KullĦadd_19.12.2021

Page 1

Awguri għal

Milied hieni Ħarġa Nru 1,484

Prezz €1

lill-qarrejja tagħna Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Il-Ħadd, 19 ta’ Diċembru, 2021

IL-PM IĦEĠĠEĠ U JMEXXI BL-EŻEMPJU Il-Prim Ministru Robert Abela mhux biss kompla jagħmel l-appelli biex il-poplu Malti jieħu l-booster, iżda enfasizza li meta fil-jiem li ġejjin ikun eliġibbli, flimklien ma’ martu u bintu, se jkun qed jieħu l-booster u l-vaċċin. Fi Pjazza Kastilja, fejn l-ogħla awtoritajiet tal-pajjiż taw l-awguri tagħhom lill-poplu Malti, il-Prim Ministru fakkar kif is-sena li għaddiet dawn il-messaġġi saru b’mod virtwali u għalhekk dan hu xhieda ta’ kemm tjiebet is-sitwazzjoni din is-sena. Fakkar kif, minkejja li n-numri tal-COVID-19 reġgħu żdiedu, in-numri fl-Isptar baqgħu taħt kontroll. Tkompli f’paġna 11

PROSPETTI ISBAĦ BI STAT ĠENERUŻ FIL-PANDEMIJA IL-PROTEZZJONI TAL-GVERN GĦAS-SAĦĦA U L-GĦAJXIEN TAL-POPLU FL-AĦĦAR XHUR QED TAWGURA GĦAL WIEĦED MILL-AĦJAR IRKUPRI EKONOMIĊI POSSIBBLI LI SE JKUN HEMM FL-UNJONI EWROPEA Il-konvinzjoni kbira tal-Gvern Malti li jipproteġi s-saħ­ ħa u l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi sa mill-bidu tal-pandemija tal-COVID-19, anke jekk dan fisser l-akbar nefqa finanzjarja, qed tirritorna b’saħħa f’wieħed mill-aħjar irkupri ekonomiċi attwali, kif qed ikompli jiġi rifless f’analiżi mill-esperti lokali u barranin. L-injezzjoni qawwija fis-sistema tas-saħħa, stmata aktar mid-doppju minn dik tal-bqija tal-pajjiżi fiż-Żona Ewro, u benefiċċji ġenerużi permezz tal-Wage Supplement li ċekknu appoġġ li ngħata anke mill-akbar ekonomiji, bħal dik Ġermaniża, fost oħrajn, salvaw eluf ta’ impjiegi u negozji, iżda partikolarment salvaw il-maġġoranza tal-ħajja li konna mdorrijin biha, ipproteġew il-ġid tal-familji u rażżnu l-konsegwenzi gravi li qed jagħmlu ħerba f’pajjiżi oħrajn.

L-aħħar analiżi f’dan ir-rigward mill-esperti ekonomiċi tal-Bank Ċentrali ta’ Malta fl-aħħar jiem ikkonfermat l-għaqal fit-tmexxija tal-finanzi pubbliċi matul is-sentejn ta’ din l-agħar kriżi li laqtet id-dinja f’għexieren ta’ snin, waqt li dawn baqgħu konformi mal-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Bank Ċentrali Malti din il-ġimgħa wkoll segwa fil-passi preċedenti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) u l-istess Kummissjoni Ewropea meta rreveda ’l fuq il-prospetti ta’ tkabbir ekonomiku f’pajjiżna għas-snin li ġejjin. Din ir-reviżjoni mill-esperti tal-Bank Ċentrali hi l-aktar waħda kbira li saret, tant li t-tkabbir għal din is-sena ġie rivedut bi kważi 1% iżjed, b’0.75% s-sena li ġejja u b’0.5% fl-2023, ilkoll b’riżultat ta’ investimenti

u konsum privat aħjar, waqt li t-turiżmu qed jirkupra b’rata aqwa minn dik mistennija. Fit-tbassir emendat tiegħu, il-Bank Ċentrali tenna li, minħabba żviluppi pożittivi fl-aħħar xhur, ħass li kellu jtejjeb it-tbassir tiegħu għal Malta u issa qed jara li t-tkabbir ekonomiku din is-sena mistenni jilħaq is-6%, jitla’ għal 6.5% fl-2022 u jaqbeż il-5% anke fl-2023. Għal din is-sena, li wasalna biex nispiċċaw, il-Bank Ċentrali jindika li l-investiment se jikber b’iżjed minn 11%, segwit bi tkabbir ta’ 5% s-sena d-dieħla u 6% fl2023. Dan hu parzjalment dovut għal spiża pubblika, imma fil-maġġoranza se jirrifletti investiment privat. Tkompli f’paġna 3


02

19.12.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 13°C L-Inqas Temperatura: 8°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq il-Baħar tat-Tramuntana sa fuq il-Libja. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi mill-Grieg it-Tramuntana li jdur ħafif għal moderat mill-Majjistral it-Tramuntana Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx għal moderat mill-Grigal It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

KUNTATT ĠENERALI

15°C UV 3

10°C

Il-Ħamis

16°C UV 2

10°C

Il-Ġimgħa

16°C UV 3

11°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

17°C

UV 2

12°C

17°C UV 1

12°C

17°C UV 3

13°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IS-SIBT 25 TA’ DIĊEMBRU

Chemimart Republic Street Pharmacy, 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq FleurDe-Lys, Santa Venera – 21482558 D’Argens Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta, – 21417593 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq ilLampuka, Marsaskala – 27023322 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21566170 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra, Għawdex – 21561486

Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21225785 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Reeds Pharmacy 191, Triq il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 27130068 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera Il-Birgu – 27600126 Bellavista Pharmacy, 88, Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit. Is-Siġġiewi – 21462957 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21551841 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra, Għawdex – 21561486


03

19.12.2021

IL-POLITIKA TAL-GVERN L-AQWA TARKA FIL-COVID Tkompli minn paġna 1 Element importanti wara dan l-irkupru hu l-antiċipazzjoni li l-familji Maltin se jżidu sew il-konsum tagħhom, iżda gradwalment, wara li fl-aħħar xhur faddlu ammonti rekord. Minbarra hekk kumpaniji, li jesportaw, qed jibdew jaraw titjib fid-domanda barranija u għalhekk qed iħossu l-bżonn li jinvestu aktar. Fattur ewlieni wara l-ixprun tad-domanda lokali hu ovvjament il-qagħda eċċellenti tal-qasam tax-xogħol. Malta fil-fatt hi wieħed mill-ftit pajjiżi fl-Ewropa fejn l-impjiegi żdiedu flok naqsu fl2020, xi ħaġa li wkoll mistennija tissokta fis-snin li ġejjin. Hu mbassar li s-sena d-dieħla r-rata tal-qgħad se tirreġistra rekord ġdid u tinżel għal 3.3%. Fl-istess ħin, il-pagi mistennija b’mod konsistenti jogħlew b’rati akbar minn dawk tal-inflazzjoni, li sal-lum il-ġurnata hi l-iżgħar waħda fl-Unjoni Ewropea (rapport f’paġna 5). Kif jixhed l-istess Bank Ċentrali f’analiżi dettaljata tal-andament finanzjarju nazzjonali, jiġi konkluż li l-politika

mħaddna mill-Gvern fis-sentejn li għad- nanzi pubbliċi, tant li bħala medja ma­ dew ippro­teġiet eluf ta’ impjiegi u familji tul il-perjodu 2012-2019, il-proporzjon vulnerabbli, waqt li ffaċilitat il-likwidità tal-bilanċ fiskali tjieb b’0.4% tal-Prodott għan-negozji. L-esperti ekonomiċi sost- Gross Domestiku (PGD) kull sena. Dan new li l-miżuri li ħa l-Gvern għenu biex seħħ minkejja li l-piż tat-taxxi naqas, jillimitaw l-effett tal-pande­ anke jekk id-dħul statali xormija fuq l-attività ekonomita kiber b’rata aktar mgħaġġka, filwaqt li rrimarkaw li din la miż-żieda fin-nefqa. il-pożizzjoni fiskali hi konB’riżultat t’hekk il-piż tadformi mal-pożizzjoni u r-rakde­jn nazzjonali naqas b’aktar komandazzjoni ta’ Brussell. minn terz u s-sehem fil-ġid L-għaqal Anke jekk jinnota l-elenazzjonali fi tmiem l-2019 tal-Gvern ment qawwi tal-għajnuna kien fl-aktar livell baxx f’akmill-Gvern tal-Prim Ministru tar minn 20 sena, li fisser li ipproteġa Robert Abela, it-tbassir talfil-bidu tal-pandemija Malta l-eluf ta’ Bank Ċentrali għaż-żmien li kellha aktar spazju fiskali impjiegi ġej jindika li d-defiċit se jibda disponibbli meta mqabbel jonqos u sal-2024 ikun inqas mal-kumplament tal-pajjiżi u familji minn terz tar-rata fl-2020. Ilvulnerabbli Ewropej. piż tad-dejn nazzjonali wkoll Dan l-ispazju ntuża tajjeb mistenni jibqa’ qrib ir-rata matul il-pandemija bl-esta’ 61% tal-ġid nazzjonali, li hu fost l-in- perti tal-Bank Ċentrali jsibu li l-miżuqas fiż-Żona Ewro u ferm inqas mil-livell ri fiskali li ttieħdu ammontaw għal li kellna fl-2013. madwar 5% tal-ġid nazzjonali. Fiż-Żona Skont l-esperti ekonomiċi, il-Gvern Ewro l-impatt baġitarju dirett tal-miżuseta’ jadotta dawn il-miżuri għax fis- ri kien biss ta’ 4%, jew ferm inqas minn snin ta’ qabel kien sar titjib qawwi fil-fi- pajjiżna. L-infiq f’Malta fis-servizzi tas-

saħħa relatati mal-COVID-19 kien aktar mid-doppju ta’ dak fil-bqija tal-unjoni monetarja. Minbarra hekk, l-iskema tal-Wage Supplement kienet ħafna aktar ġeneruża minn dik f’pajjiżi ġganti, bħall-Ġermanja, skont il-Bank Ċentrali. Dan jikkontradixxi d-dikjarazzjo­nijiet tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista li targu­ menta li d-deterjorament fil-fi­nanzi pubbliċi fl-2020 kien dovut għall-ħela u l-infiq żejjed. L-istudju tal-Bank Ċentrali juri stampa totalment differenti. Filfatt dan jgħid li nofs l-infiq kien dovut għall-miżuri straordinarji introdotti kawża tal-pandemija. Fl-istess ħin, kif mistenni, it-tnaq­ qis fl-attività ekonomika bil-COVID-19 u r-restrizzjonijiet imposti mill-awtori­ tajiet tas-saħħa, irriżultaw fi dħul aktar baxx għall-Gvern u nefqa soċjali ogħla. Dan l-impatt jispjega terz ieħor tad-deterjorament fil-finanzi pubbliċi. L-esper­ ti ekonomiċi jinnotaw li ħafna mill-bqija taż-żieda fid-defiċit kien dovut għal investiment kapitali ogħla, l-aktar fil-bini ta’ toroq ġodda, flimkien ma’ miżuri bħall-estensjoni tat-trasport tal-iskejjel, żidiet fil-kura tal-kanċer u kumpens ogħla għall-impjegati pubbliċi. Skont l-analiżi tal-ekonomisti talBank Ċentrali l-miżuri meħudin is-sena l-oħra huma stmati li kabbru l-ġid nazzjonali bi kważi 3%, li hu ferm ogħla mill-medja tat-tkabbir ekonomiku li seħħ fl-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista ta’ qabel l-2013. Issa r-rapport tal-Bank Ċentrali jikkonferma li, permezz tal-Baġit 2022, l-ispiża soċjali se tilħaq livell rekord u l-impatt taż-żidiet fil-benefiċċji soċjali mistenni jkun id-doppju ta’ dak bil-miżuri li kienu tħabbru fil-Baġit 2021. Għaldaqstant, is-suċċess tal-irkup­­ ru ekonomiku lokali, bla dubju ta’ xejn, hu kkawżat mill-mod effettiv kif tmex­ xiet il-politika ekonomika nazzjonali u, għalkollox bil-maqlub ta’ riċessjonijiet preċedenti, Gvern Laburista m’għażilx l-awsterità. Flok naqqas l-ispiża kapita­ li, kompla jżidha u pproteġa l-kapaċità produttiva tal-pajjiż permezz ta’ numru kbir ta’ miżuri. B’riżultat ta’ dan, kif proprju jistqarru l-ekonomisti lokali u internazzjonali, ir-rata tal-irkupru ekonomiku f’pajjiżna se tkun ferm aktar mgħaġġla minn dik ta’ pajjiżi oħrajn, fl-istess ħin li se jkollu l-inqas rati ta’ qgħad fl-istorja.


04

19.12.2021

TITJIB ĠENERALI FIL-ĦAJJA LOKALI SKONT MIRI TAL-ĠM 75% TA’ KWAŻI 200 INDIKATUR IRREĠISTRAW TITJIB JEW BAQGĦU STABBLI SAL-2019; GĦADD TA’ NUQQASIJIET SA DAKINHAR DIĠÀ ĠEW INDIRIZZATI F’MIŻURI BLA PREĊEDENT MINDU ROBERT ABELA LAĦAQ PRIM MINISTRU

4

3

1

1

10

4

1

0

14

7

6

7

13

2

3

0

8

1

1

2

3

0

6

0

8

0

0

0

11

1

0

0

10

4

1

0

8

4

1

1

3

6

5

3

2

9

0

3

4

0

0

1

3

1

0

14

6

1

3

0

PROGRESS RIGRESS STABBLI

5

5

4

0

4

1

1

0

M’HEMMX DATA

Studju ġdid mill-Uffiċċju Nazzjona- responsabbli u tnaqqis fl-art vakanli tal-Istatistika (NSO) din il-ġimgħa ti. Pereżempju, bejn l-2010 u l-2019, kkonferma t-titjib ġenerali għall-ħajja il-konsum materjali domestiku żdied, tal-Maltin u l-Għawdxin, skont indika- li jfisser ukoll inqas sostenn ekoloġiku turi stabbiliti mill-Ġnus Magħquda bħa- per capita u żieda fl-ammont ta’ skart la miri għall-2030. Dan ikompli jsaħħaħ iġġenerat. Fil-qasam tal-ġustizzja u l-isukoll fuq rapport ieħor simili, li ħareġ tituzzjonijiet, is-sitwazzjoni ma kinitx is-sena li għaddiet minn Bertelsmann wisq tajba lanqas sal-2019, għalkemm Stiftung u min-Network ta’ Soluzzjoniji- wieħed jagħraf it-titjib konsiderevoli u et ta’ Żvilupp Sostenibbli, fejn Malta ġiet bla preċedent li seħħ f’dan ir-rigward ikklassifikata fit-32 post minn fost 166 mill-bidu tal-2020 mindu Robert Abela pajjiż fit-triq tal-Aġenda 2030. sar Prim Ministru. F’rapport ta’ 430 paġna, din il-ġimgħa Is-sitwazzjoni ġenerali li toħroġ minn l-NSO indika progress f’65% tal-indika- dan l-assessjar estensiv u varjat – posturi kollha (230) fuq perjodu ta’ 10 snin sibbilment l-akbar eżerċizzju statistibejn l-2010 u l-2019, inklużi fejn l-analiżi ku li qatt seħħ f’pajjiżna – hi pjuttost ma kinitx possibbli minħabba nuqqas pożittiva. Bit-titjib konsiderevoli li seħħ ta’ data. Meta dawn l-indikaturi tal- fl-aħħar 10 snin, Malta hi aktar prosaħħar jiġu esklużi, il-progress irreġis- pera, aktar edukata, aktar b’saħħitha trat minn Malta jiżdied f’75% minn 198 u aktar ugwali milli kienet fl-2010 taħt indikatur. l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista Fl-2015 il-kapijiet ta’ stati fl-Assem- mmexxija minn Lawrence Gonzi. blea Ġenerali tal-ĠM adottaw riżoluMa’ dan fhimna wkoll li rridu zzjoni li għandha l-għan li tittrasfor- nagħmlu iżjed għall-ambjent u biex inma d-dinja sa ftit aktar minn tmien saħħu l-istituzzjonijiet, kif diġà beda snin oħra, b’sett ta’ 17-il mira ta’ żvi- jsir. Għaldaqstant se jkun kruċjali fiżlupp sostenibbli, li jvarjaw żmien li ġej li nsostnu kull mill-eliminazzjoni tal-faqar, titjib li twettaq sal-lum, waqt it-tnaqqis fl-inugwaljanzi u li niffokaw il-ħidma tagħna d-diskriminazzjoni, il-ġlieda aktar biex intejbu r-rekord kontra t-tibdil fil-klima u titjib ta’ pajjiżna fil-miri ta’ żvilupp Bit-titjib ġenerali fl-għajxien taċ-ċittasostenibbli tal-ĠM. li seħħ dini, fost ħafna oħrajn. Is-sena li għaddiet, meta fl-aħħar Issa, skont l-NSO, jirriżulkien ħareġ rapport simili, ta li Malta għamlet titjib f’116 snin, Malta il-Ministru Carmelo Abela, mill-indikaturi, li jinkludu responsabbli għall-iżvilupp hi aktar l-persentaġġ tal-popolazzjoni sostenibbli fi ħdan l-Uffiċċju prospera mċaħħdin minn affarijiet es- milli kienet tal-Prim Ministru, kien irrisenzjali, l-istennija għal ħajja marka li, filwaqt li hemm sinfl-2010 sana, il-proporzjoni tan-nisa jali ta’ titjib kontinwu, hemm f’pożizzjonijiet maniġerjali, bżonn li jsir aktar xogħol biex l-infiq fuq ir-riċerka u l-iżvilupp, il-livell jinkisbu l-għanijiet u l-miri tal-Aġentat-tniġġis skont il-popolazzjoni u l-użu da 2030. Għal dan l-għan, id-Direttorat tat-trasport pubbliku, fost oħrajn. tal-Iżvilupp Sostenibbli qed jaħdem fuq Fil-każ ta’ 33 indikatur ieħor, bħal għadd ta’ inizjattivi li l-iskop tagħhom kemm nies jgħixu f’żoni bi tniġġis tal- huwa li jissimplifikaw il-prinċipji ta’ ħoss u l-ammont ta’ żoni protetti taħt żvilupp sostenibbli fil-ħidma tal-Gvern Natura 2000, is-sitwazzjoni baqgħet b’mod ġenerali. stabbli. L-SDG Index and Dashboards Report Dan ifisser li fi tnejn minn kull tliet 2020, ippubblikat f’Lulju 2020 minn indikaturi stabbiliti mill-ĠM is-sitwazz- Bertelsmann Stiftung u min-Network joni ta’ pajjiżna tjiebet jew baqgħet ta’ Soluzzjonijiet ta’ Żvilupp Sostenibbli, stabbli fl-aħħar snin, totalment differ- kien poġġa lil Malta fit-32 post ġenerali enti mill-impressjoni li kontinwament minn fost 166 pajjiż, b’total ta’ 76 punt (0 tipprova tagħti l-Oppożizzjoni Nazzjon- tfisser l-agħar prestazzjoni u 100 tfisser alista. l-aqwa). Ta’ min jinnota li, waqt li Malta għadDin il-marka, li tikkonferma l-gadejja tajjeb ħafna fl-indikaturi relatati ranzija tal-impenn kontinwu tal-Gvern mal-ekonomija, bħal tkabbir ekonomi- Malti biex sal-2030 jinkisbu l-għanijiet ku u r-rata ta’ persuni f’impjieg, hemm u l-miri stabbiliti mill-ĠM, tirkeb fuq progress sinifikanti fl-isfera soċjali. diversi rapporti internazzjonali li jixIs-sistemi tas-saħħa u l-edukazzjoni, hdu t-titjib li sar fl-aħħar snin, inkluż flimkien ma’ tnaqqis fl-inugwaljanzi it-tnaqqis fil-faqar estrem. Rapporsesswali u soċjali, irreġistraw titjib sos- ti tal-Kummissjoni Ewropea jgħidu li, tanzjali lokalment. waqt li fl-2013 kien hawn 10% tal-popolaMinkejja dan kollu, xorta għad zzjoni f’dan il-faqar estrem, ħames snin hemm lok għal titjib. Fuq l-istess per- wara l-persentaġġ niżel għal 3%, anke jodu rreġistrajna rigress fi 33 indikatur, jekk min-naħa l-oħra l-popolazzjoni li jinkludu l-produzzjoni u l-konsum baqgħet tikber sena wara oħra.


05

MALTA BL-INQAS INFLAZZJONI FL-UE L-uffiċċju tal-istatistika tal-Unjoni Ewropea, il-Eurostat, ikkonferma li f’Novembru li għadda Malta kellha l-inqas rata ta’ inflazzjoni mill-istati membri kollha. Il-ħajja fostna għoliet bi 2.4% jew inqas minn nofs iż-żieda medja fiż-Żona Ewro. Fit-tarf l-ieħor, il-prezzijiet fil-Litwanja kienu 9.3% ogħla milli kienu fl-istess perjodu sena qabel, erba’ darbiet aktar minn dawk f’pajjiżna. Kontra kull argument bażwi tal-Oppo­żiz­zjoni Nazzjonalista, ir-raġuni ewlenija għal din id-differenza hi l-politika enerġetika tal-Gvern Malti. Waqt li l-prezz tal-elettriku f’pajjiżna nżamm stabbli, madwar iż-Żona Ewro kollha l-konsumaturi raw żieda medja ta’ 18%. Dan ifisser li, jekk kont tad-dawl kien ikun ta’ €100, din is-sena sar €118. L-agħar milqutin huma l-fa­ milji Olandiżi li raw il-kontijiet tagħhom jogħlew b’medja ta’ 75%, jiġifieri fejn qabel kienu jonfqu €100 issa qed jonfqu €175 għall-elettriku. Fl-Italja ż-żieda kienet ta’ 33%, mentri f’Ċipru din laħqet 36%. Fil-Ġreċ-

ja l-kontijiet għolew bi 38%, mentri fi Spanja qabżu ’l fuq b’47%. Ta’ min ifakkar li fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista l-kontijiet f’pajjiżna kienu għolew bit-triplu tal-medja Ewropea. Minbarra ż-żieda fil-prezz

tal-elettriku, madwar l-UE hemm żidiet qawwijin ferm fejn jidħol il-prezz tal-fuel. F’pajjiżna l-prezzijiet tad-diesel u tal-petrol ukoll baqgħu stabbli, iżda fiż-Żona Ewro kien hemm żieda ta’ madwar 33%. L-agħar f’dan ir-rigward huma

l-konsumaturi fil-Lussemburgu, li raw il-prezz medju tal-fuel jitla’ bi 48%, jew kważi bin-nofs. Fl-Italja ż-żieda sa issa kienet ta’ 27%, filwaqt li f’Ċipru laħqet it-28%. Ta’ min ifakkar li fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalis­ ta l-prezz tal-fuel f’pajjiżna kien għola b’iżjed mid-doppju tal-med­ja Ewropea. Illum, grazzi għad-deċiżjonijiet għaqlin ta’ Gvern La­burista, għandna l-orħos kontijiet taddawl fiż-Żona Ewro, kif ukoll l-orħos prezz tad-diesel fl-UE, għall-ewwel darba fl-istorja nazzjonali. F’Novembru tal-2012, taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazz­jonalista ta’ Lawrence Gonzi, ir-rata ta’ inflazzjoni f’pajjiżna kienet 3.6%, kontra medja ta’ 2.2% fiż-Żona Ewro. L-istess kien seħħ f’Novembru 2008 meta Gvern Nazzjonalista, flok għen lill-familji billi taffa l-għoli tal-ħajja, kien għażel li jgħolli l-kontijet taddawl u l-prezz tal-fuel. Dakinhar, filwaqt li l-inflazzjoni fl-UE kienet 2.2%, f’Malta kienet 5%, id-doppju tal-qagħda preżenti.

MALTA

2.4

Portugall

2.6

Franza

3.4

Finlandja

3.5

Danimarka

3.8

Italja

3.9

Żvezja

3.9

Greċja

4.0

Awstrija

4.1

Sors: EC.EUROPA.EU/EUROSTAT

19.12.2021

Kroazja

4.7

Ċipru

4.7

Rep. Ċeka

4.8

Slovakkja

4.8

Żona Ewro

4.9

Slovenja

4.9

UE

5.2

Irlanda

5.4

Spanja

5.5

Olanda

5.9

Ġermanja

6.0

Bulgarija

6.3

Lussemburgu

6.3

Rumanija

6.7

Belġju

7.1

Latvja

7.4

Polonja

7.4

Ungerija

7.5

Estonja Litwanja

8.6 9.3


06

19.12.2021

Uħud mill-istejjer irrapportati mill-aġenziji u mill-kmamar ewlenin tal-aħbarijiet dwar il-vot storiku li ttieħed fil-Parlament Malti t-Tlieta li għadda

MILL-ĠDID PROTAGONISTI FL-UE Fiż-żmien li ġej, ħames pajjiżi Ewropej mistennija jimxu fuq il-passi ta’ Malta wara li din il-ġimgħa approvat fil-Parlament il-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis. Waqt li l-midja kollha internazzjonali rrapportat kif pajjiżna reġa’ kien protagonist fil-politika Ewropea, deċiżjonijiet simili mistennija jittieħdu dalwaqt mil-Lussemburgu, mill-Ġermanja, mill-Olanda u mill-Italja fl-Unjoni Ewropea, flimkien ukoll mal-Iżvizzera, li riċentement ħabbret proposti simili għal dawk li qed nintroduċu lokalment. Din il-bidla fil-men­talità Ew­ro­pea favur suq legalment regolat issegwi d-deċiżjoni tal-Ġnus Magħquda li ma tibqax tikklassifika l-kannabis bħal droga perikoluża jew li twassal għall-vizzju, waqt li wkoll tirri­konoxxi l-potenzjal tal-pjanta għall-użu mediċinali. B’36 vot kontra 27, il-Parlament għadda mit-Tielet Qari l-qafas legali li se jippermetti li persuna ta’ ’l fuq minn 18-il sena jkollha fil-pussess tagħha sa 7 grammi u tkabbar 4 pjanti fid-dar, waqt li mhux aktar minn 50 gramma tal-prodott imnixxef jista’ jkun merfugħ f’residenza. Iżjed minn hekk, persuna, li trid tixtri l-kannabis għall-użu personali, m’għandhiex għax tirrikorri iżjed għand it-traffikanti u minflok se tkun tista’ tagħmel dan minn postijiet apposta li se jkunu wkoll regolarizzati minn awtorità li se titwaqqaf speċifikament. Waqt li Malta saret l-ew­wel pajjiż Ewropew b’liġi ta’ dan it-tip, il-Lussemburgu mistenni jsegwi daqt wara li ppro­po­na liġi simili f’Ottubru li għadda. Minbarra hekk, il-Ġermanja, l-Iżvizzera u l-Olanda wkoll ħabbru proposti simili għal ta’ pajjiżna b’suq legalment regolat. Ta’ min jinnota li, għalkemm din tal-aħħar diġà tadotta attitudni liberali lejn il-kannabis u tippermetti l-bejgħ ta’ kwantitajiet żgħar bl-iskop li timmaniġġja l-krimi­nalità u r-riskji għassaħħa, uffiċjalment l-użu personali hu

Sadanittant, waqt is-seduta Parlaillegali fil-pajjiż s’issa. Fl-Italja hemm referendum ippjanat mentari tat-Tlieta, kif kien mistenni, għas-sena l-ġdida dwar id-dekrimi- l-Oppożizzjoni vvotat kompletament nalizzazzjoni tal-kannabis, li mistenni kontra, avolja wriet pożizzjonijiet varji dwarha, inkluż meta l-Kap Bernard wkoll ikun favur. Pajjiżna jissieħeb ukoll fil-lega­lizzaz­ Grech ippretenda li jingħata l-mertu zjoni tal-kannabis għall-użu personali kollu u qal li l-Gvern ikkopjalu l-propos­ ti tiegħu mal-ħruġ tal-abma’ 18-il stat Amerikan, bozz ta’ liġi l-ewwel darba. il-Kanada u l-Messiku fuq Minkejja dan, il-Parin-naħa l-oħra tal-Atlantitit Nazz­jo­nalista spiċċa ku. jagħmel żmien twil Waqt li l-liġijijet ivarLiġi li kixfet mingħajr pożizzjoni jaw kullimkien, il-mudell Malti għandu l-għan li l-inkonsistenza uffiċjali, ma ħax sehfil-perjodu speċifiku jnaq­qas il-ħsara billi Nazzjonalista em għall-konsultazzjoni, ma mhux biss ma jippromressaqx emendi fl-istadwovix l-użu tal-kannabis, iżda wkoll jirrakkomanda pjan ta’ kura ju Parlamentari, kien selettiv fuq min lil persuni ta’ taħt it-18-il sena kemm- kellu jitkellem fuq is-suġġett fl-ogħla il darba jinstabu fil-pussess tal-pjanta istituzzjoni, bla ma inkluda lill-Kap innifsu, u, kif inhu sigriet magħruf, komjew estratti minnha. Minbarra hekk, il-liġi l-ġdida wkoll pla jinqasam internament bil-ġlied. Wara, imbagħad, il-Partit u l-Kap timponi multi ta’ bejn €50 u €100 għal min jinqabad fil-pussess ta’ bejn 7 kienu kostretti jbiċċru l-liġi, skont kif grammi u 28 gramma u multi ta’ bejn iddettaw il-forzi tal-establishment. Mal-approvazzjoni tal-liġi, il-Prim €300 u €500 għal min jikkonsma l-kanMinistru Robert Abela kiteb fuq nabis fil-preżenza ta’ minuri.

Twitter li b’din il-liġi mhux qed jiġi inkoraġġit l-użu tal-kannabis, iżda l-liġi tirrikonoxxi realtajiet fis-soċjetà u l-Gvern illeġiżla b’mod responsabbli. Il-Ministru għall-Ugwaljanza Owen Bonnici wkoll sostna li din il-liġi tara li min juża l-kannabis għal skop personali ma jitqiesx bħala kriminal. “Il-pass li jmiss li nassiguraw is-serjetà. Jiena rrid nappella lil dawk il-persuni li huma forsi ftit xettiċi minn din il-liġi, għax għalihom hija xi ħaġa ġdida, aħna rridu nesiġu li se jkun hawn kontrolli fuq l-outlets biex ikun hemm serjetà li l-awtorità tingħata r-riżorsi meħtieġa ħalli nagħmlu d-differenza u nkunu ta’ eżempju mhux biss għall-Maltin, iżda wkoll għall-barranin.” Reuters, CNN, BBC u Politico kienu fost numru ta’ aġen­ziji u kmamar rinomati tal-aħbarijiet li rrapportaw il-pass storiku f’pajjiżna, waqt li indi­ kaw li dan se jkun il-bidu ta’ mewġa ta’ deċiżjonijiet politiċi simili f’għadd ta’ stati oħrajn fl-Unjoni Ewropea u lil hinn.


07

19.12.2021

BERNARD GRECH “F’MORSA” Il-pressjoni fuq il-Kap talOppożizzjo­ni Bernard Grech baq­għet tiżdied fl-aħħar jiem frott l-istess liġi għallużu res­ponsabbli tal-kannabis, li fl-aħħar ġimgħat kixfitu tassew kemm mhuwiex fil-kmand tal-Partit Nazzjo­nalista u lanqas jista’ jagħmel pass qabel iġib il-permess. Dawk li għażluh biex ikun fil-kariga li jokkupa wkoll qed jikxfulu snienhom. Wara l-indħil tal-Eks Prim Ministru Lawrence Gonzi, li din il-ġimgħa ħareġ jimponilu li mal-ewwel okkażjoni jir­tira l-liġi li għaddiet mill-Parlament nhar it-Tlieta, sorsi mid-Dar Ċentrali jqisu li Grech issa “jinsab maqbud f’morsa li ma jis­ tax jinħall minnha”, waqt li komplew li jidher iżjed minn ovvju li mhu qed iħossu xejn komdu fis-sitwazzjoni. Nhar it-Tlieta stess wara l-aħħar seduta Parlamentari qabel il-vaganzi tal-festi, il-Kap tal-PN baqa’ ma indirizzax il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar il-pressjoni li tefagħlu l-Eks Prim Ministru magħruf għall-affiljazzjonijiet tiegħu mal-establishment Nazzjonalista. Hu u ħiereġ barra millPar­lament wara li għaddiet il-liġi, il-ġurnalisti stennewh biex jistaqsuh dwar id-dikjarazzjoni ta’ Gonzi fejn talbu biex, meta jkun fil-Gvern, ineħ­ħi bilġri l-liġi. Iżda viżibilment skomdu u jfittex ilpum tal-bieba

tal-karozza biex ilebbet ’l hemm u jaħrab mill-mistoqsijiet, Grech ma wieġeb xejn dwar it-talba ta’ Gonzi u mfixkel qal biss: “Iva jien se jkun qed jinteressani u nara li jkolli d-data kollha ħalli nkunu nistgħu nanalizzaw din is-sitwazzjoni.” Dwar id-dikjarazzjonijiet ta’ Gonzi kitbet ukoll il-gaz­ zetta MaltaToday fil-ħarġa tagħha ta’ nhar l-Erbgħa fejn ġie nnutat kif l-aħħar Prim Ministru Nazzjonalista kapaċi jqan­qal biss il-memorji ta’ PN antikwat, ta’ żmien l-introduzzjoni tad-divorzju u ċ-ċensura. Il-gazzetta innotat ukoll l-inkonsistenza tal-Kap talOppo­żizzjoni attwali hekk kif issa ġew ikkonfermati millPN dikjarazzjonijiet kuntrastanti dwar il-liġi. Ġie spjegat ukoll kif il-Grupp Parlamentari Naz­zjonalista immina l-pożizzjoni tal-Kap fuq din il-liġi u influwenza d-deċiżjoni li l-Partit joħroġ kontriha, anke jekk Grech kien diġà ta l-impressjoni li qed jaqbel ma’ dak propost, tant li ddikjara li l-Gvern ikkopja l-proposti

tiegħu. Issa kien jonqos li joħroġ Gonzi fil-pubbliku u jkompli jitfgħu dahru mal-ħajt! Dwar id-dikjarazzjoni ta’ Gonzi, ONE News ukoll staqsa lid-Deputat Joe Ellis, li wkoll jappartjeni lill-fazzjoni tal-establishment l-antik. “Lawrence Gonzi hu ċittadin bħal kull ċittadin ieħor li għandu dritt li jesprimi ruħu … Għandu dritt jipprova jinfluwenza l-opinjoni pubblika bħal kull persuna oħra naħseb li ma hemm xejn illeġittimu b’daqsekk,” kienet ir-reazzjoni tal-Avukat minn Għawdex, biex spiċċa jiġġustifika l-iddettar fuq il-Kap attwali.




10

19.12.2021

FRANZA WKOLL KONTRA T-“TERAPIJA TA’ KONVERŻJONI” “Li tkun int innifsek, mhuwiex reat”. Messaġġ qawwi mill-Ministru Franċiża għall-Ugwaljanza Elisabeth Moreno, wara li nhar it-Tlieta li għadda l-Parlament tal-pajjiż ivvota biex jagħmel illegali l-hekk imsejħa terapija ta’ konverżjoni għal persuni omosesswali. Wara Malta u numru żgħir ta’ pajjiżi, Franza għamlet dan il-pass biex tipprojbixxi prattiċi li jfittxu li jibdlu l-orjentazzjoni sesswali jew l-identità tal-ġeneru ta’ persuna b’piena li tlaħħaq sa sentejn ħabs u multa ta’ €30,000, waqt li dawn jistgħu jkunu aktar ħorox jekk ikunu involuti persuni taħt it-18-il sena jew adulti vulnerabbli. F’Diċembru tal-2016, Malta kienet l-ewwel stat membru fl-Unjoni Ewropea li ħoloq leġiżlazzjoni li trażżan u tikkundanna tali eżerċizzji qarrieqa. L-aħbar mhux biss għamlet ħoss kif jixraq madwar id-dinja kollha, ladarba liġi avvanzata daqstant kienet ġejja minn wieħed mill-iżgħar pajjiżi, imma saħansitra kompliet issaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta relatata mad-drittijiet tal-persuni LGBTIQ. F’Malta, il-liġi tgħid li kull min jipprova b’xi mod ibiddel jew jelimina l-orjentazzjoni sesswali, l-identità tal-ġeneru jew ukoll l-espressjoni tal-ġeneru ta’ persuna, jista’ jeħel multa u/jew piena ta’ ħabs. Riċerka u studji juru li din it-tip ta’ “terapija” kontroversjali tista’ twassal anke għal dipressjoni u riskju akbar ta’ suwiċidju fost persuni omosesswali. Din l-hekk imsejħa terapija tieħu diversi forom, anke billi l-persuna tiġi ipnotizzata jew tingħata xokkijiet elettriċi. “Kuntenti ħafna b’dan il-ftehim,” saħqet il-Ministru Moreno din ilġimgħa, sentiment li wrieh ukoll il-kollega tagħha, il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej Clement Beaune, li hu wkoll omosesswali. L-abbozz, li issa jonqsu l-firma tal-President Franċiż Emmanuel Macron biex isir liġi, għadda mill-Parlament Franċiż jiem wara li anki l-Kanada għaddiet liġi li wkoll tipprojbixxi l-hekk imsejħa terapija ta’ konverżjoni għal persuni gay. Il-Brażil, l-Ekwador, l-Albanija u l-Ġermanja wkoll għaddew liġijiet li jċaħħdu kompletament din il-prattika, li hi kkundannata minn professjonisti mediċi. Ir-Renju Unit, li wkoll kien wiegħed li jdaħħal tali liġi, laqqat kritika ħarxa fl-aħħar xhur għax baqa’ jkaxkar saqajh. Id-Deputat Layla Moran sejħet dan id-dewmien mill-Gvern Konservattiv ta’ Boris Johnson bħala att “kodard”, speċjalment meta l-predeċessura tiegħu Theresa May kienet impenjat ruħha li twettaq bidla radikali f’dan issens lura għall-2018. Il-Prim Ministru attwali wkoll kien ikkonferma l-appoġġ

Il-politika progressiva f’pajjiżna għal darb’oħra reġgħet kienet xprun għal stati oħrajn u moviment akbar fl-Ewropa kollha tiegħu għall-projbizzjoni wara li daħal fit-tmun tal-pajjiż, għalkemm ma ħa l-ebda azzjoni leġiżlattiva. Moran ikkritikat lill-Gvern Ingliż li għalih il-kwistjoni “mhijiex prijorità” għall-gvern Ingliż.

Malta adottat il-liġi ħames snin ilu, l-ewwel pajjiż fl-Unjoni Ewropea li għamel dan Minkejja dan, hemm xaqq ta’ dawl permezz ta’ konsultazzjoni pubblika fil-pajjiż li bdiet lejn tmiem Ottubru li għadda. Din il-konsultazzjoni pubblika kienet ippreżentata lill-Parlament Ingliż mis-Segretarju tal-Istat għall-Affarijiet Barranin, tal-Commonwealth u tal-Iżvilupp u l-Ministru għan-Nisa u l-Ugwaljanzi, Elizabeth Truss.

Fl-introduzzjoni tagħha fid-dokument tal-konsultazzjoni pubblika tagħti ħarsa lejn is-sitwazzjoni fir-Renju Unit u tgħid ukoll li tinsab ħerqana li tospita l-konferenza “Safe To Be Me: A Global Equality Conference”, li se ssir f’Ġunju 2022, fl-okkażjoni tal-50 anniversarju mill-ewwel marċ uffiċjali tal-London Pride. Dawk kritiċi għall-Gvern Ingliż jisħqu li jkun tajjeb li qabel ma jkun imfakkar jum hekk importanti għall-komunità gay, ir-Renju Unit juri bis-serjetà li jemmen fid-drittijiet tal-persuni gay u transgender u kif imwiegħed issa f’din il-konsultazzjoni pubblika stess, sar-rebbiegħa tas-sena d-dieħla, verament ikun tfassal abbozz ta’ liġi kontra kull forma tal-hekk imsejħa terapija ta’ konverżjoni. L-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) kienet neħħiet l-omosesswalità mill-klassifikazzjoni internazzjonali tal-mard fl-1990 – 31 sena ilu. Minkejja dan u minkejja l-mixja ta’ diversi pajjiżi li qed jikkundannaw din l-hekk imsejħa terapija, għadd ta’ pajjiżi baqgħu jkax­kru saqajhom.

APPOĠĠ LIL AGIUS SALIBA FOST IS-S&D Il-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Alex Agius Saliba se jkun wieħed minn disa’ viċi presidenti eletti tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi (S&D) fil-Parlament Ewropew wara votazzjoni fi Stras­ burgu din il-ġimgħa. Il-MPE Malti ngħata mandat qawwi ta’ 85% tal-voti fil-Grupp tas-S&D u se jokkupa din il-kariga politika għolja taħt it-tmexxija tal-MPE Span­ jola Iratxe Garcia, li wkoll se tmexxi lisS&D għall-elezzjonijiet Ewropej li jmiss. Il-viċi presidenti individwali fil-gruppi politiċi huma res­ponsabbli minn portafolli speċifiċi ta’ politika Ewropea u jissorveljaw kwistjo­nijiet li jkun hemm bejn il-kumitati varji. Agius Saliba qal li hu kburi bil-fiduċja mogħtija lilu biex issa se jkun parti mill-bureau li jikkordina l-attività politika tal-Grupp. “Jien onorat li wara biss sentejn u nofs bħala Membru tal-Parlament Ewropew ġejt magħżul għal kariga politika impor­ tanti bħal din. Din hi turija ta’ appoġġ għall-viżjoni tagħna għal Ewropa prog­ ressiva u sostenibbli,” tenna l-MPE Malti, waqt li ddikjara li pajjiżi kbar u żgħar, mit-Tramuntana sa Nofsinhar, jistgħu jaħdmu flimkien għal Ewropa aktar b’saħħitha, aktar ekoloġika, aktar ġusta, aktar reżiljenti u sostenibbli li ma tħalli lil ħadd jibqa’ lura. Il-MPE Laburista esprima l-impenn tiegħu li jaħdem bis-sħiħ lejn prijoritajiet politiċi komuni li jiżguraw li l-Ewropa terġa’ lura fit-triq lejn l-irkupru u li l-viżjoni tal-Ewropa soċjali toħroġ aktar b’saħħitha u f’pożizzjoni aħjar minn din il-kriżi. Fil-kummenti konklussivi tiegħu, hu qal li l-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demo­ kratiċi diġà kiseb rebħiet sinifikanti fil-Parlament Ewropew għax hu magħ­ qud b’aġenda progressiva, solidarje­tà, sforzi kollettivi u responsabbiltà konġunta għal ġejjieni aħjar tal-UE. “Inħares ’il quddiem biex insarraf din il-fiduċja li ġejt fdat biha f’ħafna ħidma għal aktar suċċess tal-Grupp u għall-benefiċċju taċ-ċittadini Ewropej kollha,” tenna l-MPE Laburista.

Il-MPE Alex Agius Saliba


11

19.12.2021

IMĦABBA FIR-RIGALI

L-GĦAQDA FL-APPELLI GĦAL DAN IL-MILIED

Għada tilħaq il-qofol tagħha t-tieni edizzjoni tal-inizjattiva “Rigal b’Im­ ħabba” mnedija mill-mara tal-Prim Ministru, Dr Lydia Abela. Għal dawn l-aħħar jiem il-pubbliku ħalla rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja biex ikunu jistgħu jitqassmu lil tfal fil-bżonn li mhux neċessarjament kienu se jesperjenzaw il-ferħ dan ilMilied. Tul il-jum ta’ għada, Dr Abela se tkun qed tilqa’ personalment irrigali mingħand il-mijiet ta’ persuni li mistennija jieħdu sehem bi ħġarhom f’din l-inizjattiva ta’ suċċess.

Tkompli minn paġna 1

ENZO GUSMAN IMUT TA’ 74 SENA Il-kantant u preżentatur maħbub Enzo Gusman miet ilbieraħ fl-għomor ta’ 74 sena wara diversi xhur jissielet għal saħħtu. Kienet martu Carmen li tat l-aħbar permezz ta’ post fuq Facebook fejn qalet li hu ħalla din id-dinja fil-paċi mdawwar mill-għeżież tiegħu. F’nofs is-sena li għaddiet kien inxtered l-għajdut li Enzo kien miet wara inċident li kellu fil-Kanada waqt li kien qed iżur lil uliedu. Ilbieraħ, iżda, Carmen Gusman kitbet li “kliem Enzo issa saru realtà u issa ħalla t-tbatija fit-tul warajh biex jiltaqa’ mal-

Mulej fejn mhux se jbati iżjed … Ħallejtna, iżda se tibqa’ f’qalbna għal dejjem.” Id-dettalji tal-funeral mistennija jitħabbru aktar tard. Gusman, li qatta’ l-maġġoranza ta’ ħajtu fid-dinja tal-ispettaklu u d-divertiment, kien beda l-karriera fix-xandir fl-1968 mar-Rediffusion u kien preżentatur ma’ diversi stazzjonijiet lokali, inkluż ONE Radio, u anke dawk barranin. Tul il-karriera tiegħu bħala kantant mhux biss ikkompona u interpreta fost l-isbaħ kanzunetti Maltin li għadhom popolari sal-lum, bħal “Fil-Pjaz-

za tar-Raħal”, “Fis-Sewwa jew fid-Dnewwa”, “Għax Għadni Nħobbok” u “Illum il-Festa Tagħna”, iżda wkoll ħa sehem u rebaħ diversi festivals, bħall-Malta Song Festival u L-Għanja tal-Poplu. Bħal dan iżżmien 10 snin hu wkoll kien ingħata l-Midalja tal-Qadi tar-Repubblika. Fost bosta persuni distinti li sellmu l-memorja tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela kiteb fuq Facebook li Gusman kellu talent kbir li bih ferraħ eluf ta’ persuni, waqt li fih kienet tispikka l-imħabba għal pajjiżna u lsienna.

23

Fil-messaġġ huwa tkellem ukoll dwar is-solitudni u l-bżonn li nżuru lil dawk li qegħdin waħedhom, b’mod partikolari l-anzjani. Il-Prim Ministru temm il-mes­saġġ tiegħu billi appel­­la għall-għaqda. Il-President George Vella wkoll appella għallgħaq­da, waqt li sostna li l-pandemija tatna l-op­ por­tunità li nirriflettu fuq il-valuri tagħna bħala poplu. Hu wkoll ingħaqad fl-appell għat-teħid talvaċċin u enfasizza li nużaw dak li tagħtina x-xjenza. Il-Kap tal-Oppożizzjoni appella biex f’dan il-Milied, flimkien naħsbu f’dawk li huma emarġinati. Għamlu wkoll il-messaġġi tagħhom l-Arċisqof Charles J. Scicluna u l-Ispeaker tal-Parlament Dr Anġlu Farrugia. Sadanittant, ilbieraħ waranofsinhar il-Prim Mi­ nistru u s-Sinjura tiegħu Dr Lydia Abela laqgħu lill-pubbliku fil-Berġa ta’ Kastilja għall-awguri talMi­lied u s-Sena l-Ġdida. Bosta persuni attendew għall-okkażjoni, li matul­ ha setgħu japprezzaw ukoll is-sbuħija tas-swali tal-Kabinett u s-Sala tal-Ambaxxaturi.


12

19.12.2021

MELOS U LIL HINN MINNHA

EVARIST BARTOLO Ministru

Aħna l-iċken pajjiż fl-Unjoni Ewropea. F’baħar Mediterran li fih iżjed minn 3,000 gżira, il-gżejjer tagħna huma l-iżjed avvanzati. Fid-dinja wkoll ninsabu minn ta’ quddiem. Kull sena n-Nazzjonijiet Magħquda tkejjel l-iżvilupp u l-livell ta’ għajxien tal-pajjiżi kollha tad-dinja billi tara kemm jgħixu n-nies, il-ħarsien ta’ saħħithom, l-edukazzjoni tagħhom u kemm jgħixu ħajja diċenti. Minn 189 pajjiż, aħna ninsabu fit-28 post. Dan ifisser li ma ħallejniex id-daqs jitfagħna lura. Mindu bdejna mmexxu lilna nfusna, bdejna naraw kif se noħolqu l-ġid u x-xogħol biex il-Maltin u l-Għawdxin ikunu jistgħu jgħixu tajjeb fil-gżejjer

fejn twieldu u trabbew. Għal ħafna sekli meta servejna lillpajjiżi oħra li ħakmuna biex minn hawn jikkontrollaw din in-naħa tal-Mediterran, ma kinux jiżviluppaw l-ekonomija tagħna biżżejjed biex il-poplu tagħna jgħix diċenti hawn. Eluf ta’ Maltin u Għawdxin kien ikollhom isiefru lejn pajjiżi oħra biex jibnu l-ħajja tagħhom fihom għax il-gżejjer tagħna kienu fqar wisq u bla xogħol. Illum qed ngħixu ħafna aħjar u bit-tkabbir u bl-iżvilupp ekonomiku għandna ħajja tajba. Imma għandna wkoll sfidi kbar biex inkomplu ntejbu l-ħajja tal-poplu tagħna. Bħall-bqija tad-dinja rridu nsibu mod ġdid kif naqilgħu l-għajxien tagħna f’dinja mibdula mill-pandemija u mill-kriżi tal-klima. Bħala gżejjer li dak li nagħmlu hawn irridu bilfors inbigħuh f’pajjiżi oħra u dak li

nixtru għall-bżonnijiet tagħna bilfors irridu nġibuh minn pajjiżi oħra, dak li jiġri fil-bqija tad-dinja jolqotna ħafna. Il-flus fl-idejn imnejn jiġu t-turisti, il-prezz tal-enerġija, l-ispiża tat-trasport, l-investiment, il-bejgħ, il-prezzijiet talikel u tal-ħwejjeġ u oħrajn. Kollha jolqtuna. Aħna żgħar wisq biex ninfluwenzaw dak li jiġri fid-dinja politikament, ekonomikament u militarment. L-aktar li nistgħu nagħmlu hu li naħdmu biex kemm jista’ jkun dak li jiġri fid-dinja ma jagħmlilniex ħsara, biex kemm jista’ jkun iservina ta’ ġid. Biex nagħmlu hekk irridu nkunu lesti naħdmu għall-ġid tal-poplu tagħna skont l-interessi tagħna waqt li huwa d-dmir tagħna li nħarsu l-liġijiet internazzjonali. La rridu naraw kbir u naħsbu li nistgħu nbiddlu d-dinja imma lanqas

nistgħu nintelqu mal-kurrenti li jagħmluh pajjiżi oħra fl-interess tagħhom. Irridu kemm nistgħu ngħumu u naqdfu għall-ġid tagħna. F’dinja diffiċli. Mhux faċli. Ngħixu f’dinja ta’ pajjiżi kbar li jagħmlu dak li jaqbel lilhom u jkunu jriduna nobduhom kif jaqbel lilhom. Bħalissa għaddejjin minn żmien diffiċli fejn hawn ħafna firda u sfiduċja bejn pajjiż u ieħor u kull pajjiż ikun iridek iżżomm miegħu kontra pajjiż ieħor. Aħna jaqblilna nagħmlu dak kollu li nistgħu biex inkunu l-ħbieb tal-pajjiżi l-oħra fid-dinja. Ma rridu nweġġgħu lil ħadd imma lanqas ma rridu min iweġġagħna. Bil-forza żgur ma nirbħux. Għalhekk aħna favur il-ħarsien tal-liġijiet internazzjonali, li kull pajjiż anki l-iżgħar wieħed għandu dritt jagħżel x’inhu l-aħjar għall-poplu

Għalhekk aħna favur il-ħarsien tal-liġijiet internazzjonali, li kull pajjiż anki l-iżgħar wieħed għandu dritt jagħżel x’inhu l-aħjar għall-poplu tiegħu

tiegħu u li t-tilwim insibu tarfu bid-diskussjoni u mhux bil-gwerra. 2500 sena ilu kien hemm gwerra bejn Atene u Sparta. Ta’ Ateni riedu lin-nies tal-gżira ċkejkna ta’ Melos iżommu magħhom. Ta’ Melos riedu jibqgħu newtrali, ħbieb ma’ kulħadd, flok iżommu ma’ pajjiż kontra ieħor. In-nies tal-gżira ta’ Melos riedu jżommu ma’ Melos, magħhom infushom. Riedu jkunu ħbieb ma’ kulħadd u għedewwa ta’ ħadd. Imma ta’ Atene qalulhom jew iżżommu magħna inkella neqirdukom għax f’din id-dinja l-kbar jagħmlu li jridu u ż-żgħar ikollhom isofru dak li jġegħluhom jagħmlu l-kbar. Ta’ Ateni qerdu lil ta’ Melos meta ma obdewhomx. Sal-lum hawn pajjiżi kbar u b’saħħithom li huma bħal ta’ Ateni. Hija f’din id-dinja diffiċli li rridu nkomplu naħdmu għallġid tal-poplu tagħna billi naħdmu biex ikun hawn il-paċi u l-koperazzjoni fost il-ġirien tagħna fil-Mediterran, fl-Ewropa u fl-Afrika. Favur dinja li tuża l-ġid u l-għerf tagħha biex in-nies kollha tad-dinja jgħixu ħielsa, stmati ta’ bnedmin indaqs u bla ma jeqirdu lil xulxin.

SPALLA GĦALL-POPLU ħadd waħdu. ikabbar l-ekonomija, iżda jsemmix l-għaqal ta’ dan Għamilna dan għaliex wkoll iħares lin-negozji u il-Gvern fejn jidħol konħarisna lejn il-persuna b’mod lill-ħaddiema Maltin. Miżu- troll tal-pandemija, kif ħolistiku u ridna li filwaqt li ra li bla dubju kienet impor- ukoll fl-għoti tal-vaċċin talnħarsu s-saħħa, li bla ebda tanti f’dan ir-rigward kienet COVID-19. Dan il-Gvern li jieħu dubju dejjem kienet ta’ pri- proprju il-wage supplement. l-miżuri neċessarji sabiex jorità għal dan il-Gvern, rid- Din il-ġimgħa rajna wkoll lill- jikkontrolla l-pandemija u na wkoll li nħarsu n-negozji Prim Ministru Dr Robert Abe- jħares is-saħħa tal-poplu, kif u l-impjiegi tal-ħaddiema. la jħabbar li l-wage supple- ukoll kien minn ta’ quddiem Dan għamilnieh u llum b’so- ment se jiġi estiż sal-aħħar nett fejn jidħol il-vaċċin taldisfazzjon qegħdin naraw li ta’ Jannar. Din il-miżura, ma’ COVID-19. Rajna kif f’pajjiżna mhux talli ħarisna l-impjiegi, miżuri oħra li ġew impli- kellna l-provvista tal-vaċċin, ANTHONY talli rapporti jsostnu li pajjiż- mentati minn dan il-Gvern, kif ukoll ilħaqna persentaġġ AGIUS DECELIS na se jkollu l-inqas rata ta’ komplew jelevaw il-piż minn għoli fejn jidħol l-għoti ta’ Membru Parlamentari qgħad din is-sena u s-sena fuq in-negozji u jħarsu l-imp- dan il-vaċċin. d-dieħla fiż-Żona Ewro. jiegi tal-ħaddiema. Issa qegħdin naraw l-għoDan ma setax ikun possibMeta wieħed iħares lejn ti tal-booster tal-vaċċin Meta nħares lura lejn il-ħidma bli jekk mhux għall-għaqal il-ħidma ta’ dan il-Gvern fl- tal-COVID-19. Minn hawn ta’ dan il-Gvern fl-aħħar sena, ta’ dan il-Gvern li mhux biss aħħar sena, ma jistax ma nappella sabiex il-pubbliku b’sodisfazzjon nara Gvern li kien ta’ spalla għall-poplu ħabrieki tagħna. Nara Gvern li quddiem l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija, ma beżax jieħu d-deċiżjonijiet sabiex jissalvagwardja s-saħħa tal-poplu Malti, kif ukoll l-ekonomija Miżuri li jagħmlu differenza fil-ħajja tal-persuna għaliex huma u l-għejxien ta’ dan il-poplu. Hekk kif wiegħed ukoll ilmiżuri li jittieħdu minn Gvern li għandu għal qalbu n-nies, u Prim Ministru Dr Robert Abela, dan il-Gvern ma ħalla lil jibqa’ jkun viċin in-nies

jitlaqqam bil-booster sabiex nibqgħu nħarsu s-saħħa tagħna, kif ukoll ta’ dawk ta’ madwarna. L-għoti tal-booster se jkun pass importanti sabiex nibqgħu nipproteġu saħħitna, kif ukoll nkomplu bil-ħajja soċjali tagħna. Issa li resqin għall-bidu ta’ sena ġdida, inħares ’il quddiem sabiex nibqgħu nimplimentaw miżuri li jbidlu l-ħajja tal-poplu tagħna. Miżuri li jħallu l-frott fil-ħajja ta’ kuljum tal-anzjani tagħna, tal-familji tagħna, tażżgħażagħ tagħna. Miżuri li jagħmlu differenza fil-ħajja tal-persuna għaliex huma miżuri li jittieħdu minn Gvern li għandu għal qalbu n-nies, u jibqa’ jkun viċin innies. Dan hu l-Gvern li jisma’ lin-nies u ma jiddejjaqx ibiddel fejn ikun hemm il-bżonn. Dan nagħmluh sabiex inkomplu ngħollu l-livell tal-ħajja ta’ kull persuna, kif ukoll noħolqu opportunitajiet sabiex kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu u jgħix il-ħolma ta’ ħajtu!


13

19.12.2021

IL-VOLONTARJAT

CLIFTON GRIMA Segretarju Parlamentari

Fl-aħħar xhur, meta d-dinja kollha, inkluż pajjiżna, kienet qiegħda tikkumbatti l-pandemija tal-COVID-19, ilGvern Malti kien ta’ spalla għas-settur volontarju u l-organizzazzjonijiet volontarji. Permezz ta’ investiment rekord ta’ €5 miljun fis-settur volontarju, l-organizzazzjonijiet volontarji setgħu jibqgħu għaddejjin bix-xogħol nobbli tagħhom li minnu jibbenifikaw mijiet ta’ eluf ta’ benefiċjarji. Din l-istess dinamiċità u rieda fil-konfront tas-settur

tidher ukoll fiż-żewġ vuċijiet primarji li għandu s-settur volontarju f ’pajjiżna, jiġifieri l-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju (MCVS) u l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji (OCVO). Fil-fatt, flaħħar xhur, taħt it-tmexxija tal-Kummissarju Jesmond Saliba, l-OCVO beda proċess ta’ tiġdid intern biex wassal lill-istess Uffiċċju biex fl-aħħar ġimgħat, taħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta, iniedi riforma storika bl-isem ta’ VO Plus. Din ir-riforma hija waħda storika għar-raġuni li se tkun qed tipprepara lis-settur volontarju mhux biss

għall-bżonnijiet u r-realtajiet tal-lum, iżda ser tipprepara lis-settur biex ikun protagonista ewlieni fil-formazzjoni ta’ Malta ta’ għada kemm mil-lat soċjali u anke mil-lat ekonomiku. Huwa għalhekk li dak li welled l-OCVO, permezz tal-Konvenzjoni VO Plus huwa ta’ importanza nazzjonali għaliex is-settur ser ikompli jiġġedded biex ma jintilifx. Din ir-riforma se tkun qed tibni fuq l-Istrateġija Nazzjonali tal-Volontarjat 2019-2024 u se tara li tipprepara lis-settur mhux biss għall-isfidi tal-lum iżda għall-isfidi tal-futur u kif dan jista’ jintiseġ mar-realtajiet u

l-ħtiġijiet tal-pajjiż f ’kuntest ta’ viżjoni għall-2050. Il-konsultazzjoni nazzjonali li se tkun qed tinbena bit-tnedija tar-riforma se tara li jkun hemm bażi maqbula biex jiġu indirizzati tibdiliet leġiżlattivi li jixhdu dan. Permezz tar-riforma VO Plus, l-OCVO flimkien mal-Università ta’ Malta ser ikunu qegħdin jibdew riċerka biex kwalunkwe tibdil leġiżlattiv li ser ikun qiegħed isir ikun possibbli fl-organizzazzjonijiet volontarji fiċ-ċentru tat-tibdil. Iżda r-riforma tmur lil hinn minn sempliċiment tibdil leġiżlattiv. L-Uffiċċju tal-Kummissarju se jkun

Din ir-riforma hija waħda storika għar-raġuni li se tkun qed tipprepara lis-settur volontarju mhux biss għall-bżonnijiet u r-realtajiet tal-lum, iżda ser tipprepara lis-settur biex ikun protagonista ewlieni fil-formazzjoni ta’ Malta ta’ għada

qegħed jara li jinbeda proċess ta’ konsultazzjoni ma’ numru ta’ stakeholders, biex ikunu simplifikati l-proċessi volontarji biex verament jissaħħaħ is-settur volontarju u tkun imnaqqsa l-burokrazija. Mill-ħażin kollu li ġabet magħha l-pandemija, wieħed mill-ftit pożittivi kien il-konferma kemm l-organizzazzjonijiet volontarji huma importanti għal pajjiżna. Fil-fatt, fi żmien tal-pandemija s-settur tal-volontarjat ħareġ fuq quddiem biex jgħin fl-iżjed mumenti diffiċli għall-poplu Malti u Għawdxi. Avvenimenti u inizjattivi bħalma hi r-riforma VO Plus huma xhieda kemm il-volontarjat f’pajjiżna kiber matul is-snin u huwa settur ħaj u dinamiku. VO Plus toffri opportunità biex nerġgħu nibdew inrawmu fina u f’uliedna l-ħtieġa li tagħmel il-volontarjat. Il-Konvenzjoni VO Plus ser taħdem ukoll biex jissaħħu l-valuri tad-demokrazija u l-empatija biex verament il-volontarjat ikun wieħed mill-pilastri ewlenin tas-soċjetà Maltija.

LOKALI: FRISK U BNIN tal-ikel f ’pajjiżna. Id-dipen- ta’ din il-kampanja huwa li amenti tal-kompetizzjoni. denza fuq l-importazzjoni jkun hawn aktar għarfien u Flimkien mal-familja jew għandha tkun waħda limita- jiġu apprezzati u użati l-pro- bħala individwu l-parteċita, mhux biss għaliex bħala dotti li ġejjin mill-bdiewa u pant għandu joħloq riċetpajjiż għandu jkollna l-prov- r-raħħala Maltin u Għawdx- ta bl-użu ta’ prodotti friski, vista tagħna, iżda għaliex in. staġonali u lokali u mbagħad ilkoll nafu li l-prodott Malti Permezz ta’ din il-kom- itella’ r-ritratti jew vidjows għandu karatteristiċi uniċi petizzjoni, irridu nfakk- li jkun ħa. L-aqwa 10 platli hu biss jista’ joffri. Pro- ru kemm hu importanti li ti bl-iktar Likes jingħażlu u dott frisk u bnin, li ġeneral- nirrispettaw il-prodott loka- jiġu evalwati mill-ġudikament jispiċċa fil-platt tagħ- li kemm bħala għodda biex turi sabiex jingħażlu l-aqwa na sigħat wara li jkun inqata’ il-konsumatur ikun kapaċi erba’ platti. Il-kompetizzjoni ANTON REFALO jew inqabad. jagħmel għażliet aħjar għal hija miftuħa għall-persuni Ministru Bħala parti minn dan l-im- saħħtu kif ukoll għall-palat. ta’ etajiet differenti sas-7 ta’ penn ftit tal-jiem ilu bħala Biex wieħed jipparteċipa, Jannar 2022. Ministeru nedejna l-kam- għandu l-ewwel jagħmel Like Nemmen bis-sħiħ li panja ‘Sajjar Frisk u Lokali’ u jsegwi l-paġna fuq Face- għandna naħdmu aktar saFiċ-ċentru ta’ ħidmietna biex ikun promoss kemm book ‘Agrikoltura’ u jfittex biex insaħħu r-rispett u r-rebħala Ministeru għall-Agri- jista’ jkun l-użu tal-prodotti ‘Sajjar Frisk u Lokali’ biex sponsabbiltà tagħna lkoll koltura, is-Sajd, l-Ikel u li tipprovdilna artna. L-għan ikun jista’ jsegwi r-regol- lejn min qed jaħdem u jistind-Drittijiet tal-Annimali hemm il-promozzjoni tal-prodott frisk u lokali. Dan kien impenn li tajnieh prijorità f ’dawn l-aħħar xhur. Fix-xhur maħkuma mill-pandemija u r-restrizzjonijiet li ġabet magħha, jekk ma swew għal xejn, matulhom stajna nifhmu aktar u nirrealizzaw kemm ħidmet Permezz ta’ din il-kompetizzjoni, irridu nfakkru kemm hu is-sajjied, il-bidwi u r-raħħal importanti li nirrispettaw il-prodott lokali kemm bħala għodda Malti huma ta’ bżonn. Il-bżulija ta’ dawn il-ħaddibiex il-konsumatur ikun kapaċi jagħmel għażliet aħjar għal ema hija ta’ importanza imprezzabbli għall-provvista saħħtu kif ukoll għall-palat

ka speċjalment f ’dawn l-oqsma. Ejjew ma ninsewx li ħafna minn dawn il-ħaddiema jaħdmu kontra ħafna ostakli, bħall-elementi tan-natura, li din is-sena jidher li qed iħallu impatt liema bħalu. Għalhekk nixtieq nirringrazzja lir-raħħala u lill-bdiewa kollha tax-xogħol siewi li jagħmlu 24 siegħa kuljum. Il-ħidma tagħna bħala Ministeru ser tissokta matul is-sena li ġejja sabiex nibqgħu ta’ spalla għal dawn il-ħaddiema u nippromwovu u nimplimentaw prattiċi ġodda li jkomplu jagħmlu dawn l-oqsma aktar sostenibbli sabiex b’hekk jilqgħu għad-domanda tassuq u għall-ħtiġijiet tal-konsumatur. Fis-sena li ġejja ser isir investiment bla preċedent f ’aktar skemi u inizjattivi li nemmnu li għandhom ikomplu jindirizzaw l-isfidi filwaqt li jfasslu viżjoni għall-ġejjieni. Nagħlaq billi nawgura lil kull min beħsiebu jieħu sehem f ’din il-kompetizzjoni u nfakkarkom biex tkunu responsabbli. Ħudu pjaċir u agħżlu l-aqwa prodotti lokali u friski!


14

19.12.2021

L-GĦOTI TA’ MIDALJI U UNURI M Kull sena f’Jum ir-Repubblika, il-President ta’ Malta, f’isem il-Gvern u l-poplu Malti, jagħti ġieħ pubbliku lil għadd ta’ Maltin li jiddistingwu ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja b’ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu jew fix-Xirka Ġieħ ir-Repubblika, jew bl-għoti tal-Midalja għall-Qlubija u tal-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Malta tagħti ġieħ ukoll lil dawk il-persuni ta’ nazzjonalità barranija li jkunu ddistingwew ruħhom f’oqsma differenti tal-ħajja, fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet internazzjonali jew li jkunu kisbu r-rispett u l-gratitudni tal-pop­lu tal-gżejjer Maltin. Din is-sena, iċ-ċerimonja ta’ investitura saret filPa­lazz, il-Belt Valletta, wara l-parata ċerimonjali f’Misraħ San Ġorġ. Il-Presi­ dent George Vella ta ħatriet fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu lil 15-il persuna, inkluż organizzazzjoni, żewġ persuni rċevew il-Midalja għall-Qlubija u 11-il persuna oħra ngħataw il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. L-ORDNI NAZZJONALI TAL-MERTU Reno Calleja UOM Imwieled fl-1944, Calleja hu magħruf għall-isforz assidwu tiegħu biex jippromwovi lil Malta internazzjonalment, partikolarment mar-Repubblika Popolari taċ-Ċina. Hu kien membru fundatur tal-Malta-China Friendship Society fejn serva għal numru ta’ snin bħala President. Kien ukoll strumentali fit-twaqqif tal-Kamra tal-Kummerċ Malta-Ċina. Fl-1976, Calleja ġie elett fil-Parlament u serva bħala Membru Parlamentari għal 20 sena. Prof. Sir Alfred Cuschieri UOM Imwieled f’Tas-Sliema fl-1938, Sir Alfred Cuschieri hu akkademiku u kirurgu ta’ dixxendenza Maltija u Brittanika. Cuschieri ddistingwa ruħu għall-kontribut li ta fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni klinika tal-Minimal Access Surgery, magħrufa wkoll bħala key-hole surgery. Fl-1980 iddistingwa ruħu wkoll billi waqqaf l-ewwel laboratorju ta’ taħriġ għall-ħiliet għall-prattika ta’ Laparoscopic surgery (MAS) mad-dinja kollha, li llum il-ġurnata msejjaħ il-Cuschieri Skill Centre. Illum il-ġurnata Sir Cuschieri hu Editur Emeritu tal-Endoskopija Kirurġika u jservi wkoll fil-Bord Editorjali ta’ diversi ġurnali ta’ analiżi relatati. Prof. Ludvic Zrinzo UOM Zrinzo hu Professur fil-UCL fin-Newrokirurġija u Kap tan-Newrokirurġija Funzjonali fl-Isptar Nazzjonali għan-Newroloġija u Newrokirurġija, Queen Square, Londra – ċentru ta’ eċċellenza magħruf mad-dinja u l-post tax-xogħol tal-ewwel newrokirurgu fid-dinja, Sir Victor Horsley. Hu rikonoxxut bħala wieħed mill-aqwa newrokirurġi akkademiċi tar-Renju Unit u rċieva diversi premji nazzjonali u internazzjonali għax-xogħol tiegħu bħala lettur u riċerkatur. Hu involut f’riċerka dwar it-terapija ġenetika u bl-istem cells, introduċa diversi proċeduri new­rokirurġiċi ġodda fir-Renju Unit, u hu pijunier f’metodi ġodda ta’ kif titwettaq operazz­joni li tissejjaħ deep brain stimulation (DBS) biex jittej­bu l-kumdità, is-sigurtà u l-effikaċja tagħha. MEMBRU ONORARJU Onor. Darrin Quiroz Camilleri UOM Camilleri twieled fl-Istati Uniti minn missier Malti li mar jgħix hemmhekk fis-sittinijiet. Hu magħruf għall-karriera politika tiegħu bħala l-ewwel Malti-Amerikan u l-iżgħar Latin li serva f’Michigan, fil-Leġiżlatura tal-2016. Hu wieħed mill-ftit ta’ dixxendenza Maltija li ġie elett jew maħtur għal kariga pubblika fl-Istati Uniti kollha u qed iservi t-tielet mandat tiegħu bħala rappreżentant tat-23 Distrett fil-leġiżlatura tal-istat ta’ Michigan. Prof. Lino Bianco MOM Perit u inġinier ċivili, akkademiku u diplomatiku, il-Prof. Bianco llum hu l-Ambaxxatur ta’

Malta għar-Rumanija u r-Repubblika tal-Moldova. Hu akkademiku residenti full-time fl-Università ta’ Malta fil-grad ta’ professur assoċjat u huwa impenjat b’mod attiv biex jagħti lekċers barra minn xtutna. Hu serva f’numru ta’ kumitati xjentifiċi u tekniċi u f’diversi uffiċċji pubbliċi. Prof. Joseph Cacciottolo MOM Cacciottolo tħarreġ fl-epidemjoloġija kardjovaskulari fl-Università ta’ Dundee, bħala World Health Organization Fellow, u fl-Università tal-Lvant tal-Finlandja fejn ircieva d-DSc degree. Fl-1982 inħatar bħala tabib konsulent u introduċa l-bronkoskopija fi ħdan servizz speċjalizzat tal-mediċina pulmonari, li baqgħet taħt it-tmexijja tiegħu għal ħafna snin. Kien ukoll Principal Investigator għall-WHO-MONICA Project, u kien involut fil-formulazzjoni ta’ diversi linji gwida ta’ ġestjoni klinika nazzjonali, waqt li għallem il-mediċina klinika sal-2014 u kien ukoll Konsulent Internazzjonali għar-Royal College of Physicians. Fredrick Fearne MOM Fearne beda l-karriera tiegħu bħala għalliem ta’ emerġenza fl-1958 u ngħaqad mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni Teknika bħala għalliem tal-Ingliż u l-Matematika fil-livell tal-GITC, u għen għall-preparazzjoni ta’ adulti żgħażagħ li kellhom ix-xewqa li jemigraw, l-aktar lejn l-Awstralja. Wara kien għallem għal diversi snin il-Matematika fis-St Joseph Secondary Technical School u fil-Liċeo tal-Ħamrun. Wara li temm studji speċjalizzati barra minn xtutna, Fearne kellu rwol importanti fittwaqqif tal-edukazzjoni teknika f’Malta, inizjalment, fil-bidu tas-snin 70, permezz tal-ftuħ ta’ skejjel tas-snajja’ u serva bħala Surmast fl-Iskola tas-Snajja’ Umberto Colosso qabel ma kompla bħala Education Officer fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni fejn kien responsabbli mill-Edukazzjoni Teknika. Fil-bidu tas-snin 80, kien responsabbli għas-settur edukattiv f’Malta u kellu rwol ewlieni fit-twaqqif tal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknologija (MCAST). Fearne rtira mis-Servizz Pubbliku fis-sena 2000 u ħa l-kariga bħala l-ewwel Prinċipal tal-MCAST sa ma rtira fl-2008, wara 50 sena servizz. Norman Hamilton MOM Il-karriera ta’ Hamilton hi mifruxa fuq kważi 60 sena fil-midja tax-xandir, fuq ir-radju u t-televixin. Fl-1961, sar l-ewwel preżentatur Malti tar-radju mal-British Forces Broadcasting Station (BFBS). Wara, kien emigra lejn Londra fejn, għal tliet snin, kien impjegat bħala preżentatur tar-radju mal-Uffiċċju Ċentrali tal-Informazzjoni tar-Renju Unit. Meta ġie lura Malta fl-1967 ingħaqad marRediffu­sion fejn ipproduċa u ppreżenta l-ewwel breakfast show dirett u fl-1973 sar il-vuċi fuq Radju Malta l-ġdid. Wara li r-Rediffusion u Radio Malta ngħaqdu, hu nħatar Head Light Entertainment & Sports, fl-istess żmien li kien jippreżenta l-programm Antenna.

Fl-1983, bħala Kap tal-Programmi Televiżivi, Hamilton introduċa t-televixin ta’ binhar f’Malta fejn ipproduċa u ppreżenta ma’ martu Josette, il-programm maratona ta’ seba’ sigħat, Sibtijiet Flimkien, li kien jixxandar is-Sibt waranofsinhar. Fl-1981, hu nħatar Direttur Ġenerali ta’ Radju Mediterran u wara ngħaqad mar-radju u t-televixin Super One fejn baqa’ magħruf għat-talk show tiegħu televiżiv, Bla Aġenda, li dam għaddej għal 20 sena. Fl-2013 inħatar Kummissarju Għoli ta’ Malta għar-Renju Unit fejn serva għal ħames snin sal-2018, waqt li bejn l-2015 u l-2017 okkupa wkoll il-kariga ta’ Ambaxxatur Malti għar-Repubblika tal-Irlanda. Dr Jonathan Joslin MOM It-Tabib Konsulent tal-emerġenza u Speċjalista fil-Me­diċina tal-Emerġenza fid-Dipartiment tal-Emerġenza tal-Isptar Mater Dei, ikkwalifika bħala Tabib Mediku fl-1987 u kompla jispeċjalizza fil-Pre-Hospital Emergency Medicine. Fl-2015 ġie ppreżentat bil-Premju Asmund Laerdal mill-Assoċjazzjoni Brittanika tal-Kura Immedjata bħala rikonoxximent għall-kontribut kontinwu tiegħu fil-Mediċina ta’ Emerġenza ta’ qabel l-Isptar f’Malta. Huwa wkoll lecturer fl-Università ta’ Malta fejn jagħti taħriġ fil-kura ta’ emerġenza ta’ qabel l-isptar fi ħdan l-Iskola Medika ta’ Malta. Dr Michael Spiteri MOM It-Tabib Spiteri ggradwa mill-Università ta’ Malta fl-1999 u kompla l-istudji tiegħu permezz tar-Royal College of Surgeons ta’ Edinburgh billi speċjalizza fil-qasam tal-Mediċina ta’ Emer­ġen­za. Wara, huwa żviluppa interess qawwi fil-Mediċina ta’ qabel l-isptar u tad-diżastri, li għaliha kiseb Masters Ewropew mill-Università del Piemonte Orientale. Sa mis-sena 2000 ipprovda servizzi medi­ ċi professjonali fi ħdan id-Dipartiment talEmer­ġenza fl-Isptar San Luqa u Mater Dei. Għal dawn l-aħħar ħames snin, huwa okkupa l-kariga ta’ Clinical Chairperson tal-imsemmi dipartiment u mexxa tim kbir ta’ professjonisti f’diversi sitwazzjonijiet diffiċli li jinkludu anke l-pandemija attwali tal-COVID-19. Fr Ġwann Xerri OP MOM (wara mewtu) Patri Ġwann Xerri twieled il-Belt Valletta fl-1947. Hu daħal in-novizzjat Dumnikan

f’Settembru tal-1964 u sar saċerdot fl-14 ta’ Marzu 1971. Bejn l-1971 u l-1974 serva fil-kunvent tal-Birgu, fejn kien imur jgħallem ir-reliġjon fil-Kulleġġ San Albert. F’Lulju tal-1974 intbagħat il-Brażil, fejn f’ħafna mill-postijiet kien kappillan jew viċi. Kien ilvuċi b’saħħitha, konsistenti, u qawwija għal dawk li tilfu l-artijiet u d-dar tagħhom, l-indiġeni, in-nisa u l-omosesswali, waqt li ddefenda d-drittijiet tal-fqar u l-emarġinati anki f’postijiet li kienu ta’ periklu u theddid għalih. Patri Ġwann baqa’ l-istess sa mewtu, solidali mal-fqar, il-batuti u l-emarġinati. Miet bħala vittma tal-COVID-19 fil-Brażil, fit-30 ta’ Mejju 2021. Prof. Edward Zammit MOM Zammit ħaddan l-iżvilupp f’Malta tal-proċess demokratiku fid-dinja tax-xogħol u fir-relazzjonijiet industrijali bħala missjoni tiegħu u hu meqjus bħala pijunier fl-edukazzjoni tal-ħad­ die­ma u t-trejdunjins. Hu Professur Emeritus fl-Università ta’ Malta fejn ħadem għal 45 sena (1971-2016), waqt li, matul il-karriera tiegħu, waqqaf iċ-Ċentru għal Studji dwar ix-Xogħol (li qabel kien magħruf bħala Ċentru għall-Iżvilupp tal-Parteċipazzjoni tal-Ħaddiema). Hu ta wkoll kontribut siewi fid-djalogu soċjali, inkluż mal-imsieħba soċjali, l-iżvilupp fis-settur tal-koperattivi u l-aġġornament tal-liġi industrijali prinċipalment fuq il-Bord dwar ir-Relazzjonijiet dwar l-Impjiegi, li hu mexxa sa mit-twaqqif tiegħu fl-2002 sal-2021. St John Rescue Corps MOM L-organizzazzjoni twaqqfet fl-1986 bħala fergħa ġdida tas-St John Malta biex tipprovdi korp organizzat ta’ voluntieri adulti mħarrġin fis-salvataġġ u l-ew­wel għajnuna biex jgħinu l-Protezzjoni Ċivili f’pajjiżna. Matul dawn l-aħħar 35 sena dan il-korp żviluppa l-ħila li jopera f’diversi ċirkostanzi li jeħtieġu salvataġġi u pprovda l-assistenza f’diversi każi. Matul il-pandemija talCOVID-19, is-St John Rescue Corps kienu minn ta’ quddiem fil-forniment ta’ servizzi loġistiċi li ppermettew servizzi essenzjali pprovduti minn foodbanks lokali. MEMBRU ONORARJU Prof. Sante Guido MOM


15

19.12.2021

MILL-PRESIDENT FIR-REPUBBLIKA kienet topera f’Malta. F’din il-kariga, hu tella’ għadd kbir ta’ produzzjonijiet kulturali għar-radju. Matul is-sebgħinijiet, flimkien ma’ Karmen Azzopardi, il-Kavallier Paul Naudi u oħrajn, kien fundatur tal-Atturi Theatre Group, l-ewwel kumpanija teatrali tar-repertorju ta’ Malta. Matul is-snin, Farrugia dderieġa għadd ta’ xogħljiet drammatiċi u komiċi ewlenin Ewropej. Farrugia dderieġa wkoll sensiliet ewlenin għat-televixin, fosthom l-ewwel teleserje għal Malta, F’Baħar Wieħed, li għadha magħrufa sal-lum. Dan is-suċċess vara l-karriera twila tiegħu f’dan il-qasam u sal-lum għadu jaħdem fuq proġetti ġodda fil-qasam tal-arti, ir-radju, it-teatru u t-televixin.

Ritratt: JEREMY WONNACOTT/DOI Sante Guido hu storiku u konservatur tal-arti. Sa mill-1996 wettaq studji, riċerka u restawr ta’ opri ta’ arti li jappartjenu lill-wirt Malti u b’rabta mal-arti u l-artisti Taljani. Hu wkoll l-awtur ta’ proġett pilota għar-restawr tal-Konkatidral kollu, bl-ewwel restawr u l-istudju tal-Kappella Taljana. Matul is-snin organizza konferenzi internazzjonali fil-Belt Valletta u Reggio Calabria, dwar l-arti ta’ Mattia Preti u l-Gran Mastru Gregorio Carafa f’Malta. Insibu wkoll wirjiet oħra li kienu organizzati minnu fl-Italja bilgħan li jippromwovu xogħol artistiku tal-wirt rikk Malti.

Tas-Sliema. Malli ntebaħ li l-persuna ma setgħetx tinstab faċilment mit-Taqsima tal-Protezzjoni Ċivili u l-Pulizija tad-Distrett, Sean qabeż f’baħar imqalleb mingħajr titubanza u bl-intervent rapidu tiegħu salva l-ħajja ta’ żagħżugħ ta’ 14-il sena. Irnexxielu wkoll jikkalmah waqt li kien qed jippanikkja fl-ilma. Sean, li ilu jilgħab il-waterpolo għal diversi snin, meqjus bħala għawwiem tajjeb u spiss jidħol għal sfidi sportivi bħal surfing u snowboarding.

George Procopiou MOM Procopiou hu meqjus wieħed mill-aqwa fix-xena internazzjonali u anke wieħed mill-aktar persuni influwenti fl-industrija marittima. Ir-relazzjoni tiegħu ma’ Malta tmur lura għall-1982 meta fforma kumpanija Maltija, li permezz tagħha rreġistra l-ewwel bastiment tiegħu taħt il-bandiera Maltija. Matul is-snin, permezz tal-kumpaniji tiegħu, irreġistra ’l fuq minn 150 bastiment li 55 minnhom bħalissa jġorru l-bandiera ta’ Malta. Is-sehem tiegħu kien ukoll kruċjali fl-iżvilupp ta’ politika u leġiżlazzjoni li wasslu għall-qafas b’saħħtu legali li Malta għandha fis-seħħ bħala ġurisdizzjoni ewlenija fil-marittima.

Neil Agius MQR Agius hu għawwiem li jispeċjalizza f’avvenimenti ta’ freestyle fuq distanzi twal. Sal-2011, hu kiseb tliet rekords Maltin fl-għawm freestyle tal-400, 800 u 1,500 metru. Din is-sena, Agius kiser ukoll ir-rekord dinji tal-itwal għawma bla waqfien u mingħajr għajnuna, tul distanza ta’ 125.6km minn Linosa, l-Italja, għal Malta, fi ftit aktar minn 52 siegħa bil-għan li titqajjem kuxjenza dwar it-tniġġis tal-plastik fil-baħar, parti mill-kampanja Wave of Change.

MIDALJA GĦALL-QLUBIJA Dr Raymond Grixti MRQ Bħala tabib iddistingwa ruħu għall-azzjoni f’waqtha li permezz tagħha rnexxielu jagħti l-ewwel għajnuna lil individwu li kien ferut serjament f’post ostili li ma setax jintlaħaq faċilment. Peress li l-ferut kien għadu ħaj u l-ħin kien kritiku ħafna għalih, it-Tabib Grixti oppona l-parir tas-Senior Medical Staff li jistennew l-uffiċjali tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili (CPD) biex jgħinuhom huma jaslu fejn il-korrut. Fil-proċess, Grixti safa ferut b’diversi ġrieħi li għalihom kellu jiġi mdewwi aktar tard, wara li l-persuna korruta ġiet assistita u ttieħdet lejn l-isptar. Sean Meli MRQ Meli sar magħruf talli salva żagħżugħ ta’ nazzjonalità Ċiniża li nġarr fil-baħar fi Qui-Si-Sana,

Il-MIDALJA GĦALL-QADI TAR-REPUBBLIKA

Philip Michael Chircop MQR Wara l-irtirar kmieni tiegħu mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, huwa ddedika parti kbira minn ħajtu jimmilita fis-setturi tas-saħħa u l-anzjani, fejn serva f’bordijiet ta’ diversi organizzazzjonijiet. Fl-1994, Chircop ġie elett l-ewwel Viċi Sindku ta’ raħal twelidu b’maġġoranza ta’ voti. Hu kien strumentali fl-akkwist ta’ żewġ blood freezers għaċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm li jippermettu l-ħażna fit-tul ta’ demm rari li jagħmlu faċilment disponibbli għal każijiet ta’ emerġenza. Philip hu promotur ta’ ġranet Ewropej li jippromwovu d-drittijiet tal-pazjenti, mard rari u trasfużjoni bla ħlas tad-demm. F’Mejju tal-2013, hu waqqaf l-Alleanza Nazzjonali għall-ME/CFS u għal dawk li jbatu mill-Fibromyalgia. F’Settembru tal-2013 waqqaf il-Fondazzjoni Nanniet Malta, li hi membru sħiħ talAGE Platform Europe fi Brussell. Lino Farrugia MQR Fl-1972 Farrugia ġie offrut xogħol bħala produttur/direttur mar-Rediffusion Group of Companies, kumpanija Ingliża li dak iż-żmien

Anton Grasso MQR Wara li bejn l-1975 u l-1981 kien jgħallem ir-Reliġjon, il-Malti u l-Ingliż fl-Iskola tasSnajja’, l-Isla, u aktar tard fl-Iskola ta’ Bighi, il-Kalkara, Grasso tħabbeb mal-Malti minn kmieni u ta’ età żgħira kien diġà kiteb għadd ta’ novelli, esejs u poeżiji li kienu ppubblikati fil-gazzetti lokali. Grasso hu l-awtur ta’ għadd kbir ta’ kotba, bl-ewwel ktieb tiegħu, Iljieli bla Qamar, li hu l-ewwel volum ta’ stejjer tal-biża’ bil-Malti, ippubblikat fl-1974. Ta’ 22 sena, Grasso kkuntattja lil Ira Levin biex jagħtih permess jaqleb ir-rumanz klassiku Rosemary’s Baby għallMalti. Bosta mill-kotba tiegħu nbiegħu kollha u reġgħu ġew ippubblikati. L-interess tiegħu fl-istorja tal-biża’ żviluppa kult f’dan il-ġeneru. Lilian Maistre MQR Maistre bdiet il-karriera tagħha bħala għalliema ta’ emerġenza fl-Iskejjel Primarji talGvern, waqt li l-involviment tagħha fix-xandir beda fis-sittinijiet meta ġiet offruta biex tippreżenta l-ewwel programm tar-radju tagħha mar-Rediffusion. Sussegwentement intalbet tippreżenta u tipproduċi l-programm perjodiku Familja Waħda, programm li baqgħet tipproduċi sakemm kellha tirtira ta’ 81 sena minħabba l-pandemija tal-COVID-19. Il-popolarità tal-programm dejjem kienet sors ta’ sodisfazzjon għax-xogħol tagħha li kien jagħmilha kburija ħafna. Jane Marshall MQR Il-karriera ta’ Marshall fit-teatru u t-televixin hi itwal minn 50 sena. Sa mill-1967 bid-debutt tagħha f’festival teatrali ta’ drammi klassiċi Griegi, Marshall inqabdet mal-kurrent qawwi tal-qawmien kulturali li seħħ matul issnin 60 fejn il-kontribut tagħha bħala attriċi fil-qasam teatrali kien wieħed sostanzjali. Fl-1970 siefret lejn Londra biex issegwi kors professjonali fl-arti tar-reċtar u meta rritornat Malta tliet snin wara, immedjatament bdiet timpenja ruħha fix-xena teatrali, televiżiva u radjufonika lokali. Sal-1980, Marshall kienet saret magħrufa ħafna għax-xogħol tagħha fuq il-palk u t-televixin. Il-karriera tagħha laħqet il-quċċata meta fuq l-istazzjon televiżiv lokali xxandret is-sensiela kontroversjali Il-Madonna Taċ-Ċoqqa, li għaliha baqgħet tissemma. Fl-1981, hi emigrat mal-familja lejn l-Awstralja fejn għexet għal 15-il sena u ħadmet għall-ABC Television u l-iSpecial Broadcasting Services Radio and Television. Fl-1994, esperjenzat wieħed mill-isbaħ mumenti tal-karriera tagħha meta ħadet sehem f’xogħol li ttella’ fil-famuża Sydney Opera House. Fl-1995 hi ġiet lura Malta biex tkompli fil-karriera tagħha għat-teatru u t-televixin lokali u għadha tgawdi popolarità fost ilMaltin u l-Għawdxin. Charles Paul Muscat MQR Muscat emigra lejn l-Awstralja fl-1962 u kien punt ta’ riferiment bejn il-komunitajiet

Maltin fl-Awstralja u Malta għal dawn l-aħħar snin. Hu għen lil ħafna immigranti Maltin biex isibu impjieg u ta’ spiss kien joqgħod fuq kumitati msejħin mill-Ministeri Federali għall-Immigrazzjoni fejn seta’ joffri pariri lill-awtoritajiet rilevanti. Muscat serva wkoll għal numru ta’ snin bħala l-Kummissarju Għoli għal Malta tal-Awstralja u New Zealand. Michael Pace MQR Pace ddistingwa ruħu fil-qasam tal-edukazzjoni fiżika u l-isport, b’mod partikolari fil-ħidma volontarja tiegħu ma’ persuni b’diżabilità, fi żmien meta ċerti prinċipji kienu kkunsidrati bħala mhux Ortodossi u mistkerrha. Hu kien wieħed mill-ftit individwi li ddedi­ ka l-enerġija tiegħu sabiex jikseb ir-riżorsi meħtiega biex jippromwovi l-bodybuilding bħala dixxiplina sportiva, b’mod partikola­ ri fost iż-żgħażagħ. Fl-1958, beda l-karriera tiegħu bħala għalliem, fejn irċieva Borża ta’ Studju mill-Kunsill Brittaniku fl-Edukazzjoni Fiżika fit-Teachers’ Training College of Physical Education ta’ Loughborough, fir-Renju Unit. Għal aktar minn 57 sena, hu ta sehmu bħala kowċ nazzjonali għall-Physically Disabled Rehabilitation Centre f’Kordin, fuq bażi volontarja. Connie Vella MQR Għal dawn l-aħħar 30 sena, Vella tat għajnu­ na lill-pazjenti minn Malta li jkunu qed jir­ ċievu kura medika fi sptarijiet fl-Ingilterra u lid-dipendenti tagħhom. Fl-aħħar tas-snin 80, hi ngħaqdet ma’ kumitat fl-isptarijiet imwaqqaf biex isiru żjarat lill-pazjenti Maltin li qed jirċievu kura fir-Renju Unit u malajr ħadet rwol ewlieni biex jiġu organizzati attivitajiet għall-ġbir ta’ fondi li jgħinu u jassistu lill-istess pazjenti. Issa li għalqet 90 sena, xorta baqgħet taħdem bla heda għar-rieda tajba tal-komunità Maltija, speċjalment għall-morda. Dr Ethel Vento Zahra MQR Dr Zahra hi kirurgu dentali b’interess partikolari fis-saħħa pubblika u hi Visiting Senior Lecturer fid-Dipartiment tar-Riabilitazzjoni Orali fil-Fakultà tal-Kirurġija Dentali tal-Università ta’ Malta. F’Ġunju li għadda ngħatat premju ta’ rikonoxximent High Level of Service għas-servizz tagħha lill-pubbliku. Fl-2015, Ethel ġiet iddijanjostikata b’kanċer tas-sider fl-età ta’ 36 sena u fl-2018, b’kanċer metastatiku tas-sider. Hi saret kelliema fuq din il-marda u hi attiva ħafna bħala membru tal-kumitat ta’ Europa Donna Malta, li hi NGO li tiddefendi d-drittijiet ta’ pazjenti li għandhom kanċer tas-sider, li tqajjem kuxjenza dwar il-kanċer tas-sider u li tipprovdi appoġġ lin-nisa u l-familji tagħhom meta jiġu dijanjostikati b’xi ħaġa relatata mal-kanċer tas-sider. Dr Joe Zammit Ciantar MQR Zammit Ciantar hu għalliem bi professjoni mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni u nħatar bħala Master of Maltese, Kap tad-Dipartiment, Uffiċjal Edukattiv, Lecturer u Senior Lecturer fil-Junior College. Zammit Ciantar hu President ta’ Grupp Awturi u Viċi President tal-Akkademja tal-Malti, waqt li hu membru tal-Kumitat Internazzjonali tal-Onomastic Sciences (ICOS), tal-Bord Editorjali tal-Atlas Linguarum Europae (ALE) u tal-International Society for Dialetology and Geolinguistics (SIDG). Hu rrappreżenta wkoll lill-Gvern Malti fuq il-Kumitat ad hoc ta’ Esperti dwar Lingwi Reġjonali jew ta’ Minoranza fl-Ewropa tal-Kunsill tal-Ewropa. Minbarra li ppubblika diversi kotba, poeżiji, artikli b’riċerka f’ġurnali lokali u barranin, u ppreżenta xogħol f’konferenzi internazzjonali f’Copenhagen, Dublin, Belfast, Pisa u Boston, hu kien koeditur ukoll f’diversi rivisti.


16

19.12.2021

TMEXXIJA GĦALL-ĠUSTIZZJA

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Resqin lejn tmiem sena oħra. Sena li rat tibdil politiku, miżuri ġodda jiddaħħlu fis-seħħ u t-tkomplija tal-imxija tal-Covid. Pajjiżna bħal kull pajjiż ieħor kellu jaddatta b’għadd ta’ miżuri u kultant rilaxx, sabiex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika u fuq kollox il-mixja ekonomika. Ma kienx dejjem faċli li jintlaħaq dan il-bilanċ iżda t-tmexxija ta’ Robert Abela tat, tista’ tgħid, assigurazzjoni li pajjiżna jibqa’ miexi fuq ir-ritmu li kien qabad fis-snin passati riċenti. Bħal kull sena oħra, assistenja wkoll għall-Baġit tal-Gvern. Baġit li għal darb’oħra wera l-qalb soċjali tal-Gvern u fuq kollox, kompla jassisti lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-socjetà tagħna. Kultant dan il-Gvern, spicca vittma tas-suċċessi tiegħu f’sens li tant daħħal miżuri ta’ din ix-xorta, li qatt ma kellu ċans jispjega jew jagħmel propaganda dwarhom. Dan wassal biex ħafna nies jieħdu kollox forgranted u qajla jkejlu d-differenza li dawn il-miżuri għamlu fil-ħajja tagħhom. Ċertament li fost l-akbar miżuri mħabbra fil-Baġit ta’ din is-sena kien hemm li fuq perjodu ta’ ħames snin, it-taxxa tad-dħul se tkun eskluża mid-dħul tal-pensjonijiet. Dan ifisser li mhux talli l-pensjonanti qed jingħataw żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja, mhux talli qed ikollhom żidiet addizzjonali sena wara oħra imma issa wkoll, id-dħul mill-pensjoni mhux se jibqa’ jkun intaxxat fuq il-perjodu ta’ żmien li semmejna. Rajna miżura fejn jidħol ix-xogħol parttime. Miżura li se twassal biex id-dħul minn xogħol part-time jiġi ntaxxat biss b’10%. Dan huwa ta’ benefiċċju kbir għal dawk il-ħaddiema li jaħdmu sigħat twal wara l-ħin tax-xogħol tagħhom u permezz t’hekk, anki r-rata fis-siegħa netta se tħallilhom aktar flus fil-but. Mill-aspett ambjentali rajna żieda fl-għoti ta’ sussidju fuq l-importazzjoni ta’ karozzi elettriċi. Din hija miżura li se tħajjar aktar nies jagħmlu l-qalba tant meħtieġa tal-vetturi tagħhom. Irridu ngħidu li pajjiżna huwa t-tieni l-ogħla pajjiż fl-Ewropa li jagħti danis-sussidju. Forsi fis-snin li ġejjin naraw miżura simili wkoll għal dawk li jagħżlu li jiddisponu jew ibigħu l-vettura tagħhom u ma jixtrux vettura oħra u b’hekk ikunu qed inaqqsu vettura mit-triq. Nemmen li dan huwa l-pass li jmiss f’dan il-qasam. Fis-settur tas-saħħa rajna żieda bla preċedent fin-nefqa. Qed naraw investi-

ment li qatt ma rajna bħalu u dan mhux biss minħabba l-pandemija imma wkoll permezz ta’ investiment mill-aktar wiesa’ fl-oqsma kollha ta’ san is-settur. Qed naraw introduzzjoni ta’ mediċini ġodda fuq il-formularju tal-Gvern, qed naraw impenn u nefqa ikbar biex nassiguraw stokk adekwat ta’ mediċina, żieda fl-ammont ta’ interventi kirurġiċi, investiment fit-tobba u fl-infermiera u fuq kollox investiment f’teknoloġija ġdida u aktar effiċjenti biex jingħata servizz superjuri. Assistenja għal miżuri li assiguraw l-impjiegi tan-nies. Inizjattivi u miżuri li salvaw għexieren ta’ eluf ta’ impjiegi, żammew il-ħaddiema fil-post tax-xogħol tagħhom u għajnuna lin-negozji biex jibqgħu fil-wiċċ. Dan wassal biex għadd ta’ negozji setgħu jaraw li hemm Gvern li għandu fiduċja fihom u rriskjaw ikomplu jikbru u jinvestu fin-negozju tagħhom biex meta ġew rilaxxati ċerti miżuri, setgħu joffru servizz aħjar jew miżjud fuq dak li kienu joffru qabel il-pandemija. Dan meta pajjiżi oħra kienu qed jieħdu u jimplimentaw miżuri ta’ awsterità li wasslu għal għad ta’ protesti fit-toroq ewlenin. Dan ma kienx il-każ f’pajjiżna għaliex kellna Gvern li ħass il-polz tal-poplu u aktar milli irreaġixxa għal dak li sibna ruħna fih, kien proattiv u antiċipa dak li kien qed jiġri ftit ’il bogħod minna. Dan kollu sar filwaqt li l-Gvern ta’ Robert Abela żamm il-kelma tiegħu u għamel bidliet fl-istituzzjonijiet, fil-ħatriet importanti u ħadem bla heda biex isaħħaħ il-Governanza u s-Saltna tad-Dritt, hekk kif ikkonfermat anki minn istituzzjonijiet Ewropej. Dan kollu wkoll meta rnexxielu f’ċirkostanzi tant diffiċli, iżomm il-credit ratings għoljin ta’ pajjiżna. Għaldaqstant, resqin lejn sena ġdida li għandna għalfejn inħarsu lejha b’lenti pożittiva. Sena li wkoll se ġġib bidliet ġodda iżda li deħlin għaliha b’kuraġġ u b’determinazzjoni li nkomplu nirnexxu. Sena li se twassalna biex nagħtu l-ġudizzju tagħna fuq dak li għaddejna minnu fl-aħħar snin. Jien konvint li l-maġġoranza tal-poplu Malti jirrikonoxxi dan kollu li għadni kemm semmejt u għaldaqstant, mhu se jkollu l-ebda eżitazzjoni sabiex ikompli fit-triq li ninsabu fiha taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela, li verament jemmen fil-familji Maltin u Għawdxin.

Dan ifisser li mhux talli l-pensjonanti qed jingħataw żieda sħiħa għall-għoli tal-ħajja, mhux talli qed ikollhom żidiet addizzjonali sena wara oħra imma issa wkoll, id-dħul mill-pensjoni mhux se jibqa’ jkun intaxxat fuq il-perjodu ta’ żmien li semmejna

Sur Editur, Ħa ngħidlek din, Sur Editur. Għall-poter ifottu lil ommhom dawn in-nies, biex ma ngħidhiex bil-Malti pur, għax daqt jitwieled. Din il-ġimgħa l-Gvern tagħna vvota favur il-Baġit għas-sena d-dieħla. Il-partit tagħhom li lanqas tista’ ssejjaħlu Oppożizzjoni, ivvota kontra kull vot li tressaq. Kontra kollox. Ara kemm huma kulur il-ħaxix. Għax aħjar f’dan iż-żmien ta’ paċi u sliem ma nkunx aħdar bħalhom, hux. Issa l-ewwel ivvutaw kontra l-Baġit, kontra l-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin, imbagħad ftit tal-jiem oħra jiġu jgħidulna l-Milied it-Tajjeb u Sena Ġdida mimlija risq. Risq iva, imma bis-saħħa tal-Gvern tagħna! X’kull waħda. Ja qatta’ ipokriti. Kollha santi u qaddisin u domni u labti u jkakku x-xjaten. Puuuu għal wiċċhom! Imbagħad is-suppost Kap tagħhom joqgħod jiftaħar li qed jirranka l-ispirtu tal-Milied u x-xiri tar-rigali. Iva, taf xi spirtu tal-Milied qed jirranka hux, kulur aħdar tal-ħdura min-naħa tagħhom imma. U jekk qed jirranka x-xiri tar-rigali, żgur mhux grazzi għalihom, Sur Editur. Kulħadd jaf min qed jaħdem biex il-poplu jkollu l-flus fil-but ħalli jixtri r-rigali tal-Milied. U kulħadd jaf min għen lin-negozji biex ikunu jistgħu jibqgħu miftuħin ħalli n-nies jixtru r-rigali. U meta tal-aħbarijiet tagħhom irrappurtaw din iż-żjara, qalu li dan iż-żmien tas-sena huwa żmien fejn kulħadd jingħaqad bħala poplu wieħed. Ibda int, Sur suppost Kap tal-Oppożizzjoni, agħmel pass biex tgħaqqad lill-poplu, mhux kull kelma li tgħid biex tifred. Spiżjara dawn. Biex għal darb’oħra ma nużax il-kelma li kienu jgħidu missirijietna, Sur Editur. Milli għandhom bit-tunnellati, jipprovaw jagħtuh lilna. Taqra l-aħbarijiet tagħhom titqalla’. Kollox iswed, ħażin u f’xifer l-irdum. It-taħwid li għandhom huma bir-rimi, qed jaraw kif jitfgħuh fuq il-partit tagħna. Skont huma tagħna kollha għandhom jirriżenjaw jew iwarrbu. Biex minflokom jidħlu dawk l-erba’ qtates li jsejħu lilhom infushom Repubblika. Ajma j’ommi! Niġu sew! U Kap tal-Komunikazzjoni jitfgħu lil dak li jimla l-gazzetta tagħhom kull nhar ta’ Ħadd iqaddes bil-ħrejjef. Ma nafx kif qatt ma għamlulu monument ħdejn dak ta’ Esopu, jekk għandu wieħed. Aħjar jitkellem fuq id-dwell Grech-Delia dan l-għaref. Nammirah għall-immaġinazzjoni fertili li għandu. Aħjar jitkellem fuq dak li għaddej fi ħdanhom. Mela dik mhux farsa oħra li kien hemm jew, Sur Editur? Tan-Naxxar qed ngħid. Storja li kompliet tixhed l-inkwiet bejn il-fazzjonijiet fil-Partit Nazzjonalista. Issa din, stenn għax għandha isimha jieħu karta ta’ pitazz waħdu, din Anne Marie Muscat Fenech Adami, sfidat lil dak li suppost huwa l-Kap tagħha u baqgħet Sindku tan-Naxxar, kontra t-talba li għamlilha s-suppost Kap tagħhom permezz tas-Segretarju Ġenerali tal-partit. Għax din Anna Marija taf li ġabu skuża biex iqalftuha ’l barra. Għax jekk idur dawra madwaru u juża l-istess kejl li pprova juża ma’ din, Bernard Grech għandu ħafna iktar riżenji x’jitlob. Issa din Anna Marija popolari immens fin-Naxxar. U hemm ilbiża’ li toħroġ għall-elezzjoni. Għalhekk, sabu x-xoqqa f’moxtha u ppruvaw idabbrulha rasha ’l hemm. U l-iktar li ħadet gost kienet il-Buttigieg. Din mejta biex tħares lejn din Anna Marija u tgħidilha, Bye, Sellili! Fuq dawn ma jiktibx imma l-Esopu tagħhom! U żgur! Minflok joqgħod jivvinta l-istejjer fuq tagħna. U ħallina! Messu jagħmel bħal Kristy il-Babe Debono u jammetti li l-kunflitti li għandhom dgħajfu mhux ftit lill-partit tagħhom. Vera qalitha bi skumdità liema bħalha, imma qalitha. Ammettiet li l-kunflitti interni ma għenu xejn lill-partit immexxi minn Nardu. Imma nsomma. Il-Milied it-Tajjeb lilek, Sur Editur, u lil kulħadd. Għax il-Ħadd li ġej ikun għadda l-Milied. U l-Milied it-Tajjeb lil Melda tiegħi, għax mur oqgħod biha jekk ninsa. Avolja lejlet il-Milied noqogħdu nitgezzu ftit quddiem it-tpetpit tad-dawl tas-siġra tal-Milied. Għad-dieħla!


19.12.2021

FESTA OĦRA ĠENERUŻA SE TIFTAĦ L-2022 Ingħataw dettalji tal-festa ta’ tal-Providenza bil-Premju Ċitġenerożità li ssir fl-1 ta’ Jannar tadin Ewropew. Rikonoxximent ta’ kull sena organizzata mid- fuq livell Ewropew tal-ħidma li Dar tal-Providenza, fejn il-poplu ssir ifisser ħafna għall-amminbl-għajnuna finanzjarja tiegħu istrazzjoni, ħaddiema u volun­ jkun mitlub isostni l-ħidma tieri tad-Dar. b’risq persuni b’diżabilità. Mil-lum stess jistgħu jsiru Fr Martin Micallef u Na- d-donazzjonijiet sal-1 ta’ Jandine Camilleri Cassano, Diret- nar billi jibgħat id-donazzjoni tur u Amministratur tad-Dar tiegħu fuq in-numri indikarispettivament, taw id-dettalji ti hawn taħt, biex finalment tal-maratona li se terġa’ ssir tiġi inkluża fis-somma totali li fl-istudios tal-Where’s Every- titħabbar fi tmiem il-maratona: body f’Ħal Qormi biex tiġi ssalvagwardjata s-saħħa u s-sig€10 – 5160 2012 urtà ta’ kulħadd. Fil-post se €15 – 5170 2013 jkunu jistgħu jidħlu biss dawk €25 – 5180 2014 li se jkunu qed iwieġbu t-tele€50 – 5190 2085 fonati u l-mistiedna distinti. €100 – 5130 2022 Bħas-soltu, il-“Festa ta’ Ġen(SMS) €7 – 50618922 erożità” tkun trażmessa fuq BOV Mobile – 79324834 l-istazzjonijiet ewlenin tat-televixin bejn nofsinhar u nofsillejl. Jeżisti wkoll is-servizz talFr Micallef qal li din is-sena, Pay­pal u t-trasferimenti jistkienet sena oħra partikolari għu jsiru fil-kontijiet tad-Dar ħafna għad-Dar tal-Providen- tal-Providenza mal-banek ewza minħabba li l-pandemija lenin BOV, HSBC, BNF Bank, APS tal-COVID-19 ħalliet waħda Bank u Lombark Bank. mir-residenti vittma, anke jekk, Wieħed jista’ wkoll jibgħat bis-saħħa tal-vaċċin, il-ħajja id-donazzjoni tiegħu b’ċekk lidtar-residenti marret lura Dar tal-Providenza, Triq Lapsi, għan-normal u is-Siġġiewi SGW2822, reġgħu bdew jiltgħalkemm ġie mfakaqgħu wiċċ imb wiċċ kar li b’direttiva talmal-qraba u l-ħbieb Bank Ċentrali ma jisttagħhom, waqt li jatgħux jinħarġu iżjed tendu xi atttivitajiet li ċekkijiet ta’ €20 jew jsiru fil-komunità. Il-ġbir ta’ inqas. Is-servizzi resi­ Għotjiet jin­tlaq­għu fon­di din wkoll fl-uffiċċju tadden­zjali li toffri d-Dar huma servizzi per­ Dar tal-Pro­videnza, fi is-sena so­nalizzati li jwieġ­ Triq San Pawl il-Belt, reġ­a’ kien wara s-Suq, filgħodu bu għall-bżonnjiet u l-aspirazzjonijiet bejn id-9:00 a.m. u limitat tar-residenti. “Aħna għad-Dar 12:00 p.m., mill-Paola impenjati,” qal Fr Catholic Bookshop, Martin, “li nkomplu Raħal Ġdid, kif ukoll ntejbu dejjem aktar mill-Pjazza tar-Rabat il-kwalità tal-ħajja tar-residenti Malta mill-ġimgħa d-dieħla. u s-servizzi li noffru anke biex Camilleri Cassano spjegat kif, ir-residenti jkunu inklużi u jip- wara waqfa ta’ sentejn, se jsiru parteċipaw f’attivitajiet li jsi- l-wirja u l-irkant ta’ xogħlijiet ru fil-komunità. Biex nagħmlu tal-arti bħala parti mill-“Fesdan dejjem naraw li kull sena ta ta’ Ġenerożità”. Kull min hu ninvestu f’riżorsi umani, xiri interessat jista’ jara l-katalgu ta’ apparat ġdid, xogħol ta’ ma- tax-xogħlijiet kollha flimkien nutenzjoni u anke proġetti ka- ma’ informazzjoni dwar l-irkant pitali biex inkomplu niftħu djar online fuq is-siti dtpauction. oħra fil-komunità.” com jew belgraviaauctions. L-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fon­ com. di għad-Dar din is-sena reġ­għu Min jixtieq jara dawn ix-xogkienu limitati, bl-eċċezzjoni ħlijiet b’mod fiżiku, jista’ jżur tal-maratona fil-bidu tal-2021 wirja li qed issir fl-intrata u dik li saret f’Lulju minflok tal-bini tal-Parlament fil-Belt. tal-volleyball. Din il-wirja, li se tibqa’ għadFr Martin żied jgħid li, min- dejja sas-26 ta’ Diċembru, hi barra l-iebes li ġabet magħha miftuħa għall-pubbliku bejn idl-pandemija, fl-2021 kien hemm 9:00 a.m. u l-5:00 p.m. mit-Tneukoll mumenti sbieħ bħal meta jn sal-Ġimgħa u bejn id-9.00 l-Parlament Ewropew irrikon- a.m. u n-12.30 p.m. nhar ta’ Sibt oxxa l-ħidma li twettaq id-Dar u Ħadd.

17


18

19.12.2021

IR-RELIKWA TAL-MAXTURA TAL-BAMBIN F’RUMA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Quddiem l-artal maġġur tal-Bażilika Papali ta’ Santa Maria Maggiore f’Ruma, insibu kripta magħrufa bħala ‘tar-relikwarju’ u li ġiet ikkummissjonata mill-Papa Piju IX biex fiha tinżamm ir-relikwa qaddisa tal-Maxtura tal-Bambin. Ir-relikwarju tal-kristall, f’għamla ta’ presepju, fih biċċiet tal-injam mill-eqdem li t-tradizzjoni tqis bħala parti mill-maxtura fejn tpoġġa Ġesù Bambin fil-lejl tal-ewwel Milied. Statwa tal-irħam tal-Papa Piju IX għarkupptejh quddiem ir-relikwa tal-maxtura sservi ta’ eżempju għall-fidili li jiġu jaraw l-ewwel presepju umli tas-Salvatur. Id-devozzjoni ta’ Piju IX lejn il-Presepju Qaddis wasslitu biex jikkummissjona wkoll il-kappella tal-kripta, u għaldaqstant l-arma tiegħu tidher fuq l-artal. L-istatwa ta’ Piju IX, il-Papa tal-Immakulata Kunċizzjoni, ġiet skolpita minn Ignazio Jacometti u mqiegħda fil-kripta mill-Papa Ljun XIII. L-urna prezzjuża tal-kristall mirquma bil-fidda, li permezz tagħha l-fidili jistgħu jaraw u jqimu r-relikwa tal-maxtura, ġiet iddisinjata minn Giuseppe Valadier u mogħtija lill-bażilika mill-Ambaxxatur tal-Portugall għas-Santa Sede. Xbieha oħra sabiħa tal-“Presepju” f’din il-kripta, b’tifkira tal-ġrajja tat-twelid ta’ Kristu, oriġinat fl-432 meta l-Papa Sistu III (432440) ikkummissjona, fi ħdan il-Bażilika primittiva li kien hemm qabel l-istruttura tallum, “grotta tan-Natività” simili għal dak f’Betlem. Bosta pellegrini li dak iż-żmien kienu qed jirritornaw Ruma mill-Art Imqaddsa, ġabu magħhom bċejjeċ prezzjużi tal-Presepju Qaddis (cunambulum), li issa jinżammu fil-kappella magħrufa bħala tad-deheb. Matul is-sekli ta’ wara diversi papiet ħadu ħsieb il-grotta qaddisa ta’ Sistu III, sakemm il-Papa Nicolò IV fl1288 ikkummissjona skultura mill-isbaħ tan-“Natività” lil Arnolfo di Cambio. Fil-Bażilika ta’ Santa Maria Maggiore saru ħafna tibdiliet u rikostruzzjonijiet tant li meta l-Papa Sistu V (1585-1590) tella’ l-Kappella tas-Santissimu Sagrament

fin-nava tal-lemin, ordna lillPerit Domenico Fontana biex jittrasferixxi, mingħajr ma jiżżarma, il-presepju antik “tan-Natività” bl-elementi li kien għad hemm mill-iskultura ta’ Arnolfo di Cambio. F’dan il-presepju uniku, insibu t-tliet Maġi, lebsin ilbies eleganti u żarbun bi stil gotiku mhux maħdum. San Ġużepp qed jammira b’sens ta’ għaġeb u riverenza l-miraklu tal-Bambin f’dirgħajn ilVerġni Marija msaħħna millbaqra u l-ħmar. Il-Bażilika Patrijarkali ta’ Santa Maria Maggiore fejn jinstabu dawn ir-relikwi relatati mal-Milied, hija bħal ġojjell prezzjuż fil-kuruna tal-knejjes Rumani. It-teżori sbieħ tagħha huma ta’ valur kbir, u jirrappreżentaw irrwol tal-Knisja bħala l-benniena taċ-ċiviltà artistika Kristjana f’Ruma. Għal kważi 16-il seklu, Santa Maria Maggiore żammet ir-rwol tagħha bħala s-santwarju dinji ewlieni ddedikat lill-Verġni Marija u lit-Twelid tal-Mulej u li dejjem kienet kalamita għall-pellegrini minn madwar id-dinja li ġew fil-Belt Eterna biex jesperjenzaw is-sbuħija, il-kobor

u l-qdusija ta’ din il-bażilika. Tinsab fuq il-quċċata tal-Colle Esquiline, u hija l-unika bażilika patrijarkali mill-erbgħa f’Ruma li żammet l-arkitettura paleo-Kristjana tagħha. It-tradizzjoni tgħid li kienet il-Verġni Marija stess li ispirat l-għażla tal-post għall-bini tal-knisja. L-istorja tgħidilna li dehret f’ħolma kemm lill-Patrizju Ġwanni kif ukoll lill-Papa Liberju u talbet li tinbena knisja f’ġieħha

f’sit li hi kellha tindika b’mod mirakoluż. Fl-għodwa sħuna tal-5 ta’ Awwissu 358, l-Għolja Esquiline f’Ruma sebħet miksija b’kutra tas-silġ. Meta ra dan, il-Papa Liberju ħażżeż il-perimetru tal-bażilika l-ġdida fil-borra filwaqt li l-Patrizju Ruman Ġwanni wiegħed li jiffinanzja l-bini tal-knisja l-ġdida. Minn din il-knisja oriġinali ma baqa’ xejn ħlief ftit linji fil-Liber Pontificalis li jaffer-

maw li l-Papa Liberju “fecit basilicam nomini suo iuxta Macellum Liviae”. Lanqas skavi riċenti taħt il-knisja attwali ma ħarġu għad-dawl fdalijiet ta’ din l-istruttura antika. Madankollu, ġew skoperti ħafna monumenti arkeoloġiċi importanti bħall-kalendarju uniku tat-tieni jew it-tielet seklu wara Kristu u fdalijiet ta’ ħitan Rumani. Il-kampnar Ruman tal-Bażilika, mibni mill-Papa Girgor XI wara r-ritorn

Il-Bażilika Patrijarkali ta’ Santa Maria Maggiore fejn jinstabu dawn ir-relikwi relatati mal-Milied, hija bħal ġojjell prezzjuż fil-kuruna tal-knejjes Rumani. It-teżori sbieħ tagħha huma ta’ valur kbir, u jirrappreżentaw ir-rwol tal-Knisja bħala l-benniena taċ-ċiviltà artistika Kristjana f’Ruma


19

19.12.2021

tiegħu mill-eżilju f’Avignon, huwa 75 metru għoli u huwa l-ogħla f’Ruma. Il-kampnar fih ħames qniepen, li waħda minnhom, “La Sperduta,” (il-mitlufa) iddoqq kull filgħaxija fid-disgħa bil-ħoss distintiv tagħha li jinstema’ ma’ ħafna nħawi minn Ruma, biex isejjaħ lill-fidili għat-

talb. Il-Bażilika li naraw illum tmur lura għall-ħames seklu wara Kristu. Il-kostruzzjoni tagħha kienet marbuta mal-Konċilju ta’ Efesu tas-sena 431 wara Kristu, li pproklama lil Marija - Theotokos, Omm Alla. Kien il-Papa Sistu III li kkummissjona u ffinanz-

ja l-proġett bħala Isqof ta’ Ruma. L-opra ewlenija u unika ta’ Santa Maria Maggiore hija mużajk tal-ħames seklu, ikkummissjonata mill-istess Papa Sistu III tul iż-żewġ naħat tan-navata kollha tal-knisja u l-ark trijonfali fuq l-artal maġġur. Il-mużajk tan-nava jirrakkonta erba’

ċikli ta’ storja sagra mill-bibbja u fihom naraw lill-Abraham, Ġakobb, Mosè u Ġożwè. Huwa maħsub li nsibuhom bħala xhieda tal-wegħda ta’ Alla lill-poplu Lhudi li jagħtihom l-art imwiegħda u l-għajnuna Tiegħu biex jilħquha. Papa Benedittu XIV ikkummissjona pittura mill-isbaħ

tat-Twelid ta’ Kristu ta’ Francesco Mancini. Anke bejn il-pilastri joniċi taħt il-mużajk, Ferdinando Fuga wettaq sensiela ta’ pannelli b’bassorilievi ta’ Mino del Reame li jirrappreżentaw it-Twelid tal-Mulej, il-Miraklu tas-Silġ, l-Assunzjoni tal-Verġni Marija u l-Adorazzjoni tal-Maġi.


20

19.12.2021

DAWL FUQ ULIED IL-GRAN MASTRU DE VALETTE Fl-1998, Mercieca kien kiteb artiklu fejn irrefera għal sejba arkivjali fl-Atti tal-Magħmudija tal-Birgu. Fihom kien sab imniżżel it-twelid ta’ ċertu Matteo fl-1563, deskritt bħala iben Gio Batta li, min-naħa tiegħu, kien iben il-Gran Mastru Jean de Valette. 16-il sena wara, l-Imħallef Emeritu Giovanni Bonello reġa’ tefa’ l-istess dawl fuq l-eżistenza ta’ xi wlied imnissel mill-Gran Mastru Jean de Valette. Dr Bonello ta evidenza storika li dan il-Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta kellu mill-inqas żewġt itfal. Minn CHARLES B. SPITERI

Simon, tista’ tgħidilna kif sirt taf b’din l-iskoperta? Din kienet parti minn proċess aktar vast u kontinwu ta’ rikostruzzjoni ta’ familji Maltin tal-passat li nbeda b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Istorja fl-Università ta’ Malta u ċ-Ċentru Roland Mousner fl-Università ta’ Pariġi, Paris IV – Sorbonne. L-idea oriġinat fl-1994 meta r-Rettur tal-Università ta’ dak iż-żmien, Fr. Peter Serracino Inglott, flimkien mal-Professur tal-Istorja, Victor Mallia Milanes, għall-ewwel darba, iddeliberaw ir-rikostruzzjoni tal-popolazzjoni Maltija fuq database tal-kompjuter. L-ewwel parroċċi magħżulin għar-rikostruzzjoni kienu tnejn mill-inħawi tal-port: l-Isla u Bormla. L-għajnuna offruta mill-kuratur talMużew tal-Katidral ta’ dak iż-żmien, Dun Ġwann Azzopardi, kienet indispensabbli u għenet biex jespandi dan il-proġett lill-familji tar-Rabat, Bir Miftuħ, Ħal Qormi u l-Birgu. Kien waqt li bir-reqqa kienet qed tinbena mill-ġdid il-popolazzjoni tal-Birgu li l-isem tan-neputi ta’ de Valette ħareġ għall-ewwel darba. X’kien jinvolvi x-xogħol ta’ rikostruzzjoni? Kien jinvolvi l-identifikazzjoni ta’ kull individwu li għex f’zona ġeografika speċifika flimkien mal-familja kollha tiegħu jew tagħha. Kull meta jkun possibbli, jiġi stabbilit ukoll il-post eżatt tat-twelid u r-residenza. Il-fajl tar-riċerka ġie estiż aktar biex tinbena mill-ġdid

il-popolazzjoni kollha ta’ Malta fis-seklu 16. Fil-fatt, minbarra l-Birgu, ix-xogħol kiber għal Ħaż-Żebbuġ u għal Għawdex. L-istudju beda jiffoka wkoll fuq il-popolazzjoni taż-Żurrieq. Grazzi għal dan il-proċess impenjattiv ħafna, kull individwu, li twieled f’Malta, jitqiegħed f’kuntest storiku billi tkun ittraċċata l-familja tiegħu jew tagħha, li jibda mid-data tat-twelid, taż-żwieġ u tal-mewt stabbiliti b’mod korrett. Iżda l-intenzjoni kienet li jinstabu xi sejbiet partikulari f ’din ir-riċerka?

Cola iżda de Valette, filwaqt li l-kunjom korrett tan-nobbli Fjorentin kien Buonaccorsi. Sfortunatament iż-żwieġ ta’ Isabella spiċċa fi traġedja. Stefano Buonaccorsi qatilha f’dak li jidher li kien reat tal-passjoni inqas minn sena wara li żżewwiġha.

Iżda l-Kavallieri ta’ Malta rreaġixxew billi bil-mod iddistakkaw lilhom infushom mill-ambjent reliġjuż, filwaqt li ħadu sura aktar mondana u sekulari.

Dan ifisser li sa ma saret ir-riċerka ta’ Dr. Bonello, ħadd ma kien jaf xejn fuq ħajjet il-Kavallieri tal-Ordni?

L-aktar referenza famuża nsibuha fid-dramm mhux mitmum ta’ Frederick Schiller dwar l-Assedju l-Kbir ta’ Malta bl-isem Die Malteser, li jittratta l-imħabba u t-tfal tiegħu. Hu importanti li wieħed jiftakar li Schiller kien storiku mħarreġ u professur tal-istorja u ddeċieda li jikteb dramm dwar l-Assedju l-Kbir. Fih, Schiller jattribwixxi lill-Gran Mastru l-eżistenza ta’ iben illeġittimu, li jiltaqa’ ma’ tmiem ta’ eroj billi jmut fil-ġlied fid-difiża ddisprata tal-Forti Sant’Anġlu. Francesco Balbi da Correggio wkoll ippubblika r-rakkont tiegħu tal-Assedju l-Kbir fi Spanja, fl-1567. It-tieni edizzjoni riveduta u estiża kienet ippubblikata fl-1568. Fir-rakkont tiegħu jirreferi għallmewt fil-ġlieda ta’ Henri u Giovanni Parisot de la Valette. Kittieba oħrajn spekulaw li ma kienx sempliċiment neputi iżda ibnu illeġittimu. Iżda l-kontroversja waqfet hemm. Il-kwistjoni ta’ wlied de Valette reġgħet tfaċċat fis-seklu 19, fi Franza, f’rumanz fuq il-ħajja privata ta’ Kavallier partikulari, il-famuż Romegas, li kellu aspirazzjonijiet qawwija li jsir Gran Mastru. Ir-rumanz qanqal reazzjoni qawwija mill-aristokrazija Franċiża u

Kien grazzi għar-riċerka tiegħu, li l-ħajja privata ta’ xi Kavallieri tinsab esposta u l-kisbiet u d-dgħufijiet umani tagħhom jibqgħu sors ta’ kurżità. Kien bl-interess personali tiegħu li sab ukoll in-neputi tal-Gran Mastru. Kieku ma kienx hu, l-istorja kienet tibqa’ midfuna bħal dik ta’ ħafna tfal oħra li twieldu barra ż-żwieġ.

Le, qatt. Lanqas ma kienet l-intenzjoni tiegħi li nippubblika ċerti ‘skoperti’ li jikkonċernaw il-ħajja privata ta’ individwi. Madankollu, fl-istudju tad-demografija storika, xi skoperti jingħaqdu flimkien u jirrappreżentaw aktar minn sempliċi skoperta soċjali. Terġa’ jafu jqajmu interess jew polemika fost Iżda mhix ovvja li din uħud. l-illeġittimità tagħti lok għal sensazzjonaliżmu? Jissemma li de Valette kellu żewġt itfal. Nafu Hekk irrimarka Dr. Bonelmin kienu? lo, b’mod partikulari fil-każ tal-Ordni, minħabba l-fatt li L-ewwel wild kien Barthe- l-Kavallieri Ospitalieri kienu lemy, li t-twelid tiegħu kien marbutin b’vot ta’ kastità. Din leġittimizzat mir-Re ta’ Fran- il-vot ittieħdet flimkien ma’ za. It-tieni kienet tifla, bl-is- dawk ta’ ubbidjenza u faqar. em ta’ Isabelle, li għall-kun- Fir-realtà, wegħdiet bħal trarju ta’ ħuha, ma kellha dawn ittieħdu mill-membri bżonn l-ebda forma ta’ leġit- kollha tal-ordnijiet. Madanktimazzjoni. Ir-riabilitazzjoni ollu, kien biss matul is-seklu soċjali tagħha saret permezz 18 li, kull ksur tal-vot tal-kastaż-żwieġ, li ġie ċċelebrat tità minn Kavallier ta’ Malta, fil-Birgu fil-15 ta’ Jannar 1567. beda jiġi kkontestat serjaL-Att taż-Żwieġ jispeċifika li ment mill-opinjoni pubblika Stefano Bonaeurso, Fjoren- wara li kienu kritikati b’mod tin, iżżewweġ lil Isabella qawwi f’xogħlijiet letterarji Busavia li missierha kien ta’ żmien l-Illuminiżmu.

U lil de Valette nsibuh imniżżel f ’xi dramm?

mill-klassi medja ta’ żmien Karlu X u ma ħadux gost b’rumanz bħal dan. Għal dak iż-żmien, x’kien jitqies l-iktar bħala skandlu: l-illeġittimità jew l-infertilità? L-illeġittimità pprovokat skandlu inqas mill-infertilità. Il-ħila ta’ mara kienet titkejjel minn kemm kienet fertili, għax mara armla ta’ 20 sena bit-tfal, kellha probabbiltà aħjar li terġa’ tiżżewweġ minn xebba f’dak l-istess grupp ta’ età. L-istess jista’ jingħad għall-irġiel. Iċ-ċelibati, inklużi s-saċerdoti, ma kellhom ebda diffikultà jgħammdu lit-trabi tagħhom imwielda mill-qaddejja jew ħbieb tagħhom mhux miżżewġin. L-Atti tal-Magħmudijiet ma jagħtuniex aktar dawl fuq ċerti każi? Fihom insibu wħud mit-trabi li twieldu minn relazzjoni illeġittima ma’ Kavallier. L-Ospitalier Antonio Bosio hu każ partikulari. Hu sar famuż mad-dinja għas-sejba tal-katakombi f’Ruma. Kien iben illeġittimu ta’ Kavallier ta’ Malta u mara mill-Birgu. Il-Kappillan tal-Birgu, Matteo Fava, ma kellu l-ebda problema jirrikonoxxi l-eżistenza ta’ ġrajjiet illeċiti tal-Kavallieri, jew li japprova l-paternità tagħhom. Min-naħa tiegħu, Fra Filippo d’Amico lanqas kellu diffikultà jagħraf pubblikament li Geronimo, imwieled fl1563, kien ibnu. Is-sejbiet ta’ Dr Bonello jaqgħu taħt din il-paradigma. Fil-każ ta’


21

19.12.2021

Barthelemy, l-isem tal-omm hu magħruf. Kienet Caterina Gree. Kif ikkonkluda birraġun, il-mara kienet jew korteġjana ta’ oriġini Griega jew Griega ta’ Rodi. Dak iż-żmien, li f’Malta jkollok tfal barra ż-żwieġ ma kinitx xi ħaġa kbira. Ħafna kienu jqisuha normali. Possibbilment, il-pubbliku jaċċetta u ‘jittollera’ sitwazzjonijiet bħal dawn ferm aktar mis-soċjetà kontemporanja tagħna. It-twelid tan-neputi ta’ de Valette kien reġistrat mill-kappillan, u jindika li kulħadd fil-Birgu, kien jaf b’dan it-tifel. Il-Birgu tas-seklu 16 kien komunità żgħira, fejn kulħadd (bħal-lum) kien jaf lil kulħadd u fatti bħal dawn kienu diffiċli ħafna biex jinħbew mill-iskrutinju pubbliku. Allura n-neputi ta’ de Valette, meta twieled? Twieled fl-1 ta’ Ottubru, 1559. Dakinhar, il-kappillan tal-Birgu amministra r-rit tal-magħmudija lil żewġ trabi oħra: it-tnejn bniet. L-ewwel li tgħammdu kienu l-bniet. In-neputi tal-Gran Mastru ġie l-aħħar u kien jismu Matteo. Skont il-prattika matul dak il-perjodu, f’każ ta’ twelid leġittimu, ingħata biss l-isem

tal-missier. L-isem tal-omm inżamm. Il-missier jismu Gio Battista. F’dan il-każ ingħata l-isem ta’ missier Matteo, li jfisser li t-tarbija twieldet minn relazzjoni leġittima. Iżda l-kappillan żied dettall ieħor interessanti. Hu rreġistra l-isem tan-nannu patern ta’ Matteo, li ma kinitx ħaġa konformi mal-prattika tassoltu tar-reġistrazzjoni. Insibu hekk: “Jien għammidt lil Matteo iben in-nobbli Gio Battista ta’ Fra Giovanni di Valletta, il-Gran Mastru. L-ewwel parrinu kien Giuseppe Caldes, it-tieni Giovanni di Borges”. Fr-rigward taż-żamma tarReġistri tal-Magħmudijiet, min ħareġ bl-idea? Kien ir-Re Franġisku I ta’ Franza, li fl-1539 ta struzzjonijiet lill-kappillani kollha tar-renju tiegħu biex iżommu Reġistru tal-Magħmudija. Ordinanza bħal din żgur influwenzat u ħolqot preċedent fil-Punent Latin. Fil-fatt, madwar l-1555, il-parroċċi kollha f’Malta kienu qed iżommu dawn l-Atti. Il-Birgu ma kienx eċċezzjoni. Fl-ewwel jiem, il-kappillan tal-Birgu kien ferm aktar interessat li jirreġistra t-twelid fost

il-merħla tiegħu, mingħajr ebda distinzjoni soċjali. Dawn indikaw reġistrazzjoni qawwija, b’magħmudijiet li jvarjaw bejn 3, 4 jew 5 kuljum. Jidher li fil-bidu tas-seklu 17, fil-Birgu nħass il-bżonn li ssir kopja ta’ dawn l-Atti. Dan jirriżulta b’mod ċar mill-kaligrafija differenti. Analiżi ulterjuri turi li l-kopjatur ipprova jkun preċiż kemm jista’ jkun. Minkejja l-fatt li dawn il-kopji saru wara l-Konċilju ta’ Trento, il-kopjatur ippriserva u baqa’ fidil lejn il-format pre-Tridentin tal-Atti bikrin. Pereżempju, fl-Atti ta’ qabel it-Tridentin, (dawk miktubin qabel l-1563) ingħata biss l-isem tal-missier. F’każ fejn kien ikun hemm twelid illeġittimu, kien jitniżżel biss isem l-omm. Din ukoll kienet il-faċilità tal-Atti tal-Magħmudija tal-Birgu. L-isem tal-missier kien eskluż. Kien fl-ispirtu Tridentin li l-isem taż-żewġ ġenituri beda jkun inkluż fl-Atti. It-tieni prova ta’ kkupjar korrett tinsab fil-lista tal-ismijiet tal-parrini. Il-Konċilju ta’ Trento skoraġġixxa li jirreġistra aktar minn raġel wieħed jew aktar minn mara waħda bħala parrina. Fil-każ tat-tarbija Matteo, kellu żewġ parrini rġiel.

Fr-rigward tad-dokumentazzjoni, kien hemm min ħareġ kontra? Fil-qari ta’ din id-dokumentazzjoni, tqum mistoqsija immedjata dwar jekk missier Matteo, Gio Battista kienx iben de Valette jew iben wieħed mill-qaddejja jew skjavi tal-Gran Mastru. L-użu ‘di’ li jfisser ‘ta’, wara Gio Batta u qabel l-isem ta’ Giovanni di Valletta jista’ jkun problematiku, u iva, kien sors ta’ kontroversja fil-passat. Id-dokument ma jispeċifikax lil Gio Battista bħala iben Fra Joan di Valletta. Għal din ir-raġuni, l-użu tal-artiklu partittiv Taljan ta lok għal mistoqsija leġittima millProf Godfrey Wettinger fejn esprima d-dubji tiegħu li tfisser ‘iben ta’’. Hu ssuġġerixxa li jista’ joqgħod għal wieħed mill-iskjavi ta’ de Valette. Biex jipprova dan il-punt, Wettinger uża eżempji minn reġistri, li juru li l-isem ta’ wieħed mill-iskjavi ta’ de Valette kien jismu Joanni Parisiotto. Jidher ċar li kien imsemmi għall-Gran Mastru, iżda dawn huma kompletament żewġ reġistri differenti. Mela kif nistgħu naċċertaw li t-tifel tal-Gran Mastru kien tabilħaqq ibnu?

Għax insibu t-tifsira storika tad-‘di’ u d-‘de’. L-istudju u l-interpretazzjoni korretta tagħhom għandhom ikunu mfittxijin fil-kuntest tar-reġistrazzjoni tat-trabi fil-Knisja, b’mod ġenerali u partikulari r-Rekords tal-Magħmudija tal-Birgu. L-istudju ta’ dawk ir-reġistri fil-Birgu jikxef it-tifsira eżatta tal-prepożizzjoni ‘di’. Naħseb li hawn għandna l-ewwel differenza lessikali li toħroġ fir-rigward tal-użu tal-istess prepożizzjoni ‘ta’’ f ’volumi differenti. Ir-rekords jidhru li qed jagħmlu distinzjoni bejn il-Latin ‘de’ u l-varjazzjoni Taljana tiegħu ‘di’. Il-‘di’ kienet użata fir-rekords tal-Knisja biex tindika ‘iben ta’’. Il-kelma ‘de’ fir-Reġistri tal-Istat kienet ikkunsidrata aktar xierqa biex jiġu identifikati skjavi manumitti. Dan il-kunċett legali hu rifless tajjeb fir-reġistri tal-Birgu u jistgħu jissemmew bosta eżempji fejn ir-Reġistri tal-Magħmudija juru biċ-ċar li d-‘di’ quddiem isem individwu kien ifisser ‘iben ta’’, aktar milli ‘skjav ta’’. Fir-rigward tal-iskjavi tal-Gran Mastru de Valette, il-kappillani dejjem ħadu l-prekawzjoni li jiddikjaraw il-kundizzjoni soċjali tal-iskjavi. Dan kien japplika wkoll għall-eks skjavi, li kienu deskritti fl-Atti tal-Parroċċa bil-kelma “manumissum” (skjav meħlus). Dawk li kienu priġunieri kienu jissejħu “servum” jew “serva”, “shiarus” jew “shiava”, “ethiopicus” jew “ethiopica”, “negro” jew “negra”. “Jien, Don Matteo Fava amministrajt irrit tal-magħmudija lil Francesco, ilsir tal-Gran Mastru.” Il-kliem tal-Att hu għal darb’oħra ta’ interess partikolari. F’dik l-epoka, l-iskjavi kienu meqjusin bħala proprjetà tal-Ordni aktar milli proprjetà ta’ Kavallier individwali. Fil-fatt meta l-Gran Mastru de Valette għammed lil Francesco, id-‘di’ tidher quddiem il-pożizzjoni tiegħu ta’ Gran Mastru, u mhux quddiem ismu. Aktar importanti minn hekk, il-kappillan ma wera l-ebda interess li jikxef l-isem tal-‘imgħallem’. Hawnhekk wieħed irid jistaqsi l-mistoqsija: Għaliex Francesco kellu l-istatus soċjali tiegħu identifikat b’mod ċar iżda l-isem ta’ sidu miżmum? L-istess qassis uża kejl differenti vis-à-vis Gio Batta. L-ispjegazzjoni ovvja hi għaliex l-istatus ta’ Gio Batta ma kienx dak ta’ skjav iżda dak ta’ iben: iben de Valette.


22

19.12.2021

JUSTIN FARRUGIA

ID-DIREZZJONI HIJA PARTI KBIRA MINN ĦAJTU Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Il-personalità li tkellimt magħha llum żgur li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni. Qed nirreferi għal Justin Farrugia. Għandu 37 sena, illum joqgħod Ħaż-Żabbar, iffissat fuq il-films, il-kotba, il-comics, il-cartoons, l-arti, il-mużika, u l-fotografija, kollha passatempi li jduru mar-rakkont. Filfatt, ir-rakkont f’kull għamla tiegħu jaffaxxinah sal-punt li jmarrdu, imma ma jixba’ qatt, u din beda jħossha mindu kien żgħir ħafna u qatt ma nbidlet. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala raġel miżżewweġ u jammetti li din hija l-ikbar sors ta’ kuntentizza f’ħajtu, martu Angelle, hi kienet bla dubju dik il-persuna li għallmitu ħafna u tatu kull raġuni biex jirsisti u ma jaqta’ qalbu qatt f’ħajtu. “Dan kien dovut ukoll għall-fatt li kelli trobbija minn ġenituri eżemplari f’kollox. Illum ftit fadal x’jiddefinixxi lili għax ħajti wisq iddur ma’ xogħli u dan naf li mhux tajjeb minkejja li nħobbu. Emozzjonalment introvert, iżda professjonalment inħossni bil-gass dejjem magħfus. F’xogħli nilbes ħafna kpiepel, imma l-iktar li nħossni ħaj u produttiv huwa meta nkun qiegħed fuq sett, nidderieġi; nagħmel ix-xogħol ta’ direttur. Li tidderieġi mhux biss taqra script u tobżqu, fih ħafna taħbil il-moħħ, u meta ma jkunx hemm dal-kunflitt interjuri fik għid li m’intix tagħmlu sew. F’Malta għadna lura ħafna u tinkazzani immensament li ħafna nies li jipproklamaw lilhom infushom diretturi u lanqas jafu jixegħlu xemgħa għall-kamera, jew kif imexxu l-atturi lejn il-qalb tal-istorja. Dawn it-tip ta’ nies jinsultawni, għax ħafna drabi l-istorja u l-attur isalvawlhom wiċċhom u huma stess ma jindunawx li qed ikunu mażżra fl-industrija tagħna. It-televixin qed imiss il-qiegħ, u kull min suppost qed jiġġieled biex iqanqal xi ħaġa bl-arti tiegħu qed isir zombie; fis-sens ċinematografiku taż-zombies, jaħdmu biss fuq istint biex jieklu, bla bżonn li jużaw moħħhom,” beda jgħidli Jus-

tin. The Women of George Cross Island hija mini-serje dokumentattiva Fil-fatt, Justin huwa l-producer ta’ The Women of George Cross Island li hija mini-serje dokumentattiva dwar nisa li kkontribwixxew b’mod sħiħ fil-gwerra, b’riskji kbar għalihom u għal uliedhom. Din hija l-ewwel darba li qed jittrattaw bijografiji ta’ persuni reali. Is-soltu l-istorja tinħoloq fi sfond reali, bħal fi Strada Stretta, imma l-karattri jkunu fittizji minkejja li xi stejjer ikunu ġraw realment. F’dan ilproġett trid titfa’ qabel kollox it-timbru tal-awtentiċità. Mistoqsi ma’ liema sfidi kellhom jiltaqgħu, Justin weġibni: “Qabelxejn l-isfidi qatt ma jinbidlu, hija l-esperjenza li tgħallmek ittaffi l-isforz li hemm bżonn biex tegħlibhom. Il-fatt jibqa’ li jekk titlef l-element ta’ biża’ fil-ħaġa tkun qed titlef nofs l-entużjażmu li jkollok. U aħna għandna t-tendenza li ma nagħmlu xejn jekk ilħaġa ma tagħtikx ġlieda tajba.

Li mmorru lura fiż-żmien mhix xi ħaġa ġdida, imma t-Tieni Gwerra Dinjija, dik storja oħra. Hija storja oħra għaliex jekk tanalizza s-serje preċedenti tagħna tinduna li l-istejjer kienu jittrattaw battalji interni fil-bniedem, u l-problema perenni bejn ir-relazzjojinijiet u t-twemmin tal-karattri tagħna. Din id-darba, il-karattri huma persuni li għexu u hemm min jiftakarhom sew, allura m’hemmx il-lussu li toħolqu, imma li tkun kemm jista’ jkun reali, u t-tieni, hemm element kbir estern li minn minuta għal oħra jista’ jbiddel id-destin tagħhom. Tifhmunix ħażin, l-istorja tagħhom ġiet riċerkata u nafuha; imma meta kienu qed jgħixu, fil-mument tal-gwerra ma kellhomx idea. Bħala direttur pruvajt kemm jista’ jkun inħalli dik is-sens ta’ inċertezza tirrenja ftit fil-burdata ġenerali tal-film.” Sfida oħra kienet li jsib il-postijiet, kollox qiegħed jittiekel, jew jevolvi u dak li kbirna naraw madwarna qed jinbidel, it-toroq, il-binjiet li minbarra jibqgħu simili għajr

għal xi restawr, minn ġewwa qed naraw binjiet jiġu spulpjati għall-modern, li għandu l-faxxinu tiegħu wkoll, imma dan ma jagħmilhiex faċli għall-produtturi bħalu. Minbarra t-tim tal-produzzjoni tiegħu, atturi u ħaddiema oħra, involuta filproġett insibu wkoll lil Kim Dalli, li qed taħdem mill-qrib magħhom. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan l-involviment dirett tagħha magħhom. “Qabelxejn tajjeb li ngħid li ili naħdem ħafna ma’ Kim bħala attriċi; sirna nafuha bħala extra li kienet ġiet f’xena ta’ restorant fis-serje li baqgħet popolari sa’ llum, Gizelle, imbagħad iktar tard ħdimt magħha f’Evanġelisti fejn kienet għamlet il-parti ta’ Helena, persuna nieqsa middawl, u li għaliha kienet rebħet award għall-aqwa attriċi, bqjana u erġajna ħdimna flimkien fi Strada Stretta. Kim kienet ukoll ġurnalista mat-Times u kien hemm fejn kellha l-ewwel togħma ta’ rakkonti ta’ nies fil-gwerra. Meta ħsibna f’dan il-proġett konna mistednin għand Kim,

u wara li rajna film tal-gwerra bdiet tirrakkonta meta intervistat nisa li ħadmu ġewwa l-Lascaris war room. Dak il-ħin faqqset l-idea li b’xi mod jew ieħor isir dokumentarju li jikkommemora xogħol dwar dawn in-nisa. Apparti li qed tikteb script bir-reqqa Kim se jkollha wkoll parti attiva fejn f’xi mumenti se ssibha f’nofs l-azzjoni. Kienet xewqa li esprimiet hi li b’xi mod tiltaqa’ fiżikament ma’ dawn in-nisa; u dan se jiġri permezz tad-dokudramm.” It-tir huwa li toħroġ fis-sena 2022 The Women of George Cross Island ser tagħtina togħma ta’ dak li kien għaddej fis-snin 40. Ser niltaqgħu ma’ karattri li għexu 70 sena ilu. Fil-fatt, biex ipproduċewh irrikjeda ħafna riċerka. B’hekk ridt inkun naf x’tip ta’ riċerka kellhom jagħmlu sabiex ġabru l-informazzjoni kollha. “Mhux produzzjoni faċli, kull prop, kull frame, kull mezz ta’ trasport u kostum għandhom ikunu tal-epoka.


08.11.2020 19.12.2021

23

SKEDA ONE ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News

20:10 20:30 21:15 22:50 23:30

Primetime Reboot Min Imissu Niftakru ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved Taf X’qed Jgħidu? Niftakru Country Jamboree ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports

19:30 20:10 20:30 21:00 23:30

ERBGĦA & Temp 22-12 ONE News Primetime The Local Traveller Phobia ONE News

Mhux kemm taf Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

TLIETA 21-12

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 23-12

Tinstema’ faċli, imma meta tkun trid issib mediċini, faxex, uniformijiet u saħasitra armi awtentiċi l-affarijiet jikkumplikaw. Il-postijiet li sibt kienu ġebel u saqaf, u trid tagħmel mezz li xejn minn dan ma jinħass meta tkun qed issegwi l-istorja. Filwaqt li Kim kompliet tirriċerka fuq ħajjet in-nisa kellna nużaw ħafna ritratt biex dak li jidher mil-lenti jkun awtentiku. Qabbadna persuna esperta tidentifika l-uniformijiet, il-kostumi, ix-xagħar kif ukoll il-make-up li kien partikolari. Ma nistgħux ninsew li dawn kienu qed jgħixu fi-żminijiet fejn kien hemm nuqqas ta’ riżorsi kbar. Krista Zammit Marmara kellha tara u toħloq l-effett ta’ splużjonijiet u nirien fuq il-ġilda tal-bniedem. Nemmen li għamlet biċċa xogħol impekkabbli. Aħna f’Malta għandna ħafna nies li jifhmu fil-gwerra u dawn ma nistgħux niddiżappuntawhom.” Mistoqsi meta ser toħroġ għall-pubbliku, Justin stqarr miegħi li għalissa t-tir huwa li toħroġ 2022, u qed jiffilmjaw

bi standards li jkunu mitluba internazzjonalment bit-tir li jkollha l-possibbiltà tasal barra minn xtutna. “Suppost sa qabel is-sajf li jmiss inkunu għalaqna kollox. Però fadal li jsiru intervisti ma’ nies u ma’ protagonisti barra minn Malta. Is-sitwazzjoni preżenti mhix tgħin, imma llum permezz tat-teknoloġija hemm ħafna x’wieħed jista’ jagħmel,” żvela miegħi Justin. Fl-aħħar nett, tlabtu jħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Huwa ta’ għajb għal pajjiżna li għadna ma nirrikonoxxux l-impenn ta’ dawn in-nisa. Huwa ta’ għajb li s’issa, m’hemmx triq waħda, jew monument wieħed li jikkommemora x-xogħol straordinarju tagħhom. B’hekk nibtet din l-idea tal-mini-serje, u nistieden lil kull min għandu xi informazzjoni biex ma jiddejjaqx javviċinana. Nisfida lill-istudenti tal-istorja biex ma jibqgħux fuq kompjuter biss biex jiskopru informazzjoni ġdida, imma jmorru jqallbu fl-arkivji u fil-libreriji li pajjiżna mogħni bihom,” temm jgħid Justin.

TNEJN 20-12

15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 17:30 18:30 19:15 19:20 19:30

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Mitt sena midDimostrazzjoni tal-Bambin 17:20 Paċi fl-Art

17:30 18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 ONE News 15:35 Telebejgħ 15:50 Mill-Chcina ta’ Dari 16:00 Primetime Preview 16:20 What’s Cooking 16:50 Country Jamboree (special) 17:30 Is-Sejħa tal-Milied 17:45 Jacob 18:00 The Buddy

18:30 Klassi 24-12 Għalina 19:15 Mill-Chcina ta’ Dari 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Primetime 20:30 Il-Milied ta’ Scrooge 22:00 Quddiesa Lejlet il-Milied 23:10 Paċi fl-Art

12:30 12:35 14:00 15:30 15:35 15:45 17:30 18:00

18:45 19:20 19:30 20:10 20:33 23:30

ONE News Pink Panther Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

SIBT 25-12

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:25 Reboot 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Ħolm tal-Milied 10:45 Stejjer tan-nannu Ton 12:00 Urbi et Orbi

06:30 06:45 07:15 07:55 08:00 08:40 09:00

ONE News Niftakru The Local Traveller Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari

ONE News Stejjer tan-nannu Ton Versatile Concert ONE News Paċi fl-Art String Serenades Sabiħa l-Ħajja Pink Panther

09:30 Sabiħa l-Ħajja 10:10 Country Jamboree 10:45 Jacob 11:00 E-Special 11:20 Telebejgħ 12:00 L-Istrina 12:30 ONE News

ĠIMGĦA

12:35 15:30 15:35 19:20 19:30 20:10 00:00

Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

ĦADD 26-12

L-Istrina ONE News L-Istrina One Sport & Temp ONE News L-Istrina ONE News


24

19.12.2021

reċensjoni tal-ktieb

GODFREY PIROTTA:

IL-POLITIKA TA’ ĦAJTI Il-fenomenu ta’ kitbiet awtobijografiċi u bijografiċi f’Malta ħa spinta kbira u żied sewwa fir-ritmu f’dawn l-aħħar snin. Mhux biss qegħdin nisimgħu b’aktar nies fil-ħajja pubblika li qegħdin jiktbu t-tiġrib ta’ ħajjithom, imma sar għandna djar tal-pubblikazzjonijiet li qegħdin jinvestu f’sensiliet editjati ta’ ħajjiet ta’ personalitajiet magħrufa. Kull ħajja ta’ bniedem hija tassew ktieb magħluq li jinfetaħ beraħ hekk kif tiskopriha. Il-ħajja hija damma ta’ avvenimenti, deċiżjonijiet u emozzjonijiet b’taħlita ta’ rieda u, xi drabi beżgħat, li jagħġnuha u jagħtuha tifsila u tifsira. Xogħol bijografiku mhux biss ilaqqagħna mal-persuna taħt il-lenti, imma jagħtina ħjiel ġeneruż taż-żmien u l-ispazju li fih tkun għexet u dammet ġrajjietha. Bħala akkademiku fil-qasam tax-xjenza soċjali, inħoss li dan it-tip ta’ moviment letterarju għandu jibqa’ joktor u jissaħħaħ għax nemmen li hu bżonjuż biex nissoktaw niskopru l-enerġija u d-dgħufija tal-umanità kollettiva u, fl-istess waqt, distintiva tagħna. Huwa f’dan il-kuntest li ddeċidejt li noħroġ għall-beraħ il-ħajja ta’ Godrey Pirotta. Professur tax-xjenza politika. Għalliem u ħassieb. Riċerkatur u kittieb. Ambaxxatur u attivist soċjali. Ħabrieki fil-volontarjat. Benefattur ta’ eluf ta’ studenti. Persuna li tħobb il-ħajja u tħobb innies. Nemmen li l-istorja ta’ Godfrey Pirotta mhux biss hija mimlija, interessanti u mlewna, imma hija wkoll relevanti għallkotra. Relevanti għax tħeġġeġ għal dak li verament jgħodd u li jagħti sens lill-ħajja, waqt li tbarri l-artifiċjalità u l-kożmetika li għandhom ħabta jintossikaw il-valuri universali u awtentiċi. Lil Godfrey Pirotta ili nafu sa minn mindu dħalt fl-Università

ta’ Malta bħala student fi ħdan id-Dipartiment tal-Public Policy fl-1992. Ngħid iddritt, ġibidni mill-ewwel mhux biss għax għandu ħabta li jiftakar isem l-istudenti tiegħu u jsejħilhom b’isimhom, imma għax deher mill-ewwel li jien u sħabi ma konniex sempliċi numru quddiemu. Għalih, aħna konna individwi li konna nġorru bagalji ta’ esperjenzi li hu qatt ma ġġudikahom, imma dejjem bena fuqhom biex jiftħilna t-twieqi għall-għarfien u t-tħaddim tal-għerf. Bħalma ħassejtni jien, hekk ħassewhom sħabi u l-istudenti kollha li ġew qabli u li ġew warajja. Id-destin reġa’ laqqagħni ma’ Godfrey meta snin wara dħalt ngħallem fl-Università ta’ Malta, l-ewwel fuq bażi part-time u aktar tard bħala lettur residenti. Biż-żmien bnejna relazzjoni b’saħħitha bħala kollegi u ħbieb. Min jaf kemm-il darba kien jaqbad jirrakkonta xi episodji minn ħajtu u minn dak li kont nisma’, intbaħt kemm tassew

dak li jgħid huwa relevanti għalija. Bla ma jaf, Godfrey baqa’ jgħallimni snin wara li temmejt l-istudji terzjarji tiegħi. Meta kont konvint kemm huwa rakkontatur ta’ ħila u kemm ir-rakkonti tiegħu jistgħu jkunu ta’ ispirazzjoni għall-bqija, ġietni l-idea li nikteb il-bijografija ta’ dan il-Professur twajjeb. Ma kinitx deċiżjoni ħafifa. Xogħol bħal dan jieħu s-snin. Jinvolvi lill-widnejn, daqskemm jitħaddmu l-ilsien u l-pinna. Fuq kollox jitlob il-paċenzja. Ħafna paċenzja. Imma xejn ma seta’ jibda sakemm seta’ jkolli l-kunsens ta’ Godfrey. U biex qalli ‘iva’, ħa aktar minn tliet snin. Mal-kunsens infetħu l-bibien kollha biex stajna nibdew infasslu dan ix-xogħol bijografiku; xogħol li tmexxa skont metodoloġija li ddettaw it-tematika u l-istil tal-kontenut. Xogħol li nfirex fuq erba’ snin biex stajt niffinalizzah L-intervisti saru bejn Jannar 2018 u Marzu 2020. Xi drabi ltqajna fl-Università ta’ Malta u xi minn daqqiet iltqajna f’xi ħanut fejn konna nixorbu xi ħaġa ħafifa u niskru bil-kliem. Ebda intervista ma kienet iqsar minn sagħtejn u xi drabi laħqet ukoll mat-tliet sigħat. Kont nirrekordjahom kollha u, imbagħad, fil-kwiet ta’ dari kont nibda nikteb it-traskrizzjonijiet. Kull min ħakk ma’ dan ix-xogħol, jaf kemm trid ħin u sabar. Kemm trid tkun metikoluż. Minn hemm setgħet tiskatta t-tieni fażi ta’ riċerka min-naħa tiegħi. Wara li kont inkun għamilt it-tiftix tiegħi biex insensel il-mistoqsijiet għal kull intervista, issa kont nirriċerka fuq dak li jkun qalli Godfrey. Jekk semma xi ġrajjiet u dati, infittex fuqhom għall-merti ta’ korrettezza. Jekk semma’ xi filosfi kbar, kont nirriċerkahom biex fil-kitba ndaħħal xi ideat minn tagħhom. B’dan il-mod stajt inseddaq dak li qalli billi daħħalt għadd ta’ kwotazz-

Awtur: Mario Thomas Vassallo jonijiet mix-xogħlijiet ta’ dawn il-ġganti tax-xjenza politika. L-istess ħaġa għamilt kull meta ssemmiet xi istituzzjoni; kont infittex fuqha u nżid xi tagħrif biex nagħti sfond għal dak li jintqal. Ma’ din ir-riċerka, l-editjar min-naħa tiegħi kien jinkludi wkoll it-tindif ta’ kliem Ingliż bla ħtieġa biex minfloku ndaħħal Malti idjomatiku. Fl-aħħar mill-aħħar, kull kapitlu miktub u editjat kien jerġa’ jgħaddi għand Godfrey biex jiċċertifika li hu kuntent bil-verżjoni finali. Ħafna drabi l-iskritt kien jerġa’ lura għandi b’diversi bidliet, tnaqqis u żidiet. Hekk seddaqt il-verifikazzjoni interna li hi prinċipju fundamentali fil-metodoloġija tar-riċerka kwalitattiva. F’din in-nota introduttorja dwar il-metodoloġija applikata, ma nistax ma nagħmilx referenza għar-ritratti riprodotti fil-ktieb. Fir-riċerka, ir-ritratti jiffurmaw parti minn dik li ngħidulha evidenza viżiva. L-informazzjoni primarja mhix biss statistika, narrattiva ta’ esperjenzi u interpretazzjonijiet ta’ fatti u figuri, imma taf tkun ukoll grafika fil-forma ta’ illustrazzjonijiet, pjanti ta’ perizja, ritratti u filmati. Ħassejt li ma stajtx nikteb fuq Godfrey Pirotta mingħajr ma nirriproduċi l-akbar numru possibbli ta’ ritratti fil-kuntest tal-limitazzjonijiet li poġġieli l-istampatur. F’idejja kelli turruni ta’ ritratti. Xtaqt li dehru iżjed minnhom, imma l-ktieb hu li hu. Bilfors kelli ninkludi xi ftit, u nħalli ħafna barra. Minnu nnifsu r-ritratt huwa parti mill-istorja tal-bniedem u tal-pajjiż, anzi jista’ jqanqal emozzjonijiet u nostalġiji ferm iżjed mid-dati u l-ġrajjiet. Għalhekk ir-ritratti f’din il-pubblikazzjoni mhumiex qegħdin hemm biex isebbħu, imma biex jikkumplimentaw in-narrattiva tal-kapitli kollha.

Mistoqsija: Meta saru l-intervisti? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb GODFREY PIROTTA - IL-POLITIKA TA’ ĦAJTI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 26 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb DRAWWIET TAL-MILIED MALTIN hija:

G. MAGRO - MOSTA

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Persuna ‘l fuq minn 18-il sena kemm-il gramma ta’ ħaxixa jista’ jkollha fil-pussess tagħha?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

19.12.2021

“THE STOCKWELL STRANGLER” Il-vittmi ta’ Kenneth Erskine kienu kollha anzjani Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Kenneth Erskine huwa qattiel tal-massa Ingliż, magħruf l-iktar bħala “The Stockwell Strangler.” Erskine qatel seba’ anzjani, li wħud minnhom seraqhom u stuprahom, bejn April u Lulju tal-1986 f’Londra fl-Ingilterra. Għal dawn l-omiċidji, Erskine weħel l-ikbar sentenza ta’ snin ta’ ħabs li wieħed seta’ jeħel fl-Ingilterra, dik ta’ 40 sena. Min kien Kenneth Erskine Kenneth Erskine twieled fl-1 ta’ Lulju tal-1963 f’Hammersmith f’Londra. Erskine kien tifel vjolenti u kien spiċċa f’diversi skejjel korrettivi minħabba l-imġiba tiegħu. Il-ġenituri tiegħu ma felħux għalih iżjed hekk kif Erskine prova jifga lil ħuh iż-żgħir u dawn spiċċaw biex tefgħuh ’il barra. Erskine spiċċa bla saqaf fuq rasu u l-karriera kriminali tiegħu bdiet b’għadd ta’ serqiet, li wasslu għall-arrest tiegħu u t-teħid tal-marki tas-swaba’ tiegħu. Dawn il-marki tas-swaba’ kienu kruċjali waqt l-investigazzjoni tal-omiċidji minħabba l-fatt li l-pulizija damu tliet xhur jiġbru l-evidenza biex jiskopru min kien il-qattiel magħruf bħala “The Stockwell Strangler.” Matul is-sajf tal-1986, it-temperaturi f’Londra kienu għoljin u n-nies kienu jħallu t-twieqi mbexxqa biex tgħaddi l-arja minħabba s-sħana li kienet qiegħda tagħmel. Il-problema kienet li kien hemm Erskine jħuf mas-saqajn. Dan beda jidħol fid-djar ta’ nies vulnerabbli biex joqtolhom u f’xi każijiet jistuprahom u anke jisraqhom. Hekk kif l-għadd ta’ vittmi beda jiżdied, il-pulizija wissew linnies biex ma jħallux twieqi miftuħin iżda kien hemm min ma semax. Il-vittmi L-ewwel vittma tiegħu kienet Nancy Eileen Emms ta’ 78 sena. F’April tal-1986, Erskine daħal fid-dar tagħha u fegaha. Għall-bidu kien maħsub li Emms mietet mewta naturali għax sabuha fis-sodda, daqslikieku mietet fl-irqad. Kien meta waħda mill-persuni li jieħdu ħsiebha indunat li Emms kellha televixin nieqes

mid-dar tagħha li saret awtopsja fuq il-katavru. Mill-awtopsja rriżulta li Emms kellha xi tbenġil fuq il-kustilji hekk kif il-qattiel tela’ fuqha u kellha marki madwar għonqha li kienu juru li ġiet fgata. Sar magħruf ukoll li ġiet stuprata. It-tieni vittma ta’ Erskine kienet Janet Cockett ta’ 68 sena. Hu qatilha billi fegaha fid-9 ta’ Ġunju tal-1986. Cockett ma ġietx stuprata bħal Emms minkejja li nstabet għarwiena fis-sodda u l-libsa ta’ taħt, li kienet imqattgħa, kienet mitwija fuq siġġu. Mix-xena taddelitt, il-pulizija rnexxielhom isibu marki tas-swaba’ mat-tieqa minn fejn daħal il-qattiel. Fis-27 ta’ Ġunju, Erskine daħal fid-dar ta’ Fred Prentice ta’ 74 sena. Erskine prova jifgaw iżda Prentice rnexxielu jagħfas il-buttuna tal-emerġenza li ssejjaħ għal persuni li jieħdu ħsieb l-anzjani. Kif Prentice għafasha, Erskine nħasad, qeleb lil Prentice u ħarab minn fuq il-post. Prentice rnexxielu jagħti deskrizzjoni tal-aggressur u qalilhom li meta kien qed jipprova jifgaw, Erskine beda jgħajjat “kill, kill, kill.” It-tielet u r-raba’ vittmi ma kellhomx l-istess xorti ta’ Prentice hekk kif Erskine qatilhom matul il-lejl tat-28 ta’ Ġunju tal-1986. Il-vittmi kienu żewġ irġiel Pollakki, Valentine Gleim ta’ 84 sena u Zbigniew

Strabawa ta’ 94 sena. Dawn kienu joqogħdu fl-istess dar tal-anzjani u Erskine l-ewwel qatel lil Gleim. Skont l-evidenza, jidher li Erskine qagħad jitnaddaf u jqaxxar il-leħja wara li qatel lil Gleim u mbagħad wara mar qatel lil Strabawa. Mill-awtopsja rriżulta li ż-żewġ vittmi ġew stuprati. Il-ħames vittma ta’ Erskine kien William Carmen ta’ 82 sena. Fit-8 ta’ Lulju tal-istess sena, Erskine daħal fid-dar ta’ Carmen u qatlu bl-istess mod li qatel lill-vittmi l-oħrajn. Jidher li Erskine, għall-ewwel darba waqt it-twettiq ta’

dawn l-omiċidji, seraq xi flus mingħand Carmen. Fl-20 ta’ Lulju tal-1986, Erskine qatel lis-sitt vittma tiegħu, William Downes ta’ 74 sena, li kien joqgħod fl-istess blokka li kienet tgħix it-tieni vittma, Janet Cockett. Id-differenza li nstabet kienet li Carmen inqatel mal-art u wara tpoġġa fis-sodda. Il-pulizija sabu diversi marki tas-swaba’ tal-qattiel, li kienu jaqblu mal-marki tas-swaba’ li nstabu f’xi xeni ta’ delitti oħrajn. Wara din is-sejba, il-pulizija saru jafu li Erskine kien il-qattiel hekk kif irnexxielhom iqabblu l-marki Il-vittmi

tas-swaba’ tiegħu li tteħdulu meta kien seraq mal-marki tas-swaba’ li nstabu fuq ix-xeni tad-delitti. Kien għalhekk li l-pulizija xandru li qed ifittxu lil Erskine u biex min jarah jikkuntattjahom mill-ewwel. L-aħħar vittma ta’ Erskine kienet Florence Tisdall ta’ 80 sena. Tisdall kienet tħalli t-tieqa miftuħa minħabba l-qtates tagħha u dan wassal biex Erskine jidħol f’darha. Erskine stupraha u qatilha billi fegaha. Il-katavru ta’ Tisdall instab fit-23 ta’ Lulju tal-1986 minn waħda li kienet tieħu ħsiebha. Il-pulizija bdew isibuha diffiċli biex isibuh minħabba l-fatt li ma kellux indirizz fiss iżda kienu jafu li jsarraf iċ-ċekkijiet tas-sigurtà soċjali u b’hekk bdew jistennew li jagħmel dan. Fil-fatt, fit-28 ta’ Lulju tal-1986, Erskine mar isarraf iċ-ċekk u kien hemm persuna li għarfitu u għarrfet lill-pulizija minnufih. Erskine ġie arrestat mixli b’seba’ omiċidji. Waqt l-interrogazzjoni, il-pulizija saru jafu dwar il-passat xejn sabiħ li kellu Erskine u nnotaw ukoll li kienu qishom qegħdin ikellmu tifel żgħir, minkejja li kellu fuq l-20 sena. F’Jannar tal-1988, Erskine nstab ħati ta’ seba’ omiċidji u weħel 40 sena ħabs. Waqt il-ġuri, Erskine beda jidħaq u jagħmel atti mhux diċenti fl-awla minħabba l-fatt li kellu diżordni mentali. Minħabba f’hekk, Erskine ttieħed fi Broadmoor Hospital. Erskine llum jinsab f’Thornford Park Hospital.


26

19.12.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

19.12.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 412

J. BONNICI - ĦAMRUN

MIMDUDIN: il-ġlekk (6) 1. Kompli l-qawl: 9,18. Dawk li jirtu (5) Ftit wisq togħma 10. Toqgħod ............ (5) bilqiegħda fuqhom (6) 4. Fi Frar dejjem 12. Ix-xahar li jimtlew (4) jmiss (6) 7,23. Ġeneralment 16. Dominic Farrugia jintlibsu taħt Sacco (1,1,1) Bi 3 NUMRI 028 086 116 138 442 554 818 832 879 907 940

B’4 NUMRI 0189 0574 0990 1007 1327 1338 1365 1688 1859 2112 2370 2418

2688 2985 3161 3387 3670 3788 3842 3942 4013 4228 4789 5762 6770

6910 6935 7702 7833 7966 8026 8331 8598 8814 9178 9245 9650 9937

B’5 NUMRI 01243 05197 10741 16422 19814 22525 30838 33824 40468 45282 52398 52976

55135 58351 58907 59460 66154 71004 78507 86972 90352 94799 97727

B’6 NUMRI 070382 090795 118013 328152 668405 820438 902708 914920 B’7 NUMRI 2232389 3123809

WEQFIN: 1. Uniku ? (6) 2,5. Arkata? (6) 3. Jaqa’ fil-karti tal-logħob (3) 5. Ara 2

6. 8. 11,13. 12,22. 13.

TV Taljan (3) Patrijiet jew sorijiet (9) Tal-priserv (5) Jerfa’? (5) Ara 11

18. Ara 9 19, 21W. Jirreċtaw (6) 20. Xorob iżżejjed (5) 21. Wieħed Taljan (3) 23. Ara 7 24. Jixħet (5)

14. 15. 17. 21. 22.

Kumbinazzjoni? (6) Tista’ tkun tal-bronż (6) Delikat (3) Ara 19 Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ħażin, 4.Mans,7,9.Isfar, 10.Qantar, 12.Katusa, 18,19.Ankra, 20.Fniek, 21.Tak, 23.Frak, 24.Amato

WEQFIN: 1.Ħafifa, 2,3.Żerniq. 5,16.Altari, 6,11.Serra, 8.Sapuniera, 12,17.Kirja, 13,22.Tankra, 14.Akkuża, 15.Cancio, 21.Taf


28

19.12.2021

ĠUST IŻJED MINN HEKK … Editorjal

Il-poplu hu konxju li aħjar minn Gvern Laburista ma jistax ikollu u l-aħħar xhur tal-pandemija huma riflessjoni ta’ dan. Issa għandna l-analiżi millesperti tal-Bank Ċentrali li tikkonferma dan

Ħafna jaqblu li m’hawnx żmien aħjar minn dan biex idduq is-sinċerità, filwaqt li l-qlub idubu iżjed fil-ġenerożità, li aħna magħrufin għaliha, anke globalment. Kif mistenni kull sena, anke fi żminijiet ta’ kriżi, dan nerġgħu nesperjenzawh blaħ­jar mod fil-jiem li ġejjin meta ngħinu lill-inqas ixxurtjati. Ġenerożità differenti, għal­ kemm sinċiera wkoll, toħroġ b’mod ċar mill-analiżi esperta tal-Bank Ċentrali dwar il-mod kif ġab ruħu l-Gvern Malti quddiem il-virus tal-COVID-19. Flagħar xenarju dinji għal għexie­ ren ta’ snin, faċilment tifhem kemm l-amministrazzjoni ta’ Robert Abela kellha u għad għandha għal qalbha s-saħħa u l-għajxien tal-poplu Malti u Għawdxi. B’mod tempestiv, u ovvjament bla manwal ta’ xi jrid isir u x’ma jsirx, il-Gvern Laburista ma ddejjaqx jinvesti kemm kien hemm bżonn miljuni biex tkun garantita l-aħjar kura possibbli lil kulħadd f’pajjiżna. L-istess investa u għadu jin-

vesti iżjed ukoll għas-salvazzjoni tal-għajxien ta’ eluf ta’ ħaddiema, il-familji tagħhom u n-negozji li jimpjegawhom. U għax dak li tagħmel għallġid ta’ ħaddieħor, ġustament għandu l-aqwa ritorn, mhijiex lanqas kumbinazzjoni li pajjiżna llum u fiż-żmien li ġej se jkompli jaqta’ l-frott li jagħmel ġustizzja ma’ kulħadd. Is-sitwazzjoni attwali f’għadd kbir ta’ pajjiżi madwarna hi xhieda fiha nfisha li, dak li qed nesperjenzaw aħna fl-iżgħar stat Ew­ ropew, ftit jista’ jkun aħjar. Mill-perspettiva tal-esperti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta, li wkoll tejjeb it-tbassir li kien għamel għat-tkabbir ekonomi­ ku lokali sa sentejn oħra, ilGvern Malti ma setax kien iżjed għaqli minn kif mexa. Kif spiss jenfasizza l-Prim Ministru nnifsu, l-Istat kien kapaċissimu biex joffri l-aqwa protezzjoni kemm lis-saħħa kif ukoll lill-għajxien taċ-ċittadini tiegħu. Ma’ dan taqbel il-maġġoranza assoluta, għalkemm xorta jibqgħu dawk li qalbhom tibqa’

xierfa daqs buthom. Sfortuna­ tament, anke dan iż-żmien għandu n-newwieħa tiegħu. Kontra kull spirtu tradizz­jo­ nali u anke kontra l-pariri tales­per­ti, il-Partit Nazzjona­lista ta’ Bernard Grech jibqa’ juri li ma jafx aħjar milli jippompja n-negattività tiegħu. Għadhom jistqarru li fl-aħħar sentejn paj­ jiżna ra biss “sparpaljar”, “tberbiq” u “ħela” ta’ fondi pubbliċi, eżatt l-oppost ta’ dak li stqarrew l-analisti tal-Bank Ċentrali. Iċ-ċifri wkoll imeruhom. Issa jekk iżżid ukoll id-dikja­ razzjoni li “l-vaċċin mhuwiex is-so­­luz­zjoni”, ma tridx wisq immaġinazzjoni biex tagħraf x’kienet tkun is-sitwazzjo­ni llum f’pajjiżna u/jew l-analiżi sussegwenti mill-esperti eko­ no­­miċi li kieku kien qed imexxi l-PN. Bi Grech u sħabu, partikolarment dawk mill-aħħar Gvern Nazzjonalista li llum jiddominaw u jikkmandaw, id-diżastru kien ikun garantit. Bir-raċanċ mill-Gvern ta’ Law­rence Gonzi li, fi kriżi ferm iżgħar, għabba piżijiet esaġerati fuq il-poplu

u n-negozji bil-qalb kollha, ma nistennewx aħjar. Mhux ta’ b’xejn li jitqanżħu biex jipprovaw jiġġustifikaw ir-riżul­tati ħżiena f’kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika u jaq­ għu f’logħob tat-tfal. Fl-“analiżi profonda” tiegħu, il-Kap talPN qalilna li m’hawn xejn fair u hu qed jilgħab fejn kulħadd hu mixtri (mxaħħam), inkluż il-partitarji (l-elettorat). Filwaqt li jkomplu jegħrqu fi stupidaġnijiet ta’ dan it-tip, Grech u l-konsulenti tiegħu lanqas biss jirrealizzaw li qed jibagħatu l-messaġġ indirett li ħadd m’għandu jafdahom biex imexxu partit, aħseb u ara pajjiż. L-awguri mid-Dar Ċentrali għal dan iż-żmien u dak li ġej huma biss politika u politiċi skaduti, li diġà ġew irrifjutati mill-elettorat diversi drabi. Ilpop­lu konxju li aħjar mill-Partit Laburista fil-Gvern ma jistax ikollu u x-xhur tal-pandemija huma l-aħjar riflessjoni ta’ dan. Fil-verità, ġust iżjed minn hekk, ma jistax ikun!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.