www.kullhadd.com Il-Ħadd 20 ta’ Ottubru, 2019
Ħarġa Nru 1,371
BAĠIT 2020
Prezz €1
JINFIREX IL-ĠID
• BL-AĦĦAR ERBA’ BAĠITS HEMM MIN RA ŻIEDA TA’ 35% FID-DĦUL... NIPPUBBLIKAW L-EŻEMPJI KONKRETI • 2,000 TELEFONATA F’ĦAMEST IJIEM BIEX JISTAQSU DWAR IL-BENEFIĊĊJI TAL-BAĠIT 2020 • AMBJENTALISTI JKELLMUNA FUQ IS-SAĦĦA TAL-MIŻURI AMBJENTALI
Ara minn paġna 4 sa 13
ESKLUSSIVA
JIŻŻARMA BIĊĊA BIĊĊA
Fid-Dar Ċentrali qed iċċaqċaq li CLYDE PULI wkoll qed JAĦSIBHA li jabbanduna t-tmexxija u JITLAQ MINN SEGRETARJU ĠENERALI tal-Partit Nazzjonalista. Dan proprju fl-istess perjodu li telaq Jean Pierre Debono li kien wieħed mill-iktar uffiċjali importanti tal-Partit. Biex jingħoġob ma’ ta’ kontrih Adrian Delia qed jispiċċa jitlef l-alleati tiegħu, b’nies fl-Istamperija jinnotaw li qed jiżżarma biċċa biċċa. Ara paġna 28
METSOLA TIBQA’ TIMBOTTA MEP UNGERIŻ TA’ ORBAN Il-Membru tal-Parlament Ewropew tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola qed twebbes rasha u tibqa’ timbotta Membru tal-Partit Ungeriż FIDESZ għallkariga importanti fil-Kumitat għalLibertajiet Ċivili, ilĠustizzja u l-Affarijiet Interni (LIBE) tal-Parlament Ewropew. Tkompli f’paġna 3
02
20.10.2019
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM
Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 26°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja qed tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Il-biċċa l-kbira xemxi Ir-Riħ: Ħafif għal moderat min-Nofsinhar Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 25°C
email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570 It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
25°C
UV 4
19°C
Il-Ħamis
25°C
UV 4
19°C
25°C
Il-Ġimgħa
UV 4
20°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
26°C
UV 4
19°C
26°C
UV 4
19°C
25°C
UV 4
19°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Empire Pharmacy (Branch), 46 Triq Melita, Il-Belt Valletta – 21225785 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 O’Hea Pharmacy, 128, Triq Manoel, Il-Gżira – 21330268 Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 42, Vjal il-Blue Grotto, Iż-Żurrieq – 21689971 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
20.10.2019
kullhadd.com
IL-VOT JITTIEĦED GĦADA << tkompli minn paġna 1 Dan il-partit u l-Gvern immexxi minnu kellhom u għandhom kwistjonijiet kbar marbuta mas-saltna tad-dritt, tant li kien anke sospiż mill-Partit Popolari Ewropew. Iżda, għall-ħatra tat-tielet Viċi President tal-kumitat LIBE, il-Grupp tal-Popolari fil-Parlament Ewropew ippropona lill-MEP Ungeriż bl-isem ta’ Balazs Hidveghi. Meta saret il-proposta oriġinali mill-MEP tal-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola, kien evidenti ħafna li kien hemm problemi kbar bil-kandidatura tiegħu. Metsola kienet umiljata u wara oġġezzjonijiet kbar saru diskussjonijiet mal-koordinaturi tal-gruppi l-oħra u hemm aċċetat li l-vot ikun pospost. Minnha kien mistenni li tmur lura fil-grupp u f ’isem il-kumitat tikkonvinċi li
kellu jkun hemm kandidat ieħor għal din il-kariga li skont ftehim li sar hija merfugħa għall-popolari. Iżda, jidher li mhux se jiġri hekk u hawn wieħed irid jinnota kif Metsola mhux l-ewwel darba li qabżet għall-Ungeriżi anke jekk ta’ spiss tattakka lil Malta. Issa l-vot mistenni jerġa’ jittieħed għada u l-EPP se jkun qed jerġa’ jmur bl-istess kandidat mill-Partit tal-Prim Ministru Ungeriż, Victor Orban, li ħafna jikkummentaw dwar kif joħnoq id-drittijiet taċ-ċittadini tiegħu u hemm akkużi oħra mill-iktar serji. Però, jidher li dawn mhux idejqu lil Metsola li din mhix l-ewwel darba tagħha li appoġġjat u ddefendiet lin-nies minn dan il-partit u lill-Ungerija. Ma kinux wieħed u tnejn ilpolitiċi u anke nies li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li tkellmu dwar kif dan Hidveghi mhux aċċettabbli. Hemm
min fakkar kif kien fost dawk li xerrdu xenofobija u diskors razzist, tant li anke l-Kummissjoni Ewropea kellha toħroġ twieġeb dikjarazzjonijiet meqjusa inkoretti li saru anke minnu. Iżda, l-MEP tal-PN reġgħet ressqet ismu. F’aġir li juri kif hemm differenza kbira fil-mod kif taġixxi ma’ pajjiżha, li jekk xejn hu l-ewwel fid-drittijiet ċivili, u ma’ politiċi oħra fejn hemm mistoqsijiet serji dwar kemm jirrispettaw liċ-ċittadini tagħhom. Meta kien hemm talba biex isir rapport dwar ir-rule of law fil-Polonja hi ma kinetx ħadet pożizzjoni kontra dan il-pajjiż. Anke jekk fl-istess ħin kienet parti minn delegazzjonijiet li kienu ġejjin u sejrin pajjiżna jagħmlu rapporti dwar pajjiżna. Qabel kienet ivvutat ukoll biex ma tmurx delegazzjoni tinvestiga r-rule of law fl-Ungerija.
IL-PJANI TA’ JOHNSON MIŻMUMA MILL-ĠDID Il-Membri Parlamentari Ingliżi reġgħu pposponew id-deċiżjoni dwar il-ftehim li laħaq il-Prim Ministru Boris Johnson mal-Unjoni Ewropea meta vvutaw biex itawlu l-proċess. Għalkemm il-vot ma kienx fuq il-famuż deal innifsu, fisser li Boris Johnson irid jitlob estensjoni għan-negozjati b’artiklu 50. Dan biċ-ċans li Brexit ittul għal wara l-31 ta’ Ottubru. Xi ħaġa li Boris Johnson għadu determinat li jrid jevita. Il-mozzjoni dwar il-ftehim ta’ Johnson sabet emenda ta’ Sir Oliver Letwin, Eks Ministru Konservattiv u din l-emenda għaddiet bi 322 favur u l-306 kontra. L-emenda kienet iżżomm l-approvazzjoni (“withholds approval”) sakemm il-leġiżlazzjoni li timplimentaha tkun għaddiet kollha. Kien hawn li mbagħad kellu jittieħed il-vot fuq il-mozzjoni ewlenija tal-Gvern dwar jekk iddeal kellux ikun approvat jew le. Iżda, il-mozzjoni kellha l-emenda li torbotlu idejh. Fl-ewwel reazzjoni immedjata l-Kummissjoni Ewropea qalet li tistenna r-Renju Unit jgħarrafha bl-iżviluppi li jmiss b’mod immedjat. “Mhux se ninnegozja dewmien
mal-Unjoni Ewropea u lanqas illiġi ma titlobni nagħmel hekk,” insista Johnson. “Se ngħid lill-ħbieb u l-kollegi tagħna fl-Unjoni Ewropea dak li għedt lil kulħadd flaħħar 88 ġurnata li servejt bħala Prim Ministru. Iktar dewmien ikun ħażin għal pajjiżna, ħażin għall-Unjoni Ewropea u ħażin għad-demokrazija,” qal Johnson li donnu esprima t-tama li l-Unjoni Ewropea ma taċċettax li ttawwal. Il-ġimgħa d-dieħla l-Gvern mistenni jdaħħal ukoll il-Liġi tal-
Ftehim (Withdrawal Agreement Bill) li hi meħtieġa biex il-ftehim li laħaq Johnson isir liġi. Il-Kap tal-Partit Laburista Ingliż Jeremy Corbyn qal li din it-telfa għal Johnson tfisser li jrid jibdel l-istrateġija tiegħu u jsegwi l-liġi u jitlob estensjoni. L-ewwel indikazzjonijiet huma li l-Unjoni Ewropea mhix se tgħaġġel biex tieħu d-deċiżjonijiet tagħha. Għalkemm hu sigriet magħruf li ftit hemm aptit fl-Unjoni Ewropea biex ikun negozjat ftehim ġdid.
Sir Oliver Letwin li ressaq l-emenda qal li l-emenda tiegħu fissret li r-Renju Unit ma kienx se joħroġ lill-Unjoni Ewropea mingħajr ftehim jekk tinżamm il-leġiżlazzjoni. Hu insista li ma jridx iwaqqaf lir-Renju Unit milli joħroġ mill-Unjoni Ewropea u se jivvutaw favur il-leġiżlazzjoni meta jiġi għal dak il-vot. Sakemm kienet għaddejja s-seduta fil-Parlament Ingliż, li kien ilu deċennji ma jiltaqa’ s-Sibt, mijiet ta’ eluf ta’ persuni kienu fit-toroq jitolbu referendum ieħor.
Mhux se ninnegozja dewmien mal-Unjoni Ewropea u lanqas il-liġi ma titlobni nagħmel hekk
04
20.10.2019
kullhadd.com
2,000 TELEFONATA F’ĦAMEST IJIEM Il-miżuri għall-baġit għas-sena d-dieħla tant ħolqu interess li f ’ħamest ijiem biss diġà kienu madwar 2,000 persuna li ċemplu fuq il-freephone tal-baġit. Dan biex jaraw kif se jgawdu minn dak li ħabbar il-Ministru għall-Finanzi. Minn tagħrif li kisbet ilgazzetta KullĦadd jirriżulta li l-maġġoranza tat-telefonati kienu marbuta ma’ miżuri li minnhom in-nies se jiggwadanjaw direttament u għalhekk il-mistoqsijiet kienu jvarjaw minn dawk dwar kemm hu kbir il-benefiċċju għal dawk fuq meta jidħol fis-seħħ. Dan għax filwaqt li l-maġġoranza tal-miżuri jidħlu fis-seħħ mill-bidu tas-sena d-dieħla, hemm ukoll xi ftit miżuri li jibdew b’mod immedjat bħalma hi dik tal-first time buyers li ġiet estiża għal fuq proprjetà li tiswa sa €175,000. Ix-xogħol ta’ dan il-freephone hu li jingħataw minnufih it-tweġibiet, filwaqt li jekk ikunu
każi fejn id-dettalji għad iridu jitħabbru jintalbu d-dettalji bilgħan li meta jitħabbru l-iskemi jkunu mgħarrfa bid-dettalji. Ikkuntattjat mill-gazzetta KullĦadd, il-kelliem tal-Gvern Matthew Carbone qal li dan hu proċess importanti għaliex ilGvern mhux biss irid iħabbar il-miżuri iżda jrid jassigura li kull min jista’ jibbenefika minnhom jagħmel dan. “Dan hu l-iktar baġit b’saħħtu li qatt ressaq dan il-Gvern u għalhekk irridu li dak imħabbar jasal għand innies. Meta f ’temp ta’ tliet sigħat ikunu tħabbru tant miżuri huwa naturali li għalhekk in-nies tistaqsi u anke titlob iktar dettalji. Għalhekk il-Gvern ta’ kull sena jinvesti f ’dan il-freephone u nkunu sodisfatti ħafna meta n-nies tikkonkorri. Fuq kollox, dak hu xhieda li dak imħabbar ħoloq interess,” qal Carbone li nnota kif il-baġit huwa proċess li qed jinvolvi n-nies mill-bidu salaħħar. “Din is-sena bdejna minn
qabel anke permezz tal-APP fejn ilqajna s-suġġerimenti tan-nies. Hawn ukoll ikkonkorrew mijiet u kien hemm minnhom li saħansitra kienu inklużi fil-baġit,” qal il-kelliem tal-Gvern. Il-freephone hu 88072207 u wieħed jista’ jistaqsi wkoll permezz tal-Facebook page MaltaGov. Iktar tagħrif ukoll fuq www.maltabudget20.com.
MIŻURI L-IKTAR LI STAQSEW DWARHOM Iż-żieda fil-pensjonijiet
€
Dan hu l-iktar baġit b’saħħtu li qatt ressaq dan il-Gvern u għalhekk irridu li dak imħabbar jasal għand in-nies
Iż-żieda u l-bonus għall-għoli tal-ħajja L-estensjoni tal-iskema tal-first time buyers It-€300 għal kull wild ġdid
EBDA PROPOSTA GĦALL-HOUSING FID-DOKUMENT LI ĦAREĠ IL-PN Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius inqabad fuq sieq waħda meta waqt Xarabank kien mistoqsi jgħid xi proposti konkreti għandu d-dokument ta’ qabel il-baġit li ħareġ il-Partit Nazzjonalista. F’dibattitu mad-Deputat Prim Ministru Chris Fearne, kien hemm iktar minn mument wieħed meta Agius sab diffikultà biex isostni l-kritika tiegħu lejn il-baġit. Fost oħrajn persuna minn fost l-udjenza qaltlu li sodisfatta bil-miżuri konkreti li ħabbar il-Gvern dwar il-housing u staqsietu fejnhom il-miżuri tal-PN f ’dan is-sens fid-dokument. Għal din il-mistoqsija ma kien hemm ebda risposta u Agius infexx f ’litanija ta’ diskors politiku. Iżda, fil-verità ma setax iwieġeb għax id-dokument ma kien fih ebda proposta konkreta dwar dan is-settur.
05
20.10.2019
kullhadd.com
GĦAXRA TA’ WARA L-BAĠIT Kienu jiem impenjattivi għall-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna li fil-bidu tal-ġimgħa ressaq il-baġit għas-sena d-dieħla. Intqal ħafna u l-analiżi ma qatgħet xejn. Iżda, aħna konna interessati f’10 tweġibiet qosra għal 10 mistoqsijiet diretti. Iddeskrivili l-baġit fi ftit kliem. F’dan il-baġit ridna nirrispondu għal kull għajta, żgħira kemm hi żgħira bil-għan li kull persuna minn kwalunkwe faxxa tas-soċjetà tkun tista’ tgawdi mill-ġid ekonomiku li rnexxielna niksbu tul dawn l-aħħar seba’ snin. Fis-sajf nidejtu l-APP tas-suġġerimenti. Tista’ ssemmili żewġ miżuri li kienu proposti hemm u inkludejtuhom? L-APP Malta Budget 2020 kienet ta’ suċċess. Bit-twessigħ fil-pjattaforma ta’ konsultazzjoni pubblika rnexxielna nattiraw aktar minn 1,500 proposta mill-pubbliku. Mis-suġġerimenti tal-pubbliku għażilna li nestendu l-iskemi marbuta max-xiri ta’ proprjetà, kif ukoll estendejna l-bonus li jingħata lil min ma ħallasx biżżejjed bolol għall-pensjoni għal min għandu minn 75 sena ’l fuq. Liema huma l-iktar tliet setturi li se jieħdu flus mill-baġit tas-sena d-dieħla? F’kull baġit, l-aktar tliet setturi li jiġu allokati fondi huma fil-qasam soċjali, fis-saħħa u fl-edukazzjoni. Dawn it-tliet oqsma huma ferm importanti sabiex wieħed jassigura li fil-pajjiż, ikollna l-inqas numru ta’ nies li jgħixu fir-riskju tal-faqar, biex ikollna soċjetà b’saħħitha u nassiguraw li t-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jieħdu edukazzjoni xierqa biex mhux biss il-pajjiż ikompli jkabbar l-ekonomija tiegħu iżda sabiex ikunu preparati biex jidħlu jaħdmu f ’postijiet tax-xogħol li jrendu valur miżjud għoli. Tiftaħru dwar baġit bla taxxi. Imma ma wasalx iż-żmien li pereżempju nagħmlu taxxi biex nipproteġu l-ambjent? Meta pajjiż sena wara l-oħra jkun qed jirreġistra surplus, u l-finanzi pubbliċi jkunu fis-sod bħalma tinsab Malta llum, il-Gvern ikun f ’sitwazzjoni li minflok li jkun kostrett li jżid il-piż tat-taxxi fuq il-poplu biex idaħħal miżuri li jħarsu l-ambjent, imur lejn l-għoti ta’ inċentivi biex jiġu introdotti miżuri favur l-ambjent. Għalhekk dan il-Gvern jista’ jirrikorri għat-tieni għażla, grazzi għas-surplus. Kif tikkonvinċi ministri li forsi jkunu għamlulek talbiet li ma lqajthomx? Il-Prim Ministru jmexxi l-Kabinett tal-Ministri u l-Grupp Parlamentari f ’għaqda sħiħa u għalhekk kull deċiżjoni li tittieħed, ikun hemm qbil unanimu. Sħabi jafu li l-miżuri li jiġu inklużi fil-baġit huma magħżula biex jindirizzaw il-viżjoni u l-prijoritajiet li nkunu qbilna fuqhom. Għalhekk m’hemmx problema li rrid nikkonvinċi lil xi ħadd. B’dan il-baġit l-ekonomija Maltija kemm se tikber is-sena d-dieħla?
Is-sena d-dieħla, il-ġid nazzjonali mistenni jilħaq l-€14,000 miljun. Ta’ min jinnota, li tul dawn l-aħħar seba’ snin, l-ekonomija Maltija kibret b’rata li hija kważi tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea. F’termini assoluti, l-ekonomija kibret b’€1,000 miljun kull sena fuq il-ġid ta’ qabel; għalhekk ilġid nazzjonali minn €7,000 miljun fl-2012, is-sena d-dieħla mistenni li jilħaq l-€14,000 miljun. Lil min jgħidlek li minn dan il-baġit ma ħax biżżejjed xi twieġbu? Dan il-Gvern fassal manifest elettorali mifrux fuq ħames snin li jiżgura li kull individwu jkun gawda minn xi miżura jew oħra. Dan il-Gvern bħalma għamel fil-leġiżlatura preċedenti, ser jerġa’ jwettaq dak li ġie mwiegħed lill-elettorat Malti. Dan il-baġit issa jrid ikun approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Lejn xiex tħares il-Kummissjoni? Pajjiż għandu jinkwieta x’ser tgħid il-Kummissjoni u jibża’ jekk din tapprovax il-baġit preżentat, meta l-istess stat ikun qed jitmexxa b’mod li jiġi reġistrat defiċit sena wara l-oħra u d-dejn ikun eċċessiv. Malta għaddiet minn din is-sitwazzjoni. Din hi sitwazzjoni tal-passat. Illum ix-xenarju hu ferm differenti u dawn id-dubji u qtigħ il-qalb insejniehom. Il-Kap tal-Oppożizzjoni ddeskrivih bħala baġit bla pjan. Int x’tikkummenta? Il-baġits li ppreżentajna kienu kollha mmirati sabiex itejbu l-għajxien tal-familji u n-negozji. Bil-miżuri li nedejna, fosthom is-servizzi ta’ childcare b’xejn, l-in-work benefit kif ukoll it-tapering tal-benefiċċji fost ħafna miżuri oħra wasslu sabiex illum il-ġurnata hawn aktar nies fid-dinja tax-xogħol. Minbarra l-istimolu fl-ekonomija, dan il-Gvern huwa impenjat li ta’ kull sena jagħti rendikont tal-miżuri li jkunu twettqu mill-baġit li jkun ġie ppreżentat. Infatti mill-Baġit 2019 twettqu 74% tal-miżuri u dan il-Gvern għadu għaddej bix-xogħol fuq il-miżuri l-oħra. Fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti dan ir-rendikont qatt ma sar. Il-ftit miżuri li kienu jwiegħdu sfortunatament ma twettqux, anzi pjuttost kienu jintroduċu taxxi ġodda li kulma jmur kienu jgħakksu lill-familji. Tqis dak ta’ nhar it-Tnejn bħala l-aqwa baġit li preżentajt? Il-baġit li ppreżenta dan il-Gvern huwa wieħed imfassal b’miżuri li qed jirrispondu għall-bżonnijiet tan-nies. Minkejja s-suċċess ekonomiku, il-poplu qiegħed jistenna li filwaqt li nkunu ġenerużi ma’ min hu l-aktar fil-bżonn, dan il-Gvern ser jibqa’ jżomm il-prudenza ħalli b’hekk mhux biss inkomplu ngawdu mill-ġid li nħoloq, imma nkomplu insostnuh fl-aħjar interess ta’ kulħadd.
L-APP Malta Budget 2020 kienet ta’ suċċess. Bit-twessigħ fil-pjattaforma ta’ konsultazzjoni pubblika rnexxielna nattiraw aktar minn 1,500 proposta mill-pubbliku.
06
20.10.2019
ERBGĦA KBAR
kullhadd.com
• IL-GAZZETTA KULLĦADD TANALIZZA L-EFFETT TAL-AĦĦAR ERBA’ BAĠITS IMRESSQA MILL-GVERN
IO
il-gazzetta turi kif inbidlet il-qagħda tal-Maltin u l-Għawdxin f ’numru ta’ realtajiet differenti. Jirriżulta li d-dħul ta’ dawn il-familji tjieb b’mod sostanzjali u dan kollu fl-istess ħin li l-Gvern ma ħa xejn permezz ta’ taxxi ġodda. Mhux id-dħul ta’ kulħadd żdied l-istess u ċerti familji vulnerabbli raw titjib ikbar. Bl-għajnuna ta’ ekonomisti ta’ esperjenza li janal-
OSEPHINE UJ
MA
R
Il-baġit ta’ nhar it-Tnejn li għadda kien l-aqwa baġit li ressaq sa issa dan il-Gvern. Kien baġit b’diversi miżuri li ħallew il-flus fi bwiet il-familji Maltin u Għawdxin. Iżda, dan ma jistax ikun mifrud minn baġits oħra li ressaq il-Gvern fl-aħħar snin. Fil-fatt, għalhekk l-enfasi fuq il-kelma NIKBRU. Għax baġit jibni fuq ieħor u analiżi li saret għal din
izzaw il-baġit għal sena wara oħra qbadna numru ta’ realtajiet u tajniehom il-ħajja billi wrejna kif qed jgħixuhom il-familji. Iffukajna fuq l-aħħar erba’ baġits dawk li l-Gvern immexxi minn Joseph Muscat beda jagħmel hekk kif beda jibdel il-qagħda ekonomika u fiskali tal-pajjiż fejn defiċit beda jinbidel f ’surplus.
Koppja anzjana (75+) fuq pensjoni minima u li t-tnejn ibatu minn mard kroniku. BAĠIT GĦALL-2017: Ingħataw żieda fil-pensjoni minima u għajnuna supplimentari (mhux inkluż il-COLA) ta’ €410 fis-sena. BAĠIT GĦALL-2018: Ingħataw żieda oħra fil-pensjoni ta’ €104. BAĠIT GĦALL-2019: Jerġgħu jieħdu żieda ta’ €104. Jibbenefikaw mit-titjib fl-Għajnuna Medika mhux kontributorja li għoliet b’€260 fis-sena. BAĠIT GĦALL-2020: Jingħataw żieda fil-pensjoni minima u għajnuna supplimentari (mhux inkluż il-COLA) ta’ €233 fis-sena. Ser jiżdied id-dħul tagħhom b’€100 oħra fis-sena għax għoliet l-għotja lil dawk li jgħixu f ’darhom u se jingħataw bonus addizzjonali ta’ €35 fis-sena. Ser jibdew jużaw tal-linja b’xejn (valur ta’ €104 fis-sena kull persuna). Ser jibqgħu ma jħallsux taxxa fuq ilpensjoni tagħhom, jibqgħu intitolati għall-Għajnuna Supplimentari, għall-Benefiċċju tal-Enerġija u għall-Karta Roża.
B’KOLLOX FL-AĦĦAR ERBA’ BAĠITS: Mingħajr ma tikkunsidra l-COLA, raw tijib fid-dħul tagħhom ta’ €2,054. Bil-COLA ż-żieda titla’ għal €2,591. Dan ifisser żieda fid-dħul ta’ 35%.
Ġ ORG
BAĠIT GĦALL-2017: Josephine tieħu bonus ta’ €250. Grazzi għall-miżuri li bihom il-pensjonijiet jinħelsu mit-taxxa qed jiffrankaw mal-€120. BAĠIT GĦALL-2018: Żieda fil-pensjoni ta’ €104. Taxxa frankata titla’ għal €195. BAĠIT GĦALL-2019: Żieda oħra fil-pensjoni ta’ €104. Taxxa frankata €225. BAĠIT GĦALL-2020: Żieda oħra fil-pensjoni ta’ €183. Ser jieħdu bonus addizzjonali ta’ €35 u l-għotja għax joqogħodu d-dar ser tiżdied b’€100. Josephine ser tibqa’ tieħu bonus għax ma tikkwalifikax għal pensjoni b’valur ta’ €300. Taxxa ffrankata titla’ għal €468. Ser jibdew igawdu minn trasport pubbliku b’xejn.
B’KOLLOX FI TLIET BAĠITS: Mingħajr ma tikkunsidra l-COLA, titjib ta’ €2,402. Bil-COLA €2,939. Żieda fid-dħul ta’ 20%.
A RI
Koppja anzjana (75+) bir-raġel bil-pensjoni massima u dħul ieħor jaqla’ €21,000 u l-mara bla pensjoni għax ma ħallsitx biżżejjed bolol.
UM A
07
20.10.2019
K
U
IENNE RIT
MA
R
kullhadd.com
Koppja middle class li bejniethom jaqilgħu €44,000, u li għandhom żewġt itfal, wieħed minnhom fi skola privata u l-ieħor l-Università. BAĠIT GĦALL-2017: Minħabba li l-mara ma taqlax ħafna, il-benefiċċji li tikkwalifika għalihom żdiedu b’€5.20 fil-ġimgħa. Jiġifieri €270 fis-sena. Grazzi għall-bidliet fit-taxxa fil-leġiżlatura li għaddiet din il-koppja ġiet tħallas €622 anqas f ’taxxa tad-dħul. BAĠIT GĦALL-2018: Bejniethom ħadu rifużjoni tat-taxxa ta’ €104. Wieħed minn uliedhom ingħata Tal-Linja Card b’xejn b’valur ta’ €312. BAĠIT GĦALL-2019: Din is-sena din il-koppja ħadet rifużjoni tat-taxxa oħra ta’ €104. Se tiffranka madwar €700 fi spejjeż grazzi għall-iskema tat-trasport b’xejn. Ser jieħdu €105 aktar bil-bidla fit-tax credit għal spejjeż relatati ma’ skejjel privati. Ser jieħdu sehem fi skema ta’ pensjoni privata u grazzi ta’ hekk jirċievu rifużjoni tat-taxxa ta’ €500.
Koppja żagħżugħa, it-tnejn jaħdmu u jitħallsu minimum wage. Għandhom żewġt itfal. Qed jikru flat u jikkwalifikaw għas-sussidju tal-Gvern. It-tfal tagħhom wieħed imur childcare b’xejn u l-ieħor żagħżugħ ta’ 15-il sena se jersaq għall-MATSEC. BAĠIT GĦALL-2017: Permezz tal-bidliet fl-inwork benefit u l-għajnuna supplimentari ħadu żieda ta’ €10.85 fil-ġimgħa; €564 fis-sena. Li kieku ma nbidilx il-Gvern fl-2013, mhux talli ma kinetx tiżdied il-minimum wage, talli kienet tiġi ntaxxata, u din il-koppja kien ikollha tħallas €224 f ’taxxa. Barra minn hekk issussidju tal-kera żdied b’€39 fil-ġimgħa, jew €2,028 fis-sena.
BAĠIT GĦALL-2019: Minħabba li ilhom sena fuq il-paga minima, kemm Mark kif ukoll Ritienne se jieħdu żieda fil-paga minima għal darba oħra ta’ €208 kull wieħed (bla COLA). Ħadu għal darba oħra rifużjoni tat-taxxa ta’ €64 kull wieħed. Grazzi għall-ewwel bidla fiċ-childrens’ allowance fi 11-il sena, ħadu żieda oħra ta’ €105 fiċ-childrens’ allowance. Bil-bidla fis-sussidju tal-kera, l-għajnuna li jirċievu telgħet bi kważi €1,000 ieħor fis-sena. Bit-tneħħija tal-miżati tal-MATSEC iffrankaw €300, filwaqt li t-tifel jieħu Tal-Linja Card li tiswa mat-€312 oħra. BAĠIT GĦALL-2020: Żieda oħra fil-paga minima ta’ €208 kull wieħed (bla COLA) u bonus addizzjonali ta’ €35. Din il-familja terġa’ tieħu rifużjoni tat-taxxa ta’ €64 kull wieħed.
B’KOLLOX F’ERBA’ BAĠITS: Mingħajr ma tikkunsidra l-COLA, din il-familja rat titjib fid-dħul tagħha ta’ €2,616. Bil-COLA ż-żieda titla’ għal €3,219. Żieda fid-dħul ta’ 18%. Dan mingħajr ma nsemmu li l-għajnuna biex iħallsu l-kera żdiedet b’aktar minn €3,000. Barra minn hekk kieku ma kienx għaċ-childcare b’xejn, li jiffranka lil din il-koppja madwar €4,000 fis-sena fi spejjeż, kieku x’aktarx Ritienne kien ikollha tibqa’ d-dar u għal xi żmien kienu jitilfu nofs id-dħul tagħhom. Kieku ma nbidlitx id-direzzjoni fl-2012, la Mark u lanqas Ritienne ma kienu ser jieħdu l-inwork benefit u b’hekk kienu jitilfu benefiċċju ta’ kważi €2,000.
B’KOLLOX F’ERBA’ BAĠITS: Mingħajr ma tikkunsidra l-COLA, din il-familja rat tijib fid-dħul tagħha ta’ €2,797. Bil-COLA ż-żieda titla’ għal €3,234. Dan ifisser żieda fid-dħul ta’ 11%. Dan ma jinkludix l-effett tal-politka tal-Gvern preżenti li wasslet għal tnaqqis fl-ispiża tal-familja medja fuq dawl, ilma u fuel ta’ madwar €475 kull sena.
J OH
N
U
CY LU
BAĠIT GĦALL-2018: Sena wara, kemm Mark kif ukoll Ritienne raw żieda fil-paga minima ta’ €208 kull wieħed (bla COLA). Ħadu rifużjoni tat-taxxa ta’ €64 kull wieħed. B’kollox żieda oħra ta’ €544 fis-sena.
BAĠIT GĦALL-2020: Ser jieħdu mill-ġdid rifużjoni tat-taxxa ta’ €104 bejniethom u bonus addizzjonali ta’ €35. Minħabba li John jaħdem overtime, it-taxxa tiegħu ser tonqos b’€50.
09
20.10.2019
kullhadd.com
L-IKTAR BAGALJA B’MIŻURI AMBJENTALI Wara kważi ġimgħa li tħabbar il-baġit, kien hemm diversi reazzjonijiet dwar il-miżuri mħabbra millMinistru għall-Finanzi Edward Scicluna, li tista’ tgħid kważi kollha kienu pożittivi ferm. Iżda, fost l-oħrajn spikka l-fatt li mhux anqas minn 35 miżura bl-iswed fuq l-abjad juru kif dan il-Gvern bi pjan u bi ħsieb, se jkompli jwettaq ħidma minħabba l-bdil tal-klima. Qabel naraw x’inhuma dawn il-miżuri, tajjeb li nagħtu ħarsa ħafifa lejn dak li diġà sar. Anke għax dan hu baġit ta’ sostenibbiltà fejn wieħed jibni fuq ieħor. Kien hemm il-bidla fil-produzzjoni tal-enerġija, b’waħda mill-bidliet il-kbar kienet dik li l-Power Station ma baqgħetx tuża Heavy Fuel Oil, imma dan il-Gvern qalibha bl-LNG. Dan mhux biss wassal biex jitnaqqas il-livell ta’ tniġġis, imma l-qalba fissret ukoll kontijiet orħos tad-dawl u l-ilma għall-familji Maltin u Għawdxin. Hemm l-għeluq tal-Power Station talMarsa li wkoll serviet għal inqas tniġġis fl-arja għal dawk il-familji li joqogħdu fil-madwar. U dan il-
Gvern se jkompli għaddej b’aktar inizjattivi u miżuri f ’diversi oqsma oħra. Issa tajjeb ngħidu li llum pajjiżna jinsab f ’sitwazzjoni ekonomikament b’saħħitha, kif rajna mhux biss f ’dan il-baġit, imma wkoll fl-oħrajn ta’ qablu. Sitwazzjoni bħal din iġġib ukoll l-isfidi tagħha. Il-Gvern irid jara, anzi jaċċerta ruħu, li jintlaħaq bilanċ bejn ilprotezzjoni ambjentali, il-koeżjoni soċjali u t-tkabbir ekonomiku sostenibbli. Bħala gżira żgħira għandna sfida dwar l-użu tarriżorsi. Dan il-Gvern għandu bħala prijorità l-għan li jindirizza u jilħaq il-miri kollha għall-Iżvilupp Sostenibbli kif imniżżla mill-Ġnus Magħquda. Dwar dan hemm bżonn l-appoġġ u l-impenn ta’ kulħadd. Irridu nibdlu l-attitudnijiet tagħna u wkoll nindirizzaw anki l-mod ta’ kif imdorrijin nikkunsmaw u nipproduċu l-prodotti. B’dan kollu f ’moħħu, fil-baġit li tħabbar nhar itTnejn, hemm miżuri sostanzjali biex nibdew nimxu ħalli nilħqu dan il-għan. L-għan li pajjiżna jkompli jnaqqas id-dipendenza fuq il-karbonju. Miżuri li
Nature trust Fee Malta tinnota b’sodisfazzjoni li fl-aħħar, l-iskema tal-kollezzjoni tal-plastik se tkun introdotta filGżejjer Maltin mis-sena 2020. Il-plastik sar element/ materjal li jagħmel ħsara kbira fl-ambjent speċjalment f ’dawn l-aħħar snin fuq il-pjaneta tagħna. F’Malta, ilproblema kompliet tikber minn mindu l-liġi tbiddlet mill-użu tal-ħġieġ għall-fliexken għal dawk tal-plastik, minħabba li aħna membri tal-Unjoni Ewropea u ridna nkunu konformi. Dan wassal biex rajna żieda sostanzjali ta’ plastik madwar il-gżejjer tagħna li sfortunatament ħafna minnu jispiċċa mormi fl-ambjent. Miżura oħra li ta’ min jilqagħha bi pjaċir kienet ilħeġġa biex isir trasport bil-baħar bħala alternattiva flok jintużaw il-karozzi f ’Malta. Minħabba ż-żieda konsiderevoli ta’ karozzi ta’ kuljum, u t-tniġġis li joħolqu minħabba l-fuel li jużaw, il-gżejjer tagħna għandhom bżonn b’mod urġenti li ssir din il-cut off date li din mhux biss timmeljora l-kwalità tal-arja f ’pajjiżna iżda wkoll is-saħħa umana fil-gżejjer tagħna. Huwa tajjeb li wieħed jinnota li aktar setturi missoċjetà Maltija se jibbenefikaw minn trasport
jkomplu jtejbu fuq l-immaniġġjar tal-iskart, fuq l-emissjonijiet tal-vetturi, miżuri li jnaqqsu l-plastik li jintuża għal darba biss, imma wkoll miżuri għal arja aħjar, b’aktar postijiet li se jitħawlu siġar fihom, afforestazzjoni, aktar spazji miftuħa għall-familji, aktar postijiet ta’ rikreazzjoni. Fuq quddiem nett tal-miżuri mħabbra hemm dik li l-Gvern se jippreżenta Strateġija Nazzjonali biex Malta tkun carbon-neutral sal-2050. F’dawn iżżminijiet qed tikber il-kuxjenza dwar l-effetti tattibdil fil-klima. Pajjiżna għandu quddiemu l-miri tal-2020 u wkoll tal-2030. L-Unjoni Ewropea qed tiddiskuti kif tista’ ssaħħaħ il-miri tagħha għall-2030 biex l-Ewropa tkun carbon-neutral sal-2050. Għalhekk, il-Gvern Malti se jkompli jaħdem b’dan l-isfond f ’moħħu, ħalli s-sena d-dieħla jippreżenta l-Istrateġija Nazzjonali li tpoġġi lil pajjiżna fit-triq lejn carbon neutrality sal-2050. U għalhekk il-35 miżura mħabbra għall-bdil filklima. Kollha kemm huma għandhom l-importanza tagħhom u kollha jħarsu lejn l-għan aħħari kif spjegat.
pubbliku b’xejn. Nature Trust Malta tħeġġeġ lill-Gvern biex jikkunsidra serjament l-idea ta’ trasport b’xejn għal kulħadd li dan minnu nnifsu jnaqqas imbagħad in-nefqa totali fuq l-infrastruttura ta’ pajjiżna minħabba l-fatt li iżjed nies ikunu qed imorru għat-trasport pubbliku ta’ kuljum. Bħala NGO ambjentali, aħna nilqgħu wkoll il-capping fil-prezz tal-appelli tal-Awtorità tal-Ippjanar u nħeġġu li dan għandu jitnaqqas b’tali mod li s-soċjetà ċivili tħossha parti mill-proċess ta’ konsolazzjoni fejn iddrittijiet tagħhom jingħataw widen u jiġu mismugħin. Nature Trust Malta tkompli tħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jikkunsidraw li jinvestu f ’sistema ta’ infurzar talliġi minħabba li din hija l-unika triq biex naraw Malta aktar nadifa kif irrimarka l-Prim Ministru u anke ntejbu l-ambjent Malti. Illum għad għandna ammont ta’ nies irresponsabbli li ma jimpurtahomx mill-ibliet u millrħula jew mill-pajsaġġ Malti u jarmu bl-addoċċ bla ma jagħtu kas, qisha parti integrali minn ħajjithom. Ilprinċipju li min iħammeġ iħallas għandu jsir parti milliġijiet u mir-regolarizzazzjoni ta’ pajjiżna.
VINCENT ATTARD - PRESIDENT-NATURE TRUST tkompli f ’paġna 10 >>
10
20.10.2019
kullhadd.com
<< tkompli minn paġna 9
DAQSHEKK PLASTIK LI JINTUŻA GĦAL DARBA Hija pjaga madwar id-dinja l-ammont ta’ skart li huwa magħmul mill-plastik, speċjalment dak li jintuża għal darba biss. Il-Gvern huwa konxju wkoll tad-dannu li jsir minn dan il-plastik. Fil-fatt, apparti l-miżuri li nsibu f ’dan il-baġit, naraw li diġà kien hemm konsultazzjoni pubblika dwaru. Wara x-xogħol estensiv li qed jitwettaq mill-Kummissjoni Ewropea biex timxi lejn Ekonomija Ċirkolari, l-Istrateġija ta’ Prodotti tal-Plastik li jintużaw darba biss se tkun mezz li jgħin aktar lit-tranżizzjoni għal Malta biex timxi lejn ekonomija aktar ċirkolari u b’hekk tagħlaq il-linja ta’ ċikli tal-ħajja tal-prodotti. Din l-istrateġija tgħin biex tipproteġi l-ambjent u s-saħħa tal-bniedem minn tniġġis tal-plastik filwaqt li tnaqqas l-iskart u l-konsum ta’ prodotti tal-plastik li jintużaw darba. Il-miżura mħabbra tgħid li l-plastik li jintuża darba se jkun ipprojbit minn Malta u dan se jsir f ’żewġ fażi. Fl-ewwel fażi, l-importazzjoni ta’ dan it-tip ta’ plastik se jkun projbit minn Jannar 2021. It-tieni fażi hija li f ’Jannar 2022 se jkun ipprojbit il-bejgħ u d-distribuzzjoni tagħhom. Plastik għall-użu ta’ darba jinkludi, imma mhux biss, boroż tal-plastik, straws, u wkoll pożati u platti tal-plastik. Il-Gvern se jgħin lil tal-ħwienet bi grant li tkopri 50% tal-ispejjeż biex jistabbilixxu green corners li fihom jinbiegħu prodotti bil-piż u l-konsumaturi jieħdu l-kontenituri magħhom. Infakkru wkoll li l-Bottle and Container Return Scheme se tibda topera sa tmiem din is-sena u taħdem sal-2020 bħala parti mill-istrateġija tal-plastik li jintuża għal darba.
AFFORESTAZZJONI U PARKS RIKREATTIVI Diġà rajna għadd ta’ siġar jitħawlu f ’diversi lokalitajiet, filwaqt li hemm pjani ta’ aktar tħawwil. Apparti dan, inkorporat fil-baġit, u għalhekk miżuri mħabbra hemm dawk dwar l-afforestazzjoni u proġetti oħra ambjentali, anki f ’żoni industrijali. Fuq quddiem nett hemm il-Park Nazzjonali f ’Ta’ Qali li se jkun l-akbar proġett ambjentali – il-kontribut ta’ Gvern Laburista għall-ġenerazzjonijiet futuri. Gvernijiet Nazzjonalisti ħallew legat ta’ dejn, dan il-Gvern se jħalli legat ta’ ambjent isbaħ. Ma’ Ta’ Qali u Bengħajsa, li diġà tħabbru, dan il-baġit jaħseb ukoll f ’siti oħra, fosthom Kemmuna, il-Buskett, l-Inwadar u s-Salina. Hemm ukoll il-proġett tat-tisqif ta’ parti minn Triq Reġjonali għall-ġid tal-Vendriżi biex ikollhom ukoll pulmun ta’ arja u spazju rikreattiv. Miżura oħra hija dik ta’ infrastruttira ħadra u spazji miftuħa f ’żoni industrijali. Se jkun hemm ukoll riġenerazzjoni tal-enerġija ta’ pjazez pubbliċi madwar Malta.
VETTURI LI JNIĠĠSU ANQAS U VETTURI ELETTRIĊI Wieħed mill-kontributuri għal arja mniġġsa huwa l-mod kif jaħdmu l-vetturi. Dan il-Gvern huwa determinat li jagħmel minn pajjiżna wieħed minn tal-ewwel fl-Ewropa li jagħmel il-qalba għall-karozzi elettriċi. Tħabbar ukoll li se jkun hemm iktar charging points għall-vetturi elettriċi u se jinbeda proġett biex ikun hemm charging pillars u sorsi alternattivi f ’pompi tal-petrol. F’dan il-baġit tħabbar li fl-2020 se titħabbar id-data biex kull vettura li tidħol f ’pajjiżna tkun low jew zero emissions. Sadanittant, kull vettura li tikkwalifika bħala zero jew low emission se tkun tax exempt mit-taxxa tar-reġistrazzjoni. Dawk li jiċċarġjaw vetturi elettriċi d-dar se jibbenefikaw minn tariffi irħas tal-elettriku. Anki l-Malta Enterprise se jkollha inċentiv għall-kuntratturi biex jinvestu f ’makkinarju li ma jagħmilx dannu għall-ambjent. Il-Gvern se jimplimenta l-istrateġija biex anki Għawdex ikun decarbonized billi se jbiddel il-vetturi tiegħu għal dawk elettriċi.
PROGRAMM TA’ INFRASTRUTTURA TAT-TOROQ Mal-ewwel insemmu t-tkomplija tal-upgrade tat-toroq, programm ta’ €700m, programm indirizzat li jtejjeb it-toroq u wkoll jitnaqqsu l-konġestjoni u l-emissjonijiet. Sal-aħħar tas-sena d-dieħla se jitlestew is-seba’ flyovers tal-Marsa u madwar tliet kilometri u nofs ta’ passaġġi għar-roti u l-mixi u wkoll il-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija. Aktar miżuri infrastrutturali li jtaffu l-konġestjoni u għalhekk inaqqsu t-tniġġis ukoll se jibdew wara l-approvazzjoni meħtieġa, fosthom flyovers fl-Imsida, l-Imsida Creek project, twessigħ ta’ Triq Sant’Andrija u l-erba’ mini ġodda tal-Pembroke-St Julians Connections project. Hemm proġetti infrastrutturali kbar anki għal Għawdex, fosthom Triq l-Imġarr u t-triq li mir-Rabat, tieħdok Marsalforn. U meta jsiru dawn il-proġetti kollha jkunu tħawlu ferm iktar siġar milli forsi jkun hemm il-ħtieġa li jinqatgħu.
TRASPORT PUBBLIKU U TRASPORT ALTERNATTIV Biex jitnaqqas it-traffiku fit-toroq, il-Gvern diġà daħħal trasport b’xejn lil żgħażagħ u studenti tal-iskejjel. Din hija miżura li mhux biss ittaffi t-traffiku għaliex isir aktar użu mit-trasport pubbliku, imma miżura li tgħin bil-kbir kemm liż-żgħażagħ u lill-familji tagħhom. L-iskema ta’ trasport b’xejn għall-istudenti tal-iskola biss biss, jużawha ’l fuq minn 26,000 student u qed tiswa medja ta’ €700 fuq kull wild. Skema estiża f ’dan il-baġit. Imma oltre minn hekk, issa anki l-anzjani ta’ ’l fuq minn 75 sena se jgawdu minn trasport b’xejn. Aktar inċentivi għal dawk li jinvestu fi trasport alternattiv, fosthom roti, billi jingħata r-refund tal-VAT imħallas. F’dan il-baġit, madankollu, naraw aktar impenn tal-Gvern li jdawwar ħarstu lejn trasport alternattiv. Fil-fatt se jkun hemm ħarġa ta’ sejħiet għal konċessjonijiet bil-baħar, għall-Kottonera, Marsaxlokk, Marsaskala, San Pawl il-Baħar, San Ġiljan, Mellieħa, Sliema u l-Belt Valletta.
tkompli f ’paġna 11 >>
11
20.10.2019
kullhadd.com
<< tkompli minn paġna 10 L-ambjent huwa settur importanti għall-pajjiż u għallħajja tal-poplu u wieħed jinnota li l-iżvilupp sostenibbli għandu importanza strateġika fil-baġit 2020 u filpjan ekonomiku ta’ pajjiżna. Huwa pass għaqli li ser jitwaqqaf kumitat biex insaħħu l-kordinament bejn entitajiet pubbliċi u sieħba soċjali biex jitfassal pjan u jitjieb is-servizz offrut biex jingħata servizz aħjar fiżżamma tal-indafa pubblika. L-iskart dejjem huwa problema u huwa sodisfaċenti li l-impjant ta’ Sant’Antnin ser jingħalaq u tinfetaħ sistema li tikkonverti l-iskart għall-enerġija u konvint li din is-sistema ser tkun waħda ta’ teknoloġija avvanzata li ma toħloqx tniġġis. Ma’ din is-sistema hemm skemi biex ma nibqgħux nużaw single use plastics u skemi intiżi sabiex l-iskart ikun jista’ jintuża aktar minn darba (green economies). Skema oħra li tħabbret marbuta mal-iskart hija li jiġu installati numru ta’ magni fejn wieħed jiddisponi l-fliexken; din hija relatata malproblema tat-tniġġis ambjentali tal-plastik. Ma’ dawn hemm ukoll miżuri sabiex l-ERA tkompli u żżid il-programmi u studji ambjentali fosthom dwar ittrabijiet fini fl-arja, u dwar reviżjoni tal-istrateġija dwar il-bijodiversità, fost programmi oħra.
Malta ser tkun waħda mill-pijunieri fil-qasam ta’ vetturi elettriċi u bħala inċentiv ser jiddaħħlu tariffi taddawl orħos biex tiċċarġja l-vetturi elettriċi, grants fuq muturi, roti u muturi elettriċi, flimkien ma’ żieda fiċcharging points. Dan huwa punt importanti immens u ta’ benefiċċju kbir. Huwa sodisfaċenti li ser jitkompla u jiġu riabilitati widien u diversi proġetti ambjentali kemm fl-urban kif ukoll f ’żoni rurali u fl-opinjoni tiegħi dan għandu jiġi koordinat bejn Ambjent Malta u s-sieħba soċjali flimkien mal-Kunsilli lokali fejn jitwaqqaf bord ta’ tmexxija biex nagħmlu użu mir-riżorsi kollha li għandu dan il-pajjiż, fejn wieħed ikun parti integrali mit-tisbiħ ta’ pajjiżna. Huwa ta’ sodisfazzjoni li ser inkomplu bil-proġetti ta’ afforestazzjoni u naħseb li b’aktar kordinament nistgħu noħolqu aktar żoni bis-siġar. L-ambjent huwa tagħna lkoll u naħseb li permezz ta’ dan il-baġit għandna firxa ta’ miżuri biex inkomplu ntejbu l-ambjent tagħna u forsi b’aktar djalogu speċjalment mal-iżviluppaturi u mal-bdiewa nistgħu noħolqu aktar green spaces, u green boarders fil-lokalitajiet tagħna fejn noħolqu kuruturi ta’ siġar.
DR MARK CAUSON - EKONOMISTA AMBJENTALI
Dawn mhumiex il-miżuri kollha. Tħabbar progress tal-impjant Waste to Energy li se jwassal biex jingħalaq l-impjant ta’ Sant’Antnin wara l-programm ta’ separazzjoni għall-iskart organiku. Interessanti li l-Gvern talab lill-Oppożizzjoni biex ikun hemm rappreżentant tagħhom mal-mejda, imma l-Oppożizzjoni ma aċċettatx. Miżuri oħra huma indirizzati biex jinċentivaw l-użu tal-enerġija alternattiva, nadifa u effiċjenti; grants għall-pannelli fotovoltajċi, feed-in tariffs għal dawn il-pannelli, skemi għallheat pump waters, għas-solar water heaters, insulazzjoni aħjar fir-residenzi u wkoll grant biex tkopri 25% sa massimu ta’ elf ewro tal-ispiża ta’ batteriji biex jaħżnu l-elettriku. Din il-miżura hija intenzjonata għal dawk li għandhom il-pannelli u skadiel-
Il-baġit jinkludi miżuri pożittivi ambjentali, bħal pereżempju, inċentivi fuq il-kontijiet tal-elettriku għal min jixtri karozza elettrika, jew għal min irid jinvesti f ’batteriji li jaħżnu l-enerġija tax-xemx. Hemm ukoll miżuri tajba biex titnaqqas il-ġenerazzjoni tal-iskart tal-plastik billi ħa tieqaf l-importazzjoni ta’ prodotti single-use plastics mill-ewwel ta’ Jannar 2021 (u jingħataw inċentivi lil dawk il-kumpaniji li jimpurtaw alternattivi – suġġeriment li kont għamilt jien stess xi żmien ilu) u biex jiġi skreppjat makkinarju antik talkostruzzjoni. Forsi l-aħjar miżura ambjentali hija dik
hom il-kuntratt ta’ seba’ snin mal-Gvern. Hemm miżuri oħra. Dan huwa Gvern b’rekord li dak li jwiegħed iwettqu. Ftit iktar minn ġimgħa ilu, il-Gvern nieda rapport li jelenka l-progress u t-twettiq tal-miżuri talbaġit tal-2018, u spjega kif salaħħar ta’ Settembru l-Gvern kien implimenta 74% tal-miżuri tal-baġit li kien mressaq is-sena l-oħra. Bħala Gvern, iħares lejn il-baġit bħala pjan strateġiku, u mhux pjan ta’ sena waħda biss. Sa mill-2013 il-baġits kienu mfassla fuq viżjoni. Din bdiet billi l-Gvern beda jibni l-ekonomija u jtejjeb il-governanza fiskali biex kemm l-ekonomija Maltija kif ukoll il-finanzi pubbliċi jsiru sostenibbli. Illum din il-viżjoni qed tagħti l-frott
tal-finanzjament ta’ proġetti kbar ta’ afforestazzjoni. Wieħed jittama li d-data biex jinqatgħu l-karozzi li jaħarqu l-fossil fuels titħabbar fil-viċin, u li l-miżuri biex jgħinu lis-settur tal-kostruzzjoni ma jkollhomx impatt negattiv ambjentali u li ma jingħatawx aktar permessi għall-pompi tal-petrol billi ser jinqatgħu dan it-tip ta’ karozzi fil-futur. L-Awtorità tar-Riżorsi u talAmbjent għandha tibqa’ tiġi megħjuna billi għandha rwol daqshekk importanti fil-pajjiż u għandu jiżdied l-investiment fir-riċerka ħalli jinħolqu niċeċ għal green jobs ġodda.
DR. ALAN DEIDUN
tagħha. Dan qed narawh mhux biss mill-baġits li għaddew, bil-binja ta’ miżura fuq oħra li minnhom gawda bil-kbir pajjiżna u wkoll miegħu l-familji Maltin, imma llum il-Gvern wasal fl-istadju li jista’ jkompli jsaħħaħ dak li beda. Mhux biss tisħiħ li jgawdi minnu kulħadd, il-familji Maltin u s-setturi kollha, imma issa l-Gvern jista’ wkoll ikompli jsaħħaħ u jkompli jdaħħal miżuri li jwasslu biex kemm l-ambjent ta’ madwarna jitjieb bil-kbir, imma wkoll idaħħal u jkompli jimplimenta miżuri li permezz tagħhom niżguraw is-sehem tagħna għallbdil tal-klima.
14
20.10.2019
kullhadd.com
PASSJONI ENORMI GĦALL-CAMERAS
Il-Maltin magħrufin għall-kollezzjonijiet varji li jkollhom u ħafna minnhom juru passjoni enormi għal dak li jkunu se jwettqu minn età żgħira. Hawn min ifaddal il-kaxxi tas-sigaretti, kaxxi tas-sulfarini, ritratti, santi u kull ħaġa oħra. Għal-lum iltqajt u intervistajt lil Paul Vella miż-Żejtun, li mhux biss hu kollezzjonist appassjonat tal-cameras tar-ritratti, talli għandu ’l fuq minn 2,000 camera mekkanika, kollha jiffunzjonaw. Mhux hekk biss, talli tant daħal fl-ispirtu, li spiċċa jsewwi u jirrestawra l-cameras li jaslu għandu. Minn CHARLES B. SPITERI Paul, xi jfissru għalik il-cameras? Ħajti. Ili nġemma’ l-cameras mindu kont tifel żgħir. Għandi kilba kbira għalihom u ma jien xejn mingħajrhom. Iżda x’wasslek għal din in-namra? In-namra qbadtha meta kont ċkejken u kont inkun maz-zijiet, li kienu fotografi dilettanti. Kellhom daqsxejn ta’ darkroom fil-kamra tal-bejt, u dik il-ħaġa li ddaħħal film f ’camera u tara lilek innifsek, kif ukoll l-iżvilupp kollu, affaxxinatni. Minn hemm bdiet il-ħajra li nidħol għal dawn l-affarijiet. Allura meta kont għadek żgħir, kellek xi camera, diġà?
Hemm xi cameras f’moħħi li nixtieq nakkwistahom ’il quddiem iżda bil-cameras qatt ma tista’ tgħid li għandek kollox, għax tant ħarġu, li kultant tfiġġ xi waħda mekkanika li qatt ma tkun smajt biha
L-ewwel waħda li kelli, fil-bidu tas-snin sittin. Kont bdiltha mal-pakketti tas-Surf. Tant kont żgħir li lanqas kont naf fejn kelli mmur biex niġbor din il-camera. Aħna familja kbira, għalhekk ġbart kemm-il pakkett tas-Surf sibt u mort il-Marsa. Niftakarni nidħol għaliha f ’maħżen kbir. Kienet camera tal-plastik bl-isem Benier, 120 film 4x4cm. Ġejt iż-Żejtun, u minn fejn nixtri film lanqas kien hawn. L-uniku fotografu li kien jeżisti fiż-Żejtun kien Johnny Vella u kien jgħidli: “Paul, issa nixtrilek il-film u ejja għalih.” Kien ikun film ta’ 12-il ritratt black & white u kont nibża’ ferm għalih. Ma kontx irrid naħlih kollu. Għalhekk konna nqasqsuh fiddlam u niżviluppaw dik il-biċċa tar-ritratt li nkun ħadt. U l-iżvilupp kont tagħmlu int stess? Ġieli għamilnieh fid-darkroom li kellna fuq il-bejt, iżda aktar tard bdejt immur għand Johnny Vella, jiżviluppahuli hu. Meta bdejt nitfarfar kont immur il-Belt u
nixtri l-films jien stess. Wara ftit żmien, l-ewwel camera li kelli warrabtha u akkwistajt oħra aħjar, li kienet folding camera, tinfetaħ u tingħalaq għax kellha l-bellow u kienet tieħu film 120. Kienet ukoll l-ewwel camera tajba, li xtrahieli missieri, għax ra kemm kont dilettant. Kienet tad-ditta Coronet. Terġa’ jien kont naħdem miegħu, għax missieri kellu pompa tal-petrol tal-Barrani, iż-Żejtun u kien jieħu gost jixtrilna dak li konna neħtieġu. Bħala xogħol, x’kont tagħmel? Għall-ewwel, kif għedtlek, kont naħdem ma’ missieri f ’pompa tal-petrol Tal-Barrani. Aktar tard studjajt fl-iskola teknika u ħadt issengħa ta’ mekkanik. Ħdimt u sewwejt bosta karozzi, iżda meta wara żmien weġġajt dahri, mort għal xogħol eħfef f ’fabbrika f ’Bulebel. U x’relazzjoni kien hemm bejn il-camera u x-xogħol li kellek? Meta kont fl-istation kelli ħafna ħbieb, u dik il-ħbiberija għenitni biex mingħandhom nakkwista xi cameras. Kont nitfagħhom filkaxxi. L-istess meta mort naħdem fil-purchasing mal-fabbrika. Kont niġri minn hawn għal hemm u nistaqsi għall-cameras mingħand il-klijenti. B’hekk kabbart il-kollezzjoni li kelli. Mela l-kollezzjoni tiegħek fuq xi kemm-il sena hi mifruxa? Dejjem ili 50 sena u sal-lum għandi 2,000 camera bl-għajnuna tal-ħbieb li kelli u li għad għandi, għax mhux faċli takkwistahom. Pereżempju għandi lir-raġel t’oħti, Tony Scotto, li jgħix l-Amerika, li għenni ħafna biex kabbart il-kollezzjoni. Issa għandi lirraġel tat-tifla, Chris Calleja li qegħdin il-Belġ-
ju. Huma jgħinuni wkoll fil-kollezzjoni u għalhekk dejjem kabbartha. X’tara sabiħ bejn il-cameras tal-antik u dawk tal-lum, li qed jixhdu l-mewt tagħhom permezz tal-mowbajls? Iva, illum il-mowbajl qed jagħti xogħol tajjeb ħafna, iżda għalija għadna ’l bogħod ħdejn il-cameras SLRs. Il-mowbajls tajbin, però għadhom ’il bogħod biex ibattu camera tar-ritratti. Għax f ’mowbajl la għandek iffukar u lanqas tista’ tiżżumja. Għalhekk b’camera tista’ tagħmel ħafna affarijiet. Tista’ tibdel il-lenti u tagħmel wide angle, close up, eċċ. U l-pixels? Illum il-mowbajls tellgħu l-pixels, għalkemm ma jibdewx ħdejn il-cameras u ma jistgħux jagħtuk ir-riżultat li tagħtik camera DSLR. Iżda mbagħad jekk tistaqsini għax-xogħol x’nippreferi, ngħidlek li nippreferi l-cameras li hawn illum, iżda bħala mekkaniżmu ngħidlek li nippreferi l-antiki. Issa int issewwihom ukoll dawn il-cameras hux? Iva, iżda mhux minn dejjem kont insewwihom. Barra minn hekk, ħafna cameras nirrestawrahom ukoll. Nixtrihom biċċiet, imkissrin. Anzi kważi aktar nieħu gost nixtrihom u ngħaqqadhom. Ikolli ċerti partijiet tagħhom u nirranġahom. Anki cameras tal-injam, li normalment ikollhom is-susa. Issa jien ma nifhimx daqshekk fl-injam. Iżda quddiemi hawn mastrudaxxa Ġorġ, li jgħinni ħafna u jieħu paċenzja bija. Nurih l-injam, isibli bħalu u wara, bil-paċenzja kollha nirrestawrahom. Issa jien bdejt dan ix-xogħol għax bdiet dieħla l-għira fija fuq kif inżarma l-cameras, peress li darba ma jirnexxilix, l-għada jirnexx-
ili, il-
Jiġifi
Nista għall jaran affari
Kem skop
Minn vinta m’għ ħbieb int xr
U la tal-ħ fuq i iswe
Iva, fil-Ba ma’ m
Daw fuq i
Kien made tarx jagħm L-aqw in-N wista
Għat
Le, le tax-x
Għan akkw
Iva. N barra narah biex teħod ridith li kon nixtr Inzer fl-arg
Tikk
15
20.10.2019
kullhadd.com
-pitgħada ma jirnexxilix, u sejrin.
kollezzjonisti Maltin?
fieri tqis ruħek bħala bniedem kalm?
F’Malta m’hawnx ħafna, iżda barra iva. Jien għandi ħafna ħbieb li nikkomunikaw bl-internet u nixtru mingħand xulxin. Iżda kieku tistaqsini jekk illum nibdiex il-kollezzjoni, ngħidlek li ma nagħmilhiex. Mhux għax ma nixtieqx jew għax għamilt għażla ħażina, iżda għax kollox sar għoli nfern. Pereżempju l-posta splodiet ir-rati tagħha u trid tħallas il-VAT u d-dazju meta tixtri minn barra l-Ewropa. Għalhekk ma nistax inġib ħafna cameras, għax il-ħlas jaf ikun ogħla minn kemm tkun ħallast għall-prodott. Ma hemmx kuraġġ għall-kollezzjonist. Insemmilek każ. Xtrawli camera żgħira 35mm u biex ġiet Malta weħilt €128 bejn dazju u VAT għax il-posta kienet inkluża. Qabel konna nġibu mill-Amerka u ma neħlux daqshekk flus. U l-iktar cameras tajbin li jeżistu, jinsabu l-Amerka.
a’ naċċertak li jien bniedem kalm ħafna l-cameras. Tant għandi paċenzja li min ni naħdem jgħidli li naqtagħlu nifsu. Għal ijiet oħra, sfortunatament, m’iniex hekk.
mm taħseb li llum fadal p u ssib cameras?
n Malta daqsxejn diffiċli li mmorru fuq age cameras għalkemm ma ngħidx li ħadx hawn. Meta nitkellem fuq hekk ma’ bi, jgħiduli: “Kif trid issib il-cameras, jekk robt kollox?”
għedtli li int twelidt fil-bidu ħamsinijiet, tiftakar dawk il-cameras it-trepied u l-fotografu jidħol taħt liżar ed biex jiġbed ritratt?
u għandi minnhom ukoll. Niftakarhom arrakka u l-Mall. Kont żgħir u kont ikun missieri.
wk ir-ritratti tagħhom il-ħġieġ kienu, hux?
nu jiżviluppaw fuq il-post u kienu homee cameras. Kienu jsiru Malta stess x’akmill-fotografu stess. U x-xogħol li kienu mlu fir-ritratti kien tabilħaqq tal-ġenn. qwa żmien għalihom kien meta kien hawn Navy. Biex jaħdmu, il-fotografi kienu jakkaw permess mill-Gvern Ingliż.
at-tiġijiet kienu jintużaw?
e, ma kinux prattiċi, għax kont teħtieġ ftit xogħol mhux ħażin biex tieħu ritratt.
andek xi rakkont ħelu għall-mod kif wistajt xi waħda mill-cameras?
Niftakar li darba minnhom konna f ’suq a minn Malta, rajt camera u qbadtha biex ha. Sakemm erġajt qegħidtha fuq it-tilar noħroġ il-flus, resqet mara u ppruvat dhieli. Qam daqsxejn ta’ battibekk għax ha hi. Ma ħallejthilhiex, għax stqarrejt nt se nixtriha, u weġbitni li jekk kont se riha ma kienx imissni tlaqtha minn idejja. rta kien hemm raġel ieħor li ddefendieni gument, u rnexxieli neħodha jien.
kunsidra li hawn ħafna
Issa l-fatt li għedtli li tirranġahom int stess, x’tara differenti bejn il-cameras l-antiki u l-moderni? Tal-lum trid tkun technician biex tirranġahom. Jien insewwi l-mekkaniċi biss. Il-cameras li għandek int, kollha jaħdmu? Dażgur, jekk għandi 2,000 camera esibiti, kollha jaħdmu. Li ma jaħdmux, jibqgħu kwarantina, inżarmahom u nżommhom għall-partijiet. Din il-kollezzjoni turiha? Spiss jiġu studenti mill-MCAST li jkunu qed jagħmlu xi kors fuq il-fotografija u jiddiskutu miegħi fuq it-teżijiet. Fejn nista’ ngħinhom, nagħmel dan minn qalbi. Dari kellna r-ritratti black and white u wara ġie l-kulur. X’tara l-aħjar? Bla dubju, il-black and white għax aktar klassiċi. Illum il-kulur sar komuni ferm. Hemm xi camera li tassew tixtieq li jkollok? Hemm xi cameras f ’moħħi li nixtieq nakkwistahom ’il quddiem iżda bil-cameras qatt ma tista’ tgħid li għandek kollox, għax tant ħarġu, li kultant tfiġġ xi waħda mekkanika li qatt ma tkun smajt biha. Jingħad li meta kollezzjonist jiġi biex
jixtri, ifittex l-oriġinalità. Fil-cameras teżisti oriġinalità? Iva, teżisti. Trid toqgħod attent ħafna, speċjalment fil-cameras li jiswew ħafna flus. Pereżempju nieħdu l-Leica, waħda mill-aktar cameras li ġiet ikkupjata, għax kienet camera tajba. Ir-Russi għandhom ħafna cameras Leica, li huma kkupjati. Dan għax meta daħlu fil-Ġermanja tal-Lvant, sabu muntanja ta’ cameras Leica, għax hemm kienu jsiru. Allura ħarġuhom għall-bejgħ u wara bdew joħorġu z-Zorki Fed Zenth u oħrajn, iżda minn ġewwa kienu Leica. Meta nixfu mill-partijiet, kellhom il-forom u bdew jipproduċuhom huma. U ma kinux oriġinali, għax ma tistax tgħid li għamlithom il-fabbrika tal-Leica, għalkemm hemm cameras ikkupjati, li jkunu jiswew ferm, għax ikunu saru ftit wisq minnhom. U l-cameras mekkaniċi kienu għaljin għal dak iż-żmien? Dażgur. Immaġinak ikollok camera tal-injam fl-1911, li tiswa mitejn dollaru. Kienu jieħdu r-ritratti fuq il-ħġieġ, għax dak iż-żmien hekk bdew. Issa cameras kien hawn ħafna differenti. Insibu l-bellow cameras, il-box cameras, il-bed cameras u stereo cameras. Lejn il-ħamsinijiet u wkoll ftit qabel, bdew ħerġin ir-range finder cameras, u wara, l-SLR’s, imbagħad itTLR’s (through the lense camera). Kien hawn ukoll ir-Rolleiflex, ir-Rolleicord. Imbagħad il-Yaschica, għax il-Ġappun daħal ukoll. Kien jieħu camera u jipperfezzjona fuqha. Semmejt ir-Rolleiflex. Niftakar dawk kienu jintużaw l-aktar mill-ġurnalisti, hux?
li l-ħġieġ, iżda aktar faċli tinkiser. Issa għandna ritratti fuq il-ħġieġ, li jiftakru s-sena 1850. Ara r-ritratti diġitali jafu joffru problema ’l quddiem, għax fejn se tibda tarkivjah? U sakemm żmien se jdumu jservu fuq server u pen drive jew fuq diska? Se jwasslu għall-istess żmien? Bħala l-iżgħar u l-ikbar camera xi nsiblek? L-iżgħar camera li għandi hi l-Pixie. Fiha xi pulzier u nofs b’film ta’ 16mm. Kienet tintuża għall-ispjunaġġ u cameras hekk konna nsibuhom sa mill-bidu tal-fotografija. Ħaġa oħra li nsemmilek hi l-istereo jew 3D cameras li jmorru għall-1851. Kienu Skoċċiż, ċertu Sir David Brewster u Persion Julies li ħarġu l-ewwel waħda u aktarx li ppreżentawha lir-Reġina Vitorja f ’esibizzjoni f ’Londra. U din għandek bħalha wkoll? Għandi, mhux waħda. Jirreferu għaliha wkoll bħala stereo camera u pperfezzjonaw fuqha l-Amerikani. Wara ħadmu fuqha wkoll ir-Russi, il-Ġermaniżi u l-Franċiżi. Il-camera Pixie ż-żgħira, fejn inħadmet? Inħadmet l-Ingilterra. Sibtha minn barra, kif ġibt ukoll ħafna mill-cameras li għandi. Għax is-suq f ’Malta kien żgħir wisq, kif tkellimna. Kemm seta’ kien hawn nies Maltin fis-snin 30, li lesti jonfqu 200 lira f ’camera? Kien hawn sinjuri, iżda tgħoddhom fuq l-idejn. U l-ikbar waħda li għandek?
Dawk kienu cameras għall-professjonisti, għall-ġurnalisti u wkoll għat-tiġijiet, għax kellhom lenti tajba u kienu jifilħu għax-xogħol. Kienu medium format u allura xħin ritratt jiġi biex jikber, joħroġ sabiħ u ċar ferm. Tant li llum għadek tara ritratti li għadhom ċarissimi. Għax normalment kienu joħorġu fuq medium format.
L-akbar tieħu format 13 b’10 pulzieri. Din hi Kodak studio camera. Tieħu dry plates fuq ħġieġ miksi b’taħlita ta’ gelatin emulsion tal-fidda u kienu jitqiegħdu f ’cartridge ta’ tnejn. Kif jittieħed ritratt kien jiddaħħal f ’darkroom biex jiġi żviluppat. Il-qisien tad-dry plates kienu jvarjaw bejn 4x3 u 13x10 pulzieri. U l-ikbar ħġieġa li kien hawn kienet ta’ tmien piedi b’erbgħa. Kien ħġieġ li kellhom l-Amerka u jintuża biex jinġibdu ritratti għar-reklamar. Jiġifieri ara x’camera enormi kienu jinħtieġu.
Jiġifieri lenti apposta?
Qatt kellek esibizzjonijiet?
Le, medium format hu l-qies ta’ tertuqa li normalment tkun 6x6. Qabel, ir-ritratti kienu l-ewwel joħorġu fuq il-ħġieġ u wara bdew jiġu żviluppati minn fuq it-tertuqa. Naturalment fuq il-ħġieġ kien ikollok xi ħaġa iżjed ċara, għax ħġieġa mhix tertuqa. Issa jekk tistaqsini bħala ritratt liema hu l-aħjar biex tarkivjah, ngħidlek
Le, qatt. Qaluli kemm-il darba, iżda r-raġuni hi li ma nixtieqx noħroġ il-cameras minn hawn ġew. Darba sa kienu talbuni biex nesibixxi ġewwa s-St James Cavalier, iżda ma ħadthomx. Nibża’ li nħalli xi camera warajja. Sakemm għadni ħaj ma nixtieqx li jiġri dan. Wara, imbagħad, tara t-tifla tiegħi Annalise.
16
20.10.2019
kullhadd.com
MINN HIJACK SAT-TEATRU Kitba ta’ CLIFFORD GALEA MASLENNIKOV Taffaxxinani d-diplomazija; iżjed minn hekk jaffaxxinani l-mod ta’ kif il-bniedem magħżul mill-istat irid ikun kapaċi jinnegozja filwaqt li jieħu ħsieb id-drittijiet ta’ pajjiżu ġo pajjiżi barranin, dejjem f’isem Malta. Ovvjament, ikunu ħelwin l-esperjenzi li wieħed jgħaddi minnhom tul il-ħidma tiegħu/tagħha; uħud jistgħu jkunu wkoll esperjenzi qarsa. Wieħed mill-persuni li naf, u li għandu esperjenzi kbar f’dan il-qasam huwa X’kienu l-esperjenzi li kellek f ’karigi rispettivi tul is-snin? Bejn l-2004 u l-2009 kont il-Kap Eżekuttiv tas-Segretarjat tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona. Kont ibbażat il-Greċja, fejn domt ftit aktar minn ħames snin. Dan kien impjieg dirett mal-Ġnus Magħquda bħala Diplomatiku. Kienet
Paul Mifsud li tard is-sena li għaddiet ġie nnominat Ambaxxatur ta’ Malta (mhux residenti) kemm għallIran kif ukoll għall-Oman. Meta ambaxxatur ma jkunx residenti fit-tali pajjiż, ifisser li l-persuna in officio taqdi d-doveri tagħha skont il-ħtieġa minn Malta, iżda titla’ fil-pajjiż meta tkun imsejħa. Fil-fatt lil Paul Mifsud irnexxieli nkellmu bis-serqa għaliex jinsab impenjat minħabba li nhar l-Erbgħa 16 ta’ Ottubru kellu jippreżenta l-kredenzjali lis-Sultan ta’ Oman Qaboos bin Said al Said. Iżda din mhux l-ewwel kariga tiegħu bħala diplomatiku.
l-aktar kariga għolja fost id-diplomatiċi tal-Ġnus Magħquda bbażati fil-Greċja. Dan ġab miegħu responsabbiltajiet oħra. Pereżempju, f ’Jum il-Ġnus Magħquda, fl-24 ta’ Ottubru kont nippresiedi ċerimonja uffiċjali bi spezzjoni tal-gwardja tal-unur u tqegħid ta’ kuruna f ’riġlejn il-monument tal-gwerra f ’Syntagma Square
fil-qalba ta’ Ateni. Kont ukoll responsabbli mis-sigurtà tal-impjegati tal-Ġnus Magħquda stazzjonati fil-Greċja. Iżda, kieku kellek issemmi kisba partikolari xi tkun?
walment l-iffirmar ta’ Protokol ġdid mill-pajjiżi kollha li għandhom xtajta fil-Mediterran dwar L-akbar kisba tiegħi f ’din il-kari- l-Immaniġġjar taż-Żoni Kostaga kienet in-negozjar u event- li tal-Mediterran. Iċ-ċerimonja Prenipotenzjali kienet saret f ’Madrid, Spanja u kienet ippreseduta mill-Ministru għall-Ambjent Spanjol fil-preżenza ta’ rappreżentanti tal-21 pajjiż u l-Kummissjoni Ewropea firmatarji tal-Konvenzjoni ta’ Barċellona. Kienet kariga li kienet tinvolvi ħafna safar saħansitra madwar darbtejn f ’sena għal Nairobi fil-Kenja fejn kien hemm il-kwartieri tal-UNEP li taħtu kien jaqa’ l-programm ta’ azzjoni tal-Mediterran (MAP). Irtirajt minn mal-Gvern wara karriera ta’ 36 sena, bl-aħħar kariga tkun dik ta’ Segretarju Permanenti. Tul din il-karriera okkupajt diversi karigi fosthom Direttur tal-Informazzjoni, Airport Manager, Chief Executive Officer ta’ Dar il-Mediterran, Direttur Ġenerali tal-Qorti u Segretarju Permanenti fejn kont ġejt maħtur millPrim Ministru Dr Alfred Sant. F’kull kariga li okkupajt għandi xi storja jew tnejn x’nirrakkonta u li bqajt niftakar. Semmili xi esperjenzi partikolari li kellek tul is-snin... Pereżempju, bħala Direttur tal-Informazzjoni servejt kemm taħt il-Prim Ministri Dom Mintoff, Dr Karmenu Mifsud Bonnici, kif ukoll, għal sena waħda, taħt ilPrim Ministru Dr Eddie Fenech Adami. Fi żmien il-Prim Ministru Mintoff niftakar b’ċerta nostalġija u sodisfazzjon l-intervisti li kien ikollu mal-ġurnalisti barranin. Kont responsabbli li nikkordina dawn l-intervisti. Kien ikun irid il-mistoqsijiet minn qabel. Naturalment il-ġurnalisti ma kinux jieħdu gost iżda ma kellhomx għażla. Ħallieha li wara mbagħad waqt l-intervista, kien jinjora għalkollox il-mistoqsijiet u jħallihom jistaqsu
li jridu. Niftakar it-tweġibiet tiegħu kienu jkunu forma ta’ lecture. U l-ġurnalisti barranin kienu jogħxew jisimgħuh bl-argumenti li kien iġib biex jispjega l-politika barranija tiegħu. Fi żmien tal-kwistjoni mal-Ingliżi u n-NATO kien ġie Dan Rather; korrispondent tas-CBS News, wieħed mill-aqwa tliet stazzjonijiet Amerikani biex jintervistah għall-programm “60 Minutes”. Qabel daħal għall-intervista kien qalli li ser jiltaqa’ ma’ dittatur għaliex dak iż-żmien hekk kienu jirreferu għal Mintoff. Iżda wara l-intervista ħareġ b’impressjoni ferm differenti u anke jekk ma qabilx ma’ dak li qallu, kien ammetta li fehem x’kien ried jgħid biha Mintoff l-għajta ta’ “Malta l-Ewwel u Qabel Kollox”. Kien ikollna appuntament għas-sitta jew is-sebgħa ta’ filgħaxija Kastilja jew il-Palazz meta jkun jiltaqa’ l-Parlament, iżda ma konniex nidħlu qabel il-ħdax ta’ billejl jew anke f ’nofsillejl. Mintoff kien iħobb idum jaħdem sa tard. Kulħadd jitkellem dwar dan l-istil ta’ Mintoff. Donnu kien jiġbed interess... Mintoff kien iħobb ukoll jgħum sajf u xitwa, kien ukoll iħobb jirkeb iż-żiemel. Kważi kull nhar ta’ Sibt kien jinżel il-korsa tal-Marsa flimkien ma’ xi tlett iħbieb tiegħu u kien joqgħod idur mal-korsa. Crews tat-television kienu wkoll jitolbuni nagħmlilhom arranġamenti biex jiffilmjawh jew jgħum jew isuq iż-żiemel biex waqt il-programm ma jġibuhx biss bilqiegħda mal-mejda. Meta kien ikun bil-burdata kien iħallihom jiffilmjawh. Kont neħodhom il-korsa tal-Marsa u noqogħdu nistennewh ġej fuq iż-żiemel. Fiż-żmien il-Prim Ministru Dr Karmenu Mifsud Bonnici kelli l-esperjenza tal-hijack tal-Egypt Air f ’Novembru tal-1985. Mil-lat ta’ ġurnaliżmu kienet esperjenza unika iżda li kellha tmiem traġiku bil-mewt ta’ 60 ruħ. Il-hijack
17
20.10.2019
kullhadd.com
Iżda wara l-intervista ħareġ b’impressjoni ferm differenti u anke jekk ma qabilx ma’ dak li qallu, kien ammetta li fehem x’kien ried jgħid biha Mintoff l-għajta ta’ “Malta l-Ewwel u Qabel Kollox” kien seħħ is-Sibt filgħaxija. IlPrim Ministru Karmenu Mifsud Bonnici kien Dar il-Mediterran għall-Konferenzi jattendi għal spettaklu (kien xi musical tal-Partit) meta waslitlu l-aħbar tal-ħtif tal-ajruplan u telaq mill-ewwel lejn l-ajruport biex jieħu kontroll tas-sitwazzjoni. Jien dakinhar kont fi Frankfurt, il-Ġermanja għal lejl wieħed qabel l-għada filgħodu naqbad l-ajruplan għal Malta. Kif mort biex nagħmel check-in il-persuna wara l-counter qaltli li t-titjira għal Malta kienet giet ikkanċellata. Għall-ewwel ma nkwetajtx. Iżda kif staqsejtha għaliex qalti li l-ajruport ta’ Malta huwa magħluq għaliex hemm ajruplan maħtuf fl-ajruport. Dak il-ħin ippanikjajt. Fil-mument meta, bħala Direttur tal-Informazzjoni, suppost kont qiegħed Malta biex nieħu ħsieb il-ġurnalisti u l-istampa f ’mument daqshekk kritiku, inqbadt barra l-pajjiż. Ċempilt mill-ewwel lill-mara u qaltli li t-telefown ma waqafx iċempel il-lejl kollu. Kienu ġurnalisti barranin u lokali iżda wkoll uħud mill-qraba tal-passiġġieri abbord. Niftakar il-mara tgħidli li kien hemm raġel mill-Kanada beda jċempel għaliex fuq l-ajruplan kien hemm il-mara tiegħu u wieħed minn uliedhom. Sfortunatament it-tnejn li huma kienu mietu fl-inċident. Kienu trattattivi diffiċli ħafna?
introduċejt lili nnifsi fuq l-ajruplan u bdejt nindirizza lill-ġurnalisti fuq l-ajruplan fi triqitna lejn Malta. Sa dak il-ħin kont għadni ma nafx id-dettalji ta’ x’kien qiegħed jiġri, iżda stajt ngħidilhom minn fejn l-aħjar li jistgħu jiffilmjaw l-ajruplan, u kif setgħu jmorru minn post għall-ieħor. Kif wasalt l-ajruport insib lillmara u t-tfal jistennewni. Tajthom il-bagalji u rħejtilha għall-Control tower fejn kien hemm il-Prim Ministru Mifsud Bonnici u diversi Ministri tal-Kabinett jassistu għan-negozjati mal-hijackers. Kif rani l-Prim Ministru staqsieni x’qed jgħidu hemm barra. Għidtlu li qed jirrappurtaw li hemm diġà sitta min-nies mejta. Ħadha bi kbira għaliex ma kienx veru. Sa kmieni filgħodu tal-Ħadd kien hemm persuna waħda mejta u oħrajn feruti. Immedjatament tani l-informazzjoni kollha dwar dak li kien qed jiġri u dwar in-negozjati li kienu għaddejjin mal-hijackers biex ninforma lill-ġurnalisti. Bdejt inlaqqa’ lill-ġurnalisti kważi kull siegħa biex nagħtihom l-aħħar tagħrif sakemm imbagħad ġara dak li ġara u tilfu ħajjithom dawk in-nies kollha. Inizjattiva li ħadt u li kienet apprezzata ferm mill-ġurnalisti kien meta kkonvinċejt lill-Kaptan tal-ajruplan Hani Galal biex ikellem lill-ġurnalisti. Kellu rasu nfaxxata għaliex kienu sparawlu l-hijackers u ħaduh żbrixx fuq rasu. L-għada tal-inċident skoprejna wkoll li l-kap tal-hijckers, Ali Rezaq, kien indehes malpassiġġieri li kienu baqgħu ħajjin u kien rikoverat l-isptar għaliex kien ferut. Minn hemm kien ġie arrestat. Niftakar kien hemm fotografu ħabib tiegħi, illum mejjet, kont tajtu opportunità b’mod esklussiv, biex jieħu ritratt tal-hijacker. Kien l-ewwel ritratt tiegħu u niftakar kien xerrdu mal-erbat irjieħ tad-dinja. Illum, 34 sena wara, dan l-inċident huwa storja.
Mill-ewwel kien jidher li t-trattattivi mal-hijackers kienu ser jieħdu fit-tul. Sabiex l-ajruport ma jibqax magħluq u t-titjiriet minn u lejn Malta jerġgħu jibdew, l-ajruplan tal-Egyptair kien ġie mċaqlaq u ipparkjat ’il boghod mir-runway prinċipali. B’hekk l-ajruport reġa’ beda jiffunzjona. Għamel mod li l-ewwel titjira għal Malta kienet dik li kelli nieħu jien minn Frankfurt. Ħafna ġurnalisti saru jafu b’dan u ġew Frankfurt minn pajjiżi Ewropej u anke mill-Amerka biex jaqbdu t-titjira għal Malta. Spiċċajt Il-ħajja pubblika mimlija sfidi
mhux hekk? Naturalment fiż-żmien li kont Direttur tal-Informazzjoni kellna diversi inċidenti li kienu ta’ uġigħ ta’ ras u li kienu jimlew il-faċċati ta’ quddiem tal-ġurnali fosthom il-qtil ta’ Raymond Caruana, il-kwistjoni tal-iskejjel tal-knisja, ilħruq tal-bini tat-Times of Malta u oħrajn. Qed nitkellmu fuq żmien meta l-ġurnali kien b’saħħithom immens f ’era mingħajr internet. Kont responsabbli wkoll għall-midja waqt l-elezzjoni ġenerali tal1987. Kien hemm ukoll żjarat ta’ Kapijiet ta’ Stat u diversi attivitajiet oħra. Meta kont CEO ta’ Dar il-Mediterran, minbarra konferenzi lokali u internazzjonali, wirjiet u ikliet għal mijiet ta’ mistednin, konna norganizzaw opri, kunċerti mużikali u wirjiet ta’ ballet ta’ livell għoli. Il-pubbliku kien jirrikorri bi ħġaru għal dawn il-wirjiet minkejja li l-prezzijiet għalihom kienu jkunu għoljin. Iżda kienu value for money. Darba però ħadna falza stikka mhux tort tal-management. Dak
iż-żmien il-Ministru responsabbli minn Dar il-Mediterran kien Dr Michael Refalo, illum mejjet; raġel fuq l-irġiel. Kelli rispett kbir lejh kif kellu hu fil-konfront tiegħi. Kien hu fil-fatt li kien ħatarni bħala Direttur Ġenerali tal-Qrati responsabbli mill-Amministrazzjoni kollha u l-ħtiġijiet tal-Imħallfin. Semmejt it-teatru, kien allura żmien iktar rilassanti. Jew xorta jinqalgħu l-intoppi? Biex nerġa’ niġi għat-teatru. Dak iż-żmien fl-Italja kien hemm grupp bl-isem ta’ Rondò Veneziano, li kien popolari immens. Orkestra di camera li tispeċjalizza f ’mużika barokka bid-daqqa ta’ strumenti oriġinali. Peress li konna narawhom fuq it-televixin Taljana kienu poplari anke f ’Malta. Darba minnhom dan il-grupp kien it-Tuneżija u fi triqtu lejn Malta u kien ser jagħmel waqfa twila f ’Malta. Id-Direttur taċ-Ċentru Kulturali Taljan kien avviċinana u pproponielna li nieħdu vantaġġ mill-preżenza ta’ dan il-grupp
f ’Malta u ntellgħu wirja f ’Dar il-Mediterran. Kif għidt lill-Ministru li kien iħobb ħafna t-teatru aċċetta mill-ewwel. Tant kien hemm talba għall-biljetti li kellna nagħmlu żewġ wirjiet, inkluż waħda matinée. Imlejna s-sala li tesa’ mal-1,200 ruħ għal darbtejn. Ġara li meta telgħu fuq il-palk, minflok ma daqqew live, użaw playback. In-nies fis-sala bdew jibbuwjaw. Dawk li kienu ġew għall-matinée huma u ħerġin mis-sala fl-aħħar tal-wirja bdew sejrin “shame, shame”. U semgħuhom in-nies li kienu qed jistennew biex jidħlu għat-tieni kunċert u l-istess bdew igergru u ħafna minnhom lanqas biss daħlu fis-sala. Ma kellniex tort iżda xorta waħda ridna l-art tiblagħna meta bdejna naraw in-nies igergu. L-istorja kompliet b’ħafna kritika fil-ġurnali. Esperjenza oħra li ma tinsihiex. Naturalment għaddejt minn ħafna aktar esperjenzi tul il-karriera tiegħi. Iżda dawn inħallihom għal darb’oħra.
18
20.10.2019
ILMA – KUN IL-BIDLA Joe Mizzi Ministru
Bħalissa l-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma għaddej b’ħidma kontinwa sabiex jara li jkompli jinforma u jeduka lill-poplu dwar il-valur u l-importanza tal-ilma. Ftit taż-żmien ilu, l-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma nediet kampanja li se tkun għaddejja għal dawn it-tliet snin li ġejjin - Water Be The Change, fejn se tkun qed tgħin lill-familji Maltin inaqqsu l-konsum tal-ilma fi djarhom. Flimkien se nkunu qed noħolqu għarfien fejn naraw li l-ilma li nikkonsmaw ta’ kuljum nużawh aħjar u b’mod għaqli. L-għan prinċipali hu li kulħadd
jifhem li l-irwol tiegħu huwa importanti, żgħir kemm huwa żgħir, biex b’hekk kull wieħed u waħda minna jibda jaġixxi b’mod aktar responsabbli fejn jidħol il-konsum tal-ilma, u nifhmu wkoll ir-raġuni għaliex il-konservazzjoni tal-ilma hi prijorità. Il-konservazzjoni tal-ilma tfisser proprju l-mod ta’ kif u kemm persuna tikkonsma ilma. Kull individwu juża madwar 110 litri ta’ ilma kuljum. Hawnhekk, wieħed jistaqsi fejn u kif jikkonsma daqsekk litri f ’ġurnata waħda biss? Għalhekk il-messaġġ ta’ din il-kampanja huwa dak ta’ kif tista’ tibqa’ tgħix bl-istess kumditajiet li int imdorri bihom iżda fl-istess waqt tnaqqas mill-konsum tiegħek billi tuża l-ilma b’mod iktar effiċjenti. Jekk kull wieħed u waħda minna jinteressa ruħu u joqgħod attent mill-użu tiegħu ta’ kuljum, nistgħu naslu biex nagħmlu d-differenza u nnaqqsu l-konsum b’mod konsiderevoli. B’metodi sempliċi u bl-involviment ta’ kull persuna u familja dan jista’ jseħħ. Jista’ jseħħ b’aktar ħsieb u attenzjoni lejn l-azzjonijiet tagħna fejn
jidħol l-użu tal-ilma, sempliċement anke waqt li qed taħsel il-platti jew il-ħwejjeġ. Qabel ma tnediet din il-kampanja, l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma ħadmet fuq riċerka u tkellmet ma’ diversi familji u persuni sabiex tifhem aħjar il-bżonnijiet u l-aspettattivi tagħhom fejn jidħol l-użu tal-ilma fil-ħajja ta’ kuljum. B’hekk l-Aġenzija setgħet tidentifika aħjar il-prattiċi li bihom qiegħed jiġi kkonsmat aktar ilma milli hemm bżonn. Fl-istess stħarriġ, ġie identifikat li l-popolazzjoni Maltija l-aktar li tikkonsma ilma huwa middoċċa u mill-użu tal-flushing. Huwa stmat li dawn jammontaw għal madwar 70% tal-konsum totali tal-familji. Din il-kampanja tfasslet proprju sabiex il-poplu jiġi infurmat kif jista’ jnaqqas il-konsum għax ħafna drabi dan kollu jkun ġej minn nuqqas ta’ informazzjoni jew attenzjoni. Ir-realtà hija li ħadd ma jaħli l-ilma sempliċement biex jaħlih, iżda għax ħafna drabi ma jkollniex għarfien biżżejjed ta’ kif nistgħu nipprevjenu l-ħela żejda.
Għalhekk, l-Aġenzija rat li ssib alternattivi sabiex jitnaqqas dan l-użu u l-konsum. Matul dawn it-tliet snin li ġejjin, l-Aġenzija se tkun qed tagħti eżempji ta’ x’oġġetti għandhom jintużaw biex jitnaqqas il-konsum bħal pereżempju l-użu ta’ shower head effiċjenti. Permezz ta’ dan l-apparat, il-volum tal-ilma fir-realtà jonqos iżda hekk kif l-ilma jitħallat mal-arja hu u nieżel, jibda jinħass bl-istess pressa ta’ qabel. Sadanittant, irridu nnaqqsu wkoll il-ħin li ndumu bl-ilma nieżel għalxejn. Fil-każ tal-flushing, irridu naraw li jkollna l-apparat neċessarju sabiex jitnaqqas il-volum ta’ ilma li jinżel. Permezz ta’ azzjonijiet sempliċi, nistgħu nnaqqsu l-volum tal-ilma u dan jgħodd ukoll għal kwalunkwe oġġett ieħor li għandu x’jaqsam mal-konsum tal-ilma. Meta wieħed qed jagħti l-attenzjoni meħtieġa, b’mod awtomatiku ikun qed jgħin sabiex inaqqas l-użu tal-ilma, u dan ifisser inqas bżonn ta’ produzzjoni tal-ilma, inqas enerġija użata, inqas emissjonijiet, u fuq kollox ir-riżultat ikun dak ta’ kontijiet irħas.
kullhadd.com
Jista’ jseħħ b’aktar ħsieb u attenzjoni lejn l-azzjonijiet tagħna fejn jidħol l-ilma sempliċement anke waqt li qed taħsel il-platti jew il-ħwejjeġ
BAĠIT LI JAĦSEB FIL-ĦAFNA Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew
Dan il-baġit iffoka t-tqassim tal-ġid, b’mod li jilħaq lil kull Malti u Għawdxi. Tul dawn l-aħħar snin rajna f ’Malta tkabbir ekonomiku li l-frott tiegħu nkomplu ngawdu minnu. Fid-diskors tiegħu, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna wera kif dan il-ġid jista’ jilħaq firxa akbar ta’ nies. L-iktar punt b’saħħtu ta’ dan il-baġit huwa l-attenzjoni lejn is-sostenibbiltà. Is-sotenibbiltà tiġi millfatt li l-baġit mhux biss ikun pjan għal sena, iżda li wieħed
iżomm f ’moħħu l-isfidi u l-ħtiġijiet tas-snin li ġejjin. Hemm min isibha diffiċli aktar minn ħaddieħor biex jgħix ħajja komda. U għalhekk tħabbru firxa differenti ta’ miżuri biex jgħinu liċ-ċittadini fi stadji u f ’sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja. Barra li l-Gvern qed jagħti kumpens tal-għoli tal-ħajja, qed jagħti bonus addizzjonali għal kull familja – miżuri addizzjonali li jagħmlu differenza lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Ix-xogħol huwa dak li jsostni l-familji u żewġ miżuri li jkomplu jgħinu lil min jaħdem huma l-għoti ta’ rifużjoni mill-ġdid ta’ taxxa lil madwar 200,000 ħaddiem, bl-ogħla refund jeħduh dawk li jaqilgħu l-anqas paga. It-tieni tolqot lil dawk li għandhom paga bażika, li se jkollhom l-ewwel 100 siegħa ta’ overtime intaxxata b’rata aktar favorevoli. Miżura li tgħin lil ħafna koppji żgħar hija tal-first time buyers, li se jkunu eżentati
mit-taxxa tal-boll fuq ammont ikbar minn dak li kien taħt l-iskema sa issa. Miżura bħal din ittaffi ftit mill-piżijiet finanzjarji li jaffaċċjaw familji li għadhom jibdew. L-edukazzjoni hija ċ-ċavetta għal xogħol li jrendi u hija l-aħjar għodda li għandna fil-ġlieda kontra l-faqar. L-edukazzjoni mhix biss għall-istudenti żgħar imma anke għal min qiegħed fid-dinja tax-xogħol u jixtieq ikompli jistudja. Fil-fatt il-Gvern se jkun qed jeżenta mill-VAT firxa ta’ servizzi edukattivi, inkluż it-taħriġ vokazzjonali. Essenzjali huwa wkoll il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja personali. Il-Gvern se jrodd lura lill-ħaddiema ġurnata oħra ta’ leave sabiex ikompli jagħti lura l-ġranet tal-festi pubbliċi li jaħbtu fi tmiem il-ġimgħa. Il-pensjonanti se jingħataw l-ogħla żieda fil-pensjonijiet fl-aħħar 40 sena, fejn barra ż-żieda sħiħa tal-għoli tal-ħajja se tkun qed tingħata żieda addizzjonali. Barra minn hekk,
pensjonanti romol li għandhom tfal taħt it-18-il sena, se jibdew jirċievu allowance ta’ €10 fil-ġimgħa, irrelevanti jekk l-armel jew l-armla għandomx xogħol jew le. Għall-ewwel darba, dawk li jsofru minn Fibromyalgia u l-ME, se jirċievu kemm għajnuna medika kif ukoll finanzjarja. Persuni li jbatu minn diżabbiltà severa u li ma jistgħux jaħdmu se jingħataw pensjoni daqs il-paga minima, filwaqt li l-Gvern se jħallas sa tmien snin bolla lil dawk il-ġenituri li jieħdu ħsieb tfal b’diżabbiltà jew mard rari. Il-Gvern se jagħmel tajjeb ukoll għal dawk il-persuni li jbatu mill-kanċer u jispiċċalhom is-sick leave. Filwaqt li l-baġit jindirizza setturi u oqsma differenti oħra, bħall-importanza li qed tingħata biex nibdew nindirizzaw it-tibdil fil-klima, fl-isfond ta’ kollox tibqa’ l-attenzjoni lil soċjetà li jimpurtaha. Il-Baġit 2020 se jkun baġit ieħor soċjali u li jippremja l-bżulija.
Hemm min isibha diffiċli aktar minn ħaddieħor biex jgħix ħajja komda. U għalhekk tħabbru firxa differenti ta’ miżuri biex jgħinu liċ-ċittadini fi stadji u f’sitwazzjonijiet differenti tal-ħajja
19
20.10.2019
kullhadd.com
TLIET PRINĊIPJI IMPORTANTI Editorjal
Fl-aħħar manifest elettorali tiegħu, il-Partit Laburista wiegħed li gradwalment jibda jnaqqas din it-taxxa u l-wegħda se tibda tkun implimentata mis-sena d-dieħla
Meta wieħed jisma’ jew jaqra d-diskors tal-baġit għas-sena d-dieħla jintebaħ mill-ewwel li dak li ressaq il-Ministru għall-Finanzi din il-ġimgħa hu pjan mibni fuq tliet prinċipji. Prinċipji ta’ pjan ta’ Gvern li qiegħed jieħu l-ħajja. Qabelxejn, dan il-baġit huwa wieħed li jippremja lill-familji bieżla. Sa mill-ewwel baġits tiegħu, dan il-Gvern ħadem biex jinċentiva x-xogħol u ħafna mill-ewwel miżuri li implimenta kienu maħsuba biex in-nies jaħdmu, filwaqt li jaqta’ l-abbuż fejn kien hemm. Il-frażi użata ta’ sikwit kienet “making work pay”. Mit-tapering tal-benefiċċji fl-ewwel baġit ta’ dan ilGvern, sal-miżura taċ-child care b’xejn fost l-ikbar miżuri l-iktar rivoluzzjonarji fl-aħħar snin kienu proprju maħsuba biex in-nies jaħdmu. U dan ilbaġit ikompli fuq dan b’miżura rivoluzzjonarji oħra. Dik li tonqos it-taxxa fuq l-overtime.
Fl-aħħar manifest elettorali tiegħu, il-Partit Laburista wiegħed li gradwalment jibda jnaqqas din it-taxxa u l-wegħda se tibda tkun implimentata mis-sena d-dieħla. Lil min hu bieżel qed innaqqsulu l-piżijiet, filwaqt li lil min iħaddem qed noħolqulu ambjent fejn il-ħaddiem ikun lest jagħtih iktar għax jaqbillu. Fl-istess ħin qed terġa’ tinżamm il-wegħda ta’ taxxa inqas u għalhekk din is-sena kull min jaħdem jerġa’ jieħu rifużjoni fuq it-taxxa. Rifużjoni li l-Gvern ma qagħadx ikarkar sal-aħħar tal-leġiżlatura biex jibda jagħtiha, iżda beda jagħtiha sa mill-ewwel baġit wara li reġa’ kien ikkonfermat. It-tieni prinċipju hu dak li rridu ngħinu lil min jiflaħ l-inqas. Għalhekk, ingħatat l-ogħla żieda fil-pensjonijiet f ’40 sena. Magħhom hemm ukoll għadd ta’ bidliet li jgħinu lil min hu marid u l-qraba tagħhom. Fosthom
il-ħlas ta’ bolol għall-ġenituri ta’ tfal b’mard rari, iż-żieda fis-sick leave għall-persuni b’mard serju fosthom ilkanċer u t-twettiq tal-wegħda lill-persuni b’diżabbiltà severa għall-paga minima netta. Dan biex ma nsemmux ukoll iż-żieda tal-mediċini b’xejn. Imbagħad hemm il-kwistjoni tas-sostenibbiltà li rridu neħduha fuq żewġ fatturi. L-ewwel wieħed hu marbut mal-ekonomija intrinsikament. Il-bżonn li dak li ksibna sal-lum il-ġurnata rridu nżommuh u nsostnuh. Għalhekk, il-bżonn ta’ ekonomija li tibqa’ tikber biex l-inċentivi li daħlu fl-aħħar snin jibqgħu u magħhom jiżdiedu l-ġodda. It-tieni fattur marbut mas-sostenibbiltà hu dak li nieħdu ħsieb ukoll l-ambjent ta’ madwarna biex inħarsuh għall-ġenerazzjonijiet futuri. Huwa proprju għalhekk li kif naraw fil-ħarġa tal-lum (paġni 8 sa 11) dan il-baġit huwa l-ik-
tar baġit ambjentali fl-istorja. Qed jittieħdu deċiżjonijiet li hemm bżonn, anke jekk jaf ikunu ibsin u kontroversjali. Fl-istess ħin irid ikun apprezzat li qed jittieħdu b’qies biex filwaqt li nieħdu ħsieb il-ġejjieni ma jweġġgħux innies li jgħixu u jaħdmu llum. Biex dan kollu jitwettaq ilpajjiż irid ikollu bżonn tmexxija stabbli u kredibbli kif għandu llum. Wara snin ta’ taqtigħ il-qalb l-istabbiltà u l-kredibbiltà tahom Gvern Laburista. Gvern li jkun ikkritikat, kif għandu jiġri f ’demokrazija, u xi minn daqqiet anke attakkat inġustament. Iżda, in-nies jafu li dan hu Gvern li għandu pjan biex pajjiżna jimxi ’l quddiem u dak il-pjan qed iwettqu f ’baġit wara ieħor. Għalhekk, in-nies jibqgħu jafdaw lil dan il-Gvern u għalhekk il-Gvern jibqa’ jħallas din il-fiduċja b’iktar ħidma u billi jifrex iktar il-ġid li qed jinħoloq.
20
20.10.2019
kullhadd.com
L-EKONOMIJA DIĠITALI Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew
Fil-ħajja mgħaġġla tal-lum, kulma jmur aktar nies qed jagħżlu li jagħmlu użu minn pjattaformi diġitali biex jagħmlu x-xiri tagħhom. Statistika ppubblikata mill-EUROSTAT turina li b’mod partikolari matul dawn l-aħħar 10 snin, fl-Unjoni Ewropea kien hemm żieda drastika fil-kummerċ elettroniku u din it-tendenza tidher li ser tibqa’ tikber. Matul is-sena li għaddiet, 7 minn kull
10 li ħadu sehem fl-istħarriġ tal-EUROSTAT qalu li xtraw minn xi pjattaforma diġitali jew mingħand xi kumpanija onlajn. Matul din il-ġimgħa ġejt mistieden nindirizza konferenza dwar l-Online Platform Economy li ttellgħet ġewwa l-Parlament Ewropew, bħala rappreżentant tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi. Waqt din il-konferenza kelli l-opportunità niddiskuti l-użu tal-pjattaformi diġitali li minnhom nixtru bosta servizzi u prodotti ta’ kuljum, fil-preżenza ta’ diversi kumpaniji internazzjonali bħal Facebook, Google, Skyscanner, Amazon, Ebay u Spotify. Tkellimt magħhom dwar l-importanza li għandhom fis-suq, però aktar minn hekk tkellimt dwar ir-responsabbiltà li għandhom u fuq kemm hu importanti li ma jabbużawx mill-pożizzjoni tagħhom għad-detriment tal-konsumaturi. Dawn il-pjattaformi saru par-
ti integrali mill-ħajja ta’ kuljum, għaliex permezz tagħhom iċ-ċittadini u n-negozji qed jiġu aktar qrib ta’ xulxin, u qed naraw kif bis-saħħa tagħhom qed jiġu faċilitati diversi skambji ta’ prodotti, servizzi u informazzjoni, kemm fuq livell soċjali kif ukoll fuq livell kummerċjali. Wieħed jifhem li hemm diversi benefiċċji marbuta ma’ dawn il-pjattaformi, fosthom li n-negozji għandhom aċċess għal suq ferm aktar wiesa’ u jistgħu jiġbru r-reazzjonijiet tal-klijenti b’mod immedjat, u min-naħa l-oħra li l-konsumaturi għandhom għażla ferm akbar u jistgħu jixtru mill-kumdità ta’ darhom. Però, ma’ dawn il-benefiċċji wieħed irid jikkunsidra wkoll id-drittijiet u l-obbligi ġodda li qegħdin jinħolqu. Minħabba li n-natura ta’ dan it-tip ta’ xiri hija kemxejn differenti minn metodi oħra konvenzjonali, hemm bżonn li naraw li l-qafas
legali u regolatorju Ewropew li fuqu qed jiġi mibni s-Suq Uniku Diġitali jkun adattat u b’saħħtu biżżejjed biex filwaqt li jagħti spazju lin-negozji biex jikbru u jimirħu, jagħti wkoll il-protezzjoni meħtieġa lill-konsumaturi. Dan huwa ferm importanti anke biex jiġi assigurat livell massimu ta’ trasparenza u akkontabilità, aktar u aktar meta wieħed jikkunsidra li l-maġġoranza ta’ dawn il-pjattaformi huma bbażati fl-Istati Uniti u fl-Asja. Fl-interventi tiegħi sħaqt li filwaqt li l-Unjoni għandha jkollha sett wieħed ta’ liġijiet biex tirregola s-Suq Uniku Diġitali, m’hemmx lok għal politika ta’ one size fits all għaliex ċertament kull pjattaforma għandha l-karatteristiċi uniċi tagħha li jridu jiġu meqjusa sewwa qabel ikun hemm regolamentazzjoni. Aspett ieħor importanti li indirizzajt kien jikkonċerna l-ħaddiema ta’ dawn il-pjatta-
formi, fejn tkellimt ukoll fuq il-bżonn li l-qafas legali eżistenti għall-istandards soċjali u tal-impjieg tal-Unjoni Ewropea jiġi aġġornat sabiex ikun hemm trattament ugwali u ħaddiema fl-isfera diġitali jingħataw l-istess drittijiet. Dan huwa suġġett li ilni nsegwi għal diversi snin għaliex nemmen li għandu impatt kbir fuq l-ekonomija u s-soċjetà b’mod ġenerali. Fil-funzjoni tiegħi ta’ Membru Parlamentari Ewropew ninsab kommess biex matul is-snin li ġejjin inkompli naħdem favur Suq Ewropew li jkollu regoli aktar trasparenti u ġusti, sabiex jinbena ambjent aktar miftuħ u sigur fejn joperaw dawn il-pjattaformi diġitali. Dan għandu jwassal sabiex il-konsumaturi jkunu protetti minn kull abbuż kif ukoll biex pjattaformi iżgħar u dawk emerġenti jingħataw iċ-ċans li jgawdu mill-benefiċċji wiesgħa li joffri s-Suq Uniku.
NIKBRU FLIMKIEN Georvin Bugeja Segretarju Ġenerali FŻL
Fil-ħajja, kollox issir pass wara ieħor. Fl-ewwel xhur wara t-twelid tibda billi titgħallem kif iżżomm dritt, imbagħad tibda tesplora sakemm tkun sod biżżejjed biex iżomm dritt, u tibda timxi u eventwalment tiġri. Hekk ġara lil pajjiżna. Malta ma twilditx fl-2013, iżda tista’ tgħid li ċ-ċirku ekonomiku tal-pajjiż ingħata nifs ġdid b’politika li imbuttat ’il quddiem l-amministrazzjoni l-ġdida tal-pajjiż. F’sitt snin, rajna l-ekonomija ta’ Malta tistabbilizza u ssir soda biżżejjed biex tibda timxi u saħansitra tiġri f ’kompetizzjoni ma’ sħabha l-pajjiżi Ewropej. Għaliex minkejja li
f ’element diplomatiku r-relazzjoni hija waħda tajba, ilkoll nibqgħu kompetituri ta’ xulxin f ’suq waħdieni li jiftaħ possibiltajiet ġodda u orizzonti li mhux neċessarjament dejjem ikunu fuq ħsibijietna. Filwaqt li l-ekonomija stabbilizzat, kbirna wkoll. Tgħiduli, imma hekk sirna, ekonomija biss? Kif ngħidu n-numri diffiċli tmerihom u kapaċi joffru stampa aktar ċara mill-kuluri fuq it-tila. Din il-ġimgħa nqara l-baġit. Eżerċizzju fejn il-pajjiż ikun jaf x’se jkunu l-prijoritajiet talGvern għas-sena li ta’ wara, kif ukoll fejn intnefqu flusna, xi proġetti saru u fl-aħħar millaħħar il-qagħda ekonomika tal-pajjiż. Sa sitt snin, jew seba’ baġits ilu, in-nies kienu jieħdu qatgħa meta jasal dan il-perjodu tas-sena għaliex kienu jkunu qed jistennew li fost oħrajn jitħabbru taxxi ġodda. Madanakollu, l-istorja nbidlet ta’ taħt fuq. Tirrealizza dan meta l-kritika tkun “żied lil kulħadd, imma lili żiedni daqstant biss.” Sirna nitkellmu fuq żidiet, imma tingħata l-ġenb li dan kien baġit ieħor bla taxxi ġodda u mingħajr ma żdiedu dawk
eżistenti. Hawnhekk ninnota konsistenza f ’dawn l-aħħar baġits ta’ Gvern Laburista. Kien hemm kontinwità bejn wieħed u ieħor – bħal katina li ħolqa tiġbed lil oħra. Nemmen li dan kien baġit soċjali fejn l-għan tiegħu kien li jgħin lil min l-aktar li għandu bżonn assistenza fis-soċjetà. Għal sena oħra żdiedu l-pensjonanti b’ammonti konsiderevoli. Is-settur tad-diżabilità baqa’ prijorità. Bi pjaċir jinnota ż-żieda fil-pensjonijiet għal persuni b’diżabilità kif ukoll l-għajnuna għall-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità severa. Apparti minn hekk, il-Gvern ħabbar il-miżura li se tagħti lura lil min iħaddem parti sostanzjali mill-VAT imħallsa fuq apparati speċjalizzati. Għall-kuntrarju ta’ kif beżżgħuna fl-2013, reġgħu żdiedu l-istudenti fl-istipendji. Tkompliet l-iskema għall-first time buyers u żdied il-capping biex dawk li qed jixtru l-ewwel proprjetà tagħhom jingħataw aktar għajnuna, u tkompla t-trasport b’xejn għall-istudenti fost l-oħrajn. Tkompliet tingħata wkoll l-importanza lill-kwalità tal-ħajja
bid-diversi proġetti li tħabbru fil-komunità, il-ġurnata leave oħra li kien ħadilna ħaddieħor għall-festi li jaħbtu fi tmiem ilġimgħa, il-bonus ta’ darba għal kull dar, u għat-tielet sena konsekuttiva, rifużjoni fuq it-taxxa. Il-Gvern ħabbar ukoll għajnuna lill-familji ġodda bil-bonus ta’ €300 għal kull wild jew tarbija addottata. Dan apparti li se jitkompla xogħol fuq faċilitajiet sportivi madwar il-pajjiż. Ilna nisimgħu ħafna dwar il-prezzijiet tal-proprjetà u bi pjaċir ilqajt it-tħabbira tal-għajnuna liż-żgħażagħ biex ikunu sidien ta’ darhom anke jekk ma jkollhomx likwidità li jħallsu f ’daqqa l-10% depożitu. Malta saret hub għall-innovazzjoni u t-teknoloġija. L-AI u l-blockchain baqgħu jingħataw l-importanza li jistħoqqilhom biex inkunu lesti għall-futur. Se tissaħħaħ ukoll l-edukazzjoni b’investiment fi skejjel ġodda, fl-MCAST u fl-Università ta’ Malta u skejjel oħrajn. Apparti minn hekk, biex tissaħħaħ il-lingwa Maltija, se jkun hemm investiment għal ċekkjatur bil-Malti onlajn. Kif kont ktibt f ’artiklu ieħor ftit tal-ġimgħat ilu fuq din il-
gazzetta, f ’dawn is-snin kien hemm bosta kritika dwar l-ambjent, uħud minnha ġustifikata. Ħadt gost nara l-akbar baġit li jippromwovi l-politika tal-ambjent ’il quddiem fi snin twal. Għalhekk nilqa’ r-rieda talGvern biex ikompli jiġġieled it-tibdil fil-klima biex jissaħħaħ l-ambjent ta’ madwarna. L-iskemi għal min jixtri vetturi elettriċi, projbizzjoni ta’ importazzjoni ta’ single use plastics, u inċentivi lin-negozji għal green corners kif ukoll l-introduzzjoni ta’ beverage container recycling scheme u water fountains fl-iskejjel għandhom l-għan li jtaffu l-problemi ambjentali u jilħqu l-miri internazzjonali li għandu pajjiżna. Intenni, kif għamilt f ’kitbiet preċedenti, li hawnhekk aħna lkoll irridu mmiddu idejna biex ngħinu u nipproteġu l-ambjent għal kwalità ta’ arja aħjar. Għalhekk naħseb li din il-viżjoni li għandu l-Gvern ta’ Malta Tagħna Lkoll biex naslu għall-aqwa żmien ta’ pajjiżna qed naslu għaliha bil-politika ta’ kontinwità u stabbiltà li qed jipprovdi l-Gvern, biex flaħħar mill-aħħar, nikbru lkoll flimkien.
21
20.10.2019
kullhadd.com
GVERN MAN-NIES, BAĠIT GĦAN-NIES
Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew
Fid-diskors tiegħu wara l-preżentazzjoni tal-baġit, il-Prim Ministru stqarr li m’għandu l-ebda intenzjoni li jwaqqaf ħidmietu. Bl-istess mod, il-baġit għas-sena 2020 hu sinjal ċar li dan il-Gvern mhux ser jieqaf hawn; anzi, b’dan il-baġit, wera kemm hu Gvern li kapaċi jiġġedded u jissaħħaħ. Fi ftit kliem, dan il-baġit kien dwarna. Dwar il-familji tagħna, dwar l-anzjani u ż-żgħażagħ tagħna, dwarna l-ħaddiema, dwarna l-individwi b’interessi diversi, mill-isport, għall-kultura, jew il-volontarjat. Dwarna li dejjem infittxu iktar għarfien u tagħlim, u dwarna li moħħna mistrieħ mis-servizzi tassaħħa ta’ pajjiżna. Gvern Laburista qatt ma beża’ milli jaffaċċja l-isfidi soċjali, u dan il-baġit għamel l-istess. Il-baġit ma ħeba l-ebda kwistjoni taħt ittapit, anzi, indirizza sitwazzjonijiet ibsin fil-ħajja ta’ ħafna Maltin u Għawdxin. Forsi l-ikbar tħassib tagħna bħalissa hi l-affordabilità tal-proprjetà f ’pajjiżna. Hi realtà li hekk kif l-ekonomija kibret, il-prezzijiet tal-proprjetà għolew magħha. Sar diffiċli li wieħed jixtri l-ewwel dar tiegħu, jew saħansitra jsib post bil-kera. Koppji żgħażagħ ħbieb tiegħi, u koppji li ltqajt magħhom f ’ħidmieti, qed jistinkaw biex jixtru dar fejn jibnu familja, iżda mhumiex isibuha faċli. Ċerta li s-self bla interessi biex ikun jista’ jinħareġ id-depożitu għax-xiri ta’ proprjetà se jkun qed jgħin eluf ta’ persuni, u jagħtihom imbuttatura biex jinvestu fil-proprjetà li tkun tagħhom. Il-benefiċċji estiżi fil-qasam tal-kera, flimkien mal-investiment fil-housing socjali, jkompli jsaħħaħ il-fiduċja tiegħi li dan ilGvern għandu ruħ soċjali. Id-determinazzjoni tal-Gvern li jikkumbatti l-prezzijiet tas-suq tal-kera hi ċara, u dan għaliex dan hu Gvern li jemmen li kull għajxien għandu jkun dinjituż, u li kulħadd ħaqqu saqaf fuq rasu. Id-dinjità nsibuha wkoll fil-karriera tagħna. Meta xogħolna jagħtina sodisfazzjon personali, u meta
nħossuna stmati u rispettati bħala ħaddiema, is-saħħa mentali u fiżika tagħna tgawdi. Dan il-baġit mhux biss jiffoka fuq mezzi ġodda ta’ kif jiġġieled il-prekarjat, iżda kompla jżid jum ieħor leave, għaliex jagħraf li l-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix, iżda bil-ħin ta’ mistrieħ għalih u ma’ familtu. U l-ħin għalina ħaqqna nqattgħuh f ’ambjent trankwill, nadif, u miftuħ. Tul ix-xhur li għaddew, tkellimt ħafna fuq il-bżonn ta’ spazji ħodor f ’nofs iċ-ċentri urbani tagħna, għaliex nemmen li dan iwassal għal soċjetà iktar b’saħħitha u ambjent isbaħ għal kulħadd. Se jkunu bosta lokalitajiet li jgawdu minn din il-bidla, mingħajr ma ninsew ukoll il-proġett ta’ afforestazzjoni f ’Ta’ Qali. Ambjent urban tajjeb jeħtieġ infrastruttura b’saħħitha. Dan ilbaġit mhux biss ikompli jinvesti fit-toroq tagħna, iżda hu innovattiv u qed iżid it-trasport bil-baħar minn bosta bliet u rħula kostali. Dan hu l-pass naturali għal pajjiż ċkejken, magħmul minn gżejjer ħdejn xulxin. L-investiment f ’mezzi ta’ trasport alternattivi jikkonferma li dan il-Gvern hu kommess li jiffaċilita l-ħajja għal kull min jivvjaġġa f ’pajjiżna. Daqstant ieħor hi viżjonarja l-bidla gradwali għal trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd. Mira kbira, iżda resqin lejha: mis-sena d-dieħla, mal-istudenti se jingħaqdu wkoll l-anzjani li jirkbu b’xejn. Hekk mhux biss nippromwovu t-trasport pubbliku, iżda nagħtu s-setgħa lil iktar persuni li jkunu mobbli u indipendenti. Jekk qed nitkellmu fuq mobilità, ma nistax ma nsemmix ix-xogħol li għaddej għal Għawdex biex tissaħħaħ il-konnettività: ir-raba’ vapur kien suċċess, u ser jinżamm; il-fast ferry ser jasal ukoll; u l-infrastruttura Għawdxija ser tkompli tissaħħaħ. Dan kollu se jwassal għal livell ogħla ta’ għajxien fi gżiritna stess. Sitt snin ilu, bdejna mexjin triq ta’ tkabbir u ta’ innovazzjoni. Dan il-baġit qed ikompli jwitti t-triq sabiex aħna lkoll inkomplu nikbru flimkien.
L-investiment f’mezzi tat-trasport alternattivi jikkonferma li dan il-Gvern hu kommess li jiffaċilita l-ħajja għal kull min jivvjaġġa f’pajjiżna
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 10 ta’ Ottubru bit-tajjeb. Imtlejt b’kuraġġ ta’ sur meta dalgħodu smajt Ħadha bi kbira wisq il-Pres- lill-Kap Adrian Delia jgħid ident Franċiż Emmanuel li b’xi mod jew ieħor se jsib Macron li l-Kummissarju min huma dawk li ordnaw nominat minnu, Sylvie Gou- il-qtil tal-bloger Daphne lard ma għaddietx mill-eżami Caruana Galizia. Immedjattagħha quddiem il-Parlament ament għedt li Adrian miexi Ewropew. Tant ħadha bi kbi- fuq il-passi tal-kbir Eddie. ra li immedjatament ħareġ Dak ukoll, meta kien Kap jgħid li Goulard spiċċat vitt- tal-Oppożizzjoni kien qama ta’ logħba politika. Sa fejn lilna li kien se jgħidilna min naf jien affarijiet bħal dawn qatel lil Raymond Caruana u ma jiġrux, la fi Brussell u lan- lil Karin Grech. Nittama biss qas fi Strasburgu. Nispera li li jirnexxilu, għax kbir kemm tal-Labour ma jitħajrux min- kien kbir Eddie l-kbir, qatt nu u joħorgu jgħidu li Toni ma qalilna dak li kien weAbela u Leo Brincat kienu għedna li se jgħidilna. wkoll vittma ta’ logħba politika. Insomma, ma neħodhiex Il-Ħadd, 13 ta’ Ottubru bi kbira għax kulħadd jaf li David Casa jasal għakollox, Milli nista’ nifhem, u minn u kuntatti għandu man, anke dak li smajt l-istamperija, jekk Ana Gomez m’għadhiex jidher li l-Kap Adrian Dehemm. lia se jibda jeħodha off kull nhar ta’ Ħadd. Ma jagħmilx Il-Ġimgħa, 11 ta’ Ottubru ħażin, man, fl-opinjoni tiegħi. Ngħid għalija kont sirt Hemm bżonn li l-partit dar- nagħmel il-geddum meta kull ba glorjuż tagħna jżid l-atti- nhar ta’ Ħadd kont immur vitajiet. Mhux biss biex forsi l-attività tal-ġurnata u ħlief jerġa’ jsir glorjuż, imma għax l-istess erba’ min-nies ma jien niddejjaq ma jkollix fejn kontx tara. Ikun aħjar jekk ilimmur, speċjalment issa li ftit Kap, minflok jaħli nofstanhar ftit bdiet dieħla x-xitwa. Ma’ jgħid l-istess affarijiet lill-istĠorġ tal-ħanut ta’ ħdeja ma ess nies, imur jiltaqa’ ma’ nies tantx sirt nieħu gost għax differenti għax b’hekk forqatt ma nġibha żewġ miegħu. si jimpressjona lil xi ħadd u Tiskanta man, dawk li kienu niksbu xi vot lura minn dawk Nazzjonalisti u, għal xi raġuni l-eluf li telquna. Wara koljew oħra daru mal-Labour, lox, issa l-elezzjoni li jmiss saru akkaniti aktar mil-La- bdiet toqrob, tant li għada se buristi nfushom. Jekk immur jitressaq it-tielet baġit ta’ din sal-każin tagħna, aktarx li ma il-leġiżlatura u kulma jkun nsib lil ħadd ħlief il-barman, fadlilhom ikunu tnejn biss. dejjem jekk insibu miftuħ, għax aktar magħluq milli It-Tnejn, 14 ta’ Ottubru miftuħ. U kultant inħoss li se tagħtini rasi għax bla ma rrid, Ma flaħtx iżjed, man! Tliet nispiċċa nhewden li l-partit sigħat sħaħ, jekk mhux aktar tagħna mhu se jieħu r-ruħ ukoll, iħabbar miżura wara qatt. oħra. Bonus għall-ħaddiema, bonus għal min ikollu jew Is-Sibt, 12 ta’ Ottubru jadotta tarbija, żieda ta’ seba’ ewro lill-pensjonanti, żieda Veru li kultant naqta’ qalbi, għall-persuni b’diżabilità, imma mbagħad ikun hemm żieda lill-ħaddiema kollha, okkażjonijiet li jagħmluli ku- insomma żieda lil kulħadd. raġġ ta’ sur. U llum kienet Tliet sigħat ninkwieta għax waħda minn dawk l-okkaż- f ’qalbi bdejt nistaqsi lili nnifjonijiet u bdejt il-ġurnata si x’seta’ jgħid il-Kap tagħna
Adrian Delia. Imma kien inkwiet ta’ xejn, għax kont insejt li dejjem jista’ jgħid, kif eventwalment għamel, li huwa baġit bla viżjoni u li ż-żidiet li ta ma jiswewx iżjed minn kafè. Iġri nisimgħuh iwieġeb għax żgur li jġib fix-xejn il-ftaħir ta’ Edward Scicluna. It-Tlieta, 15 ta’ Ottubru Jgħidu x’jgħidu Joseph Muscat u Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, il-bagit mhux lil kulħadd għoġob. Tant li kien hemm min irrepeta dak li qal il-Kap tagħna Adrian Delia li huwa baġit ta’ Gvern bla pjan, bla viżjoni, bla soluzzjonijiet. Insomma espressjonijiet oħra li ħarġu minn fomm Adrian Delia. Semmejt dawn it-tlieta għax ċert mija fil-mija li dawn semmihom. U m’għandi l-ebda dubju li se jirrepetihom nhar it-Tnejn meta jwieġeb lil Edward Scicluna. Min jaf kemm qiegħed iħejji għal nhar it-Tnejn. Niftakar is-sena l-oħra kien mar tajjeb, għalkemm kulħadd qabel li Joseph Muscat kien aħjar minnu! L-Erbgħa, 16 ta’ Ottubru Ma tantx kienet ġurnata tajba għall-Kap tagħna Adrian Delia. Qala’ tgħajjira mingħand oħt Daphne Caruana Galizia u sab ma’ wiċċu r-riżenja ta’ Jean-Pierre Debono minn koordinatur politiku tal-partit darba glorjuż tagħna. Wara r-riżenja ta’ Pierre Portelli, din ir-riżenja kien jonqsu l-Kap. Mela issa rridu nsibu lil xi ħadd biex jieħu Pierre Portelli, irridu nsibu teżorier, u rridu nsibu lil xi ħadd minflok JeanPierre Debono. Insomma skont sieħbi tal-Istamperija nistgħu ngħaddu mingħajr koordinatur politiku għax dik il-kariga nħolqot biex Jean-Pierre Debono jdaħħal xi ħaġa wara li ċeda postu fil-Parlament lill-Kap.
23
20.10.2019
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
DAVID it-tifel tas-Surmast
Marija tiżżewweġ lil Bertu Delia magħruf bħala ‘s-Surmast’. Ikollhom tlett itfal, David, Mark u Anna. Bertu kien ta’ dixxiplina kbira u kien iżomm ħafna iebes ma’ wliedu. David, li kien il-kbir fost l-aħwa, kien jitwerwer minn missieru li
għal kull ħaġa ta’ xejn kien jirrabja miegħu u jikkastigah. David ma kienx jaf kif jagħmilha mannies. Ma kienx jaf x’hemm barra minn daru. Imma trid jew ma tridx ikollok tiltaqa’ ma’ nies oħra; l-iskola, barra t-triq, il-ġirien… David jikber. Isir żagħżugħ.
Żagħżugħ twil, gustuż, intelliġenti li jiġbed l-attenzjoni ta’ żgħażagħ oħra. Jiltaqa’ ma’ kollox. Jgħaddi minn bosta esperjenzi. Kif kien se jġib ruħu David fiċ-ċirkostanzi tal-ħajja? X’ser isir minn David u mill-familja Delia?
kbira u ħawtiel. Kellu xi sold. Kien jiġbed rispett u jnissel xi ftit tal-biża’ wkoll, hekk li qala’ l-laqam ta’ ‘Beżża’ l-Art’. Wara li Assweru ħalla din id-dinja, wirtuh uliedu, imma mhux kollha messhom l-istess. Dawk li tgħallmu l-iskola u laħqu, wirtu flus u xi biċċa bini wkoll. L-oħrajn wirtu l-għelieqi u xi ħajta deheb magħhom. Iżda kollha kienu kuntenti. Lawrenz kien wieħed minn dawn talaħħar għax ma kienx xi wieħed itajjar ix-xrar, mhux bħal missieru. Ġara li, jew għax Lawrenz ma setax ilaħħaq mal-familja kbira li kellu, jew għax oħtu Karmena tfal tagħha ma kellhiex, Lawrenza talabha trabbilu wieħed minn
uliedu. Karmena kellha raġel negozjant bil-għaqal, xi ftit tal-iskola kellu, u xi ħaġa mwarrba min-negozju kellu wkoll. Hekk Bertu sab ruħu jitrabba minn zitu Karmena u żewġha. Lil Bertu bagħtuh skola fejn tgħallem u tħallat man-nies. Mar tajjeb fil-lingwi u l-matematika u ħejja ruħu sewwa biex jaħdem. Bertu ma kien jonqsu xejn ma’ zitu u ħassu għal qalbu għad illi kien jgħix bogħod minn familtu. Min jaf jekk kienx ’il bogħod minn ħutu u l-ħajja ma’ zitu, il-feles li daħal bejn Bertu u familtu? Imma forsi t-trobbija bogħod mill-familja ma kinetx il-kaġun waħdieni ta’ din il-firda bierda.
Silta Mill-Ktieb Missier David kien Bertu, ir-raba’ wild fost sebgħa, kollha wlied Lawrenza, bidwi, li kien joqgħod f ’raħal ċkejken. Lawrenz ħareġ għalkollox xorta oħra minn ħutu l-oħra għax ma kien jixbah xejn lil missieru, Assweru. Assweru rabba ħafna wlied ukoll u magħhom kellu erbat iħbula raba’ ġmielhom, jinħadmu minn għadd ta’ bdiewa mqabbdin minnu. Kuljum, Assweru kien jindokra l-għelieqi u jżur il-ħaddiema kollha, riekeb serkin miġbud minn żiemel Franċiż. Kellu ħabta jċaqċaq ilfrosta fl-ajru għal darba tnejn, kull meta jasal biswit xi waħda mill-għelieqi tiegħu biex juri li kien wasal. Kien bniedem ta’ ħila
Mistoqsija: X’kien wiret Lawrenz? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb DAVID. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 27 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb SAJF JAĦRAQ huwa: J. VELLA - KIRKOP
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hemm miżuri li juru li dan il-Gvern se jkompli jwettaq ħidma minħabba l-bdil fil-klima?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
24
20.10.2019
kullhadd.com
IŻ-ŻEFFIENA LI ISSA WKOLL QED TIŻFEN IL-WHEELCHAIR DANCING Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Iż-żfin tħobbu jew ma tħobbux, joħloq certu ferħ u ċaqliq spontanju. Dawk li jitgħallmuh, titpaxxa tħares lejhom jaqblu mal-movimenti tar-ritmu. Dan l-aħħar sirt naf b’żeffiena li aktar ma ssir taf qatt mhu biżżejjed. Filfatt, dan l-aħħar żviluppat it-talenti taż-żfin tagħha billi qed tiffoka wkoll fuq il-wheelchair dancing. Qed nirreferi għal Sarah Farrugia. Għandha 25 sena, toqgħod il-Fgura u xogħolha huwa ta’ għalliema tal-Kimika u tal-Bijoloġija. Bħala passatemp, anzi l-ikbar passjoni tagħha hija ż-żfin. Tħobb ukoll taġġorna u tinforma ruħha fuq affarijiet li għandhom x’jaqsmu max-xjenza. Fi kliem ieħor ix-xjenza taffaxxinaha. Bħala karattru ġeneralment tkun mimlija enerġija u entużjażmu f ’ambjent fejn tħossha komda però taf ukoll tkun xi ftit riservata f ’ċerti mumenti. Tanalizza f ’ċertu dettall dak kollu li jiġri madwarha u dak li tagħmel tagħmlu kollu b’ċerta serjetà u impenn, inkella tħossha qed naħli l-ħin. Taħdem ħafna biex tilħaq il-miri tagħha. “L-imħabba tiegħi lejn ix-xjenza twassalni biex naqsam din l-imħabba lejn is-suġġett ma’ nies oħra – għalhekk is-sodisfazz-
Ma tistax tagħżel li ma tiżfinx f’xi dixxiplina minnhom, speċjalment f’livell kompetittiv. Imbagħad dejjem ikollok il-forte jew il-favoriti tiegħek li fil-każ tiegħi huma l-Jive u r-Rumba u li inċidentalment huma anke l-favoriti ta’ Steve
jon fix-xogħol tiegħi ta’ għalliema tax-xjenza. Insib sodisfazzjon meta ngħin lil ħaddieħor jilħaq il-miri tiegħu u xogħli ta’ edukatriċi jgħinni nsib dan is-sodisfazzjon,” bdiet tgħidli dwarha.
Iż-żfin jirrilassaha mentalment filwaqt li jgħinha tisfida l-abbiltajiet tagħha. Huwa mod ukoll kif tesprimi lilha nnifisha. Sarah ilha dilettanta taż-żfin u tipprattika ż-żfin għal dawn l-aħħar snin. Fil-fatt, ilha minn età bikrija. Kienet tintefa tiżfen fil-kċina u tara r-riflessjoni tagħha fil-ħġieġa tal-kuker! “Ta’ seba’ snin bdejt nattendi lezzjonijiet tal-ballet għand Celaine Buhagiar (li dak iżżmien kellha d-Dance 2000) però wara ftit taż-żmien kellha twaqqaf dawn il-lezzjonijiet għax ma kienx hemm konkorrenza biżżejjed għal din id-dixxiplina. Però, kienet Celaine stess li rrakkomandatni għall-għalliema taż-żfin li għandi llum għax kienet l-istess għalliema tagħha – Pippa Roberts (Pippa Gee Dance Studio). Il-ballet huwa dixxiplina kemxejn diffiċli u studenti ġieli kienu jibdewh u ma jkompluhx, però kien hemm min
ippersevera bħali u lħaqna l-livell ta’ għalliema tal-ballet (Associate N.A.T.D.),” aġġornatni aktar dwarha. Ta’ min jgħid li għal din l-aħħar sena Sarah bdiet tiżfen mal-partner taż-żfin tagħha Steve - li huwa persuna li juża s-siġġu tar-roti, allura flimkien qed jipprattikaw u jiżfnu l-wheelchair dancing. Ridt inkun naf kif tħajret tibda tipprattika din id-dixxiplina u kif saret taf bi Steve u b’liema mod klikkjaw flimkien fiż-żfin. “Jien iż-żfin Latin kien jogħġobni wkoll u dejjem kelli xewqa li jekk ikolli l-opportunità nitgħallmu. Wara li lħaqt għalliema tal-ballet, minflok inkompli l-ballet f ’livell aktar avvanzat biex inkun nista’ nkompli niżfnu jien minflok ngħallmu biss; iddeċidejt li nibda nitgħallem il-Latin. Ms Pippa Roberts kienet taf li Andrew (dak li llum huwa l-able bodied partner tiegħi) beda jfittex partner taż-żfin u għalhekk kien il-mument opportun biex jien nibda nitgħallem din id-dixxiplina. Peress li Ms Pippa kienet il-kowċ ta’ Steve ukoll u dak iż-żmien kien mingħajr partner taż-żfin ħeġġitni biex nibda niżfen miegħu. Għall-bidu kienet deċiżjoni diffiċli għalija għax kont applikajt biex nibda Masters in Science Education ftit tax-xhur wara. Iżda l-għalliema tiegħi kellha fiduċja fija u tatni l-kuraġġ meħtieġ biex naċċetta,” bdiet tirrakkontali. Kompliet tgħidli li għalkemm il-Latin kif ukoll il-wheelchair dancing kienu dixxiplini ġodda għaliha, kellha ħafna inkoraġġiment mid-dancing partners tagħha u ħasset li għandha sfida li trid tirbaħ. “Il-karattri ta’ Andrew u Steve għenu ħafna biex jien komplejt nipprogressa u bdejt
anke nieħu gost ħafna niżfen dan l-istil. Trid paċenzja u perseveranza kbira; apparti li trid taħdem ħafna u b’impenn għal dak li tkun dħalt għalih.” Spjegatli wkoll għaliex il-preferenza tagħha hija għaż-żfin Latin. Dan jikkonsisti f ’ħames tipi ta’ dixxiplini – Rumba, Jive, Cha Cha, Samba u Paso Doble. “Ma tistax tagħżel li ma tiżfinx f ’xi dixxiplina minnhom, speċjalment f ’livell kompetittiv. Imbagħad dejjem ikollok il-forte jew il-favoriti tiegħek li fil-każ tiegħi huma l-Jive u r-Rumba u li inċidentalment huma anke l-favoriti ta’ Steve,” tbissmet tgħidli. Żball waqt iż-żfin jidher ħafna aktar evidenti fil-wheelchair dancing Tkellimt magħha dwar jekk hemmx xi teknika speċjali li trid tkun taf sabiex tiżfen il-wheelchair dancing. “It-teknika ta’ kull żifna tal-Latin tibqa’ l-istess, iżda l-fatt li qed tiżfen ma’ persuna fuq wheelchair trid titgħallem taġġusta t-teknika u anke tinvolvi ħiliet addizzjonali bħall-għarfien li trid tkun aktar sinkronizzata mal-partner tiegħek fuq il-wheelchair biex dan iħoss u jabbina l-movimenti tiegħu ma’ tiegħek. Apparti minn hekk, żball waqt iż-żfin jidher ħafna aktar evidenti fil-wheelchair dancing.” Ridt nieħu l-opinjoni ta’ Sarah dwar dak li tinnota jekk fil-verità l-wheelchair dancing hux popolari hawn Malta jew għad le. “Nibda biex ngħid li l-għalliema tagħna, Ms Pippa Roberts hija l-fundatriċi tal-M.W.D.A (Malta Wheelchair Dancesport Association) li ilha mwaqqfa għal dawn l-aħħar 18il sena (2001). Dan kien kunċett kompletament ġdid għal Malta, iżda li kompla jżid fil-popolarità. Naħseb li hawn Malta però għad hawn xi jsir biex tinbidel il-mentalità li min għandu xi forma ta’ diżabilità jista’ jkun abbli f ’dixxiplini diversi bħal sport u żfin.”
25
20.10.2019
kullhadd.com
Mitluba tgħidli x’sodisfazzjon itiha ż-żfin, speċjalment il-wheelchair dancing, Sarah weġbitni, “Kif għidt aktar ’il quddiem, iż-żfin huwa l-passjoni tiegħi u mhux sempliċiment passatemp. Hemm sodisfazzjon personali li inti qed tagħmel xi ħaġa ta’ sfida, li tiltaqa ma’ kompetituri oħra u titgħallem ħafna mill-esperjenzi tagħhom, li tkun qed tagħti pjaċir lill-udjenza (xi ħaġa aktar importanti mill-premjijiet li jirnexxilek iġġib) u l-ikbar sodisfazzjon għalija huwa li tkun qed tirrappreżenta u tagħmel isem għal pajjiżek. Meta nżomm il-bandiera Maltija u nisma’ l-innu ta’ pajjiżi jindaqq inħoss emozzjonijiet li diffiċli niddeskrivihom. Iż-żfin fuq il-wheelchair jagħtini sodisfazzjon partikolari għax inħoss li minn xi ħaġa li hija meqjusa bħala ta’ żvantaġġ (id-diżabilità), int qed toħroġ xi ħaġa ta’ abbiltà kbira u ta’ spettaklu uniku,” fissritli tajjeb Sarah. Diversi suċċessi kemm f ’Malta u barra minn xtutna Matul din l-intervista sirt naf li n-natura taż-żfin bil-wheelchair tirrikjedi ħafna spazju allura xi kultant ikollhom bżonn jikru s-swali biex jipprattikaw. Spjegatli li t-taħriġ huwa ta’ żfin Latin normali, imma bl-adattament għall-wheelchair. Aktar ma jipprattikaw, aktar aħjar imma b’normalità huma jiltaqgħu darbtejn filġimgħa għal xi sagħtejn jew aktar li ovvjament jiżdiedu meta toqrob xi kompetizzjoni. Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf li matul din is-sena kemm ilhom jipprattikaw żfin b’wheelchair flimkien, kisbu diversi suċċessi hawn Malta stess u anke l-Olanda, il-Ġerman-
ja, id-Danimarka u l-Ingilterra. “Naħseb ftit huma n-nies li jafu li hawn Malta, darba f ’sena ssir kompetizzjoni ta’ livell internazzjonali ta’ ħafna dixxiplini ta’ żfin mhux Latin biss u fosthom ikun hemm il-kompetizzjoni tal-wheelchair dancing. Din normalment issir f ’Novembru fil-kumpless sportiv tal-Università ta’ Mata u tkun organizzata mill-M.W.D.A. Jien u Steve ħadna sehem fiha l-ewwel darba f ’Novembru tal2018 u ġejna fit-tielet post. Fl-istess xahar ħadna wkoll sehem f ’kompetizzjoni fis-Slovakkja u rġajna ġejna t-tielet post. Qabel din il-kompetizzjoni, f ’Awwissu 2018 ħadna sehem fil-German Open ġewwa Frankfurt u ġejna fl-istess post. Għal din is-sena, l-ewwel kompetizzjoni kienet il-Holland Dans Spektakel fejn erġajna ġejna fit-tielet post. Fix-xahar ta’ Ġunju ħadna sehem fi tliet kompetizzjonjiet – l-ewwel waħda fi Frankfurt, il-Ġermanja, il-Mainhatten Cup fejn ksibna l-ewwel post; l-oħra d-Danimarka għad-Danish Latin American Dance Worldcup fejn ksibna t-tieni post u fl-aħħar ta’ Ġunju ħadna sehem fil-Manchester Grand Prix u ksibna l-ewwel post,” stqarret miegħi kuntenta. Bżonn ta’ aktar interess fil-wheelchair dancing Interessajt ruħi aktar dwar l-irwol eżatt li jġibu magħha l-wheelchair dancing. Fil-fatt, sirt naf li dawn ikollhom diversi kategoriji fosthom żewġ persuni fil-wheelchair; persuna waħda fil-wheelchair u l-oħra bil-wieqfa, kif ukoll diversi kategoriji oħrajn skont it-tip ta’ diżabilità. F’kull kategorija tikkompeti/tiżfen darbtejn jew
iktar u jekk tgħaddi tasal sal-finali. It-tul jiddependi fuq in-numru ta’ kompetituri. Mill-wheelchair dancing, qlibt l-intervista dwar iż-żfin l-ieħor li tipprattika Sarah. Filfatt, hija tiżfen ukoll mal-partner l-ieħor – Andrew. “Ma’ Andrew nikkompetu aktar fuq bażi lokali. Ma’ Steve jirnexxilna nikkompetu fuq bażi internazzjonli għax minħabba n-natura partikolari taż-żfin ikollna aktar sponsorships. Mingħajr dawn ma nkunux nistgħu nikkompetu u nieħdu isem Malta barra minn xtutna, apparti l-fatt li min jisponsorjana ikun qiegħed jesponi ismu wkoll fuq livell internazzjonali.” Fl-aħħar nett, Sarah xtaqet tħeġġeġ lill-poplu Malti u Għawdxi biex jieħu aktar interess fil-wheelchair dancing u jagħti aktar sapport meta jkollna kompe-
tizzjonijiet hawn Malta. “B’hekk inkunu qed innaqqxu isem Malta f ’din id-dixxiplina pjuttost innovattiva. Appell partikolari jmur għal nies li għandhom xi forma ta’ diżabilità biex ma jaqtgħux
qalbhom u jkunu aktar attivi billi jagħmlu dak il-pass meħtieġ ħalli joħorġu l-abbiltajiet tagħhom u jsibu passjoni li tista’ tgħinhom kemm b’mod fiżiku, kif ukoll psikoloġiku.
26
20.10.2019
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
20.10.2019
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 299
D. SANT - MELLIEĦA
Bi 3 Numri 108 389 397 437 453 491 551 752 844 B’4 Numri 0076
0533 0737 1450 1708 2527 2853 3081 3844 4186 4647 4763 4934 5469
5994 6034 6416 6465 6678 6874 7320 7837 7856 8296 8427 8525 8882
8887 8890 9281 9468 9788 9850 9935 B’5 Numri 04508 11105 17195 22935
23013 23742 28605 28879 30452 35838 37737 52781 60798 65031 67168 71839 73103
83442 88170 92186
4827121 5751235 7258448 7983117 9012014 9505097 9832864
B’6 Numri 069814 626316 681773 938690 Bi 8 Numri 88057288 B’7 Numri 95473476 0945354 2845999
1. 4. 7. 9. 10. 12. 16. 18,19. 19. 20. 21.
Mimdudin: Ikel (5) Strada (4) Ara 2 Ara 6 L-ewwel xahar (6) Karti ħoxnin (6) Lemħu (3) Kittieb (5) Ara 18 L-istess (5) Azzjoni (3)
23. 24.
Ara 3 Iffastidjat (5)
6,9. Ġab aktar qrib (6) 8. Knisja (9) Weqfin: 11. Ara 5 1. Kompli l-qawl: 12.,21W. Nofs Ix-xita l-bikrija tan-nofs (5) tnibbet il-......(6) 13. Lemħu (3) 2,7. Xidd (5) 14. Mhux ġdida (6) 3,23. Dan mir-raħal 15. Biċċiet (6) t’isfel? (7) 17. Nirfsu fuqha (3) 5,11. Werqa tajba 21. Ara 12 wieqfa fiz-zalza (5) 22. Frott (3)
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Marzu, 4.Xita, 7,19.Mmira, 9,17. Sassla, 10.Damato, 12.Marker, 16.RSA, 18.IA, 20.Barak, 21.Sar, 23.Frar, 24.Ilsir
Weqfin: 1.Musmar, 2,Ras, 3,5.Umdita, 6,12. Aroma, 8.Maskarati, 11.Ma, 13.Ria, 14.Rilors, 15.Dardir, 21.Suf,22.RMA
28
20.10.2019
IXERRDUHA LI PULI SE JITLAQ
kullhadd.com
• FL-ISTAMPERIJA U FIL-GRUPP PARLAMENTARI TAL-PN ĠRIET IL-KELMA LI S-SEGRETARJU ĠENERALI TAL-PN JAF IPARPAR UKOLL • TOGĦKOR L-GĦAJN LAQGĦA LI KIEN HEMM BEJN JEAN PIERRE DEBONO U CLAUDIO GRECH Fil-kurituri tal-Istamperija u fi ħdan ilGrupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista qed tiġri l-kelma li s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli, qed jikkunsidra li hu wkoll jabbanduna l-vapur tat-tmexxija fil-ġimgħat li ġejjin. It-terminu ta’ Clyde Puli se jiskadi fi ftit ġimgħat oħra u jrid jerġa’ joqgħod għal vot intern fil-Partit Nazzjonalista biex ikun ikkonfermat. Puli hu konxju li dan hu vot li jaf ma jirbħux kif ġieb u laħaq anke fid-dawl tal-kritika enormi li dabbar sa minn wara l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Ħafna xeħtu fuqu wkoll it-tort tat-telfa hekk kif wara l-agħar riżultat tal-Partit Nazzjonalista fl-aħħar snin mhux biss infetaħ attakk fuq il-Kap iżda wkoll fuq dawk ta’ madwaru. Għalkemm Delia rnexxielu jsalva vot ta’ fiduċja għad-diżappunt tal-fazzjoni ta’ Busuttil. Fost l-argumenti li hemm min qed iġib kontra Puli hemm dik li s-Segretarju Ġenerali m’għandux ikun ukoll deputat parlamentari biex jikkonċentra għalkollox fuq l-operat tal-partit u ma jkollux interess f ’distrett fejn irid jissielet biex ikun elett. Din hi xi ħaġa li ħafna qed jipprovaw jikkonvinċu lil Delia dwarha u jidher li hu mhux għalkollox kontra
l-idea. Li Clyde Puli jaf qed jaħsibha hu sigriet magħruf fost bosta membri tal-Grupp Parlamentari li fosthom kien hemm min saħaq li Adrian Delia ftit li xejn qed jagħmel biex jikkonvinċi mod ieħor lis-Segretarju Ġenerali. Dan għax il-Kap qed jaħseb li billi jeħles minn dawk li attakkat il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil ikun jista’ jġib ftit paċi fil-Partit Nazzjonalista u t-tmexxija tiegħu ma tibqax taħt attakk kontinwu. Iżda, dawk li jafu sew kif jaħdmu l-affarijiet qed isostnu li mal-mument li lil Delia jsibuh iktar dgħajjef se jerġgħu jattakkawh. Għaliex biex Delia salva l-vot ta’ Awwissu li għadda kellu bżonn bilkbir l-għajnuna ta’ nies bħal Cylde Puli u Jean Pierre Debono li kienu strumentali biex sentejn ilu sar Kap għax il-Partit Nazzjonalista jafuh fuq ponot subgħajhom. Debono jaħseb fih innifsu Din il-ġimgħa Jean Pierre Debono rriżenja mill-irwoli li kellu fl-Istamperija għalkemm tenna l-impenn tiegħu lejn il-Partit Nazzjonalista u l-kandidatura għall-elezzjoni ġenerali fuq is-seba’ distrett. Però t-tluq ta’ Debono fisser it-
telf ta’ alleat kbir ta’ Delia li kellu esperjenza twila mal-għeruq tal-Partit Nazzjonalista. Ma’ dik tal-istrateġista politiku John Zammit xhur ilu din ir-riżenja kienet meqjusa bħala ħasda għax bħal Zammit, Jean Pierre Debono kien fdat sew minn bosta kapijiet tal-Partit Nazzjonalista. Għalkemm pubblikament m’esprimiex id-dwejjaq tiegħu, Jean Pierre Debono baqa’ urtat għall-mod kif wara li ċeda s-siġġu lil Delia biex seta’ ħa postu fil-Parlament u seta’ sar Kap tal-Oppożizzjoni baqa’ mitlub jagħmel sagrifiċċju wara ieħor biex il-Kap jipprova jintgħoġob mal-klikka ta’ Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami u l-oħrajn. B’hekk iddeċieda li minn issa ’l quddiem jaħseb għal rasu u jekk irid Adrian Delia jara hu. Biex Delia qed jibda jitlef ukoll lill-alleati tiegħu fl-Istamperija. Sorsi fl-Istamperija qalu li għokrot l-għajn laqgħa li kien hemm bejn Jean Pierre Debono u Claudio Grech f ’post viċin l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta proprju fil-bidu tal-ġimgħa, sigħat qabel tħabbret ir-riżenja tal-istess Jean Pierre Debono. Fl-Istamperija din il-laqgħa
ngħatat iktar minn interpretazzjoni waħda u qajmet ħafna mistoqsijiet inkluż dwar xi rwol qed jieħdu nies bħal Claudio Grech li pubblikament joqogħdu lura ħafna u jkunu kawti ħafna xi jgħidu. Iżda, il-messaġġ ewlieni li qed joħroġ hu dak li Delia qed jitlef lil ta’ madwaru biex jipprova jpaxxi lil ta’ kontrih. Is-sorsi fil-Partit Nazzjonalista fakkruna kif anke Herman Schiavone kien iddispjaċut li Delia talbu jissospendi lilu nnifsu mill-Partit Nazzjonalista. Anke jekk kienet sospensjoni finta għax kien imwiegħed li se jidħol lura fi ftit xhur. Schiavone ħass li kien hemm deputati li kellhom ħafna fuqiex ikunu sospżi, iżda għal xi raġuni kien hu l-ħaruf tas-sagrifiċċju.