KullĦadd_20.02.2022

Page 1

JASLU L-EWWEL CONVERTERS GĦALL-PROĠETT SHORE-TO-SHIP Ħarġa Nru 1,493

Prezz €1

Rapport f’paġna 3

Ritratt: JEREMY WONNACOTT/DOI

Il-Ħadd, 20 ta’ Frar, 2022

AZZOPARDI “ĦA OVER”! Fl-aħħar ġimgħa d-Deputat u Kap tal-“Blue Heroes” jimponi ruħu fuq il-Kap Nazzjonalista bil-politika tal-establishment Id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi għa­ milha ċara internament li, fix-xhur li ġejjin, irid ikun fuq quddiem nett u fil-kontroll tan-narrattiva politika tal-Partit Nazzjonalista. It-tmexxija ma damitx ma ċediet għat-talba tiegħu u l-aħħar ġimgħa kienet l-akbar xhieda ta’ dan. Fil-fatt, bi preżenza kuljum f’isem il-Partit, fil-midja u f’konferenzi ewlenin, hu mhux biss deher ferm aktar mill-ogħla uffiċjali, imma “ħa over anke fuq Bernard Grech innifsu,” stqarrew magħna sorsi fid-Dar Ċentrali. Internament fil-Partit intqal li Azzopardi għamel enfasi li fl-aħħar snin hu wera li lest jagħmel minn kollox biex jiġġieled lill-Partit Laburista u jikkonfronta, anke personalment, lill-esponenti tiegħu. Għaldaqstant, insista li dan irid ikun rikonoxxut u jkun ippreferut fuq kandidati oħrajn. Tkompli f’paġna 3

ELLIS INTERESSAT F’IŻJED PROĠETTI F’din l-aħħar sena d-Deputat Nazzjonalista uża l-privileġġi tiegħu wkoll biex jinfluwenza aktar xogħlijiet infrastrutturali f’Għawdex minbarra dawk ta’ Għajnsielem u tan-Nadur fejn inqabad jiggwadanja minnhom bil-moħbi Ikkwotat artiklu fil-Kostituzzjoni li jixhed li l-pożizzjoni tiegħu fil-Parlament m’għadhiex iżjed tenibbli la ma ddikjarax l-interessi kummerċjali tiegħu Kif kien imbassar, Bernard Grech spiċċa ffaċċjat minn każ simili għal dak ta’ David Thake, wara li wkoll kellu jbaxxi rasu u jiddefendi lid-Deputat Għawdxi b’riżultat ta’ pressjoni mill-establishment Nazzjonalista Rapporti f’paġni 4 u 5

Grech li spiċċa jitlef kull kontroll, “jekk qatt kellu”, għal Azzopardi (lemin)


02

20.02.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq it-Turkija sa fuq il-Libja. It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Moderat mil-Lbiċ li jdur mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

16°C UV 4

11°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

16°C UV 4

11°C

16°C UV 3

Il-Ġimgħa

8°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

16°C UV 4

9°C

16°C UV 3

10°C

16°C UV 4

9°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart, 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Fatima Pharmacy, 82, Triq il-Ferrovija, Santa Venera – 21482856 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Brown’s Pharmacy, 92-94, Triq il-Mensija, San Ġwann – 21373275 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 Brown’s Village Pharmacy, Triq il-Kbira, Il-Mellieħa – 21523536 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 St. James Pharmacy, Misraħ San Ġakbu, Ħaż-Żabbar – 21666194 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Milia’s Pharmacy, 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


20.02.2022

03

GRECH BLA KONTROLL Tkompli minn paġna 1 Din il-gazzetta hi infurmata wkoll li, minnaħa l-oħra, fid-Dar Ċentrali kien hemm min kien tal-parir li dan m’għandux ikun. Fost l-oħrajn inġieb l-argument li Azzopardi għandu karriera u storja twila li faċilment tagħtih it-timbru ta’ giddieb ivvizzjat (“serial liar”). Hu magħruf kif id-Deputat minn Raħal Ġdid inqabad jigdeb darba wara l-oħra, inkluż pubblikament, dwar affarijiet personali, rigali u saħansitra allegazzjonijiet li għamel fil-konfront ta’ persuni oħrajn. Esponenti tal-PN stess kienu qalulu pubblikament li hu giddieb. Minbarra hekk, tfakkar kif Azzopardi ġie wkoll ikkundannat għadd ta’ drabi mill-Awditur Ġenerali, waqt li l-Qorti lokali saħansitra qalet li kellu jerfa’ responsabbiltà politika. Skont is-sorsi, l-argument issaħħaħ billi ngħad kif dan kollu kien biss arma li faċilment tintuża kontra l-PN stess fil-kampanja elettorali. Minkejja dan, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ma kellux triq oħra għajr li jċedi għat-talbiet tal-istess Azzopardi.

Azzopardi, li kien is-sors ta’ stejjer kontra Adrian Delia fil-ġurnali bl-Ingliż, ifakkar lil Grech min kien li ġablu l-appoġġ biex hu jsir Kap Jidher li dan tal-aħħar, li fl-elezzjoni ta’ Kap għall-Partit kien anke ġie fl-idejn, fakkru sew kif hu kien kruċjali biex ġablu l-appoġġ ta’ dawk li, fl-istess perjodu, tlaqqmu l-“Blue Heroes”, biex tqiegħed Kap minflok Adrian Delia. Fost oħrajn issemmiet il-famuża laqgħa f’kafetterija f’Tas-Sliema fejn it-tnejn kienu nqabdu anke fuq filmat f’kantuniera jikkonfoffaw parti mill-pjan ta’ konġura li immina lil Delia. Il-KullĦadd taf biċ-ċert li Azzopardi stess kien is-sors ta’ numru ta’ stejjer f’ġurnali bl-Ingliż kontra Delia dak iżżmien. Kien għalhekk li Grech ċeda minnufih u l-aħħar ġimgħa kienet eżempju ta’ dan, b’Azzopardi jieħu l-kontroll tal-aġenda tal-Partit u tal-midja Nazzjonalista, li tista’ sservih jegħleb il-kompetizzjoni persona­li għall-elezzjoni ġenerali. Bħalu qiegħed jagħmel ukoll Beppe Fenech Adami li jinsab imħasseb sew bil-preżenza tal-Eks Kap Delia fuq itTmien Distrett, li jippretendi li hu tiegħu. L-imkejjen fid-Dar Ċentrali, li tkellmu magħna, qalu bla tlaqliq li l-Kap “kompla jitlef il-kontroll … jekk qatt kellu!”. Jidher li, anke b’riżultat tat-taħwid ta’ Grech (fid-Dar Ċentrali magħruf bħala “l-Kenwood”) u t-tentattivi falluti tiegħu li jipprova juri xi tip ta’ setgħa, tal-establishment Nazzjonalista se jkomplu jimponu iżjed lilhom infushom fuqu tant li diġà rriduċewh bħala insinifikanti.

Wieħed mit-tliet converters li, fl-aħħar jiem, twaħħlu fl-istazzjon ta’ Xatt l-Għassara tal-Għeneb fil-Marsa

JIĠU INSTALLATI L-EWWEL FREQUENCY CONVERTERS GĦAX-SHORE-TO-SHIP Infrastructure Malta installat l-ewwel u teknoloġiji oħrajn ta’ kontroll u pro- tal-Enemalta fil-Marsa lejn l-istazzjonitliet frequency converters minn erb- tezzjoni. jiet u l-mollijiet prinċipali fil-Port il-Kbir għa li se jikkonvertu d-distribuzzjoni It-tliet frequency converters tqiegħ- fejn isorġu l-vapuri tal-passiġġieri. tal-elettriku mix-xatt għall-frekwenzi du f’posthom fl-aħħar jiem fl-istazzjon Waqt li 80% tal-cables ta’ vultaġġ meħtieġa mill-vapuri li jżuru l-Port il- tal-Marsa, waqt li kompla jiġi installat għoli jinsabu f’posthom, ix-xogħ­li­jiet se Kbir, biex jonqos b’90% it-tniġġis tal-ar- tagħmir ieħor, flimkien ma’ għexieren jiffukaw fix-xhur li ġejjin fuq it-tqegħid ja li dawn jikkawżaw sal-lum. ta’ kilometri ta’ cables tal-elettriku. ta’ 90 kilometru ta’ cables oħrajn ta’ Il-Grand Harbour Clean Air Project Il-frequency converters inġiebu Malta vultaġġ medju u cables ta’ komunikazz(GHCAP), magħruf ukoll bħala x-Shore- bil-baħar minn fabbrika f’Milan, l-Ital- joni li jgħaqqdu t-tagħmir fl-istazzjoniTo-Ship, hu investiment ambjentali ja, aktar kmieni dan ix-xahar. jiet mal-istazzjonijiet max-xatt u s-17-il ta’ €49.9 miljun li jinkludi l-iżvilupp Sadanittant din il-gazzetta hi infur- punt ta’ konnessjoni għal mal-vapuri li tat-tagħmir meħtieġ biex il-vapuri tal- mata li, minn żmien għal żmien, qed se jkun hemm fuq il-mollijiet. passiġġieri u dawk li jġorru l-merkan­ jasal Malta tagħmir ieħor minn fabbriki Hu skedat li l-ewwel konnessjonijiet zija jkunu jistgħu jitfu l-magni tagħhom fir-Repubblika Ċeka, fl-Italja u fit-Turki- għad-distri­buzzjoni tal-elettriku mixli jaħdmu bil-gasoil jew bilxatt lill-vapuri tal-passiġġieri heavy fuel oil u minflok iqabbfix-Xatt ta’ Pinto, il-Furjana, u du mas-sistema għall-provvista f’Boiler Wharf, l-Isla, jibdew tal-elettriku waqt li jkunu weqfin joperaw fit-tieni kwart tal-2023. fil-port. B’hekk Malta tkun minn tal-ew­ B’dan l-investiment, li qed jiġi wel fl-Ewropa li tadotta din itIl-proġett mistenni jibda jopera kofinanzjat minn fondi Ewropej, tekno­loġija favur l-ambjent. se tingħata arja aktar nadifa lil Studji jindikaw li permezz sa nofs is-sena d-dieħla u fuq 20 17,000 familja li jgħixu madwar tal-pro­ġett, pajjiżna jiffranka sa sena għandu jiffranka lill-pajjiż il-Port il-Kbir. €375 miljun fi spejjeż ikkawżati mat-€375 miljun fi spejjeż relatati mit-tniġġis fuq 20 sena. L-ispej­ Ix-xahar li għadda, l-aġenzija Infrastructure Malta stess lestimat-tniġġis, inkluża kura medika jeż jinkludu kura medika u imet il-bini taż-żewġ frequency patti fuq l-ambjent, l-infrastrutconverter stations tal-proġett tura u l-agrikoltura. f’Xatt l-Għassara tal-Għeneb (Deep ja, inkluż makkinarju li se jintuża fuq Ladarba jkunu qed jitfu l-magni, Water Quay) fil-Marsa u f’parti minn il-mollijiet, bħal karrijiet biex fuqhom il-vapuri tal-passiġġieri jibdew jarmu tinda kbira ta’ żmien l-Ingliżi li hemm jinġarru l-irkiekel kbar tal-cables, vett­ 93% inqas ossid­i tan-nit­roġenu (nif’Boiler Wharf fl-Isla. uri li se jiġbduhom u krejnijiet biex trogen oxides), 92.6% inqas materja Issa l-kuntratturi tal-proġett bdew jgħolluhom u jqabbduhom mal-vapuri. f’partiċelli (particulate matter) u 99.6% xogħlijiet estensivi ta’ inġinerija elettriQabel ma jintbagħat Malta, it-tagħ­ inqas dijossidu tal-kubrit (sulphur dioxka biex jgħammru dawn l-istazzjoniji- mir kollu jgħaddi minn testijiet rigorużi ide). Dawn huma fost l-aktar emissjoniet bis-sistemi meħtieġa, fosthom 18-il t’aċċettazzjoni li jsiru taħt is-superviż- jiet li jikkaġunaw mard respiratorju u transformer li jvarjaw minn 0.5MVA joni tal-inġinieri tal-proġett. problemi oħrajn ta’ saħħa. L-ewwel fażi għal 21 MVA, erba’ frequency converters Il-GHCAP tnieda lejn l-aħħar tal- tal-proġett se tnaq­qas ukoll b’madwar u 71 switchgear units. L-istazzjonijiet se 2020 bit-tqegħid tal-cables taħt l-art 40% l-emissjonijiet ta’ dijossidu tal-karjkollhom ukoll chillers, sistemi ta’ bat- tan-network li se jwassal l-elettriku bonju (carbon dioxide) li qed jikkawżaw teriji ta’ riżerva, sistemi kontra n-nirien miċ-ċentru tad-distribuzzjoni ewlieni it-tibdil fil-klima.


04

20.02.2022

F’POŻIZZJONI ANTIKOSTITUZZJONALI? Artiklu fil-Kostituzzjoni ta’ Malta, li jagħti r-raġu­ nijiet għaliex post ta’ membru fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż għandu jitbattal, jindika li s-sitwaz­ zjoni li nqabad fiha d-Deputat tal-Oppożizzjoni Joe Ellis mhix tenibbli, kawża tal-istess interessi kummerċjali li għandu fi proġett tal-Gvern. L-Artiklu Kostituzzjonali 55(ċ) jagħmilha ċara li deputat ma jistax ikollu involvimenti hu jew xi kumpanija tiegħu f’kuntratt jew f’parti minn kuntratt tal-Gvern sakemm ma jiddikjarax minn qabel il-pożizzjoni tiegħu lill-Ispeaker tal-Parlament biex jiġi eżentat mil-liġi inkwistjoni. Waqt li fl-aħħar jiem ma ċaħadx l-involviment tal-kumpa­nija tiegħu Gozo Concrete Products Ltd fl-akbar proġett infrastrutturali li qed isir filli­miti ta’ Għajnsielem u tan-Nadur, Għawdex, kif żvelat minn din il-gazzetta, Ellis innifsu ammetta li l-kumpanija qiegħda tpartat il-briks ma’ kuntrattur ewlieni li rebaħ it-tender fil-proġett. Huwa pprova jimminimizza s-sitwazzjoni billi ddikjara li barters huma prassi normali fin-negozju u jsiru regolarment. Minkejja dan, il-Kosti-

tuzzjoni tagħmilha ċara li, fil-każ tiegħu bħala Deputat, dan mhux permessibbli tant li jpoġġi l-kariga li għandu f’dubji serji. Hu stmat li l-kumpanija ta’ Ellis diġà pprov­diet b’kemm jiswew €50,000 fi briks għall-proġett tal-Gvern bħala parti minn ftehim biex din taqta’ djun kbar jew partijiet minnhom li għandha mal-istess kuntrattur. L-Artiklu 55(ċ) ġie invokat mill-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri nhar l-Erbgħa li għadda waqt konferenza tal-aħbarijiet imtella’ mill-Partit Laburista quddiem il-bini tal-Parlament. Fl-istess waqt li l-Gozo Concrete Products Ltd għandha tagħti lil numru ta’ kuntratturi, il-ħaddiema tagħha qed isofru b’riżultat ta’ tmexxija ħażina u nuqqas ta’ cash flow li din għandha. Fil-fatt jirriżulta li sa ftit tal-jiem ilu l-ħaddiema kienu għadhom qed jistennew li jitħallsu l-paga ta’ xahrejn ilu, li wkoll kienet tinkludi l-bonus statutorju tal-Gvern ta’ €135 għall-perjodu Lulju-Diċembru 2021. Jirriżulta minn fomm ħaddiema stess, li tkell-

mu magħna bil-kundizzjoni tal-anonimità, li hi xi ħaġa regolari li huma jitħallsu s-salarji dovuti xhur tard, anke jekk bi ksur tal-Liġi tax-Xogħol. Minkejja dan, jibżgħu li jekk jitkellmu jew itemmu l-impjieg jispiċċaw jeħlu saħanistra multa kif stipulat fil-kuntratti li għandhom. Minkejja l-imbarazzament li ġab fuq il-PN u l-bqija ta’ sħabu, Ellis għadu jsib kull appoġġ fi ħdan l-establishment Nazzjonalista u l-għaqda Repubbli­ka, li hu l-avukat tagħha. Fil-fatt il-Kap Bernard Grech kellu jbaxxi rasu għall-pressjoni ta’ dawn wara li kien diġà talab lil Ellis biex jirriżenja fost biża’ li jeżistu skandli oħrajn. Grech ried jevita repetizzjoni tal-imbarazzament kif ġralu bil-każ tad-Deputat David Thake, li m’għarrfux bl-istorja sħiħa dwar €820,000 f’taxxa dovuta mill-kumpaniji tiegħu lill-Istat. Il-Partit Laburista qal li Ellis uża l-Parlament għall-interessi personali, waqt li qagħad jilgħab­ ha ta’ kemm għandu għal qalbu l-kos­titwenti u Għawdex, bil-Kap tal-Oppożizzjoni jkollu bilfors ibaxxi rasu u joqgħod għal li jgħidulu jagħmel.

ELLIS INTERESSAT UKOLL F’IŻJED Minn kemm ilu membru tal-Parlament, Joe Ellis għamel għexieren ta’ interventi fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali relatati direttament ma’ proġetti u xogħlijiet li jeħtieġu materjal tal-kostruzzjoni. Kif inhu magħruf illum wara żviluppi fl-aħħar ġimgħat, dan l-istess materjal kapaċi jiġi pprovdut mill-kumpaniji li l-istess Ellis għandu ma’ żewġ ħutu u allura mhux eskluż ukoll li l-pressjoni tiegħu dwar proġetti oħrajn kienet qed issir għall-interessi kummerċjali li għandu. Id-Deputat Nazzjonalista, magħruf li hu qrib ħafna tal-establishment Nazzjonalista u l-għaqda Repubblika, kien qed jagħmel pressjoni Parlamentari fuq l-akbar proġett infrastrutturali li ilu għaddej ix-xhur fil-limiti ta’ Għajnsielem u tan-Nadur, Għawdex, waqt li waħda mill-kumpaniji tiegħu, Gozo Concrete Products Ltd, qed tiggwadanja bil-moħbi minnu. Fil-fatt stejjer żvelati minn din ilgazzetta stess urew li Ellis u ħutu kienu qed ipartu materjal tal-kostruzzjoni, primarjament briks, ma’ djun kbar li għandhom jagħtu lil wieħed mill-kuntratturi li rebħu t-tender għall-proġett. Skont sorsi, li tkellmu mal-KullĦadd, huwa stmat li diġà ġew ipprovduti iżjed minn 50,000 briksa għall-valur ta’ madwar €50,000. Minkejja dan, hu magħruf ukoll li l-kumpaniji ta’ Ellis għandhom djun ma’ kuntratturi oħrajn u mhux eskluż li saru jew qed isiru tentattivi għal ftehim simili ma’ min għandhom jagħtu. Filwaqt li ma ċaħad xejn mill-istejjer irrapportati dwaru u l-kumpaniji tiegħu, din il-ġimgħa d-Deputat Nazzjonalista kkonferma l-barter tal-briks ma’ ONE News u insista li dan hu xi ħaġa normali li jsir minn kumpaniji privati.

Minkejja dan, ma lissen xejn dwar Concrete Products Ltd għandha lil Jol-interventi tiegħu fil-Parlament u seph Ellis u ħutu Tonio Ellis u Nathalie l-pressjoni fuq l-istess proġett li għan- Gatt Ellis bħala diretturi u rappreżendu interess kummerċjali fih, xi ħaġa li tanti legali, waqt li x-shareholder kumpaniji oħrajn żgur m’għandhomx ewlieni hi kumpanija oħra tal-familja, għad-dispożizzjoni tagħhom. bl-isem AF Ellis (Home Decor) Ltd. Fuq Issa jirriżulta, skont tagħrif pubbliku din tal-aħħar, id-Deputat Nazzjonalisfuq is-sit elettroniku tal-Parlament, li ta hu wkoll direttur mal-istess ħutu u minn Novembru tal-2020, meta ġie elett shareholder permezz tal-kumpanija JE wara elezzjoni każwali, Ellis daħħal iżjed Investments Ltd, irreġistrata fuq l-indiminn 80 mistoqsija rizz tad-dar tiegħu. li fihom direttament Hu mifhum li kum­ jagħmel pressjoni fuq pa­niji ta’ Ellis għandproġetti oħrajn infrashom jagħtu ammont trutturali. konsiderevoli ta’ flus Wara l-aħbar tal-Golil diversi kuntratturi Kemm ilu zo Concrete Products Għawdxin. fil-Parlament Ltd, it-talbiet tiegħu Minbarra hekk, Ellis għamel aktar fil-Parlament għal inġie rrapportat minna formazzjoni dwar bini minn 80 mistoqsija fil-bidu ta’ dan ix-xahar ta’ toroq illum għandli għadd ta’ ħaddiema bi pressjoni fuq hom iżjed piż. Waqt li impjega­ti mal-kumpa­ proġetti simili jagħmlu niji tad-Deputat Għaw­ proġetti oħrajn porzjon qawwi minn dxi għadhom iridu infrastrutturali li dawn it-80 mistoqsija jitħallsu l-pagi xahrel-kumpaniji tiegħu jn b’lura u għadhom Parlamentari, l-interess tiegħu fihom jif- setgħu wkoll kellhom qed jistennew il-ħlas taħ ukoll fuq tibdil ta’ ta’ Diċembru, inkluż xi interessi fihom madum tal-pavimenil-bonus statutorju taltar, xogħol ta’ rħam u Gvern. rinnovar ta’ latrini pubbliċi, fost oħraWaqt li xtaqu jibqgħu anonimi, xi jn. Jirriżultalna li kumpaniji oħrajn ta’ wħud mill-ħaddiema qalulna wkoll Ellis jipprovdu materjali simili bħal li tali dewmien mhuwiex l-ewwel kmamar tal-banju, tipi ta’ rħam u porfi- wieħed, anzi ilu jiġi ripetut, filwaqt li do għall-pavimentar. jafu li dan qed iseħħ bi ksur tal-Liġi Kien fil-ħarġa tagħna tat-23 ta’ Jan- tax-Xogħol. nar li għadda li, għall-ewwel darba, sar Huma stqarrew li l-uniku permagħruf il-konflitt ta’ interess li għandu jodu fejn ma kellhomx probd-Deputat Għawdxi u li bil-privileġġ Par- lemi bil-ħlas fil-ħin tal-paga lamentari tiegħu ħoloq pressjoni fuq il- kien waqt il-probation, waqt proġett tal-bini mill-ġdid ta’ żewġ toroq li wrew it-tħassib tagħhom arterjali li jmissu maż-żewġ lokalitajiet li, minħabba li jinsabu fuq ta’ Għajnsielem u tan-Nadur. kuntratt definit għal perSkont ir-reġistru tal-kumpaniji, Gozo jodu ta’ tliet snin, jistgħu

jkunu obbligati li jħallsu penali f’każ li jtemmuh. Ellis ukoll ma ċaħadx dan ilfatt fil-ġranet li għaddew kull darba li ġie ffaċċjat mill-mistoqsijiet tal-ġurnalisti dwar is-suġġett. Sal-lum ukoll il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech għadu qed jiddefendi lil Ellis fil-pubbliku, anke jekk il-gazzetta Illum nhar il-Ħadd żvelat li internament ordnalu biex jirriżenja minnufih mill-pożizzjonijiet li jokkupa, inkluż dik ta’ deputat. Minkejja dan, fl-istess rapportaġġ ingħad li Ellis irrifjuta li jagħmel dan. Jidher ċar li Ellis sab l-appoġġ ta’ deputati oħrajn tal-establishment Nazzjonalista, li poġġa lil Grech fil-pożizzjoni li qed jokkupa. Dan baqa’ jgħodd anke wara li, flaħħar jiem, żdiedu ma’ dan kollu dubji dwar kemm id-Deputat Għawdxi hu konformi mal-ħlas tat-taxxi tiegħu, sitwazzjoni simili li nqabad fiha d-Depu­ tat David Thake u li, kawża tagħha, kellu jirriżenja.


05

20.02.2022

ARTIKLU 55(ċ) Il-post ta’ membru tal-Parlament isir vakanti jekk hu jsir parti f’xi kuntratt mal-Gvern li jkun kun­tratt ta’ appalt għal xi xogħol jew kuntratt għall-provvista ta’ merkanzija biex tiġi użata fil-qadi tal-pubbliku, jew jekk xi soċjetà li fiha hu jkun soċju b’responsabbiltà illimitata jew kumpanija li tagħha hu jkun direttur jew maniġer issir parti f’xi kuntratt bħal dak, jew jekk isir soċju b’responsabbiltà illimitata f’soċjetà jew direttur jew maniġer ta’ kumpanija li tkun parti f’xi kuntratt bħal dak. Hu, iżda, ma jivvakax il-post tiegħu skont id-dis­ po­żiz­z­jonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk qabel ma jsir parti fil-kuntratt jew qabel ma, jew kemm jista’ jkun pratti­kabbli wara li, isir xort’oħra interessat fil-kuntratt (kemm bħala soċju b’responsabbiltà illimitata f’soċjetà jew bħala direttur jew maniġer ta’ kumpa­ nij­a) hu jikxef lill-Ispeaker ix-xorta tal-kuntratt u l-interess tiegħu jew l-interess tas-soċjetà jew kumpa­nija fih u l-Kamra tad-Deputati b’riżoluzzjoni teżentah mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu.

PROĠETTI

L-IŻVILUPPI FIS-SAGA JOE ELLIS … KullĦadd (23/1/22) Isir magħruf kif id-Deputat Nazzjo­ na­lista Għawdxi Joe Ellis kien qed ikun kritiku dwar il-proġett infrastrutturali fil-limiti ta’ Għajnsielem u tan-Nadur, fl-istess ħin li permezz ta’ waħda mill-kumpaniji tiegħu, Gozo Concrete Products Ltd, kien qed jipprovdi bil-moħbi materjal tal-kostruzzjoni (primarjament briks), lil waħda mill-kumpaniji li rebħu t-tender tal-proġett. Hu stmat li, sa dakinhar, il-kumpanija tiegħu kienet diġà pprovdiet mal-50,000 briksa, b’valur ta’ madwar €50,000. Tali provvista tpatti għal djun kbar li għandha l-kumpanija Gozo Concrete Products Ltd ma’ numru ta’ kuntratturi. Min-naħa l-oħra l-pressjoni tiegħu fuq il-proġett, bħala Deputat Parlamentari, aktarx għandha l-għan li twassal lil kuntratturi oħrajn biex jieħdu dak dovut lilhom mill-kumpanija ta’ Ellis permezz ta’ tpartit ta’ materjal. Minbarra konflitt ta’ interess lampanti, dan iwassal għal abbuż mill-privileġġi Parlamentari.

Illum (13/2/22) Wara li l-KullĦadd kienet ikkwotat sorsi fil-PN jgħidu li l-każ ta’ Ellis jista’ jkun repetizzjoni ta’ dak tad-Deputat Nazzjonalista David Thake, li wkoll ma kienx wera lill-Kap Bernard Grech l-istorja sħiħa ta’ taxxi mhux imħallsin lill-Istat minn kumpaniji tiegħu, il-gazzetta Illum tiżvela kif id-Deputat Għawdxi qrib l-establishment u l-għaqda Repubblika injora ordni ċara biex jirriżenja mill-Parlament u mill-Partit. Minbarra dak żvelat, l-Illum tgħid li l-ordni diretta għar-riżenja, li ġiet mingħand Bernard Grech, hi relatata ma’ problemi oħrajn. Fil-kummenti tiegħu lill-gazzetta, Ellis ma ċaħadx l-ordni tal-Kap. L-Illum tqabbel ukoll il-każ t’Ellis ma’ dak tas-Sindku tan-Naxxar Anne Marie Muscat Fenech Adami, li wkoll irrifjutat li tirriżenja fuq każ totalment differenti (deċiżjoni fil-bord tal-Awtorità tal-Ippjanar għal żvilupp fil-lokalità tagħha). Tgħid li mhux magħruf jekk Ellis hux qed jiffaċċja wkoll proċeduri interni ta’ dixxiplina, kif tħabbar pubbli­ kament mill-PN filkon­front tas-Sin­d­ ku tan-Nax­xar.

KullĦadd (30/1/22) Wara l-istorja tal-briks li qed tipprovdi bil-moħbi l-kumpanija tad-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis, Gozo Concrete Products Ltd, u l-pressjoni minnu fil-Parlament biex il-proġett infrastrutturali jitħaffef, jitħabbar li deċiżjoni interna fil-Partit Nazzjonalista wasslet biex l-istess Kelliem Ewlieni għar-Riformi Kostituzzjonali ma jiħux sehem fid-dibattitu Parlamentari fuq abbozz imressaq mill-Oppożizzjoni stess u li jikkonċerna temi li hu responsabbli minnhom.

Parlament (14/2/22) Waqt il-ħin tal-mistoqsijiet Parlamentari, Dr Ellis jirreaġixxi għal botta tal-Ministru għal Għawdex dwar abbużi minn privileġġi Parlamentari. Jgħid li hu qatt ma abbuża mill-pożizzjoni tiegħu fl-ogħla istituzzjoni u saħansitra stqarr li ma kienx jaf li kumpanija tal-familja tiegħu kienet qed tgħaddi materjal tal-kostruzzjoni lil wieħed mill-kuntrattur li qed jibni dan il-proġett massiċċ. Minkejja dan, imkien ma jidħol fil-kwistjoni tad-djun tal-Gozo Concrete Products Ltd u/jew li ħaddiema tagħha qegħdin jiċċaħħdu mis-salarju fil-ħin, anke bi ksur tal-Liġi tax-Xogħol. Barra l-bini tal-Parlament wara s-seduta, Ellis qal lil ONE News li m’għandu l-ebda raġuni għaliex jirriżenja minn Deputat u meta mistoqsi għaliex irid ikeċċih il-Kap Bernard Grech jitlobhom jistaqsu lilu.

KullĦadd (6/2/22) Minbarra l-iskandlu tal-provvista bil-moħbi ta’ materjal tal-kos­truzzjoni għall-akbar proġett infrastrutturali li qed isir bħalissa f’Għawdex, jiġi żvelat li ħad­diema jdumu x-xhur ma jitħallsu s-salarji dovuti mill-istess kumpanija inkwistjoni tad-Deputat Nazzjonalista Joe Ellis, Gozo Concrete Products Ltd. Dan l-aħħar żvilupp sar magħruf ftit ġranet wara li l-Kap Nazzjonalista Bernard Grech ħareġ jiddefendi lil Ellis u l-kontribut tiegħu li dan jagħti fil-Parlament, anke jekk kien diġà indikat li hemm konflitt ta’ interess ċar u probabbilment abbuż mill-privileġġi Parlamentari. L-abbuż illegali fil-konfront tal-ħaddiema Gozo Concrete Products Ltd, li sal-bidu ta’ Frar kienu għadhom qed jistennew il-paga ta’ Diċembru, li tinkludi l-bonus statutorju talGvern, jirriżulta minn problemi finanzjarji li għandha l-kumpanija. Il-każ ma kienx xi wieħed iżolat, tant li ħaddiema qalu li l-problema hi kontinwa u l-unika darba li ma kellhomx problemi kienet biss fil-fażi tal-probation tax-xogħol tagħhom.

Marsaskala (15/2/22) Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Kap tal-Oppożizzjoni ġie mistoqsi minn ONE News dwar Ellis, iżda Grech ħarab mid-dettalji, iżda qal li hu tkellem mad-Deputat u jinsab “kuntent bl-ispjegazzjoni (li tah) u l-każ hu magħluq”. Minkejja dan, ONE News ikkwota sorsi mid-Dar Ċentrali li l-Kap kellu jmur lura mid-deċiżjoni li jitolbu jirriżenja (kif irrapportat fuq il-gazzetta Illum) wara pressjoni mill-establishment Nazzjonalista. Facebook (16/2/22) Id-Deputat Nazzjo­nalista jipprova jir­­re­dikola l-qagħda li spiċċa fiha u, permezz ta’ post fuq Facebook, iqabbel lilu nnifsu mal-attur famuż Ameri­kan Mel Gibson għax ta’ kuljum qiegħed ikun fl-aħbarijiet. Valletta (17/2/22) Mistoqsi għal darb’oħra barra l-bini tal-Parla­ ment Ellis tefa’ dubji fuq il-ħlasijiet tiegħu tattaxxa, meta ma riedx jikkonferma jekk għandux pendenzi. Il-KullĦadd u wara anke l-Illum ikkwotaw sorsi fil-PN jgħidu li qed jibżgħu li dan il-każ ikun repetizzjoni għal dak ta’ Thake.


06

20.02.2022

Sa Settembru 2021 kien hemm sitt proġetti ġodda u 26 oħra ta’ espansjoni approvati, b’valur ta’ €47 miljun

QRIB SENA REKORD TA’ INVESTIMENTI DIRETTI BARRANIN Indikazzjonijiet qawwija juru li l-2021 se tkun sena oħra rekord ta’ investimenti barranin f’pajjiżna, anke jekk s’issa ċ-ċif­ ri disponibbli huma tliet xhur neqsin. Fl-2020 pajjiżna wkoll kellu valur ta’ investiment dirett barrani (eskluż movimenti fis-settur finanzjarju) qawwi ta’ madwar €4.7 biljun, li jfisser żieda ta’ €2.3 biljun mill-2012. Għaldaqstant, l-investiment dirett barrani rdoppja kemm ilu l-Partit Laburista fil-Gvern. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jindikaw li fl-ewwel nofs tal-2021 il-valur ta’ investiment dirett barrani (esklużi movimenti fis-settur finanzjarju) kompla tiela’ biex laħaq figura rekord ta’ €4.9 biljun. Ifisser li, imqabbel ma’ tmiem l-2020, kien hemm żieda ta’ €0.2 biljun ieħor jew żieda ta’ 4.2%. Fost is-setturi li jispikkaw l-aktar f’dan ir-rigward wieħed jinnota li kien hemm żidiet taj­ bin fil-manifattura, fl-akko­mo­ dazzjoni, fl-informatika, fil-ko-

munikazzjoni, fit-trasport, u fis-servizzi professjonali. Minkejja l-bidu tal-pandemi­ ja tal-COVID-19, fl-2020 il-Malta Enter­prise approvat 38 proġett b’investiment dirett bar­ rani b’valur ta’ €77 miljun. Dawn mistennija joħolqu aktar minn 900 impjieg fit-tliet snin li ġejjin. Sa Settembru 2021, il-Malta Enterprise kienet approvat 26 proġett ta’ espansjoni, b’investiment ta’ madwar €20 miljun li se jiġġeneraw aktar minn 500 impjieg ieħor. Dawn minbarra sitt proġetti ġodda kompletament ta’ investiment dirett barrani b’valur ta’ €27 miljun u opportunità ta’ impjieg għal 442 persuna. Dan waħdu jindika li l-2021 diġà tidher li se tkun aħjar mill-2020. Anke l-Ambaxxatur Ġerma­niż għal Malta Walter Hassmann stqarr, f’intervista ma’ gazzetta lokali, li d-deċiżjoni tal-Financial Action Task Force (FATF) ma jidhirx li ħalliet xi effett negattiv fuq l-investimenti minn pajjiżu.


07

20.02.2022

Fl-aħħar tbassir tagħhom dwar l-ekonomija lokali, l-ekonomisti tal-Bank Ċentrali ta’ Malta indikaw li din is-sena l-ġid nazzjonali mistenni jikber b’6%. Dan it-tbassir hu saħansitra ogħla mill-5.9% li indikat għall-2022 ukoll il-Kummissjoni Ewropea, li skontha din kienet se tkun l-ogħla rata ta’ tkabbir irreġistrata fl-Unjoni Ewropea kollha. Issa t-tbassir ekonomiku tal-Bank Ċentrali jindika li din is-sena l-ġid nazzjonali se jkun 5.1% akbar minn kif kien qabel bdiet il-pandemija. Wara investiment qawwi fl-2021, din is-sena hu mbassar tkabbir aktar aċċellerat fl-impjiegi u tnaqqis fil-qgħad għal minimu storiku ġdid. Grazzi għall-kompetittività tajba ta’ pajjiżna, anke frott l-istabbiltà fil-prezzijiet tal-ener­ġija li rnexxielu jżomm il-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, l-esportazzjoni qiegħda titjieb b’mod qawwi u l-bilanċ tal-pagamenti internazzjonali mistenni jerġa’ jikseb surplus is-sena d-dieħla. Skont il-Bank Ċentrali, il-familji Maltin u Għaw­d­xin se jżidu l-konsum tagħhom b’mod qawwi fiż-żmien li ġej minħabba li fl-aħħar xhur irnex­xielhom ifaddlu ammonti rekord wara li, bis-saħħa tal-appoġġ nazzjonali, ma kellhomx għaliex inaqqru minn ġewwa. Minbarra hekk, il-fiduċja mistennija tibqa’ wkoll għolja, ladarba l-qgħad se jkompli jonqos u l-pagi mistennija b’mod konsistenti jogħlew b’rati tajbin. L-esperti tal-Bank Ċentrali jbassru wkoll li, sa sentejn oħra, id-de­fiċit ikun inqas minn terz tar-rata fl-2020. Il-piż tad-dejn se jibqa’ qrib il-limitu ta’ 60% tal-ġid nazzjona­li, li hu fost l-inqas fiż-Żona Ewro u anke ferm inqas mil-livell li kien lokalment fl-2013 sakemm kien hemm Gvern Nazzjonalista.

Bl-għaqal u bl-appoġġ tal-Gvern, il-konsum lokali u l-esportazzjoni qed jiżdiedu b’mod qawwi

Ritratt: OMAR CAMILLERI/DOI

TBASSIR EKONOMIKU LOKALI AĦJAR GĦALL-2022


08

20.02.2022

IL-BEJGĦ TAL-PROPRJETAJIET LOKALI JIRREĠISTRA REKORD IEĦOR F’JANNAR Għall-14-il xahar konsekuttiv kien hemm żieda fir-reġistrazzjoni ta’ kuntratti ta’ xiri … fil-maġġoranza f’Għawdex

F’Jannar inxtraw b’kemm jiswew €233 miljun fi proprjetajiet, 11% aktar mill-istess xahar fl-2021

L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika kkonferma li Jannar ta’ din is-sena reġa’ kien wieħed taj­jeb ħafna għas-suq tal-proprjetà, tant li kien l-14-il xahar konsekuttiv li matulu l-ammont ta’ kuntratti ta’ xiri ta’ proprjetà żdied imqabbel ma’ sena qabel. F’Jannar li għadda saru 1,114-il kuntratt għal xiri ta’ residenzi, rekord assolut għax-xahar ta’ Jannar mindu bdew jiġu ppubblikati dawn iċ-ċifri. Il-valur totali tal-proprjetajiet li nxtraw kien ilaħħaq il-€233 miljun jew żieda ta’ 11% fuq Jannar 2021. Minn dawn aktar minn wieħed minn kull sitt kuntratti kienu għal proprjetajiet fil-gżira Għawdxija. Hu kkalkulat li l-ammont ta’ proprjetajiet mixtrijin f’Għawdex kien prattikament id-dopp­ju ta’ dawk li nxtraw f’Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi, Ħal Għargħur u Pembroke. Minkejja li f’Jannar ma kienx għad hemm rata mnaqqsa ta’ boll fuq xiri ta’ proprjetà, l-ammont ta’ konvenji ġodda li saru fuq proprjetajiet f’Għawdex baqa’ ferm qawwi. Fil-fatt, hawn saru 109 konvenji ġodda, li jfisser ukoll aktar minn wieħed minn kull sitt konvenji li ġew iffirmati fl-ewwel xahar tas-sena. Id-domanda baqgħet qawwija wkoll għal proprjetajiet fil-Gżira, l-Imsida, Ta’ Xbiex, Birkirkara u San Ġwann, b’madwar 90 konvenju ġdid. B’kollox matul Jannar saru 664 konvenju, biex b’hekk fl-aħħar tliet xhur ġew innegozjati mal-4,190 konvenju. Dan ifisser li, fix-xhur li ġejjin, mistenni jkun hemm żieda qawwija fil-kuntratti ta’ xiri ta’ proprjetajiet, li jkompli bl-istess tendenza tal-aħħar snin. Dan mistenni jħalli introjtu tajjeb lill-Gvern, kif ukoll iwassal għal żieda qawwija fl-attività f’diversi setturi, fosthom dawk tal-appliances, tal-għamara u tal-finishings ta’ residenzi.

DIĊEMBRU 2021 B’IŻJED IRKUPRU TURISTIKU Minkejja l-varjant il-ġdid tal-COVID-19, l-2021 tintemm b’iżjed reżiljenza fl-aktar settur Malti li ntlaqat ħażin F’Diċembru li għadda kważi 76,000 tur- lejn tmiem is-sena li għaddiet, iħarbat ist żar Malta, ammont li jlaħħaq għal sew dan l-irkupru. Minkejja dan, statisftit aktar minn nofs dak ta’ qabel il-pan- tika uffiċjali, li ħarġet din il-ġimgħa, uridemija, u kważi sitt darbiet iżjed l-għadd et li fil-verità, taħt ċerti aspetti, Diċembta’ turisti li ġew f’Diċembru 2020. Relat- ru 2021 kien saħansitra aħjar mix-xahar tivament, is-sitwazzjoni f’Diċembru ta’ qablu. kienet saħansitra aħjar milli kienet Minbarra hekk, f’termini ta’ ljief’Awwissu 2021, peress li l-wasliet f’dak li, f’Diċembru t-turisti qattgħu akix-xahar kienu għadhom taħt nofs il-liv- tar minn 775,000 lejl kontra ftit aktar elli ta’ qabel il-pandemija. minn miljun lejl fl-2019. Dan ifisser li Ta’ min ifakkar li f’Noveml-iljieli turistiċi kienu 77% dawk bru 2021 is-settur turisti­ osservati fl-aħħar Diċembru ku kien diġà qiegħed juri qabel il-pandemija. F’terxejriet tajbin immens, mini relattivi, dan hu l-aħtant li l-għadd ta’ viżita­ jar riżultat li qatt inkiseb Jidher ċar li turi reġa’ lura għal akmindu bdiet il-pandemija. t-turisti li ġejjin tar minn żewġ terzi Jekk inħarsu lejn intar-rekord ta’ qabel lesti jonfqu aktar nef­qa turistika fl-2021 il-pan­demija, mentri koll­ha, din laħqet it-€899 u jdumu aktar ras l-għadd ta’ ljieli kien tela’ għal ras, jew €200 aktar f’Malta għal tliet kwarti mqabbel mit-turisti li żaruna fl-2020, mal-istess xahar fl-2019. u kważi €100 aktar mit-turisti li Minkejja dan, kien mistenni li żaruna qabel il-pandemija. l-varjant il-ġdid tal-Omicron, li laqatna Waqt li fl-2019, it-turisti nefqu med-

ja ta’ €279 fuq akkomodazzjoni, fl-2021 nefqu €334. Minbarra hekk, huma nefqu medja ta’ €374 kull wieħed, meta fl-2019 kienu nefqu €295. Jidher ċar li lejn Malta qed jiġu turisti li lesti jonfqu aktar u jdumu aktar. Dan hu turiżmu differenti minn dak ta’ qabel il-pandemija. Jekk in-nefqa turistika tibqa’ daqstant sostnuta, dan ifisser li pajjiżna jibqa’ jaqla’ daqskemm kien jaqla’ qabel mit-turiżmu, iżda b’ħafna inqas pressjoni fuq l-infrastruttura u l-ambjent inġenerali. Fil-fatt, l-istrateġija tal-Gvern mhux tenfasizza fuq in-numru ta’ wasliet, imma l-kwalità tat-turisti li jżuruna. Erba’ darbiet iżjed fl-Ajruport Sadanittant, fi statistika oħra, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) ħabbar li n-numru ta’ passiġġeri li għaddew f’Jannar li għadda żdied b’erba’ darbiet fuq l-istess xahar fis-sena 2021.

Madanakollu, in-numru ta’ passiġġieri għax-xahar li għadda baqa’ 62% taħt il-livelli milħuqin f’Jannar 2020, qabel bdiet il-pandemija. Is-seat load factor għall-istess xahar kien ta’ 55.7%. Meta wieħed iqabbel l-istat tal-attivi­tà ma’ qabel il-pandemija, il-moviment ta’ passiġġieri fl-Ajruport f’Jannar kien aħjar minn dak f’Ġunju u f’Lulju u simili għal dak f’Awwissu. Dan jindika li għalkemm l-Omicron kellu impatt fuq l-irkupru tal-attività turistika, din xorta baqgħet b’saħħitha. L-MIA tenna li t-titjiriet operati matul Jannar li għadda ġarrew total ta’ 159,357 passiġġier, bl-aktar swieq popolari għax-xahar ikunu l-Italja, ir-Renju Unit, il-Polonja, il-Ġermanja u Franza. Is-suq Franċiż kellu l-aktar rata ta’ rkupru b’saħħitha meta mqabbel mas-sena 2020, waqt li dak Pollakk kien l-uniku li rreġistra tkabbir meta mqabbel ma’ sentejn ilu.


09

20.02.2022

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek.

TIFĦIR GLOBALI GĦAL KURA LOKALI FAVUR ANZJANI BID-DIMENSJA Malta saret l-ewwel fid-dinja li adot­tat taħriġ tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) speċjalizzat għall-carers fil-kura tal-anzjani, li huma milqutin mid-dimensja, u qarabthom, imsejjaħ iSupport. Wara li l-Ħamis il-Ministru Michael Far­rugia, li hu responsabbli mill-Anzjani u l-Anzjanità Attiva, ħabbar li ġie ffirmat ftehim mal-entità internazzjo­ nali għal programm ta’ taħriġ t’għarfien akbar, titjib tal-ħiliet u appoġġ soċjali lil persuni li jieħdu ħsieb dawn l-anzjani, il-WHO faħħret l-inizjattiva talGvern Malti. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Farrugia spjega kif studji lokali jistmaw li bħalissa

hawn madwar 7,000 familja, li għandhom membri tagħhom bid-dimensja, u n-numru mistenni li jiżdied fis-snin li ġejjin. Hu qal li fis-sena li għaddiet, tim ta’ esperti mid-Dipartiment tal-Anzjanità Attiva u l-Kura fil-Komunità ħadmu mill-qrib ma’ esperti tal-WHO biex jad­ dattaw il-programm fil-kuntest u s-sitwazzjoni lokali. Bord ta’ esperti internazzjo­ na­li tal-WHO żviluppaw iSupport, li bħalissa hu disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Dipartiment (activeageing.gov.mt), bil-għan li jevita jew inaqqas l-isfidi ta’ saħħa mentali u fiżiċi assoċjati mal-kura. Fl-istess ħin itejjeb il-ħajja ta’ dawk li jindukraw persuni bid-dimensja.

€90 MILJUN F’TISĦIĦ TAD-DISTRIBUZZJONI LOKALI TAL-ELETTRIKU Beda jitwettaq il-pjan ambizzjuż tal-Enemalta biex sal-2027 tinvesti mad-€90 miljun fit-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku, bil-għan li, kif ġara wkoll fl-aħħar snin, tiżdied l-istabbiltà fil-provvista lil residenzi u negozji. Il-Ministru għall-Enerġija, l-In­trapriża u l-Iżvilupp Sos­te­ nibbli Miriam Dalli spjegat kif l-Enemalta qed taċċellera pjan t’azzjoni biex isiru investimenti varji, li flimkien għandhom isaħħu n-network tal-pajjiż. “Dan il-Gvern impenja ruħu mhux biss biex iżomm prezz stabbli tal-elettriku, iżda li tiġi garantita l-istabbil­tà tal-prov-

vista, minkejja s-sit­waz­zjoni inter­nazzjonali,” stqarret Dalli, waqt li spjegat li d-domanda tal-elettriku qiegħda tiżdied b’iżjed minn 10% fis-sena, grazzi għat-tkabbir tal-ekonomija u titjib fil-ħajja tal-Maltin. Il-pjan jinkludi żieda ta’ bejn 40 u 50 substation ġdida fis-sena, b’investiment ta’ €2 miljun fis-sena. Il-Ministru fakkret ukoll kif Malta qed taħseb għal aktar stabbiltà fil-provvista tal-elett­ riku bit-tieni intercon­nector, waqt li l-Enemalta se tinvesti €6 miljun oħra f’cable tal-132kv mill-Magħtab għaċ-ċentru taddistribuzzjoni tal-Mosta.

Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.


10

20.02.2022

INKOMPLU NAĠĠORNAW

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Il-ġimgħa li għaddiet, f’artiklu ieħor ktibt li miżura ma tagħmilhiex darba u tħalliha hemmhekk: anzi trid taġġornaha minn żmien għal żmien. Lanqas laħaq ġie ppubblikat dak l-artiklu, li ma rajniex lillPrim Ministru Robert Abela jagħmel dan bil-fatti. Intant il-Ħadd li għadda, il-Prim Ministru ħabbar li l-mediċina tal-IVF ser tibda tiġi offruta b’xejn lil kulħadd, b’dawk li nefqu l-flus biex jixtru l-mediċina minn buthom mill-bidu tas-sena 2022 sa

meta tasal il-mediċina, ikunu jistgħu issa jieħdu l-flus lura. Dan wara li grazzi għal Gvern Laburista rajna d-dħul ta’ diversi miżuri soċjali ġodda, u anke rajna li l-IVF bdiet tiġi offruta b’xejn lil kulħadd mill2015 lil hawn. Rajna wkoll kif aktar kmieni dan ix-xahar, il-Prim Ministru kien f’laqgħat mal-President ta’ Franza Emmanuel Macron, laqgħat bil-mira li naħdmu flimkien biex nipproteġu l-ibħra ta’ madwarna. Naturalment bħala Stat Membru li magħmul mill-gżejjer, il-baħar u s-settur marittimu huma importanti ħafna għalina, kemm mill-aspett ambjentali, kif ukoll mill-aspett ekonomiku. Dan jgħaqqad mal-ħidma tiegħi fil-Parlament Ewropew ukoll, hekk kif bħalissa qed niddiskutu set ta’ liġijiet relatati mal-miri ambjentali li rridu nilħqu, il-‘Fit for 55 Package’. Ħafna qed jinsistu dwar il-bżonn urġenti li nindirizzaw n-nuqqas tal-emissjonijiet. Jien naqbel ma’ dan. Biss però, irridu naraw ukoll li aħna u nindirizzaw dawn il-problemi,

anke bil-miri ambizzjużi li qed inpoġġu, naraw kif se nindirizzaw l-effetti soċjali u ekonomiċi li jirriżultaw. Dan japplika wkoll fejn jidħol is-settur tal-avjazzjoni u dak marittimu, li wkoll iridu jikkontribwixxu ħafna aktar fejn jidħol it-tnaqqis t’emissjonijiet, xi ħaġa li bħala gżira ser tolqotna aktar. Dan anke għaliex għalina t-trasport bil-baħar u l-ajru huma l-uniċi mezzi li jgħaqqduna mal-bqija tal-kontinent Ewropew u d-dinja. Għaldaqstant, irridu naraw kif nilqgħu għal xi żidiet li jaf ikun hemm fl-ispejjeż tal-ivjaġġar u tat-trasport, żidiet li jolqtu wkoll lin-negozji Maltin u

Għawdxin, li fuqhom jiddependu tant ħaddiema, imma anke l-konsumaturi. Hu għalhekk li l-ħidma trid tkompli tissaħħaħ f’dan ir-rigward, kemm fuq livell Ewropew, kif ukoll dak nazzjonali, anke permezz ta’ fondi apposta. L-aspett ta’ kif fondi Ewropej jistgħu jgħinu fil-qalba ambjentali li rridu nagħmlu, iddiskutejtu proprju din il-ġimgħa anke f’laqgħa li kelli mal-Kummissarju Ewropew Elisa Ferreira. F’din il-laqgħa, li fiha tkellimna wkoll dwar il-ħidma li qed inwettaq b’rabta ma’ rapport dwar il-gżejjer, semmejt il-fatt li fil-Port il-Kbir u fil-Port Ħieles, Malta qed timplimenta

Bħalma għamilna bnadi oħrajn, hekk ukoll irridu nagħmlu fil-qasam ambjentali biex naraw li l-nilħqu l-miri tagħna f’dan il-qasam

żewġ proġetti tax-Shore to Ship. Dan se jfisser li l-vapuri li jidħlu f’dawn il-portijiet ikunu jistgħu jitfgħu l-magni tagħhom billi jieħdu l-enerġija mill-faċilità provduta apposta. B’hekk se jonqsu l-emissjonijiet minn dawn il-vapuri u l-cruiseliners, u n-nies li jgħixu fil-viċinanzi jkunu wkoll jistgħu jgawdu minn arja aħjar. Issib min jgħidlek imma dan kollu biżżejjed? Żgur li le, u huwa għalhekk li bħalma dejjem nisħaq, irridu nkomplu naġġornaw kull miżura li nieħdu biex nindirizzaw l-oqsma soċjali, ambjentali u ekonomiċi. Bħalma għamilna bnadi oħrajn, hekk ukoll irridu nagħmlu fil-qasam ambjentali biex naraw li nilħqu l-miri tagħna f’dan il-qasam. Naturalment, biex iseħħ dan, irridu naraw li kulħadd jiġbed ħabel wieħed. Ma jistax ikun li l-piż jintefa’ b’mod sproporzjonat fuq il-pajjiżi ż-żgħar, bħalma ġieli ġara anke fi kwistjonijiet aħjar. L-interessi ta’ Malta u Għawdex dejjem ħaristhom fil-Parlament Ewropew, u hekk se nkompli nagħmel.

GVERN LI JISMA’ U JAĠIXXI

ANDY ELLUL Membru Parlamentari

Ħidma parlamentari li assistejt fiha tul dawn l-aħħar jiem kienet dik dwar emendi fil-kodiċi kriminali biex jiġi introdott il-kunċett tal-femiċidju. Ilkoll nafu kemm ħalla marka tqila madwar pajjiżna l-qtil tal-mibkija Paulina Maria Dembska u oħrajn qabilha f’pajjiżna. Qtil li nissel bosta reazzjonijiet fosthom dawk favur aktar protezzjoni fil-konfront tal-mara u pieni aktar ħorox f’każ li persuna tinstab ħatja ta’ femiċidju. Din tal-aħħar hija proprju dak li Gvern Laburista qed jara li jiġi implimentat permezz ta’

dawn l-emendi. Emendi li tajjeb ngħidu li sabu l-approvazzjoni tal-Oppożizzjoni u hawn nixtieq nirrimarka kemm il-politika mhijiex biss il-politika tal-aħmar u l-blu. Il-politika hija tal-bajda u l-ħamra u f’din l-istanza rajna ħidma miż-żewġ naħat tal-Kamra biex dawn l-emendi jibdew jidħlu fis-seħħ. Madankollu, tajjeb ngħidu li dawn l-emendi fil-kodiċi kriminali biex jiġi introdott il-kunċett tal-femiċidju f’pajjiżna ħallew ukoll kritika. Kritika li forsi jaf kienet ġustifikata. Hawnhekk inserraħ ras il-poplu Malti u Għawdxi li dawn mhumiex emendi biex tinħoloq aktar separazzjoni u kif intqal diskriminazzjoni bejn il-ġeneri. Le. Dawn huma emendi intiżi biss, biex aktar minn kollox jiggwidaw il-ħidma tal-ġudikatura f’każijiet ta’ omiċidju jew attentat ta’ omiċidju li jista’ jiġi kklassifikat bħala femiċidju. Tajjeb ngħidu wkoll li l-Gvern ma qabadx u ra li jimplimenta dawn l-emendi bl-addoċċ u mingħajr konsultazzjoni. Rajna d-diskussjonijiet li kellu l-Prim Ministru Robert Abela mas-soċjetà ċivili

u ma diversi entatijiet oħrajn, fosthom mal-Avukat Lara Dimitrijevic li tant ħadmet fl-attiviżmu favur id-drittijiet tan-nisa f’pajjiżna. Smajna wkoll lill-Prim Ministru Robert Abela stess fil-Parlament jirreferi għal studji li saru dwar is-soċjetà Maltija sabiex naraw x’inhu meħtieġ jiġi implimentat u kif. Ħafna qed jistaqsu x’qed jintqal f’dawn l-emendi fi kliem sempliċi? L-ewwel nett meta jirriżulta li l-qtil jew it-tentattiv ta’ qtil ikun wieħed ta’ femiċidju, li jfisser li jkun sar minħabba li l-vittma tkun mara, hemmhekk dak il-fatt tal-femiċidju jkun jimmilita

kontra li l-Imħallef jagħti piena inqas ħarxa. It-tieni emenda sostanzjali tikkonċerna li f’każijiet ta’ femiċidju dan ma jistax jitqies omiċidju skużabbli u t-tielet karatteristika hi li ż-żewġ emendi li semmejna se jkunu qed jgħoddu wkoll f’każijiet ta’ tentattiv ta’ femicidju. Nistqarr li dawn l-emendi mhumiex se jsolvu l-problema kollha sfortunatament għaliex qatt ma jista’ jkollok kontroll totali fuq l-atteġġjament ta’ kulħadd. Għalhekk nemmen li jrid jibqa’ jsir xogħol lil hinn minn dawn l-emendi biex inkabbru aktar kuxjenza fis-soċjetà tagħna kontra dawn l-atti.

Intant nistqarr kif jekk xejn dawn l-emendi jkomplu juru kemm Gvern Laburista huwa kommess li jisma’ u aktar minn hekk jaġixxi fuq dak li jisma’

Intant nistqarr kif jekk xejn dawn l-emendi jkomplu juru kemm Gvern Laburista huwa kommess li jisma’ u aktar minn hekk jaġixxi fuq dak li jisma’. Dan apparti li meta wieħed iqis il-ħemel ta’ miżuri favur il-mara li introduċa Gvern Laburista sa mill-konċepiment tiegħu, bla ma trid tapprezza r-ruħ soċjali ta’ dan il-Gvern li tassew jemmen fl-ugwaljanza u fid-drittijiet għal kulħadd. Insemmi biss il-miżuri bħal dik taċ-childcare b’xejn li wasslet biex aktar ġenituri joħorġu jaħdmu fid-dinja tax-xogħol u b’hekk kull parti ssir aktar indipendenti finanzjarjament. Hemm ħemel ta’ miżuri oħra li nista’ nsemmi madankollu ma nkunx irrid ninstema’ wisq politiku jew ripetittiv. Nemmen li permezz ta’ dawn l-emendi f’din il-liġi llum il-ġurnata pajjiżna jista’ jgħid li għandu Gvern li verament jemmen fit-titjib tas-soċjetà. Jalla dawn l-emendi jħallu l-frott mixtieq sabiex pajjiżna u s-soċjetà fi ħdanu tibqa’ miexja ’l quddiem lejn aktar prosperità u kwalità ta’ ħajja tajba għal kulħadd.


11

20.02.2022

IS-SUFFARA

GLENN BEDINGFIELD Whip għall-Gvern

Bħalissa kulħadd moħħu f ’dak li se jagħmel il-Prim Ministru. Kull fejn immur kulħadd jistaqsini l-istess mistoqsija. Meta se ssir l-elezzjoni? Dik il-mistoqsija jista’ jweġibha biss il-Prim Ministru u meta mistoqsi direttament mill-ġurnalisti Robert Abela kien ċar u tond. “Sa Ġunju tkun saret”. Għaldaqstant dawn huma l-aħħar xhur, jew nistgħu ngħidu ġimgħat ta’ din il-leġiżlatura. Għandi fiduċja assoluta li l-Prim Ministru se jkun qed isejjaħ elezzjoni meta jkun

jaqbel għall-pajjiż. Bħalissa għaddejjin minn perjodu fejn pajjiżna qiegħed joroġ minn sitwazzjoni ta’ pandemija bla preċedent. Bdejna ntaffu mill-mizuri ristrettivi li kellhom jittieħdu fil-ġimgħat u x-xhur li għaddew u l-ħajja, għalkemm bil-mod, se tibda ġejja lura għan-normal u għalhekk il-Prim Ministru jikkunsidra kollox qabel ma jsaffar is-suffara, ixolji l-Parlament u tibda kampanja elettorali biex il-poplu jagħżel gvern ġdid. Flok intella’ u nniżżel dwar id-data tal-elezzjoni nippreferi nħares lejn dak li se jkun qiegħed jiġri fil-ġimgħat li ġejjin. Nistenna minn kollox. Nistenna li nkunu attakkati bl-aktar mod aħrax mill-Oppożizzjoni u l-akkolti tagħha. Għaddejna minnha diġà din. Nafu kif jaħdmu, iżda d-doża tagħhom qed iżżid b’mod sfrenat. Għamlu hekk lil Mintoff, lil Karmenu Mifsud Bonnici, lil Alfred sant, lil Joseph Muscat u issa se jagħmlu hekk lil Robert Abela. Quddiem dawn l-attakki, is-sabiħa hi li aħna ma

nistgħux nitkellmu. Mela għandna sitwazzjoni fejn partit, attivisti tiegħu, il-midja ħielsa u indipendenti, NGOs u dawk kollha li ma jridux jaraw lill-Partit Laburista fil-Gvern jistgħu jgħidu li jridu, jattakkaw b’mod personali u jinfexxu fl-aktar bassezzi politiċi li jistgħu jinżlu fihom, imbagħad aħna ma nistgħux nitkellmu! Ma jistax ikun li jkollna nies li ma jesprimux l-opinjoni tagħhom għax jibżgħu li jiġu attakkati bla ħniena. Anke

fuq livell professjonali! Il-libertà tal-kelma mhijiex esklussiva għal dawn in-nies. Kulħadd għandu dritt jitkellem u jien hekk se nibqa’ nagħmel. Għaliex dak huwa dmiri. Id-dover tiegħi bħala Membru Parlamentari elett biex nagħti leħen linnies. Il-leħen tagħna għandu bżonn jinstema’ iktar. Naf li kull meta xi ħadd min-naħa tagħna jiftaħ ħalqu se jkun attakkat. Inħeġġiġkom ma tibżgħux. Tiddejqux titkellmu. Aħna qegħdin fuq in-

Il-libertà tal-kelma mhijiex esklussiva għal dawn in-nies. Kulħadd għandu dritt jitkellem u jien hekk se nibqa’ nagħmel. Għaliex dak huwa dmiri. Id-dover tiegħi bħala Membru Parlamentari elett biex nagħti leħen lin-nies

naħa tan-nies. Aħna l-partit tal-prosperità, tal-ħolqien tal-ġid. Minn issa sal-elezzjoni għandna messaġġ pożittiv xi nwasslu. Messaġġ ta’ tama, kuraġġ u rieda li naħdmu biex għada jkun aħjar. L-elezzjoni se tkun ‘miġġielda’ bejn Robert Abela u Bernard Grech. M’għandna nħallu xejn li jkun ta’ distrazzjoni għaliex il-PN għandu kull interess li jiddevja l-attenzjoni minn fuq il-messaġġ tagħna, li għandna l-aħjar politika għan-nies. Nirbħu l-elezzjoni għaliex għandna l-aqwa politika. Aħna l-partit ta’ prosperità u tal-ħolqien tal-ġid. L-Oppożizzjoni hija l-partit tal-awsterità li jrid jieħu lil Malta lura flok ’il quddiem. Il-PN aktar interessat fil-passat milli mil-futur. Dan hu l-messaġġ tagħna u Robert Abela jsaffar is-suffara jsibna lesti biex inkunu miegħu f ’din il-mixja li rridu nagħmlu flimkien biex nagħtu futur isbaħ u aħjar lil uliedna f ’pajjiż b’ekonomija b’saħħitha u soda.

L-IMPORTANZA TAL-EDUKAZZJONI

AUDREY DEMICOLI Kandidata fit-3 Distrett

L-edukazzjoni hija pilastru ewlieni biex pajjiżna jimxi ’l quddiem. L-edukazzjoni hija investiment dirett fil-poplu u fil-futur għax tiffoka fuq il-ġenerazzjonijiet li ġejjin. Gvern Laburista żied l-investiment fl-edukazzjoni minn €157 miljun fl-2012 għal €353 miljun fl-2021. L-ispiża kapitali fl-edukazzjoni wkoll żdiedet minn €44 miljun fl2012 għal €93 miljun fl-2021. Żdiedu wkoll 1,914-il full-timer fl-edukazzjoni pubblika mis-sena 2013 sal-lum. IlPrim Ministru Dr Robert Abe-

la għadu kif inawgura ċ-Ċentru tar-Riżorsi fl-MCAST b’investiment ta’ €9.3 miljun. Dan huwa investiment imqassam fuq erba’ sulari fuq medda ta’ 7,920 metru kwadru. Dan l-investiment kontinwu fl-edukazzjoni wassal biex żdied bin-nofs il-proporzjon ta’ żgħażagħ li temmew b’suċċess l-edukazzjoni terzjarja. Dawn huma fatti li juru l-impenn ta’ Gvern Laburista biex ikompli jinvesti fil-futur billi jinvesti fil-ħiliet u l-kapaċitajiet tal-poplu. L-edukazzjoni hija ċavetta li tiftaħ l-opportunitajiet u li tgħin lil kull individwu jilħaq l-għanijiet tiegħu. Fi kliem il-Prim Ministru stess, nikkwota fejn qal li “ma nistgħux inħarsu lejn il-ġejjieni b’ottimiżmu jekk illum ma ninvestux fil-ħiliet t’għada. Irridu naħdmu biex kulħadd ikun jista’ jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu. Meta ngħidu li din hija Malta li rridu għal uliedna, inkunu qed nirreferu għal Malta fejn bil-ħila tiegħek tasal fejn tixtieq”. Il-problemi li ġabet magħha l-pandemija talCOVID-19 ħolqot pressjoni

addizzjonali fuq is-sistema edukattiva. Fil-fatt, l-edukazzjoni kienet wieħed mill-ewwel setturi li ġew effettwati mill-pandemija fejn ingħalqu l-iskejjel biex titrażżan l-imxija fil-bidu tagħha meta d-dinja u pajjiżna kienu għadhom ma kellhomx il-vaċċin. Minħabba l-għeluq tal-iskejjel, il-Gvern kellu jorganizza l-kontinwità tat-tagħlim b’mod urgenti biex isiru lezzjonijiet online. Dan wassal għal sfidi ġodda minħabba li l-lezzjonijiet online kienu jirrikjedu mezzi diġitali u t-tfal kellhom bżonn lil xi ħadd magħhom id-dar. Il-Gvern wieżen

lill-familji u l-familji kkoperaw bis-sħiħ biex uliedhom setgħu jkomplu bl-istudji tagħhom u jieħdu l-edukazzjoni li hija ferm importanti. Dawn l-arranġamenti ħolqu pressjoni wkoll fuq l-edukaturi li, b’konsultazzjoni, komplew it-tagħlim għal uliedna. L-edukazzjoni kienet vittma oħra tal-pandemija iżda l-edukazzjoni hija wkoll mezz importanti li jwassal għal irkupru ekonomiku fit-tul. L-edukazzjoni hija l-mutur li jwieżen l-istrateġiji għall-iżvilupp sostenibbli fejn ikun hemm benefiċċji għall-ekonomi-

L-edukazzjoni tikkoltiva t-talent u l-kreattività tal-individwu u tispira lill-individwu biex jiskopri aktar dwar id-dinja ta’ madwaru u janalizza li qed jiġri

ja ġenerali kif ukoll għal dik tal-individwu. Bl-edukazzjoni nistgħu nindirizzaw l-isfidi ekonomiċi, dawk tas-saħħa, dawk ambjentali kif ukoll dawk soċjali. Għalhekk, l-edukazzjoni hija fundamentali biex nibnu futur aħjar u akbar minn dak li kellna. Mil-lat soċjali, l-edukazzjoni ssaħħaħ id-demokrazija, tiżviluppa l-ħajja ċivili tagħna u twassal għal aktar suċċessi ekonomiċi għal pajjiżna. L-edukazzjoni tikkoltiva t-talent u l-kreattività tal-individwu u tispira lill-individwu biex jiskopri aktar dwar id-dinja ta’ madwaru u janalizza dak li qed jiġri. Kulħadd għandu parti importanti fl-edukazzjoni ta’ pajjiżna, kemm l-individwi, il-familji, l-akkademiċi kif ukoll in-negozjanti u l-Gvern nnifsu. Għaldaqstant, huwa dmir essenzjali tal-Gvern li jkompli jipprovdi livell ta’ edukazzjoni mill-aqwa f ’pajjiżna għal uliedna u hija responsabbiltà ta’ kull ċittadin li jilħaq il-livell bażiku ta’ edukazzjoni biex il-pajjiż ikompli jimxi ’l quddiem.


12

20.02.2022

PRIM MINISTRU BL-ISBAĦ KWALITAJIET FIONA BORG LEWIS

KANDIDATA GĦAS-6 U T-8 DISTRETT MIN HI FIONA BORG LEWIS? Jiena Qormija, għandi 49 sena u professjonista fisservizzi finanzjarji. PROFESSJONI – Jiena Associate Director ma’ kumpanija ta’ intermedjarji fl-assigurazzjoni. Ilni 30 sena naħdem fis-settur tal-assigurazzjoni fejn wara li gradwajt fl-assigurazzjoni u l-immaniġġjar tar-riskji, ħadt ħsieb diversi oqsma u klijenti varji. Illum għandi r-responsabilità tal-claims kollha tal-grupp. STAT – Miżżewġa lil George u għandna tifla waħda, Nicole. LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Ħal Qormi IKEL FAVORIT – Stuffat tal-Fenek. PASSATEMP – Inħobb ħafna l-volontarjat u fejn nista’ nipparteċipa f’attivitajiet u ngħin nies

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Jien ġejja minn familja soċjalista li dejjem ħdimna f’diversi organi tal-partit. llum nokkupa l-kariga ta’ Chair Finanzjarju tal-fergħa Nisa Laburisti. Is-sena l-oħra kelli l-opportunità li nipparteċipa fil-programm LEAD, u f’dan il-perjodu ħassejt li l-ħajja politika kienet xi ħaġa naturali li għandi nikkunsidra. Nammetti li domt ħafna niżen jekk għandix naċċetta jew le. Iżda meta ddiskutejt fit-tul din l-esperjenza mal-Prim Ministru Dr Robert Abela, jien ħassejt illi għandi nilqa’ din l-istedina għax fhimt ilbżonn biex inkunu aktar viċin in-nies ħalli nkomplu nagħmlu differenza fil-ħajja tagħhom. Din l-esperjenza qed tlaqqagħni ma’ nies li ġejjin minn diversi oqsma u ħa nkunu qed inħarsu lejn il-kummenti tagħhom kollha biex nagħmlu l-bidliet neċessarji.

vulnerabbli bħall-maratona ta’ Puttinu Cares u l-Istrina. KTIEB FAVORIT – A Promised Land ta’ Barack Obama. Il-mod kif inhu miktub dan il-ktieb jagħti narrattiva ċara tal-ħajja politika t’Obama fejn għalkemm kien il-President tal-Amerka, wieħed jista’ jara kif niżel għallivell tan-nies. Hu wera kemm hu raġel umli u ġeneruż fejn b’dawn il-kwalitajiet ġibed ħafna nies lejh. MESSAĠĠ TA’ ISPIRAZZJONI – To the World you may be one person but to one person you may be the world – Dr Seuss. Dan il-messaġġ nemmen ħafna fih u dejjem żammejtu f’qalbi f’kull deċiżjoni. Nemmen li fil-ħajja jekk jirnexxilek tagħti dik l-aspirazzjoni mqar lil persuna waħda li tkun qed tbati, is-sodisfazzjon huwa ferm kbir.

Nemmen illi minħabba l-pandemija, il-poplu tagħna bata, forsi fil-kwiet ta’ daru wkoll, u għalhekk irrid li nkomplu nagħmlu d-differenza. Hemm ħafna xogħol li għadu jrid issir u jekk il-poplu jeleġġini fil-Parlament jien qed inwiegħed li ħa nkun spalla ma’ spalla mal-Prim Ministru u l-kumplament tal-membri parlamentari Laburisti, biex kulħadd jimxi ’l quddiem.

out of stock, u akkomodazzjoni aktar affordabbli, huma xhieda ta’ kemm il-Partit u l-Gvern Laburista jaħseb fiż-żgħir u fil-batut. Għamilna ħafna iżda qatt mhu biżżejjed u għalhekk inħares ’il quddiem biex flimkien naħdmu aktar fuq is-saħħa mentali, għal ambjent aħjar għal uliedna fejn nagħtuhom aktar spazji miftuħa u nkomplu nwettqu l-ġid b’ekonomija aktar sostenibbli.

Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin?

Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin?

Gvern Laburista dejjem kien magħruf għall-ħidma kbira li għamel biex ikollna soċjetà aktar ġusta. Il-benefiċċji soċjali li ngħataw f’dawn is-snin, fosthom żidiet fil-pensjonijiet, refużjoni tat-taxxi, childcare b’xejn, tablet b’xejn għat-tfal, eżamijiet tal-MATSEC b’xejn, żidiet fl-istipendji għall-istudenti tagħna, tnaqqis fil-mediċini

L-aktar ħaġa li tiddistingwi liż-żewġ partiti hija li l-Partit Laburista baqa’ viċin in-nies, sema’ lil kulħadd u rriforma skont il-bżonnijiet tan-nies mhux skont il-bżonnijiet tal-individwi. Ir-riformi tad-drittijiet ċivili, u tal-ugwaljanza kienu ftit mir-riformi li l-partit għamel prijorità biex ħadd ma jħossu maqtugħ mis-soċjetà. Li nisimgħu mhux biżżejjed u għal-

Għamilna ħafna iżda qatt mhu biżżejjed u għalhekk inħares ’il quddiem biex flimkien naħdmu aktar fuq is-saħħa mentali, għal ambjent aħjar għal uliedna fejn nagħtuhom aktar spazji miftuħa u nkomplu nwettqu l-ġid b’ekonomija aktar sostenibbli hekk mhux talli daħħalna riformi ġodda, imma l-Gvern ħass il-bżonn li l-ugwaljanza tingħata l-importanza ta’ Ministeru għax kulħadd huwa importanti biex inkomplu nimxu ’l quddiem. Il-Partit iddiskuta suġġetti li forsi ma kinux popolari iżda dejjem żamm fuq nett l-għajnuna li nistgħu nagħtu lin-nies. Kif qal Dr Abela jekk imqar inkunu qed ngħinu lil persuna waħda, dik ir-riforma rridu naraw li tiġi implimentata. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Dr Abela huwa raġel b’viżjoni, li meta ffaċċja l-agħar mumenti fil-kriżi tal-pandemija, sema’ lill-professjonisti u ddeċieda fl-aħjar interess tal-poplu Malti. Il-kwalitajiet sbieħ tiegħu ta’ għaqda, imħabba u fuq kollox li l-Maltin u l-Għawdxin jibqgħu jgawdu mill-ġid ta’ dan il-pajjiż, huma ftit mill-karattru umli u b’saħħtu li għandu dan ir-raġel. Il-Prim Ministru s’issa wriena x’jaf jagħmel fil-maltemp għalhekk irridu bi ħġarna naħdmu miegħu ħalli issa jaħdem f’dan iż-żmien sabiħ li għandna ġej quddiemna.


13

20.02.2022

IL-PARTIT LI JINVESTI FIŻ-ŻGĦAŻAGĦ MARK GRECH

KANDIDAT GĦAT-2 DISTRETT MIN HU MARK GRECH? Mark Grech għandu 35 sena. Miżżewweġ lil Diane u missier Nina Mari u Luisa Ana. Jaħdem bħala Operations Manager f’kumpanija privata. Kien Membru fl-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali bejn l-2017 u l-2021 u ilu jiġi elett fil-Kunsilli Lokali ta’ Ħaż-Żabbar mill-2006. Gradwat blUnuri mill-Univeristà ta’ Malta fil-Management u qiegħed fl-aħħar stadju biex jikseb il-kwalifika tal-ACCA fil-livell ta’ Masters. PROFESSJONI – Operations Manager STAT - Miżżewweġ

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?

LOKALITÀ FEJN TGĦIX - Ħaż-Żabbar IKEL FAVORIT – Salamun PASSATEMP – Table Tennis, qari u eżerċizzju fiżiku. KTIEB FAVORIT – The Blair Years – Alistair Campbell The Audacity of Hope – Barack Obama MESSAĠĠ TA’ ISPIRAZZJONI – Fall down seven times, stand up eight. – Proverbju Ġappuniż

l-Elezzjoni Ġenerali li jmiss fl-età ta’ 35 sena. Ovvjament, l-għażla kienet iktar naturali din id-darba, biex nikIl-Partit Laburista kien l-għażla nat- kontesta f ’isem il-Partit Laburista. urali tiegħi, mhux biss għax trabbejt f ’familja Laburista imma għax nem- Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li men li l-Partit Laburista huwa l-par- għamel Gvern Laburista fl-aħħar tit tal-aspirazzjoni u l-ġustizzja soċ- snin? jali. Il-Partit Laburista huwa l-uniku li minkejja l-pandemipartit li bil-fatti jagħti opportunita- Il-fatt jiet indaqs għal suċċess fil-ħajja lil ja l-ekonomija baqgħet tiġġenera l-impjiegi naħseb kien l-akbar kisba kulħadd. Fl-istess ħin, wara li ili nikkontes- ta’ dan il-Gvern flimkien ma’ konta l-Elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ troll tajjeb mill-aspett mediku u ta’ Ħaż-Żabbar sa mill-2006, ħassejt li saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi. għandi nagħmel pass ieħor fil-kar- Ma rridux ninsew miżuri fiskariera politika tiegħi billi nikkontesta li mdaħħlin f ’Baġits wieħed wara

l-ieħor, bħaż-żidiet fil-pensjonijiet, it-tnaqqis tat-taxxa u miżuri bħaċchildcare u t-trasport għall-iskejjel b’xejn għal kulħadd. Ta’ min isemmi wkoll it-titjib fil-kundizzjonijiet tax-xogħol ta’ mijiet ta’ ħaddiema li jaħdmu mal-kuntratturi f ’entitajiet tal-Gvern. Dawn il-ħaddiema kienu jaħdmu bil-prekarjat fi żmien Gvern Nazzjonalista ta’ qabel l-2013. Illum il-ġurnata jitħallsu b’rati aħjar mill-paga minima nazzjonali u anke huma marbuta mal-iskali mħallsa lill-ħaddiema tal-Gvern fl-istess grad. Flaħħar Baġit dawn il-ħaddiema kollha ngħataw ukoll id-dritt ta’ ħlas doppju jekk jaħdmu fil-jum tal-Ħadd. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Il-Partit Laburista baqa’ jiġġedded għax ta spażju lill-element żagħżugħ fil-partit, bla ma nesa l-għeruq tiegħu. Matul is-snin il-Partit Laburista investa fiż-żgħażagħ biex illum dawn l-istess żgħażagħ qed imexxu lill-pajjiż fi Gvern magħmul minn Kabinett litterlament żagħżugħ. Il-Partit Laburista baqa’ wkoll f ’kuntatt kontinwu man-nies. Minkejja li fil-Gvern, baqa’ jisma’ u jifhem il-problemi u l-aspirazzjonijiet tal-poplu kollu. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Il-Prim Ministru Robert Abela kien deċiżiv ħafna f ’ċirkostanzi diffiċli għad-dinja kollha u bla preċedent. Kien anke bilanċjat ħafna fid-deċiżjonijiet tiegħu. Żamm sens ta’ kontinwità biex iżomm il-Moviment li nbena madwar il-Partit Laburista ħaj u biex il-Partit Laburista jibqa’ partit rebbieħ. Naħseb li dawn l-aħħar sentejn huma mera ċara tas-snin li ġejjin b’Robert Abela bħala Prim Ministru. Il-Prim Ministru Robert Abela kien

Nixtieq nara Malta iktar moderna fl-ideat, iktar ugwali soċjalment. U minn ta’ quddiem fejn jidħol l-ambjent u d-drittijiet tal-ħaddiema

ukoll strateġiku fid-deċiżjonijiet tiegħu kemm fejn jidħlu deċiżjonijiet ta’ natura ekonomika kif ukoll dawk ta’ natura politika. Naħseb kienet strumentali d-deċiżjoni li jiġu varati pakketti ekonomiċi differenti matul il-pandemija biex hekk l-ekonomija baqgħet għaddejja b’ritmu kważi normali. Kif ukoll kienu strumentali ċerti deċiżjonijiet importanti biex iżommu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna f ’livell għoli minkejja l-attakki kontinwi mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista speċjalment barra minn xtutna. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Nixtieq nara Malta iktar moderna fl-ideat, iktar ugwali soċjalment. U minn ta’ quddiem fejn jidħol l-ambjent u d-drittijiet tal-ħaddiema. Nixtieq nara Malta fejn is-suċċess jitkejjel b’kemm nies li jkunu meqjusa f ’riskju ta’ faqar jirnexxilhom jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. Nixtieq nara Malta fejn l-ambjent ikun iktar suġġett li jinteressa lil kulħadd b’mod individwali milli b’mod kollettiv biss. Nixtieq nara Malta fejn id-drittijiet tal-ħaddiema jiġu mgħallma fl-iskejjel.


14

20.02.2022

INVESTIMENT T FL-ISTUDENTI U

Ċentru tar-Riżorsi fl-MCAST li se “Ma nistgħux inħarsu lejn il-ġejjieni b’ottimiżmu, jekk illum ma ninvestux filħiliet ta’ għada”. Dan kien il-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela meta nhar it-Tlieta li għadda inawgura ċ-Ċentru tar-Riżorsi fl-MCAST, b’investiment ta’ €9.3 miljun, kofinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea. Ċentru li minnu se jgawdu eluf ta’ studenti, kemm dawk li qegħdin l-MCAST full-time kif ukoll dawk l-istudenti li qed jagħmlu korsijiet fuq bażi part-time. Il-Prim Ministru kien ċar dwar l-importanza li għandha l-edukazzjoni: “L-edukazzjoni trid tkun il-bażi tal-prosperità ġdida li rridu nibnu flimkien. Irridu naraw studenti ħielsa jimirħu fl-oqsma għal qalbhom, kritiċi jaħsbu u jaħdmu biex jagħmlu soċjetà differenti u aħjar. Irid ikun ukoll għada li jara setturi ġodda jikbru u li jarana kompetittivi u aktar attraenti minn pajjiżi oħra. Għaliex qegħdin ninvestu kmieni fil-kapital uman.” Sostna wkoll li l-edukazzjoni hija dik li twittilna t-triq biex nisfruttaw l-opportunitajiet li joffri dan il-pajjiż. Huwa qal li f’dan il-pajjiż irridu naħdmu biex kulħadd ikun jista’ jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu, u meta ngħidu li din Malta li rridu għal uliedna, inkunu qegħdin nirreferu għal Malta fejn bil-ħila tiegħek tasal fejn tixtieq. Huwa għalhekk, qal il-Prim Ministru li l-investiment li kien qed jiġi inawgurat imur lil hinn mill-binja nnifisha. L-investiment fl-infrastruttura edukattiva huwa investiment dirett fl-istudenti u fl-edukaturi. Huwa qal li meta jkun qed isostni li pajjiżna jrid jaħdem biex jintlaħqu livelli ġodda, l-edukazzjoni mhix eċċezzjoni. Iċ-Ċentru tar-Riżorsi, imqassam fuq erba’ sulari fuq medda ta’ 7,920 metru kwadru, huwa ċentru tal-aqwa kwalità mhux biss fid-disinn tiegħu, imma wkoll għaliex fih intużat l-aħħar teknoloġija u huwa mgħammar b’faċilitajiet mill-aktar avvanzati. Id-disinn jinkludi wkoll l-aktar teknoloġija moderna li tiffranka l-enerġija.


20.02.2022

TA’ €9.3 MILJUN U FL-EDUKATURI

e jgawdu minnu eluf ta’ studenti Fih hemm spazju għat-tagħlim, għall-wirjiet, kif ukoll ħidma li tinkoraġġixxi l-kollaborazzjoni, ir-riċerka u l-innovazzjoni. Huwa bini li jipprovdi lill-istudenti u lill-istaff l-aqwa servizzi, għażliet u għajnuniet fit-tagħlim fl-istess post fejn huma jitgħallmu u jaħdmu. Il-kampus tal-kulleġġ se jkun aċċessibbli għall-komunità inġenerali, filwaqt li r-riżorsi se jiġu użati b’mod effettiv biex tkompli ssir promozzjoni għat-tagħlim tul il-ħajja. Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport Clifton Grima qal li b’din il-binja, mhux qed naraw biss l-investiment infrastutturali, li huwa importanti, imma qed naraw investiment sħiħ fl-istudenti, fl-edukaturi u fil-letturi. Huwa qal li jinsab kuntent li l-MCAST għaddej mhux biss bl-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tiegħu, imma wkoll biex ikompli jressaq l-istudent lejn id-dinja tax-xogħol f’ambjent li jixraq għaż-żmien tal-lum. Is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi qal li dan huwa proġett ieħor li qed isir b’kofinanzjament ta’ fondi Ewropej, li turi d-determinazzjoni tal-Gvern li jkompli l-ħidma li twettqet f’dawn l-aħħar snin, ta’ investimenti kbar permezz ta’ fondi Ewropej fil-qasam tal-edukazzjoni. Il-binja tifforma parti mill-pjazza ċentrali tal-kampus, tiġbor fiha numru ta’ attivitajiet tal-kulleġġ, fosthom iċ-Ċentru għar-Riċerka u l-Innovazzjoni tal-MCAST, Learning Support Unit kif ukoll Ċentru tar-Riżorsi u l-librerija. Fi ħdan l-MRC se jkun hemm diversi faċilitajiet u servizzi għall-istudenti, fosthom żewġ spazji għall-esibizzjoni, auditorium, 14-il uffiċċju għad-diretturi u għall-managers, żewġ boardrooms, 16-il klassi, kafetterija, librerija maqsuma fuq żewġ sulari, kif ukoll spazju fejn wieħed jista’ jaħdem u jistudja. Il-proġett huwa kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali 2014-2020 (ERDF).

15


16

20.02.2022

GVERN LABURISTA JFISSER KREDIBILITÀ

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

F’dawn l-aħħar ġranet il-Prim Ministru ħabbar kif il-koppji li għaddejjin mill-proċess tal-IVF sabiex isiru ġenituri ser jingħataw rifużjoni sħiħa tal-flus li jkunu ħallsu għall-mediċina meħtieġa għall-IVF. B’hekk, ilGvern ikun qed iwettaq miżura oħra b’saħħitha imwiegħda fl-aħħar Baġit, miżura mill-aktar soċjali u li tmiss lill-persuni fost l-aktar vulnerabbli psikoloġikament, li qed jiġru wara l-ħin u ma jistgħux jistennew. Miżura li tmiss il-qalb, li fl-aħħar mill-aħħar toħloq u ssostni l-imħabba, il-ferħ u l-għożża fil-familji Maltin u Għawdxin. Għax għal dan il-Gvern kull individwu huwa importanti u kulħadd għandu jkollu kull opportunità li jwettaq il-ħolm tiegħu, f ’dan il-każ li jgħannaq it-tarbija tiegħu miegħu. Ma’ dan il-Gvern taf fejn int u dak li jwiegħed iwettqu b’konvinzjoni u mhux b’konvenjenza. Bis-saħħa tal-implimentazzjoni tal-liġi tal-IVF, mill-2014 ’l hawn twieldu 252 tarbija permezz tal-IVF filwaqt li hemm stennija għal 27 tarbija oħra. F’dan l-isfond ta’ miżura hekk ta’ fejda, l-Oppożizzjoni ddikjarat li din il-miżura li għadu kif implimenta l-Gvern għamilha grazzi għalihom u hija sforz il-pressjoni li għamlet l-istess Oppożizzjoni. Kif jgħidu l-Ingliżi, “this is rich”, dikjarazzjoni bħal din li meta ġew għas-si u n-no baqgħu ċassi. Il-liġi tal-IVF għaddiet fi żmien Gvern Nazzjonalista. Ramaw laboratorju u unit ġewwa Mater Dei attrezzati għall-IVF. Imma kienu b’daqshekk qalb xierfa u daqshekk indifferenti għallweġgħat tan-nies li kienu kuntenti li ma jibdewx is-servizz tal-IVF b’xejn minn Mater Dei u ħallew laboratorju mimli apparat mhux użat tant li skada. B’hekk biex iserrħu l-kuxjenza tagħhom, caħħdu u tellfu ċ-ċans ta’ mijiet ta’ koppji milli jgħannqu wild minn tagħhom. Għax dan ma kienx biżżejjed u meta fl-2018 ġiet emendata l-liġi tal-IVF sabiex titwessa’ aktar u tkun aktar aċċessibbli, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista vvutat kontra. L-ulied li semmejt hawn fuq li twieldu f ’pajjiżna u li għad iridu jit-

wieldu permezz tal-IVF, ftit snin oħra mhux ’il bogħod ikollhom id-dritt tal-vot ukoll u jżommu f ’moħħhom li, li kien għall-PN, mhux biss ma kellhomx dritt jivvutaw, imma lanqas biss kellhom dritt jiġu fid-dinja. Issa qed taħraqhom qalbhom għall-koppji li għandhom bżonn l-IVF. Iridu l-krettu għal din il-miżura għax qalu li huma ħarġu b’din il-proposta. Ejja nagħtuhom il-benefiċċju tal-krettu li għamlu din il-wegħda li jagħtu l-mediċini tal-IVF b’xejn. Ilkoll niftakru xi track record għandhom fit-tqassim tal-mediċini b’xejn meta kienu fil-gvern in-Nazzjonalisti. Fi żmien GonziPN il-pilloli out of stock kienu bil-mijiet u l-ordni tal-ġurnata. U biex is-sitwazzjoni tkun aktar drammatika, bilkemm ma kinux jiżżuffjettaw bis-sitwazzjoni meta kienu jqabblu dawn il-mediċini out of stock mal-bottijiet tal-piżelli. U allura, ġaladarba jekk fi żmien amministrazzjoni Nazzjonalista bilkemm kont issib asperina fuq il-lista tal-mediċini b’xejn in stock, kif qatt dawn il-koppji u l-poplu inġenerali qatt se jemmnu li din il-wegħda kienu se jżommuha u aktar minn hekk, iwettquha? Gvern Laburista ġab il-lista tal-mediċini out of stock parti mill-istorja. Mhux talli hekk, talli żied bil-qawwa n-numru ta’ mediċini fuq il-lista tal-POYC. Għaldaqstant, Gvern Laburista biss, immexxi minn Robert Abela, jista’ jkun kredibbli li l-mediċini tal-IVF jingħataw b’xejn kif wiegħed fl-aħħar Baġit u kif ħabbar il-Prim Ministru l-Ħadd li għadda sabiex minnufih tiġi implimentata din il-miżura b’konvinzjoni.

Għax għal dan il-Gvern kull individwu huwa importanti u kulħadd għandu jkollu kull opportunità li jwettaq il-ħolm tiegħu, f’dan il-każ li jgħannaq it-tarbija tiegħu miegħu. Ma’ dan il-Gvern taf fejn int u dak li jwiegħed iwettqu b’konvinzjoni u mhux b’konvenjenza

Sur Editur, Ara sewwa qalu ta. U ktibthielek jien il-ġimgħa li għaddiet, jew ta’ qabel. Tidher li ġejja l-elezzjoni, għax in-Nazzjonalisti, bil-ġurnali li dejjem jinkinawlhom, jagħtuhom palata nobis, qed jobżqu l-ħdura. U se jżidu f ’dak li jogħxew bih, joħorġu bi stejjer biex jitfgħu l-ħmieġ. Dejjem hekk għamlu u hekk se jkomplu jagħmlu lejlet elezzjoni. Għax hekk biss jafu. Issa, Sur Editur, naf li din delikata. Daqskemm kienet tilbisli delikat Melda tiegħi f ’San Valentinu. Mhux issa ta! Issa għadda dak iż-żmien. Issa kollox mgħotti. Bejn għax il-kesħa u anki minħabba l-estetika. Imma nsomma! Kumbinazzjoni qed jgħidu li hemm xi ħaddieħor involut filkaż ta’ Daphne. Kumbinazzjoni għax riesqa l-elezzjoni ħarġet din, hux. Issa nispera li ma jkunx hemm xi bravu u fl-aħħar jum tal-kampanja, meta l-għada ħadd ma jkun jista’ jitkellem fuq politika, ma joħroġx b’xi bravata. U ifhimni Sur Editur. Daqshekk, mhu se ngħid xejn iktar. Għax aħjar. Meta naqra xi kazzata li jgħidu huma, niftakar f ’dak li kienu jagħmlu huma fi żmienhom. Issa mhux qed ngħid li l-ħażin huwa tajjeb ta. Lanqas xejn. Imma trid tkun wiċċek imċappas biex tipponta subgħajk u ma tarax ħotobtok. Mela ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Mhu se ngħid xejn ġdid ta. Imma kultant aħjar infakkru, għax tiskanta kemm jintesew l-affarijiet. Nixtieq infakkrek li fi żmienhom, Simon ‘Qatt ma’ daħal Kastilja’ Busuttil kellu konsulenza ta’ miljun u mitejn elf. U Arr Si Si kellu konsulenza ta’ miljun. U Georg Sapiano kellu disa’ mitt elf. U Alan ‘Ħu Ivan il-ħabib tas-Supermarkets’ Camilleri kellu iktar minn sitt mitt elf. Issa dawn li qed niftakar jien ta. Ma ninsewx, Sur Editur. Kemm sirt nieħu gost nisma’ u naqra ċ-ċuċati, Sur Editur. Int qatt ħassejtek xi attur jew? Jien naqra oħra nibda nistħajjilni Yul Brynner. Għax jekk jaqgħu l-erba’ xahriet li fadal bħalu niġi. Għax id-Deputat tagħhom Joe Ellis qal li qed iħossu qisu Mel Gibson. Ara vera qegħdin sew. Daqt joħroġ Bernard tagħhom u jgħid li qed iħossu xi Bernardos Droneovakis. Ħelu dan Ellis ta. Ma ħallasx is-salarji tal-ħaddiema tal-kumpanija tiegħu u lanqas il-bonus, u minn fuq min jitkellem dwar dan, jgħajru fallut. L-importanti li bħal f ’ħafna każi oħra li fihom involuti d-deputati tiegħu, għall-Kap tagħhom, dan il-każ huwa magħluq. Mhux hekk hux, Sur Editur. L-aqwa li Alla qiegħed mal-Partit Nazzjonalista, kif qaltilna Claudette ‘Sellili’ Buttigieg Pace. Għax taf int, iridu b’xi mod idaħħlu r-reliġjon dawn. Issa jekk hux billi jagħmlu ftehim magħhom biex ikun hemm xi Mikallef tan-Nazzjon jikteb filLeħen, li kien Leħen is-Sewwa u s-Sewwa m’għadhiex tidher, jew billi jgħidu li Alla qiegħed magħhom, b’xi mod ir-reliġjon iridu jdaħħluha. Għax għandhom bżonn l-akbar miraklu li qatt sar biex jitwemmnu dawn in-nies. Ħu bħal-lum ġimgħa. Mela ara naqra ta. Rapport tal-Kummissjoni Ewropea juri li din is-sena pajjiżna se jkollu l-akbar tkabbir ekonomiku fost l-istati membri kollha. Ġurnata biss wara, il-Kap tagħhom qabbel lil Malta ma’ lukanda b’rating ħażin. Ma nafx jien. Imma xi ħaġa ħażina hemm. Mhux f ’dak li qalet il-Kummissjoni Ewropea ta, imma f ’min qed jikteb id-diskorsi tal-Kap tagħhom. Bilfors. Bħal meta, dak li għandu f ’ħobbu pprova jitfgħu fuq ħaddieħor. Mela skont dan il-Kap tagħhom, il-Prim tagħna qed juża l-ONE biex irewwaħ kampanja negattiva. Ara ħaqq l-ożbreċ jekk jistax jitwemmen fuqha din. Ir-Re tan-negattività, jipprova jitfa’ l-bibbja tal-partit tagħhom, in-negattività, fuqna. Nice one Bernie. Imma ħadd ma jemmnek fuq din. Kif ħadd ma jemmnek fuq kulma joħroġ minn ħalqek, skont ma jgħidulek biex tgħid. Imsieken. Għax ma jinbidlux. U hija ħasra għal pajjiżna Sur Editur. Għad-dieħla!



18

20.02.2022

IL-KATAKOMBI TA’ SAN PAWL Insiefru barra u nkunu rridu naraw kemm nifilħu. Għad hawn ħafna Maltin li ċerti mkejjen storiċi jew mużewijiet li għandna fil-Gżejjer tagħna, mhux talli ma żaruhomx, talli lanqas biss jafu bihom. X’intom tistennew biex tgawduhom? Dan huwa l-patrimonju tagħna. Patrimonju bi storja rikka. Nissuġġerixxi li tqattgħu ftit ħin tgawdu dak li pajjiżna għandu x’joffri. U nassigurakom li dan hu bil-bosta. Il-katakombi huma l-passaġġi taħt l-art magħmula mill-bniedem li nbnew bi skopijiet reliġjużi u ritwali. L-aktar famużi jinsabu f ’nofs il-gżira fil-belt antika tar-Rabat. Huma jirrappreżentaw l-akbar u l-ewwel evidenza ta’ strutturi bħal dawn f ’Malta. Iż-żona tal-Katakombi ta’ San Pawl kienet oriġinarjament użata bħala ċimiterju minn żminijiet Puniċi u Rumani. Peress li l-liġijiet Rumani ppermettew id-dfin biss fil-periferija tal-belt, il-post ta’ dan is-sit għenna nifhmu d-daqs eżatt tal-kapitali Rumana Melite (l-Imdina tal-lum). Il-katakombi jinkorporaw kumpless ta’ oqbra Rumani taħt l-art interkonnessi, li nbnew hawn fis-sekli 7-8 wara Kristu. Iż-żona tikkonsisti minn aktar minn 30 raggruppament b’oqbra u passaġġi interkonnessi li jkopru aktar minn 2,000 metru kwadru. Hekk kif intemm il-perjodu Ruman f ’Malta, il-katakombi ġew abbandunati u mkasbra, hekk kif id-drawwa tad-dfin inbidlet skont il-bżonnijiet tal-ħakkiema ġodda tal-Gżejjer Maltin. Is-sit ġie investigat fl-1894 minn Dr A.A. Caruana, li beda studju fuq l-arkeoloġija Nisranija f ’Malta. Dan is-sit jirrappreżenta l-ewwel u l-akbar evidenza arkeoloġika tal-Kristjaneżmu f ’Malta. L-assoċjazzjoni tagħha ma’ San Pawl ġejja mill-ipoteżi li dan ilgrupp ta’ katakombi darba kien konness mal-Grotta ta’ San Pawl. Il-leġġenda tgħid li San Pawl kien jgħix hemm għal erba’ snin. Hekk ġab ismu dan l-għar. Uħud mill-oqbra ppriservaw skrizzjonijiet partikolari

mnaqqxa, u tawna raġunijiet biex nirriflettu fuq il-ħajja f ’Malta fi żminijiet Rumani. Skrizzjonijiet varji f ’diversi oqbra juru għodod tal-ġeb-

el dettaljati ħafna, għodod mediċi, xi wħud mhux identifikati, kitbiet, graffiti u menorah. Huma jagħtuna ħjiel dwar in-nies u familji, li ġew

midfuna hawn matul is-7-8 sekli wara Kristu. L-oqbra saru f ’tipi u daqsijiet differenti, maqtugħin fil-ħitan u fl-art.

Hekk kif intemm il-perjodu Ruman f’Malta, il-katakombi ġew abbandunati u mkasbra, hekk kif id-drawwa tad-dfin inbidlet skont il-bżonnijiet tal-ħakkiema ġodda tal-Gżejjer Maltin

Ħafna mill-oqbra kienu ddisinjati għal żewġ difniet ħdejn xulxin. Ħafna minnhom kienu ddisinjati bi stil bilkanopew mingħajr dekorazzjonijiet minquxin. Il-ħitan f ’xi wħud mill-postijiet ġew imħaffrin u miżbugħa b’diversi graffiti. Xi partijiet żgħar biss minnhom irnexxielhom jibqgħu jeżistu għal sekli twal. Waħda mill-partijiet rari li baqgħet ħajja u viżibbli tinkludi rappreżentazzjoni ta’ figura u skrizzjoni bil-Grieg li tfisser “Xorti tajba” jew “Adieu”. Il-kitbiet ivarjaw minn kelma waħda għal sentenzi sħaħ bħal dawk fil-katakombi numri 1 u 13. Id-disinn tal-oqbra, il-post u d-dekorazzjoni tagħhom jistgħu jagħtuna informazzjoni dwar l-istatus tal-per-


19

20.02.2022

FIR-RABAT suni midfuna fl-oqbra. L-Oqbra f ’forma ta’ baldakkin qrib id-daħla huma ġeneralment meqjusa għal dawk bi status ogħla minn dawk stabbiliti fil-fond fil-katakombi. Il-familji sinjuri ddekoraw l-oqbra tagħhom b’tinqix u b’motivi miżbugħa. L-istampi viżivi fil-katakombi jistgħu jvarjaw mill-figura bilqiegħda fil-katakomba 1, għall-għasfur fil-katakomba 3 u dgħajsa fil-katakomba 14. Fiċ-ċentru tal-interpretazzjoni tista’ tara parti mid-dekorazzjoni bi skrizzjoni kommemorattiva li saret madwar ir-4 u t-8 seklu wara Kristu li ssemmi l-isem ta’ persuna midfuna ‘Valeria’. Instab fl-1875 barra l-Imdina u huwa wieħed mis-sejbiet rari bi skrizzjoni daqshekk dettaljata ta’ dak iż-żmien. Isemmi wkoll l-ismijiet ta’ dawk li waqqfu l-qabar għaliha: “Fufica Galena u Curtius Diadoumenos, ir-raġel u l-mara mibnija [dan il-qabar] għal Valeria li tassew jistħoqqilha”. Xi oqbra tal-familji sinjuri huma mżejna ħafna b’dekorazzjonijiet kumplessi. Tista’ tara l-eżempji ta’ dawn id-dekorazzjonijiet tal-qabar Doriku u pedestalli esibiti fil-post apposta tal-interpretazzjoni. Il-katakombi jiżvelaw xi tradizzjonijiet tad-dfin tażżmien Ruman, li għadhom jeżistu f ’xi reliġjonijiet moderni. Ir-Rumani kienu jibku l-mejtin tagħhom għal perjodu ta’ disat ijiem, li matulhom id-dar kienet meqjusa kkontaminata. Kienu jsiru wkoll sagrifiċċji u ritwali wara disat ijiem li kienu meqjusa bħala l-perjodu assigurat għall-purifikazzjoni tal-familja. Uħud mir-Rumani sinjuri kienu jeħilsu xi wħud mill-iskjavi tagħhom waqt il-funeral. Dan kien isir b’kundizzjoni waħda; li jridu jibnu jew iżommu l-monument funerarju tal-persuna midfuna. Fir-Rabat tista’ tara wkoll eżempju sabiħ ta’ pendenti magħmula mill-ħġieġ u t-tafal li ġew skoperti fl-oqbra. Dawn il-pendenti juru l-irjus tal-bniedem. Sfortunat-

ament għadu ma kienx possibbli li jiġi identifikat jekk kinux ir-rappreżentazzjoni ta’ xi allat jew sempliċiment il-membri tal-familja. Artefatti oħra interessanti li nstabu fl-oqbra kienu l-istatwetti tal-equestrians u cockerels. Ir-rappreżentazzjoni ta’ raġel li jsuq żiemel tista’ tkun konnessa mal-alla Mithras u s-serduk ġeneralment huwa assoċjat ma’ Apollo. Wieħed mill-elementi intriganti tal-katakombi huma t-tabelli Agape - ġebla ċirkolari, imwejjed, li jixbhu couch mimdud (triclinium) ippreżentat fiddjar Rumana. Dawn it-tabelli probabbilment intużaw għall-ikliet kommemorattivi matul il-“festival tal-mejtin” annwali - it-tradizzjoni, li baqgħet ħajja għal ħafna sekli u għadha ħajja llum.

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Il-katakombi ġew studjati kontinwament u ħafna mill-informazzjoni li għandna issa ġiet skoperta riċentement. Madankollu, xorta fihom sigrieti li jistgħu jiġu

żvelati għar-riċerki tal-pazjent. Dan jimmotiva aktar xjentisti u riċerki biex jiddedikaw il-ħin tagħhom għal dan is-sit. Nisperaw li fi ftit żmien nisimgħu b’aktar sko-

perti ġodda f’dan il-qasam. Inħeġġiġkom iżżuru dawn l-imkejjen f’pajjiżna. Malta u Għawdex tagħna huma mimlija teżori. Issa jiddependi minna li ngawduhom.

Ir-Rumani kienu jibku l-mejtin tagħhom għal perjodu ta’ disat ijiem, li matulhom id-dar kienet meqjusa kkontaminata. Kienu jsiru wkoll sagrifiċċji u ritwali wara disat ijiem li kienu meqjusa bħala l-perjodu assigurat għall-purifikazzjoni tal-familja


20

20.02.2022

ĦARSA LEJN BNIEDEM LI “BENA” L-ILSIEN MALTI Antonio Cremona, popolarment magħruf bħala ‘Ninu’ jew ‘Is-Sur Nin’, twieled fit-22 ta’ Mejju, 1880, fir-residenza bin-numru 3-4, Triq Santa Marija, fir-Rabat, Għawdex. Ingħata l-isem ta’ Antonio, Giuseppe u Giovanni u tgħammed l-għada fil-knisja parrokkjali ta’ San Ġorġ. Fl-okkażjoni tal-50 sena minn mewtu ħadt l-opportunità nislet tagħrif dwar ħajtu u ħidmietu mirriċerkatur tal-istorja lokali u kittieb Dr. Aaron Attard-Hili. Minn CHARLES B. SPITERI Min kienet il-familja ta’ Ninu Cremona? Ninu kien iben in-nutar Feliċ u Margerita Pace, li kienet in-neputija tal-Isqof ta’ Għawdex Monsinjur Pietro Pace. Il-familja kienet magħrufa bħala ‘Ta’ Kelment’. Kien l-iżgħar fost tliet aħwa. Ħutu, Giovanna u Maria Assunta, kienu rispettivament erba’ snin u sentejn akbar minnu. Missieru miet ta’ età żgħira ta’ 55 sena meta Ninu kellu biss tliet snin. Sentejn wara, intbagħat it-Tuneżija biex jgħix flimkien ma’ zijuh, Achille Pace. Kemm dam ma’ zijuh fit-Tuneżija u fejn kompla bl-edukazzjoni tiegħu? Fit-Tuneżija attenda l-iskola mmexxija mid-De La Salle Brothers u aktar tard beda jmur fil-Kulleġġ San Karlu mmexxi mill-Franċiżi. Illum, dak il-kulleġġ hu magħruf bħala l-Liċew Carnot. Wara tliet snin Cremona reġa’ ġie Malta ma’ zijuh fl1888. F’Malta daħal bħala student fil-Kulleġġ Flores fi Triq San Pawl il-Belt, li aktar tard sar il-bini tal-Allied Newspapers Ltd. Iżda ż-żmien li qatta’ fil-kulleġġ kien qasir wisq, għax ta’ 10 snin daħal bħala student fis-Seminarju ta’ Għawdex immexxi mill-Ġiżwiti fi żmien ir-Rettur Fr Alberto Amico. Matul is-sentejn li dam fis-Seminarju ta’ Għawdex, Cremona kiseb aktar għarfien tajjeb tal-ilsien Taljan milli tal-Ingliż. Cremona kellu delizzji minbarra l-istudji akkademiċi? Fis-Seminarju Cremona wera mħabba għar-reċtar, tant li nkiteb fil-grupp teatrali talKulleġġ li kien fih membri akbar minnu. Insibuh jieħu sehem ukoll fil-qari tal-poeżiji tal-Milied, organizzat

mis-seminarju. Cremona kompla l-istudji tiegħu fis-Seminarju tal-Furjana fil-ħames snin ta’ wara. Hemm studja l-aktar il-Latin u t-Taljan, iżda studja wkoll il-matematika, il-fiżika u l-Ingliż. Aktar ma kiber, aktar mar lil hinn mill-professjoni tradizzjonali tal-familja, li kienu aktar imxaqilbin lejn il-professjoni legali, sa min-nannuh min-naħa ta’ missieru, in-Nutar Giuseppe Cremona u familjari oħrajn. Kif u kemm sab ħeġġa għal-letteratura? Matul l-istudji tiegħu fis-Seminarju tal-Furjana, Cremona sar familjari ma’ Dun Karm Psaila li aktar ’il quddiem sar magħruf bħala l-poeta nazzjonali. Permezz tal-ħbiberija miegħu, Cremona kattar l-istudji tiegħu fit-Taljan, peress li l-ilsien Taljan kien predominanti fiċ-ċrieki akkademiċi

f’pajjiżna. L-ewwel poeżija ta’ Cremona bit-Taljan kienet A Maria Vergine, li kitibha flaħħar sena tal-kors fis-seminarju. Fl-istess żmien ukoll kiteb proża bit-Taljan. Matul il-vaganzi tas-sajf Cremona kien iqatta’ il-ħin liberu jaqra l-letteratura bil-Malti u bit-Taljan. X’kienet ir-raġuni li Cremona sar miġbud aktar lejn il-letteratura Taljana? Il-ħbiberija tiegħu ma’ Dun Psaila, li kien ordnat saċerdot fl-1894, wasslitu biex f’żgħożitu jagħmel bosta żjajjar fiddar ta’ dan is-saċerdot li kien joqgħod f’Ħaż-Żebbuġ, Malta. Hemm, fiż-żminijiet bikrin taż-żgħożija tiegħu, Cremona u studenti oħrajn ħbieb tiegħu kienu jqattgħu l-għaxijiet jgħannu bl-akkumpanjament tad-daqq bil-mandolina. Naturalment dawn l-għaxijiet kienu jkunu mżewqa b’xog-

ħlijiet letterarji Taljani l-ak- Unit biex jagħmel il-korsijiet tar tal-kittieba l-professur fil-batterjoloġija u l-inġinerija Augusto Monti u l-poeta u ru- sanitarja. manzier Alessandro Manzoni. Mit-Taljan u l-Ingliż, lil Bħala familja mingħajr Cremona nsibuh jaqleb missier, ommu armla u għall-Malti. Meta bdiet din ż-żewġ ħutu bniet kif kienu ix-xrara ta’ mħabba lejn jagħmlu biex kellhom ħajja ilsienna? diċenti? Lura mill-ġdid f’Malta fl-1912, Ħutu l-bniet waqqfu sko- l-inklinazzjoni ta’ Cremola privata f’Tas-Sliema, biex na lejn l-istudji akkademiċi jgħinu lil ommhom tlaħħaq fl-ilsien Malti ġegħlitu jistinmal-ħajja. Huwa wkoll ħass ka u jikseb għarfien enormi. il-ħtieġa li jagħti sehmu. Il-kitba tiegħu kienet tinfirex Għalhekk fl-ewwel impjieg fuq diversi ġeneri u nsibuha tiegħu insibuh jaħdem bħala pubblikata kemm bl-Ingliż, skrivan mal-Gvern fl-imħażen bit-Taljan u bil-Malti. Iżda tal-Isptar fil-Furjana. Aktar bħala l-akbar sehem tiegħu, tard, fl-1904, meta kellu 24 hu pprefera l-Malti. Apparti sena rnexxielu jsib xogħol ta’ mill-vers narrattiv inventiv spettur sanitarju mal-Gvern. tiegħu fil-poeżiji, novelli, draB’rabta mal-aħħar xogħol li ma u rumanzi, eċċella ferm kellu, wara ftit żmien, Ninu fit-tiftix storiku, speċjalment ntbagħat biex jintensifika fil-bijografiji u l-folklor. l-istudji tiegħu f’Asthon Hall School of Hygiene fl-Univer- X’nistgħu nattribwixxu bħala sità ta’ Liverpool fir-Renju l-aktar drama klassika ta’


21

20.02.2022 daħal sew fiż-żmien minkejja li l-kunsill kemm-il darba offrielu l-kariga ta’ president. Fost l-impenji ta’ din il-kariga kien it-twaqqif tal-pubblikazzjoni tal-Għaqda bl-isem ta’ Il-Malti, ippubblikata kull tliet xhur. Għal xi żmien, is-sehem tiegħu fl-Għaqda kien karatterizzat mill-kwistjoni ta’ kif għandha tkun l-ortografija tal-Malti sabiex tintuża fid-dokumenti uffiċjali governattivi. Kien hu li fassal kif kellu jkun l-alfabett Malti u r-regoli grammatikali li permezz tagħhom kellha titfassal l-ortografija. F’din il-ħidma kien megħjun minn membru ieħor tal-kumitat, Ġanni Vassallo. Dan ra d-dawl fl-1924 meta ġiet stampata l-pubblikazzjoni Tagħrif fuq il-Kitba Maltija fl-istamperija tal-Gvern. 10 snin wara l-ortografija Maltija ġdida kisbet għarfien uffiċjali u kienet addottata mill-Gvern fl-1934. Ħidmet Cremona kienet mifruxa u magħrufa. Iżda kien apprezzat għal ħidmietu? Fl-1947, il-Gvernatur ta’ Malta, Sir Francis Douglas, onorah bil-medalja Ġużè Muscat Azzopardi għall-ħidma sfiqa tiegħu fl-ilsien Malti. 13-il sena wara, l-Università ta’ Malta ppreżentatlu l-grad onorarju ta’ Dottorat fil-Letteratura (D.Litt). L-aħħar unur li rċieva Cremona kien medalja tal-fidda għall-ħidma distintiva tiegħu u l-kisbiet li bihom onora lil pajjiżu. Dan l-unur ingħatalu mill-Federazzjoni tal-Kumitati Ċiviċi. Is-Sur Nin għex ħajja twila. Fejn għex l-aħħar żminijiet tiegħu? Cremona? L-ewwel u l-aktar drama klassika li kiteb kienet dik tal-1913 – Il-Fidwa tal-Bdiewa. Kienet ippubblikata f’sensiliet fil-magazin The Teacher fl-1936. Hu kiteb ukoll il-bijografija Mikiel Anton Vassalli u Żminijietna, li kienet l-ewwel xogħol estensiv f’dik li hi riċerka fuq Vassalli u li kienet tradotta għall-Ingliż minn May Butcher fl-1940. Apparti minn hekk, ippubblika serje ta’ xogħlijiet filoloġiċi u grammatiċi u kellu poeżiji tiegħu tradotti fil-Franċiż, mill-kompatrijott tiegħu Laurent Ropa. Meta nsibu lil Ninu Cremona bħala għalliem tal-Malti? F’Ottubru tal-1927 hu applika għal xogħol ġdid tal-ilsien Malti lil studenti tal-korsijiet ta’ filgħaxija fil-Liċew tal-Belt Valletta. Wara disa’ snin, bejn l-1936 u l-1941, inħatar bħa-

la l-ewwel għalliem tal-Malti fil-Liċew, bl-aħħar tliet snin fdat bil-kors tal-matrikola. Dan kien l-ewwel pass għattagħlim tal-Malti obbligatorju fl-iskejjel. Sadanittant kien appuntat bħala traduttur tal-ilsien Malti u editur tal-Istamperija tal-Gvern mill1927 sal-1941. Dawn is-snin urew lil Cremona jistabbilixxi ruħu bħala kmand tal-ilsien Malti. Il-fama tiegħu f’dan il-qasam żdiedet bil-ħatra tiegħu ta’ segretarju tal-kummissjoni governattiva għat-traduzzjoni tal-liġijiet tal-Pulizija u l-Kodiċi Kriminali riżultat tar-riformi fil-qasam sabiex l-ilsien Malti jibda jintuża fil-proċeduri legali. Nistgħu ngħidu li l-ilsien nazzjonali ħoloq ħajja akkademika ta’ wġigħ ir-ras għal Cremona. Huwa mexxa bosta bordijiet governattivi inkarigati mill-ewwel konkorsi tal-kitba tan-novelli u l-ġabra għal dizzjunarju mill-Ingliż għall-Malti

bejn l-1947 u l-1955 u li aktar tard daħal għalih Dun Karm Psaila flok Cremona minħabba li dan tal-aħħar ma setax ilaħħaq mal-impenji li kienu dejjem qed jiżdiedu. Cremona kien ikun appuntat ukoll bħala wieħed mill-eżaminaturi ewlenin f’diversi bordijiet imwaqqfin għall-intervisti pubbliċi għall-kandidati li jkunu jfittxu impjieg mal-gvern. L-Għaqda tal-Kittieba tal-Malti u l-pubblikazzjoni Il-Malti. X’sehem kellu fihom Ninu Cremona? Tragward importanti fil-ħidmiet akkademiċi ta’ Cremona kienet is-sħubija u t-twaqqif tal-Għaqda tal-Kittieba talMalti, illum l-Akkademja talMalti. Flimkien ma’ Dun Karm Psaila, Cremona kien wieħed mill-10 fundaturi tal-Għaqda. Sa mill-bidu ngħata l-inkarigu ta’ viċi president tal-Għaqda u dam f’din l-kariga sa meta

Cremona qatta’ l-aħħar snin ta’ ħajtu f’Għawdex. Għal xi żmien għex fi Triq Palma, ir-Rabat. Iżda wara mar joqgħod f’post kantuniera ma’ Triq Sant’Ursola u Pjazza Savina. Kien ftit aktar minn 50 sena ilu, u sewwasew fl-4 ta’ Jannar 1972, li ġriet l-aħbar li s-Sur Nin, ta’ 91 sena kien għadda għal ħajja aħjar. Din l-aħbar ixxandret ukoll fuq ir-Rediffusion u t-televixin. Fl-istess waqt, Dr. Anton Buttigieg, li dik il-ħabta kien Ministru tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Parlamentari, kif ukoll ħabib antik ta’ Ninu, għamel diskors qasir waqt is-seduta Parlamentari tal-istess jum, li għalih wieġeb il-Kap tal-Oppożizzjoni, Dr. Ġorġ Borg Olivier. Il-ġurnali tal-għada kienu ddominati mill-aħbar talmewt ta’ Cremona. Il-funeral tiegħu sar fil-Katidral ta’ Għawdex. Għalih attendew nies prominenti u rappreżentanti ta’ bosta kumitati mferrxin ma’ Malta u

ma’ Għawdex. Indifen fiċ-Ċimiterju Santa Marija tax-Xewkija f’qabar apposta u mħallas mill-awtoritajiet ċivili. Ittieħdu inizjattivi sabiex Cremona jibqa’ mfakkar? Ftit taż-żmien wara, inħoloq moviment forma ta’ kumitat fil-Liċew ta’ Għawdex sabiex jinġabru fondi bil-għan li jitwaqqaf monument tal-bronż b’tifkira tiegħu. Dan il-fond kien taħt il-presidenza ta’ Peter Paul Grech, Kap talLiċew ta’ Għawdex u l-għalliem Joseph Camilleri bħala segretarju lkoll maħturin mill-membri tal-istaff tal-istess Liċew. Il-kummissjoni għall-produzzjoni tal-monument ingħatat lill-iskultur Għawdxi, Alfred Camilleri Cauchi, li ħadem mingħajr ħlas il-mudell tal-figura kif ukoll id-disinn tal-monument kollu. Il-monument filbronż inħadem fil-funderija ta’ San Carlo fil-Marsa. Il-flus inġabru minn fost l-istudenti tal-iskejjel ta’ Għawdex, minn uħud mill-membri tal-istaff u minn attivitajiet oħrajn organizzati mill-kumitat. Il-lok ta’ fejn kellu jitwaqqaf il-monument ma kienx faċli mill-bidu. Għall-ewwel kien hemm il-ħsieb li l-monument isir fi Pjazza Savina, fir-Rabat. Imbagħad ġie l-ħsieb li jitwaqqaf f’nofs it-triq fuq central strip quddiem il-Liċew. Iżda wara ngħażel spazju li jifforma parti mill-kumpless tal-Liċew fir-Rabat. Il-monument kien inawgurat fil-25 ta’ Mejju, 1973, mill-Ministru tal-Edukazzjoni ta’ dak iż-żmien l-Onorevoli Agatha Barbara. Għaċ-ċerimonja tal-inawgurazzjoni attendew madwar 3,000 student. Saru diskorsi mill-poeta Ġorġ Pisani u l-lingwista l-Professur Ġużè Aquilina. Huma tkellmu dwar il-personalità u ħidmet Cremona. Min-naħa l-oħra Peter Paul Grech ħabbar li l-Kumitat Ċiviku Għawdxi kien se jsemmi t-triq ta’ maġenb il-ġonna ta’ Villa Rundle għal Ninu Cremona. Iċ-ċerimonja ġiet fi tmiemha b’indirizz mill-Ministru, li ferħet lill-istudenti u lill-għalliema għall-inizjattiva tagħhom. Imbagħad il-Ministru kixfet il-monument u lapida tal-irħam sabiex teħel mal-faċċata tad-dar ta’ fejn kien twieled Cremona. Ftit taż-żmien wara, bl-inizjattiva tal-Klabb Kotba Maltin, twaħħlet lapida oħra maddar fejn miet Cremona, fi Triq Sant’Ursola, ir-Rabat. Bosta mill-kitba pubblikata f’Il-Malti ta’ Marzu-Ġunju 1972 kienet testment tal-karattru umli ta’ Cremona. Minkejja l-istatura fiżika ċkejkna tiegħu, li kien twil ħames piedi biss, kellu statura ta’ ġgant għal-lingwa Maltija.


22

20.02.2022

STELLA PARIS

QED TAGĦMEL DIVERSI SUĊĊESSI FL-AMERKA U FL-INGILTERRA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Il-protagonista tal-lum, ili nafha snin u mhux l-ewwel darba li intervistajtha. Dan l-aħħar bnejna ċerta ħbiberija fejn ta’ kultant żmien inżommu l-kuntatt bejnietna, filwaqt li taġġornani b’dak kollu li tkun għaddejja minnu. Qed nirreferi għal Stella Paris. Bħalissa tinsab ibbażata l-Ingilterra, u hija preżentattriċi fuq it-televixin, mudella, attriċi, content creator, kantanta u żeffiena. Fil-ħin liberu tagħha tipprattika l-heavylifting, il-callisthenics, tmur hiking, l-għawm, tesplora, tivvjaġġa, tmur tiekol f’restoranti vegan, taqra u żżur xi mużewijiet. Tiddeskrivi lilha nnifisha kif ukoll jiddeskrivuha dawk li jafuha bħala persuna motivata, determinata, ġentili u tħenn għall-proxxmu. Taf ħafna persuni, iżda żżomm ftit bħala dawk viċin tagħha. Bħala persuna ma tafdax malajr u ġeneralment taqbad tqatta’ l-karti mal-ewwel intopp li ssib ma’ wiċċha. Dan l-aħħar Stella ħadet sehem bħala attriċi fil-film City of Spies. Interessajt ruħi nkun naf aktar dwar l-involviment tagħha f’dan il-proġett. “F’dan il-film ħdimt il-parti ta’ Nadiya li tkun is-segretarja tal-ambaxxatur tal-Ukrajna u li tieħu ħsieb il-business kollu tiegħu. Il-film ħareġ f’Ottubru 2021 fit-teatri ta’ Vjenna għal ftit ġimgħat qabel ma l-Awstrija spiċċat f’lockdown. Ser ikun qed jintwera wkoll f’diversi film festivals madwar id-dinja,” żvelat miegħi Stella. Fil-fatt, ta’ min jgħid li Stella kellha titla’ l-Awstrija għall-istess movie premiere, fejn immaġinajt li kienet serata indimentikabbli. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Il-premiere tal-film sar fid29 t’Ottubru ġewwa Reaktor fi Vjenna, fejn Johann Strauss kien itella’ l-kunċerti tiegħu. Kienu mumenti li ngħożż, fejn anke erġajt ltqajt mad-direttur tal-istess film Phil Moran, flimkien mal-kumplament talcast, li kont ili ma nara minn dakinhar tal-filming li kien seħħ xi erba’ snin qabel. Għal din l-okkażjoni lbist libsa blu u ħamra u qabbilt id-dwiefer magħha. Ġejt intervistata sabiex nitkellem fuq l-irwol

tal-karattru tiegħi, partikolarment għax-xena ta’ mħabba li kelli, fejn b’wiċċi minn quddiem għedt li kont komda ħafna naħdem din ix-xena grazzi għall-professjonalità tal-crew kollu.” Attriċi, preżentattriċi u mudella Ta’ min jgħid ukoll, li minbarra dan il-film, bħala attriċi Stella ħadet sehem f’diversi films oħra mondjali. Ħallejt f’idejha sabiex issemmi xi ftit minnhom u dwar l-esperjenzi tagħha fihom. “L-ewwel produzzjoni li kont ħdimt kienet The Undead series f’Los Angeles, li kienet taħt id-direzzjoni ta’ Juliet Landau, li ħafna jiftakru l-irwol tagħha bħala Drusilla minn the Buffy The Vampire Slayer series. The Undead Series għadu qed jinħadem u nħares ’il quddiem sabiex nattendi l-premiere tiegħu. Ħdimt ukoll il-parti ta’ Svetlana f’Red Army Hooligans, li huwa film Ingliż u indipendenti mid-Direttur Stephen Smith. Dan kien ħareġ fis-sena 2018 u aktar tard fuq DVD, fejn il-poplu seta’ jaċċessah u jixtrih minn Tesco, Asda u ħwienet tad-DVDs. Jista’ jkun ukoll aċċessat fuq Amazon u Rakuten. Ħdimt ukoll parti oħra ta’ Krystal f’film ieħor li jismu Mosaic, li fil-fatt għadu fil-post-production u b’hekk għad irid joħroġ. Ħdimt ukoll parti fil-film Rotton Cotton, u kelli parti oħra din id-darba bħala non-speaking fil-film Final Score, li ġejt magħżula għalih b’ċikka. Ħdimt ukoll xi partijiet fit-teatru,” stqarret miegħi Stella. Minbarra li hija attriċi, Stella hija wkoll preżentattriċi fuq stazzjon Ingliż BabeStationTV, fejn fost l-oħrajn xi xhur ilu preżentat programm b’tema Maltija. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar x’kien jinvolvi eżatt dan il-programm li preżentat. “BabeStationTV huwa stazzjon tat-televixin Ingliż fejn it-telespettaturi jkollhom konverżazzjonijiet varji mad-diversi preżentaturi tiegħu. L-istess stazzjon ser jagħlaq 20 sena li ilu miftuħ u ninsab kuntenta ħafna li nagħmel parti mit-tim tiegħu. Kull programm li nippreżen-

ta jkun twil madwar 40 sa 70 minuta. Kull darba niftaħ il-programm billi ninforma lit-telespettaturi li nkun ser nilqa’ permezz tat-telefonati: Welcome to my show. This is Stella Paris, your favourite Maltese model… eċċ. Ta’ min jgħid li jiena fil-fatt l-unika Maltija kburija li jiena preżentattriċi fuq dan l-istazzjon. Għalkemm tlaqt ngħix minn Malta, għadni xorta nħoss konnessjoni kbira magħha u nħobb nitkellem dwar Malta mal-fans tiegħi li jċemplu waqt il-programm. Darba fost l-oħrajn tellajt programm b’tema Maltija, fejn inkludejt bandiera Maltija fuq is-set u lbist bikini ħamra bl-abjad. Fil-fatt, qed nippjana li ntella’ shows ta’ dan it-tip aktar matul din is-sena,” stqarret miegħi Stella. Ta’ min jgħid ukoll, li minbarra l-karriera tagħha bħala attriċi u preżentattriċi, Stella hija wkoll mudella, fejn fost l-oħrajn kienet immudellat għal “Playboy” u rivisti oħra. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar dwar l-involvimenti tagħha. “Iva, hekk hu, kont dhert fuq diversi rivisti u gazzetti. Fuq “Playboy Slovakia” kont dhert f’Diċembru 2016. Niftakar il-photoshoot kien it-

tieħed f’Toronto, il-Kanada, u kelli nqum filgħodu kmieni sabiex niltaqa’ mal-makeup artist, mal-haidressor u mal-fotografu. Wara l-photoshoot dakinhar stess kelli intervista fuq Canadian TV Channel, Naked News. Dhert ukoll fuq gazzetti Ingliżi, The Midweek Sport u The Daily Sport, u fuq faċċati ta’ rivisti u anke paġni finnofs bħal ‘Twisted Edge’, ‘Babe Watch’, ‘B.A.D.D’, ‘Purple Candy’, ‘Kayze’, ‘RHK,’ ‘SOS’, ‘Prototype’, ‘DymeLife’ u ‘Pg7 magazine’,” żvelat miegħi. Kantanta b’żewġ kanzunetti taħt isimha Mhux hekk biss, iżda Stella hija wkoll kantanta, fejn aktar tard din is-sena fl-2022 ser tkun qed toħroġ kanzunetta ġdida. Kien proprju tliet snin ilu li kienet ħarġet l-ewwel kanzunetta tagħha. Ħallejt f’idejha sabiex tgħidli aktar informazzjoni dwar iż-żewġ kanzunetti tagħha, u fejn kienet tindaqq l-ewwel kanzunetta tagħha u dwar din li għadha ħierġa. “L-ewwel kanzunetta tiegħi kont ħriġtha f’Diċembru 2018 u jisimha ‘Parties Banging’. Il-music video jinsab fuq YouTube u wieħed jista’

jisma’ l-kanzunetta wkoll fuq platforms oħra bħal iTunes, Spotify, Deezer, iHeart, Amazon u Pandora. It-tieni single tiegħi jisimha Electrifying u ser tinħareġ aktar tard din is-sena stess. Qed nippjana wkoll li naħdem il-music video tagħha.” Mistoqsija b’liema mod affettwatha s-sitwazzjoni talCovid u kif kienet qed tgħaddi dan iż-żmien hekk diffiċli, Stella weġbitni: “Għall-ewwel meta bdiet il-Covid u l-Ingilterra marret fuq lockdown, kont imdejqa ħafna, l-aktar għax il-gyms kienu għalqu. Il-karriera tiegħi wkoll tiddependi fuq networking, u allura għal perjodu ta’ madwar tmien xhur ma stajtx intella’ ħafna xogħol. Xorta kont sibt metodu ieħor ta’ kif bdejt nittrenja u kont fil-fatt nuża fliexken tal-ilma u backpacks mimlija toqol bħala weights. Kont ukoll niffilmja lili nnifsi nittrenja sabiex nispira lil oħrajn ma jitilfux it-tama waqt il-pandemija li konna għaddejjin minnha.” Minbarra dan kollu, Stella żżomm lilha nnifisha attiva fuq Instagram fejn bil-messaġġi u bir-ritratti tagħha tinfluwenza lill-udjenza bihom. “Għandi aktar minn 356K follow-


08.11.2020 20.02.2022

23

Stella Paris mal-attriċi Maltija Almikaya Aquilina

SKEDA ONE Kalamita ONE News Popcorn Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30

ONE News Primetime Reboot Attivitá Politika Niftakru ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:40 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:55 16:00 16:25 16:55 17:30 18:30

Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza

19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Niftakru Taf X’qed Jgħidu?! Willy Music Legends ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:40 15:57 16:05 16:28 17:15 18:00 18:30 19:20 19:30

ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Imqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza ONE Sports & Temp ONE News

20:10 20:30 21:10 22:00 22:30 23:30

ERBGĦA Primetime 23-02 The Local Traveller Ħal Far Airfield Mill-Chcina ta’ Dari Flip the venue ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:56 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:45 16:00 16:05 16:26 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza

19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News

06:30 06:45 07:54 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:45 13:00

15:30 15:35 15:55 16:00 16:20 16:50 17:30 18:15 19:18 19:30

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp ONE News

20:10 20:30 21:00 22:15 22:30 23:30 23:30

Primetime Niftakru Ibgħathieli bil-Posta Ħabrikt Popcorn Żona Sport One News

06:30 ONE News 06:45 Music Legends 07:25 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:33 Better Living 09:30 Żona Sport 10:05 The Local Traveller 10:35 Dak li Jgħodd

11:35 12:00 12:30 12:35 13:10 14:15 15:30 15:35 16:30

What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu?! ONE News Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy

17:25 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:30 23:30

Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:12 07:43 08:00 08:40 10:00 11:30 12:30

12:40 13:15 15:30 15:35 16:30 17:05 17:50 19:25 19:30

Telebejgħ Arani Issa ONE News Arani Issa Music Legends Imqades l-Istorja L-Argument One Sport & Temp ONE News

20:10

Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Willy Awla ONE News

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up

TLIETA 22-02

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 24-02

ers fuq Instagram. Bnejt din il-paġna tiegħi f’medda ta’ ftit snin. Fil-fatt, in-nies isegwuni għal diversi raġunijiet. Uħud minnhom għax ikunu rawni fuq rivisti u gazzetti, oħrajn minħabba l-istil ta’ ħajja vegan u fitness lifestyle, jew ikunu rawni fuq it-televixin. Ta’ min jgħid ukoll li l-maġġoranza tal-followers tiegħi huma rġiel minħabba forsi d-dehra tiegħi. Iżda kollox ma’ kollox dejjem inħobb ngħaddi messaġġ pożittiv, daqqa fuq l-annimali sabiex inkunu aktar tolleranti magħhom, ġieli nindirizza s-saħħa mentali, ansjetà u dipressjoni u messaġġi pożittivi oħra.” Is-sajf li għadda kienet fostna hawn Malta. Ta’ min jgħid ukoll, li s-sajf li għadda Stella kienet fuq vaganza hawn Malta, fejn jiena u n-neputija tiegħi Almikaya kellna l-unur li niltaqgħu u nqattgħu ftit sigħat flimkien magħha f’San Ġiljan. Waqt il-btala tagħha żaret diversi postijiet ta’ interess. Fil-fatt, infurmatni li kull meta tiġi Malta, dejjem hemm dawk il-postijiet li tħobb iżżur ta’ kull darba. “Inħoss konnessjoni kbira mat-Tempji Neolitiċi u dejjem inżur Ħaġar Qim u

l-Ġgantija. Is-sajf li għadda żort ukoll l-Ipoġew. Inħoss paċi u serenità kbira meta nżurhom. Fil-fatt, meta nżurhom dejjem ninnota ċertu ħars lejja minn turisti oħra, għax normalment inpoġġi b’saqajja kkrossjati u noqgħod nimmedita għal ċertu ħin hemm. Din l-affari hija komuni ħafna meta nżur Stonehenge jew The Tor l-Ingilterra. Inħobb ukoll immur nimxi Dingli Cliffs. Iż-żewġ bajjiet favoriti tiegħi huma Golden Sands u l-Ġnejna, fejn normalment naqbad canoe jew dgħajsa u noqgħod nesplora l-baħar u l-għerien tal-madwar. Nieħu gost ukoll nimxi fit-toroq tal-Imdina għax naraha wisq kwieta u romantika. Inħobb ukoll inżur Għawdex speċjalment nesplora l-kampanja t’hemmhekk.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, Stella għaddiet messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Xewqa partikolari tiegħi hija sabiex aktar Maltin ikunu vegan u japprezzaw il-benefiċċji li toffri din it-tip ta’ ħajja. Inwassal messaġġ ukoll sabiex kull wieħed u waħda minna napprezzaw aktar il-ħajja, inkunu aktar tolleranti flimkien u ma niġġudikawkx fil-vojt,” temmet tgħid Stella.

TNEJN 21-02

13:00 15:30 15:35 15:58 16:00 16:25 17:30 18:30 19:20

06:30 06:45 07:55 08:00 08:33 09:05 09:30 12:30 12:35

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

SIBT 26-02

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paperscan Attività Politika Flip the Venue ONE News

20:35 21:15 21:45 23:30

ĠIMGĦA 25-02

ĦADD 27-02


24

20.02.2022

reċensjoni tal-ktieb

DAR-RIĦ MALIZZJUŻ ĠABRA TA’ POEŻIJA UNIKA U INNOVATTIVA Dar-Riħ Malizzjuż hija s-sitt ġabra ta’ poeżiji ta’ John P. Portelli. Din il-ġabra, ippubblikata minn Horizons, fiha 43 poeżija miktuba bilvers endekasillabu. Dan hu ktieb uniku u innovattiv għax huwa l-ewwel ktieb bil-Malti li f’kull paġna hemm kodiċi QR li bih tista’ tisma’ l-poeżija tinqara minn Celaine Buhagiar u l-awtur innifsu. Barra minn hekk, il-kunċett artistiku u d-disinn tal-ktieb b’qoxra iebsa hu xogħol l-artist Malti ta’ fama internazzjonali, Dr. Trevor Borg, lettur fl-Università ta’ Malta. L-idea tal-użu tal-kodiċi QR ġiet imnebbħa mill-fatt li Portelli għandu ħbieb li tilfu l-vista, kif ukoll mill-fatt li Portelli jemmen bis-sħiħ fil-ħsieb u l-prattika tal-inklużjoni. Portelli, li emigra għall-Kanada fl-1977, illum huwa Professur Emeritus fl-Università ta’ Toronto wara

li mill-1982 għallem il-filosofija u l-ġustizzja soċjali fil-politika u t-tmexxija tal-edukazzjoni f’erba’ universitajiet. Portelli, li jgħix f’Malta u f’Toronto u anki lil hinn, huwa awtur ukoll ta’ żewġ ġabriet ta’ novelli kif ukoll ir-rumanz Kulħadd barra Fajża, li din is-sena ħareġ ukoll bl-Ingliż, Everyone but Fajza, maqlub għall-Ingliż minn Irene Mangion u ppubblikat minn Horizons (Malta) u Word and Deed Publishers (il-Kanada), bl-għajnuna finanzjarja tal-Kunsill Malti tal-Ktieb. Ħames kotba tiegħu ġew short listed għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Malti. Portelli spiss jiġi mistieden biex jaqra f’serati letterarji kemm f’Malta kif ukoll f’Toronto. Il-poeżiji tiegħu nqalbu għall-Ingliż, ilFranċiż, il-Grieg, l-Għarbi, il-Farsi, ir-Rumen, il-Pollakk, il-Korean u ċ-Ċiniż.

KUMMENTI DWAR DAR-RIĦ MALIZZJUŻ Il-poeżija ta’ John P. Portelli hija poeżija lirika, maqlugħa – mhux mingħajr tbatija – minn ġewwieni profond li fih tistaħba nostalġija li f’waqt hija ħarba u f’ieħor kundanna, imma f’kull waqt fiha sens li t-tifsila ta’ kwalunkwe ġejjieni hija msensla fuq il-mit ta’ mgħoddi li ħarab u li mill-priżma tal-lum jidher bogħod millenarju, anki jekk dejjem persistenti. Fil-poeżija ta’ Portelli, in-nostalġija tkellimna permezz tas-sensi, u waqt li qed naqraw, naraw, inxommu, nisimgħu, intiegħmu, kważi saħansitra mmissu b’idejna din id-dinja nostalġika, trejjaħ is-sajf, il-baħar, qalb l-għelieqi mperrċin fuq l-irdumijiet. Aleks Farrugia

Il-passat u l-ħarba taż-żmien f’Malta li qed tinbidel b’għaġla, filwaqt li hu mġiegħel iħallihom warajh, iqanqlu fih traċċi ta’ delikatezza intensa

Il-poeżija ta’ John P. Portelli taqbad l-esperjenza temporanjament konkreta tal-kampanja ta’ art twelidu u tar-raħal fejn trabba, irriżaltati mid-diqa ta’ qalb f’ruħ eżiljata minnha bil-bogħod u bil-mogħdija ineżorabbli taż-żmien. Il-passat u l-ħarba taż-żmien f’Malta li qed tinbidel b’għaġla, filwaqt li hu mġiegħel iħallihom warajh, iqanqlu fih traċċi ta’ delikatezza intensa. Huwa attent għal dettalji żgħar ħafna fil-ħabitat naturali ta’ Malta, sal-iżgħar fjuri u bebbux, għalkemm huma l-burdati infiniti tal-baħar u tar-riħ li l-aħjar jimmarkaw dawk tiegħu. Madankollu, din tiegħu mhijiex poeżija ta’ deskrizzjoni imma waħda li twaħħad l-interrelazzjonijiet kważi tanġibbli tiegħu mal-ambjent tiegħu u ma’ niesu, f’xi waqtiet liriċi, f’waqtiet oħrajn muġugħa. L-użu raffinat tal-ilsien Malti juri sensittività li qarrej attent ma jistax ma jħossux imqanqal minnu. Maria Grech Ganado

Mistoqsija: Għaliex huwa l-ewwel ktieb uniku u innovattiv? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb DAR-RIĦ MALIZZJUŻ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 27 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb KOLLOX JEĦEL MAGĦNA hija:

N. CURMI - ĦAL TARXIEN

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm saru kuntratti għal xiri ta’ residenzi fix-xahar ta’ Jannar?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

20.02.2022

‘THE SUITCASE MURDER’ Toqtol lil żewġha, tqattgħu u tpoġġih fil-bagalji Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Melanie Lyn McGuire hija qattiela Amerikana li nstabet ħatja għall-qtil ta’ żewġha, William T. Bill McGuire. McGuire wettqet id-delitt fit-28 ta’ April tal2004 billi ddrugat lil żewġha, qatlitu b’tiri ta’ arma tan-nar, qattgħetu u poġġiet il-fdalijiet tiegħu fi tliet bagalji. Hi weħlet għomor il-ħabs fl-2007 u ma tistax tappella s-sentenza qabel ma tagħlaq kważi 100 sena. Min kienet Melanie McGuire Melanie Lyn Slate twieldet fit8 ta’ Ottubru tal-1972 f’Ridgewood fi New Jersey fl-Istati Uniti. Hi gradwat fil-matematika u l-psikoloġija fl-1994 u wara daħlet tistudja għal infermiera fiċ-Charles E. Gregory School of Nursing, fejn gradwat tliet snin wara. Fl-1999 iżżewġet lill-veteran tal-armata Amerikana, William T. Bill McGuire u marru joqogħdu f’Woodbridge Township fi New Jersey stess. Il-koppja kellhom żewġt itfal flimkien. McGuire sabet xogħol bħala infermiera fi klinika tal-fertilità filwaqt li żewġha beda jaħdem bħala programmatur tal-kompjuters. Ħames snin wara mill-unjoni matrimonjali tagħhom, il-familja McGuire bdew jippjanaw biex jitilqu mill-appartament tagħhom u jmorru jgħixu f’dar kbira f’Warren County. Fit-28 ta’ April tal-2004, jum il-qtil ta’ William, il-koppja McGuire ffirmaw

id-dokumenti legali tad-dar ta’ Mejju tal-istess sena f’Viril-ġdida iżda qatt ma marru ginia Beach f’Virginia. jgħixu fiha. Meta l-pulizija kellmuha bħala s-suspettat ewlieni filIl-qtil qtil, McGuire ċaħdet u qalet li li dakinhar tad-delitt, żewġha Huwa maħsub li matul il-le- kien vjolenti u sawwatha qudjl tat-28 ta’ April tal-2004, diem binhom, li kellu biss McGuire ddrugat lil żewġha, sentejn. Hi qalet li wara li sawsparatlu diversi tiri tan-nar, watha, qabdet lil binha u nqafqattgħetu u tefgħet il-partijiet let fil-kamra tal-banju. Saħqet ta’ ġismu fi tliet bagalji. Wara li żewġha heddidha u qabel telpruvat teħles mill-bagalji billi aq mid-dar qalilha biex tgħid lil ramiethom f’Chesapeake Bay. uliedhom li huma ma kellhomx Il-bagalji nstabu bejn il-5 u s-16 missier. McGuire stqarret li ma

reġgħetx rat lil żewġha. Minkejja din l-istqarrija, il-pulizija saru jafu li McGuire kellha relazzjoni ma’ wieħed li kien jaħdem magħha u li l-arma tan-nar li ntużat kienet mixtrija fuq isimha jumejn qabel seħħ id-delitt. Meta ġiet mistoqsija fuq l-arma tan-nar, McGuire qalet li żewġha qalilha tixtriha għax hu ma setax minħabba li kellu kondotta ħażina. Apparti x-xiri tal-arma tan-nar, McGuire kienet qed tiltaqa’ mat-tabib Bradley Miller minn wara dahar żewġha u l-pulizija bdew jaħsbu li l-għan wara l-qtil kien biex tibda ħajja ġdida mal-maħbub tagħha. Il-pulizija interrogaw ukoll lil Dr Miller iżda mill-koperazzjoni tiegħu ntebħu li dan ma kellux x’jaqsam mad-delitt. Is-suspett kompla jaqa’ fuq McGuire hekk kif din qalet lill-pulizija biex ifittxu l-karozza

ta’ żewġha f’Atlantic City għax qalet li hu kien jilgħab il-flus hemm. Il-pulizija sabu l-karozza ta’ żewġha f’parkeġġ li kien imdawwar bil-kameras tas-sigurtà iżda ma setgħux jagħrfu min saq u pparkja l-karozza hemmhekk. L-evidenza kontra McGuire kompliet tiżdied hekk kif ċemplet lil EZ Pass biex ineħħulha żewġ kontijiet li kellha peress li daħlet f’Atlantic City. Meta l-pulizija kellmuha fuq dan, McGuire qalet li hi marret tfittex lil żewġha hemmhekk u riedet li tneħħi l-kontijiet għax beżgħet li s-suspett jaqa’ fuqha. L-unika ħaġa li kien hemm favuriha hi li meta fittxew iddar, il-pulizija ma sabux traċċi ta’ demm, li kien ifisser li żewġha ma nqatilx u ma tqattax fid-dar tagħhom. Minkejja dan, il-pulizija saru jafu li l-boroż li kien hemm fihom il-fdalijiet ta’ William McGuire kienu l-istess bħal dawk li kien hemm fid-dar tal-familja McGuire. Saru jafu wkoll li t-tessut li nstab fuq il-katavru kien ta’ sufan li tneħħa mid-dar u li x-xugaman li nstab f’wieħed mill-bagalji kien pariġġ dawk li kellhom fid-dar u fil-klinika fejn kienet taħdem. Melanie McGuire ġiet arrestata fit-2 ta’ Ġunju tal-2005 mixlija bil-qtil ta’ żewġha fejn ċaħdet u nħelset bis-saħħa tal-avukati tagħha wara li ħallset somma flus. Hi reġgħet ġiet arrestata diversi drabi oħrajn u baqgħet tinħeles mill-arrest wara li tħallas. Wara tliet snin battibekki, fit-23 ta’ April tal-2007, McGuire ttellgħet il-qorti u nstabet ħatja bil-qtil ta’ żewġha u weħlet għomor ilħabs. McGuire, li kellha biss 34 sena meta ngħatat is-sentenza, ma tistax tappella s-sentenza li ngħatatilha qabel ma sservi 63 sena l-ħabs, li jfisser li tista’ tappellaha fl-età ta’ 97 sena.


26

20.02.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

20.02.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 421

L. FARRUGIA - MARSASKALA

Bi 3 NUMRI 099 426 480 550 594 732 777 792 893 967 975 B’4 NUMRI 0122 0153

0183 0785 1084 1198 1244 1286 1637 1919 1934 2004 2028 2042 2096 2461 2772 2929

3353 3768 3826 5212 5291 6682 6713 6953 7645 7869 8068 8139 8284 8481 8736 8850

9260 9393 9433 9691 9763 9915 B’5 NUMRI 03196 09876 13002 17886 30160 36338 40137 41241

41907 42613 47567 58783 78565 79007 80396 91081 93953 97592 98146 B’6 NUMRI 023859 177404 492634

612366 643660 820482 918828 929276 B’7 NUMRI 0715128 4440609 B’10 NUMRI 1004748117 8833160516

MIMDUDIN: 10. 1. John bil-Malti (5) 12. 4. Titla’ kull 16,18. filgħodu (4) 18. 7,9. Jisparawhom (5) 19. 9. Ara 7 20.

Għasfur (6) Telqet (6) 21. Tkabbar din (5) 23. Ara 16 24. Safi (3) Tirċevihom

WEQFIN: 6,21M. 1. Kompli l-qawl: 8. ...... imġenġel qatt 11,13. ma jiġġelġel (6) 2. Xejn bl-Ingliż (3) 12,22. 3,23. Jillixxa? (7) 13. 5. Tiżbalja bl-Ingliż (3) 14.

Xandru mara? (6) 15. Mill-Istates (9) 17. Daqqa ta’ din f’wiċċek teħodha (5) 21. Bozza antika? (5) Ara 11 22. Tpitter (6)

bil-posta (5) Ara 6 Ara 3 Idaħħal kemm kemm sebgħu (5) Kattiv (6) Eric Borg Randon (1,1,1) Data bla qiegħ (3) Ara 12 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ġrejt, 4.Ċajt, 7,21M. Ibill, 10.Sulari, 12.Sammut, 18,19.Sabta, 20.Sirja, 24.Dritt

WEQFIN: 1,11.Ġulbiena, 2.EAF, 3,9.Tislef, 5.Ara, 6,16.Tlieta, 8.Burmarrad, 12,17.Satal, 13,23.Msielet, 14.Tbatti, 15.Ċarrat, 21.Iġe, 22.Lie


28

20.02.2022

POLITIKA FIS-SOD MHUX FL-ARJA Editorjal

Il-politika inkonsistenti Nazzjonalista mhux biss drajnieha sew fuq ix-xena internazzjo­nali, iżda wkoll f’Malta nesperjenzawha bħala l-ħobża ta’ kuljum għall-Oppożizzjoni ta’ Grech u dawk li qegħdin jiġbdulu l-ispag minn wara

Il-poplu jistenna mhux biss wegħdi jew viżjoni li jkollhom l-għan li jtejbulu ħajtu, iżda jippretendi li jkun hemm politiċi ta’ kredibbiltà li tassew jistgħu jwettqu dan kollu. Ovvja­ ment dan jgħodd iżjed lej­liet appunta­ment impor­tanti, bħalma hi elezzjoni ġenerali. M’hemm lok tal-ebda politiku b’messaġġi kon­fliġ­ġenti. Ftit aktar minn sentejn ta’ Robert Abela bħala Prim Minis­ tru u kważi sena u nofs ta’ Bernard Grech bħala Kap talOppo­żizzjoni jagħtuna biżżejjed materjal biex nevalwaw­hom f’dan ir-rigward, anke mingħajr ma nqisu ċ-ċirkostanzi li ġabet il-pandemija tal-COVID-19 li kka­­ratterizzat l-istess perjodu. Bħala eżempju, id-deċiżjoni li l-Qor­ti Ewropea tal-Ġustizzja ħadet din il-ġimgħa kontra żewġ pajjiżi Ewropej – l-Ungerija u l-Po­lonja – għandha tiftħilna iżjed għajnejna dwar kemm kien għaqli l-Gvern Malti, immexxi minn Robert Abela, biex, mingħajr tfettiq u fi żmien rekord, jirriforma l-pajjiż u l-liġi­ jiet li jsaħħu s-saltna tad-dritt u l-governanza anke wkoll aħjar mill-bqija tal-istati membri.

Is-sentenza, li tkopri r-reġ­ jun kollu tal-UE, tagħti raġun lil min argumenta li f’pajjiżi bħal dawk imsemmijin, li la wrew rispett lejn id-demokrazija u wisq inqas ipprattikaw tmexxi­ ja demokratika, kull finanzja­ ment Ewropew għandu jsir bil-kundizzjoni ta’ livell xieraq ta’ tmexxija tajba. Niftakru tajjeb kif ir-rap­ pre­­żentanti tal-PN fi Brus­sell ħar­ġu għonqhom kemm-il dar­ba għall-gvernijiet f’dawn il-pajjiżi, iżda niftakru ferm aħjar kif fl-istess ħin riedu jgħaddu riżoluzzjoni simili kontra pajjiżna. Ovvjament illum mhix sorpriża li jagħlqu ħalqhom u ma ssibhomx b’nemes biex jikkummentaw dwar il-qagħda li ġabu b’idej­hom dawn il-pajjiżi mmexxijin mill-Pollakk Mateusz Morawiecki u l-Ungeriż Viktor Orban. L-istess esponenti Nazzjona­ listi, inkluż Bernard Grech innifsu, ukoll ipprovaw ibellgħulna li fi żmien tliet xhur kapaċi joħorġu lil Malta mill-proċedura tal-Financial Action Task Force (FATF). Minkejja din il“ħeġġa” tagħ­hom, fl-aħħar jiem ma lissnux kelma waħda meta

l-Assistent Segretarja tal-Istat Amerikan Karen Donfried, u allura l-Istati Uni­ti tal-Amerka, irrikonoxxiet l-impenn Malti fl-implimentazzjoni tal-istess pjan t’azzjoni u passi oħrajn demokratiċi. L-istess meta din il-ġimgħa wkoll l-Ambaxxatur Ġermaniż Walter Hassman ġie kkwotat jgħid li l-investimenti minn pajjiżu lejn Malta ma kinux affettwati bid-deċiżjoni tal-FATF, anzi baqgħu ġejjin. Wieħed kien jaħseb li midDar Ċentrali se joħorġu jdoqqu l-fanfarri wara dawn l-aħbarijiet pożittivi għal pajjiżna. Iżda xejn, mank biċċa stqarrija! Din hi t-tip ta’ inkonsisten­za politika, xprunata mill-po­pu­ liż­mu ta’ x’jaqbel f’dak il-mument par­tikolari, li ċ-ċittadin Malti u Għawdxi ma jistenniex mingħand il-mexxejja tiegħu. Tali politika mill-PN, iżda, mhux biss drajnieha fix-xena Ewropea u internazzjo­nali, imma wkoll nesperjenzawha lokalment qisha l-ħobża ta’ kuljum għall-Oppożizzjoni ta’ Grech u dawk li jiġbdulu l-ispag. Il-fatt li mhumiex affidabb­ li fit-tmexxija kien rif­less fiddik­jarazzjoni tal-Prim Ministru

l-Ħadd li għadda meta żvela kif il-Kap tal-Oppożizzjoni nqasam fuq żewġ fronti estremi dwar il-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment. Wara li f’taħditiet interni mal-Prim Ministru għamel eloġju ta’ tifħir fuq il-programm, f’korrispondenza ftit wara infurmah li ma jridx ikollu x’jaqsam mal-prog­ramm, lan­qas fl-għażla għall-ħatra ta’ regolatur għalih, bl-iskuża li dan jagħmel ħsara lill-pajjiż. Kif tenna l-Prim Ministru, deċiżjonijiet, li l-Kap tal-PN jieħu llum, jinqalbu ta’ taħt fuq minn dawk li jiġbdulu l-ispag u hu jkollu jbaxxi rasu għalihom. Każi oħrajn simili li riċentement rajniehom iseħħu proprju quddiem għajnejna kienu dawk fil-kwistjoni tal-liġi l-ġdida għall-użu responsabbli tal-kannabis u meta ġie biex jiddeċiedi dwar id-Deputati David Thake u issa Joe Ellis, wara li b’mod ċar ħbewlu l-istampa kollha tal-iskandli involuti fihom. Hemm tweġiba waħda faċli li kull ċittadin jista’ jagħti meta jistaqsi f’idejn min se jafda lillpajjiż u f’kull deċiżjoni li faċilment tidde­termina d-destin tiegħu u ta’ wliedu…


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.