KullĦadd_20.03.2022

Page 1

MANIFEST LABURISTA GĦAL KULL FAXXA T’ETÀ Il-Ħadd, 20 ta’ Marzu, 2022

Ħarġa Nru 1,497

Prezz €1

Rapport f’paġni 12 u 13

SA €7,000 IŻJED LILL- FAMILJI BIT-TFAL Id-diversi miżuri mħabbrin mill-Partit Labu­ rista għall-familji jħallu minn tal-inqas €7,000 fil-bwiet tal-familji Maltin u Għaw­ dxin. Il-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ filgħaxija tkellem dwar dan waqt intervista fil-Gżira fil-preżenza ta’ folla oħra numeru­ ża. Intervistat mill-preżentatur Pablo Mical­ lef, il-Prim Ministru u Mexxej Labu­rista uża l-eżempju ta’ familja li taħdem u għandha żewġ ulied, waqt li semma l-miżuri ewlenin li se jkunu qed jolqtuha bl-aħjar mod, kemm-il darba jingħata l-fiduċja tal-poplu fl-elezzjoni tas-Sibt li ġej. Tkompli f’paġna 3

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

BIL-MIŻURI MĦABBRIN FIL-MANIFEST LABURISTA SSEĦĦ QABŻA OĦRA GĦALL-AĦJAR FIL-ĦAJJA TAL-FAMILJI MALTIN U GĦAWDXIN FIL-LEĠIŻLATURA L-ĠDIDA


02

20.03.2022

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 7°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq il-Baħar Baltiku sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Imsaħħab b’xi ftit xita Ir-Riħ: Qawwi mil-Lvant li jsir ftit qawwi Il-Viżibilità: Moderata għal tajba Il-Baħar: Qawwi ħafna li jsir qawwi L-Imbatt: Baxx għal moderat mix-Xlokk li jsir moderat It-Temperatura tal-Baħar: 15°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

14°C UV 6

8°C

Il-Ħamis

KUNTATT ĠENERALI

14°C UV 6

8°C

Il-Ġimgħa

14°C UV 6

9°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

15°C UV 4

10°C

16°C UV 6

11°C

16°C UV 6

11°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21238577 Fra Diego Dispensary, 94, Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21224898 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 St. Bartholomew Pharmacy, 30, Triq Fleur-De-Lys, Santa Venera – 21482558 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville – 21363244 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Safi Pharmacy, St. John Street k/m Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat – 21556170 Joyce’s Pharmacy, Vjal it-8 ta’ Settembru, Ix-Xagħra – 21561486 L-ispiżeriji huma miftuħin bejn id-9:00 a.m. u 12:00 p.m. u bejn l-4:00 p.m. u s-7:00 p.m.

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

20.03.2022

TITJIB GĦALL-FAMILJI Tkompli minn paġna 1 Dr Robert Abela beda biex jispjega kif, fuq medda ta’ ħames snin, iċ-Children’s Allowance se jkun qed jitjieb b’€450 għal kull wild. “Issa aħna mhux se nżidu €450 fl-aħħar sena tal-leġiżlatura u daqshekk. Iż-żidiet tibdihom fl-ewwel sena u tibni fuqhom. Mela sal-ħames sena tkun fil-fatt ħadt aktar minn €450 fil-but. Fil-fatt, għax se nżidu €90 kull sena sal-aħħar tal-ħames snin, din il-koppja se tkun ħadet €2,700 f’aktar Children’s Allowance taż-żewġ uliedhom,” spjega l-Prim Ministru. Hu rrefera wkoll għar-rifużjoni tat-taxxa u t-tnaq­qis fl-Income Tax, li jfissru medja ta’ €300 fis-sena iżjed fil-bwiet ta’ dawk li jaħdmu u qegħdin b’paga medja ta’ €20,000 fis-sena. Dan ifisser li jekk hemm koppja li ż-żewġ ġenituri jaħdmu, fuq sena se jkunu qed igawdu minn medja ta’ ftit aktar minn €600, preċiżament €630 u allura €3,150 fuq ħames snin. “Ma dawn inżidu l-Inwork Benefit – li qed nimpenjaw ruħna li nżiduh b’€200 għal kull wild fuq leġiżlatura. Mela jekk kull sena żidna €50 sakemm imbagħad tajna total ta’ €200, għandek €1,000 għaż-żewġ ulied,” kompla jispjega Dr Abela. “Dan ifisser li, għal familja ta’ żewġ ġenituri jaħdmu u żewġ ulied taħt is-16-il sena, il-kalkolu hu ta’ €2,700 f’Children’s Allowan­ ce, €1,000 f’Inwork Benefit u €3,150 f’rifużjo­ ni tat-taxxa u tnaqqis fl-Income Tax. Flimkien jgħoddu €6,850 akar fil-but ta’ familja bi

dħul medju fuq medda ta’ ħames snin. B’dan mhux qed ngħodd inizjattivi oħrajn, bħal tax refund fuq attivitajiet ekstrakurrikulari,” kompla jispjega l-Prim Ministru. Hu ġab ukoll l-eżempju b’koppja, li ma jkollhiex tfal jew ma jkollhiex tfal taħt is-16il sena, li se tkun qed tieħu €3,150 f’rifużjoni tat-taxxa, u koppja li bejniethom jaqilgħu €60,000, imma għandhom wild wieħed, u allura bit-tliet miżuri f’daqqa se jaraw titjib ta’ €5,000 fuq ħames snin. Single parent ta’ wild wieħed u li għandha paga medja se tieħu żieda ta’ €3,425. “Il-prinċipju hu li l-manifest tal-Partit Laburista se jħalli impatt pożittiv fuq il-ħajja ta’ kull persuna li taħdem,” spjega l-Prim Ministru, li stieden ukoll lill-poplu biex iqabbel dak propost mill-Partit Laburista ma’ dak li qed jgħid il-Partit Nazzjonalista, li anke ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa jrid saħansitra jaqta’. Din il-ġimgħa wkoll Dr Abela enfasizza kif f’Għawdex u Malta ta’ għada trid tkun assigu­ rata kwalità ta’ ħajja aħjar, opportunitajiet aħjar u pajjiż isbaħ. Sostna li hekk kif Gvern Laburista baqa’ sod f’mumenti ta’ taqlib kbir u ta’ pandemija, għaż-żmien li ġej se jkun iffukat totalment fuq il-futur. “Il-Kap tal-Oppożizzjoni kkritikana għax nitkellmu fuq il-futur. Mela fuq xiex tridu nitkellmu jekk mhux dwar Malta li rridu għal uliedna? Iżda, biex niddeterminaw il-futur li rridu, rridu nivvutaw għalih. Għandna pjan ċar ħafna ta’ fejn irridu mmorru. Dan hu l-Partit Laburista li jaħseb f’kulħadd, li ma jinsa lil ħadd,” saħaq Dr Abela.


04

20.03.2022

ID-DIFFERENZA VERA BEJN IL-PROPOSTI TA’ TNAQQIS TAT-TAXXA Waqt li ż-żewġ partiti ewlenin qed iwiegħMin-naħa l-oħra, il-Partit Nazzjonalisdu inqas piż tat-taxxa fuq il-ħaddiema u ta qed iwiegħed ħafna, imma hu żgur li s-self-employed bħala parti mill-manifesti m’għamilx il-kalkoli sew, bħal ħafna wegħdi elettorali tagħhom għall-elezzjoni ġenerali oħrajn fil-manifest tiegħu li jitfajru bl-adta’ nhar is-Sibt li ġej, hemm differenza ċara doċċ, mingħajr ħsieb u total ta’ kemm se li wieħed għandu jinnota. jiswew. Il-Partit Laburista hu ċar Fejn jidħlu l-wegħdi tat-tibf’dak li qed jipproponi: se jerġa’ dil fis-sistema tal-ħlas tatjnaqqas it-taxxi billi jwessa’ taxxa, il-PN jidher ovvju li ma l-faxex tat-taxxa fuq id-dħul qiesx kif dan it-tibdil se jkun (Income Tax). Din il-proposta ta’ piż, minflok ta’ benefiċċju, Bil-proposti se tħalli mill-inqas €255 aktar Laburisti tiffranka għall-Maltin u l-Għawdxin. fis-sena fil-bwiet tal-ħaddie- iżjed taxxa mil-lum Bil-maqlub, il-proposti ma u s-self-employed sa masLabu­ris­ti se jkomplu jiffran­ u ferm inqas milli simu ta’ €365 bejn iffrankar ta’ kaw iżjed taxxa lill-poplu minn ħallast sal-2013 taxxa u rifużjoni. dak li qed iħallas bħalissa u Medja ta’ €300 aktar fil-but li wkoll hu ferm inqas minn ta’ kull ħaddiem u self-employed f’miżura li żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista. se tiswa €66 miljun fis-sena. Hawnhekk qegħdin inġibu għall-attenzPereżempju, ġenituri mhumiex se jħall- joni ftit eżempji ta’ familji potenzjali u kif su taxxa fuq l-ewwel €12,200 tad-dħul dan kollu se jolqot­hom. tagħhom, jiġifieri l-ewwel €1,000 ta’ dħul Dawn huma biss ftit eżempji tipiċi ta’ tagħhom fix-xahar mhux se jkun intaxxat, Maltin u Għawdxin u d-differenza li hemm waqt li hemm impenn qawwi wkoll biex it- fil-ħlas tat-taxxa tagħhom bejn it-tibdil li Tax Refund jieħdu wkoll min għandu dħul qed iwiegħed il-PN u b’mod konkret kif se medju u inqas. jmorru aħjar bil-proposti li qed iressaq il-PL.

Ryan hu żagħżugħ li jaħdem ma’ bank u għandu paga ta’ €25,000.

Rita hi xebba li taħdem bħala carer u taqla’ €21,000.

PL: Bħalissa Ryan iħallas €3,430 f ’taxxa fis-sena, waqt li bil-proposti Laburisti dan l-ammont se jonqos għal €3,175. B’hekk Ryan se jiffranka €255.

PL: Meta tqis ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa, bħalissa Rita tħal­las €1,990. Bir-riforma tal-ħlas tat-taxxi pro­posta mill-PL, Rita se tħallas €1,675 f ’taxxa u se tkun qed tiffranka €315.

PN: Bit-tibdil li wiegħed il-PN, Ryan jirċievi rebate ta’ €176.25, imma jitlef iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa ta’ €95. Bit-tibdil li qed jipproponi l-PN, Ryan se jħallas €81.25 inqas f ’taxxa, iżda s-sitwazzjoni tiegħu tkun €173.75 agħar mill-proposti tal-PL.

PN: Bit-tibdil propost mill-PN, Rita se tieħu rebate ta’ €104.75, iżda tispiċċa titlef iċċekk ta’ €105 tar-rifużjoni tat-tax­xa. Allu­ra l-ħlas tat-taxxa tagħha jitla’ b’€0.25, li hu €315.25 agħar minn dak propost mill-PL.

Frans u Lorna ġenituri ta’ żewġ ulied. Frans jaħdem bħala kontrollur finanzjarju ma’ kumpani­ja żgħira u jdaħħal €60,000. Lorna taħdem bħala maniġer f’childcare centre u ddaħ­ ħal salarju ta’ €41,000. PL: Frans se jara l-ħlas tat-taxxa tiegħu jinżel minn €11,950 għal €11,590, u għalhekk se jiffranka €360. Lorna se tibda tħallas €6,840 flok €7,140, €300 inqas. Bi Gvern Laburista se jiffrankaw b’kollox €660 fi ħlas tat-taxxa. PN: Bi Gvern Nazzjonalista, Frans se jiffranka €348, waqt li Lorna tħallas €205.20 inqas. Għalhekk jiffrankaw €553.20 jew €106.80 inqas milli kieku jiffrankaw bil-proposti Laburisti. Mario u Josette għandhom tifla waħda. Mario jaħdem f’restorant u jaqla’ €15,000, waqt li martu taħdem f’ħanut u ddaħħal ftit aktar, €17,000. PL: Meta jitqies iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa, bil-proposti Laburisti, Mario se jibda jħallas €260 f ’tax­xa flok €540. Martu se tibda tħallas €675 flok €990. F’daqqa jiffrankaw €595. PN: Mario jirċievi rebate ta’ €36.50, imma jitlef iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa ta’ €135. B’hekk Mario se jitlef €98.50. Martu tirċievi rebate ta’ €109.50, imma hi wkoll titlef iċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa ta’ €105. B’hekk se tiffranka biss €4.50. Flimkien jispiċċaw iħallsu €94 aktar f ’taxxa, €689 agħar milli bil-proposti Laburisti. Vince u Kathy m’għand­­ homx tfal li jiddependu minnhom. Hu biss Vince li jaħdem bħala security guard u jdaħħal €16,000. PL: Bħalissa din il-koppja tħallas €355, meta tikkunsidra ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa. Bir-riforma fil-ħlas tat-taxxi li qed jipproponi l-PL, il-ħlas tat-taxxa se jinżel għal €75 u għalhekk se jiffrankaw €280 fi ħlas ta’ taxxi. PN: Bil-wegħdi tal-PN din il-koppja tirċievi rebate ta’ €49.50, imma jitilfu ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa ta’ €140. B’hekk, bi Gvern Nazzjonalista, din il-koppja tibda tħallas €90.50 aktar f ’taxxa u għalhekk se jmorru minn taħt bi €370.50 meta mqabbel mal-proposti Laburisti.


20.03.2022

PN BLA BINARJI U LANQAS PJAN Fil-konfużjoni li l-“akbar” miżura Nazzjona­lista tat-trackless tram ħolqot, il-Partit ta’ Bernard Grech inqabad kemm hu u l-pjan tiegħu għal Malta huma dilettanti u allura wisq aktar perikolużi jekk ikollhom l-appoġġ tal-maġġoranza s-Sibt li ġej. Bejn id-dikjarazzjonijiet konfliġġenti tal-kelliema Ryan Callus, Toni Bezzina u Grech innifsu, dwar il-bżonn jew le ta’ karreġġjata żejda u fejn m’hemmx trid tinħoloq waħda, ħafna spiċċaw iħokku rashom minn fejn se tgħaddi mit-toroq. Kif żvelajna l-Ħadd li għadda, dan il-mezz ta’ trasport, li ġie skartat minn pajjiżi bħall-Awstralja, iwassal għal problemi akbar mill-bendy buses tal-Arriva, u l-vetturi twal 32 metru għadhom iridu jiġu ttestjati f’toroq li jintużaw minn vetturi oħrajn.

05


06

20.03.2022

GĦALL-PENSJONANTI LANQAS Għal-leġiżlatura l-ġdida, il-Partit Laburista qiegħed iwiegħed li, minbarra ż-żieda tal-għoli tal-ħajja (Cost Of Living Adjustment – COLA) u żidiet oħrajn f’każ ta’ inflazzjoni għolja, il-pensjonanti kollha se jkunu qed jaraw il-pensjoni tagħhom tiżdied b’mill-inqas €15 fil-ġimgħa. Min-naħa l-oħra, waqt li fl-1 ta’ Marzu li għadda l-Viċi Kap Nazz­jo­­ nalista David Agius ħabbar f’konfe­ renza tal-aħbarijiet li l-PN se jżid il-pensjoni minima sal-paga mini­ ma, din il-proposta interessanti, li ġiet inkluża fl-ewwel verżjoni tal-manifest tal-PN, laħqet inqalbet ta’ taħt fuq meta ġiet ippubblikata verżjoni differen­ti tal-mani­fest. Mela waqt li quddiem il-midja taw il-kelma li l-pensjoni minima nazzjonali ssir daqs il-paga minima mill-ewwel, issa bil-miktub qed jgħidu li se jdaħħlu mekkaniżmu u li ż-żieda tkun gradwali. U fejn qabel kienu qalu li se tkun daqs il-paga minima, issa qed jgħidu biss li se tkun f’livell adegwat mad-dħul neċessarju għall-pensjonanti, kif maqbul mal-imsieħba soċjali. L-istess Agius ikkonferma li jekk jingħataw mandat mhux se jibqgħu jagħtu lill-pensjonanti ż-żieda

għall-għoli tal-ħajja sħiħa. Minflok, Gvern Nazzjonalista jdaħħal mekkaniżmu li permezz tiegħu pensjonanti jieħdu 30% biss tal-COLA. Dan b’kuntrast tal-wegħda Laburista li minbarra COLA sħiħa, jingħata kumpens addizzjonali u €15 żieda fil-ġimgħa. Issa nafu diġà minn studji tal-Caritas u l-Joint Research Centre tal-Kummissjoni Ewropea li, biex ikollok dħul adegwat, il-pensjoni minima li diġà għandna hi tajba biżżejjed. Fil-fatt, l-aħ­ħar studju tal-Caritas jgħid “meta jiġu kkunsidrati familji magħmulin minn koppji anzjani ta’ ’l fuq minn 65 sena, li jirċievu Pensjoni Minima Garantita u bonuses u benefiċċji oħrajn, iddħul tagħhom ukoll jaqbeż il-baġit minimu neċessarju għal għajxien diċenti. Dan japplika wkoll għal fejn hemm biss pensjoni waħda. Is-surplus f’dan il-każ hu qrib l-€1,600”. Dan ifisser li bil-proposta riveduta tal-PN, dawk fuq il-pensjoni mini­ma x’aktarx mhuma se jieħdu ebda żieda. U biex jieħdu żieda fil-futur iridu joqogħdu jistennew li l-imsieħba soċjali jaqblu fuq xi żieda għalihom. Dan meta bil-proposti tal-Partit Laburista dawk fuq il-paga minima

barra l-COLA, u żidiet addizzjonali f’każ ta’ inflazzjoni għolja, se jieħdu żieda b’mill-inqas €15 fil-ġimgħa. Meta mistoqsi b’kemm se jżid il-pensjonijiet, din il-ġimgħa d-De­ putat Nazzjonalista Ryan Callus ukoll ma riedx jikkommetti ruħu u sostna li tkun arroganti u irrespon­ sabbli jekk tgħid kemm se żżid il-pensjonijiet. David Agius għamel l-istess bħalu u ma riedx jagħti fi­ guri. Bħal oħrajn, il-proposta Nazzjo­ nalista fuq il-pensjoni minima malajr inbidlet permezz ta’ termini u kundizzjonijiet li ddaħħlu baxx baxx. Il-PN wegħedha u diġà kisirha, għax biddilha waqt kampanja elettorali, aħseb u ara f’leġiżlatura x’se jagħmel!! Mela issa nafu li lil dawk fuq il-pensjoni minima x’aktarx mhu se jagħtuhom xejn. U lill-pensjonanti l-oħrajn x’se jagħtuhom? Staqsejna esperti fuq is-suġġetti u r-risposta kienet “faċli: mekkaniżmu ieħor magħruf bħala tas-70/30!”. U x’inhu eżatt? Mela l-pensjoni taż-żewġ terzi bħalissa tiżdied kull sena permezz tal-COLA sħiħa u b’żewġ terzi (67%) taż-żieda fil-pagi. Minflok, il-PN irid

VERSION 5.0 • Nibdew inħaddmu mekkaniżmu biex gradwalment ngħollu l-pensjoni minima nazzjonali f’livell adekwat mad-dħul neċessarju għall-pensjonanti, skont il-politika tal-living income, hekk kif maqbula mal-imsieħba soċjali


07

20.03.2022

IL-COLA MHI GARANTITA MAL-PN li tiżdied kull sena bi 30% tal-COLA u b’70% taż-żieda fil-pagi. Mela għal 3% aktar taż-żieda fil-pagi fuq iż-żewġ terzi tal-lum, tal-Partit Nazzjonalista jridu li l-pensjonanti jċedu 70% tal-COLA. Fi kliem sempliċi, dan ifisser illi kieku l-pensjonijiet fil-ħames snin li għaddew żdiedu bil-formula tas70/30, il-pensjonanti kienu jieħdu żieda n-nofs ta’ dik li fil-fatt ħadu. Għax hu tassew diffiċli li 3% aktar taż-żieda fil-pagi tista’ tkun akbar minn 70% tal-COLA. Bil-mekkaniżmu li jridu l-PN, il-pensjonanti jmorru minn taħt, għax mank jieħdu l-COLA sħiħa. Biex jirkupraw xi ħaġa jridu jittamaw li l-pagi jogħlew ħafna – xi ħaġa li mhix fil-kontroll tagħhom. Mal-proposta Laburista m’hemmx termini u kundizzjonijiet. Hemm biss COLA sħiħa, anzi COLA mtejba. U minbarra hekk, €15 żieda fil-ġimgħa. Wara li biddel il-manifest mill-inqas ħames darbiet, il-PN issa nqabad jivvinta proposti u jgħid li dawn qegħdin f’xi wieħed minn dawn il-verżjonijiet. Fost l-oħrajn, hemm tliet proposti fantażmi, biex tingħata pensjoni differenti lill-persuni li jisseparaw, sena bolol għal

dawk li jagħmlu dottorat u li se jagħtu pensjoni tasservizz lir-romol. Dawn il-proposti ma jinstabu mkien fil-ħames verżjoni­ jiet tal-manifest Ryan Callus: Nazzjonalista. Trid tkun arroganti Mela min-naħa u irresponsabbli biex l-pensjonanti se jitilfu l-COLA sħiħa u tgħid kemm se żżid jiġu jiddependu fuq il-pensjonijiet żieda qawwija fil-pagi biex jirkup­raw dan it-telf. Min-naħa l-oħra jingħataw COLA sħiħa u €15 filġimgħa fuq kollox. Għall-pensjonanti ma tantx hemm fejn tagħżel, jaqblilhom bi Gvern Laburista. Inkella, għal darb’oħra, se jispiċċaw imorru lura għall-passat meta gvernijiet tal-PN lanqas biss kienu jiggarantulhom ilkumpens sħiħ tal-għoli tal-ħajja. Il-Prim Ministru u Mexxej Labu­ rista Robert Abela kien ċar fi kliemu dwar dan u qal li kull kumpens tal-għoli tal-ħajja jingħata sħiħ, anzi iżjed minn hekk se jkun qed jissaħħaħ. Dan minbarra ż-żieda ta’ €15 kull ġimgħa sa tmiem il-leġiżlatura.


08

20.03.2022

PROPOSTI FANTAŻMI FL-ISPORTS

IĊ-ĊERTIFIKAZZJONI ESG IMPOSTA MILL-PN BĦALA KUNDIZZJONI ESAĠERATA Il-manifest tal-Partit Nazzjonalis- tħejja studju indipendenti biex ta jagħmilha ċara ħafna li l-inċen- il-Kummiss­joni Ewropea tinfortivi fiskali kollha li qed jipproponi, ma l-proċess ta’ konsultazzjoni kemm dawk għall-kumpaniji kif relatat mal-estensjoni possibbli ukoll għall-familji, se jkunu jidde- tad-direttiva u l-konklużjonijiet pendu esklussivament fuq iċ-ċer- ewlenin ta’ dan l-istudju kienu li tifikazzjoni ta’ konformità amb- “l-ispejjeż amministrattivi rikurjentali, soċjali u ta’ governanza, renti biex jiġu pprovduti dikjamagħrufa aħjar bħala ESG. razzjonijiet mhux finanzjarji taħt Saħansitra, anke l-kreditu tat- l-NFRD jammontaw għal medja taxxa għal attivitajiet ekstrak- ta’ €82,000 kull sena, li minnurrikulari, li bħalissa jiġi offrut hom 40% jistgħu jiġu attribwiti lill-familji mingħajr kundizzjoni- kompletament lil ħtiġijiet legali. jiet, isir bil-kundizzjoni tal-ESG Dawn l-ispejjeż jiddependu, fost jekk il-PN jiġi elett fil-Gvern. oħrajn, fuq id-daqs tal-kumpanija Analiżi tal-manifest Nazzjon- u s-settur. Minbarra hekk, madalista, jirriżulta li hemm mill-in- war żewġ terzi tal-kumpaniji inqas 32 proposta (waħda minn kull tervistati jinkludu spejjeż ta’ as15-il) li jirrikjedu b’mod espliċitu li sikurazzjoni, li jammontaw għal l-għajnuna tingħata biss kemm-il €76,000 fis-sena bħala medja.” darba persuna jew negozju jikIr-rapport hu ċar ukoll meta konformaw ma’ dawn il-kriterji. jgħid li dawn l-ispejjeż huma Dawn mhuma “biċċa kejk” aktar qawwijin fuq ditti iżgħar, għal ħadd, li jagħżel li jaderixxi u jiddikjara li “għal kumpaniji magħhom, iżda aktar minn hekk iżgħar, l-ispejjeż jiżdiedu b’medlanqas biss jagħmlu sens għal ja ta’ aktar minn 50% tal-ispejjeż ħafna f’pajjiżna. amministrattivi fl-ewwel sena li Fl-Unjoni Ewropea, il-proċess jiġu konformi u jinżlu ftit wara. … assoċjat maċ-ċertifikazzjoni Għal kumpaniji ikbar, il-proESG hu rregolat mid-Diporzjon bejn spejjeż rettiva dwar ir-Rapamministrattivi u purtar Mhux Fispejjeż li jiżdiedu nanzjarju (NFRD) jinżel għal 34% u li, fil-verità, fl-ewwel sena u Gvern tal-PN taffettwa ftit eluf wara jibqa’ bejn jimponi spejjeż ta’ ta’ ditti madwar wieħed u ieħor l-Ewropa, speċl-istess.” eluf ta’ ewro biex jalment ditti I d- d i re t t iva kbar li jimpjegaw negozji jkunu jistgħu Ewropea tirrikjeaktar minn 500 jikkwalifikaw għal di wkoll li awditur ħaddiem. statutorju jivverxi għajnuna I l- K u m m i s s j o n i ifika jekk hix ipproissa qed tikkunsidra vduta l-informazzjoni li testendi l-applikabbiltà mhux finan­zjarja. Dan jistad-direttiva għal ditti iżgħar, ta’ jżid l-ispejjeż bejn €1,000 u iżda m’hemm l-ebda indikazzjoni €10,000 oħra. li tikkunsidra xi darba li tpoġġi Ir-rapport imsemmi tal-Kumdan il-piż fuq il-kumpaniji mi- missjoni Ewropea juri b’mod ċar cro, żgħar u medji, li jiddominaw ħafna li l-proċess taċ-ċertifikazzl-ekonomija Maltija … bl-istess joni ESG joħloq fost l-akbar spejjmod kif qed jipproponi li jagħmel eż amministrattivi għan-negozji il-PN wara s-26 ta’ Marzu li ġej. f’pajjiżna. Minbarra hekk, ir-rapF’Novembru tal-2020 kien purtaġġ innifsu hu biss il-bidu.

Wara jiġi l-proċess diffiċli li negozji jkollhom jiddiversifikaw ħidmiethom u jaddattaw biex jiksbu ċ-ċertifikazzjoni ESG. Jekk negozju ma jiksibx dan iċ-ċertifikat pożittiv, il-kompetituri tiegħu jiksbu vantaġġ kompetittiv peress li bil-proposta tal-PN jiġu jħallsu inqas taxxa, filwaqt li jirċievu assistenza aktar ġeneruża minn diversi skemi. M’hemm l-ebda għażla reali hawn. Jew tikseb ċertifikazzjoni ESG, mingħajr għajnuna mingħand ilGvern, jew inkella ma tiffaċċjax kundizzjonijiet ekwi. L-istudju indipendenti mwettaq għall-Kummissjoni Ewropea juri li jekk iċ-ċertifikazzjoni ESG issegwi l-qafas tal-NFRD, allura d-ditti f’Malta jinsabu quddiem spejjeż amministrattivi ta’ għexieren t’eluf t’ewro. Bil-proposta Laburista, negozju jikseb tnaqqis fit-taxxa li se jagħti spinta biex negozju jkollu fondi għall-adozzjoni tal-istandards ESG. Minbarra hekk, il-Partit Laburista ppropona assistenza diretta biex jgħin lill-kumpaniji jagħmlu t-tranżizzjoni. Jekk nieħdu eżempju wieħed mill-ma­nifest: il-kumpaniji micro u żgħar se jitħallsu lura l-ispejjeż kollha ta’ energy audit, li huma mill-inqas €2,000. Ma’ dan, se jkun hemm assistenza permezz ta’ krediti ta’ taxxa ħalli jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet ta’ dawn l-energy audits. Dan juri d-differenza ċara bejn il-Partit Laburista u dak Nazzjonalista. Il-PN fil-Gvern iġiegħ­lek tagħmel energy audit minn butek u tonfoq il-flus biex tim­­plimenta r-rakko­man­dazzjonijiet. Wara jagħtuk tnaqqis fit-tax­xa. Bil-maqlub, bi Gvern Laburista, negozju jkollu tnaqqis tat-taxxa bil-quddiem, energy audit b’xejn u krediti tat-taxxa biex jimplimenta ilbidliet rakkomandati.

Fl-ewwel ġimgħa tal-kampanja, ilKelliem Ewlieni tal-Partit Nazzjo­ na­lista Peter Agius kien iddikjara li għandhom 12-il proposta filma­nifest għal titjib tad-drittijiet tal-annimali. Meta wieħed jidħol fil-manifest tal-PN isib biss tliet miżuri relatati. Jiġifieri Agius spiċċa jivvinta disa’ proposti hu. Issa dan ir-rekord inkiser mill-kandidat Nazzjo­nalista Graham Bencini. F’konferenza tal-aħbarijiet huwa ddikjara li l-PN għandu 20 proposta fil-manifest tiegħu dwar l-isports. Issa jekk wieħed imur ifittex fl-aħħar verżjoni tal-manifest, is-sezzjoni tal-isports tinkludi biss 10 – mill-proposta numru 109 sa dik bin-numru 118. Allura, Bencini litteralment ivvinta 10 proposti ġodda, waħda aktar minn Peter Agius. Fost il-proposti li ħolom bihom Bencini u li mhumiex fil-manifest Nazzjonalista wieħed isib skema li biha dawk li jisponsorjaw klabbs jew assoċjazzjonijiet jibbenefikaw minn kreditu ta’ taxxa sa 50%. Bl-istess mod qal li se jkun hemm baġit ta’ €2 miljun għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar. Naturalment din l-allokazzjoni ma tidher fl-ebda waħda mill-ħames verżjonijiet tal-manifest tal-PN. Qal ukoll li l-manifest tal-PN jinkludi l-introduzzjoni ta’ kreditu ta’ taxxa għal leave speċjali għall-atleti. Anke din hi ħrafa.

L-ebda costings fuq din il-konfużjoni tal-PN ma tista’ qatt tittieħed bis-serjetà Hu ċar li dawn l-10 proposti fantażmi ħol­mu­hom meta indu­­ naw li hemm 45 proposta fuq l-isports fil-manifest tal-Partit Laburista. Il-konfużjoni ta’ Graham Bencini, bħal dik ta’ Peter Agius, hi raġu­ ni ewlenija għaliex anke jekk xi darba tal-PN jippubblikaw xi costings, kif qed jgħidu li se jagħmlu, dawn ma jistgħux jittieħdu bisser­jetà. Għax kif tista’ tagħmel costing ta’ xi ħaġa li tinbidel il-ħin kollu?



10

20.03.2022

MANIFEST TAT-TERMINI U L-KUNDIZZJONIJIET Prima facie, il-manifest elettorali tal-Partit Nazzjonalista jidher wieħed ġeneruż. It-tħassib u d-dubji jibdew deħlin hekk kif wieħed jaqra dan is-suppost manifest għal darba, darbtejn, u malajr jibdew joħorġu fatti li huma inkwetanti. Il-parti l-kbira tal-wegħdi li hemm fil-manifest iġorru magħhom termini u kundizzjonijiet, li jfisser li l-benefiċċji marbutin magħhom ikunu jistgħu jitwettqu biss kemm-il darba jinqabżu dawn il-kriterji, li faċilment jiġu interpretati bħala barrieri. Jekk wieħed jieħu s-suġġeriment tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u jagħmel tfittxija sempliċi fil-manifest Nazzjonalista, il-kelma “iżda” tinstab miktuba xejn inqas minn 87 darba, il-kelma “kriterji” 49 darba, filwaqt li l-kelma “konformi” mniżżla 41 darba. Minbarra dawn il-pedamenti, imbagħad hemm il-kliem li jfissru wkoll ħafna: “suġġett għal”, “jekk”, “fil-każ” u “sakemm”, li ssibhom xejn inqas minn 60 darba u kollha jorbtu mat-termini u l-kundizzjonijiet imposti mill-PN. B’mod ġenerali, fil-manifest Nazzjonalista wieħed isib mill-inqas 237 proposta – kważi nofs­­hom – marbutin b’termini u kun­dizzjonijiet. Jekk nieħdu eżempju prattiku, naraw li hemm tal-inqas 32 proposta (li huma waħda minn kull 15-il wegħda li hemm fil-manifest), li jgħidu b’mod ċar li biex kumpanija jew negozju jgawdu minn tnaqqis fit-taxxa jew fondi minn skemi, hemm ċerti kriterji, fosthom dik marbuta ma’ konformità mal-miri ambjentali,

soċjali u ta’ governanza (ESG). banek ħalli sempliċiment jieħdu Ta’ min jinnota, kif qed jiġi rrap- self, aħseb u ara meta ma’ dawn iżżid portat f’paġna 8, is-sistema tal-ESG ukoll il-biżibilju formoli li jkollhom tkejjel is-sostenibbiltà ta’ kumpani- jidħlu għalihon bilfors bit-termini ja, negozju jew anke investiment u bil-kundizzjonijiet li qed jiggaranfi tliet kategoriji speċifiċi: l-amb- tixxi li jdaħħal il-PN. jent, il-qasam soċjali u l-governanM’humiex biss kumpaniji u negoza. Studji li saru mill-Kummissjoni zji żgħar u medji li l-PN qed iwiegħed Ewropea juru li dan hu proċess li jżid dan it-tip ta’ inkonvenjent. Anke l-ispejjeż tan-negozji b’għexieren ta’ studenti Universitarji, biex jikkwalieluf, partikolarment għal negozji ta’ fikaw għal żieda fl-istipendju, skont daqs medju u żgħir. it-termini u l-kundizIl-Partit Laburista zjonijiet imwiegħda assolutament mhumill-PN, iridu jagħmwiex kontra li n-negolu xogħol volontarju zji b’mod volontarju ma’ organizzazzjoni jadottaw il-qafas talvolontarja rreġistrata Fil-manifest ESG u se jgħin finanz441). tal-PN wieħed (miżura jarjament lil negozji L-apprendistat ma isib mill-inqas biex jagħmlu energy jeħlishiex lanqas u audits u saħansitra 237 proposta – l-PN qed iwiegħed li biex iwettqu r-rakkojkopri 35% tas-salarju kważi nofs­hom ta’ apprendisti, suġġett mandazzjonijiet li – marbutin joħorġu minnhom. li jintlaħqu kriterji ta’ Li hu żgur li f’kull suċċess (miżura 434). b’termini u inizjattiva l-Par­tit LaLin-nurseries u kun­dizzjonijiet lill-iskejjel burista mill-Gvern, sportivi se jibqa’ ta’ spalla wkoll iwegħ­du­hom għan-negozji. Dak li qed jipproponi għotja ta’ €500, imma biss jekk l-PN f’dan ir-rigward hu l-akbar at- ikunu konformi mal-kriterji tal-ESG takk li qatt sar fuq negozji żgħar u (miżura 43). medji f’pajjiżna lejlet elezzjoni. Għax, kif ġie nnotat ukoll matul Anke l-famuża wegħda tal-fond din il-ġimgħa mill-Partit Laburista, ta’ €1 biljun tinkludi dawn it-termi- għall-PN hemm dejjem l-“imma”. ni u kundizzjonijiet, tant li huma Jekk organizzazzjoni volontarja biss kumpaniji jew negozji kon- tkun qed tikkunsidra assistenza fiformi mal-miri ESG li huma eliġibbli nanzjarja mill-Gvern, sempliċiment (miżura 52). Dan hu piż fuq il-kump- biex tixtri jew tirranġa l-proprjetà aniji u n-negozji. Diġà hu ta’ piż għal (talbiet li s’issa Gvern Laburiskumpaniji żgħar u medji, li jkunu se ta sostniehom bla xkiel), bi Gvern jibdew joperaw, biex jimlew il-for- Nazz­jonalista jkollhom ukoll jipmoli finanzjarji kollha mitluba mill- preżenta­w ċertifikat tal-ESG ħalli

jibdew jiġu kkunsidrati. Għalhekk qed iwiegħdu appoġġ lill-klabbs u lill-organizzazzjonijiet volontarji biex isiru sidien tal-proprjetà jew itejbu l-proprjetà tagħhom, biss jekk ikunu konformi mal-ESG (miżura 44). Minkejja li fl-Ewropa ċ-ċertifikazzjoni tal-ESG hi meħtieġa għal kumpaniji kbar u rapport tal-Kummissjoni Ewropea wkoll jixhed li l-obbligu ta’ tali kriterji huma piż li kumpaniji żgħar ma jifilħux, f’pajjiżna l-PN irid imur aktar minn hekk. Hu qed jesiġi li anke persuni individwali jkollhom bżonn tali kriterji. Fil-fatt, waħda mill-wegħdi tgħid li hu biss meta l-framework marbut maċ-ċertifikazzjoni tal-ESG ikun f’postu u parti integrali mis-sistema fiskali tal-pajjiż li jista’ jkun hemm tnaqqis fit-taxxa tad-dħul. Dan ifisser għalhekk li r-roħs fit-taxxa għal negozji, start-ups, self-employed u individwi wkoll se jkun biss lejn dawk iċċertifikati ESG (miżura 90). Mhux biss il-każ li l-PN qed iwiegħed mingħajr ma ħadd jaf jekk dawn hux se jsiru realtà. Bil-wegħdi li qed jagħmel, jistgħu jintilfu wkoll benefiċċji li daħ­ħal diġà Gvern Laburista u permezz tagħhom il-poplu qed jgħix kwalità ta’ ħajja aħjar. Ħu mill-benefiċċju ta’ €100 li jingħata bħala kreditu tat-taxxa biex it-tfal igawdu minn attivitajiet ekstrakurrikulari. Bil-PN fil-Gvern, dan il-benefiċċju jispiċċa, għax jingħata biss għal dawk l-attivitajiet extra-kurrikulari li jiġu organizzati minn assoċjazzjonijiet li jkollhom iċ-ċertifikat ESG (miżura 112). Dawn huma biss it-tip of the iceberg, kif jgħidu bl-Ingliż. Manifest elettorali kollu wegħdi li huma marbutin bit-termini u l-kundizzjonijiet, għax fil-verità mal-PN m’hemm l-ebda garanziji, għajr iċ-ċertezza li dak li għandek bħalissa se jitnaqqarlek u sew. Inkella l-garanzija li jkollok taħdem b’ruħek u b’ġismek, mingħajr ma tieħu xejn bħala sostenn.


20.03.2022

GRECH UKOLL JITFIXKEL FIT-T&Cs F’tentattiv biex ineħħi l-attenzjoni li, bih fil-Gvern, kwart ta’ miljun ħaddiem se jkunu qed jitilfu ċ-ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa, Bernard Grech issa qed jipprova jaljena bil-corporate tax rate. Imma dak li qed jgħid fil-pubbliku rigward il-proposti tal-PN fuq din it-taxxa, ma jaqbel xejn ma’ dak li ssib fil-ħames verżjonijiet tal-manifest tiegħu. Waqt li l-Kap tal-PN qed jagħti x’jifhem li t-taxxa fuq ilqligħ tan-negozji se tonqos bla ebda kundizzjoni, proposta 348 (preċedentement proposta 351) saħansitra tpoġġi kundizzjonijiet għal waħda tnejn. Bil-maqlub, il-proposta Laburista għar-roħs fit-taxxa ma fiha l-ebda termini u kundizzjonijiet (T&Cs). Din il-proposta tal-manifest Nazzjonalista tgħid li mhux in-negozji kollha jieħdu roħs, imma biss dawk li jkunu konformi mal-ESG – liema proċess fl-Unjoni Ewropea jagħmluh biss ftit eluf ta’ kumpaniji kbar ħafna u jiġi jiswiehom għexerien ta’ eluf ta’ ewro. It-tieni każ ta’ T&Cs hu li biex ir-rata ta’ taxxa fuq il-qligħ tonqos, l-istess pro­ fitt irid jinżamm fin-negozju. L-istess bħalma ġara fil-każ tas-sussidji għall-kirjiet ta’ residenzi ta’ qabel l-1995, dak li jgħid il-PN mhux l-istess bħal dak li wieħed isib miktub fil-manifest tiegħu. Hu ċar li dan il-Partit ħsiebu biss biex jinganna lill-poplu u jdaħħal termini u kundizzjonijiet għall-proposti li mbagħad ma jsemmihomx meta jkun qed jitkellem fuqhom. Bħal xi ħadd li jiġi jbigħlek television bl-irħis, imma ma jgħidlekx li dan bla garanzija. Jew xi ħadd li jgħidlek prezz qabel ma tixtri l-prodott tiegħu, imma meta tirċievi l-kont issib prezz differenti. Il-PN hu l-“partit tal-imma”, dejjem bl-iskuża lesta biex jiffranka dak li jkun wiegħed. Min-naħa l-oħra, bil-proposta Laburista (18) taf li, jekk se jwiegħed li jraħħas it-taxxa fuq il-qligħ, din se torħos għal kulħadd.

11


12

20.03.2022

MANIFEST GĦAL KULL ETÀ L-1,000 proposta, li jiffurmaw il-programm elettorali tal-Partit Laburista, imsejjaħ “Malta Flimkien”, qed joffru titjib sinifikanti filħajja tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Ġimgħa wara l-pubblikazzjoni tiegħu, se nagħtu ħarsa lejn l-aktar wegħdi relevanti skont l-etajiet, miż-żgħożija u l-ħolqien ta’ familja sat-trobbija tal-ulied u żmien il-pensjoni. Ma’ dawn wieħed ukoll isib proposti speċifiċi li wkoll jolqtu lil grupp ta’ etajiet jew l-etajiet kollha f’daqqa. Pereżempju l-allokazzjoni ta’ €700 miljun fuq medda ta’ seba’ snin bil-ħolqien ta’ spazji ħodor ġodda fiż-żoni urbani se ttejjeb l-ambjent biex jitgawda minn kulħadd. Tali investiment se jissarraf f’parks, proġetti ta’ urban greening, żoni pedonali f’kull lokalità u l-introduzzjoni ta’ parkeġġi taħt l-art fejn hu possibbli. Dawn il-proġetti se jwasslu biex it-tfal, il-familji, l-anzjani u l-komunitajiet kollha tagħna jgħixu f’ambjent aħjar. Minbarra hekk, il-Partit Laburis-

ta, li mill-Gvern dejjem ħaseb biex jgħin lill-Maltin u lill-Għawdxin jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom ħalli jkunu sidien ta’ djarhom, qed jerġa’ jwiegħed li jkun ta’ spalla għal faxex varji tas-soċjetà. Partikolarment l-għajnuna lil dawk, li se jkunu qed jixtru l-ewwel residenza tagħhom u allura jħabbtu wiċċhom ma’ ħafna spejjeż fil-bidu, reġgħu jinsabu bi prijorità fuq l-aġenda tiegħu għal wara l-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li ġej, kemm-il darba jingħata l-mandat. Bil-għan li tittaffa parti minn din l-ispiża, il-manifest Laburista qed iwiegħed li titħallas €1,000 fis-sena fuq il-pagament tal-loan għal 10 snin. Dan ifisser €10,000 f’għajnuna diretta lil min qiegħed jixtri l-ewwel residenza tiegħu. Din l-iskema tkun tapplika għal dawk kollha li jiffirmaw kuntratt fuq xiri ta’ proprjetà mill-1 ta’ Jannar 2022 ’il quddiem u tolqot primarjament lil dawk kollha sakemm jilħqu l-mezza età. Għal dawk li jkunu għadhom qed irabbu lil uliedhom, fil-ħames snin

li ġejjin, Gvern Laburista jerġa’ jżid iċ-Children’s Allowance, kif għamel wara ħafna snin. Issa qed jiġi mwiegħed fil-manifest “Malta Flimkien” li dan il-benefiċċju jiżdied b’€90 fis-sena għal kull wild għal ħames darbiet wara xulxin. Dan ifisser li dawk il-ġenituri li llum jirċievu €450 f’Children’s Allowance se jkollhom il-benefiċċju rdoppjat għal €900 fil-ħames snin li ġejjin. Din iż-żieda tolqot mal40,000 familja. Benefiċċju ieħor fil-manifest Laburista, li wkoll jolqot iżjed minn faxxa waħda tas-soċjetà, hemm dak lill-ġenituri li wliedhom ikomplu bl-istudji tagħhom wara l-età obbligatorja ta’ 16-il sena, permezz ta’ €500 fis-sena għal tliet snin għal total ta’ €1,500 f’għajnuna diretta. Dawk l-istudenti li jgħixu għal rashom se jirċievu din l-għajnuna f’forma ta’ għotja. Waqt li kienet qed tindirizza konferenza bit-tema “Poplu B’Saħħtu, Pajjiż B’Saħħtu” nhar it-Tlieta li għadda, Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, ukoll aċċen-

nat kif inkunu qed niżbaljaw jekk naħsbu li t-tema tal-kwalità talħajja tolqot biss lil xi faxxa waħda tas-soċjetà, jekk naħsbu li suġġetti dwar ħajja attiva u sana jinteressaw biss liż-żgħażagħ u lil dawk li għadhom żgħar. “Dan huwa suġġett li jolqot lil kulħadd, mill-kbir saż-żgħir. Huwa proprju għal din ir-raġuni li t-titjib fil-kwalità tal-ħajja qed jingħata l-importanza li jistħoqqlu f’kull waħda mill-elf proposta li qed jippreżenta l-Partit Laburista,” qalet Dr Abela, waqt li rreferiet kif flaħħar snin iddaħħlu ħafna miżuri biex il-poplu Malti u Għawdxi jtejjeb il-livell ta’ għejxien tiegħu, iżda issa qed nitkellmu wkoll fuq il-welfare u l-wellbeing tan-nies. Dawn li ġejjin huma wħud mill-miżuri fil-manifest tal-PL għall-elezzjoni ġenerali tas-Sibt li ġej u li awtomatikament jolqtu faxex speċifiċi mill-poplu skont l-età tagħhom. Dan minbarra miżuri varji oħrajn li wkoll jaffettwaw b’mod tajjeb l-aspetti tal-ħajja personali.

18-24

25-34

Għajnuna akbar lill-istudenti - Għadna kif żidna l-istipendju b’10% u fil-leġiżlatura li jmiss ser nerġgħu nżidu dan l-ammont bi 15% oħra. Barra ż-żieda prorata tal-kumpens l-istudenti ser jibdew jibbenefikaw mill-mekkaniżmu l-ġdid għall-għoli tal-ħajja li ser jitwaqqaf indipendentement mill-COLA. - Irridu nwessgħu l-orizzonti tal-istudenti tagħna b’aktar esperjenzi barra minn xtutna. Il-mira tagħna hija li minn tal-inqas 20% tal-istudenti fil-livell terzjarju jagħmlu parti mill-kors tagħhom f’universitajiet barra minn Malta.

Tnaqqis fit-taxxa, aktar flus fil-but tal-familji - Se nkunu qed inwessgħu l-faxxa t’isfel tal-Income Tax u nħallu €66 miljun oħra fil-bwiet tal-familji u s-self-employed kollha. Bħalissa persuna single ma tħallasx taxxa fuq l-ewwel €9,100, liema ammont se jitla’ għal €10,800. Fil-każ ta’ persuna miżżewġa, l-ammont li fuqu ma titħallasx taxxa se jitla’ minn €12,700 għal €14,400. - Hekk ukoll se ngħinu ġenituri li jaħdmu billi ngħollu l-ammont li fuqu ma jħallsux taxxa minn €10,500 għal €12,200. Dan ifisser li dawk li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-€1,016 fix-xahar mhux se jkunu qed iħallsu taxxa u jibdew iħallsu taxxa biss fuq dħul li jaqbeż €12,200 fis-sena. - Minbarra t-tnaqqis fit-taxxa, dawn il-persuni ser jirċievu rifużjoni sa massimu ta’ €165. - B’hekk il-ħaddiema kollha, speċjalment dawk bi dħul baxx u medju, se jħallsu anqas taxxi u jaraw aktar flus fil-but. Kull persuna li tħallas it-taxxa se tgawdi bejn €255 u €365 fi tnaqqis fit-taxxa u r-rifużjoni li tingħata kull sena; medja ta’ €300 aktar fis-sena fil-bwiet tagħhom.

Il-prodotti relatati mal-mestrwazzjoni huma bżonn, mhux kapriċċ - Innaqqsu r-rata ta’ VAT fuq dawn il-prodotti għall-inqas rata permissibbli skont il-liġijiet Ewropej (Tneħħija tal-Pink Tax). - Jitqassmu b’xejn prodotti relatati mal-mestrwazzjoni fl-iskejjel sabiex neqirdu l-istigma li għadha assoċjata ma’ dan il-proċess naturali. Saħħa sesswali fid-diversità kollha tagħha - Il-contraceptive pill u l-morning after pill jibdew jitqassmu b’xejn mill-ispiżeriji u miċ-ċentri tas-saħħa. Bl-istess mod l-intrauterine contraceptive devices (IUDs), inkluż dawk ormonali, jibdew jiġu offruti b’xejn lin-nisa kollha bħala parti mis-servizz tas-saħħa. - Il-PrEP u l-PEP huma mediċini essenzjali fil-prevenzjoni tat-tixrid tal-HIV u dawn il-mediċini għandhom ikunu parti mill-formularju nazzjonali. - Inwessgħu dejjem iktar is-servizzi offruti lill-persuni transgender billi nibdew noffru l-operazzjoni għall-gender reassignment bla ħlas bħala parti mis-servizz tas-saħħa pubblika.

Garanzija għat-tfal - Nagħrfu l-valur tal-isports, l-arti u l-kultura, mhux biss fl-iżvilupp tat-tfal, iżda wkoll bħala mezz t’inklużjoni. Se nżidu t-tnaqqis fit-taxxa minn €100 għal €300 fis-sena għall-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għal attivitajiet sportivi, artistiċi jew kulturali. Dawk il-ġenituri li d-dħul tagħhom mhux taxxabbli se jirċievu l-istess ammont f’forma ta’ għotja sa massimu ta’ €300. - Issa li lħaqna numru rekord ta’ nisa jaħdmu, se nestendu dan is-servizz b’xejn għat-tfal kollha, irrispettivament minn jekk il-ġenituri tagħhom jaħdmux jew le. - Id-dinja tal-lum iddur mat-teknoloġija u kull tifel u tifla għandhom ikollhom aċċess għal għodod teknoloġiċi edukattivi. Ser nestendu l-inizjattiva one-tabletper-child u nqassmu laptop ġdid lil kull student fis-seba’ sena. - Dawk l-istudenti kollha tal-livell primarju u sekondarju li ġejjin minn familji bi dħul ta’ €14,300 jew anqas ser ikunu intitolati għal servizz tal-internet bażiku u uniformi waħda b’xejn kull sena.


13

20.03.2022

35-61

61+

Tnaqqis fit-taxxa, aktar flus fil-but tal-familji - Ser inkunu qed inwessgħu l-faxxa ta’ isfel tal-income tax u nħallu €66 miljun oħra fil-bwiet tal-familji u s-self-employed kollha. Bħalissa persuna waħedha ma tħallasx taxxa fuq l-ewwel €9,100, liema ammont ser jitla’ għal €10,800. Fil-każ ta’ persuna miżżewġa, l-ammont li fuqu ma titħallasx taxxa ser jitla’ minn €12,700 għal €14,400. - Hekk ukoll ser ngħinu ġenituri li jaħdmu billi ngħollu l-ammont li fuqu ma jħallsux taxxa minn €10,500 għal €12,200. Dan ifisser li dawk li d-dħul tagħhom ma jaqbiżx l-€1,016 fix-xahar mhux ser ikunu qed iħallsu taxxa u jibdew iħallsu taxxa biss fuq dħul li jaqbeż €12,200 fis-sena. - Minbarra t-tnaqqis fit-taxxa, dawn il-persuni ser jirċievu rifużjoni fit-taxxa sa massimu ta’ €165. - B’hekk il-ħaddiema kollha, speċjalment dawk bi dħul baxx u medju, ser iħallsu anqas taxxi u jaraw aktar flus fil-but. Kull persuna li tħallas it-taxxa ser tgawdi bejn €255 u €365 fi tnaqqis fit-taxxa u r-rifużjoni li tingħata kull sena; medja ta’ €300 aktar fis-sena fil-bwiet tal-ħaddiema u s-self-employed.

Titjib ieħor fil-pensjonijiet - Irridu nassiguraw li l-anzjani tagħna jkomplu jgħixu ħajja komda u ta’ kwalità. Gvern Laburista ser ikun qed ikompli jsaħħaħ il-pensjonijiet billi jżidhom b’minn tal-anqas €15 fil-ġimgħa tul il-leġiżlatura, liema żieda ma tinkludix iż-żieda tal-għoli talħajja. Fil-ħames snin li ġejjin l-anzjani ser jerġgħu jaraw qabża oħra fil-pensjoni u d-dħul tagħhom jiżdied b’total ta’ €780 fis-sena. - Nagħrfu s-sehem importanti tal-anzjani fid-dinja tax-xogħol, speċjalment l-esperjenza li jistgħu jgħaddu lil ta’ warajhom. Konxji minn dan il-valur miżjud u mill-fatt li ħafna minnhom jixtiequ jkomplu jaħdmu, ser ninċentivawhom billi ngħollu s-ceiling ta’ pensjoni mhux taxxabbli bi €3,600 għal dawk b’komputazzjoni singola u b’€5,000 komputazzjoni għal dawk miżżewġin. - Fl-aħħar snin naqsu b’mod drastiku dawk li ma jifilħux iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, grazzi għar-roħs sostanzjali fit-tariffi. Minkejja dan xorta waħda għad hemm min għandu bżonn l-għajnuna, speċjalment koppji anzjani b’pensjoni waħda. Għalhekk ser inwessgħu l-eliġibilità għall-benefiċċju tal-enerġija billi ngħollu l-limitu tad-dħul mill-anqas b’€2,500 fis-sena għal koppji bi dħul baxx. - L-Għotja għal Ċittadini Anzjani ’l fuq minn 75 sena żidnieha b’€50 fl-aħħar Baġit. Fil-leġiżlatura li jmiss se ntellgħu din l-għajnuna għal €500 għal dawk il-persuni bejn 75 u 79 sena u €600 għall-anzjani ’l fuq minn 80 sena. - Bil-ħsieb li niġġieldu s-solitudni u l-firda diġitali, l-anzjani li jirċievu l-għajnuna supplimentari minħabba dħul baxx ser ikunu jistgħu japplikaw għal servizz ta’ internet bażiku b’xejn. - Inkopru l-ispiża kollha relatata mas-servizzi tat-telecare+ u telecare on the move.

Inkomplu nibnu fuq is-suċċessi tal-IVF - L-IVF tfisser ħajja u l-istorja ta’ suċċess trid tkompli. Bis-saħħa tal-introduzzjoni tal-IVF b’xejn mijiet ta’ ġenituri setgħu jgħannqu lil uliedhom għall-ewwel darba. Minkejja r-rata ta’ suċċess, xorta waħda għad hemm numru ta’ koppji li huma kostretti jħallsu u jsiefru barra biex ikollhom ċans isiru ġenituri. Fl-ewwel 100 jum ta’ Gvern Laburista ser nagħmlu emendi legali biex inwessgħu l-proċeduri li tippermetti x-xjenza u nagħtu ċans akbar lil koppji li kellhom ċikli tal-IVF bla suċċess, koppji bi storja medika u oħrajn li kellhom numru ta’ korrimenti isiru ġenituri għall-ewwel darba, mingħajr il-bżonn li jħallsu jew imorru f’pajjiż ieħor. - Għalkemm il-proċedura tal-IVF hija bla ħlas, il-mediċini abbinati mal-intervent jiswew ħafna flus. Il-koppji li għamlu dan l-intervent mill-1 ta’ Jannar 2022 ’il quddiem ser jibdew jirċievu l-mediċini b’xejn. - Ser nestendu u nwessgħu s-servizz tal-IVF b’xejn għal dawk il-ġenituri li jridu aktar minn wild wieħed bil-proċess tal-IVF.


14

20.03.2022

135 SIEGĦA

DANIEL MICALLEF

Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit

Minn għada filgħodu, jifdal prattikament 135 siegħa biex inti li qed taqra dan l-artiklu u għadek m’intix deċiż jekk tivvutax, tiddeċiedi x’ser tagħmel nhar is-Sibt. Dan iċ-ċans jiġi biss darba kull ħames snin. Dawk ilftit sekondi li nqattgħu lkoll fil-kamra tal-vot waqt li nimlew il-polza, kollettivament jiddeterminaw min jiggverna dan il-pajjiż. Tivvota jew le, l-elettorat ser jeleġġi gvern ġdid. Li

wieħed jastjeni hija deċiżjoni ħielsa li għandha tiġi rispettata, iżda huwa stat ta’ fatt li meta nagħmlu hekk, inkunu sempliċiment qed inħallu lil ħaddieħor jiddeċiedi għalina. Aħna li deċiżi li nhar isSibt ser immorru nivvutaw, ukoll fadlilna 135 siegħa biex nikkonvinċu lil dawk li għadhom mhumiex deċiżi jekk hux ser jivvutaw, jew kif ser jivvutaw. Nemmen li l-elettorat jagħmel l-għażliet tiegħu fuq tliet binarji. L-ewwel, kif iħossu fil-mument li ser jivvota, hux aħjar jew agħar milli kien. Is-sitwazzjoni personali ta’ dak li jkun, tal-familja, tal-post tax-xogħol jew tan-negozju tiegħu jew tagħha. It-tieni torbot mal-ewwel: it-track record tal-partiti rispettivi, kemm dak fil-Gvern u dawk li mhumiex. It-tielet iżda, hija ugwalment importanti: il-viżjoni għall-futur talpajjiż li l-partiti jressqu quddiem l-elettorat.


15

20.03.2022

Nemmen li t-tielet hija l-aktar kruċjali. Fl-istorja politika tal-pajjiż, kellek gvernijiet li kellhom track record tajjeb, fejn wettqu għadd ta’ riformi u kisbiet. Minkejja dan, l-elettorat għażel xorta mod ieħor meta ġie biex jagħżel. Għalfejn għamel dan? Għax dak li ġie miksub ilbieraħ, dalgħodu diġà sar passat. Kulħadd jistaqsi - Issa x’imiss? X’inhuma l-kisbiet li jmiss? U proprju għal dan li

l-viżjoni hija kruċjali ħafna. Allura għalfejn nemmen li l-Partit Laburista għandu jkun l-għażla naturali tal-elettorat nhar is-Sibt? Għax għal dawk it-tliet binarji li semmejt, hemm tweġiba li nemmen li hija pożittiva. Wara pandemija li ħarbtet dinja, pajjiżna kien kapaċi jżomm lil kulħadd fil-wiċċ, b’deċiżjonijiet kuraġġużi li wasslu biex għandna l-an-

qas rata ta’ qgħad fl-istorja, u l-akbar tkabbir ekonomiku previst fl-Ewropa għas-snin li ġejjin. Fadal nies li f ’pajjiżna jgħixu f ’diffikultà. Iżda kellek ħafna nies li mxew ’il quddiem. Il-fenomenu tal-faqar mhux ser jisparixxi kif ġieb u laħaq, u realtajiet ekonomiċi ġodda joħolqu diffikultajiet ġodda, li rridu nibqgħu ffukati biex nindirizzaw. Imbagħad hemm il-viżjoni

għall-futur ta’ dan il-pajjiż. Filwaqt li nemmen bis-sħiħ li l-Partit Laburista ressaq viżjoni komprensiva li tħares lil hinn minn leġiżlatura waħda, għandna Oppożizzjoni li wara ħames snin suppost tipprepara ruħha, ħarġet b’dokument medjokri b’aġġornamenti kontinwi sintomatiċi ta’ partit li ma jafx fejn qiegħed. Immaġina biss b’liema mod jiggvernaw pajjiż jekk lanqas kapaċi jamministraw partit.

Min-naħa l-oħra bħala Partit Laburista, mill-ewwel sigħat tal-kampanja bdejna nħabbru l-prijoritajiet tagħna għall-futur ta’ pajjiżna. Ġurnata wara l-oħra, proposta tibni fuq l-oħra. Li jgħaqqadhom kien li huma lkoll parti minn pjan komprensiv li huwa l-manifest Malta Flimkien, liema manifest jiġbor fih l-aspirazzjonijiet tas-soċjetà kollha Maltija u Għawdxija għax sar b’konsultazzjoni wiesgħa fuq medda ta’ aktar minn sena u nofs. Nemmen bis-sħiħ li Robert Abela jixraqlu l-ewwel mandat tiegħu bħala Prim Ministru. Wera li kapaċi jbaħħar f ’maltemp qalil. Ċert li jista’ jiggwida lil pajjiżna f ’maltempati oħra li jistgħu jinqalgħu, filwaqt li fil-bnazzi jwassal lil Malta għal kisbiet ġodda li jibbenefika minnhom il-pajjiż kollu kemm hu. Iżda l-verdett jagħtih il-poplu Malti. Bħal dal-ħin ġimgħa, inkunu lkoll nafu x’inhu l-veru verdett, li huwa l-uniku verdett li jgħodd. Jonqosna 135 siegħa biex naħdmu flimkien biex dak il-verdett ikun favur il-Partit Laburista. Is-sliem.


16

20.03.2022

“BI TRACKLESS TRAM IL-PN VERU SE JSUQ IL-PAJJIŻ ... PERÒ DRITT ĠOL-ĦAJT!”

IAN BORG Kandidat fis-6 u s-7 Distrett

Iż-żmien dejjem ta parir. Meta wieħed jevalwa dak li wettaq il-Partit Laburista f’dawn l-aħħar snin naħseb wieħed jista’ jikteb edizzjoni voluminuża ta’ kotba dwar ix-xogħol li sar. Fis-26 ta’ Marzu, il-poplu għandu għażla ċara quddiemu. Fuq naħa għandek partit li għandu viżjoni, li jħares lejn il-futur, li hu proattiv u fuq in-naħa l-oħra għandek partit li għadu sal-lum il-ġurnata ma ġiex konxju tal-fjask kolossali li

kien ħoloq hu stess fil-passat permezz tal-bendy buses. Konna spiċċajna ċ-ċajta tal-Ewropa. Politikanti bħallPrim Ministru tar-Renju Unit Boris Johnson kien fuq quddiem jidħak bina! Il-Partit Nazzjonalista tana timbru li pajjiżna kummiedja u baqa’ ma tgħallimx mill-iżbalji. Tant hu hekk li l-manifest ta’ din is-sena tal-Partit Nazzjonalista iħoll u jorbot fuq proposta waħda biss; it-trackless tram, upgrade fuq dawn l-istess bendy buses. Il-preżent huwa l-mera tal-passat u kif! Bħalma konna twikkejna bl-Arriva, l-akbar fjask fis-settur tat-trasport li qatt ra pajjiżna, vetturi li l-ebda pajjiż ma ried u spiċċaw għandna, issa bit-trackless tram jidher li l-istorja se terġa’ tirrepeti ruħha. Riċerka li saret tixhed li teżisti biss kumpanija waħda fid-dinja, bl-isem ta’ CRRC Zhuzhou Institute Co. Ltd, li għal dawn l-aħħar erba’ snin

ipproduċiet dawn it-tip ta’ vetturi. Mela hawnhekk diġà għandek sitwazzjoni fejn tista’ tgħid li din it-teknoloġija hija waħda ġdida u fi stat infantili. Mhux hekk biss. Meta wieħed anke jevalwa d-daqs ta’ dawn il-vetturi, b’tul ta’ 32 metru, li jfisser 10 metri itwal mill-istess bendy buses li kienu jeħlu fit-toroq Maltin, allura l-konklużjoni tiġi waħedha. Il-Partit Nazzjonalista qed jgħix fil-ħolm. F’rapporti li ġew ippubblikati minn esperti f’pajjiżi bħall-Awstralja li kienu qed jikkunsidraw l-addozzjoni ta’ din is-sistema ta’ trasport ukoll skreppjawha din il-proposta minħabba problemi li dawn il-vetturi jikkawżaw. U dan meta tqis il-fatt li fl-Awstralja, l-infrastruttura tat-toroq hija elf darba ikbar minn tagħna. Però ma nistgħux inkunu negattivi biss u għaldaqstant lill-Partit Nazzjonalista ninżgħalhom il-kappell fuq ħaġa, fuq il-fatt li bil-proposta tat-trackless tram veru se

jirnexxilhom isuquh il-pajjiż ... però dritt ġol-ħajt! Dak kollu li ħadem għalih il-Partit Laburista sabiex jara li ċ-ċittadini Maltin tassew igawdu minn infrastruttura tal-ogħla kwalità b’metodi fattibbli u addattati speċifikament għal pajjiżna, bil-Partit Nazzjonalista fil-gvern dak kollu li ħdimna għalih f’dawn l-aħħar snin se jisfaxxa fix-xejn u se jiswina suf. Il-Partit Laburista reġa’ ppreżenta manifest b’saħħtu miktub b’linka ħamra mdemmija ta’ qalb soċjali li tħoss, li tħares lejn in-niċeċ kollha tas-soċjetà, li tara li ħadd ma jitħalla barra. L-għażla għas-26 ta’ Marzu tibqa’ waħda ċara daqs il-kristall u din żgur mhijiex li ma tivvotax. Fuq naħa għandek il-Partit Nazzjonalista li għadu jgħix fil-passat, li irid jerġa’ jqajjem mill-mewt l-ideoloġija fossilizzata ta’ GonziPN. Min-naħa l-oħra għandek il-Partit Laburista b’viżjoni ċara fejn irid iwassal lil dan il-pajjiż. Fadal biss ftit jiem. L-għażla f’idejk.

Il-preżent huwa l-mera tal-passat u kif! Bħalma konna twikkejna bl-Arriva, l-akbar fjask fis-settur tat-trasport li qatt ra pajjiżna, vetturi li l-ebda pajjiż ma ried u spiċċaw għandna, issa bit-trackless tram jidher li l-istorja se terġa’ tirrepeti ruħha

ID-DESTIN TAGĦNA U TA’ WLIEDNA

ANTHONY AGIUS DECELIS

Kandidat fil-11 u t-12-il Distrett

Nemmen li fis-26 ta’ Marzu l-poplu għandu għażla importanti x’jagħmel. Għażla li tiddetermina l-futur tagħna u ta’ wliedna. Gvern Laburista taħt it-tmexxija għaqlija tal-Prim Ministru Dr. Robert Abela, b’umilità ngħid li mhux biss għandu r-rieda u d-determinazzjoni għal iktar ħidma għall-ġid tal-poplu tagħna, iżda wkoll għandu l-kredenzjali kollha. Dan għaliex Gvern Laburista wera kif fis-siegħa tal-prova, waqt iż-żmien

tal-pandemija ma ħalla lil ħadd waħdu u baqa’ jkun ta’ spalla għan-negozji, għall-ħaddiema, kif ukoll għal kull settur fis-soċjetà. Seta’ jagħmel dan għax kien għaqli biżżejjed sabiex mhux biss ikabbar l-ekonomija, iħares l-impjiegi u joħloq opportunitajiet ta’ xogħol, iżda wkoll jara li l-ġid jitqassam mal-poplu tagħna. Meta wieħed iħares lejn dan kollu li wettaq dan ilGvern jimtela b’kuraġġ għaliex jaf li Gvern Laburista, taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela kapaċi jmexxi fil-maltemp, aħseb u ara fil-bnazzi! Meta wieħed jara l-manifest tal-Partit Laburista, ma jarax wegħdiet fiergħa, iżda jara wegħdiet costed, li warajhom hemm ħafna ħsieb, liema wegħdiet se jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ kuljum tal-poplu tagħna. Gvern Laburista jħares il-kwalità tal-ħajja tal-poplu tagħna. Għalhekk se jibqa’ jinvesti fil-poplu u f ’pajjiżna. Hawn insemmi l-investiment bla preċedent, ta’

€700 miljun fi spazji ħodor ġodda, bl-enfasi tkun fil-qalba tal-ibliet u tal-irħula. Dan l-investiment, mhux biss se jagħti dehra ġdida lil pajjiżna, u jiġbed l-għajnejn ta’ kull min iżurna, iżda fuq kollox se jsebbaħ l-ambjent ta’ madwarna, ambjent li ngħixu fih kuljum u bla dubju jkompli jgħolli l-kwalità tal-ħajja tagħna. Dan il-Gvern jemmen fil-bżulija tal-ħaddiem, u jinkoraġġixxi lin-negozji jkomplu javvanzaw, kif ukoll jgħin bi skemi diversi sabiex dan jibqa’ jseħħ, iżda ma jiqafx hemm. Jaħseb ukoll fl-importanza li jkollna ħin ta’ kwalità mal-familji tagħna, fi spazji miftuħa, għaliex iħares lejn il-bniedem b’mod ħolistiku. Dan il-Gvern jinvesti fiż-żgħażagħ tagħna, u kif qiegħed iwiegħed, jekk il-poplu jerġa’ jagħtih il-fiduċja tiegħu, se jżid l-istipendji bi 15%. Miżura oħra li naf kemm se tolqot żgħażagħ hija dik taż-żgħażagħ first time buyers fejn il-Gvern

se jħallas €1,000 fis-sena mill-pagament tal-loan tagħhom għal 10 snin. Meta nkun qiegħed indur id-djar tal-11 u t-12-il Distrett, nara f ’għajnejn il-familji mħabba u għożża għal uliedhom, naf li jagħmlu minn kollox sabiex jaraw lil uliedhom ikomplu jistudjaw u jgħinuhom bl-aħjar mod possibbli. Miżura oħra li se tolqot lil dawn il-familji hija l-għotja ta’ €1,500 lill-ġenituri kollha li wliedhom ikomplu bl-edukazzjoni wara l-età obbligatorja. Gvern Laburista jaħdem sabiex joħloq opportunitajiet sabiex kulħadd jilħaq l-aspirazzjonijiet tiegħu u jgħix il-ħolma ta’ ħajtu, mingħajr ebda distinzjoni bejn persuna u oħra. Sabiex nagħżlu l-futur fuq il-passat, sabiex verament ikollna futur sabiħ, inħeġġiġkom sabiex fis-26 ta’ Marzu tivvutaw lill-kandidati kollha tal-Partit Laburista, vot ta’ fiduċja fil-Prim Ministru Robert Abela, ivvutaw Tim Malta, Malta Flimkien!

Dan il-Gvern jemmen fil-bżulija tal-ħaddiem, u jinkoraġġixxi lin-negozji jkomplu javvanzaw, kif ukoll jgħin bi skemi diversi sabiex dan jibqa’ jseħħ, iżda ma jiqafx hemm. Jaħseb ukoll fl-importanza li jkollna ħin ta’ kwalità mal-familji tagħna








Inwessgħu t-tax bands fuq l-income tax

€66 miljun

+

€24 miljun f'rifużjoni tat-taxxa

=

€90miljun

fis-sena lin-nies, il-familji, il-ħaddiema u s-self-employed

robertabela.mt


Innaqqsu

l-corporate tax għal 25% fuq l-ewwel €250,000 qligħ Dritt ta' kont bankarju bażiku lin-negozji u self-employed

Nistabbilixxu credit review office

Niċċentralizzaw il-proċessi kollha ta' due diligence

Għotja

ta' 30% tal-investiment li jsir fuq kapital fiss Tiżdied b'10% għan-negozji Għawdxin

Energy audit b'xejn għall-kumpaniji micro u żgħar

One-stop-shop ta' għajnuna għall-istart-ups

robertabela.mt


25

20.03.2022

NHAR IS-SIBT: AGĦŻEL IL-FUTUR

OWEN BONNICI Kandidat fit-3 u l-5 Distrett

Niddubita jekk qattx kien hawn għażla elettorali tant ċara bejn il-passat u l-futur daqskemm se jkollna din id-darba. Vot lil Robert Abela u lill-Partit Laburista hu vot għal futur sabiħ. Vot għal Bernard Grech u l-Partit Nazzjonalista hu garanzija li l-arloġġ jitreġġa’ lura u mmorru lejn iż-żminijiet koroh ta’ GonziPN. Dan joħroġ biċ-ċar ħafna meta niflu x’qed jgħid Dr Bernard Grech. L-ewwel ħareġ jgħid meta mistoqsi dwar il-wegħda

tiegħu marbuta mal-ODZ li jrid iġarraf il-Kwartieri tal-Partit Laburista. Hemmhekk wera kemm hu mexxej diviżiv u immatur. Imbagħad ħareġ jinsolenta lill-persuni li ma jistax ikollhom tfal billi qalilhom li s-soluzzjoni hi li jaħdmu għall-PN. Dan ifisser li għal Bernard Grech li ttejjeb il-liġi tal-IVF mhux importanti u dan kollu juri li, li kieku kien għalih, il-liġi tal-IVF tibqa’ ankrata fil-passat. Imbagħad rajna li fejn jidħol il-manifest elettorali tal-PN urew kemm mhumiex ippreparati, bi proposti ma jagħmlux sens, mimlija żbalji u minn fuq lanqas ġew costed. Dan ifisser li, li kieku kellu jitla’ Bernard Grech nhar is-Sibt li ġej, flok gvern professjonali u serju nispiċċaw bi gvern dilettantesk li żgur mhuwiex preparat! Nista’ nibqa’ sejjer ngħid sal-lejla fuq dan il-punt. In-nies fil-fond ta’ qalbha taf x’joffri Robert Abela u l-Gvern Laburista għaliex għal dawn l-aħħar sentejn ratu jmexxi lil pajjiżna f’sitwazzjoni ta’ pan-

demija li qatt ma rajna bħalha fl-aħħar 100 sena. U l-argument dejjem jibqa’ wieħed u dirett: il-Prim Ministru Abela eċċella fil-maltemp, aħseb u ara kemm se jagħmel ġid hekk kif ninsabu ħerġin b’ritmu tajjeb ħafna mill-pandemija. Fl-istess waqt il-Prim Ministru Robert Abela, bħall-bqija tal-Kabinett tal-Ministri, hu tried and tested u allura hekk kif qed naraw il-Gwerra tiżvolġi fl-Ukrajna u l-isfidi li ġġib magħha l-poplu jaf li wieħed irid fit-tmexxija bniedem li jserraħlek rasek li qed imexxi Gvern magħqud, kompatt u li jaf fejn irid jieħu lil pajjiżna. Robert Abela jipprovdi l-aqwa proposti u ideat għal Malta aħjar. Elf proposta, li twieldu minn mitt idea, li se jiġu implimentati mingħajr itterms and conditions bħalma għandu l-Partit Nazzjonalista. Il-Partit Nazzjonalista jurik id-debba u jqabbiżlek il-ħmara. Aħna li nwiegħdu nwettquh mingħajr “ifs and buts”. Hemm għadd ta’ proposti li juru l-ħeġġa tal-Gvern biex

pajjiżna jsir l-art tal-ugwaljanza u l-innovazzjoni. Għandna ambizzjoni riformista li ntejbu l-affarijiet u nbiddlu l-affarijiet għall-aħjar f’oqsma importanti ferm bħall-IVF li diġà semmejt kif ukoll f’oqsma bħal dawk tal-ugwaljanza bejn il-ġeneri u t-tisħiħ tas-servizzi għall-persuni LGBTIQ. Fejn jidħol is-settur edukattiv, li tant hu essenzjali biex pajjiżna jimxi ’l quddiem, ilGvern qed jipproponi ħafna affarijiet importanti: il-garanzija għat-tfal, iktar għodod b’xejn għal kulħadd, il-bini ta’ librerija personali u tant u tant proposti għaqlin oħra. Nirringrazzja lill-edukaturi tax-xogħol enormi li jwettqu u naqbel li ħaqqhom kundizzjonijiet aħjar li jagħmlu iktar sens meta tqis il-ħidma kbira tagħhom. Dan iwassalna mbagħad għall-aqwa użu tat-talent li jkun ħareġ mill-proċess edukattiv fil-forma ta’ ħolqien ta’ soluzzjonijiet u servizzi innovattivi li jfejqu l-mard, isaħħu n-negozji, joħolqu l-postijiet tax-xogħol u jikkreaw ġid ġdid.

Il-wegħda li 2% tal-GDP ikun dirett lejn il-qasam tar-Riċerka u l-Innovazzjoni hi wegħda b’saħħitha li turi li Malta means business u anke fejn jidħol dan is-settur se nkomplu nimxu ’l quddiem. Nhar is-Sibt li ġej nivvotaw bi ħġarna lil Robert Abela u l-Partit Laburista. Iva, Malta flimkien, il-futur sabiħ!

In-nies fil-fond ta’ qalbha taf x’joffri Robert Abela u l-Gvern Laburista għaliex għal dawn l-aħħar sentejn ratu jmexxi lil pajjiżna f’sitwazzjoni ta’ pandemija li qatt ma rajna bħalha

POPLU B’SAĦĦTU, PAJJIŻ B’SAĦĦTU

ELAINE DEGIORGIO Chairperson Fondazzjoni iDEAT

Malta Flimkien, il-manifest li jekk il-poplu jislef il-fiduċja lill-Partit Laburista nhar is-26 ta’ Marzu 2022 isir realtà u jindirizza l-isfidi li l-Għawdxin u l-Maltin jgħaddu minnhom ta’ kuljum. Il-proposti bħal katina, waħda torbot mal-oħra li flimkien jassiguraw li kull individwu jkollu kwalità ta’ ħajja iżjed b’saħħitha u tal-ogħla livell. L-ambjent, l-ekonomija, l-isports u l-attivitajiet ekstrakurrikulari huma parti mill-għodda li joffru din il-kwalità u huwa proprju għalhekk li l-manifest tal-Partit Laburista u l-proposti li hemm fih jagħtu nifs ġdid lill-individwu sa-

biex jibda jgħix aħjar. Fl-2013 ir-riġenerazzjoni ekonomika kienet l-ikbar prijorità għall-pajjiż. Ma stajniex inħallu pajjiż mifni fid-dejn u poplu jegħreq f ’kontijiet għolja. Kien għalhekk li bħala pajjiż imbarkajna fi proġett li saħħaħ lil dan il-pajjiż ekonomikament, ta stabilità lill-ħaddiema u iżjed dħul lin-negozji tagħna. Fl-2017 imbagħad ridna nbiddlu wiċċ Malta. €700 miljun f ’seba’ snin sabiex jiġu rranġati t-toroq Maltin u Għawdxin. Il-proċess beda u llum qegħdin naraw infrastruttura mill-iktar moderna u b’saħħitha li tilqa għad-domanda u r-realtajiet tal-lum. Mill-flyovers tal-Marsa, Central Link u l-proġetti fil-madwar u xogħol fuq bosta toroq residenzjali, illum qegħdin ngħixu f ’pajjiż fejn m’għandux bżonn jiġi l-Papa jew ir-Reġina biex isir xogħol fuq xi triq partikolari! Illum, ħames snin wara u wara li lħaqna l-prijoritajiet preċedenti, imiss li nassiguraw kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Maltin u l-Għawdxin. X’jiswa li jkollok il-flus filbut iżda ma jkollokx benesseri u kwalità ta’ ħajja tajba? Il-pandemija kompliet

tikxef dan il-fatt u huwa proprju fi sfond ta’ dan li l-manifest elettorali tal-Partit Laburista nbena b’dan il-ħsieb fiċ-ċentru tiegħu. L-edukazzjoni hija importanti iżda daqstant ieħor huma importanti l-għaqdiet volontarji u l-attivitajiet ekstrakurrikulari. Il-formazzjoni tal-karattru li tibni minn dawn l-attivitajiet huma fl-opinjoni tiegħi kruċjali sabiex ikollok soċjetà iktar sana u mogħnija b’valuri ta’ rispett. Kien għalhekk li l-Partit Laburista ħaseb għal tnaqqis fit-taxxa tal-ġenituri li jibagħtu lil uliedhom għal dawn l-attivitajiet. Irridu naraw li kull tifel u tifla jkollhom l-istess opportunitajiet li joħolmu, jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom u ċ-ċans li jgħixu ħajja ta’ kwalità. L-isports huwa kruċjali kemm għas-saħħa fiżika u anke għas-saħħa mentali. Ma nistgħux nibqgħu nħarsu lejn l-isports jew l-arti bħala passatemp. Dawn huma karrieri li joffru xogħol ta’ kwalità li iżda joffru wkoll żvog kruċjali li jsaħħaħ il-benesseri mentali tal-individwu. Għalhekk proposti relatati mal-isports biex naraw lil pajjiżna jagħmel dik il-qabża

ta’ kwalità anke f ’dan is-settur. L-istess huma ambjent sabiħ u spazji miftuħa li jagħtu nifs liċ-ċittadin biex ikun jista’ jqatta’ ħin ta’ mistrieħ mir-rutina ta’ kuljum. €700 miljun f ’seba’ snin huwa l-investiment li l-Partit qiegħed iwiegħed sabiex jassigura iżjed spazji miftuħa fejn il-familji u t-tfal ikunu jistgħu jgawdu kwalità ta’ ħajja tajba u benesseri b’saħħtu. Qed insemmu s-saħħa mentali u ma nistax ma nsemmix ukoll l-impenn tal-Partit Laburista fuq dan. Għamilna ħafna iżda fadlilna ħafna xogħol x’nagħmlu. Is-saħħa mentali għad għandha stigma kbira wisq u fadlilna ferm iżjed x’nagħmlu biex din tispiċċa. Il-ħajja mgħaġġla li ngħixu żgur li toħloq ansjetà kbira. Huwa għalhekk li fl-isfond ta’ dan, huwa neċessarju li nkomplu nsaħħu l-politika ta’ saħħa mentali. Huwa fatt magħruf u ppruvat li oqsma bħalma huma l-isports, għaqdiet volontarji, ikel u nutrizzjoni fost oħrajn ilkoll jgħinu sabiex l-ansjetà u l-istress li toħloq ir-rutina ta’ kuljum jiġu kkontrollati.

Huwa għalhekk li meta nħares lejn il-manifest elettorali tal-Partit Laburista, nara pjan ħolistiku, pjan li se jagħti kwalità ta’ ħajja aħjar lill-Maltin u l-Għadxin tagħna iżda fuq kollox kredibilità li dak li hemm imwiegħed se jitwettaq.

Is-saħħa mentali għad għandha stigma kbira wisq u fadlilna ferm iżjed x’nagħmlu biex din tispiċċa. Il-ħajja mgħaġġla li ngħixu żgur li toħloq ansjetà kbira. Huwa għalhekk li fl-isfond ta’ dan, huwa neċessarju li nkomplu nsaħħu l-politika ta’ saħħa mentali


26

20.03.2022

SEHEM DIRETT FL-SDGs

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Dan huwa qawl Malti li sema’ bih kulħadd. Jekk nibqgħu nużaw ir-riżorsi tagħna b’mod irresponsabbli, nispiċċaw inħottu s-swar, is-sors ta’ difiża tal-eżistenza tagħna. Qegħdin fil-fatt neqirdu lilna nfusna. Din tfisser is-sostenibbiltà, kelma li sirna nisimgħu ta’ spiss riċentement. Kelma li kultant hija abbużata. Din hija l-ispjegazzjoni għat-tibdil fil-klima li d-dinja kollha qiegħda ssemmi. F’2018, għall-ewwel darba u bla preċendent, il-Gvern Malti ngħaqad ma’ bosta nazzjonijiet oħra sabiex jadotta miżuri varji kif proposti mill-Aġenda 2030 tal-Istati Uniti, li jikkonsistu fi 17-il mira għal żvilupp mondjali sostenibbli. Fost oħrajn dawn il-miri jinkludu; drittijiet kontra l-povertà, aċċessibilità għas-servizz tas-saħħa, dritt għal ħajja sana, affordabilità għal enerġija nadifa, bliet u rħula sostenibbli, dritt għal ħajja diċenti u oħrajn. Minkejja li dan il-ftehim nazzjonali huwa volontarju u mingħajr irbit, il-Gvern Malti għamel pass importanti. Fehem il-ħtieġa li Malta tingħaqad ma’ pajjiżi oħra sabiex tagħti l-kontribut tagħha għall-bidla fir-rotta, fid-dawl tat-tibdil fil-klima iktar mgħaġġla, immigrazzjoni tal-massa ikkawżata mill-faqar, fi gwerra għar-riżorsi, f’telf kbir ta’ bijodiversità u ekonomija li aktar ma jmur qiegħda dejjem issir iktar volatili. Il-Gvern Malti għaraf l-importanza li jħaddan dawn il-miri għal dinja aħjar għal kulħadd. Iżda dan il-ftehim mhux biżżejjed. Irridu issa nittrasformaw dawn il-miri importanti f’objettivi nazzjonali u lokali għal kwalità ta’ ħajja aħjar għarresidenti tagħna. Nilħqu dawn il-miri biss bil-parteċipazzjoni tar-residenti u l-komunitajiet tagħna fiż-żewġ gżejjer tagħna. Kien ftit xhur wara, fl-2019 li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ppreżentant viżjoni bl-isem ta’ Resident First. Ħafna llum fehmu li dan ma kienx slowgan politiku, ‘catch phrase’ sabiħa jew titlu ta’ xi dokument li kien ser jitpoġġa fuq l-ixkaffa. Din kienet karba li s-Sindki u l-Kunsilliera tagħna kienu qegħdin jisimu ta’ spiss. Dan kien pjan ta’ ħidma li wara kważi sentejn ma waqaf qatt. Dan huwa pjan sabiex ir-resident, u mhux biss iċ-ċittadin jagħraf illi l-miri tal-Istati Uniti jitkellmu fuq it-tħassib illi jitkellmu fuqhom ukoll ir-residenti tagħna. Ħafna staqsewna x’inhi d-differenza bejn iċ-ċittadin u r-resident. Naħseb kulħadd illum jagħraf illi l-komunitajiet tagħna saru iktar internazzjonali. Ir-residenti tal-lokalitajiet tagħna huma wkoll ċittadini ta’ pajjiżi oħra li għal xi raġuni jew oħra għażlu jew sabu ruħhom fil-gżejjer tagħna. Nagħżlu din it-terminoloġija anke minħabba l-fatt li

r-resident ta’ lokalità jista’ jkollu bżonnijiet varji skont il-lokalità jew il-gżira fejn jgħix, minkejja li jaqa’ taħt l-istess kategorija ta’ ċittadin. Min-naħa l-oħra, ir-resident ma jiġix klassifikat tali minħabba l-livell soċjali tiegħu, lanqas imkejjel skont il-mezzi finanzjarji tiegħu, iċ-ċittadinanza tiegħu jew xi professjoni. Ir-resident huwa wieħed minna, huwa parti mill-komunità tagħna, Huwa l-ġar tagħna, huwa aħna. Dak li qed jiġri madwarna fl-Ewropa jikkonferma kif f’tebqa t’għajn ċittadin f’pajjiżu jista’ jispiċċa resident f’pajjiż ieħor. Dan mhux b’għażla tiegħu imma għax ikun sfurzat jagħmel dan. Dan ikkonferma l-viżjoni tagħna dwar l-importanza ta’ inklużjoni sħiħa u għalhekk ‘resident’. Resident jitpoġġa l-ewwel billi jingħata ċans li jsemma’ leħnu, ix-xewqat u l-ambizzjonijiet tiegħu, il-preokupazzjonijiet u l-inkwiet tiegħu, l-ideat u l-proposti għas-soluzzjonijiet tiegħu, il-weġgħat, is-suċċessi u l-kisbiet tiegħu. Kull min qiegħed isegwi dak li qed jagħmlu l-Kunsilli Lokali, jintebaħ illi r-residenti għandhom prijoritajiet u bżonnijiet diversi skont ilpost tar-residenza tagħhom. Il-bżonnijiet, il-preokupazzjonijiet, ix-xewqat u l-ambizjonijiet tar-resident tal-Marsa huma ferm differenti minn dawk tax-Xewkija, tan-Nadur, jew dawk ta’ Kerċem. Allura l-Kunsilli tagħna għandhom rwol importantissimu f’dan il-proċess ta’ bidla li għandu jwassalna għal żvilupp iktar ekwu u sostenibbli. Qegħdin nitkellmu fuq id-dritt li r-resident jimxi b’mod sikur fil-lokalità tiegħu, illi jgawdi n-natura ta’ madwaru f’arja nadifa. Qegħdin naraw kif insaħħu l-komunitajiet tagħna sabiex ikollna tfal, żgħażagħ, ġenituri u anzjani ta’ saħħa fiżika u mentali b’saħħitha. Qegħdin naħdmu sabiex ikollna pjanar tal-lokalitajiet tagħna aħjar, żvilupp li jsir b’rispett u sigurtà għar-residenti u għall-komunitajiet tagħna. Lokalitajiet isbaħ u iktar nodfa sabiex it-tfal tagħna jikbru f’ambjent san, sabiex in-negozji tal-lokalitajiet tagħna jistgħu joffru servizzi u opportunitajiet ta’ xogħol lill-istess resident. Dan huwa eżerċizzju soċjali, fejn jista’ jiġi żgurat illi l-kwalità ta’ ħajja tar-resident tkun waħda ugwali, ekwa u ġusta. Fejn ikun żgurat illi l-iżvilupp tal-komunitajiet, tal-lokalitajiet u tal-gżejjer tagħna jkun sostenibbli. Huwa d-dmir tagħna lkoll bħala Maltin, bħala Gvern ċentrali u lokali kif ukoll bħala partit soċjalista. Huwa proprju għalhekk li l-proposta tal-Partit Laburista ta’ investiment ta’ 700 miljun fil-lokalitajiet tagħna tidħol kexxun fil-viżjoni tal-Kunsilli Lokali. Irridu nassiguraw li l-Kunsilli Loakli jkollhom sehem akbar fit-tfassil ta’ politika nazzjonali, speċjalment f’dawk il-bżonnijiet li jaffettwaw direttament lir-residenti. Il-Kunsilli Lokali jrid ikollhom rwol strateġiku fil-proġetti ambjentali li ser jitwettqu f’pajjiżna u għandhom ikunu huma li jkollhom dan il-finanzjament biex isir dan. L-ispazji miftuħa fil-lokalitajiet, il-bżonnijiet tar-residenti tagħhom u t-tfal, jafuhom huma aktar minn kulħadd għaliex huma l-eqreb awtorità mal-istess residenti. Dan jgħin ukoll sabiex titwettaq il-wegħda elettorali fejn il-Kunsilli Lokali jrid ikollhom sehem akbar fit-tmexxija tal-lokaltiajiet tagħhom. Għalhekk it-tiġdid fil-politika u l-prijoritajiet ta’ Gvern Laburista jistgħu biss jintlaqgħu b’mod pożittiv minn min verament jemmen u jħobb il-Kunsilli Lokali f’pajjiżna.

Sur Editur, Jgħaddi llum u sitt ijiem oħra noħorġu nivvutaw, Sur Editur. U bħal-lum ġimgħa ‘kk Alla jrid kulħadd iserraħ moħħu li se jkollna futur aħjar. Ma’ Robert tagħna. Ejja Prim, ħa nkompu għaddejjin insaħħu l-pajjiż. Sadanittant, dawn iż-żikk ta’ Nazzjonalisti jkomplu għaddejjin ukoll. Mhux għall-ġid ta’ pajjiżna ta! Ikomplu għaddejjin bid-diskors tar-remettar tagħhom. Ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Mela Jason ‘il-Blue Hero’ Azzopardi ma jfiqx. Dan kiteb li dawk kollha li se jivvutaw lill-Partit Laburista huma pastizzi u fażola. U biex ikompli jgħodos fil-ħama qal li kull min qed jieħu gost biċ-ċekkijiet ta’ rifużjoni tat-taxxa u dak addizzjonali ta’ sostenn wara l-pandemija, huma bċieċen mintufa. Kemm hu ħelu dan l-intamat! Vera jrid l-għaqda fil-pajjiż e! Imbagħad ħarġet il-kandidata tagħhom Eve Borg Bonello u appellat biex in-nies isarrfu ċ-ċekkijiet li qed jirċievu mill-Gvern u jagħtuhom donazzjoni lill-Partit Nazzjonalista. Ma tisħix minn Adam din, ukoll! Dawk żgur li huma bċieċen imnittfin! Jirċievu ċ-ċekk, isa­ rrfuh u jagħtuh lill-PeNe. Ma jistħux dawn in-Nazzjonalisti ta! Jien lin-Nazzjonalisti parir nagħtihom. Jekk ma triduhx, għamluh fi frame u dendluh fejn tarawh kuljum. Għax jekk jitla’ l-partit tagħkom, se jaqtagħhom dawn iċ-ċekkijiet. U jiġi collectors’ item. Qanna freakin’ idiots! Għalhekk aħna l-Laburisti qed ngħidu li l-għażla hija ċara, Sur Editur. Ħa nieħu paċenzja u nispjegalek. Ġieli smajt xi reklam fuq ir-radju u lejn it-tmiem tiegħu, min ikun qed jaqra jibda jibla’ l-kliem u jgħaġġel? U jekk tiftaħ widintek sew tisma’ l-kliem ‘termini u kundizzjonijiet japplikaw’? Eżatt il-partit tagħhom. Għax qaddisa ħanina, nofs il-wegħdi li qed jagħmlu għandhom it-termini u l-kundizzjonijiet. Iwegħduk din u l-oħra, imma bit-termini u l-kundizzjonijiet. Issabiħa taf x’inhi? Li t-termini u l-kundizzjonijiet jafu x’inhuma, imma d-dettalji tal-wegħdi li qed jagħmlu ma jafuhomx. Kif qal Mark Anthony Sammut. Imma biex inkunu nafuhom, qalilna dan Sammut, irid jitla’ l-partit tagħhom, allaħares, fil-Gvern. Dan Sammut kien fuq il-programm Realtà. Ma setax ikun jismu aħjar il-programm. Għax dik hija r-realtà. Fajru bl-addoċċ skoss wegħ­di u r-realtà hi li ma jafux xiż-żikk qed iwiegħdu. U dan qalu Sammut ta! Qal ir-realtà, f’Realtà! “Id-dettalji ta’ kif jitħaddmu l-iskemi naturalment se jkunu qed jitħabbru meta eventwalment inkunu fil-Gvern”. Ċisss, kemm aħna sbieħ min jaf jarana wkoll! U vera li meta eventwalment ikunu fil-gvern, ta! Jiġifieri meta ‘xi darba’ jkunu fl-gvern, dejjem God forbid. U la l-Viċi tagħhom David l-Agius, ma wieġeb dwar kemm se tkun iż-żieda fil-pensjonijiet. U la Ryan il-Callus, li f’waħda mix-xandiriet tal-elezzjoni ma weġibx dwar il-costings. U lanqas il-Kap tagħhom. U sew qal Beppe l-Fenech Adami, Sur Editur li, “il-proposti tal-PN jolqtu b’mod dirett il-ħajja ta’ kull individwu”. Għax il-wegħdi tagħhom se jġibu l-ħajja ta’ kull individwu ottu. Hekk ngħidu jien u Melda tiegħi. Issa mhux għax aħna Laburisti, għax minn dejjem għajnejna miftuħin konna, ta! Imma vera l-għażla faċli f’din l-elezzjoni. X’differenza qaddisa! Il-manifest tal-Lejber spj­ egat ċar. Robert tagħna qed jgħid minn qabel kull proposta xi tfisser, kemm se tiswa u x’naf jien. Imma l-wegħdi li ħarbxu huma, jgħid­ ulna xi jfissru meta eventwalment ikunu fil-gvern. Ħlief li marbutin magħhom għandhom it-termini u l-kundizzjonijiet. Jien nagħmilha aktar faċli, Sur Editur. Trid aktar pensjoni? Ivvota Labour. Trid żieda fl-istipendju? Ivvota Labour. Trid li ħajtek tkompli għaddejja għall-aħjar? Ivvota Labour. Triq pensjoni, imma jekk, u skont, u sakemm, u imma? Ivvota lilhom. Trid stipendju, imma jekk, u skont u sakemm? Ivvota lilhom. Triq li ma tibqax tirċievi ċekk tar-rifużjoni tat-taxxa? Ivvota lilhom. Trid li ħajtek jikkmandaha Jason ‘Il-Beatu’ Azzopardi? Ivvota lilhom. Faċli l-għażla Sur Editur. Għad-dieħla b’Malta Flimkien ma’ Ro­ bert tagħna.



28

20.03.2022

FOND EWROPEW GĦALL-AFFARIJIET MARITTIMI U S-SAJD FEMS 6.2.3 - IL-PROGRAMM MULTIANNWALI TAL-UNJONI 2020-2021 Il-Programm Multiannwali tal-Unjoni (DC-MAP) jipprovdi qafas tal-Unjoni għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għal parir xjentifiku. Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 6.2.3 DCMAP, parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea, beda f’Jannar 2020 sa Diċembru 2021. Il-ġbir tad-data taħt il-kappa tad-DC-MAP jassigura l-implimentazzjoni u l-appoġġ fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). L-iskop tal-PKS huwa l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd mill-perspettivi ambjentali,

ekonomiċi u soċjali. Il-data kellha l-għan li tipprovdi informazzjoni affidabbli dwar l-istat tal-istokkijiet tal-ħut, tipprovdi pariri dwar il-ġestjoni sostenibbli tal-istokkijiet tal-ħut li fuqhom tid-

dependi l-industrija u tiżgura l-konservazzjoni u l-ġestjoni tal-ambjent tal-baħar. Malta ġabret din id-data fuq il-bażi tal-pjan ta’ ħidma nazzjonali. Matul din l-operazzjoni, data fuq is-settur

tas-sajd inġabret b’diversi mezzi. Id-data ġiet ikkompilata minn sajd kummerċjali (bastimenti tas-sajd professjonali full-time u part-time) permezz ta’ ġurnali ta’ abbord u noti tal-bejgħ; l-isforz u l-karatteristiċi tal-flotta; u permezz ta’ stħarriġ soċjo-ekonomiku fuq is-sajd, lakkwakultura u l-ipproċessar tal-ħut. Inġabret ukoll data bijoloġika li tinkludi t-tul, l-età u l-maturità ta’ speċi ekonomikament importanti permezz ta’ kampjuni mill-pixkerija, osservazzjonijiet xjentifiċi abbord fuq bastimenti tas-sajd kummerċjali, u permezz tal-istħarriġ xjentifiku annwali fuq il-baħar imsejjaħ MEDITS (International bot-

Il-ġbir tad-data taħt il-kappa tad-DC-MAP jassigura l-implimentazzjoni u l-appoġġ fir-rigward tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). L-iskop tal-PKS huwa l-konservazzjoni u l-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd mill-perspettivi ambjentali, ekonomiċi u soċjali

tom trawl survey in the Mediterranean). Lokalment, l-implimentazzjoni tad-DC-MAP hija possibbli permezz tal-Fisheries Research Unit fi ħdan il-Ministeru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali (MAFA). Id-data miġbura permezz ta’ dan il-qafas hija ppreżentata lill-utenti finali, fosthom il-Kummissjoni Ewropea, il-gruppi ta’ koordinazzjoni reġjonali, il-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) u l-Konvenzjoni tal-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT), sabiex jgħinu fil-monitoraġġ u t-titjib ta’ stokkijiet ta’ ħut. Barra minn hekk, perjodikament jiġu ppubblikati diversi rapporti nazzjonali u statistika uffiċjali. Dan il-proġett huwa kofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd 2014-2020 Investiment f’Sajd u Akkwakultura Sostenibbli. Mill-bidu ta’ din is-sena, il-proġett ġie sostitwit taħt l-appoġġ tal-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura (FEMSA).



30

20.03.2022

ĦTIF TA’ PERSUNI GĦAL RAHAN Mill-għajbien ta’ Charley Ross u Charles Lindbergh Jr għall-ħtif ta’ Patty Hearst u Adam Walsh, dawn il-ħatfiet għamlu l-istorja. Ħtif li qasam ħajjet il-vittmi u l-maħbubin tagħhom fi tnejn: minuta magħhom u f’oħra, sparixxew. “Hi l-iktar ħaġa devastanti li tista’ timmaġina,” stqarr ġenitur ta’ tifla nieqsa fl-2009. “Ma tafx, ma jkollokx ħjiel fejn tinsab – tibqa’ mqajjem lejl wara lejl wara lejl.” Minn CHARLES B. SPITERI L-istorja ta’ ħtif infami fl-Amerka hi twila u ta’ spiss tittawwal, tmur lura iktar minn seklu u tinkludi ismijiet bħal Amber Hagerman, Patty Hearst, Charles Lindbergh Jr u ​​Adam Walsh. F’xi każi, dawk maħtufin instabu ħajjin. Għajbien ieħor baqa’ mhux solvut, ukoll wara għexieren ta’ snin. F’oħrajn, il-ħattiefa ħabbtu wiċċhom mal-ġustizzja waqt li ħallew misteri warajhom. Dak li jgħaqqadhom kollha flimkien kienet l-assenza kbira ħafna li kull ħtif ħoloq fil-ħajja ta’ dawk ta’ madwarhom. Il-ħtif tal-karozza tal-iskola Chowchilla tal-1976 Fil-15 ta’ Lulju tal-1976, tlett irġiel ta’ 20 sena li kienu qed jippruvaw jiksbu ħames miljun dollaru f’rahan, ħatfu karozza b’26 tifel tal-iskola f’Chowchilla, Kalifornja. Huma ġiegħlu lis-sewwieq u lit-tfal, ta’ bejn ħames snin u 14-il sena, jinżlu minn toqba fl-art għal ġo vann li kien hemm midfun f’barriera tal-ġebel. Wara li ssiġillaw it-toqba, il-ħattiefa telqu, u ħallew lill-ostaġġi tagħhom midfunin ħajjin għal 16-il siegħa. Iżda t-tfal irnexxielhom jaħarbu billi stivaw saqqijiet li kienu ħallew il-ħallelin tagħhom, mexxew pjanċa tal-metall u żewġ batteriji industrijali li kienu se jintużaw biex jissiġillaw is-saqaf u ħaffru fi tliet piedi ta’ ħmieġ. Is-sewwieq Ed Ray, li miet fis-17 ta’ Mejju, tal-2012, fl-età ta’ 91 sena, ħareġ bħala eroj, talli ġabar lit-tfal u dderieġa l-ħarba tagħhom. Dawk li ħatfu lit-tfal James Schoenfeld, Richard Schoenfeld u Frederick Woods - inqabdu, instabu ħatja u kienu kkundannati l-ħabs għal għomorhom. John Paul Getty III Meta n-neputi ta’ 16-il sena tal-biljunarju J. Paul Getty, John Paul Getty III, inqabad mit-toroq ta’ Ruma fis-sigħat bikrin tal-10 ta’ Lulju, tal-

1973, l-iktar aspett xokkanti tal-kalvarju tiegħu kien li l-persuna bis-setgħa li jsalvah irrifjuta li jagħmel dan. Getty ix-xiħ, li dak iż-żmien kien l-iktar ċittadin privat sinjur fid-dinja, ma ċċaqlaqx u ħalla lil Paul bħala ostaġġ ta’ gangsters Taljani għal ħames xhur. Il-ħattiefa tiegħu ttamaw li jiksbu 17-il miljun dollaru għar-ritorn tiegħu. Anke meta dawk li ħatfu lit-tifel qatgħulu widna u bagħtuha bil-posta lil gazzetta ta’ Ruma, il-sinjurun taż-żejt ma ċċaqlaqx. Fl-aħħar, dak li ħeles lil Paul kienet lakuna fit-taxxa, li permezz tagħha Getty sab li seta’ jaqta’ porzjon tal-fidwa negozjata ta’ 2.89 miljun dollaru, li eventwalment ħallas. Imbagħad ta l-bqija tal-flus lil ibnu John Paul Getty II b’self li kellu jitħallas lura b’imgħax ta’ 4%. “Il-patrijarka miżeru ‘kien

ġenju fin-negozju’,” qal darba l-bijografu Robert Lenzner, “iżda illitterat fir-rigward tal-intimità u l-familja.” Wara l-kisba tal-ħelsien, Paul qal li aktar irrabja għax qatgħulu widintu milli kien trawmatizzat psikoloġikament mill-ħtif. Kien tifel sabiħ

ħafna, iżda jgħix f’familja li ma tiffunzjonax. Ta’ 18-il sena, Paul iżżewweġ lit-tfajla tiegħu, Gisela Martine Zacher, li kienet tqila b’binhom Balthazar. Ta’ 25 sena, ħa doża qawwija ta’ droga, li kkawżatlu puplesija li ħallietu tet-

rapleġiku u parzjalment għami. Huwa miet fl-2011. Amber Hagerman Ir-reat bilkemm seta’ kien iktar orribbli. F’Jannar tal-1996, Amber Hagerman ta’ disa’ snin minn Arlington, Texas,

Fil-15 ta’ Lulju tal-1976, tlett irġiel ta’ 20 sena li kienu qed jippruvaw jiksbu ħames miljun dollaru f’rahan, ħatfu karozza b’26 tifel tal-iskola f’Chowchilla, Kalifornja. Huma ġiegħlu lis-sewwieq u lit-tfal, ta’ bejn ħames snin u 14-il sena, jinżlu minn toqba fl-art għal ġo vann li kien hemm midfun f’barriera tal-ġebel


31

20.03.2022 inħatfet minn raġel mhux magħruf li ġegħilha tinżel minn fuq ir-rota tagħha u tidħol fil-pickup iswed tiegħu. Erbat ijiem wara, ġisimha nstab f’fossa tad-drenaġġ, diversi mili ’l bogħod. Il-ħtif u l-qtil tagħha qatt ma ġew solvuti. Iżda wara dik it-telfa terribbli, kienet koordinata ħidma biex issalva lit-tfal mill-ħtif. Ix-xandara tal-midja u l-pulizija ta’ Dallas-Fort Worth fasslu sistema ta’ twissija mgħaġġla li semmewha ‘AMBER Alert’ b’tifkira tat-tifla ċkejkna. Imnedija f’Lulju tal-1997, il-pjani ta’ AMBER Alert kienu stabbiliti fil-50 stat Amerikan sa mill-2005 u huma kkoordinati mid-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti. Il-pjani statali jvarjaw xi ftit, iżda ġeneralment jirrikjedu li tifel ta’ 17-il sena jew iżgħar, li jkun f’periklu serju, tinġabar informazzjoni malajr dwaru jew dwar min serqu. It-tagħrif ma jitwassalx biss permezz tal-midja, iżda jintbagħat wkoll bil-mobiles. “Is-sejba tal-ġisem ta’ Amber kien mument ta’ diqa li ma ninsa qatt,” qal Dee Anderson, ix-xeriff tal-Kontea ta’ Tarrant, li kellu rwol ewlieni biex is-sistema tiġi adottata madwar il-pajjiż. Fis-snin li ilha titħaddem is-sistema, mijiet ta’ tfal maħtufin ittieħdu lura f’darhom, parzjalment grazzi għal Amber - inklużi Tamara Brooks u Jacque Morris, dak iż-żmien ta’ 16 u 17-il sena, li nħatfu fl-1 ta’ Awwissu, 2002, iżda rnexxielhom isalvaw minn taħt idejn min seraqhom. Patty Hearst L-eredi pubblikatriċi Patty Hearst, li dak iż-żmien kellha 19-il sena, inħatfet fl-1974 mill-appartament tagħha f’Berkeley, Kalifornja, minn grupp li sejjaħ lilu nnifsu Symbionese Liberation Army (SLA). L-SLA, magħrufa mill-FBI bħala grupp terroristiku domestiku, ried iwettaq gwerra kontra l-gvern u jneħħi l-‘istat kapitalista’. Fi żmien xahrejn mill-ħtif tagħha, l-SLA ħarġet filmat b’Hearst tgħid li kienet ingħaqdet mal-kawża tagħhom. Ftit wara, dehret tmexxi serqa f’bank. Eventwalment instabet f’Settembru tal-1975, madwar 19-il xahar mill-ħtif tagħha, fejn sfat arrestata minħabba s-serq u reati oħrajn. Hearst qalet li kienet abbużata, mhedda u brainwashed, iżda dak iż-żmien ma kien hemm l-ebda preċedent legali għall-ħelsien minħabba tali manipulazzjoni. Għalhekk kienet ikkundannata seba’ snin ħabs u

Imnedija f’Lulju tal-1997, il-pjani ta’ ‘AMBER Alert’ kienu stabbiliti fil-50 stat Amerikan sa mill-2005 u huma kkoordinati mid-Dipartiment tal-Ġustizzja tal-Istati Uniti. Il-pjani statali jvarjaw xi ftit, iżda ġeneralment jirrikjedu li tifel ta’ 17-il sena jew iżgħar, li jkun f’periklu serju, tinġabar informazzjoni malajr dwaru jew dwar min serqu laħqet serviet tnejn qabel ma nbidlitilha s-sentenza tagħha mill-President ta’ dak iż-żmien Jimmy Carter. Aktar tard il-President Bill Clinton ħafrilha l-kumplament tas-sentenza matul l-amministrazzjoni tiegħu. Charles Lindbergh Jr.

Charley Ross Fl-1874, Charley Ross kellu erba’ snin. Kien bin negozjant ta’ prodotti nexfin f’Philadelphia. F’jum ta’ ħedla ta’ Lulju ta’ dik is-sena, hu sar l-ewwel vittma magħrufa tal-Amerka maħtuf għal rahan. Jumejn wara l-ħtif, il-ħattief bagħat lil missier Charley l-ewwel minn 23 nota, fejn talbu 20,000 dollaru għar-ritorn ta’ ibnu. Il-missier ipprova jħallas, iżda l-pulizija ma qablux għax emmnu li dan iħeġġeġ aktar ħtif. Missier Charley, Christian Ross, kiteb ktieb dwar l-esperjenzi tiegħu. Fih irrakkonta parzjalment, l-‘espressjonijiet varjati ta’ orrur’ li għadda minnhom meta rrealizza li seħħ il-ħtif ta’ ibnu. Ħames xhur wara li Charley sparixxa, Joseph Douglas u William Mosher, ħallelin żgħażagħ, intlaqtu fi sparatura waqt serqa f’dar f’Long Island. Waqt li Douglas kien qiegħed imut, huwa qal lil xhud: “M’hemmx għaliex aktar gideb: Lil Charley Ross sraqnieh jien u Mosher.” Mistoqsi fejn jinsab it-tifel, Douglas wieġeb: “Mosher jaf, staqsi lilu.” Meta qalulu li Mosher kien mejjet, Douglas qal: “Mela Alla jgħin lil martu u lill-familja fqira tiegħu.” Għall-madwar is-60 sena ta’ wara, il-kaċċa għal Charley kompliet mal-pajjiż kollu, filwaqt li minn subien żgħar, imbagħad irġiel maturi, imbagħad nies ftit xjuħ, 5,000 persuna b’kollox, resqu biex jiksbu l-għarfien. Iżda ħadd minnhom ma rnexxielu jagħmel dan u d-destin ta’ Charley baqa’ mhux magħruf. Milli rriżulta wara, iżżewġt irġiel responsabbli għall-ħtif kienu jżuru d-dar ta’ Ross regolarment, fejn kienu jitkellmu mat-tfal u xi drabi jeħdulhom il-ħelu. Dan id-dettall ħoloq l-espressjoni ‘tiħux ħelu mingħand il-barranin’.

Għall-ħabta tad-9.00p.m. tal1 ta’ Marzu tal-1932, l-avjatur famuż Charles Linderbgh u martu, il-kittieba Anne Morrow Lindbergh, għaddew millagħar mument ta’ ħajjithom, meta binhom ta’ 20 xahar, Charles Jr., insteraq mill-benniena fid-dar f’Hopewell, New Jersey. L-għajbien tat-tifel kien rappurtat mill-infermier tiegħu għall-ħabta tal-10 p.m. u nota ta’ rahan għal 50,000 dollaru, instabet fit-tieqa tan-nursery. Fi ftit ġranet, il-familja rċeviet talba oħra għall-fidwa tat-tifel. Din id-darba ntalbu 70,000 dollaru. Jumejn wara dan, waslet it-tielet nota. Aktar noti waslu fil-ġimgħat sussegwenti. Eventwalment il-ħlas għall-fidwa tħallas, għalkemm Charles Jr. ma ngħatax lura. Fit-12 ta’ Mejju, 1932, il-katavru tiegħu nstab f’qabar ftit mili bogħod mid-dar. Fil-bijografija tal-1998, A. Scott Berg kiteb, “il-fama u l-ġid ta’ Lindberghs swewhom l-ewwel tarbija tagħhom.” Għalkemm kellhom ħamest itfal oħra, it-tifla Reeve Lindbergh, fil-memorja tagħha kitbet: “Naf li t-telf ma setax jitkejjel u ħadd ma seta’ jitkellem wisq fuqu.” Wara investigazzjoni twila, Bruno Richard Hauptmann, kien identifikat bħala l-bniedem li ħataf lit-tarbija. Kien arrestat f’Settembru 1934. Instab ħati ta’ qtil fl-ewwel grad, u nqatel fl-1936. Filwaqt li l-prosekuturi użaw evidenza ċirkustanzjali biex jibnu l-każ tagħhom, il-ħtija ta’ Hauptmann kienet is-suġġett ta’ dibattitu kontinwu. L-armla tiegħu, Anna Hauptmann, Frank Sinatra Jr. baqgħet issostni sa mewtha fl1994, li żewġha kien innoċenti. Barry Keenan ammetta li

fil-lejl tat-8 ta’ Diċembru tal1963 kien qed jara ċ-ċpar, għax bix-xorb li xorob u d-drogi li ħa ħassu jtir lejn il-qamar. Iżda jiftakar b’mod li ma jitħassarx, li meta dak il-lejl mar f’lukanda ta’ Lake Tahoe, Nevada, ħataf lil Frank Sinatra Jr. Keenan qal li waqt li beda jxejjer revolver quddiem l-uniku tifel tal-kantant Frank Sinatra, seta’ jinnota lil Sinatra Junior iħares lejn il-balal. Dak iż-żmien, it-tifel tal-kantant kellu 20 sena u kien fuq tour ikanta fil-nightclubs. Għal bosta Amerikani ta’ dak iż-żmien, Frank Sinatra tant kien meqjus bħala stilla, li ħadd ma kien jazzarda jmisslu lil ibnu. Iżda Keenan, ħabib tal-iskola ta’ Nancy Sinatra, ħaseb mod ieħor. Huwa emmen li seta’ jikseb ir-rahan, jinvestih u jħallas lura lil Sinatra bl-interessi b’kollox. “Fl-istat għajjien ta’ moħħi,” qal Keenan, “rajtha bħala okkażjoni ta’ negozju.” “Terġa’, kont naf li Frank Jr kien ilu f’boarding school u ma kontx qrib ta’ missieru,” spjega Keenan, li terġa’ qatt ma ltaqa’ ma’ Sinatra ż-żgħir. Il-ħsieb iddrogat tiegħu ġiegħlu jemmen li l-ħtif iressaqahom flimkien. Il-ħtif innifsu, wieħed mill-aktar sensazzjonali millkaż tat-tarbija Lindbergh, kien fjask. Filwaqt li għamluha ta’ waiters tas-servizz tal-kamra f’Harrah’s, f’Lake Tahoe, fejn kien qed jidher Frank Jr, Keenan u ħabibu daħlu fil-kamra 417. Huma ħatfu lil Sinatra Jr, daħħluh fil-karozza mikrija tagħhom, saqu lejn Los Angeles u ċemplu lil Frank Sr. “Hu kien nervuż u mfarrak,” stqarr Jim Mahoney, l-eks pubblikatur ta’ Frank Sr. Frank Sr ħallas il-fidwa ta’ 240,000 dollaru, li aġent talFBI qiegħed bejn żewġ karozzi tal-iskola pparkjati f’Los Angeles. Iżda qabel Keenan ħa l-flus, ħabibu Irwin ippanikkja u ħeles lil Frank Jr. Fil-proċess tiegħu, Keenan ipprova jpinġi r-reat bħala stunt pubbliċitarju biex jagħti

spinta lill-karriera ta’ Frank Jr. Il-ġurija ma belgħethiex, imma l-gidba baqgħet fil-memorja pubblika. Wara r-ritorn ta’ Frank Jr., ħafna mill-flus kienu rkuprati u Keenan u ż-żewġ kompliċi tiegħu ngħataw sentenzi ta’ għomorhom (terminu li tnaqqas għal 12-il sena minħabba raġunijiet tekniċi kumplessi). Iżda meta erba’ snin wara ngħata l-libertà proviżorja u l-oħrajn kienu diġà meħlusin, Keenan għadda minn trasformazzjoni impressjonanti. Inbidel minn bniedem sfortunat għal imprenditur għani. Hu għamel miljuni bħala żviluppatur tal-proprjetà immobbli u konsulent li jispeċjalizza fir-resorts u l-casinos, l-aktar fil-Lbiċ. Huwa żviluppa wkoll ċentri ta’ riabilitazzjoni mid-droga u l-alkoħol u tkellem kontra l-abbuż ta’ sustanzi ma’ gruppi taż-żgħażagħ. Adam Walsh Adam Walsh kellu sitt snin meta fis-27 ta’ Lulju, 1981, inħataf waqt li kien qed jixtri ma’ ommu, Reve Walsh, f’ħanut ħdejn id-dar tagħhom f’Hollywood, Florida. Adam tħalla waħdu fid-dipartiment tal-ġugarelli u meta Reve rritornat 10 minuti wara sabet li Adam sparixxa. Ġimagħtejn wara, hi u żewġha John, telgħu New York City jappellaw fuq Good Morning America għar-ritorn ta’ Adam. Aktar tard dakinhar, il-Walshes kienu fil-kamra tal-lukanda tagħhom meta l-pulizija ta’ Hollywood ċemplu b’aħbarijiet koroh. Dakinhar filgħodu, żewġ sajjieda sabu ras iddur f’kanal f’Vero Beach, Florida, 120 mil fit-Tramuntana ta’ Hollywood. Rekords dentali kkonfermaw li l-fdalijiet kienu ta’ Adam. Waqt li martu bkiet, John, f’furja għamja, farrak il-kamra tagħhom. Wara l-qtil ta’ Adam, John ħalla l-impjieg tiegħu bħala eżekuttiv ta’ lukanda biex jagħmel lobbying full-time biex jgħaddi l-att tal-1982 li ordna investigazzjoni immedjata ta’ kull tifel jew tifla rrappurtati nieqsa. Sentejn wara, abbozz ta’ liġi ieħor appoġġjat minn John stabbilixxa ċ-Ċentru Nazzjonali għal Tfal Neqsin u Sfruttati. Permezz tiegħu instabu għexieren ta’ eluf ta’ tfal li sparixxew. Fl-1996 John qal li l-qtil ta’ ibnu hu ġerħa li ma titfejjaqx. “Ma nafx x’nagħmel jekk niltaqa’ mal-qattiel tiegħu. Imma nemmen li jekk ma jinqabadx f’din il-ħajja, ikun f’li jmiss. Qatt ma nieqaf nittama.” Fl-2008, kważi 30 sena wara li nqatel Adam, l-awtoritajiet fi Florida qalu li s-serial killer ikkundannat kien Ottis Toole.


32

20.03.2022

IT-TEMPJI TA’ ĦAL TARXIEN Kitba ta’ CLIFFORD GALEA L-ewwel riċerka professjonali dwar il-fdalijiet preistoriċi f’Malta nbdiet mill-fundatur tal-istorjografija Maltija Giovanni Francesco Abela, meta kien l-ewwel li ddeskriva t-Tempji Megalitiċi u siti oħra Neolitiċi fl-1647. Minn dak iżżmien it-tempji kienu suġġett għal studju minn esperti oħra Maltin u barranin. It-tempji Neolitiċi li ġew skoperti f’Malta jagħtuna ħafna ideat dwar kif kienet organizzata l-ħajja tan-nies f’dawk iż-żminijiet. Il-preżenza tat-tempji tindika li n-nies kienu qed jaħsbu mhux biss dwar is-sopravivenza, ir-rutina u l-kumdità tal-ħajja ta’ kuljum, iżda kellhom ukoll il-fehim ta’ xi ħaġa aktar importanti li mmotivathom biex iqattgħu ħafna ħin u sforz biex joħolqu strutturi tal-għaġeb bħal dawn u anke xogħlijiet tal-arti. Juri wkoll li nies preistoriċi għexu f’komunitajiet organizzati tajjeb, li jaqsmu l-istess twemmin, għax bi sforz komuni biss setgħu jibnu xi ħaġa sinifikanti bħal dik. L-1915 hija meqjusa bħala sena importanti ħafna għall-istorja ta’ Malta. F’din is-sena l-famuż arkeologu Malti Temi Zammit kellu x-xorti li sab il-megaliti, li rriżultaw li kienu fdalijiet ta’ erba’ tempji Neolitiċi. Dan ġara b’inċident. Il-bdiewa kienu qed jaħartu l-għalqa u ħabtu mal-ġebel enormi. Meta Temi Zammit wasal fuq il-post ra l-partijiet ta’ fuq ta’ ftit megaliti hulking midfuna fl-art. Waqt li ħass l-importanza tas-sit ħa deċiżjoni importanti biex jorganizza proċess preċiż ħafna ta’ kxif tal-fdalijiet. Fil-fatt, irnexxielu jagħmel l-ewwel tħaffir arkeoloġiku proprju tas-sit Neolitiku f’Malta. Kollox ġie dokumentat kif xieraq biex jiżdiedu ċ-ċansijiet ta’ interpretazzjoni xierqa tal-post u l-artifatti tiegħu. Ma kinitx biċċa xogħol faċli peress li fil-biċċa l-kbira tas-sit kienet saret ħsara minħabba l-attività estensiva tal-bidwi. Meta t-tim ta’ Temi Zammit kien wasal fil-pjan terran tat-tempji Neolitiċi ra l-firxa tal-qerda. Ftit partijiet biss tal-ħitan kienu weqfin f’posthom. Il-fdalijiet tal-bqija kienu jinsabu madwar. Wara t-tradizzjonijiet tal-arkeoloġija ta’ dak iż-żmien Temi u sħabu

bdew ipoġġu l-ġebel fil-postijiet oriġinali tagħhom wara li l-fdalijiet kollha kienu ġew irrekordjati. Bnew mill-ġdid ftit ħitan u daħliet trilithon. Meta l-arkeoloġi bdew jesploraw l-art tat-tempju baqgħu impressjonati li sabu l-boċċi tal-ġebel li kienu ġew użati mill-bennejja Neolitiċi. Waslu għall-konklużjoni li l-boċċi kienu ntużaw għat-trasport taċ-ċangaturi. F’xi postijiet dawk li kienu qed jittrasportaw fuqhom, il-boċċi kienu tħallew in situ. Minbarra t-tempji, ġew skoperti bosta artifatti. Fosthom kien hemm il-fdalijiet tal-fuħħar, ornamenti spirali, rappreżentazzjonijiet ta’ annimali, statwi ta’ divinitajiet u artal Megalitiku misterjuż. Illum il-ġurnata l-biċċa l-kbira ta’ dawn l-artifatti jintwerew fil-Mużew Nazzjonali tal-Arkeoloġija filwaqt li r-repliki tpoġġew fil-postijiet oriġinali tagħhom. Ħal Tarxien huwa kumpless,

li jikkonsisti f’erba’ tempji li jmorru lura għat-3000 – 2500 QK. Minn iżgħar għal akbar: Ħal Tarxien Imbiegħed, Ħal Tarxien Lvant, Ħal Tarxien Ċentrali, Ħal Tarxien Nofsinhar. Dan is-sit jinkludi fdalijiet ta’ epoki differenti – Tempji Megalitiċi tal-perjodu Neolitiku u ċimiterju tal-età tal-Bronż. Parti mill-ħajt turi l-evidenza talużu tan-nar. Probabbilment matul il-perjodu tal-Bronż għall-kremazzjoni. Grazzi għall-mudelli minjatura tat-tempji, li l-periti Neolitiċi kienu qed jużaw għall-bini ta’ bini ta’ daqs sħiħ, u l-mudelli tal-lum mibnija mill-ġdid bil-kompjuter nistgħu nitfgħu ftit dawl kif deher il-bini oriġinali. Il-kompożizzjoni arkitettonika tat-Tempji ta’ Ħal Tarxien kif ukoll ilbiċċa l-kbira tat-tempji l-oħra li jinsabu f’Malta u Għawdex għandha kunċett simili: hemm faċċata ewlenija b’daħla prinċipali u bitħa quddi-

em. Il-pjanta tal-absides hija madankollu differenti f’diversi tempji. Karatteristika komuni oħra hija li l-art tat-tempji hija bbażata kemxejn ogħla mil-livell tal-art. Tista’ tkun biss deċiżjoni arkitettonika jew saret apposta biex jiġi enfasizzat li meta jidħol fit-tempju, il-bniedem ikun qed jiżdied għal post sagru, li hu ’l fuq mill-art u mir-rutina tiegħu. Il-forma ovali tal-absides tat-tempji tissuġġerixxi li sar apposta, għax il-ħitan, imqiegħda fil-forma ovali, għandhom aktar ċans li jżommu l-piż tas-saqaf. Il-mudelli minjatura tat-tempji nstabu minn diversi arkeoloġi, li jagħtuna l-idea kif il-verżjonijiet akbar dehru qishom meta nbnew. Minn dawk il-mudelli nistgħu naraw il-prova li t-Tempji Megalitiċi kellhom soqfa. Jispjega kif l-artifatti, misjuba ġewwa kienu ppreservati tant

tajjeb. Nistgħu naraw li l-art tat-tempju kienet maħluqa minn ċangaturi kbar tal-ġebel. U huwa tassew impressjonanti, peress li tista’ tiflaħ immaġini kemm ħadet sforz biex tpoġġi kull ġebla f’postha u taġġustaha skont il-pjan arkitettoniku. Artal Megalitiku – waħda mill-aktar sejbiet eċċitanti f’Ħal Tarxien. Il-blokka prinċipali imżejna bi spirali misterjużi hija vojta minn ġewwa, magħluqa mill-plagg. Ġewwa, Temi Zammit sab għadam ta’ annimali, skieken u kranju ta’ mogħża. Sagrifiċċji jew tisjir għall-festa? M’għandna l-ebda struzzjonijiet bil-miktub minn dak iż-żmien. It-Tempju tan-Nofsinhar għandu aktar dekorazzjonijiet, meta mqabbel mal-oħrajn. Hawnhekk sabu d-disinji spirali misterjużi u l-istatwa kolossali jagħmlu dan is-sit wieħed mill-aktar importanti.


33

20.03.2022

Fost l-artifatti kien hemm il-fdalijiet tal-fuħħar, oculus – disinn spirali, li probabbilment jirrappreżenta ċ-ċirku talħajja, statwa enormi tal-ġebel; irjus uniċi magħmula mit-tafal bid-dettalji tal-istil tax-xagħar fin - wieħed mill-aqwa eżempji ta’ rjus magħmula – wieħed mill-aktar artifatti rari – waħda mill-eqdem rappreżentazzjonijiet tal-affezzjoni fil-perjodu Neolitiku – statwetta ċkejkna, li turi żewġ persuni jbewsu u jħaddnu lil xulxin. L-istatwetta hija esibita filMużew tal-Arkeoloġija fil-Belt Valletta. L-iskoperta tal-kumpless ta’ Ħal Tarxien għandha importanza sinifikanti għall-fehim tal-ħajja tan-nies matul il-perjodu Neolitiku. Il-preżenza ta’ dawn it-tempji tindika li n-nies

kienu qed jaħsbu mhux biss dwar is-superstiti, ir-rutina u l-kumdità tal-ħajja ta’ kuljum, iżda kellhom ukoll il-fehim ta’ xi ħaġa aktar importanti li mmotivathom biex iqattgħu ħafna ħin u sforz biex joħolqu strutturi tal-għaġeb bħal dawn u anke xogħlijiet tal-arti. J uri wkoll li n-nies tal-preistorja għexu f’komunitajiet organizzati tajjeb u jaqsmu l-istess twemmin, għax bi sforz komuni biss setgħu jibnu xi ħaġa sinifikanti bħal dik. It-tempji Ħal Tarxien u l-artifatti tagħhom jistgħu jgħinuna nifhmu xi wħud mill-karatteristiċi, mit-tradizzjonijiet u mit-twemmin ta’ dak iż-żmien. Madankollu, joħolqu wkoll mistoqsijiet ġodda miftuħin għal diversi interpretazzjonijiet.


34

20.03.2022

DYLAN GRECH

FLIMKIEN MA’ ĦUH ĦOLOQ SIT ELETTRONIKU B’FAST DELIVERY Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Dan l-aħħar skoprejt b’sit elettroniku lokali, li hu ideali ferm għal dawk li huma mħabbtin ħafna u ma jkollhomx ċans imorru jixtru r-rigali għal ħaddieħor, jew forsi jħobbu għallaħħar minuta. Qed nirreferi għal Dylan Grech u ħuh Owen li ħolqu s-sit nsejt.mt Huwa minn Ħaż-Żebbuġ u joqgħod is-Siġġiewi. Għandu 29 sena u jaħdem bħala self-employed jiżviluppa siti elettroniċi, mobile apps u jagħmel ukoll digital marketing. Bħala passatempi jħobb isib soluzzjonijiet ġodda għal problemi eżistenti jew mezzi kif itejjeb sistemi eżistenti bissaħħa tas-software. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna li jħobb jaħdem ħafna b’idejh, kemm jekk huwa xogħol ta’ elettriku, injam, jew software. Hija l-passjoni tiegħu li joħloq xi ħaġa tista’ tgħid mix-xejn. Beda l-karriera tiegħu minn età żgħira ħafna. Ta’ 14-il sena ħoloq l-ewwel sit elettroniku u ta’ 16-il sena ħoloq l-ewwel sit elettroniku fejn setgħu jintbagħtu messaġġi privati hekk imsejħa instant messaging. Ta’ 18-il sena beda jaħdem fl-iGaming bħala developer, u minn hemm tħarreġ fuq marketing u kellu rwoli varji, fosthom ta’ System Architect u anke Product Owner. F’Jannar tal-2020 iddeċieda li jkun self-employed fejn ħoloq sistema tal-ecommerce llum magħrufa bħala Lifeboat.app u beda joffri servizzi varji relatati ma’ digital marketing. Fl-istess perjodu sar missier għall-ewwel darba u għalkemm jaħdem ħafna mid-dar isibha diffiċli ħafna jibbilanċja bejn xogħol u familja għax iqatta’ sigħat twal ħafna jaħdem fuq proġetti varji. Proġett lokali ġdid – nsejt.mt Dan l-aħħar Dylan wettaq proġett ġdid, din id-darba ma’ ħuh – Owen Grech li għandu 25 sena u għandu l-kariga ta’ president fil-Badminton Malta. Fil-fatt, huma ż-żewġ imħuħ wara din l-idea ta’ sit elettroniku ġdida msejjaħ nsejt.mt. Ħallejt f’idejh sabiex jelabo-

ra aktar dwar dan il-proġett tagħhom. “nsejt.mt tista’ tgħid bdiet minn idea kompletament differenti. Oriġinarjament jien u ħija Owen xtaqna noħolqu sit elettroniku fejn nbigħu ftit prodotti li konna ser nimpurtaw minn barra. Kellu jkun sempliċi part-time biex ikollna xi ħaġa flimkien. Waqt li konna qed nagħmlu r-riċerki tagħna u naraw li kellna mudell vijabbli, ftakart kemm jien ninsa nixtri rigali, u kif Malta l-idea talfast delivery teżisti biss fl-ikel. Minn hemm bdejna nitkellmu ma’ diversi negozji u skoprejna l-market gap. Prattikament din hija sit fejn persuna tista’ tixtri rigal u jitwassal quddiem il-bieb f’inqas minn erba’ sigħat. L-idea tista’ tgħid bdiet f’Awwissu 2021, u ftaħna s-sit elettroniku għall-pubbliku fl-4 ta’ Diċembru 2021.” L-idea ta’ dan is-sit elettroniku nsejt.mt hija għal meta persuna jkollha bżonn rigal ta’ malajr, u ma jkollhiex ċans toħroġ u tmur tixtrih, jew tinsab fi kwarantina. Allura tidħol fuq is-sit nsejt.mt, tagħżel ir-rigal u jasal fil-kumdità tad-dar ta’

dak li jkun irid li jirċievi r-rigal. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Il-kunċett ta’ nsejt.mt huwa wieħed sempliċi ħafna. Meta persuna tiġi bżonn rigal tista tidħol fis-sit nsejt.mt u minn hemm ser issib varjetà vasta ta’ prodotti. Minn mug b’dedika lin-nannu, sa gaming chair u anke vouchers biex titħarreġ fil-yoga. Preżentament tista’ ssib ftit iktar minn 1,000 prodott u dan hu ppjanat li jiżdied għal aktar minn 5,000 sas-sajf tal-2021. Wara li tagħżel ir-rigal li tixtieq, iddaħħal id-dettalji ta’ fejn tixtieq li jasal r-rigal u tħallas online. Hekk kif l-ordni tiegħek tasal għandna, aħna nagħtuk telefonata biex nikkonfermaw l-ordni tiegħek, l-indirizz u flimkien nagħżlu ħin ideali għalik biex nagħmlu d-delivery. L-għan tagħna huwa li l-oġġett/i jaslu għandek f’inqas minn erba’ sigħat anke meta tordna fil-Ħdud u fil-festi, u naċċettaw ordnijiet fl-istess ġurnata sas-19:00 mit-Tnejn sal-Ħadd. Kull ordni li tidħol wara s-19:00 titwassal għandek l-għada filgħodu sa 12:00.” Kompla jgħidli li kull rigal

jasal fil-packaging oriġinali tiegħu ġo basket tal-karti li jkun 100% riċiklabbli. “Preżentament ma noffrux servizz ta’ wrapping, għax nixtiequ li meta nibdew noffru dan is-servizz inkunu qed nużaw biss materjal riċiklabbli. Però, dan is-servizz huwa pjanat li jiġi offrut sal-Milied tal-2022 hekk kif bħalissa qed nitkellmu ma’ diversi kumpaniji li joffru packaging riċiklabbli. Ir-rispons li kellna mill-pubbliku kien wieħed li nista’ ngħid ħalliena bla kliem. Kellna diversi persuni li rringrazzjawna għax “salvajniehom minn xi ċamata”, kellna persuni oħra li faħħru l-varjetà, kien hemm oħrajn li apprezzaw l-effiċjenza.” Diversi kategoriji, setturi u kull tip ta’ rigali għal kulħadd Ta’ min jgħid ukoll li kull oġġett li jinsab fuq is-sit tagħhom huwa ġdid fjamant, u hemm diversi kategoriji, setturi u kull tip ta’ rigali għal kulħadd. L-iskop huwa li jagħmlu l-ħajja faċli tal-Maltin li jużaw dan is-sit elettroniku, minħabba li ħafna

jsibuha ta’ stress li jmorru jixtru rigal għal xi okkażjoni, speċjalment jekk ikunu jaħdmu sigħat twal. B’hekk ridt inkun naf x’tip ta’ oġġetti wieħed isib fis-sit tagħhom. “Kull oġġett li jinsab fuq nsejt.mt huwa ġdid fjamant, oriġinali u bil-garanzija mingħand l-aġent ta’ dak l-oġġett. Kull oġġett huwa wkoll prezzat bil-prezz hekk irrakkomandat mingħand l-aġent. Dan ifisser li jekk oġġett jiswa €10 minn ħanut lokali ser issibu għal €10 fuq nsejt.mt. L-oġġetti jistgħu wkoll jiġu rritornati lilna fi żmien 14-il ġurnata mingħajr hassle żejjed. Nitolbu biss li l-oġġett ikun għadu fil-packaging oriġinali. L-iskop wara nsejt.mt huwa wieħed li jista’ jifhmu kulħadd. Konvenjenza - kemm jekk tinsab marbut bil-ħin, fi kwarantina, jew sempliċement ma tixtiqx li ssuq fit-tul, nsejt.mt joffrilek l-opportunità li tixtri dak li tixtieq fi ftit ħin u minn kwalunkwe device mqabbad mal-internet,” stqarr miegħi Dylan. S’issa nsejt.mt huwa magħmul mill-Maltin għall-


08.11.2020 20.03.2022 Maltin u preżentament jeskludi li jibdew jesportaw prodotti barra minn xtutna. Però min-naħa l-oħra tajjeb ngħid li s-sit elettroniku huwa miftuħ għad-dinja kollha u infatti kellhom ordni mill-Brażil li xtaqu jibagħtu rigal lill-qraba tagħhom f’Malta. Bħal kull ordni oħra din waslet fl-indirizz Malti fi żmien sagħtejn. “Fiż-żmien qrib nixtiequ wkoll nibdew noperaw f’Għawdex, hekk kif preżentament m’għandniex mezz kif nagħmlu delivery Għawdex b’mod effettiv f’inqas minn erba’ sigħat. Però qed naħdmu fuq soluzzjonijet varji biex naħsbu mal-Għawdxin ukoll,” żvela miegħi. Interessajt ruħi wkoll inkun naf dwar il-proċess preċiż, eżattament kif ġiethom l-idea li jiftħu dan is-sit, fis-sens ta’ proċessi u permessi. “Il-proċess kien jinqasam fi tlieta. L-ewwel biċċa kienet l-aġenti, min ser jissupplixxina bil-prodotti varji, u bi pjaċir ngħid li sibna għajnuna kbira minn negozjanti Maltin. Kull kumpanija li tkellimna magħha ħadmet magħna bi ħġarha u anke ħadu l-ħin biex jgħallmuna s-swieq varji tagħhom. It-tieni biċċa kienet li tinfetaħ kumpanija u jinstab biżżejjed riżors uman fi żmien qasir. Din kienet possibilment l-iktar parti li konna qed nibżgħu minnha. Però, grazzi għall-għajnuna minn diversi esperti f’oqsma varji, irnexxielna nirreġistraw il-kumpanija u nibdew noperaw fi ftit ġimgħat. It-tielet biċċa kienet li ntellgħu s-sit elettroniku u nibdew nirreklamaw. Din ħaditilna l-iktar ħin biex inkunu ċerti li l-klijent ikollu esperjenza sabiħa fuq is-sit elettroniku u jsib l-informazzjoni kollha biex jagħmel għażla informata meta jixtri minn nsejt.mt.” Il-kampanja hi skop ġeneruż – Rigal b’Imħabba

35 Skoprejt li għall-Milied li għadda, iddeċidew li jagħtu xi ħaġa lura bħala karità permezz ta’ kampanja – Rigal b’Imħabba. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar dwar din l-istess kampanja. “Meta ġietna l-opportunità li nagħtu xi ħaġa lura lill-komunità, ħtafnieha. Tkellimna mas-Sinjura Abela biex b’hekk inkunu nistgħu ngħinu fil-kampanja ta’ ‘Rigal b’Imħabba’. Din il-kampanja hija waħda fejn jinġabru rigali varji u jitqassmu lit-tfal li għal raġuni varji ma kienx ser ikollhom rigal dan il-Milied. Bħala ġenitur din il-kampanja mill-ewwel missitli qalbi. Il-proċedura kienet waħda sempliċi ħafna. Kellna sezzjoni fis-sit elettroniku fejn persuna setgħet tagħżel minn għażla ta’ ±150 rigal u hekk kif tasal fil-mument li tħallas, tagħżel li dan r-rigal jintbagħat lill-kampanja ‘Rigal b’Imħabba’. Dawn ir-rigali mbagħad inġabru u ġew preżentati lis-Sinjura Abela biex jingħaqdu mal-eluf ta’ rigali li tqassmu lit-tfal inqas ixxurtjati. Apparti minn hekk, għal kull rigal li nxtara bħala donazzjoni aħna tajna l-qliegħ tagħna għall-Istrina. B’kollox inġabru iktar minn 30 rigal u l-qligħ mar għall-Istrina”. Finalment, stedintu jgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “nsejt.mt hija xi ħaġa ġdida, u dak li wrejna s’issa huwa biss ftit minn dak li nixtiequ noffru fil-futur. Fil-ftit ġimgħat li ilna miftuħin wassalna iktar minn 500 rigal madwar Malta kollha. Issa kif tibda s-sena l-ġdida, il-pjan huwa li nkomplu ntejbu s-servizz u dan jista’ jsir biss billi nisimgħu dak li tixtiequ taraw mingħandna. Jekk għandek xi suġġeriment jew osservajt fejn nistgħu nkunu aħjar, tiddejjaq xejn tibgħatilna, niżgurak li jiena jew Owen ser naraw il-messaġġ tiegħek u ser naħdmu fuq kull suġġeriment,” temm jgħidli Dylan.

SKEDA ONE 16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10 20:30

Primetime Preview Malta Flimkien Flimkien ma’ Nancy Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien Attività Politika

06:30 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Malta Flimkien 09:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ieqaf 20 Minuta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:18 19:30 20:10 20:30

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Dak Li Jgħodd Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:20 19:30 20:10

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien What’s Cooking Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime

15:35 16:08 16:25 17:15 18:15 19:18 19:30 20:10 20:30

Telebejgħ Primetime Preview Malta Flimkien Mhux Kemm Taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Primetime Malta Flimkien -

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30 15:35

TLIETA 22-03

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News

ĦAMIS 24-03

06:30 ONE Breakfast 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Malta Flimkien 09:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ieqaf 20 Minuta 13:00 Kalamita 15:30 ONE News

06:30 08:00 08:30 09:00 12:30 12:35 13:00 15:30

SIBT 26-03

Kull oġġett li jinsab fuq nsejt.mt huwa ġdid fjamant, oriġinali u bil-garanzija mingħand l-aġent ta’ dak l-oġġett. Kull oġġett huwa wkoll prezzat bil-prezz hekk irrakkomandat mingħand l-aġent. Dan ifisser li jekk oġġett jiswa €10 minn ħanut lokali ser issibu għal €10 fuq nsejt.mt. L-oġġetti jistgħu wkoll jiġu rritornati lilna fi żmien 14-il ġurnata

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Malta Flimkien Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News Telebejgħ

ONE Breakfast Quddiesa tal-jum Prime Time Espresso ONE News Ieqaf 20 Minuta Kalamita ONE News

23:30

21:30 22:30 23:30

20:30

TNEJN 21-03

2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

- Attività Politika 2603 Malta Flimkien - Attività Politika ONE News

23:30

Malta Flimkien Attività Politika 2603 Malta Flimkien Attività Politika ONE News

23:30

Attività Politika ONE News

21:30 22:30

15:35 16:08 16:15 16:45 17:30 18:15 19:20 19:30

Telebejgħ Primetime Preview What’s Cooking Music Legends Indhouse Pjazza ONE Sports & Temp ONE News

20:10 20:30 21:30 21:00 23:30

Primetime Niftakru 2603 Dokumentarju ONE News

14:30 14:45 16:30 16:45 18:30 18:45 19:20

ONE News Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022 ONE Sports & Temp

19:30 20:10 22:30 22:45 23:30 23:50

ONE News Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022

ERBGĦA 23-03

ĠIMGĦA 25-03

07:00 Elezzjoni 2022 08:30 ONE News 08:45 Elezzjoni 2022 10:30 ONE News 10:45 Elezzjoni 2022 12:30 ONE News 12:45 Elezzjoni 2022

07:00 08:30 08:45 10:30 10:45 12:30 12:45 14:30

21:30 22:30

Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022 ONE News

14:45 16:30 16:45 18:30 18:45 19:20 19:30 20:10

Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022 ONE Sports & Temp ONE News Elezzjoni 2022

22:30 22:45 23:30 23:50

ONE News Elezzjoni 2022 ONE News Elezzjoni 2022

ĦADD 27-03


36

20.03.2022

reċensjoni tal-ktieb

IĊ-ĊIMITERJU TAL-IMGĦALLQIN L-EWWEL VOLUM Addattat minn Charles B. Spiteri Iċ-Ċimiterju tal-Imgħallqin mill-pinna ta’ Giuseppe Cumbo huwa rumanz mill-isbaħ li fih l-intriċċi, l-inganni, l-imħabba u l-vendetti ma jonqsux. Iħallik fuq ix-xwiek mill-bidu sal-aħħar u jitilfek f’dinja oħra ta’ Markiżi, palazzi u Malta tal-antik. L-għassies li skanta jħares lejh fil-ħin li tefagħlu d-dawl f’wiċċu, ħass ġismu jitla’ xewk xewk. Ħin bla waqt, iż-żagħżugħ poġġa riġlu fuq it-tebut, tbaxxa u reġa’ qam, xħin refa’ fuq dirgħajh il-ġisem ta’ dik il-mara. Hu beda jagħfasha ma’ sidru u jolfoq, u b’xufftejh jaħarqu nar beda jbus bħal mitluf il-wiċċ, l-għonq, id-dirgħajn u s-sider ta’ dik, li b’daqshekk fehem, li sejjer jerġa’ jagħtiha l-ħajja. “Ma stajtx insalvak! Maħbuba Giovanna tiegħi, mela tassew li m’għandix nisma’ aktar il-leħen maħbub tiegħek, ma narax iżjed il-ħelwa tbissima tiegħek. Għajnejk baqgħu magħluqin! “Darba int kont għedtli… ‘Ġorġ, jekk immut, bewsa tiegħek terġa’ tagħtini l-ħajja.’ Qum mela! Din il-bewsa rrid nistampahielek fuq xufftejk! U issa xejn! Xejn!” kompla b’leħen li jaqsam lill-qlub.

Mistoqsija: X’kienet tgħidlu Giovanna lil Ġorġ li jerġa’ jagħtiha l-ħajja? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IĊ-ĊIMITERJU TAL-IMGĦALLQIN - L-EWWEL VOLUM. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 27 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb GĦAL DEJJEM ... U FTIT hija:

C. SALIBA - QORMI

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm se tiswa lill-Gvern il-miżura tat-tnaqqis fit-taxxa tal-ħaddiema u tas-self-employed?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


37

20.03.2022

“THE GAY SLAYER” Colin Ireland kien joqtol irġiel omosesswali għax iktar “faċli” IT-TIENI PARTI It-tielet vittma kien Perry Bradley III ta’ 35 sena. Bħalma ġara fil-każi ta’ qabel, Ireland mar mal-vittma fejn kien jgħix u kkonvinċieh biex jorbtu mas-sodda. Hekk kif Dunn kien marbut, Ireland qallu biex jagħtih flusu u qallu biex jagħtih in-numru tal-karta ta’ kreditu tiegħu. Dunn tah li talbu u Ireland qallu biex jorqod. Għall-bidu, Ireland kien se jħallih jgħix iżda reġa’ darlu għax beża’ li Dunn jagħrfu u jmur jgħid lill-pulizija. Kien għalhekk li ssikka l-ħabel ma’ għonq Dunn u fgah. B’kollox, Ireland seraqlu 300 lira sterlina. Hekk kif Ireland ma bediex jingħata fama fuq l-aħbarijiet, hu rrabja u mar ifittex ir-raba’ vittma, li inzerta kien Andrew Collier ta’ 33 sena. Ireland mar ma’ Collier fid-dar tiegħu f’Dalston u kif kienu ġewwa semgħu l-għajjat barra. Huma marru jittawlu mit-tieqa u hawnhekk, Ireland mess il-ħadida ta’ quddiem it-tieqa u ħalla l-marki tas-swaba’. Din l-evidenza għenet wara l-ħames u l-aħħar delitt. Collier spiċċa nqatel bl-istess mod li nqatlu l-oħrajn u din id-darba, Ireland qatel il-qattus tal-vittma. Għamel hekk għax fl-aħbarijiet kienu qalu li l-qattiel ta’ Walker kien iħobb l-annimali għax ma qatilx il-klieb tal-vittma. Wara li qatel lil Collier u l-qattus, Ireland ċempel lill-pulizija u qalilhom kif ma rnexxilhomx jorbtu l-erba’ omiċidji flimkien. L-aħħar vittma kien kok Malti ta’ 41 sena, Emanuel Spiteri. Ireland rikeb it-tren ma’ Spiteri biex marru fl-appartament tal-vittma. Hekk kif Ireland rabat lil Spiteri, heddu għan-numru tal-karta ta’ kreditu iżda Spiteri rrifju-

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

COLIN IRELAND KIEN KBURI B’DAK LI GĦAMEL U RIED ISIR QATTIEL TAL-MASSA FAMUŻ ta li jagħtihulu. Kien għalhekk li fgah b’ħabel u wara ta n-nar lill-appartament ta’ Spiteri. Kif għamel hekk, Ireland ċempel lill-pulizija u qalilhom biex ifittxu għal katavru qalb in-nirien u żied jgħidilhom li jaf ma jerġax joqtol iktar persuni. L-aħbar li kien hemm qattiel talirġiel omosesswali xxandret ġmielha fl-aħbarijiet u dawn il-persuni ġew imwissija biex joqogħdu attenti lil min jieħdu d-dar magħhom. Waqt l-investigazzjoni tal-qtil ta’ Spiteri, il-pulizija rnexxielhom iġibu filmat tas-sigurtà tal-istazzjon tat-tren fejn Spiteri deher ma’ raġel ieħor. Ir-ritratt tar-raġel ixxandar fuq l-aħbarijiet u kif ra hekk, Ireland ċempel lill-pulizija u qalilhom li kien hu fir-ritratt iżda li hu ma kienx

IRELAND DEHER FUQ IL-KAMERAS TAS-SIGURTÀ FLIMKIEN MAL-AĦĦAR VITTMA, EMANUEL SPITERI

il-qattiel. Ireland qal lill-pulizija li hu mar ma’ Spiteri fl-appartament tiegħu u ħallieh hemmhekk ma’ raġel ieħor. Minkejja dan il-gideb, il-pulizija qabblu l-marki tas-swaba’ li sabu fix-xena tad-delitt ta’ Collier u dawn qablu ma’ omosesswali biex ikun jista’ jinganna lill-vittmi tiegħu. L-omiċidji wetta’ Ireland. taqhom għax apparti li ried isir famuż, hu ma kienx jaħdem u ma kellux flus Il-ġuri biex jgħix. Fl-20 ta’ Diċembru tal-1993, IreBis-saħħa tal-evidenza forensika, Ireland ġie mixli bil-qtil ta’ Collier u land ammetta għall-ħames omiċidji u ta’ Spiteri. Waqt li kien miżmum il- weħel għomor il-ħabs għal kull omiċiħabs, Ireland ammetta wkoll li qatel dju. Fil-21 ta’ Frar tal-2012, Ireland miet lil Walker, Dunn u Bradley III. Hu qal fil-ħabs fl-età ta’ 57 sena. Għall-bidu lill-pulizija li ma kellu xejn kontra ħasbu li kienet mewta naturali iżda l-irġiel omosesswali iżda dawn kienu wara sar magħruf li jaf miet b’fibrożi faċli biex tgħabbihom billi tinganna- pulmonari u minħabba li kellu ġenbu hom. Saħaq li kien jilgħabha ta’ raġel miksur.

IL-VITTMI: PERRY BRADELY, ANDREW COLLIER U EMANUEL SPITERI

TMIEM


38

20.03.2022

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


39

20.03.2022

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 425

P. DEBATTISTA - ŻABBAR

Bi 3 NUMRI 018 048 064 568 625 659 671 720 851 868 940 B’4 NUMRI 0575 0860

0965 1165 1280 2322 2438 4296 4380 4659 5188 5198 5206 5232 5359 5611 5697 5830

5873 6276 6458 6616 6664 6717 6954 7185 7309 7390 7789 7805 8010 8183 8278 8391

8701 8859 9028 9690 B’5 NUMRI 04702 09902 11440 11849 16244 21354 26510 45558 45578 47919

50562 54354 58897 59891 62714 66552 69616 77985 81922 82531 83494 84711 90493 92809 97467

B’6 NUMRI 004724 015083 241251 485587 486660 544955 606342 769907 856102 952226

MIMDUDIN: 9. 1. Ir-raba’ xahar (5) 10. 4. Kompli l-qawl: 12. Ġurdien qluqi 16. ....... ma jsir far (4) 18. 7,9. Rappreżentant (5) 19. WEQFIN: 1. Programm? (6) 2,19. Bħas-soltu (6) 3,16. Kunjom (6) 5.18. Kulur (5) 6,21W. Tieħu li mhux

8,11. 11. 12,17. 13. 14.

Ara 7 Annimal (6) Dixxiplinat? (6) Ara 3 Ara 5 Ara 2

20. 21.

Kelli x-xewqa (5) Royal Airforce (1,1,1) Raħal (4) Kunjom (5)

23. 24.

tiegħek (6) Kważi dejjem (11) Ara 8 Tal-mejtin! (5) Lemħet (3) Togħla? (6)

15. 17. 21. 22.

Bil-krema? (6) Ara 12 wieqfa Ara 6 Tajjeb ferm mal-kusksu (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Birgu, 4.Rasu, 7,23.Rranka, 9.But, 10.Temmen, 12.Bandli, 16.Nar, 18.Si, 19.Rai, 20.Bokka, 21.Rio, 24.Twist

WEQFIN: 1.Bibien, 2.Rit, 3,17.Urtati, 5,14. Ammiralli, 6.UMN, 8.Rendikont, 11,21W. Farka, 12,22.Bronk, 13.NSO, 15.Silfet


40

20.03.2022

GĦAŻLA WAĦDA ĊARA QUDDIEMNA Editorjal

It-tmexxija tal-PN għadha tippersonifika l-għerf tal-filosfu Ġermaniż Georg Hegel jiġifieri li “l-unika ħaġa li tgħallmu mill-passat hi li ma tgħallmu xejn mill-passat”. L-akbar għadu tal-PN illum hu biss il-PN innifsu

Kif ngħidu, ir-raġuni ma trid l-ebda forza, iżda xorta nqisu li qatt mhu biżżejjed biex nenfa­ sizzaw dwar l-importanza ta’ dawn l-aħħar ġranet tal-kampanja elettorali. Ħafna jkunu ilho­m is-snin jibnu l-konvinzjoni tagħhom dwar min kien u jista’ jkun kapaċi jtej­bilhom ħajjit­ hom. Forsi jkun eħfef għa­lihom li jiddeċiedu fil-mument li tali respon­sab­bil­tà tiġi fuqhom. Nemmnu li lej­let ġu­dizz­ju ieħor storiku, bħal dak tas-Sibt li ġej, kull ċittadin u ċittadina fostna għandhom jirrealizzaw u anke jwieżnu d-deċiżjoni li se jkunu qed jieħdu, tkun xi tkun. Akbar mill-appoġġ lil xi kandi­­ dat jew kandidata partiko­lari, id-dritt tal-vot f’idejna jagħtina s-setgħa li ninvestu qabelxejn fil-partit li, tul il-leġiżlatura li jmiss u forsi anke wara, kapaċi jroddilna lura preżent u ġejjieni aqwa għalina nfusna u għallgħeżież tagħna. L-esperjenza tal-aħħar disa’ snin, inkluża din il-leġiżlatura stes­s, li waslet biex tin­temm, u mhux l-inqas ix-xhur twal talpande­mija minn Marzu 2020 lil hawn huma lkoll xhieda tal-qab­ża li għamlet il-ħajja ta’

kull ċittadin f’pajjiżna, partiko­ larment dawk fil-faxex t’isfel tas-soċjetà. Qabel dan, kellna kwart ta’ seklu ta’ amminis­trazzjonijiet Nazzjona­listi li wkoll jirriflettu b’mod ċar l-andament u l-kwa­ lità tal-ħajja li kellna sal-2013. Sfortunatament, dawk l-istess es­po­­nenti li dak iż-żmien kienu wassluna fil-miżerja, illum qed jerġgħu jippreżentaw lilhom infushom għall-ġudizzju taleletto­rat. Dan waħdu jżejjen liż-żewġ partiti ewlenin f’tip ta’ kre­dib­ biltà differenti ħafna. L-istess il-ma­nifesti rispettivi tagħhom kif ippreżentati lill-elettorat tul din il-kampanja iġorru piżijiet differenti awtomatikament. Għal min, bħall-Partit Labu­ rista, kien ta’ spalla u wens għal kull ħaddiem, kull familja u kull negozju fl-aktar żmien diffiċ­ li fl-aħħar 80 sena, għandu l-benefiċċju li jippreżenta ma­ nifest qawwi, b’1,000 proposta ambizzjużi u mingħajr il-biża’ li se jiġi mżeblaħ b’xi mod. B’wiċċu minn quddiem jaspira li jkompli jieħu l-aħjar deċiżjo­nijiet f’waqthom u jaf li warajh se jsib appoġġ kbir.

Ħaddieħor ma jistax jgħid l-istess. Partit Nazzjonalista li, kull meta kien fil-poter, qarraq bil-poplu kollu, il-ħin kollu, mingħajr qatt ma wera l-iċken indiema ta’ dnubietu, jista’ biss jibqa’ jagħżaq fil-vojt. Jista’ jippre­żen­ta miljun proposta f’daqqa, għax għal­xejn. Mhux se jirnex­xilu jakkwista l-ebda fiduċja jew fiduċja żejda. Iżjed u iżjed jekk, kif segwej­na fl-aħħar jiem u ġimgħat, jinqabad li lanqas hu jew il-kan­­didati tiegħu mhuma jifhmu preċiż dak li qed jipproponu tant li jispiċċaw jitfixklu kull darba meta jintalbu jagħtu d-dettalji. Bir-raba’ Kap mindu ġew irriġettati mill-elettorat bl-akbar maġġoranza, it-tmex­xi­­ja tal-PN sal-lum għad­ha tip­personifika l-għerf tal-filos­fu Ġermaniż Georg W. He­gel li “l-unika ħaġa li tgħallmu mill-passat hi li ma tgħallmu xejn mill-passat”. L-akbar għadu tal-PN illum hu biss il-PN innifsu. Mhux diffiċli tasal għal tali konklużjoni. Anzi sempliċi iżjed minn hekk ma tistax tkun. Għaldaqstant, għall-ġid ta’ kull wieħed u waħda minna u ta’ pajjiżna, hemm distinzjoni

ċara, li għandha tilluminana sa sitt ijiem oħra. L-għażla bejn Robert Abela u Bernard Grech hi ċara. L-għażla bejn partit li għandu l-kredibbiltà li jwettaq dak li jwiegħed u partit li ma jinte­ ressahx li llum jispara bl-addoċċ, għax għada ħadd ma rah, hi ċara. L-għażla bejn partit fil-Gvern li pproteġa lill-pajjiż u lil niesu fl-agħar kriżi li qatt iffaċċjat id-dinja u partit fl-Oppożizzjoni li għamel ħiltu biex ifixkel u jbeżża’ lin-nies, hi ċara. L-għażla bejn manifest b’mi­ żuri ambiz­zjużi, iżda fattibbli, u manifest mingħajr kalkoli u miżuri li lanqas min ħoloqhom mhu qed jaqbel fuqhom, hi ċara wkoll. L-għażla ċara għal kul­­ħadd hu partit li kapaċi joffri ekono­ mija stabbli, iżjed investimenti, għajnuna biex jitwettaq il-ħolm tiegħek, garanzija ta’ xogħol lil kul­ħadd, rati inqas ta’ taxxi, l-aħjar u l-aktar firxa wiesgħa ta’ benefiċċji, pensjonijiet bl-aħjar kundizzjonijiet u futur mill-aktar pros­peru. Il-Partit Laburista biss illum jista’ joffri dan kollu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.