KullĦadd_19.09.2021

Page 1

Il-Ħadd, 19 ta’ Settembru, 2021

PIŻIJIET MOĦBIJIN MILL-PN

PENSJONIJIET: JITKELLEM FUQ LI DAK KISSER HU MILL-GVERN Ħarġa Nru 1,471

Prezz €1

Rapport f’paġna 5

ĠIMGĦA TA’ RIŻULTATI POŻITTIVI Rapport f’paġni 6 u 7

Id-dikjarazzjonijiet li għamlu esponenti tal-Partit Nazzjona­ lista fl-aħħar jiem dwar it-tibdil fil-klima jaħbu l-ħsieb li jiġu imposti piżijiet qawwija fuq il-poplu Malti u Għawdxi. Waqt li ħarġet tikkritika lillGvern Malti li qabel mal-Unjo­ ni Ewropea fuq mira ambjentali sal-2030, l-Oppożizzjo­ni imbottat miri li, biex jintlaħqu, jeħtieġu bilfors l-introduzzjoni ta’ tax­xi ġodda li jaffettwaw l-iżjed lil min jiflaħ l-inqas. Il-KullĦadd hi infurmata li saħansitra saru diskussjonijiet twal f’dan is-sens fid-Dar Ċentrali fejn kienet stabbilita d-diffikultà li jintlaħqu l-miri li ħareġ bihom id-Deputat Nazz­

jo­nalista David Thake. Esperti, li tkellmu ma’ din il-gazzetta, jisħqu li l-alternattiva huma miżuri bħal taxxi żejda fuq vetturi li jaħdmu bil-petrol u bid-diesel, parkeġġi pubbliċi li jiġu bi ħlas u limi­tazzjoni fuq vetturi personali li jkunu jistgħu jinstaqu f’ċerti ġranet tal-ġimgħa u mhux oħrajn. Jidher li, fil-paniku li għad ma kellux strateġija relatata xhur qabel elezzjoni, il-PN reġa’ m’għamel l-ebda kal­koli u fajjar bl-addoċċ miri li impossibbli jintlaħqu jekk mhux b’riperkussjonijiet serji. Tkompli f’paġna 4

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Esperti jisħqu li l-kritika tal-Oppożizzjoni kontra l-miri ambjentali maqbula bejn il-Gvern u l-UE tfisser li jridu jiddaħħlu piżijiet ġodda fuq il-poplu fil-forom ta’ taxxi fuq vetturi konvenzjonali, ħlas għal parkeġġi pubbliċi u użu ristrett tal-vetturi personali f’ċerti ġranet, fost oħrajn


02

19.09.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 32°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 7 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran u l-Libja It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mil-Lbiċ li jdur ħafif għal moderat millPunent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar It-Temperatura tal-Baħar: 28°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

KUNTATT ĠENERALI

30°C UV 6

24°C

Il-Ħamis

30°C UV 5

24°C

Il-Ġimgħa

31°C UV 2

23°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

30°C

UV 6

22°C

28°C UV 6

21°C

29°C UV 6

22°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT-TLIETA 21 TA’ SETTEMBRU

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq FleurDe-Lys, Santa Venera – 21482558 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 Mensija Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 Health Junction Pharmacy, Triq Alfred Cachia Zammit, Iż-Żejtun – 21898728 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21551841 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra, Għawdex – 21561486

Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21239310 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7, Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Smiths St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 St. Andrew’s Pharmacy, 25, Triq Dun Pawl, Ħal Luqa – 21820795 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat, Għawdex – 21556970 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra, Għawdex – 27551140



04

19.09.2021

IL-PN OSTAĠĠ TA’ DAK LI DDIKJARA Tkompli minn paġna 1 Nhar il-Ġimgħa, is-Segretarju Ġenerali l-ġdid Michael Piccinino ma eskludiex li l-PN jintroduċi taxxi addizzjonali fuq industriji, skont kemm iniġġsu. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota wkoll li, fl-aħħar jiem, l-esponenti talPN kienu qed jirreferu biss għall-miri li għandhom, waqt li kienu vagi f’diskorshom u evitaw milli jidħlu fid-dettal li suppost jinkludi l-pjan jew it-triq kif l-istess miri għandhom jintlaħqu. Dan anke jekk, għal għajn kulħadd, inħolqot fergħa “ħadra” apposta – PN Greens – immexxija mill-kandidata Janice Chet-

cuti. Waqt li Malta laħqet ftehim Ewropew li tnaqqas it-tniġġis nazzjonali b’19% sal2030, bla ma toħloq piżijiet fuq iċ-ċittadin, iżda minflok tinċentivah biex jibdel il-metodi li kien imdorri bihom sal-lum, tal-PN “riedu jagħmluha tal-cowboys”, saħqu esperti fil-materja. Fil-fatt, waqt li l-Oppożizzjoni kkritikat tali ftehim mal-UE, iddikjarat li Malta għandha tintrabat li tilħaq il-mira ta’ 36% inqas tniġġis fuq l-istess perjodu. “Diġà hi mira (ta’ 19%) diġà ambiz­ zjuża biżżejjed, aħseb u ara nitilgħu sa 36%. M’hemmx mod jekk mhux billi tippenalizza bil-goff,” saħqu sorsi li tkellmu magħna, waqt li rreferew għal eżempji bħal taxxi ġodda fuq karozzi mhux elettriċi, parkeġġi fit-toroq bi ħlas għal kull vettura li tniġġes u res­trizzjonijiet fuq meta tkun tista’ toħroġ il-vettura perso­nali, speċi ta’ roster skont in-numru tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni. Dwar din l-aħħar miżura, is-sorsi jindikaw li ċerti pajjiżi wkoll jirrestrinġu fejn tista’ tmur bil-karozza tiegħek, bħall-qalba tal-lokalitajiet, inkella biex tidħol fihom ikollok terġa’ tħallas ukoll. Fil-ferneżija li jattakkaw l-istrateġija tal-Gvern, b’mira maqbula mal-Kummissjoni Ewropea fl-aħħar ġimgħat, tal-PN aktarx spiċċaw ostaġġi tad-dikjarazzjonijiet li għamlu u li tefgħuhom fi sqaq li ma jinfidx. Fuq naħa ma jistgħux issa jmorru lura mill-mira li għamlu għalihom infushom u fuq in-naħa l-oħra qegħdin jevitaw li jgħidu lill-poplu li, biex iwettqu l-pjani tagħhom, dawn se jfissru biss taxxi ġodda, ħlasijiet u tbatijiet, speċjalment għal dawk bi dħul baxx u medju. Bil-maqlub, l-istra­ te­­ġija tal-Gvern tinklu­di, fost oħrajn, trasport pubbli­ku b’xejn għal kul­ ħadd sal-2030, iżjed grants għal min jixtri vettu­ ri elettriċi u instal­­­ laz­zjoni ta’ charging pillars madwar il-paj­jiż kollu, flim­kien ma’ pjan ro-

Il-pjani “ambjentali” tal-PN jimponu miżuri bħall-użu limitat tal-vettura personali f’xi ġranet tal-ġimgħa biex ikunu fattibbli bust għall-enerġija rinnovabbli. Ma’ dawn hemm ukoll inċentivi f’setturi partikolari, bħall-industrija tal-kostruzzjoni, u effiċ­jenza akbar flużu tal-enerġija, għajnuna lill-entitajiet kummerċjali u impjanti ġodda fl-immaniġġjar tal-iskart. Sorsi qrib il-PN ukoll jistqarru li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech iħossu frustrat wara li bellgħuhielu li l-Partit għandu jorganizza konferenza nazzjonali fuq it-tema tat-tibdil fil-klima. Dan mhux biss għax il-Gvern kien ilu x-xhur li ħabbar l-organizzazzjoni ta’ waħda, iżda għax bla dubju ta’ xejn din se sservi ta’ opportunità tajba għall-ġurnalisti li jitolbuh jippreżenta l-miżuri konkreti tiegħu, flok jibqa’ jitkellem fl-ajru u għal-lasta. Dan wassal biex issa l-konferenza, li tħabbret b’ħafna pompa, tieħu l-forma ta’ taħditiet tekniċi biex jiġi evitat il-kuntest politiku. Dan ifisser li d-diskorsi se jsiru kollha b’mod ġeneriku biex jevitaw akkost ta’ kollox li jsemmu l-pjani speċifiċi u l-piżijiet konsegwenzali ta’ taxxi u restrizzjonijiet fuq il-poplu. Għalkemm il-mira tal-Gvern tibqa’ xorta ambizzjuża u li mhux se tkun faċli li tintlaħaq, il-mod kif l-awtoritajiet qed

jaħsbu li jinċentivaw u jevitaw impatt negattiv finanzjarju fuq il-familji hu xhieda ta’ amministrazzjoni progressiva, iżda b’ruħ soċjali. Bl-istess kejl, il-pjani kuntrastanti tal-PN, li jeħtieġu piżijiet esaġerati fuq il-maġġoranza tal-Maltin u l-Għawdxin biex jitwettqu, juru biss li l-Oppożizzjoni hi kompletament maqtugħa mir-realtajiet soċjali tal-pajjiż u li għadha ma tistax tiġi fdata fis-setturi l-aktar importanti, bħalma huma dawk tal-ambjent u t-tibdil fil-klima. F’laqgħa ma’ NGOs ambjentalisti din il-ġimgħa, bi tħejjija għall-preżentazzjoni tal-Baġit 2022, il-Prim Ministru Dr Robert Abela saħaq li dan l-eżerċizzju annwali, li se jiġi ppreżentat fil-11 ta’ Ottubru li ġej, se jkun wieħed li jagħraf l-importanza tal-ambjent għal-lum daqs­kemm għall-ġejjieni ta’ pajjiżna. Hu qal li, bil-mod kif pajjiżna ffaċċja pandemija u għaraf jidentifika l-opportunitajiet minnha, hekk ukoll se jkun qed jagħmel mill-fenomenu globali tat-tibdil fil-klima. “It-tkabbir ekonomiku u l-ambjent huma l-faċċata tal-istess munita li jeħtieġu jimxu id f’id biex tiġi assigurata l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin,” tenna l-Prim Ministru.


19.09.2021

PENSJONIJIET: ILLUM JITKELLEM FUQ LI KISSER HU Il-PN jagħmel wegħdi dwar il-pensjonijiet li diġà ilhom is-snin li twettqu mill-Gvern, filwaqt li l-istorja wkoll tiskreditah bil-fatti Il-Partit Nazzjonalista llum lir-romol li jitilfu l-pensjoni qed iwiegħed affarijiet fil-qa- tagħhom meta jormlu; sam tal-pensjonijiet li ilhom ● Tjiebu sostanzjalment ilis-snin li twettqu mill-Partit pens­jonijiet tas-servizz; Laburista fil-Gvern, waqt li ● Bdew jingħaddu wkoll oħrajn huma biss problemi li il-bolol li tħallsu qabel persuna hu stess ħoloq bir-riforma li tilħaq 19-il sena, flimkien ma’ kien għamel fl-2007. Dakinhar bonus annwali lil dawk li ma ukoll, b’arroganza, kien injora jkunux ħallsu biżżejjed bolol rakkoman­daz­zjonijiet tekniċi biex ikollhom pensjoni; biex jindirizzahom. ● Tneħħiet it-taxxa fuq ilTagħrif lill-KullĦadd jindika pens­jonijiet u ngħatat l-oppor­ li fl-2010 Gvern Nazzjonalista tunità lil min ikollu kontribuzzsarulu rakkomandazzjonijiet jonijiet neqsin li jħallas sa minn grupp tekniku tal-pens­jo­ ħames snin biex jieħu pensjoni nijiet biex, fost oħrajn, idaħħal jew pensjoni aħjar; il-mekkaniżmi tat-Tieni u ● Iddaħħlu miżuri speċifiċi t-Tielet Pilastru tal-pensjoni għal kategoriji ta’ pensjonanħalli l-pensjonanti ikollhom ak- ti differenti li batew minn tar minn sors wieħed ta’ dħul deċiż­jonijiet żbaljati fi żmien meta jirtiraw, flimkien ma’ il-PN fil-Gvern, inklużi dawk li miżuri oħrajn importanti. kienu jaħdmu l-Libja, it-tarzna, Sorsi esperti fil-forzi dixxiplinajisħqu li kieku l-PN ti, self-employed u fil-Gvern dak iżpart-timers; żmien aġixxa, kif ● Inbeda kien qed jingħataeżerċizzju estenlu l-parir, kieku siv ta’ reviżjonijiet eluf ta’ pensjonantal-pensjonijiet li ti kurrenti u futuri taħt il-PN fil-Gvern kien ikollhom dak L-għadd kbir ta’ ma kienx qed isir li issa l-istess PN miżuri li ddaħħlu bi ksur tal-liġi biex qiegħed jgħid li eluf kbar ta’ pensse jindirizza jekk mill-2013 jixhdu jonanti ħadu żidiikun fil-Gvern. et addizzjonali u kif kellu jkun Fil-verità, ħarli kienu Gvern Laburista arretrati sa lejn in-numru ilhom snin jistenkbir ta’ miżuri li li jibda jirranġa new; ttieħdu mill-Par● Tkabbret l-ħerba li l-PN l-għotja tit Laburista filli tingħaħalla warajh Gvern mill-2013, ta lill-anzjani li joħroġ ċar li kellu fil-pensjonijiet jgħixu fi djarhom jkun dan li jibda u ġiet estiża għal jirranġa l-ħerba li dawk li jgħixu fi l-PN fil-Gvern ħaldjar tal-anzjani la warajh fil-pensjonijiet. privati, waqt li żdiedet l-GħaHawn huma wħud mill-miżu- jnuna Supplimentari; ri prinċipali li twettqu fl-aħħar ● Iddaħħlu l-kontribuzzjonitmien snin li qed jagħmlu dif- jiet akkreditati għat-trobbija ferenza fil-ħajja tal-pensjonanti tat-tfal u għall-perjodi ta’ stud… fatti u mhux wegħdi fiergħa: ju; ● In-nefqa fuq il-pensjonijiet ● Tneħħiet kull forma ta’ dis­ tal-irtirar żdiedet bi 63%, waqt kriminazzjoni abbażi tal-ġeneli n-nefqa totali fuq il-pensjo­ ru biex, fost oħrajn, nisa bdew nijiet kollha issa qed tlaħħaq jitħallsu pensjoni daqs l-irġiel; kważi €940 miljun; ● Saret riforma kbira fl-Al● Bħala minimu, kull pens- lowance tal-Carers waqt li qed joni sal-lum għoliet bi €32 fil- jiġi ssusidjat b’mod sostanzjali ġimgħa wara 25 sena ta’ pens- l-infiq li jagħmlu l-anzjani ghajonijiet iffriżati; ll-carers; ● Dawk fuq il-pensjoni mi­ ● Ġew introdotti inċentivi nima ħadu żieda ta’ bejn €40 u fiskali biex aktar nies jinvestu €50 fil-ġimgħa; f’pensjonijiet privati, tant li ● Il-pensjonanti tal-età llum diġà hawn kważi 10,000 li wkoll bdew igawdu mill-istess qed jinvestu f’pensjoni privata; żidiet fil-pensjoni mogħtija lil ● Iddaħħlu savings bonds kulħadd; speċifiċi għall-anzjani b’rati ● Ingħatat pensjoni sħiħa pre­ferenzjali.

05


06

19.09.2021

TFASSIL FINANZJARJU Bi tħejjija għall-Baġit 2022, li se jiġi ppreżentat tliet ġimgħat oħra, il-Gvern qed ikompli jħares lejn it-titjib tal-għajxien ta’ llum u t’għada b’diskussjonijiet intensivi ma’ diversi sezzjonijiet tas-soċjetà, inkluż bl-aħbar ta’ rifużjoni tat-taxxa għar-raba’ sena infila. (Ara wkoll paġna 10)

PAJJIŻNA QED JIBQA’ JĠIB IR-RIŻULTATI Pajjiżna reġa’ esperjenza ġimgħa oħra ta’ riżultati pożittivi, hekk kif l-aħħar jiem kienu xhieda ta’ kemm Malta hi b’saħħitha b’iżjed opportunita­jiet li jkomplu jinħolqu. Mir-rating b’saħħtu ta’ Standard & Poor’s fil-bidu tal-ġimgħa, għal investiment ġdid mill-kumpanija De La Rue bil-ħolqien ta’ 100 karriera ġdida sal-approvazzjoni tal-Pjan ta’ Rkupru ta’ pajjiżna li ġie deskritt bħala wieħed mill-aqwa mill-Kummissjoni Ewropea, l-aħħar jiem reġgħu wrew il-ħidma għaqlija ta’ Malta taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela. Din qed tara li jinħoloq il-ġid u jitqassam fost in-nies b’mod ġust, bl-aħbar li reġa’ beda jitqassam iċ-ċekk tar-rifużjoni mit-taxxa. U filwaqt li għaddej dan kollu, il-Partit Laburista qed jibqa’ jiddiskuti t-tiġdid ta’ pajjiżna favur prosperità u għajxien aħjar.

L-AĦJAR PJAN AMBJENTALI Iż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen nhar il-Ħamis fejn faħħret il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ppreżentat minn pajjiżna, partikolarment bħala l-aktar wieħed li jaħseb fl-ambjent fl-UE kollha. (Ara wkoll paġni 14 u 15)


07

19.09.2021

KREDIBBILTÀ INTERNAZZJONALI Malta kompliet tirċievi l-akbar fiduċja mill-istituzzjonijiet internazzjonali. Il-konferma fil-bidu talġimgħa minn Standard & Poor’s tal-aħjar livell (“A-”) li qatt tatna u t-tifħir tal-bieraħ mill-Fond Monetarju Internazzjonali għall-mod għaqli kif iffaċċjajna l-pandemija jiżdiedu ma’ kullana ta’ konfermi oħrajn fl-aħħar żminijiet. (Ara wkoll paġna 9)

L-INVESTIMENTI LOKALI L-aħbar mill-kumpanija De La Rue li se tkompli tinvesti u tkabbar fl-akbar impjant tagħha f’pajjiżna, bil-ħolqien ta’ 100 impjieg ġdid, ukoll żiedet doża tajba fil-mixja progressiva ta’ pajjiżna, anke waqt pandemija. (Ara wkoll paġna 8)

MESSAĠĠ MEDITERRANJU Fis-sehem tiegħu fis-summit EuroMed9 f’Ateni, il-Greċja, nhar il-Ġimgħa, il-Prim Ministru wassal il-messaġġ għaliex il-paċi, is-sigurtà u l-istabbilità fil-Mediterran jibqgħu kruċjali, b’enfażi fuq il-Libja fin-Nofsinhar u l-migrazzjoni mill-Afganistan fil-Lvant Ewropew.

GĦALIEX NIĠĠEDDU?! L-istorja Maltija mimlija b’eżempji ta’ gver­nijiet li l-viżjoni tagħhom kienet twassal sal-elezzjoni sussegwenti. B’dibattitu ristrett tali gvernijiet minn kull naħa, kellhom jiġġeneraw politika bbażata fuq l-esiġenzi politiċi u elettorali tal-mument. GEORGE AZZOPARDI Fil-mument waqt li Kap Eżekuttiv, ħafna lħna ’l hemm u ’l Partit Laburista hawn ilhom jisfurzaw fervent elettorali għal xhur sħaħ, il-Partit Laburista jinsab medhi jġedded lilu nnifsu kif ukoll lill-pajjiż. Tmien snin fil-gvern mhux talli m’għalqux lill-Partit Laburista fih innifsu, talli għamluh iżjed miftuħ, għatxan biex jisma’ ideat ġodda u mimli rieda li jilqa’ fih nies ġodda. Hija komuni ħafna għall-partit fil-gvern li jaqa’ fin-nasba tal-immaniġġjar tas-sitwazzjoni u jintilef fil-kriżijiet żgħar jew kbar li ġġib magħha l-amministrazzjoni ta’ pajjiż. Minflok il-Partit Laburista b’żelu żagħżugħ qed jerġa’ jsib l-okkażjoni li jiftaħ il-bibien dejjem aktar biex flimkien man-nies, mal-polpu kollu u kull min jixtieq, ifassal il-pajjiż u s-soċjetà Maltija għad-deċennji li jmiss. Fl-aħħar sena lqajna wċuħ ġodda, ġeddidna l-partit fl-organizzazzjoni tiegħu biex nistgħu nħarsu lejn il-futur. Il-futur ta’ partit li tejjeb l-istrutturi tiegħu u l-mod kif iwassal il-messaġġ biex jasal għand aktar nies, imma fuq kollox, il-futur tal-pajjiż. Il-konferenza li għandna f’dawn il-ġranet hija xhieda tal-politika li nħaddnu – politika miftuħa, b’sens ta’ realiżmu lejn l-isfidi li għandha quddiemha s-soċjetà Maltija, u li tħares biex tibni fuq il-kwalitajiet li nipposjedu bħala poplu biex niżviluppaw soċjalment, ambjentalment u ekonomikament. Qed niddiskutu żvilupp sostenibbli, ekonomija b’saħħitha u edukazzjoni ta’ valur f’forom differenti fil-qafas tal-ġustizzja soċjali. Il-konferenza qed tasal xhur biss wara li nedejna xejn inqas minn 100 idea li fihom ilkoll teżisti l-viżjoni tagħna għall-futur ta’ pajjiżna. Dan il-mument biex inkomplu nibnu u niżviluppaw fuq dawk l-ideat u aktar magħhom. Hija okkażjoni miftuħa għall-poplu kollu. Eluf se jkunu qed jipparteċipaw fiżikament waqt li għexieren ta’ eluf oħra se jingħaqdu magħna minn djarhom bil-mezz li jippreferu. Kulħadd mistieden, speċjalment min jixtieq jikkontribwixxi bil-ħsibijiet tiegħu. Min għadu mwaħħal fir-retorika l-antika mimlija tgħajjir li jġib għajb fuq min jgħidu, stunts u politika magħluqa kollha negattività, qed ikompli jaljena linnies u jitlef l-opportunità li jħalli marka fuq il-futur. Il-politika li qed jipproponi l-Partit Laburista tixrob mir-rieda tajba, l-ottimiżmu u l-imħabba lejn in-nies u l-pajjiż. Din il-politika qed tieħu s-sura tagħha fil-konferenza li bdejna nhar il-Ġimgħa fejn laqqajna nies li għalkemm mhux bilfors jaqblu f’dak kollu li jgħidu, jaqsmu x-xewqa li jfasslu l-futur ta’ pajjiż. Il-futur ta’ dan il-pajjiż tant għal qalbna. Din il-politika ta’ partit li qed jiġġedded qed tattira aktar u aktar nies li jemmnu li fil-Partit Laburista jeżisti l-ispazju u ċ-ċans tagħhom li jġeddu lil Malta.


08

19.09.2021

IL-MANIFATTURA TA’ GĦADA Il-kumpanija ta’ eċċellenza De La Rue se tkun qed tespandi l-faċilità tagħha f’Malta, f’sit state-of-the-art ta’ 29,000 metru kwadru b’investiment multimiljunarju u li se joħloq 100 karriera ġdida. Il-Ministru għall-Intrapriża MIRIAM DALLI titkellem mal-KullĦadd dwar din l-espansjoni u l-futur tal-manifattura f’Malta. Fiex se jissarraf l-investiment tad-De La Rue f’Malta? Id-De La Rue se tespandi l-kobor tas-sit tagħha, b’faċilità akbar, aktar moderna u aktar effiċjenti fl-użu tal-enerġija filwaqt li se ttejjeb il-fessibilità tal-operat tagħha. Il-fabbrika issa se jkollha 29,000 metru kwadru biex tkompli tiżviluppa f’ċentru ta’ eċċellenza fl-istampar tal-flus u servizzi oħra ta’ sigurtà, bħalma hija l-awtentikazzjoni ta’ stampar ta’ dokumenti u tikketti ta’ sigurtà. L-impjant f’Malta issa se jkun l-ik­bar wieħed li l-kumpanija se jkoll­ha filportafoll internazzjonali tagħha, b’investiment li se joħloq 100 karriera ġdida f’settur li jirrikjedi ħiliet speċ­ ja­lizzati. Fuq kollox, l-investiment jissarraf f’fiduċja sħiħa f’pajjiżna biex nattiraw ċentri ta’ eċċellenza. Meta smajt lill-Kap Eżekuttiv ta’ din ilkumpanija Clive Vacher pubblikament jiddikjara li l-esperjenza tiegħu dwar Malta kienet biss esperjenza pożittiva, u aktar min hekk meta ħeġġeġ kumpaniji oħra internazzjonali biex jiġu jinvestu f’pajjiżna b’kunfidenza, għalija dak huwa l-fost l-aqwa ċertifikati li pajjiżna jista’ jirċievi. Statement bħal dak lili jħeġġiġni nibqa’ naħdem u naħdem aktar biex insaħħu l-industrija u l-intrapriżi f’pajjiżna.

L-impjant f’Malta tad-De La Rue issa se jkun l-ik­bar wieħed tal-kumpanija ħarxa. Konna qed nikkompetu ma’ pajjiżi barra mill-Ewropa, imma bil-perseveranza u bil-konvinzjoni, urejna li aħna l-aqwa sieħeb tagħhom. Qed noffru livell tajjeb ta’ ħaddiema b’ħiliet li jsaħħu l-kompetittività tagħna. Qed noffru ambjent sigur fejn ilGvern jisma’ u jifhem il-ħtiġiji-

eqqel tal-Covid, din l-industrija kienet kruċjali għall-ekonomija ta’ pajjiżna. Iżda qegħdin nagħmlu biżżejjed biex insostnuha?

Tlaqna minn sitwazzjoni fejn kellna Gvern jagħmel l-imħatri li l-manifattura f’pajjiżna tagħlaq. Illum mhux talli l-manifattura m’għalqitx talli ħloqna mal-2,000 post tax-xogħol f’dan is-settur għax għandna mentalità totalment differenti. Il-Gvern Laburista jemmen fil-potenzjal talSistemi industriji differenti. Rajna ta’ produzzjoni Xi jfisser dan l-investis-settur tal-manifattura ment għal pajjiżna? joħroġ bħala wieħed li jsaħħu t-traċċabilità mill-aktar setturi tal-prodott, li jżidu Dan l-investiment reżiljenti fiż-żmien huwa turija tal-fiduċja tal-pandemija. Hekk l-effiċjenza u fuq kollox li investituri barranin għamilna u hekk se għandhom f’pajjiżna. nkomplu nagħmlu. Filli kapaċi jinkorporaw Huwa turija ta’ fiduċja fatt, dan mhux se jkun is-sostenibilità huma dawk l-uniku investiment – fil-ħaddiema Maltin u turija ta’ fiduċja fil-ħidma qegħdin naħdmu biex li fl-aħħar mill-aħħar li qed nagħmlu bħala gvern. inkomplu nattiraw aktar Dan is-suċċess ma kienx investiment lejn il-pajjiż u se se jkunu l-aktar ikun possibbli mingħajr il-ħidnkunu qed inħabbru dan filkompetittivi ma bla waqfien tal-Malta Enġimgħat li ġejjin. terprise. Qed naħdmu biex ngħinu Kburija li rnexxielna nġibu lill-investituri lokali, biex dan l-investiment multimil- et tal-industrija. Qed naħdmu insaħħu investimenti eżistenti junarju lejn Malta f’waħda qatigħ biex noħolqu l-oppor- u nattiraw oħrajn ġodda. Irridu mill-agħar kriżijiet ekonomiċi tunitajiet kemm għall-inves- lil pajjiżna jkompli miexi ’l fl-istorja dinjija riċenti. Fiż- timent, imma fuq kollox quddiem u miexi fid-direzzjoni żmien meta madwar id-dinja għall-ħaddiema tagħna. L-għan t-tajba. Dan huwa settur li l-fabbriki kienu qed jagħlqu aħħari mhuwiex biss li nkabb- qed joffri opportunitajiet ta’ u n-nies tilfu l-impjiegi, aħna ru l-ekonomija imma li l-Maltin xogħol u karrieri ta’ kwalità lillkkonvinċejna kumpaniji kbar u l-Għawdxin ikollhom postijiet ħaddiema Maltin u Għawdxin inkluż ukoll lid-De La Rue ta’ xogħol ta’ kwalit. u għalhekk qed naħdmu wkoll biex il-pjanijiet ta’ espansjoni biex nippreparaw aħjar lilltagħhom jagħmluhom f’Mal- Kif evolviet l-industrija istudenti għax-xogħlijiet ta’ ta. Il-kompetizzjoni kienet tal-manifattura? Nafu li flgħada u noffru l-aqwa taħriġ

għall-ħaddiema tal-lum. Is-sostenibilità qed tieħu prijorità fil-pjani tal-investituri. Xi jfisser dan għall-kumpa­niji Maltin u dawk li jistabbilixxu ruħhom f’pajjiżna? Ħadna d-deċiżjoni konxja li nimxu lejn dik li qed tissejjaħ ‘twin transition’ – jiġifieri bidla lejn id-diġitalizzazzjoni u s-sostenibilità. Dan il-pass jista’ jsir u d-De La Rue hija eżempju tipiku ta’ dan. Waħda mill-aktar temi li l-kumpanija De La Rue nsistiet dwarha hija l-investiment li qed jagħmlu fl-enerġija u fl-effiċjenza taloperat u fil-materjal li se jużaw. Dan huwa t-tip ta’ mindset li qed naħdmu għalih. Permezz tal-Malta Enterprise qed naraw li ninċentivaw lill-industriji u linnegozji żgħar u kbar biex iħarsu aktar lejn is-sostenibilità u d-diġitalizzazzjoni. Dan huwa parti mit-tiġdid li qed naraw bħala pajjiż, biex inkunu nistgħu nattiraw niċeċ ġodda u b’hekk inkunu qed nifirxu f’oqsma ġodda li qed jiżviluppaw. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar qed naraw kumpaniji u imprendituri li jridu jinvestu fis-sostenibilità u bħala Gvern qed nħeġġu u nappoġġjaw din it-tranżizzjoni. Ħafna drabi konna ningħataw l-impressjoni li qisu ma jistax ikun hemm tkabbir ekonomiku jekk mhux a skapitu tal-impatt ambjentali.

Ir-realtà turina li waħda ma’ l-oħra jistgħu jgħixu flimkien. Kif tħares lejn il-manifattura ta’ għada? Qegħdin ngħixu fiż-żmien ta’ Industry 4.0, li ġġib magħha rivoluzzjoni fid-diġitalizzazzjoni u fl-awtomazzjoni ta’ prattiċi tradizzjonali fil-manifattura, bl-użu ta’ teknoloġija intelliġenti. Għalija Industry 4.0 m’għandhiex tkun fuq diġitalizzazzjoni u awtomazzjoni biss imma anke dwar sostenibilità. Biex inġib eżempju bid-De La Rue, permezz ta’ dan l-investiment, il-produzzjoni tagħhom se tkompli tintegra b’mod sħiħ ma’ dawk li jissejħu bħala traceability software platforms biex isaħħu l-proċess ta’ awtentikazzjoni tad-dokumenti ta’ sigurtà. Sistemi ta’ produzzjoni li jsaħħu t-traċċabilità tal-prodott, li jżidu l-effiċjenza u fuq kollox li kapaċi jinkorporaw is-sostenibilità huma dawk li flaħħar mill-aħħar se jkunu l-aktar kompetittivi. L-industrija tal-lum u ta’ għada trid tkun industrija innovattiva li tkompli tħares it-tkabbir ekonomiku imma fl-istess ħin tirrispetta lill-ħaddiema tagħha, lill-kundizzjonijiet tagħhom, l-impatt ekoloġiku u dak socjali. Se nkomplu naħdmu f’din id-direzzjoni biex ikollna aktar riżultati grazzi għall-fiduċja li l-investituri barranin għandhom f’pajjiżna.


19.09.2021

09

IL-POLITIKA LI TAGĦMEL DIFFERENZA Rapport dettaljat ta’ analiżi ekonomika, li ġie ppub- IMF kienu sostnew li “l-isfidi prinċipali għall-politiblikat mill-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) ka fiskali huma li tiġi rriversjata d-deterjorazzjoni ilbieraħ, hu prova oħra ta’ kif il-politika ekonomi- tal-finanzi pubbliċi u biex jissaħħaħ il-qafas tal-govka tal-Gvern Malti għamlet differenza reali fil-ħajja ernanza … it-triq għat-tisħiħ fiskali nqalbet ta’ taħt tan-nies. fuq fl-2012 fost iċ-ċiklu elettorali … il-waqgħa fiskali Wara l-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Stan- fl-2012, li ammontat għal 1% tal-Prodott Gross Dodard & Poor’s fil-bidu tal-ġimgħa, li kkonfermat mestiku relatata mal-mira tal-Baġit, kienet riżultat l-aħjar rating li qatt tatna s’issa, anke l-esperti tal- ta’ żgarr fil-komponenti kollha tal-infiq kurrenti u IMF qalu li l-miżuri kuraġġużi meħudin mill-Gvern dħul inqas milli mistenni.” Laburista wasslu biex isalvaw diversi negozji u jiġu Biex id-dejn ikun sostenibbli, tal-IMF dakinhar salvati ruxmata sensji f’oħrajn. kienu qalu li l-Gvern il-ġdid kellu jieħu numru ta’ Is-sostenn tal-Gvern, li skont l-IMF fl-2020 u l-2021 miżuri ta’ konsolidament fiskali, inkella l-piż tad-dese jkun ilaħħaq il-figura rekord ta’ jn kien se jaqbeż sewwa s-70% tal13.4% tal-ġid nazzjonali, hu fattur ġid nazzjonali. ewlieni wara l-fiduċja ekonomiDan jindika kif illum, filwaqt ka li qed tirrenja f’pajjiżna. Din hi li l-IMF mhuma inkwetati xejn wkoll konsegwenza tal-programm Kontra l-PN, l-IMF jemmen fuq il-qagħda fiskali tal-Gvern tal-vaċċinazzjoni qawwi li mexxa li l-politika fiskali tal-Gvern Malti wara l-pandemija, kienu l-Gvern Malti. Skont l-IMF, pajjiżna għamlet differenza reali ferm inkwetati bil-finanzi tagħna issa jista’ jħares lejn tkabbir ta’ 6% meta analizzaw x’kien ħalla Gvern s-sena d-dieħla wara tkabbir simili anke din is-se- preċedenti. Illum l-istess nies li kien wasslu lil pajjiżna. Dawn huma rati tliet darbiet akbar minn taħt na fix-xifer ta’ kollass fiskali, qed jakkużaw lill-aml-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. ministrazzjoni preżenti li qed tberbaq il-flus. Filwaqt li l-Oppożizzjoni tikkritika l-politika fiskali Minkejja l-pandemija, id-dejn nazzjonali se jibqa’ tal-Gvern, li ssejjaħ politika ta’ tberbiq u ħela, l-espe- ferm inqas mill-piż straordinarju li kienet ħalliet rti tal-IMF mhux biss jgħidu li din għamlet differen- warajha amministrazzjoni Nazzjonalista. za reali, iżda li s-sostenn għandu jibqa’ jingħata Il-kunfidenza li tgawdi minnha l-amministrazzsakemm ikun hemm bżonn, anke, għax skont l-is- joni preżenti, ikkonfermata wkoll minn erba’ aġentudji tal-istess Fond, id-dejn nazzjonali hu sosten- ziji ta’ kreditu, qed tippermetti lil pajjiżna biex jinibbli. Analiżi eżatt bil-kontra tal-Oppożizzjoni. rkupra b’mod tajjeb ħafna mix-xokk ekonomiku Ta’ min ifakkar li, meta kienu ġew janalizzaw lil tal-pandemija. Dan filwaqt li tkompli l-ħidma biex pajjiżna wara l-bidla fil-Gvern fl-2013, l-esperti tal- pajjiżna jkollu futur aħjar u jkompli jiġġedded.


10

19.09.2021

TFASSIL TA’ MALTA GĦAL GĦADA Fl-ewwel minn sensiela ta’ attivitajiet miftuħa għall-pubbliku bħala parti mill-konsultazzjoni għall-Baġit 2022, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana nieda d-dokument ta’ qabel il-Baġit flimkien mat-tema tal-konsultazzjoni għallBagit għas-sena 2022, li ddur mal-mistoqsija “X’Pajjiż Tixtieq Tħalli lil Uliedek?”. Id-dokument jiddeskrivi l-isfond ekonomiku li jinsab fih pajjiżna, wara sentejn ta’ sfidi b’dak kollu li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, u sfidi kbar ’il quddiem. L-ispiża tal-pandemija sal-aħħar ta’ din is-sena se tkun fil-fatt laħqet il-€1.5 biljun, iddikjara l-Ministru Caruana, waqt li stqarr kif din in-nefqa kienet kruċjali biex tħarsu l-ħajjiet u l-għajxien tan-nies. Waqt li żdiedet in-nefqa talGvern f’għajnuna u skemi, li wasslet għal defiċit ogħla missnin ta’ qabel, id-dejn bħala proporzjon mal-Prodott Gross Domestiku jikkumpara tajjeb meta mqabbel ma’ pajjiżi oħrajn tal-Unjoni Ewropea. l-kwalità tal-ħajja tal-Maltin u fost il-membri tal-UE, b’livell “Il-Baġit għas-sena 2022 se l-Għawdxin. Hu saħaq li flim- ta’ qgħad fost l-inqas fl-UE, u jkompli jibni fuq dak li ksib- kien jista’ jitfassal programm bl-inqas numru ta’ nies jirna u nwittu t-triq mill-ġdid ta’ ħidma li jdawwar dawn reġistraw għall-benefiċċji soċbiex nerġgħu nsaħħu l-finanzi l-isfidi f’opportunitajiet għal jali fl-istorja. tal-pajjiż biex il-pajjiż, kif kien pajjiżna, kif diġà għamilna Il-Gvern qed jagħraf li b’saħħtu qabel il-panl-bżonnijiet u l-aspetdemija, jerġa’ jkun tattivi tan-nies dwar f’pożizzjoni li jista’ jilqa’ il-Baġit imorru lil u jiflaħ għall-isfida li hinn minn biss taxxi jmiss,” tenna l-Ministru. u dħul, iżda jinkludu Il-Baġit se jkompli jibni fuq “Dan mingħajr ma nżidak li għandu x’jaqsam du ebda taxxa żejda, u bi mal-kwalità tal-ħajja u dak li ksibna u nwittu t-triq prijoritajiet li jirriflettu ambjent aħjar. Il-Baġits mill-ġdid biex nerġgħu nsaħħu tas-snin li ġejjin se jikl-aspettattivi tan-nies.” l-finanzi tal-pajjiż … mingħajr kunsidraw dawn it-temi F’laqgħat separati ma’ rappreżentanfost il-pilastri tagħhom, ma nżidu ebda taxxa żejda ti tan-negozju u dawk b’kull miżura b’viżjoni minn għaqdiet tal-amwarajha bi sforz biex bjent, il-Prim Ministru Robert fil-passat. tinbidel il-kultura. Abela qal li d-dokument hu Minkejja l-impatt tal-panIl-Baġit 2022 se jkollu miri wieħed studjat u li jirriflet- demija fuq pajjiżna, it-tbas- għall-impatt soċjali fuq dawk ti l-polz tan-negozji, waqt li sir tat-tkabbir ekonomiku l-iktar vulnerabbli, bl-għan li t-tkabbir ekonomiku u l-am- għas-sena d-dieħla jaqbeż jkompli jnaqqas in-numru ta’ bjent huma l-faċċata tal-ist- il-medja Ewropea, b’rata nies fil-periklu tal-faqar, partiess muni­ta li jeħtieġu jimxu ta’ 6.8%. Pajjiżna rreġistra kolarment il-pensjonanti. id f’id biex tiġi assigurata wkoll l-ikbar żieda ta’ impjiegi Il-piż tal-pensjonijiet qed

Ritratt: CLODAGH O’NEILL/DOI

TNEDIJA TAD-DOKUMENT U L-KONSULTAZZJONIJIET VARJI B’RABTA MAL-PREŻENTAZZJONI TAL-BAĠIT 2022

jersaq lejn il-biljun ewro; minkejja dan prevvist li l-pensjonijiet se jiżdiedu għal darb’oħra. Is-saħħa tibqa’ waħda mill-ikbar spejjeż fin-nefqa annwali tal-Gvern, u kien mħabbar li n-numru ta’ mediċini ġodda mal-formularju talGvern se jkomplu jiżdiedu. Waqt li ddikjara kif anke dan il-Baġit se jkun wieħed pożittiv, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol qal li l-għan wara kull Baġit mhuwiex it-tkabbir ekonomiku, iżda l-iżvilupp ekonomiku, li jinkorpora kwa­lità tal-ħajja aħjar, qasam soċjali aħjar u ambjent aħjar għall-pajjiż kollu. “Dan il-pajjiż tana ħafna. Hu d-dover tagħna li nagħtu kemm nifilħu lura għal għada, għal pitgħada u għal uliedna.”

Fil-jiem li ġejjin se jsiru diversi laqgħat pubbliċi fejn il-Gvern qed jistieden liċ-ċittadini biex iressqu l-ilmenti u s-suġġerimenti bħala parti mill-konsultazzjoni għallBaġit li jmiss. Wara li l-ewwel laqgħa saret il-Ħamis li għadda f’Ħaż-Żabbar, fil-ġimgħa li ġejja l-laqgħat li jmiss ser isiru f’Ħal Balzan nhar l-Erbgħa u fiċ-Ċittadella, Għawdex il-Ġimgħa.

REVIŻJONI TAR-REĠISTRI ELETTORALI SA SETTEMBRU Avviż mill-Kummissjonarju Elettorali Prinċipali għarraf li l-persuni kollha ta’ nazzjonalità Maltija u tal-Unjoni Ewropea li għandhom 16-il sena u fuqhom u li isimhom ma jidhirx fir-Reġistru Elettorali ppubblikat f’April 2021, u li għadhom ma applikawx għar-reġistrazzjoni bħala votanti, għandhom japplikaw kemm-il darba jkollhom il-kwalifiki neċessarji sal-aħħar ta’ dan ix-xahar, il-Ħamis 30 ta’ Settembru. Ir-reġistri elettorali riveduti, li jmiss, se jiġu ppubblikati f’Ottubru. Hu wkoll fl-interess tal-votanti rreġistrati li jivverifikaw li l-partikolaritajiet personali tagħhom kif jidhru fir-Reġistru Elettorali ta’ April 2021 huma korretti,

fosthom l-isem jew in-numru tad-dar, l-isem tat-triq kif ukoll in-numru tal-karta tal-identità personali. Il-votanti rreġistrati għandhom jgħarrfu lill-Uffiċċju Elettorali b’kull tibdil jew korrezzjoni li jkunu meħtieġa. Dawk li jixtiequ japplikaw għar-reġistrazz­ joni bħala votanti jew għal tibdil/korrezzjoni fir-Reġistru Elettorali, għandhom jagħmlu hekk billi japplikaw simultanjament għall-karta tal-identità fl-Uffiċċju tal-ID Cards għaċ-ċittadini Maltin u Residence Cards għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u Brittaniċi. Dawn tal-aħħar huma eliġibbli biss li jkunu rreġistrati bħala votanti fir-Reġistru Elettorali għall-Kunsilli Lokali.

L-applikazzjonijiet kollha taċ-ċittadini Maltin iridu jaslu għand Identity Malta Agency, Gattard House, Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda jew 28A, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. Għaċ-ċittadini Ewropej u Brittaniċi l-applikazzjonjiet iridu jaslu għand il-Unit tal-Espatrijati, Castagna Building, Triq il-Wied, l-Imsida jew Residence Card Unit, Ministeru għal Għawdex, Pjazza San Franġisk, ir-Rabat, Għawdex. Aktar informazzjoni tista’ tinkiseb minn fuq is-sit tal-Kummissjoni Elettorali (electoral.gov.mt), li wkoll toffri l-faċilità lill-pubbliku li jara jekk hux irreġistrat bħala votant.


11

19.09.2021

SAJF BI SĦANA REKORD U XUTTAĠNI Is-sajf ta’ din is-sena kien fost l-aktar qliel li qatt ġew irreġistrati, b’temperaturi għoljin u nuqqas ta’ xita, fost oħrajn. B’mod partikolari Ġunju li għadda kiser rekord li kien ilu kważi 100 sena, waqt li statistiċi oħrajn ukoll imorru lil hinn min-normi storiċi. Stqarrija mill-Uffiċċju Meteoroloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta ħabbret li s-sajf, li se ntemmu nhar it-Tlieta, tant kien xott u qalil li matulu t-temperatura tal-arja medja kienet 2°C ogħla min-norma staġjonali kkalkulata bejn l-1981 u l-2010. Waqt li l-mewġ tas-sħana jkunu mistennijin fix-xhur tas-sajf, ħafna se jibqgħu jiftakru l-ewwel waħda ta’ dan is-sajf li għadda, li damet 12-il jum bejn it-tieni nofs ta’ Ġunju u l-bidu ta’ Lulju. L-ogħla temperatura tal-istaġun intlaħqet ukoll lejn il-bidu tal-istaġun, hekk kif f’Ġunju l-merkurju mmarka 41.5°C u b’hekk ġie stabbilit rekord ġdid għax-xahar sa mill-1923 ’l hawn. Ħarsa lejn data meteoroloġika riċenti turi li temperaturi simili ħafna għal dawk li ġew irre­ġistrati matul l-istaġun li għadda kienu esperjenzati wkoll fl-2019 u l-2012, bit-temperaturi massimi għal dawn iż-żewġt isjuf ikunu ta’ 39.6°C u 40.8°C, rispettivament. It-temperaturi massimi f’Lulju (38.0°C) u f’Awwissu (40.6°C) kienu aktar baxxi, filwaqt li t-tliet xhur tas-sajf kollha kellhom għadd ta’ jiem li fihom in-norma klimatika għax-xahar inqabżet. Fil-fatt, kien hemm 23 jum li kienu

aktar sħan min-norma u temperatura massima medja ta’ 33.8°C. Il-baħar li jdawwar lill-Gżejjer Maltin ukoll kien aktar sħun milli mistenni f’dan iż-żmien tas-sena, bit-temperatura medja tal-wiċċ għal Ġunju, Lulju u Awwissu taqbeż in-normi klimatiċi rispettivi bejn 1.9°C u 2.9°C. Is-sajf beda b’temperatura medja ta’ wiċċ il-baħar ta’ 23.4°C f’Ġunju u ntemm b’medja ta’ 29.0°C f’Awwissu. Dawn it-temperaturi medji ta’ wiċċ il-baħar kienu jitqabblu l-aħjar ma’ dawk irreġistrati fis-sajf tal-2003. Temperaturi sħan tal-arja u l-baħar kienu akkumpanjati minn ftit aktar minn 1,000 siegħa ta’ xemx. Filwaqt li s-sigħat xemxin ta’ Lulju żammew man-norma klimatika, f’Ġunju ġew irreġistrati 34 siegħa xemxin inqas mill-kwota għax-xahar, prinċipalment minħabba l-preżenza ta’ trab sospiż fl-arja u sħab f’livell għoli f’diversi okkażjonijiet. Awwissu kien iżjed xem­xi milli mistenni u matulu n-norma ta’ 335.3 sigħat ta’ xemx inqabżet b’7.6 sigħat. F’Awwissu, fil-fatt, is-sema kien inqas imsaħħab min-norma, bix-xahar jirreġistra kopertura medja tas-sħab ta’ 0.8 oktas minflok dik mistennija ta’ 1.2 oktas. L-istaġun tas-sajf ukoll kien ikkaratterizzat minn nuqqas ta’ xita. Lulju m’għamlitx qatra xita, waqt li Ġunju u Awwissu pproduċew biss 0.8 mm ta’ xita kull wieħed, liema ammonti kienu inqas min-norma.


12

19.09.2021

‘ĦU ĦSIEB IL-MEDITERRAN’

EVARIST BARTOLO Ministru

saret laqgħa dinjija dwar ir-rabta bejn ir-reliġjonijiet u l-politika internazzjonali u s-sehem tagħhom biex jindirizzaw il-problemi fid-dinja llum. F’din il-laqgħa stajt inkompli niftaħ dwar il-bżonn li tissejjaħ laqgħa dwar l-istabbiltà u l-kooperazzjoni fl-Ewropa. Tliet snin oħra taħbat il-50 sena mill-Konferenza tas-Sigurtà li kienet issejħet Ħelsinki. Għalina l-Maltin u l-Għawdxin il-Konferenza ta’ Ħelsinki kellha sinifikat partikolari għax il-Prim Ministru Malti Dom Mintoff kien irnexxielu jikkonvinċi lil din il-Konferenza biex taċċetta l-proposta tiegħu li ma setax ikun hemm paċi fl-Ewropa jekk ma jkunx hemm paċi fil-Mediterran. Dakinhar ma kienx faċli għal Malta biex din il-Konferenza taċċetta proposta li illum f’għajnejna tidher bħala ħsieb bażiku. Minkejja ċ-ċokon tagħna wrejna li aħna pajjiż rispettat fejn il-potenzi l-kbar kienu lesti jagħtu widen u jaċċettaw il-proposti tagħna, proposti li kienu ta’ ġid għalihom ukoll.

‘Ħu ħsieb il-Mediterran’. Dawn kienu l-aħħar kelmiet li tennieli Romano Prodi meta nhar it-Tlieta ltqajna f’Bologna wara laqgħa twila dwar l-isfidi li pajjiżna, pajjiżu u pajjiżi oħrajn tal-Mediterran qegħdin niffaċċjaw. Prodi mhux wiċċ ġdid għal Malta. Ħabib ta’ pajjiżna. U f’kull kariga li kellu kemm fl-Italja u fl-istituzzjonijiet Ewropej, dejjem qisnieh bħala bniedem li xtaqilna l-ġid bħala poplu, bħala ġens, bħala nazzjon. Biżżejjed insemmu kemm għen lil Pasquale Pistorio jiftaħ l-SGS-ATES f’pajjiżna li ħadd- 50 sena wara met eluf ta’ Maltin u ġabet miljuni ta’ euro fi dħul lejn pajjiżna. Diġà kważi għaddew 50 sena F’Bologna din il-ġimgħa minn dik il-Konferenza storika.

Dakinhar ftit kellhom tamiet kbar għal dik il-Konferenza li kienet saret f’nofs il-Gwerra Bierda. Kienet punt ta’ bidla fit-tnaqqis tat-tensjonijiet u l-konfront bejn il-Punent u l-Lvant. Issa rridu nqajmu millġdid l-ispirtu ta’ Ħelsinki, mhux biss għall-Ewropa nnifisha imma għal bosta reġjuni madwar id-dinja, tabilħaqq għall-benefiċċju tal-futur tal-pjaneta kollha tagħna. Kwistjonijiet bħall-paċi u s-sigurtà fil-Mediterran, it-tibdil fil-klima, COVID-19 u pandemiji oħra, l-immigrazzjoni, pussess ikkontestat ta’ riservi ta’ enerġija, kriminalità organizzata, intelliġenza artifiċjali u awtomazzjoni, il-kummerċ u l-iżvilupp ... ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod effettiv minn pajjiż jew grupp żgħir ta’ pajjiżi. Dawn il-kwistjonijiet ma jistgħux ikunu indirizzati b’mod frammentat u sporadiku. Realtajiet kumplessi fil-Mediterran Ir-reġjun tal-Mediterran huwa mimli realtajiet kumplessi u b’ħafna saffi. Anke jekk tieħu realtà waħda kull darba diġà diffiċli ssolviha, aħseb u ara li

toħlom li tista’ ssolvi l-kwistjonijiet kollha tal-Mediterran billi tittratta l-kwistjonijiet kollha flimkien. Ftit jiem qabel il-Konferenza ta’ Bologna kont diġà qajjimt din il-proposta f’laqgħa tal-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea fis-Slovenja. Hemmhekk rappreżentanti mis-Slovenja, mill-Greċja, minn Ċipru u mill-Portugall għamlu tagħhom dan il-ħsieb. Qbilna li ż-żewġ xtut tal-Ewropa ġieli jinħassu imbiegħda wisq minn xulxin. Jeħtieġ nitkellmu malġirien tagħna, l-aktar ma’ dawk li mhux neċessarjament naqblu magħhom. L-Italja u l-Vatikan favur il-proposta Maltija Din id-darba f’Bologna rappreżentanti tal-Gvern Taljan u tal-Vatikan ukoll faħħru l-proposta tal-Gvern Malti. Qablu li hemm bżonn li l-pajjiżi tal-Mediterran jiltaqgħu u jaħdmu flimkien għall-ġid komuni u l-paċi fil-Mediterran. Dawn qablu mal-argument tiegħi li nġemgħu ħafna problemi fil-Mediterran u hemm bżonn li l-pajjiżi fuq iż-żewġ xtut tal-Mediterran jitkellmu flimkien biex jindirizzaw dawn

il-problemi. Qablu wkoll li l-Unjoni Ewropea għandha tagħti iżjed attenzjoni lill-Mediterran u lill-Afrika għax is-sigurtà u l-paċi tagħha huma marbuta magħhom. Elenkajt l-isfidi tat-tibdil tal-klima, il-pandemija, l-għajxien tal-miljuni li jgħixu fil-Mediterran, il-kunflitti u l-gwerer, il-kummerċ u l-immigrazzjoni li hemm bżonn jiġu indirizzati. L-aħħar kelma ma’ Prodi Fil-laqgħa tiegħi ma’ Romano Prodi komplejt niftaħ dwar iċ-ċirkostanzi komuni li għandhom Malta u l-Italja. Qbilna li huwa fl-interess ta’ Malta u tal-Italja li l-Ewropa tindirizza l-isfidi u l-problemi li għandna fir-reġjun tagħna. Illum aktar minn qabel l-Ewropa għandha tagħti aktar attenzjoni lill-Mediterran, b’mod partikolari lil-Libja. L-istabbiltà u l-kooperazzjoni fl-Ewropa jiddependu minn dak li jiġri f’din in-naħa tad-dinja. Il-vokazzjoni Mediterranja tagħna trid tiżdied u tkompli titwassal u tinxtered f’kull rokna tal-Ewropa u lil hinn minnha. Lil Prodi serraħtlu moħħu li jien se nkompli nwassal dan il-messaġġ bl-appoġġ sħiħ tal-Gvern Malti.

IL-KAMPANJA AGRIKWALITÀ

ANTON REFALO Ministru

Fost id-diversi kampanji li ffoka fuqhom il-Ministeru tiegħi dan l-aħħar nedejna kampanja ġdida – AgriKWALITÀ. Din il-kampanja, li hija rikonoxxuta wkoll fl-Unjoni Ewropea, tiffoka sabiex toħloq sinerġija pożittiva bejn l-isforzi tal-bdiewa tagħna u d-drittijiet u l-benesseri tal-konsumatur, billi filwaqt li min-naħa waħda mhux biss tagħraf l-isforzi tal-bidwi iżda tiċċertifikah, min-naħa l-oħra, tpoġġi lill-konsumatur f’qagħda li jkun jista’ japprezza l-kwalità tal-prodott u jkun magħruf mill-oriġini tiegħu b’sistemi ta’ traċċabilità rikonoxxuti internazzjonalment.

Għalhekk din il-kampanja hija intiża biex iżżid l-għarfien dwar il-prodott agrikolu tramite ċertifikazzjoni tal-prodott u dan kemm mal-konsumatur kif ukoll mal-bdiewa tagħna. Nista’ ngħid b’wiċċi minn quddiem illi tul iż-żmien li ilni nokkupa dan il-Ministeru, ħdimna b’mod kontinwu sabiex jinħolqu u jiġu implimentati, kampanji, skemi u liġijiet li jirrikonoxxu, jippromwovu u jagħtu valur lill-prodotti agrikoli ta’ kwalità superjuri, li kif diġà għidt huma għall-benefiċċju tal-bidwi u tal-konsumatur. Permezz ta’ din il-kampanja AgriKWALITÀ qed niġbru l-iskemi kollha li jippromwovu l-kwalità sabiex il-messaġġ ikun wieħed ħolistiku u dirett li bħala Ministeru rridu nixprunaw is-settur lejn agrikoltura ta’ kwalità. Taħt din il-kampanja ser ikunu promossi tliet skemi partikolari li huma: • L-Iskema Nazzjonali ta’ Prodotti ta’ Kwalità • Il-Biedja Organika • Iċ-ċertifikazzjoni tal-inbejjed, D.O.K. Malta, D.O.K. Gozo u I.G.T Maltese Islands L-iskema Nazzjonali ta’ ‘Prodotti ta’ Kwalità’ hi skema volontarja rikonoxxuta mill-Kum-

missjoni Ewropea bl-iskop li żżid il-valur ta’ prodotti agrikoli skont standards u speċifikazzjonijiet miftiehma li jikkaratterizzaw il-kwalità superjuri ta’ prodott partikolari. Fi kliem ieħor din hi marka ta’ kwalità, li se tkun qed titpoġġa fuq prodotti li jilħqu dan il-livell u se tkun qed tiggarantixxi li l-prodott li jkun qed jinxtara u jiġi kkunsmat mhux biss jilħaq l-istandards minimi Ewropej, iżda fih ukoll ċerti kwalitajiet li jmorru lil hinn minn dawn il-kriterji minimi stabbiliti filliġi. Il-kwalitjiet ivarjaw skont il-prodott. Eżempji tagħhom jinkludu l-mod kif il-prodott jiġi kkultivat jew imrobbi, ipproċessat, ippakkjat, maħżun u mwassal fis-suq. Din mhux se tkun sempliċiment tikketta li titwaħħal ma’ kwalunkwe prodott, iżda se sservi biex tippremja lil dawk il-prodotti li jkunu frott ta’ sors ġenwin biex il-kwalità titjieb minn diversi lati. Hekk din it-tikketta se sservi wkoll ta’ serħan il-moħħ għall-konsumatur li jfittex l-istess tikketta għaliex jaf illi l-istess tikketta hija evidenza ta’ kwalità u superjorità fuq prodotti oħra li ma laħqux dak

il-grad. L-iskema tal-biedja organika hija skema amministrata mid-Direttorat tal-Agrikoltura li hi maħduma fuq livell tal-Komunità Ewropea u rikonoxxuta madwar id-dinja. Hija miżura li tħaddan sistema ta’ traċċabilità u kontroll fuq il-mod kif jitkabbar il-prodott. Din hija ċċertifikata u apprezzata mad-dinja kollha u tissalvagwardja agrikoltura sostenibbli li tipproteġi l-ambjent u li twassal għal prodott iktar bnin għas-saħħa tal-bniedem. Is-sezzjoni tal-AgriKWALITÀ fi ħdan id-Direttorat tal-Agrikoltura sservi bħala l-awtorità kompetenti għall-implimentazzjoni ta’ din il-miżura li tkopri l-katina kollha tas-suq tal-ikel. Suq li biż-żmien qiegħed dejjem jikber, minħabba għarfien akbar lill-konsumatur biex jiekol prodott bnin li ġie kkultivat b’mod sostenibbli għall-ambjent. Kull prodott li jitkabbar b’mod organiku li jkun rikonoxxut mis-sistema ta’ ċertifikazzjoni nazzjonali jkollu t-tiketta li tirrappreżenta li kull proċess li seta’ għadda minnu l-prodott biex wasal fuq l-ixkaffa kien taħt sistema ta’ kontroll u

monitoraġġ li jagħti garanzija lill-konsumatur fuq il-kwalità ta’ prodott li qiegħed jixtri u li tagħti rikonoxximent lill-operatur għax-xogħol u d-dedikazzjoni tiegħu. Fergħa oħra ta’ din l-iskema hi ċ-ċertifikazzjoni tal-inbejjed lokali. Din se tkun maqsuma fi tliet ċertifikazzjonijiet: D.O.K Malta, D.O.K Gozo u I.Ġ.T Maltese Islands. Fi gżiritna jeżistu madwar 430 ettaru dwieli fejn il-biċċa l-kbira huma għall-produzzjoni tal-inbid. Hemm madwar 19-il għassar u 11-il produttur tal-inbid li huma kollha rreġistrati mad-Direttorat tal-Agrikoltura u bejniethom dawn jipproduċu kważi 2 miljun flixkun ta’ nbejjed ta’ kwalità; DOK Malta, DOK Għawdex, IĠT Gżejjer Maltin. Dawn it-tliet ismijiet huma reġistrati u protetti kemm lokalment kif ukoll mal-Unjoni Ewropea peress li dawn l-inbejjed huma ta’ kwalità kif ukoll għandhom rabta mat-territorju Malti. Id-Direttorat tal-Agrikoltura għandu r-responsabbiltà li jsegwi u jiċċertifika l-proċess tal-produzzjoni. L-inbejjed ċertifikati jiġu mogħtija banderole b’numru uniku li jiggarantixxi traċċabilità sikura.


13

19.09.2021

GVERN LABURISTA

FL-AQWA INTERESS TAL-MINURI

EDWARD ZAMMIT LEWIS Ministru

Aktar kmieni din il-ġimgħa kelli l-opportunità nippresjedi l-iffirmar ta’ ftehim bejn l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali li taqà taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru mmexxi minni dak tal-Ġustizzja u l-Governanza, kif ukoll il-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali li taqà taħt il-Ministru ħabib tiegħi Michael Falzon u l-Ministeru mmexxi minnu dak għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tatTfal. Dan il-ftehim huwa ftehim importanti li ser iwassal għal

aktar effettività u kooperazzjoni bejn iż-żewġ aġenziji fejn tidħol l-amministrazzjoni tal-applikazzjonijiet li jitressqu minn pajjiżi barranin fir-rigward tal-manteniment tat-tfal u/jew il-minuri. Permezz ta’ dan il-ftehim, qed tingħata ukoll viżjoni aktar ċara tas-servizzi li l-Aġenzija tal-Għajnuna Legali u l-Awtorità Ċentrali ser ikunu qed jagħtu sabiex l-applikazzjonijiet ikunu pproċessati bl-aktar mod mgħaġġel u effiċjenti. Bħala Soċjetà Demokratika, Malta għandha l-obbligu li tħares id-drittijiet ta’ kull persuna, u ma tħarisx lejn it-tħaddin reliġjuż, il-karnaġjon, il-ġeneru u/jew aspetti oħra li persuna tħaddan jew temmen fihom. Huwa proprju għalhekk li dan il-ftehim qed ikompli jikkonferma kemm dan il-Gvern għandu għal qalbu u qed jaħdem bissħiħ sabiex iżomm id-drittijiet tat-tfal u l-minuri fuq nett, fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu. Qed naraw li l-minuri jiġu ssalvagwardjati bil-fatti, irrelevanti min huma jew minn fejn ġejjin. M’aħniex

ser nippermettu li ġenituri jabbandunaw lil uliedhom u jiġu jgħixu f ’pajjiżna sabiex jaħarbu mill-obbligi tagħhom. Huwa proprju għalhekk li ġie ffirmat dan il-ftehim sabiex jassigura li d-drittijiet tat-tfal li qed jgħixu ma’ ġenitur f ’pajjiż barrani jkollhom l-aċċess biex jipproċedu u jenforzaw deċiżjonijiet minn Qrati Ewropej u jistabbilixxu mantenimenti sabiex ikunu jistgħu jrabbu lil uliedhom bl-aħjar mod. Dawn l-applikazzjonijiet li huma mar-Regolament tal-Kunsill 4/2009 dwar manteniment dovut u japplika meta ġenitur wieħed

ikun qed jgħix f ’Malta u ieħor f ’pajjiż ieħor fl-Unjoni Ewropea. Dan ir-regolament jindirizza liema Qorti għandha ġurisdizzjoni u liema liġijiet għandhom jiġu applikati irrelevanti mill-pajjiż. Aktar minn hekk, permezz ta’ dawn l-applikazzjonijiet, deċiżjonijiet ta’ Qrati ta’ pajjiżi Ewropej oħra jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti f ’Malta sabiex jiġu applikati u enforzati. Filwaqt ukoll li, fejn għad m’hemmx deċizjoni dwar manteniment, il-ġenitur tal-minuri jkun jista’ jfittex għall-manteniment lill-ġenitur l-ieħor li jkun qed jgħix f ’Malta ħalli jiġi deċiż mill-Qorti d-dritt tal-man-

Huwa proprju għalhekk li dan il-ftehim qed ikompli jikkonferma kemm dan il-Gvern għandu għal qalbu u qed jaħdem bis-sħiħ sabiex iżomm id-drittijiet tat-tfal u l-minuri fuq nett, fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu

teniment tat-tfal u viċi versa. Dan ir-regolament huwa f ’linja mal-Konvenzjoni u l-Protokoll tal-Aja li l-għan tagħhom huwa li jipproteġi d-drittijiet tal-minuri. Għalhekk, permezz ta’ dawn l-applikazzjonijiet, ilGvern jassigura li d-drittijiet tat-tfal li qed jgħixu ma’ ġenitur f ’pajjiż barrani jkunu jistgħu jipproċedu sabiex jenforzaw deċiżjonijiet minn Qrati Ewropej oħra u jistabbilixxu manteniment sabiex ikunu jistgħu jrabbu lil uliedhom bl-aħjar mod u dinjità. Bħala Ministru għall-Ġustizzja u Governanza ngħaraf kemm huwa importanti l-irwol tal-Aġenzija tal-Għajnuna Legali, liema Aġenzija taħdem id f ’id mal-Qorti, mal-Pulizija u ma’ entitajiet oħra, kemm governattivi kif ukoll dawk li mhumiex. Dan il-ftehim se jkompli jsaħħaħ il-kollaborazzjoni bejn żewġ aġenziji importanti u jkompli jgħin biex iċ-ċittadin jingħata l-għodda kollha neċessarja biex jieħu dak li bid-dritt hu tiegħu u d-deċiżjonijiet neċessarji jittieħdu fl-aqwa interess tal-minuri.

INGĦAQAD MAGĦNA

JOE SAMMUT Kandidat fil-5 Distrett

Is-slogan magħżul għar-rally li ser ikun indirizzat mill-Prim Ministru u Kap tal-Partit Laburista Dr Robert Abela, Ingħaqad Magħna, huwa wieħed pożittiv u ta’ kuraġġ. L-attività li qed iniedi l-Partit Laburista bejn is17 u l-20 ta’ Settembru hija waħda intiża li tnissel f’kull wieħed u waħda minna sens ta’ fiduċja u kuraġġ - Inġeddu Malta Flimkien u għalhekk Ingħaqad Magħna. Fejn hemm l-għaqda hemm

is-saħħa u dan rajnieh matul dawn l-aħħar tmien snin. Ma nistgħux ninsew x’kienet is-sitwazzjoni fil-pajjiż qabel l-elezzjoni tal-2013. Kellna sitwazzjoni fejn il-Gvern tal-ġurnata kien qed jikkontempla li jdur fuq l-Unjoni Ewropea u jitlobha bailout. Kellna sitwazzjoni fejn ix-xogħol kien skars u l-kontijiet għal servizzi bażiċi dejjem tilgħin. Kienu żminijiet fejn il-kulur kien jgħodd ħafna. Jekk kellek stilla ħamra fejn ismek, tibqa’ l-art. Pensjonijiet ma jiġu indirizzati qatt. Fi ftit kliem pajjiż staġnat li baqa’ mwaħħal fl-1987. Gvern diviżiv li baqa’ jħaddan il-prinċipji kolonjali ta’ ifred u saltan. Dan kollu ġie indirizzat wara l-elezzjoni tas-sena 2013. Il-pajjiż beda jieħu r-ruħ. Ekonomikament, il-Gvern kellu strateġija li permezz tagħha mhux talli daħħal il-flus fil-kaxxa ta’ Malta, iżda ġab lejn xtutna fondi mill-Unjoni Ewropea li kienu mitlufa għax il-Gvern Nazzjonalista ma kellux biex

jieħu kafè aħseb u ara joħroġ il-persentaġġi neċessarji ma’ kull proġett. Konsegwenza ta’ hekk bdejna naraw proġetti li kienu ilhom aktar minn 20 sena rieqda. Ix-xogħol sploda, il-qgħad sparixxa u l-livell tal-għejxien ta’ kulħadd, għola. Fil-parti tagħhom, ċerta fazzjoni tal-Partit Nazzjonalista, għax irridu nammettu, kien hemm eluf ta’ persuni li kienu jappoġġjaw il-Partit Nazzjonalista, li raw id-differenza u taw l-appoġġ tagħhom lill-Partit Laburista, bdew jaraw x’jivvintaw sabiex joħolqu sitwazzjoni instabbli u jxejnu r-ritmu ekonomiku li kien qabad il-pajjiż. Daħluha f’rashom li b’hekk biss jistgħu jirbħu l-Gvern. Mhux il-fiduċja tal-poplu, iżda s-siġġu lura tal-poter. Msieken. Ħasbu li rnexxielhom fl2019. Bit-tgħawwiġ u t-tidwir ħalltu għemil ta’ xi individwu jew individwi, mal-politika partiġjana. Ħolqu sitwazzjoni instabbli fil-pajjiż u ħaddmu għall-għan aħħari jiġifieri dak li l-pajjiż jiġi distabbiliz-

zat. Sa ċertu punt dik kienet it-triq li konna qbadna. Però, il-Partit Laburista huwa Partit mibni fuq valuri u dejjem żamm l-interess talpajjiż fuq quddiem u fid-dawl ta’ dak li kien qed jiżvolġi dawk kollha allegatament involuti ħadu d-deċiżjoni li kellhom jieħdu. Bħala konsegwenża awtomatika seħħet bidla fit-tmexxijja li rat lil Prim Ministru Dr Robert Abela jieħu t-tmun f’idejh. Però, dan ma kienx kollox. Tfaċċat il-COVID-19 u mal-problemi politiċi/amministrattivi tfaċċaw il-problemi ta’ natura ekonomika bil-komplikazzjonijiet kollha li nafu bihom kif riflessi flFATF. Il-Partit Laburista x’għamel? Infaxxa rasu qabel jaqsamha bħalma għamel Gvern Nazzjonalista meta kien affaċċjat bil-problemi ekonomiċi ta’ qabel l-2013? Le. Gvern Laburista ħa d-deċiżjonijiet li kellu jieħu b’mod pożittiv. Investa fil-ħaddiem sabiex Inġeddu Malta flimkien u dan bil-

li l-Gvern, minflok ma ħarbat il-flus li kien attira lejn pajjiżna, kuntrarjament għal Gvernijiet ta’ qabel l-2013, investa fil-ħaddiem billi ssalvagwardjalu ħobżu u żamm il-mutur tal-ekonomija għaddej bl-għan ewlieni jkun, li appena l-effetti tal-pandemija jibdew itaffu, nkunu fuq quddiem ekonomikament u nkunu nistgħu nipparteċipaw fir-revoluzjoni ekonomika internazzjonali li ser issegwi. Sabiex il-Partit Laburista jilħaq dan il-għan, il-Prim Ministru qed jistieden lil kull wieħed u waħda minna sabiex ningħaqdu miegħu. Qed jistieden lil kulħadd jitfa’ warajh dak kollu li seta’ ġara fil-passat u jħares ’il quddiem u bħala nazzjon wieħed negħlbu dak kollu li jista’ jifridna. Hekk biss nistgħu nimxu ’l quddiem u nistieden lil kulħadd, sew jekk Malti jew Għawdxi, sabiex ningħaqdu mal-Prim Ministru u flimkien nippreparaw futur pożittiv għal uliedna.


Ritratti: JEREMY WONNACOTT, CLIFTON FENECH, JASON BORG U CLODAGH O’NEIL / DOI

14

19.09.2021

VON DER LEYEN F’MALTA BI FOST L-AKTAR PJANI AMBIZZ “Ir-raġuni għaliex qiegħda hawn illum hi li ninsab kuntenta nħabbar li l-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet li tapprova l-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta,” tenniet il-President tal-istess Kummissjoni Ursula von der Leyen nhar il-Ħamis li għadda fil-Barrakka ta’ Fuq bi sfond tal-Port il-Kbir. Hemmhekk hi indirizzat konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-Prim Ministru Malti Robert Abela. Il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta, li jammonta għal €316-il miljun, ġie deskritt minn Von der Leyen bħala bħala l-aktar wieħed ambjentali li l-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tapprova, għax jisboq sew anke dak li kienet qed tistenna l-Unjoni Ewropea minn pajjiżna. “Il-Pjan ta’ Malta hu impressjonanti b’54% investiment fil-European Green Deal, dak hu wieħed jekk mhux l-aktar Pjan ta’ Rkupru ambjentali li għandna. It-tieni prijorità hi d-diġitalizzazzjoni. Anke hawn, il-Pjan Malti jisboq il-mira u qed jirriserva 25% minnu għal investiment fid-diġitalizzazzjoni. Din hi kwistjoni definittiva għall-ekonomiji tagħna,” tenniet il-President tal-Kummissjoni Ewropea. Von der Leyen kienet f’pajjiżna għal żjara uffiċjali ta’ ftit sigħat fejn matulhom marret ukoll fil-bini tal-Aġenzija Maltija għat-Teknoloġija tal-Informatika (MITA) u kellha laqgħa mal-Prim Ministru fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-MITA se tgawdi mill-fondi ta’ dan il-Pjan biex tkompli ssaħħaħ is-servizzi diġitali fis-Servizz Pubbliku. Min-naħa tiegħu, il-Prim Ministru Abela nnota l-kontribut tal-UE fil-ġlieda kontra l-pandemija u saħaq li permezz ta’ ftehim konġunt bejn l-istati membri kollha, Malta llum għandha 91% tal-popolazzjoni mlaqqma kontra l-COVID-19, l-ewwel waħda fid-dinja. Hu qal kif, f’dan iż-żmien kruċjali, pajjiżna żamm l-ekonomija għaddejja

permezz tal-COVID Wage Supplement, l-iskema tal-vouchers, li tat injezzjoni ekonomika u anke s-sussidju għan-negozji fuq il-kontijiet tad-dawl. Semma wkoll l-importanza tal-pakketti Ewropej REACT EU u SURE, li għenu biex ġew salvagwardjati l-impjiegi. Il-Prim Ministru qal kif dan il-Pjan ta’ Rkupru ġej mill-baġit Ewropew sal2027, li kien intlaħaq qbil dwaru f’Lulju tas-sena l-oħra. Fi kliem Robert Abela dan il-pjan se jgħin biex ikompli jtejjeb il-ħajja talMaltin u l-Għawdxin, fosthom b’titjib infrastrutturali u mira ambizzjuża li sa inqas minn 30 sena oħra, Malta tkun ħielsa mill-karbonju. “Nassiguraw li s-sistema edukattiva tagħna ssir waħda mill-aħjar fl-Ewropa, nagħmlu s-soċjetà tagħna carbon neutral sal2050 u nittrasformaw l-istrutturi u l-istituzzjonijiet governattivi bil-għan li jirriflettu l-ħtiġijijet tas-soċjetà tagħna,” spjega l-Prim Ministru. F’din il-konferenza tal-aħbarijiet, Dr Abela semma r-riformi li saru favur is-saltna tad-dritt fl-aħħar 20 xahar u kif il-Gvern Malti se jkompli jinvesti fin-nies permezz tal-baġit li jmiss u li se jitressaq ftit aktar minn tliet ġimgħat oħra. Dan ikompli ma’ dak li qalet l-istess Von der Leyen nhar l-Erbgħa li għadda fi Strasburgu waqt id-diskors State of the Union fejn ukoll faħħret lil Malta għar-riformi favur is-saltna taddritt. X’jinkludi l-pakkett Malti? Għalkemm il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta, bħala parti min-Next Generation EU, hu ta’ €316-il miljun, b’kollox il-Gvern Malti se jkun qed jinvesti €345 miljun, b’€29 miljun oħra li rċeviet Malta bħala għotja mhux self, bħall-membri stati oħra fl-UE. Permezz ta’ dawn il-fondi Ewropej se jsiru 47 miżura, bi 30 riforma u 17-il

investiment, bl-akbar parti li se jmorru biex jindirizzaw it-tibdil fil-klima u l-ambjent. Il-miri tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-ambjent għal kull pajjiż huma ta’ 37% minn dawn il-fondi, iżda fil-pjan ta’ Malta dawn ilaħħqu għal 54%. Minn dan il-pakkett se jintefqu €60 miljun biex issir tranżizzjoni għall-enerġija rinnovabbli f’binjiet privati u pubbliċi, waqt li €34 miljun se jmorru biex il-flotta tat-trasport pubbliku taqleb għal waħda kompletament elettrika. It-tieni l-akbar settur ta’ dan il-Pjan ta’ Rkupru hu favur il-qalba diġitali. Waqt li l-mira Ewropea kienet ta’ 20%, Malta se tiddedika 25% f’dan ir-rigward. Dan se jwassal biex issir qalba diġitali fl-amministrazzjoni pubblika u fisservizzi pubbliċi, b’investiment ta’ €34 miljun oħra, waqt li €15-il miljun oħra se jmorru biex issir it-tranżizzjoni diġitali tal-intrapriżi Maltin. Din il-qalba diġitali se tgħin biex ikun hemm il-qalba diġitali fis-servizz tas-saħħa u anke fil-Qrati Maltin. Setturi oħrajn li se jgawdu minn dan il-fond jinkludu l-edukazzjoni, biex tiġi miġġielda l-kwistjoni ta’ dawk li jitilqu kmieni mill-iskola u biex ikollna aktar edukazzjoni inklussiva. Is-settur tax-xogħol ukoll se jingħata l-parti tiegħu biex ikompli jissaħħaħ, tant li se titnieda strateġija għall-ħaddiema anzjani u adulti li għandhom ftit kwalifiki. In-Next Generation EU se jwassal biex fi żmien ħames snin jikber il-Prodott Gross Domestiku b’1.1%. Dan il-pjan ta’ Malta kien tressaq quddiem il-Kummissjoni Ewropea u l-Ħamis ġie approvat formalment. Il-pass li jmiss hu li, fi żmien erba’ ġimgħat, il-Pjan imur quddiem il-Kunsill Ewropew biex jiġi approvat u hemmhekk ikun iffirmat il-ftehim bejn il-Gvern Malti u l-Unjoni Ewropea.


19.09.2021

IEX TAPPROVA ZJUŻI EWROPEJ

15


16

19.09.2021

NĠEDDU MALTA FLIMKIEN

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

F’dan it-tmiem il-ġimgħa qegħdin nassistu għall-Konferenza li ġiet imtella’ mill-Partit Laburista. Erbat ijiem ta’ attiviżmu politiku fejn ingħaqadna flimkien bħala attivisti u membri tal-Partit Laburista, iżda mhux biss, flimkien mal-istakeholders, korpi kostitwiti, għaqdiet u l-poplu inġenerali għal diskussjonijiet. F’dawn il-laqgħat xogħol il-PL hu li jisma’. Jisma’ lil kull individwu li jrid jgħaddi messaġġ, suġġeriment, proposta, idea, ġejja mingħand min ġejja. Il-protagonisti qed tkunu intom, qed ikunu n-nies. Ir-rispons mingħand il-pubbliku huwa wieħed ta’ entużjażmu u ta’ inkoraġġiment. Fil-verità d-diskussjoni bdiet minn ġranet ilu b’temi bħas-sistema elettorali f ’pajjiżna, is-servizz tal-IVF u s-saħħa sesswali. Bosta minn dawn id-diskussjonijiet li issa ħarġu minn ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista għall-MFFC ġo Ta’ Qali qed jiġu mħejjija mill-fergħat ħabrieka tal-partit: Nisa Laburisti, Żgħażagħ Laburisti, Veterani Laburisti u l-Fondazzjoni Ideat. Hekk kif qed noħorġu ftit ftit mill-pandemija, inħass mhux ftit il-vojt fl-attiviżmu politiku, fejn il-partiti jlaqqgħu u jħeġġu entużjażmu għal diskussjoni politika li tant immissjajna u hawn għatx għaliha. Għall-Partit Laburista dan huwa ferm importanti meta huwa l-partit li bil-provi huwa l-partit tan-nies u dejjem ħerqan li jkun viċin in-nies, il-partit li jisma’, li mhux supperv, li apparti jisma’ jara kif jilqa’ l-kritika, jaħdem fuqha u fuq kollox lest li jbiddel u eventwalment ibiddel u jitbiddel. U dan mhux paroli biss imma rajnieh isir tul dawn iżżewġ leġiżlaturi, fejn fl-aħħar sena u nofs intensifika t-tibdil b’riforma wara oħra u tibdil fil-liġijiet u introduzzjoni ta’ liġijiet ġodda li saħħew il-governanza tajba u s-saltna tad-dritt, wessa’ aktar drittijiet ċivili. Waqt pandemija il-Gvern ma qeridx li hawn il-maltemp u qagħad jibki xortih. Flok tefa’ l-piż fuq il-poplu u flaġellah b’miżuri t’awsterità, xammar il-kmiem u b’għaqal ħaseb li jsalva l-impjiegi ta’ eluf, issalvagwardja s-saħħa tagħna lkoll, kien l-aktar Gvern fl-Ewropa espedit fir-roll out tal-vaċċin, bil-miżuri

li ħa l-ekonomija baqgħet fuq saqajha. Fejn ħaddieħor krolla fis-sistema tas-saħħa u fl-ekonomija u l-impjiegi u l-ġlieda kontra l-pandemija, Malta baqgħet b’ekonomija reżiljenti, l-qgħad flok żdied, naqas u dan sar kollu mingħajr dettrement għas-saħħa tal-poplu, anzi bil-miżuri li ttieħdu, ġie muri biċ-ċar b’liema serjeta dal gvern assigura l-aqwa kura u mediċina biex tiġi kkontrollata l-imxija. U dan ma sar xejn b’kumbinazzjoni. Sar għax Gvern Laburista kien mill-ewwel ġurnata gvern bil-għaqal, li faddal għall meta jiġi l-maltemp u fuq kollox meta l-maltemp wasal, kien għaqlil i qassam kif xieraq u wieżen lil min hu l-aktar milqut, investa fil-poplu billi xtara l-apparat mediku kollu li kien hemm bżonn u aktar. Kien għaqli u negozjatur intelliġenti sabiex jixtri u jikseb vaċċini biżżejjed mhux biex jitlaqqam kulħadd bl-ewwel u t-tieni doża biss, imma issa qed jingħata booster bla xkiel ta’ xejn u saħansitra nqassmu vaċċini lil pajjiżi oħra f ’diffikultà. Li kien għal ħaddieħor għadna nittalbu għall-provista tal-vaċċini. Li kien għal ħaddieħor ħaqqna biss 40,000 vaċċin. Sa issa ngħataw ’l fuq minn 800,000 doża tal-vaċċin. L-40,000 Malta għaddiethom lil-Libja ftit ġranet ilu bħala għajnuna għal dan il-pajjiż ġar u ħabib li qed jiffaċċja diffikultajiet. Dan kollu ħaddieħor sejjaħlu tberbiq ta’ flus. Inħalli għall-ġudizzju tagħkom jekk din il-ħidma kollha kinitx tberbiq ta’ flus. U għaldaqstant għada t-Tnejn bi ħġarna għandna nattendu għar-Rally organizzat mill-Partit Laburista li se jkun ċelebrazzjoni ta’ attiviżmu politiku bi spettaklu li ħadd m’għandu jitlef u diskors mistenni mingħand il-Prim Ministru Robert Abela. Il-miżuri talCovid ma jippermettux folol kbar kif konna mdorrijin qabel il-pandemija u għalhekk il-PL fil-ġranet li għaddew ħeġġeġ sabiex taħsbu kmieni u tibbukkjaw il-post tagħkom ġewwa l-MFCC. Din se tkun l-ewwel attività tal-massa għal Robert Abela bħala Prim Ministru. Bix-xieraq li nkunu viċin tiegħu, li nirringrazzjawh tas-sagrifiċċju li jagħmel ta’ kuljum, tad-deċiżjonijiet li ħa u li qed jieħu kull mument sabiex pajjiżna u aħna lkoll ikollna livell ta’ ħajja tajba u sana. Il-Prim Ministru jaċċenna fuq il-kelma ‘Flimkien’ u dan ma jagħmlux bħala slogan, imma għax bħala persuna integru li jemmen fl-ideal u fil-prinċipji soċjal-demokratiċi, l-aħna dejjem jiġi qabel il-jiena, u l-isfidi jiġu megħluba meta nkunu magħqudin flimkien, is-suċċess jinkiseb meta niġbdu ħabel wieħed flimkien, solidarjetà u għajnuna lil min jiflaħ l-anqas u kuraġġ u inċentivi għall-bieżel. B’hekk pajjiżna jaċċerta garanzija li t-triq ta’ tiġdid li bdejna tmien snin ilu tissokta għax il-poplu jkompli jafda Gvern li jixpruna fih pożittività, soluzzjonijiet u futur sostenibbli. Narakom ilkoll għada għar-Rally.

Sur Editur, Ejja ħalli għada nifqgħu taħt it-tinda f’Ta’ Qali! U mela! Ejja ħa nuruhom fejn huma l-Laburisti, kif darba kien beda jfittixhom il-Belt Eddie! Eddie! Eddie! U fejn huma dawk l-eluf li ngħaqdu mal-partit tagħna. Ħalli nuruh lill-Kap tagħhom li mhux fis-servejs biss aħna fuq quddiem, imma anki meta jgħajtilna l-Prim tagħna. Aħna nkomplu mexjin ’il quddiem. Għax hekk magħmul il-partit tagħna. Pożittiv. Mela bħalhom jew? Għax vera jrid ikollok wiċċek imċappas biċ-ċikkulata maħlula ta, Sur Editur! Mela waqt żjara tal-President tal-Kummissjoni tal-Ewropa, din tat ċertifikat ieħor lil pajjiżna. Frott il-ħidma tal-Prim. Qaltilna bla tlaqliq li l-Pjan ta’ Rkupru ta’ Malta, li ġie approvat, huwa l-aktar wieħed ambjentali fl-Unjoni Ewropea. Biċċa blata u għamilna l-iktar pjan ambjentali. Aktar minn dawk ta’ pajjiżi ikbar minna. X’ma jkakkux taħthom in-Nazzjonalisti! Ara fejn qatt kienu jobsru li l-partit tagħna fil-Gvern se jkun imfaħħar daqshekk mill-Ewropa. Imma taf fejn waslu, Sur Editur? Biex fil-ġurnata li ġiet Ursola vander xi ħaġa, il-President tal-Kummissjoni, bagħtulha ittra, ja qatta’ tradituri li huma. Bagħtulha ittra mimlija ħdura kontra Malta. Ja qatta’... ja deme... ja maħt... xejn ara. Għax is-Sinjur inixxifli ilsieni! Dawk li jippretendu li huma r-rigal ta’ Alla lil Malta, dawk li jsejħlu lilhom infushom Repubblika, ta’ Manuel il-minfuħ Delia, qalulha li f’Malta hawn l-impunità u l-korruzzjoni. U semmew l-inkjesta ta’ Daphne, u skoss tgħajjir u ħdura oħra kontra Malta tagħna. Ara vera jrid ikollok wiċċek u patattek l-istess ta, Sur Editur! Imbagħad tisma’ l-aħbarijiet u jgħidlek li l-ittra ffirmaha Robert Aquilina. Ħu Karol il-Boxer Aquilina. Ajma j’ommi! Ma qalilhiex fl-ittra li ħuh għandu każ għax fixkel lill-pulizija meta kienu skorta ma’ barrani li kien qed iżur Malta? Il-każ tal-Marsa, biex niftiehmu? Kemm huma friża dan-nies! Dejjem hekk jagħmlu. Meta jkun hawn xi ħadd iżur Malta tarahom imaqdru u jkissru pajjiżhom stess. Meta f’pajjiżna jkun hawn il-barranin, tar-Repubblika jagħmlu l-almu tagħhom biex iwasslulhom messaġġ negattiv dwar Malta. Jaħsbu li jarawhom ħelwin għandu jkun! Imma Usrola vander xi ħaġa, tathom risposta bil-pulit. Għax lanqas biss tat kas l-ittra u ntefgħet tfaħħar il-ħidma ta’ Robert tagħna. U mela! Imbagħad jiġu tal-aħbarijiet tagħhom u jgħidulek li l-PeNe għandu messaġġ ta’ tama u kuraġġ. Kieku ħu nannuwi, Alla jagħtih il-Glorja tal-Ġenna, li kien fis-servizz, taf x’kien jgħid għal dan? Tama u kuraġġ my arse! Tama u kuraġġ meta baqgħu għaddejjin jaħdmu kontra pajjiżna? X’ħasbuna dawn bċieċen jew! Eh, iva bilħaqq hekk għajruna hux? Bċieċen! Nixtieq nerġa’ nikkwota lil ħu nannuwi. Imma aħjar ma ngħid xejn ara. Għax Melda tiegħi dejjem tiġi warajja taqra dak li nkun qed niktiblek, Sur Editur, u jkolli noqgħod nispjegalha xi tfisser sit and spin on it. U tagħmilli xi ġurnata teqred li qed inwaqqgħalha wiċċha l-art b’li qed nikteb. Donnu f’pajjiżna m’hawnx libertà tal-espressjoni, x’kull waħda! Tant hawn libertà tal-espressjoni li l-Kap tagħhom qed jabbuża minnha din e! Tisimgħu jitkellem kull meta jiftaħ ħalqu, taħseb li qed jgħix f’pajjiż ieħor. Għax ħlief Labour ħażin u miżbla u imnalla se jkun il-PeNe fil-gvern ma tisimgħux jgħid. U ma tista’ tgħidlu xejn għax bil-libertà tal-espressjoni li daħħal il-Gvern tagħna, ma tistax tfittxu għall-gideb, għall-ħrejjef u għall-paprati li jgħid. Imma x’tagħmel! L-aqwa għalina li Ursola vander xi ħaġa approvat il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ Malta ta’ tliet mija u sittax-il miljun ewro. Li minnhom se ngawdu kollha kemm aħna. U li huwa l-iktar wieħed aħdar fost dawk tal-Unjoni. Xtaqt marret sad-Dar Ċentrali tagħhom ta, Sur Editur. Għax kieku kienet tara kwalità oħra ta’ ħdura. Mhux biss tal-moffa ta’ mal-ħitan. Tal-ħdura li għandhom fl-istonku. Għad-dieħla!


Ritratt: DEBORAH CATANIA

17

19.09.2021

SCIENCE IN THE CITY LURA FIL-BELT Science in the City se jirritorna dan ix-xahar mimli attivitajiet għal kulħadd, li se jwasslu kontenut artistiku ispirat mix-xjenza permezz tal-website u l-midja soċjali tiegħu. Se jkun hemm ukoll avvenimenti virtwali u fiżiċi nhar il-Ġimgħa 24 u s-Sibt 25 ta’ Settembru. Minħabba l-COVID-19 kien hemm il-ħtieġa li ssir reviżjoni sħiħa tal-festival biex jinħoloq avveniment ibridu ta’ festivals fid-dinja reali u live-virtwali li huma mimlijin wirjiet uniċi flimkien ma’ żona Explore the Arches fejn il-kontenut ikun aċċessibbli għal tmiem il-ġimgħa kollha. L-attendenza hi bla ħlas, iżda l-postijiet għandhom jiġu bbukkjati minn qabel. Bosta teatri u postijiet oħrajn fil-Belt Valletta se jospitaw varjetà ta’ avvenimenti millĠimgħa 24 fl-4:00 p.m sas-Sibt 25 ta’ Settembru mill-10:00 a.m. sal-10:00 p.m. Ħames postijiet fil-Belt Valletta – it-Teatru San Duminku, l-iskola Primarja fi ħdan ilKulleġġ San Ġorġ Preca, is-City Theatre, il-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija, Spazju Kreattiv u l-Knisja ta’ Santa Maddalena – se jkunu mimlija attività. Kull avveniment huwa wieħed li jqanqal il-ħsieb, maħsub biex ikabbar l-għożża fil-wirt kulturali u naturali ta’ Malta, li jispira lill-udjenza biex tieħu r-responsabbiltà għad-dinja ta’ madwarha, tinvolvihom b’għarfien biex iqanqal ħsieb kritiku u x-xewqa

li jsiru aktar attivi fit-tiswir tal-futur tagħhom stess. Riċerkaturi, kumpaniji privati, assoċjazzjonijiet ta’ studenti mill-Università ta’ Malta, organizzazzjonijiet, artisti u NGOs minn diversi oqsma, ingħaqdu biex jorganizzaw dawn l-avvenimenti ta’ ispirazzjoni u involviment. Dawn il-kollaborazzjonijiet għandhom l-għan li jagħtu lil dawk kollha li jattendu mentalità xjentifika u jsiru ċittadini aktar b’saħħithom. L-Università ta’ Malta, perżempju, se tesebixxi l-aljeni li invadew il-gżejjer tagħna, il-pjanti u l-annimali li jeqirdu l-ekosistemi indiġeni. L-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi, b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta, tintroduċi l-avventura selvaġġa ta’ Ċlikki, il-farfett li jixtieq biss jasal għand il-familja tiegħu. John Hinton, kummidjant-kantawtur Ingliż, rebbieħ ta’ diversi premji, se jkun qed jippreżenta għażla ta’ kanzunetti tiegħu li jidħ-

lu fit-tema tal-festival ‘Sowing Seeds’. Is-sett se jinkludi kanzunetta miktuba apposta għall-festival bl-għajnuna ta’ tfal lokali u b’kollaborazzjoni ma’ Nature Trust Malta. L-installazzjoni Time Traveller’s Dilemma minn SolidEye ta’ Glen Calleja tistieden lill-viżitaturi biex jgħaddu minn portal għal dimensjonijiet oħra. Il-viżitaturi jistgħu

jagħmlu konverżazzjoni ma’ xi ħadd mill-passat, anke mill-imgħoddi jew mill-futur tagħhom stess, kif ukoll iħarsu lejn oġġetti li kienu jintużaw kuljum. L-atturi Jeremy Grech u Sean Briffa jippreżentaw “The Adventures of the Ammoknights: Moving Megaliths”, prestazzjoni kreattiva madwar l-esebiti neolitiċi fil-

Il-viżitaturi jistgħu jagħmlu konverżazzjoni ma’ xi ħadd mill-passat, anke mill-imgħoddi jew mill-futur tagħhom stess, kif ukoll iħarsu lejn oġġetti li kienu jintużaw kuljum

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija. Bl-użu tax-xjenza u l-loġika dawn iż-żewġ Ammoknights jippjanaw biex jenfasizzaw il-kisbiet kbar ta’ dawn in-nies tal-qedem. Il-festival ġie ppjanat birreqqa biex jiżgura li l-viżitaturi, l-istaff u l-voluntieri jesperjenzaw l-avveniment mingħajr periklu. Dawn u avvenimenti oħrajn tad-dinja reali se jkunu bilqiegħda b’miżuri ta’ saħħa u sigurtà jiġu implimentati l-ħin kollu. Għal din ir-raġuni, in-numri tal-udjenza se jkunu ristretti u l-booking kmieni hu rrakkomandat permezz tal-website ta’ Science in the City u l-midja soċjali. Għal aġġornamenti regolari segwi l-paġna tal-festival fuq il-midja soċjali jew mill-website uffiċjali (scienceinthecity. org.mt).


18

19.09.2021

IL-KALKARA QED TIEĦU R-RUĦ Il-lokalitajiet f’pajjiżna kollha għandhom il-ġmiel u s-seħer tagħhom. Xi minn daqqiet nistaqsu; imma x’hemm x’tara? Inkunu żbaljati jekk ma niskopruhomx. Tkellimna mas-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina dwar ġmiel pajjiżu. Il-Kalkara, dari, illum, il-futur. Meta tisma’ din ilfrażi, x’jiġik f ’moħħok? Fil-verità din il-frażi hija parti minn ħidmieti ta’ kuljum. Nemmen li meta tmexxi raħal, bħall-Kalkara, filwaqt li trid tonora l-preżent u tagħmel bażi tajba għall-futur, trid tirrikonoxxi l-passat. Ta’ spiss ikolli kunflitt miegħi nnifsi li filwaqt li nemmen ħafna fil-progress, l-istint naturali tiegħi jiggwidani biex ma ninsiex l-istorja rikka tal-Kalkara u l-mixja twila biex dan irraħal wasal fejn wasal illum. Il-Kalkara villaġġ tas-sajjieda, raħal li sofra fil-gwerra, tant li tilef il-knisja parrokjali tiegħu, raħal b’imkejjen Brittaniċi. Fil-fatt, iż-żona ta’ Bighi ospitat l-isptar navali u iżjed.. Eżempju tipiku ta’ dan li qed ngħid, huwa l-proġett mill-isbaħ li ġie inawgurat mill-Prim Ministru lura f’Awwissu ta’ din is-sena; ix-Xatt tal-Esplora f’Bighi. B’ħidma elwenija tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija rajna kif jiġi restawrat u filwaqt li nimxu maż-żminijiet tal-lum u l-potenzjal għall-futur, ma ninsewx il-passat u l-istorja taż-żona. Din il-parti kienet spiċċat żona abbandunata u perikoluża. Mis-sajf ’l hawn din iż-żona wara ħidma intensiva reġgħet ingħatat lura lill-publiku, fi spazju miftuħ għal kulħadd. B’wiċċi minn quddiem meta nara s-sbuħija tal-lift ta’ Bighi lura fil-glorja tiegħu, nistqarr ngħid li din ġiet waħda mill-isbaħ żoni fir-raħal tagħna li tikkumplimenta l-Kalkara ta’ dari, illum u l-futur! Xi proġetti massivi diġà saru minn meta nħtart Sindku inti? Meta ġejt elett, mal-ewwel bdejt nara li jiġi implimentat il-manifest elettorali li bih jien u sħabi l-kunsilliera ġejna eletti. L-ewwel ftit xhur ma kinux faċli. Jien dħalt fl-uffiċju f’1 ta’ Lulju 2019 u sal-aħħar ta’ dik is-sena rajt kif dak li kien hemm ħażin, inwarrbuh u dak li kien hemm tajjeb insaħħuh, filwaqt li nibdew naħdmu fuq pedament għal inizjattivi, ide-

at u proġetti ġodda. Ridt inbiddel il-mod ta’ kif il-kunsill jopera, biex ir-raħal tagħna wkoll jibda jibbenefika minn kollaborazzjonijiet li jwassluna li fir-raħal tagħna jkollna proġetti massivi bħal lokalitajiet oħra. Għalhekk, flimkien mad-direttorat tar-restawr u l-fondazzjoni Kottonera lqajt b’sodisfazzjoni l-bidu ta’ restawr fuq il-Fortizza tar-Rikażli. Din l-akbar Forti f’pajjiżna kienet qed tibki biex tkun irrestawrata. Ġew identifikati ħames żoni u llum ix-xogħol beda u miexi. Fadal ħafna xi jsir fuq din il-fortizza u minn hawn nappella biex tingħata aktar għajnuna u attenzjoni. Kburi li wara ħafna snin, ġie mħabbar u ddedikat baġit ta’ €6 miljun għar-riġenerazzjoni tax-xatt tal-Kalkara. Dan ilproġett ilu jiġi mwiegħed u ilu ġej, tant li fl-imħuħ ta’ ħafna Kalkariżi hemm min jgħidlek li dan mhu ser isir qatt, iżda kuntent ngħid li b’ħidma kontinwa mal-GHRC (Grand Harbour Regeneration Corporation) wara ħafna preparazzjoni, ix-xogħol fid-dieher beda u ser jissokta f’dawn ixxhur li ġejjin. Jien nemmen ħafna fl-ispazji miftuħa, fl-ispazji pubbliċi u apparti dak li ġie inawgurat f’Awwissu li għadda fix-xatt tal-Esplora, ftit tal-ġimgħat ilu ħabbarna kif ġnien magħluq u abbandunat grazzi għall-kollaborazzjoni ma’ Parks Malta, ser jiġri riġenerat b’investiment ta’ miljun ewro fl-ewwel ġnien

ħieles mill-karbonju f’pajjiżna. Ix-xogħol beda u nħares ’il quddiem biex dan il-ġnien jibda jitgawda minn kulħadd. F’dawn l-aħħar sentejn, ħdimt biex flimkien mal-Ministeru għas-Saħħa, fil-Kalkara jkollna klinika tal-komunità ta’ l-ogħla livell. Kuntent li ħanut tal-merċa abbandunat u minsi ġie trasformat fl-akbar investiment tas-saħħa li qatt rat il-Kalkara. Anke fl-edukazzjoni, flimkien ma’ bosta, fosthom mar-Reġjun ix-Xlokk u mal-Aġenzija għas-Servizzi Korettivi ħdimna biex post li ma kellux użu, ġie trasformat f’Librerija Pubblika ġdida għal Kalkariżi u n-nies tal-madwar.

elettriċi b’installazzjoni ta’ aktar postijiet fejn dawn jistgħu jieħdu l-enerġija. Ser nibqa’ niffokka biex noħolqu aktar spazji pubbliċi miftuħa u bħalissa għaddejja ħidma biex ikollna żona ta’ rikreazzjoni ddedikata għat-tfal taħt l-10 snin. Sadanittant, nibqa’ naħdem biex inwettaq dak li wegħedna, fosthom aktar diskussjonijiet biex nara ix-xogħol infrastrutturali fil-bajja tar-Rinella jinbeda biex l-unika bajja fl-inħawi tagħna, tiġi riġenerata u jkollha użu aħjar.

Peress li kif diġà għedt għadna kif ftaħna Klinika u Librerija ġdida fl-istess żona fejn hemm il-Kunsill Lokali, issa qed inħossu l-ħtieġa li noffru lir-residenti tagħna aċċessibiltà aħjar biex jagħmlu użu misservizzi tagħna. Għalhekk, b’fondi mil-LESA qed naħdmu fuq proġett kif mill-kontravenzjonijiet li ħallsu n-nies, ikollna inizjattiva li tmur lura għand in-nies. Qed naħdmu biex ikollna Green-Shuttle. Servizz b’xejn fejn permezz ta’ vettura li taħdem bl-elettriku jkollna servizz li r-residenti tagħna nwassluhom fejn ikollhom bżonn fir-raħal. Qed inħares ’il quddiem biex fir-raħal tagħna nagħtu aktar importanza lill-vetturi

Il-fatt li ħafna nies ifittxu l-Kunsill Lokali għall-ilmenti tad-diffikultajiet tagħhom huwa sinjal li r-residenti jemmnu fil-Kunsill u japprezzaw ħidmietna. Jien nemmen li kull min jagħmel kuntatt magħna, jagħmlu għax għandu bżonna. Dak huwa pożittiv. Dak ifisser li l-Kunsilli għandhom rwol. Niddejjaq biss meta xi wħud jaħsbu li l-Kunsill qiegħed hemm biss minħabba l-iskart u hija mentalità ħażina li kollox tort tas-Sindku! Ir-resident irid jifhem li l-Kunsill qiegħed hemm biex iwettaq il-ġid għar-raħal. Jista’ jkun li deċiżjoni mhux bilfors tolqot l-individwu tajjeb, imma għar-raħal tkun ta’ bżonn. Eżempju, sa ftit

Taħseb li l-pubbliku japprezza xogħol il-Kunsill jew għad baqa’ x’naħdmu biex tinħoloq kuxjenza dwar X’hemm ippjanat għall-futur? dan?

tax-xhur ilu l-klinika li kienet iżgħar fid-daqs u b’inqas servizzi, kienet forsi aktar fiċ-ċentru tal-komunità. Meta ħadt id-deċiżjoni li jkollna klinika akbar, b’aktar servizzi, din kellha tiċċaqlaq u tmur f’post ġdid. Kien hemm individwi li ilmentaw. Però, emmint li r-raħal għandu klinika aħjar. Illum, wara biss ftit ġimgħat mill-ftuħ tagħha, ħafna jgħiduli grazzi għax morna għall-aħjar u nemmen dak huwa l-akbar apprezzament f’ħidmietna. X’inhuma l-isfidi tal-Kalkara? Il-Kalkara għaddiet minn fażi partikolari li sfortunatament kien ilu ma jsir ċaqliqa ta’ proġett jew investiment. Il-fatt li issa bdejna naraw il-proġetti u l-investimenti ġejjin, l-akbar sfidi huma maħluqa mis-suċċess ta’ dan ir-raħal. Biex niftiehmu inkonvenjenzi ġodda, frott il-ħidma li qed tmexxina ’l quddiem. Eżempju konkret huwa kif il-fatt li ħloqna spazju u kummerċ ġdid ix-Xatt ta’ Bighi, issa għandna sfida biex ta’ kuljum inżommu ż-żona nadifa, sigura u kif nikkumbattu man-nuqqas ta’ parkeġġ għar-residenti. Konxji minn dan il-fatt u allura hija sfida kontinwa kif f’dan ir-rigward iridu nkomplu naħdmu u nsibu bilanċ. Hemm ukoll l-isfida tal-kostruzzjoni. Il-Kalkara hija mfittxija minn bosta żviluppaturi u għaldaqstant qed


19

19.09.2021

KIF JIXIRQILHA

inħabbtu wiċċna ma’ sfidi u inkonvenjenti ta’ kuljum f’bini ġdid li qed jitla’ f’diversi żoni. M’iniex kontra l-iżvilupp iżda żżejjed idejjaq lil kulħadd. Għaldaqstant, ta’ kuljum irrid nara kif inżomm bilanċ b’rispett kontinwu lejn ir-residenti li nirrappreżenta.

nies li ma jagħtux kas firrigward tal-indafa, għamara pubblika... f ’kelma waħda; vandaliżmu?

Iva. Fortunatament huma l-ftit. L-isfortuna hija li dawn il-ftit jiddominaw fuq il-ħafna. Jiddispjaċini meta xi ħaġa tiġi vvandalizzata. Nuqqas ta’ Il-wirt kulturali tal-Kalkara rispett lejn iċ-ċittadini l-oħra. ivarja sew. Kemm qed jintuża Vandaliżmu jirrikjedi ħafna biex jinbiegħ bħala prodott xogħol wara, sabiex jekk posturistiku? sibbli jiġi rranġat u għalhekk nirrabja ħafna meta jsir xi tip Il-wirt tagħna jvarja ħafna. ta’ vandaliżmu fuq propjetajiNemmen ħafna fil-potenz- et storiċi. jal tagħna. Għandna storja u żoni li forsi mhumiex apprez- Il-Ħidma ta’ Sindku tgħajik? zati u ppubliċizzati daqstant, Tagħtik sodisfazzjoni? kemm mat-turist kif ukoll X’taħseb li jaħseb il-pubbliku mal-Maltin stess. Sodisfatt li fuq dan l-irwol? naħdem qrib grupp ta’ nies fil-lokal li jiffurmaw l-Assoċ- Jien inħarres lejn il-pożittiv. jazzjoni Wirt il-Kalkara li per- Nixtieq li għandi aktar ħin u mezz tagħhom qed intellgħu li nagħti aktar. Kieku għandi fuq l-aġenda tar-raħal tagħ- aktar ħin, bla dubju nwettaq na dan is-suġġett. F’Jannar aktar għal Kalkara. Kuntent ta’ din is-sena, introduċejna b’li qed jirnexxilna nagħmlu, Heritage Trail, mappa li tin- iżda jien bniedem determinat dikalek xejn inqas minn 15-il u allura dejjem inkun nixtipost fejn tista’ żżur fir-raħal eq aktar. Nitkellem għalija, tagħna. Permezz tal-Esplo- il-kariga ta’ Sindku ma tipra, qed jersqu lejn il-Kalka- permetilix li nkun full-time. ra. Dan l-aħħar għadu kemm Nemmen li jridu jsiru riformi ġie introdott ukoll servizz li bis-serjetà f’dan ir-rigward. persuna tista’ taċċessa l-Es- Sindku għandu jingħata l-opplora u l-Kalkara permezz tal- portunità kollha biex imexxi baħar bħala parti mid-dawra raħal full-time. Inqassam fil-Port il-Kbir. Fil-ħsibijiet il-ħin bejn ix-xogħol persontiegħi hemm aktar ideat biex ali tiegħi u l-irwol ta’ Sindil-Kalkara ngħolluha aktar ’il ku, għax imdawwar b’nies li fuq fil-prodott turistiku. jgħinuni, inkluż l-istaff, il-kollaboraturi, familti u n-nies Taħseb li għad hawn qrib tiegħi. Grat lejn dawn in-

nies. Sfortunatament il-pubbliku jaħseb li s-Sindku l-ħin kollu jkun ir-raħal, il-ħin kollu fuq Facebook iwieġeb innies, li kif tibgħatlu messaġġ irid iwieġbek. Dan ma jistax ikun.Minn banda nifhem linnies li fl-irwol ta’ Sindku jaraw fiduċja u jemmnu li tista’ tgħinhom. B’dan il-ħsieb f’moħħi jien ngħaddas rasi u fejn hu possibbli naħdem biex intejjeb is-sitwazzjoni ta’ dak li jkun. Napprezza ħafna u nirringrazzja lil kull min jirrispettani fil-limitazzjonijiet tiegħi. Kif tibbilanċja ħajtek; kunsill, televixin, familja u mistrieħ? Nimxi bil-prijoritajiet. Jekk xi ħaġa jeħtieġ li ssir, issir. Jekk xi ħaġa tista’ tistenna, nipprijoritizza. Bniedem flessibbli ħafna u naddatta skont is-sitwazzjoni u ċ-ċirkustanza. F’ġurnata nilbes u nidħol f’ħafna rwoli; Sindku, Preżentatur, Missier, ħabib u kollox. Qed ngħid dan għax jekk hemm bżonn inqum kmieni biex nidħol l-uffiċju tal-kunsill kmieni, hekk nagħmel. Imbagħad il-programm televiżiv, dak b’ħin skedat. Nagħmel mezz u nipprova li dejjem jirnexxili li nkun hemm qabel sew il-ħin tax-xandira diretta, biex nipprepara lili nnifsi. Dik, rutina kuljum! Imbagħad ħin għat-tifel. F’dan il-ħin, nevita li naħdem... jekk hemm bżonn naħdem qabel jew wara xħin ma nkunx fil-kumpanija tat-

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

tifel. L-istess mal-ħbieb...jekk hemm bżonn li ndum ix-xogħol u ma niltaqax man-nies qrib tiegħi, nagħmilha imma jekk spiċċajt mix-xogħol, nagħmel minn kollox biex

naqta’ linja u ngħid issa ħin il-mistrieħ. Hekk nemmen li nsib il-bilanċ. Il-flessibilità u l-għajnuna mill-persuni kollha f’ħajti, huwa s-sigriet ta’ kollox.


20

19.09.2021

MID-DFIN TAL-MALTIN GĦAR-RIKONOXXIMENT LEJNA

nt ia

Il-ġimgħa li għaddiet ittrattajna l-Arkivji u kif permezz tagħhom stajna naraw tixbih bejn dak li ġara fil-passat u llum il-ġurnata kaġun tal-pandemija tal-COVID-19. Maria Micallef u Vanessa Ciantar tawna tagħrif ferm interessanti fuq dak kollu li għadda minn pajjiżna u niesna tul iż-żmien, kemm fi żmien il-gwerer kif ukoll f’waqtiet oħra ta’ niket, u dan grazzi għall-kitba u dokumenti fl-istess arkivju. Kif rajna wkoll, waħda mill-agħar pestilenzi kienet il-pesta, li laqtitna kemm-il darba u nfirxet ukoll f’Għawdex. Tant kien hawn biża’ minnha li xi individwi li ma rrappurtawx bil-każi tal-infezzjoni, spiċċaw ħadu l-forka. Illum se nkomplu t-tieni u l-aħħar parti ta’ din l-intervista li qanqlet ċertu interess.

ar

IT-TIENI PARTI

V an

s es

a

C

Minn CHARLES B. SPITERI Kienu organizzati wkoll konferenzi fuq il-gwerra kimika u tal-gass, sabiex tkun tista’ tlaħħaq jekk l-Italja tiddeċiedi li fuq Malta tirrepeti l-istrateġija li kienet użat fuq l-Abbissinja.

Sbatax-il sena wara, kien hawn diċeriji li riesqa l-gwerra Huma għamlu l-almu tagħhom lejn xtutna. X’jirriżulta biex iħejju ruħhom kontra Iva, il-pesta waqqfet dak mill-Arkivji tagħkom? kwalunkwe kontinġenza posid-dfin fil-knejjes. L-imxijat sibbli. Id-Dipartiment tastal-pesta tal-1675-6, l-1814, Fl-1935 l-Italja attakkat lill-Ab- Saħħa Pubblika u d-Diparl-1837, l-1865 u l-1887 wass- bissinja (l-Etjopja moderna). timent għall-Istituzzjonijiet lu wkoll biex bdew jinfetħu L-Ingliżi mill-ewwel għarfu li tal-Karità ġew amalgamati għadd ta’ ċimiterji żgħar, Malta setgħet tkun mira oħra u l-Prof A.V. Bernard inħatar Bħala gżira żgħira konna kappelli u niċeċ dedikati lil faċli u peress li l-Italja kienet bħala l-kap tiegħu. Hu kien re- niddependu fuq pajjiżi oħra Santu Rokku. Hu maħsub li waqqgħet il-gass fuq l-Ab- sponsabbli wkoll għall-orga- għall-ikel. Xi nsibu li sar matul dan il-qaddis safa mfejjaq bissinja, l-awtoritajiet f’Malta nizzazzjoni tas-Servizzi Mediċi il-gwerra? permezz tal-providenza divi- beżgħu. Il-biża’ prinċipali kien ta’ Emerġenza f’każ li tinqala’ na minn kelb li beda jilgħaqlu fil-fatt li l-popolazzjoni fi gżir- gwerra. Il-Kunsill tas-Saħħa u Kif qed tgħid int. Peress li gżirl-ferita li kellu. U kien hemm itna kienet densa ħafna u jekk l-Bord Mediku kellhom jagħtu itna hi tali, fejn ħafna mill-ikel kappella ħdejn il-Lukanda jintefa’ l-gass fuqha kien ikun pariri lill-Gvern fi kwistjonijiet ikkunsmat mill-popolazzjoni Excelsior, li kienet tiċċelebra hawn konsegwenzi devastan- ta’ saħħa. hu impurtat, in-nuqqas tiegħu quddiesa għall-‘impestati’ fuq ti. kien jista’ jirriżulta f’periklu rel-ilma. Kien hemm ukoll il-biża’ li It-tħejjijiet kontra dawn ali immens. Nuqqas ta’ ikel nub’riżultat tal-gwerra tinqala’ il-katastrofi possibbli bdew trittiv kien jagħmel lill-popolaU liema kienet it-tieni xi pandemija oħra. Dan kien immedjatament? zzjoni aktar suxxettibbli għal pandemija li laqtet ġara matul l-Ewwel Gwerra mard u l-pandemiji li setgħu lill-Gżejjer Maltin? Dinjija u l-Influwenza Span- Fl-1935, kienu ordnati provvis- jżuruna mill-ġdid. jola spiċċat biex ħalliet aktar ti mediċi - inklużi stretchers u Il-pandemija ta’ wara kienet vittmi mejtin mill-kunflitt in- mediċini. Din l-ordni enormi U kif nistgħu ngħidu li l-influwenza Spanjola. Din nifsu. kienet se ddum sa Novembru l-awtoritajiet laqgħu kienet pandemija qattiela Kif għedna, f’Malta kien 1942 meta l-gwerra waslet fi għan-nies midrubin? ħafna. Din l-influwenza infirx- hawn problema ta’ ffullar tmiemha għal Malta u l-provet bħal nar ħaġġieġ u kienet żejjed, nuqqas ta’ iġjene u il- visti reġgħu bdew jaslu Malta Kienu organizzati sptarijiet u aggravata mill-Ewwel Gwerra litteriżmu, li jiffurmaw il-ben- regolarment. żdiedu s-sodod disponibbli, saDinjija. L-Ispanjola laqtet lix- niena għat-tixrid tal-mard. Qisu fl-istess żmien, bdew biex jekk isir l-attakk mistenni, xtut Maltin f’Ġunju 1918 u qat- Għalhekk kellhom jittieħdu ikunu organizzati lectures kollox ikun lest u ppreparat. let 1.5% tal-popolazzjoni li kien miżuri sodi biex tkun evitata għat-tobba bi tħejjija għal Terġa’ dak iż-żmien kien qed hawn dak iż-żmien. katastrofi oħra simili għall-in- diżgrazzji li setgħu jiltaqgħu jinbena l-Isptar il-ġdid - San Minħabba fiha ttieħdu fluwenza Spanjola. magħhom waqt il-gwerra. Luqa, f’Tal-Pietà. Minħabba numru ta’ miżuri biex jillimitaw it-tixrid tal-marda. Fost dawn daħlet fis-seħħ il-prevenzjoni ta’ ffullar żejjed f’postijiet ta’ divertiment; l-għeluq tal-iskejjel immexxijin mill-gvern; l-iżolament fid-djar ta’ każi ħfief, każi gravi u dawk mill-ħabsijiet. Il-vaKien hemm ukoll il-biża’ li b’riżultat tal-gwerra tinqala’ puri kienu lkoll ittrasferiti xi pandemija oħra. Dan kien ġara matul l-Ewwel Gwerra lejn l-unità tal-Mard Infettiv. Saru wkoll regolamenti fuq Dinjija u l-Influwenza Spanjola spiċċat biex ħalliet aktar il-ħtieġa tal-indafa, id-diżinvittmi mejtin mill-kunflitt innifsu fettar ta’ kull oġġett u l-evitar

f

X’sehem offrew l-awtoritajiet tas-saħħa?

ll e

tan-nies lejn is-swieq.

i

ca

Maria u Vanessa, jekk m’iniex sejjer żball kien minħabba l-pesta li ma baqax isir id-dfin fil-knejjes, hux hekk?

M

a a ri

M

l-lokazzjoni tiegħu, li jħares lejn il-port ta’ Marsamxett, l-isptar kien f’zona ewlenija ta’ bumbardament. Fil-fatt, San Luqa ntlaqat matul l-ewwel rejds fil-gżejjer, li seħħew fil-11 ta’ Ġunju, l-għada li Mussolini ddikjara gwerra lill-Gran Brittanja. Id-darba l-oħra semmejtilna li kienu prodotti lokalment xi vaċċini għal kontra l-pandemiji. Iżda daqshekk? Le, għax sar ukoll taħriġ speċjali lill-infermiera. Kif għedt sewwa int, il-vaċċini magħmula f’pajjiżna sa mill-1921, kienu offruti sabiex jippruvaw itaffu kontra pandemiji possibbli kkawżati mill-gwerra. Iżda bħal f’kollox, il-popolazzjoni lokali ma tantx ħarset lejhom b’mod sabiħ, tant li inqas minn 100 tifel u tifla ħadu t-tilqima. Imbagħad kien hawn vaċċini kontra l-ġidri, kontra tefojde u kontra d-difterite. Fl-1940, bdew ikunu organizzati lezzjonijiet għall-ommijiet. Fihom, l-ommijiet ta’ tfal żgħar kienu jingħataw dimostrazzjonijiet ta’ kif jużaw il-maskri għal kontra l-gass fuq it-trabi. It-testijiet kienu saru mid-Dipartiment tas-Saħħa sabiex ikun determinat liema minn


21 Ritratti: MUŻEW NAZZJONALI TAL-GWERRA

19.09.2021

Skizz ta’ nies f’xelter tliet maskri tat-trabi disponibbli kien l-iktar effettiv. Minn dak iż-żmien ’l hawn, sirna nafu li dawk il-maskri kienu magħmulin bl-asbestos u għalhekk ma kienu b’saħħithom xejn. Kienet barka li l-maskri qatt ma kienu ttestjati. Terġa’, intbagħtu infermieri għat-taħriġ fir-Renju Unit iżda dawn ma rnexxilhomx jiġu lura qabel ma faqqgħet il-gwerra. L-iskop kien li tittejjeb ir-rata ta’ mortalità fost it-trabi, li dak iż-żmien kienet l-ogħla waħda fl-Ewropa. X’biża’ aktar mill-mard kien hawn matul il-gwerra? Kif semmejna, kien hawn ilbiża’ mill-pesta, kaġunata millfirien. Ma ninsewx li madwar 100 sena qabel, niesna ntlaqtu minn dik il-pestilenza. Għalhekk, id-Dipartiment tas-Saħħa nieda stħarriġ fuq il-firien maqbudin u fuq nies li kien hemm biża’ li setgħu kienu milqutin mill-marda, iżda l-ebda każ ma rriżulta fil-pożittiv. Semmejna wkoll li stħarriġ ieħor sar fuq in-nemus, minħabba marda oħra kerha ta’ dak iż-żmien, li kienet il-malarja. Din, id-Dipartiment tasSaħħa ried jippreveniha akkost ta’ kollox. Bħala sptar ta’ ċertu daqs, apparti minn San Luqa, kien hawn xi ieħor? Fil-bidu tas-seklu 20 twaqqaf l-Isptar Connaught fl-Imdina, li kien għall-mard infettiv. Ħafna kienu jafux bħala l-Palazz Vilhena u li llum iservi bħala l-Mużew tal-Istorja Naturali. Kien użat komunement biex jikkura t-tuberkulożi. Hekk kif il-gwerra mxiet ’il quddiem u l-ikel beda jiskarsa ġmielu, il-popolazzjoni bdiet sejra lura f’saħħitha u għalhekk il-mard tat-tuberkolożi żdied. Fi żmien qasir, l-awtoritajiet tas-saħħa

kienu qed jiffaċċjaw kwist- Ma ninsewx li l-popolazzjoni jonijiet ta’ ffullar fl-Isptar Con- ċivili kienet qed tqatta’ ġranet naught. sħaħ hemm isfel matul l-1942 u r-riħa ta’ bnedmin li jum wara Illum insemmu ħafna l-ieħor ma jinħaslux, żgur li l-problemi tal-istress u kienet pjuttost orribbli. d-disturbi mentali. Kienu popolari dak iż-żmien? Matul il-gwerra, ir-rata tat-twelid battiet? Li nsibu mill-arkivju hu li kienu saru tħejjijiet għal kontrihom, Għal dan l-iskop, fix-xelters ta’ għax l-istress kien kontinwu bosta lokalitajiet kienu jitħafu fuq il-popolazzjoni kollha. fru dawk li jgħidulhom il-kaIżda nistgħu faċilment ngħi- bini tal-maternità, għalkemm du li bħala riżultat tal-gwerra, jirriżulta li sal-1943, ir-rata iż-żieda fil-pazjenti fl-isptar tat-twelid naqset. Is-sistema mentali Mount Carmel kienet dehret li ħadmet sew peress negliġibbli. li ma ġew irrappurtati l-ebda Din kienet ħaġa mixtieqa każi ta’ infezzjonijiet minkejja li wisq, peress li dan l-isptar in- x-xelters kienu mimlijin umdu tlaqat bosta drabi, probabbil- u fit-trab. ment minħabba l-prossimità Hawn insemmi li l-ilma beda tiegħu għall-mitjar ta’ Ta’ Qali. jkun ipprovdut fix-xelters u kienu installati sinkijiet. Dan Naturalment, fi gwerra u fisser li l-ħwejjeġ u l-persuni mhux, in-nies baqgħu jmutu. setgħu jinħaslu biex inaqqsu Min kien jieħu mir-riħa kaġunata min-nuqqas r-responsabbiltà għad-dfin ta’ iġjene li kien hemm fix-xetagħhom? lters. Minkejja dan kollu, id-diIr-responsabbiltà kienet taqa’ partiment tas-saħħa kien jibwkoll taħt id-Dipartiment tas- għat spettur biex jispezzjona Saħħa. Id-dfin kien uġigħ ta’ kull kenn jew xelter pubbliku, ras ieħor billi ċ-ċimiterju Santa li kienu jiġu diżinfettati minn Marija Addolorata kien f’żona żmien għal żmien f’tentattiv potenzjalment perikoluża u fil- biex jilqgħu għall-mard. fatt intlaqat mill-ibbumbardjar tal-għadu. Għalhekk saru Id-darba l-oħra arranġamenti biex jibdew isiru semmejtilna wkoll is-sehem difniet f’ċimiterju li ma kienx tas-sottomarini biex iwasslu għadu jintuża. l-mediċini u l-insulina. Jiġifieri d-dijabete minn dejjem kienet Fl-intervista l-oħra semmejna tgħolli rasha fost il-Maltin? x-xelters: il-ġid u l-problemi tagħhom. Sakemm damu Bla dubju, u għalhekk li għall-injitħaffru? sulina kien hawn talba kbira. Naturalment, f’dak iż-żmien, Kif faqqgħet il-gwerra, niesna din il-problema ta’ nuqqas ta’ ma kellhomx spazju biżżejjed insulina kienet uġigħ ta’ ras biex jinżlu jistkennu taħt l-art. għad-dipartiment tas-saħħa, Allura bosta familji bdew iħaf- iżda l-erojiżmu tal-baħrin fru x-xelters, għalihom u għal fis-sottomarini sebquha. min iqabbadhom. Dawn, tant Biex aktar jgħin lil dawk dehru li joffru sigurtà, li nsibu milqutin, fl-1942, id-dipartili sal-bidu tal-1942 kien hemm ment tas-saħħa ħareġ fuljetaktar minn 2,000 lesti u mħaf- ti għad-dijabetiċi, bl-iskop li frin u kien fadal x’jitħaffru. jedukaw lil dawk li jbatu fuq kif

Sala armata b’sodod ta’ sptar kien l-aħjar mod biex ilaħħqu mar-razzjonijiet limitati u l-oġġetti tal-ikel disponibbli. Fl-istess żminijiet, minħabba n-nuqqas ta’ ikel nutrittiv disponibbli għall-konsum, kellna fostna problema komuni kbira fost il-popolazzjoni Maltija. Din kienet l-iskabbja. Iżda naqraw li l-awtoritajiet baqgħu viġilanti ħafna kontra l-epidemiji. Jiġifieri nistgħu ngħidu li b’xi mod, niesna għaddew il-gwerra b’wiċċ il-ġid? Ma rridux niġru, għax insibu li fis-sajf tal-1942 intlaqtu l-pajpijiet tad-drenaġġ fl-inħawi ta’ Ta’ Qali. Dan wassal għat-tixrid tat-tefojde fl-irħula tal-madwar. L-awtoritajiet ittrattaw din il-kalamità billi b’mod mandatorju, għamlu l-inokulazzjoni bil-vaċċin kontra t-tefojde. Dan sar f’Marzu 1943 fil-partijiet tal-gżira li kienu l-iktar affettwati minn din il-kontaminazzjoni. Jidher li t-tilqima kienet organizzata tajjeb ħafna. Listi bil-postijiet fejn kellha tingħata u l-ħin, kienu ppubblikati filGazzetta tal-Gvern. Insibu li fil-ġurnali ta’ dak iżżmien kien hemm bosta ittri ta’ protesta kontra li t-tilqim ikun obbligatorju. Min bata l-aktar mid-diffikultajiet li nibtu fil-gwerra? Kif kien mistenni, kienu l-iktar membri foqra tas-soċjetà li sofrew, l-iktar mid-deprivazzjonijiet. Il-mortalità kienet l-ogħla fost l-aktar nies xjuħ u t-tfal ċkejknin. Matul l-agħar snin

tal-gwerra ir-rata tat-twelid naqset ferm. Wara Novembru tal-1942, l-orizzont iċċara. Waqfet il-gwerra u l-mortalità naqset mill-ġdid, għalkemm it-tuberkolożi għolliet rasha bejn April u Ġunju tal-istess sena. Imbagħad, f’Novembru 1942 faqqgħet il-paraliżi tat-trabi (poljo) u laħqet il-quċċata tagħha matul il-Milied tal-istess sena. Din il-marda ġiet ikkurata f’San Vincenz de Paul. L-iskejjel u l-postijiet tad-divertiment ingħalqu mill-ġdid bħala miżura ta’ mitigazzjoni. Dan kellu l-effett mixtieq, tant li l-iskejjel għalqu fl-1 ta’ Jannar, filwaqt li l-postijiet tad-divertiment għalqu fit-8 ta’ Jannar. Dawn infetħu mill-ġdid xahar biss wara. Għalhekk nistgħu ngħidu li kollox ġie għal postu mill-ġdid? Mhux preċiżament għax bejn April u Ġunju tal-1942 kien hawn żieda fit-tuberkolożi, waqt li fis-sajf tal-istess sena kien hawn it-tifojde. Kien fl-1943 li l-affarijiet bdew iduru għall-aħjar u dan hu rifless ukoll fl-istatistika tad-Dipartiment tas-Saħħa. Filfatt, ir-rata tat-twelid reġgħet bdiet tiżdied mill-1943. Bħala rikonoxximent għal ħidmet il-Maltin matul il-gwerra, il-poplu Brittaniku organizza bosta attivitajiet bl-iskop li jikkontribwixxi favur is-sistemi tas-saħħa f’pajjiżna. Anki s-Salib l-Aħmar u l-Ordni San Ġwann irregalaw magni tal-X-ray b’risq il-poplu ta’ art twelidna.


22

19.09.2021

CARMEN VELLA GAUCI

IKKONSLAT FIL-KITBA TAL-POEŻIJI U F’PUBBLIKAZZJONI TA’ KTIEB Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li taħdem fuq il-post tax-xogħol m’oħti li matul dawn l-aħħar xhur ikkonslat fil-kitba tal-poeżiji u f’pubblikazzjoni ta’ ktieb, eżattament wara l-mewt ta’ binha. Qed nirreferi għal Carmen Vella Gauci. Nafu li l-mewt iġġib magħha diqa u niket kbar, speċjalment jekk il-mewt taħsad lil xi ħadd żgħir fl-età u aktar u aktar meta ma tkunx mistennija. Hekk ġara fuq Carmen u l-familja tagħha, iżda dan li ġej ser jagħti tama ġdida lil dawk il-persuni li qed iġarrbu xi niket, ġej minn fejn ġej, irrelevanti jekk hux marbut ma’ mewt jew minħabba xi tip ta’ nuqqas ieħor. Carmen għandha 50 sena, toqgħod ir-Rabat, Malta. Bħala passatempi tħobb tpinġi u dan l-aħħar tikteb il-poeżiji, iżda tħobb ukoll in-natura, mixjiet twal, tara dokumentarji u films ibbażati fuq realtà, kif ukoll xi serata mal-familja u ħbieb ta’ vera, u anke safar. Tħobb dak kollu li huwa kreattiv, kemm drama, arti, poeżiji, needle craft u dak kollu magħmul bl-idejn. Jekk titfa moħħha fuq xi ħaġa, ma tkunx kuntenta qabel tlestiha. Il-ktieb li għadha kif ippubblikat huwa xempju ta’ dan kollu. Sajjetta fil-bnazzi, qatt mistennija Sfortunatament, ftit xhur ilu, bin Carmen li għandu 14-il sena ħalla din id-dinja darba għal dejjem. Żgur li kienet sajjetta fil-bnazzi, qatt ma kienet mistennija. Bla dubju ta’ xejn din hija

trawma li l-ebda ġenitur ma jrid joħlom. Kollox ma’ kollox, waqt dawn il-mumenti ta’ swiet il-qalb, Carmen bdiet tikteb poeżiji ta’ kuljum u taqsamhom fuq Facebook li bdew jinżlu tajjeb ma’ min beda jsegwihom. Mistoqsija x’tip ta’ poeżiji bdiet tikteb, u x’tip ta’ konsolazzjoni sabet fihom dawn l-istess poeżiji, Carmen weġbitni: “Il-poeżiji ġew parti minni, qed itaffuli n-niket ta’ wara l-mewt t’ibni b’mod pożittiv. L-ewwel bdejt nikteb poeżiji umoristiċi, peress li kont nimmaġina lil ibni jagħmel xi ħmerija fil-ġenna, iżda biż-żmien malajr ħadu xeħta oħra ta’ rabja, reliġjon, aċċettazzjoni u tama. Sabiex nikteb dawn il-poeżiji, qed nuża l-istess pinna li kien juża ibni u anke l-pitazzi tiegħu. Ħaġa tal-iskantament, ilkliem u r-rima tal-poeżiji qed joħorġu awtomatikament. Li nista’ ngħid hu li qatt ma kont ktibt xi poeżija qabel,” stqarret miegħi Carmen. Ta’ min jgħid li Carmen għandha element artistiku ġewwa fiha. Staqsejtha kif qed tesperjenza din it-trawma ta’ binha, u jekk kellhiex xi mumenti fejn forsi kellha xi tip ta’ rabja lejn Alla. “Dak li bl-Ingliż jissejjaħ ‘grief’ jieħu diversi forom, u fil-fatt hemm seba’ forom differenti u li tiddubita minn Alla hija waħda minn dawn il-forom. Hija forma ta’ vjaġġ personali fejn kull persuna tesperjenza b’modi diversi. Grief mhux bilfors jiġi wara xi mewta, iżda wkoll wara nuqqas ta’ lealtà mill-partner, solitudni u ċirkostanzi oħra tal-ħajja li jġibuna daharna mal-ħajt. Fil-fatt, dan il-ktieb qed jindirizza lil kull individwu, irrel-

evanti x’qed iħoss. Ser ikun wara l-mewt ta’ ibni ma stajtx raġġ ta’ tama għal dawk li ser niffoka aktar fuq it-tpinġija. jaqrawh.” Iżda ħaġa tal-għaġeb, bdew minflok jiġuni diversi kelmiQatt ma kienet kitbet et f’ħalqi li meta għaqqadthpoeżija waħda qabel it-telfa om flimkien bdew jiffurmaw ta’ binha poeżiji,” stqarret miegħi. Dawn l-istess poeżiji ma Kif għedt qabel fl-istess in- waqfux hawn, għaliex Cartervista, Carmen qatt ma men ippubblikat ktieb bihom kienet kitbet poeżija waħda stess. Il-ktieb jismu Versqabel it-telfa ta’ binha. “Kont es to my son – A book of sowisq impenjata npinġi, iżda lace. Ħallejt f’idejha sabiex

telabora aktar. “Għall-ewwel bdejt nitkellem dwaru fuq Facebook, iżda issa jinsab f’xi ħwienet ukoll. Dawk interessati jistgħu jidħlu dirett fuq https://www.facebook. com/versestomyson/. Il-ktieb huwa maqsum f’kapitli u ser jolqot lil kulħadd. Hemm taħlita u varjetà ta’ diversi poeżiji, min umoristiċi, rabja, u disprament fost oħrajn. Nittama biss li dan il-ktieb ikollu tama


08.11.2020 19.09.2021

23

SKEDA ONE 12:30 12:40 12:45 13:00 14:00 15:00 15:20 15:30 15:35 16:00 18:00

ONE News Teftif Telebejgħ Redlands Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Primetime Preview ONE News Moda - l-istorja Programm Speċjali PL Mass Rally PL

19:20 ONE Sports TNEJN & Temp 20-09 19:30 ONE News 20:10 Dokumentarju C&M 20:30 Dak kien żmien?! 21:00 Cash Ride 22:29 Division 7 23:30 ONE News 23:50 Division 7

06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Diskors PL Robert Abela 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-Kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Għajn 11:20 Tentufiet

11:50 12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 16:10

Durella Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Stejjer għal kulħadd Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Tul il-Kosta Maltija Telebejgħ

16:45 Teżori 17:00 Maratona Ġbir ta’ Fondi 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Maratona Ġbir ta’ Fondi 23:30 ONE News 23:45 Division 7

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:36 12:14

12:30 ONE News 12:35 Teftif 12:45 Teżori 13:00 Stejjer għal kulħadd 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:30 ONE News 15:35 Dokumentarju mill-Arkivji 17:35 Telebejgħ 18:07 Ħabrikt

18:30 19:13 19:20 19:30 20:10 20:20 21:00 22:23 23:30 23:45

Pjazza ERBGĦA Tentufiet 22-09 ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Melodija Taljana Tonight Division 7 ONE News Division 7

06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:31 Pjazza 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt

12:14 Ulied Maltin 12:30 ONE News 12:35 Teftif 12:48 Teżori 13:00 Stejjer għal kulħadd 14:00 Telebejgħ 15:00 Ieqaf 20 Minuta 15:30 ONE News 15:35 Dokumentarju mill-Arkivji 17:30 Telebejgħ

18:00 18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:40 22:30 23:30 23:45 00:06

Moda - L-Istorja Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Dokumentarju C&M Pirotekniċi Division 7 ONE News Division 7 - ikompli Hazzzard Update

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:00 10:00 10:30 11:30 12:10

ONE News Niftakru ONE News Durella Il-Quddiesa tal-Jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin

12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00 18:30

ONE News Teftif Durella Stejjer għal kulħadd Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Il-Kostruzzjoni Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:15 20:30 21:00 22:00 22:30 23:30

Tentufiet ĠIMGĦA ONE Sports 24-09 & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Country Jamboree Mad-Daqqa t’Għajn Tentufiet Division 7 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:50 Teżori 08:00 Il-Quddiesa tal-Jum 08:32 Teftif 08:32 Better Living 09:30 Ħabrikt

10:10 10:26 10:35 11:35 12:30 12:40 12:50 13:36 14:00 15:00

Telebejgħ Pajjiżi Flimkien ma’ Nancy Mad-Daqqa t’Ghajn ONE News Teftif Klassi Ghalina Taste & Travel Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta

15:30 15:35 17:45 18:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 23:30

ONE News Pirotekniċi Melodija Taljana Skeda 2022 ONE Sport & Temp ONE News Music legends Ħabrikt Hazzzard ONE News

06:15 ONE News 06:45 Dak kien Żmien 07:15 ONE News 07:30 Duurella 07:40 Ħabrikt 08:00 Il-Quddiesa tal-Jum 08:40 Paper Scan 10:00 Attività Politika

11:00 12:00 12:30 12:35 15:30 15:35 19:20 19:30

Telebejgħ ALS Marathon ONE News ALS Marathon ONE News ALS Marathon One Sport & Temp ONE News

20:06 Niftakru 20:33 Attività Politika 20:45 Skeda 2022 21:45 ALS Marathon 23:40 ONE News

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:35 11:38 12:13

ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Country Jamboree Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin

TLIETA 21-09

ONE News Country Jamboree ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pink Panther Telebejgħ Dak kien żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda l-Istorja Ulied Maltin

ĦAMIS 23-09

Kont wisq impenjata npinġi, iżda wara l-mewt ta’ ibni ma stajtx niffoka aktar fuq it-tpinġija. Iżda ħaġa tal-għaġeb, bdew minflok jiġuni diversi kelmiet f’ħalqi li meta għaqqadthom flimkien bdew jiffurmaw poeżiji u sapport lejn ħaddieħor. Nixtieq li ibni jibqa’ jgħix permezz ta’ dan il-ktieb. Tant kien jirrispetta lil ħaddieħor, li ninsab ċerta li ser ikun onorat b’dan il-ktieb stess.” Lejn l-aħħar ta’ din l-intervista, stedint lil Carmen sabiex tħalli messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Qatt taqtgħu qalbkom mit-tama u l-fidi tal-ħajja. Itolbu l-għajnuna meħtieġa. Qatt ma tista’ ġġorr piż waħdek, ideal-

ment taqsmu ma’ xi ħadd ieħor. Agħmlu l-kuraġġ, ser ikun hemm jiem mhux tant sbieħ, iżda ser ikun hemm oħrajn aħjar. Ħobbu lilkom infuskom, u dejjem agħtu ħin u żmien li tibnu lilkom infuskom mill-ġdid. Gawdu l-iktar affarijiet sempliċi tal-ħajja. Aktar minn hekk, tiddejqux tirrikorru għal għajnuna professjonali jekk ikun hemm bżonn,” temmet tgħid Carmen.

SIBT 25-09

ĦADD 26-09


24

19.09.2021

reċensjoni tal-ktieb

PERFETTAMENT IMPERFETTA Kultant toħroġ vuċi ġdida, friska fil-letteratura Maltija. Xi ħadd li jirrakkonta storja b’saħħitha – apparentement sempliċi imma fil-verità kumplessa għax tikxef ħafna veritajiet – li tqanqal l-emozzjonijiet. U hekk ġara bir-rumanz Perfettament Imperfetta ta’ Kirsten Spiteri. Spiteri awtur żagħżugħ, li diġà ppubblika diversi kotba oħra imma li hawnhekk għażel li jibdel il-ġeneru totalment u jiffoka fuq l-emozzjonijiet u r-relazzjoni “trijangolari” bejn żewġ irġiel u l-istess tfajla li t-tnejn għandhom ossessjoni fuqha. Wade żagħżugħ li qed jipprova jgħix ħajtu u jibda jiskopri d-dinja. Iddinja tal-ewwel dates, tad-drammi familjari u tal-ħbieb ġodda, bil-fawra t’entużjażmu li jafu jġibu magħhom. Id-dinja tal-mużika, tas-sess u taddrogi. Mitluf jiskopri din id-dinja l-ġdida, jiltaqa’ mal-ġara – oħt sieħbu – Charlotte, tfajla tal-età tiegħu li ġġennu f’kull sens tal-kelma. Min-naħa l-oħra hemm Manuel, anzjan li qed jipprova jaħrab mixxjuħija u li jispiċċa f’territorju mhux magħruf — attrazzjoni fiżika qawwija lejn studenta eżuberanti li ġġibu f’xifer il-legalità. Iva, l-istess studenta, Charlotte, li qed joħlom dwarha Wade. Charlotte, min-naħa tagħha, mhix it-tfajla-vittma tal-attenzjonijiet taż-żewġ irġiel, imma hija tfajla li qed tikkontrolla d-destin tagħha b’mod ċar: taf xi trid, u ma tiddejjaqx tieħu dak li trid u tgawdi dak li l-ħajja żagħżugħa lesta toffrilha. Intant, waqt li għaddej dan kollu, Malta bħall-bqija tad-dinja riesqa bla nifs lejn Marzu 2020 fejn virus ġdid, qerriedi, f’salt isikket pjaneta u kollox jinbidel għal dejjem. Perfettament Imperfetta huwa rumanz għall-adulti, kemm minħabba t-temi li jittratta u l-maturità meħtieġa biex il-qarrej japprezza l-kunflitti u l-emozzjonijiet tat-tliet protagonisti, kif ukoll minħabba numru ta’ xeni sesswalment espliċiti. Għax l-awtur, Spiteri, ma jaħrabx milli jiddeskrivi t-tqanqil fiżiku taż-żewġ irġiel u tat-tfajla. Spiteri jirnexxilu jwassal id-dinamika tar-relazzjonijiet tagħhom mingħajr ħafna tidwir tal-lewża, b’mod dirett, iżda qatt ma jkun espliċitu sempliċement biex jixxokkja. Is-sess u l-intensità tal-emozzjonijiet tal-karattri dejjem qegħdin hemm biex joħorġu iktar dan it-trijangolu ta’ passjoni. Perfettament Imperfetta huwa l-ewwel rumanz ta’ Spiteri mal-Merlin Publishers, u fl-ewwel ftit ġimgħat mill-pubblikazzjoni dar-rumanz sab ruħu fil-klassifiċi tal-aktar kotba bil-Malti mibjugħa fil-ħwienet talkotba. L-intensità tal-passjoni kif irrakkuntata fir-rumanz, serqet il-qlub ta’ ħafna u ħafna qarrejja. Perfettament Imperfetta jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com b’pustaġġ lokali b’xejn.

Mistoqsija: Min qed joħlom b’Wade? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb PERFETTAMENT IMPERFETTA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ĠUŻI hija:

V. FALZON - BIRŻEBBUĠA

02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Il-Ministru Caruana kemm iddikjara li ser tkun l-ispiża tal-pandemija sal-aħħar ta’ din is-sena?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

19.09.2021

L-‘ALPHABET MURDERS’ Il-każi jinvolvu tliet vittmi li kellhom isimhom u kunjomhom jibda bl-istess ittra alfabetika IR-RABA’ PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

GULLIERMINA COLÓN B’RITRATT TA’ BINTHA CARMEN

Suspettat ieħor, li deher artiklu dwaru f’dawn il-ħarġiet, kien Kenneth Bianchi. Bianchi kien qattiel tal-massa li fiż-żmien li seħħew il-ħtif u l-qtil tal-bniet kien jaħdem f’Rochester ibigħ il-ġelati. Huwa magħruf li Bianchi kien jaħdem f’żewġ postijiet li kienu qrib ix-xeni tad-delitti. Bianchi kellu wkoll karozza tal-istess għamla u kulur li x-xhieda bdew jgħidu li raw waqt ħtif minnhom. Minkejja dan, Bianchi ċaħad li kellu x’jaqsam mal-Alphabet Murders u kemm-il darba kellem lill-pulizija biex ma jibqax imniżżel bħala suspettat. Bianchi spiċċa biex ma ġiex mixli bil-qtil tat-tlett ibniet minħabba nuqqas ta’ evidenza. F’Jannar tal-1976, Bianchi telaq lejn Los Angeles u bejn l-1977 u l-1978, qatel 10 tfajliet flimkien

ma’ kuġinuh, Angelo Buono Jr. Il-vittmi tagħhom kellhom bejn 12-il sena u 28 sena. Bianchi u Buono Jr kienu magħrufa bħala l-‘Hillside Stranglers’. L-aħħar suspettat kien Joseph Naso. F’April tal-2011, Naso, li kellu 77 sena, ġie arrestat f’Reno f’Nevada għallqtil ta’ erba’ nisa. Naso qatilhom f’Kalifornja bejn l-1977 u l-1994 u kumbinazzjoni kellhom l-ewwel ittra alfabetika ta’ isimhom u ta’ kunjomhom l-istess. Apparti minn hekk, fil-bidu tas-sebgħinijiet, Naso għamel xi żmien joqgħod f’Rochester, li kien il-villaġġ fejn hu twieled u trabba. Naso kien jivvjaġġa ħafna minn New York għal Kalifornja waqt li kien għadu jgħix f’Rochester. Għall-bidu, il-pulizija ħasbu li Naso kien li wettaq l-‘Alpha-

IX-XENA TAD-DELITT TA’ CARMEN COLÓN

bet Murders’ iżda mit-testijiet tal-ġenetika li saru, sar magħruf li l-ġenetika ta’ Naso ma kinitx taqbel ma’ dik li nstabet fuq il-katavru ta’ Wanda Walkowicz. Fit-18 ta’ Ġunju tal2013, Naso nstab ħati bil-qtil ta’ erba’ nisa f’Kalifornja li kumbinazzjoni kellhom isimhom u kunjomhom jibda bl-istess ittra. Dan wassal biex il-każi bdew jissejħu bħala l-‘California Alphabet Murders’ fuq il-midja minħabba li għall-bidu kien maħsub li Naso kien il-qattiel ta’ Rochester. Dawn l-erba’ nisa ma kinux l-uniċi vittmi ta’ Naso. Skont djarju tiegħu li sabu l-pulizija, Naso għamel lista ta’ 10 nisa mingħajr isem b’dettalji ta’ fejn jinsabu. Mill-investigazzjoni sar magħruf li erba’ nisa fuq id-djarju kienu referenzi għall-vittmi li nstab ħati għall-qtil tagħhom. Is-sitt nisa l-oħrajn baqa’ mhux

JOSEPH NASO WAQT IL-ĠURI U L-LISTA TAN-NISA LI NSTABET FID-DJARJU TIEGĦU

magħruf min kienu. Fit-22 ta’ Novembru tal-2013, Naso nstab ħati wkoll għall-qtil ta’ żewġ nisa oħrajn u weħel il-piena tal-mewt. Naso għadu sal-lum il-ġurnata jistenna li jingħata l-piena kapitali fl-età ta’ 87 sena.

jagħmel kuraġġ u jitkellem mal-pulizija. Bis-saħħa ta’

Titkellem omm Carmen Colón Fl-1995, omm Carmen Colón għamlet stqarrija pubblika għall-ewwel darba dwar ilqtil ta’ bintha. Guillermina Colón ġiet intervistata mill-ġurnalist tal-ġurnal Democrat and Chronicle, Jack Jones. Guillermina qalet li minkejja li għexet ħajja fil-faqar, l-unika ħaġa li tixtieq qabel ma tmut ma kinitx li tgħix ħajja komda iżda li tkun taf min kien il-qattiel ta’ bintha. Saħqet li jekk tkun taf min kien, hi tkun tista’ tmut b’moħħha mistrieħ li l-qattiel ikun ħa dak li ħaqqu. Guillermina Colón qalet li jekk dan il-bniedem għandu kuxjenza, suppost għandu jara t-tbatija u l-uġigħ ta’ qalb li għadhom għaddejjin minnhom il-familji tal-vittmi wara dawn is-snin kollha. L-intervista ma’ Guillermina Colón wasslet lill-ġurnal biex jippubblika diversi artikli fuq l-investigazzjoni tal-‘Alphabet Murders’ u beda jħeġġeġ biex min jaf xi ħaġa dwar il-każi,

ANGELO BUONO dawn l-artikli, il-pulizija tar-Rochester Police Department irċevew mal-20 telefonata b’informazzjoni ġdida. Minkejja li l-pulizija analizzaw u investigaw l-informazzjoni li ngħatatilhom, ħadd ma ġie arrestat u mixli bil-qtil ta’ Carmen Colón, Wanda Walkowicz u Michelle Maenza. L-Alphabet Murders għadhom qegħdin jiġu investigati sal-ġurnata tal-lum u uffiċjal tal-pulizija tar-Rochester Police Department stqarr li se jibqgħu għaddejjin bix-xogħol biex forsi l-qattiel jew qattiela jinqabdu. TMIEM


26

19.09.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

19.09.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 399

S. CIAPPARA - NAXXAR

Bi 3 NUMRI 000 042 133 357 362 405 433 444 454 476 563 596 597

602 614 615 636 644 646 740 746 750 781 794 854 904 914

930 943 994 B’4 NUMRI 0298 0381 0682 0706 1107 1660 2118 2352 2722

2966 3312 3559 3935 4335 4408 4589 4679 4738 5357 5597 5649 5673 6255

6379 6392 6532 7436 7550 7594 7797 8068 8140 8168 8187 8807 9124 9470

9625 9731 9941 B’5 NUMRI 15560 35377

273650 357273 588535 638614 639756 886172 896084

B’6 NUMRI Bi 8 NUMRI 094066 67019417 146406 84895046 206637 237665 266583

MIMDUDIN: 10. 1. Kompli l-qawl: 12. F’Ottubru l-għeneb ġewwa t-........ (5) 16,18. 4. Minnu nieklu (4) 7,11. Għelieqi (4) 18. 9. Tiegħem (3) 19.

Dedikazzjoni? (6) 20. Jgħidu li aħna 21. ġejjin minnhom (6) Titqaddes 23. il-Quddiesa fuqu (5) 24. Filgħodu (1,1) Invista (3)

Ta’ ġewwa (5) Kif isejħu lil Sally (3) Ara 12 wieqfa Tiġi mir-reġina? (5)

WEQFIN: 6. 1. Tista’ tidlika fuq 8. il-ħobż biż-żejt (6) 11. 2,6. Naġar? (6) 12,23. 3. Indika (3) 13. 5. ........ Marija (3)

Ara 2 Partitarju? (9) Ara 7 Pjanti (6) Ma baqax iħares fl-istess

direzzjoni (3) Iħott (6) Feriti (6) Leanne imqassra (3) Kwiekeb (6) Ara 21 wieqfa

14. 15. 17. 21,22. 22.

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ilbes, 4.Mard, 7.AB, 9.IAS, 10.Ragusa, 12.Maduma, 16,22.Armati, 18.AM, 19,17.Terrur, 20.Irbit, 21.Fra, 23.Ltim, 24.Agius

WEQFIN: 1.Ixirka, 2,3.Bassar, 5,11.Akuta, 6,12W. Dramm, 8.Barumbara, 13.Dar, 14.Atturi, 15.Krafes, 21.Ful


28

19.09.2020

MILL-KLIEM GĦALL-FATTI … Editorjal

Iċ-ċoff ma’ din il-ħidma sfi­qa tal-Gvern Laburista se jkun il-Pjan ta’ Rkupru u Reżiljenza ta’ €316-il miljun li 54% huma ddedikati għall-ambjent. Skont il-President talKummissjoni Ewropea, dan hu l-aħjar pjan ambjentali fl-UE kollha

L-għerf li ħallewlna missirijietna m’għan­dux valur għall-Partit Nazzjonalista. Flok jagħraf l-iskop għal xiex dan għadu magħna sal-lum u jara kif jagħmel l-aħjar użu minnu, anke bħala gwida politika jew soċjali, aktar jaġixxi u jġib ruħu bil-maqlub. Mhix kumbinazzjoni u lanqas hija l-ewwel darba (jew tal-aħ­ħar) li qed jipprova jqarraq bin-nies, kif qed niżvelaw proprju f’din il-ħarġa tal-lum. Il-fatt li l-kredibbiltà u l-fiduċja tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista jinsabu fl-agħar sitwazzjoni, li qatt kienu fiha, hu ġġustifikat b’ħafna affarijiet. Ewlenin hemm l-at­teġġja­ ment populista tat-tmex­­xija Nazzjonalista, li jinbi­del skont ir-riħ, sensiela infi­nita ta’ każi fejn dak li tipprietka ma jaqbel xejn mal-mod kif taġixxi, u ipok­risija grassa li mhux biss tikklassifika dak li jagħmel il-Partit Laburista bħala “ħażin”, iżda meta l-istess affarijiet isiru mill-PN allura huma “tajbin”. Inbidel il-Kap tliet darbiet f’erba’ snin, iżda baqgħu tale quale. Jekk nieħdu l-ambjent waħ-

du, l-aħħar jiem kienu eżempju klassiku li kulħadd seta’ jifhem faċilment kif lill-PN ma tistax tafdah anke fuq kwistjoni li suppost naqblu lkoll dwarha. Bernard Grech, bħal ta’ qab­ lu, ta’ qabel ta’ qablu u ta’ qabel dak ukoll, kapaċi jispara ruxmata wegħdi mhux ikkalkula­ti, iżda bħall-predeċessuri tiegħu wkoll kliemu ma jiswiex aktar mid-duħħan. Il-ġimgħa l-oħra ħasad lil kulħadd meta ma wera l-ebda rimors għad-deċiżjoni skandaluża ta’ Gvern Nazzjona­ lista fl-2006 li jwessa’ ż-żona ta’ żvilupp, b’art l-ekwivalenti daqs is-Siġġiewi kollha kemm hi. Anzi ġġustifika tali għażla politika, li wkoll kienet imgeżwra f’akkużi ta’ korruzzjoni ta’ proporzjonijiet kbar, fl-istess nifs li attakka l-attività li ssir illum fl-industrija tal-kostruzzjoni b’riżultat tal-istess deċiżjoni. Wara dan, issa qed jippretendi li neħduh fuq il-kelma li hu xi kavallier favur l-ambjent wara li fajjar mira differenti minn dik li l-Gvern Malti wasal fi qbil dwarha mal-Kummiss­ joni Ewropea biex jitnaqqas it-

tniġġis nazzjonali sal-2030. Agħar huwa l-fatt li l-esper­ ti qed jgħidulu li tali mira ma jista’ qatt jilħaqha jekk mhux billi jgħabbi lill-poplu b’piżijiet esaġerati, kif deskritti fuq l-ewwel faċċata tagħna. Bil-maqlub, dak li għandu għal qalbu l-ambjent tassew hu l-Partit Laburista fil-Gvern li uża l-aħħar snin biex, bil-fatti, jieħu l-akbar u l-aktar deċiżjonijiet kruċjali f’dan is-sens. Irridu bilfors insemmu li mill-2013 lil hawn inqata’ l-użu tal-agħar fuel fil-produzzjo­ ni tal-elettriku u, fl-aħħar, ingħalqet il-power station talMar­sa. L-art tagħha ukoll se tkun qed tintradd lura lill-poplu fost żoni oħrajn mitluqa jew inaċċessibbli li se jibdew iservu għal skop ta’ rikreazzjoni. Ma’ dan, tħawlu u għadhom jitħawlu numri rekord ta’ siġar u pjanti fil-pajjiż, inkluż fejn kien meħtieġ li tittejjeb l-infras­ truttura tat-toroq biex jitnaq­ qas it-traffiku u allura inqas dħaħen fl-ajru. Issa ċ-ċoff ma’ din il-ħidma sfi­qa kollha se jkunu l-54% mill-

Pjan ta’ Rkup­ru u Reżiljenza ta’ €316-il miljun li l-Gvern Malti qed jiddedika kompleta­ment għall-ambjent. F’dan ir-rigward, dan ġie mfaħħar ukoll mill-President tal-Kummissjo­ni Ewropea Ursula von der Leyen waqt iż-żjara tagħha fostna nhar il-Ħamis li għadda fejn ittimbratu bħala l-aħjar pjan ambjentali fl-Unjo­ ni Ewropea kollha. M’għandniex għax ngħidu, dan kollu jikkontradixxi u jirredikola lill-PN kull meta vvinta u esa­ġera s-sitwazzjoni f’pajjiżna bl-iskop uniku li jħammeġ u jrażżan il-ħidma tal-Gvern Laburista. Bħal f’kull suġġett ieħor taħt il-kappa tax-xemx, il-kruċjati kollha li jwelldu hu u l-affiljati tiegħu finalment jikxfuhom qishom id-Don Quixotes li kontinwament jeħduha mal-imtieħen tar-riħ. Fuq l-ambjent – iżda mhux biss – il-maġġoranza tal-poplu f’pajjiżna se tibqa’ wkoll tkejjel u tagħżel tajjeb lil min ħaqqu li jamministrah bl-aħjar mod fil-limitazzjonijiet eżistenti ta’ artna u madwarha.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.