KullĦadd_19.04.2020

Page 1

IL-GALBU FIL-FINANZI PUBBLIĊI LI SE JRENDI

www.kullhadd.com Il-Ħadd, 19 ta’ April, 2020

Ħarġa Nru 1,39

Ara paġni 4 u 5

Prezz €1

Titjib Finanzi Pubbliċi 2021 Danimarka MALTA Awstrija Portugall

% 6.8 6.8 5.5 5.2

IL-BINI TAL-HOUSING SOĊJALI B’RITMU MGĦAĠĠEL

Ara paġna 3

KULLĦADD AKTAR QRIB! Tħallix it-titlu jqarraq bik! Fi żminijiet li qed nintalbu nżommu d-distanzi bejnietna, minn din il-ġimgħa qed inniedu s-servizz li nwasslulek ilgazzetta KullĦadd fil-kumdità ta’ darek bla ebda spejjeż żejda. Fil-fatt, bl-istess prezz ta’ €1 biss, int jista’ jkollok din l-istess gazzetta favorita tiegħek direttament fid-dar kull nhar ta’ Ħadd, mingħajr il-ħtieġa li toħroġ tixtriha. B’hekk, filwaqt li nżommuk aġġornat, anke bi stejjer esklussivi, irridu nkomplu nagħtu l-appoġġ tagħna lill-awtoritajiet filġlieda kontra l-pandemija talCOVID-19. Li trid tagħmel biex tibda tgawdi mis-servizz huwa li ċċempel fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq in-numru tattelefown 21249900. Grazzi bil-quddiem!

BDEJNA T-TRIQ TA’ STABBILTÀ?

BIL-KAŻI ATTIVI LLUM SIMILI GĦAL DAWK LI KELLNA GĦAXART IJIEM ILU, FTIT KAŻI QED JIŻDIEDU KULJUM U FEJQAN KOSTANTI JIXHDU LI AKTARX BDEJNA NDAWRU FAVURINA L-ĠLIEDA KONTRA L-PANDEMIJA Għadd ta’ fatturi pożittivi li ġew irreġistrati flaħħar jiem fil-ġlieda kontra l-pandemija talCOVID-19 jindikaw probabbiltà kbira li Malta waslet fil-perjodu ta’ stabbiltà (plateau) bil-każi infettati u li diġà laħqet il-quċċata tal-kurva. Kemm-il darba dan hu l-każ, allura l-fażi li jmiss tkun dik għan-niżla biex jibdew jonqsu regolarment in-numru ta’ każi attivi. Fil-fatt jirriżulta li sal-bieraħ waranofsinhar Malta kellha 324 każ attiv ta’ Coronavirus, ammont li bejn wieħed u ieħor ġie rreġistrat għa­xart ijiem ilu, anke jekk dakinhar kellna t-tieni l-akbar żieda rreġistrata f ’ġurnata waħda – 38 każ. Jumejn qabel, fis-7 t’April, ukoll konna rreġistrajna l-ogħla żieda – 52 każ f ’daqqa. Wara li fil-bulettin tagħha lbieraħ irreġistrat

erba’ każi ġodda ta’ persuni infettati u tmienja oħrajn li fiequ, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci ġiet iffaċċjata b’mistoqsijiet f ’dan ir-rigward. Waqt li kienet qed twieġeb lill-ġurnalista ta’ ONE News, Kelly Peplow, li staqsiet kemm hu l-perjodu li jrid jgħaddi qabel jiġi ddikjarat li Malta tinsab proprju f ’dan il-perjodu ta’ stabbiltà, il-Professur Gauci evitat milli tagħti ċifri speċifiċi. Anke jekk indikat li ninsa­bu fit-triq it-tajba, saħqet li fadal biex il-pajjiż jibda jerħi l-miżuri li bdew jiddaħħlu mix-xahar li għadda. Tkompli f’paġna 7


02

19.04.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 23°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab għallewwel, li jsir xemxi Ir-Riħ: Ħafif għal moderat min-Nofsinhar ixXlokk li jsir moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

20°C

UV 4

15°C

Il-Ħamis

Indirizz Postali KullĦadd

19°C

UV 9

14°C

20°C

Il-Ġimgħa

UV 9

13°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

21°C

UV 4

13°C

19°C

UV 4

12°C

20°C

UV 9

13°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21225785 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Remedies Pharmaacy, 5, Tagliaferro Mansions, Triq il-Prinċipessa Margerita, L-Imsida – 21346547 Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville – 21363244 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 May Day Pharmacy, Triq il-Vittorja, Ħaż-Żabbar – 21826529 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

19.04.2020

kullhadd.com

BORMLA

Ħ’ATTARD

IL-BINI TA’ HOUSING SOĊJALI GĦADDDEJ B’RITMU MGĦAĠĠEL Waħda mill-akbar prijoritajiet li beda jaħdem fuqhom mill-ewwel dan il-Gvern kienet il-bini ta’ housing soċjali, bżonn kbir f ’settur li tħalla lura fi żmien l-amministrazzjonijiet ta’ qabel. Jirriżultalna li, minkejja l-pandemija tal-COVID-19, ix-xogħol miexi b’ritmu tajjeb ħafna fid-diversi siti ta’ kostruzzjoni, waqt li qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha kif indikati mill-awtoritajiet tas-saħħa. Dan il-Gvern kien iffaċċjat bi sfida ta’ nuqqas ta’ stokk, wara li l-Partit Nazzjo­ nalista fil-Gvern waqqaf għalkollox il-bini tal-housing. L-investiment li għaddej bħalissa fuq il-housing soċjali hu bla preċedent u hu l-akbar investiment simili fl-aħħar 40 sena. Fil-fatt il-ħidma intensiva għaddejja fuq il-bini ta’ 1,700 appartament li huma mqassmin fuq 38 sit madwar Malta. Miexi b’ritmu tajjeb ħafna x-xogħol fisSiġġiewi, f ’Ħ’Attard, f ’Birkirkara, fiż-Żurrieq u f ’Bormla. F’Birkirkara tela’ r-raba’ u l-aħħar sular u għalhekk dan ifisser li x-xogħol tal-ġebla fuq it-tliet blokok li se jkun hemm hu kważi lest, biex fil-ġimgħat li ġejjin jinbeda x-xogħol fuq ġewwa. Anki f ’Ħ’Attard għadu kemm tlesta t-tielet sular mill-erbgħa

li se jkollu l-bini hemmhekk. Fix-xahrejn li ġejjin anke hawn mistenni li jkun tlesta x-xogħol tal-ġebla. Wieħed mill-akbar siti ta’ bini għal skopijiet soċjali huwa dak ta’ Bormla. Minħabba l-kobor tiegħu, il-bini jieħu aktar ħin, imma dan ukoll għaddej b’ritmu mgħaġġel ħafna. Ix-xogħol tal-ġebla miexi tajjeb ukoll kemm fis-Siġġiewi kif ukoll fiż-Żurrieq. Tajjeb li jingħad li l-1,700 unit ġdid jinkludu wkoll appartamenti li se jinbnew f ’Ħal Kirkop, f ’Ħal Luqa, f ’Ħaż-Żebbuġ, fl-Imsida, fil-Qrendi, f ’Raħal Ġdid, fil-Mellieħa, fir-Rabat u f ’Ħal Qormi. Biex ikun megħjun il-poplu f ’qasam li hu importanti għall-ġid ta’ kull ċittadin, il-Ministeru responsabbli ma waqafx biss bil-bini tal-housing soċjali. Anzi l-istrateġija tal-Gvern tinkludi wkoll l-iskema magħrufa bħala “Nikru biex Nassistu”, li, permezz tagħha, qed jinkrew proprjetajiet mingħand il-privat biex imbagħad il-Gvern jgħaddihom lill-persuni li huma fil-bżonn. Aktar skemi f ’dan is-settur ukoll qed jgħinu. Hemm l-iskema li għandha inċentiv doppju, li permezz tagħha postijiet

abbandunati qed isiru opportunità. Skema li qed iżżid l-istokk ta’ housing soċjali, filwaqt li tirriġenera postijiet privati abbandunati. Din l-iskema tagħti lis-sid privat tal-proprjetà sa massimu ta’ €25,000 biex jagħmel l-interventi meħtieġa u wara li l-bini jkun riġenerat fi stat abitabbli, ilGvern jikriha għal perjodu ta’ 10 snin għal skop soċjali. Illum il-ġurnata l-Gvern daħħal ukoll skemi li jgħinu diversi familji li jistgħu jgħixu fil-kera privata jew saħanstira jsiru sidien ta’ darhom u huwa għalhekk li qed jinħolqu skemi innovattivi. Permezz tal-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes, fl-aħħar minn sensiela ta’ miżuri l-Gvern ħabbar li dawk affettwati mill-COVID-19 jistgħu jaċċessaw benefiċċju tal-kera li jkopri sa 80% tal-prezz tal-kirja. Dawk eliġibbli huma persuni li tilfu l-impjieg tagħhom, persuni li ġew sospiżi mix-xogħol b’mod temporanju u għalhekk qegħdin fuq unpaid leave, persuni self-employed li waqfilhom jew naqsilhom drastikament id-dħul tagħhom minħabba l-imxija tal-virus, kif ukoll dawk l-individwi li qed jesperjenzaw vjolenza domestika.

IT-TURIŻMU JĦEJJI GĦAL WARA L-MTA TNIEDI L-KAMPANJA “OĦLOM ISSA ... ŻURNA ’L QUDDIEM” L-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA) ilbieraħ ne­ diet kampanja promozzjonali bil-għan li tfakkar lit-turisti prospettivi bis-sbuħija li qed tistenniehom f ’pajjiżna ladarba jkun possibbli li wieħed jivvjaġġa mill-ġdid. Permezz ta’ filmat ta’ minuta li nħadem f ’14-il lingwa differenti, il-kampanja se tkun ikkonċentrata l-aktar online u se tkun akkumpanjata minn serje ta’ posts fuq il-midja soċjali li jwasslu l-istess messaġġ. F’kumment, il-Ministru res­ponsabbli Julia Farrugia Portelli stqarret li “ħafna drabi, meta tiġi sfida bħalma qed niffaċċjaw, it-tendenza tkun li twaqqaf għalkollox kampanji pubbliċitarji. Din mhix il-filosofija tal-MTA u l-Gvern Malti. Anzi, bil-maqlub, ħsibna li noħolqu kampanja bil-ħsieb li ndewqu lit-turist prospettiv ix-xeni tipiċi tal-Gżejjer Maltin, li jista’ jarahom issa u jżurhom fiżikament aktar ’il quddiem.”

Carlo Micallef, Deputat Kap Eżekuttiv u Chief Marketing Officer tal-MTA, żied li avolja t-turiżmu jinsab wieqaf, il-ħidma tal-Awtorità baqgħet għaddejja bla waqfien u bħalissa qed ivaraw kampanji f ’pajjiżi differenti biex iżommu l-Gżejjer Maltin fi ħsieb dawk li għada pitgħada se jerġgħu jkunu turisti f ’Malta. Min-naħa tiegħu, il-Kap Eżekuttiv tal-MTA, Johann Buttigieg, spjega kif, apparti l-aspett tar-reklamar, l-Awtorità għaddejja b’ħidma sfiqa fuq proġetti mmirati lejn titjib fl-infrastruttura u titjib fil-livell tas-servizz ipprovdut lit-turist, b’korsijiet għall-impjegati li jaħdmu fis-settur. “Kif tgħaddi din il-kriżi tal-COVID-19, il-kompetizzjoni turistika terġa’ tkun qawwija u għalhekk irridu nkunu fuq quddiem biex noffru l-aqwa prodott possibbli u nerġgħu nattiraw itturiżmu bħalma konna sa ftit ilu.”

Jidher li, mill-applikazzjonijiet li rċeviet s’issa l-Awtorità tad-Djar, 60% ta’ dawk li applikaw għal din il-miżura huma benefiċjarji eżistenti li issa se jaċċessaw benefiċċju tal-kera aktar għoli, filwaqt li 40% huma individwi li qed japplikaw biex jibdew jaċċessaw il-benefiċċju għall-ewwel darba. Mat-72% tal-applikanti huma, jew inkella kienu, impjegati, filwaqt li 28% huma persuni self-employed. Din il-ħidma għandha l-għan li tħares id-dritt li l-familji jkollhom saqaf fuq ras­hom u b’din l-għajnuna qed igawdi s-settur kollu, mhux l-inkwilini biss. Minkejja li l-benefiċċju tal-kera kien diġà qed jgħin ħafna familji qabel ma feġġet il-pandemija, xorta waħda kien hemm impenn li din l-għajnuna tiżdied b’mod immedjat għal min kellu saħħtu jew l-impjieg tiegħu affettwati. Taħt it-tmexxija tal-Kap Eżekuttiv Leonid McKay, l-Awtorità tad-Djar qed tagħti din l-injezzjoni diretta fis-suq tal-kera, għax, waqt li bla dubju qed tgħin ħafna inkwilini, indirettament tgħin lis-sidien li investew fil-proprjetà u tħalli r-rota ddur fi żmien meta xi inkwilini setgħu sabu diffikultà biex iħallsu dak dovut minnhom kull xahar.


04

19.04.2020

IL-GALBU FIL-FINANZI PUBBLIĊI LI SE JRENDI

kullhadd.com

ANKE JEKK B’WAĦDA MILL-AKBAR GĦAJNUNIET FISKALI BIEX TINGĦELEB L-ISFIDA TAL-COVID-19, L-IMF IBASSAR LI MATUL IS-SENA D-DIEĦLA MALTA MISTENNIJA TIRKUPRA KWAŻI GĦALKOLLOX ID-DAQQA FUQ L-EKONOMIJA

Sforz Fiskali

%

Id-Danimarka 9.5 Il-Greċja 9.4 MALTA 8.5

Ritratt: KEVIN ABELA / DOI

Il-pakkett ta’ stimolu finanzjarju li ħareġ bih il-Gvern Malti f ’dawn iż-żminijiet diffiċli jlaħħaq it-8.5% tal-Prodott Gross Domestiku (GDP), kif ikkonfermat flaħħar analiżi li saret din il-ġimgħa millFond Monetarju Internazzjonali (IMF), simili għall-marka fonda fl-ekonomija inġenerali li mistennija tħalli l-pandemija tal-COVID-19. Minkejja dan, hu stmat li l-ekonomija Maltija se terġa’ tkun f ’pożizzjoni ideali ħafna s-sena d-dieħla biex ukoll tirkupra kważi għalkollox dan l-impatt negattiv. Wieħed mill-aktar rwoli importanti talIMF hu li jissorvelja l-finanzi pubbliċi talpajjiżi membri. Dan f ’kuntest li l-Fond sikwit jintalab jgħin lill-pajjiżi msieħba permezz ta’ dejn u faċilitajiet ta’ self, tant li mill-bidu ta’ din il-pandemija diġà kien hemm mal-100 pajjiż li talab għall-għajnuna diretta. Meta din il-ġimgħa l-IMF ippubblika l-World Economic Outlook tiegħu, rapport estensiv bi tbassir ekonomiku għallpajjiżi membri, fih inkluda proġettazzjoni tal-impatt fuq il-finanzi pubbliċi minħabba l-COVID-19. S’issa sar ħafna diskors minn diversi gvernijiet madwar id-dinja fuq is-saħħa tal-pakketti fiskali li se jkollhom biex jagħmlu tajjeb għall-effetti tal-pandemija, imma ftit li xejn kien hemm analiżi oġġettiva ta’ kemm dawn il-figuri huma realistiċi. Tista’ tgħid li l-proġettazzjoni talIMF fuq kull pajjiż hi l-ewwel test għal diskorsi statali u xi jsarrfu fil-verità. Jirriżulta li, bħala medja globali, il-finanzi pubbliċi mistennija jieħdu daqqa ta’ 4.7% tal-GDP, minn defiċit ta’ 1.8% fl-2019 għal defiċit ta’ 6.5% fl-2020. Fejn tidħol Malta speċifikament, l-esperti talIMF qed ibassru li minn surplus ta’ 1.3% fl-2019, din is-sena pajjiżna se jkollu defiċit ta’ 7.2%. Jekk dan tassew iseħħ, allura jkun ifis­ ser l-akbar defiċit fil-finanzi pubbliċi mill2003 ’l hawn meta kien irreġistrat defiċit ta’ 9% minħabba diversi miżuri biex inkunu nistgħu nsiru membri tal-Unjoni Ewropea. Hu stmat li l-bidla fil-qagħda tal-finanzi pubbliċi f ’pajjiżna tlaħħaq it-8.5% talGDP. Dan hu simili għall-ammont li kien ħabbar il-Gvern Malti mat-tielet pak­kett ta’ għajnuna tiegħu lis-settur privat. Ta’ min jinnota li s-saħħa ta’ dan l-isforz fiskali hu kważi d-doppju tal-medja madwar id-dinja. Meta tanalizza t-tbassir tal-IMF jirriżulta li fl-UE huma biss id-Danimarka u l-Greċja li mistennija jkollhom impatt akbar fuq il-finanzi pubbliċi. Kemm

il-Ġermanja kif ukoll ir-Renju Unit, min­kejja s-suppost pakketti ta’ stimolu kbar tagħhom, lanqas jidhru fil-klassifika tal-aktar 10 pajjiżi Ewropej bi sforz fiskali għoli. Fil-Ġermanja l-impatt mistenni jkun ta’ 7%, waqt li fir-Renju Unit hu mbassar sforz ta’ 6.2%. Dan it-tbassir jikkonferma kemm il-kritika li qiegħda tagħmel l-Oppożizzjoni Nazzjonalista rigward l-ammont ta’ għajnuna mill-Gvern Malti hi bla bażi. Ta’ min ifakkar li, waqt li l-Gvern

L-Estonja Il-Litwanja

7.9 7.9

L-Olanda

7.8

L-Awstrija

7.5

Il-Portugall

7.3

Il-Belġju Is-Slovenja

7.2 7.1

It-tbassir tal-IMF jikkonferma kemm il-kritika tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista dwar għajnuna mill-Gvern Malti hi bla bażi Malti qed jagħmel sforz fiskali d-doppju tal-medja dinjija biex jegħleb l-isfida tal-COVID-19, fl-2009 fl-eqqel ta’ kriżi ekonomika Gvern Nazzjonalista kien spiċċa adotta miżuri ta’ awsterità. Fil-fatt, fl-2009 id-defiċit fil-finanzi pubbliċi kien tnaqqas b’1% minħabba l-fatt li fl-2008, minħabba l-elezzjoni ġenerali, dik l-istess amministrazzjoni kienet splodiet id-defiċit ta’ pajjiżna. Dan kien wassal ukoll biex, fir-rapport tagħhom ħalli jiġġustifikaw il-bi-

du tal-Proċedura ta’ Defiċit Eċċessiv fl-2009, fl-eqqel ta’ kriżi internazzjonali, l-esperti tal-Kummissjoni Ewropea kienu sostnew li “the excess over the 3% of GDP limit is not the result of a severe economic downturn.” In-nuqqas ta’ galbu fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi fl-2008 kien wassal biex pajjiżna kellu joqgħod lura milli jgħin lis-settur privat fi żmien kruċjali. Tant li, f ’sena waħda, kienu ntilfu aktar minn 2,000 impjieg fl-industrija tal-mani-


05

19.04.2020

kullhadd.com

Dwar id-defiċit maħluq bl-impatt tal-COVID-19 fl-2020, l-IMF ibassar li Malta se teliminah sa sena wara

fattura, tnaqqis ta’ 1 biss, jew tliet darbiet aħjar mill-medja minn kull 13-il impjieg dinjija. Fil-fatt, skont il-World Economic fis-settur, u pajjiżna dam sal-2018 biex reġa’ kellu Outlook, Malta, flimkien mad-Danimarl-istess ammont ta’ ħaddiema ka, fl-2021 mistennija jkollhom l-aqwa titjib fil-finanzi pubbliċi fost il-pajjiżi talfl-industrija daqs l-2008. Bil-maqlub, il-galbu li bih UE. Hu pproġettat li l-Gvern Malti jkollu tmexxew il-finanzi pubbliċi fl-aħħar snin ifisser li, quddiem l-isfida ekonomika l-inqas defiċit fost il-pajjiżi kollha, ħlief għal-Lussemburgu u tal-COVID-19, ilĊipru li mistennija Gvern jista’ jieħu Titjib Finanzi jkollhom surplus fll-azzjonijiet neċes2021. sarji biex l-industrija Pubbliċi 2021 L-analiżi oġġetti­ f ’pajjiżna ma terġax Id-Danimarka 6.8 va tal-IMF tindik­a tgħaddi mill-istess li l-Gvern Malti trawma li għaddiet MALTA 6.8 qed jadotta politika fl-2009. ferm effettiva biex Dakinhar, l-esL-Awstrija 5.5 tingħeleb l-isfida talperti internazzjonCOVID-19. Grazzi ali kienu intervjeIl-Portugall 5.2 għall-pak­kett fost new biex il-Gvern Il-Litwanja 5.1 l-aqwa fid-dinja, hu Malti joqgħod lura. mbassar li pajjiżn­a se Fl-Article IV Report L-Italja 4.9 jaffaċċja l-inqas imtagħhom fl-2009, patt negattiv ekonol-IMF kienu qalu li L-Irlanda 4.5 miku tal-pandemija “measures taken to minn fost il-pajjiżi support enterprisIs-Slovenja 4.4 Ewropej, waqt li es raise some conIl-Ġermanja 4.3 l-ekonomija lokacerns” kif ukoll li li­­ mis­tennija tirpil“determined action L-Olanda 4.0 ja bil-qawwi tant li on the expenditure mistenni tirreġistra side is required.” Kienu wissew wkoll li “to secure a quick tkabbir ta’ 7% fl-2021. B’riżultat ta’ hekk, id-defiċit qawwi flreversal in the debt trend and to build enough buffer against future shocks, 2020 mistenni jiġi eliminat kważi totala stronger consolidation path – with a ment sa sena oħra. Dan meta madwar iż-Żona Ewro structural effort of at least 2/3 percentage point of GDP per year over 2011- d-defiċit fiskali mistenni jibqa’ ferm 2014, more than double the current sce- ogħla mil-limitu normalment permessibbli ta’ 3%. Pajjiżi bħal Franza, Spanja u nario – would be appropriate.” B’kuntrast, fl-Article IV Report l-Belġju mistennija jkollhom ħofra figħall-2020, l-esperti tal-IMF qed jgħidu nanzjarja li taqbeż id-doppju tal-kriterji li “a sizeable package of measures aimed tal-UE. at supporting firms and households from the economic fallout has been announced.” Minbarra hekk, kontra l-2009, fir-rapport jingħad li “staff strongly supports the authorities’ prompt and resolute response to the crisis.” Skont l-IMF, f’sena Il-fiduċja kbira li għandhom l-esperti waħda biss, Malta tal-IMF toħroġ ukoll fit-tbassir tagħhom għall-qagħda fiskali ta’ pajjiżna fl-2021. mistennija tirkupra Meta madwar id-dinja mistenni defiċit 6.8% jew inkella medju ta’ 4.3%, jew titjib ta’ 2.2% fuq l-2020, għal Malta hemm tbassir ta’ tliet darbiet aħjar defiċit ta’ 0.4% biss. Dan ifisser li, skont l-IMF, pajjiżna se jirkupra 6.8% f ’sena mill-medja fid-dinja

%

MALTA BI PROSPETTI STABBLI ANKE SKONT MOODY’S U FITCH Minkejja l-impatt ekonomiku negattiv tal-COVID-19, żewġ aġenziji ta’ kreditu internazzjonali, Fitch Ratings u Moody’s, ħarġu rapporti separati li fihom ikkonfermaw li l-prospetti għal rating ta’ pajjiżna huma stabbli. Dan b’kuntrast mal-mod kif fl-aħħar ġimgħat dawn naqsu minn stabbli għal negattiv il-prospetti tal-Belġju, tal-Latvja u tar-Rumanija. Fitch saħansitra naqqset ir-rating tar-Renju Unit minn AA għal AA- bi prospett negattiv. Fl-analiżi, l-esperti ta’ Moody’s jiġġustifikaw ir-rating stabbli għal pajjiżna fuq il-konklużjoni li “although the outbreak of the Coronavirus will cause a significant economic and fiscal shock in 2020, we currently expect the outbreak to have limited lasting, negative impact on Malta’s economy or public finances.” Fil-fatt, kemm Moody’s kif ukoll Fitch qed ibassru li fl-2021 l-ekonomija Maltija se terġa’ tibda tikber bil-kbir. L-esperti ta’ Fitch sostnew li, “we believe hotel occupancy in 2020 to be close to 50% 2019 levels.” F’dak il-każ, itturiżmu f ’pajjiżna fl-2020 xorta se jkun 95% ta’ dak li pajjiżna kellu fl-2012. Filwaqt li jinnota li t-turiżmu hu settur importanti għal pajjiżna, ir-rapport ta’ Moody’s jgħid li “the Maltese economy is relatively well diversified in terms of trade partners and sectors.” Setturi oħra, bħal servizzi professjonali u iGaming, mistennija jkollhom impatt ferm aktar moderat mill-pandemija, skont l-esperti tal-Moody’s.

L-esperti ta’ dawn l-aġenziji kellhom kliem ta’ tifħir għall-mod kif il-Gvern Malti wieġeb għall-pandemija mil-lat mediku u dak ekonomiku. Fitch issostni li “the impact of the shock on the domestic economy will be partially softened by proposed government relief measures.” L-esperti kkonkludew li “a recent track record of sound fiscal performance, including consecutive fiscal surpluses between 2016 and 2019, means it is better prepared than some of its peers.” Skont Moody’s, l-impatt fuq il-finanzi pubbliċi mistenni jkun temporanju, tant li jgħidu li “we expect all key fiscal metrics to improve already in 2021 with debt reaching 49.8% of GDP.” Dan meta, għal pajjiżi oħrajn, l-istess aġenzija qed tbassar impatt qawwi u fit-tul fil-piż tad-dejn nazzjonali. Fil-każ ta’ pajjiżna, qed jistennew li l-piż tad-dejn jibqa’ ferm taħt is-70% li kellna fl-2013. Ir-rapport ta’ Fitch Ratings jgħid li r-rata tal-qgħad se tibqa’ fil-medja mill2013 ’l hawn, u li din “would come short of the maximum registered during the global financial crisis in 2009.” Wara li Standard & Poor’s aktar kmieni wkoll ikkonfermaw prospett stabbli għal pajjiżna u l-IMF bassar li Malta se jkollha l-inqas impatt ekonomiku negattiv fiż-Żona Ewro, l-analiżi ta’ Fitch u Moody’s hi konferma oħra tal-fiduċja kbira li bena fl-aħħar snin pajjiżna u li fuqha pajjiżna jrid jerġa’ jqum b’saħħtu wara li tingħeleb il-pandemija.

MAL-€40 MILJUN OĦRA FIL-BWIET TAN-NEGOZJI Il-pandemija tal-COVID-19 mhix taffettwa lil pajjiżna mil-lat mediku biss. Il-virus naqqas l-aptit u l-possibbiltajiet għall-kummerċ u b’hekk l-ekonomija ħadet daqqa ferm akbar mir-riċessjo­ni tal-2008. Għaldaqstant qegħdin niġġieldu gwerra binarja. Fejn tidħol l-ekonomija, Malta wkoll uriet li ħadet din l-isfida bis-serjetà, kif erġajna qed nuru llum stess f ’dawn il-paġni, u s’issa tħabbru diversi miżuri li bis-saħħa tagħhom qed jiġu salvati l-impjiegi. Wara li ġimagħtejn ilu tħabbret il-COVID-19 Guarantee Scheme, din il-ġimgħa tħabbar li l-Gvern qed jiggarantixxi rati ta’ imgħax baxxi għal self mill-banek min-negozji u s-self-employed bħala working capital. L-inizjattiva tiggarantixxi li jkunu jistgħu jitħallsu s-salarji, il-kirjiet, il-pagamenti pendenti, bħal dak ta’ stokk, u spejjeż relatati ma’ kuntratti li ġew sospiżi jew mitmuma minħabba l-pandemija. Il-Gvern se jissussidja sa massimu ta’ 2.5% tal-interessi fejn jidħol dan is-self għall-ewwel sentejn, waqt li l-kumpaniji u n-negozji se jkunu qed iħallsu minimu ta’

0.1% f ’interessi. Pereżempju jekk ir-rata tal-imgħax hi ta’ 1.7%, il-Gvern se jkun qed iħallas 1.6% minnha u jekk ir-rata talimgħax hi ta’ 3.5%, allura l-Gvern se jissussidja 2.5% tal-interessi. Il-Gvern jistma li, b’din il-miżura, se jkunu qed jitħallew madwar €40 miljun fil-bwiet tan-negozji Maltin. Mitlub jikkummenta dwar dan, is-Segretarju Parlamentari Clayton Bartolo qal: “L-għan tagħna, aktar minn xejn, hu li naraw li f ’dan iż-żmien diffiċli n-negozji tagħna nagħtuhom xi ftit serħan il-moħħ biex ikunu jistgħu jibqgħu jope­raw tul ilkriżi. Se jerġa’ jiġi ż-żmien fejn mid-difiża, nimxu għall-attakk fl-ekonomija. Hekk kif bassar il-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF), nin­sab ottimist li se jkollna suċċess kemm fl-aspett ta’ difiża kif ukoll aktar tard is-sena d-dieħla meta nerġgħu niġu biex inkomplu nkabbru l-ekonomija tagħna. Sa dakinhar nibqgħu naħdmu biex niggarantixxu l-ħobża ta’ kuljum għall-familji Maltin u Għawdxin f ’dawn iż-żminijiet diffiċli.”



07

19.04.2020

kullhadd.com

SOLIDARJETÀ INEŻISTENTI FL-IMMIGRAZZJONI Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo din il-ġimgħa kien involut direttament f ’argumenti ma’ dawk li ma qablux mad-deċiżjoni iebsa tal-Gvern li jagħlaq il-portijiet ta’ Malta u ma jaċċettax aktar immigranti bil-għan li r-riżorsi diġà limitati tal-pajjiż jibqgħu ffokati, kif jixraq, għall-kwistjoni tal-pandemija u l-protezzjoni ta’ ġensna. Fost dawn ma setax jonqos li jkun hemm ukoll min mill-Partit Nazzjonalista, li ssuġġerixxa li l-immigranti kollha jiddaħħlu u wara jitqassmu fost pajjiżi oħrajn fl-Unjoni Ewropea. Minkejja dan, f ’kum­ment li tella’ fuq Facebook nhar il-Ġimgħa filgħodu, l-istess Ministru Bartolo wera li s-solidarjetà Ewropea ma taħdimx b’dak il-mod, anzi bilkemm taħdem. Il-Ministru kiteb li mill-2005 sal-lum ġew ittraffikati kważi 22,000 persuna mil-Libja lejn Malta, li minnhom pajjiżi oħrajn Ewropej ħadu inqas minn 2,000, filwaqt li kważi d-doppju t’hekk ittieħdu mill-Istati Uniti tal-Amerka. “Aktar rajna solidarjetà mill-Istati Uniti milli millpajjiżi l-oħrajn kollha tal-UE,” stqarr il-Ministru,

waqt li indika li l-aktar pajjiżi Ewropej li għenuna kienu Franza u l-Ġermanja, għalkemm sibna xi għajnuna wkoll mill-Irlanda, mill-Portugall, minn Spanja u mill-Lussemburgu. “Għal dawk li qed jgħidulna ħallu lit-traffikanti tal-bnedmin jibagħtu kemm iridu nies lejn Malta, imbagħad naqbdu t-telefown u nċemplu lill-pajjiżi tal-UE biex jiġu jeħduhom: tajjeb ikunu jafu li mill21,858 li bagħtulna mis-sena 2005 sal-lum, il-pajjiżi l-oħra tal-UE ħadulna 1,738 biss. L-Istati Uniti ħaditilna 3,389, kważi d-doppju, l-aktar bejn l-2012 u l-2016. Jista’ l-iċken pajjiż fl-UE jibqa’ waħdu jġorr din ir-res­ ponsabbiltà kollha li jilqa’ fi ħdanu lil dawk kollha li t-traffikanti tal-bnedmin jibagħtu lejna?” temm jistaqsi fuq Facebook il-Ministru. Waqt li din il-ġimgħa kien ukoll qed jitkellem fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Ministru Bartolo wkoll iddikjara li attwalment hemm eluf ta’ immigranti lesti biex jiġu ttraffikati mil-Libja lejn l-Ewropa u fuq il-GPS li jingħataw mit-traffikanti qed ikollhom irrekordjata espliċitament ir-rotta lejn il-kapitali Maltija.

Sadanittant il-Ġimgħa filgħaxija stess ħareġ l-Eks Prim Ministru u Kap Nazzjonalista Lawrence Gonzi jattakka d-deċiżjoni tal-Gvern, waqt li wkoll iddefenda lill-UE f ’azzjonitha, tant li wera ruħu mdarras li hemm min qed jipponta subgħajh lejn Brussell. Minkejja dan, malajr biddel it-ton u l-argumenti meta ntalab jiġġustifika kif Gvern Nazzjonalista fl2002 kien bagħat lura grupp ta’ immigranti mill-Eritrea fejn imbagħad ġew ittorturati, skont Amnesty International. Waqt li ammeta li, bl-għarfien illum, iħares lejn dik id-deċiżjoni bħala żball amministrattiv, Gonzi insista li l-argument mhuwiex l-istess, “għax lil dawn in-nies salvajniehom,” anke jekk wara prattikament intbagħtu direttament għat-tortura u għall-qatla f ’xi każi. Ta’ min isemmi li, miċ-ċifri ppreżentati lbiraħtlula mill-Ministru attwali għall-Affarijiet Barranin, joħroġ li fl-aħħar seba’ snin ta’ Gvern Laburista ddaħħlu Malta mal-4,300 immigrant inqas minn dawk li ġew fil-perjodu bejn l-2005 u l-2012 taħt it-tmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista mmexxi minn Gonzi nnifsu.

IL-MIŻURI “GĦAD FADLILHOM” Tkompli minn paġna 1 Waqt li lbieraħ l-imfejqin telgħu b’kollox għal 99 persuna, il-Professur Gauci qalet li jrid ikun hemm tnaqqis sostnut tal-każi biex inserrħu rasna li tassew qegħdin fil-fażi għall-wita tal-kurva. L-awtoritajiet tas-saħ­ ħa ripe­tu­ta­ment issemmu l-importanza li din il-kurva tal-każi tibqa’ baxxa kemm jista’ jkun bil-għan li s-servizzi tas-saħħa jkunu jistgħu joffru l-aħjar kura possibbli u s-sitwazzjoni tibqa’ taħt kontroll, xi ħaġa li jidher li qed tintlaħaq tajjeb ħafna. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika indikat is-so­disfazzjon tal-awtoritajiet bis-sitwazzjoni attwali, anke jekk se jkomplu jsegwu b’mod rigoruż kif jiż­ volġu l-affarijiet minn jum għal jum. “Irid ikollna sitwazzjoni stabbli u l-prerekwiżiti kollha qabel ikunu jistgħu jitnaqqsu l-miżuri jew kif se jiġu rriversjati u liema miżuri għandhom ikunu l-ewwel,” tenniet il-Prof. Gauci. Hi spjegat li l-awtoritajiet tassaħħa għadhom qed isegwu kif sejrin il-każi u, fi kliemha, inkunu lħaqna l-quċċata żgur meta jkun hemm tnaqqis kostanti tal-każi pożittivi. Mill-istatistika tal-każi atti­vi, jiġifieri mingħajr dawk id-99 li sadanittant fiequ u t-tliet vittmi li kellna s’issa, jidher ċar li l-każi f ’Malta baqgħu jżommu livell baxx għall-aħħar jiem, partikolarment mid-9 t’April lil hawn. Kif jidher fit-tabella, li qegħdin nippubblikaw hawn, id-differenza llum minn għaxart ijiem ilu, meta kien hemm 319-il każ attiv, hi biss ta’ ħames każi aktar.

COVID-19: KAŻI ATTIVI

319 (09/4) 332 (10/4) 351 (11/4) 331 (12/4)

319

337 (13/4) 352 (15/4)

186 193

314 (16/4) 328 (17/4) 324 (18/4) 2 7

3 8

351

331 337

346 352 314

328 324

288 282

346 (14/4)

1 6

332

17 19 7 12 12

28 36

46 51

62

71

88

105 108

127 132

137

200

211

222

236

147 149 154

4 5 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30

1

2

3

4

5

6

7

Sadanittant ħabbret li wara 972 swab test li kienu saru fl24 siegħa ta’ qabel instabu erba’ każi pożittivi, inklużi tlieta oħra fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far, li għadu taħt kwarantina u taħt osservazzjoni kontinwa tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar. Hemmhekk ġew ittestjati pożittivi Sudaniż ta’ 28 sena u tnejn mill-Bangladesh ta’ 24 u 18-il sena. Ir-raba’ persuna li ġiet irreġis­ trata pożittiva lbie­raħ ukoll hi barranija, Taljan ta’ 34 sena li jgħix fostna, u li l-uniku kuntatt li kellu kien ma’ persuna oħra li tgħix miegħu. Fuq talba tal-ġurnalista ta’ ONE News, il-Professur Gauci tat dettalji dwar il-każi attivi ta’ bħalissa, li fil-maġġoranza huma

9 10 11 12 13 14 15 16 17 18

APRIL

MARZU

Dan il-fattur huwa riżultat ta’ każi kostanti ta’ fejqan li kellna fl-aħħar jiem, 95 każ mit-8 t’April ’l hawn. Dawn kienu maq­sumin 11-il każ (08/04); 28 każ (12/04); 38 każ (16/04); 9 każi (17/04) u 8 każi (lbieraħ). Wara xahar mill-bidu tal-im­ xija f ’pajjiżna fejn il-każi baqgħu dejjem jiżdiedu u l-kurva kienet dejjem għat-telgħa, anke jekk bil-mod, iċ-ċifri ta’ dawn l-aħħar għaxart ijiem żammew il-kurva pjuttost ċatta. Minkejja s-suċċess tal-awtori­ tajiet tas-saħħa u l-kollaborazz­ joni inġenerali tal-pubbliku li qed jaderixxi mal-miżuri ta’ prekawzjoni li ġew inforzati, ilparir tal-Professur Gauci kien li nkomplu nimxu mar-rakkomandazzjonijiet li ngħataw s’issa.

8

wkoll fl-etajiet ta’ bejn l-20 u l-34 sena. Fil-maġġoranza wkoll il-pazjenti qed jinżammu d-dar u jin­ għataw il-kura mill-awtorita­jiet tas-saħħa f ’darhom stess. Dawn il-persuni setgħu jinżammu fiddar anke wara li jkunu fiequ u għadda l-perjodu tal-kwarantina. Numru ieħor ta’ każi ngħataw kura akuta fl-isptarijiet u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika kkonfermat li għad għandna żewġ pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva fl-Isptar Mater Dei, anke jekk f ’qagħda medika tajba. Bħal drabi oħrajn, il-Profes­ sur Gauci temmet l-appuntament tagħha ta’ kuljum bl-appell għall-kawtela, anke jekk reġa’ kellna numru żgħir ta’ każi

pożittivi. Fakkret kif ir-realtà tibqa’ li hemm barra għad hemm xorta trażmissjoni lokali fil-komunità u huwa kruċjali li wieħed isegwi l-istruzzjonijiet tal-awtoritajiet tas-saħħa, bit-tama li nirkupraw aktar malajr mis-sitwazzjoni u jibdew ukoll jonqsu l-miżuri bla preċedent li kellhom jiddaħħlu.

Nilħqu l-quċċata żgur meta jkun hemm tnaqqis kostanti tal-każi pożittivi


08

19.04.2020

kullhadd.com

Il-post biswit iċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far li nbidel temporanjament biex minnu topera l-NGO waqt li tikkontrolla s-sitwazzjoni tal-post li jinsab taħt kwarantina mandatorja

Is-Segretarju Parlamentari Grima (xellug) waqt żjara lill-membri tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar

F’ĦAL FAR JISTGĦU JIŻOLAW MADWAR 150 IMMIGRANT BISWIT IĊ-ĊENTRU MIFTUĦ TWAQQFET KLINIKA TEMPORANJA OPERATA MIS-SOĊJETÀ MALTIJA TAS-SALIB L-AĦMAR BIEX TIKKONTROLLA S-SITWAZZJONI Għadha kemm twaqqfet klinika tempo­ ranja biswit iċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far imħaddma mit-tobba, l-infermieri u mem­ bri oħrajn tas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar. Din il-gazzetta hi infurmata li l-post, fejn qed ikomplu jsiru wkoll is-swab tests lil aktar minn 1,000 resident fi kwaran­ tina, jista’ jservi wkoll ta’ iżolament għal madwar 150 immigrant li jinstabu pożittivi. L-immigranti fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far kienu ġew ordnati biex joqogħdu fi kwarantina fil-5 t’April li għadda, deċiżjo­ ni li nhar il-Ħamis li għadda ġiet estiża mill-awtoritajiet lokali. Kelliem għas-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar qal lill-KullĦadd li “ħdimna fuq proġetti ta’ kliniċi mediċi f ’ċentri miftuħin għall-immigranti. Minn din il-ġimgħa beda jopera dan iċ-ċentru ġdid f ’Ħal Far bħala parti mill-miżuri ta’ kontinġenza li qed jittieħdu kontra l-imxija tal-Coronavirus.” Bis-saħħa ta’ din l-inizjattiva mill-orga­ nizzazzjoni mhux governattiva l-pressjoni minn fuq l-istess Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far u minn fuq il-qasam tas-saħħa pubblika b’mod ġenerali qed titnaqqas drastikament. Is-Segretarju Parlamentari Clifton Gri­

Għaqdiet simili qed jagħtu eżempju ċar ta’ kif il-pajjiż kollu għandu jkun magħqud f’dan il-mument biex negħlbu din l-isfida

ma, li huwa responsabbli, fost oħrajn, millqasam tal-volontarjat, saħaq li din is-Soċjetà u għaqdiet oħrajn qed jagħtu eżempju ċar ta’ kif il-pajjiż kollu għandu jkun magħqud f ’dan il-mument ta’ sfida. Filwaqt li saħaq li għandna nkomplu nagħmlu kuraġġ u noqogħdu fuq il-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa, Grima rringrazzja lis-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar għallimpenn altruwista tagħha. “Minn qalbi, u f ’isem il-Maltin u l-Għawdxin kollha, nixtieq nirringrazzjahom ta’ dan il-ġest sabiħ. Aktar minn qatt qabel, għandna bżonn lil xulxin biex negħlbu din l-isfida.” Mill-bidu nett li faqqgħet il-pandemija s-Soċjetà Maltija tas-Salib l-Aħmar bdie­t tħejji għal dak li jista’ jinqala’ f ’pajjiżna u kienet f ’kuntatti kontinwi ma’ kollegi f ’pajjiżi oħrajn biex tara kif tista’ tkun talaħjar servizz lokalment. Saru wkoll diversi laqgħat mal-awtoritajiet lokali, ministeri u entitajiet oħrajn. Fl-istess ħin beda wkoll proċess ta’ taħriġ għall-voluntieri u l-impjegati tagħha, waqt li għamlet reviżjoni tal-bżonnijiiet ġodda u diversifikazzjoni ta’ xogħol li kien meħtieġ. Din is-sitwazzjoni bla preċedent kienet teħtieġ ukoll investiment qawwi f ’apparat ta’ protezzjoni għas-saħħa u s-sigurtà waqt il-qadi ta’ dmirijiethom. Fost is-servizzi li s-Soċjetà qiegħda toffri wkoll hemm dak li jitwasslu l-bżonnijiet, bħal ikel u mediċini, lil persuni vulnerabbli u lil dawk maqbudin fi djarhom. Dan qed isir b’kollaborazzjoni ma’ diversi kunsilli u ma’ entità privata ta’ karozzi tal-kiri li offriet diversi vetturi biex tkun tista’ tintlaħaq iddomanda. Is-Soċjetà qed toffri wkoll is-servizzi tagħha ta’ thermal screening f ’azjendi kbar tal-ikel, entitajiet parastatali u f ’oħrajn privati. Dan kemm għall-klijenti kif ukoll għall-ħaddiema.


09

19.04.2020

kullhadd.com

PROFESSUR TA’ FAMA DINJIJA B’ELOĠJU GĦALL-GVERN… LIVE WAQT NET NEWS! Il-Professur Jane Somerville, magħrufa fid-dinja medika kollha bħala waħda mill-iprem kardjologi li qatt eżistew, tat eloġju sħiħ lill-Gvern Malti għall-mod kif jinsab organizzat tajjeb ħafna fil-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19. U dan għamlitu f ’intervista diretta fuq l-istazzjon televiżiv tal-Partit Nazzjona­ lista. “Impressjonata ħafna u f ’Malta ħaqqkom kull tifħir għall-mod kif qed jirnex­ xilkom tikkontrollaw is-sitwazzjoni,” saħqet il-Professur dirett mid-dar tagħha f ’Londra f ’intervista li xxandret live fuq NET News nhar il-Ħamis filgħaxija. Hi ntalbet mill-preżentatriċi tanNET biex tagħti r-reazzjoni dwar is-sitwazzjoni lokali mill-perspettiva tagħha, ladarba l-Professur żaret kemm-il darba pajjiżna u saħansitra għandha wkoll relazzjoni tajba ħafna mad-Dipartiment tal-Kardjoloġija tal-Isptar Mater Dei. Jirriżulta wkoll li l-klinika għall-kura ta’ pazjenti adulti b’mard tal-qalb mittwe­lid (GUCH Clinic) fl-istess Sptar hi bbażata fuq il-mudell tal-istess Professur. F’pajjiżha, fir-Renju Unit, il-Profes-

Waqt l-intervista lill-Professur Somerville fuq NET News nhar il-Ħamis sur Somerville, li llum għandha 87 sena, tibqa’ magħrufa li kienet intagħżlet biex tieħu sehem fl-ewwel trapjant tal-qalb li sar fl-1968, waqt li sa ftit tal-ġimgħat ilu kienet għadha ddur id-dinja biex tħarreġ speċjalisti tal-qalb, inkluż f ’Malta. Fl-aħħar ġranet, il-kontribut mediku

tagħha wkoll ġie rikonoxxut mill-Fede­ raz­zjoni Dinjija tal-Qalb (WHF), l-aħħar minn sensiela ta’ unuri prestiġjużi. Mistoqsija kif qed tgħix dawn il-jiem fil-kapitali Ingliża, il-Professur stqarret li Londra mhix l-istess dawn il-jiem, bħall-kumplament tad-dinja, wara kollox,

imma qalet li lil Malta tħobbha u tittama li ma ddumx ma terġa’ tiġi żżurna. “Intom m’għandkomx il-lock­down kif impona l-Gvern tagħna (Ingliż). Jidher li intom (Malta) preparati sew u Mater Dei hu organizzat tajjeb ħafna. Jekk xejn għandkom Ministru għas-Saħħa (Chris Fearne) tajjeb ħafna u ngħir għalikom. Vera ngħir għalikom,” tenniet il-Professur. Kliem il-Prof. Somerville dwar il-kura tas-saħħa Maltija jirredikola lill-Partit fl-Oppożizzjoni, anke jekk fuq l-istazzjon tiegħu stes­s, kull meta dan joqgħod jispara bl-addoċċ kritika bla bażi f ’dan ir-rigward. Mindu l-pandemija laqtet ukoll ix-xtut tagħna, il-Partit ta’ Adrian Delia spiss jipprova jagħti l-impressjoni li xi parti jew oħra mis-servizzi tas-saħħa mhix taħdem sew jew inkella mhix attrezzata kif meħtieġ biex tiffaċċja din il-kriżi, anke jekk, bħalma qalet il-Professur Somerville, in-numri jiġġustifikaw u jagħtu tifħir kbira lill-isforzi Maltin fiċ-ċirkostanzi li huma meqjusin bħala straordinarji madwar id-dinja kollha.


10

19.04.2020

kullhadd.com

MALTI L-MOĦĦ WARA RAKKONT TA’ LINJA FERROVJARJA STORIKA EMIGRA WARA T-TIENI GWERRA DINJIJA U SAB XORTIH FIN-NEGOZJU, INKLUŻ FI TMIEM IT-TMEXXIJA TA’ FOND LI SEKLU ILU KIEN RELATAT MA’ MINJIERI TAL-AZZAR U L-ĦADID STRUMENTALI FIL-BINI TA’ ROTTA TRANSKONTINENTALI AMERIKANA Great Northern Iron: James J. Hill’s 109Year Mining Trust huwa l-isem tal-ktieb mill-awtur Amerikan James Stolpestad li ġie ppubblikat fl-aħħar jiem mir-Ramsey County Historical Society. Fih tiġi rrakkontata waħda mill-akbar ġrajjiet fl-istorja ferrovjarja Amerikana, jiġifieri l-bini tal-linja transkontinentali l-aktar ’il fuq fit-Tramuntana tal-pajjiż, u l-fond li nħoloq apposta biex in-negozjant James J. Hill idur ma’ liġijiet Amerikani u jibni r-rotta bil-metall estratt mil-minjieri li kienu jokkupaw partijiet minn artu. L-aħħar President u Kap Eżekuttiv ta’ dan l-istess fond, li ngħalaq ħames snin ilu, kien il-Malti Joseph Micallef, li emigra lejn l-Istati Uniti mas-70 sena ilu. Kien proprju Micallef li kkummissjona lil Stolpestad biex jirrakkonta l-istorja ta’ suċċess tal-kumpanija mwaqqfa minn Hill u li wasslet għall-ħolqien tar-rotta prinċipali mill-belt ta’ Saint Paul f ’Minnesota sa Seattle f ’Washington. Il-Malti, li mexxa l-fond mill-1999 sakemm ingħalaq u deskritt bħala l-aktar kap eżekuttiv importanti fl-istorja twila tiegħu, emigra lejn l-Amerka wara t-Tieni Gwerra Dinjija u spiċċa jservi fil-Qawwa tal-Ajru Amerikana għal ħames snin. Sussegwentement hu ggradwa bħala avukat mill-Mitchell College of Law u bejn l-1972 u l-1995 kellu r-responsabbiltà ta’ Kap Eżekuttiv tal-kumpanija li tamministra l-fortuni tal-familja Weyerhaeuser. Frederick Weyerhaeuser, meqjus it-tmien l-aktar persuna sinjura fl-istorja Amerikana ta’ kull żmien, kien jgħix mal-familja tiegħu biswit id-dar ta’ James Hill, minn fejn dan tal-aħħar wisq probabbli sar jaf bil-kapaċitajiet talMalti, anke jekk Micallef, li okkupa diversi pożizzjonijiet maniġerjali u fuq bordijiet, kien diġà fost l-aktar figuri prominenti fid-dinja tan-negozju f ’Minnesota. Minkejja dan, hu dejjem evita l-pubbliċità u l-ġurnalisti u allura ftit hu magħruf dwaru. Il-fond, li fil-bidu kien magħruf bħala Great Northern Iron One Properties, kien is-sid u l-amministratur ta’ iżjed minn 270 kilometru kwadru ta’ art fil-Mesabi Range. L-art kienet tinkera lil kumpaniji tal-ħadid u l-azzar, li kienu jagħmlu x-xogħol fil-minjieri.

Il-kundizzjonijiet li welldu l-fond ukoll kienu jiddettaw it-tmiem tiegħu billi jisħqu li dan kellu jiġi likwidat 20 sena wara li jmut l-aħħar minn 18-il raġel jew subien – ilkoll membri jew ħbieb tal-familja Hill imsemmijin fid-dokumenti oriġinali tal-fond. Għaldaqstant il-proċess għal-likwidazzjoni tnieda fl1995 meta Louis W. Hill Jr, proneputi ta’ James J. Hill, miet fl-età ta’ 92 sena. Il-fond kien twaqqaf apposta fl-1906 biex jevita restrizzjonijiet fil-Liġi Federali Hepburn, li kienet iċċaħħad kumpaniji tal-bini tal-linji tal-ferroviji milli jużaw materjal li jipproduċu huma stess. Għaldaqstant James Hill ħoloq l-entità billi lix-shareholders fil-kumpanija tiegħu Great Northern Railway tahom ċertifikat fil-fond għal kull sehem li kellhom flistess kumpanija.

Meta l-Imħallef tal-Qorti Distrettwali ta’ Ramsey County Margaret Marrinan, li mexxiet il-proċess għall-għeluq tal-fond, issuġġeriet li l-vjaġġ ta’ dan il-fond kien ħaqqu jiġi rrakkontat fi ktieb, Joseph Micallef qabel u dar fuq Stolpestad bħala l-għażla ovvja tiegħu. Fil-fatt, Stolpestad, gradwat fl-istorja mill-Università ta’ Minnesota, mhux biss kien responsabbli għall-parti legali talfond, iżda meta riċentament kumpanija tiegħu żviluppat l-eks uffiċċju postali fil-qalba ta’ St Paul f ’appartamenti u lukanda, hu kiteb ukoll ktieb, bl-isem ta’ Custom House, dwar dak l-istess proġett. Għall-ktieb dwar il-fond tal-familja Hill, l-awtur qabbad ukoll lill-perit u kartografu Adam Jarvi biex jgħaqqad ritratti satellitari mid-Dipartiment tar-Riżorsi Naturali f ’Minnesota b’tagħrif privat

miġbur fl-1959 fl-aħħar minn erba’ atlases li pproduċa biex jindika l-minjieri f ’Mesabi u l-faċilitajiet relatati. Jarvi ġie lura b’żewġ pjanti mitwijin ta’ tliet piedi l-waħda għall-ktieb. Skont Stolpestad, is-saga tal-Great Northern Iron qatt ma ġiet irrakkontata qabel primarjament minħabba li kienet intrapriża ta’ negozju privata intensa, magħmula minn familji sinjuri ħafna u kważi xejn ma kien jingħata għall-pubbliċità, anke jekk din kienet l-ewwel waħda minn Minnesota li qatt innegozjat pubblikament fuq il-Borża ta’ New York. Dan il-ktieb ta’ 302 paġni issa qed jiżvela dettalji li għal aktar minn seklu nżammu sigrieti, inklużi diversi battalji legali kbar li kellhom jiġu missielta u eventwalment mirbuħa.


11

19.04.2020

kullhadd.com

L-IPPJANAR JADDATTA WKOLL FIS-SITWAZZJONI BIEX JIBQA’ RILEVANTI Għalkemm ir-realtà ġdida tal-COVID-19 akkumpanjatna tul dawn l-aħħar xahar u nofs, iż-żmien ma jistenna lil ħadd u l-Gvern hu kommess li jkompli jwettaq il-mandat li ngħata mill-poplu Malti u Għawdxi fl-2017. Il-Ministeru tal-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar ukoll mexxa wħud mill-miżuri li jippermettu li l-ħidma tal-Gvern ma titwaqqafx bla bżonn. Fix-xjenza u fl-ekonomija jingħad li min ma jaddattax għall-ambjent ta’ madwaru jispiċċa jsir irrilevanti. Ma’ din il-gazzetta l-Ministru responsabbli Aaron Farrugia qal li rnexxielhom jaddattaw għar-realtà l-ġdida tal-COVID-19 mingħajr ma jqiegħdu xkiel żejjed fuq il-familji. “Kienu tnejn il-prinċipji li ggwidawna biex ħadna dawn id-deċiżjonijiet kuraġġużi f ’dan iż-żmien diffiċli – li nipproteġu s-saħħa tal-pubbliku u li nissalvagwardjaw il-ġid tan-nies. B’hekk fl-aħħar ġimgħat l-Awtorità tal-Ippjanar implimentat mi­ żu­ri li jippermettu t-tkomplija tal-operat tagħha u qed timplimenta ċerti bidliet fl-operat biex tassi­ gura li s-servizz jibqa’ effiċjenti, ta’ kwalità u trasparenti f ’dan iż-żmien ukoll. Dawn il-miżuri ġew implimentati permezz ta’ żewġ avviżi legali li ġew ippubblikati fil-ġimgħat li għaddew.” FUQ: In-negozjant James J. Hill fl-aħħar ritratt tiegħu meħud fl-1916 u ppubblikat fi ktieb ieħor ippubblikat fl-1976 (James J. Hill and the Opening of the Northwest) TAĦT: Ritratt ta’ grupp ta’ ħaddiema mill-kumpanija Great Northern Railway waqt il-bini tar-rotta storika transkontinentali bejn Minnesota u Washington

Laqgħat tal-PA bil-video conferencing Fl-ewwel avviż legali, l-Awtorità tal-Ippjanar introduċiet protokoll ġdid li ppermetta lill-bordijiet u l-kummissjonijiet tal-ippjanar biex ikomplu bil-laqgħat pubbliċi tagħhom permezz ta’ mezzi elettroniċi jew alternattivi ta’ komunikazzjoni. Kwalunkwe applikant, perit jew persuna interessata għandha titħalla tagħmel is-sottomissjonijiet tagħha relatati mal-każ li l-bord jew kummissjoni partikolari tkun qed tiddiskuti permezz ta’ mezzi elettroniċi bħal video conferencing biex tiżgura li tkun kemm jista’ jkun aċċessibbli. Il-Ministru spjega kif waħda mill-miżuri li ġiet imħabbra kienet li tiġi preparata kamra apposta bil-kompjuters biex persuni li jridu jsegwu l-laqgħat tal-Awtorità jagħmlu dan xorta waħda. L-Awtorità fiehmet li din il-miżura setgħet ixxekkel lil ċerti nies li m’għandhomx aċċess għal mezzi elettroniċi f ’darhom milli jipparteċipaw f ’dawn illaqgħat. Miżura bħal din hija mmirata proprju biex tnaqqas dak li jissejjaħ id-digital divide u tħeġġeġ aktar parteċipazzjoni tan-nies f ’dan iż-żmien. “Huwa ta’ inkoraġġiment kbir li tara pajjiżi oħrajn jimxu fuq il-passi ta’ pajjiżna. L-iskop ta’ miżura bħal din kien li niggarantixxu l-parteċipazzjoni tal-membri tal-pubbliku waqt il-laqgħat tal-Awtorità tal-Ippjanar, filwaqt li nkomplu naħdmu biex nimmitigaw id-digital divide fi żminijiet bħal dawn,” qal Farrugia. Estensjoni tal-permessi tal-bini sa tmiem l-2022 Avviż legali li ġie ppubblikat fl-aħħar ġimgħat jittratta l-estensjoni tal-permessi tal-ippjanar bi tliet snin, sal-aħħar tas-sena 2022. Din il-miżura tapplika biss għal dawk il-permessi li diġà ġew approvati – dan bl-iskop li jiġu bbilanċjati x-xogħ­lijiet ta’ kostruzzjoni għax-xhur u s-snin li ġejjin. “Minn perspettiva ambjentali, filwaqt li nżommu inkunsiderazzjoni wkoll il-kwalità tal-ħajja

Fi żmien fejn is-saħħa pubblika hi ta’ importanza ewlenija, il-maġġoranza tas-setturi tal-ekonomija se jħarsu lejn modi aktar kreattivi u innovattivi biex ikomplu jaħdmu taċ-ċittadini, estensjonijiet bħal dawn inaqqsu milli jinħolqu xenarji fejn il-pajjiż kollu jispiċċa jinbidel f ’sit wieħed ta’ kostruzzjoni b’tiġrija kontra l-ħin biex il-kuntratturi jlaħħqu mal-pjani tagħhom. Xenarju bħal dan mhux biss hu riskjuż, iżda wkoll ta’ dannu għal kulħadd. L-għan ewlieni ta’ miżura bħal din hu li l-Awtorità tqassam ix-xogħlijiet għall-bini ta’ residenzi u negozji, li diġà għandhom il-permess.” Il-Ministru kompla li din il-miżura se tevita milli proġetti jitħallew mitluqa u mhux mitmuma filwaqt li tnaqqas il-piż amministrattiv fuq dak li għandu x’jaqsam ma’ tiġdid ta’ permessi li diġà ngħataw. Dan jgħin ukoll biex ma jkollokx interruzzjonijiet maġġuri li jwasslu biex ikollok żbilanċ fis-settur tal-kostruzzjoni madwar il-pajjiż meta s-sitwazzjoni terġa’ tiġi għan-normal – xi ħaġa li minnha nnifisha ġġib magħha riperkussjonijiet fuq l-ambjent. Minbarra kunsiderazzjonijiet ekonomiċi u ambjentali, jirriżulta li l-familji Maltin se jsibu lilhom infushom f ’sitwazzjoni diffiċli minħabba r-riper­ kussjonijiet tal-COVID-19. Miżura simili se tagħti xi naqra solliev u tgħin lil dawn il-familji biex ikunu jisgħu jiżviluppaw darhom. “Fi żmien fejn is-saħħa pubblika hi ta’ importanza ewlenija, il-maġġoranza – u ma neskludix li kull – settur ekonomiku f ’pajjiżna se jkun qed iħares lejn modi aktar kreattivi u innovattivi biex ikun jista’ jkompli jaħdem. Ma hemm ebda raġuni għal xiex is-settur tal-kostruzzjoni, li jimpjega eluf, ma jagħmilx l-istess. Tibdil bħal dan għandu jagħmlilna l-ġid, anke bħala pajjiż, fejn se jkun qed jgħinna biex ngħammru lilna nfusna bl-aħħar tek­ noloġiji, pjani ta’ kontinġenza u modi alternattivi kif nagħmlu l-affarijiet, bħal modi kif innaqqsu l-effetti negattivi f ’każ ta’ kriżi.” Il-Ministru ressaq ukoll abozz biex tinbidel illiġi ħalli t-Tribunal għar-Reviżjoni għall-Ambjent u l-Ippjanar (EPRT) jibda jiltaqa’ b’video conferencing ukoll. “Eluf ta’ familji jaqilgħu l-għajxien tagħhom mill-industrija tal-kostruzzjoni, li tlaħħaq għal 3.8% tal-ekonomija Maltija u magħha ġġib diversi benefiċċji. Il-qasam tal-kostruzzjoni jiġġenera dħul konsiderevoli fis-setturi ta’ servizzi professjonali u proprjetà. Il-bilanċ bejn dawn iż-żewġ setturi hu ċ-ċavetta li kapaċi ttejjeb. Il-mument li pajjiżna jiġbed il-brejkijiet f ’ħakka t’għajn fuq is-settur tal-ippjanar ikollu effetti negattivi li jmorru lil hinn mis-soċjal u mill-ekonomiku. Dan jista’ jġib miegħu effetti negattivi li fil-futur jistgħu jaffettwaw kemm l-ambjent urban kif ukoll l-ambjent naturali ta’ pajjiżna,” temm jgħidilna l-Ministru Farrugia.


12

19.04.2020

kullhadd.com

IR-RWOL TAL-ISTATI UNITI FIR-RISPONS INTERNAZZJONALI GĦALL-COVID-19

Mark A. Schapiro Chargé d’Affaires, Ambaxxata tal-Istati Uniti f’Malta

Iċ-ċelebrazzjoni ta’ din is-sena tal-Jum Dinji tas-Saħħa fis-7 ta’ April kienet iddedikata għarrwol kritiku tal-infermiera biex iżommu d-dinja b’saħħitha. L-infermiera, it-tobba u l-ħaddiema tas-saħħa li jinsabu madwar id-dinja bħalissa huma fuq quddiem nett fir-rispons għallCOVID-19. Taħt ċirkostanzi mill-aktar diffiċli u ta’ qsim ilqalb, huma jipprovdu trattament ta’ kwalità għolja u kura b’kompassjoni, ħafna drabi jirriskjaw saħħithom u jsofru separazzjoni fit-tul mill-familji tagħhom biex iżommuhom siguri. Madwar id-dinja, il-pajjiżi qed jiġġieldu kontra l-għadu inviżibbli li huwa l-COVID-19. L-istorja tar-rwol tal-Istati Uniti fil-battalja globali kontra l-COVID-19 hija storja ta’ jiem, xhur u għexieren ta’ snin. Kuljum, assistenza teknika u materjali ġodda mill-Istati Uniti jaslu fi sptarijiet u fil-laboratorji madwar id-dinja. L-Istati Uniti nipprovdu għajnuna għaliex nemmnu li hija l-aħjar ħaġa li għandna nagħmlu, anke waqt li naħdmu biex nindirizzaw il-ħtiġijiet urġenti tagħna stess tas-saħħa pubblika f ’pajjiżna. Aħna nagħmluha wkoll minħabba li l-pandemiċi ma jirrispettawx il-fruntieri nazzjonali. Jekk nistgħu ngħinu lillpajjiżi milquta mill-COVID-19, aħna se nsalvaw ħajjiet f ’pajjiżi oħra u f ’darna stess fl-Istati Uniti. Din il-loġika tispjega għaliex l-Istati Uniti kienu minn tal-ewwel biex jgħinu lill-poplu Ċiniż malli ħarġu rapporti minn Wuhan tat-tifqigħa. Fil-bidu ta’ Jannar, il-Gvern tal-Istati Uniti offra assistenza teknika immedjata liċ-Ċentru Ċiniż għall-Kontroll tal-Mard. Fl-ewwel ġimgħa ta’ Frar, l-Istati Uniti ttrasportaw kważi 18-il tunnellata ta’ provvisti mediċi lil Wuhan provduti minn organizzazzjonijiet umanitarji Amerikani. L-Istati Uniti wiegħdu wkoll $100 miljun f ’assistenza lill-pajjiżi biex jiġġieldu dak li wara ftit sar pandemija.

Waqt li l-awtoritajiet tas-saħħa f’Malta wrew tmexxija ta’ klassi dinjija u kompetenza fil-ġestjoni tal-pandemija, l-Ambaxxata tal-Istati Uniti ssieħbet mal-kumpanija Maltija Invent 3D fil-produzzjoni biex tistampa tarki tal-wiċċ biex ħaddiema tas-saħħa jibqgħu siguri f’dan iż-żmien

Ir-risposta tagħna issa taqbeż b’ħafna l-wegħdiet inizjali. Minn meta faqqgħet il-COVID-19, il-Gvern tal-Istati Uniti impenja kważi $500 miljun f ’assistenza. Dan il-finanzjament se jtejjeb l-edukazzjoni fis-saħħa pubblika, jipproteġi l-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, u jżid ilkapaċità tal-laboratorji, is-sorveljanza tal-mard, u l-kapaċità ta’ reazzjoni rapida f ’aktar minn 60 pajjiż l-iktar f ’riskju tad-dinja - kollha fi sforz biex jgħin ħalli l-COVID-19 ma tinfirixx lil hinn mill-fruntieri. Aħna qed ngħinu aġenziji tal-Ġnus Magħquda u NGOs biex jibnu aktar faċilitajiet tas-saħħa, ilma u sanità fit-tramuntana tas-Sirja biex jevitaw it-tixrid tal-virus. Aħna qed ngħinu ħbieb mill-Afrika għall-Asja, u lil hinn. Matul it-triq, aħna qed nevalwaw kontinwament l-għajnuna diretta tagħna u l-appoġġ tagħna lill-organizzazzjonijiet internazzjonali, biex niżguraw li hija effettiva, mhux politika u li tasal għand dawk li għandhom bżonnha l-aktar. Sabiex nirbħu l-battalja kontra l-COVID-19, ilkoll madwar id-dinja rridu nikkoperaw, naqsmu l-informazzjoni, u nimminimizzaw il-ħela ta’ riżorsi prezzjużi. Hawnhekk f ’Malta, l-awtoritajiet tas-saħħa pubblika wrew tmexxija ta’ klassi dinjija u kompetenza fil-ġestjoni

tal-pandemija. Filwaqt li Malta mhix bl-ebda mod waħda millpajjiżi l-iktar li għandhom riskju, l-Ambaxxata tal-Istati Uniti ssieħbet mal-kumpanija Maltija Invent 3D fil-proġett innovattiv tagħha biex tipprintja tarki talwiċċ 3D biex tgħin lill-ħaddiema tas-saħħa jibqgħu siguri waqt il-pandemija COVID-19. Invent 3D għandha l-għan li tipproduċi sa 500 tarka tal-wiċċ kuljum, għan impressjonanti. Permezz ta’ sħubijiet bħal dan, aħna impenjati li nappoġġjaw l-isforzi tal-awtoritajiet Maltin biex jindirizzaw l-isfidi bla preċedent tal-pandemija COVID-19. L-għajnuna tagħna hija ħafna iktar minn flus u provvisti. Huma l-esperti li bgħatna mad-dinja kollha, u dawk li għadhom qed iwettqu tutorials illum permezz tat-telekonferenzi. Huma t-tobba u l-professjonisti tas-saħħa pubblika mħarrġa grazzi għall-finanzjament tal-Istati Uniti u l-istituzzjonijiet edukattivi. U huma l-katini tal-provvisti li nżommu miftuħin għall-kumpaniji Amerikani li jipproduċu u jqassmu provvisti mediċi ta’ kwalità għolja madwar id-dinja. In-negozji, l-NGOs u l-organizzazzjonijiet reliġjużi Amerikani taw mill-inqas $1.5 biljun lill-pajjiżi milquta għall-ġlieda kontra l-pandemija COVID-19. Kumpaniji Amerikani qed jinnovaw teknoloġiji ġodda għal

vaċċini, terapewtiċi, dijanjostiċi, u ventilaturi. Hekk kif dejjem għamilu, l-Istati Uniti se jgħinu lill-oħrajn waqt dan il-mument tal-ikbar bżonn. Il-pandemija COVID-19 mhijiex differenti. Se nkomplu ngħinu lill-pajjiżi jibnu sistemi tal-kura tas-saħħa reżiljenti li jistgħu jipprevjenu, jikxfu u jirrispondu għal tifqigħ ta’ mard infettiv. L-Istati Uniti jiffinanzjaw kważi 40% tal-programmi ta’ għajnuna tas-saħħa globali fid-dinja, li jammontaw għal $140 biljun f ’investimenti flaħħar 20 sena. Mill-2009, il-kontributuri Amerikani ffinanzjaw aktar minn $100 biljun f ’assistenza tas-saħħa u kważi $70 biljun f ’assistenza umanitarja globalment. Fl-2019, l-Istati Uniti pprovdew kważi $1.7 biljun lill-Aġenzija tal-Ġnus Magħquda għar-Refuġjati u $3.4 biljun lill-Programm Dinji talIkel. L-Istati Uniti taw ukoll aktar minn $700 miljun lill-Fond tal-Ġnus Magħquda għat-Tfal (UNICEF). Aħna kburin li ngħinu, flimkien ma’ nazzjonijiet oħra, lil dawn l-organizzazzjonijiet internazzjonali jwasslu l-ikel, il-mediċini, u għajnuna oħra madwar id-dinja. L-Istati Uniti huma l-akbar donaturi ta’ għajnuna umanitarja fl-isforzi għall-iżvilupp fit-tul u l-bini talkapaċità tal-organizzazzjonijiet.

Huma l-akbar donaturi għall-isforzi ta’ rispons ta’ emerġenza quddiem il-kriżijiet rikorrenti. Din l-għajnuna salvat ħajjiet, tat protezzjoni lil persuni li huma l-aktar vulnerabbli għall-mard, bniet istituzzjonijiet tas-saħħa u ppromwoviet l-istabbiltà tal-komunitajiet u n-nazzjonijiet. L-impenn tagħna lejn il-komunità internazzjonali jibqa’ sod anki meta l-Istati Uniti qed jiffaċċjaw sfidi mingħajr preċedent f ’pajjiżna minħabba t-tifqigħa tal-COVID-19. Aħna grati għas-solidarjetà u l-appoġġ li qed nirċievu mill-komunità internazzjonali u nafu li se noħorġu mill-kriżi minħabba l-appoġġ tal-ħbieb u l-imsieħba madwar id-dinja. Aħna grati għall-għajnuna tal-komunità internazzjonali fl-isforzi tagħna għar-ripatrijazzjoni taċ-ċittadini tal-Istati Uniti li sabu ruħhom maqbudin f ’pajjiżi barranin waqt il-kriżi. Flimkien mal-imsieħba internazzjonali tagħna, aħna se negħlbu dan l-għadu pandemiku u flimkien noħorġu aktar b’saħħitna. Dan huwa żmien li naħdmu flimkien biex nirbħu għedewwa komuni li jheddu il-ħajja tagħna lkoll. Grazzi tal-ħbiberija tagħkom, tal-ospitalità waqt li aħna l-mistednin tagħkom f ’Malta, u tal-appoġġ tagħkom biex flimkien inwaqqfu l-COVID-19 u sfidi transnazzjonali oħra.


13

19.04.2020

kullhadd.com

TAMA F’REBBIEGĦA GRIŻA Byron Camilleri Ministru

Il-bidu tar-rebbiegħa normalment huwa wkoll il-bidu ta’ perjodu differenti għall-ħaddiema, għall-istudenti u għall-familji. Ħafna jqisu dawn ix-xhur li qegħdin fihom bħala l-aħħar ġirja ta’ xogħol u studju qabel wieħed jibda jieħu ftit nifs fix-xhur tas-sajf. Iżda, mhux din is-sena. Marzu 2020 bidel kollox. Ir-rutina li ħafna nies kienu jgħixu ma baqgħetx hemm u f ’daqqa waħda eluf ta’ negozji u ħaddiema esperjenzaw theddida għall-kwalità u l-livell tal-għajxien

tagħhom. Il-COVID-19 kienet ‘attakk’ li ma konniex qed nistennew u li affettwa lid-Dinja u lill-Ewropa kollha. Malta, pajjiż li kien qed jiġri ma’ ta’ quddiem, ma kinetx eċċezzjoni. Huwa minnu li l-fatt li l-ekonomija tagħna kienet b’saħħitha fisser li seta’ kellna iktar riżorsi biex insaħħu s-sistema ta’ saħħa tagħna biex noffru kura ta’ kwalità. Għalkemm l-ikbar sigriet jibqa’ l-mod kif qed nikkontrollaw il-pandemija frott id-diversi miżuri li qed nieħdu. Li jikbru n-numri f ’daqqa, anke dak l-investiment fis-saħħa jaf ma jkunx biżżejjed biex jilqa’ għat-tsunami li tista’ jiġi. Għalhekk, fid-deċiżjonijiet kollha li nieħdu m’għandna nagħmlu xejn li jipperikola l-għan li noffru l-aħjar kura lil kull min illum jgħix f ’pajjiżna. Imbagħad, hemm l-aspett ekonomiku li ħasseb lil ħafna nies. Bir-raġun. Mhu faċli xejn li tara l-bieb tan-negozju tiegħek jingħalaq

għal ġimgħat jew li l-imgħallem jgħidlek li se tibda taħdem jiem imnaqqsa jew saħansitra xejn. Għalhekk, kien għaqli ħafna l-Gvern li daħal b’mod b’saħħtu biex jagħti l-għajnuna bil-għan li jsalva kemm jista’ jkun impjiegi. Proprju f ’dawn il-jiem bdew jintbagħtu l-ewwel ħlasijiet fejn f ’ħafna każi l-Gvern iggarantixxa €800 fix-xahar u ħeġġeġ lill-kumpaniji jħallsu sehem ieħor mis-salarju tal-impjegat. Meta mqabbel ma’ pakketti ta’ għajnuna ta’ pajjiżi oħra dak tagħna huwa fost l-iktar b’saħħithom. Iżda, iktar minn hekk inqisu bħala wieħed fost l-iktar ġusti fejn minflok ħadem b’persentaġġ ilGvern ħadem b’ammonti li stmaw lil kulħadd l-istess bi ħsieb ċar ta’ ġustizzja soċjali. Dan kollu jfisser li tajna ftit nifs. Nifhem li hemm min minkejja dan kollu xorta waħda se jħoss it-toqol tas-sitwazzjoni għax l-impenji li kellu qabel dħalna għal dan il-perjodu iebes kienu jikkorispondu wkoll għal-livell ta’ dħul. Għalhekk, kienet impor-

tanti wkoll id-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali ta’ Malta li qed jagħti sitt xhur moratorju fuq self wara direttiva tal-Gvern b’avviż legali maħsub biex jgħin lill-familji u n-negozji li ntlaqtu mill-pandemija. Importanti wkoll iż-żieda fl-għajnuna f ’dawk li huma benefiċċji tal-kera. Ilkoll għajnuniet li se jibdlu surplus li l-pajjiż kien qed jagħmel sas-sena li għaddiet f ’defiċit. Iżda, l-importanti li fil-bnazzi konna bil-għaqal biex fil-maltemp stajna ntaffu ftit. U rridu nibdew naħsbu għal meta l-affarijiet jerġgħu jibdew joqogħdu. Fosthom permezz ta’ inizjattivi oħra li diġà tħabbru u li jħeġġu lil min jiflaħ għal ċertu self u investiment biex jagħmel dan b’piżijiet ferm inqas milli kieku għamel hekk ftit tax-xhur ilu. Dan kollu parti minn pjan li jrid jibda jaħseb għal meta l-pandemija tibda tmajna u l-poplu Malti jibda jieħu l-ħajja lura. Hemm ukoll se nsibu mitqlu deheb il-fondi taċ-ċittadinanza b’investiment. Mhux se tkun faċli. Iżda, mhux

impossibbli. F’dak kollu li rridu nagħmlu jrid ikun hemm sens qawwi ta’ prijoritajiet. Fuq quddiem nett dik li l-familji u n-negozji bieżla li tul l-aħħar snin ħadmu u stinkaw kemm felħu biex ilpajjiż jikber b’rata tant mgħaġġla jkunu huma li issa jsibu l-ikbar spalla mingħand il-Gvern. Hekk biss jista’ jasal qabel il-mument li nibdew immorru lura għan-normalità. Huwa minnu li din ir-rebbiegħa hija griża iktar milli kkulurita, iżda d-deċiżjonijiet li qed jittieħdu joffru t-tama ta’ żminijiet aħjar.

Għalhekk, kien għaqli ħafna l-Gvern li daħal b’mod b’saħħtu biex jagħti l-għajnuna bil-għan li jsalva kemm jista’ jkun impjiegi

L-GĦANIJIET TAL-ISTRATEĠIJA

Stefan Zrinzo Azzopardi Segretarju Parlamentari

Qatt, fl-aħħar snin, ma mmaġinajna li l-imxija ta’ virus setgħet twassal għal kriżi daqstant kbira fuq livell internazzjonali. Ħafna minna kienu jqisu li l-Ewropa ma setgħetx tkun vittma ta’ pandemija bħal din u dan sforz l-avvanz fil-qasam mediku tul is-snin. Sa minn meta bdew jidhru s-sinjali ta’ dak li kellu jseħħ kawża ta’ dan il-virus, il-Gvern imbarka fuq pjan bi strateġija ċara maħsuba biex tilħaq tliet għanijiet. L-ewwel għan li ried jintlaħaq kien li l-virus jiġi mxekkel milli jinfirex kemm jista’ jkun. Dan l-għan, għalkemm huwa għan fih innifsu biex ikollna l-inqas numru ta’ nies

infettati, iservi bħala mezz biex jintlaħaq it-tieni għan. Jekk l-imxija tinfirex b’rata qawwija, is-servizz tas-saħħa ma jibqax aktar wieħed sostenibbli bil-konsegwenza li ma tkunx garantita l-aqwa għajnuna medika għal min jinħakem minn dan il-virus. It-tielet għan f ’din l-istrateġija jirrigwarda l-aspetti ekonomiċi. Il-fatt li l-ħarsien ta’ saħħet in-nies wassal biex jitwaqqfu bosta attivitajiet ekonomiċi f ’setturi differenti, ir-rankatura ekonomika qawwija li kellna bħala pajjiż sa ftit tal-ġimgħat ilu bdiet tonqos hekk kif bdew jittieħdu miżuri iebsa iżda meħtieġa. Numru ta’ setturi waqqfu l-attività tagħhom kompletament filwaqt li oħrajn raw tnaqqis fl-attività. Kif ngħidu, waħda ġġib lill-oħra, u s-setturi ekonomiċi huma marbuta bħal katina flimkien. Għalhekk, kien meħtieġ li l-Gvern jintervjeni permezz ta’ pakkett finanzjarju b’saħħtu biex id-daqqa fuq l-ekonomija u l-kwalità tal-ħajja tan-nies tkun l-inqas possibbli. Il-Gvern wieġeb għall-ħtiġijiet tal-pajjiż b’mod partikolari biex jiġi żgurat li jkunu mħarsa l-impjiegi.

L-istrateġija li addotta l-Gvern qed tagħti riżultati mfassla. Dan qed iseħħ bissaħħa tax-xogħol kbir u bla heda li qed jitwettaq minn dawk kollha involuti f ’din il-ġlieda kontra l-Coronavirus. Iżda, l-għanijiet qed jintlaħqu bl-għajnuna tal-poplu inġenerali li fil-maġġoranza assoluta tiegħu qiegħed jobdi d-direttivi tal-awtoritajiet tas-saħħa. B’mod kontinwu il-poplu Malti qed jiġi aġġornat bl-iżviluppi li qed iseħħu kif ukoll bi spjegazzjonijiet estensivi dwar il-ħtieġa tad-direttivi illi bidlu r-ritmu regolari ta’ kif aħna mdorrijin ngħixu l-ħajja tagħna. It-tfal ma baqgħux imorru aktar l-iskola, aktar nies qed jaħdmu mid-dar minflok mill-uffiċini. Oħrajn b’sagrifiċċji kbar qed jibqgħu jagħtu s-servizz tagħhom f ’oqsma importanti filwaqt li hemm numru ta’ persuni li jiddependu mill-għajnuna li ta l-Gvern biex ikomplu bil-ħajja ta’ kuljum. L-anzjani tagħna qed jibqgħu ġo djarhom u grazzi għal diversi servizzi u għajnuna mill-pubbliku inġenerali kellhom jibdlu għalkollox ir-rutina tagħhom. Qed ngħixu ħajja kompletament differenti

ftit ġimgħat ilu. Filwaqt li jeħtieġ li nżommu dawn il-miżuri fis-seħħ sakemm l-istudji tal-esperti ma jagħtux pariri mod ieħor, bħala Gvern qed inħejju pjani biex mill-ġdid pajjiżna jerġa jaqbad ir-rankatura ekonomika li kellu qabel. Dan il-pjan irid jitwettaq l-ewwel biex inħarsu l-impjiegi u mill-ġdid nerġgħu nsiru l-art tal-ħolqien tax-xogħol. It-tieni huwa importanti ferm li jkollna l-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-ħajja terġa’ tiġi għan-normal u bosta attivitajiet li llum ninsabu mċaħħda minnhom jerġgħu jieħdu l-ħajja. Dan ma jistax iseħħ b’xi deċiżjoni li tibdel kollox f ’tebqa t’għajn, iżda jista’ jsir b’mod gradwali. Huwa ta’ sodisfazzjon għalina li il-Fond Monetarju Internazzjonali jistqarr li l-ekonomija Maltija hija waħda reżiljenti ferm. Din l-istituzzjoni internazzjonali qed tbassar li l-ekonomija tagħna mhix se taqla’ daqqa kbira bl-istess mod tal-pajjiżi l-oħra Ewropej. Aktar minn hekk, il-Fond qed ibassar ukoll li s-sena d-dieħla l-ekonomija Maltija ser terġa’ taqbad ritmu ekonomiku qawwi bħalma kellha fl-aħħar snin.

Din il-pandemija żgur li fethitilna għajnejna kemm irridu nkunu ferm attenti fejn tidħol is-saħħa pubblika u l-ħtieġa ta’ prattiċi ta’ indafa u iġjene biex nevitaw ċirkustanzi simili. Il-miżuri li għandhom jiġu addottati, meta jkun il-waqt li jitnaqqsu l-miżuri li jittieħdu, iridu jkunu maħsuba biex ma sseħħx it-tieni mewġa ta’ din il-pandemija. It-tielet, il-qagħda preżenti għandi sservi bħala mezz biex nifhmu aħjar is-saħħiet tal-ekonomija tagħna kif ukoll il-vulnerabilitajiet tal-mudell ekonomiku tagħna. Minn dak li qegħdin ngħixu hemm diversi tagħlimiet li jeħtieġ li nisiltu biex inkunu innovattivi ħalli nġeddu u naddattaw il-mod li bihom ħloqna l-ġid f ’pajjiżna matul is-snin. Minn dan kollu jeħtieġ li nagħrfu li filwaqt li qed jirnexxilna nikkumbattu din l-imxija b’mod mill-aktar effettiv, għandna naraw li nkunu għaqlin biex mill-ġdid insaħħu l-ekonomija ta’ pajjżina bl-aħjar għażliet u flimkien immexxu ’l quddiem lil pajjiżna lejn aktar suċċessi kif għamilna fl-aħħar snin.


14

19.04.2020

kullhadd.com

“IL-COVID KIENET OPPORTUN Bla dubju wieħed mill-aktar setturi importanti għall-ekonomija Maltija huwa s-settur turistiku. Settur li mal-bidla fil-Kabinett ta’ Jannar li għadda, sar ir-responsabbiltà tal-Ministru Julia Farrugia Portelli. Minn Jannar – xahar li fih Malta rat l-ogħla rata ta’ turisti li qatt żaru pajjiżna, dħalna f’dawn ix-xhur li l-pandemija COVID-19 laqtet lil dan is-settur sew. Mhux f’pajjiżna biss. Imma bħal kulħadd, dan issettur jinsab ħerqan biex tgħaddi b’wiċċ il-ġid din il-fażi u nirritornaw għall-ħajja kif imdorrijin. U hawn jiskatta pjan, jew aħjar kampanja mill-Ministeru biex naslu għal dan. Tkellimna mal-Ministru dwar dan u wkoll dwar aspetti oħra li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur.

Bla dubju bdejt il-ħidma tiegħek Ministru għat-Turiżmu fi żmien d ħafna fl-industrija u fil-ħajja tagħ ta’ kuljum kemm lokalment kif u internazzjonalment. Kif kienet l-e tiegħek f ’dawn iċ-ċirkostanzi?

Nikkoreġik. Bdejna f ’Jannar f ’sitw kellna l-ogħla rata li qatt kellha Malt x’jaqsam turisti li żaru Malta. Ironi Frar l-istakeholders kienu ġustamen na ejjew naraw kif niffukaw mhux imma fuq il-ħtieġa li jiġu inqas turi turisti li jħallu aktar flus fl-ekonomij Ma kinux l-aktar deċiżjonijiet faċ kien mal-Prim Ministru minħabba bdejna nagħlqu l-portijiet. Imma f l-istrateġija kienet importanti biex n pajjiżna qabel ma jkun tard wisq. P jaħsbuha swiethom agħar.

Kif tħares lejn is-sitwazzjoni tal-C Miet kollox?

Le, ma naqbilx. Kull sfida għalija tiegħi hi opportunità. Opportunità du, noħolqu kunċetti ġodda u nużaw fuq proġetti li ilhom meħtieġa. Veram huma siekta mill-ħidma, ħwienet u l verament magħluqin. Imma fil-verità għaddejja ħidma bla waqfien. Pereżempju qed nużaw dan iż-żm li d-dinja hi siekta, intellgħu ħafna xo awr u proġetti ta’ manutenzjoni f ’ Kull ġimgħa se nkunu qed naraw p il-ħidma li għaddejja. Din il-ġimgħa mill-isbaħ proġetti li qed isiru filB’fondi mill-MTA ta’ €115,000 qed parti mil-Lascaris War Rooms u lGun b’kollobarazzjoni mal-Fondazzj na. Matul din il-ġimgħa se nżuru pro restawr. L-idea hi li naħtfu dan il-ħi għu aktar xogħol. Biex meta jiġu lisibu prodott aħjar.


15

19.04.2020

kullhadd.com

NITÀ SABIĦA BIEX NIĠĠEDDU”

bħala diffiċli ħna ukoll esperjenza

wazzjoni fejn a fejn għandu ika, għaliex fi t qed jgħidulfuq in-numri, isti imma jiġu a. ċli meta fliml-COVID-19 fhimna li din nipproteġu lil Pajjiżi li damu

COVID-19?

a u għat-tim biex niġġedw dan iż-żmien ment li t-toroq lukandi huma à wara l-kwinti

mien biex waqt ogħol ta’ rest’żoni turistiċi. parti minn din żorna wieħed -Belt Valletta. nirrestawraw -Mużew Time joni Wirt Art-

oġetti oħra ta’ in biex intell-ewwel turisti,

X’inhu l-ethos tagħkom f ’dan iż-żmien?

Turistiċi. Kif ħdimtu f ’din l-isfida?

L-industrija tat-turiżmu, mhux biss f ’Malta imma madwar id-dinja kollha, għaddejja mill-ikbar kriżi li qatt iffaċjat. L-effett tal-COVID-19 huwa ikbar minn kull kriżi li kellna fil-passat bħalma kienu l-kollass ekonomiku tas-snin 2008/2009, attakki terroristiċi u l-pandemiji SARS, MERS u Bird Flu, minħabba li fiha tiġbor l-effetti tal-kriżijiet kollha f ’daqqa, jiġifieri l-biża’ li persuna titħallat ma’ nies oħra u tivvjaġġa, għadu illi ma tafx meta se tiltaqa’ miegħu, kif ukoll dipressjoni ekonomika meta miljuni ta’ ħaddiema madwar id-dinja diġà tilfu l-għajxien tagħhom jew inkella qegħdin isofru tnaqqis drastiku fid-dħul tagħhom. Mil-lejl għan-nhar industrija prinċipali li tiġġenera eluf ta’ impjiegi u iktar minn €2 biljun fi dħul annwali għall-gżejjer tagħna kellha tieqaf ħesrem hekk kif bħal pajjiżi oħra għalaqna l-ajruport u l-portijiet. Mill-ewwel bħala Ministeru skattajna mekkaniżmu intern fejn biddilna l-istrateġija tagħna tal-marketing li tagħmel l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu barra l-pajjiż. Ma naqbilx ma’ min waqqaf għalkollox il-marketing. Anzi, fi żmien meta miljuni ta’ nies qegħdin aktar online, importanti li jkollna dik li tissejjaħ maintenance campaign b’saħħitha. Ovvjament trid tbiddel l-istil tal-kampanja kompletament.

Konna l-ewwel istituzzjoni li morna online bil-korsijiet tagħna. U stajna nagħmlu dan għaliex tul is-snin Ministri ta’ qabli bħall-Ministru Konrad Mizzi kellhom viżjoni u investejna fl-għodda virtwali. Minn stħarriġ li sar fost l-istudenti, il-maġġoranza assoluta tal-istudenti fl-ITS kuntenti bil-mod kif imxejna f ’din il-kriżi. Għandna prospectus eċitanti għal Ottubru li ġej. Il-ġimgħa d-dieħla se nkunu qed inħabbru anke korsijiet ġodda li se jkunu uniċi fid-dinja.

Fil-fatt ilbieraħ żvelajtu din il-kampanja. X’inhu l-ħsieb warajha? Bħalissa kull bniedem hu għatxan biex jidħol lura għall-ħajja li tant konna nħobbu, li mmorru għax-xogħol b’mod tradizzjonali, li mmorru nieklu, li nsiefru u niskopru postijiet ġodda. Il-messaġġ hu ċar. Filmati u ritratti mill-isbaħ ta’ Malta. “Oħlom fuq Malta issa, żurna aktar tard”. Dan il-messaġġ qed jitwassal madwar id-dinja kollha u għamilnieh b’14-il lingwa differenti. Għandna wkoll proġetti oħra eċitanti ġejjin. Wieħed minnhom qed jinħadem mal-kollega Ministru José Herrera u Heritage Malta fejn qed niftħu binjiet storiċi b’mod virtwali. Taħtek jaqa’ wkoll l-Istitut għall-Istudji

Il-portafoll ma jinkludix biss turiżmu imma wkoll l-indafa pubblika, il-protezzjoni talkonsumatur, il-Freeport, l-industrija tal-films, il-parks għall-familji.... Kull settur li semmejt biddilna l-istrateġija tal-ħidma. Naf li kienet sfida għal diversi persuni mhux biss nies li jaħdmu fl-industrija imma wkoll min investa ħajtu f ’dan is-settur u wkoll il-konsumatur. Ħdimna id f ’id ma’ numru ta’ stakeholders fis-settur sabiex assistejna finanzjarjament lin-negozji u salvajna l-impjiegi. Fil-ġranet li ġejjin se nkunu qed naħdmu fuq mekkaniżmi ġodda bl-għan li nsaħħu l-operat flimkien mal-istakeholders tagħna.

lika pereżempju ffukajna fuq tindif differenti: ħdejn supermarkets, pjazez, bus shelters, pedestrian railings, zebra cross lights u oħrajn. Qed nużaw prodotti kif rakkomandati anke mill-Protezzjoni Ċivili u l-Awtoritajiet tas-Saħħa. B’kollox f ’dawn il-ġimgħat ħdimna f ’aktar minn 54 lokalità differenti. U magħhom ukoll żorna żoni iżgħar bħall-Kunċizzjoni u l-Baħrija. Inħaslu aktar minn 675 xelter tal-karozzi tal-linja u aktar minn 14,800 kilometru ta’ bankini. Verament kburija bit-tmexxija tas-Segretarju Parlamentari Deo Debattista u t-tim kollu ta’ Clean Malta li huma frontliners f ’din il-ġlieda kontra l-COVID-19. Kellimni fuq l-industrija tal-films. Kellna blockbusters kbar għal din is-sena li kellhom jiġu ffilmjati f ’Malta. Ifisser li minħabba l-COVID-19 tlifniehom? Bħalissa suppost f ’Malta qed jinġibed Jurassic Park, storja fittizja li l-iscript tagħha hu marbut ma’ Malta. L-ajruporti magħluqin u allura l-crew u t-tim tal-produzzjoni maqbud fil-pajjiż rispettiv tiegħu. Imma qed inħarsu ’l quddiem biex xħin niftħu l-bibien tagħna, Malta tkun lesta għal dawn il-produzzjonijiet kbar li ġejjin.

Kellimni minn aspett ta’ konsumatur.

Int ukoll omm. Kif qed tkampa?

Irridu nsibu bilanċ u rridu nkunu solidari. Hemm min kellu weekend breaks ibbukkjati, hemm min kellu safar. Il-kampanja tagħna hi msejsa fuq il-prinċipju li wieħed mhux iħassar il-btala tiegħu imma jipposponiha. Appellajna biex il-Maltin u l-Għawdxin fejn possibbli jaċċettaw voucher biex il-flus li ħarġu, minflok jitolbu flus lura, jużawhom b’voucher fi ftit tax-xhur oħra wara li noħorġu minn din il-kriżi.

Jien omm ta’ tifla ta’ sitt snin. U bħal kull ġenitur m’iniex perfetta. Jiġu mumenti ibsin fuq kulħadd. Bħal meta ma nibdiex inlaħħaq mal-ammont ta’ homework li jkun dieħel. Imma nippruvaw kuljum nibdew paġna ġdida. Anke jekk bix-xogħol mhux dejjem jippermetti, qed nippruvaw li kuljum, nagħmlu mqar attività waħda differenti. Li niskopru affarijiet ġodda flimkien. F’dawn il-ġimgħat sajjarna ħobż flimkien, esperimentajna b’riċetti ġodda. Żrajna wkoll piżelli, ġirasoli, u dorna dawra l-qsari. X’se jitla’ minnhom issa kwistjoni oħra. Qabel norqdu binti u jien kuljum naħsbu fuq tliet affarijiet sbieħ li ġraw matul il-ġurnata. Il-moral li nixtieq ngħallem lil binti hu li anke jekk stampa tidher skura, jekk tfittex sew, dejjem se ssib kulur fiha.

Fil-ħidma tagħkom rajna xogħol bla preċedent fuq tindif. Il-ġimgħa l-oħra flimkien mal-Prim Ministru u s-Segretarju Parlamentari Deo Debattista żortu lill-ħaddiema tal-Cleansing. Kif ilqajtu għal din l-isfida tal-COVID-19? Biddilna kompletament l-istrateġija. Fl-indafa pubb-


16

19.04.2020

kullhadd.com

TAMA FL-ALTRUWIŻMU Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew

Meta ngħaddu minn żminijiet diffiċli, spiss niskopru affarijiet dwarna nfusna u dwar dawk ta’ madwarna li ftit li xejn inkunu konxji minnhom. Dan hu żmien fejn joħroġ sew is-sabiħ imma anke l-ikrah ta’ ċerti karattri. Li l-aktar jimpressjonani huwa l-pożittiv li joħroġ. Żminijietna huma bla preċedent: fejn qabel dejjem smajna kemm hu bżonn li nżommu kuntatt ma’ qrabatna u dawk l-aktar vulnerabbli, illum qed nisimgħu biex inżommu ’l bogħod minnhom. Fost l-isbaħ karatteristika hija x-xewqa li ngħinu fiċ-ċirkostanza. Fl-aħħar jiem kien hemm numru ta’ individwi u organizzazzjonijiet li avviċinawni dwar inizjattivi li qed jimplimentaw biex jagħmlu

l-ġid f ’din is-sitwazzjoni. Azzjonijiet bħal dawn jispikkaw meta tqis li xejn minn dak li għaddejjin minnu ma kien ppjanat. Fost l-inizjattivi sbieħ li qed nikkollabora dwarhom hemm waħda ma’ kumpanija li tipprovdi servizzi ta’ tindif. OZO Group iddeċidew li jekk qatt kien hemm żmien li jagħtu xi ħaġa lura lill-komunità Maltija, huwa dan. Għalhekk, isseħibt magħhom fl-inizjattiva li jipprovdu aktar minn 500 ħaddiem biex inaddfu postijiet varji madwar Malta. Il-ħsieb tagħhom huwa biex isebbħu l-lokalitajiet tagħna. Jekk il-Gvern offra għajnuna

lilhom u lill-ħaddiema tagħhom, OZO Group ħassew li għandhom jirreċiprokaw dik l-għajnuna permezz t’aktar ħidma fl-ibliet u l-irħula tagħna. Bosta Kunsilli Lokali laqgħu bi ħġarhom l-intenzjoni ta’ din il-kumpanija privata, u għadhom qed javviċinawni aktar Kunsilli sabiex huma wkoll ikunu jistgħu jipparteċipaw. Dan huwa eżempju ċar ta’ kif kumpanija tagħraf ir-responsabilitajiet tagħha fi żminijiet bħal dawn u kif ċittadini Maltin u ċittadini li jgħixu u jaħdmu f ’pajjiżna, ġejjin minn fejn ġejjin, jiffaċċjaw żminijiet ta’ sfida b’sens ta’ għaqda u solidar-

jetà. Wara din l-inizjattiva kont ikkuntattjata wkoll minn kumpanija oħra. Mill-Bad Boy Cleaners li wkoll qed joffru xi ħaddiema minn tagħhom biex jgħinu fil-lokalitajiet billi jwasslu medicini u ikliet. Bħal dawn l-inizjattivi hemm ħafna u konvinta aktar minn qatt qabel li hu dan is-sens ta’ solidarjetà li jagħmilna aktar magħqudin. Żgur li bħali rajtu użu tajjeb aktar minn qatt qabel tat-teknoloġija u tal-midja soċjali, fejn nies qed jagħmlu appelli virtwali u joffru li jagħmlu x-xirja għal dawk li ma jistgħux, fejn nies qed

jaqsmu messaġġi ta’ tama u fejn laqgħat qed isiru xorta b’mezzi elettroniċi. Żgur li bħali nnotajtu l-importanza kbira li qed nagħtu lis-saħħa mentali, fejn minkejja li hu żmien diffiċli għal min hu vulnerabbli, donnha s-soċjetà Maltija għarfet mill-ewwel li hemm bżonn inkunu hemm għal min jista’ jkun suxxettibbli. Fuq kollox, żgur mhux forsi rajtu b’kemm għożża u dedikazzjoni l-ħaddiema tagħna fil-qasam tas-saħħa qed jimpenjaw ruħhom biex iħarsu lill-pazjenti tagħna. U mhux biss għandna ħafna ħaddiema li forsi xi drabi ma nagħtuhomx l-apprezzament li jistħoqqilhom imma li anke huma indispensabbli biex il-ħajja tagħna tibqa’ għaddejja, bħal mhuma l-ħaddiema fil-ħwienet tal-merċa, supermarkets, pustiera, ħaddiema fi spiżeriji, cleaners, ħaddiema li jagħmlu deliveries, ħaddiema tal-gass u ħafna u ħafna aktar. B’din it-tip ta’ mentalità, li ninsabu lkoll f ’baħar wieħed, nistgħu niksbu ferm aktar bħala soċjetà, kemm issa u kif ukoll ferm wara li jkun għadda dan kollu. L-appell tiegħi hu biex dan iż-żmien, għalkemm ikrah u diffiċli, nisiltu t-tajjeb minnu u nġorruh magħna meta jkun għadda kollox.

IS-SAĦĦA TAL-MALTIN... INKWETANTI?

Jade Montesin Parteċipanta Lead

Bħal f ’kull pajjiż ieħor, f ’Malta nsibu diversi mard kroniku. Inħoss li żewġ problemi li qed inħabbtu wiċċna magħhom illum il-ġurnata u li l-poplu mhux daqshekk konxju tagħhom huma l-obeżità u l-mard mentali. Malta... It-tieni l-aktar pajjiż fl-Ewropa b’nies bil-problema ta’ obeżità Fir-rigward

tal-problema

ta’

obeżità, Malta tinsab fi kriżi. Dan hekk kif aktar minn kwart tal-popolazzjoni għandha ħxuna żejda jew obeżità. Dan il-persentaġġ qiegħed dejjem jiżdied u jersaq aktar ’il bogħod mit-18% tal-popolazzjoni li hija l-mira tal-2020. Fil-fatt, statistiċi maħruġa mill-Unjoni Ewropea juru li Malta hija t-tieni l-aktar pajjiż b’obeżità wara t-Turkija. L-obeżità hija ħafna drabi riżultat ta’ nuqqas ta’ edukazzjoni u stil ta’ ħajja ħażin għas-saħħa tal-individwu. Din il-kundizzjoni hija inkwetanti minħabba l-fatt li bħala konsegwenza jinħolqu riskji ta’ diversi mard, fosthom mard respiratorju, dijabete u mard tal-qalb. Mal-medda taż-żmien, l-obeżità qed issir ukoll aktar komuni fost iż-żgħażagħ. Dan kawża tat-teknoloġija li qiegħda tgħażżinhom. Din il-problema, jekk se nibqgħu ninjorawha, se tkompli tikber magħna bla waqfien. Il-Gvern preżenti qiegħed

jieħu l-inizjattiva u qed jibni outdoor gyms f ’diversi rħula f ’Malta. Qed jorganizza wkoll taħditiet kif ukoll ħarġiet relatati ma’ dan is-suġġett għall-istudenti fl-iskejjel kollha ta’ Malta biex jgħin iġib lit-tfal konxji ta’ din il-problema minn età żgħira. Madankollu, fadal ħafna xi jsir biex nibdew negħlbu din il-problema. Tista’ pereżempju ssir żieda fil-lezzjonijiet tal-edukazzjoni fiżika. NGOs u Kunsilli Lokali jistgħu jorganizzaw attivajiet li jinvolvu aktar eżerċizzju fiżiku bħal sewqan tar-roti jew logħob li jirrikjedi li wieħed ikun attiv. L-effetti koroh tal-mard mentali fuq iż-żgħażagħ tagħna It-terminu ‘mard mentali’ jiġbor fih diversi kundizzjonijiet ewlenin fosthom; l-ansjetà, id-dipressjoni, il-vizzji, l-anoressja, il-bulimja, eċċ. Sfortunatament, skont statistiċi meħuda minn di-

versi sorsi affidabbli, l-ammont ta’ żgħażagħ Maltin u Għawdxin li jsofru minn xi tip ta’ mard mentali, qiegħed jiżdied kontinwament. Minkejja dan, ħafna jagħżlu li ma jagħtux importanza lil dan it-tip ta’ mard, jew aħjar mhux l-importanza li jistħoqqlu. Dan iseħħ kawża ta’ nuqqas ta’ tagħrif dwar il-konsegwenzi ta’ dan il-mard. Dan bir-raġun għaliex min ma jkunx għadda minnha, isibha diffiċli biex jifhem wieħed minn xiex ikun għaddej. Diversi żgħażagħ li huma suġġetti għal dan it-tip ta’ mard, iħossu ruħhom f ’solitudni u jkollhom nuqqas ta’ enerġija. Dan għaliex iqattgħu ġranet f ’battalja waħda wara l-oħra kontra l-ħsibijiet ta’ moħħhom u konsegwenza t’hekk, il-prestazzjoni tagħhom fl-iskola tmur lura. Is-sitwazzjoni ta’ dawn iż-żgħażagħ tiggrava jekk ma jsibu lil ħadd ma’ min iħossuhom komdi jitkellmu b’mod miftuħ. Importanti li wieħed iżomm f ’moħħu li dan

il-mard jaf ikun kiefer biżżejjed li jwassal persuna biex itemm ħajjitha. Infatti, il-maġġoranza tas-suwiċidji fid-dinja huma kkawżati minn dawn il-problemi mentali. Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa, Dr Chris Fearne qiegħed jieħu diversi miżuri biex itejjeb dan il-qasam tas-saħħa. Pereżempju, tfasslet strateġija għal Malta għall-10 snin li ġejjin għal min ibati b’mard mentali. Però nħoss li l-poplu għandu jingħata aktar edukazzjoni fuq dan is-suġġett hekk kif ħafna mhumiex imħarrġa biżżejjed f ’dan il-qasam. Minn din l-evalwazzjoni qasira hija evidenti ħafna kemm issaħħa tal-Maltin mhijiex stabbli daqskemm naħsbu. Għalhekk, huwa essenzjali li kull wieħed u waħda minna jibda jikkunsidra aħjar dan it-tip ta’ mard u jagħmel il-parti tiegħu biex inkunu nistgħu niggarantixxu saħħa aktar sigura għall-poplu li tant aħna kburin bih.


17

19.04.2020

kullhadd.com

INKUNU POŻITTIVI U MAGĦQUDIN

Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Huwa tassew parir tajjeb li tat mart ilPrim Ministru Dr Lydia Abela l-ġimgħa li għaddiet fil-messaġġ tagħha sabiex inkunu pożittivi f ’dan iż-żmien ta’ sfida. U birraġun għandna għal xiex inkunu pożittivi. Il-preparamenti sabiex nissieltu dan il-virus jidhru u jikkonfermaw kemm saru sew. Pajjiżna kien u għadu preparat għal kull eventwalità, l-esperti tas-saħħa studjaw sew din l-imxija u l-miżuri li qed jittieħdu qed iħallu l-frott sabiex il-curve ma teskalax f ’daqqa imma nbaxxuha ’l isfel kemm nifilħu. Jista’ jkun li ndumu ftit aktar imma l-impatt fuq is-servizzi tas-saħħa jkun dak li nifilħu għalih u ma jkollniex kriżi fit-talba għal sodod, kura u apparat mediku. Dan stqarritu l-WHO li pajjiżna hu xempju ta’ kif għandha tiġi indirizzata din l-isfida. Qed naraw li l-ammont ta’ pazjenti li qed ifiequ kompletament qed jiżdied b’numru inkoraġġanti. Però ma rridux ninsew lil persuni li sfortunatament tilfu ħajjithom kaġun ta’ dan il-virus. Kull ħajja hija importanti u qalbna toħroġ għal dawn il-vittmi ħutna u għall-familjari tagħhom. Huwa żmien ta’ sagrifiċċju tassew. Biżżejjed naħseb fil-persuni li jmutilhom xi ħadd għażiż għalihom u lanqas jistgħu jagħtuh l-aħħar tislima kif jixraq. Naħseb ukoll fin-nisa li qed jistennew tarbija li min jaf x’jgħaddi minn moħħom fi żminijiet bħal dawn. Però għandna nagħmlu kuraġġ. Dan iż-żmien se jgħaddi. Pajjiżna kien preparat għall-ġranet tal-maltemp. Anki fuq livell ta’ xogħol u livell ekonomiku huwa mbassar minn esperti internazzjonali din il-ġimgħa li pajjiżna se jsoffri daqqiet ekonomiċi u ta’ qgħad ferm inqas mill-pajjiżi ġirien tagħna Ewropej u ġaladara nerġgħu għat-triq tan-normalità hu mistenni li Malta terġa’ titlaq tiġri ’l quddiem għall-prosperità ekonomika u ħolqien tax-xogħol bħal qabel. Qed naraw li proġetti kbar infrastrutturali bħal dak tal-Marsa u ta’ Santa Luċija baqa’ għaddej b’ritmu spedit u se ngawdu minn toroq ġodda u kwalità ta’ arja aħjar fi żmien qasir. Madanakollu, l-isfidi li kienu dejjem magħna ma nistgħux nevitawhom fiż-żminijiet li qed ngħixu fihom. L-isfida tal-immigrazzjoni hija wġigħ ta’ ras akbar. Jien naqbel perfettament mall-istand li ħa l-Gvern li ġaladarba mill-UE qed jiġu offruti biss simpatija u solidarjetà bil-paroli biss u qed nitħallew għal riħna biex nilqgħu għal din l-isfida enormi li Malta ma tiflaħx issolvi jew ittaffi waħidha,

il-portijiet jinżammu magħluqa bħal ma nżammu magħluqa għall-bastimenti kummerċjali. Dan ma jfissirx li Malta qed tonqos mill-obbligi umanitarji internazzjonali tagħha. Il-Forzi Armati tagħna xorta huma impenjati li jassistu immigranti li jkunu f ’diffikulta fis-Search & Rescue Zone tagħna u dan rajnieh f ’dawn l-aħħar ġranet iseħħ ukoll. L-UE trid turi l-kobor u s-serjetà tagħha mhux meta l-baħar ikun żejt imma fi żminijiet ta’ taqlib bħalma għaddejjin minnhom bħalissa. L-istess ngħid għall-NGOs li jwasslu lil dawn l-immigranti, sabiex f ’ġieħ is-sewwa jifhmu li issa hu tassew żmien mhuz tajjeb li jitolbu lill-pajjiżi fil-periferija tal-Ewropa bħal Malta sabiex tiftaħ il-portijiet u tilqa’ aktar nies, meta qed niġġieldu għal saħħitna u għal ħajjitna. U għalhekk tuġagħni qalbi meta nara l-Oppożizzjoni u l-alleati tagħha jaraw kif jagħmlu u jduru ma’ kull riħ, saħansitra jikkontradixxu lilhom infushom f ’rapporti fuq il-midja, bl-għan ewlieni jkun biex jippruvaw jimminaw xogħol l-awtoritajiet, xogħol il-Gvern u l-appoġġ enormi mill-poplu li qed jikseb il-Gvern u l-Prim Ministru għal kif qed jilqa’ għal din l-isfida globali. Flok jikkoperaw, ixewxu. Flok ifittxu l-għaqda jaraw kif jiżirgħu l-firda u d-dubju. Jirrealizzaw li l-poplu mhux mazzun u mhux jappoġġjahom u b’reazzjoni għal dan flok jammettu li l-poplu għandu raġun li jemmen fil-Gvern tiegħu, ikomplu jiħdaru u jagħmlu protesti ġudizzjarji meta jafu li l-poplu jaqbel mad-deċiżżjonijiet li ħa l-Gvern. Dan kollu mhux għajr reazzjoni ta’ għira u mibegħda lejn it-tmexxija ta’ dan il-pajjiż u vendikazzjoni fuq il-poplu għax ma jarax għajn ta’ verità fihom. Imma l-appoġġ u s-sostenn tal-poplu huwa dak li hu importanti. Għalhekk nibqgħu magħqudin u nisimgħu mill-awtoritajiet sabiex flimkien noħorġu minn din il-maltempata u nħarsu ’l quddiem għan-normalità li jekk nibqgħu bil-għaqal, persważa li mhix ’il bogħod.

U għalhekk tuġagħni qalbi meta nara l-Oppożizzjoni u l-alleati tagħha jaraw kif jagħmlu u jduru ma’ kull riħ, saħansitra jikkontradixxu lilhom infushom f’rapporti fuq ilmidja, bl-għan ewlieni jkun biex jippruvaw jimminaw xogħol l-awtoritajiet, xogħol il-Gvern u l-appoġġ enormi mill-poplu li qed jikseb il-Gvern u l-Prim Ministru għal kif qed jilqa’ għal din l-isfida globali

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 9 ta’ April Milli jidher fl-aħħar anke l-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, Adrian Delia qiegħed jifhem li qegħdin nisparaw f ’saqajna b’dawn il-konferenzi stampa li qegħdin nagħmlu ta’ kuljum biex nattakkaw lill-Gvern fiċ-ċirkostanzi li għaddejjin minnhom. Illum tista’ tgħid li ma qalx kelma waħda kontra l-Gvern. Nispera li l-għażla li ma jgħid xejn kontra l-Gvern kienet għax illum Ħamis ix-Xirka, għax Ħamis ix-Xirka jgħaddi, bħalma tgħaddi l-Ġimgħa l-Kbira u bħalma jgħaddi l-Għid. Imma nsomma, l-importanti huwa li ma nkomplux nisparaw f ’saqajna biex għada pitgħada ma jiddispjaċiniex, għalkemm kultant nissuspetta li diġà għaffiġnieha! Il-Ġimgħa, 10 ta’ April Imma għaliex kellhom ikunu f ’dawn iż-żminijiet li nkunu mitluba li ningħalqu ġewwa!? Għax jien dawn iż-żminijiet l-hena tiegħi niġri ’l hemm u ’l hawn, mhux biss biex nagħmel is-seba’ visti, mhux biss biex nattendi għall-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira, imma wkoll biex nammira t-talent li għandu l-poplu Malti u Għawdxi. Ta’ kull sena nieħu gost inżur il-wirjiet tal-Ġimgħa l-Kbira li jtellgħu dilettanti Maltin u Għawdxin. Ta’ kull sena l-gost tiegħi nżur l-imwejjed tal-appostli bi platti magħmulin mirross. Imma din is-sena, minn dan kollu ma gawdejt xejn. Imma sena oħra tasal, man u jkolli okkażjoni biex inpatti għal dak li mmissjajt din is-sena! Is-Sibt, 11 ta’ April Milli jidher ħadnieha t-tagħlima u m’għadniex ta’ kuljum nikkritikaw lillGvern minħabba l-imniefaħ virus! Il-messaġġ tal-Għid tal-Kap tagħna Adrian Delia - xi ħaġa ġdida din - kien kollu pożittività. Meta kont qiegħed insegwih, f ’qalbi bdejt ngħid li se jispiċċa jgħid prosit lill-Prim Ministru Robert Abela u lid-Deputat Prim Ministru Chris Fearne. M’għamilhiex direttament, imma l-mod kif faħħar lill-Professur Charmaine Gauci, għalija hija konferma li l-Gvern qiegħed jagħmel xogħol tajjeb. Insomma, allaħares ma kienx hekk f ’dawn iż-żminijiet diffiċli li għaddejjin minnhom! Il-Ħadd, 12 ta’ April Le ħi! La tajt kas l-istħarriġ li għamlu tal-MaltaToday, u lanqas tajt kas dak li qalu l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali. Issa drajthom lil dawn ħlief ifaħħru lill-Gvern tal-Labour, ma jagħmlux. Bilfors li dawn l-esperti talFond Monetarju Internazzjonali qegħ-

din jitkellmu ma’ nies li jxaqilbu lejn innaħa tal-Gvern għax kieku ma jfaħħrux daqshekk. U dawk tal-MaltaToday issa drajniehom. Għalkemm dawn jinkwetawni għax is-sondaġġi tagħhom ma tantx ikunu żbaljati. U skont is-sondaġġi tagħhom, aktar tkaxkiriet hemm lesti għalina. Imma jien mhux se naqta’ qalbi, għax riħ ta’ siegħa, jnaddaf qiegħa. It-Tnejn, 13 ta’ April Kien pass għaqli tal-Kap Adrian Delia li jagħmel appell lill-Partit Popolari Ewropew, li huwa l-partit tagħna fl-Ewropa, biex jiltaqa’ u jiddiskuti l-kwistjoni tal-immigranti li qegħdin jaħarbu mil-Libja. B’hekk qiegħed juri li kapaċi jieħu deċiżjonijiet, u li għandu viżjoni, u allura juri li kapaċi jmexxi. Forsi ma tafx kif xi darba narah dieħel Kastilja. Issa nispera li ma jkunx hemm is-segretarju ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew, Simon Busuttil, li jgħidilhom biex ma jagħtux kasu u ma joqogħdux jaħlu l-ħin jiddiskutu. Li jmissu jgħidilhom Simon Busuttil huwa li wasal iż-żmien għall-azzjoni, għax inpaċpċu ilna ħafna. It-Tlieta, 14 ta’ April Mhix idea ħażina dik tal-Viċi Kap tagħna David Agius li jressaq proposta biex il-Gvern, lilna l-pensjonanti, jagħtina bonus. Huwa minnu li l-Gvern ilu ħames snin, sena wara l-oħra jżidilna l-pensjoni, imma kieku jagħtina bonus extra l-ebda pensjonant mhu se jgħid xejn, mhux hekk man! Imma ħej, din li ma nafux x’aħna ngħidu qiegħda tinkwetani. David Agius ressaq proposta biex lilna l-pensjonanti jibdew iwasslulna l-mediċini d-dar. Lili diġà qegħdin iwassluhomli d-dar u ma nafx allura għalfejn saret din il-proposta. Insomma, mhix sorpriża li David Agius qiegħed jikkopja. Minn dejjem hekk kien, man! L-Erbgħa, 15 ta’ April Il-aħwa x’idea tajba ġietu Manuel (mhux Adrian) Delia tar-Repubblika, man! Lanqas qatt biss għaddietli minn moħħi li nistgħu nwaqqgħu l-Gvern b’dan il-mod. Għax jien naħseb li jekk il-kabinett kollu jispiċċa l-ħabs, bilfors li l-Gvern ikollu jwarrab u ssir elezzjoni. B’Robert Abela u l-bella kumpanija l-ħabs, dawn ma jkunux jistgħu jikkontestaw u allura r-rebħa żgur tagħna tkun. Insomma kollha xewqat dawn. Aktar naħseb li tar-Repubblika għad jikkontestaw l-elezzjoni huma u jieħdu kandidati minn tagħna. Jekk jikkontestaw m’għandix dubju li Jason Azzopardi magħhom imur!


18

19.04.2020

kullhadd.com

L-EWWEL QARI BIL-MALTI Meta fis-sekli 19 u 20 bdew ħerġin ir-rumanzi talfaxxikli, li kienu l-ewwel forma ta’ qari bil-Malti u l-ewwel kotba Maltin li jinxtraw tmien paġni kull darba, numru ta’ awturi tħajru wkoll joħorġu poeżiji li jirrakkuntaw xi ġrajja: qtil jew fittizja. Illum ħsibt li ndewwaqkom waħda minn dawn. Hi ġrajja li seħħet tabilħaqq u tirrakkonta s-serqa l-kbira li saret f’Malta fl-1948. Din is-serqa kienet tqieset bħala l-akbar waħda għal dawk iż-żminijiet u biex saret kienu mdaħħlin fiha numru ta’ nies, fosthom ukoll mit-Tarzna. Dawk li wettqu s-serqa nqabdu kollha, forsi għax ingħatat il-proklama lil wieħed minnhom. Inkitbet minn xi ħadd li minflok ismu kiteb l-inizjali G.B.B.

L-akkużati mmarkati biċ-ċirku. Mix-xellug Ġanni Gambin, Salvu Fenech, Ġeraldu Cassar, Joseph Cachia u Manwel Cardona waqt l-aċċess

Minn CHARLES B. SPITERI IS-SERQA TA’ €127,740 FLUS H.M. DOCKYARD FL-1948 Il-hold up li minnu sejjer hawn nitkellem f ’dal-ktieb tagħna, maħsub kien style Al Capone jew aħjar, l-Amerikana.

Il-kaxxier b’eluf ta’ liri mill-bank telaq bl-għassa miegħu bla ma qatt daħallu f ’rasu li hemm ċar akkuda tiegħu.

Kif taraw il-pulizija ta’ ħilithom xhieda taw, il-flus sabu fl-art midfuna u ’l min seraq arrestaw.

Ħdejn Ġanon, sieħbu Mannaġġa, it-Tullier jew ix-Xuxana; il-briganti li fl-imgħoddi kienu werwru l-gżira tagħna.

Tnejn min-nies fuq motor cycle bl-uniformi dawn lebsin, żammu t-traffiku, tawh rott’oħra miż-żewġ truf ta’ dwar Kordin.

Bdew biex xandru l-proklama li din xterdet minnufih. Li min jagħti tagħrif tajjeb ħamest elef hemm għalih.

F’salt jintfew, jidhru bħal Zorro għad li dawn nies mill-agħar, jidhru ħdejhom qishom vavi għax tal-lum il-gangsters kbar.

Daqs mil bogħod mill-bieb tat-Tarzna nies armati b’tommy guns, misturin bil-maskri f ’wiċċhom qabżu fuqu bla tawh ċans.

M’għaddiex żmien in-nies bdiet tpaċpaċ beda l-kliem mill-għonja, fqar, min jgħid ħaġa, min jivvinta bla ma ħadd jaf sewwa x’sar.

Għal skud dari joqtlu bniedem bħallikieku kien ħaruf, iżda llum il-gangsters tagħna jittantaw serq għall-eluf.

Il-kaxxier b’min kellu miegħu mniżżla ġew mill-ħallelin. ħadu t-trakk b’ħeffa li tgħaġġeb u mn’hemm telqu maħrubin.

Min jgħid li arrestaw sitta bdew isemmu l-ismijiet, iżda n-nies tal-pulizija baqgħet taħdem fost is-skiet.

Ta’ dan xhieda ser nagħtikom b’dan li hawn jien nikteb sejjer, li bħal din is-serqa kbira qatt ma nbasret f ’dawn il-gżejjer.

Kif l-aħbar ta’ din is-serqa ingħatat lill-pulizija taħdem bdiet, sal-ajruplani ħadu sehem f ’din it-tfittxija.

Fejn Bieb Rohan, hemm sqaq dejjaq kollu ġebel ftit maħmuġ li kif toħroġ minnu tibda Triq ir-Rabat – Ħaż-Żebbuġ.

Kien filgħodu, fix-xemx tisreġ minn April tnejn u għoxrin, trakk tan-Navy bil-flus b’kollox misruq ġie f ’telgħet Kordin.

Il-misruqa trakk instabet dakinhar f ’truf Ħaż-Żebbuġ l-ilsna ħżiena qalu; l-qoffa vojta sabu bla żarmuġ.

Ħdejn razzett tan-‘Nabbu’ mlaqqam li jinsab f ’dan l-isqaq sew sewwasew fejn it-trakk sabu li l-gangsters hemm ħallew.

L-aħbar kerha f ’Malta kollha xterdet din f ’leħħa ta’ berqa, ġewwa l-ħwienet, barra u ġewwa kulħadd jgħid fuq din is-serqa.

Imma dawk li jfittxu kellhom lill-ħalliel jew ħallelin, għad li kellhom ġa xi xamma daħqu b’dawn, baqgħu sektin.

F’għalqa qrib instabet kaxxa bi tmint elef erba’ mija, ma’ din sabu wkoll xi xkejjer b’flus tal-fidda dawn mimlija.

U kien hawn min ippretenda li l-affari kienet gwappa għax magħmula bl-akbar sengħa irnexxiet u l-ħalliel skappa.

Għax in-nies li tippretendi illi tifhem f ’kulma tara, kellha bżonn tifhem bi kliemha f ’dawn il-ħwejjeġ tagħmel ħsara.

Dawk li l-ewwel qalu s-serqa kienet gwappa tant għollew lil min seraq, qalu: bdabad għalfejn hemm it-trakk ħallew?

B’motor boat min jgħid li ħarbu min qal taru bl-ajruplan min jgħid ħaġa min jgħid oħra iżda l-fatt kien hekk, hu dan:

Mhux le hekk il-pulizija b’għaqal kbir trid timxi din, taf kif għandha taħdem tfittex, u tarresta sew fil-ħin.

Ġara dan għax fin-nofs sabu karettun li jimpedihom, beżgħu wkoll li l-ajruplani li lemħuhom jinżlu għalihom,


19

19.04.2020

kullhadd.com

Kien li kien, ġara li ġara, skuża ħadd ma jista’ jsib, dawk li jafu bosta, qalu: Li x-xitan m’għandux ħalib.

Li semmejna ġew mixlija li f ’April tnejn u għoxrin, serqa wettqu bi vjolenza xi mil bogħod minn bieb Kordin.

Gambin Ġanni kien li qallhom kif it-trakk ikun skurtat tahom dettalji ferm preċiżi għax fid-Dockyard, impjegat.

L-għada nstabu flus, flus aktar u nkiser hawnhekk is-skiet, sirna nafu li l-pulizija li taqbadhom irnexxiet.

Maġistrat kien Dottor Grima, stħarreġ xhieda, lok, strumenti wara dan l-‘Attorney General’ bagħat ta’ dawn l-inkartamenti.

Dan mhux darba t-trakk insteraq bħala driver kien isuqu, kien jaf sew kemm tkun is-somma u kemm nies ikollu fuqu.

Dak li nstab u l-arrestati, ingħiduh bi preċiżjoni, kif intqal fil-qorti tagħna xħin għaddew kumpilazzjoni.

Għaddew seba’ xhur għall-Ġuri ġew il-gangsters imressqin, bħala mħallef Dottor Harding u l-ġurati magħżulin.

Bħal mhu soltu id-domanda saret hawn lid-difensuri, wieġbu dawn ebda eċċezzjoni ħadd għalissa m’għandu x’juri.

Il-ħabrieki Sup Calleja bin-nies tiegħu la pajżana, illi għandna nies kapaċi f ’din il-ħidma xhieda tagħna.

Dott. Reynaud quddiem il-Qorti jixli mar lil dawn b’ħatjin, fisser ċar dak li kien ġara minn dal-ħamsa li ġejjin:

Wara, dawna il-mixlija stqarru l’huma mhux ħatjin hawn il-qorti għajtet l-għażla tal-ġurati ssir fil-ħin.

Dana ressaq ġewwa l-Qorti b’din is-serqa mixlijin, biex isir tħaqqiq bir-reqqa dawn in-nies li hawn ġejjin:

Cassar Gerald, Salvu Fenech, John Gambin, Joseph Cachia, li b’Manwel Cardona magħhom għamlu s-serqa imsemmija.

Wara tlett ijiem ta’ ġuri tal-mixlija l-avukati id-difiża bdew; warajhom, qam l-Imħallef: lill-ġurati...

Cassar Gerald mill-Furjana ’ma f ’Ħal Qormi għandu d-dar, tas-‘Senduq’ imlaqqam dana għandu parti f ’kulma sar.

Għal Cassar deher Dottor Magri Xerri għal Fenech, u Gambin għandu ’l Flores, hemm; Ganado ma’ Caruana lkoll tajbin.

Jindirizza, biex il-punti minn tal-liġi jifhmu sewwa, spiċċa dan, għall-verdett tagħhom il-ġurati daħlu ġewwa.

Salvu Fenech iż-Żebbuġi, dan imlaqqam ‘Kartabus’ żagħżugħ jaħdem ġewwa r-raba’ li bħal sħabu ġie meqjus.

Cassar, Fenech u Cardona b’Studebaker kienu marru, jistennew it-trakk armati u li nsteraq fuqu ġarru.

Meta ħarġu, l-verdett dawna lill-Imħallef ppreżentaw, għaldaqstant din is-sentenza ingħatat, kif ser taqraw.

Ta’ ‘Mintiera’ M. Cardona, bħala driver impjegat, li sehem kellu f ’din is-serqa magħhom għadda maġistrat.

Dawn lit-trakk fejn il-pitkali huma marru jistennew, saqu warajh it-triq tal-Marsa fejn Kordin lil dan għaddew.

Cassar Gerald, bil-hard labour, ħdax-il sena u nofs Kordin, Fenech ħdax, għaxra Cardona, u ’il barra mar Gambin.

Joe Cachia, mastrudaxxa ta’ ‘Litanja’ jew ‘l-Indjan’ bin Luretu ġie bħal sħabu f ’din is-serqa mixli dan.

Xħin dehrilhom li l-lok tajjeb, triq it-trakk bil-car ingumbraw, bl-armi f ’idhom, mgħammad wiċċhom u żewġ tiri hawn sparaw.

Ġuż Cachia ħdax-il sena għax dawn biss kienu ħatjin, in-nies ħarġet tara l-gangsters lejn il-ħabs flimkien sejrin.

Gambin Ġanni ta’ ‘Kulajru’ driver, mixli magħhom dana, li sehem kellu f ’din is-serqa illi regħxet Malta tagħna.

Ġuż Cachia bosta drabi kien iltaqa’ ma’ dan-nies kellu dan iżomm it-traffku biex is-serqa ssir bil-qies.

Ikun ġid jekk dak li qrajna li jinżamm bħala tifkira, li żżomm bogħod minn dan il-vizzju lin-nies kollha ta’ dil-ġżira.

Kien hemm magħhom wieħed Għawdxi ċertu Ġanni Buttigieg iżda ’l dan tawh il-proklama għax għall-ħaqq dan kien jinħtieġ.

Huwa kien li ftiehem magħhom, kif u fejn il-flus jaħbuhom, tahom tagħrif fuq din is-serqa u kif dawn il-flus jaqsmuhom.


20

19.04.2020

kullhadd.com

IL-WIRT STORIKU, L-ARTI U L-MUŻEWIJIET F’DAN IŻ-ŻMIEN Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Ministru, il-kultura, l-arti u dak relatat mal-patrimonju Malti mhumiex suġġetti ġodda għalik. Matul din issena rġajt ingħatajt il-fiduċja biex tmexxi dawn is-setturi. Kemm huma ta’ importanza għalik u kemm inbidlu l-affarijiet? Proprju l-ewwel dekasteru li kont fdat li nmexxi lura fl-2013, kien dak fir-rwol ta’ Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u l-Kultura fejn f ’dak iż-żmien filwaqt li komplejna nsostnu s-settur ridna noħolqu viżjoni għattul li tirrelata aħjar mal-viżjoni ħolistika ta’ Gvern ġdid. Waħda mill-aktar inizjattivi importanti kienet proprju l-ħidma li wettaqna sabiex il-belt kapitali ta’ pajjiżna, il-Belt Valletta titpoġġa fiċ-ċentru tal-Ewropa hekk kif kienet ser tkun meqjusa bħala l-Belt Kapitali Ewropea fl-2018. Issa fl-2020 il-Prim Ministru Robert Abela fdali r-responsabbiltà fejn fir-rwol ta’ Ministru, qiegħed inkun inkarigat mill-Wirt Nazzjonali, Arti kif ukoll il-Gvern Lokali; oqsma ferm importanti li dan il-Gvern dejjem qies bħala prijorità. Ninnota li dawn is-setturi kibru f ’aspetti differenti partikolarment fil-kwalità. L-avvanzi ekonomiċi, soċjali, teknoloġiċi li seħħew f ’pajjiżna kollha kienu strumentali biex dawn l-oqsma jagħmlu qabża ’l quddiem. Infakkar kif il-Kunsill tal-Arti tal-lum li kien magħruf bħala l-Kunsill Malti għall-Kultura u l-Arti kien żgħir fl-istat u l-istruttura tiegħu, b’fondi u riżorsi limitati ħafna. Mill-qasam tal-Wirt Nazzjonali, rajna kif Heritage Malta kompliet tikber u tevolvi minn amministratur tal-mużewijiet u siti storiċi għal entità kruċjali f ’pajjiżna li evolviet biex illum qiegħda toffri esperjenza unika lill-viżitaturi. Fil-qasam tal-Gvern Lokali rajna wkoll passi pożittivi li seħħew għaliex il-Gvern verament jemmen fl-importanza ta’ dak li qed joffru lill-komunitajiet tagħna.

pajjiżna, anki jekk ma tkunx xi espert jew persuna akkademika, wieħed awtomatikament jagħraf u japprezza li l-istorja tagħna hija waħda b’valur imprezzabbli. Il-fdalijiet storiċi, is-swar, il-fortifikazzjonijiet, l-arti, it-tempji u bosta elementi oħra mhux biss isaħħru lilna bħala Maltin imma wkoll lil miljuni ta’ turisti li kull sena jżuru pajjiżna biex jesperjenzaw dan kollu fi ftit ġranet li jqattgħu fostna. Nemmen bis-sħiħ li l-poplu Malti japprezza dan b’mod ġenerali, madanakollu, hemm bżonn li nkomplu nsaħħu mhux biss l-esperjenza ta’ meta persuna żżur xi wieħed mis-siti storiċi imma wkoll il-protezzjoni tal-patrimonju vast tagħna. Biex inkomplu nsostnu u nagħtu valur aktar lill-patrimonju tagħna hemm diversi aspetti li rridu naraw li jkunu qegħdin jaħdmu f ’sinerġija sħiħa. Irridu l-ewwel nett inkompKulħadd jirrikonoxxi li lu nassiguraw illi l-esperjenza li f ’pajjiżna għandna Wirt qegħdin noffru fil-mużewijiet u Nazzjonali ta’ importanza fis-siti storiċi tagħna tkompli titstraordinarja. Biss kemm jieb b’mod dinamiku ħalli naraw il-poplu verament japprezza illi l-avvanzi, l-ideat u l-metoddan? Kif bħala Gvern qegħdin oloġija li qegħdin nimplimentaw nassiguraw li nkomplu hija waħda aġġornata. Insemnsostnu dan? mi diversi miżuri li ttieħdu li kienu strumentali fejn permezz Meta nħarsu lejn l-istorja ta’ ta’ Heritage Malta introduċjena

Pajjiż bla storja, wirt, imħabba lejn l-ilsien u lejn il-kultura huwa pajjiż bla ruħ. Dan żgur mhux il-każ ta’ Malta tagħna fejn rajna avvanzi kbar dawn l-aħħar snin; mhux biss mill-awtoritajiet iżda anke mill-pubbliku inġenerali lokali li sar aktar kburi b’dak kollu li sawru f’dak li hu llum tul is-snin. Qed issir ħidma kbira biex dak li nbena f’dawn is-snin ma jitkissirx minħabba l-mument li d-dinja tinsab fih. Iżda qed issir ħidma li tmur oltre minn hekk. Il-Ministru Josè Herrera infurmana b’dan kollu. l-passaport biex aktar nies ikunu mħeġġa jżuru aktar siti u mużewijiet. Eżempju ieħor huwa dak fejn ftit tal-ġranet ilu, nedejna proġett interessanti ferm fejn permezz ta’ kollaborazzjoni bejn Heritage Malta u St. Martin’s Institute ħabbarna proġett fejn persuna tista’ tgawdi l-Ipoġew ta’ Ħal Saflieni bl-użu tat-teknoloġija virtwali u b’mod indipendenti. Aspett ieħor li rrid inkompli nara li jkun aktar effettiv u msaħħaħ huwa dak tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali. F’pajjiżna għandna diversi awtoritajiet fosthom dawk relatati mal-ippjanar u l-ambjent. Il-pilastru importanti l-ieħor huwa dak tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali u għaldaqstant għaddejin b’ħidma sabiex insaħħu dan il-qasam tant importanti speċjalment fejn jidħol priservazzjoni tal-patrimonju tagħna. Id-Direttorat tar-Restawr huwa element ieħor ta’ importanza fejn jidħol patrimonju nazzjonali. Insibu diversi fdalijiet li jirrikjedu restawr professjonali biex ma jintilfux. Pajjiżna huwa mogħni bi strutturi li jmorru lura għexieren, mijiet u eluf ta’ snin fejn minħabba elementi naturali jew żviluppi oħra ħafna mid-drabi jkunu f ’riskju li jintilfu darba għal dejjem.

Il-qasam kulturali u artistiku ċertament huma setturi li jirrikjedu viżjoni u strateġija ċara però fl-istess ħin, viżjoni dinamika li tippromwovi l-kreattività. X’inhu l-pjan talGvern f ’dan ir-rigward? Fil-perjodu li ġej, bħala Ministeru flimkien mal-imsieħba f ’dawn is-setturi, qegħdin nimmiraw biex insaħħu l-pedamenti maħluqa permezz tal-istrateġija li kienet tkopri s-snin 2015-2020 u nibnu strateġija ġdida għall-perjodu li jmiss. Huwa importanti li wieħed isemmi li l-2020 se tara t-tnedija ta’ ħames snin ta’ Politika Kulturali Nazzjonali ġdida li għandha tiffoka fuq il-benesseri, is-sostenibbiltà tas-settur inkluż l-iżvilupp kontinwu tal-governanza kulturali. Dan id-dokument strateġiku se jservi bħala pjattaforma li fuqha qegħdin infasslu l-pjan strateġiku li jmiss tagħna għall-2021 sal2025. Din l-istrateġija ser tpoġġi fiċ-ċentru tagħha l-komunità u d-diversità, l-edukazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni. Apparti dawn elementi strateġiċi oħra jinkludu l-innovazzjoni, l-iżvilupp tal-udjenza, it-tisħiħ tar-relazzjonijiet transsettorjali ma’ Ministeri oħra inklużi l-Edukazzjoni,

l-Affarijiet Barranin, it-Turiżmu u Għawdex. Il-Kunsill għall-Arti u l-Kultura huwa mistenni jkompli bil-ħidma tiegħu flimkien mal-11-il Organizzazzjoni Kulturali Pubbliċi (PCOs) u inizjattivi li jinkludu Festivals Malta, KorMalta, Malta Philharmonic Orchestra, Mediterranean Conference Centre, MICAS, Spazju Kreattiv, Pjazza Teatru Rjal, Teatru Malta Teatru Manoel, L-Aġenzija Kulturali Valletta u ŻfinMalta li jaqgħu taħt il-mandat tagħha. Il-lingwa Maltija, il-ibreriji pubbliċi kif ukoll l-Arkivji Nazzjonali huma wkoll parti mid-dekasteru tiegħek. Kemm huma importanti dawn anki mill-aspett ta’ Wirt Nazzjonali u x’inhu għaddej bħala ħdima favurihom? Il-lingwa Maltija issa saret parti mill-portafoll ta’ dan il-Ministeru u jeħtieġ li tiġi ppjanata u mwettqa azzjoni immedjata biex tissalvagwardja l-użu tal-lingwa. Qegħdin naħdmu fuq ħidma varja anki f ’dan l-aspett. Il-bibljoteka u l-Arkivji Nazzjonali huma minjiera ta’ informazzjoni interessanti u ta’ valur storiku li hemm bżonn li jiġu ppriservati u kkurati


21

19.04.2020

kullhadd.com

servizzi essenzjali għaċ-ċittadini imma wkoll għaliex huma l-istituzzjonijiet l-aktar viċini tal-komunitajiet tagħna. Nemmen bis-sħiħ li biex bħala poplu ngħixu f ’pajjiż aħjar, irridu nibdew nibnu fuq is-sisien tagħna li huma l-familji u l-komunitajiet. Għaldaqstant il-Gvernijeit lokali għandhom responsabbiltà ewlenija; dik li jmexxu ’l quddiem u jindirizzaw il-bżonnijiet diretti taċ-ċittadini tagħna. Dan kollu jista’ jseħħ jekk fuq kollox il-Gvernijiet Lokali jkunu mgħammra b’riżorsi effettivi. Huwa għalhekk li fil-ġranet Il-Gvernijiet Lokali kemm u l-ġimgħat li ġejjin ser nibdew qegħdin ikunu effettivi filħidma fuq strateġija dwar l-użu qadi tal-irwol tagħhom u aħjar tat-teknoloġija, għaliex nafu x’inhuma l-aktar elementi li permezz tat-teknoloġija nistgħu kruċjali li tħoss li għandhom noffru servizz ferm aħjar liċ-ċitjiġu indirizzati b’mod tadini tagħna. Dan apparti li jiġu immedjat? indirizzati elementi oħra relatati Jiena nqis il-Gvernijiet Lokali bħa- mal-operat u r-riżorsi umani li la r-raba’ pilastru tad-demokrazi- jaħdmu fil-qalba tal-Gvernijiet ja ta’ pajjiżna. Hekk kif għandna Lokali. l-Parlament, il-Qrati u l-Eżekuttiv (il-Gvern) bħala t-tliet pilastri ew- Il-pandemija COVID-19 lenin ta’ pajjiżna, il-Gvernijiet Lo- ċertament qiegħda tħalli kali huma proprju r-raba’ pilastru impatt bla preċedent fuq biex inħaddnu demokrazija effet- diversi setturi madwar tiva. L-irwol tal-Gvernijiet Loka- id-dinja. Partikolarment li u l-Kumitati Reġjonali huma fuq is-setturi relatati madta’ importanza ewlenija u dan deskasteru tiegħek. X’kien għaliex mhux biss qegħdin joffru dan l-impatt u kif indirizzajtu b’mod professjonali. Huwa għalhekk ukoll li ser tingħata attenzjoni speċjali fuq l-aspett diġitali fejn anki għal-lingwa nazzjonali tagħna, irridu naraw li nipprovdu ambjent aktar dinamiku fejn tista’ tkompli tevolvi f ’termini tal-użu tagħha. Wieħed mill-proġetti importanti f ’dan il-qasam huwa ċertament l-iżvilupp ta’ ċekkjatur tal-Malti fejn dan il-proġett huwa wieħed interessanti u ferm intiż li jkompli jsaħħaħ kif ukoll jgħin fl-użu talMalti b’mod aħjar.

l-bżonnijiet differenti? Ir-realtà li qegħdin ngħixu fiha llum hija waħda ta’ tħassib għal bosta. Il-pandemija talCOVID-19 ħolqot inċertezza fost diversi setturi. Fuq kollox ħolqot inċertezza fuq il-ħajja tan-nies. Is-saħħa tan-nies hija prijorità assoluta, u għaldaqstant gvernijiet madwar id-dinja ħadu deċiżjonijiet li huma sostanzjali u ibsin wkoll. Kienu diversi setturi li ntlaqtu u iva, fost l-ewwel li ġew milquta huma dawk relatati mal-oqsma tal-Kultura u l-Arti. Waħda mill-ewwel miżuri meħuda kienet proprju restrizzjonijiet fuq attivitajiet tal-massa u dawk li jsiru fi spazji partikolari bħalma huma t-teatri. Għaldaqstant, anki wara studji li saru f ’pajjizna, nafu li 50% tal-produzzjonijiet huma maħsuba li ġew imħassra filwaqt li 40% ġew posposti, bil-kumplament iħarsu lejn mezzi alternattivi biex iwettqu l-pjanijiet tagħhom. Dan indubbjament qiegħed iħalli impatt dirett u indirett fl-oqsma tal-arti, tal-kultura u anka dawk tal-kreattività. Irridu nifhmu kif wara kull produzzjoni hemm sensiela ta’ nies b’abbiltajiet differenti li jkunu involuti biex joffru produzzjoni spettako-

lari. Għaldaqstant irridu naħsbu f ’kulħadd u dan il-Gvern hekk qed jagħmel. Waħda mill-miżuri ewlenin hija dik tal-COVID Wage Suppliment fejn il-Gvern qiegħed jgħin lil dawk milquta, inkluż dawn is-setturi, fejn qiegħed jagħti benifiċċju li jlaħħaq it-€800 biex jgħin lill-ħaddiema u lis-self-employed li raw id-dħul tagħhom jisfaxxa. Ejja nifhmu kif din l-industrija sa ftit ġimgħat ilu kienet waħda li l-aktar kienet qiegħda tagħmel suċċess mill-kisbiet ekonomiċi li kien qiegħed jagħmel il-pajjiż. B’attivitajiet li taw ħajja diversi bliet inkluż il-Belt Valletta. Hija ta’ diqa li llum minħabba il-limitazzjonijiet li għandna, il-Belt Kapitali tagħna Valletta tinsab vojta. M’għandniex naqtgħu qalbna! Bħala Ministeru komplejna nisimgħu u nassistu. M’aħna nħallu lil ħadd għal riħu għaliex nafu li s-settur ma jistax ifalli. Irridu nqumu għall-okkażjoni u naraw kif indawru l-isfidi f ’opportunità. Għalhekk permezz ta’ Teatru Malta nedejna l-iskema Theatre Deposit fejn qegħdin nagħtu depożitu issa fuq xogħlijiet ta’ produzzjonijiet li ser jittellgħu ’l quddiem. Ukoll permezz tal-Arts Council Malta nedejna miżuri flessibbli b’investiment

ta’ €75,000 biex ikollna proġetti li jittrattaw l-immedjatezza u anki biex jużaw mezzi alternattivi bħalma huma l-mezzi soċjali. Heritage Malta wkoll nediet diversi inizjattivi ta’ interess fejn bidlet is-sit għal wieħed aktar interattiv fejn il-pubbliku jista’ jgawdi diversi siti b’mod online. L-għan tagħna huwa li nressqu aktar il-wirt tagħna lill-pubbliku anki f ’dawn iż-żminijiet fejn ir-restrizzjonijiet jillimitaw in-nies milli jżuru dawn is-siti. L-irwol tal-Gvernijiet Lokali nemmen li kompla jissaħħaħ u żied ir-relevanza tagħhom. Dan għaliex rajna dawn il-Gvernijiet Lokali jieħdu diversi inizjattivi biex isaħħu l-kuntatt mar-residenti u għaldaqstant imorru oltre mir-responsabbiltajiet statutorji tagħhom. Wieħed japprezza wkoll kif f ’dawn iż-żminijiet diffiċli, kull Gvern Lokali kompla jagħti s-servizzi essenzjali bħalma huwa l-ġbir tal-iskart. Inizjattiva oħra ta’ min ifaħħar hija proprju l-inizjattiva YouSafe li kienet xprunata mill-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Din il-pjattaforma diġitali qiegħda tkun sors ta’ informazzjoni importanti liċ-ċittadini fil-komunitajiet rispettivi tagħhom. Ejja nagħmlu kuraġġ! Flimkien nissaħħu!


22

19.04.2020

kullhadd.com

MARTIN ATTARD

MALTI LI FIEQ MILL-COVID-19 kitba ta’ RAMONA PORTELLI

għad-9 ta’ Marzu 2020, ħassu normali u kien siefer l-aħħar darba f ’Jannar li għadda. Dakinhar kien mar il-gym u lura d-dar sab ruħu bid-deni, u dak iż-żmien il-COVID-19 kienet għadha bidu għal Malta. Peress li l-aħħar li siefer kien f ’Jannar, allura bħal donnu serraħ moħħu, imma d-deni baqa’ hemm. Fil-weekend, is-Sibt qam bla deni. Ħaseb li għadda kollox, u serraħ rasu. Il-Ħadd, mar passiġġata la kien għadu bla deni, u ħassu tajjeb, tant li mar ħa birra għand ħabib, u żamm id-distanza xorta. It-Tnejn qam tajjeb ukoll u filfatt mar ix-xogħol normali, iżda fl-aħħar tax-shift beda jħoss il-bard. Litteralment sab is-sodda mxarrba ilma, bħal qisu qam fi swimming pool, ċempel u ta spjegazzjoni dettaljata għax kien konvint li dawn kienu sintomi tal-COVID-19. Naturalment kellu ħafna domandi li baqgħu jberrnu f ’moħħu bħal minn fejn seta’ ħadu. B’hekk staqsejtu minn fejn jaħseb li seta’ ħa l-virus. “Biex inkun totalment onest, kont ċempilt 111 anke qabel, però peress li ma kontx imsiefer ma tagħtihomx tort ma ċċekjawnix, fl-aħħar mil-aħħar fl-ewwel ġimgħa id-deni ma kienx qawwi. Ovvjament matul dik il-ġimgħa kelli nagħmel evalwazzjoni sħiħa. Għaddew minn moħħi l-postijiet pubbliċi li fihom mort il-Ġimgħa u s-Sibt. Fl-istess weekend mort il-gym bħas-soltu. Jien naħseb li dan il-virus blajtu f ’waħda minn dawn iż-żewġ ċirkostanzi, però xejn mhu ċert.” Fil-fatt, Martin kellu xi nkwiet li seta’ ferrxu lil xi nies. Daħal l-Isptar St Thomas, irkupra u fil-fatt niżillu d-deni, u beda fażi oħra tan-nifs u tqaħqiħ, fejn kien iħoss tagħrix fil-pipe tan-nifs. Ma kienx ikun jista jorqod mal-lejl. L-isbaħ aħbar dak iż-żmien kienet li sħabu marru jiċċekkjaw u ġew negattivi, allura dan kien serħan il-moħħ għalih. Immaġinajt li bejn il-ħsibijiet, bejn xi ftit dgħajjef bis-sintomi, kien ikun għajjien ħafna. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Il-guilt feeling hija l-aktar parti kerha ta’ din l-esperjenza. Jien għamĦafna domandi f ’moħħu ilt ġimgħa ngħix mal-ġenituri minn fejn seta’ ħa l-virus tiegħi bis-sintomi, fil-weekL-istorja tiegħu tmur lura end qomt mingħajr sintomi u Għal aktar minn xahar, f ’Malta u madwar id-dinja, l-aktar kelma fuq fomm kulħadd hija l-Corona jew kif inhi magħrufa bħala Covid-19. Il-biża’ ta’ kull bniedem hija bla dubju ta’ xejn li jaqbdu l-virus, u wisq aktar kif ser ifiq minnu. Dan l-aħħar sirt naf b’ġuvni Malti li sfortunatament qabdu dan il-virus u llum il-ġurnata ġie mfejjaq minnu wara proċess u determinazzjoni twila. Qed nirreferi għal Martin Attard. Għandu 37 sena, u jgħix in-Naxxar mal-ġenituri tiegħu. Għadu kif xtara post, li pass wara pass għalkemm bil-mod u b’ħafna diffikultajiet għandu jkun lest wara li jispiċċa kollox. Jaħdem fis-settur tal-gaming wara li għamel 12-il sena jaħdem bħala LSE. Xogħol għal qalbu ħafna għax jinvolvi wieħed mill-akbar passatempi: l-isports. Bħala passatempi apparti ovvjament l-isports, iħobb ħafna s-safar. Il-fatt li jippjana vaganza huwa wieħed mill-isbaħ emozzjonijiet tad-dinja għalih. Iħobb ħafna r-road trips aktar milli jmur u jgawdi post wieħed. Japrezza ħafna l-mużika alternattiva wkoll, imur diversi kunċerti kemm lokali kif ukoll barra minn Malta. Martin huwa persuna sportiva, kien jilgħab il-futsal, u llum huwa kowċ ta’ goalkeepers. Filfatt, l-eżerċizzju fiżiku kuljum jipprova jsib ħin għalih. “Għal 13-il sena lgħabt il-futsal bħala goalkeeper ma’ diversi timijiet. Irnexxieli wkoll nagħmel in-nofs maratona. Din is-sena ġejt offrut l-opportunità li nkun kowċ tal-goalkeepers mat-tim tal-futsal tal-Universita ta’ Malta. Kelli l-opportunità li naħdem fil-viċin ma’ wieħed mill-aqwa kowċis tal-futsal f ’Malta, Clayton Felice. Sa qabel beda dan kollu kien irnexxielna nikkwalifikaw għas-semifinali tal-kampjonat nazzjonali. Sfortunatament, ħadd ma jaf x’se jsir mill-bqija tal-kampjonat wara dan kollu. Fil-futbol jien supporter kbir tat-tim tar-raħal tiegħi Naxxar Lions u tal-Milan fl-Italja,” beda jgħidli dwaru.

ħsibt li kienet konferma li kien tassew xi riħ normali. Iltqajt ma’ xi ħbieb u mort għax-xogħol, però xorta pruvajt inżomm ’il bogħod. Tfajt ħafna nies fi kwarantina bl-ansjetà li ġġib magħha din il-marda. Kienet bħal bomba tal-ħin imminenti li xi wieħed mill-ġenituri tiegħi se jaqbdu s-sintomi u ser ikun gravi l-isptar. It-18 ta’ Marzu kien l-itwal u l-ikrah lejl ta’ ħajti, immaġinajt minn kollox. Is-saħħa tiegħi dak inhar kienet sekondarja,” spjegali Martin. Meta għadda ż-żmien tiegħu li joħroġ mill-isptar, kien mar lura d-dar, iżda bi pjan li jgħix fis-sular ta’ fuq tad-dar. Fil-fatt, kien jagħmel komunikazzjoni bit-telefown mal-infermiera u m’ommu għalkemm fl-istess dar permezz ta’ Skype. Awtomatikament, staqsejtu kif kien iħossu f ’dawn il-mumenti, f ’daru stess, imma iżolat bejn żewġ kmamar biss, meta huwa bniedem li jħobb joħroġ fuq bażi regolari. “Kienet iebsa, però għall-ewwel ma kontx imdejjaq. Kont viċin il-ġenituri u kull ġur-

nata li bdiet tgħaddi u narahom jgħixu ħajja normali kienet liberazzjoni kbira. Għall-grazzja t’Alla teżisti t-teknoloġija, apparti li f ’dawn il-ġranet qrajt kotba daqs kemm qrajt fl-aħħar sentejn. Erġajt tkellimt u sirt close ma’ ħbieb li minħabba li kellhom ħajja mgħaġġla kont naqqast il-kuntatt magħhom. Trid tapprezza kollox. Nimmissja l-ħajja soċjali, però din ir-realtà tirrikjedi naqra sagrifiċċju. Konvint li fil-futur ser ikollna ħin nieħdu

gost u nagħmlu memorji ġodda,” stqarr miegħi Martin. L-akbar mediċina għalih kien l-appoġġ morali tal-familjari, ħbieb u kollegi Kompla jgħidli li l-virus minnu nnifsu qatt ma ħass li hu letali u meta telagħlu ftit deni għenuh ilpanadols normali. Meta mbagħad kellu naqra sogħla, kien jieħu ħelwa tas-sogħla u kien iħossu aħjar. L-akbar biża’ kienet li forsi xi

Kelli l-opportunità li naħdem fil-viċin ma’ wieħed mill-aqwa kowċis tal-futsal f’Malta, Clayton Felice. Sa qabel beda dan kollu kien irnexxielna nikkwalifikaw għas-semifinali tal-kampjonat nazzjonali


23

19.04.2020

kullhadd.com

darba dan l-imbierek virus għad jaqbad mal-pulmun u jwaqqafulu billejl. Mill-bqija kien qisu riħ normali, però fit-tul b’aktar sintomi. L-akbar mediċina għal Martin kienet l-appoġġ morali tal-familja, ta’ sħabu u tal-kollegi tiegħu fuq ix-xogħol. Mistoqsi kif ħadha eżatt l-aħbar ta’ meta ġie mħabbar li ġie mfejjaq mill-COVID-19, Martin weġibni: “Kont naf li l-10 t’April kienet ġurnata importanti, allura l-jumejn ta’ qabel kienu ġranet mimlija ansjetà.” Għamilt tlett iljieli ma norqodx bil-konsegwenzi li kont mandra fiżikament u ħassejt li l-virus kien għadu ma telaqx. Kienet iċċempilli tabiba mill-kura primarja, u dejjem tatni appoġġ morali. Dakinhar wara lejl diffiċli fid-09:15 ta’ filgħodu rċevejt l-aħbar sabiħa, tlajt fuq il-bejt u tellajt dik il-post ta’ liberazzjoni. Issa qed naraha bħala kwarantina normali. Irrid nagħmel 15-il ġurnata oħra ġewwa bħala prekawzjoni. Però t-triq issa hija biss għan-niżla. Ġimagħtejn oħra suppost għandi nkun persuna anqas vulnerabbli għall-virus. M’iniex ser nirriskja xorta, però passiġġata u ġirja ħafifa filgħaxija biħsiebni nibda nagħmilha. Ingawdi s-sbuħija tal-Gżejjer Maltin. Mal-ħbieb nibqa’ nikkomunika bi Skype u b’midja soċjali oħra. Issa drajna,” tbissem jgħidli. Wara din l-esperjenza li ġratlu, staqsejtu kif sar iħares lejn il-ħajja llum il-ġurnata wara din l-esperjenza qarsa li għadda minnha. “Qed nipprova nkun aktar pożittiv. Ovvjament aħbar pożittiva tgħinek tkun aktar pożittiv. L-isvog tal-midja soċjali, l-għada ta’ dan kollu kelli ftit dispjaċir li tfajtha. Ma nemminx li jien eroj jew jien bniedem li salvajt minn xi marda qerrieda. L-eroj huma dawk li kuljum qegħdin jiġġieldu f ’din il-gwerra. Minn dawk li jaħdmu fil-qasam mediku għal dawk li ta’ kuljum

jimlew l-ixkafef tas-super markets. piċċa il-kwarantina, looking forward biex inmur ġirja waħdi ħdejn Dawn huma l-vera eroj.” il-baħar u wara nieħu flixkun birra waqt li tkun nieżla x-xemx. La L-eroj huma dawk li kuljum jgħaddi kollox, immur ngħannaq qegħdin jiġġieldu f ’din waħda kbira lin-neputija għażiża il-gwerra tiegħi Sally, l-aktar persuna li Bla dubju ta’ xejn, li fieq mill- nħobb fid-dinja. L-affarijiet l-oħra COVID-19, għalih qisu rebaħ jiġu wara. Il-messaġġ tiegħi għall-qarrejja lotterija kbira, għalkemm minn dejjem kien fiduċjuż li jegħleb lil ta’ din il-gazzetta nħoss li diġà tadan il-virus. Mistoqsi jekk kienx jtu fuq Facebook tiegħi u l-aktar jitlob, Martin weġibni: “Nemmen messaġġi importanti li għandna ħafna fil-valuri Nsara, però ma nq- nieħdu huma dawk tad-dipartiisx ruħi bħala prattikant tar-reliġ- ment tas-saħħa. Nixtieq li wara li jon. Jien bniedem li nemmen li jgħaddi kollox in-nies tapprezza fid-dinja hawn żewġ tipi ta’ nies, aktar l-affarijiet iż-żgħar li jagħmnies b’intenzjoni tajba u nies b’in- luna kuntenti, id-dinja li ngħixu tenzjoni ħażina. Però, inkun gid- fiha. Il-ħajja umana hija l-aktar dieb jekk ngħid li, f ’dawk l-iljieli ħaġa importanti li teżisti. koroh fejn tibda tara biss id-dlam, ma dortx lejn Alla u lejn il-Bambina biex jagħtini rebħa oħra. Il-fidi nsibha ħaġa ferm diffiċli biex niddiskriviha.” Dwar kif qed iqatta’ l-ħin id-dar bħalissa, Martin enfasizza dwar ilfatt li l-midja soċjali hija għodda L-ansjetà hija importantissima fil-ħajja tal-lum. “Hemm vantaġġi u hemm ħafna waħda kbira. żvantaġġi. Il-ġurnalisti għandhom L-appell tiegħi id-dmir li jiġġieldu din il-gwerra billi ma jispekulawx u joqogħdu huwa li ma tiblax attenti x’jiktbu. In-nies hemm l-ewwel artiklu barra bħalissa hija sensittiva ħafna. Artiklu wieħed kapaċi jkissli tara, kulħadd er ħajja ta’ koppja li qed tistenna tarbija, jew persuni li jbatu minn għandu jagħmel marda vulnerabbli. L-ansjetà hija ir-riċerka tiegħu. waħda kbira. L-appell tiegħi huwa li ma tiblax l-ewwel artiklu li tara, Ovvjament il-WHO kulħadd għandu jagħmel ir-riċeru d-dipartimenti ka tiegħu. Ovvjament il-WHO u d-dipartimenti lokali tas-saħħa lokali tas-saħħa għandhom l-obbligu li bħalissa għandhom jinfurmaw lill-pubbliku bil-verità.” Staqsejtu xi pjanijiet għandu l-obbligu li bħalissa la jkun uffiċjalment jista’ joħroġ jinfurmaw mill-kwarantina li jinsab fiha bħalissa u xi pjanijiet għandu wkoll lill-pubbliku ladarba Malta tkun iddikjarata mfejqa mill-COVID-19. “La tisbil-verità


24

19.04.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

FUQ KAXXA TAL-BIRRA RASHA ’L ISFEL Mario Cardona għandu l-ħila jitkellem fuq it-temi l-kbar ta’ żmienna u ta’ kull żmien, fuq ilmewt, fuq id-dellirju tal-ħajja, fuq it-tfulija, il-pajsaġġ naturali, ir-rabja quddiem l-inġustizzja, l-emarġinazzjoni, il-pompa tal-poter, u l-ineffabilità tal-imħabba, mingħajr ma jinsa li l-poeżija hija kelma. Li l-isfida ewlenija tal-poeti tinsab fit-tħaddim u l-organizzazzjoni f ’dinja għaliha tal-kelma u tal-ħoss, il-materja prima tal-poeżija. Il-lingwa tħoll id-distinzjoni bejn l-ispirtu u l-materja (Eagleton, Materialism 19). Il-poeżija ta’ Cardona mhix sempliċiment riflessjoni fuq ilħajja: hija intervent fil-ħajja. Din hija ġabra li ġġibna wiċċ imb wiċċ, għal darb’oħra, man-natura nnifisha tal-poeżija, għax tisfida l-konvenzjonijiet, ir-ritmi ġa maħduma, il-frażijiet lesti. U għalhekk hija poeżija li teħodna lura lejn il-fiżiċità tal-kelma, il-ħoss rozz ta’ ċerti konsonanti u l-kompliċità taparsi innoċenti tal-vokali; it-ton li jsir tnalja tikwi tfexfex fir-rassenjazzjoni jew l-indifferenza tagħna; ir-ritmi li kultant jistorduna. F’dan is-sens, il-lingwa ma tirriflettix ir-realtà jew tqabbad magħha: il-lingwa hija r-realtà materjali nnifisha (Eagleton, Materialism 123). Mario Cardona jinnegozja r-relazzjoni tiegħu ma’ kull kelma fid-dwejriet poetiċi li jibni u li jqiegħed, b’mod mill-aktar natu-

rali għax din hija ħtieġa profonda, fi rħajjel dinamiku ta’ esperjenzi. Qabelxejn, esperjenzi. Mhux għax m’hemmx ideoloġija. F’dak kollu li nagħmlu hemm ideoloġija trieġi, anki meta niċħduha. Imma għax kollox donnu jibda minn esperjenza fiżika, mill-għażla konxja li l-kittieb iġarrab il-ħajja permezz tas-sensi. U mbagħad jirrifletti. Fil-malinkonija profonda tal-poeżija “Ir-Riżultat” hemm, qabelxejn, il-preżenza fiżika tattifel, “bilqiegħda mal-mejda / b’dar-riżultat abjad f ’idejja, / bin-numri mħażża bl-iswed;” hemm id-diqa f ’għajnejn l-omm, saħansitra fix-xbieha tan-nannu li jidħol ħdejhom ukoll, bħas-sadid malinkoniku tal-friġġ. Il-poeżija “Bastjaniżi” tibda b’fiżiċità differenti: Fl-ilma baxx tar-Ramla tal-Mixquqa ġrejna b’idejna mgħollijin u bil-leħen tal-bejjiegħa tal-monti ntunajna: aħna l-Bastjaniżi ħadd ma jista’ għalina tal-iljun, tal-iljun, aħna qalbna kbira … Imma issa sar kważi nofsillejl u aħjar torqdu. Għada skola. Minn dan il-punt, tibda riflessjoni bla mistennija fuq l-edukazzjoni formali u t-tip ta’ soċjetà li trawwem. Din ir-riflessjoni, li tieħu l-forma ta’ sensiela ta’ kwadri mikulin bl-ironija, twassal għall-konklużjoni bla ħniena dwar “il-mewta konsweta tal-karriristi,”

bl-alliterazzjonijiet kiefra tagħha. Imma wlied il-poeta joħorġuh f ’salt mill-fosdqa riflessiva tiegħu bl-urġenza u l-konkretezza tat-talba tagħhom: f ’leħinhom fl-aħħar vers tal-poeżija hemm l-awtokritika tal-poeta li jintebaħ li qed jieħu gost jedha bih innifsu, bħall-iskola li donnha medhija biha nnifisha minflok b’uliedha. F’uħud mill-iktar mumenti importanti fir-riflessjoni tiegħu, Mario Cardona jirrikorri għall-esperjenza sensorja. Fil-kultura tal-Punent, l-estetika bdiet, f ’nofs is-seklu 18, bħala diskors marbut mal-ġisem; id-distinzjoni li għamlet ma kinitx bejn l-arti u l-ħajja imma bejn il-materjali u l-immaterjali (Eagleton, The Ideology of the Aesthetic 13). Din il-poeżija donnha tidwi din ir-rabta qadima bejn l-estetika, il-ġisem u s-sensi. Fil-bidu ta’ “Kunsenturi,” xogħol li jikkritika l-mod kif aħna l-Maltin qed nittrattaw lill-immigranti, jingħata post ewlieni lill-esperjenza fiżika: “Il-klandestin tfajnieh bil-fies ikisser il-bankina.” Il-poeżija tintemm bil-metafora tal-kunsenturi fil-qafas (mherri) tal-moralità tagħna. L-użu tal-metafora huwa ideali, speċjalment għal poeta li jirrakkonta l-esperjenza fiżika, għax permezz tagħha jagħti bixra konkreta lill-kunċetti astratti. Taħt il-wiċċ, jgħidilna, kollox qed jgħum fid-drenaġġ. U nafu li mhux qed jgħid għat-triq biss.

Mistoqsija: Semmi tliet temi li Mario Cardona għandu l-ħila jitkellem fuqhom? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb FUQ KAXXA TAL-BIRRA RASHA ’L ISFEL. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba IL-FRIEFET u IS-SIĠAR huwa: J. VASSALLO - SIĠĠIEWI

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Mill-bidu tal-pandemija, kemm kienu l-pajjiżi li talbu għajnuna diretta lill-IMF?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

19.04.2020

kullhadd.com

SFUMATURI TA’ VERSAILLES L-EWWEL PARTI

Kitba ta’ MARY CHETCUTI

VERSAILLES – l-isem li jfisser stravanganza ta’ deheb, fidda, rħam, mirja, pitturi, affreski, insomma l-isfumaturi kollha ta’ lussu sfrenat. Ir-rikkezzi kollha li tista’ timmaġina, u anki dawk li lanqas toħlom bihom, tqiegħdu f ’dan il-palazz u l-ġonna tiegħu mir-Re Louis XIV sabiex juri lis-sudditi tiegħu u lir-renjanti Ewropej li Franza taħt ir-renju glorjuż jiddi daqs ix-xemx tiegħu kienet tisboq lil kulħadd. Ngħid il-verità għadni qatt ma kelli x-xorti li nżur Versailles imma minn dak li qrajt dwaru s’issa naħseb li żgur insibha diffiċli niddeċiedi jekk il-palazz hux isbaħ mill-ġnien tiegħu jew bil-kontra; it-tnejn li huma kapolavur arkitettoniku li tfassal bil-għan li jissimbolizza l-istatus ġdid imperjali tad-dar irjali tal-Borboni fi Franza. Barra minn hekk, ir-Re Louis XIV kien xeba’ jgħix bejn l-erba’ ħitan (biex ngħidu hekk) tal-Louvre.Dan il-palazz kien qadim wisq għall-gosti stravaganti tiegħu apparti li kien mudlam u b’kurrenti kesħin fil-kurituri li kienu jinġazzaw l-għadam ta’ kulħadd fix-xitwa. Ir-Re kien ilu li tefa’ ħarstu fuq Versailles, li oriġinarjament kienet dwejra tal-kaċċa mbagħad iddawret f ’kastell żgħir, ftit kilometri ’l bogħod miċ-ċentru ta’ Pariġi. Fl-1661, Louis XIV beda bl-ewwel pjani ta’ espansjoni fuq din il-medda ta’ art enormi u flimkien mal-periti prinċipali Louis Le Vau u André Le Nôtre fasslu l-bini tal-palazz u l-ġonna li jdawruh. Fl-1682, il-Palazz ta’ Versailles sar ir-residenza uffiċjali tar-Re u dam hekk sa ma faqqgħet ir-rivoluzzjoni Franċiża fl-1789. Matul is-snin, renjant wara l-ieħor ħallew il-marka tagħhom fuq Versailles billi komplew isebbħu l-palazz u żiedu binjiet u monumenti f ’naħat differenti tal-ġonna. Bla dubju ta’ xejn, l-akbar kapolavur imħolli mirRe Louis XIV kienu l-funtani spettakolari mferrxin mal-ġonna. Meta nġiebu l-inġiniera biex jippjanaw is-sistema tal-ilma għal dawn il-funtani mill-ewwel intebħu li kien hemm ostaklu sabiex jinġibed l-ilma mix-Xmara Seine; xi disa’ kilometri ’l bogħod, kollha għat-telgħa! Imma mid-dehra Louis XIV kien jaf x’inhu jagħmel meta impjegahom lil dawn l-inġiniera għax fl1684 bnew il-Machine de Marly fir-raħal ta’ Yvelines, imiss ma’ Versailles. Din kienet sistema idroloġika fuq skala goffa li setgħet tippompja aktar minn miljun gallun ilma kuljum mix-xmara għal ġol-kanen ta’ taħt il-funtani. Tant kemm kien sar xogħol bis-sengħa li sal-ġurnata tal-lum ħafna mis-sistema tal-ilma li tħaddem il-funtani fil-ġonna ta’ Versailles għadha dik oriġinali li tqiegħdet fis-seklu 17, bl-eċċezzjoni ta’ xi restawr fuq

livell minimu ħafna. Ma jistax jingħad l-istess fejn tidħol is-sistema iġenika fil-Palazz għall-fatt li ħlief għall-kmamar privati tar-Re u l-membri għolja tal-familja rjali, ħadd ma kellu fejn jaqdi l-bżonnijiet naturali tiegħu. Mhux ta’ xejn ħafna li żaru Versailles fi żmien ir-Renju tal-Borboni xebbhuh ma’ fossa. Politiku Brittaniku, ċertu Horace Walpole kiteb hekk dwar l-esperjenza tiegħu ġo Versailles: “Versailles qisu fossa enormi, imnitten bil-ħmieġ u l-intejjen tiegħu. L-irwejjaħ weħlu mal-ħwejjeġ ta’ fuq u ta’ taħt u mal-parrokka. L-agħar ħaġa li qatt rajt kienet li tallaba, qaddejja u viżitaturi aristokratiċi kollha jużaw il-kurituri, il-passaġġi, it-turġien u l-ġonna meta jaqbadhom il-bżonn. Dawn il-postijiet kienu mimlijin awrina u ħmieġ uman. Il-Palazz u l-ġonna tiegħu, flimkien jagħmlu mintna sħiħa bl-intejjen li fihom.” Il-biċċa xogħol kienet li għalkemm kienu nbnew latrini pubbliċi li kienu mferrxin mannaħat kollha tal-palazz, xorta waħda ma kinux biżżejjed għall-qaddejja, viżitaturi u residenti li kienu jammontaw għal eluf f ’daqqa. Barra minn hekk, ħafna drabi kienu jġarrbu sadd u jfuru bilħmieġ, allura tista’ taħseb xi ntejjen insapportabbli kienu jikkaġunaw. Meta l-latrini kienu jingħalqu minħabba s-sadd, ħafna kienu jirrikorru taħt xi taraġ, wara kolonna jew f ’xi rokna oħra tal-palazz u l-ġnien biex malajr malajr qabel xi ħadd jarahom jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom. Għall-inqas l-aristokratiċi li kienu jingħataw kamra tas-sodda mingħajr kamra tal-banju kienu jġibu ruħhom b’aktar prudenza minn dawk li kienu jħammġu fejn ġie ġie, għax kienu jġibu l-vażu tas-sodda magħhom u meta jaqbadhom jużaw lilu. Kien jiġri però li l-qaddejja kienu jaqbdu u jbattlu l-vażu mit-tieqa għal ġol-bitħa interna għax ma kellhomx fejn jarmu l-ħmieġ li jkunu ħallew warajhom in-nobbli. Jingħad li kien wara li qalgħet ħasla kontenut ta’ vażu mormi minn tieqa li mart irRe Louis XVI, ir-Reġina Marie Antoinette ħarġet bl-idea u bniet replika ta’ rħajjel Franċiż fuq l-art ta’ Versailles fejn kienet tqatta l-parti kbira tal-ħin tagħha m’uliedha, liema post baqa’ magħruf bħala Hameau de la Reine – l-irħajjel tar-Reġina. Dan mhux kollox għax beħsiebni nurik aktar sfumaturi ta’ Versailles, imma ġimgħa oħra.


26

19.04.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

19.04.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 325

P. BORG - ĦAL LUQA

Bi 3 Numri 025 030 046 063 086 096 164 180 210 250 258 386

419 457 485 540 546 604 697 714 802 806 831 854 864

955 B’4 Numri 1223 1660 2047 2120 3362 3415 5514 7174 8330 8910

B’5 Numri 02002 02885 05719 06902 09660 22576 25253 25375 30434 31876 35988

36526 39130 40567 50473 60322 66311 70681 94545 99102 B’7 Numri 2116089 2350906

3044075 4652512 6002030 6167152 B’9 Numri 004315918 665756146

1. 4. 7,15. 9,16. 10. 12. 16. 18. 19.

Mimdudin: bl-Ingliż (3) Maqful (5) 20. Kontra bojod? (5) Kompli l-qawl: 21. Ara 2 ....... mxewxa 23. Ara 3 titlob ix-xita (4) 24. L-hekk imsejħa Bdil ta’ parti kaxxa li mill-ġisem (8) nispiċċaw fiha! (5) Divertita (6) Programm wara Weqfin: Pjazza (6) 1. Tista’ tkun Mattew ta’ wara droga (6) quddiem (6) 2,21M. Belha? (6) Ara 9 3,23. Nibex (7) Lemaħ (2) 5,21W. Iffastidjata (6) Tifel imqareb 6,22. Jiksu t-toroq

bih (6) 8. Irranġat? (9) 11,12W. Lewa (4) 12. Ara 11 13. ......man, kien President Amerikan (3) 14. Mhux fil-grazzja t’Alla (6) 15 Ara 7 17. Qies (3) 21. Ara 5 22. Ara 6

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1,23.Jispekula, 4.Flus, 7.KA, 9,11,17. 1.Jidħlu, 2,6.Sassla, 3.Eku, 5.Lol, Diskussi, 10.Umilta, 12.Muturi, 8.Ambulanza, 12.Ma, 13,21 wieqfa. 16.Usa, 18,19.Iltim, 20.Fdati, 21.Liz, Tidlek, 14.Itilqu, 15.Tmexxa, 22.Żul 24.Akuta


28

19.04.2020

kullhadd.com

TA’ MALTA L-AĦJAR PRATTIĊI Editorjal

Minbarra hekk, l-IMF ukoll iqis li minn din il-kriżi, li “ma tistax titqabbel ma’ xi ħaġa oħra”, Malta għandha tirpilja tajjeb ħafna wkoll ladarba tgħaddi kompletament.

Bħalma jgħidu, il-prattika tqarrbek lejn il-perfezzjoni jew saħansitra tagħmlek perfett. Kliem taddeheb, li issa ilu magħna għal sekli sħaħ. Minkejja dan, l-isforzi kollha jkunu prattikament inutli kemmil darba ma jkollokx biżżejjed l-umiltà li tirrikonoxxi li l-aktar affarijiet ta’ valur jinkisbu biss wara ħidma iebsa u li ħafna drabi għandek bżonn determinazzjoni tal-azzar biex tasal fejn tixtieq ukoll. Issa jekk kien hemm perjodu li esperjenzajna dan it-tip t’għaqal fit-tmexxija nazzjonali u li wassal għar-riżultati mixtieqa u aktar, bla dubju dan kien fl-aħħar snin. Ma seħħx lanqas b’xi fortuna jew b’kumbinazzjoni. Dan ma fissirx li f ’Malta lħaqna l-perfezzjoni. Xejn minn dan. Imma ħdejn is-sitwazzjoni li konna fiha sal-bidu tal-2013, l-affarijiet iżjed milli tjiebu f ’diversi oqsma. Anzi llum hemm dawk fejn pajjiżna jitqies bħala eżemplari, bħalma huma drittijiet tal-persuni LGBTIQ, it-tkabbir tal-ekonomija, it-tnaqqis tal-qgħad u s-servizzi tal-kura tas-saħħa. Li ma kienx hekk ukoll,

partikolarment fl-aħħar tliet setturi, il-pandemija talCoronavirus ma kinitx issibna daqstant ippreparati. Minflok kienet twassalna għal disprament istituzzjonali, bħalma jinsabu ċerti pajjiżi oħrajn u li llum qed jibku xortihom. U biex inkomplu nsostnu li dak li qed ngħidu hu tassew minnu u mhux xi kliem fieragħ jew xi wieħed partiġjan għall-gallarija, infakkru x’ħareġ mill-World Economic Outlook proprju din il-ġimgħa stess. Fil-fatt, l-esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) antiċipaw – bħalma diġà kienu qalu ta’ Standard & Poor’s ftit qabel u qalu lbieraħ Fitch u Moody’s – li Malta se ssofri l-inqas impatt negattiv fuq l-ekonomija tagħha, meta mqabbla mal-bqija tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Ibassru li dan l-impatt fuq pajjiżna se jkun kważi terz tal-medja mbassra għallpajjiżi l-oħrajn. Minbarra hekk, l-IMF ukoll iqis li minn din il-kriżi, li “ma tistax titqabbel ma’ xi ħaġa oħra”, Malta għandha tirpilja tajjeb ħafna wkoll ladarba tgħaddi kompletament.

L-organizzazzjoni internazzjonali rispettabbli qed tbassar li se jkollna rata ta’ tkabbir tajba ta’ 7% matul is-sena d-dieħla. Dan mhux kollox. Irridu nfakkru wkoll li l-ġimgħa li għaddiet din il-gazzetta wriet bil-fatti kif il-Gvern Laburista, immexxi mill-Prim Ministru Dr Robert Abela, qed jirnexxilu fil-prattika jsalva l-impjiegi, dejjem grazzi għall-inċentivi bla preċedent lill-ħaddiema u lil min iħaddimhom, kif maqbula unanimament fil-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD). L-IMF stess ibassar li l-qgħad f ’Malta mistenni jkun ta’ 5%, li hu ferm inqas milli kien taħt l-aħħar Gvern Nazzjonalista (6.4%) u/ jew fl-eqqel tal-kriżi ekonomika tal-2009 (7.3%). Ġimagħtejn ilu wkoll analizzajna kif dawn l-istess pakketti ta’ miżuri varji, li l-Gvern qed joffri partikolarment lil dawk is-setturi milqutin, huma fost l-aqwa fl-Unjoni Ewropea kollha, anke ferm aħjar minn dawk ta’ pajjiżi meqjusin ġganti. Ovvjament għadna ma

bdejniex nitkellmu dwar is-servizzi tas-saħħa, li wkoll m’għandhomx bżonn id-difiża tagħna, ladarba ċ-ċifri waħedhom qed jitkellmu tajjeb ħafna għalihom. Grazzi għalhekk illum saru jgawdu minn kredibbiltà u rispett ferm akbar milli diġà kellhom, kemm fuq livell lokali u saħansitra dak internazzjonali. Dan jista’ jagħti l-impressjoni li kollox ward u żahar, mentri mhuwiex, għax minkejja kollox, xorta ssib lil dawk fil-Partit Nazzjonalista li jridu jilagħbuha tal-puritani u jippretendu ferm iżjed minn hekk ukoll. “Għorrief ” simili, inklużi minn dawk li minn qabel il-pandemija kienu jixtiequ li jkollna t-tallaba fit-toroq u n-nies mejtin bilġuħ, ukoll jattakkaw il-qagħda li ninsabu fiha jew jinsistu li xi ministru qed ikun inkapaċi fissitwazzjoni jew il-Prim Ministru ħati ta’ xi qtil volontarju tal-massa. Jekk xejn, il-prattika flaħħar snin ukoll għallmet lillmaġġoranza tal-poplu tagħna biex tagħraf lil min għandha tagħti l-attenzjoni xierqa u lil min tikkalkulah ta’ li hu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.