PL
Il-kelma komunità, fl-ambitu politiku tilfet kull sinifikat. Dan għaliex tintuża f’kull diskors li jsir, f’kull okkażjoni jew attività jew f’kull opportunità, li b’xi mod tista’ tagħti xi tip ta’ vantaġġ politiku lil min ikun qed jindirizza l-attività. Minkejja dan, u minkejja wkoll li ftit jagħtu kas, il-kelma komunità għandha tifsira ferm aktar qawwija. Din tfisser għaqda u tagħti sens ta’ pożittività. Tirrappreżenta solidarjetà u t-tessut soċjali li jgħaqqadha. Kulħadd jgħid kemm hi importanti, kemm għandna nisimgħu dak li għandhom xi jgħidu l-membri tagħha imma wara qajla jiġi implimentat dak li l-istess membri tassew ikunu jemmnu li jkun għall-ġid tagħhom jew li se jtejjeb il-livell ta’ kwalità ta’ ħajja tagħhom. Aktar minn hekk, ftit ikun hemm rieda politika li nagħtu r-riżorsi kollha li l-istess komunità tkun tinħtieġ biex tagħmel u twettaq il-bidliet li hi temmen li għandom isiru fl-immedjat fejn il-membri tagħha jgħixu. Komunità hija xi ħaġa ħajja li tiġbor fiha l-kuluri kollha tad-diversità. Tista’ tkun ostili u tista’ tkun waħda inklussiva. Komunità jista’ jkollha identità tagħha jew l-istess identità tkun xi ħaġa li tinbidel jew tiġġedded maż-żminijiet. Komunità tista’ wkoll tiġbor fi ħdanha partijiet oħra li jkunu ġejjin minn komunitajiet oħrajn. Dak li jsawwar komunità huwa l-kulturi differenti, għax issib taħlita ta’ reliġjonijiet, twemmin, razez, ħsibijiet u abitudnijiet differenti. Irridu nfittxu u naraw li nsiru parti integrali minn dawn il-komunitajiet lokali billi nsiru nafu aktar il-bżonnijiet tagħhom u nipprovdu r-riżorsi kollha meħtieġa sabiex intejbu l-ħajja tagħhom kif ukoll nagħtu valur ikbar lil din id-diversità. Involviment armonizzat mal-komunitajiet f’materji li tassew jaffettwaw il-ħajja tagħhom, speċjalment fejn jidħlu d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Huwa hawn fejn jidħlu primarjament il-Kunsilli Lokali, għaliex dawn għandhom kuntatt dirett u kontinwu mal-membri tal-komunità tagħhom u bosta jħarsu lejhom bħala s-sors ewlieni li jistgħu jissodisfaw l-aspettattivi tagħhom. Id-differenza bejn l-aspettattiva tar-residenti u dak li verament qed iwassal il-Kunsill, hija kruċjali li tkun identifikata sabiex l-istess Kunsill ikun f’pożizzjoni li jkejjel is-suċċess
tiegħu filwaqt li jistabbilixxi metodi ġodda kif iċekken din id-differenza. F’dan ir-rigward, it-tisħiħ fl-istrutturi tal-Kunsilli Lokali huwa kruċjali u jista’ jsir biss bi pjan strateġiku ta’ azzjoni u b’rieda politika. Dan il-pjan għandu jibda fuq livell ta’ ‘policies’ u mill-qafas leġiżlattiv, li jagħti poteri veri lill-Kunsilli Lokali, sabiex imbagħad iwitti t-triq għal ristrutturar b’saħħtu fl-istrutturi amministrattivi. Id-definizzjoni preżenti ta’ Kunsill Lokali permezz tal-att legali, hija waħda vaga u limitata u allura ma tagħtix saħħa biżżejjed lill-Kunsilli Lokali sabiex iwettqu dak li tassew hemm bżonn fil-komunitajiet tagħhom. Dan iwassal għal perċezzjoni tar-resident li l-Kunsill qiegħed hemm għalxejn għax ma jistax iwettaq dak li tassew jixtieq hu. Il-Kunsilli Lokali jinħtieġu aktar responsabbiltajiet, b’allokazzjoni finanzjarja adekwata għall-istess responsabbiltà. Inutli nagħtu responsabbiltajiet imbagħad inħallu lill-Kunsilli ltiema mil-lat finanzjarju. Dan iwassal biex il-Kunsill ma jkunx jista’ jwettaq u kull darba jidħol il-Gvern Ċentrali biex iwettaq hu dak li suppost qed jagħmel il-Kunsill. Dan iwassal għal sitwazzjoni fejn allura l-Gvern jibda jitkellem fuq ‘economies of scale’ u ladarba jkun qed iwettaq hu, allura jkun jaqbel li jieħu r-responsabbiltà hu minn fuq il-Kunsill Lokali. U jekk hemm min qed jaħseb li din hija xi ħaġa t’issa, qed jarralu. Din kienet l-istorja ta’ dejjem fejn jidħlu l-Gvernijiet Lokali u ċentrali. Dan għaliex bħal donnu hemm biża’ biex nitilqu l-poteri minn taħt idejna u niddiċentralizzaw. Bir-raġun allura imbagħad ikun hemm ministru jgħid li mhux sostenibbli li tagħti l-flus lill-Kunsilli Lokali biex jiżirgħu pjanta imma jrid ikun hu li jagħmel proġetti ta’ ħdura urbana fil-komunità. B’dan il-mod il-komunijiet u l-Kunsilli Lokali jkunu qed jintużaw għal skopijiet partiġjani flok ikun hemm sforz kollettiv biex il-Kunsilli jwettqu fil-lokal tagħhom kull proġett li jolqot mill-qrib lill-komunità.
Dak li jsawwar komunità huwa l-kulturi differenti, għax issib taħlita ta’ reliġjonijiet, twemmin, razez, ħsibijiet u abitudnijiet differenti
Sur Editur, Ħa ngħidlek waħda jien illum. Mela tant qed nisma’ dil-madre kelma kredibbli, li bejni u bejn ruħi għidt, imma ħa nara xi tfisser eżatt din. Ġibt it-three steps, għajjatt lil Melda tiegħi, u għidtilha biex tniżżilli naqra d-dizzjunarju li qiegħed fil-librerija naqra fil-għoli. Ma tantx jogħġobni l-għoli jien. U kif kienet hemm patattha kważi ma’ wiċċi, l-ewwel ħaġa li ħsibt kienet: “Mhux ta’ b’xejn tingħi l-pultruna meta Melda tiegħi tintefa’ fuqha!” Għax Alla jbierek e! Kif sirna fi xjuħitna, konna qisna żewġ mudelli fiż-żmien. Hi kibret minn wara u jien kbirt minn quddiem, għax zaqqi ntefħet mhux ħażin. Fil-barka t’Alla qegħdin dik l-importanti, Sur Editur. Imma ħa niġi għal li kont qed ngħid. Fid-dizzjunarju sibt li kredibbli tfisser, il-kapaċità li tiġi emmnut. Li dak li tgħid int, ħaddieħor jemmnu nsomma. Ajma j’ommi! Mela għalhekk Bernie mhux kredibbli Grech! Sewwa jgħidlu l-partit tagħna lil Bernie, li mhux kredibbli! Għax dak kollu li jgħid u jagħmel ħadd ma jniżżlu bħala verità, lanqas jekk jipprova jbellagħhielna b’mgħarfa zokkor! X’kull waħda wkoll. X’taħwid għandhom! Imma nsomma issa mar magħhom tal-Hatin’Malta – kunjomu ma jdurlix – dak li ma jafx kelma bilMalti, il-Pellegrin xi ħaġa. Ma nafx kif mar magħhom dan! Għax kif fakkarni n-neputi, dan darba kien kiteb li jrid jgħix f’pajjiż li fih il-politiċi jħallsu t-taxxi kif għandu jkun, mhux iħallsuhom meta jiddeċiedu li joħorġu għal kap tal-partit tagħhom – tan-Nazzjona listi! Issa se jgħinhom jimlew il-formoli tal-income tax naħseb mela! U dan ukoll ta – mar man-Nazzjonalisti meta beda kruċjata biex l-istazzjonijiet tal-partiti jagħlqu. U kien jiftaħar li huwa indipendenti dan ta! Tarax! Ma nistax nifhem aktar f’dal-pajjiż jien! Hu jaf. Mhux kredibbli ieħor dan. Għandu jkun biex tingħaqad magħhom irid ikollok ċertifikat fin-nuqqas ta’ kredibilità. Daqskemm jistgħu jkunu kredibbli f’dil-biċċa xogħol tal-pandemija, ħaqq l-ożbreċ! Mela għandhom kumitat tal-covit, li ma jiltaqa’ qatt. U Bernie tagħhom jgħid mod u l-kumitat jgħid mod ieħor. Bernie jgħid mod u d-deputat tagħhom li jitkellem fuq issaħħa, Spiteri, jgħid mod ieħor. Qas Marija tal-Ħniena fuq din ma jistgħu jaqblu, aħseb u ara f’affarijiet ta’ tmexxija ta’ pajjiż. U le! U iva, l-ħobż tih li min jaf jieklu jgħid il-Malti. Dawn bil-provi ma jafux, Sur Editur. U l-oħra. Dik tal-FATF. Mela wara li instiga li Malta titpoġġa fuq il-lista l-griża, Bernie qal li lest jaħdem id f’id mal-Gvern biex Malta twettaq ir-rakkomandazzjonijiet ta’ din l-istra FATF. U mbagħad kellu kull ċans jissostanzja din li lest jaħdem id f’id mal-Gvern u għażaqha aktar milli z-ziju t’ommi kien jagħżaq tomna raba’! Ġie fil-Parlament u vvota kontra emenda li saħħaħ l-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżna. Ara vera, nerġa’ ngħid, nitħassru lil dan Bernie! U mhux talli vvota kontra ta! Ivvota kontra li f’pajjiżna tkompli tissaħħaħ it-trasparenza u s-Saltna tad-Dritt. Basta joqgħod jeqred fuq hekk dan l-imbierek, ħa! Għax kont se nikteb kelma oħra. Issa nispera li ma jiġix dak il-baħħu ta’ Azzopardi tagħhom u joqgħod jipprietka fuq is-Saltna tad-Dritt! Jew dawk li jaħsbu li huma Repubblika, dawk it-tużżana li ssibhom f’kull grupp li jaħdmu kontra l-Labour. Għax bil-vot kontra tan-Nazzjonalisti kollha, ma daħlitx din l-emenda għax riedet iż-żewġ terzi. Paroli biss għandhom dawn! Kulma jgħidu trid tħożżu fl-ilma. X’kredibilità! Kredibilità t’għajn ziti dik l-imherrija għax ma kienet ħallietli xejn fil-wirt, ja paljazza li hi. Ara kif tista’ tafdahom imexxu lil pajjiżna lil dawn! X’differenza mill-Kap tagħna! Dak li jwiegħed iwettqu, kif dejjem kien il-partit tagħna, Sur Editur. U mela dawn jew! Issa jmur il-Pellegrin ta’ Hatin’Malta u jara kif se jirnexxilu joħroġhom mill-abbiss li jinsabu fih. Nawguralu! Għad-dieħla.
19
18.07.2021
IL-BIDU TAD-DEVOZZJONI LEJN IL-MADONNA TAL-KARMNU F’MALTA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
F’dan ix-xahar ta’ Lulju, magħruf bħala x-xahar tal-Karmnu, u fl-okkażjoni tal-festa tal-Madonna tal-Karmnu li tiġi ċċelebrata f’parroċċa jew tnejn f’kull tmiem il-ġimgħa f’Malta sal-bidu t’Awwissu, xtaqt naqsam magħkom ftit informazzjoni dwar il-miġja tal-patrijiet Karmelitani f’Malta u dwar l-ewwel tliet knejjes u kunventi tagħhom fl-Imdina u fil-Belt Valletta. Mill-istorja nafu li l-ewwel komunità Karmelitana li ġiet Malta minn Sqallija tmur lura għas-sena 1418, meta dawn marru joqogħdu ġewwa l-Lunzjata l-Qadima b’testment imħolli lilhom mis-Sinjura Margarita d’Aragona di Pellegrino. Wara 240 sena dawn il-patrijiet iddeċidew li jħallu l-knisja u l-kunvent tal-Lunzjata l-Qadima biex imorru ġewwa l-Imdina. Meta kisbu l-permess mill-Provinċjal waqt vista li saritilhom, huma talbu wkoll l-awtorizzazzjoni meħtieġa mill-Isqof Mikiel Ġ. Balaguer Camarasa, biex jagħtihom knisja żgħira magħrufa bħala “tar-Rocca” li kienet tinsab fil-post fejn kienu beħsiebhom jibnu l-kunvent u l-knisja ħalli jkunu jistgħu jiċċelebraw il-quddiesa u jamministraw is-sagramenti. L-Isqof laqa’ t-talba tagħhom u għamlilhom tliet kundizzjonijiet, wara li tinkiseb l-approvazzjoni tas-Santa Sede, u waqt li kellu jikkonsulta ruħu mal-monsinjuri tal-katidral jagħti volontarjament lill-patrijiet tal-aħwa tal-imqaddsa Verġni Marija tal-Karmelu, taħt it-titlu tal-Lunzjata li tinsab filbelt Notabile, il-knisja ta’ Santa Marija tar-Rocca bid-drittijiet kollha, dħul, unuri u piżijiet li seta’ jkollha. Fis-6 ta’ Mejju 1659 il-patrijiet Karmelitani ħadu l-pussess tal-knisja u fis-16 ta’ Ġunju 1659, il-patrijiet marru joqogħdu għalkollox l-Imdina. Din id-dar jew aħjar biċċa minnha, għadha teżisti sal-lum u tinsab wara l-knisja li tmiss magħha. Jidher li l-patrijiet ma qagħdux jistennew ir-risposta tal-Pirjol Ġenerali biex iħallu l-Lunzjata l-Qadima u jmorru l-Imdina, għaliex il-permess wasal fit-12 ta’ Awwissu 1659 meta kienu ilhom diġà xahrejn f’din il-belt. Id-dar li kienu jgħixu fiha l-patrijiet kienet numru 3, fi Triq San Pietru li tmiss mad-dahar tas-sagristija attwali. Filmaħżen li jinsab wara s-sagris-
tija hemm bieb imbarrat li kien jagħmel ukoll mad-dar. Meta l-mejjet Tabib Tumas Agius Ferrante kien jgħix f’din id-dar u li għadha proprjetà tal-kunvent huwa kesa l-faċċata talbieb bil-madum taċ-ċeramika u poġġa l-kliem “The Old Friary 1474”. Ma nafux eżattament xi tfisser din id-data imma jingħad li din id-dar kienet proprjetà tan-Nobbli Margarita d’Aragona li ħallietha lill-patrijiet fit-testment tagħha. Forsi xi ħadd jista’ jsaqsi, x’kienet ir-raġuni li l-patrijiet Karmelitani ħallew il-Lunzjata l-Qadima biex immorru l-Imdina? It-tweġiba nsibuha flittra li l-Isqof Alpheran de Bussan fis-sena 1756 bagħat lill-kongregazzjoni f’Ruma fejn jgħid dawn ilkliem dwar il-Karmelitani: “Damu jgħixu fil-kunvent tal-Lunzjata l-Qadima u juffiċċjaw ta’ kuljum il-knisja r-reliġjużi tal-ordni Karmelitan, b’ħajja eżemplari u jagħmlu ħafna ġid għal 240 sena, sakemm il-Gran Mastru tal-ordni Ġerosolimitan, Fra Martin de Redin, ordna li l-patrijiet għandhom jiġu trasferiti fil-belt tal-Imdina.” llum il-kunvent tal-Imdina huwa ċentru ta’ ospitalità li jfittex li jilqa’ fih lil kull min ifittex li jkollu relazzjoni ħajja ma’ Alla permezz ta’ diversi attivitajiet bħat-talb, il-ħajja komuni, u s-servizz fost il-poplu. L-istil ta’ ħajja kontemplattiva, aktar milli jagħlaq lill-patrijiet fil-klawsura qed jiftaħ il-bibien tal-kunvent tagħhom biex jilqgħu lil kull min qed ifittex esperjenza ta’ trankwillità u intimità m’Alla f’ħajtu. Hemm ukoll komunità li flimkien mal-“Integra Foundation”, (NGO lokali), tospita l-proġett “Ħwawar u Fjuri” li jfittex li jintegra emigranti u refuġjati mal-kumplament tal-poplu li jgħix Malta permezz ta’ workshops li fihom il-parteċipanti jirrakkontaw stejjer familjari, jaqsmu esperjenzi, u jesponu tradizzjonijiet kulturali. Barra mill-attivitajiet regolati fil-knisja u l-kunvent, hemm il-possibilità li wieħed iżur il-parti storika tal-kunvent fi żjara bbukkjata minn qabel, immexxija minn reliġjużi Kar-
melitani li jagħtu tifsira artistika, storika u spiritwali tal-imkejjen miftuħa għaż-żjajjar. Meta mill-Imdina raw li d-devozzjoni lejn il-Madonna tal-Karmnu qed tinfirex sew ma’ pajjiżna, il-Patrijiet Karmelitani fittxew li jibnu kunvent fil-qalba tal-gżira biex ikunu jistgħu jkomplu jxerrdu l’imħabba lejn Marija u binha Ġesù. Meta bdiet tinbena l-Belt Valletta wara r-rebħa tal-Assedju l-Kbir, Patri Ġwann Vella kien għamel talba lill-Ordni tal-Kavallieri biex jagħtuh biċċa art fejn seta’ jibni kunvent u knisja ddedikati lill-Verġni Marija tal-Karmelu. Dak iż-żmien kien hemm il-Gran Mastru Pietro del Monte li laqa’ bil-ferħ din it-talba u fis-27 ta’ Lulju 1570 sar il-kuntratt tal-għoti tal-art. Patri Ġwann Vella f’dik is-sena mill-ewwel beda jaħseb għall-bini taħt it-tmexxija tal-Inġinier tal-Ordni tal-Kavallieri, Ġilormu Cassar. Innies sakemm tlesta x-xogħol, kienu jinqdew b’kappella żgħira. Nistgħu ngħidu li l-knisja ħadet 38 sena biex tlestiet u bdiet tintuża fis-sena 1608. Tajjeb li ngħidu li l-Ordni tal-Kavallieri għen ħafna fil-bi-
ni ta’ din il-knisja peress li ħafna mill-Kavallieri stess ħallsu l-bini tal-kappelli laterali. Mill-Vista Pastorali li kien għamel l-Isqof Dusina li saret fi Frar tal-1575 insibu b’mod dettaljat x’kien fiha l-knisja proviżorja sakemm tlestiet dik ta’ Ġilormu Cassar. Din il-knisja kienet iddedikata lit-tħabbira tal-Mulej (il-Lunzjata) u serviet ukoll bħala parroċċa fil-Belt. Il-knisja mibnija mill-Inġinier Ġilormu Cassar kellha għamla sempliċi: b’nava waħda mdaqqsa u b’10 kappelli laterali. Kienet twila madwar 150 pied u 50 pied wiesgħa, u kellha wkoll koppla baxxa u kampnar. L-Amministratur Appostoliku, Monsinjur Antonio Buhagiar ikkonsagraha fis-6 ta’ April 1886. Fit-Tieni Gwerra Dinjija waqt wieħed mill-attakki kbar li saru fuq il-Belt Valletta nhar l-4 ta’ Marzu 1942 il-knisja ġarrbet ħsarat kbar fosthom f’diversi pitturi ta’ artisti famużi. Meta l-patrijiet raw f’liema stat kienet il-knisja ħasbu li l-aħjar soluzzjoni kienet li jibnu waħda ġdida. Is-santwarju l-ġdid beda jinbena fit-30 ta’ April 1958. Il-Pirjol Ġenerali li kien Malta biex jieħu sehem fil-kapitlu Provinċjali bierek l-ewwel ġebla ta’ din il-knisja
fuq il-pjanta ta’ Ġużè Damato. Ix-xogħol baqa’ għaddej għal 30 sena u tlesta fil-15 ta’ Ġunju 1981 meta l-Pirjol Provinċjali Patri Manwel Gatt bierek il-knisja fi tmiem ix-xogħlijiet tal-bini fuqha. F’din il-knisja, li hija wkoll santwarju u bażilika, insibu statwa sabiħa tal-Madonna tal-Karmnu fl-injam skolpita f’Napli fis-sena 1781. Din l-istatwa għandha pedestall tal-fidda, b’xogħol artistiku fuq disinn ta’ Abram Gatt mill-Bormla. Il-bradella u l-bankun ta’ din l-istatwa huma kollha xogħol fin u artistiku fl-interzjar. Filġranet tal-festa, din l-istatwa titqiegħed taħt pavaljun ta’ bellus aħmar u tiżżejjen b’diversi ornamenti prezzjużi frott id-devozzjoni kbira li għandhom in-nies lejha. Ftit snin ilu l-istatwa sarilha restawr kbir mill-artist Publius Magro u niċċa ġdida biex tkun tista’ titpoġġa fiha matul is-sena fis-santwarju. Din il-bażilika hija mżejna wkoll bi kwadru titulari sabiħ tal-Madonna tal-Karmnu inkurunat fl-1881. Wara talba tal-Karmelitani biex il-knisja tiġi mgħollija għad-dinjità ta’ Bażilka Minuri, il-Papa Ljun XIII iffirma d-digriet ta’ approvazzjoni nhar it-13 ta’ Mejju 1895.
20
18.07.2021
L-IMĦAR FIL-GŻEJJER MALTIN L-imħara hija frotta tal-baħar li minn dejjem kienet imfittxija mill-Maltin. L-imħar jikber waħdu, bħalma jikber waħdu r-rizzi, u dari kien jitqies li hu barka t’Alla. B’ponn imħar, biċċa ġobon, basla nejja, u tadama, kont tiekol ħobża sħiħa tal-Malti. Dan joħroġ mill-intervista li għamilt lil Karmenu Pace. Minn CHARLES B. SPITERI
Karm, semmejna li l-imħar huma frott tal-baħar li kien jittiekel. Iżda kull imħara kienet tkun tajba għall-konsum, u fejn kienet tinstab? Biex l-imħara tkun tajba għallikel trid tkun minn daqs ta’ munita ta’ 10 ċenteżmi sa daqs ta’ waħda taż-2 ewro. L-imħara tgħix f’dik il-faxxa ta’ blat minn ma’ wiċċ l-ilma sa sitt piedi ’l fuq, basta li xi darba jew oħra jilħaqha l-mewġ biex jaħsilha; u minn wiċċ l-ilma sa ftit ’l isfel. Iżda hemm ukoll l-imħar tal-qiegħ li jkun kabbari ġmielu u ċatt u jikber imqabbad mal-blat tal-qiegħ bejn metru u tnejn taħt wiċċ l-ilma. Allura biex l-imħar jiekol u jikber x’jagħmel jekk ikun imwaħħal mal-blat? L-imħar, fil-fatt, jgħix billi jiekol minn dak li jkun fih l-ilma baħar meta dan jitla’ u jinżel mal-blat. L-imħara ma tgħixx il-ħin kollu ċatta mal-blat, għax meta jitla’ l-ilma jaħsilha u din tintrefa’ b’mod li tħalli l-ilma jgħaddi minn taħt qoxritha, u hi ssoff l-ingredjenti tajba li jkun fih. Meta jkun maltemp kbir, l-imħar ta’ qrib l-ilma jibda jimxi, jimraħ u jirgħa, u jintrefa’ ’l fuq, jiġifieri kważi jista’ anki jiċċaqlaq xi ftit ċentimetri bogħod mill-‘bejta’ tiegħu u jiekol mill-għażiż li jitrabba mal-blat. Dan jista’ jagħmlu biss meta l-blat ikun imxarrab, għax l-imħara ma timxix fuq il-blat niexef. Biex l-imħara titħarrek, jew tinduna b’dak li tkun se tiekol, għandha xi ħaġa li turiha?
li jkun merfugħ ’il fuq biex ikun għax-xeħta. Għax biex inti taqla’ mħara trid tqabbad it-tarf tal-qalliegħa taħt ix-xifer ta’ qoxritha u ddawwar ’l hinn u ’l hawn, qisek qed tgħawwar, biex tillieva l-imħara. Din, min-naħa tagħha, meta tħossok, tissikka malblat u ma taqlagħhiex malajr. Iżda jekk taħsadha u ssibha ftit merfugħa minn mal-blat, ikollok ċans iddaħħal ix-xafra taħt il-qoxra u ma tbatix biex taqlagħha. Fejn tikber u tkun imwaħħla l-imħara hi tgħawwar ftit fil-blat u taħtha ġġibu lixx u b’hekk tkun tista’ tqabbad sew miegħu biex ma jġorrhiex l-ilma u għad-difiża tagħha mill-aggressuri. Fil-fatt taħt kull imħara li taqla’ l-blat ikun bajdani, qisha tagħmel “il-bejta” tagħha. Dik il-marka bajda fil-blat aħna ngħidulha dabra. U meta tmur għall-imħar u tara dawn iddbabar tkun taf li xi ħadd diġà dar għalih qablek u jaqbillek titlaq u ssib post ieħor.
L-imħara għandha wkoll qrun żgħar (feelers) u tużahom meta tkun tirgħa. Taqbad mal-blat b’saħħa kbira u ma taqlagħhiex jekk mhux b’xi strument bil-ponta. Dari kien ikollhom biċċa għodda jgħ Jiġifieri qed tgħid li biex idulha l-QALLIEGĦA – biċċa ħa- wieħed jaqla’ l-imħar minn dida qisha turnavit iżda b’tarf mal-blat jeħtieġ xi sengħa?
Iva, għax mhux kulħadd jaf jaqla’ l-imħar sewwa. L-iktar importanti hu kif taqla’ l-imħar bla ma tkissru. Jekk ikollok qalliegħa li ma jkollhiex xifer ċatt u rqiq biżżejjed, aktar iva milli le, int se xxellef jew tkisser il-qoxra. Xorta taqlagħha minn mal-blat imma meta tiġi biex tikolha, se tittantak biex taqlagħha minn mal-qoxra. Barra minn hekk, jekk tħalli l-imħara sa filgħaxija jew l-għada, din tmutlek, mhux bħall-ieħor li tkun qlajt sħiħ. L-imħara miksura taqlagħha minn mal-qoxra billi ddaħħal il-ponta tal-mus taħt laħamha u ddur magħha dawramejt. Tista’ wkoll tuża l-qoxra tal-ewwel imħara battala li taqla’ bħala għodda biex taqla’ l-oħra. Bħala molluska, it-togħma tal-imħara kif tipparaguna? Għalija hi l-itjeb fosthom kollha. Għandha togħma ħelwa u fina. Gidma ġobon tal-ħakk, gidma tadama, gidma basla nejja, imħara waħda, tnejn jew tlieta…u għidli x’qed tiekol. U jekk trid tagħmel xi sjett bi ftit
żejt, melħ, bżar u qtar tal-lumi biex tbill biċċa ħobż bih u tiekol l-imħar biha, tajjeb ukoll. Hawn min iħobb isajru – biz-zalza ma’ platt għaġin. L-imħar tista’ taqbdu tul is-sena kollha jew għandu xi staġun? Iż-żmien tajjeb biex ‘iddur għall-imħar’ (dik hi l-espressjoni użata) jibda lejn l-aħħar ta’ Jannar. Fi tfuliti kont tisma’ lil wieħed jgħid lill-ieħor: “daqt immorru nniggżuh xi naqra” – għax il-moviment mgħaġġel użat meta tkun taf taqilgħu jixbah lil dak ta’ meta tniggeż lil xi ħadd b’xi ponta. Lejn l-aħħar ta’ Jannar, ilbaħar ikun għadu kiesaħ, u mhux se tmur taqla’ l-imħar bil-għawm. Trid toqgħod iddur max-xatt, mal-blat, taħt l-ingravar, u forsi tinżel sa rkupptejk fuq xi ħafa. Dan mhux xogħol ħafif. Biex taqla’ borża mħar, tkisser dahrek u trid spiss tistrieħ u tiddritta ftit. Min jaqilgħu, iġorr miegħu borża taċ-ċarruta magħmula b’mod li tingħalaq billi tinġibed qafla mdaħħla fil-keffa ta’ fuq.
Ġieli jkollok iżżomm id waħda ggranfata mal-blat u bloħra taqla’ l-imħar. F’dak il-każ il-borża titfagħha ftit fuq il-blat sa ma terġa’ tiċċaqlaq biċċa oħra. Iżda l-biċċa l-kbira, min jaqla’ l-imħar iżomm id waħda miftuħa biex jilqa’ l-imħar fiha u jaqla’ bl-id l-oħra. Meta l-keffa t’idu timtela, jitfa’ kollox ġol-borża. Meta jkun qala’ biżżejjed, jaqta’ ftit ħabaq talbaħar u jqiegħdu fil-wiċċ, għax ir-riħa tfuħ tiegħu tiftaħlek l-aptit. U l-imħar jinġabar minn kull xatt ta’ baħar? Le, mhux kullimkien hu tajjeb għall-imħar. Ċerti postijiet ikunu magħrufa man-nies tar-raħal, u meta jasal żmienu kulħadd ikollu ġenn biex jilħaq post hu l-ewwel, għax jekk ikunu daruh, tmur u ma ssib xejn. U meta tkun taqla’, mhux l-ewwel darba li jkun hemm xi ħadd warajk u jgħidlek: “Ħalli waħda għar-razza!” Ħafna min-nies tar-raħal kienu bdiewa, u dak li jkun mhux se jħallilek ix-xogħol tar-raba’
21
18.07.2021 ieħa tkun tmiss ma’ xifer l-ilma ġieli jikber il-ħażiż fuq daharha u ma jkunx daqshekk faċli li taraha. Dan il-ħaxix fuq daharha ġieli jkun qasir u ġieli ftit twil u jitliegħeb mal-mewġ u jkun ta’ lewn kannella jew ħadrani. Qatt għodost għalih hemm Karmenu?
biex imur jaqla’ erba’ mħariet. Għalhekk meta jagħmel dak il-bnazzi ta’ Jannar u l-baħar ikun żejt, ikun hemm ħafna dilettanti li moħħhom ikun biex imorru sax-xifer għallimħar. U min ikun fortunat li jilħqu l-ewwel, jaf jaqlagħlek mal-wiżna f’nofstanhar. Il-bdiewa kienu jistennew il-Ħadd biex jersqu lejn ix-xifer, għax is-Sibt ma kienx frank għalihom. Kienu jbakkru għall-quddiesa tal-ewwel, għax dak iż-żmien ma kienx hemm tas-Sibt jew tal-Ħadd filgħaxija. U mbagħad min kien ikollu xi qoxra kien imur għall-imħar f’postijiet li ma jintlaħqux mill-art bħal taħt l-irdumijiet ta’ Ħad Dingli jew saħansitra jerħilha għal Filfla. U kull tip ta’ mħar hu tajjeb għall-ikel? Jekk l-imħar ikunx tajjeb jew le, jiddependi mit-tip ta’ blat li jkun qed jirgħa fuqu. L-aħjar hu dak l-imħar li jkun trawwem fuq il-blat tal-qawwi – dak il-blat iswed, żonqri, u jniggeż. Ikun hemm ħoss partikulari meta int iżżerżaq
il-qalliegħa għal taħt imħara li tkun fuq il-qawwi. Dan il-ħoss ma tisimgħux meta l-blat ikun tal-bajjad – franka ratba. U meta l-imħar ikun fuq il-qawwi, laħmu jkun jagħti fl-isfar ħamrani u jqarmeċ. L-aħjar hu meta l-blat ikun iħares għal għajn ix-xemx għax l-imħar ikun iktar b’saħħtu. Dak li jitrabba fiddell, laħmu jkun xehbi, sewdieni, iżda jekk ikun trabba fuq il-blat tal-qawwi, ikun tajjeb xorta. Jinstab xi post f ’Malta li jista’ jingħad li hu ideali għallimħar? Filfla hi magħrufa ħafna, kemm għall-kwalità u għaddaqs tal-imħar. U daqshekk ieħor hu magħruf il-blat tal-irdumijiet ta’ Ħad-Dingli. F’dawn il-postijiet, peress li ma jintlaħqux minn kulħadd – għax trid tmur għalihom bid-dgħajsa – l-imħar ikollu ċans jeħxien u għalhekk ikun sabiħ. L-imħar tal-qawwi jkun imbuzzat, u jkollu ħafna laħam, mhux bħal dak l-imħar li jgħidulu ‘tas-sellieħ’.
X’inhi d-differenza bejn dawn l-imħar? Meta fis-6 ta’ Diċembru, 2010 tkellimt ma’ Kola Magro magħruf bħala ‘ż-Żmond’, u staqsejtu kemm jaf bi kwalitajiet ta’ mħar differenti, semmieli l-imħar tal-qawwi, u l-imħar sellieħ. Qalli li s-sellieħ jikber ma’ xifer l-ilma u wkoll xi ftit swaba’ taħt il-wiċċ u qalli li dan ma jinġabarx għax mhux tajjeb għall-ikel. Is-sellieħa hija mħara ċatta u għalhekk ftit li xejn fiha laħam ġewwa. Fil-fatt laħamha huwa bħal qoxra jew ġilda xierfa, t-togħma tagħha mhix tajba, u meta taqlagħha minn mal-qoxra jinfaqgħu l-imsaren u tqallgħek. Iżda xorta hawn min jikolha. Jien stess nista’ nikkonferma li s-sellieħ jitrabba wkoll taħt l-ilma. L-ewwel darba li smajtha din kien mingħand Żaren “il-Merlin” jew “Priepes”, sajjied prim, li kien qalli li kienu jgħoddsu għalih ħdejn Filfla. M’għandniex xi ngħidu, naħseb li kienu jiekluh. Il-qoxra tas-sellieħ hija wkoll irqiqa u dgħajfa u meta l-imħara sell-
L-ewwel darba li kelli okkażjoni mmur Filfla biex nogħdos qgħadt attent u tassew sibt imħar kbir ċatt mal-blat li hemm fuq wara ta’ Filfla. Dan sibtu wkoll mal-blat fil-qiegħ, fil-bajja magħrufa bħala Ta’ Buleben, qrib il-lukanda Dolmen, Buġibba. Ippruvajtu u ma niżilli xejn. Il-qoxra tiegħu hija interessanti, għax fil-kobor jidhru l-pizzi dawramejt max-xifer. U meta taqlgħalha laħamha, il-qoxra minn ġewwa tkun qisha madreperla, li iżda malajr titfi jekk ma tidlikhiex b’lagħqa żejt. Biex taqla’ dan is-sellieħ tal-qiegħ trid tagħmel is-saħħa, għax peress li hu kbir mal-pulzier u nofs, iqabbad iktar ma’ wiċċ il-blat li jkun taħt l-ilma u jekk ma taqlagħhiex mill-ewwel tentattiv, tiċċattja mal-blata u tqabbad iktar biex tiddefendi ruħha. Dan il-qxur kont tajtu lil student tal-Prof. Schembri u bagħatli tweġiba li dan kien tar-razza patella cerula jiġifieri tas-sellieħ. “Is-sellieħ”, qalli Kola, “issibu kemm mal-blat artab kif ukoll mas-samm.” Mill-banda l-oħra, l-Imħar tal-Qawwi, jew Tas-Samm, patella rustica, Kola jaħseb li ssibu biss malblat tal-qawwi u l-aħjar li wiċċ il-blat ikun lixx. Kola għamel għomru u żmienu jdur għallimħar ’l hawn u ’l hinn ma’ ħbieb oħra tiegħu mill-Qrendi, daqqa minn max-xatt u xi drabi oħra minn fuq xi dgħajsa. Jiftakar li darba mar ma’ Karmnu taċ-Ċuna taħt Ħad-Dingli u Kola kien tala’ bilwieqfa fuq spallejh biex ikun jista’ jaqla’ erba’ mħariet sbieħ li kienu ’l fuq ħafna. Għax l-imħar tal-qawwi kapaċi jgħix sew ’il fuq minn wiċċ l-ilma, anzi dak li jkun ’il fuq, ikollu togħma aħjar. Anke l-imħar tal-qawwi kapaċi jikber ġmielu, ’il fuq minn pulzier. Iktar ma jkun xiħ u kbir iktar jitħatteb. Meta jkun żgħir, laħmu jkun ta’ lewn griż iżda iktar ma jikber, speċjalment dak li jkun mal-pied u iktar ’il fuq minn wiċċ l-ilma, laħmu jibda jiħmar, ikun ta’ lewn qamħi u jkollu x’tiekol għax laħmu jkun oħxon u jqarmeċ ftit taħt snienek. It-togħma tiegħu hi ħelwa mhux bħal dik talimħar tas-Sellieħ. Anke l-ġewwieni tiegħu jkun sod, ma jinfaqax u ma
jqallgħekx, iżda jiftaħlek l-aptit. Dan l-imħar tal-qawwi kapaċi jgħix ’il fuq minn wiċċ l-ilma għax jikber f’postijiet imwarrba mal-blat tas-sies fejn soltu jagħmel il-mewġ għoli li jaħslu kull darba. Meta fil-jiem sajfija jagħmel xi tliet ġimgħat bnazzi żejt jgħidu li l-imħar qed jinxef għax ikun qed jerda’ minnu nnifsu u jkun ixref mis-soltu. L-aqwa mħar, qalli Kola hu dak ta’ Marzu u l-aħjar hu dak li jkun għal għajn ix-xemx. Kola semmieli lil Ninu Aquilina, ‘iż-Żepeżun’, li kien idur kull rokna tax-xatt taħt Ħaġar Qim u l-Imnajdra fejn hemm postijiet magħrufa għallimħar – bħal ngħidu aħna Ras il-Miġnuna, Is-Solf, Il-Ponta ta’ Rsejjen, ta’ Bexxiexa, Denb il-Bagħla, u n-Niffied u tibqa’ sejjer lejn il-Ġebel l-Aħmar (Ras il-Ħamrija), Għar Manwel sal-Magħlaq u Lapsi. Dan Ninu ż-Żepeżun, skont Kola kien jemmen li iktar ma tagħmel xita, l-imħar kien jikber iktar. Għax ix-xita tniżżillu l-ikel minn mal-blat u l-imħar skont hu, jħobb l-ilma ħelu. “Ilma tax-xita u xemx irid l-imħar. Fejn ikun delli ma jikbirx,” qalli Kola. Jiġifieri l-aktar li jikber u jiħmar hu fejn il-faċċata tal-blat tkun tħares lejn in-Nofsinhar bħalma huma l-inħawi li semmejt taħt Ħaġar Qim u l-blat ta’ taħt Ħad-Dingli. Kola qalli li meta kien tela’ fuq spallet ‘Spreneċ’ taħt Ħad-Dingli kien hemm qattara li kienet terħi l-qtar għal fuq dak l-imħar sabiħ li kien sab. Filfla wkoll hi magħrufa ħafna għall-imħar u fil-bidu talistaġun ikun hemm tellieqa mis-sajjieda li għandhom xi qoxra biex jilħqu minn tal-ewwel. Ta’ Filfla huwa magħruf għall-kobor u t-tjubija tiegħu, u wieħed jiftaħar ħafna li jkun qala’ l-imħar minn Filfla. Meta wieħed kien ikollu xi qalgħa mħar tajba, kien idur mar-raħal bil-kavetta, u ma jdumx wisq biex ibigħ kollox; kienu jaħtfuhulu, għax ‘talimħar’ kien jiġi darba fill; ma kinitx xi ħaġa ta’ kuljum bħalma kien, ngħidu aħna, bejjiegħ il-ħut. Peppi Spiteri, ‘Qazzitu’, kien qalli storja ħelwa li kien qalhielu Indrì Tal-Menek, li kien sajjied u bejjiegħ il-ħut u li jiġi ħu missier missieri (in-nannu Nardu): “Darba kint qed indowr għall-imħor bil-frejgatina u nura xi ħuġa mdendla malblot. U xħin nersaq insib li ġurdien maqbowt minn mustaċċih taħt quxra ta’ mħura. Qabditow l-imħura taħte, u baqa’ mdendel hemm!” Peppi, li qalli din l-istorja, staqsieni minn taħt l-ilsien: “Tgħajd ken qed jgħajd virew, jew ken qed jivvinte?!”
22
18.07.2021
SCOOBY CUSCHIERI
TGĦIN PERSUNI BĦALHA LI JBATU MINN SAĦĦA MENTALI
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Fil-ħajja l-bniedem jgħaddi minn diversi esperjenzi xi wħud pożittivi u oħrajn negattivi. Iżda b’sorpriża kultant mid-deni joħroġ il-ġid. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li minkejja li sofriet saħħa mentali, l-hena tagħha tara kif tista’ tgħin persuni oħra bħalha li jbatu minn saħħa mentali. Qed nirreferi għal Maria Cuschieri magħrufa aħjar bħala Scooby. Għandha 26 sena u toqgħod il-Buskett. Taħdem bħala LSE ġo skola u l-passatempi tagħha huma li tqatta’ ħin mal-familja, tmur tittrenja u ddoqq il-kitarra. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala persuna ferriħija, bubbly, ċajtiera u tmur tajjeb ma’ kulħadd, però tistqarr li hija mistħija fl-istess ħin. Maria hija persuna li l-ħin kollu tara kif tista’ tgħin persuni bħalha li jbatu minn mental health issues. Staqsejtha b’liema modi qed tgħin f’dan kollu, stqarret miegħi li dejjem tivvinta bħal tagħmel vidjows fuq il-paġna Breakdstigma bi kwotazzjonijiet apposta u anke vidjows kif tqatta’ l-ġurnata tagħha bħala persuna li tgħix b’saħħa mentali. “Ovjament ukoll, mhux l-ewwel darba li kellna intervisti fuq rivisti, televixin jew midja socjali.” Ħolma li tixtieq issir realtà Ta’ min jgħid li waħda mix-xewqat tagħha hija li jinfetaħ post fejn ikun it-tarġa ta’ qabel ma persuna jkollha tirrikorri għal Mount Carmel Hospital jew l-Isptar Mater Dei. Fil-fatt xtaqt inkun naf b’liema mod qed tinsisti fuq din il-ħolma sabiex forsi ssir realtà fil-qrib. “Ninsisti minħabba l-fatt li din il-ħolma tiegħi ġejja minn aspett personali fejn fi stat kruċjali tal-ħajja qabel tidħol ġo sptar, mhux neċessarjament ikollok bżonn mediċina jew kura oħra, imma li jkun hemm xi ħadd hemm miegħi jissapportja kif il-persuna qed tħossha.” Mistoqsija meta ngħidu mental health awareness, x’taħseb li jkun wassal persuna biex tasal s’hawn, u jekk hawnx għajnuna biżżejjed f’Malta rigward problemi re-
latati ma’ mard mentali, Maria weġbitni: “Hawn u m’hawnx fl-istess ħin, għaliex meta tidħol l-isptar u d-dijanjosi tkun ġejja mill-moħħ, mhux kulħadd jista’ jifhem lill-persuna li għaddejja minn żmien difficli. Li tkun qed tħoss huwa vera minħabba l-fatt li fiżikament kollox ikun għaddej sew.” Minbarra dan, bħalissa Maria tinsab paralizzata u għaddejja bil-physiotherapy, kawża ta’ stress li ħakimha. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar dan l-istress li ħakimha u minn xiex għaddejja sew bħalissa. “Bażikament bdejt bit-tremors. Għall-benefiċċju ta’ min ma jafx tremors x’inhuma huma tip ta’ seizures, imma functional, jiġifieri mhux għax vera hemm problema fil-ġisem, imma għax ilmoħħ qed jibgħat ċerti sinjali biex il-ġisem jagħmel tip ta’ movimenti li ħadd ma għandu kontroll tagħhom. Wara li telqu t-tremors sforz ta’ kemm kont stressjata, pparalizzali nofs ġismi fejn hemmhekk għal ftit ġimgħat kelli bżonn wheelchair, fejn imbagħad qlibt għal
walking aid biex illum darba kull tlett ijiem ikolli sezzjoni ta’ physiotherapy minħabba li tlift is-sensazzjoni ta’ saqajja. Bħalissa nirringrazzja ’l Alla li wara kważi xahar id-dar, ninsab lura x-xogħol u lura ghall-ħajja normali tiegħi,” stqarret miegħi. Għaddiet minn ħafna problemi meta kienet iżgħar Ta’ min jinnota, li Maria għadha żgħira u diġà sofriet ħafna matul ħajjitha. Fil-fatt għaddiet minn ħafna problemi meta kienet iżgħar, ma tafx min huma l-ġenituri bijoloġiċi tagħha, il-ġenituri li addottawha spiċċaw isseparaw, kienet tiġi bbuljata għax hija persuna gay, u kellha tifel meta kellha 18-il sena. Kollox ma’ kollox, però ridt inkun naf kif tħares lejn il-ħajja b’mod ġenerali. “Onestament jiġu mumenti fejn nibda naqta’ qalbi għaliex wara 26 sena qatt ma waqaft nikkumbatti l-affarijiet. Però, nemmen li l-ħajja hija kollha tlugħ u nżul. Għalhekk, nemmen li vera forsi m’iniex
l-iktar persuna fortunata fejn tidħol il-familja tiegħi. Però fortunata għaliex wara dak li għaddejt mal-ġenituri tiegħi għallmuni biex ma nagħmilhomx mal-familja tiegħi li għandi llum. Nirringrazzja ’l Alla li għandi familja li tikkonsisti fit-tifel, it-tfajla u t-tlett iklieb.” Sirt naf ukoll li żmien ilu, kienet spiċċat minn relazzjoni u hawn kien meta bdiet tagħmel self-harm fuqha nnifisha – riedet litteralment ittemm ħajjitha. Imbagħad ġara li madwar tliet snin ilu għaddiet minn żmien fejn tilfet lil xi ħadd viċin tagħha sforz il-mental health, u ddeċidiet li ssib l-għajnuna. Ridt inkun naf x’tip ta’ għajnuna fil-verità sabet, u kif sejra llum il-ġurnata, u jekk hemmx tama. “Fil-verità l-iktar support li sibt kien minnies li huma viċin tiegħi bħal familja u ħbieb. Però l-iktar żmien li ddeċidejt li nagħmel xi ħaġa kien iż-żmien meta tlift lil persuna viċin tiegħi sforz ta’ saħħa mentali. Minn wara dakinhar ’l hawn qatt ma ħarist lura u għandi tim li jgħinni
f’kull sitwazzjoni li nista’ niltaqa magħha fil-ħajja personali tiegħi. Onestament ma tantx hemm tama għall-aħjar, imma min-naħa l-oħra nista’ ngħid li s-saħħa mentali tiegħi qed tiġi kontrollata tajjeb ħafna.” Sfortunatament ħafna jittimbraw persuni li għandhom xi problema ta’ saħħa mentali bħala mġienen, li m’għandux ikun il-każ. Tlabtha l-kummenti tagħha f’dan ir-rigward. “Filħajja nemmen li kulħadd għandu d-dritt għall-espressjoni, imma ħadd ma għandu dritt li jweġġa’ lil xulxin. Nemmen li trid tkun għaddej minnha biex tifhem is-sitwazzjoni u kemm kelma tista’ tweġġa’ jew tferraħ lil dak li jkun.” Fl-aħħar nett, Maria ħalliet messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Il-messaġġ tiegħi huwa wieħed - li nies li għaddejjin minn xi żmien ħażin jirrikorru għand nies professjonali li jistgħu jgħinu lil dak li jkun. Apparti hekk lill-bqija tan-nies biex qabel ma jgħidu kelma jaħsbu fuq dak li jkunu ser jgħidu qabel ma jkun tard wisq.”
08.11.2020 18.07.2021
23
SKEDA ONE 12:17 12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:15 15:23 15:30 15:35
Hazzzard update ONE News Teftif Telebejgħ Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Teżori Primetime Preview ONE News Espresso
17:30 18:30 19:17 19:20 19:30 20:07 20:15 21:00 22:29 23:30
Flimkien TNEJN ma’ Nancy 19-07 Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Dak kien żmien?! Cash Ride Division 7 ONE News
06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Ghajn 11:20 Tentufiet 11:50 Durella
12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 13:55 14:47 15:30 15:35 17:37 18:10
Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta
18:30 19:14 19:16 19:30 20:07 20:15 21:00 22:00 22:29 23:30 23:45
Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Fish on Follow Up Niftakru Division 7 ONE News Division 7 - ikompli
06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:36 12:14
12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:35 18:07 18:30
ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ħabrikt Pjazza
19:13 Tentufiet ERBGĦA 19:20 ONE Sports 21-07 & Temp 19:30 ONE News 20:08 Primetime Preview 20:18 Pajjiżi 20:30 Melodija Taljana 21:00 Espressjoni 22:23 Division 7 23:40 ONE News
06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:31 Pjazza 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt
12:07 12:30 12:35 12:48 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00
Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Moda L-Istorja
18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 22:17 22:00 23:30 23:45
06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30 12:10
12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00 18:30
ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Il-Kostruzzjoni Pjazza
ĠIMGĦA 19:15 Tentufiet 19:20 ONE Sports 23-07 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Primetime Preview 20:15 Pajjiżi 21:00 Mad-Daqqa t’Għajn 22:00 Tentufiet 22:30 Division 7 23:30 ONE News
06:15 ONE News 06:45 Melodija Taljana 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:55 Teftufiet 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Ħabrikt
10:00 10:30 11:30 12:30 12:35 12:45 14:00 15:00
Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Mad-Daqqa t’Ghajn ONE News Teftif Klassi Għalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta
15:30 15:35 16:45 17:00 19:20 19:30 20:15 21:00
ONE News Espressjoni Fish on Pirotekniċi ONE Sport & Temp ONE News Music Legends Fashion Show
06:15 06:45 07:15 07:30 07:39 08:00 08:40 10:00 10:45
11:55 12:30 12:35 12:45 14:00 15:00 15:30 15:35 16:20
Reboot ONE News Teftif Klassi Ghalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Ondroad Arani Issa
19:15 19:30 20:15 20:35 21:20 23:30
One Sport & Temp ONE News Nifatkru Attivita’ Politika Cash Ride ONE News
06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30 11:50
ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durrella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Music Legends Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin
TLIETA 20-07
ONE News Country Jamboree ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak Kien Żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda L-Istorja Ulied Maltin
ĦAMIS 22-07
ONE News Niftakru ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin
SIBT 24-07
ONE News Dak kien Żmien ONE News Duurella Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attivita’ Politika Indhouse
Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Pirotekniċi Tentufiet Division 7 ONE News Division 7 - ikompli
ĦADD 25-07
24
18.07.2021
reċensjoni tal-ktieb
IS-SEBA’ TRONĠIET MEWWIJA Fi kliem Ġorġ Mallia: “L-aqwa fost il-kotba epiċi ta’ fantasija f’pajjiżna.” Meta rumanz ikollu dan il-livell ta’ kummenti, mingħand ħadd ħlief wieħed mill-pijunieri tal-ġeneru ta’ fantasija bħal Mallia, taf li qed nitkellmu dwar wieħed mill-ikbar xogħlijiet ta’ letteratura fil-Malti. Qed nitkellmu dwar Is-Seba’ Tronġiet Mewwija, ir-rumanz kult ta’ Trevor Żahra li kien ħareġ fl-1994, rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u sar meqjus bħala l-kapulavur ta’ Żahra. Huwa rumanz fantastiku, li jinseġ storja epika ta’ vjaġġ flimkien mal-maġija, mal-fantastiku … fi ftit kliem, storja msaħħra u li ssaħħar. Wara ħafna snin fejn dal-ktieb ma kienx jinsab għall-bejgħ, u filfatt fans ta’ Żahra ma kienu jsibuh imkien, issa l-Merlin Publishers għadhom kemm reġgħu stampaw dan ir-rumanz klassiku f’edizzjoni ġdida u lussuża li tagħmel ġieħ lill-enormità ta’ dan ix-xogħol letterarju. Stampat b’qoxra iebsa, u bl-illustrazzjonijiet oriġinali ta’ Żahra li huma parti integrali mit-test, Is-Seba’ Tronġiet Mewwija jista’ issa jiġi skopert u jitgawda minn ġenerazzjoni ġdida ta’ qarrejja. Vira u Toninu, żewġt itfal protagonisti tar-rumanz, kienu jogħxew jisimgħu l-ħrafa tas-Seba’ Tronġiet Mewwija. Imma ħadd minnhom qatt ma basar li fi żmien qasir kienu se jsiru parti minn din il-ħrafa – huma u l-qattus Barbanġ. Qatt m’għaddielhom minn rashom li t-Tronġiet kienu jeżistu tassew u li dawn kienu qed jistennewhom. Vjaġġ twil mimli perikli u taqtigħ il-qalb; logħba qalila bejn ħajja u mewt. Iżda t-Tronġiet ma setgħux jibqgħu aktar moħbijin fiddlam tal-istorja. Is-Seba’ Tronġiet Mewwija huwa rumanz trasversali, li jogħġob kemm lill-adolexxenti kif ukoll lill-adulti. Huwa wieħed minn dawk il-kotba li kulħadd għandu jkun qara mqar darba tul ħajtu, u li għandu jifforma parti integrali mil-librerija personali ta’ kull wieħed u waħda minna. Is-Seba’ Tronġiet Mewwija jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha kif ukoll direttament mis-sit merlinpublishers.com b’pustaġġ b’xejn għal Malta u Għawdex.
Mistoqsija: Flimkien ma’ Vira u Toni, min kien il-protagonist l-ieħor? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IS-SEBA’ TRONĠIET MEWWIJA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 25 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb JINŻLULEK GĦASEL hija:
G. TABONE - ĦAL QORMI
03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fejn huma l-postijiet li tista’ tmur u tieħu t-tilqima faċilment u mingħajr appuntament?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
18.07.2021
IL-‘CROSS COUNTRY KILLER’ Il-ħajja kriminali ta’ Tommy Lynn Sells L-EWWEL PARTI
Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
SELLS JIDĦAQ HEKK KIF L-UFFIĊJALI ĦADUH F’LITTLE ROCK F’ARKANSAS MINĦABBA ŻEWĠ OMIĊIDJI
Tommy Lynn Sells kien qattiel tal-massa Amerikan. L-ewwel instab ħati ta’ omiċidju li għalih ingħata l-piena kapitali u ftit snin wara nstab ħati ta’ omiċidju ieħor fejn weħel għomor il-ħabs. Minbarra dawn iż-żewġ omiċidji, il-pulizija jemmnu li Sells qatel ’il fuq minn 20 persuna. Min kien Tommy Lynn Sells Sells twieled fit-28 ta’ Ġunju tal-1964 flimkien ma’ oħtu t-tewmija, Tammy Jean, f’Oakland f’Kalifornja fl-Istati Uniti. Meta kellhom biss sena u nofs, Sells u oħtu qabdithom il-meninġite. Sells salva iżda oħtu mietet kawża tal-marda. Wara din it-telfa, omm Sells bagħtitu jgħix ma’ zitu, Bonnie Walpole, f’Holcomb f’Missouri. Hu dam jgħix magħha sa ma kellu ħames snin għax ommu ħaditu lura d-dar xħin saret taf li Bonnie riedet taddottah. Din kienet l-agħar għażla li setgħet ittieħdet hekk kif Sells spiċċa jħabbat wiċċu ma’
diversi abbużi minn età tant żgħira. Sells qal li meta kellu tmien snin, hu kien ikun ma’ raġel bl-isem ta’ Willis Clark u qal li dan tal-aħħar kien jabbuża minnu. Saħaq li kull meta kien iwettaq att kriminali, hu kien iġib dawn l-abbużi quddiem għajnejh. Sells ma kellux saqaf fuq rasu u kien jivvjaġġa billi jittallab lix-xufiera biex iwassluh minn post għall-ieħor jew inkella kien jaqbad it-tren. Dam għaddej b’dir-rutina għal 21 sena bejn l-1978 u l-1999. Waqt dawn il-vjaġġi madwar l-Istati Uniti, Sells wettaq diversi reati kriminali. Hu kien iħobb il-qatra, kien jabbuża mid-droga u spiċċa kemm-il darba l-ħabs. Sells ma kellux impjieg fiss u ħafna drabi kien jagħmel biċċa xogħol ta’ darba ’l hemm u ’l hawn. Fl-1990, Sells seraq trakk f’Wyoming u weħel sena u erba’ xhur ħabs. Minn hawn sar magħruf li hu kellu diżordni tal-personalità fejn kellu xejriet antisoċjali u skiżojdi. Apparti minn hekk, hu kien
ibati minn diżordni bipolari, diżordni dipressiva u millpsikożi. Fit-13 ta’ Mejju tal-1992, tfajla ta’ 19-il sena kienet qed għaddejja bil-karozza minn Charleston f’West Virginia xħin rat lil Sells b’tabella fejn kellu miktub “naħdem għall-ikel”. Hi tħassritu u ħaditu ħdejn id-dar tagħha. Sakemm daħlet ġewwa biex iġġiblu x’jiekol, Sells daħal fid-dar tagħha u qabad sikkina mill-kċina. Hu ħadha fil-kamra tas-sodda u stupraha diversi drabi. Xħin pruvat taħrab minnu u tiġġieled, hu qabad banketta tal-pjanu u beda jsawwatha biha. Wara taha wkoll 18-il daqqa bis-sikkina. F’Settembru tal-1992, Sells ġie akkużat bi stupru u vjolenza fiżika iżda nstab ħati biss li kkawża feriti gravi wara ftehim tal-motiv. F’Ġunju tal1993, Sells ġie kkundannat bejn sentejn u għaxar snin ħabs. Waqt li kien qiegħed iservi s-sentenza ta’ ħabs, reġa’ ġie magħruf li Sells kien iba-
ti minn diżordni bipolari. Minkejja dan, hu żżewweġ lil Nora Price u mar jgħix magħha f’Tennessee fl-1997 hekk kif ġie rilaxxat. Sells ma tantx dam f’Tennessee ma’ martu għax reġa’ beda bl-ivvjaġġar minn banda għall-oħra. L-omiċidji
Minn hawn sar magħruf li hu kellu diżordni tal-personalità fejn kellu xejriet antisoċjali u skiżojdi. Apparti minn hekk, hu kien ibati minn diżordni bipolari, diżordni dipressiva u mill-psikożi
L-investigaturi jemmnu li Sells qatel minn tal-inqas 22 persuna minkejja li rnexxielhom jikkonfermaw dan l-għadd ta’ vittmi. Skonthom, Sells kien ammetta li l-ewwel delitt li wettaq kien meta kellu biss 15-il sena hekk kif daħal f’dar biex jisraq u sab raġel jabbuża minn tifel. Sells qal li kif ra
hekk qatel lir-raġel hekk kif ħakmitu rabja kbira. F’Lulju tal-1985, Sells kien qed jaħdem f’Forsyth f’Missouri fi żmien il-karnival. Hemmhekk iltaqa’ ma’ Ena Cordt, li kellha 28 sena u kellha tifel ta’ erba’ snin. Sells mar magħha d-dar u qal li kellhom x’jaqsmu flimkien u wara raqad. Qal li ħin minnhom stenbaħ u ra lil Ena tisraqlu mill-basket u kif ra hekk qam u beda jagħtiha daqqiet b’baseball bat. Wara li qatilha, Sells qatel ukoll lil binha bl-istess mod għax ma riedx iħalli xhieda warajh. L-iġsma bla ħajja tal-vittmi nstabu tlett ijiem wara u Sells kien laħaq ħarab.
26
18.07.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
18.07.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 390
V. DEBATTISTA - ŻABBAR
Bi 3 NUMRI 010 072 082 108 142 158 181 250 284 292 298 313
368 384 403 417 449 606 609 807 827 849 863 989
B’4 NUMRI 0441 1326 1430 1599 1850 2268 2617 2826 4013 4089 4098 4114
4258 4609 5491 5745 6505 6853 7046 7447 7635 7883 7938 8240 8258
9522 B’5 NUMRI 00121 03995 05888 12120 12282 14040 14441 20880 29276 31592
33474 37955 54962 59456 60260 64675 65881 69149 71518 83531 89057 99532
B’6 NUMRI 017906 106796 153643 217456 253000 283315 303603 334835 612857 726384 761613 963483
MIMDUDIN: 1. Ikun fil-ħalq (5) 4. Kompli l-qawl: F’marqad il- mogħoż ma ssibx ......... (4)
7,9. 9. 10. 12. 16. 18.
Isem (5) Ara 7 Fjuri (6) Bla suċċess (6) Ara 3 Ġieli titqies bħala
19. 20. 21. 23. 24.
vokali għaliha! (2) Ara 2 Bħal kanċer (5) Peter ...... (3) Trab imxarrab (4) Isem (5)
WEQFIN: 1. Għannaq (6) 2,19. Inxidd (6) 3,16. Tajjeb mimli bil-krema (6) 5. Hekk isejħu lil
6,11. 8. 11. 12,17. 13.
Biċe (3) Spiċċat (5) Tiżfen din (9) Ara 6 Fjuri selvaġġi? (5) Kunjom (3)
14. 15. 17. 21. 22.
Tnaqqas (6) Kunjom (6) Ara 12 wieqfa Annimal tad-dar (3) Mhux misjur (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Żbiba, 4.Qlub, 7,16.Pannu, 9.Jum, 10.Pronti, 12.Talent, 18.In, 20.Ċatti, 24.Atuni.
WEQFIN: 1.Żejtun, 2,15.Immortali, 3,23. Applika, 5,11.Linfa, 6,21M. Bniet, 8.Arġentina, 12,19.Tumur, 13.Lia, 14.Tmissu, 17.NSE, 21.Ill,22.Tik
28
18.07.2021
KWISTJONI TA’ DEĊIŻJONIJIET Editorjal
F’impenn sempliċi, għalkemm serju, bħal dak li kellu jkun il-COVID Action Team finta tal-PN, ħareġ li f’Tal-Pietà ma jinteressahom xejn millġid komuni. U minflok qabdu triq ġdida, taħt Grech, flok qabdu triq ġdida, għadhom jieħdu l-istess deċiżjonijiet ħżiena bħall-imgħoddi
Jekk politiku jitqies bħala għasfur tal-passa fil-perjodu li jiddedika jservi liċ-ċittadini, allura Bernard Grech għadu jrid irabbi l-ġwienaħ. Għalkemm spiss jitkellem dwar maturità politika u l-bżonn ta’ bidla, iżjed jidher li hu apolitiku staġnat u ostaġġ ta’ dawk li għamluh. Sakemm jibqa’ jħalli lill-istess klikka tiddettalu, wisq inqas se jitgħallem biex xi darba jtir u javventura fi vjaġġi li jemmen li huma meħtieġa. Fil-perspettiva tas-sitwazz joni li jinsab fiha l-Partit Nazzjonalista, wara li ġie mċaħħad milli jamministra l-pajjiż, avolja jemmen li għandu xi dritt divin, kull deċiżjoni hi kruċjali. Dawk li wassluh għall-istess sitwazzjoni u għadhom jiddo minaw fuq kollox u kulħadd fil-PN, pubblikament qalu lil Grech biex jindokra ċ-ċans li tawh bħala Kap u jekk jiżgarra (mil-linja ddettata), allura kien se jiġi mibdul iżjed malajr milli dam biex sab postu. Bil-konġura, li għamlu biex tajru lill-predeċessur tiegħu, mhux talli ma bdewx triq ġdida ’l quddiem, talli spiċċaw imorru lura fis-snin.
Sfortunatament id-deċiżjo nijiet kollha żbaljati, li kienu saru sinonimi mal-Eks Kapijiet Lawrence Gonzi u Simon Busuttil, ingħataw timbru “frisk” minn Grech li wkoll kompla jżid fuqhom bla diffikultà. Il-kampanja ta’ qerda fil-fora Ewropej mill-Membri Parla mentari Ewropej Roberta Metsola u David Casa kontra kull pass mill-Gvern, hi aktar minn sinonima ta’ deċiżjonijiet żbaljati u kalkulazzjonijiet ħżiena li żdiedu taħt it-tmexxija attwali. Grech kien kostrett li jagħ mel ukoll tiegħu għażliet konfliġġenti li żvantaġġjaw lil pajjiżna u ffavorixxew oħrajn fl-Unjoni Ewropea, inklużi dawk li qed iħabbtu wiċċhom malagħar miżuri possibbli, kif ġara lill-Polonja din il-ġimgħa. Dan tal-aħħar, li ġie mċanfar mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għas-sistema ġudizzjarja tiegħu, sab ir-refuġju – anke żżejjed – tal-MEPs Nazzjonalis ti. L-istess seħħ fil-konfront tal-Bulgarija, l-Ungerija u s-Slo venja, li qed jiffaċċjaw akkużi ta’ nuqqasijiet serji tas-saltna tad-dritt u saħansitra tattiċi Mafjużi. Bil-maqlub, hu magħ
ruf kif jaqbdu mat-tentuf biex isallbu lil pajjiżna stess. B’eżempji ta’ deċiżjonijiet ħżiena minn Grech ma nistgħux ma nirreferux ukoll għall-COVID Action Team finta tiegħu, li f’perjodu ta’ ġimgħa ġie miċħud minn żewġ suppost membri fi ħdanu, id-Deputati Dr Maria Deguara u Dr Stephen Spiteri. F’dak li kellu jkun impenn sempliċi, għalkemm serju, ta’ kollaborazzjoni mal-aw toritajiet tas-saħħa fil-ġlieda kontra l-virus li niżżel id-dinja għarkupptejha, ħareġ li kien biss eżerċizzju propagandistiku minn min ma jinteressah xejn mill-ġid komuni, iżda hu aktar iffokat fuq kif se jaħtaf malajr il-poter. Żgarr ieħor riċenti f’deċiżjo nijiet ta’ Grech kienet l-inkluż joni fil-Partit tal-ġurnalist suppost indipendenti Chris Peregin bħala strateġista politiku. Il-mossa fakkret mill-ewwel fit-tmexxija ta’ Simon Busuttil li tefgħet fi rwol simili lil Caroline Muscat, dak iż-żmien tat-Times u llum tax-Shift News, magħrufa għall-affinità tagħha mal-establishment Nazzjonalista. U meta wieħed ukoll jiftakar
li t-tmexxija ta’ Busuttil kienet għażlet li tibda tkeċċi l-ħaddie ma tal-“Istamperija” kawża tal-ħofra finanzjarja bla qiegħ tal-Partit li kienet ineżistenti sal-Elezzjoni tal-2013, allura ma nistgħux nimmaġinaw x’inhu għaddej mill-garigori ta’ moħħ il-ħaddiema li fadal illum fidDar Ċentrali, issa li l-istrateġija se tkun f’idejn dak li fetaħ kawża ġudizzjarja biex jagħlaq l-istazzjonijiet tal-Partit. Bla dubju dan kollu jikkuntrasta mal-pożizzjoni tal-Partit Laburista, li, anke jekk kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika jindika li għadu jgawdi l-akbar maġġoranzi elettorali, qed jagħżel li jibqa’ jiġġedded. Ilpolitiċi jiġu u jmorru, imma t-tmexxija għaqlija Laburista, illum taħt Dr Robert Abela, ma tiqafx tkompli tinvesti f’politika għal-lum u għall-ġejjieni. Din qiegħda tiggarantixxi li l-valuri tagħha ta’ ġustizzja soċjali jkomplu jintirtu minn ġenerazzjoni għal oħra, bilgħan li s-soċjetà kollha Malti ja tibqa’ tkun iżjed relevanti għaż-żminijiet u anke mħejjija għal ċirkostanzi li kapaċi jin qalgħu ’l quddiem.