IL-FAMILJI WKOLL IBATU BIL-PROPOSTA NAZZJONALISTA GĦALL-ENERĠIJA Il-Ħadd, 20 ta’ Ġunju, 2021
Ħarġa Nru 1,458
Prezz €1
Rapport f’paġna 3
F’ĦAMES XHUR SARU 110 TOROQ OĦRA ĠODDA Dehra mill-ajru taż-żona fil-Qasam tad-Djar San Patrizju f’Pembroke, li fl-aħħar xhur ingħatat wiċċ ġdid minn Infrastructure Malta. Fl-ewwel ħames xhur tal-2021, l-Aġenzija rnexxielha tibni mill-ġdid mal-110 toroq oħrajn.
Rapport f’paġni 14 u 15
MALTA FOST IL-POPOLARI FL-EWROPA GĦAS-SAFAR
Pajjiżna qed jirnexxilu jattira fost l-aktar turisti fil-kontinent Ewropew u, flimkien ma’ erba’ pajjiżi biss oħra, qed jikseb riżultati ħafna aħjar minn destinazzjonijiet ewlenin fir-reġjun. Fl-1 ta’ Ġunju li għadda, dakinhar li pajjiżna fetaħ l-Ajruport għallvaganzi, il-bookings mal-linji tal-ajru kienu diġà jlaħħqu l-35% ta’ dawk li kellna fl-aħħar sena qabel il-pandemija, waqt li l-indikazzjonijiet urew li dawn kienu se jkomplu jiżdiedu sew fiż-żmien li ġej. Ir-riżultati għal pajjiżna, li ħarġu minn stħarriġ ta’ ForwardKeys li analizza l-bookings tas-safar globali fl-aħħar jiem, huma simili għall-miri li tfasslu mill-awtoritajiet Maltin, skont tagħrif lil din il-gazzetta. ForwardKeys sabu li, b’mod ġenerali, il-kontinent Ewropew kien mistenni jlaqqat sajf ieħor diżappuntanti b’livelli baxxi ta’ bookings, bl-eċċezzjoni tal-Albanija (73% meta mqabbel mal-2019), il-Greċja (49%), is-Serbja (38%), l-Iżlanda u Malta (35%). Tkompli f’paġna 5
ĊIFRI EWROPEJ MA JURUX IL-QAGĦDA REALI EDUKATTIVA Il-Gvern għaddej b’taħditiet fuq livell Ewropew biex il-mod kif jiġu kkalkulati studenti ta’ bejn it-18 u l-24 sena li jħallu l-iskola kmieni jkun jirrifletti s-sitwazzjoni proprja f’pajjiżna. Minħabba diskrepanza li teżisti fl-interpretazzjoni ta’ kif stati membri fl-Unjoni Ewropea qed jiġbru l-informazzjoni relatata mal-klassifikazzjoni tal-Early Leaving Education & Training (ELET), Malta qed tispiċċa żvantaġġata, anke jekk il-qagħda reali lokali hi ħafna aħjar. Rapport f’paġna 4
02
20.06.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 34°C L-Inqas Temperatura: 21°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 23°C
KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
33°C UV 11
KUNTATT ĠENERALI
23°C
Il-Ħamis
32°C UV 11
22°C
Il-Ġimgħa
32°C UV 11
23°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
33°C UV 11
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
23°C
33°C UV 11
23°C
33°C UV 11
23°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Empire Pharmacy, 77, Triq it-Teatru l-Antik, Il-Belt Valletta – 21238577 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Brown’s Pharmacy, Shop 10, Yacht Marina Apartments, Triq il-Marina, L-Imsida – 21244366 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 Health & Co Pharmacy, Triq l-Erba’ Mwieżeb, San Pawl il-Baħar 79790119 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Sharon’s Pharmacy, 6. Triq in-Nadur, Marsaskala – 21637300 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan k/m Triq William Baker, Il-Gudja – 21696422 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija – 21563052 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
20.06.2021
ANKE L-FAMILJI JBATU BIL-PROPOSTA NAZZJONALISTA GĦALL-ENERĠIJA DAK LI TRID L-OPPOŻIZZJONI JPOĠĠI F’RISKJU LI TINTILEF L-ECO-REDUCTION TA’ SENA SĦIĦA FIL-KONTIJIET Wara li ħareġ jgħid li jrid ibiddel is-sistema tal-kontijiet talenerġija mingħajr ma analizza jew studja l-impatt ta’ din id-deċiżjoni fuq in-negozji, issa ħareġ biċ-ċar ukoll li l-Partit Nazzjonalista ta’ Bernard Grech lanqas l-impatt fuq il-familji ma kien kapaċi jqis bis-serjetà. Waqt dibattitu fil-programm televiżiv ta’ TVM Insights, immexxi mill-ġurnalist Glenn Falzon, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Enerġija Ryan Callus ma kienx kapaċi jikkonferma l-impatt li l-proposta tal-Partit tiegħu se jkollha fuq l-eco-reduction. Fl-istess waqt il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli żvelat kif dak li qed jipproponi l-PN jipperikola mhux biss in-negozji, imma saħansitra jmiss il-bwiet ta’ eluf ta’ familji Maltin u Għawdxin ukoll. “Qed tirrealizzaw li se taffettwaw b’mod negattiv l-eco-reduction ta’ eluf ta’ familji?” staqsiet il-Ministru Dalli. “B’li qed jipproponi l-PN jistgħu jiġu affettwati eluf ta’ familji li jitilfu l-eco-reduction.” Miriam Dalli spjegat kif bħalissa l-eco-reduction tinħadem kull xahrejn. Jekk familja tikkonsma inqas minn ċertu ammont, terġa’ tieħu roħs ieħor f’dak il-kont. Jekk taħli iżjed, l-eco-reduction tinqabeż f’dawk ix-xahrejn. Bil-proposta tal-PN, dan it-test isir darba fis-sena, bir-riskju li familja li taqbeż l-ammont imqar b’unit wieħed biss titlef l-eco-reduction għal din is-sena kollha. In-nuqqas ta’ preparazzjoni u analiżi tal-Oppożizzjoni fis-settur tal-enerġija kompla joħroġ tul il-programm, meta l-Kelliem Nazzjonalista wera biċ-ċar li l-argument tal-Partit tiegħu dwar l-orħos sors mhuwiex ibbażat fuq il-fatti. Mistoqsi jekk kienx jaf kemm jiswa unit ta’ elettriku mill-interconnector, Callus saħansitra pprova jaħrab mill-mistqosija. Il-Ministru Dalli spjegat kif kien hemm xhur fejn il-prezz tax-xiri tal-elettriku mill-interconnector kien ħafna ogħla. Bl-istess mod ikun hemm drabi fejn l-interconnector ikun irħas, imma l-Gvern għandu l-flessibilità li jixtri meta jaqbillu. “Kieku dan il-Gvern mexa bħalma jimxi l-PN u żammejna mal-interconnector biss, kieku n-nies qed iħasslu kontijiet ogħla. Bid-diversifikazzjoni fissorsi nistgħu nixtru minn fejn jaqbel, proprju għax il-Gvern
għandu l-flessibilità. Għandna sitwazzjonijiet fejn jaqblilna nixtru mill-interconnector, għax ikun irħas, u f’ħinijiet oħra jaqblilna mmorru għallproduzzjoni lokali, għax hi orħos,” spjegat il-Ministru. Hi wkoll ġabet fix-xejn il-kritika Nazzjonalista fuq l-aħbar li l-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, se jkun qed jiżviluppa l-interconnector. Wara li l-Ministru Dalli ħabbret li Malta sejra għat-tieni interconnector, il-PN qal li din l-idea kienet tiegħu wkoll, skont pjan tal-2006. Filwaqt li r-rapport tal-2006 ma jgħidx hekk, id-dokument jgħid ukoll li l-ewwel interconnector kellu
jkun lest sal-2010. Fil-verità, kif jaf kulħadd, kellu jkun il-Gvern Laburista li lestieh fl-2015, waqt li Gvern Nazzjonalista ma kien ħejja prattikament xejn. Ir-rapport tal-PN ukoll kien jitkellem dwar il-Marsa power station li kellha tingħalaq fl-2008. Ingħalqet minn Gvern Laburista fl-2015 ukoll. Jitkellem dwar il-fatt li Malta kellha bżonn iddaħħal il-gass bħala sors ta’ enerġija fl-2009, iżda dan beda jintuża f’pajjiżna fl-2017. “Għalhekk hi kwistjoni ta’ kredibilità. In-nies taf li jekk nitkellmu dwar xi ħaġa, nitkellmu dwar affarijiet li qegħdin jew se jkunu implimentati,” saħqet Miriam Dalli.
04
20.06.2021
DISTINZJONI BEJN TRAFFIKANT U VITTMA TAD-DROGA Din il-ġimgħa tressaq għat-tieni qari l-abbozz ta’ liġi li jemenda liġijiet varji dwar mediċini perikolużi, li għandu l-għan li jnaqqas il-piena għal persuni li jinqabdu b’ammonti żgħar ta’ drogi u l-proċess fil-qrati jwassal għal ġudizzju ġust u ekwu. B’hekk persuni, li jkunu fil-pussess ta’ kwantità żgħira ta’ droga, ma jiġux penalizzati b’sentenzi ta’ priġunerija. Il-Kummissarju tal-Liġijiet, l-Imħallef Emeritu Antonio Mizzi, spjega li “dan ma jfissirx li kulħadd jista’ jaqbad u jieħu d-drogi li jrid.” L-abbozz ta’ liġi, li jinsab fi stadju ta’ kumitat Parlamentari, għadu fiċ-ċans għal tibdil qabel
imur għat-tielet qari u eventwalment għall-firma tal-President biex isir liġi. Il-Kummissarju Mizzi tenna li l-maġġoranza mhux se jiġu bżonn il-liġi, imma se tkun t’għajnuna għal dawk li jesperimentaw fiż-żgħożija tagħhom. “Forsi b’din il-liġi jirrealizzaw ukoll li l-esperimentazzjoni hi ta’ darba u m’għandhiex tkun ħaġa regolari, assolutament. Din hi liġi mhix intiża bħala liġi ta’ saħħa, imma biex min jagħmel żball ċkejken, jiġi biex ngħid hekk ikkastigat b’piena ċkejkna.” Il-Ministru għall-Ġustizzja Edward Zammit Le wis qal li l-liġi se tikkunsidra ċerti sitwazzjonijiet,
bħal pereżempju, jekk il-persuna tkunx inqabdet bid-droga l-ewwel darba, jekk tkunx bid-droga biex issostni d-dipendenza tagħha u mhux biex tittraffika, u t-tip ta’ droga li jinstab li jkollha. “Hi konferma oħra ta’ Gvern tan-nies u għannies, għax il-Gvern sema’ l-karba u qed jagħmel distinzjoni ċara bejn it-traffikant fejn il-ġlieda qalila kontrih tibqa’, u l-vittma tad-droga li rridu nibqgħu ngħinuh joħroġ minn xi dipendenza. Din il-liġi qed tagħti d-diskrezzjoni lill-qrati, biex meta jeżaminaw ċerti fatti, jikkunsidrawhom u mhux bilfors persuna teħel priġunerija … tista’ tingħata trattament,” stqarr il-Ministru.
ĊIFRI EWROPEJ MA JIXHDUX IL-QAGĦDA REALI EDUKATTIVA GĦADDEJJIN TAĦDITIET MAL-UE BIEX IL-MOD KIF JIĠU KKALKULATI STUDENTI BEJN IT-18 U L-24 SENA LI JĦALLU L-ISKOLA KMIENI JKUN TASSEW JIRRIFLETTI S-SITWAZZJONI PROPRJA F’PAJJIŻNA Diskrepanza fil-mod kif tingħata statistika mill-pajjiżi membri lill-Unjoni Ewropea dwar żgħażagħ li jitilqu mis-sistema edukattiva qed toħloq xenarju li mhux realistiku u għalhekk dan iwassal għal persentaġġi li mhumiex mera ta’ dak li verament hi s-sitwazzjoni f’pajjiżna mqabbel ma’ stati membri oħrajn. Fil-fatt, ilKullĦadd hi infurmata li l-Ministeru għall-Edukazzjoni jinsab f’taħditiet biex din l-istatistika tkun emendata u tirrifletti l-istampa ta’ kif inhi fil-verità. Fl-istess ġimgħa tal-aħbar tal-konsultazzjoni pubblika għall-istrateġija sal-2030 dwar Early Leaving from Education and Training (ELET), it-terminu l-ġdid li l-Unjoni Ewropea qed tagħti għal dak li qabel kienu magħrufa bħala Early School Leavers, il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana kkonfermat li għaddejjin diskussjonijiet fuq livell Ewropew biex tingħata stampa reali f’dan ir-rigward. Għalkemm f’dawn l-aħħar snin Malta kienet fost ftit pajjiżi fl-UE, li rnexxielhom itejbu b’mod qawwi r-riżultati rispettivi, ir-rata attwali f’pajjiżna ta’ dawk bejn it-18 u l-24 sena li ma ġabux 5 O-Levels fil-Livell 1 sa 7 hi ta’ 16.7%. Din ir-rata hi fost l-ogħla fl-UE. Minkejja dan, din ma tirriflettix ir-realtà, għax il-qagħda lokali hi ferm aħjar milli tidher fuq il-kotba tal-istatistika tal-UE u dan għar-raġuni li l-ġbir ta’ informazzjoni qed jiġi interpretat differenti fost il-pajjiżi. Ir-rata hi miġbura min-Na-
Il-Ministru Caruana waqt it-tnedija tal-konsultazzjoni pubblika għall-istrateġija tional Labour Force Survey għal dawk bejn it-18 u l-24 sena li ma jkunux ġabu kwalifikazzjoni fis-Sekondarja Ogħla (“upper secondary qualification”). Dan it-terminu ingħata mill-UE biex jintuża mill-istati membri kollha fil-proċess tal-ġbir tal-istatistika, iżda kull stat membru applika dan it-terminu fil-kuntest partikolari tiegħu. B’hekk inħolqot diskrepanza meta titqabbel l-istatistika, għax ċerti stati membri għażlu, bħala eżempju, l-attendenza fl-istituzzjonijiet edukattivi ta’ din il-faxxa ta’ żgħażagħ, minflok il-kwalifiċi miksubin. Dan qed iwassal biex l-istatistika ta’ Malta tidher għolja mqabbla ma’ t’oħrajn u allura l-pożizzjoni tagħna flELET għandha tkun ferm aħjar milli kif qed tidher fuq il-kotba
tal-istatistika Ewropea. “B’hekk għaddejjin b’dawn it-taħditiet, biex naċċertaw ruħna li r-rata ta’ Malta ma tibqax tidher daqstant għolja, meta fil-fatt mhux qed turi r-realtà tas-sitwazzjoni. Ma jfissirx li ma rridux inkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna,” qaltilna l-Ministru Caruana. Sadanittant l-istrateġija, li ġiet ippubblikata għall-konsultazzjoni nazzjonali nhar it-Tnejn li għadda, tirrifletti x-xogħol f’dan il-Ministeru li hu mibni fuq diversi prijoritajiet li qed imexxi ’l quddiem f’kull settur tal-edukazzjoni. Il-Ministru Caruana saħqet li “għaddejjin minn żmien importanti li matulu qed naraw li nġeddu l-ħidma tagħna li hi s-sisien tal-bażi tal-edukazzjoni. Dan hu Gvern għan-nies li jinvesti fin-nies
u biex tagħmel dan trid tibda minn dawk li huma l-preżent u l-futur ta’ pajjiżna, uliedna.” Fl-aħħar jiem tnedew dokumenti u strateġiji oħrajn għallkonsultazzjoni pubblika, fosthom fl-ekonomija, biex pajjiżna jkollu pedamenti sodi fuq xiex jibni, anke fil-kuntest tal-isfidi kbar li ġabet magħha l-pandemija. Din l-istrateġija fil-qasam edukattiv għandha importanza kbira u tkompli tibni mal-ewwel waħda li kienet ġiet ippubblikata fl-2015, bil-miri tagħha li kienu japplikaw sal2020. Hu għalhekk li tfasslet din it-tieni policy biex filwaqt li l-Ministeru jkompli jibni fuq dak li diġà sar, tkun aġġornata l-ħidma li trid tirrifletti t-triq ’il quddiem, inkluż fid-dawl tal-effetti li se tkun qed tħalli l-COVID-19.
Din il-policy għandha mira prinċipali li tindirizza din is-sitwazzjoni nazzjonali. L-istrateġija saħansitra qed tuża terminoloġija ġdida. Fejn qabel kien jintuża t-terminu ‘Early School Leavers’, kien pass ’il quddiem li qed jintuża terminu l-ġdid, ‘Early Leaving from Education and Training’, ELET. Dan qed isir għax din tinkludi t-tagħlim akkademiku kif ukoll dak vokazzjonali. Illum qed naraw edukazzjoni iktar ħolistika u inklussiva u allura trid issir ħidma fuq il-ħiliet kollha possibbli. Il-policy hi bbażata fuq tliet pilastri, li huma l-prevenzjoni, l-intervent u dak tal-kumpens. Dawn ikopru miżuri mhux biss fil-qasam tal-edukazzjoni, imma f’oqsma oħrajn ukoll u għalhekk tolqot policies u ministeri oħrajn f’dimensjoni nazzjonali. Il-miżuri kollha tfasslu wara konsultazjoni ma’ diversi stakeholders. F’kull pilastru hemm ħames miżuri li jridu jintlaħqu sal-2030 bil-għan li Malta tkompli tnaqqas ir-rata tal-ELET u tkompli toffri edukazzjoni aktar ekwa u bbażata fuq ġustizzja soċjali. Il-Ministru Caruana ħeġġet biex, għall-ġid ta’ wliedna, kull min hu interessat jipparteċipa fil-konsultazzjoni pubblika għal din l-istrateġija. “Inkompli nenfasizza li l-edukazzjoni hi ċavetta importanti ħafna biex pajjiżna jkompli miexi ’l quddiem u jkun b’saħħtu ekonomikament kif ukoll soċjalment,” temmet tgħid il-Ministru. Id-dokument għall-konsultazzjoni pubblika jinsab fuq issit uffiċjali meae.gov.mt.
05
20.06.2021
IR-RIŻULTATI JIDDEPENDU FUQ IL-MIŻURI LI ĦADU L-GVERNIJIET Tkompli minn paġna 1 Matul Ġunju tal-2019, kienu żaru pajjiżna aktar minn 250,000 turist, żieda ta’ 5.5% fuq l-istess xahar fl-2018. Skont ċifri uffiċjali tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) dak iż-żmien kienet irrapportata wkoll żieda ta’ 17.1% fost it-turisti minn pajjiżi li mhumiex fl-Unjoni Ewropea. Fil-bidu ta’ dan ix-xahar, il-bookings mill-Ġermaniżi, il-Franċiżi u l-Amerikani – it-tlett iswieq t’oriġini l-aktar b’saħħit hom għall-ivvjaġġar f’destinazzjonijiet Mediterranji – kienu jammontaw għal 37%, 42% u 24% tal-livelli li kien hemm fl2019 rispettivament. Mill-istħarriġ ta’ ForwardKeys joħroġ li, waqt li l-Greċja u l-Iżlanda kienu ilhom juru entużjażmu biex jilqgħu t-turisti li jkunu mlaqqmin, il-Portugall kien fil-livell ta’ 32% mqabbel mal-2019 sakemm dan kien għadu fuq il-lista l-ħadra tar-Renju Unit minn fejn tneħħa fit-3 ta’ Ġunju li għadda. Jirriżulta li reġjun singulari fid-dinja fejn qed iseħħ ammont sinifikanti ta’ vjaġġar internazzjonali hu l-Ameriki, suġġett partikolarment għall-kilba ta’ ċittadini mill-Istati Uniti biex jieħdu vaganza fil-Messiku, l-Amerka Ċentrali u l-Karibew u sa ċertu punt minn Latini Amerikani li qed jivvjaġġaw lejn l-Istati Uniti biex jieħdu t-tilqima kontra l-COVID-19. L-istħarriġ ta’ ForwardKeys jisħaq li t-tbassir għall-ivvjaġġar bl-ajru internazzjonali dan is-sajf (sal-31 t’Awwissu) jidher li mhux se jaqbeż it-23% tal-livelli ta’ qabel il-pandemija. Biljetti mixtrijin għal safar internazzjonali lejn l-Afrika u l-Lvant Nofsani laħqu l-31% tal-istess perjodu fl-2019, waqt li għall-Ameriki l-livell hu ta’ 38%, l-Ażja Paċifika b’7% u l-Ewropa bi 22%. Ir-reġjun tal-Karibew waħdu laħaq bookings ta’ 81%, bi stati bħal Puerto Rico (140%), Aruba (108%), Dominician Republic (83%) u l-Bahamas (81%) l-aktar imfittxijin. Il-Messiku qed jattira 86% tal-livell milħuq fl-istess perjodu sentejn ilu. Vaganzi bbukkjati f’xi partijiet tal-Punent tal-Afrika, bħas-Senegal (77%) u l-Ghana u n-Niġerja (it-tnejn 73%), ukoll irreġistraw livelli tajbin ħafna, avolja s-safar f’dan ir-rigward hu ddominat minn persuni li jkunu qed iżuru qraba u ħbieb. ForwadKeys qalet li r-raġuni domi nanti biex tispjega x’qed jiġri eżatt lill-ivvjaġġar internazzjonali mhix ilCOVID-19 innifisha, iżda r-reazzjoni jiet tal-gvernijiet rispettivi fil-konfront tal-virus u r-restrizzjonijiet imposti b’risposta għal dan. Fil-fatt, fiċ-ċirkostanzi, mhux biss Malta għandha riżultati inkoraġġanti anke meta mqabblin ma’ stati oħrajn fil-kontinent, iżda pereżempju l-bookings għaċ-Ċina, il-Ġappun, li mhux jaċċetta spettaturi barranin għall-Olimpjadi, it-Tajlandja u l-Awstralja, li effettivament mhux jilqgħu turisti,
Fiċ-ċirkostanzi, pajjiżna għandu riżultati inkoraġġanti mqabbel mal-bqija tal-pajjiżi fil-kontinent
il-bookings tagħhom ivarjaw bejn 2 u 10% biss. “Hu ċar għall-maġġoranza tad-dinja li vaganza barra l-pajjiż dan is-sajf hi biss ħolma. L-ivvjaġġar għan-negozju b’mod ġenerali, u l-linji tal-ajru b’mod partikolari, se jkomplu jiffaċċjaw aktar telf, waqt li għadd ta’ pajjiżi jkomplu jiġġieldu l-pandemija bl-għeluq tal-fruntieri u restrizzjonijiet ħorox fuq titjiriet internazzjonali. Minkejja dan, ċerti destinazzjonijiet, qed jagħżlu modi alternattivi. Billi jitolbu provi ta’ tilqim jew swab test negattiv qed juru lid-dinja li hu possibbli li jkun hawn staġun tas-sajf,” qal Olivier Ponti, kelliem għal ForwardKeys. Malta hi waħda minn dawn il-pajjiżi u b’waħda mill-aqwa rati ta’ tilqim kontra l-virus fid-dinja qiegħda wkoll tiggarantixxi serħan il-moħħ għal vaganza mill-aktar sigura lil dawk li jagħżlu li jżuruna. Minn nhar il-Ħamis li għadda pajjiżna aġġorna l-lista oranġjo tiegħu biex issa tinkludi vjaġġaturi minn 47 pajjiż differenti u 40 stat Amerikan, li jippreżentaw swab test negattiv sa 72 siegħa qabel jitilgħu fl-ajruplan jew inkella jkunu fil-pussess taċ-ċertifikat tal-vaċċin rikonoxxut mis-Supretendent tasSaħħa Pubblika. Il-lista riveduta fil-lista oranġjo ta’ Malta hi magħmula mill-Andorra, l-Awstrija, l-Awstralja, il-Belġju, il-Belt tal-Vatikan, il-Bulgarija, iċ-Ċina, Ċipru, l-Emirati Għarab Magħquda, l-Estonja, Iżrael, il-Finlandja, Franza, il-Ġappun, il-Ġermanja, il-Ġordan, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżlanda, il-Kanada, il-Korea t’Isfel, il-Kroazja, il-Latvja, il-Libanu,
il-Liechtenstein, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Monaco, New Zealand, in-Norveġja, l-Olanda, il-Polonja, il-Portugall, ir-Renju Unit, ir-Repubblika Ċeka, ir-Rumanija, San Marino, Singapore, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Iżvezja, l-Iżvizzera, it-Tajlandja, it-Turkija, l-Ungerija u l-Istati Uniti tal-Amerka (limitata biss għall-istati ta’ Washington, Oregon, Louisiana, Arizona, West Virginia, Colorado, North Dakota, Indiana, Georgia, Texas, Pennsylvania, North Carolina, Tennesse, Iowa, Nebraska, Ohio, South Carolina, New Mexico, Florida, Virginia, Maine, South Dakota, Michigan, Illinois, Delaware, Wisconsin, Puerto Rico, Hawaii, New Jersey, Minnesota, Connecticut, Alaska, New Hampshire, Maryland, New York, Rhode Island, Distrett ta’ Columbia, Massachusetts, Vermont u California). Minbarra hekk, persuni li għandhom ċertifikat tal-vaċċin rikonoxxut f’pajjiż-
Minn nhar il-Ħamis li għadda Malta aġġornat il-lista oranġjo tagħha biex issa tinkludi 47 pajjiż differenti, flimkien ma’ 40 stat Amerikan
na jistgħu wkoll jivvjaġġaw lejn u minn Malta mill-Belarus, il-Belize, il-Bożnja-Ħerzegovina, il-Butan, il-Fiji, il-Ġamajka, Georgia, il-Gżejjer Faroe, il-Kosovo, il-Kazakistan, il-Maċedonja ta’ Fuq, il-Montenegro, il-Moldova, il-Vjetnam, l-Eġittu, l-Iran, il-Libja, il-Panama, il-Qatar, Kuba, is-Serbja, it-Tajwan, l-Albanija, l-Armenja, l-Ażerbajġan u l-Arabja Sawdija.
06
20.06.2021
Hornyold Strickland (lemin) waqt l-intervista ma’ ONE News
“HORNYOLD STRICKLAND QED JIEĦU VANTAĠĠ BIEX IMEXXI TALBIET BLA BAŻI” Il-Fondazzjoni Strickland tat-Times twieġeb għal ċerti akkużi fil-konfront tagħha li saru min-neputi tal-fundatriċi Mabel Strickland waqt intervista ma’ ONE News … tirribatti billi tgħid li hu qed iċaħħadha minn Villa Parisio, kif deċiż mill-Qorti Il-Fondazzjoni Strickland tat-Times ak kużat lill-eredi tal-fundatriċi Mabel Strickland, Robert Hornyold Strickland, li b’dak li qal f’intervista esklussiva ma’ ONE News qed japprofitta ruħu mis-sitwazzjoni ta’ akkużi serji ta’ frodi u korruzzjoni minn eks uffiċjali tat-Times, bilgħan li jilħaq l-iskopijiet bla bażi tiegħu, li kull meta jfettillu joqgħod itambar. Fl-intervista, irrapportata wkoll filKullĦadd, Hornyold Strickland jakkuża lid-Deputat Nazzjonalista Mario de Marco li għandu wisq kontroll fuq il-kumpanija li waqqfet zitu u responsabbiltà kbira xi jġorr, tant li ħeġġu biex jirriżenja minnufih. Minkejja dan, il-Fondazzjoni ċaħdet dan bħala “gidba ripetuta” u li De Marco għandu biss sehem daqs it-tliet membri l-oħrajn fil-bord. Fi tweġiba formali mibgħuta millFondazzjoni għall-intervista, ma saret l-ebda referenza għall-akkuża ta’ Hornyold Strickland li baqa’ ma ngħatax kopja tal-inkjesta, li saret mill-Imħallef Emeritus Giovanni Bonello wara li ġie kkummissjonat mit-Times u nżammet sigrieta. Sussegwentement, Dr Bonello nħatar Ċermen tal-Fondazzjoni Strickland. Minflok, fi speċi ta’ kontro-botta, it-tweġiba tal-Fondazzjoni ffirmata mill-Imħallef Emeritus stess tgħid li
Hornyold Strickland baqa’ ma semmiex li hu qed jokkupa illegalment Villa Parisio, li Mabel Strickland kienet ħalliet lill-Fondazzjoni biex tużaha bħala s-sit uffiċjali tagħha. Hornyold Strickland, li hu shareholder fil-kumpanija Allied Newspapers, li hi responsabbli mill-pubblikazzjoni tat-Times, kien tkellem fit-tul mal-Kap tal-Aħbarijiet ta’ ONE Edward Montebello dwar ir-rabtiet li jeżistu bejn De Marco u Adrian Hillman, li fl-aħħar jiem inġieb Malta arrestat wara li t-talba tiegħu għall-estradizzjoni ntlaqgħet f’qorti Ingliża, biex jiffaċċja akkużi kriminali f’pajjiżna. Fil-fatt, Hillman diġà tressaq il-Qorti mixli bi frodi u tpoġġa taħt att t’akkuża wara li l-Maġistrat Donatella Frendo Dimech qalet li hemm biżżejjed provi kontrih. Fil-Qorti ngħad li Hillman allegatament irċieva b’mod sigriet mal-€1 miljun, possibbilment dwar negozju fuq magna tal-istampar. Minbarra Hillman, hemm ukoll fl-iż barra l-eks diretturi maniġerjali tatTimes, Vincent Buhagiar u Michel Rizzo, li kien għadu jokkupa l-pożizzjoni sa ftit tal-ġimgħat ilu qabel issospenda ruħu. Hornyold Strickland, li għandu 13% sehem fl-Allied Newspapers, jisħaq li
Hillman u De Marco ilhom ħbieb u li, b’riżultat tar-rabta bejn il-familji, l-istess Hillman spiċċa fuq il-bord tad-diretturi tal-Allied biex minn hemm kompla javvanza u laħaq Direttur Maniġerjali. Hu magħruf li De Marco u Hillman kienu ħbieb tal-iskola u kienu bestmen fit-tieġ ta’ xulxin. Meta feġġew l-allegazzjonijiet ta’ korruzzjoni b’rabta max-xiri ta’ makkinarju tal-istampar mit-Times għal €5.5 miljun, Hornyold Strickland kien qal li zitu aktarx qed titqalleb f’qabarha u li De Marco għandu jġorr ir-responsabbiltà. Ir-risposta sħiħa li ntbagħtet millFondazzjoni, skont il-Liġi tal-Istampa, hi din: “L-Imħallef Emeritus Giovanni Bonello, Ċermen tal-Fondazzjoni Strickland, jirreferi għall-artiklu li deher filgazzetta KullĦadd tas-6 ta Ġunju 2021. Dan l-artiklu hu bbażat fuq intervista mas-Sur Robert Hornyold Strickland li fiha dan irrefera għal żewġ kawżi li huwa fetaħ. Li ma qalx is-Sur Hornyold Strickland hu li l-Qorti ta’ Malta, fl-2018, ċaħdet it-talbiet tiegħu fir-rigward ta’ Villa Parisio. Mabel Strickland kienet ħalliet din il-proprjetà lill-Fondazzjon Strickland biex tużaha bħala s-sit uffiċjali tagħha. Minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti, is-Sur
Hornyold Strickland baqa’ jokkupa l-Villa u baqa’ jċaħħad lill-Fondazzjoni milli tagħmel xi użu mis-sit uffiċjali tagħha. Fl-istess deċiżjoni, il-Qorti caħdet talbiet oħrajn li għamel is-Sur Hornyold Strickland. Fl-intervista li ġiet irrapportata, isSur Hornyold Strickland konvenjentament naqas milli jsemmi wkoll li kien proprju hu li ssekonda l-ħatra ta’ Adrian Hillman bħala Direttur Maniġerjali tal-Allied Newspapers. Is-Sur Hornyold Strickland, f’kull opportunità li jkollu, jirrepeti l-asserzjoni li Dr Mario De Marco għandu kontroll tal-Fondazzjoni Strickland, bħal donnu jekk tirrepeti gidba din issir verità. L-Avukat De Marco hu wieħed minn ħames (riċentement erbgħa) membri tal-Fondazzjoni. Kull membru għandu l-istess saħħa permezz tal-vot tiegħu. Il-membri jgawdu l-istess drittjiet u responsabilitajiet u m’hemm l-ebda membru li hu aktar b’saħħtu minn ħaddieħor. Is-saħħa tal-Fondazzjoni hi bbażata fuq il-ħiliet diversi li jġib kull membru tal-Fondazzjoni. Kull membru tal-Fondazzjoni, għajr dawk li ġew appuntati minn Mabel Strickland meta kienet ħajja, ġew appuntati b’vot unanimu tal-membri tal-Fondazzjoni. Is-Sur Hornyold Strickland jitkellem ukoll dwar l-ishma fl-Allied Newspapers li hu jisħaq li għaddew għand il-Fondazzjoni b’mod irregolari. Il-fatti huma li Mabel Strickland speċifikament, fit-testment tagħha, ħalliet dawn l-ishma lill-Fondazzjoni, li hi ħolqot qabel mietet. M’hemm xejn irregolari f’dan kollu. Anzi dak li sar seħħ biex jirrispetta x-xewqa, kif imniżżla fit-testment tas-Sinjura Strickland. L-Allied Group safa vittma ta’ żewġ diretturi li abbużaw mill-pożizzjoni tagħhom u allegatament iffrodaw lill-kumpanija. Hu ta’ għajb li, f’dan iżżmien, is-Sur Hornyold Strickland, flok jingħaqad mal-isforzi li qed jagħmel kull min għandu għal qalbu din il-kumpanija, qed jipprova jieħu vantaġġ personali biex imexxi ’l quddiem it-talbiet bla bażi tiegħu.”
07
20.06.2021
80% TAL-POPOLAZZJONI MLAQQMA FEARNE JAPPELLA XORTA GĦALL-KAWTELA, WAQT LI L-VARJANT INDJAN QED JAGĦMEL ĦERBA FOST L-OĦRAJN FIR-RENJU UNIT Fil-proċess pożittiv ta’ wieħed mill-aktar stati fid-dinja li laqqmu lill-poplu tagħhom, ras għal ras, Malta qed tilħaq mira oħra importanti fi tmiem din il-ġimgħa. Fil-fatt id-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne ħabbar li sal-lum 80% tal-popolazzjoni adulta f’pajjiżna se titlaqqam b’mill-inqas l-ewwel doża. Waqt li kien qed jagħmel intervent fil-programm radju foniku Sibt il-Punt fuq ONE Radio, Fearne xorta appella għall-kawtela u biex ma ngħaġġlux il-pjan gradwali fir-rilaxx tal-miżuri kontra l-COVID-19, speċjalment minħabba li l-varjant Indjan għadu qed jagħmel ħerba f’diversi pajjiżi oħrajn, inklużi dawk ġirien tagħna. Hu tenna li, minkejja n-numru għoli ta’ ċittadini li ħadu t-tilqima f’Malta u f’Għawdex, hu kruċjali li nibqgħu kawti. “Il-varjant Indjan qed jinkwieta lil kulħadd. L-Ingilterra, li huma fl-istess livell bħalna fejn jidħol it-tilqim, in-numri reġgħu telgħu. L-Italja llum (ilbieraħ) imponiet kwarantina fuq nies li ġejjin mill-Ingilterra minħabba l-varjant Indjan. Il-Gvern Ingliż waqqaf milli jnaqqas il-miżuri. Fil-fatt kien se jnaqqashom il-ġimgħa li ġejja, nhar it-Tnejn (għada) 21 ta’ Ġunju, u mexxiehom għad-19 ta’ Lulju. Il-varjant Indjan qed idur id-dinja u għandna ħa jasal ukoll, jiġifieri nkunu boloh jekk naħsbu li aħna kapaċi ngħixu ġo bużżieqa u b’hekk lilna ma jmissniex.” Il-Ministru għas-Saħħa tkellem ukoll dwar il-ħin ta’ stennija fl-Ajruport u, filwaqt li jifhem li ħadd ma jieħu pjaċir jistenna, qal li qed isir l-assessjar meħtieġ biex ikun assigurat li ħadd ma jidħol f’pajjiżna mingħajr ċertifikat tal-vaċċin jew riżultat negattiv tas-swab test. “It-turiżmu hu importanti għall-ekonomija, ma nistgħux inwaqqfuh, anzi rriduh. Imma b’mod li jagħmel sens. Issa jien qed jgħiduli li qed ikun hemm il-kjuwijiet tat-turisti ġejjin lura fl-airport. Irridu bilfors inkunu attenti li min dieħel f’pajjiżna, kemm jista’ jkun, ikun sigur għalina,” insista d-Deputat Prim Ministru. Fl-istess intervent tiegħu, Fearne qal li, filwaqt li huwa importanti li nibqgħu kawti, dan ma jfissirx li ma nkomplux niftħu b’mod gradwali. Fil-fatt, bħal għada ġimgħa, fit-28 ta’ Ġunju, mistennija jitħabbru aktar rilaxx ta’ miżuri u mill-1 ta’ Lulju, kull min hu mlaqqam biż-żewġ dożi u għandu ċ-ċer-
tifikat tal-vaċċin, se jkun jista’ joħroġ barra mingħajr maskra. Fl-istess ħin mistenni jkun permessibbli li persuni jinġabru fi gruppi sakemm ikunu ħadu l-vaċċin. Fi tmiem il-messaġġ tiegħu, il-Ministru għas-Saħħa tenna li iżjed ma jkun hawn nies imlaqqmin, inqas ħa tkompli taffettwana l-pandemija, inkluż
il-varjant Indjan. “Għalhekk l-appell tiegħi hu li baqa’ ftit nies li għadhom ma ħadux it-tilqima. Mill-ġimgħa d-dieħla nibdew inlaqqmu t-tfal ukoll, minn 12-il sena ’l fuq. Min għadu ma ħax it-tilqima għandu jirreġistra fuq vaccin.gov.mt, ħa nagħtuhielu,” temm jgħid id-Deputat Prim Ministru.
08
20.06.2021
OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR
OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR
Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista tal-Furjana jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-Bar tal-istess lokal sa mhux aktar tard minn nhar l-Erbgħa 23 ta’ Ġunju 2021, fil-5.00 p.m.
Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista tal-Mellieħa jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-Bar tal-istess lokal sa mhux aktar tard minn nhar it-Tnejn 21 ta’ Ġunju 2021, fil-5.00 p.m.
L-offerti u l-kundizzjonijiet jistgħu jinġabru mis-Segretarjat tal-Partit Laburista, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun, minn nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ġunju 2021 bejn id9.00 a.m. u s-7.30 p.m.
L-offerti u l-kundizzjonijiet jistgħu jinġabru mis-Segretarjat tal-Partit Laburista, fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, il-Ħamrun, minn nhar it-Tlieta 15 ta’ Ġunju 2021 bejn id9.00 a.m. u s-7.30 p.m.
Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta, anke l-aktar waħda vantaġġuża.
Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta, anke l-aktar waħda vantaġġuża.
BIJOGRAFIJA LI TINTERESSA LIL KULL MALTI
“Din mhijiex xi bijografija għal-Laburisti biss. Wisq inqas mhi għall-Mintoffjani biss. Hija bijografija li tinteressa lillMaltin u l-Għawdxin kollha,” qal Patri Mark Montebello, l-awtur ta’ The Tail that Wagged the Dog: The life and struggles of Dom Mintoff. 1216-2012. Waqt li din il-ġimgħa saret it-tnedija uffiċjali tal-ktieb quddiem il-monument tal-Perit Mintoff fi Pjazza Kastilja, fil-Belt Valletta, Montebello insista li l-ktieb hu ’l fuq mill-politika partiġjana. Dan hu studju analitiku li jittratta mas-suġġett tiegħu – jiġifieri Dom Mintoff – b’mod professjonali.” Meta l-monument tal-Perit Mintoff kien ġie inawgurat f’Mejju tal-2018 mill-Prim Ministru Joseph Muscat, Patri Montebello kien il-kelliem ewlieni tal-okkażjoni. The Tail that Wagged the Dog, l-ewwel bijografija xjentifika tal-Perit Mintoff, inħadem minn Montebello fuq medda ta’ seba’ snin kollha kemm hi minn għejun oriġinali f’Malta u barra, l-aktar l-Ingilterra. “Kull stqarrija li jagħmel ilktieb hi bbażata fuq dokumentazzjoni friska,” qal Patri Mark. “Bħala l-ewwel xogħol f’dan il-ġeneru, din il-bijografija ma setax jonqos li tkun għalkollox metikoluża u ta’ min joqgħod fuqha mija fil-mija. Oħrajn għad jinkitbu ’l quddiem u jridu jistrieħu fuq dan is-sies.” Joe Borg, id-Direttur tal-SKS, il-pubblikaturi tal-ktieb, qal li Patri Montebello ġie magħżul fl-2012 minn għadd ta’ kandidati possibbli għax-xogħol. Hu twiegħed u tħalla fl-akbar libertà li jagħmel xogħlu mingħajr indħil ta’ xejn. Minbarra hekk, il-Partit Laburista ta lil Patri Montebello aċċess liberu għall-arkivji u d-dokumenti interni tiegħu. Il-ktieb, li fih 640 paġna, għandu għadd ta’ ritratti oriġinali tal-Eks Prim Ministru kif ukoll żidiet ta’ interess storiku sinifikanti.
20.06.2021
09
INAWGURAT MUŻEW MALTI TAL-FUTBOL Il-Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja Julia Farrugia Portelli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima, flimkien mal-President tal-FIFA Giovanni Infantino u l-President tal-MFA Bjorn Vassallo, inawguraw l-ewwel Mużew Malti tal-Futbol fil-Millenium Stand f’Ta’ Qali. Il-Ministru Farrugia Portelli ddeskriviet lill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football (MFA) bħala ħolqa mill-katina tal-istorja glorjuża ta’ pajjiżna. L-MFA qed tfakkar il-120 sena mit-twaqqif tagħha bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħaq proprju bl-inawgurazzjoni ta’ dan il-mużew li jiġbor fih l-istorja tal-futbol Malti. Filwaqt li esprimiet sodisfazzjon li l-President tal-FIFA se jkun qed jiddiskuti mal-MFA dwar l-iżvilupp tal-futbol Malti u dwar kif pajjiżna jista’ jikkontribwixxi aktar għall-komuni tà internazzjonali tal-futbol, il-Ministru żiedet li “l-futbol, bħal kull sport ieħor, jista’ jservi ta’ mezz biex jintwera l-prinċipju ta’ solidarjetà. Il-kampanja ta’ bħalissa kontra r-razziżmu u l-mod kif id-dinja sportiva ngħaqdet f’appoġġ għall-plejer Daniż Christian Eriksen huma prova ta’ dan.” Is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima rringrazzja lillMFA għall-ħidma imprezzabbli tagħha fil-futbol Malti u fost it-tfal li jaspiraw li xi darba huma wkoll jilbsu l-flokk tat-
tim Malti. Hu fakkar li l-ħidma tal-MFA mhix rikonoxxuta biss lokalment u xhieda ta’ dan hi ż-żjara f’pajjiżna tal-President tal-FIFA Gianni Infantino. “Il-ftuħ ta’ dan il-mużew jimliena b’kuraġġ u jibgħat messaġġ liż-żgħażagħ tagħna li għandhom ikunu kburin b’dak li sawwar lill-futbol Malti,” tenna Grima li wkoll semma kif din l-inawgurazzjoni tikkonferma l-importanza tal-MFA li ma tiqafx mal-futbol, iżda turi li l-assoċjazzjoni hi importanti fl-istorja tagħna. Filwaqt li esprima s-sodisfazzjon li kien qed iżur pajjiżna, il-President tal-FIFA qal li ċ-ċelebrazzjoni tal-120 sena mit-twaqqif tal-MFA hu jum speċjali. Infantino, li nhar ilĠimgħa wkoll żar lill-Prim Ministru Robert Abela f’Kastilja u ddeskriva lil pajjiżna bħala uniku fl-isfond tax-xenarju pittoresk u storiku tal-kapitali, ma naqasx milli jirringrazzja lill-Gvern Malti għax-xogħol kollu li qed jagħmel mat-tfal u ż-żgħażagħ f’mumenti bħalma għaddejjin minnhom bħalissa. Min-naħa tiegħu, il-President tal-MFA qal li l-ftuħ ta’ mużew li jħares lura lejn l-istorja tagħha u tal-futbol Malti hu xi ħaġa sabiħa, iżda li dan iseħħ quddiem il-President tal-FIFA ikompli jagħmel dan il-mument iżjed speċjali. Vassallo qal li ġurnata bħal din hi turija tal-progress li l-futbol f’pajjiżna qed jagħmel u se jkompli jagħmel fil-ġejjieni fil-livelli kollha.
Waqt l-inawgurazzjoni tal-mużew tal-futbol tal-MFA, fil-preżenza tal-President tal-FIFA (it-tieni mix-xellug)
10
20.06.2021
Xogħlijiet li qed isiru attwalment fiċ-“Ċirku”
L-istatwetti famużi (xellug) li nstabu fis-sit fl-iskavi ta’ 30 sena ilu
IŻJED SEJBIET “SENSITTIVI” FIX-XAGĦRA Fis-sit arkeoloġiku taċ-Ċirku tax-Xagħra (Xagħra Circle) f’Għawdex instabu iżjed fdalijiet, inkluż għadam uman u oġġetti relatati mad-dfin taż-żmien Neolitiku. Heritage Malta attwalment qed twettaq xogħlijiet ġodda fil-post, li kien instab l-ewwel darba fl-1788 b’għadd ta’ artifatti llum esposti fil-mużew tat-Tempju tal-Ġgantija, li jinsab fil-qrib. Ix-xogħlijiet ġodda fis-sit, li kien ħa l-fama wkoll bħala Brocktorff Circle minħabba t-tpinġijiet tal-artist barranin Charles Frederick de Brocktorff, kienu reġgħu bdew tliet snin ilu, iżda twaqqfu s-sena l-oħra minħabba l-pandemija. L-iskavi tkomplew tul ix-xahar li għadda kollu u mistennija jkomplu sakemm tintemm din is-sena. Fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari, li saret mid-Deputat Chris Said fl-aħħar jiem, il-Ministru Josè Herrera qal li “f’dan l-istadju l-pjanijiet għaċĊirku tax-Xagħra f’Għawdex huma li
jitkomplew l-iskavi kif ukoll l-istudju proġetta data meta s-sit jista’ jinfetaħ tal-fdalijiet li qed jinstabu, bħala parti regolarment għall-pubbliku minħabba minn proġett ikbar ta’ konservazzjoni li fadal bosta xogħol xi jsir. Dan jiddeu mmaniġġjar tas-sit. Peress li għad pendi wkoll milll-istat ta’ konservazzjo hemm fdalijiet konsiderevoli li jkopru ni. Ix-xogħol fuq il-materjal li nstab f’din kemm għadam uman il-kampanja u l-iskavi kif ukoll oġġetti oħraarkeoloġiċi se jitkomjn relatati mad-dfin plew tul is-sena skont taż-Żmien Neolitiku, in-neċessità sensittiva Is-sejbiet ġodda qed tagħhom,” qal il-Minisl-iskavi qed jingħataw prijorità qabel tfassil tru responsabbli milljingħataw prijorità ta’ xogħol ieħor.” Wirt Nazzjonali, l-Arti u Minħabba li d-Deputat Nazzjonalista l-Gvern Lokali, waqt li saħaq li Heritage staqsa jekk is-sit hux miftuħ għall-pub- Malta tistma li x-xogħlijiet f’din is-sena bliku u, jekk le, meta hu mistenni li dan biss diġà swew madwar €20,000. isir, Herrera tenna li dan mhux miftuħ Ix-Xagħra Circle huwa meqjus bħala għall-pubbliku minħabba saħħa u wieħed mill-iżjed siti arkeoloġiċi imsigurtà u għax in-natura tiegħu tagħ portanti li għandna f’pajjiżna, tant li milha diffiċli ħafna biex il-viżitaturi jif- kklassifikat fl-ogħla stat ta’ protezzjoni. hmu dak li jkunu qed jaraw, għalkemm Dan hu wkoll l-uniku ipoġew magħluq jista’ jinfetaħ b’appuntament għal dawk bil-ġebel li nstab fl-Ewropa. li jitolbu speċifikament biex iżuruh. L-ewwel darba li ġie rreġistrat il“Għadu kmieni wisq biex wieħed jip- post bħala sit arkeoloġiku kien fl-aħħar
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
tas-Seklu 18 minn Jean Houel u mal-40 sena wara tkomplew l-iskavi minn Otto Bayer. Sussegwentement kien tgħatta kollox madwar l-1830, għax ma tqiesx daqstant importanti, u ma reġax inki xef qabel seklu wara mir-riċerkatur Għawdxi Joe Attard Tabone fl-1964. F’eskavazzjoni massiċċa u konġunta bejn l-Università ta’ Malta, id-Dipartiment tal-Mużewijiet Maltin u l-Univer sità ta’ Cambridge bejn l-1987 u l-1994 kienu nkixfu l-fdalijiet ta’ wieħed mill-akbar oqbra tal-perjodu Neolitiku fil-Mediterran. Minbarra mijiet ta’ eluf ta’ għadam ta’ madwar 600 persuna, li aktarx kienu responsabbli għall-bini tal-Ġgantija, instabu fdalijiet ta’ annimali u statwetti sinifikanti. Minn tpinġijiet u rimarki antiki jirriżulta li kien hemm ċint mad-dawra u daħla għal dan il-kumpless ta’ għerien naturali li kienu bdew jintużaw għaddfin madwar is-snin 3,000 u 4,000 QK.
11
20.06.2021
€5 MILJUN GĦAT-TĦEJJIJA TAL-ATLETI GĦAL-LOGĦOB TAL-PAJJIŻI Ż-ŻGĦAR €5 miljun se jkunu qed jgħaddu mill-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp u s-Soċjal (NDSF) għal Sport Malta f’pass li hu mmirat biex il-Kumitat Olimpiku Malti jkun jista’ jinvesti f’atleti Maltin bi tħejjija għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li se jsiru f’pajjiżna sentejn oħra. L-għajnuna finanzjarja se tingħata lil 10 dixxiplini sportivi. Il-ftehim biex jgħaddu dawn il-fondi ġie ffirmat din il-ġim għa miċ-Ċermen ta’ Sport Malta Luciano Busuttil u l-Kap Eżekuttiv tal-NDSF Raymond Ellul, fil-preżenza tas-Segretarji Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat u dak għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima. Is-Segretarju Parlamentari Muscat qal li, għal darb’oħra, pajjiżna għandu turija ċara ta’ kif il-ġid iġġenerat mill-inizjattivi Maltin ta’ residenza u ċittadinanza qed jissarrfu f’ġid li qed jasal fil-komunità. Filwaqt li awgura lill-atleti, hu sostna l-impenn tas-Segretarjat li jibqa’ jattira lejn Malta l-investiment dirett barrani li qed jissarraf f’tant benefiċċji għat-talent Malti. Is-Segretarju Parlamentari Grima qal li Sport Malta diġà investiet f’faċilitajiet ġodda li jinkludu kumpless sportiv tal-basketball f’Ta’ Qali, ċentru ġdid tal-isquash fil-Marsa, kumpless ġdid tal-ġudo u ċentru għat-tennis f’Pembroke, flimkien ma’ żewġ pixxini – waħda fil-Kottonera u l-oħra f’San Pawl il-Baħar. Hu qal li permezz ta’ dan
MALTA
2023 ATLETIKA BASKETBALL ĠUDO RUGBY SPARAR IBBURDJAR SQUASH GĦAWM TABLE TENNIS Alex Muscat l-investiment finanzjarju ġdid ta’ €5 miljun, li se jservi bħala spinta u preparazzjoni għall-atleti Maltin qabel il-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar f’Malta fis-sena 2023, ikompli jikkonferma kemm il-Gvern hu ta’ spalla għall-atleti u għall-organizzazzjonijiet sportivi u li l-aspirazzjonijiet ta’ tant atleti se jkunu jistgħu jintlaħqu. Permezz ta’ dawn il-fondi, il-Kumitat Olimpliku Malti jkun jista’ jassisti finanzjarjament assoċjazzjonijiet sportivi, biex
TENNIS
Clifton Grima
B’din l-għajnuna, l-assoċjazzjonijiet jistgħu jimpjegaw coaches professjonali full-time u l-istaff tekniku neċessarju fost oħrajn jimpjegaw coaches professjonali fuq bażi full-time flimkien mal-kumplament tal-istaff tekniku neċessarju. B’hekk ikunu jistgħu wkoll jiffinanzjaw il-parteċipazzjoni ta’
atleti Maltin f’kompetizzjonijiet u f’sessjonijiet ta’ taħriġ barra mill-pajjiż, u jinvestu f’għodda teknika aktar adekwata. Id-dixxiplini sportivi li se
jingħataw l-għajnuna huma: atletika, basketball, ġudo, rugby, ibburdjar, sparar, squash, għawm, table tennis u tennis. Sport Malta se tgħaddi l-fondi matul it-tliet snin li ġejjin, skont il-ftehim mal-Kumitat Olimpiku Malti, fil-kuntest li pajjiżna se jkun qed jospita dan il-logħob mit-28 ta’ Mejju sat-3 ta’ Ġunju tal-2023. Sport Malta qed joffri l-appoġġ meħtieġ biex atleti Maltin ikunu mħejjijin bl-aħjar mod possibbli.
DISKUSSI T-TRADIZZJONIJIET ORALI F’MALTA U FIL-MAGREB Ir-riċerkatriċi magħrufa Micheline Galley (ritratt), li tispeċjalizza fit-tradizzjonijiet orali fl-Mediterran, se tagħmel taħdita bl-Ingliż fuq Zoom u Facebook nhar il-Ġimgħa li ġej fis-6.00 ta’ filgħaxija dwar riċerka li għamlet fuq medda ta’ 40 sena. It-taħdita bit-tema “Researching Maltese and Mediterranean Oral Traditions: A French-Maltese Collaboration” se tkun miftuħa għal kull min hu interessat. Galley hi membru onorarju fiċ-Ċentru Nazzjonali tar-Riċerka Xjentifika, istituzzjoni prestiġjuża Franċiża, u qattgħet deċennji sħaħ mill-karriera tistudja t-tradizzjonijiet orali fostna u l-Magreb, waqt li ħadmet mill-qrib ma’ riċerkaturi ewlenin bħal Ġużè Cassar Pullicino u Ġużè Aquilina. Bħala etnologa li ħadmet fuq il-kultu-
ra Għarbija, Galley hi l-awtriċi u l-editriċi ta’ għadd ta’ pubblikazzjonijiet, fosthom tliet kotba fuq Malta. Ma’ Ġużè Cassar Pullicino kitbet Femmes de Malte dans les chants traditionnels (C.N.R.S., 1981). Imbagħad ippubblikat dak li aktarx huwa l-aktar xogħol magħruf tagħha f’Malta, Maria Calleja’s Gozo. A Life History (Utah University Press, 1994)”, li rebaħ il-Premju Internazzjonali G. Pitrè – S. Marino 1995 (Premio del Presidente). Imbagħad hemm l-iktar ktejjeb riċenti tagħha, Malte: Un archipel au destin fabuleux (Paris Geuthner, 2019). Minbarra hekk, ħadmet żewġ dokumentarji qosra fuq it-tradizzjonijiet
popolari f’Malta: wieħed ta’ 45 minuta fuq l-Imnarja (Fête des Lumières à Malte - C.N.R.S.), u l-ieħor ta’ 15-il minuta, Chants Sacrés et Jeux Poétiques, dwar l-innijiet sagri u l-poeżija popolari. Hi studjat ukoll is-Sibilla u l-mod kif il-figura tagħha baqgħet ħajja matul iż-żminijiet u kienet l-ispirazzjoni għal wirt artistiku għani. Bħala riċerkatriċi internazzjonali ewlenija u segretarja ġenerali tal-Għaqda Internazzjonali tal-Istudju taċĊiviltajiet tal-Mediterran (AIECM), Galley kienet waħda mill-organizzaturi ta’ żewġ konferenzi dwar il-kuntatti kulturali fil-Mediterran li saru f’Malta
fl-1972 u fl-1975. It-taħdita ta’ nhar il-Ġimgħa li ġej se ssir b’kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta, l-Ambaxxata ta’ Malta f’Pariġi u l-Ambaxxata ta’ Franza f’Malta. Din se tkun parti mis-sensiela ta’ taħditiet fuq it-tradizzjoni orali li qed imexxi d-Dipartiment tal-Malti u parti mill-festival tas-sajf “Respire!” li qed torganizza l-Ambaxxata Franċiża f’Malta biex tiċċelebra r-relazzjonijiet bejn Franza u Malta. Il-Prof. Adrian Grima se jintroduċi lill-kelliema u jmexxi d-diskussjoni wara t-taħdita. L-udjenza tista’ ssegwi dirett fuq Zoom (https://universityofmalta. zoom.us/j/93599049058) jew fuq il-paġna ta’ Facebook tal-proġett tad-Dipartiment tal-Malti fuq “It-Tradizzjoni Orali”.
12
20.06.2021
INVESTEJNA FIS-SAĦĦA TAN-NIES
SILVIO GRIXTI Membru Parlamentari
Mingħajr l-iċken dubju, il-Partit Laburista ilu sa minn meta beda jmexxi l-Gvern fl2013 juri kemm huwa tassew Gvern għan-Nies. F’kulma wettaq, in-nies dejjem kienu fiċ-ċentru tal-politika tiegħu u dan jixhdu t-titjib fil-livell tal-għajxien tal-poplu tagħna fl-aħħar tmien snin. Meta saħħaħna l-finanzi tal-pajjiż, dan għamilnieh għan-nies għaliex bit-titjib li ġibna, stajna nressqu Baġit wara l-ieħor li mhux talli jkomplu jgħinu lill-aktar faxxi batuti tas-soċjetà tagħna, talli għenna wkoll lil dawk ġejjin mill-faxxa tan-nofs billi sena wara l-oħra, ma imponejna l-ebda taxxa ġdida, anzi komplejna ngħinu kemm flaħna lill-familji tagħna.
Iżda biex inkompli nikkonferma kemm tassew konna Gvern għan-Nies ma nistax ma nsemmix il-mod kif investejna fis-saħħa tan-nies. Investejna b’mod li għamilna l-akbar spiża fuq is-saħħa fl-istorja tagħna. Sa minn qabel ma laqtet lid-dinja il-pandemija talCOVID-19, konna ilna sena wara sena ninvestu miljuni kbar ta’ Ewro fil-faċilitajiet tas-saħħa tagħna. Investejna l-miljuni kbar biex qridna darba għal dejjem il-problema tal-mediċini out-of-stock. Komplejna ninvestu fl-ingaġġ tal-professjonisti, paramediċi, nurses, care workers u karigi oħra fl-isptarijiet tagħna biex tejjibna s-servizz bil-kbir u b’hekk konna f’pożizzjoni li nnaqqsu kemm kien possibbli, iż-żmien tal-istennija għall-operazzjonijiet fl-isptarijiet. Investejna fis-saħħa tannies meta daħħalna mijiet ta’ mediċini ġodda fil-formularju tal-gvern għal dawk li huma intitolati għall-mediċini b’xejn. Fost dawn daħħalna fil-formularju tal-Gvern mediċini għall-mard talkanċer li jiswew eluf kbar ta’ ewro. Qed inkomplu ninvestu fis-saħħa tan-nies bl-investimenti ta’ bini u titjib fiċ-ċentri tas-saħħa u bereġ fl-irħula
Maltin u Għawdxin. Qegħdin nibnu ċ-Ċentru tas-Saħħa Ċensu Moran f’Raħal Ġdid li se jkun ta’ għajnuna kbira għal eluf ta’ residenti minnaħa t’isfel ta’ Malta u nkomplu nnaqqsu l-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei. Għandna wkoll fil-pjani tagħna Ċentru Reġjonali tas-Saħħa ieħor lejn it-Tramuntana ta’ Malta filwaqt li l-investimenti fix-xiri ta’ makkinarju ġdid għall-isptarijiet tagħna ma waqaf qatt. Tajna prova kbira ta’ kemm investejna fis-saħħa tan-nies meta sa minn qabel faqqgħet il-pandemija COVID-19 f’pajjiżna, infaqna miljuni kbar ta’ ewro biex ħejjejna s-servizz tas-saħħa tagħna għal dak li seta’ jinqala’ bl-imxija tal-COVID-19. Kien għadu lanqas feġġ l-ewwel każ f’Malta fil-bidu tas-sena l-oħra, li l-Ministeru għasSaħħa ħaseb biex jixtri ventilaturi għat-Taqsimiet tal-Kura Intensiva tal-isptarijiet tagħna flimkien ma’ kwantità kbira ta’ ilbies protettiv għal dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa. Dejjem emminna li f’din il-battalja kontra dan il-virus kiefer ridna nipproteġu bil-qawwa kollha lil dawk kollha li kienu qed jagħmlu l-almu tagħhom kollu biex isalvaw il-ħajjiet
u jikkuraw lil dawk li sfortunatament intlaqtu minn dan il-virus. Mhux hekk biss imma, investejna f’miljuni ta’ ewro oħra biex xtrajna il-kits tat-testijiet għal dan il-virus għaliex dejjem emminna f’dak li kienet qiegħda tgħidilna x-xjenza, jiġifieri li aktar ma nittestjaw u nsibu lil dawk li kellhom il-virus, aktar stajna nikkontrollaw l-imxija milli tinfirex b’mod li toħloq pressjoni kbira fuq l-isptarijiet tagħna. Għalhekk, kellna ninvestu wkoll fiċ-ċentri tal-ittestjar mifruxa malpajjiż kollu u anke fl-impjieg ta’ mijiet ta’ ħaddiema fil-call centres li 24 siegħa kuljum kienu jwieġbu għas-sejħiet tal-poplu u anke jidderieġu bl-aħjar mod lil dawk milquta dwar x’passi kellhom jieħdu għall-kura tagħhom. Qatt ma konna xħaħ mal-poplu tagħna fil-qasam tas-saħħa u dan komplejna tajna prova tiegħu hekk kif beda jidher id-dawl tat-tama fit-tarf tal-mina u mexa ’l quddiem l-iżvilupp tal-vaċċini għal kontra l-COVID-19. B’deċiżjonijiet għaqlin tal-awtoritajiet tas-saħħa u tal-Gvern kollu, saru ordnijiet kbar ta’ vaċċini differenti b’tali mod li llum ninsabu fuq quddiem nett fil-kampanja
biex inlaqqmu lill-poplu tagħna kollu. Mhux biss għandna 80% tal-popolazzjoni adulta li issa hija mlaqqma b’mill-inqas doża waħda iżda qbiżna wkoll is-60% tal-popolazzjoni adulta li hija mlaqqma biżżewġ dożi. Dan qed iwassalna biex il-każi l-ġodda tal-infezzjoni qed ikunu minimi anke minkejja l-fatt li issa ilna bosta ġimgħat fejn bil-mod u bil-galbu bdejna nnaqqsu r-restrizzjonijiet u l-poplu tagħna beda riesaq lejn in-normalità fiċ-ċirkustanzi. Bdejna nerġgħu nistgħu noħorġu u ngawdu l-familji tagħna u l-ħbieb f’ikliet fir-ristoranti u f’attivitajiet soċjali limitati. Għandna nkomplu nsegwu d-direttivi li għandna għaliex jekk nibqgħu għaddejjin bir-ritmu qawwi tat-tilqim u fl-istess ħin nikkontrollaw il-firxa, allura ħa jkollna garanzija li l-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se jkunu ferm isbaħ għall-poplu tagħna għaliex flaħħar inkunu nistgħu ngħidu li tassew qed ngħixu l-ħajja normali li konna ngħixu sa sena u nofs ilu. L-Investiment li għamilna fis-saħħa tan-nies qed jagħtina l-frott u jimliena bil-kuraġġ biex nerġgħu naqdu t-triq tal-progress.
IŻ-ŻGĦAŻAGĦ IL-MEXXEJJA TAL-LUM
MARIA ELLUL Segretarju Ġenerali FŻL
F’Ottubru li ġej, għall-ewwel darba Malta ser tkun qed tospita l-15-il Kungress tażŻgħażagħ Soċjalisti Ewropej (YES). Dan wara ħidma sfiqa li għamilna bħala eżekuttiv sabiex ħejjejna s-sottomissjoni tagħna li ġiet ivvutata b’maġġoranza kontra dik tal-Labour Youth tal-Irlanda. Il-Kungress hu l-ogħla organu fi ħdan din l-organizazzjoni u jsir kull sentejn.
Matulu, apparti numru ta’ diskussjonijiet politiċi, jittieħdu wkoll deċiżjonijiet politiċi importanti, fosthom fir-rigward tat-tmexxija talYES u l-adozzjoni ta’ diversi policies. Il-ħidma fuq livell internazzjonali għalina bħala Żgħażagħ Laburisti hija importanti ħafna. Infatti, matul dawn l-aħħar snin, ospitajna numru ta’ laqgħat internazzjonali f’Malta fosthom il-Bureau tal-YES fl-2017 u l-akbar avveniment tal-Għaqda Internazzjonali taż-Żgħażagħ Soċjalisti – il-IUSY World Festival –fl-2014. Matul din l-istess laqgħa, il-kollega u President taż-Żgħażagħ Laburisti Georvin Bugeja wkoll ġie elett Viċi President taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej u ser ikun responsabbli mill-portafoll tas-sostenibilità. Dan il-vot favur pajjiżna jixhed ukoll l-istima li għandhom pajjiżi oħra lejna. Dan wara li fid-diskuss-
jonijiet li saru, pajjiżi oħra fiehmu d-diversi tibdiliet li saru taħt it-tmexxija talPrim Ministru Robert Abela, liema tibdiliet kienu rrikonoxxuti wkoll minn numru ta’ istituzzjonijiet internazzjonali. Dan it-tibdil mhux qed jagħmel biss differenza legali iżda ħejja t-triq għal numru ta’ riformi li qed jagħmlu differenza fil-ħajja ta’ kull Malti u Għawdxi. Barra minn hekk, f’Malta dejjem raw impenn kontinwu favur il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u r-riformi. Malta, matul l-istorja tagħha dejjem kienet kruċjali fl-irwol tagħha ma’ pajjiżi oħra fil-Mediterran. Fi żminijiet, fejn l-importanza ta’ unjoni hija ikbar minn qatt qabel, iż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej jeħtieġu ġenerazzjonijiet ta’ żgħażagħ determinati li jaħdmu favur Ewropa aktar ġusta. L-għan tagħna bħala fergħa għal dan il-Kungress għal-
hekk huwa li nenfassizzaw l-importanza li l-futur ikun ibbażat fuq il-prinċipji soċjal-demokratiċi u li jħarsu lil hinn mill-pandemija talCOVID-19. L-interess favur Malta kompla jiżdied grazzi għallmod ta’ kif Malta qed jirnexxiela tindirizza l-pandemija globali tal-COVID-19. B’mod viġilanti, Malta kienet l-ewwel pajjiż li fetħet l-istedina tal-vaċċin għall-popolazzjoni kollha ’l fuq minn 16-il sena u rnexxielna wkoll nilħqu l-immunità tal-massa f’Mejju. Il-ħidma li qed nagħmlu, kontinwament qed tħalli l-frott tagħha. Matul is-snin konna dejjem fuq quddiem b’diversi inizjattivi u kampanji. Riċentement pereżempju, konna l-ewwel fergħa taż-żgħażagħ li ħriġna favur l-użu responsabbli tal-kannabis u ħdima sabiex qajjimna diskussjoni fuq dan is-suġġett li wasslet sabiex eventwalment anka
l-Gvern nieda white paper dwar dan. Barra minn hekk, frott ukoll tal-ħidma li qed issir, fl-aħħar elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali, permezz tal-kampanja START rajna 98 kandidat żagħżugħ jiġi elett, b’16-il sindku żgħażugħ, 2 kunsilliera taħt it-18-il sena u l-membri tal-Ġenerazzjoni 16 li kkontestaw jiġu kollha eletti. Hekk kif din is-sena taħbat ukoll is-sena tas-70 anniversarju tal-fergħa, il-ħidma bħala Żgħażagħ Laburisti ser tkompli tisaħħaħ sabiex inkomplu nħallu l-legat tagħna għall-ġenerazzjonijiet futuri. Dan fl-isfera li l-Partit Laburista minn dejjem kien l-uniku partit riformista ta’ dan il-pajjiż li kontinwament poġġa liż-żgħażagħ fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu kif ukoll spalla mal-Prim Ministru Robert Abela li dejjem jisħaq li ż-żgħażagħ mhumiex il-mexxejja t’għada iżda huma l-mexxejja tal-lum.
13
20.06.2021
VIŻJONI SOĊJO-EKONOMIKA
MICHAEL FALZON Ministru
Dak li għaddejna minnu f’dawn l-aħħar xhur uriena kemm huwa importanti li pajjiżna jgawdi minn ekonomija b’saħħita, mhux biss fil-mument preżenti, iżda anke fix-xhur u fis-snin illi ġejjin. Għexna u kellna prova ċara ta’ kemm l-ekonomija trid ikollha l-potenzjal u r-reżiljenza, illi tiflaħ għad-daqqiet illi tista’ tiffaċċja. Fix-xhur tal-pandemija, rajna b’mod ċar kif Malta serviet ta’ mudell għal pajjiżi oħra, għall-mod li bih ħadmu b’sinerġija, is-setturi soċjali u ekonomiċi tal-pajjiż. Kruċjali kien is-sehem ta’ dawn is-setturi, sabiex
ikunu salvati eluf ta’ impjiegi, u numru ta’ negozji li bbenefikaw mill-għajnuna, f’forma ta’ wage supplements, fost miżuri oħrajn. Għamilna dan, għax nemmnu li n-negozji jikkontribwixxu ħafna għall-ekonomija Maltija. Fl-istess waqt rajna, li ma nħallu ’l ħadd jaqa’ lura. Hawnhekk dħalna biex salvajna eluf ta’ familji,saħansitra anke għal dawk li kellhom joqogħdu ma’ wliedhom id-dar, minħabba l-għeluq tal-iskejjel. Fortunatament, Malta issa tidher li qabdet it-triq lejn in-normalità u bil-mod, qed immorru lura lejn ir-rutina li konna drajna fiha. Il-programm qawwi ta’ vaċċinazzjoni qed ikun strumentali, għattriq tan-normalità, u dan għen mhux ftit biex ikkontrolla t-tixrid tal-virus, fejn rajna diversi jiem mingħajr ebda każ ġdid. L-impenn tagħna issa huwa li nerġgħu niffukaw fuq il-livell ekonomiku tal-pajjiż, fejn imkomplu noħolqu iktar opportunitajiet ta’ xogħol u li fuq kollox, ikunu ġġenerati impjiegi illi huma aċċessibbli għaċ-ċittadini Maltin. Fl-istess waqt, irridu nkomplu nagħtu ħajja ta’ kwalità aħjar. Fil-fatt, għada
jibda l-istaġun sajfi, u konvint illi huma ħafna li għandhom pjanijiet biex iqattgħu aktar ħin mal-familja, filwaqt li jgawdu dan iż-żmien. Eluf ta’ persuni diġà bdew ukoll jagħmlu użu mill-vouchers, li għat-tieni sena konsekuttiva l-Gvern qassam, sabiex jagħti imbuttatura lill-ekonomija u jżid iktar flus fil-but tal-familji. Il-ħidma tagħna mhux se tieqaf hawn. Diġà bdejna nfasslu dawk il-miżuri soċjali, li l-aktar jolqtu lill-familji, sabiex ikunu introdotti jew jiġu estiżi, s-sena d-dieħla. Il-Ministeru responsabbli mis-settur soċjali, diġà ħadem bis-sħiħ fuq il-proposti tiegħu, għall-Baġit 2022.
Għalkemm ftit nista’ niżvela informazzjoni, ninsab konvint li l-familji u l-anzjani tagħna, se jerġgħu jikkonfermaw, min verament għandu għal qalbu l-interessi tagħhom. Fi ftit xhur oħra se naraw Baġit li joħloq bilanċ bejn il-ħtiġijiet soċjali u dawk ekonomiċi. Li huwa żgur, li mhux se jkun Baġit li jixxaħħaħ maż-żgħir u mal-batut. Se nkomplu ngħinu lill-anzjani, speċjalment dawk li m’għandhomx pensjoni u dawk bi dħul baxx. Se naraw ukoll illi ngħinu lill-familji bit-tfal biex intejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom, filwaqt li tissaħħaħ l-assistenza lill-persuni b’diżabilità u
Il-ħidma tagħna mhix se tieqaf hawn. Diġà bdejna nfasslu dawk il-miżuri soċjali, li l-aktar jolqtu lill-familji, sabiex ikunu introdotti jew jiġu estiżi s-sena d-dieħla
l-familji tagħhom. Fl-aħħar snin ħafna fehmu li bix-xogħol jaqbillek, u dan ħalla riżultati ferm pożittivi, għaliex 80% ta’ dawk li daħlu fid-dinja tax-xogħol baqgħu jaħdmu sal-lum il-ġurnata. Biss, aħna ma niddejqux nirrikonoxxu illi għad hemm setturi illi għandhom bżonn imbuttatura ’l quddiem. Għalhekk se nkomplu ngħinu lil min għandu dħul baxx u min għal xi raġuni mhuwiex fid-dinja tax-xogħol. Se naraw ukoll illi nkomplu nindirizzaw l-anomaliji tal-passat, għas-sitt sena konsekuttiva. Din hija wegħda elettorali li saret fl-2013 li jiġu indirizzati anomaliji u inġustizzji tal-imgħoddi. Quddiem dawn l-avvanzi soċjali kollha, avvanzi li ma jista’ jmerrihom ħadd, se nibqgħu umli u ffukati sabiex inwettqu ġustizzja soċjali ma’ kulħadd. Għamilna ħafna f’dawn l-aħħar tmien snin, iżda tagħmel kemm tagħmel fis-soċjal, qatt mhuwa biżejjed. Irridu nkomplu nkunu aħna li nilħqu lil dawn il-persuni, u mhux nistennew lilhom sakemm ifittxu l-għajnuna.Dawn il-miri soċjali se jibqgħu l-prijoritajiet tagħna fis-snin illi ġejjin!
GĦAWDEX PRIJORITÀ
ANTON REFALO Ministru
F’dawn l-aħħar 34 sena li jien ili fil-Parlament Malti, Għawdex dejjem kien fiċ-ċentru tal-ħidma politika tiegħi. Ħdimt bla heda sabiex nara lil Għawdex u lill-Għawdxin fuq quddiem nett tal-prijoritajiet nazzjonali. Dejjem emmint li Għawdex hija gżira b’potenzjal kbir, u anke jekk hemm bosta sfidi ta’ insularità, il-gżira Għawdxija tista’ toffri għadd ta’ opportunitajiet għattisħiħ ekonomiku ta’ pajjiżna. Madwar sena ilu, fi ħdan il-Parlament ta’ Mal-
ta twaqqaf il-Kumitat Permanenti għall-Affarijiet ta’ Għawdex, bl-għan li “jittratta l-materji kollha marbuta ma’ Għawdex u li jevalwa, janalizza u jivverifika l-leġiżlazzjoni li tirrigwarda jew tolqot b’xi mod l-affarijiet ta’ Għawdex. Huwa ta’ pjaċir għalija li nservi bħala President ta’ dan il-Kumitat. Għal dawn l-aħħar snin kien qiegħed jinħass il-bżonn li l-ħidma Parlamentari tkun waħda aktar speċifika fuq il-gżira Għawdxija u għalhekk permezz ta’ dan il-Kumitat issa huwa aċċertat li Għawdex jingħata l-attenzjoni li jistħoqqlu anke fil-Parlament, l-ogħla organu demokratiku ta’ pajjiżna li fih jittieħdu deċiżjonijiet importanti li jikkonċernaw lilna lkoll. Matul dawn l-aħħar xhur iddiskutejna fuq għadd ta’ temi fosthom l-iżvilupp soċjali u ekonomiku għal Għawdex. Kellna diskussjonijiet importanti dwar fondi tal-Unjoni Ewropea, l-impatt tal-COVID-19 fuq Għawdex, l-edukazzjoni f’Għawdex u t-triq ’il quddiem fuq diversi
materji. Komplejna d-diskussjoni rigward il-konnettività li ser tkun waħda deċiżiva għall-futur tal-gżira Għawdxija. Il-Gvern fl-aħħar snin ħadem sabiex tejjeb il-konnettività bejn iż-żewġ ġżejjer kemm permezz tal-kiri ta’ vapur ieħor mal-Gozo Channel u dan l-aħħar bit-tnedija tal-fast ferry bejn il-Belt Valletta u l-Imġarr. Sabiex nikkumplimentaw ħloqna għadd ta’ inizjattivi u inċentivi sabiex kemm jista’ jkun jittaffa dan l-iskariġġ. Wieħed irid jagħraf ukoll li
l-konnettività mhijiex biss dik ta’ mobbiltà, iżda wkoll konnettività teknoloġika. It-tieni fibre-optic cable bejn iż-żewġ gżejjer ser ikompli jgħin sabiex Għawdex jimraħ lejn niċeċ ekonomiċi ġodda li jistgħu jkomplu joffru xogħol f’Għawdex għall-Għawdxin, filwaqt li jġibu lejn il-gżira investimenti ġodda. Qegħdin niddiskutu wkoll it-talba tas-sindki Għawdxin sabiex jiġi diskuss l-impatt ambjentali tal-iżvilupp tal-bini fil-gżira ta’ Għawdex. Din hija wkoll diskussjoni importanti ħafna sabiex jiġi salvag-
Għal dawn l-aħħar snin kien qiegħed jinħass il-bżonn li l-ħidma Parlamentari tkun waħda aktar speċifika fuq il-gżira Għawdxija u għalhekk permezz ta’ dan il-Kumitat issa huwa aċċertat li Għawdex jingħata l-attenzjoni li jistħoqqlu
wardjat il-pajsaġġ Għawdxi b’mod serju, filwaqt li wkoll nifhmu li Għawdex mhux presepju u niesu mhumiex pasturi. B’ħidmieti ser inkun qed naċċerta li flimkien mal-kumplament tal-membri fi ħdan dan il-Kumitat nagħmlu d-differenza. Ħidma mill-qalb u ġenwina li tista’ twassal sabiex nagħtu enerġija pożittiva. Bħala Għawdxi, Għawdex dejjem kien fil-font ta’ qalbi u dan urejtu b’mod konkret fid-diversi inizjattivi li jien għamilt tul dawn is-snin. Għalhekk, ser nibqa’ nkompli nkun ta’ servizz għall-Għawdxin u għallMaltin kif dejjem kont. Il-ħidma tiegħi ’l quddiem ser tibqa’ msawra mal-importanza tal-kuntatt man-nies speċjalment maċ-ċittadin Għawdxi li jistħolqu l-aqwa possibbli. Inwiegħed li b’ħidmieti ser inkompli nara li Għawdex li tant ngħożżu, jibqa’ jkun iddar naturali fejn ilkoll naħdmu, nimxu ’l quddiem u fuq kollox noffru futur lill-familji tagħna.
14
20.06.2021
TRIQ IL-KBIR
15
20.06.2021
RA, IŻ-ŻEJTUN
TRIQ SANTA MONIKA - TAL-PIETÀ
TRIQ PAOLA - ĦAL TARXIEN
MAL-110 TOROQ OĦRA ĠODDA F’ĦAMES XHUR
QASAM TAD-DJAR SAN PATRIZJU - PEMBROKE
L-ewwel perjodu tal-2021 ġab miegħu t-tlestija ta’ Taħt l-art f’dawn it-toroq, l-aġenzija qiegħdet wħud mill-akbar proġetti infrastrutturali li qatt mal-40 kilometru ta’ pajpijiet, katusi u cables taħt saru f’pajjiżna, primarjament il-Marsa Junction l-art, biex ittejjeb il-provvista ta’ diversi servizzi Project u dak tal-mini ta’ Santa Luċija, filwaqt li f’dawn l-inħawi wkoll. nbdew proġetti simili f’toroq prinċipali oħrajn. Matul il-ħames xhur li għaddew, l-aġenzija għamFl-istess ħin, Infrastructure Malta xorta ssuktat let xogħlijiet simili f’45 triq rurali oħra u bniet millbil-ħidma ma taqta’ xejn fit-toroq residenzjali u ru- ġdid mal-65 triq residenzjali madwar Malta kollha rali, tant li fl-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena biex aktar eluf ta’ familji bdew igawdu minn saru mal-110 toroq oħra. toroq ta’ kwalità ogħla u ambjent aħjar F’dak li hu bini mill-ġdid u titjib fil-madwar ta’ fejn jgħixu. Fost dawk li tat-toroq f’żoni urbani u toroq li jin esperjenzaw dan it-titjib kien hemm sabu qalb il-kampanja, l-aġenzija ir-residenti li jgħixu fil-Qasam tadbaqgħet għaddejja bl-istess ritmu Djar ta’ San Patrizju, f’Pembroke, li Sa Mejju ta’ xogħol tas-sena l-oħra. Fl-2020 f’temp ta’ ftit xhur raw iż-żona fejn nbnew 45 triq bniet mill-ġdid medja ta’ tliet toroq jgħixu tinbidel f’daqqa għall-aħjar. residenzjali kull ġimgħa, għal total Bħalma sar fis-sentejn li għadrurali u mal-65 ta’ 155 triq. dew, uħud mit-toroq residenzjali li triq residenzjali nbnew mill-ġdid fl-aħħar xhur huma Dawn kienu jammontaw għal akoħrajn tar minn 110 kilometru ta’ toroq mibwkoll toroq arterjali ewlenin li jwass nija mill-ġdid, li fihom l-aġenzija tejbet lu minn lokalità għal oħra. Kull waħda 215-il kilometru ta’ bankini, poġġiet madwar minnhom kienet teħtieġ xogħlijiet estensivi 370 kilometru ta’ sistemi ġodda għas-servizzi taħt f’dawk li huma bdil ta’ servizzi taħt l-art u bini ta’ l-art, waqt li użat madwar 352,000 tunnellata t’as- bankini ġodda li meta tikkwantifikahom iġibu tul falt biex għamlitilhom wiċċ ġdid. ta’ kilometri. Matul is-sena l-oħra, Infrastructure Malta wett Fost oħrajn, dawn kienu jinkludu Triq il-Konvoj qet ukoll programm estensiv ta’ bini mill-ġdid u ta’ Santa Marija fl-Imqabba, Triq Manwel Dimech titjib ta’ 102 toroq qalb il-kampanja li jintużaw mill- f’Tas-Sliema, Triq Paola f’Ħal Tarxien, Triq Taż-Żwebdiewa li jaħdmu l-għelieqi madwarhom u minn jt f’San Ġwann, Vjal il-25 ta’ Novembru fiż-Żejtun u ħafna oħrajn li jgħixu, jaħdmu u jivvjaġġaw fl-inħa- Triq Abate Rigord f’Ta’ Xbiex. wi. Fl-2020 bniet mill-ġdid jew irranġat mas-60 kiFejn kien hemm problemi t’għargħar, inbnew lometru ta’ toroq rurali, jiġifieri aktar mid-doppju ukoll sistemi ta’ katusi u spralli biex ittaffi d-diffitat-tul ta’ Malta, miċ-Ċirkewwa sa Birżebbuġa. kultajiet ikkaġunati mill-ilma tax-xita.
TRIQ IL-QORTIN - IŻ-ŻURRIEQ
TRIQ IL-KONVOJ TA’ SANTA MARIJA - L-IMQABBA
16
20.06.2021
PM REŻILJENTI LI DDISTINGWA RUĦU NAOMI CACHIA
KANDIDATA GĦAS-7 DISTRETT PROFESSJONI - Avukat
Alex Ferguson.
STAT – F’relazzjoni
ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – “Optimism is the fuel driving every fight I’ve been in” – Kamala Harris. Inħoss li biex bniedem verament jagħmel differenza tanġibbli fil-ħajja tan-nies, għandu jagħmel dan b’doża qawwija ta’ pożittività u ottimiżmu, u jaffaċċja kull sitwazzjoni bl-aħjar intenzjonijiet, u bi tbissima! Hekk, irriżultati jitkellmu waħedhom.
LOKALITÀ FEJN TGĦIX – L-Imtarfa IKEL FAVORIT – Imqarrun il-forn PASSATEMP – Il-qari u s-safar KTIEB FAVORIT – Hemm lista twila, iżda meta jkolli bżonn l-ispirazzjoni dejjem nerġa niftaħ l-istess tnejn: Becoming – Michelle Obama u Leading – Sir
Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?
Il-ħidma tal-Gvern Laburista kienet ikkaratterizzata minn dik li nħobb insejjaħ il-politika tal-imħabba: il-kisbiet li għamilna fl-aħħar snin bħala nazzjon fil-qasam tad-drittijiet ċivili ser jibqgħu jiddistingwuna bħala l-Partit li għaraf li ma nistgħux, kollettivament, nimxu ’l quddiem jekk qabelxejn ma nindirizzawx in-nuqqasijiet f’dan il-qasam. Il-mument li Malta għarfet lill-uliedha bħala ugwali u tathom il-libertà jgħixu l-ħajja awtentika tagħhom bla xkiel, ikkonfermajt u ġeddidt l-impenn tiegħi biex inkun fuq in-naħa t-tajba tal-istorja. Lil hinn minn hekk, il-lista ta’ kisbiet f’kull qasam hija waħda sinifikanti. Wieħed irid biss iħares madwaru biex jagħraf li, bit-tmexxija ta’ Gvern Laburista, Malta setgħet tagħmel il-qabża li kien hemm bżonn biex Malta jkollha l-infrastruttura li tixraq liċ-ċittadini ta’ pajjiż modern.
Ingħaqadt mal-Partit Laburista ta’ 18-il sena waqt il-kampanja elettorali tal2013, u minn dakinhar qatt ma ħarist lura. Bqajt nagħti kontribut attiv fil-Forum Żgħażagħ Laburisti, u fl-2017 ġejt eletta bħala President tal-istess fergħa. Fil-Partit Laburista sibt pjattaforma li għenitni nikber u nissaħħaħ fil-valuri li ngħożż l-iżjed: il-ġustizzja soċjali, l-ugwaljanza u l-inklussività, u fuq kollox ir-rieda li nibqgħu inħarsu l-aqwa interessi tal-ħaddiema tagħna. Illum, 8 snin wara li bdejt l-attiviżmu tiegħi fi ħdan il-Partit Laburista, ħadt din id-deċiżjoni biex inkun kandidata u nibqa’ nirrappreżenta lill-Partit f’ambitu differenti. Dak kollu li tgħallimt mill-Partit fl-aħħar snin, issa se nużah biex inkun parti mill-ġenerazzjoni ġdida ta’ politiċi Laburisti li se jkunu parti integrali mill-ħidma tagħna biex nibqgħu Kif baqa’ jiġġedded il-Partit nħossu l-polz tal-Maltin u l-Għawdxin. Laburista tul is-snin? Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin?
baqa’ jinvesti kontinwament f’uċuħ ġodda. Din kienet kruċjali biex il-ħidma tiegħu qatt ma tistaġna, anzi jinħoloq dinamiżmu li jibqa’ jsaħħaħna. Wieħed m’għandu qatt jissottovaluta l-ħidma tal-fergħat tal-Partit li jixprunaw ideat ġodda li mhux biss jikkumplimentaw, iżda jmorru oltre mill-ideat li jkun qed jiddiskuti l-Gvern. Fl-istess waqt bosta żgħażagħ ikunu qed jitħallew jiżviluppaw il-vuċi u l-ħiliet politiċi tagħhom biex meta jasal il-waqt, huma ukoll ikunu jistgħu jagħmlu l-pass li jmiss bħala uċuħ importanti fil-ħidma tal-Partit Laburista. B’hekk, it-tiġdid isir b’mod naturali u kontinwu, u għalhekk jibqa’ proċess effettiv u mhux wieħed kożmetiku. Kellna wkoll bosta sfidi li għexna flimkien fl-aħħar snin u stajna negħlbuhom għax fl-aħħar mill-aħħar, il-Partit Laburista huwa kkaratterizzat minn ħafna nies ta’ qalb tajba li għandhom għal qalbhom l-aqwa interessi ta’ pajjiżna.
Naf, mill-esperjenzi tiegħi fl-istruttu- X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet ri tal-Partit, kemm il-Partit Laburista li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur?
il-lista ta’ kisbiet f’kull qasam hija waħda sinifikanti. Wieħed irid biss iħares madwaru biex jagħraf li, bit-tmexxija ta’ Gvern Laburista, Malta setgħet tagħmel il-qabża li kien hemm bżonn biex Malta jkollha l-infrastruttura li tixraq liċ-ċittadini ta’ pajjiiż modern Robert Abela ddistingwa ruħu bħala politiku reżiljenti li ħa t-tmun ta’ pajjiżna f’mument kritiku, u baqa’ jaffaċċja sfida wara l-oħra. Minkejja dan, ir-riżultati jitkellmu waħedhom. Il-Prim Ministru Abela beda t-terminu tiegħu b’serje ta’ deċiżjonijiet ibsin li wrew id-determinazzjoni tiegħu li jħalli l-marka tiegħu fuq dan il-pajjiż, bħala Prim Ministru serju u li għandu għal qalbu l-governanza tajba u fl-aħħar mill-aħħar, l-aqwa interessi tal-poplu Malti u Għawdxi kollu. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Irrid nara Malta li tibqa’ ssarraf is-suċċessi ekonomiċi fi kwalità ta’ ħajja aħjar għal kull wieħed u waħda minna. Biex nagħmlu dan, irridu nibqgħu nimplimentaw stil ta’ politika effettiva, ikkaratterizzata minn ħidma iżjed millqrib tal-Maltin u l-Għawdxin, fejn verament nisimgħu x’għandhom xi jgħidulna u nkunu konxji tar-realtajiet soċjali varji li jeżistu madwarna u li mhux dejjem inkunu nistgħu narawhom b’għajnejna. B’hekk, inkunu nistgħu nibnu Malta iżjed ħanina u ġusta ma’ kulħadd.
17
20.06.2021
ERBA’ KATEGORIJI TA’ KISBIET LABURISTI JO ETIENNE ABELA
KANDIDAT GĦALL-10 U T-13-IL DISTRETT PROFESSJONI - Tabib gradwat f’Malta fl-1999. Tħarriġt fil-kirurġija u sirt konsulent fil-kirurġija fl-2010 fl-Iskozja u imbaghad ġejt lura Malta fl2012. Jinteressawni kundizzjonijiet tal-esofagu, stonku, marrara u frixa. Jiena maħtur bħala Deputat Chairman tad-Dipartiment tal-Kirurġija u Koordinatur fit-taħriġ tal-kirurġija fl-isptar Mater Dei. Inservi wkoll bħala visiting senior lecturer flUniversità ta’ Malta u eżaminatur ghall-Università ta’ Edinburgh, il-Kulleġġ tal-Kirurgi ta’ Edinburgh u l-Fakultà tal-Kirurġija tal-Ewropa. STAT – Miżżewweġ lil Veronica (għalliema) u għandna tlett it-tfal – Alexandra 25 (perita interessata fl-urban planning), Frederika 15 u Maximillian 9.
IKEL FAVORIT – Steak grilljata mediumrare PASSATEMP – Qari ta’ kotba li jirrigwardaw l-istorja u l-isparar (target shooting) KTIEB FAVORIT – The House of God, satira ta’ Samuel Shem (psewdonimu għal Dr Stephen Bergman) li jittratta l-ħajja ta’ tobba ġodda fl-ewwel sena tax-xogħol tagħhom ġewwa sptar fl-Amerka. ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Ejja ħa nkomplu niġġeddu b’saħħa u niksbu aktar rebħiet għall-poplu tagħna.
LOKALITÀ FEJN JGĦIX – Tas-Sliema bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa u r-Rabat, Għawdex fil-weekends.
Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Għad li qatt qabel ma kont assoċjat ma’ ebda partit jew organu politiku, minn mindu kont tifel kienet l-għaxqa tiegħi nitkellem fuq aspetti politiċi mal-ġenituri u n-nanniet tiegħi. Dan l-interess fil-politika xettel fija kilba għall-qari u stħarriġ dwar l-istorja tal-politika. Jolqtuni ħafna r-raġunijiet ta’ kif żvolġew l-ideat li sawru l-fibra soċjali tad-dinja li ngħixu fiha. Minn 20 sena l’ fuq bdejt nidentifika ma’ ideoloġija soċjal-demokratika. Għaraft illi l-Partit Laburista huwa verament il-partit li filwaqt li dejjem jgħożż l-identità tal-poplu tagħna, f’kull waqt jaqbeż għall-ħaddiem u għaż-żgħir. Dan il-partit iġġieled għall-ugwaljanza tal-ġeneru u orjentament sesswali. Dan hu l-partit li għandu għal qalbu l-libertà tal-kuxjenza u l-assoċazzjoni. Il-Partit Laburista dejjem saħaq fuq u ggarantixxa l-welfare state li jipprovdi servizz sanitarju bla ħlas u li akkwista benefiċċji soċjali u materjali għall-familji u għall-pensjonanti tagħna. Dan huwa l-partit li bil-fatti jissielet għall-ġustizzja soċjali fejn l-għan aħħari hu li ħadd ma jitħalla jaqa’ lura. Għal dawn ir-raġunijiet ta’ prinċipju għażilt li nikkontesta. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Ħa naqsam dawn il-kisbiet f’erba’ kategoriji – 1. Kisbiet soċjali. Dan hu l-ewwel Gvern li nefaq aktar minn biljun ewro fuq benefiċċji soċjali, żied il-pensjonijiet sena wara sena, wassal sabiex pajjiżna qiegħed fil-quċċata fejn jidħlu libertajiet u drittijiet tal-individwu, fassal liġi għall-protezzjoni tat-tfal, żied iċ-Children’s allowance, irriforma s-suq tal-kirjiet privati, naqqas drastikament il-waiting list għall-
housing soċjali, ħoloq aktar ċentri, benefiċċji u inċentivi għall-anzjani tagħna filwaqt li żied servizzi u allowances għal nies b-diżabilità. 2. Kisbiet fis-saħħa u fl-edukazzjoni. Dan il-Gvern nefaq €1.5 biljun f’dawn is-setturi kruċjali sabiex ikollna servizz sanitarju modern u avvanzat. Ġiet emendata u mirquma l-liġi ta l-IVF, żdiedu l-mediċini b’xejn u żdied it-tagħmir f’Mater Dei u l-isptar f’Għawdex. Il-qafas ta’ skejjel ġodda u tagħmir modern huwa kapaċi jifforma ċ-ċittadini tal-futur. 3. Kisbiet fl-ekonomija. Il-Gvern Laburista wassal sabiex il-ġid nazzjonali ras għal ras jilħaq il-medja Ewropea, wassal sabiex ikollna l-anqas numru ta’ nies jirreġistraw u fl-istess ħin rajna li r-rata ta’ nisa jaħdmu qabżet il-medja fl-Ewropa, rajna splużjoni fit-turiżmu lejn pajjiżna. Ta’ min isemmi wkoll l-inċentivi
favur l-ambjent. 4. Konnettività f’Malta u bejn Malta u Għawdex. Twettqu proġetti kontinwi ta’ titjib fit-toroq arterjali f’pajjiżna, tqiegħed atrezzar bejn il-gżejjer sabiex iwassal għal servizz ta’ internet first class, ġie ingaġġat r-raba’ vapur tal-Gozo Channel u beda s-servizz ta’ catamaran bejn ilBelt u l-Imġarr. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin?
Li minkejja li għadu żagħżugħ u minkejja l-fatt li ħabbat wiċċu ma’ kriżijiet li ebda Prim Ministru ieħor ma kellu jaffaċċja, Robert Abela rnexxielu b’għaqal u paċenzja, jidderieġi lil Malta u lil Għawdex mill-maltemp tal-pandemija. Mhux talli hekk biss, iżda fassal Baġit rekord u ħoloq viżjoni għall-irkupru tal-ekonomija b’viżjoni fit-tul. Nammirah! X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta?
Il-PL dejjem offra spazju lil uċuħ ġodda, liż-żagħżagħ u b’mod speċ- Li l-poplu tagħna jibqa’ f ’saħħtu. jali lin-nisa. Il-Partit iżomm sebgħu Li l-ħaddiema jirċievu kundizzfuq il-polz tas-soċjetà u jirrispondi jonijiet ugwali u li jixirqilhom. għall-bżonnijiet u l-weġġħat tal-popLi s-settur tat-turiżmu jissaħħaħ lu. aktar minn qatt qabel. Li s-settur tas-saħħa f ’Malta u X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet f ’Għawdex ikun l-ahjar fl-Ewropa. li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Li nindukraw l-ambjent tagħna.
18
20.06.2021
IL-PJANIJIET LOKALI IT-TIENI PARTI
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsilliera PL
Il-Ġimgħa l-oħra tajna ħarsa lejn l-aktar elementi importanti li Pjan Lokali għandu jħares u dwar kif dan għandu jkun wieħed dinamiku, li jista’ jiġi implimentat, il-proċess sħiħ ta’ konsultazzjoni u l-perjodu speċifikat li għalih huwa maħsub, fost elementi oħra importanti. Illum, ser naraw proċessi importanti li għandhom jiġu segwiti kif ukoll il-bilanċ bejn ir-resident u n-negozju. Dan sabiex fl-aħħar parti ta’ ħmistax oħra nitkellmu dwar l-ispazji miftuħa, il-bijodiversità u l-immaniġġjar tal-ilma. Proċessi importanti li jridu jiġu segwiti Kemm jekk Pjan Lokali kif ukoll jekk Pjan ħolistiku, dawn iridu jkunu jinkludu għadd ta’ sezzjonijiet separati sabiex iħarsu lejn elementi differenti: • Studju tal-Impatt • Qafas ta’ implimentazzjoni • Elementi fiżiċi L-istudju li jsir irid jinkludi fost ħwejjeġ oħra l-għażliet ta’ żvilupp li hemm, analiżi ta’ viżjoni ta’ kif irridu nwettqu l-pjan. Iridu jsiru studji ta’ impatti viżivi u jiġi identifikat l-iskop għaliex qed jittieħdu ċerti deċiżjonijiet. Dawn iridu jkunu bbażati fuq l-impatt li dawn id-deċiżjonijiet ikunu se jħallu fl-ambjent immedjat. L-istudju jrid jinkludi wkoll il-ġeografija taż-żona, l-ambjent, il-wirt storiku u l-istorja nfisha. Biex nagħti eżempju, alt-
Żabbar Road lura fis-snin meta kien għad għandha ‘buffer’ u pulmun bejn il-vetturi u ż-żoni pedonali fuq il-bankini.
ru qed titkellem fuq żoni fir-Rabat Malta u altru qed nitkellmu fuq lokal bħal Tas-Sliema. Il-Qafas ta’ Implimentazzjoni huwa importanti għal diversi aspetti. Ħafna drabi ssib pjanijiet lokali li fihom kellhom għadd ta’ proposti u suġġerimenti li minkejja li għaddew diversi snin, għadhom mhumiex imwettqa. Dan huwa kruċjali u meta jiġri hekk, nispiċċaw biex jiġu addottati biss minn partijiet ta’ dawn il-pjanijiet b’konsegwenza li nispiċċaw bl-aspetti negattivi biss. Uħud minn dawn il-proposti jkunu jikkumplimentaw lil xulxin. Fil-Pjanijiet Lokali tal-2006, speċjalment, fin-naħa t’ isfel ta’ Malta, kellna naraw it-twelid tal-kunċett ta’ boulevards. Boulevards huma dawk it-toroq li jkollhom bini fuq iż-żewġ naħat tagħhom, imbagħad bankina u spazji ta’ parkeġġ fuq iż-żewġ naħat u naturalment, il-karreġġjati li minnhom jgħaddi t-traffiku. Jagħmilhom boulevards, għaliex suppost bejn il-bankini u l-karozzi pparkjati, kellu jkun hemm siġar li jservu ta’ ‘buffer’ bejn ir-residenzi u t-traffiku għaddej. Iservu ta’ ‘buffer’ bejn dawk li mexjin fuq il-bankina u l-arja ħażina li jħallu warajhom il-vetturi. Eżempju tipiku kienet Triq Żabbar fil-Fgura lura fis-snin. Din it-triq saret ġdida numru ta’ snin ilu u m’għadniex naraw imqar xitla waħda fiha. Meta jiġri hekk, u pjan ma jiġix imwettaq fl-intier tiegħu, nispiċċaw bi żbilanċ ambjentali kbir b’detriment għar-residenti. Elementi Fiżiċi oħrajn Għalhekk huwa importanti wkoll li dawn il-pjanijiet ikunu flessibbli sal-punt illi rridu naraw li l-pjan jitwettaq b’metodoloġija perfetta u b’mod konsistenti. L-immaġini tal-post jew żona, il-karattru tal-post u l-wirt storiku huma fost l-iktar elementi fiżiċi importanti. Il-Pjan irid jara li jħaddan flimkien il-karatteristiċi kollha flimkien. Iridu jkunu inkorportati flimkien f’ disinn li jkun jagħmel sens għall-arkitettura tal-post. Għalhekk l-importanza li jkollna żoni speċifiċi li fihom biss ikun jista’ jsir ċertu żvilupp huwa kruċjali. Bilanċ bejn ir-Residenti u l-Kummerċ Hemm ukoll iż-żoni residenzjali u dawk kummerċjali. Il-Pjan irid juri bl-aktar mod ċar kif irid isir użu bilanċjat bejn iż-żewġ elementi. Id-densità tal-lokal ukoll trid tittieħed f’kunsiderazzjoni. Anki l-kobor tad-djar, l-ammont ta’ appartamenti, is-sidien tal-istess djar residenzjali u anki l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-lokal. F’dan l-aspett, l-importanza ta’ pjan flessibbli toħroġ aktar ċara għaliex meta għandek livelli u modi differenti ta’ komunitajiet, ma jistax ikollok sistema ta’ ‘one size fits all’. Għalhekk hawn, ikun importanti wkoll li wieħed jagħmel distinzjoni bejn żoni li rriduhom vibranti ma’ oħrajn li jirrikjedu aktar kwiet u kalma. Jorbot ma’ dawn, il-livell ta’ dawl u storbju li jridu jkunu skont l-abitanti tal-madwar. Dan illum ukoll m’għadx għandna bilanċ dwaru. Fl-artiklu li jmiss, nagħtu ħarsa lejn l-ispazji miftuħa, il-bijodiversità, u l-immaniġġjar tal-ilma, fost l-oħrajn, li wkoll qed jittieħdu forgranted u qajla qed nagħtuhom l-importanza meħtieġa. Dan għaliex qed nagħmlu ħafna eċċezzjonijiet għal pjanijiet lokali skaduti u li saru għal żminijiet u ċirkostanzi differenti milli qed ngħixu fihom illum.
Sur Editur, Ara dawn tal-PeNe dejjem bl-istess diska mġenġla riċiklata, Sur Editur! Ma nafx kif qatt ma aġġornaw il-qrid u t-tnewwiħ tagħhom biex jidħlu fl-era moderna taż-żmien politiku li qed ngħixu fih. Mhux ta’ b’xejn li mhumiex kredibbli dawn ta! Iva Marija Santissima, dejjem l-istess! Kif ma jiddejqux jisimgħu lilhom infushom, ma nafx jien! Imbagħad meta l-partit tagħhom beda jitmexxa minn dak li qed imexxuh dawk li jaħsbu li għandhom dritt sagrosant fuq il-partit tagħhom, reġgħu marru 100 sena lura e! Dan Bernie wkoll! Iva ħaqq l-ożbreċ ħadd ma jridlu nitfa ġid, iressqu fil-ġenb u jgħidlu li qed jaqa’ għan-nelħ? Iħobbuh e! Dejjem bl-istess paroli stunat. Imma nsomma, ma neħodhiex bi kbira lanqas, għax dawk li qed imexxuh, ukoll għandhom id-diska mġenġla tagħhom, Sur Editur. Vera tat-tqalligħ tal-istonku aktar minn dawk li Melda tiegħi ssejħilhom sfineġ tal-bakkaljaw. Darba niftakar għamlet ġimgħa ma tkellimnix, tħares lejja bl-ikrah u xahar ma tħallinix nersaq lejha għax talbitni xi ħaġa biex taqleb fih dawn l-isfineġ mittaġen u tajtha l-barmil taż-żibel. Kif għadni ħaj ma nafx, imma għaddiet ukoll. Tat-tqalligħ tal-istonku tisma’ u taqra lil waħda minn dawk li jaħsbu li huma l-krema tas-soċjetà ta’ Malta Alessandra talCrisps xi ħaġa. Din hija l-President tar-Repubblika. Mhux ta’ Malta ta, ta’ dawk il-grupp ta’ Nazzjonalisti li jridu jmexxu mhux biss lill-PeNe huma, imma wkoll lil Malta – dawk ta’ Delia tal-Arriva biex nifthiemu. Waqt il-velja li reġgħu għamlu, bdiet id-diskors tagħha li għadha ma saritx ġustizzja fil-każ tal-qtil ta’ Defni u li ma hemm l-ebda rieda biex issir ġustizzja. Issa jew din tal-Crisps ma taqrax gazzetti, jew ma tismax aħbarijiet jew ma nafx. Imma Malta kollha taf li l-qrati u l-pulizija għaddejjin b’xogħolhom. Imbagħad dil-ġimgħa sirt għoqda minħabba Bernie. Ara vera ma nafx kif jirnexxilu dan jgħid dak li jgħid u jikteb dak li jikteb. Ħa ngħidlek jien Sur Editur. Mela tal-PeNe ftit ilu qalu li l-Kap tagħhom tenna l-importanza li l-Partit jissaħħaħ internament, jiġġedded u jinfetaħ ħalli jagħti spazju veru lil kulħadd u li fil-Partit Nazzjonalista trid tinbidel l-attitudni biex jirriġenera ruħu fl-ideat. U għal darba naqbel miegħu ta! Għax mhux jirriġenera ruħu biss irid u jbiddel l-attitudni, imma li jsir miraklu akbar minn tal-ħut u l-ħobż. Għax dan l-aħħar b’pompa kbira dan Bernie qal li jrid ikun il-partit tagħhom biex mal-barranin inaddfu isem Malta, u li mnalla jkun il-partit tagħhom biex jaqbeż għal Malta. Iva, dażgur! Lanqas laħaq qal dan il-kliem meta bagħat ittra kontra Malta lil Task Force tal-Finanzi barranija, b’ħafna botti kontra pajjiżu u kontra l-awtoritajiet ta’ pajjiżu stess. Ara vera jħobbu lil pajjiżu dan Bernie e! Dejjem hekk dawn tal-PeNe, ma jinbidlu qatt. Meta jkun hemm xi diskussjoni bejn Malta u barra, tarahom iżommu mal-barranin flok mal-Maltin. Imbagħad jitfantsu għax il-Labour jgħidlhom li ħlief ixewxu kontra Malta ma jagħmlux. Puuuu għal wiċċhom! Sieħeb l-ieħor, il-Fast and Furious Karol Aquilina. Ajma ħej! Nisma’ dak li għaddej fil-kumitat parlamentari għall-kontijiet pubbliċi nġib għajnejja wara l-pali tal-bajtar widnejja! X’arroganza! Issa biex Gannella l-avukat qaltlu li qed jirfes id-drittijiet tannies kbira e! Nisimgħu jitkellem niftakar fiċ-ċanga tal-friża! Tant qallgħalha l-istonku li lill-klijent tagħha qaltlu li l-mistoqsijiet ta’ Karol huma mistoqsijiet biex jieħu vantaġġ politiku għalih, għal Karol jiġifieri. U daret fuqu u qaltlu li hi mhi se tħalli lil ħadd jieħu vantaġġ politiku għall-ispejjeż tal-klijent tagħha! Għax dawn hekk, Sur Editur, kollox iridu jdawru politikament. Tista’ mhux tkun saħħa tal-poplu, tista’ mhux tkun ġid tal-poplu li hemm fin-nofs, għax kollox politiku jdawru. Mhux ta’ b’xejn li survey wara survey il-poplu qed jiċħadhom! Għad-dieħla.
19
20.06.2021
“FIL-POLITIKA, AKTAR IMPORTANTI DAK LI TAGĦMEL MILLI DAK LI TGĦID” Nitkellmu mal-Ministru Evarist Bartolo
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
l-kummerċ u nsaħħu l-ħbiberija ta’ bejnietna, għall-ġid tal-popli tagħna.
Ilu fil-politika. Magħruf għall-ħsieb profond tiegħu. Irrispettat miż-żewġ kampijiet politiċi għaliex jemmen ħafna fl-onestà u fl-integrità. Tkellimna mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin Evarist Bartolo.
Inti wkoll tikteb ħsibijiet kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħek li spiss ikunu rigward is-soċjetà u n-natura. X’jispirak?
Xi tfisser għalik il-politika, wara 30 sena fil-Parlament? Kif kienet tfisser meta l-ewwel fil-Partit, permezz tal-ġurnaliżmu, imbagħad fil-Parlament, li nagħmel li naf u li nista’ biex inbiddel għall-aħjar flimkien m’oħrajn lil pajjiżna. Bħal kwalunkwe għodda oħra, bil-politika tista’ tagħmel il-ġid kif ukoll il-ħsara. Jiena dejjem qistha bħala vokazzjoni ta’ servizz għall-ġid tal-poplu tagħna. Bħal kull vokazzjoni oħra, il-politika tfisser sagrifiċċji però wkoll sodisfazzjon. L-aktar meta jirnexxilek tagħmel differenza pożittiva, anke filħajja ta’ persuna waħda. Umilment, hekk pruvajt u stinkajt biex nagħmel. Mhux b’perfezzjoni, iżda b’konvinzjoni u b’lealtà lejn il-prinċipji soċjo-demokratiċi tal-ġustizzja u tal-mobilità soċjali. Biex irrispettivament mill-familja jew mill-qagħda finanzjarja tal-persuna, kulħadd jingħata ċans li jimxi ’l quddiem fil-ħajja. Ħdimt l-aktar fl-oqsma tal-edukazzjoni, tax-xogħol u tar-relazzjonijiet tagħna ma’ pajjiżi oħra, dejjem bi dmir ewlieni, il-ħarsien u t-tkattir tal-ġid tal-poplu tagħna.
sabiex neħħejna ċ-ċensura biex tassew ikollna espressjoni ħielsa u mhux narrestaw awturi u żgħażagħ minħabba dak li jiktbu jew jilbsu. Ħdimt biex bnejna skejjel ġodda u mmodernizzajna oħrajn. Iżda l-akbar investiment m’għamilniehx fil-ġebla imma fil-poplu tagħna. X’sodisfazzjon inħoss meta nara żgħażagħ li kienu assenti mill-iskola jinġabru f’ambjent sigur u jitgħallIr-rwoli diversi li kellek taħt mu ħiliet u snajja’ biex daħGvern Laburista ... Eslu b’suċċess fid-dinja perjenzi, suċċessi u tax-xogħol, permezz diżappunti. tal-programm ta’ tagħlim alternatF’40 sena ta’ tiv. Jew meta ħidma żgur nara studenti Dejjem kien hemm jkomplu bl-ismumenti tudji tagħhom nisħaq li fil-politika, fejn inqast għaliex mhux aktar importanti dak li jew fejn stabiss saħħaħjt nagħmel na l-istipendtagħmel milli dak li tgħid. iżjed u aħji, iżda tajna jar. Iżda ma M’għandix dubju li l-poplu stipendju jiżbaljax min għal min jirtagħna kapaċi jagħmel ma jagħmel repeti. Neħħexejn. Dejjem jna l-miżati fuq il-ġudizzju tiegħu dwar ħdimt mill-qal-eżamijiet biex dak li għamilna lb favur l-ideakulħadd jingħata li li nemmen fihom; ċans jimxi ’l quddiem, l-ugwaljanza għal kulħadd u tajna trasport b’xejn u f’kull aspett, il-mobilità soċgħall-iskejjel kollha biex ħallejna jali, l-edukazzjoni, il-libertà tal-ħsieb aktar flus fi bwiet il-ġenituri, liema flus u tal-espressjoni, u t-tisħiħ tal-ġur- setgħu jinvestuhom għall-ġid tal-familnaliżmu. ja tagħhom. Investejna fl-għalliema Ħdmt għal dawn l-ideali anke meta tagħna billi tajniehom iċ-ċans ikompma kienx politikament popolari li lu jistudjaw filwaqt li jibqgħu jirċievu nsemma’ leħni f’ċertu oqsma. Kont paga sħiħa u tajniehom l-akbar żieda li l-ewwel li ressaqt abbozz favur id-drit- qatt ħadu l-għalliema. tijiet tal-bniedem ta’ persuni LGBTIQ Bħala Ministru responsabbqabel l-2013, u ħdimt sabiex f’pajjiżna li mill-edukazzjoni u x-xogħol, daħal id-dritt ċivili bażiku tad-divorzju. ħdimt ukoll sabiex daħħalna miżuAktar tard meta l-Partit Laburista ri bħaċ-childcare b’xejn u l-pensħa f’idejh it-tmexxija tal-pajjiż, ħdimt joni sħiħa għal persuni b’diżabilità li
Inħobb nikteb. Bil-kitba nesprimi ħsibijieti u hija ukoll mezz għalija kif inżomm kuntatt mal-ħbieb u ma’ dawk kollha li jsegwuni. Il-kitba hija għodda importanti ħafna għalija li dejjem infittex li nikkummenta u nsemma’ leħni fuq dak li nosserva u li jkun għaddej. Għalhekk nipprova nikteb b’mod li jifhmuni l-akbar numru possibbli ta’ nies. Kif tarah inbidel il-Partit Laburista tul is-snin?
joħorġu jaħdmu, biex ħafna reġgħu daħlu jew daħlu għall-ewwel darba fid-dinja tax-xogħol. Dejjem nisħaq li fil-politika, aktar importanti dak li tagħmel milli dak li tgħid. M’għandix dubju li l-poplu tagħna kapaċi jagħmel il-ġudizzju tiegħu dwar dak li għamilna jien u sħabi għallġid tal-Maltin u l-Għawdxin. X’jieħu l-pajjiż minn żjarat li jsiru f’pajjiżi barranin fosthom waħda riċenti fl-Arabja Sawdija? Żjarat f’pajjiżi oħra jservu biex nibnu ħbiberiji ma’ kemm jista’ jkun pajjiżi biex jinvestu f’pajjiżna, ninvestu fihom, nixtru mingħand xulxin, u nivvjaġġaw bħala turisti lejn xulxin. Inħaddmu n-newtralità tagħna u l-politika favur il-paċi billi nitfgħu l-ilma flok il-ħatab fuq in-nar tat-tilwim. Nikkoperaw ma’ pajjiżi oħra kontra l-kriminalità organizzata u f’dawk l-oqsma fejn l-ebda pajjiż waħdu ma jista’ jilqa’ għall-isfidi, fosthom il-klima, l-immigrazzjoni, l-iżvilupp teknoloġiku u l-pandemija. Għaliex huwa importanti li Malta jkollha relazzjoni tajba mal-Libja? Il-Libja huwa pajjiż ġar importanti u għal ħafna snin bosta Maltin ħadmu u għamlu flus tajbin hemm. Iż-żewġ pajjiżi ilhom ħafna ħbieb ta’ xulxin u ħafna Libjani għexu u għadhom jgħixu fostna. Dan filwaqt li ħafna studenti jiġu u jistudjaw f’Malta u għandna wkoll investiment Libjan. Dejjem għenna lil xulxin mill-aħjar li stajna. Il-Libja tgħinna ħafna wkoll biex kemm jista’ jkun ma jaslux minn hemm migranti irregolari f’Malta. Irridu nkomplu naħdmu biex inġibu
Il-Partit Laburista huwa żagħżugħ ta’ dejjem u jibqa’ ħaj jekk jibqa’ jinbidel kif tinbidel id-dinja. Il-Partit Laburista biddel lil pajjiżna u lilu nnifsu, iżda l-għeruq tiegħu jibqgħu l-istess. L-aħjar żminijiet tiegħu huma meta jagħraf iħaddem sew il-valuri li għalihom twieled: il-ħelsien nazzjonali, id-demokrazija, il-ġustizzja soċjali, u l-ħolqien tal-ġid biex dawk kollha li jgħixu fil-gżejjer tagħna jkollhom għajxien diċenti u dinjituż. Temmen li l-PL għadu l-għażla naturali tal-poplu Malti u Għawdxi u għaliex? Ħadd m’għandu ċens perpetwu biex jiggverna u għajb ikun għal min jaħseb li għandu xi dritt divin li jmexxi. Bħalma jislifek il-fiduċja, il-poplu jeħodha lura jekk ma jkunx ħaqqna. Dejjem ħdimna għall-ġid tal-Maltin u l-Għawdxin għaliex inħobbu lil Malta b’qalbna kollha, il-ħin kollu u nkunu fejn inkunu. Fil-Gvern jew fl-Oppożizzjoni. Għax għall-Partit Laburista, Malta dejjem ġiet l-ewwel u qabel kollox. X’inhu l-futur ta’ Malta wara l-pandemija? Il-pandemija qed tbiddel lid-dinja u anke lil pajjiżna f’kull qasam tal-ħajja. Se jkollna bżonn tkabbir ekonomiku u ħolqien tal-ġid biex inkomplu ntejbu l-ħajja tal-poplu tagħna u jkollna l-iskejjel u l-isptarijiet li għandna bżonn, servizzi soċjali b’saħħithom għal dawk kollha li għandhom bżonn, u livell tajjeb ta’ għajxien. Minn 193 pajjiż fid-dinja, Malta tinsab fit-33 post tal-klassifika tal-livell tal-għajxien. Irridu nkomplu naħdmu biex inkattru l-ħolqien tal-ġid permezz ta’ tkabbir ekonomiku u ġustizzja soċjali filwaqt li rridu naraw ukoll li ma nittraskurawx il-ħarsien ambjentali.
20
20.06.2021
MINN FUQ IL-FERROVIJA MUŻIKALI Illum il-ġurnata kważi l-istazzjonijiet tar-radju saru lkoll stazzjonijiet mużikali. Is-semmiegħa jitolbu kanzunetti li jiftakru jew li jogħġbuhom. Iżda biex mill-istazzjonijiet iwasslu dan is-servizz hemm bżonn ta’ preżentaturi mużikali. Illum qtajtha li nintervista lill-aktar preżentatur mużikali veteran fil-Gżejjer Maltin. Dan mhu ħadd ħlief VINCENT SCERRI li ta’ kuljum jippreżenta l-programm tant popolari Ferrovija Mużikali fuq l-istazzjon nazzjonali. Lilu staqsejtu bosta mistoqsijiet, li taraw hawn taħt. Minn CHARLES B. SPITERI Min hu Vincent Scerri?
Maż-żmien kont ngħin lil ħbiebi, li rebħu wkoll, iżda Victor ma damx ma ntebaħ li konna indunajna x’kien qed jagħmel.
Vincent Scerri hu bniedem normali, saqajh fl-art; għandu l-ħbieb li jistmahom ta’ hekk u jittama li l-ħbieb li għandu, verament jistmaw lilu l-istess.
Jiġifieri qablek tiftakar lil Victor Aquilina.
Minn kif jirriżulta, int l-aktar DJ veteran fil-pajjiż. Meta bdejt, x’ħajrek u bdejt bħala part-timer?
Dażgur. Imbagħad warajh kien beda Norman Hamilton. Niftakar ukoll, iżda ma nafx hux miegħi jew qabli, kien hemm Enzo Gusman.
Bdejt part-time fl-1964. Kont niġi r-Rediffusion għax kelli tnejn mill-familja tiegħi jaħdmu hawn u kienu jkaxkruni magħhom. Bdejt mar-Rediffusion fi Gwardamanġa għax ma lħaqtx l-uffiċini tal-Belt.
X’kien jismu l-ewwel programm tiegħek Vincent? ‘Id-disc-jockey m’għandux ħtija’. Dan għax meta Joe Grima qalli nippreżenta programm, staqsejtu x’se nsemmuh. Ried jaf għaliex staqsejt lilu. Għedtlu li mort imħejji għall-programm, iżda x’tort kelli jekk ma ħsibtx għall-isem? Qalli: “jekk ma tafx int, mela semmih ‘Id-disc-jockey m’għandux ħtija’. U l-programm baqa’ hekk għal bosta snin.
U bħala xiex bdejt? Kont nagħti daqqa t’id. Niftakar lis-Sur Conti fiż-żminijiet tar-Ring Us Up. Wara, niftakar lil ibnu, li kien chairman hawnhekk. Imbagħad f ’xi l-1969 kien laħaq Joe Grima bħala Kap tal-Programmi u ltqajt miegħu l-Alhambra waqt show. Tkellimna ftit u staqsieni kontx jien li nikteb il-paġni mużikali fil-gazzetti. Konna jien, Victor Fenech Azzopardi, Fred Barry u Alfred Vassallo. Weġibtu fl-affermattiv u għedtlu li l-mużika tinteressani ħafna, għalkemm qatt ma kont ippreżentajt programm. Qalli: “tixtieq tagħmel programm xi darba?” Għedtlu: “nipprova,” għax kont naf ħafna xorti fuq il-kantanti, peress li kont ili sew midħla tad-dinja mużikali. Irriżulta li Joe Grima ried jagħmel taqliba sħiħa u jagħti aktar spazju lill-programmi Maltin, għax ir-Rediffusion kien iktar mitfugħ fuq programmi Ingliżi milli dawk b’xejra Maltija. U pproponieli nibda programm.
dak iż-żmien fuq ir-Rediffusion kien ikun hemm il-programm Top Ten tal-Ingilterra, ta’ Victor Aquilina. Ħbiebi tat-Tarzna kienu jafu li jien u xi tnejn oħra konna dilettanti tal-mużika. Issa Victor Aquilina kien idoqq 10 diski u b’kompetizzjoni jistieden lis-semmiegħa jaqtgħu liema kienu se jkunu klassifikati fl-ewwel sitt postijiet. Jien, li kont hekk dilettant u nisma’ l-kanzunetti kuljum, kont nistaqsi kif jagħmilhom u jaqtagħhom? Issa, l-uniċi żewġ rivisti mmirati fuq il-mużika ta’ barra kienu l-Melody Maker li kont nixtriha lokalment u l-Musical Express. Wara ftit żmien indunajt li Victor kien ikollu l-Musical Express ġimgħa Jiġifieri dak kien l-ewwel qabli. Dik li kont nixtri jien xogħol tiegħek? mingħand Carabott ta’ Raħal Le, għax fl-1956 kont dħalt Ġdid, kienet tiġi bil-baħar u b’apprendist it-Tarzna u tasal ġimgħa wara, waqt li
r-Rediffusion kienu jirċevuha bl-ajru u taslilhom l-għada. Għalhekk abbonajt fiha u bdejt nirċeviha magħhom.
gate. Xtrajt prodott u bgħatt it-tweġiba. L-ewwel premju kien ta’ £10 u mbagħad numru ta’ premjijiet ta’ konsolazzjoni. Minn dawn tal-aħħar Tajba din Vincent. irbaħt xi ħames darbiet; inIrnexxielek tikkompetilu. neħħi s-sapun u bil-karta ta’ barra nerġa’ nieħu sehem. Issa biex tieħu sehem Anki l-ewwel premju ta’ flus fil-kompetizzjoni kont trid irbaħt u bihom xtrajt l-ewwtibgħat pakkett vojt tal-Col- el kitarra.
Tista’ tgħidilna xi ħaġa fuq esperjenza li kellek tul is-snin u kemm tgħallimt minnha? Titgħallem dejjem. In-nies stess li jitolbu l-kanzunetti jgħallmuk, għax huma sensittivi u fl-istess ħin leali. Għalhekk trid toqgħod attent speċjalment meta tkellimhom, għax f ’dak ilwaqt jistgħu jaħsbu li tkun żorr, jew ma tridx kliem. Iżda sempliċement għax ma
Ħbiebi tat-Tarzna kienu jafu li jien u xi tnejn oħra konna dilettanti tal-mużika. Issa Victor Aquilina kien idoqq 10 diski u b’kompetizzjoni jistieden lis-semmiegħa jaqtgħu liema kienu se jkunu klassifikati fl-ewwel sitt postijiet
21
20.06.2021 jkunux jafu ċerti qagħdiet ta’ min ikun fi studju. Ħu minni: illum għandi programm li ma ndaħħalx nies li jinstemgħu fuq ir-radju. Allura waqt li xi ħadd ikun qed iċempilli biex inwieġbu, ikolli kanzunetta għaddejja u rrid noqgħod attent li ma tispiċċax u nkun għadni nitkellem miegħu. B’hekk nibda ngħaġġilhom u forsi jaħsbu li rrid naqtgħalhom, iżda dan għax ma jkunux jafu r-raġuni vera. Ħa ngħidlek anedottu li qed tfakkarni fih. Meta fl1973 bdejna nxandru r-Radju Malta mill-uffiċini tal-Awtorità tax-Xandir, Norman Hamilton kien idoqq filgħodu matul il-ġimgħa u jien sagħtejn il-Ħadd. Kont inkun waħdi. Darba dħalt nagħmel il-programm. Wara xi tliet kwarti daħal Andrew Psaila, li ma’ Cost Borg kienu jieħdu ħsieb l-affarijiet tekniċi. Staqsieni x’kont qed nagħmel, għax ma kontx qed ninstema’. Għedtlu: “Kif jista’ jkun. Qed nisma’.” U weġibni li kont qed nisma’ d-desk, lili nnifsi mill-headphones, għax is-switch kien mitfi. Bqajt niftakarha. Iżda l-isbaħ waħda meta tkun fil-bidu nett tal-programmi tar-radju u jċemplulek minn fuq il-baħar. Jgħidulek: “Għaddejjin minn fuq il-vapur u qed nisimgħuk.” Qabel, dawk l-affarijiet ma konniex nafuhom. Għax qabel il-cable radio, ir-Rediffusion ma kienx ixandar bħalma jxandar ir-radju. U dawk kienu l-affarijiet sbieħ tar-radju. Nafu li sas-snin 60 kienu joħorġu ftit kanzunetti. Taħseb li hu għalhekk li ħafna semmiegħa anzjani jibqgħu jitolbu l-istess diski? Kif naraha jien. Fis-snin 50 kien hemm ħafna kantanti tajbin. Lejn tmiem l-istess snin beda ċ-ċaqliq. Pereżempju kien hemm il-kantanti ta’ qabel u wara l-gwerra, bħal Bing Crosby, Vera Lynn, Frank Sinatra u Perry Como. Iżda lejn tmiem is-snin 50, l-Ingilterra bdiet tiċċaqlaq ftit ftit u fl-1955-56, beda dieħel l-istil tar-rock ‘n’ roll ta’ Bill Haley u The Comets. Issemmix Elvis Presley bħala rock ‘n’ roll, għax dan hu biss ta’ Bill Haley. Ir-rock ‘n’ roll kienet iż-żifna u trid tiżfinha. Fid-diski ta’ Elvis ma tiżfinx ir-rock ‘n’ roll, iżda ta’ Bill Haley, tiżfinhom. Iżda Bill Haley diġà kellu 30 sena, kien għama minn għajn waħda, kien kważi qargħi u kienu jirriferu għalih bħala tan-nokklu fuq moħħu. Kien ħareġ id-diski: Rock Around the Clock; Don’t Rock the Rock u The Girl
preżentatur tajjeb, jidrahom.
Fis-snin 50 kien hemm ħafna kantanti tajbin. Lejn tmiem l-istess snin beda ċ-ċaqliq. Pereżempju kien hemm il-kantanti ta’ qabel u wara l-gwerra, bħal Bing Crosby, Vera Lynn, Frank Sinatra u Perry Como
Can’t Help It. Il-mużika bdiet tieħu aktar spinta. Imbagħad, minkejja li ħarġu Cliff Richard u Billy Fury, kien fadal vakum kbir. Terġa’ l-Ingilterra kienet tistrieħ ferm fuq id-diski Amerikani, għax fejn tidħol il-mużika, l-Amerka kienet tiddomina lid-dinja kollha. Tant, li ħafna diski li kienu jidħlu fil-Hit Parade Amerikana, kienu jsibu posthom fil-klassifika Ingliża, iżda mhux viċiversa. Biss imbagħad ġara li fl1963, il-ħoss inbidel totalment. Aħna, sal-1963 konna nafu lil Cliff Richard, Billy Fury u dawk il-kantanti. Iżda minn dik is-sena bdew il-Beatles u għamlu trasformazzjoni totali tal-mużika. Għalhekk tisma’ l-mużika tas-snin 60, għax huma ż-żminijiet tal-Beatles u min ġie warajhom. U xi tgħidli għall-qasam Taljan? Il-qasam Taljan baqa’ dejjem l-istess. Ma kienx hemm xi tibdil kbir bħal fl-Ingilterra u nistgħu ngħidu li kien hemm ħafna kanzunetti Ingliżi, li bdew jaqilbuhom għat-Taljan ukoll. Iżda fis-snin 60 aktar immorru għall-mużika Ingliża milli għat-Taljana. It-Taljani baqgħu konservattivi, avolja kellhom gruppi u kantanti moderni, iżda mhux bil-kwantità li bdew joħorġu l-Ingliżi. Dawn kienu tant b’saħħithom li fis-snin 60 għamlu rivoluzzjoni li qalbet il-folja u spiċċaw iddominaw lill-Amerka totalment. U kull grupp Ingliż, hu min hu, kien isib ruħu fil-klassifika Amerikana u l-Amerikani kienu jirriferu għall-qagħda bħala ‘the British invasion’. Ġieli l-Beatles kellhom tmien kanzunetti fit-top ten Amerikana. Allura n-nies ta’ dak iżżmien l-aktar li jiftakru u jitolbu huma dawk il-kanzunetti. Meta tara li bdew deħlin stili ġodda?
Bla dubju, fil-bidu, int bdejt bid-diski proprji, mhux hekk?
tiegħi kienu jibagħtu ħafna nies, iżda kien ir-Rediffusion li jirċevihom mhux jien, u tinsiex, dak iż-żmien Jien bdejt bihom, bdejt qabel, radju wieħed kien hawn. Meta mbagħad daħal il-plutwelidt u kbirt magħhom. raliżmu, is-semmiegħa nfirxu. Bdejt qabel kif ? Illum, is-semmiegħa Għax fl-1969 meta bdejt jibagħtu messaġġ jew iċemil-programm jien, kien hemm plulek. diski bħal ta’ Dean Martin, li kienu jindaqqu, li kienu 78, Meta tħejji programm, 45 u t-33 rpm (li kien it-tid- kemm tieħu ħin għalih? wir fuq it-turntable). Għalhekk illum ma tantx tista’ Il-lejla ta’ qabel, nagħmel tirriferi għal diska, għax playlist bil-mod ta’ kif se nqaid-diski m’għadhomx jidh- ssam il-programm, jiġifieri ru. U minħabba f ’hekk ukoll, l-kanzunetti Ingliżi, Taljani, jien lanqas ngħid li jien disc marċi, eċċ. U ngħaqqad projockey, iżda preżentatur gramm. Biss imbagħad ikolli mużikali, peress li llum indo- l-lista quddiemi u l-librerija fuq il-hard disk tal-kompqq mill-hard disk. juter tiegħi u meta nirċievi xi messaġġ jew telefonata għal Nibqgħu fuq l-antik. xi kanzunetta partikolari, inX’librerija kien ikollkom? neħħi waħda minn tiegħi u Kienet armata sew? ndaħħal tagħhom. Il-PBS għandu garaxx li hu mimli tapes u diski, kollha Id-daqq tal-marċ jintlaqa’? jiġbru t-trab. Ħafna. Għall-bidu lanqas emmint kemm kien se jkun Indur għall-programm popolari, iżda issa jkoltiegħek. Minn dejjem kien li nammetti li ħafna semil-Ferrovija Mużikali, bqajt miegħa huma dilettanti u dejjem bl-istess titlu u jkunu attenti biex isegwuh. għaliex għażilt lilu? U peress li jien m’iniex dilEżatt ma niftakarx, iżda qa- ettant tal-festi u l-marċi, bel l-1970 u bdejtu mill-PBS naqbad wieħed u li jiġi... intal-lum. It-titli tbiddlu wkoll. doqqu. Ġieli jkun hemm xi Kelli ‘Stedina’, u ‘Drive Time’ ħadd li jitlobni ndoqq marċ li kien jixxandar wara nof- li jogħġbu, jekk ma nkunx sinhar. Ferrovija Mużikali għadni sibt wieħed. għall-magazin Musical ExVincent, x’tara li għandu press. jkun l-ingredjent ewlieni għal preżentatur mużikali U dejjem kellek programmi ta’ stoffa? mużikali? Le. Ġieli għamilt programmi mitkellma ma’ Victor Galdes u ma’ Andrè Ellul. Kienu programmi ta’ reċti komiċi fuq ir-Rediffusion, fejn konna nistiednu n-nies jiġu jarawna. Fil-bidu ta’ ħidmietek, kif kienu jaslu t-talbiet tas-semmiegħa?
Oh! Kienu jaslu bl-ixkejjer. Issa l-programm PO Box 10 tar-requests ma kontx Bdew wara l-1975, fejn kellna nagħmlu jien, iżda l-announcers. Għall-programm r-rock u l-hard rock.
L-ewwel nett trid tkun taf xogħlok. Jekk iċempillek xi ħadd, u din tiġri spiss, u jgħidlek biex iddoqqlu diska, li minnha jgħidlek żewġ kelmiet mil-lirika, irid ikollok għarfien tad-diski kollha. U dan l-għarfien jiġi miżżmien li tkun qattajt fix-xena mużikali. Pereżempju ċempilli wieħed u talabni ‘Put your sweet lips’. Imbagħad tinduna li hemm kanzunetta tibda b’dak il-kliem, iżda jisimha “He’ll have to go”, li m’għandha x’taqsam xejn ma’ li qal hu. Iżda dawn,
Il-fatt li llum tista’ tniżżel id-diski kollha mill-kompjuter, taħseb li ’l quddiem il-programmi tal-mużika jibqgħu popolari? Jien nemmen li llum l-internet ħa ħafna mix-xogħol, għax illum, anki jekk bniedem ikun fl-uffiċċju, jitfa’ l-internet fuq stazzjon u jisma’ kollox. M’hemmx stazzjon partikolari, iżda l-kompjuter qed jagħmel ix-xogħol tagħna. Ħa nistaqsik mistoqsija li ili biex nistaqsiha żmien twil. Almenu fil-qasam lokali nħoss nuqqas, għax dejjem norbtu kanzunetta mal-kantant jew kantanta, iżda rari nisimgħu l-isem ta’ min ikun kitibha u min għamlilha l-arranġament. Taqbel? Naqbel, iżda trid tara li f ’dawn l-aħħar 10 jew 15-il sena, feġġew ħafna kantanti u kompożituri ġodda. Jekk issemmi bħal Philip Vella, Chan Vella u Freddie Portelli kulħadd jafhom, iżda l-Maltin ftit li xejn ngħidu min huma l-kompożituri u l-awturi. Naħseb li hu żball li jrid jitranġa, għal ġieħ kulħadd. Irrid insemmi wkoll li jien, meta ndoqq kanzunetta Maltija, indoqqha bil-Malti. Ma ndoqqx diski Maltin bl-Ingliż u lanqas bit-Taljan. Inkella trid tkun rarità. Iżda fejn tidħol il-lirika Maltija għandek raġun għax hawn nuqqas ta’ informazzjoni fuq min huma l-kittieba u l-kompożituri. Qabel kellna l-lussu li fuq id-diska jkollok min huma. Issa, il-fatt li diski ma fadalx, m’hemmx fejn jinkitbu. Bħala preżentatur mużikali, lejn xiex tinxteħet l-aktar: lejn il-kant, il-mużika, il-lirika jew il-produzzjoni? Illum ix-xjenza tant kibret li l-kanzunetti tjiebu ferm. Insemmilek The Long and winding road tal-Beatles. Tismagħha b’orkestra ġġennek. Tismagħha mingħandhom dak iż-żmien, il-produzzjoni kienet batuta. Jiġifieri t-teknika kibret ferm. Kemm tħoss li l-mużika Maltija tħabbatha ma’ dik barranija? Illum iva, qabel le. Illum għandna erba’ kompożituri tajbin, jafu xogħolhom, jafu jipproduċu u tgħallmu sew. L-arranġamenti jsaħħruk. Mill-aħħar 10 snin, ilMaltin saru tajbin immens.
22
20.06.2021
THERESE U JOSEPH GALEA
IDURU BOSTA RKEJJEN MADWAR MALTA U GĦAWDEX Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Li koppja ssir ġenituri hija bidla drastika li ġġib kambjament mil-lejl għan-nhar. Irid isir ċertu kompromess u tqassim aktar ta’ ħin bejniethom u ħafna esiġenzi oħra. Għal xi wħud anke l-istil ta’ ħruġ jinbidel. Dan l-aħħar sirt naf b’koppja li huma ġenituri, li minkejja li s-safar kellu jieqaf b’mod temporanju minħabba l-pandemija tal-Covid, xorta sabu kompromess u qed iduru bosta rkejjen interessanti madwar Malta u Għawdex. Qed nirreferi għall-koppja Therese u Joseph Galea. Therese għandha 33 sena, oriġinarjament mir-raħal tax-Xagħra, imma jgħixu Ħal Lija. Il-professjoni tagħha hija enġiniera. Bħala passatempi għandha l-ġardinaġġ, tipprova u titgħallem affarijiet ġodda, tqatta’ l-ħin fin-natura, u taqra. Min-naħa tiegħu Joseph għandu 32 sena, u huwa mix-Xagħra Għawdex. Il-professjoni tiegħu hija pilota u bħala passatempi jipprattika diversi sports minn ġiri, volleyball, futbol sa anke jħobb ipinġi meta jkollu l-ħin. Apparti minn hekk jaqra u jsegwi ħafna dokumentarji u kotba xjentifiċi u fuq l-ispazju. Ta’ min jgħid li Therese u Joseph qabel ma kellhom lil uliedhom, dejjem fittxew li jsiefru u jkollhom dik is-sens ta’ avventura. Meta kien ser ikollhom l-ewwel wild xi persuni kienu ġibdulhom l-attenzjoni li ċerti avventuri jaf ma jkunux jibqgħu jistgħu jagħmluhom. Ħallejt f’idejhom sabiex jelaboraw aktar. “Aħna minn dejjem konna nħobbu nippruvaw affarijiet ġodda, u l-avventuri ma jonqsux. Dejjem kien isaħħarna l-ambjent naturali, u infatti għamilna avventuri bħal abseiling, kayaking, water rafting, canyoning, u skydiving. Meta kellna t-tifla xtaqna li xorta nippruvaw nesploraw u mmorru postijiet ġodda anka bit-tifla. Fil-proċess tgħallimna nadattaw l-avventuri tagħna.” Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf li meta kellhom l-ewwel wild proprju lil Krista, ftit xhur
wara, xorta kienu siefru u anke marru hiking biha magħhom. Ma beżgħux u għelbu kull sfida. Ridt inkun naf fejn kienu jivvjaġġaw waħedhom, kemm kienet faċli din it-tip ta’ avventura bit-tifla u mawra ta’ dan ittip fl-istess waqt. “Mhux faċli daqslikieku konna waħedna żgur. L-iktar differenza li sibna hija li l-pjanijiet l-aħjar ikunu jduru madwar il-bżonnijiet tat-tifla u mhux dak li nkunu nixtiequ aħna. B’hekk sibna li l-vjaġġ ikun aktar ta’ pjaċir għalina u għat-tfal. Pereżempju, rigward pjan konna noqogħdu attenti li fil-ħin tal-irqad ta’ Krista nkunu jew insuqu jew f’xi post fejn tista’ torqod komda bħal fil-pushchair jew fl-akkomodazzjoni. Apparti minn hekk, bit-tfal trid taħseb għal aktar affarijiet xi ġġorr. Però bil-prattika u biż-żmien tibda tagħraf tagħżel l-affarijiet li vera għandek bżonn. Il-bqija konna nagħmlu l-istess bħal meta konna waħedna,” weġbitni Therese. Komplew jgħiduli li f’Malta bħal f’xi pajjiżi oħra, ċerti ġenituri jibżgħu ħafna għattfal, fis-sens li kważi jagħmluhom f’bozza u joqogħdu lura minn ċerti avventuri bħal meta jkun ħafna ksieħ ta’ temp. “Ejjew nibdew billi ngħidu li hawn familji oħra li ma jibżgħux mill-bard u joħorġu xorta! Però, iva biżżmien indunajna li jkun kif ikun it-temp mhux skuża biex noqogħdu ġewwa! Ma nimirdux għax noħorġu fil-kesħa, imma għax inkunu qrib xi ħadd li jkollu l-mard. L-importanti li jkollok lbies addattat, u li żżomm tibdila fil-karozza.” Ħolqu paġna fuq Facebook u Instagram Ta’ min jgħid ukoll li riċentement ħolqu paġna fuq Facebook bl-isem Offdisland Family Adventure u anke fuq Instagram @offdiland fejn fittxew li jqajmu ċertu għarfien għall-familji dwar kemm hu sabiħ li toħroġ bit-tfal u tfittex li tkun avventuruż. Filfatt, isostnu li iktar ikun
sabiħ għat-tfal li jitgħallmu minn idejn il-ġenituri stess l-ewwel esperjenzi ta’ avventura, kemm minn ħruġ kulturali kif ukoll minn mixi qalb in-natura. Ħallejt f’idejhom sabiex jelaboraw aktar dwar dan. “Fuq il-paġni tagħna tal-midja soċjali @offdisland fuq Instagram u Offdisland Family Adventure fuq Facebook - f’dawn il-paġni aħna naqsmu l-ħajja ta’ kuljum tagħna, kif ukoll l-avventuri, żgħar u kbar. Barra minn hekk, naqsmu mal-followers tagħna ideat għal postijiet li jistgħu jmorru familji oħra. Ftaħna wkoll grupp fuq Facebook bl-isem ta’ Outdoor Kids Malta bl-iskop li familji Maltin ikunu jistgħu jaqsmu l-esperjenzi tagħhom. Ir-rispons għal dawn il-paġni huwa tajjeb ħafna u ta’ kuljum nirċievu messaġġi mingħand familji oħra rigward xi mixja li jkunu marru għax inkunu
tfajnieha fuq il-paġni tagħna. Dan jagħtina sodisfazzjon kbir u grinta biex inkomplu fil-ħidma tagħna li nsibu postijiet differenti addattati għall-familji.” Ilkoll nafu li l-pandemija tal-Covid affettwat ħafna nies kemm finanzjarjament, mentalment kif ukoll fiżikament. Therese u Joseph mhumiex differenti minn ħaddieħor. Matul daż-żmien tal-Covid, peress li ma setgħux isiefru, bdew iduru bosta rkejjen madwar Malta u Għawdex li huma child-friendly, li minnhom tgħallmu kemm huma stess kif ukoll it-tfal tagħhom. “In-natura ta’ Malta kapaċi toffri flora u fawna diversa anki fiċ-ċokon tal-gżejjer żgħar tagħna. Jekk inkunu kapaċi ngħixu man-natura u nqattgħu ħafna ħin fil-kampanja, nitgħallmu minnha u nibdew nirrispettawha aktar.
Noqogħdu ħafna attenti li ma nirfsux fuq il-pjanti u biex kemm jista’ jkun ma nħallux traċċi tal-mixjiet tagħna. Ta’ spiss nagħmlu cleanups żgħar bħala familja waqt li nkunu fil-kampanja,” saħqu miegħi. Min-naħa l-oħra, Therese u Joseph bħala ġenituri ammettew dwar il-fatt li biex joħorġu bit-tfal, xejn mhu faċli, iżda wieħed ma jridx jibża’ jew jaqta’ qalbu. Jaqsmu l-esperjenza personali tagħhom ma’ oħrajn Qlibt l-intervista erġajt dwar il-paġna ta’ Facebook tagħhom. Fil-fatt żvelaw miegħi li fuq il-paġni tagħhom jaqsmu l-esperjenza personali tagħhom, bid-diffikultajiet li jaffaċċjaw huma stess. “Mumenti diffiċli jgħaddi minnhom kulħadd,
20.06.2021 08.11.2020
23
SKEDA ONE 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30
Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza
19:15 Xanna TNEJN 19:20 ONE Sports 21-06 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:45 Country Jamboree 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05 17:30
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt Dak li Jgħodd
18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Follow Up 21:35 Music Legends 22:05 Distintivi 23:05 Ħabrikt 23:30 One News 23:45 Liqourish Daytime
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40
12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:35 21:05 22:30 23:00 23:30 23:45
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:50 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:00 17:30
18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40
12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:05 Telebejgħ 16:20 Prime Time Preview 16:40 Duurella 16:55 Twenty ONE 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza
19:15 Xanna ĠIMGĦA 19:20 ONE Sports 25-06 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 L-Awla 22:00 Kick Off 23:30 ONE News 23:45 Liquorish Daytime
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:35 Ħabrikt 09:55 Twenty ONE 10:25 Il-Kostruzzjoni 10:55 Indhouse
11:55 12:30 12:35 13:10 13:40 14:10 14:50 15:30 15:35 16:30
Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Liqourish Omnibus Fish On The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:00 18:45 19:22 19:30 20:05 20:30 23:30
07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:00 10:30 11:55 12:30
12:35 14:15 14:45 15:30 15:35 16:00 16:38 17:38 18:00
Ilsien in-Nisa Żona Sport Pink Panther ONE News Durella Country Jamboree Fish On Ħabrikt Espressjoni
19:15 One Sport & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:15 L-Awla 22:30 Distintivi 23:30 ONE News
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif
TLIETA 22-06
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif
ĦAMIS 24-06
imma m’għandhomx għalfejn iwasslu li l-familja taqta’ qalbha. Naqsmu tips ta’ x’nagħmlu aħna f’mumenti bħal dawn biex familji oħra jagħmlu l-qalb. Fil-bidu hija kemxejn aktar diffiċli, imma meta tibda toħroġ aktar ta’ spiss, tiġi iktar faċli.” Ridt nieħu l-kummenti tagħhom dwar dawk ittip ta’ ġenituri li jħobbu jimxu mal-mentalità li t-tfal tagħhom iħalluhom kif jgħid il-Malti jgħixu f’bozza, jew mat-teknoloġija biss. “Il-ħajja sabiħa wisq biex ningħalqu f’bozza. Allura x’hemm isbaħ milli nesploraw id-dinja ta’ madwarna b’mod reali. U bħala umani konna maħluqa biex ngħixu fin-natura u nesploraw u fl-istess waqt nitgħallmu b’mod sabiħ iktar għax inkunu qed naraw b’għajnejna. Apparti minn dan, bħala persuna żgur tgħin biex
wieħed ikun kapaċi jkollu karattru sod, ikun aktar intelliġenti kif ukoll ikun kapaċi jmur man-nies. Dawn kollha essenzjali għall-karrieri fil-futur tat-tfal tagħna. It-tfal mhux se jiftakru fil-ħin li qattgħu quddiem xi screen, imma meta raw għall-ewwel darba kamaleonte jew meta rnexxielhom jixxabtu fl-għoli. Ejjew nagħtuhom aktar minn dawn l-esperjenzi.” Fl-aħħar nett, ħallew messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Iż-żmien li qed ngħixu mhu faċli xejn. Aħna maħluqin biex inkunu mal-oħrajn, u mhux biex noqogħdu waħedna. Personalment sibna li n-natura kapaċi timla ħafna minn dan il-vojt u timliena b’paċi u b’entużjażmu. Nissuġġerixxu għalhekk li tħallu ftit ħin fil-ġurnata biex tmorru tagħmlu passejn xi mkien, anki jekk għal ftit minuti qrib id-dar.”
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif
SIBT 26-06
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Telebejgħ ONE News
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Il-Kostruzzjoni Mhux kemm taf
Xanna ERBGĦA ONE Sports 23-06 & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Espressjoni Country Jamboree Ieqaf 20 Minuta One News Liquorish Daytime
Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Ilsien in-Nisa ONE News
ĦADD 27-06
24
20.06.2021
reċensjoni tal-ktieb
IL-KAXXA TAD-DAQQ Għal Adalina kollox inbidel minn dakinhar. Dakinhar li xtratha. Kaxxa tad-daqq. Kienet sabitha f’ħanut tal-antikitajiet, moħbija ġo senduq, flimkien ma’ libsa tat-tieġ. Tieġ li qatt ma kellu jseħħ. Il-melodija tagħha saħħritha. Ritratt mal-art. L-isptar. Bidel ħajjet Giuseppe. X’konnessjoni kien hemm bejn Giuseppe u l-kaxxa tad-daqq? Kienet saret tħobbu. Imma l-imħabba tagħhom bdiet tittappan b’sigrieti mistura tal-passat. Ilħna moħbija wara l-ħitan antiki tal-villa. Għalfejn Adalina ħassitha tgħix ħajjet persuna li hi lanqas biss kienet taf ? U għalfejn kien hemm parti mill-villa ssiġillata fejn ħadd ma seta’ jidħol? Il-kaxxa tad-daqq huwa thriller romantiku b’element drammatiku u kemxejn sopranaturali li jkaxkrek f’dinja ta’ intriċċi li jaqtgħulek nifsek sal-aħħar paġni. Il-kaxxa tad-daqq… tibqa’ ddoqq sa tmiem ir-rakkont. Sa xħin tintefa. Tintefa għalkollox. Imbagħad jibda s-silenzju…
Mistoqsija: Fejn sabitha l-kaxxa tad-daqq Adalina? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-KAXXA TAD-DAQQ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 27 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb L-APPUNTAMENT MAD-DESTIN hija:
D. BALDACCHINO - MOSTA
04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Liema hu wieħed mill-iżjed siti arkeoloġiċi importanti li għandna f ’pajjiżna?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
20.06.2021
‘THE HAPPY FACE KILLER’ Mill-qtil tal-annimali għall-qtil tal-persuni Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Keith Hunter Jesperson huwa qattiel Kanadiż-Amerikan li qatel minn tal-inqas tmien nisa fis-snin 90 fl-Istati Uniti. Jesperson huwa magħruf bħala ‘The Happy Face Killer’ għax kien ipinġi wiċċ jidħaq fl-ittri li kien jikteb lill-midja u lill-prosekuturi. Ħafna mill-vittmi tiegħu kienu prostituti u kien joqtolhom billi jifgahom. Dan il-metodu ta’ qtil kien diġà jużah f’età bikrija meta kien joqtol l-għasafar, il-klieb u l-qtates. It-tfulija ta’ Jesperson Keith Hunter Jesperson twieled fis-6 ta’ April tal-1955 f’Chilliwack fi British Columbia fil-Kanada. Jesperson kien il-fustani fost żewġ subien u żewġt ibniet. Il-missier, Leslie, kien xurban u kien jerfa’ jdejh fuq Jesperson. Apparti s-swat, Jesperson kien imwarrab minn familtu stess u kien jiġi mgħajjar mit-tfal l-oħrajn għax kien fih tifel għall-età tiegħu. Minkejja li kellu ħutu subien ikbar minnu, dawn ma kinux jaqbżu għalih u minflok tawh il-laqam ta’ ‘Igor.’ Dan l-abbuż kollu wasslu biex ikun maqtugħ għalih u biex jibda jittortura l-annimali u joqtolhom fletà bikrija ta’ ħames snin. Ftit snin wara, dan il-‘pjaċir’ li kien iħoss meta jieħu l-ħajja tal-annimali ried jesperjenzah fuq in-nies. Meta kellu 10 snin, Jesperson kien jagħmilha ma’ tifel imferfex u mqareb bħalu bl-isem ta’ Martin. Jidher li Jesperson kien jeħel kollox hu minkejja li kien hemm drabi fejn l-inkwiet kien ikun qalgħu Martin. Dan wassal lil Jesperson biex isawwat lil Martin u kellu jaqilgħu missieru minn fuqu biex ma joqtlux. Madwar sena wara, Jesperson kien qed jgħum fi xmara meta tifel niżżlu taħt l-ilma sakemm Jesperson intilef minn sensih. Hekk kif Jesperson inzerta lil dan l-istess tifel f’pixxina, mar u niżżlu taħt l-ilma bl-għan li jgħerrqu iżda l-gwardjan waqqfu. Fl-1975, Jesperson iżżewweġ lil Rose Hucket u flimkien kellhom żewġt ibniet u tifel. Rose bdiet
taħseb ħażin fuq żewġha wara li bdiet tirċievi telefonati d-dar minn nisa jistaqsu għal żewġha. Wara 14il sena miżżewġin, Rose qabdet lil uliedha u ħadithom għand il-ġenituri tagħha fi Spokane f’Washington. Il-koppja spiċċat biex iddivorzjat fl-1990 iżda Jesperson xorta waħda seta’ jibqa’ jżur lil uliedu. Jesperson prova jingħaqad mar-Royal Canadian Mounted Policeman iżda weġġa’ waqt it-taħriġ u ma setax ikompli biex jilħaq pulizija. Kien għalhekk li reġa’ beda jaħdem bħala xufier tat-trakkijiet – xogħol li kien jippermettilu joqtol mingħajr ma jiġi ssuspettat minħabba l-vjaġġi kontinwi li kien jagħmel. Jibdew l-omiċidji L-ewwel vittma ta’ Jesperson kienet Taunja Bennett. Hu ltaqa’ magħha fit-23 ta’ Jannar tal-1990 f’Portland f’Oregon fl-Istati Uniti. Hu stedinha tmur fid-dar fejn kien qiegħed jikri u Bennett aċċettat. Xħin Jesperson prova javvanza, Bennett irrifjutat u dan wassal lil Jesperson biex jerfa’ idu fuqha. Wara li sawwatha, hu beda jibża’ li tmur tgħid lill-pulizija u b’hekk qatilha billi fgaha. Jesperson reġa’ ħareġ jixrob u qagħad jiċċaċċra man-nies ħalli jekk jinterrogawh il-pulizija kien ikollu storja soda ta’ fejn kien matul il-lejl tal-omiċidju. Wara din ix-xena, hu reġa’ mar id-dar, qabad il-ġisem bla ħajja ta’ Bennett u ħeles minnu. L-għada kompla bil-vjaġġ tiegħu u l-ġisem ta’ Bennett instab ftit jiem wara mit-tluq tiegħu. Hu ma kienx individwu ta’ interess għall-pulizija għax diġà kellhom tliet suspettati, fejn tnejn minnhom kienu mixlija bil-qtil. Sentejn u nofs wara l-qtil ta’ Bennett, Jesperson stupra u qatel mara qrib Blythe f’Kalifornja. L-identità tagħha ma kinitx magħrufa iżda skontu, il-vittma kien jisimha Claudia. Xahar wara, il-ġisem bla ħajja ta’ Cynthia Lyn Rose nstab f’Turlock f’Kalifornja. Jesperson qal li din kienet prostituta li daħlitlu fit-trakk
waqt li kien rieqed. Ir-raba’ vittma tiegħu kienet prostituta oħra, Laurie Ann Pentland. Il-ġisem bla ħajja tagħha nstab f’Novembru tal-istess sena. Jesperson qal li qatilha għax riedet id-doppju ta’ kemm talbitu flus għas-servizzi tagħha u hedditu li ċċempel lill-pulizija. F’Ġunju tal-1993, instab katavru ieħor ta’ mara li l-identità tagħha ma kinitx magħrufa f’Santa Nella f’Kalifornja. Għall-bidu l-pulizija bdew jaħsbu li din mietet bid-drogi iżda ’l quddiem Jesperson ammetta li hu kien qatilha u li ma kienx ċert kienx jisimha Carla jew Cindy. F’Settembru tal-1994, il-katavru ta’ mara oħra nstab f’Crestview fi Florida. Din ukoll ma kinitx magħrufa l-identità tagħha u skont Jesperson kien jisimha Susanne. L-arrest ta’ Jesperson Wara ħames snin joqtol, Jesperson ġie arrestat mixli bil-qtil ta’ Julie Winningham. Ġimgħa qabel ġie arrestat, il-pulizija kienu kellmuh iżda ma kellhomx provi biżżejjed biex jarrestawh. Arrestawh wara li prova jneħħi ruħu b’idejh darbtejn u spiċċa biex ta lilu nnifsu lill-pulizija. Jesperson qalilhom bl-omiċidji li wettaq bil-patt li ma jingħatax sentenza ħarxa. Jidher li Jesperson beda jgħid li wettaq diversi omiċidji oħrajn iżda wara ċertu żmien qal li ma kienx minnu. Il-pulizija saru jafu wkoll li Jesperson bagħat ittra lil ħuh fejn fiha ammetta li qatel tmien persuni f’dawk l-aħħar ħames snin u din intużat ukoll bħala evidenza kontrih. Kien għalhekk li Jesperson, minkejja li qal li qatel kważi 200 persuna, ġie mixli bil-qtil ta’ tmien nisa u weħel tliet sentenzi ta’ għomor il-ħabs fl-Oregon State Penitentiary f’Salem. F’Settembru tal-2009, Jesperson ittieħed f’Riverside County f’Kalifornja fejn ġie mixli b’omiċidju ieħor. Hu weħel sentenza oħra ta’ għomor il-ħabs f’Jannar tal-2010. Jesperson għadu jservi s-sentenzi ta’ għomor il-ħabs sal-lum il-ġurnata.
TAUNJA BENNETT, l-ewwel vittma ta’ Jesperson
26
20.06.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
20.06.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 386
Y. COLERIO - BIRKIRKARA
MIMDUDIN: 1. Penali? (5) 4. Kejl antik tal-inbid (4) 7,9. Xarba minnha tajba ferm! (5)
Bi 3 NUMRI 425 051 426 060 657 075 662 082 680 135 823 154 836 203 846 236 874 287 938 357 988 387 403 B’4 NUMRI
0478 0611 0633 0903 1037 2243 2519 3232 3900 4297 4472 5307 5469
5685 5711 6164 6308 6995 7465 7647 7650 7789 7847 8002 8089 8373
8761 8819 8926 8988 8994 9331 B’5 NUMRI 04802 05031 16867 19239 29494
36241 36984 52369 62414 64669 69074 81011 87582 91799 94617 96146 99358
B’6 NUMRI 021642 375084 386932 458800 542001 634084 649099 678977 719230 858943 866640 964132
9. 10. 12. 16. 18.
WEQFIN: 3,16. 1. Kompli l-qawl: 5,11. Fit-tgawdija 6,23. kulħadd ........ bik, fit-tbatija kulħadd 8. iħallik (6) 11. 2. Kunjom (3) 12,17.
Ara 7 19. Plural ta’ bastun (6)20. Il-kwartieri tal-PL qabel iċ-ĊNL (6) 21. Ara 3 23. L-Avukat Ġenerali (1,1) 24.
Jaqta’ (3) Titrabba fixxagħar tar-ras (5) Lemħet (3) Ara 6 Kunjom (5)
Jgħin fil-Quddies (6) 13,21W. Qatta’ (6) Żejjed bl-Ingliż (5) 14. Isem (6) Fetħa quddiem 15. Kunjom (6) il-knisja (7) 17. Ara 12 wieqfa Għalaq (9) 21. Ara 13 Ara 5 22. Tlieta Jilbisha l-isqof (5) Taljani
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Qamel, 4.Roħs, 7,9.Ansar, 10.Taħsel, 12.Ċanfar, 16,19.Sapuna, 20.Drapp, 21.Sit, 24.Urtat
WEQFIN: 1.Qassis, 2,11.Mirja, 3,23.Latrina, 5.Ors, 6,17.Salami, 8.Nawfraġju, 12,18.Ċpar, 13.Nar, 14.Rupert, 15.Partit, 21.Sar, 22.Tin
28
20.06.2021
MISSJUNARJI GĦALL-QERDA Editorjal
Tal-Partit Nazzjonalista ma jinteressahomx li, bilħidma u l-kordinazzjoni biex iwettqu l-missjoni ddettata tagħhom, jheddu industriji sħaħ li jgħajxu eluf ta’ ħaddiema u l-familji tagħhom. Ilmezzi kollha jiġġustifikaw is-suċċess fil-kisba ta’ dik il-mira
Ħafna ċittadini ta’ rieda tajba spiss jistaqsu dwar x’jista’ jin stiga lill-Partit Nazzjonalista u l-akkolti tiegħu biex jogħrku idejhom kull meta jinstema’ jriegħed fuq pajjiżna. Eqreb ma l-ħoss ikun tal-berqa, iżjed iċarrtu ħalqhom. Ukoll jemozz jonaw irwieħhom meta t-talb u r-ritwali kollha tagħhom jgħinu biex iqarrbu lejn xtutna s-sħab oħxon li jwerwer u jneżża’ s-se ma minn kull lewn kaħlani. Ħsieb simili m’għandu bżonn l-ebda raġunar filosofiku. Għax fil-verità t-tali mġiba partiġja na, li telimina kull sens ta’ patrijottiżmu, tiggwidak għal għonq ta’ triq li hi instigata minn livell perikoluż ta’ regħba li tara biss ir-realizzazzjoni ta’ missjoni ddettata u magħrufa. Il-mezzi kollha jiġġustifikaw issuċċess fil-kisba ta’ dik il-mira. Ma jinteressahomx li l-ħid ma u l-kordinazzjoni fit-tkes kis kollu biex jaslu għal dan joħolqu dellijiet inġustifikabbli fuq artna u jheddu industriji sħaħ li jgħajxu eluf ta’ ħaddie ma u l-familji tagħhom. Kif nafu, bi kliemhom jitqanżħu biex jagħtu stampa kompleta ment differenti, iżda l-azzjoni
jiet kollha tagħhom jikxfuhom beraħ. Maħruqin taħt xemx qali la, li fl-aħħar snin dawlet lil pajjiżna ferm iżjed milli taħt l-aħħar Gvernijiet Nazzjonalis ti, ma jaħbux ir-rabja li għad ha taħkimhom sa mill-2013 wara li, f’test demokratiku proprju, il-maġġoranza assolu ta tal-poplu neħħietilhom ilfiduċja li kienu ngħataw qabel. Illum dawn saħansitra jam mettu fil-pubbliku li jridu jeħ duna lura għal żmienhom. Żmien id-dlamijiet. Daqslikieku xi ħadd nesa l-inċertezzi kollha li kienu jiddominaw waqt li kon na niddependu mid-deċiżjoni jiet (jew in-nuqqas tagħhom) taħt GonziPN. Jew ir-riskji serji li ġensna kien imġiegħel jgħammar fihom sa inqas minn 10 snin ilu. L-attakki tad-Deputat Karol Aquilina fl-aħħar ġimagħtejn fil-Kumitat tal-Kontijiet Pubb liċi (PAC) tal-Parlament fuq id-dritt ta’ smigħ xieraq lil kull xhud kienu indikattivi ħafna tan-nostalġija li għandhom għall-politika ta’ qabel l-2013. Jekk xejn fakkru lil kull Ċik ku l-Poplu fir-reazzjonijiet tal-
Eks Ministru Austin Gatt meta dan il-kumitat Parlamentari kien iddiskuta l-għoti tal-kun tratt għall-bini tal-power sta tion tal-BWSC u biddlu s-seduti fid-daħqa tal-ġurnata fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali. Ta’ min ifakkar li għal dik it-tgħaffiġa tal-BWSC, li qanq let kull dubju u kienet taqa’ taħt ir-responsabbiltà diretta ta’ dak l-istess Ministru arro ganti, kellhom l-ardir li jarmu deċiżjoni tal-Kabinett favur l-ambjent u jnaqqsu l-livelli tat-tniġġis li kienu permessib bli biex jiffavorixxu l-agħar fuel fid-dinja. Il-każ ta’ korruzzjoni, li għadu pendenti fil-qrati tagħ na, jgħid ħafna dwar dik il-poli tika Nazzjonalista. Fakkruna tassew x’tip ta’ rispett kellhom u għad għand hom lejn il-governanza t-tajba u s-saltna tad-dritt, anke mill-po ter. Is-sabiħa hi li llum ikollna nitqannew ukoll b’fergħa Nazz jonalista, immexxija minn ħu l-istess Karol Aquilina, biex tip prova tbella’ r-ross bil-labra u tbigħ il-ħanqa ta’ xi ksur tal-liġi fl-għoti ta’ larinġ lir-residenti fid-djar tal-anzjani. Imma l-logħba Nazzjonalista
ta’ “nirbaħ jien inkella nħassar” żgur ma tiqafx s’hemm. F’livell ogħla minn hekk u fl-istil tipiku tal-establishment, din il-ġimgħa l-Kap Bernard Grech stess ipprova jilgħabha tal-“bravu” f’nofs analiżi li qed issir mit-task force internazz jonali tal-FATF. Wara z-zekzik kontinwu fl-istituzzjonijiet Ew ropej u internazzjonali fl-aħħar tmien snin, għoġbu jikteb lillFATF biex, flok, jiġbed il-ħa bel nazzjonali, serva iżjed ta’ ġakbin kontra l-Gvern, b’ilsienu mal-art lest jaċċetta miżuri li jagħmlu ħsara drastika lir-re putazzjoni tal-pajjiż. L-irresponsabbiltà infanti li ta’ min jissodisfa l-għira ta’ pajjiżi oħrajn interessati fil-ġid maħluq fostna, sempliċement għax dan kollu għandu l-istess ton tal-gwerra qaddisa tiegħu li jeqred is-suċċess Malti, ma tis ta’ qatt tkun ġustifikata. Iżjed u iżjed għal xi ħadd li hu konxju xi tfisser deċiżjoni f’dan il-livell. Dan jista’ biss jindika li talPN għadhom mhumiex jikkal kulaw il-kontijiet li se jkollhom jagħmlu mal-elettorat sa mhux iżjed mis-sena d-dieħla … hekk titlob il-ġustizzja.