RESIDENZI BL-APPOĠĠ
TA’ €186M
L-għotja ta’ €10,000 f’għaxar snin biex aktar persuni jixtru l-ewwel proprjetà tiżdied ma’ kullana ta’ miżuri simili li llum isostnu lil eluf kbar ta’ familji
L-iskema t’għajnuna li l-Gvern introduċa nhar il-Ġimgħa biex minn din is-sena stess madwar 3,000 applikant jibdew jirċievu €10,000 fuq għaxar snin għax-xiri tal-ewwel residenza tagħhom, żdiedet ma’ oħrajn mill-Awtorità tad-Djar li qed jgħinu lil eluf ta’ familji oħrajn f’ċirkostanzi partikolari ħalli jwettqu din l-istess ħolma.
Għajnuna li qed issostni lill-ġenerazzjoni żagħżugħa twettaq il-ħolm tagħha
Minbarra hekk, magħdudin mattnaqqis tal-Boll tal-aħħar snin għallfirst-time buyers u s-sussidji abbundanti fil-kirjiet ta’ residenzi fil-privat, l-investiment nazzjonali għall-familji diġà jaqbeż il-€186 miljun sal-lum il-ġurnata. L-iskema l-ġdida se tkun qed tikkwantifika f’għajnuna ta’ €165 miljun oħra fl-għaxar snin li ġejjin.
Tkompli f’paġna 4
NORMALITÀ GĦAL DAK “MISTENNI” MINN KULĦADD”
Rapport f’paġni 14 u 15
100,000 FULL-TIME IŻJED FUQ L-2013
L-għadd ta’ impjiegi, li nħolqu mill-bidla fl-amministrazzjoni għaxar snin ilu, ifisser medja ta’ 29 persuna aktar li ta’ kuljum kienu qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol
Sa tmiem Settembru li għadda kien hemm 256,524 persuna taħdem full-time, skont l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) din il-ġimgħa. Dan ifisser li f’pajjiżna kien hemm żieda ta’ 100,372 full-timer, imqabbel ma’ Marzu 2013 meta spiċċat l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista.
Bħala medja, kull ġurnata taħt Gvern Laburista kien hemm żieda ta’ 29 impjieg full-time, jew aktar minn impjieg kull siegħa, li jsarraf ukoll fi tliet ħaddiema full-time f’Settembru li għadda għal kull tnejn li kien hemm qabel il-bidla fil-Gvern għaxar snin ilu.
Minn Marzu 2013 ’l hawn ukoll kien hemm żieda ta’ kważi 23,500 impjieg part-time u jekk wieħed jgħodd l-impjiegi full-time u dawk part-time, allura kull ġurnata żdiedu medja ta’ 35 impjieg taħt Gvernijiet Laburisti.
Tkompli f’paġna 3
Il-ħolqien bla preċedent ta’ opportunitajiet ta’ impjieg fl-aħħar għaxar snin wassal ukoll għall-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja lokali
DETTALJI
EDITUR
RONALD VASSALLO
email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
KIMBERLY CEFAI
email: sales@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
DISINN TAL-PAĠNI
KIMBERLY CEFAI
tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7924 1495
KUNTATT ĠENERALI
KullĦadd
email: editorial@kullhadd.com
tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
KullĦadd
One Complex, A 28B, Industial Estate
Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU
www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI
www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT
Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI
Emerġenza Covid 19 - 111
Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza – 112
Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 17°C
L-Inqas Temperatura: 9°C
L-Indiċi UV: 5
Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed tiksi l-Punent u ċ-ċentru tal-Mediterran
It-Temp: Ftit imsaħħab
Ir-Riħ: Ħafif għal moderat mill-Punent Majjistru li jsir moderat mill-Punent
Il-Viżibilità: Tajba
Il-Baħar: Ħafif
L-Imbatt: Ftit li xejn
It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813
Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623
Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697
Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513
O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268
San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485
Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627
Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406
Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741
Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764
Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893
Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126
Bellavista Pharmacy, 88, Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788
Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009
Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048
Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920
Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274
Għawdex
Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128
Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431
L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
91% TAL-IMPJIEGI ŻDIEDU FIL-PRIVAT
Tkompli minn paġna 1
Miż-żieda mingħajr preċedent fl-istorja ta’ pajjiżna ta’ impjiegi full-time kien hemm kważi 91,000 li huma impjegati fis-settur privat. Li jfisser li aktar minn disgħa minn kull għaxar impjiegi fulltime ġodda kienu f’industriji privati, bl-aktar setturi li kabbru d-domanda għall-ħaddiema kienu dawk tas-servizzi professjonali u amministrattivi fejn kien hemm żieda ta’ kważi 31,000 impjieg.
Sinifikanti kien il-fatt li, minkejja aktar minn sentejn tal-agħar effetti bil-pandemija tal-COVID-19, il-lukandi, ir-restoranti u l-azjendi tat-trasport illum qed jimpjegaw kważi 13,300 impjegat full-time aktar milli kienu qed jimpjegaw f’Marzu tal-2013.
Il-gaming, l-informatika u s-servizzi finanzjarji flimkien kabbru l-forza taxxogħol tagħhom bi kważi 22,500 full-timer sa Settembru li għadda. L-industrija, il-kostruzzjoni u l-ħwienet żiedu aktar minn 17,000 impjegat full-time fuq medda ta’ disa’ snin u nofs.
Dan kien segwit mis-settur tal-amministrazzjoni pubblika, l-edukazzjoni u s-saħħa, bi tkabbir ta’ kważi 16,500 ħaddiem. Minn dawn ftit inqas minn 10,000 kienu mas-Settur Pubbliku, anke għax kien irreġistrat tkabbir qawwi wkoll fil-
privat fis-setturi tas-saħħa u l-edukazzjoni.
Minn analiżi taċ-ċifri wkoll jirriżulta li l-ammont ta’ nisa li kienu qed jaħdmu full-time sa ħames xhur ilu kważi rdoppja fuq Marzu 2013, waqt li l-irġiel żdiedu binnofs fuq għaxar snin ilu. Dan juri kemm ħafna mit-tkabbir jirrifletti l-inċentivi u s-sostenn qawwi li daħħal Gvern Laburista biex aktar nisa joħorġu jaħdmu, b’mod partikolari ċ-childcare b’xejn, l-InWork Benefit u t-tapering tal-benefiċċji.
Kif ġie spjegat mill-KullĦadd ġimgħa ilu, dawn il-benefiċċji komplew jiżdiedu u jissaħħu matul l-aħħar għaxar snin.
F’Għawdex, iż-żmien bejn Marzu 2013 u Settembru 2022 ukoll fisser bidliet kbar fejn jidħlu l-impjiegi, tant li kien hemm żieda ta’ xejn inqas minn 6,235 ħaddiem full-time, tkabbir ta’ 67% fuq l-għadd ta’ Għawdxin li kienu qed jaħdmu taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista.
Ta’ min jinnota li kważi terz taż-żieda fl-impjiegi full-time f’Għawdex seħħet mindu Dr Robert Abela sar Prim Ministru fil-bidu tal-2020. Dan jirrifletti s-sensiela ta’ miżuri u skemi, li introduċiet l-amministrazzjoni tiegħu biex l-ekonomija Għawdxija tibda tkun mutur ewlieni tal-prosperità ġdida ta’ pajjiżna.
Bejn l-2013 u l-2022 Għawdex esperjenza żieda ta’ aktar minn 6,000 impjieg full-time
KULLANA TA’ INĊENTIVI MILJUNARJI
Tkompli minn paġna 1 Minn tagħrif li rnexxielha tikseb ilKullĦadd, jirriżulta li mill-2013 ’l hawn inħarġu aktar minn €60 miljun permezz tal-iskemi tal-Awtorità tad-Djar li huma Sir Sid Darek, l-Equity Sharing, in-New Hope, it-10% Deposit Scheme u s-Social Loan, anke jekk uħud minnhom għadhom kemm ġew introdotti ftit tażżmien ilu.
Kif diġà tħabbar, dawn tal-aħħar se jibqgħu kumplimentari għall-iskema l-ġdida biex persuna individwali jew koppji faċilment jiggwadanjaw minnhom fl-istess ħin.
It-tneħħija tat-taxxa tal-Boll mill2014 għall-first-time buyers fuq l-ewwel €200,000 mill-valur tal-proprjetà wkoll issarrfet f’€90 miljun oħra li ġew iffrankati mill-ispejjeż għax-xerrejja fl-aħħar snin, skont tweġiba li ngħatat fil-Parlament f’nofs is-sena l-oħra. Minn dawn kien hemm aktar minn 28,000 persuna li gawdew minn dan l-inċentiv.
Jirriżultalna li, fl-aħħar għaxar snin, l-Awtorità tad-Djar ukoll kienet ta’ sostenn għal eluf ta’ familji biex ittaffi l-kirjiet tar-residenzi tagħhom mal-privat. Is-sussidji, li fl-aħħar snin żdiedu drastikament u llum ilaħħqu sa ftit aktar minn €400 fix-xahar, fissru ħlasijiet globali ta’ madwar €33 miljun oħra sas-sena l-oħra.
Għaldaqstant, waqt li, bl-iskemi diġà eżistenti għall-first-time buyers u s-sussidji fuq il-kirjiet, il-Gvern diġà injetta iżjed minn €183 miljun fl-aħħar għaxar snin, issa se jkun qed jinvesti €3 miljun oħra f’din l-ewwel sena tal-għotja ta’ €1,000 fis-sena għal dawk li xtraw ir-residenza primarja tagħhom matul l-2022 u ħadu self mill-banek. B’kollox din se tkun qed tfisser appoġġ ta’ 165 miljun fuq medda ta’ għaxar snin.
Sa Settembru li għadda, il-Gvern ukoll investa aktar miljuni fi skemi li jinċentivaw ix-xiri u r-restawr ta’ proprjetajiet f’żoni ta’ konservazzjoni urbana (UCA) jew postijiet vakanti għal numru ta’ snin. L-inċentiv jintitola lis-sidien għal rifużjoni sa €15,000 fil-każ ta’ Malta u €30,000 għal Għawdex.
F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja lbiraħtlula, il-Prim Ministru ħabbar id-dettalji ta’ kif se tkun qed titwettaq din l-aħħar miżura, li toħroġ mill-manifest “Malta Flimkien”.
Dr Abela qal li l-iskop tal-għotja hu wieħed ċar, jiġifieri li l-Gvern ikompli jgħin liż-żgħażagħ biex il-ħolma tagħ-
hom li jkollhom l-ewwel dar ma tkunx piż, iżda ħolma sabiħa. Din il-miżura qed titwettaq f’inqas minn sena mit-tħabbira tagħha fl-aħħar kampanja elettorali u se tkun qed tingħaqad ma’ wegħdi oħrajn importanti li diġà twettqu.
Il-Prim Ministru spjega li l-isfidi talfirst-time buyers huma magħrufin biżżejjed, bir-rieda li jiksbu d-dar tagħhom fejn jibnu l-futur u l-familji tagħhom fl-istess ħin li jkunu qed iwittu l-karrieri tagħhom. Kif imwiegħed, il-Gvern qed ikun ta’ spalla għal din il-faxxa tas-soċjetà fl-ewwel passi l-aktar ibsin ta’ dan il-vjaġġ.
Hu tenna li, bil-fatti, dan hu l-aktar Gvern li ħadem biex kulħadd ikollu saqaf fuq rasu, bil-prinċipju jkun li f’dan ilpajjiż kull individwu jkollu ċ-ċans iwettaq l-aspirazzjonijiet u l-ħolm tiegħu u jasal fejn jixtieq. Għan li qed jintlaħaq għax dan il-Gvern qed iżomm il-kelma li jagħti u hu determinat li jkompli jġib din il-bidla pożittiva f’ħajjet in-nies.
Il-miżuri jew skemi li ffaċilitaw ix-xiri ta’ residenzi primarji lill-familji flaħħar snin, bħal fil-każ ta’ min jgħix f’post tal-Gvern (Sir Sid Darek), il-ħlas tal-10% kapparra għal min ma jkollux
Kif nista’ napplika għall-għotja tal-€10,000?
Applika billi tidħol fis-sit talAwtorità jew żur l-uffiċini tagħha, li jinsabu fi 22 (Blokk D), Triq Pietro Floriani, il-Furjana.
Min hu eliġibbli?
Dawk kollha li xtraw proprjetà għall-ewwel darba mill-1 ta’ Jannar 2022 ‘il quddiem permezz ta’ self minn bank lokali.
Kif se nirċievi l-għotja u kemm-il darba? Benefiċjarji se jkunu qed jingħataw €1,000
biżżejjed flus taħt rasu (10% Deposit Scheme), is-sussidji fuq il-loan għal min ma jaqlax iżjed minn €20,500 fis-sena (Social Loan), il-ħlas mill-Istat ta’ nofs il-prezz tal-proprjetà (Equity Sharing) u l-garanzija bankarja għal min ikollu diffikultà bl-assigurazzjoni fuq saħħtu (New Hope), s’issa diġà għenu aktar minn 2,000 familja.
Fl-istess okkażjoni ta’ nhar il-Ġimgħa tkellem ukoll il-Ministru Roderick Galdes, li hu responsabbli mill-akkomodazzjoni soċjali u dik affordabbli. Hu qal li l-miżura l-ġdida tidħol perfettament fil-kullana ta’ servizzi, għajnuniet u skemi li l-Gvern ġab fis-seħħ tul dawn l-aħħar snin f’settur tal-akkomodazzjoni, li wera kemm hu reżiljenti minkejja l-isfidi kollha li għadha tesperjenza d-dinja.
“Il-Gvern qatt m’abbanduna lil dawk li qed ifittxu li jaċċessaw is-suq tal-proprjetà, anzi qed inżidu l-inizjattivi biex kull min jaħdem u jistinka ħalli jixtri l-ewwel proprjetà tiegħu jkun aġevolat mill-Istat,” tenna Galdes.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Matthew Zerafa qal li llum qed naraw kif din l-entità tal-Gvern espandiet il-ħid-
fis-sena fuq medda ta’ 10 snin bl-għotja tidħol direttament fil-kont bankjaru tal-persuna.
X’tip ta’ kont se tiġi depożitata fih l-għotja?
Il-kont bankarju għandu jkun dak minn fejn jinħareġ il-pagament tas-self kull xahar. Koppja, li akkwistaw il-proprjetà flimkien, trid tissottometti kont bankarju konġunt (joint account) f’isem it-tnejn biex tiġi depożitata fih l-għotja maħruġa taħt din l-iskema.
L-€1,000 se nirċevihom f’daqqa? Iva, €1,000 se jingħataw f’daqqa.
ma tagħha u m’għadhiex assoċjata biss mal-akkomodazzjoni soċjali, imma qed tassumi rwol importanti li ssegwi u tirregola s-settur biex tassigura li jibqa’ wieħed li jaħdem għal kulħadd.
Ingħad kif din l-għotja l-ġdida mhux se tkun suġġetta għal test tal-mezzi u l-Awtorità tad-Djar se tkun qiegħda toħroġ il-pagamenti annwali fix-xahar ta’ Ġunju, permezz ta’ bank transfer dirett fil-kont tal-applikant, jekk hu benefiċjarju waħdu, jew inkella fil-kont konġunt fil-każ li l-applikanti jkunu koppja.
L-applikanti li jkunu xtraw l-ewwel dar residenzjali tagħhom mill-1 ta’ Jannar 2022 għandhom sal-31 ta’ Mejju li ġej biex japplikaw u jirċievu l-ewwel pagament f’Ġunju tal-2023. F’każ ta’ kuntratti li saru fl-2023, applikanti se jkollhom iċ-ċans li jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom sa Marzu 2024, bl-ewwel pagament mill-Istat imbagħad isir f’Ġunju ta’ wara.
L-applikazzjonijiet, li se jibdew jintlaqgħu għand l-Awtorità tad-Djar proprju minn għada t-Tnejn, jistgħu jinkisbu minn fuq is-sit tagħha (housingauthority.gov.mt).
Kif se jiġi approvat it-tieni pagament u oħrajn sussegwenti?
Kull sena, qabel ma jinħareġ pagament, l-applikanti jintrabtu li jissottomettu kont bankarju (statement) oriġinali tal-kont tas-self tagħhom biex jiġi approvat il-pagament li jkun imiss.
F’każ li l-individwu/koppja tagħżel li tbigħ ilproprjetà li fuqha qed tgawdi mill-iskema qabel l-għaxar snin, l-għotja tibqa’ tingħata?
F’dan il-każ, l-għotja tiġi mwaqqfa immedjatament f’każ li l-proprjetà tinbiegħ lil terzi.
TURIŻMU LI JAQBEŻ IL-MIRI U BI PROSPETTI TAJBIN ĦAFNA
Is-sena li għaddiet ġew f’Malta 2.3 miljun turist, ammont li kien ferm ogħla mill-miri li kellha l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), li inizjalment kienet qed tipprova tattira f’artna madwar 1.8 miljun vjaġġatur barrani. Bir-riżultati miksubin fi tmiem is-sena li għaddiet, l-ammont ta’ turisti laħaq it-83% tas-sena rekord tal-2019. Jirriżulta li kien hemm numru ta’ swieq fejn l-ammont ta’ turisti diġà qabeż l-ammont ta’ qabel il-pandemija. Dawn jinkludu l-Awstrija, Franza, l-Italja u l-Polonja, waqt li s-suq Olandiż kważi ġie lura għal dak li kien tliet snin qabel. Min-naħa l-oħra, is-suq Ingliż u dak Skandinavu għadhom laħqu biss rata ta’ rkupru ta’ bejn 60%
u 66%.
Meta tanalizza kemm dawn it-turisti ħallew flus fl-ekonomija Maltija fl-2022, issib li n-nefqa totali qabżet iż-€2 biljun, li wkoll ifisser rata ta’ rkupru ta’ 91% tal-aqwa livell ta’ dħul li ġie osservat qabel il-pandemija.
Bħala medja kull turist li ġie s-sena li għaddiet nefaq €880, li hu madwar 9% aktar min-nefqa ras għal ras li kienet saret fl-2019, indikazzjoni li t-turisti fostna fl-2022 ħallew dħul ferm aktar milli kienu ħallew dawk li kienu ġew qabel il-pandemija.
Sadanittant din il-ġimgħa wkoll l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) ħabbar li fl-ewwel
xahar ta’ din is-sena l-ġdida kien hemm aktar minn 379,000 passiġġier, titjib ta’ 138% fuq l-ammont tal-istess perjodu sena ilu.
Minbarra hekk jirriżulta li din kienet l-ewwel darba mindu bdiet il-pandemija li nqabeż l-ammont ta’ passiġġieri li kien hemm fis-sena rekord tal-2019. Dan minkejja li l-ammont ta’ titjiriet li saru kienu ferm inqas minn dawk ta’ dak iż-żmien.
L-akbar tkabbir kompla jiġi rreġistrat mis-suq Taljan, għalkemm l-aktar suq emerġenti jidher li qed ikun dak Pollakk, tant li s-sena li għaddiet żaruna mal-40,000 turist iżjed minn dan il-pajjiż imqabbel mal-2019.
IŻJED KONFERMI LI L-EKONOMIJA TA’ PAJJIŻNA SE TKOMPLI TIKBER
Żewġ rapporti oħra din il-ġimgħa kkonfermaw li l-ekonomija Maltija qed tkompli tikber, hekk kif il-Bank Ċentrali kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppubblikaw it-tbassir tagħhom tal-andament ekonomiku ta’ pajjiżna.
Għat-tielet darba konsekuttiva, l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea rrivedew ’il fuq l-istima tat-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna s-sena l-oħra għal 6.6%, wara li l-ewwel kienu bassru tkabbir ta’ 4.2% u wara 5.7%.
L-esperti Ewropej għażlu wkoll li jirrivedu ’l fuq ir-rata ta’ tkabbir għal din is-sena minn 2.8% għal 3.1% biex b’hekk pajjiżna mistenni jkollu t-tieni l-ogħla rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Fil-fatt, ir-rata ta’ tkabbir għal Malta hi kważi erba’ darbiet akbar ir-rata mbassra għall-UE.
Ta’ min ifakkar li s-sena li għaddiet it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna kien ftit aktar mid-doppju tal-medja Ewropea, indikazzjoni wkoll kemm l-andament ekonomiku lokali qed ikun dejjem aktar pożittiv minn dak osservat madwarna.
Ir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea jindika wkoll li r-rata ta’ inflazzjoni mistennija tonqos minn 6.1% is-sena li għaddiet għal 4.3% din is-sena u 2.4% is-sena d-dieħla. B’hekk pajjiżna mistenni jkollu r-raba’ l-inqas rata ta’ għoli tal-ħajja din is-sena, li hi 2.1% inqas mill-medja Ewropea. L-istess is-sena d-dieħla r-rata tal-inflazzjoni tagħna se tkun inqas mill-medja.
Waqt li l-inflazzjoni qawwija fl-ekonomiji barranin mistennija xorta jkollha impatt fuq id-domanda barranija ta’ Malta, skont l-esperti tal-Bank Ċentrali l-ekonomija Maltija se tibqa’ tiġi sostnuta minn domanda domestika qawwija.
Il-fattur ewlieni wara dan hi l-politika tal-Gvern Laburista fejn tidħol l-enerġija, li kontinwament qiegħda żżomm l-inflazzjoni f’pajjiżna baxxa, toħloq kompetittività u twassal għal konsum privat sostnut.
Pajjiżna bla pressjoni ta’ riċessjoni kontra ekonomiji oħrajn fejn il-kriżi tal-enerġija splodiet l-inflazzjoni
B’hekk, skont il-Bank Ċentrali, Malta mhix se tiffaċċja l-istess pressjoni ta’ riċessjonijiet li qed jesperjenzaw l-ekonomiji ta’ madwarna fejn il-prezz tal-enerġija u l-fuels wasslu għal żieda qawwija fl-inflazzjoni. Fil-fatt, l-ekonomija Maltija mistennija li dejjem tikber bi 3.5% jew aktar fis-sena sal-2025.
Ir-rapport tal-Bank Ċentrali ta’ Malta wkoll jinnota kif il-familji lokali jistgħu jkomplu jikkonsmaw b’ra-
ta għolja, għax tul il-pandemija huma rnexxielhom ifaddlu ħafna flus. Anke dan hu kawża tal-politika għaqlija tal-Gvern li tat daqstant appoġġ lill-familji tul l-aħħar snin ta’ sfida.
Sadanittant, in-negozji Maltin u Għawdxin mistennija jkomplu jkabbru l-operat, hekk kif dan ir-rapport ibassar żieda fl-investimenti privati, sostnuti wkoll minn spiża kapitali sostanzjali min-naħa tal-Gvern, inkluż bl-użu ta’ fondi Ewropej.
Is-saħħa tal-irkupru ekonomiku tfisser li d-defiċit tal-Gvern mistenni jonqos taħt it-3% tal-Prodott Gross Domestiku (PGD) sal-2025, waqt li l-piż tad-dejn nazzjonali jibqa’ ferm taħt is-60%.
Fir-rapport tagħhom, l-ekonomisti esperti tal-Bank Ċentrali jinkludu studju tar-rata tal-qgħad f’pajjiżna u jikkonkludu li dan kien dovut għal riformi strutturali fil-qasam tax-xogħol, b’miżuri soċjali bħat-tapering tal-benefiċċji. B’hekk ir-rata tal-qgħad lokali naqset kważi bin-nofs mill-2013 ’il hawn.
Minkejja dan, l-ekonomisti tal-Bank Ċentrali jinnotaw kif l-ammont ta’ postijiet tax-xogħol li min iħaddem mhux qed jirnexxilu jsib ħaddiema għalihom kompla jiżdied, tant li f’ċerti setturi, bħal dak tal-gaming, hemm kważi 6% tal-postijiet tax-xogħol li mhumiex qed jimtlew.
Dan jindika ċar li l-ammont ta’ impjegati mistenni jkompli jiżdied fis-snin li ġejjin.
JIBBRILLAW FIT-TAĦDIT … IMMA
Ir-riżultati tal-MATSEC fil-Malti u fl-Ingliż ikkaratterizzati minn qabża bejn il-mitkellem u l-miktub, aktarx
Rapporti tal-MATSEC dwar l-andament tal-eżamijiet fis-sessjoni prinċipali għat-tliet livelli (Ordinarju, Intermedjarju u Avvanzat) tas-sena li għaddiet, li għadha kemm ippubblikat l-Università ta’ Malta, jixhdu, b’mod partikolari, diskrepanzi fil-ħiliet kif jiġu mitkellma għal kif jinkitbu ż-żewġ lingwi uffiċjali ta’ pajjiżna.
Fil-fatt, fil-każ tal-Livell Ordinarju, waqt li l-maġġoranza l-kbira tal-istudenti marru tajjeb ħafna fil-partijiet orali tal-Malti u l-Ingliż, naqsu sew meta ġew għall-parti tal-kitba tażżewġ suġġetti, li ġiet deskritta bħala batuta.
Minn eżempji li nġiebu u anke l-attenzjoni li nġibdet mill-eżaminaturi fil-kummenti ġenerali tagħhom joħroġ li kien hemm nuqqas anke ta’ affarijiet bażiċi, bħall-użu ta’ ittri kapitali, l-artiklu mal-kelma jew l-użu tal-appostrofu. Anke jekk ir-raġunijiet jistgħu jkunu varji, ir-riżultati jixhdu li għandha influwenza kbira l-komunikazzjoni permezz ta’ mezzi soċjali fejn hu sigriet magħruf li l-kliem kważi qatt ma jkun miktub b’mod korrett.
Dan hu rifless ukoll fil-kummenti pożittivi fir-rapporti dwar il-parti orali tal-eżamijiet fejn, bil-maqlub, l-istudenti kellhom komunikazzjoni tajba ħafna mal-eżaminaturi. “Filbiċċa l-kbira tagħhom il-kandidati marru tajjeb ħafna u kisbu marki xierqa,” jingħad fir-rapport dwar il-Malti fil-Livell Ordinarju. L-istess fil-parti tassmigħ u tat-taħdit tal-Ingliż, li ġġorr 50 marka. Hawn l-eżaminaturi kkonkludew b’mod ġenerali li l-kandidati marru tajjeb, anke b’“tentattivi validi biex jipproduċu taħdit fluwenti u artikulat”.
Minkejja dan, hu milliżjed ċar li meta l-istudenti jiġu biex ipoġġu diskorshom f’kitba fiżżewġ ilsna qed ibatu.
Minbarra enfasi fuq l-iżbalji tal-grammatika, fil-partijiet tal-kitba fil-Malti u fl-Ingliż ir-rapporti jagħmlu aċċenn ukoll għal nuqqasijiet partikolari li jispiċċaw itellfu s-sens ta’ dak li jkun espress bil-kitba.
Paragrafi twal u bla punteġġjatura jtellfu wkoll kull sens ta’ dak espress
Fil-kummenti dwar il-komponimenti bil-Malti, l-eżaminaturi qalu li “kienet x’kienet l-għażla mill-kandidati, xi ħaġa li l-eżaminaturi nnotaw b’faċilità kbira kienet il-livell batut fl-ortografija. Tant hu hekk li l-maġġoranza assoluta tal-kandidati tilfu l-marki kollha allokati għaliha. L-espressjoni bil-Malti wkoll tista’ titjieb. Għalkemm hemm kandidati li għandhom espressjoni sabiħa u naturali bil-Malti, hemm oħrajn li juru b’mod ċar li huma batuti f’dan ir-rigward.”
Huma jkomplu li “xi drabi nkitbu sentenzi twal ħafna mingħajr l-ebda sinjal ta’ punteġġjatura. Ġieli saħansitra kien hemm paragrafi bla
ebda tip ta’ waqfa. Jidher ċar li ħafna kandidati ma jużawx ittri kapitali għall-ismijiet tan-nies, tal-pajjiżi u x-xhur.” Jingħad li “din tidher li dieħla dejjem aktar u dehret spiss”, b’indikazzjoni li ħafna studenti mhux jagħtu attenzjoni għall-kitba proprja u qed jesprimu ruħhom simili għal kif jiktbu messaġġi fuq il-mezzi soċjali li llum saru parti integrali minn ħajjitna.
Minkejja dan, ġew innotati wkoll għadd ta’ komponimenti b’livell tajjeb ta’ kitba, li juru kandidati b’ħakma tajba tal-Malti miktub, li jirrifletti li huma esposti għall-Malti mitkellem tajjeb u għall-qari ta’ ġeneri differenti ta’ kitba. Issemmiet anke l-kunfidenza u l-oriġinalità fil-kitba, riżultat ta’ prattiċi tajba fit-tagħlim tal-kitba.
Anke fil-karti tal-Livell Ordinarju tal-Ingliż ġiet innotata, b’mod ġenerali, “ortografija fqira fil-maġġoranza tal-kitbiet”, waqt li r-rapport relattiv
jindika li l-kwistjoni għadha tippersisti sena wara oħra minkejja l-kummenti li jgħaddu. “Marki tnaqqsu għal nuqqas ta’ attenzjoni kbira jew traskuraġni fil-punteġġjatura. Dan kien japplika kemm għall-kandidati li għamlu Paper 2A kif ukoll dawk ta’ Paper 2B. Kien hemm paragrafi twal mingħajr comma jew full stop waħda. Dan in-nuqqas wassal biex dak miktub ma jinftiehemx jew jinftiehem ħażin.”
Minkejja dan, f’parti oħra wkoll jirrimarkaw li kien hemm tentattivi tajbin ħafna fl-użu tal-idjomi bl-Ingliż u l-qalba mill-Malti dirett għall-Ingliż f’dan ir-rigward jidher li qiegħda tmajna.
F’Paper A kien hemm 2,536 student li ġabu bejn Grade 1 sa Grade 5, filwaqt li f’Paper B ħadd mill-istudenti ma ġab aktar minn Grade 4.
Hemm diskussjoni globali dwar l-użu korrett tal-ortografija fil-lingwi u l-effett li qed ikollha t-teknoloġija moderna fuq dawn is-suġġetti, mhux f’pajjiżna biss. Filwaqt li hu aċċet-
tat b’mod universali li lingwa hi dejjem ħajja, waqt li tinbidel u taddatta maż-żminijiet, l-impatt tal-kitba kif użata fil-mezzi soċjali qed iħalli marki fondi.
Kumment li jissimbolizza dan jiġi minn għalliema tal-Ingliż f’kulleġġ firRenju Unit, Virginia Pendleton, li qalet li “meta bdejt ngħallem, ma kienx hemm dan l-apparat modern kollu. L-istudenti kienu jirraġunaw ir-regoli tal-kitba. Kellhom regoli grammatikali li kienu jiftakru. Illum kollox fil-qasir fuq il-mobile li jaffettwa l-andament tagħhom fl-eżamijiet. Inħoss li hemm dipendenza kbira wkoll fuq ċerti programmi li jirranġawlek b’mod awtomatiku kliem miktub żbaljat, mingħajr ma juruk fejn żbaljajt. Fil-komponimenti qed nara numru eżorbitanti ta’ żbalji ortografiċi u grammatikali li jaffettwaw il-ħiliet ta’ kitba”.
Meta wieħed jikkunsidra, li l-ilsien Malti huwa ferm iżjed kumpless mill-Ingliż, mhux b’sorpriża li l-or-
JBATU SEW FL-ORTOGRAFIJA
b’influwenza dejjem tikber madwar id-dinja ta’ komunikazzjoni “mgħaġġla” bl-użu tal-mezzi soċjali
tografija użata b’mezzi ta’ komunikazzjoni lokali hi verżjoni “mbiċċra” talmod kif jinkiteb il-Malti u kif rifless fil-karti tal-eżamijiet.
Effetti tal-pandemija
Mill-istess rapporti tal-MATSEC joħorġu wkoll statistiċi dwar kull suġġett, mhux l-inqas dwar kif numru ta’ studenti, li jiddeċiedu li joqogħdu għal xi eżami jew ieħor, fl-aħħar mill-aħħar jispiċċaw lanqas imorru għalih.
Ta’ min jinnota li dawn l-eżamijiet sena ilu saru bi sfond ta’ pandemija madwar id-dinja kollha, inkluż f’pajjiżna, li baqgħet tkarkar għal kważi tliet snin. B’mod ġenerali, meta wieħed iħares lejn ir-rapporti kollha, jinnota anke l-effetti ta’ dan f’pajjiżna.
Rapporti internazzjonali juru li, kif imbassar, il-COVID-19 kellha effett fuq l-edukazzjoni u l-andament tal-istudenti fl-eżamijiet.
L-Assoċjazzjoni tal-Kapijiet tal-Kul-
leġġi u l-Iskejjel fir-Renju Unit f’dan l-istess perjodu sena ilu kienet bassret li r-riżultati tal-GCSEs kienu se jvarjaw mis-snin ta’ qabel, minħabba l-impatt tal-pandemija kif ukoll minħabba l-programm ta’ rkupru tal-Gvern Ingliż, li ddeskrivietu bħala wieħed kaotiku u b’nuqqas ta’ ħeġġa.
F’pajjiżna fortunatament issitwazzjoni kienet ferm aħjar, bilGvern jagħti prijorità mill-ewwel lill-edukazzjoni u, anke jekk l-iskejjel spiċċaw jagħlqu għal perjodu qasir bħala parti mir-restrizzjonijiet, kien hemm impenn qawwi biex l-istudenti ma jitilfux wisq mill-edukazzjoni tagħhom. Anke fejn jidħlu eżamijiet, kienu saru arranġamenti speċjali.
B’mod ġenerali nsibu li, mill-istatistika ppubblikata, joħroġ li rreġistraw biex jagħmlu s-SEC tal-Malti 3,813, 104 reġistrazzjoni aktar mis-sena ta’ qabel. Min-naħa l-oħra, 177 irreġistraw għal-Livell Intermedjarju, 11 inqas mill-2021, filwaqt li l-għadd ta’ kandi-
dati li rreġistraw għall-Malti f’Livell Avvanzat fl-2022 kien ta’ 533, simili għas-sena ta’ qabel meta kien hemm tnejn inqas.
Fil-Livell Ordinarju tal-lingwa Ingliża poġġew 4,227 student, li jfisser qabża ta’ 141 fuq l-2021. Minnhom 2,767 għażlu Paper IIA, waqt li 1,460 marru għal Paper IIB. Kien hemm assenteiżmu minn dawn l-eżamijiet ta’ 5.3% jew aħjar 225 student, fil-parti l-kbira tagħhom għat-tieni karta tal-eżami (Paper IIB) fejn ġie rreġistrat l-ogħla livell ta’ dawn l-aħħar snin.
Fil-Matematika fil-Livell Ordinarju kien hemm 4,336 li rreġistraw għal dan l-eżami, 173 reġistrazzjoni aktar mis-sena ta’ qabel. Madanakollu, kien hemm rata akbar mis-sena li għaddiet ta’ studenti li baqgħu ma ppreżentawx ruħhom għall-eżami, żieda ta’ 1.4%. Minn 1,778 student li għamlu Paper A tal-Matematika, 801 minnhom ġabu minn Grad 3 ’il fuq. Fil-Matematika ntilfu ħafna marki minħabba li l-istudenti ma kitbux il-metodu li użaw u li bih waslu għat-tweġibiet, anke meta
dawn finalment kienu korretti.
Kien hemm l-akbar numru ta’ studenti li qagħdu għal-Livell Ordinarju tal-lingwa Ġermaniża (540). Imqabbel mal-2020, is-sena li faqqgħet il-pandemija fl-Ewropa kollha, kellna biss 104 studenti li għamlu s-SEC tal-Ġermaniż. Fil-Livell Intermedjarju tal-istess suġġett kien hemm 49 student, sitta aktar mis-sena ta’ qabel, waqt li fil-Livell Avvanzat kien hemm 29 student, 12-il student aktar mill-2021.
Kien hemm 3,156 student li għamlu s-SEC tal-Fiżika u 409 fil-Livell Intermedjarju. Fis-SEC tal-Kimika, fejn kull sena qed ikun hemm inqas studenti li japplikaw u joqogħdu għall-eżami, kien hemm 681 student, tnaqqis ta’ 81 student mis-sessjoni tal-2021. Filwaqt li 54 applikaw biex joqogħdu għall-eżami tal-Kimika fil-Livell Intermedjarju, kienu 37 li fil-fatt marru għalih.
Fil-Livell Avvanzat applikaw 441 student, madanakollu 42 minnhom baqgħu ma ppreżentawx ruħhom fil-ġurnata importanti.
Il-Gvern irranġa s-sistema li biha studenti fl-apprendistat kienu qed jitħallsu fejn mhux se jibqgħu jitħallsu r-rata tal-paga minima għal kull siegħa li jaħdmu, waqt li fiha jingħadd ukoll l-istipendju u għotja fejn hu l-każ.
Il-Gvern emmen li l-istudent kien jistħoqqlu iktar, anke għaliex is-sistema kif kienet ma kinitx qed tinċentiva biżżejjed biex wieħed jidħol għal korsijiet li jinkorporaw l-apprendistati.
Mil-lum student li għandu stipendju u grant iżommu, imbagħad ta’ kull siegħa li jaħdem, jitħallas bil-paga minima sħiħa.
Kif ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela bħal-lum ġimgħa, f’sena waħda l-investiment se jlaħħaq għal iżjed minn €600,000 biex madwar 1,000 student li bdew l-apprendistat f’dawn il-jiem ikollhom dan id-dħul aħjar. Bħala eżempju, student tal-ewwel sena li jagħmel 600 siegħa apprendistat, li hu l-massimu ta’ sigħat li jista’ jagħmel, jista’ jara differenza favurih ta’ €1,000.
Dr Abela ħabbar kif il-Gvern kien qed iwettaq wegħda oħra, mas-sensiela ta’ wegħdi li saru u li daħlu bħala miżuri jew inċentivi li permezz tagħhom qiegħed igawdi l-poplu. Għalhekk tkompli wkoll il-mixja tal-poplu Malti biex ikollu kwalità ta’ ħajja aħjar. Gvern li qed jinvesti bla preċedent mhux biss biex ikollna pajjiż isbaħ, iżda wkoll ilaħħaq mal-aspirazzjonijiet ta’ kulħadd, inklużi dawk marbutin mal-edukazzjoni u x-xogħol.
Hu għalhekk l-investiment li qed isir biex iż-żgħażagħ, l-istudenti, ikunu fl-aħjar pożizzjoni biex jaħtfu l-aqwa opportunitajiet ta’ karrieri li joffri s-suq. Kif qal il-Prim Ministru: “Qabelxejn mhux biex naqdu s-suq, imma karrieri biex ikollhom is-sodisfazzjon u l-kwalità tal-ħajja, karrieri li bihom jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom, jiksbu l-indipendenza, irabbu familja u jkunu f’pożizzjoni li jtejbu l-istudji tagħhom”.
Dawn huma l-aspirazzjonijiet li ż-żgħażagħ għandhom, hu x’inhu s-settur, kemm jekk fis-settur tal-gaming, fis-servizzi finanzjarji, fl-avjazzjoni jew fil-manifattura speċjalizzata u għalhekk qed isir l-investiment kbir fl-edukazzjoni.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iżŻgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni Clifton Grima qal lil din il-gazzetta li l-apprendistat hu importanti, għax hu mezz kif student li jkun qed jagħmel ħiltu biex jilħaq l-aspirazzjoni tiegħu permezz tal-edukazzjoni u jieħu esperjenza bil-prattika meħtieġa fil-linja tal-istudji tiegħu. Dan iwassal għal tranżizzjoni bla skossi minn fuq il-bank tal-iskola għal fuq ilbank tax-xogħol.
l-produttività u jwasslu għal titjib fi ħdan il-kumpaniji. L-istudenti tagħna jġibu magħhom entużjażmu u innovazzjoni. U kien għalhekk li bħala Gvern ħsibna kif intejbu s-sistema għall-benefiċċju ta’ dawn l-istudenti”.
Il-ħlas fl-apprendistat issa apparti kull għotja oħra ... differenza sa €1,000 lil kull student
Dan il-Gvern emmen bis-sħiħ li biex l-ekonomija tkompli tikber f’xenarju ta’ wara l-pandemija, il-kumpaniji jridu jkomplu jinvestu fl-apprendistat biex ikollna impjegati futuri li jkunu kwalifikati u mħarrġin tajjeb. Għalhekk kien investa wkoll €2.75 miljun indirizzati għall-industrija biex jinkoraġġixxi li dawn jagħtu opportunitajiet ta’ apprendistat lill-istudenti wara ż-żmien ta’ sfidi li kellu pajjiżna minħabba l-pandemija.
qed ikompli jħeġġeġ aktar kumpaniji jipparteċipaw.
Fil-fatt, l-MCAST perjodikament tiffirma ftehimiet ma’ kumpaniji li juru interess li jdaħħlu magħhom studenti bħala apprendisti. Ftehimiet li jkopru setturi varji ta’ studju u postijiet tax-xogħol. Il-kulleġġ jaħdem mill-qrib ma’ aktar minn 2,000 kumpanija biex jiżgura r-rilevanza fit-tagħlim, waqt li jieħu ħsieb il-ħtiġijiet ta’ studenti varji.
Dan il-Kulleġġ qed jagħti importanza kbira lill-apprendistat, tant li meta tnieda l-prospett għas-sena akkademika li ninsabu fiha, dan sar waqt seminar għall-industrija b’aktar minn 120 persuna li pparteċipaw, fosthom rappreżentanti tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, tal-Kamra Maltija tan-Negozji Żgħar u Medji, il-Kamra tal-Kummerċ u l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem (MEA).
B’arranġament li sar ma’ Ambjent Malta, il-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti (FKNK) qassmet b’xejn lill-membri tagħha ’l fuq minn 9,000 bejn siġar u arbuxelli minn 21 speċi diversi biex jitħawlu fl-għelieqi tagħhom bħala parti millproġett tal-Mixtla, li tnieda erba’ snin ilu.
Pjanti oħrajn tqassmu wkoll lillpubbliku inġenerali li żar ir-Razzett tal-Bagħal fil-Buskett, li jmur lura għas-Seklu 16 u llum amministrat mill-istess FKNK.
Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alex Agius Saliba wkoll ikkontribwixxa għal dan ilgħan u sponsorja mijiet ta’ pjanti indiġeni li tqassmu mingħajr ħlas lil dawk li żaru dan ir-razzett storiku waqt open day organizzata fl-aħħar xhur, bil-kollaborazzjoni tal-Malta Beekeepers Association.
L-FKNK ħabbret li għandha wkoll proġett li se jassigura t-tkabbir tal-Mixtla u tqassim ta’ eluf ta’ siġar oħrajn fis snin li ġejjin.
1,000 STUDENT APPRENDIST SE JIBDEW JITĦALLSU AĦJAR TQASSAM B’XEJN SIĠAR U ARBUXELLI LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI
Minn din il-ġimgħa li ġejja se tissokta l-ħidma amministrattiva tal-Partit Laburista permezz tal-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-kumitati lokali u dawk distrettwali.
Rappreżentanti u uffiċjali tal-Partit se jkunu qed iduru l-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex biex jattendu għal dawn il-laqgħat statutorji, li jsiru fiċ-ċentri rispettivi tal-lokalitajiet, waqt li dawk tad-distrett, li jibdew mix-xahar id-dieħel, isiru f’wieħed miċ-ċentri tal-lokalitajiet li jiffurmawh.
Il-Ministru Grima qalilna li “l-apprendistati huma mod effiċjenti wkoll biex il-kumpanji jsibu impjegati ġodda u joffru tagħlim tekniku u ħiliet oħrajn neċessarji fuq il-post tax-xogħol. Ir-riċerka turi li l-apprendisti jżidu
Il-programm seħħ b’kollaborazzjoni bejn il-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol u l-Ministeru għall-Edukazzjoni bħala appoġġ għall-apprendistat permezz tal-MCAST.
Min-naħa tiegħu, il-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST) mistenni jkompli jippromwovi l-isforz lejn kultura ta’ tagħlim ibbażat fuq ix-xogħol (work-based learning) u
L-MCAST mistenni jistinka biex ikun hemm djalogu effettiv mar-rappreżentanti tal-industrija biex tittieħed azzjoni u jitjiebu l-esperjenzi tal-istudenti fl-apprendistat.
Il-Ministru Grima temm jgħidilna li “l-Gvern jemmen bis-sħiħ fir-riżorsi umani u hu għalhekk li qed ikompli jinvesti fl-aqwa riżorsa li għandu, investiment li fuq kollox hu fl-istadju bikri meta l-ħaddiem ikun għadu qed jistudja … dan hu investiment fil-futur ta’ pajjiżna”.
L-ewwel Laqgħat Ġenerali Annwali tal-lokalitajiet li se jsiru salĦadd li ġej huma:
Il-Ħamis 23 ta’ Frar: Ħal Safi; IlKalkara; Ħad-Dingli;
Il-Ġimgħa 24 ta’ Frar: Ħal Lija; Ħal Għargħur;
Il-Ħadd 26 ta’ Frar: Iż-Żejtun; Ħal Qormi; Tas-Sliema; In-Nadur.
67 SENA MILL-AKBAR TRAĠEDJA LOKALI TAL-AJRU
Fit-18 ta’ Frar tal-1956, waranofsinhar, fl-inħawi taż-Żurrieq kien seħħ l-akbar inċident traġiku tal-ajru f’Malta. L-ajruplan involut kien Avro York tal-linja tal-ajru Scottish Airlines, li ġġarraf ftit wara t-tluq, bil-50 persuna abbord, bejn militari u ekwipaġġ, imutu kollha.
Il-45 passiġġier tal-Armata Ingliża, ilkoll uffiċjali tal-Qawwa tal-Ajru, għajr għal wieħed, kienu f’nofs triq bejn il-Kanal ta’ Swejz fl-Eġittu u l-Ajruport ta’ Stansted f’Londra meta l-vjaġġ tagħhom abbord l-ajruplan bin-numru tar-reġistrazzjoni G-ANSY spiċċa ħesrem. Ftit wara t-tluq, l-ajruplan ta’ erba’ skrejjen żviluppatlu xi ħsara fil-magna li ħadet in-nar, waqt li jirriżulta li l-bdoti ma ħadux il-prekawzjoni teknika u minflok ipprovaw jirritornaw lejn l-ajruport. Minħabba f’hekk intilef il-kontroll u seħħ it-tiġrif f’żona rurali qabel Wied
iż-Żurrieq. Peress li kien mimli b’madwar 2,000 gallun ta’ fuel, l-ajruplan spiċċa f’ballun nar, b’inqas ċans li jsalva xi ħadd li kien fuqu.
Anke jekk tissemma iżjed flistorja lokali it-traġedja tal-1975
REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)
REQUEST FOR CALL for Offers (CFO)
Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Mellieħa
Invitation to submit proposals to manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in Mellieħa
CFO document to be collected from
CFO document to be collected from
Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun or by calling on 20901601/2.
Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Ħamrun or by calling on 20901601/2.
Monday 6th February 2023 to Thursday 9th February
Monday 6th February 2023 to Thursday 9th February
2023, Monday 13th February to Friday 17th February
2023, Monday 13th February to Friday 17th February
2023, Monday 20th February to Friday 24th February
2023, Monday 20th February to Friday 24th February
2023, Monday 27th February 2023 9:00 to 17:00, and
2023, Monday 27th February 2023 9:00 to 17:00, and
Tuesday 28th February 2023 9:00 to noon.
Tuesday 28th February 2023 9:00 to noon.
Closing date for submissions:
Closing date for submissions:
Tuesday, 28th February, at 12:00pm.
Tuesday, 28th February, at 12:00pm.
f’Ħaż-Żabbar, fejn bomber Avro Vulcan kien iġġarraf fl-abitat u qatel erba’ membri tal-ekwipaġġ u persuna oħra fuq l-art, dik ta’ Scottish Airlines, kważi 20 sena qabel, għadha l-akbar waħda f’artna.
L-Avro York kienu ajruplani li minnhom saru biss 258. Wara li ġew introdotti fl-1942, bl-ewwel wieħed jagħmel it-titjira tiegħu fil-5 ta’ Lulju ta’ dik is-sena, damu joperaw sal-1964. Uħud minnhom kienu ntużaw biex
iġorru l-provvisti waqt l-imblokk ta’ Berlin mill-Unjoni Sovjetika bejn l-1948 u l-1949. Il-linja tal-ajru Scottish Airlines operat bejn l-1946 u l-1960 u xogħolha primarjament kien li ġġorr uffiċjali tas-servizzi Ingliżi minn u lejn territorji okkupati mill-Imperu Brittaniku.
Fiż-żmien li għamlet isservi kellha sensiela ta’ inċidenti li involvew mill-inqas ħames ajruplani, fosthom dak fiż-Żurrieq. Ajruplan simili tal-istess linja kien involut f’inċident sentejn qabel, nhar it-13 t’April tal-1954, fl-Ajruport ta’ Ħal Luqa iżda dakinhar ma kienx hemm imwiet.
Mill-vittmi ta’ 67 sena ilu, 46 jinsabu midfunin fiċ-ċimiterju militari tal-Imtarfa, qrib Ta’ Qali, fejn dak iż-żmien kien hemm bażi tal-ajru, filwaqt li jeżistu żewġ monumenti li jfakkru din it-traġedja. Wieħed f’Malta jinsab fi Ġnien il-Ġibjun fiż-Żurrieq, viċin il-post traġiku, u l-ieħor fin-National Memorial Arboretum fil-villaġġ ta’ Alrewas, Staffordshire, fl-Ingilterra.
IL-VOT FL-UE DESTINAT LI JSIR “EĦFEF”
Il-Parlament Ewropew
japprova proposti għal
iżjed drittijiet lil ċittadini
Ewropej skont fejn jgħixu
Żewġ settijiet ta’ proposti allineati ma’ xulxin dwar id-drittijiet
elettorali ta’ ċittadini tal-Unjoni
Ewropea, li jgħixu f’pajjiż ieħor membru, b’rabta mal-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew u elezzjonijiet tal-Kunsilli, għadhom kemm ġew adottati mill-Parlament Ewropew. Issa jrid ikun il-Kunsill Ewropew li jiddeċiedi kif jemenda r-regolamenti b’mod unanimu, wara li jintemm ir-rwol tal-Parlament fil-proċess ta’ konsultazzjoni.
Jirriżulta li madwar 11-il miljun ċittadin Ewropew, li jgħixu f’pajjiż ieħor membru tal-UE, jiffaċċjaw diversi ostakli meta jagħżlu li jieħdu sehem f’elezzjonijiet Ewropej jew tal-Kunsilli kemm bħala votanti kif ukoll bħala kandidati. Biż-żewġ settijiet ta’ proposti, li ġew approvati b’maġġoranza assoluta, issa qed jiġi ssuġġerit li d-dritt tal-vot f’dawn l-elezzjonijiet għandu jingħata appena ċittadin jiġi rreġistrat bħala resident fil-pajjiż fejn ikun fl-UE, filwaqt li kull tagħrif li jinħareġ għall-votanti jrid ikun multilingwali u fil-ħin adegwat.
Il-Membri Parlamentari Ewropej ukoll qablu li l-proviżjonijiet ta’ “derogazzjonijiet” nazzjonali, li jagħtu s-setgħa lil xi pajjiż membru li jirrestrinġi d-drittijiet elettorali lil barranin minn pajjiżi tal-UE meta jirrappreżentaw aktar minn 20% taċ-ċittadini kollha mill-UE li jgħixu fit-territorju tiegħu, għandhom jiġu eliminati. Il-possibbiltà li jiġu riservati l-ogħla pożizzjonijiet fil-gvernijiet lokali għaċ-ċittadini tal-pajjiż biss ukoll għandha titneħħa.
Ma’ dan, il-Parlament Ewropew iddefenda l-alternattivi għal kaxxi tal-vot fiżiċi u votazzjoni preżenti mill-individwu f’postijiet apposta, billi din issir, pereżempju, bil-posta u online, bil-prokura u advance voting. Il-proposti jsejħu wkoll lill-istati membri biex jiffaċilitaw id-drittijiet elettorali lil gruppi vulnerabbli, bħal persuni b’diżabilità u mard mentali.
IL-MINISTRU BORG IMEXXI
DIBATTITU EWLIENI FIL-ĠM
DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej u l-Kummerċ Ian Borg din il-ġimgħa mexxa l-avveniment prinċipali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda fil-kwartieri ġenerali fi New York. Id-dibattitu kien jittratta s-suġġett li pajjiżna għażel li jressaq ’il quddiem għall-attenzjoni tal-istituzzjoni prestiġjuża – l-implikazzjonijiet u l-effetti fuq is-sigurtà u l-paċi ta’ gżejjer żgħar, bħal Malta, minħabba ż-żieda li d-dinja qiegħda tesperjenza fil-livell tal-ilma baħar.
Fid-diskors tiegħu, il-Ministru Borg qal li, minkejja li oriġinarjament il-Kunsill tas-Sigurtà nħoloq minħabba numru ta’ konflitti li kienu jeżistu, u l-bżonn li terġa’ tirrenja l-paċi, ix-xjenza wriet li d-dinja qed tiffaċċja sfidi ġodda globali li ma jistgħux ma jiġux indirizzati, fost oħrajn it-tibdil fil-klima.
Hu insista li t-tibdil fil-klima llum hu r-realtà li qed jiffaċċja kulħadd ta’ kuljum, b’mod partikolari l-gżejjer stati żgħar u reġjuni kostali. “Malta kienet l-ewwel pajjiż fid-dinja li ressqet din l-isfida quddiem il-Ġnus Magħquda numru ta’ snin ilu, u llum żammejna l-istess impenn biex naraw li din il-materja tkun parti essenzjali bid-diskussjoni internazzjonali,” kompla Dr Borg. Il-Ministru sostna li d-dibattitu li Malta qed tenfasizza dwaru hu wieħed sinifikanti għall-fatt li qed ikun hemm rikonoxximent tal-implikazzjonijiet u l-effetti fuq s-sigurtà u l-paċi ta’ gżejjer bħal Malta minħabba ż-żieda li d-dinja
qed tesperjenza fil-livell tal-ilma talbaħar. Hu kompla jgħid li ftit tas-snin oħra, hemm il-possibbiltà qawwija li numru ta’ pajjiżi jispiċċaw taħt l-ilma u din hi theddida serja għall-paċi u għas-sigurtà tal-popli rispettivi.
“Kif Malta kienet pijuniera biex mexxiet ’il quddiem il-Konvenzjoni tal-Liġijiet tal-Baħar tal-Ġnus Magħquda (UNCLOS) numru ta’ snin ilu, irridu nkomplu nkunu vuċi soda għal dawn il-pajjiżi u l-popli tagħhom li qed jiġu ffaċċjati b’din it-theddida globali,” saħaq il-Ministru Borg.
Enfasi minn Malta fuq it-tibdil fil-klima li jolqot
l-iżjed lil gżejjer stati żgħar u reġjuni kostali
Hu sostna li dan id-dibattitu hu opportunità unika biex il-pajjiżi jisimgħu mingħand xulxin l-aqwa prattiċi li qegħdin jużaw biex il-pajjiżi jkunu jistgħu jitgħallmu minn xulxin u jiġġieldu din it-theddida flimkien.
Wissa li, jekk ma tittiħidx azzjoni issa, fl-2060, se naslu għal realtà fejn id-dinja tkun differenti immens minn dik li ngħixu fiha bħalissa.
“L-effett ta’ meta jogħla l-baħar u l-oċeani, nantiċipaw li se jkun qed iħalli devastazzjoni kbira. It-tibdil fil-klima
se jkun qed jaffettwa b’mod dirett anke għax popolazzjonijiet sħaħ jista’ jkun li jitilfu djarhom, l-għajxien tagħhom, u nantiċipaw li jista’ jkollna wkoll popolazzjonijiet u pajjiżi sħaħ li jkollhom jirrilokaw,” saħaq il-Ministru Malti.
Għal dan id-dibattitu attendew fost l-oħrajn is-Segretarju Ġenerali tal-ĠM António Guterres u l-President tal-Assemblea Ġenerali Csaba Korosi.
Guterres, faħħar lil pajjiżna li għażel li jiddiskuti t-tibdil fil-klima u tenna li dan il-fenomenu klimatiku jista’ jwassal għal aktar faqar, b’miljuni ta’ nies jispiċċaw mingħajr post fejn jgħixu. Dan apparti li dan jista’ jwassal biex jinqerdu diversi ekonomiji u anke setturi kruċjali bħal dak tal-agrikoltura.
Is-Segretarju Ġenerali tal-ĠM appella lill-pajjiżi biex jaslu għal pjan ta’ azzjoni biex flimkien jiġġieldu kontra dan il-fenomenu.
Sadanittant, fl-ewwel attività prinċipali ta’ Malta fil-Presidenza tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-ĠM, ir-Rappreżentata
Permanenti ta’ Malta fi New York, Vanessa Frazier, tkellmet dwar il-bżonn ta’ aktar kordinazzjoni globali biex jiġu protetti d-drittiijet tat-tfal f’kull sitwazzjoni.
Din il-laqgħa tal-Kunsill tas-Sigurtà dwar il-protezzjoni tat-tfal li qed jiġġieldu f’konflitti armati, hi xprunata mill-messaġġ li qed timbotta ’l quddiem Malta: dak ta’ paċi u sigurtà. Dwar dan, il-ĠM fl-2018 għaddiet riżoluzjoni li stabbilixxiet l-importanza tat-tfal mill-prevenzjoni tal-kunflitti bl-armi.
ISSEPARAT MANDATORJU
Żewġ avviżi legali li, ġew ippubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern din il-ġimgħa, se jdaħħlu fis-seħħ is-separazzjoni mandatorja tal-iskart mill-14 t’April li ġej. Dan wara li f’Novembru li għadda l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) mexxiet proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar dawn ir-regoli l-ġodda.
Għaldaqstant, xahrejn mill-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti, kulħadd se jkun obbligat li jissepara l-iskart li jipproduċi, kemm negozji, għaqdiet u entitajiet governattivi, kif ukoll kull skart li jinġabar middjar.
Dan ifisser li mhux se tkun tista’ tarmi iżjed l-iskart organiku fil-borża s-sewda, iżda trid tpoġġih bilfors fil-borża l-bajda. L-istess jgħodd għal skart riċiklabbli, bħal plastik, karti u materjali oħrajn, li ma jistax jintrema aktar fil-borża s-sewda, iżda trid bilfors tpoġġih fil-borża l-griża biex ikun jista’ jiġi rriċiklat. Il-ħġieġ ukoll ma jistax jitpoġġa fil-borża s-sewda jew fil-griża, iżda jrid jiġi sseparat għalih u jinġabar kull l-ewwel u t-tielet Ġimgħa tax-xahar, hekk kif diġà hu fis-seħħ.
Madanakollu, biex il-pubbliku jidra r-regolamenti l-ġodda, l-awtoritajiet se jiffokaw fuq l-edukazzjoni u l-għar-
fien ta’ din il-liġi l-ġdida għall-ewwel sitt xhur, bejn April u Ottubru ta’ din is-sena. Waqt dan il-perjodu, dawk li jinqabdu jarmu l-iskart fil-borża l-ħażina, se jkunu qed jingħataw twissija.
Wara dan il-perjodu, minn Ottubru ’l hemm dawk li jinqabdu jarmu l-iskart fil-borża l-ħażina jistgħu jeħlu multi ta’ €75 għan-negozji u €25 għall-iskart
mid-djar u minn organizzazzjonijiet mhux kummerċjali. Dawn il-multi jirdoppjaw għal €150 u €50, rispettivament, kemm-il darba tinqabad tarmi l-iskart ħażin b’mod ripetut.
Fl-istess ħin uffiċjali tal-ERA u entitajiet oħrajn se jibqgħu jagħmlu spezzjonijiet kontinwi fit-toroq ta’ kull lokalità biex jassiguraw li l-boroż tal-iskart jinħarġu barra d-djar filġranet it-tajbin u li l-iskart jiġi sseparat fil-boroż differenti kif stipulat firregolamenti l-ġodda. Dan anke wara li fil-bidu tax-xahar li għadda l-kunsilli reġjonali, li huma responsabbli mill-ġbir tal-iskart mid-djar f’isem il-kunsilli lokali, bdew joperaw skeda ġdida nazzjonali għal ġbir taliskart.
Minbarra l-ġbir tal-iskart bieb bieb, ir-residenti f’Malta u Għawdex jistgħu jkomplu jużaw ukoll metodi oħrajn, fosthom l-iskart riċiklabbli fl-ibins u l-bring in sites, fir-roadshow truck u s-civic amenity sites li għandha l-aġenzija WasteServ Malta, kif ukoll is-servizz ta’ ġbir ta’ skart goff tal-kunsilli lokali.
Aktar tagħrif dwar kif għandek tissepara l-iskart jinsab fil-linji gwida li jistgħu jiġu aċċessati fuq il-paġna ta’ WasteServ (https://www.wsm.com. mt/en/waste-separation-guide).
L-ewwel sitt xhur se jiffokaw fuq l-edukazzjoni u l-għarfien … minn Ottubru se jingħataw il-multi ta’ €25 għar-residenzi u €75 għan-negozji, li jistgħu jirdoppjaw
GĦOTJA €10K
tal-housing.
Biss biss, il-Gvern ilu għal diversi snin issa joffri roħs massiċċ fuq it-taxxa tal-boll għall-first-time buyers, u riċentement żied aktar inċentivi fiskali (inkluża r-rifużjoni tatTaxxa fuq il-Valur Miżjud) għal dawk il-persuni li jridu jibnu l-bejta tagħhom f’żoni ta’ konservazzjoni urbana, jew li se jirriġeneraw proprjetà dilapidata biex din issir darhom, jew li saħansitra jagħżlu li jinvestu fi proprjetajiet b’karatteristiċi tradizzjonali Maltin.
si fuq l-10% depożitu li tintalab mill-banek lokali fuq proprjetajiet sa valur massimu ta’ €175,000.
Wara s-suċċess inizjali ta’ din l-iskema, il-Gvern Laburista sejjer, fix-xhur li ġejjin, jestendi l-valur massimu tal-proprjetajiet eliġibbli għal din l-iskema biex tilħaq djar li jiswew sa €225,000.
is-snin, anzi ridna nibqgħu viċin dawk in-nies li minkejja li qed jaċċessaw is-suq tax-xiri tal-proprjetà xorta jaffaċċjaw sfidi konsiderevoli biex jimlew id-djar tagħhom u fl-istess ħin ilaħħqu mar-ripagament tasself u l-ħafna spejjeż oħra li huma relatati mal-proprjetà.
bli fuq is-sit elettroniku tal-Awtorità tad-Djar u kull min xtara l-ewwel dar residenzjali fis-sena 2022 se jkollu sat-tmiem ta’ Mejju 2023 sabiex japplika u jirċievi l-ewwel għotja f’Ġunju li ġej.
Spiss nisimgħu nies jitkellmu u jiddibattu fuq l-isfidi li jaffaċċjaw dawk li qed jipruvaw jixtru l-ewwel proprjetà residenzjali tagħhom, u dlonk tinduna li xi wħud malajr issibhom jippuntaw subgħajhom lejn il-Gvern li mhux jagħmel biżżejjed biex jgħin lil dawn iż-żgħażagħ.
Jiena qatt ma jgħaddili mill-kurituri ta’ moħħi li nipprova ninterfieri ruħi f’dan id-dibattitu jew nostakolah, anzi, nemmen li hu essenzjali li aktar u aktar nies jitkellmu fuq dan is-settur b’mod objettiv u b’passjoni għaliex huwa settur delikat u kkumplikat li jeħtieġ diskussjoni matura.
Minkejja dan, nemmen li hawn biżżejjed provi li juru li l-Gvern Laburista mill-bidu nett tal-mandat tiegħu sal-lum għamel ħafna biex jgħin liċ-ċittadini Maltin u Għawdxin minn kull sfond soċjali u ekonomiku jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u jiksbu l-indipendenza li jixirqilhom fis-settur
Bnejna wkoll fuq it-tajjeb li sibna u żammejna għotjiet għall-first-time buyers li kienu diġà viġenti qabel l-2013, bħalma hija l-Grant for First Residence (GFR) li topera l-Awtorità tad-Djar u li toffri sa massimu
ta’ madwar €7,000 lil dawk l-individwi u l-koppji li jwettqu interventi fl-ewwel dar tagħhom biex din issir abitabbli.
Għaliex tassew jimpurtana mill-qagħda tal-first-time buyers studjajna fil-fond dawk li huma l-impedimenti li qed jagħmluhielhom iebsa li jaċċessaw is-suq u fassalna għajnuniet li jolqtu lil faxex differenti tas-soċjetà. Għal dawk bi qligħ relattivament baxx varajna s-Self Soċjali b’kollaborazzjoni ma’ banek prominenti fejn ilGvern jissussidja r-ripagament ta’ kull xahar tas-self fuq proprjetà sa valur massimu ta’ €140,000.
Filwaqt li għal dawk bi qligħ aktar medju varajna l-Iskema fuq il-Ħlas tad-Depożitu fejn il-Gvern joffri self bla interes-
Fhimna kif qed isir aktar diffiċli għal ġenerazzjonijiet li tilgħin li jwarrbu dawn l-ammonti qabel ix-xiri tal-ewwel proprjetà tagħhom minħabba li jdumu aktar biex jibdew jaħdmu minħabba impenji ta’ studju kemm f’Malta kif ukoll barra minn xtutna, u qed noffrulhom mod sostenibbli kif ikunu jistgħu jaċċessaw is-suq tal-proprjetà mingħajr wisq dewmien, li jikkawżalhom aktar problemi meta jiġu biex jitolbu self mingħand il-banek lokali.
Il-kunsiderazzjonijiet talMinisteru mmexxi minni ma kinux biss ekonomiċi u soċjali. Ħsibijietna marru wkoll fuq dawk li għandhom ostakli mediċi li jimpedixxuhom milli jaċċessaw is-suq tax-xiri talproprjetà.
U kien għalhekk li fl-2020 daħħalna wkoll l-iskema New Hope li toffri garanzija talGvern għal dawk li jistgħux jisselfu mingħand il-banek għaliex isibuha diffiċli jew saħansitra impossibbli li jkollhom polza tal-assigurazzjoni valida fuq ħajjithom.
Ma stajniex u ma ridniex nistrieħu fuq dawn it-tragwardi kbar u żgħar li lħaqna f’dawn
IL-BIRGU LLUM
Nazzjonalista. Iżda wara t-Tieni Gwerra Dinjija, ix-xenarju politiku nbidel kompletament u mhux b’kumbinazzjoni. Malli Dom Mintoff daħal fix-xena politika biddel ix-xenarju politiku fil-Kottonera. Dan ma sarx b’kumbinazzjoni jew għaliex in-nies kienu jiggustaw lil Mintoff.
Kien dan il-kuntatt kontinwu u r-riċerka li wasslu biex il-Partit Laburista jinkludi l-proposta ta’ għotja ta’ €10,000 fuq medda ta’ għaxar snin lill-first-time buyers kollha li jakkwistaw l-ewwel dar tagħhom wara l-1 ta’ Jannar 2022.
Għotja li tagħti messaġġ ta’ tama, tama li kulħadd jista’ jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu li mhux biss isir sid ta’ daru imma li wkoll jgħix b’mod komdu f’dik id-dar u jibni l-futur tiegħu fiha bl-aqwa mod possibbli. Il-Gvern huwa kommess li jibqa’ joffri tama f’mument storiku fejn ix-xenarju globali politiku u ekonomiku jista’ jidher ftit imdallam u mċajpar.
Għaliex x’jiswa li jkollna tkabbir ekonomiku u xogħol għal kulħadd, jekk il-ġenerazzjonijiet li tilgħin ma jħossux li għandhom l-appoġġ tal-Istat f’dak li hu forsi l-aktar pass importanti li jieħdu f’ħajjithom? Din l-għotja tassew hija xhieda ċara li aħna bħala Gvern qegħdin hemm maż-żgħażagħ, spalla ma’ spalla magħhom huma u jiksbu l-indipendenza tagħhom u jimirħu lil hinn mill-comfort zone tagħhom.
Minn għada t-Tnejn 20 ta’ Frar l-applikazzjonijiet għal din l-għotja se jkunu aċċessib-
Din l-għotja se tidħol direttament fil-kont bankarju fejn normalment jitħallsu r-ripagamenti tas-self bankarju u mhux se tkun suġġetta għall-ebda test tal-mezzi jew assi. L-għotja tibqa’ tingħata annwalment lill-benefiċjarji għal perjodu ta’ għaxar snin sakemm il-faċilità tas-self tibqa’ attiva u l-proprjetà ma tkunx inbiegħet lil terzi.
Nistieden lilkom kollha li tixtiequ ssiru tafu aktar fuq din l-għotja, it-termini u l-kundizzjonijiet tagħha, u l-mod kif wieħed jista’ japplika online biex tikkuntattjawna permezz tal-linja telefonika tas-servizz pubbliku 153 jew l-email customer.care.ha@ha.gov.mt.
Il-ħaddiema tal-Awtorità u tas-servizz pubbliku se jkunu lesti biex jiggwidawkom u jgħinukom f’dan il-proċess sempliċi. Nassigurakom li din mhix se tkun l-aħħar inizjattiva tal-Gvern immexxi millPrim Ministru Robert Abela li se tkun qed tolqot lill-firsttime buyers, u nuża din l-opportunità sabiex nirringrazzjah minn qalbi tal-appoġġ kollu li nsib mingħandu u mingħand il-kollegi kollha tiegħi fil-Kabinett kull darba li mmexxi ’l quddiem il-proposti tagħna biex ngħinu liż-żgħażagħ iwettqu l-ħolm tagħhom fis-settur tal-housing.
Illum il-Ħadd, il-Prim Ministru Robert Abela se jkun qed jitkellem il-Birgu, waħda mit-tlett ibliet li jiffurmaw il-Kottonera. Illum ngħidu li l-Kottonera hija fortizza tal-Partit Laburista, iżda mhux dejjem kienet hekk.
Fi żmien il-Gross, il-maġ— ġoranza tan-nies tal-Kottonera kienu jappoġġjaw lill-Partit
Din il-bidla politika saret għaliex Dom Mintoff ħa ħsieb lil dawk in-nies li kellhom bżonn għajnuna kbira. L-ewwel, bħala Ministru responsabbli mir-rikostruzzjoni ta’ wara l-gwerra, ta saqaf fuq ras in-nies. Tahom lura d-dinjità li kienu tilfu bil-bombi tal-gwerra. Aktar tard bħala Prim Ministru ħa ħsieb li l-iżgħar fost iż-żgħar ikollhom xibka ta’ servizzi soċjali.
Dik il-politika għadha magħna llum tant li fl-aħħar għaxar snin Gvernijiet Laburisti baqgħu jsostnu l-welfare state
b’firxa ta’ servizzi li jagħmlu sens għas-soċjetà llum il-ġurnata. Iżda l-Birgu, u l-Kottonera kellhom bżonn ukoll trasformazzjoni oħra. Għalhekk saret strateġija għall-Kottonera li permezz tagħha l-ibliet storiċi u l-Kalkara jridu jgħaddu minn trasformazzjoni, kemm fuq livell infrastrutturali iżda wkoll fuq livell ta’ komunità.
L-istrateġija għall-Kottonera hija mibnija fuq tliet pilastri li huma l-iżvilupp soċjali, l-ambjent u l-kultura. IlGvern qiegħed jagħmel il-parti tiegħu. Fl-aħħar tliet snin kienu investiti mal-€20 miljun fil-Kottonera u mhux qiegħed ninkludi l-proġetti kollha li saru. Qed ninkludi proġetti ta’ restawr u tisbiħ ta’ nħawi u ħolqien ta’ spazji ġodda. Dan ix-xogħol huwa kumplimentari għal ħafna bidliet li qed isiru.
Iżda l-akbar bidla importanti li għandha ssir hija bidla
fil-mentalità ta’ poplu li jgħix wara seba’ kilometri u nofs ta’ swar. Il-Birgu kien l-ewwel fost l-inħawi li beda jgawdi minn trasformazzjoni infrastrutturali. Il-Kunsill Lokali kellu sehem kbir biex il-lokalità tisbieħ u jdaħħal sens ta’ responsabbiltà fin-nies. Bil-mod il-mod dan is-sens ta’ responsabbiltà qiegħed jinfirex.
Għandna lokalitajiet sbieħ. Qed isiru l-proġetti. Qed isir xogħol kemm fuq bażi nazzjonali iżda wkoll xogħol immirat lejn lokalitajiet u żoni, inkellha għaqdiet speċifiċi li jaħdmu qalb il-lokalitajiet. Bejn l-2020 u l-2022 se jkunu ġew investiti mas-€700,000 fuq proġetti, inizjattivi u attivitajiet. Meta tgħodd magħhom l-ammont li se jkun investit din is-sena, jitla’ għal kważi €1 miljun li qed imorru dirett fi proġetti qalb il-komunitajiet. Dawn il-proġetti, inizjattivi u attiv-
itajiet ivarjaw minn proġetti kbar għal proġetti żgħar. Fuq is-swar biss magħrufa bħala l-Cottonera Lines, l-investiment fir-restawr f’dan l-istess perjodu huwa ta’ madwar €8 miljun. Il-proġett tal-promenade li jgħaqqad il-Birgu mal-Kalkara qed isir b’investiment ta’ €9 miljun u meta jitlesta se jkun wieħed mill-isbaħ promenades li għandna f’pajjiżna li jgħaqqad il-kosta kollha tal-Kottonera.
Il-Gvern qiegħed jagħmel il-parti tiegħu. In-nies ukoll bdew jagħmlu il-parti tagħhom. Il-livell fil-Kottonera jeħtieġ li jogħla f’kull qasam. Meta llum nilqgħu lill-Prim Ministru Robert Abela fil-pjazza tal-Birgu, għandna biex inkunu kburin li bħala Partit Laburista, qed naħdmu fil-Kottonera biex uliedna jkollhom ambjent isbaħ u aħjar milli aħna stess trabbejna fih.
DEĊIŻJONIJIET IMPORTANTI
abbiltà.
Djalogu ma jfissirx li kulħadd jgħid li jrid u ma niddeċiedu xejn. Ir-responsabbiltà fuqna tfisser li rridu nieħdu d-deċiżjonijiet. Hadt pjaċir għalhekk li ngħatajna l-kelma li l-MCESD b’mod kollettiv se jagħtina l-pożizzjoni uffiċjali tiegħu fuq iż-żewġ materji. Dik hi s-serjetà.
Din il-ġimgħa bdejna bl-ewwel laqgħa minn sensiela ta’ laqgħat mal-imsieħba soċjali u stakeholders importanti filpajjiż biex niddiskutu, ngħarblu u finalment immexxu fuq żewġ miżuri fost ħafna li qed nieħdu biex negħlbu l-isfidi li għandna fis-settur tat-trasport fuq l-art u l-mobilità f’pajjiżna.
Hemm ħafna xogħol għaddej u miżuri li lkoll flimkien, ladarba implimentati, se jagħtuna r-riżultati.
Għandna proġetti li għandhom jagħtuna riżultat f’qasir żmien, oħrajn li narawhom f’perjodu medju u oħrajn wara numru ta’ snin. Imma jridu jsiru jekk irridu nżommu dan ir-ritmu ekonomiku, jeħtieġ li iva nindirizzawhom.
L-infrastruttura tal-pajjiż
tkompli tinbidel mal-ħafna li diġà sar iżda jeħtieġ li l-istrateġija nazzjonali tat-trasport tiġi implimentata. M’hemmx għażla. Issa hu ż-żmien tad-deċiżjonijiet u jekk hemm bżonn għażliet diffiċli.
Biex tiddeċiedi fuq għażliet diffiċli, biex idaħħal anke bidla fil-mentalità jeħtieġ li tiddjaloga. Li tisma’. Li tifhem. U għalhekk li ltqajna mal-imsieħba soċjali fi ħdan l-MCESD din ilġimgħa.
Għax aħna mhux Gvern gaffa. Għax konvint li wara djalogu
lil hinn mill-partiġjaniżmu, ikollna riżultat aħjar minn dak maħsub. Imbagħad jeħtieġ niddeċiedu u hu hemm li l-Gvern bħal dejjem jagħraf x’inhu r-rwol tiegħu.
Il-laqgħa kienet dwar iżżewġ miżuri li qed nimbuttaw bħalissa jiġifieri li t-trasport pubbliku nkomplu ntejbuh billi nżidu l-effiċjenza u l-frekwenza possibbilment b’rotot ġodda.
Huwa f’dan il-punt biss li t-trasport pubbliku jsir alternattiva reali għall-karozzi privati.
Il-miżura l-oħra hi dwar
servizzi li jingħataw fis-sigħat tar-rush hour meta jkun hemm 70,000 karozza jivvjaġġaw u meta dawn is-servizzi jistgħu jingħataw qabel jew wara, jiġifieri barra mir-rush hour.
Hawnhekk jeħtieġ sforz kollettiv minn kulħadd, kemm mill-Gvern u l-entitajiet tiegħu u s-servizzi li dawn joffru, kif ukoll mill-privat u s-servizzi li joffri bħal deliveries u l-ġbir tal-iskart.
Id-djalogu hu proċess li nemmen fih. Iżda mbagħad hemm l-element ta’ respons-
KWISTJONI T’ATTITUDNI
bin-negattività u bil-gdiedem fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni. Ċiklu mill-iżjed mistenni li, bħalma dejjem jingħad, ma jawgura tajjeb xejn, la għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista, u lanqas għal pajjiżna u għad-demokrazija Maltija.
F’din il-leġiżlatura, li fiha qed naraw numru ta’ wċuħ ġodda fil-Parlament, kemm għalina fuq in-naħa tal-Gvern u kemm għall-Oppożizzjoni, għal ftit jiem donnu kien hemm it-tama li l-affarijiet ser jinbidlu.
Waħda mill-iżjed affarijiet prevedibbli fix-xena politika lokali hi, li kull ftit ġimgħat se jkun hemm rewwixta fi ħdan il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, li se titfa’ l-pożizzjoni ta’ Bernard Grech bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista taħt skrutinju.
Imbagħad, jibdew ifeġġu l-ismijiet ta’ dawk favoriti biex jeħdulu postu u sadanittant fil-Parlament inkomplu
Li n-Nazzjonalisti ser ibiddlu l-attitudni tagħhom, li tant naffret nies f’dawn l-aħħar għaxar snin, b’mod speċjali wara l-mod kif uħud minnhom imxew malEks Kap tagħhom Adrian Delia. Wara kollox, il-ftuħ tal-Parlament kien ftit ġimgħat wara telfa storika oħra għall-Partit Nazzjonalista, allura wieħed jistenna li forsi l-messaġġ jasal għand min għandu jasal. Kemm kien żbaljat min ħaseb hekk!
Sfortunatament, kull sfida li għadda u għadu għaddej
minnha l-PN, qed tkun opportunità mitlufa. Kull dibattitu Parlamentari huwa wieħed ikkaratterizzat minn ħafna kliem iebes u negattiv, u ftit li xejn sustanza mill-bank tal-Oppożizzjoni. L-ikbar żewġ eżempji ta’ dan kienu tnejn. L-ewwel, id-dibattiti fuq l-estimi tal-Budget 2023, fejn wieħed jibda jaħseb li aħna u l-Oppożizzjoni qed ngħixu fuq pjaneti differenti. Il-kelliema tal-Oppożizzjoni ma sabux imqar kliem ta’ rikonoxximent għall-miżuri pożittivi tal-Baġit fi żminijiet fejn gvernijiet madwar id-dinja kienu qed jikkrollaw minħabba l-isfidi ta’ wara l-pandemija u tal-bidu tal-gwerra tar-Russja fuq l-Ukrajna. Imbagħad, fl-aħħar ġimgħat kellna d-dibattitu fuq l-emendi fl-Att tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika u l-mozzjoni mressqa mill-Gvern dwar il-ħatra ta’ Kummissarju tal-Istandards ġdid. U hemm verament waqgħet il-maskra! Għax matulhom, in-narrattiva tal-Op-
pożizzjoni kienet biss waħda li tattakka l-emenda, tattakka l-Prim Ministru, tattakka l-Gvern, tattakka l-individwu, ilPrim Imħallef Emeritu Joseph Azzopardi, li l-Gvern qed jipproponi għall-kariga tal-Kummissarju tal-Istandards... b’hekk id-dibattitu kien wieħed fqir u li żgur ma jixraqx lill-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Kważi titbissem meta tisma’, kelliem wara ieħor tal-Oppożizzjoni, jgħidilna li bl-emenda ta’ żblokk li ressaq il-Gvern, kien qed jipprova jċaqlaq il-lasti jew ibiddel ir-regoli tal-logħba wara li tkun bdiet. Minn daqshekk, f’din il-ħaġa kienu kollha uniformi għal darba. Naħseb kienu qed jaqraw mill-istess noti!
Però lil hinn mill-metafori rriċiklati tal-Oppożizzjoni, is-sitwazzjoni hija waħda inkwetanti ferm. Tinħass l-arja tqila fuq il-bank tal-Oppożizzjoni. Jinkwetani wkoll, li meta nitkellmu dwar min jista’ jkun is-suċċessur ta’ Bernard Grech, spiss fil-lista t’ismiji-
Nirringrazzja lil dawk kollha li pparteċipaw mhux b’inqas liċ-Ċermen il-ġdid, il-Perit David Xuereb. Nirringrazzja lill-esperti li għandna magħna li qed jgħinuna f’dan il-proċess, il-Psikologu Gordon Sammut, il-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta l-Brigadier Jeffrey Curmi u n-nies tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-Operatur tal-Malta Public Transport Konrad Pule u l-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni għat-Trasport Jeanette Axisa.
Konvint li jekk ilkoll kemm aħna niġbdu ħabel wieħed, ir-riżultati se jaslu, iżda jeħtieġ li jkun hemm l-isforz ġenwin u kollettiv ta’ kulħadd.
Xi jmiss? Ħafna iktar laqgħat fosthom mal-komunità tal-kummerċ, imsieħba soċjali individwali, żgħażagħ, kunsilli lokali u partiti politiċi fost oħrajn. Hemm ippjanati madwar 15-il laqgħa.
Direzzjoni, djalogu, deċiżjonijiet. Hekk għandu bżonn is-settur tat-trasport f’pajjiżna.
et jissemmew nies mill-ġenerazzjoni ġdida ta’ politiċi Nazzjonalisti li huma l-fattur ewlieni għalfejn minkejja l-bidla estetika, fis-sustanza għadhom l-istess. L-istess politiċi żgħażagħ li l-attitudni tagħhom hija ferm u ferm ’il bogħod minn dik li għandhom ikollhom il-ġenerazzjoni ġdida ta’ partit li xi darba kien b’saħħtu imma llum qed ikompli jsir iżjed irrelevanti maż-żminijiet.
Imbagħad mhux ta’ b’xejn li l-Kunsill Ġenerali tal-PN talġimgħa l-oħra ħa dik ix-xejra: kontradizzjonijiet, arroganza u ppuntar ta’ swaba’! Dawk kollha fi ħdan il-Partit Nazzjonalista li huma ġenwini u li għandhom intenzjonijiet tajbin, huma maħnuqa għalkollox mill-manuvri ta’ dawk li l-għatx għall-poter għamiehom, u fil-proċess tilfu kull sens ta’ diċenza. It-triq ’il quddiem għall-Oppożizzjoni hija biss għat-telgħa, u s’issa ħadd mhu jara lanqas xaqq ta’ dawl.
“WASAL
MISTENNI MINN FIN-NORMALITÀ
Nhar il-Ġimgħa ngħata bidu għar-renju tal-bluha, bil-Karnival ta’ Malta fil-Belt Valletta, iż-“żmien mistenni minn kulħadd” u din is-sena b’mod partikolari, ladarba dan l-ispettaklu artistiku qed jerġa’ jittella’ b’mod normali u fi żmienu għall-ewwel darba mindu faqqgħet il-pandemija talCOVID-19.
Organizzat minn Festivals Malta, il-Karnival ta’ Malta hu wieħed mill-eqdem festivals f’pajjiżna, li saħansitra jmur lura għal 500 sena ilu.
Bi programm varjat ta’ attivitajiet mifruxin fuq ħamest ijiem sat-Tlieta li ġej, l-ispettaklu hu garantit u akbar bis-sehem ta’ għexieren ta’ parteċipanti u eluf ta’ kontributuri. Fost l-oħrajn jispikkaw il-karrijiet spettakolari, iż-żfin kompetittiv, il-maskaruni u l-installazzjonijiet.
Fl-ewwel ġurnata tal-Karnival, il-Prim Ministru Robert Abela żar il-postijiet fejn l-artisti tal-Karnival jaħdmu b’dedikazzjoni liema bħalha. Hemmhekk iltaqa’ mal-parteċipanti li kienu għaddejjin blaħħar preparamenti qabel jesibixxu l-karrijiet u l-kostumi tagħhom.
Ta’ min ifakkar li din is-sena l-Karnival ukoll qed iżanżan investiment ta’ €1.2 miljun fi tractors ġodda li qed jiġbdu l-karriji-
et, b’aktar sigurtà u inqas Waqt li l-Ġimgħa Pjazza bin-nies u bil-kuluri, li l-avveniment annwali, programm ta’ żfin fi bir-Re tal-Karnival, karrijiet taż-żfin Sezzjoni A, u żfin) Sezzjoni Ċ.
Il-programm tal-bieraħ, waħda mill-aktar imfittxijin ijiem sħaħ, tant li postijiet San Ġorġ kienu mibjugħin bil-Karnival tat-tfal filgħodu Sezzjoni Ċ.
Fi Pjazza San Ġwann rċilla, il-farsa poetika dwar tieġ fittizju. Waranofsinhar, San Ġorġ kien hemm diversi karrijiet u żfin l-ġurnata għalqet fi famuż “Ballu Tritoni”, DJ Ryan Spiteri. Illum il-Ħadd se jkun filgħodu u anke filgħaxija, si karrijiet, żfin kompetittiv waqt li jerġgħu jsiru p.m. ’il quddiem u l-“Ballu Għada, il-festa kkulurita sokta b’show taż-żfin
IŻ-ŻMIEN MINN KULĦADD” FIN-NORMALITÀ TIEGĦU!
inqas tniġġis.
Pjazza San Ġorġ imtliet li jikkaratterizzaw dan annwali, l-ispettaklu inkluda tliet kategoriji, defilè karrijiet tal-kumpaniji karrijiet trijonfali (bla tal-bieraħ, f’ġurnata li tkun imfittxijin mill-ħamest postijiet għall-Pjazza mibjugħin kollha, kompla filgħodu bi żfin minn
Ġwann saret ukoll il-qatal-Karnival li tittratta Waranofsinhar, fi Pjazza hemm programm ieħor ta’ żfin kompetittiv, waqt li Pjazza Tritoni għallTritoni”, bis-sehem ta’ DJB u jkun hemm programm filgħaxija, li jinkludi diverkompetittiv u l-maskaruni, jsiru l-qarċilla mit-3:00 l-“Ballu Tritoni”.
kkulurita u artistika tisfilgħodu u waranof-
sinhar sfilata bil-karrijiet kollha, waqt li t-Tlieta waranofsinhar ikun hemm show taż-żfin fi Pjazza San Ġorġ u l-gran finale b’defilè tal-karrijiet fi Pjazza Sant’Anna fil-Furjana mis-6:00 p.m. ’il quddiem. Jerġa’ wkoll ikun hemm “Ballu Tritoni” mis-7:30 p.m.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq issit elettroniku uffiċjali ta’ Festivals Malta (www.festivals.mt/karnival) kif ukoll malbieb fejn hu l-każ.
F’dan il-jiem is-servizz tat-trasport pubbliku qed jopera frekwenza speċjali ta’ ċerti rotot minn nofsinhar ’il quddiem illum, waqt li r-rotot l-oħrajn tal-karozzi tal-linja jaħdmu normali madwar Malta. Minħabba d-domanda għolja, ir-rotot talkarozzi tal-linja li se jiżdiedu huma dawk bin-numri 31, 46, 48, 49, 71, 82, 84, 91, 61, u 62.
Il-Malta Public Transport tħeġġeġ lil kulħadd biex jippjana t-trasport tiegħu minn qabel u jagħmel użu mis-servizzi speċjali pprovduti li jaqgħu wkoll taħt l-inizjattiva ta’ trasport pubbliku b’xejn. Aktar tagħrif dwar l-iskedi tal-karozzi tal-linja jinsabu fuq is-sit elettroniku tal-Malta Public Transport (www.publictransport. com.mt)
RINNOVABBLI, SIGURA U AFFORDABBLI
jekk nimpenjaw ruħna għalihom, jistgħu jagħmlu differenza sinifikanti. Se jkunu meħtieġa wkoll miżuri ta’ kontinġenza għal interruzzjonijiet fil-provvista.
(iii) L-aċċellerazzjoni tal-enerġija nadifa. L-enerġija rinnovabbli hija l-irħas u l-aktar enerġija nadifa disponibbli, u tista’ tiġi prodotta domestikament, u b’hekk titnaqqas il-ħtieġa tagħna li nimportaw l-enerġija. REPowerEU se jħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika u se jixpruna investiment massiv fl-enerġija rinnovabbli. Jeħtieġ ukoll li nippermettu lill-industrija u t-trasport jissostitwixxu l-fossil fuels aktar malajr biex innaqqsu l-emissjonijiet u d-dipendenzi.
Sur Editur
Timmaġina lil ta’ denbu twil jagħtik lezzjoni fuq kemm huwa importanti li titqarben, Sur Editur? Lanqas jien. Timmaġina lill-Oppożizzjoni tfaħħar xi ħaġa li jkun għamel il-Gvern tagħna, Sur Editur? Lanqas jien. Daqskemm ma nistax nimmaġina kif qatt jista’ jkun li l-Bejrut u Tereża l-Comodini Cachia jgħallmu lilna u lill-Gvern tagħna kif għandu jkun xandir newtrali.
F’dan l-artiklu li se jkun maqsum fuq żewġ pubblikazzjonijiet, se naraw ix-xogħol u l-miżuri li qed tieħu l-Kummissjoni Ewropea sabiex flimkien mal-pajjiżi membri tassigura enerġija rinnovabbli, sigura u affordabbli, kif ukoll tnaqqis ta’ dipendenza fuq is-sors ta’ enerġija Russu.
Illum se nagħtu ħarsa lejn dan kollu filwaqt li l-ġimgħa d-dieħla naraw kif wieħed jista’ jgħin billi jiffranka l-konsum tal-enerġija tiegħu.
Bi tweġiba għat-tbatija u t-tfixkil globali fis-suq tal-enerġija kkawżat mill-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat il-Pjan REPowerEU.
REPowerEU huwa pjan għal;
• l-iffrankar tal-enerġija
• il-produzzjoni ta’ enerġija nadifa
• id-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-enerġija
Il-pjan hu appoġġjat b’miżuri finanzjarji u legali ħalli jinbnew l-infrastruttura u s-sistema l-ġdida tal-enerġija li teħtieġ l-Ewropa. Azzjonijiet ta’ REPowerEU. Ir-realtajiet ġeopolitiċi u tas-suq tal-enerġija l-ġodda jeħtiġulna nħaffu drastikament it-tranżizzjoni tagħna lejn enerġija nadifa u nżidu l-indipendenza enerġetika tal-Ewropa minn fornituri mhux affidabbli u fossil fuels volatili.
REPowerEU huwa l-pjan tal-Kummissjoni Ewropea biex l-Ewropa ssir indipendenti mill-fossil fuels Russi ferm qabel l-2030, fiddawl tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja. 85% tal-Ewropej jemmnu li l-UE għandha tnaqqas id-dipendenza tagħha fuq ilgass u ż-żejt Russi malajr kemm jista’ jkun b’sostenn għall-Ukrajna. L-Ewropa tista’ tikseb dan aktar malajr jekk taġixxi bħala unjoni.
Il-pjan REPowerEU jistabbilixxi sensiela ta’ miżuri biex titnaqqas b’mod rapidu d-dipendenza fuq il-fossil fuels Russi u titħaffef it-tranżizzjoni ekoloġika, filwaqt li tiżdied ir-reżiljenza tas-sistema tal-enerġija fl-UE kollha. Huwa bbażat fuq:
(i) Id-diversifikazzjoni. L-UE qed taħdem ma’ sħab internazzjonali biex issib provvisti alternattivi tal-enerġija. Fuq medda qasira ta’ żmien, neħtieġu provvisti alternattivi ta’ gass, żejt u faħam malajr kemm jista’ jkun, u jekk inħarsu lejn il-futur se jkollna bżonn l-idroġenu rinnovabbli wkoll.
(ii) L-iffrankar. Iċ-ċittadini, in-negozji u l-organizzazzjonijiet kollha jistgħu jiffrankaw l-enerġija. Bidliet żgħar fl-imġiba,
Enerġija nadifa. It-tmiem tad-dipendenza tal-UE fuq il-fossil fuels Russi se jkun jeħtieġ espansjoni enormi tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli kif ukoll elettrifikazzjoni aktar rapida u sostituzzjoni tas-sħana u tal-fuel ibbażati fuq il-fossili fl-industrija, fil-bini u fis-settur tat-trasport. It-tranżizzjoni lejn enerġija nadifa se tgħin biex tnaqqas il-prezzijiet tal-enerġija maż-żmien u tnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjoni.
Is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli huma l-iktar tip ta’ enerġija nadifa u rħisa disponibbli, u jistgħu jkunu ġġenerati b’mod domestiku, filwaqt li jnaqqsu l-bżonn tagħna fuq l-importazzjonijiet tal-enerġija. Il-Kummissjoni qed tipproponi li żżid il-mira tal-UE tal-2030 għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli mill-40% attwali għal 45%. Il-Pjan REPowerEU se jwassal biex il-kapaċitajiet totali tal-ġenerazzjoni tal-enerġija rinnovabbli jkunu 1,236 GW sal2030, meta mqabbel ma’ 1,067 GW sal-2030 kif kien previst qabel.
L-Istrateġija għall-Enerġija Solari tal-UE se tagħti spinta lill-introduzzjoni tal-enerġija fotovoltajka. Bħala parti mill-pjan REPowerEU, din l-istrateġija għandha l-għan li aktar minn 320 GW ta’ fotovoltajċi solari installati ġodda sal-2025 ikunu online, jiġifieri d-doppju tal-livell tal-lum, u kważi 600 GW sal-2030. Dawn il-kapaċitajiet addizzjonali inizjali jċaqilqu l-konsum ta’ 9 bcm ta’ gass naturali annwali sal-2027.
Industrija nadifa. Is-sostituzzjoni talfaħam, taż-żejt u tal-gass fil-proċessi industrijali se tkun qed tgħin biex jittaffew id-dipendenzi fuq il-fossil fuels Russi, filwaqt li nersqu lejn sorsi tal-enerġija aktar nodfa, insaħħu l-kompetittività industrijali tagħna u nappoġġjaw it-tmexxija teknoloġika tagħna fid-dinja.
• Bis-saħħa tal-elettrifikazzjoni, l-effiċjenza enerġetika, u l-użu tal-enerġija rinnovabbli, l-industrija tkun tista’ tiffranka 35 bcm ta’ gass naturali sal-2030 u dan jisboq il-miri stabbiliti fil-pakkett “Lesti għall-Mira ta’ 55%”.
• Nistgħu niksbu l-akbar tnaqqis fil-gass, kważi 22 bcm, mill-produzzjoni u r-raffineriji tal-minerali mhux metalliċi, tas-siment, tal-ħġieġ u taċ-ċeramika, u tas-sustanzi kimiċi.
• Madwar 30% tal-produzzjoni primarja tal-azzar fl-UE mistennija tiġi dekarbonizzata bis-saħħa tal-idroġenu rinnovabbli sal2030.
Is-settur industrijali se jaqdi rwol ukoll biex tiżdied il-produzzjoni tat-tagħmir u tal-komponenti meħtieġa biex nittrasformaw malajr is-sistema tal-enerġija tagħna.
Ħarġu ktieb dawn biex jgħidulna kif għandu jkun ix-Xandir tal-Istat. Għax qed jgħidu li ma jistax jibqa’ kif inhu. U ejja, ħaqq għall-perlini, minn popolazzjoni ta’ iktar minn nofs miljun, dawn it-tnejn iridu jgħidulna xi jkun xandir ġust? Of all people!
X’kull waħda wkoll. Dejjem jgħaġġbuni dawn in-Nazzjonalisti jien. Issa apparti li jaħsbu li huma krem de la krem, u meta jitkellmu huma jaħsbu li jkun tkellem l-oraklu tal-Ipoġew. Dik storja oħra tal-prepotenza li għandhom.
Ittesserat mal-PeNe jrid jagħtina lezzjoni dwar newtralità filmidja. Kultant naħseb li jien wieħed minn dawk li Alla l-ħanin ma tahx doża żejda tal-għerf kif ta lil ċerti nies, biex ma nifhimx ċerti affarijiet. Ħallini ara, Sur Editur.
Bħall-għerf li għandha Berta l-Metsola. Li rrakkomandat lill-Unjoni Ewropea biex tagħti missili u ajruplani tal-ġlied lill-Ukrajna. Issa jien kontra din il-gwerra li qed jagħmel Putin. M’għadniex żmien il-gwerer u l-atroċitajiet li jġibu magħhom. Jagħmilhom min jagħmilhom.
Imma l-għerf li Alla l-ħanin ma tax lili u tah f’doża doppja lil din il-Metsola, ġegħelha tissuġġerixi li aħna nidħlu fil-gwerra li għaddejja. Kemm hi sabiħa din il-Metsola hux! Ma nafx jien!
Moħħhom fil-gwerer dawn tal-partit tagħhom. Anki Kunsill Ġenerali li kellhom ġabuh gwerra sħiħa. Issa ħalliha li dak li Alla l-ħanin tah doża inqas minni ta’ għerf qal li fil-partit li jaspira li xi darba jmexxi, mhux veru hemm il-ġlied. Perċezzjoni qal. U ajma. Daqskemm hija perċezzjoni li d-dinja ddur max-xemx.
Skont Bernard il-Grech, fil-partit tagħhom ma hemmx firda u ġlied. Issa dan kien preżenti għall-Kunsill Ġenerali. U naħseb semagħhom id-diskorsi li saru. Sakemm ma kienx qed jilgħab xi Warhammer 3 fuq il-mobile u ma bediex jagħti kas. Imma nsomma. Fl-għeluq tal-Kunsill ħareġ ċar li mhux biss firda bejniethom għandhom. Imma hemm trinka fonda iktar minn Wied il-Ħmar li hemm fl-Imġarr. Mela kien hemm waħda Doris, il-President tal-Kumitat Sezzjonali ta’ Ħal Qormi tal-PeNe, li qalet bla tlaqliq li t-tmex— xija ta’ Bernard il-Grech tiġi taqa’ u tqum mill-Kumitati Sezzjonali. Din Doris qalet li kandidati tal-partit tagħhom jużaw dawn il-kumitati biss biex idaħħlu lil nieshom fil-Kunsill Ġenerali tal-partit tagħhom.
U mhux ta’ min jitnellaħ biha lil din Doris, Sur Editur. Għax il-Pre— sident tal-Kunsill, Mark Anthony s-Sammut beda jgħidilha bil-pulit biex tagħlaq ħalqha, u ta’ mara li hi telqet ’il barra mis-sala. Semgħuha tgedwed li jekk ħasbuha li tgħix f’Wied is-Sewda, lejn tal-Istabar u ta’ Faqqani f’Ħal Qormi, imorru jitnellħu. Iva perċezzjoni qanna, Grech! Faqqgħalna ċajta oħra u ħu perlina, għax ninsabu fi żmien in-nelħ tal-Karnival.
Lanqas lill-President tar-Riċerka tal-partit tagħhom, Mary Ann il-Lauri ma sema’ għandu jkun. Din oħra temmen fid-demokrazija li tal-PeNe jippretendu li huma ċ-ċampjins, Sur Editur. Lil dawk li kkritikaw lill-partit għajrithom opportunisti u beżżiegħa. Ċiss kemm huma sbieħ!
Imbagħad fl-istess nifs din il-Lawri ħarġet fil-beraħ dak li hemm fil-partit tagħhom. Qalet li l-ikbar għedewwa tal-partit tagħhom, huma l-firda, l-ambizzjonijiet personali, it-tixrid u l-kliem fil-vojt u l-gambetti interni.
Iva qanna perċezzjoni, Grech! Ibla’ perlina oħra.
Issa din il-Lawri xogħolha tirriċerka. Aħjar tipprova tirriċerka fejn se ssib doża għerf, biex ma tgħidx kazzati iktar bħalma qalet fuq is-servejs. Biex tgħaddihom minn għajn il-labra qaltilhom lil dawk l-erba’ intamati li kellha quddiemha, biex ma jagħtux kashom. Kunu bil-għaqal qaltilhom!
Għad-dieħla!
X’KELLEK F’MOĦĦOK?: TAĦDITA DWAR
SAN ĠORĠ PRECA U L-INTENZJONI RETTA
Iċ-Ċentru Studji Dun Ġorġ, fi ħdan is-Soċjetà tal-MU SEUM, qed jorganizza taħd ita għall-pubbliku mill-Professur Joe Friggieri nhar it-Tlieta li ġej, 21 ta’ Frar, fis-Sala tal-Konferenzi ta’ Dar il-Ħanin Samaritan, Triq il-Palazz l-Aħmar, Santa Venera, fis-7.00 ta’ filgħaxija. Is-serata se tinkludi wkoll it-tnedija talħarġa 49 tar-rivista “Dun Ġorġ”, edizzjoni kommemorattiva bil-kitbiet u d-diskorsi tal-Professur Fr Peter Serracino Inglott fuq Dun Ġorġ Preca.
Għalkemm Peter Serracino Inglott (19362012) iltaqa’ tard ma’ Dun Ġorġ (1880-1962), kif jistqarr fl-ewwel artiklu li kiteb fil-bidu tas-snin 70, l-ewwel darba li ltaqa’ miegħu fis-seminarju “mill-ewwel għaraf il-bixra profetika ta’ Dun Ġorġ li kienet tilma f’għajnejh”, jgħid Toni Cortis fid-daħla għal din l-edizzjoni speċjali tar-rivista. “F’għajnejn Dun Ġorġ, Fr Peter kien jara daħka pjuttost imqarba ta’ umoriżmu ironiku. Mas-snin, din id-daħqa f’għajnejn Dun Ġorġ bdiet tikxef, għal Fr Peter, il-kwalità li turi l-ispiritwalità tiegħu li tpoġġih mal-kategorija ta’ qaddisin li jgħidulhom ‘boloh għal Kristu’.”
Fil-fatt, il-leitmotiv talkontribuzzjonijiet kollha f’din il-ġabra li nkitbu mit-tmenijiet ’l hawn, hu dejjem il-bluha talboloh għal Kristu li, skont Fr Peter, isieħbu lil Dun Ġorġ ma’ San Franġisk t’Assisi u ma’ San Filippu Neri. F’Dun Ġorġ, Fr Peter kien jara dak it-tip ta’ Nisrani li donnu dejjem iġarrab disfatti, hekk li d-dinja tidħaq bih, imma hu jirnexxilu jqum wara kull waqgħa u b’hekk jikseb is-suċċess aħħari u l-ġieħ dejjiemi, bħalma Kristu nnifsu rebaħ permezz tas-salib.
Il-Professur Joe Friggieri li ħadem fil-qrib ma’ Fr Peter Serracino Inglott se jitkellem dwar Dun Ġorġ u l-intenzjoni retta f’taħdita bl-isem “X’kellek f’moħħok?” Il-mibki John Formosa Sinjali (19312019) li kien Segretarju Ġenerali tal-MUSEUM u ħadem fil-qrib ma’ Dun Ġorġ jgħid li l-enfasi tiegħu fuq l-intenzjoni retta hi wieħed mis-sinjali tal-maturità spiritwali ta’ Dun Ġorġ.
Fi kliem Dun Ġorġ innifsu, “b’intenzjoni retta m’għandux wieħed jifhem kull azzjoni tajba magħmula, iżda kull azzjoni tajba jew indifferenti magħmula b’intenzjoni
retta, jiġifieri għall-glorja ta’ Alla. Kull intenzjoni li fiha ma jidħolx Alla, jew xi ħaġa li tappartjeni lilu, bħalma huma l-attributi tiegħu, l-intenzjoni mhi retta xejn” (L-Intenzjoni
Retta).
Formosa jgħid li Dun Ġorġ “qatt ma waqaf jikber fl-imħabba lejn Alla. Fit-triq tal-perfezzjoni ma kienx hemm tmiem, u baqa’ jħabrek sal-aħħar ta’ ħajtu li jersaq iktar qrib lejn Alla u l-proxxmu. Qatt ma kien jistrieħ fuqu nnifsu, iżda dejjem jistrieħ fuq Alla u l-qawwa tal-ħniena tiegħu.
Għalih kollox kien rigal t’Alla b’xejn li hu kien jaċċetta bl-ikbar rikonoxxenza. U għalhekk
l-għajta tiegħu kienet “Soli Deo honor et gloria” (Lil Alla waħdu unur u glorja). Kien espert dwar l-intenzjoni retta u, filwaqt li hu kien attent fuqu nnifsu, kien dejjem jipprietka dan is-suġġett lil uliedu. Id-dixxerniment tiegħu kien dejjem mibni fuq il-kriterji ta’ Ġesù Kristu” (“L-Ispiritwalità ta’ Dun Ġorġ”).
Fil-fatt, lil Dun Ġorġ sejħulu “l-Predikatur tal-Intenzjoni Retta”, għax ipprietka ħafna fuq dan is-suġġett. Hu ħalla wkoll żewġ kitbiet importanti fuq l-istess suġġett. L-ewwel wieħed kien stampat fl-1931 fis-serje tal-kotba tax-xhur maħsub biex jinqara paġna kuljum matul ix-xahar ta’ Ġunju, L-Intenzjoni Retta –Qari għax-xahar ta’ Ġunju. Ilktieb l-ieħor hu aktar fit-tul u jġib l-isem L-Intenzjoni Retta (1945).
Kulħadd mistieden għattaħdita tal-Professur Friggieri fejn m’hemmx ħlas u lanqas m’hemm il-bżonn li wieħed jirriserva post għaliha. Wieħed jista’ jibgħat email fl-indirizz csdg@sdcmuseum.org għal aktar tagħrif.
RAĦAL LI XETTEL GĦERUQU
Mas-snin, bl-iżvilupp infrastrutturali li esperjenzajna, l-irħula li konna nsibu f’pajjiżna ċċajp ru u dabu, biex baqgħu biss fil-memorja ta’ nies anzjani. Preżentement ma fadalx spazju bejn raħal u ieħor, għax imtela bil-bini u kull raħal sar meqjus bħala belt, iżda l-anzjani xorta għadhom jiftakru l-irħula bis-sbuħija li kienu joffru. Illum se nittrattaw, ‘ir-raħal’ tal-Ħamrun, li wkoll jitqies bħala belt. Kif jistqarr PETER CALAMATTA, il-Ħamrun bħala raħal, kien l-aktar lokal li ffjorixxa minn żmien it-Tieni Gwerra ’l hawn. U fil-fatt se jwasslilna memorji personali li esperjenza fil-Ħamrun.
Minn CHARLES B. SPITERI
Peter Calamatta jsemmi li hu, ħutu u l-familja tagħhom għexu parti kbira minn ħajjithom fil-Ħamrun. Kienu tliet aħwa subien: Alfred, Narcy u hu. Ilkoll twieldu fi żmien il-gwerra u kienu joqogħdu fi Triq Brighella. Jirrakkonta li ftit qabel twelidu, it-triq faċċata tagħhom, jiġifieri Triq Eldorado, kienet waqgħet kollha bilbombi tal-għadu.
Ma kinux ġejjin minn familja sinjura, iżda fil-gwerra, kellhom ziju jaħdem man-NAAFI u ieħor fil-provvisti tal-Armata, u t-tnejn kienu jfornuhom b’xi ħwejjeġ tal-ikel, bħal ġobon u dqiq, li bihom kienu jgħinu wkoll lill-ġirien. Minkejja l-faqar li kien jeżisti jistqarr li hu kburi li hu Ħamruniż u jgħid li hemm Ħamruniżi oħrajn li għamlu isem f’Malta, avolja l-Ħamrun bħala villaġġ ma tantx kellu x’joffri. Iżda l-verità hi li l-Ħamrun jinsab f’post ċentrali u n-nies kienu jagħżlu li jmorru joqogħdu fih għax kienu jafu li jsibu fejn jaħdmu, u ma jkollhomx bogħod. Għax fiż-żmien li qed jirrakkonta, in-nies ma kinux jikkalkulaw kemm idumu biex jaslu bil-karozza, iżda bil-mixi. U għal min jimxi mill-Ħamrun sal-Belt Valletta ma kinitx
tkun xi ħaġa kbira. Bħalma lanqas kienet titqies rari l-mixja fis-sajf li mill-Ħamrun teħodhom sa Għar id-Dud biex jieħdu għawma.
L-industriji u
t-Teatru Radio City
Peter Calamatta jgħid li mażżmien, madwar il-Ħamrun u hekk kif tersaq lejn Santa Venera u Birkirkara min-naħa u l-Marsa min-naħa l-oħra, bdew jiffurmaw bosta fabbriki, u l-mixja għax-xogħol mill-Ħamrun kienet tkun biss ta’ madwar 20 minuta.
Iżid li meta nbniet il-knisja, li hi waħda monumentali u sabiħa immens, li hi mfassla
fiċ-ċokon, speċjalment il-koppla, fuq il-Vatikan, iddedikawha lil San Gejtanu. Jgħid li n-nies kienu devoti ferm lejn dan il-qaddis, għalkemm jaħseb li ħadd ma kien jaf min kien, iżda mill-ewwel kienet issir l-aqwa festa Maltija, fejn kienu jirrikorru għaliha bosta nies minn barra l-pajjiż.
Minbarra dan, fil-Ħamrun kien hemm żewġ każini tal-Banda fenomenali. Kienu baned tajbin, jgħallmu lill-istudenti u minnhom ħarġu mużiċisti kbar.
L-ikbar post prominenti li jara li kien hemm fil-Ħamrun kien it-teatru Radio City. Jirrakkonta li dan inħoloq grazzi għal missieru, li kien iżomm il-kotba ta’ wieħed sinjurun Malti, Ġużè Schembri, magħruf bħala ‘talgħaġin’. Kien sinjurun għax kien l-uniku wieħed li kellu fabbrika tal-għaġin f’pajjiżna. Kienet fin-naħa ta’ fuq tal-Ħamrun.
Darba, lil missieru qallu li xtaq jibni xi ħaġa famuża, u missieru, li kien iffissat fl-opra, ħariġlu bl-idea li jibni teatru u jsemmih għar-Radio City
ta’ New York. Il-valur tar-Radio City fil-Ħamrun deher sew meta ħa post it-Teatru Rjal, li twaqqa’ bil-bombi. Terġa’ dak iż-żmien, it-Teatru Manoel kien għadu magħluq u dam hekk żmien twil.
Ir-Radio City, li fost l-oħrajn kien jippreżenta l-opri u l-operetti Taljani, għen lill-Ħamrun u lil Malta fit-tixrid imprezzabbli tal-kultura. Familja mużikali Ħamruniża li kienet tiġi mill-familja Calamatta kienet il-familja Chircop. F’din konna nsibu lil Oreste Kirkop, li mill-istess Radio City, sar tenur ta’ fama dinjija.
L-ewwel kien mar l-Ingilterra, fejn sar magħruf f’Covent Garden, imbagħad ġrew warajh il-kumpaniji tat-talkies ta’ Hollywood, għax kien għadu kif miet Mario Lanza u riduh b’sostitut. Mar ukoll l-Amerka, fejn għamel suċċess kbir b’kunċerti fil-Hollywood Bowl.
Ħamruniż ieħor li lil Malta għamlilha isem u ġieħ kbir kien is-surmast u kompożitur Charles Camilleri, li kien joqgħod quddiem dik li dari kon-
na nirreferu għaliha bħala Pjazza Fra Diegu. Maġenbhom kien joqgħod Dun Frans Camilleri, poeta magħruf. Aktar ’il fuq kien joqgħod ukoll l-Eks President Anton Buttigieg, li wkoll kien poeta tajjeb ferm. Dan, għalkemm ma twelidx il-Ħamrun, kien ‘ankra’ hemm u sar magħdud bħala Ħamruniż. Jiġifieri l-Ħamrun kien il-bejta għal ħafna ħwejjeġ sbieħ u tajbin li mbagħad infirxu mal-pajjiż kollu u mad-dinja.
Il-Liċeo: l-ikbar u l-isbaħ skola f’Malta
Peter qalli wkoll li l-Ħamrun kellu l-unur bl-ikbar u bl-isbaħ skola li kien hawn f’Malta u li żgur qatt ma jista’ jkun hawn bħalha. Semmieli l-Liċeo. Qalli li l-ewwel beda bħala skola sekondarja żgħira wara l-Għassa tal-Pulizija tal-lokal u mbagħad bnew il-Liċeo, in-naħa ta’ fuq tal-Ħamrun, qrib il-knisja talFranġiskani.
Biex tidħol għall-istudju hemm kien isir speċi ta’ konkors ma’ Malta kollha, fejn
jekk fl-eżami ma tiġix mal-ewwel 100, ma tidħolx. Il-Liċeo kellu l-vantaġġ, għax l-ewwel nett kien bla ħlas, peress li kien tal-Gvern u t-tieni, għax biex jibnuh fuq sisien tajba, kienu jġibu numru sew ta’ għalliema barranin, partikolarment tal-Ingliż u tax-Xjenza.
San Ġorġ Preca
Persunaġġ ieħor li lill-Ħamrun għamillu unur kbir, avolja oriġinarjament ma kienx Ħamruniż, kien Dun Ġorġ Preca, illum qaddis.
Kif ingħad diġà, il-familja Calamatta kienet toqgħod fi Triq Brighella, li tiġi kantuniera ma’ Triq Villambrosa, fejn kien infetaħ l-ewwel MUSEUM. Terġa’ Dun Ġorġ kien iqaddes kuljum, filgħodu u filgħaxija fil-parroċċa San Gejtanu. Biex minn Villambrosa jmur il-knisja, kellu bilfors jitla’ minn Triq Brighella, idur għal Triq Eldorado, jitfaċċa fi Strada Rjali u jidħol fil-knisja. Wara, jagħmel l-istess triq lura.
Ta’ tfal li kienu, qabel l-isko-
KULLIMKIEN
la kienu joqogħdu fuq it-tarġa ta’ barra, jistennew lil Dun Ġorġ. Kif jasal maġenbhom kien iberikhom kollha: jagħmlilhom salib kull wieħed fuq moħħhom – mhux iġri u ġerri. Peter jemmen li kienu jħossu s-Santità tiegħu u jxommu r-riħa ta’ ġiżimin warajh; kif jgħidu li kienu jagħmlu l-qaddisin.
Peter żied jgħidli li l-unika sfortuna ta’ Dun Ġorġ Preca kienet li dawk ta’ madwaru ma kinux bħalu. Kienu daqsxejn antikwati fis-sistema tagħhom u sfortunatament, meta kuljum kienu jmorru l-museum, kienu jgħallmuhom reliġjon tal-biża’, li kulma tagħmel hu kollox ħażin u kważi kważi se tispiċċa l-infern. Sostna li kienu jagħmlu hekk mhux għax kienu kattivi, iżda antikwati, tant li meta kien imur jgħallimhom Dun Ġorġ, kien joffrilhom tagħlim ta’ ferħ, li temmen f’Alla u tgħix kif qalilna Ġesù Kristu. Filwaqt li Dun Ġorġ kien bniedem pożittiv, il-membri tal-Museum kienu negattivi.
Ħames teatri fil-Ħamrun
Bħal postijiet oħra f’Malta, il-Ħamrun ma tantx kien hemm x’tagħmel f’dak li hu ekstrakurrikulari, ħlief forsi tmur sat-teatru, li kien jiswa l-flus. Lanqas televixin ma kellna. Kellna radju, li kien jitqies bħala lussu u n-nies kważi kienu jgħiru għalina, għax huma kellhom biss is-servizz
tar-Rediffusion.
B’ton nostalġiku Peter jgħid li dan ir-radju kien kaxxa żgħira, jis mu Bush, b’żewġ pumi tondi, wieħed għat-tiftix tal-istazz jon u l-ieħor għall-volum u għalkemm kien fid-dar tagħhom, ma kellhomx permess imissuh, għax kien ta’ missierhom. Dejjem fuq l-istazzjon Ingliż, għax kien Ingliżizzat aktar mir-Reġina!
Kien joħroġ kmieni għax-xogħol u jħallihulhom mixgħul fuq l-aħbarijiet Ingliżi li jibdew fis-sebgħa ta’ filgħodu. Kien ikun iridhom isegwuhom, għax filgħaxija kien jistaqsihom fuqhom. Wara l-aħbarijiet ta’ filgħodu kien ikun hemm programm ieħor jismu News After the News u programm qasir From the Papers
Dawn it-tliet programmi kienu jintemmu sat-tmienja, il-ħin li fih kienu jitilqu għall-iskola. Meta filgħaxija jiġu biex jieklu kienu jgħidulu xi xxandar.
Peter jiftakar li darba kien hemm l-aħbar tal-assassinju ta’ Gandhi f’Kalkutta. Allura ġegħilhom jaqbdu l-Atlas; ktieb bil-mapep tad-dinja kollha, isibu Kalkutta u wara, minn mapep oħra jaraw fejn tiġi l-Indja u kemm hi bogħod minn Malta. B’hekk tgħallimna ħafna.
Żvarjun li kellhom dak iż-
kien li n-nies kienu jridu jħallsu biex jidħlu t-talkies, kif kienu jsejħulhom dak iż-żmien. Dawn ħadu isimhom hekk fostna, għax qabel il-gwerra l-filmati kienu bla kliem. Imbagħad Al Jolson beda jlissen il-kliem filfilms u minn talking, il-Maltin ħarġu l-kelma talkies.
Il-kelliem jgħid li fil-Ħamrun kienu xxurtjati għax bħala teatri kellhom it-Trianon, kważi quddiem il-knisja; irRex, kif iddur minn fejn kienu joqogħdu u qabel ma toħroġ għal Strada Rjali; l-Odeon, iżjed ’l isfel, kważi tkun wasalt wara l-Pjazza; il-Hollywood, li kien teatru kbir u sabiħ, fejn illum fetaħ supermarket u aktar ’l isfel ir-Radio City, li meta ma kienx ikun hemm affarijiet oħra, kien idawwar il-filmati. Il-Hollywood kien l-aħħar teatru li nbena, wara li kien introdott is-cinemascope, fejn l-iscreen kien ikbar u l-kulur aħjar.
Ta’ Calamatta kellhom ix-xorti li missierhom kien jaf lil dawn in-nies kollha taċ-ċinema u għalhekk kif jagħrfuhom, kienu jdaħħluhom bla ħlas. Raw mijiet ta’ films, iżda l-ak-
tar tnejn li baqgħu stampati f’moħħ Peter kienu
The Wizard of Oz ta’ Judy Garland, li impressjonah immens bil-pożittività tiegħu u Never Take No For an Answer, fuq tifel li ffissa li l-Papa kellu jberiklu l-ħmara li kellu. Kulħadd ikeċċih, iżda flaħħar jirnexxilu. U l-messaġġ kien li waqt li tara kollox ħażin, ma għandek taqta’ qalbek qatt. Dan il-film baqa’ jaħdem fih, fejn wieħed ma jaċċettax il-le mhux b’suppervja, iżda għax dejjem hemm possibbiltà ta’ dik il-ħaġa li tkun tixtieq tagħmel. U tibqa’ tinsisti sakemm tagħmilha.
Peter ma naqasx li jsemmili li l-Ħamruniżi kienu famużi wkoll għad-dulċiera. Kien hemm bosta minnhom, partikolarment tnejn minnhom kienu aħwa, li ramaw għalihom; wieħed quddiem il-Pjazza u l-ieħor quddiem il-knisja. Dan tal-aħħar għadu jeżisti sal-lum. L-ieħor sar ħanut tal-ilbiesi tat-tiġijiet. Kien hemm ukoll ta’ Ciscaldi, Privitera, Tivoli, eċċ.
Il-Ħamrun kien post ideali u famuż għad-dulċiera. Jiġifieri ma noqogħdux lura u ma nfaħħrux lill-Ħamrun, għax minn dan il-lokal ħarġu ħafna u ħafna affarijiet, barra li minn biċċa villaġġ, sar belt. Però għadu mdawwar bl-iskejjel u partikolarment b’dawn l-industriji ż-żgħar.
Peter semmieli wkoll li sallum għadna nsibu ċentru importantissimu fil-fabbrika li
kienet tal-Milk Marketing Undertaking (MMU), għax it-tqassim tal-ħalib kien ċentralizzat mill-Gvern u għalkemm illum hi ditta privata, il-prodott dejjem baqa’ l-istess. Robert Felice, iz-ziju ta’ Peter, li kien fizzjal fl-Armata, kien l-accountant tal-impriża u kultant kienu jakkwistaw xi flixkun ħalib bla ħlas.
Qalli li dak iż-żmien kienu jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna għax kien hawn ħafna mard differenti u minn hemm solvew il-problema li n-nies jieħdu marda relatata mal-ħalib. Jiġifieri l-magna tal-ħalib, kif kienu jsibuha dak iż-żmien, kienet binja importanti ħafna għal Malta kollha.
Mill-Ħamrun twieldu u nfirxu ħafna affarijiet u ħarġu nies importanti li mexxew u ġabu risq lill-pajjiż. U llum, il-Ħamrun għadu simbolu tal-ħaddiem Malti, dedikat għal xogħlu u li jagħmlu b’ċerta kburija. Peter Calamatta jisħaq li mill-Ħamrun twieled kollox.
Temm jgħidli li hu qatta’ l-ewwel 20 sena ta’ ħajtu jgħix il-Ħamrun u wara siefer biex ikompli bl-istudji tiegħu fil-qasam tal-ortikultura.
U għalhekk jibqa’ jsostni li m’hawnx belt jew raħal ieħor f’Malta, li jista’ jkun attribwit lilu l-unur li xettel dawn l-għeruq kollha mal-pajjiż kollu, li oriġinaw ruħhom fit-totalità tagħhom mill-Ħamrun.
Hu għalhekk li l-Ħamrun hu tant għal qalbu.
1969 - MALTA F’GĦAJNEJN IN-NUNZJU GIUSEPPE MOJOLI
Bħal dejjem, il-bniedem donnu jinteressawh l-istejjer ta’ x’ġara, x’kien jagħmlu u kif kienu jgħixu ta’ qabilna. Illum ser nagħtikom ftit tagħrif dwar dan li semmejt imma mhux ta’ ħafna żmien ilu. Xorta waħda huwa interessanti u tara kemm iż-żmien ibiddel malajr u jġib progress jew sejjaħlu li tixtieq.
Ta’ min insemmu li bejn l-1969 u l-1971, l-istat tal-Vatikan kien irrappreżentat f’Malta min-Nunzju Giuseppe Mojoli. Mojoli, minn Bergamo fl-Italja, kien it-tielet Nunzju minn wara l-Indipendenza ta’ Malta meta l-istat ġdid Malti beda jwaqqaf ambaxxati madwar id-dinja u joħloq relazzjonijiet diplomatiċi ma’ pajjiżi internazzjonali.
Monsinjur Mojoli kien ukoll l-ewwel nunzju residenti f’Malta. Qabel Malta, qatta’ disa’ snin fl-uffiċju ta’ Nunzju fl-Etijopja. Dwar dan il-passaġġ f’ħajtu kiteb ktieb li kopja tiegħu wieħed jista’ jsibha wkoll fil-librerija tal-Università ta’ Malta.
Kien irrappreżenta lill-Papa Ġwanni XXIII fil-festi tal-Indipendenza tal-Uganda.
Zijuh Don Giuseppe Mojoli kien espert fil-Kotba Mqaddsa. Inħatar Nunzju għal Malta wara Monsinjur Saverio Zupi li fil-verità qatt ma assuma l-kariga minħabba li fil-frattemp kien marad serjament.
Din hija ħarsa ħafifa ta’ kif in-Nunzju Mojoli kien iħares lejn Malta minn kitbiet tiegħu ta’ qabel l-1971.
In-Nunzju kien innota li x-xita hija pjutost limitata filkaż ta’ Malta u li l-ogħla temperatura fis-sajf tkun 23 grad celsius. Għalkemm iżid ukoll li ma jidhirx li Malta kellha skarsezza ta’ ilma. L-Arċisqof Mojoli żied li f’Malta ta’ żmienu kien hemm iktar nisa milli rġiel minħabba li ħafna rġiel kienu telqu mill-gżira bħala emigranti. Ma jonqsux kummenti fuq il-partiti politiċi f’Malta. Jgħid li Malta għandha żewġ partiti ewlenin – l-istess tallum – u jżid li għandha wkoll żewġ partiti mingħajr importanza. Għalih tant mhumiex importanti li lanqas l-isem ma jsemmi. Kien qed jirreferi għall-Partit Demokratiku Nazzjonalista tal-Avukat Herbert Ganado u l-Partit tal-Ħaddiema Nsara ta’ Toni Pellegrini. Bejniethom iżżewġ partiti kienu tellgħu tmien siġġijiet fl-elezzjoni tal-1962 imma sal-1970 meta qed jikteb in-Nunzju, kif nafu kienu majnaw għalkollox u kienu passat jew biex wieħed ikun eżatt, fix-xifer tax-xoljiment.
Monsinjur Mojoli kkonkluda li għalkemm il-Partit Laburista jsejjaħ lilu nnifsu soċjalista, kellu programm ekonomiku kważi identiku għal dak tal-Partit Nazzjonalista. Jinnota li l-PN fil-gvern kien kontra d-dħul taċ-Ċina fil-Ġnus Maqgħuda u ma
ħallhiex lir-Russja tiftaħ ambaxxata f’Malta u lanqas ma taha
Maltin filwaqt li ta aċċess għall-flotta tan-NATO.
Skont l-Arċisqof Mojoli għalkemm il-Gvern Nazzjonalista ta’ Borg Olivier kien jidher kajman u li jieħu ħafna żmien biex imexxi, in-Nunzju jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-partiti l-kbar kellhom pożizzjonijiet opposti għan-NATO. Il-PN kien favur waqt li l-Partit Laburista kien kontra l-organizzazzjoni msemmija.
Skont in-Nunzju Giuseppe Mojoli għalkemm il-Labour jitkellem fuq politika newtrali kellu simpatiji lejn il-
Lvant. Skont hu fil-partit imsemmi, kien hemm membri – għalkemm ma jsemmihomx b’isimhom u b’kunjomhomli fil-privat kienu jammettu li kienu ta’ dan l-ideal.
In-Nunzju Mojoli osserva li f’dak il-mument li hu kien qed jikteb ir-reazzjoni tiegħu ma setax jipprevedi min se jirbaħ l-elezzjoni li kien imiss. Li kien żgur li l-Labour kien iktar attent fil-kompartamenti politiċi u pubbliċi tiegħu. Probabbli anki riżultat talftehim tal-1969, bejn il-Knisja u l-Partit Laburista, li hawn in-Nunzju ma jirreferix għa-
lih.
In-Nunzju kien kuntent li l-edukazzjoni f’Malta titlaq mill-punt Kattoliku u semma kif id-Dipartiment tal-Edukazzjoni lokali kien anki jimpjega spetturi reliġjużi. Ilmenta li l-għajnuna finanzjarja li l-Gvern kien jagħti lill-iskejjel tal-Knisja kienet insinifikanti.
Monsinjur Mojoli nnota li t-turiżmu f’Malta kien qed jikber mhux ħażin. Ikkwota li fl1964, 38,000 turist żaru Malta u sa ħames snin wara dawn qabżu għal 186,000. F’Malta tal-1970 kellek iktar minn 100
lukanda li bejniethom kienu joffru 8,000 sodda. Osserva li t-turiżmu Malti kien jiddependi wisq fuq is-suq Ingliż. Semma li dik il-ħabta l-Gvern kien beda jirriklama lil Malta fil-Ġermanja tal-Punent u fl-Iżvezja. Skont hu, kien żball li t-titjiriet diretti bl-ajruplani minn Malta kienu jmorru biss Ruma u Londra.
In-Nunzju studja wkoll il-familja f’Malta u osserva fenomenu fejn iż-żgħażagħ
Maltin irġiel kienu qed jiżżewġu nisa barranin u dawn bħala koppja kienu qed jagħżlu li jgħixu barra l-pajjiż flok f’Malta.
Ma tonqosx ukoll analiżi tal-arċidjoċesi ta’ Malta u d-djoċesi Għawdxija u kummenti dwar l-Isqfijiet Maltin. Skont Mojoli, il-popolazzjoni Maltija kienet reliġjuża ħafna u prattikanti ħafna. Malta (fl-1970) kellha 57 parroċċa, 313-il knisja, 419-il saċerdot djoċesan u 459 reliġjuż. Malta kellha ħames knejjes kolleġjali bil-kapitli b’kollox. Ippreżenta t-teżi li Malta ma ġietx influwenzata wisq mil-liġi Napoleonika u dan fil-prattika fisser purċissjonijiet kbar, ħwejjeġ korali “splendenti”, logħob tan-nar u rivalità bejn il-baned.
Mojoli ta stampa pjuttost ħawtiela tal-Arċisqof Mikiel Gonzi. Semma li ta’ 85 sena kien għadu b’saħħtu għalkemm kien qed jittarrax xi ftit u jgħid li kien għadu attiv ġmielu meta tqis l-età li kellu. Skont hu, Monsinjur Gonzi kien mogħni b’rispett kbir lejn il-Papa, is-Santa Sede u d-dmirijiet tiegħu. Ikkritikah li ma kienx dispost wisq għar-riformi u li dawn kienu jimxu b’pass ta’ nemla.
Dik kienet ħarsa qasira lejn Malta tal-1969 u l-1970 minn għajnejn prelat barrani. Kos hux, l-istorja tinkiteb, in-nies iħalluna u l-ġenerazzjonijiet ta’ wara jkollhom fuqiex jistudjaw.
STOCK TAL GVERN
MALTA GOVERNMENT STOCKS
Investiment Sod
Ħruġ ta’ 200,000,000 fil Malta Government Stocks – B’Rata ta’ Mgħax Fissa (soġġett al dritt li died l ammont li andu jin abar sa massimu ta’ € ,000,000)
Stocks tal-Gvern ta’ Malta B’Rata ta’ Mgħax Fissa
L-Accountant General iħabbar il -ħruġ ta’ €200,000,000 Stock tal-Gvern ta’ Malta f’xi wieħed jew f’kull wieħed minn dawn iż-żewg stocks:
) 3.50% Stock tal Gvern ta’ Malta Is Sitt Ħruġ) li jimmatura fl 2028, prezz ta’ €101.25 b’YTM ta’ 3.2434%
(li j ib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 3.2697%) u
(ii) 4.00% Stock tal Gvern ta’ Malta (L Ewwel Ħruġ) li jimmatura fl 2043, prezz ta’ €100.00 (par) b’YTM ta’ 3.9996%
(li j ib rendiment ta’ rata annwali ekwivalenti għal 4.0396%).
Is-somma li għandha tinġabar tista’ tiżdied b’ €150,000,000 oħra f’każ li d-domanda tkun aktar mill-ammont offrut.
Applikazzjonijiet minn membri tal-pubbliku għall-ammont sa massimu ta’ €499,900 kull persuna f’xi wieħed jew f’kull wieħed miż-żewg stocks li qegħdin jiġu offruti jiftħu t-Tnejn, 20 ta’ Frar 2023 fit8 30 a m u jagħlqu fis-2 30 p m tal-Erbgħa, 22 ta’ Frar 2023.
Applikazzjonijiet minn investituri wholesale li jkunu magħmulin f’offerti b’irkant jiftħu nhar ilĠimgħa, 24 ta’ Frar 2023 fit-8.30 a.m. u jagħlqu f’nofsinhar (CET) tal-istess ġurnata, jew aktar kmieni fid-diskrezzjoni tal-Accountant General
formoli tal applikazzjoni jistg u jinkisbu minn u u depo itati and Membri kollha tal Bor a ta’ Malta u Provdituri ra awtorizzati ta’ Servizzi ta’ Investiment fid dati msemmija Formoli talapplikazzjoni jistg u jitni żżlu wkoll minn fuq is sit elettroniku tat Te or www treasury gov mt milĠimgħa 17 ta’ Frar 202 offerti fuq formoli preskritti ħandhom jintbag tu permezz ta’ mail indirizzi indikati fuq formoli tal applikazzjoni.
GĦAL INVESTIMENT SOD U LIKWIDITA’ FEJN L IMGĦAX JITĦALLAS SA DAK ILJUM LI L STOCKS JINBIEGĦU
◆ SIGURTA’ ◆ LIKWIDITA’ ◆ IMGĦAX KULL SITT XHUR ◆ (Il-valur tal-investiment jista’ jitla’ jew jinżel sa meta jimmatura)
Dipartiment tat Te or, Development House, Level 2-3, Triq Sant’Anna, Floriana, Malta Tel: 2596 7125
ELAINE HUN
REBĦET IT-TITLU MRS MALTA
Il-personalità li intervistajt illum ġejja mill-kamp tal-moda, fejn fil-passat kellha ħafna suċċessi u titli li rebħet waqt kompetizzjonijiet tal-immudellar. Qed nirreferi għal Elaine Hun.
Għandha 41 sena, trabbiet Birkirkara u minn hemm mal-ġenituri tagħha marru joqogħdu n-Naxxar fejn għamlet il-maġġoranza taż-żgħożija tagħha u għamlet ħafna ħbieb. Bħalissa tgħix temporanjament l-Imġarr.
Għandha tewmin subien Logan u Trystan li llum il-ġurnata għandhom 11-il sena u tirreferi għalihom bħala żewġ anġli. Minn ċkunitha dejjem kellha l-annimali għal qalbha fejn kienet tipparteċipa f’wirjiet tal-klieb, kif ukoll kompetizzjonijiet u tista’ tgħid li dejjem kienet issibha fuq quddiem jew l-ewwel post. Minkejja li kienet studjat għal infermiera, l-annimali baqgħu marbutin ma’ qalbha, tant li telqet kollox meta kellha 19-il sena u marret tgħix u taħdem barra minn Malta f’diversi pajjiżi sabiex tħarreġ dniefel, iljuni tal-baħar, kif ukoll pappagalli.
Kompliet tgħidli li dan ix-xogħol għamlitu għal 16-il sena sakemm kellha t-tfal li peress li kienu tewmin kienu jirrikjedu ħafna xogħol, allura dak iż-żmien peress li
kienet miżżewġa ddeċidew li tieqaf u tkompli trabbi t-tfal. Illum il-ġurnata qed taħdem ma’ kumpanija fejn iġibu diversi ditti ta’ ikel tal-annimali u jqassmuhom fil-ħwienet kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Illum il-ġurnata tħossha sodisfatta li ħadmet kemm setgħet mat-tfal tagħha speċjalment ma’ Logan li għandu l-awtiżmu, fejn tarah ikompli bil-ħajja ta’ kuljum daqs li kieku qatt ma kellu l-awtiżmu.
“Nemmen li l-bambin premjani ta’ dak kollu li kelli nissagrifika għat-tfal tiegħi, kemm il-karriera tiegħi, kif ukoll affarijiet li dejjem kont inħobb nagħmel bħal żfin u sports. L-isports minn dejjem kien ħabib kbir tiegħi fejn ta’ età żgħira kont nagħmel il-ġinnastika, u kont nieħu sehem f’diversi kompetizzjonijiet. Dejjem kont inħobb in-netball, iż-żfin, il-ġiri u l-għawm”.
Magħha naturalment iddiskutejt l-immudellar, li wkoll huwa parti importanti minn ħajjitha. Ħallejt f’idejha sabiex tirrakkontali kif bdiet tinteressa ruħha fih. Fil-fatt, meta kienet ferm iżgħar, kienet daħlet għall-kompetizzjoni tal-immudellar, fost ħafna li daħlet għalihom u rebħet diversi wkoll, iżda l-aqwa unur għaliha huwa bla
dubju t-titlu ta’ Mrs Malta. “Darba fost l-oħrajn meta t-tfal qabdu jitfarfru, kont dħalt nixtri mingħand Ivan Gaffiero li kellu ħanut in-Naxxar u kif rani mill-ewwel beda jħajjarni biex nieħu sehem fil-konkors ta’ Mrs Malta li kien ser isir għall-ewwel darba. Nistqarr li għall-ewwel qisek wara li jkollok it-tfal u taqta’ minn kollox sibtha naqra bi tqila, però kelli s-sapport u kulħadd kien qalli li m’għandix għalfejn naqta’ qalbi.”
Tirbaħ it-titlu Mrs Malta 2014
Kompliet tgħidli li meta kellha tmien snin, darba kienet qed tiekol mal-familja tagħha u avviċinat lil missierha mara barranija u ħajret lill-ġenituri tagħha biex tieħu sehem fi sfilata tal-moda. “Niftakar kienet esperjenza sabiħa ħafna u l-palk qatt ma bżajt minnu, anzi dejjem kont inħossni komda u kunfidenti,” stqarret miegħi.
Mitluba tgħidli dwar l-esperjenza tagħha meta rebħet it-titlu ta’ Mrs Malta 2014, Elaine stqarret miegħi li għal Mrs Malta 2014 daħlet b’ruħha u b’ġisimha. “Jiena persuna li jekk ser nagħmel xi ħaġa rrid nagħmilha sew. Bdejt immur training fejn anke kellna sponsors biex
iħeġġuna nitħarrġu u nkunu preparati kemm jista’ jkun għall-konkors. L-iktar titlu li xtaqt nieħu u li kelli tir għalih kien dak tal-Best Physique għaliex naf li kont qed naħdem għalih b’serjetà kbira.
Kienet kompetizzjoni tajba ħafna u vera ħadt gost mhux biss nikkompeti, imma li erġajt qisni ħadt ir-ruħ u għamilt xi ħaġa għalija nnifsi. Il-Best Physique rbaħtha u l-aħħar ħsieb kien li ser niġi l-ewwel u nkun inkurunata bħala l-ewwel Mrs Malta, meta naf li kien hemm kompetituri ta’ ħafna esperjenza, imma fl-aħħar għajjat ismi u bħallikieku kienet ħolma li saret realtà u ġejt inkurunata bħala Mrs Malta 2014,” stqarret miegħi bi tbissima fuq fommha.
Wara dik il-kompetizzjoni
Elaine baqgħet attiva fl-immudellar u bdiet tieħu sehem f’diversi fashion shows. Daħlet anke għal kompetizzjonijiet oħra u rebħithom ukoll, bħal Mrs Beauty of Malta 2018, Mrs Valentine
2019, kif ukoll Mrs Bikini
2019. “Mrs Malta dejjem baqa t-titlu li ser jibqa’ f’qalbi għal ħajti kollha,” saħqet miegħi.
It-titlu ta’ Mrs Malta ifisser ħafna għaliha. “Iktar milli jaħsbu n-nies, għaliex mhux għax biss irbaħt, imma tani wkoll mira oħra f’ħajti u
tgħallimt nerġa’ nibda nħobb u nirrispetta lili nnifsi. Tgħallimt li mara m’għandhiex tintelaq għaliex ikollha t-tfal. Kemm huwa importanti li tibqa’ attiva f’attivitajiet li jagħmluk kuntenta u indunajt li anki jgħinek fis-saħħa mentali li ħafna nisa jħossuha diffiċli jerġgħu jirkupraw wara li jkollhom it-tfal.” Magħha ddiskutejt ukoll il-livell tal-immudellar fix-xena lokali. “Naħseb il-livell tal-immudellar hawn Malta avvanza immens u jien ma narahx biss bħala mmudellar, imma kemm jagħmel ġid lit-tfajliet u lill-ġuvintur tallum, fejn ikollhom dawn ittip ta’ passatempi, fejn jieħdu ħsieb lilhom infushom u jħobbu lilhom infushom. Aktar ma jkollok rispett lejk innifsek, aktar iżżomm bogħod minn vizzji ħżiena, li llum il-ġurnata sfortunatament ħafna żgħażagħ jaffaċċjaw.” Rigward sfidi tal-ħajja, Elaine enfasizzat li fil-każ tagħha trid tipprova tlaħħaq ma’ kollox, speċjalment għaliex għandha t-tfal. Is-sapport tal-familja huwa importanti ħafna.
Waqgħet minħabba libsa dejqa fuqha qabel ma kienet ser timmudella biha
Lil Elaine, tlabtha tgħidli jekk qattx ġratilha xi pra-
spura waqt li kienet qed timmudella, jew qabel ħarġet fuq l-istage. Fil-fatt, weġbitni li kellha esperjenza t’hekk. “Darba ġratli praspura waqt fashion show. Kelli libsa dejqa ħafna bilkemm stajt nimxi biha u jiena u tiela’ t-taraġ waqajt. Fortunatament kont għadni ma ħriġtx fuq il-palk, però peress li jiena mdorrija nagħmel ħafna spettakli mal-annimali, imdorrija li xi kultant l-affarijiet imorru żmerċ u trid tkompli daqslikieku qatt ma ġara xejn. Naħseb dik hija tattika li jkollok titgħallem meta tkun ħafna preżenti fuq palk,” sostniet miegħi.
Fl-aħħar nett, tlabtha tħalli messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ li nixtieq ngħaddi lill-qarrejja huwa
SKEDA ONE
li qatt m’għandek tgħid jiena m’iniex kapaċi jew twaqqa’ lilek innifsek. Jekk tixtieq
xi ħaġa, aħna kollha umani u mis-sema ’l isfel m’hawn ħadd aħjar minn ħaddieħor.
Jekk għandek ċerta passjoni għal xi ħaġa u qalbek tgħidlek go for it, għandek timxi ma’ dak li tgħidlek qalbek.
Il-mira m’għandhiex tkun biex tirbaħ, imma biex tqum minn hemm u tgħid jiena kapaċi daqs ħaddieħor u ċerta li dejjem ser tirbaħ u tiggwadanja affarijiet sbieħ għalik innifsek. Fl-aħħar u mhux l-inqas nixtieq nirringrazzja lill-familja tiegħi speċjalment lil ommi Helen tas-sapport, kif ukoll lil Ivan Gaffiero li mal-ewwel ġurnata li rani emmen fija u tani din l-opportunità li bidlitli ħajti.”
Nemmen li l-bambin premjani ta’ dak kollu li kelli nissagrifika għat-tfal tiegħi, kemm il-karriera tiegħi, kif ukoll affarijiet li dejjem kont inħobb nagħmel bħal żfin u sports
reċensjoni tal-ktieb
IL-KREATURA TAĦT IS-SODDA
‘Nirra l-imniefaħ jeħduk!’ Kemm-il darba forsi smajnieha din l-espressjoni Maltija. Iżda qajla nafu xi tfisser. U forsi aħjar ma nkunux nafu!
Jafu sewwa x’inhuma l-imniefaħ Nadja u Antonin li fil-ktieb ġdid ta’ Simon Bartolo, Il-Kreatura taħt is-Sodda, kellhom battalja qalila biex jeħilsu minn dawn il-kreaturi mostrużi.
Dan il-ktieb ġdid pubblikazzjoni ta’ Merlin Publishers, huwa t-tieni ktieb fit-triloġija ġdida ta’ Bartolo, Ruxxmata Kreaturi, wara l-ewwel ktieb bestseller Il-Kreatura tal-Bir Kif jafu sewwa n-nanniet tagħna, l-imniefaħ jista’ jkun kreatura waħda jew miljuni ta’ kreaturi żgħar magħmulin mittrab li jingħaqdu flimkien biex jiffurmaw mostru li m’għandux limitu ta’ kemm jista’ jikber. Fil-fatt, kienu jwissu biex dejjem jikinsu sewwa taħt is-sodod u fl-irkejjen taddar għax hemm jitrabbew l-imniefaħ (dust devils). U jekk jaqbduk dawn l-imniefaħ, jistgħu jkaxkruk magħhom dritt l-infern.
U din id-darba l-biċċa ma baqgħetx fi ħdan il-familja Borg … iżda r-raħal kollu spiċċa involut.
Avventura mimlija maġija, misteru u
taqtigħ il-qalb, li ma tħallikx bi kwietek qabel ma tiskopri kif se tispiċċa l-istorja. Storja mimlija affarijiet strambi bħall-boċċa tal-ħġieġ, fjura maġika t’għajn il-jum li tbiddel il-kuluri, siġar li jafu jsiru aggressivi, ċiklun ġo barmil, Ulied il-Ħamrija, gawwi tal-mewt, u sala tal-inspjegabbli.
U fuq kollox storja mimlija biża’ - biża’ minn mostri antiki li ħadd ma jaf minn fejn ġejjin jew kif se neħilsu minnhom. Hawn min ma jemminx li jeżistu, iżda l-mostri ma jimpurtahomx jekk wieħed jemminx fihom jew le. Il-kreaturi jibilgħu u jkaxkru lil kull min isibu quddiemhom.
Il-Kreatura taħt is-Sodda, bħall-ewwel ktieb, huwa mżewwaq bl-illustrazzjonijiet atmosferiċi tal-artist José Luís Ocaña.
Wara s-suċċess ta’ It-trilogija tal-Fiddien, li kienet miktuba flimkien ma’ Loranne Vella, Simon Bartolo rritorna bi triloġija li għandha l-ingredjenti kollha biex issir klassiku ieħor mat-tfal Maltin.
Il-Kreatura taħt is-Sodda u Il-Kreatura tal-Bir jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha, kif ukoll online b’pustaġġ b’xejn direttament minn merlinpublishers. com
Mistoqsija: X’inhuma l-ismijiet tal-ewwel żewġ kotba f’din it-triloġija?
Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-KREATURA TAĦT IS-SODDA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-QAĦBA TAR-RAĦAL hija:
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Kemm ġew turisti f’Malta s-sena li għaddiet?
Isem:
Numru tat-telefown:
Tweġiba:
Indirizz:
RUTH ELLIS U L-QTIL TAL-MAĦBUB
Ellis hi l-aħħar mara li ngħatat il-forka fir-Renju Unit
L-EWWEL PARTI
Ruth Ellis kienet qattiela Ingliża li nstabet ħatja għall-qtil tal-maħbub tagħha, David Blakely. Hi kienet l-aħħar mara li ngħatat il-forka fir-Renju Unit. Ix-xogħol tagħha bħala nightclub hostess fetħilha bibien għal ħajja kaotika, fejn kienet tiltaqa’ ma’ għadd ta’ rġiel differenti, fosthom Blakely. Blakely, li għall-bidu li beda jiltaqa’ ma’ Ellis, kien mgħarras ma’ mara oħra, u beda jevita lil Ellis wara s-sagrifiċċji li għamlet għalih. F’jum l-Għid, Ellis marret sabet lil Blakely barra l-bar The Magdala u qatlitu b’diversi tiri ta’ arma tan-nar. F’Ġunju tal-1955, Ellis instabet ħatja u ngħatat il-forka fit-13 ta’ Lulju tal-istess sena fil-ħabs HM Prison Holloway.
Min kienet Ruth Ellis
Ruth Neilson twieldet fid-9 ta’ Ottubru tal1926 f’Rhyl, f’Den bighshire, f’Wales. Hi kienet il-ħames wild mis-sitt ulied ta’ Elisberta Goethals u Arthur Hornby. Il-missier bidel kunjom il-familja għal Neil son sena qabel it-twel id ta’ Ruth.
Fl-1928, ħu missier Ruth miet f’inċident ikrah u l-missier inbidel mil-lejl għan-nhar. Hu beda jabbuża fiżikament u sesswalment minn uliedu u minkejja li l-omm kienet taf b’dan, hi m’għamlet xejn biex twaqqfu. Dan l-abbuż sesswali wassal biex waħda mill-bniet, Muriel, tinqabad tqila bit-tarbija ta’ missierha stess. Din it-tarbija spiċċat trabbiet daqslikieku kienet waħda mill-aħwa.
Ruth waqfet mill-iskola meta kellha 14-il sena u ħadmet f’ċinema għal ftit żmien. Fl-1940, missierha mar jgħix Londra u madwar sena wara, ħu Ruth, Julian, irritorna d-dar mir-Royal Navy. Julian kien għarus lil Edna Turvey, li għamlet ħbieb ma’ Ruth u ħajritha biex imorru jgħixu Londra ma’ missierha. Huma t-tnejn hekk għamlu u Ruth bdiet taħdem fil-barijiet. Waqt li kienu qed jgħixu ma’ missier Ruth, il-missier u Edna bdew relazzjoni bejniethom li waqfet ħesrem hekk kif l-omm marret tgħix magħhom.
Fl-1944, meta kellha 17-il sena, Ruth inqabdet tqila minn suldat Kanadiż bl-isem ta’ Clare Andrea McCallum. Li ma kinitx taf Ruth li dan kien miżżewweġ bit-tfal u li ma kienx beħsiebu jibqa’ magħha biex trabbi. Fil-15 ta’ Settembru tal-istess sena welldet tifel u semmietu Clare Andria Neilson. Missier it-tifel għamel madwar sena jagħtiha l-manteniment iżda mbagħad ma semgħetx iktar bih. It-tifel kien iqatta’
ħafna ħin ma’ omm Ruth biex hi setgħet tkompli taħdem għalih.
Lejn tmiem is-snin 40, wara li bdiet timmudella bla ħwejjeġ biex taqla’ l-flus, Ruth sabet xogħol bħala nightclub hostess f’Hampstead. Fil-bidu tas-snin 50, Ruth bdiet tagħmel kemxa sew hekk kif bdiet tagħmilha ta’ full-service escort. Waqt dan ix-xogħol, Ruth inqabdet tqila minn klijent regolari iżda għamlet abort b’mod illegali fit-tielet xahar tat-tqala.
Fit-8 ta’ Novembru tal-1950, Ruth iżżewġet lil George Johnston Ellis, li kien dentist ta’ 41 sena. Ellis kien iddivorzjat u kellu żewġ subien mill-ew-
wel żwieġ. Ellis kien klijent regolari ta’ Ruth u huwa deskritt bħala raġel li jħobb il-qatra u vjolenti. Wara li żżewġu, George Ellis daħħalha f’rasu li martu kellha relazzjoni ma’ raġel ieħor u din kemm-il darba telqet middar u reġgħet marret lura. Sena wara miż-żwieġ tagħhom, Ruth welldet tifla u semmietha Georgina. George ma riedx jaf bit-tifla għax qal li ma kinitx bintu u ftit wara mit-twelid tagħha sseparaw u ddivorzjaw.
Wara d-divorzju tagħha minn ma’ George Ellis, Ruth marret tgħix mal-ġenituri tagħha flimkien ma’ bintha u reġgħet kompliet bix-xogħol li kellha. Fl-1953, Ruth laħqet maniġer
tal-Little Club, f’Knightsbridge. Waqt li kienet qed taħdem hawnhekk, hi kienet taqla’ ħafna rigali għaljin mingħand ammiraturi u ħbieb famużi. Kien hawnhekk li Ellis iltaqgħet ma’ David Blakely, li kien tliet snin iżgħar minnha. Blakely kien sewwieq tat-tlielaq u kien iħobb il-qatra. Fi ftit ġimgħat mindu ltaqgħu, Blakely, minkejja li kien mgħarras ma’ mara oħra bl-isem ta’ Mary Dawson, beda jgħix ma’ Ruth Ellis fl-appartament li kienet tikri fuq il-bar tax-xogħol.
Waqt din ir-relazzjoni, Ruth ħarġet tqila minn Blakely iżda reġgħet temmitha hekk kif rat li hi u Blakely ma kinux fuq l-istess paġna.
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi.
Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000
Isem:
Indirizz:
Y. MALLIA - ĦAL SAFI
TISLIBA 474
MIMDUDIN:
1. Kompli l-qawl: Il-....... ma jidħlux xjaten (5)
4. Ftehim (4)
7,9. Uża pistola (5)
WEQFIN:
1. Jiem (6)
2,6. Nmil (6)
3,15. Tal-ispazju dan, imma mingħajr
l-aħħar a (9)
5,22. Kienu jiksu
9. Ara 7 10,18. Insibuh fit-toroq (6)
12. Tal-majjal (6)
16. Tnejn Ingliżi (3)
18. Ara 10
19. World Health
t-toroq bih (6)
6. Ara 2
Organisation (1,1,1)
20. Bħal rota (5)
23.
għandu (6)
14. Żiedet fit-tul (6)
8. Bħal 24 mimduda (9)
11. Dan jew kafè (2)
12,21W Quddiem
tal-vapur (5)
13,21M Kulħadd tnejn
15. Ara 3
17. Walter Agius
Pavia (1,1,1)
21. Ara 13
22. Ara 5
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA
MIMDUDIN: 1.Qawwi, 4.Susa, 7,9.Sptar, 10.Sultan, 12.Tletin, 16,18.Skuri, 20.Tunaħ, 21.Fus, 24.Inbid
WEQFIN: 1.Qattus, 2,12W. Wirtu, 3,23.Issogra, 5,19.Urtati, 6.Ann, 8.Purtinari, 11,13.Kleru, 14.Naħseb,15.Jinfed, 17.Kju, 21.Fro, 22.Sur
ILU LI WASAL IŻ-ŻMIEN …
L-attitudnijiet żbaljati mill-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech ilhom jiġbdu fuqha l-istmerrija tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi għal żmien twil issa. Mhux l-inqas minn affiljati tal-istess Partit Nazzjonalista.
Editorjal
L-ebda make-up jew maskra ma jistgħu jaħbu t-tnawwir intern fil-Partit Nazzjonalista, li dwaru qed jitkellmu anke minn fuq il-palk tal-Kunsill Ġenerali, kif ġara proprju l-Ħadd li għadda
Mill-aħħar bidla fit-tmun sentejn ilu u għal dawn l-aħħar għaxar snin mill-inqas, il-PN baqa’ adamanti jippersisti fittriq il-ħażina u ma jidher li għandu l-ebda intenzjoni li jibdilha. Anzi jiddispjaċih li ma jiddandanx biżżejjed bi żminijiet passati tiegħu fejn l-agħar karatteristiċi kienu wkoll jiddominawh.
Mit-teatrini, li qed joħorġu llum anke minn nuqqas ta’ politika ċara, daqskemm minn tmexxija dgħajfa tal-istess Partit, iħallu perpless lil kull ċittadin ta’ rieda tajba. Ilkoll nirrealizzaw li dawk fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni jagħmlu karnivalata sħiħa (la ninsabu fit-tema ta’ tmiem din ilġimgħa) mid-dmirijiet li huma assenjati bihom skont il-Kostituzzjoni.
Id-differenza hi li l-ebda make-up jew maskra ma jistgħu jaħbu t-tnawwir intern
Nazzjonalista li dwaru qed jitkellmu anke minn fuq ilpalk tal-Kunsill Ġenerali, kif ġara l-Ħadd li għadda. Aħseb u ara x’inhi l-fehma fil-każini tagħhom stess jew aktar minn hekk fit-toroq u fil-kwiet taddjar privati.
Għax fuq kollox ħadd ma jistenna li l-Kap tal-partit tiegħu jmur lura minn kelmtu f’deċiżjoni sempliċi biex ikun ikkuntenta ponn nies li poġġewh fis-siġġu u jippretendu li jikkmandawh.
Ħadd ma jifhimha li tibqa’ toġġezzjona kontra persuna ta’ integrità għal kariga, bħalma hi dik ta’ Kummissarju għallIstandards fil-Ħajja Pubblika, mingħajr ma tagħti raġuni valida. Ħadd ma jifhimha li tattakka istituzzjonijiet nazzjonali, bħall-Korp tal-Pulizija, meta dan qed ikompli jagħti riżultati mill-aqwa sena wara oħra.
Ħadd ma jrieġi l-fatt li żżeblaħ lil sezzjoni ta’ ħaddiema, bħal dawk tal-Enemalta, li fl-agħar maltempata li laqtet lill-pajjiż ħarġu minn triqithom biex fl-inqas ħin possibbli jġibu lura għan-normal is-sitwazzjoni tad-distribuzzjoni tal-elettriku.
L-istess, ħadd ma jistenna li toqgħod tiżra’ d-dubji fejn dubji ma jeżistux. Daqskemm xi ħadd qatt se jidħaqlek jew jitbissimlek jekk tipprova tirredikola s-suċċessi li qed jirnexxilu jikseb pajjiżna, f’qasam jew ieħor, bis-saħħa tal-impenn amministrattiv. Aktar u aktar meta mbagħad dawn ir-riżultati qed jaffettwaw direttament il-but tal-poplu b’inċentiv wara l-ieħor.
Dak li jaraw tajjeb istituzzjonijiet internazzjonali, bħallKummissjoni Ewropea, il-Fond Monetarju Internazzjonali jew l-aġenziji ta’ kreditu, faċli jarah u anke jħossu iżjed kull Ċikku l-Poplu f’kull rokna ta’ artna.
Ir-reazzjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni – għal darb’oħra biex jingħoġob ma’ dawk li diġà qed isinnu s-skieken biex jaqtgħulu rasu – kienet li jikxef iżjed snienu u jirrikorri għal ton ta’ theddid, bħalma konna nisimgħu fi żmien Simon Busuttil. Kif irrimarka tajjeb ħafna l-Prim Ministru Robert Abela f’dibattitu fil-Kamra tad-Deputati fl-aħħar jiem, l-establishment Nazzjonalista diġà indikalu l-bieb ta’ barra, permezz
ta’ messaġġi sottili u oħrajn inqas sottili.
Fil-verità, it-twiddiba ta’ “kif għamilniek, kapaċi ntajruk”, ilha mdendla fuq rasu sa minn Ottubru tal-2020 mindu daħal kuntent fil-kariga qisu tarbija b’ġugarell ġdid f’idejha.
Illum wasal fil-qagħda li qed iħoss l-għaraq ixoqq għalih minn kullimkien, mhux biss għax ma laħaqx l-aspettattivi ta’ dawk li xorta jiġbdulu l-ispag, imma wkoll tan-Nazzjonalisti leali u sinċieri li jippretendu tmexxija suret in-nies.
Anke jekk Roberta Metsola tibqa’ ggranfata mal-aspirazzjonijiet Ewropej tagħha u tibqa’ tirrifjuta talbiet biex tiġi minfloku, kif diġà kellha, mhi l-ebda konsolazzjoni għal Bernard Grech. Żgur hu wkoll konxju li hemm iżżejjed aspiranti u anke prużuntużi bħalu li lesti jilbsu ż-żarbun li se jħalli warajh … jew dak li se jħalli minnu. Jekk jaħseb li l-pajjiż u l-poplu inġenerali se joqogħdu jistennewh jew jilagħbu miegħu u ma’ “sħabu” sakemm jiġu f’sensihom, iżjed u iżjed għadu ma fehem xejn u qiegħed jarralu bil-kbir.