www.kullhadd.com Il-Ħadd, 21 ta’ April, 2019
Ħarġa Nru 1,345 Prezz €1
MISTIEDNA SPEĊJALI GĦALL-EWWEL TA’ MEJJU • L-artista Corona u d-DJ Federico Scavo se jkunu Malta biex jagħtu spettaklu fl-attivita tal-Partit Laburista Ara paġna 9
IL-PARTIT LABURISTA SE JLAQQA’ KONFERENZA ĠENERALI B’DIFFERENZA Ara paġni 11 u 28
KISRU WEGĦDA MAL- GĦAWDXIN
• Simon Busuttil u l-koppja Farrugia assenti mill-vot dwar il-link permanenti bejn Malta u Għawdex • L-Eks Kap tal-PN reġa’ ħadha kontra d-direzzjoni tal-Kap preżenti Adrian Delia
Ara paġna 4
• Kiser il-kelma tiegħu stess għax kien wegħedha filmanifest elettorali tal-Forza Nazzjonali
02
21.04.2019
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 14°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa fuq l-Alġerija li testendi saċ-ċentru tal-Mediterran ser tersaq lejn it-Tramuntana It-Temp: Pjuttost imsaħħab b’ħafna sħab għoli Ir-Riħ: Qawwi għal qawwi ħafna mix-Xlokk Lvant li jsir qawwi ħafna Il-Viżibilità: Ġeneralment Tajba Il-Baħar: Qawwi li jsir qawwi ħafna L-Imbatt: Baxx li jsir baxx għal moderat minNofsinhar It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
20°C
UV 5
15°C
Il-Ħamis
22°C
UV 9
15 °C
21°C
Il-Ġimgħa
UV 9
15°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
21°C
UV 9
15°C
20°C
UV 9
13°C
19°C
UV 9
13°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 San Giorgio Pharmacy, Triq Manwel Buhagiar, Pembroke – 21378485 Edward’s Pharmacy, 115, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334102 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 St. Albert Pharmacy, Triq l-Oratorju, Ħal Għargħur – 21413402 Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan c/w Triq William Baker Il-Gudja – 21696422 Safi Pharmacy, St. John Street c/w Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Għawdex
Stampat Miller Distributors Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija – 21563052 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
21.04.2019
kullhadd.com
BIDLULHOM ĦAJJITHOM 110 oqsma tad-djar imferrxin fl-ibliet u fl-irħula se jkollhom lift installat bħala parti minn proġett ambizzjuż għarriġenerazzjoni ta’ dawn il-binjiet. Aktar Kemm ilek tgħix ġo housing estate u tħoss li saret differenza speċjalment fl-aħħar snin?
minn 900 familja se jibbenefikaw minn dan il-proġett b’investiment ta’ €10 miljun li ma jiqafx mal-aċċessibbiltà. Ronald Vassallo tkellem ma’ erba’
persuni li jgħixu f’housing estate dwar jekk il-bidla hijiex tinħass u tejbitx illivell ta’ għajxien u l-aċċessibbiltà għal dawn il-familji.
Anke sempliċement biex titla’ fuq il-bejt tonxor il-ħwejjeġ. Tiffranka ħafna ħin.
Kathleen Camilleri – Bla dubju, il-lift offra iktar aċċessibbiltà għalija l-ewwel waħda. Jien vera għadni żgħira però ħames snin ilu kelli marda terminali. Kont inbati minn uġigħ kbir biex nitla’ u ninżel ittaraġ. Illum fiqt iżda xorta waħda komdu ħafna għax anke jekk sempliċement trid Kathleen Camilleri – Jien ili noqgħod tibdel ċilindru tal-gass, kemm taqbad u ġo housing estate fiż-Żejtun dawn l-aħħar tuża l-lift mingħajr problemi ta’ xejn. 24 sena. Aħna qabel dejjem konna nitolbu biex ikollna kumdità aħjar u qatt ma Carmelo Cassar – Jien noqgħod isfel semgħu l-karba tagħna. Illum mhux talli nett. Fil-bidu li konna noqogħdu hawn, semgħuna imma talli rajna differenza kbi- biex titla’ sa fuq il-bejt kedda. Għandi erbat itfal jiġifieri l-mara kellha ftit problemi ra. bl-ewwel tlieta anke għall-fatt li biex tonxCarmelo Cassar – Għal dawn l-aħħar or il-ħwejjeġ kien ikollha ttella’ t-tfal tliet 38 sena, jien għixt f ’housing estate sulari taraġ kull darba. Illum, m’għandniex fiż-Żejtun. Dażgur li nħoss id-differenza. dik il-problema. Riġenerazzjoni totali grazzi għall-Gvern bil-kollaborazzjoni wkoll tal-Kunsill Lo- Felicienne Spiteri – Jien noqgħod fuq nett. Kull qadja li kien ikolli ridt noqgħod kali. IL-MARSA nuża t-taraġ il-ħin kollu. Lanqas ngħidlek Felicienne Spiteri – Jien ili 31 sena no- kemm-il darba tlajt u nżilt turġien f ’ġurnaqgħod fil-housing estate ta’ Farsina, f ’Ħal ta waħda. Kien litteralment jegħjini. Illum aħħar. Illum ġew installati dawn id-dwal u Qormi. Din il-blokka tawha dawra sew, ngħix f ’kumdità kbira grazzi għal dan il- Kathleen Camilleri - Il-blokka fejn l-intercoms u anke bibien ġodda li joffru lift. dawra li vera kien hemm bżonn li ssir. ngħix jien sar xogħol estensiv fuqha – tib- aktar sigurtà. jid, kisi u xogħol ieħor fl-istruttura tal-binBiex lift jopera fil-komun, kellu jsir 110 housing estates madwar Malta ja. Carmelo Cassar – Swew ħafna. Tkun ukoll tibdil strutturali sostanzjali u b’aktar minn 900 familja se jkunu taf min ħabbatlek u le. Qabel, kull darba qed jibbenefikaw minn liftijiet ġodda. anke ftuħ ta’ bibien ġodda. Tħoss Carmelo Cassar – Daruh kullimkien – ridna noqogħdu nittawlu mit-tieqa biex Kif se taffettwak jew diġà affettwatek li dan kollu għenek biex tgħix dawl, bozoz, qaxxru kull m’hawn, daru naraw min ġie. U aħna stajna nagħmlu f ’ambjent iktar adegwat? din? l-ħadid tat-taraġ u sar il-kisi wkoll. Ġabuh hekk għax noqogħdu isfel nett. Ta’ fuq ma qisu rħama kif għandu jkun. Sar aktar setgħux ikunu jafu min ġie. Anthony Apap – Ħafna. Kemm ilhom li Anthony Apap – Bla dubju. Il-lift mhux aċċessibbli. Fejn qabel lanqas wheelchair għamlulna l-lifts, meta mmorru nixtru ġie- l-unika ħaġa li sar. Sar il-kisi, dawl ġdid, ma seta’ jidħol mill-bieb ta’ barra, illum Felicienne Spiteri- M’hemmx dubju li li jkollna erba’ basktijiet xi nġorru. Erba’ bibien ġodda, plumbing ġdid. Kollox mhux talli jidħol imma talli għandna lift dawn kienu utli u effettivi ħafna. basktijiet tqal mhux ċajta trid kull darba ġdid. U kollox b’xejn għax aħna mhux ħa ukoll. titla’ t-taraġ bihom. Però mhux ix-xiri biss. noħorġu flus. Kumment ġenerali dwar il-ħidma Felicienne Spiteri – Għenni mhux ftit. tal-Gvern f ’dan ir-rigward u kif illum Issa saħħa għandna ambjent xieraq fejn il-ġurnata qed tiżdied l-aċċessibbiltà ngħixu, nittama li aħna r-residenti nkunu għall-anzjani u għall-persuni responsabbli biżżejjed u nżommuh xier- b’diżabilità kif ukoll ir-riġenerazzjoni aq. Nappella jiena lill-Gvern li peress li din estensiva li qed issir. hija blokka tal-Gvern, isiru l-ispezzjonijiet sabiex jassigura li dan il-post ma jintelaqx Anthony Apap – Ma nistgħux ingergru. u ma ssirx ħsara bla bżonn. Fil-bidu, meta ġejt noqgħod hawn kien fi stat tal-biki. Kważi kważi lanqas nidħlu ma X’bidliet oħra rajtu? Kien hemm min stajna. Illum ġenna tal-art. Ngħixu ħajja semma d-dawl u affarijiet marbuta komda. Anke fejn nipparkjaw il-karozzi mas-sigurtà. tagħna nsibu faċilment. Anthony Apap – Jien ili ngħix ġo housing estate f ’Ħal Qormi ’il fuq minn 40 sena. Differenza kbira. Mhux għalija biss iżda għal dawk kollha li jgħixu fl-istess blokka miegħi.
Anthony Apap – Dwal effiċjenti ġew installati u kien hemm bżonnhom ħafna. Rigward l-intercoms, biex inkun onest, aħna kellna intercom però issa qalgħu l-apparat kollu u weħħlu kollox ġdid. Wiring ġdid u sistema kompletament ġdida u iktar ċara biex tidentifika min iħabbat biebek. U fuq kollox iktar sigura.
ĦAL QORMI
Kathleen Camilleri – Dawn l-aħħar snin taħt dan il-Gvern rajna qabża kbira f ’dan il-qasam. Kuntenta ħafna. Carmelo Cassar – Il-Gvern qed jieħu ħsieb ħafna fuq kollox. Fil-każ tal-housing soċjali, aħna nistgħu naraw u mmissu b’idejna d-differenza li saret f ’dan il-qasam.
Kathleen Camilleri – Ħafna. Aħna qabel il-bieb kien ikun miftuħ beraħ u jidħol Felicienne Spiteri – Dan hu Gvern li min irid. Il-qniepen qas kienu jaħdmu. ħadem ħafna. Uriena biċ-ċar li dan mhux Is-sigurtà kienet waħda minima għall- Gvern tal-voti biss.
04
21.04.2019
kullhadd.com
WEGĦDUHA U ĊAĦDUHA • SIMON BUSUTTIL U L-KOPPJA FARRUGIA ASSENTI MILL-VOT DWAR IL-LINK BEJN MALTA U GĦAWDEX Il-kapijiet ta’ dik li kienet il-Forza Nazzjonali lanqas mill-Oppożizzjoni ma żammew wegħda li għamlu mal-Għawdxin. Minkejja li fil-manifest elettorali tagħhom, għall-elezzjoni ġenerali li għaddiet, qalu li gvern immexxi minnhom jaħdem għal link permanenti bejn Malta u Għawdex kienu assenti mill-vot li ttieħed fil-Parlament dwar issuġġett. Il-vot ittieħed nhar l-Erbgħa li għadda u sab l-appoġġ unanimu tal-membri preżenti fil-kamra tar-rappreżentanti. Simon Busuttil u Marlene Farrugia m’attendewx għall-vot fil-Parlament u l-istess għamel id-Deputat Godfrey Farrugia. Minn stħarriġ li għamlet din ilgazzetta jirriżulta li kemm Simon Busuttil, kif ukoll Godfrey Farrugia ma tawx raġuni għaliex kienu assenti. Għalkemm persuni qrib il-grupp parlamentari tal-Oppożizzjoni qalu b’mod ċar li dan kien sinjal li mhux qed jappoġġjaw dan il-proġett tant bżonjuż għall-Għawdxin. Saħansitra l-Partit Demokratiku kien diġà għamel dikjarazzjonijiet f ’dan is-sens. Minbarra dan l-iktar li jiġbed l-għajn huwa l-fatt li għal darb’oħra Simon Busuttil kien qed jaġixxi kontra d-direzzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, li kien iddikjara fl-istrutturi tal-Partit Nazzjonalista li se jivvota favur il-mozzjoni mressqa mill-Gvern.
Il-koppja Marlene u Godfrey Farrugia telgħet fil-Parlament fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista għalkemm illum jgħidu li jirrappreżentaw biss lill-Partit Demokratiku. Iżda, minkejja dan xorta waħda għad għandhom rabta qawwija ma’ Simon Busuttil u l-fazzjoni tiegħu fil-Partit Nazzjonalista. Tant li mkejjen fil-grupp parlamentari Nazzjonalista qalu li ma kinux sorpriżi li għal darb’oħra kienu qed jieħdu l-istess pożizzjoni u li reġgħet kienet pożizzjoni kontra Adrian Delia. Iżda, fuq kollox kienet pożizzjoni kontra dak imwiegħed minn Simon Busuttil u Marlene Farrugia stess. Xi ħaġa li nnota l-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll meta tkellem fil-Parlament. “Jiġifieri ż-żewġ partiti li huma parti mill-Oppożizzjoni llum kienu qablu bħala parti minn ftehim ta’ koalizzjoni tagħhom illi jkun hemm dan il-committment li jibda jsir dan il-proġett minnufih,” qal il-Prim Ministru li rrefera għal dikjarazzjoni ta’ Jason Azzopardi li jista’ jkun hemm xi tip ta’ kunsens falz jekk l-affarijiet mhumiex kollha magħrufin u kollha ppubblikati. “Bl-istess mod allura kienet wegħda falza li kien hemm miktub fuq il-manifest elettorali tal-Oppożizzjoni li ħa jsir proġett meta fil-fatt dakinhar li saret din il-wegħda konna nafu ħafna inqas milli nafu llum,” sostna l-Prim Ministru.
Hekk dehret il-wegħda fil-manifest elettorali tal-Forza Nazzjonali
Il-Prim Ministru spjega li l-Parlament intalab biex jieħu direzzjoni strateġika fuq dan ilproġett. “Il-Gvern irid isegwi l-parametri kollha tal-liġijiet u din il-kamra mhix ’il fuq mil-liġi. Jiġifieri anki kieku din il-kamra tiddeċiedi, tgħid il-Gvern nivvutaw kollha flimkien li l-Gvern jagħmel xi ħaġa li tmur kontra l-liġi. Din il-kamra m’għandhiex is-setgħa li tagħmilha dik. Jiġifieri aħna qegħdin nitkellmu fuq punt ta’ direzzjoni strateġika,” qal Dr Muscat. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana enfasizzat kif dan
il-proġett huwa msejjes fuq prinċipju li l-iżvilupp ikun wieħed sostenibbli f ’kuntest li jiġu ffaċilitati l-ħajjiet primarjament tal-Għawdxin. Il-Ministru għall-Infrastruttura u t-Trasport Ian Borg qal li x-xogħlijiet li saru bir-reqqa waslu biex dan il-Gvern iħares ’il quddiem għall-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett wara li jkunu ppubblikati l-istudji kollha.
05
21.04.2019
kullhadd.com
IMFAĦĦAR PASS TAL-GVERN MALTI FAVUR IT-TRASPARENZA • PAJJIŻNA B’RIŻULTAT TAJJEB F’ANALIŻI DWAR IT-TRASPARENZA FINANZJARJA Il-Malta Fiscal Advisory Council faħħar inizjattiva tal-Gvern Malti li permezz tagħha talab esperti tal-Fond Monetarju Internazzjonali (IMF) biex jagħmlu analiżi ta’ trasparenza fis-settur finanzjarju f ’pajjiżna. “Il-Kunsill jilqa’ wkoll ir-riżultat pożittiv miksub, fejn kważi l-prinċipji kollha qed jinkisbu, għalkemm f ’livelli differenti,” qal il-Kunsill Amministrattiv fir-rapport annwali tiegħu. Il-Kunsill qal li jaqbel mal-assessjar li għamel il-fond monetarju internazzjonali u anke dwar il-passi li meħtieġa jittieħdu f ’setturi oħra. Kien hemm 35 prinċipju li sar assessjar tagħhom. Fi 11 minnhom Malta kwalifikat bħala pajjiż avvanzat u fi 11 oħra tajbin. Kien hemm 12 oħra deskritti bħala bażiċi. Kien biss f ’żewġ każi li r-rekwiżiti tal-Fond Monetarju Internazzjonali ma ntlaħqux u li
l-Gvern spjega li qed jaħdem fuqhom. Intant, il-Kunsill Fiskali Konsultattiv, analizza wkoll l-ekonomija Maltija għas-sena li għaddiet. Il-Kunsill Fiskali Konsultattiv Malti qal li t-tkabbir ekonomiku fl-aħħar snin kien b’saħħtu u sostnut bil-ħolqien ta’ impjiegi. Tkabbir ekonomiku li fi kliem iċ-!ermen tal-Kunsill, John Cassar White wassal sabiex il-bilanċ fiskali annwali jinbidel minn defiċit għal surplus. Qal li t-tkabbir fl-attività ekonomika u t-titjib fil-finanzi pubbliċi wasslu għat-tnaqqis kostanti fid-dejn bħala proporzjon tal-Prodott Domestiku Gross. “Il-miżuri jinkoraġġixxu wkoll aktar nisa jaħdmu fis-suq tax-xogħol, dan jidher li matul is-snin qed jiġġenera wkoll kontribut pożittiv importanti,” qal l-Ekonomista Malcolm Bray f ’kummenti li ta fl-aħħar jiem.
Il-Kunsill Fiskali fakkar fl-importanza li dawn il-kisbiet ma jintilfux b’infiq mhux sostenibbli jew tnaqqis fid-dħul bla bżonn. Fl-istess ħin, qal kif jeħtieġ li jinżamm bilanċ sabiex l-allokazzjonijiet annwali tan-nefqa fil-Ministeri u l-funzjonijiet tal-istat jissalvagwardjaw il-kwalità fis-servizzi pubbliċi. Qal li dan huwa neċessarju sabiex jinżamm il-potenzjal ta’ tkabbir fit-tul tal-pajjiż u biex issostni l-koeżjoni soċjali. “Bażikament aħna rajna li matul is-snin, il-Gvern prova kemm jista’ jkun jagħmel l-ekonomija tikber u din għenet biex iġġenerat kemm impjiegi u kemm finanzi pubbliċi. Issa aħna qed ngħidu li għal quddiem tajjeb li dan is-surplus jibqa’ hemmhekk biex ikun ta’ salvagwardja kontra r-riskji li jistgħu xi darba jimmaterjalizzaw,” żied Bray.
06
21.04.2019
kullhadd.com
FOND TA’ €120,000 FAVUR IL-ĦARSIEN XIERAQ TAL-ANNIMALI FIL-KOMUNITAJIET Twaqqaf fond b’investiment ta’ €120,000 favur proġetti u inizjattivi relatati mal-ħarsien tal-annimali fil-komunitajiet. Is-Segretarju Parlamentari Camilleri tenna li wara li din il-ġimgħa stess il-Parlament ta’ Malta ddiskuta abbozz ta’ liġi li ser jara l-multi kontra l-moħqrija tal-annimali jirduppjaw fuq dawk tal-2014, issa l-Gvern qiegħed iwaqqaf fond sabiex il-Kunsilli Lokali jkunu jistgħu b’mod dirett japplikaw biex fil-lokalità tagħhom stess iwettqu proġetti u inizjattivi favur il-ħarsien tal-annimali. Il-fond ser ikun qiegħed jitmexxa minn kumitat imwaqqaf apposta, li fih rappreżentanti mill-qasam tal-ħarsien tal-annimali kif ukoll dawk tal-Kunsilli Lokali. Dan filġranet li ġejjin se jibda jilqa’ talbiet ta’ proġetti u inizjattivi li jistgħu jvarjaw minn proġetti ġodda jew ta’ manutenzjoni għal dog parks u cat cafes, programmi ta’ neu-
tering għall-annimali stray fil-lokalitajiet kif ukoll diversi programmi ta’ informazzjoni favur il-ħarsien xieraq tal-annimali. “Dan il-Fond ser ikompli jgħin b’mod dirett l-annimali, din id-darba dawk li qegħdin fil-komunitajiet fejn apparti li ser inkomplu ninvestu fid-direttorat tal-animal welfare ser inkomplu ngħinu s-santwarji tal-annimali. Issa ser inkunu qegħdin nindirizzaw dawk l-annimali li jinsabu fil-lokalitajiet tagħna fejn ħafna drabi dawn ikunu qegħdin jingħataw l-attenzjoni meħtieġa mir-residenti tal-istess lokal,” sostna s-Segretarju Parlamentari Camilleri. Is-Segretarju Parlamentari għallGvern Lokali u Komunitajiet Silvio Parnis qal li din hija inizjattiva importanti li biha l-Kunsilli Loka-
li se jgħinu lil dawk l-annimali li għadhom ma sabux kenn. Is-Segretarju Parlamentari qal ukoll li din l-inizjattiva tal-lum, li qed issir anki b’kollaborazzjoni mad-Direttorat għall-Gvern Lokali, se tkun qed ittejjeb il-ħajja ta’ ħafna annimali. Dan imur id f ’id mar-Riforma filGvern Lokali għaliex bil-liġi f ’kull Kunsill Lokali se jkun hemm kunsillier responsabbli mill-ħarsien tal-annimali.
Il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici żar it-Tempji Neolitiċi tal-Ġgantija waqt avveniment organizzat minn Heritage Malta b’kollaborazzjoni mal-PBS, li waqtu, ir-Rappreżentant ta’ Malta għall-Eurovision 2019 Michela Pace kienet qed tittimbra l-Passaporti tal-istudenti ta’ Heritage Malta. Waqt l-avveniment, numru ta’ tfal u membri familjari tagħhom kellhom l-opportunità li jżuru t-Tempji tal-Ġgantija, sit ta’ wirt dinji tal-UNESCO, bla ħlas, grazzi għal din l-iskema.
07
21.04.2019
kullhadd.com
32,000 APPLIKAZZJONI ĠDIDA F’SENA GĦAL MEDIĊINI B’XEJN • IL-GVERN MHUX BISS JOFFRI L-MEDIĊINA, IŻDA JARA LI S-SERVIZZ IKUN AĊĊESSIBBLI MINGĦAJR XKIEL Bejn l-1 ta’ April tas-sena 2018 u l-aħħar ta’ Marzu ta’ din is-sena, id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa daħlulu aktar minn 95,178 applikazzjoni li 32,000 minnhom kienu applikazzjonijiet ġodda għal mediċini mogħtijin b’xejn mill-Gvern. Minn ftit taż-żmien ilu ’l hawn dawn l-applikazzjonijiet bdew isiru minn tliet postijiet differenti u b’hekk ġie evitat ħafna skariġġ u telf ta’ żmien għall-individwu li kien ikollu jmur bilfors l-uffiċċju tal-POYC fi Gwardamanġa. Illum l-applikazzjonijiet jistgħu jsiru wkoll mill-friegħi tal-POYC fl-Isptar Mater Dei u fiċ-Ċentru tas-Saħħa f ’Raħal Ġdid. Minn ċifri uffiċjali jirriżulta li tul dan l-istess perjodu mill-fergħa talPOYC f ’Mater Dei daħlu 10,812-il applikazzjoni ġdida għall-għoti ta’ mediċini b’xejn filwaqt li miċ-Ċentru tas-Saħħa f ’Raħal Ġdid daħlu 3,002 applikazzjonijiet. F’ dawn iż-żewġ friegħi ma jsirux biss applikazzjonijiet ġodda għal mediċini b’xejn, imma jsir kull xogħol ieħor li jsir fl-uffiċċju prinċipali tal-POYC. Jirriżulta li matul il-perjodu kwotat mill-fergħa tal-POYC f ’Mater Dei nħadmu 3,669 applikazzjoni għal żieda f ’mediċini mogħtijin b’xejn, ġew emendati 13,764 applikazzjoni mal-POYC filwaqt li ġew reġistrati 2,168 persuna oħra mal-POYC. Iġġeddu wkoll 889 applikazzjoni tal-Iskeda V, magħrufa aktar bħala l-Kartuna s-Safra, li issa minflok għal ħames snin se
Dan ikun ifisser li madwar 7,000 persuna kull xahar ma jibqgħalhomx il-ħtieġa li jmorru personalment għand il-POYC bl-applikazzjoni
tkun valida għal 10 snin. Fir-rigward tal-fergħa tal-POYC fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid inħadmu 1,043 applikazzjoni għal żieda f ’mediċini mogħtijin b’xejn, ġew emendati 3,986 applikazzjoni mal-POYC filwaqt li ġew reġistrati 705 persuni oħra mal-POYC. Iġġeddew ukoll 531 applikazzjoni tal-Kartuna s-Safra. Meta kkummenta dwar dawn iċ-ċifri, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li “dawn iċ-ċifri juru kemm kien għaqli li ttieħdu dawn id-deċiżjonijiet għax b’hekk ġie deċentralizzat ix-xogħol konness u li ċertament fisser aktar kumdità u ffrankar ta’ ħin għaċ-ċittadini. Wieħed jirrealizza din il-kumdità meta jqis li kollox ikun qiegħed isir mill-istess post u li fi ftit ħin minn xħin it-tabib ikun irrakkomanda l-għoti tal-mediċini konċernati, iċ-ċittadin imur f ’kamra oħra u minn hemm issir l-applikazzjoni.” Sadanittant f ’Għawdex bejn Jannar u Diċembru tas-sena 2018 kien hemm 5,007 applikazzjonijiet ġodda għall-ħruġ ta’ mediċini b’xejn, 943 applikazzjoni ġdida għal reġistrazzjonijiet mal-POYC u 9,399 emenda ta’ applikazzjonijiet mal-POYC. In-numru ta’ pazjenti reġistrati mal-POYC huwa ta’ aktar minn 163,000. L-ammont ta’ mediċini mqassma bejn l-1 ta’ April 2018 u l-31 ta’ Marzu 2019 kien ta’ 254.6 miljun b’valur ta’ €27,775,645. Fil-jiem li għaddew id-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne ħabbar li minn dan ix-xahar il-validità tal-Kartuna s-Safra ġiet estiża għal 10 snin kuntrarjament għal terminu ta’ ħames snin kif kienet s’issa. “B’din id-deċiżjoni madwar 3,000 pazjent kull xahar se jkun iffrankat lilhom l-iskariġġ u l-ħin li kienu jieħdu biex imorru l-Isptar Mater Dei u l-POYC sempliċiment biex iġeddu l-Kartuna s-Safra,” qal id-Deputat Prim Ministru. F’Marzu li għadda d-Dipartiment tal-POYC nieda wkoll sistema ġdida li se sservi ta’ Reġistru Nazzjonali ta’ dawk intitolati għal għajnuna medika b’xejn b’konformità ma’ Skeda V tal-Att tas-Sigurtà Soċjali. Is-sistema se sservi wkoll bħala reġistru ta’ pazjenti li għandhom dik li tissejjaħ Control Card for Dangerous Drugs. Barra minn hekk din is-sistema l-ġdida se tkun
qed tirreġistra kull reġistrazzjoni li saret fl-iskemi mħaddmin millPOYC, li huma l-POYC innifisha, is-Coeliac Scheme, Named Patient Scheme, is-70+ Home Delivery Scheme u l-Bulk Items Home Delivery Scheme. Sadanittant għaddej ix-xogħol fuq il-pjan li permezz tiegħu din is-sistema l-ġdida tkun tista’ tintuża wkoll mit-Tobba tal-Familja biex japplikaw onlajn għall-Kartuna s-Safra jew l-emendar tagħha għall-pazjenti tagħhom. Dan ikun ifisser li madwar 7,000 persuna kull xahar ma jibqgħalhomx ilħtieġa li jmorru personalment għand il-POYC bl-applikazzjoni. Il-POYC tkun qed tirċievi l-applikazzjoni b’mod elettroniku u l-Kartuna s-Safra tintbagħat direttament lill-individwu permezz tal-posta.
09
21.04.2019
kullhadd.com
ARTISTI INTERNAZZJONALI GĦALL-EWWEL TA’ MEJJU Għal darb’oħra l-festi tal-1 ta’ Mejju se joffru wkoll spettaklu għal dawk kollha li jattendu l-Belt Valletta. Din is-sena saħansitra iktar mis-soltu, bittim organizzattiv tal-Partit Laburista jaħseb ukoll għal żewġ mistiedna speċjali minn barra minn xtutna. Mistiedna magħrufa u daqshom jew iktar minnhom il-mużika tagħhom. Il-gazzetta KullĦadd tista’ tiżvela li fost dawk li se jagħtu l-ispettaklu qabel id-diskorsi politiċi fl-1 ta’ Mejju hemm Corona u Federico Scavo. Is-Segretarju Organizzattiv tal-Partit Laburista, William Lewis, sostna li ċ-ċelebrazzjoni fi Pjazza Kastilja din is-sena għandha tkun waħda mill-ikbar f ’dawn l-aħħar snin. “Pajjiżna għandu bosta raġunijiet għaliex jiċċelebra. U dan kollu grazzi għall-bżulija tal-ħaddiem Malti u huwa għalhekk li qed nagħmlu sforz ikbar mis-soltu biex ikollna ċelebrazzjoni mill-isbaħ. Mal-mistiedna barranin għandna wkoll artisti lokali li se jagħtu numru ta’ sigħat ta’ spettaklu li jagħtu pjaċir lill-eluf li se jattendu,” qal William Lewis. Corona hi kantanta li splodiet fix-xena fis-
snin 90 u fost l-iktar diski magħrufa tagħha hemm The Rhythm of the Night u Baby Baby. Kien fl-Italja li ħarġet l-ewwel diska tagħha u li splodiet fix-xena minnufih u saħansitra għadha popolari sal-lum. Federico Scavo huwa DJ u producer mużikali li għandu żewġ records tad-deheb u 4 platinum. Hu għamel xogħol ma’ artisti kbar bħal Snoop Dogg, Lady Gaga, Enrique Iglesias u Jovanotti. Forsi magħruf l-iktar għal hits kbar bħal Strump u Funky Nassau. Il-filmati tiegħu fuq il-midja soċjali rawhom għexieren ta’ miljuni minn madwar id-dinja. Dinja li jdurha kontinwament bit-talenti mużikali tiegħu. Il-Perit Lewis fakkar kif hekk kif tenna l-Prim Ministru Joseph Muscat il-Ħadd li għadda fil-Mellieħa, l-1 ta’ Mejju se jkun ukoll il-bidu ta’ vjaġġ ta’ 25 jum li jwassal sal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali. “Hemm ir-raġunijiet kollha għaliex ilMaltin u l-Għawdxin għandhom iżommu l-1 ta’ Mejju waranofsinhar bħala appuntament mal-Partit Laburista,” temm jgħid William Lewis.
Pajjiżna għandu bosta raġunijiet għaliex jiċċelebra. U dan kollu grazzi għall-bżulija tal-ħaddiem Malti
11
21.04.2019
kullhadd.com
KONFERENZA ĠENERALI MINN FOST IN-NIES • GĦADA TIBDA ĠIMGĦA IMPORTANTI GĦALL-PARTIT LABURISTA Il-kliem Konferenza Ġenerali Annwali malajr iġiegħlu lil dak li jkun jaħseb dwar xi ġimgħa attivitajiet ta’ proċedura u ta’ bilfors. Iżda, ir-realtà tal-Konferenza Ġenerali Annwali tal-Partit Laburista hi ferm differenti minn hekk. Dik li se tibda għada hi ġimgħa ta’ attiviżmu
fejn il-fergħat differenti tal-Partit Laburista, delegati u attivisti jiltaqgħu biex jiddiskutu l-ħsibijiet tagħhom għall-ġejjieni tal-pajjiż. Imma magħhom hemm ukoll stedina għall-pubbliku biex jieħu sehem fid-diskussjonijiet li għandhom jagħtu d-direzzjoni dwar xi rridu
X’inhu l-iskop ewlieni tal-Konferenza Ġenerali Annwali din is-sena? L-iskop primarju tal-Konferenza Ġenerali Annwali huwa li l-istrutturi tal-Partit jiltaqgħu kollha taħt l-istess saqaf. Din il-konferenza ssir kull sena u filwaqt li tinkludi numru ta’ formalitajiet bħalma huma rendikont tal-ħidma tal-amministrazzjoni, il-fergħat tal-partit u mil-lat finanzjarju, hija opportunità ta’ diskussjonijiet u kwistjonijiet li huma ta’ importanza nazzjonali. Dawn huma l-isfidi li ġġib magħha din il-konferenza, sfidi li nindirizzaw u li eventwalment intellgħuhom fuq l-aġenda tal-pajjiż. Se naraw bidla fil-kunċett meta mqabbel mas-snin preċedenti? Din is-sena se naraw bidla ewlenija. B’differenza minn snin preċedenti, il-Konferenza Ġenerali ħa tmur għand in-nies. Huwa fatt magħruf li dan il-proċess kontinwu bdejnieh fl-2008 u għadna għaddejjin bih sal-lum il-ġurnata. Barra minn hekk, fejn fl-imgħoddi il-maġġoranza tal-attivitajiet kienu jseħħu fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, din id-darba, biex verament inkunu l-polz tal-Maltin u l-Għawdxin, rajna li jkun xieraq li l-attivitajiet isiru fil-pjazez tal-irħula. Kif se tolqot direttament lin-nies u twassal għal firxa akbar ta’ parteċipazzjoni?
X’messaġġ se jkun qed jitwassal f ’għeluq il-15-il sena mid-dħul ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea u l-futur tagħha? Proprju din is-sena, pajjiżna jagħlaq 15-il sena minn meta ssieħeb fl-Unjoni Ewropea. 15-il sena li ġabu bidla f ’pajjiżna. 15-il sena li fihom bħala pajjiż adattajna ruħna għal realtajiet ġodda u gvernijiet suċċessivi ħadmu flimkien biex jagħmlu din is-sħubija suċċess. Dan kollu se jkun qed jiġi diskuss anke bl-esperjenza diretta ta’ numru ta’ protagonisti imma ħa nkunu wkoll qed inħarsu lejhom bħala l-bażi tal-futur ta’ pajjiżi f ’Unjoni li fiha nnifisha wkoll qed taffaċċja sfidi kbar b’mod kontinwu. Aħna kommessi li naħdmu dejjem aktar favur il-proġett Ewropew u konvinti li d-direzzjoni li qabad pajjiżna u ċoè dik ta’ pajjiż li jimmira li jkun dejjem fil-quċċata fis-setturi kollha hija direzzjoni li twassal biex pajjiżna jibqa’ miexi dejjem ’il quddiem.
Kif sar fis-snin li għaddew, il-Konferenza Ġenerali Annwali dejjem tat lok ta’ parteċipazzjoni wiesgħa. Din is-sena, is-sinifikat ta’ din il-parteċipazzjoni se jkun ftit iżjed għaliex se ssir f ’kuntest ta’ żewġ elezzjonijiet wara l-bieb. Dan se jwassal għal involviment dirett li fih mijiet ta’ persuni ħa jkunu protagonisti f ’dan il-vjaġġ madwar il-pajjiż kollu. Ninsabu pass ’il bogħod ukoll mill-elezzjoni tal-Kunsilli Ftit jiem oħra se nkunu Lokali. Kif se jiġi indirizzat qed nassistu għall-elezzjoni l-irwol tal-Kunsilli Lokali biex tal-Parlament Ewropew. il-lokalitajiet tagħna jagħmlu
l-qabża meħtieġa fil-kwalità? Il-Kunsilli Lokali issa ilhom realtà fil-komunitajiet għal aktar minn 25 sena. Bħal f ’kollox, hemm affarijiet tajbin iżda hemm x’jimxi aħjar ukoll. U għalhekk ġew diskussi numru ta’ riformi tal-Kunsilli Lokali, riformi li jservu ta’
għall-ġejjieni ta’ pajjiżna. Dwar dan tkellimna mal-President tal-Partit Laburista, Daniel Micallef. Il-bniedem li jippresiedi l-istess konferenza li l-qofol tagħha jintlaħaq il-Ħadd li ġej bid-diskors tal-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat.
għodda biex il-Kunsilli jiffunzjonaw u jkunu viċin ir-residenti. Il-qabża fil-kwalità hija li niddiskutu l-viżjoni tagħna għal-lokalitajiet ta’ għada. Filwaqt li hemm kunsens fuq il-preservazzjoni tal-karatteristiċi tal-bliet u tal-irħula tagħna, id-dinja tal-lum, aktar ma tmur aktar qed tinbidel b’ritmu mgħaġġel u rridu nkunu aħna minn ta’ quddiem li nassiguraw ambjent li jagħti kontribut pożittiv fil-kwalità talħajja tal-familji tagħna.
bli biex iseħħ, il-Partit Laburista wiegħdu u wettqu u din hija l-kwalità li mhijiex sempliċement xi ħaġa li biżżejjed titkellem fuqha imma trid taħdem fuqha kuljum jekk taspira li tibqa’ forza relevanti politika f ’għajnejn il-poplu Malti.
Il-Partit Laburista wettaq diversi riformi matul is-snin. Taħseb li dan kien strumentali biex illum il-ġurnata jkompli jikseb u jkabbar il-fiduċja?
Bla ebda dubju, l-iskeda tal-avvenimenti li pajjiżna għandu quddiemu, il-Konferenza Ġenerali Annwali se sservi bħala preludju għall-perjodu ta’ kampanja elettorali fejn proprju jumejn wara li tispiċċa din l-istess konferenza, il-Partit Laburista se jorganizza l-akbar attività politika fil-kalendarju annwali – dak tal-ewwel ta’ Mejju u li minn hemm bħala partit se nitilqu flimkien fuq vjaġġ li jwassal għall-25 ta’ Mejju, vjaġġ li fih se nkunu preżenti f ’kull rokna u triq madwar Malta u Għawdex li nwasslu l-messaġġ li pajjiżna jixraqlu rappreżentanza denja fil-Parlament Ewropew u fil-Kunsilli Lokali.
Naħseb li f ’għajnejn il-poplu Malti, il-Partit Laburista mhux b’kumbinazzjoni li llum huwa l-għażla naturali għall-bidla. Għalkemm tinstema’ ta’ spiss il-kelma bidla fil-politika, fir-realtà nafu li hija waħda mill-aktar realtajiet diffiċli. Hija faċli biex twegħedha imma diffiċli biex timplimentaha. Li ddistingwa dan il-partit kemm fl-Oppożizzjoni kif ukoll fil-gvern huwa s-sempliċi fatt li dak li ħaddieħor ta x’jifhem li hu impossib-
Il-Konferenza Ġenerali Annwali se sservi wkoll bħala tħejjija qabel avveniment ferm importanti għall-Partit Laburista – dak tal-1 ta’ Mejju?
12
21.04.2019
kullhadd.com
IR-RAZZIŻMU U R-RELIĠJONIJIET Minn xi żmien ’l hawn bdejt insegwi b’interess lill-Malti tal-Palestina. Bniedem studjuż, b’moħħ miftuħ, li dak li jara u jħoss li hu abjad, jgħidlu abjad u dak li jara u jħoss bħala iswed, jgħidlu iswed. Minkejja li hu Musulman, kapaċi jagħraf it-tajjeb u l-ħażin fil-ħajja Musulmana u ma jiddardaMin hu Walid Nabhan u kif sibt ruħek Malta?
rx jagħti l-fehma tiegħu. Dan il-bniedem mhu ħadd għajr Walid Nabhan, li apparti kollox, jikteb ukoll poeżiji bil-Malti. Illum iddeċidejt li nintervista lilu.
Il-Malti hu qrib sew tal-Għarbi u dak mitkellem ma ddumx biex Twelidt il-Ġordan u l-ġenituri titgħallmu, speċjalment għalina tiegħi kienu proprjament minn minħabba l-qrubija bejn l-Għarraħal żgħir fil-limiti ta’ Ħebron, bi u l-Malti. il-Palestina. Wara dak li ġara fl1948 spiċċaw refuġjati f ’Amman Kif tħares lejn ir-razziżmu u jien twelidt hemm, u studjajt u internazzjonali? temmejt l-iskola sekondarja. Bħalissa r-razziżmu hu inkwiet kbir. Sfortunatament, la l-mexx... jiġifieri bħala pajjiż kien ejja m’huma jgħinu u lanqas żviluppat. ir-reliġjużi. Kultant, raġel wieħed Meta tqabblu ma’ ċerti pajjiżi ta’ ta’ ċerta fakultà reliġjuża biżżejjmadwaru hu ħarira aktar ċiviliz- ed biex joħloq razziżmu sħiħ – zat, għax mhux il-bini li jagħmel tibda ma taħmilx lill-ieħor għax ċiviltà iżda l-ġir tas-sistema u sempliċiment differenti, u polil-bniedem. Jekk tħares lejn Du- tiku kapaċi jsaħħan l-irjus. Dan baj, abbli taħsbu New York, jew l-atteġġjament jitħaddem kullimxi pajjiż żviluppat ieħor, iżda kien. Iżda dan bħala fenomenu l-mentalità hi għal kollox differ- aktar jinstab fin-naħat Għarab u kważi minn dejjem. Għalhekk enti u lura. Malta ġejt bħala student u xtaqt dan ir-reġjun qatt ma joqgħod bi nistudja t-teknika ta’ kif isiru kwietu għal aktar minn tlieta jew n-nuċċalijiet, iżda dik is-sena li erba’ snin. ġejt, qalu li mhux se jinfetaħ ilkors għax ma kienx hemm stu- F’Malta, it-tagħlim tal-Istorja denti biżżejjed. Minflok kien jdur u jagħqad mal-Assedju hemm kors interessanti għal l-Kbir. Taħseb li minkejja tekniku fit-teknoliġija tal-labora- li għaddew aktar minn 500 torju. Għamilt tliet snin, iggrad- sena, tibqa’ xi doża razzista, wajt u wara, fil-gazzetti kont rajt kif rajna miktub fuq l-arma avviż għax-xogħol li applikajt fil-qtil ta’ New Zealand? għalih u minn dakinhar sal-lum għadni ngħix hawn Malta u Iva, tibqa’ u ngħidlek għaliex. Għax pereżempju l-Musulmani naħdem fl-istess xogħol. Għarab iġġiegħlu jitilqu minn Allura l-ilsien Malti studjajtu Spanja fl-1492. Issa, wara li għadda tant u tant żmien, ħafna biex tafu hekk?
Minn Charles B. Spiteri mill-Musulmani għad għandhom nostalġija kbira lejn dik l-art imsejħa l-Andalusija u jittamaw li xi darba, jerġgħu jiksbuha lura f ’idejhom. Bħalma ssib Insara llum li għad għandhom nostalġija reliġjuża lejn Kostantinopli jew Ġerusalemm. Mela allura din il-pjaga tarrazziżmu, tittieħed fid-demm. Eżatt. Inkella kif tispjega nostalġija wara 600 sena u terġa’ lejn art mhux artek, avolja l-Musulmani għamlu madwar 8 sekli jgħixu fil-peniżola Iberika. Iżda b’dak ir-raġunament, ilMusulmani jispiċċaw jieħdu kullimkien, għax anki Malta kienu. L-Ingilterra wkoll, għax anki l-kotba tal-Istorja kienu se jibdlu. Isma’, l-Ottomani kienu għamlu imperu enormi li jibda minn Vjenna sa kważi ċ-Ċina. Iżda dak jagħtihom dritt li jerġgħu jieħdu l-pajjiżi f ’idejhom?
jkunx qed jgħid il-verità. L-iskop aħħari ta’ kull Musulman, li jara d-dinja kollha Musulmana. Din jidhirli li kien ippronunzjaha anki Gaddafi. Niftakar, kien qalha jalla hux fl-Italja. U tara li se naslu sa hemm? Mhux daqshekk faċli iżda jekk l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, mingħajr ma jkun hemm integrazzjoni u edukazzjoni biżżejjed, jista’ jkun. Id-demografija hi fattur ma tridx tinjorah. Bħalissa qed jiġu ħafna immigranti bit-tfal u jerġgħu jagħmlu aktar ulied, waqt li n-nisa Ewropej, Amerikani u Kanadiżi jġibu tarbija waħda jew forsi forsi tnejn, iżda mhux sitta jew tmienja. Ħeqq, jekk nibqgħu sejrin fuq din ir-rata, speċi hi kwistjoni ta’ żmien.
Le. U żgur li le. Inkella nħottu l-kunċetti tar-relazzjonijiet internazzjonali kollha li nafu bihom. Madankollu kull min jgħidlek li l-Islam m’għandux ambizzjoni jew xewqa jew aġenda li jdawwar Il-Kristjani u l-Musulmani: il-globu kollu f ’Musulmani ma x’tara li hemm komuni u differenti fihom?
Hemm wisq komuni. Aktar biex jgħaqqad milli jifred. Iżda aktar nara li hemm affarijiet komuni bejn l-Islam u l-Ġudaiżmu. It-tnejn imsejsin fuq il-liġi antika ta’ Mosè. Massa kbira mill-liġi (Xaria) fl-Islam meħuda mil-liġi u n-narrattiva tagħhom. Kultant mhux mill-kotba ewlenin. Jiġifieri mhux mit-Torah jew dawk il-ħames kotba rikonoxxuti mill-maġġoranza tal-Lhud. Hemm ċerti stejjer fil-Koran meħudin minn dawk li jsejħulhom kotba apografi li mhumiex rikonoxxuti u dan bla dubju ħoloq ħafna tensjoni u kunflitti bejn iż-żewġ fidi. Hemm ħafna komuni wkoll biex jgħaqqad bejn l-Islam u l-Kristjaneżmu, iżda jaħasra, l-aktar ħaġa li tifred, hija n-natura ta’ Kristu. Mill-ġdid, l-Islam ħa n-narattiva ta’ setta Nestorjan
Kristjana li kienu jgħixu fil-limiti tal-peniżola Għarbija. Hu magħruf li kien hemm ħafna fehmiet dwar in-natura ta’ Kristu. L-Islam qatagħha li Kristu kien bniedem normali u qatt ma miet, u li dak li kien fuq is-salib ma kienx hu. Il-Musulmani jemmnu fermament, li lil Kristu ħadu Alla ħdejh u ppremetta t-tislib fuq ħaddieħor. Din il-perspettiva tħott it-Trinità li l-Kristjaneżmu kollu mibni fuqha. Dan hu nuqqas ta’ fehem kbir bejn iżżewġ fidi kbar. Iżda r-relazzjoni bejn il-Musulmani u l-Lhud hi paċifika? Le, xejn mhi paċifika u qatt mhi ħa tkun fuq livell sagru. L-Islam jikkonoxxi l-Ġudaiżmu, iżda l-Ġudaiżmu jsostni li l-Islam hu invenżjoni eretika, u li Moħammed mhux profeta. Mill-banda l-oħra l-Musulmani jħarsu lejn il-Lhud bħala nies infidli li teftfu l-Kotba Mqaddsa tagħhom. Dan l-aħħar smajtek tgħid li fil-Koran, Kristu hu meqjus ħafna mill-Musulmani. U hawn min jgħid li Moħammed lanqas kien ta’ xi skola. Allura kif wasal biex kiseb din il-fama kollha u kważi jieħu post Kristu? Iva, għall-Musulmani, Moħammed meqjum bħala t-tieni fil-qdusija wara Alla. Mela aktar minn Kristu... Jekk toffendi lil Alla fit-triq, teħlisha mill-pubbliku, iżda jekk toffendi lil Moħammed, jafu jkunu mill-aktar ostili. Issa kif dan ir-raġel irnexxielu jagħmel dan kollu, ma nafx. Li hu żgur hu li hu mniżżel fl-enċiklopedija History of Civilisation,
13
21.04.2019
kullhadd.com
bħala wieħed mill-aktar irġel ġenji, għax bil-proġett tiegħu rnexxielu jgħaqqad lit-tribujiet Għarab. Kien hemm bosta qablu li ppruvaw jagħmlu dan, iżda ma rnexxilhomx. Għax l-Għarab kienu maqsumin fi tribujiet u kull tribù jobgħod lill-ieħor. U Moħammed ħareġ bl-idea ġenja ta’ reliġjon Għarbija, għax kien irrealizza li ħadd ma seta’ jgħaqqad lil dawn l-għedewwa għajr Alla. Għalhekk irnexxa l-proġett tiegħu. Tara li hu minnu li Moħammed ma tantx kien jaf skola? Jien niddubita dan. Skont il-bijografiji uffiċjali tiegħu għamel parti minn ħajtu merkant jew imdaħħal fin-negozju. U skont l-istess bijografiji kien jieħu l-flus min-nies ta’ Mecca u jagħmel in-negozju f ’isimhom; darba jmur il-Jemen u darb’oħra jmur is-Sirja tal-lum, kif jirrakkonta l-Koran stess. Allura dan seta’ ma kienx jaf skola? Allura biex tieħu flus in-nies, u tiftakar xi jridu u kemm iridu, ma tridx tikteb u tniżżel? Personalment niddubita kemm seta’ kien illitterat. Iżda seta’ studja l-Bibbja u dawwar xi ħaġa hu, jew kien ispirat? Il-Musulmani jemmnu strettament li l-Koran ġie rrivelat lil Moħammed minn Allah kelma b’kelma permezz tal-Arkanġlu. X’nafu fuqu? Kien miżżewweġ u kellu tfal? Il-bijografija tgħid li kellu erbat ibniet u żewġ subien mill-ewwel mara li kellu, s-sinjura Khadīja bint Khuwaylid. Is-subien jingħad li mietu f ’età. L-aktar tifla msemmija fosthom hi ż-żgħira Fatimah, li kellha żewġt itfal: wieħed jismu Ħasan u l-ieħor Ħussein. Lil dawn qatlulhom il-Musulmani Sunni minħabba l-politika. Fatima ġiet elevata speċjalment għand ix-Xiti għal ikona divina li tħabbatha mal-Madonna omm Kristu! Tant ġiet idealizzata u ikonizzata li kien hemm duttrina u perijodu sħiħ fl-istorja Musulmana msejjaħ il-‘Perijodu
Fatimita’. Illum ma naf b’ħadd li jiġi min-nisel tagħha. Il-bqija tat-tfal bniet tal-Profeta ftit li xejn nafu fuqhom u wħud minnhom mietu qablu u dan dettall li jwaddab id-diskors fuq in-nisel ta’ Moħammed f ’aktar misteru.. L-aħħar wild li kellu, (Ibrahim) kien minn mara Nisranija mill-Etjopja jew l-Eġittu llum. Miet ta’ ftit xhur f ’ċirkustanzi misterjużi. Kemm taqbel mat-traduzzjonijiet ta’ kull tagħlim, l-aktar dak reliġjuż? Naqbel ma’ kull traduzzjoni, għax hi l-unika tip ta’ komunikazzjoni, apparti li m’għandniex għażla oħra ċivili ħlief li nitkellmu. Iżda jista’ jkun li kulħadd iżid jew inaqqas fl-interpretazzjoni tiegħu? Ċertament. L-ewwel nett mhux kulħadd ikollu moħħu jifhem u jassorbi u janalizza l-istess. L-iżvilupp enormi li seħħ fil-Kristjaneżmu wara daqstant riġidità u għeluq ta’ moħħ hu li tista’ tiddibatti fid-dawl tal-iskoperti xjentifiċi li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar jissikkaw lir-reliġjonijiet biex ibiddlu wħud mill-fehmiet sagri tagħhom. Fl-Islam sfortunatament hemm ħafna tabujiet u bibien magħluqin u linji ħomor li ma tistax taqbiżhom. Jiġifieri qatt mhu se jkun hemm reviżjoni tal-Koran u dak x’qal il-Profeta, u dan mhux favur l-Islam peress li dejjem ħa tikber il-ħofra bejn l-ideali u r-reali, jew fi kliem ieħor, bejn dak li tixtieq, u x’qed jiġri fid-dinja. Tara li xi darba l-A’immah (plural ta’ Imam) jitkellmu bejniethom; jaslu fi ftehim u jagħżlu ragħaj wieħed?
Hu magħruf li kien hemm ħafna fehmiet dwar in-natura ta’ Kristu. L-Islam qatagħha li Kristu kien bniedem normali u qatt ma miet, u li dak li kien fuq is-salib ma kienx hu. Il-Musulmani jemmnu fermament, li lil Kristu ħadu Alla ħdejh u ppremetta t-tislib fuq ħaddieħor
sa ħafna. Il-Musulmani qatt ma kienu qalb waħda li tħabbat flimkien. Anzi pjuttost bil-kontra. Aktar issib inkwiet bejniethom milli ma’ ħaddieħor. Ħu mix-Xiti li maqsumin fi 12-il fergħa ma jitħamlux bejniethom u dawn terġa’ jfaqqsu f ’aktar duttrini li ma jaħmlux lil xulxin pinġuti. Is-Sunni mhux aħjar. Naf li l-Madonna, jew Marija omm Ġesù hi meqjuma ħafna mill-Għarab u jsemmu lil uliedhom Miriam, għaliha. Allura fil-filmati li naraw, fejn ikissru x-xbihat tagħha, mhumiex jagħmlu ħażin?
Fil-Koran hi permessa li taqta’ l-irjus? L-ISIS ma jirrappreżentaw lill-Islam bl-ebda mod. L-Islam hu divers u kumpless aktar milli tirrappreżentah klikka kriminali. Sfortunatament l-Islam jippermetti l-kastig koroprali u jagħmel parti mil-liġi tax-Sharia, u dan l-akbar kunflitt tal-Islam mal-liġi moderna u d-drittijiet tal-bniedem. Sfortunatament din il-prattika għadha ssir fis-Sawdi, fl-Iran, fil-Pakistan u anki fl-Eġittu. Iżda l-akbar makabrità, li wħud minn dawn il-pajjiżi jagħtu s-sentenza korporali fil-pubbliku u ġieli bix-xabla. Immaġna tkun ħiereġ passiġġata bil-mara u t-tfal!
Mhux daqshekk faċli li tmanti ħafna tfal fil-ħajja tal-lum. Il-problema fl-Islam jekk niġu għal għeruq tal-analiżi hi, li l-Islam ma jaqbilx mal-pillola kontraċettiva. Bilkemm jaqbel mal-modi u metodi naturali. Apparti hekk, hemm Hadth tal-Profeta Moħammed li jħeġġeġ lill-Musulmani jitnisslu Temmen li l-fatt li ħafna u jitkattru biex ikun kburi bihom mill-umanità temmen f ’xi tip ta’ Alla, xi darba l-poplu quddiem Allah! jista’ jgħix flimkien, fil-paċi? Il-liġi Sharia u l-qtil bil-ħalal. M’għandix farka dubju. KolDawn jidhirli li nsibuhom lox iżda jiddependi mill-matuukoll fit-Testment il-Qadim. rità kemm individwali u kemm Aħna għandna ‘għajn għal kollettiva, għax soċjetà fl-aħħar għajn u sinna għal sinna.’ mill-aħħar hi magħmula minn Ħafna minn dawn il-liġijiet individwi. Jeżistu ħafna eżempinkorporati fix-Sharia jmorru ji ta’ reliġjonijiet differenti lura għal żmien Hammurabi, jgħixu f ’armonija bejniethom. fil-Babilonja, magħruf bħa- Iżda l-ħażen aktar jispikka. Jaf la l-ewwel leġiżlatur fl-istorja joħroġlok wieħed u jtellef il-ħidumana. Issa, biex wieħed jifhem ma li tkun ħadet is-snin twal. l-affarijiet sew, irridu niftakru li l-Lhud kienu għamlu ħafna Fit-talb tagħhom, żmien fl-iskjavitù f ’Babel, u il-Musulmani għandhom naturalment għarfu b’idejhom ukoll il-quddiesa? it-tnejn mill-kultura u kodiċi u stejjer ta’ dawk in-nies. Fost dak Iva, ħames darbiet kuljum, u li ġarrew magħhom, kienu l-ko- jqaddishom l-Imam tal-moskea, iżda ma jkollniex Tqarbin. diċi ta’ Ħammurabi.
Ejja nibdew mill-fatt u t-tagħlim Islamiku, li ma tista’ qatt tkun Musulman jekk ma temminx fi Kristu u ommu. Wieħed millħames pilastri tal-Islam hu li temmen fi Kristu u naturalment f ’ommu bħala l-unika mara li għażel Allah fost ħlejqu biex tkun is-simbolu tal-morali u l-kastità. Jekk tiċħad wieħed minn dawn it-tnejn, toħroġ barra mill-fidi. L-Islam għandu rispett enormi lejn Kristu u ommu u hi msemmija bħala l-aħjar mara. “O Mary! Allah hath chosen thee and purified thee- chosen thee above the women of Iżda l-Lhud ma jaqtgħux l-idejn. all nations” (Ali Imran 42-55).
Semmejna li n-nisa Musulmani jkollhom bosta tfal: kif taħseb li se jsibu ruħhom kollha meta jiġu ffaċċjati b’ekonomija differenti milli jkunu draw U dan fl-istess reliġjon? fiha? Taħseb li fostna jista’ jibqa’ jkollhom dawn it-tfal L-Islam entità kbira u kumples- kollha? Il-Musulmani huma maqsumin f ’ħafna fergħat u duttrini setet. Is-Sunni, weħidhom maqsumin f ’ma nafx kemm-il fehma.
dibattitu fuq l-awtentiċità storika tiegħu. Abbli aktar qed isiru dawn l-atroċitajiet illum milli fiż-żminijiet imbiegħda.
Ma jidhirlix li jagħmlu. Il-Musulmani iva għax tinsab fil-Koran. Jingħad li Moħammed darba qal li “Li kieku tisraq Fatimah (bintu l-fessuda) ukoll kont naqtagħlha idha”. Iżda storikament ftit jissemmew każi ta’ qtugħ t’idejn, u jissemma’ każ wieħed ta’ tħaġġir u terġa’ hemm ħafna
U naħseb li l-qrar lanqas mhu bħal tagħna. Le. Fl-Islam tista’ tqerr direttament ma’ Allah u titolbu l-maħfra li trid. M’għandekx bżonn lil xi medjatur biex bħal jgħaddilek kelma. “AND if my servants ask thee about Me - behold, I am near; I respond to the call of him who calls, whenever he calls unto Me”; Al-Baqara - 2:186
14
GĦALL-IMĦABBA 21.04.2019
kullhadd.com
Dr Michael Spagnol - lekċerer tal-ilsien Malti fl-Università ta’ Malta u l-moħħ wara l-paġna ferm popolari fuq Facebook, Kelma Kelma. Huwa kellu rwol ċentrali wkoll fil-kunċerti li tant ġew segwiti “Kelma Kelma, Nota Nota”. Jaħdem ferm biex ilMaltin japprezzaw u jindukraw il-lingwa Maltija mill-aħjar li jistgħu speċjalment minn età tenera.
Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-lingwa Maltija? Int tgħallem il-Malti fl-Università ta’ Malta. Kemm taħseb li hemm interess miż-żgħażagħ Tista’ tgħid li minn dejjem kont miġbud lejn il-lingwi fil-Malti? mhux il-Malti biss. Kien l-għors tiegħi inqalleb id-dizzjunarji u nieħu gost nara l-kliem. Kien hemm mument Iva, anzi nibqgħu mistagħġbin lejn in-numru kbir ta’ fejn kelli nagħżel u ddeċidejt li niffoka fuq il-lingwa żgħażagħ li jagħżlu l-Malti bħala s-suġġett li fuqu se jibMaltija għax dan hu l-ewwel ilsien tiegħi u għadni s’issa bażaw l-istudji tagħhom. B’hekk qed ikomplu jitgħallmu l-għerf fil-lingwistika u l-letteratura li jsawru din niskopri affarijiet ġodda fih. il-lingwa. Minn fejn twieled il-kunċett ta’ Kelma Kelma? Titkellem mal-Għaqda tal-Malti tal-Università? Ilu ftit mhux ħażin dan il-kunċett ta’ Kelma Kelma. Kont għadni student tal-Università. Kont u għadni ni- Iva, din l-għaqda studenteska żviluppat b’mod naturali. stagħġeb dwar x’kapaċi tiskopri ġdid fil-lingwa Malt- Tant hu hekk li din hi kkunsidrata bħala t-tieni l-eqdem ija. Jien magħmul li jekk niskopri xi ħaġa nkun irrid għaqda fl-Università. Illum il-ġurnata hemm numru ta’ naqsamha ma’ xi ħadd. Sadanittant, komplejt bl-istud- studenti li jagħmlu inizjattivi interessanti favur il-lingwa ji tiegħi filwaqt li anke ħdimt barra minn Malta. Meta tagħna. ġejt lura f ’pajjiżi indunajt li l-Facebook sar pjattaforma ferm b’saħħitha u għedt ħa nipprova nagħmel esper- Riċentement intom ħloqtu l-kunċerti “Kelma iment. Ridt li nkompli dan il-kunċett ta’ kelma kelma Kelma Nota Nota” ma’ Ray Calleja. Kif mortu għal dawk in-nies dilettanti tal-lingwa Maltija. Wara kol- b’din l-inizjattiva? lox aħna nitkellmu bil-Malti u għalhekk hu ta’ interess Konna jien, Ray Calleja u Daniel Cauchi. Ray kien għal dawn in-nies li jitgħallmu xi ħaġa ġdida. daħal iktar tard. Daniel kien ilu ħafna jaħdem mal-Big Band Brothers fejn dawn kienu qed jaqbdu kanzunetF’din il-paġna hemm ċerti idjomi Maltin ti bil-Malti u jagħmlu arranġamenti ġodda. Iltqajna partikolari li juru li l-għerf li ħallew missirijietna biex nagħmlu xi ħaġa bejn il-kliem u l-mużika. Meta għadu validu sal-lum il-ġurnata. X’taħseb? għaqqadna l-materjal kellimna lil Ray Calleja u dan beda Iva, nemmen li dawn il-qwiel u l-idjomi Maltin juru jagħtih il-ħajja bl-istil uniku tiegħu. Fil-fatt hu rnexxielu l-għerf ta’ missirijietna li ma kinux jafu jiktbu u jaqraw jżewweġ il-letteratura u l-mużika flimkien. Dan kollu iżda rnexxielhom joħorġu b’espressjonijiet verament rnexxielu jippreżentahom b’mod li jappella għal ħafna sbieħ. Dan kollu ħareġ minn fomm il-Maltin, mill-kel- nies. Aħna ridna neħduha lil hinn minn hemm u ħloqna ma tat-triq li biha jitkellem il-popolin. Fost kulħadd dik il-poeżija umoristika. hemm iż-żgħażagħ li narahom bħala l-mutur tal-lingwa tal-innovazzjoni. Jien qed nipprova naqbad ċerti espe- Il-proġett mitmum jew beħsiebkom tkompluh? rjenzi li huma jużaw ta’ spiss. Dawn imbagħad jibqgħu jikbru u jinxterdu u għalhekk bħalissa għandna tiżwiqa Jien għalissa ffukajt fuq affarijiet oħra. Issa ma nafx interessanti bejn l-antik u l-ġdid. Jien ngħid li ma tistax x’jista’ jiġri fil-futur. Bħalissa għandi impenji ta’ xogtieqaf fuq il-parti l-antika iżda trid tkompli taġġorna ħol u proġetti oħrajn għaddejjin. Konna organizzajna 10 kunċerti f ’erba’ snin u għamilna ħafna xogħol li ġie ruħek inkella l-Malti jispiċċa lingwa tal-vetrina.
apprezzat sew minn kulħadd. Nitkellmu dwar ir-regoli li nbidlu riċentement. Għalfejn sar dan kollu u fl-istess ħin inbidlet l-ortografija? Il-Malti li kien jinkiteb fl-antik kellu s-sistema tiegħu li kienet la Taljana u la Għarbija. Fl-1934 kienu saru l-ewwel liġijiet uffiċjali. F’dan iż-żmien ħafna regoli kellhom jiġu aġġornati. Fl-2008 kien sar studju fuq il-varjanti jew aħjar sett ta’ kliem li kulħadd jgħidhom l-istess, iżda li min jiktbu mod u min ieħor. Eżempji ta’ dan kollu huma filgħodu jew fil-għodu. Il-kunsill talMalti għażel il-kelma ortografika filgħodu. Magħhom żied ukoll il-partiċelli tal- jew mal- li quddiem għ, h jew vokali għandhom jinkitbu sħaħ mhux kif kienu jinkitbu. Fl-2018 saret regola oħra għal kliem bl-Ingliż. Hemm kliem Ingliż li jinkiteb la Maltija bħal kowċ u kejk fost l-oħrajn. Fl-antik ma tantx kellek xi ħafna iżda issa żdiedu sew il-kliem. Il-Kunsill iltaqa’ u ra sewwa x’jixtiequ n-nies sabiex ikollna ċerta uniformità.
L-eww tagħna nkellmuh l-lingwa tagħna li jkellmu lil ulied bbumbardjati b’ħafna klie programm iktar
15
TAL-ILSIEN MALTI 21.04.2019
kullhadd.com
Iżda fuq kollox int qbilt mal-bidliet? U int liema minn dan il-kliem tuża’? Brejk jew break?
mgħaġġlin b’ħajjitna. Fost l-oħrajn tiltaqa’ ma’ kliem bħal grz (grazzi), 4si (forsi) u xol (xogħol) fost l-oħrajn. L-iktar ħaġa li tinkwetani hi meta dawn l-istess studenti Dawn il-bidliet kienu maħsuba sew. Ngħidu brejk għax jieħdu ritratt ta’ dawn il-kliem ġo moħħhom u japplikawimbagħad niktbu żomm il-brejkijiet. Anke tiċċekkja hekk hom meta jiġu biex jiktbu. B’hekk imbagħad ma tantx trid tiktibha mhux ticheckja għax ma tistax iddaħħal imorru tajjeb fil-komponimenti u fl-eżamijiet li jkollhom. kliem Ingliż ġo kliem Malti. Anzi naraha tiġi bla sens. Kliem ieħor naqbel li għandek tħallih bl-Ingliż. Naħseb u Hawn għajdut li bil-Malti bħala suġġett ma tasal nemmen li dan kien pass kuraġġuż min-naħa tal-Kunsill imkien. Kif tirribatti għal dan l-għidut? tal-Malti. Min jgħid hekk ikun fqir fil-lingwa. Kull ilsien għandu l-esperjenza tiegħu. Hemm kliem li fost l-oħrajn għandIl-fatt li qed jintużaw diversi mezzi tat-teknoloġija hom tifsira differenti li fil-Malti nsibuha aktar mill-Inbħal mowbajl u teblit fejn jintbagħtu sms u imejl gliż. Pereżempju l-kelma Ingliża time bil-Malti tista’ b’Malti ortografikament ħażin taħseb li qed itellef tfisser żmien u ħin u għalhekk għandha żewġ kunċetti lill-istudenti Maltin? differenti. Għall-kelma Ingliża corner aħna għandna tlieNaħseb li jeffettwa qiegħed. Naħseb li hi xi ħaġa norma- ta u dawn huma angolu, rokna u kantuniera. Imbagħad li ħafna li tagħżel is-sistema qasira. Fil-fatt ismu miegħu fil-lingwa Maltija ssib kliem ieħor li tieħu gost tużah u SMS tfisser short message service. Jien qed nippro- li fl-Ingliż mhux dejjem issibu bħal tbexxaq u żżanżan va nlaħħaq ma’ dawn il-kurrenti ta’ tibdil li qed iseħħu fost l-oħrajn. Għandna wkoll kliem tekniku bħal ossiġnu, fid-dinja ta’ madwarna llum. Illum il-ġurnata qed inkunu nitroġenu u sustanzi oħra li kapaċi naqilbuhom faċilment mill-Ingliż. Issa jista’ jkun li għall-kunċetti l-oħra ma ssibx kliem ieħor u jkollok taqa’ għall-Ingliż. Iżda jekk għandna kelma li tista’ tintuża’ bil-Malti huwa xogħol ix-xandar jew il-ġurnalist li jwassalha lill-pubbliku sabiex jipprattikawha. Inkella tibqa’ biss lingwa fuq il-karta.
wel u qabel kollox importanti li t-tfal hom bil-Malti mhux bl-Ingliż. Din hija a. Qed ngħid hekk għax issib ġenituri dhom bl-Ingliż biss. Diġà t-tfal huma em Ingliż mil-logħob tal-kompjuter u mi. B’hekk huma jistgħu japprezzaw din il-lingwa tant sabiħa li għandna
Hawn min jgħidlek illi meta jitkellem bl-Ingliż iħossu iktar pulit u l-Malti bħal qisu jarah bħala ta’ livell baxx. Imma veru dan kollu? Jien għalija mhux kwistjoni jekk tkunx pulit jew le imma skont kif iġġib ruħek. Jien ngħid li l-Malti jista’ jaqdik f ’kollox kemm b’mod formali kif ukoll informali. Trid tkun midħla tal-kliem u tużah inkella ma tistax tiffunzjona.
għall-għalliema l-iktar meta tkun qed tispjega kunċetti matematiċi bħall-long division jew problems. Hemmhekk bilfors trid tuża l-Malti iżda wkoll l-Ingliż. Jien ngħid li l-agħar ħaġa hi meta jkun kapriċċ għax hemmhekk int stajt użajt il-kelma Maltija, iżda minflok iddeċidejt li tuża dik Ingliża. Kemm huwa importanti l-bilingwiżmu fis-soċjetà tal-lum? Naħseb li huwa ferm importanti l-bilingwiżmu u nqisu ferm bżonnjużi. Hemm ħafna studji għaddejjin li jgħidu li hu ta’ benefiċċju kbir li t-tfal ikunu jafu żewġ lingwi jew aktar. B’hekk ħafna żgħażagħ qed jagħżlu li jmorru jsiefru u jistudjaw. Dawn huma ħiliet fil-moħħ imsejħa konjittivi fejn hemm ħafna vantaġġi fuq dan kollu. Hawn Malta għandna x-xorti li nafu nitkellmu mhux biss bil-Malti u l-Ingliż, iżda wkoll bit-Taljan u l-Franċiż fost l-oħrajn. Li niddejjaq ftit hu l-iktar fuq it-tabelli ta’ xi toroq jew oħrajn li naraw barra t-triq. Suppost dawn m’għandhomx jinkitbu bl-Ingliż biss. U l-Malti? Fejn qiegħed? Il-Malti hi l-lingwa nazzjonali u din għandha tiġi l-ewwel. Imbagħad bħal pajjiżi oħra tikteb l-istess kelma jew sentenza bl-Ingliż taħt il-Malti. Hekk imorru l-affarijiet. Mhux ngħid li ma mxejniex ’il quddiem, anzi. Pereżempju jekk tmur il-bank u tiġi biex tiġbed il-flus jew inkella ċċempel xi aġenziji jew kumpaniji dawn jagħtuk l-għażla biex tiddeċiedi tkomplix bil-Malti jew bl-Ingliż. Jiġifieri bil-mod il-mod bdejna naslu xi mkien. Nixtieqek tgħaddili l-aħħar messaġġ dwar kemm il-Malti hu importanti għalina wkoll.
L-ewwel u qabel kollox importanti li t-tfal tagħna nkellmuhom bil-Malti mhux bl-Ingliż. Din hija l-lingwa tagħna. Qed ngħid hekk għax issib ġenituri li jkellmu lil uliedhom bl-Ingliż biss. Diġà t-tfal huma bbumbardjati b’ħafna kliem Ingliż mil-logħob tal-kompjuter u Kemm issirilha ħsara l-lingwa meta tħallat? programmi. B’hekk huma jistgħu japprezzaw iktar din Nibda biex ngħid li hemm xi taħlit li hu bżonnjuż il-lingwa tant sabiħa li għandna.
17
21.04.2019
kullhadd.com
NEMMNU FIL-GOVERNANZA LOKALI Editorjal
Nazzardaw ngħidu li l-istqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista hija riflessjoni wkoll tal-istat ta’ paniku li jinsab fih
Dan il-Gvern bil-provi jemmen fil-Governenza tal-Kunsilli Lokali. Kif daħal għall-amministrazzjoni tal-pajjiż mill-ewwel bdiet diskussjoni dwar kif dawn il-Kunsilli se jingħataw ħajja mill-ġdid. Inħass il-bżonn ta’ tiġdid. Tiġdid meħtieġ biex ikun hemm riġenerazzjoni tal-funzjoni tagħhom. Tiġdid biex dawn jissaħħu. Is-sena li għaddiet tfakkret il25 sena mit-twaqqif tal-Kunsilli. Sena li rat diversi attivitajiet isiru proprju biex il-Gvern u l-pajjiż ifakkru fil-ħolqien tagħhom. Madankollu l-akbar pass ’il quddiem li sar kien li bdiet diskussjoni wiesgħa dwar riformi li nħass li kellhom jidħlu. Tajjeb li mill-ewwel ngħidu li dawn id-diskussjonijiet kienu mifruxa mal-pajjiż kollu, saru ma’ dawk kollha li b’xi mod jew ieħor imissu mall-Kunsilli. Fuq quddiem nett mal-Oppożizzjoni. Kien hemm aktar minn laqgħa waħda mar-rappreżentanti tal-Partit Nazzjonalista. Matul dawn il-laqgħat kordjali, l-Oppożizzjoni fehmet x’ried jagħmel il-Gvern, iddiskutiet u
qablet. Għalhekk kienet sorpriża l-istqarrija maħruġa ftit tal-jiem ilu mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli li permezz tagħha kkritika diversi punti tar-riforma – pass lura sew minn dak li kien jingħad minnu stess waqt il-laqgħat imsemmija. L-istqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista turi għalhekk il-konfużjoni li tirrenja fi ħdanha – f ’kull settur anki fil-Kunsilli Lokali. Hija turija ċara li l-id il-leminija li ma tafx x’qed tagħmel l-id ix-xellugija. Nazzardaw ngħidu li l-istqarrija maħruġa mill-Partit Nazzjonalista hija riflessjoni wkoll talistat ta’ paniku li jinsab fih. Għaliex qed ngħidu dan? Ir-riforma li qed issir fil-Gvern Lokali hija sinjal ċar li l-Gvern preżenti jemmen fil-Governanza Lokali. Infakkru li l-għan tar-riforma huwa li l-Kunsill Lokali jkun qrib ir-residenti, qrib iċ-ċittadin. Permezz tar-riforma iċ-ċittadin se jkun fiċ-ċentru. Il-bidliet tar-riforma huma intiżi biex ikomplu jsaħħu l-awtonomija u d-deċentralizzazz-
joni tal-Gvern Lokali. Biex il-Gvern wasal għal din ir-riforma ħa kont ta’ dak li sal-lum kien sejjer tajjeb, u fl-istess ħin kien analizzat ukoll b’mod kritiku fejn l-aspettattiva tar-residenti ma kinitx qed tintlaħaq u għalhekk ra x’kien hemm bżonn li jiġi rranġat. Ir-riforma hija waħda ambizzjuża bil-għan li ssaħħaħ il-Kunsilli kemm Reġjonali kif ukoll Lokali u li taħdem fuq kollox fil-qasam soċjali. Dan qed isir biex b’hekk l-ebda persuna ma tiġi mċaħħda mill-opportunitajiet jew mis-servizzi offruti, li l-kwalità tal-ħajja titjieb, inkluż tal-anzjani u tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Hija riforma intiża li tara li fuq livell soċjali ħadd ma jkun eskluż. B’din ir-riforma għalhekk il-Gvern se jwassal biex f ’pajjiżna jkollna verament Gvern Lokali ta’ eċċellenza. L-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Att dwar il-Kunsilli Lokali għadda. Hemm pass ieħor. Dak li nħarsu ’l quddiem u naħdmu. Naħdmu biex naraw li r-riġenerazzjoni tibda u tħalli l-frott – għall-ġid ta’ kulħadd.
Dan kollu juri ħidma ta’ gvern li verament irid li l-poplu jkun fuq quddiem nett. U dan huwa dak li qed iġiegħel lill-Partit Nazzjonalista jidħol fi stat ta’ paniku. Qed jara lill-poplu jistagħna, mhux biss f ’dak kollu li jolqtu b’mod dirett, imma wkoll f ’dak li huwa tiġdid tal-ambjent ta’ madwaru li minnu qed igawdi wkoll. Sitwazzjoni li qed tinkwieta bis-sħiħ lill-membri tal-Oppożizzjoni. Il-Partit Nazzjonalista dejjem jibqa’ kontra l-bidla. Hija Oppożizzjoni staġnata li ma’ kull pass ’il quddiem li jieħu dan ilGvern għall-ġid tal-poplu kollu f ’kull settur tas-soċjetà, tieħu għaxar passi lura lejn il-passat. Imma dan huwa gvern li jħares ’il quddiem lejn il-futur ta’ pajjiżna u fuq kollox qed iħejji t-triq, qed iħejji triq fuq pedamenti sodi għall-ġenerazzjonijiet li għada pitgħada se jkunu huma li jmexxu l-pajjiż. Dan għandu jkun il-ħsieb li għandna nġorru magħna ftit talġimgħat oħra meta bħala poplu mmorru nagħżlu lil dawk li rridu li jmexxu l-lokalitajiet tagħna.
18
21.04.2019
MUMENT STORIKU fix-xhur li għaddew. Il-proġett tal-Marsa Junction se jkun xeIx-xogħol li qed isir fuq it-to- mpju ta’ kif għandhom jitwettqu roq tagħna jinsab fuq fomm proġetti kapitali kbar. kulħadd; min jitkellem favur u min kontra. Kritika inġusta u Azzjoni f ’San Pawl il-Baħar kritika kostruttiva li ħadna nota tagħha u ħadna passi sabiex in- Huwa fatt magħruf li r-residenti tejbu l-proġetti rispettivi. Imma u l-komunità kummerċjali f ’San ftit tkellmu fuq il-benefiċċji Pawl il-Baħar ilhom snin twal ekonomiċi li jħallu l-proġetti li isofru minn telqa kbira fl-infraqed invaraw ta’ kuljum. Nhar struttura. Dan huwa inaċċetit-Tnejn tajna togħma ta’ dak tabbli speċjalment meta wieħed li se nkunu qed nibbenefikaw iqis li din hija lokalità turistika. minnu. Seba’ proġetti, b’inves- Għalhekk, il-Gvern ħa r-riedni timent ta’ €140 miljun se jħallu f ’idejh u ddeċieda li jintervjeni u €1.2 biljun benefiċċji fuq medda jieħu azzjoni għall-ġid tal-komuta’ 25 sena – kważi €7 għal kull nità ta’ San Pawl il-Baħar. Il-fon€1 li pajjiżna qed jinvesti. Dawn di li l-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-benefiċċji jinkludu ħin anqas il-Baħar kellu biex jagħmel dan moħli fit-traffiku u konsum an- ix-xogħol, liema fondi kienu qas ta’ fuel li jfissru wkoll anqas ilhom għandu imma qatt ma ntużaw, għaddew lura għand iltniġġis fl-arja. Gvern u permezz t’hekk inbeda proġett biex isiru 17-il triq f ’sePilastri bat ijiem. Din id-deċiżjoni turi Il-proġett tal-Marsa Junction li dan il-Gvern huwa kommess miexi kif ippjanat u issa dieħel biex jaħdem għall-ġid tal-Maltin f ’fażi importanti ħafna, bil-bini u l-Għawdxin kollha. tas-seba’ flyovers. Din il-ġimgħa bdejna nassistu għall-bini tal-ew- Is-Settur tal-Avjazzjoni wel mit-42 pilastru li se jservu ta’ bażi għall-pontijiet. Dan Settur ieħor importanti għal kollu qed isir mingħajr impatt pajjiżna huwa dak tal-avjazzjoni. fuq il-volum kbir ta’ traffiku li Qegħdin naħdmu bla heda biex jgħaddi mill-Marsa ta’ kuljum, din l-industrija tkompli tikber u grazzi għall-ippjanar għaqli li sar toħloq aktar impjiegi. Fl-aħħar Benefiċċji Ekonomiċi
Ian Borg Ministru
L-approvazzjoni tal-mozzjoni biex jitwettaq il-proġett tal-mina li tgħaqqad lil Malta u Għawdex imressqa minni, flimkien mal-kollega Ministru għal Għawdex, kienet bla dubju ta’ xejn mument storiku. Mhux ħaġa ta’ kuljum li l-Parlament jivvota b’mod unanimu favur proġett ta’ portata nazzjonali li ħoloq dibattitu wiesa’ b’opinjonijiet diversi. Wara snin ta’ diskussjoni, kellu jkun dan il-Gvern li jasal sabiex issa verament nagħmlu pass ’il quddiem u dan il-proġett ma jibqax biss wegħda elettorali. Din il-mina se tkun qed toħloq opportunitajiet differenti u ġodda għall-Għawdxin infushom. Fuq kollox din il-mina tfisser għaqda bejn il-gżejjer.
snin għamilna passi ta’ ġgant u llum irnexxielna nirduppjaw in-numru ta’ ajruplani rreġistrati f ’pajjiżna kkumparat mal2012. Imma għad fadlilna aktar x’naqdfu u l-għan tagħna huwa li sal-aħħar tas-sena jkollna 400 ajruplan fuq ir-reġistru Malti. Waqt żjara fl-uffiċini ta’ Transport Malta semmejt kif illum ħriġna 35 Ċertifikat tal-Operatur tal-Ajru (AOC), u f ’pajjiżna għandna disa’ organizzazzjonijiet tal-manutenzjoni tal-ajruplani u seba’ organizzazzjonijiet għattaħriġ u l-assessjar għall-manutenzjoni tal-ajruplani, ħames organizzazzjonijiet għat-taħriġ tal-cabin crew u ħamsa oħra għat-taħriġ tal-piloti. Dawn huma riżultati inkoraġġanti li jimlewna b’kuraġġ għall-futur qrib. Gwadann politiku
Nhar il-Ħadd spiċċajna l-ġurnata b’aħbar traġika fit-toroq tagħna; aħbar li ħalliet diqa kbira fost il-poplu Malti. Iżda traġika iktar kienet ir-reazzjoni tal-Oppożizzjoni. Hija tal-mistħija li tipprova tieħu vantaġġ politiku minn sitwazzjoni sfortunata. F’dawn iċ-ċirkustanzi rridu nirrispettaw lill-vittmi u lill-familjari tagħhom filwaqt li nħallu lill-awtoritaji-
kullhadd.com
et jagħmlu l-investigazzjonijiet tagħhom. Li hu żgur huwa li x-xogħlijiet li għaddejjin fi Triq Buqana ma kinux il-kaġun ta’ din il-ħabta head-on. Ejjew inkunu maturi għal darba u ma nippruvawx inqarrqu bin-nies għall-gwadann partiġġjan. It-Triq taċ-Ċawsli Resqin lejn tmiemhom ix-xogħlijiet fi Triq Bormla, li tgħaqqad Ħaż-Żabbar maż-Żejtun, jew kif jafuha n-nies tan-Nofshinar ta’ Malta, it-Triq taċ-Ċawsli. Din it-triq kienet ġerħa għan-nies ta’ dawn l-irħula; xempju tat-telqa li tħallew fiha t-toroq ta’ Malta u Għawdex. Fi ftit ġranet oħra din it-triq se titlesta u tibda titgawda mill-mijiet li jgħaddu minnha kuljum. Din it-triq se tkun il-mera ta’ kif għandhom isiru t-toroq tagħna, bi spazju pedonali u għaċ-ċiklisti. Il-ħitan tas-sejjieħ sebbħu t-triq li tmiss mal-għelieqi fil-viċinanzi. Issiġar karatteristika tal-post, ġew ikkonservati u l-arbli tad-dawl sparixxew darba għal dejjem. Tassew kburi bil-ħidma sfiqa li saret minn Infrastructure Malta li semgħu l-karbiet tan-nies u ħadmu bla heda biex wettqu dan il-proġett fil-ħin u bl-anqas inkonvenjent possibbli.
IRRIDU NIĠBDU ĦABEL WIEĦED
Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew
Aktar ma toqrob l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, aktar niġi mistoqsija dwar x’saħħa jista’ jkollu pajjiżna fil-Parlament Ewropew, meta għandna biss sitt siġġijiet meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra, li n-numru tagħhom jaqbeż lil tagħna ferm sew. M’iniex se ngħid li dan mhuwiex żvantaġġ imma nemmen li mhux ostaklu u dan ngħidu mill-esperjenza li ksibt f ’dawn il-ħames snin fil-Parlament Ewropew. L-ewwel nett, nibqa’ ninsisti
li mhux il-kobor jew iċ-ċokon tal-pajjiż li jgħodd, imma kemm kapaċi nikkonvinċu u ngħaddu l-messaġġ tagħna. Rajna dan iseħħ permezz tal-Prim Ministru Joseph Muscat meta jġib flimkien numru ta’ pajjiżi biex jaqsmu ma’ Malta l-piż tal-immigrazzjoni irregolari; rajt dan iseħħ fin-negozjati ta’ liġijiet differenti li mexxejt fejn dejjem tlaqt minn pożizzjoni fejn il-grupp konservattiv tal-Partit Popolari Ewropew kien kontra. Innegozjajt ma’ rappreżentanti ta’ pajjiżi ħafna akbar minna. Ikkonvinċejt bl-argumenti tiegħi u ġibt maġġoranza ta’ nies miegħi li oriġinarjament setgħu kienu xettiċi. It-tieni nett, nemmen bis-sħiħ li jekk inkunu sitt MEPs niġbdu ħabel wieħed, is-saħħa tagħna tkun akbar. Meta ngħid dan, mhux qed ngħid li wieħed ma jkunx kritiku tal-Gvern tal-ġurnata jew ma jimxix mal-ideoloġija politika tiegħu. Iżda meta niġu biex niddefendu l-interess nazzjonali, m’għandux ikun Malti stess li jimmina lil pajjiż-
na. Fuq kollox, dan hu wkoll x’jagħmlu delegazzjonijiet minn pajjiżi differenti kbar kemm huma kbar jew żgħar kemm huma żgħar. Meta pajjiżhom ikun fil-mira ta’ attenzjoni żejda, tarahom jingħaqdu flimkien. Għalhekk il-ħtieġa li jkollna rappreżentanti li jaħdmu favur pajjiżhom. Li naħdmu għal pajjiżna irid ikun is-sentiment li rridu nimbuttaw għax fl-aħħar mill-aħħar, aħna poplu wieħed. Ir-realtà hi li l-fatt li ġejjin minn pajjiż żgħir ma jnaqqas xejn mis-saħħa li jista’ jkollna biex inwettqu l-bidla. Jiena, u ċerta li bħali l-kandidati tal-Partit Laburista, se naħdem għall-interess ta’ pajjiżi qabel kull interess ieħor. Se nagħmel kif għamilt fl-aħħar ħames snin, li nikkritika fejn hemm bżonn. Irridu iżda jkollna front b’saħħtu biex ma nħallux lil min jagħmel ħsara lil pajjiżna. Ħareġ fil-beraħ il-pjan ta’ MEPs li magħhom kienu qed jitħabbu MEPs tal-Partit Nazzjonalista. Iridu jheddulna d-dritt tal-vot u l-aċċess għall-fondi Ewropej.
Għalija dan assolutament mhux aċċettabbli. Min jilgħab f ’idejn dawn in-nies ikun qed jhedded l-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin. Sfortunatament, l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista ma kinux kapaċi jaraw l-implikazzjonijiet long-term ta’ għemilhom. Għalija huma politiċi li ġabu l-interess partiġjan qabel kull interess ieħor. Iżda, imbagħad, wara xhur twal jitkellmu kontra Malta u jippruvaw jagħtu l-impressjoni li f ’pajjiżna s-saltna tad-dritt ma teżistix jew li ninsabu f ’xi stat ta’ kollass, il-Partit Nazzjonalista ħareġ jiddiżassoċja ruħu minn ma’ MEP Ġermaniż li qal ċar u tond li jrid li jiskatta Artiklu 7 kontra Malta, jiġifieri jeħdilna d-dritt talvot u jhedded il-fondi ta’ Malta. Nemmen li pajjiżna ma jistħoqqlux MEPs li jaraw biss sa mneħirhom u l-elettorat Malti għandu l-possibbiltà li jsaħħaħ aktar lid-delegazzjoni tal-Partit Laburista biex verament naħdmu favur Malta. Finalment, nittama li l-MEPs kollha li se jkunu eletti fl-elezzjoni tal-25
ta’ Mejju, jiġu mil-liema naħa jiġu, jaħdmu biex iġibu l-interess nazzjonali, qabel kull interess ieħor.
Nemmen li pajjiżna ma jistħoqqlux MEPs li jaraw biss sa mneħirhom u l-elettorat Malti għandu l-possibbiltà li jsaħħaħ aktar lid-delegazzjoni tal-Partit Laburista biex verament naħdmu favur Malta
19
21.04.2019
kullhadd.com
NIXEGĦLU L-MAGNI Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL
Dawn is-sitt ġimgħat li ġejjin huwa ġimgħat li se jressquna lejn appuntament importanti elettorali nazzjonali. Huma elezzjonijiet kruċjali għaliex huma dawk imsemmija bħala mid-term elections, fejn il-partiti jkollhom eżami tal-kuxjenza u jaraw fejn qed ifendu mal-elettorat. Ħafna drabi fil-maġġoranza tal-pajjiżi dawn l-elezzjonijiet li jiġu f ’nofs leġiżlatura jkunu elezzjonijiet għat-telgħa għall-partit fil-gvern. Dan għaliex l-elettorat iħossu komdu li juża l-vot tiegħu sabiex isemma’ leħnu bħala approvazzjoni jew diżapprovazzjoni għall-ħidma tal-gvern attwali u jħossu komdu jiġbed il-widnejn. U għalhekk il-partiti jieħdu b’serjetà kbira dan it-test elettorali għax se jkollhom stampa attwali tal-polz tal-elettorat. Il-Partit Laburista huwa ffukat totalment fuq l-importanza ta’ dawn l-elezzjonijet li se jseħħu fil25 ta’ Mejju li ġej, sew tal-Parlament Ewropew u sew tal-Kunsilli Lokali. Hija l-ewwel darba li l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali se jsiru f ’daqqa, jiġifieri f ’kull lokalità ta’ Malta u Għawdex. U għalhekk il-Partit Laburista jagħraf li dan hu test li m’għandux jittieħed leġġer jew agħar minn hekk jittieħed for granted. Dan huwa test elettorali li mhux biss se jagħraf il-polz tal-poplu fuq firxa nazzjonali imma wkoll fid-dettall, f ’lokal lokal. Il-votanti jqisu l-vot bħala għodda demokratika sabiex isemma’ leħnu. Jien immur lil hinn minn hekk u ngħid li l-vot huwa dmir demokratiku li jagħti lill-votant issaħħa sabiex jagħżel ir-rappreżentanti tiegħu u lil min irid li jmexxih ibbażat fuq il-manifest elettorali l-aktar li laqtu, li l-aktar li jarah veritier u reali li jitwettaq. Il-ħidma sabiex twassalna għall-25 ta’ Mejju f ’dawn l-aħħar ġranet ħadet dimensjoni akbar u skatta l-proċess elettorali li tana l-ħabel sabiex titlaq it-tiġrija f ’kampanja elettorali li qiegħda litteralment wara l-bieb. Persważa
li l-Partit Laburista fassal kampanja elettorali oħra mimlija entużjażmu, kampanja viċin in-nies li se teħodna f ’kull rokna tal-Gżejjer Maltin. L-attivisti lkoll ħerqanin biex mill-ġimgħa d-dieħla nibdew inqassmu l-voti bieb bieb fil-lokalitajiet rispettivi tagħna. Ix-xogħol ta’ outreach ma jieqaf qatt u kif ukoll il-kordinamnet sabiex kollox ikun lest u ordnat għal dakinhar tal-votazzjoni. Il-kumitati lokali huma l-pern li ddur miegħu din l-attività kollha fil-lokalitajiet, u għaldaqstant nieħu din l-opportunità sabiex nirringrazzja lil sħabi uffiċjali, delegati u membri tal-kumitati li flimkien ma’ attivisti u volontarji oħra jagħmlu xogħol li jiswa aktar mid-deheb sabiex il-Partit Laburista jkun lest sa snienu u ppreparat għal dawn l-elezzjonijiet li ġejjin, dejjem taħt id-direzzjoni tal-amministrazzjoni tal-partit u kif ukoll tal-uffiċċju elettorali tal-partit. Jien nagħmel parti minn kumitat lokali u quddiemna qed naraw sitt ġimgħat mimlijin xogħol imma ninsabu kkargati u entużjasti sabiex dan ix-xogħol nagħmluh minn qalbna għall-partit li lkoll nemmnu li jħaddan l-aktar ideal li jqarreb lejn is-sewwa. U għalhekk nappella lill-elettorat sabiex bil-familji tagħkom tipparteċipaw fl-attivitajiet politiċi li se jorganizza l-Partit Laburista waqt il-kampanja elettorali. Nibdew minn din il-ġimgħa stess permezz tal-Konferenza Ġenerali Annwali li din is-sena bla preċedent se tinżel fit-toroq u tiġi qrib iċ-ċittadini u mbagħad fl-1 ta’ Mejju niltaqgħu Pjazza Kastilja għall-Mass Meeting sabiex nagħtu appoġġ u turija ta’ fiduċja massiċċa lill-Prim Ministru maħbub tagħna Dr Joseph Muscat. Inħeġġeġ lilkom għeżież qarrejja sabiex timtlew bl-entużjażmu, sabiex tikkonvinċu b’umiltà lill-persuni li jħossuhom xi ftit bierda u tkebbsulhom il-fjamma tal-entużjażmu. Dawn huma elezzjonijiet importanti fejn irridu nagħtu sinjal kemm dan il-pajjiż jemmen fil-gwida u fit-tmexxija ta’ dan ilGvern imma fuq kollox fit-tmexxija ta’ Joseph Muscat. Ejja nagħtu lill-Partit Labursita u lil Joseph Muscat l-akbar rebħa elettorali li qatt ra pajjiżna. Jien lesta għal din l-isfida. Nistiednek sabiex int ukoll tingħaqad mal-eluf li qed iwieġbu b’tant saħħa għas-sejħa tal-Partit Labursita, sabiex Malta tal-lum u ta’ għada tibda suċċess għal kulħadd. Nieħu l-opportunità sabiex nawguralkom ilkoll l-Għid it-Tajjeb.
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 11 ta’ April Tgħidx kemm daħak Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna meta konna qegħdin nisimgħu l-aħbarijiet il-każin u ntqal li l-Kap Adrian Delia kien qal li l-qtil ta’ Raymond Caruana jfakkru fil-ġlieda li l-partit glorjuż tagħna, immexxi mill-kbir Eddie, kien għamel għall-ġustizzja, għall-verità u għal-libertà. Meta staqsejtu għalfejn dak id-daħq kollu kien pront weġibni li l-ġlieda ma kinitx għall-ġustizzja, għall-verità u għal-libertà. L-għajta kienet xogħol - ġustizzja - libertà. Ovvjament, żied jgħidli, Adrian Delia ma ftakarx fix-xogħol għax il-ġlieda tax-xogħol dan il-Gvern rebaħha għax ix-xogħol qiegħed jiġri wara l-ħaddiem, u mhux il-ħaddiem jiġri wara x-xogħol! Il-Ġimgħa, 12 ta’ April Ili ftit mhux ħażin nissuspetta li tat-Times qegħdin iduru kontra tagħna, għax kieku stejjer bħal dik ta’ Kristy Debono u Herman Schiavone ma kinux iġibuhom. Ngħid id-dritt, kull darba li jġibu xi storja simili, jiġifieri storja li tagħmel ħsara lill-partit glorjuż tagħna, xi ftit jew wisq niskanta. Imma l-editur ta’ In-Nazzjon, il-ġurnal tal-partit tagħna, illum fakkarni li din mhix xi ħaġa ġdida. Fakkarni li kienu jsiru attakki ħorox kontra esponenti tal-partit tagħna anke meta l-partit kien immexxi minn Lawrence Gonzi. Imma fl-istess ħin, l-editur tagħna qajjimli kurżità kbira meta qal li dak iż-żmien it-Times kienet immexxija minn Adrian Hillman. Qajjimli kurżità għax illum Hillman m’għadux mat-Times u allura staqsejt lili nnifsi min hemm wara l-attakki tallum. Is-Sibt, 13 ta’ April Bħalma nagħmel tista’ tgħid kull nhar ta’ Sibt, erħejtilha lejn l-istamperija, għalkemm illum domt xi ftit għax domt
ma qomt peress li lbieraħ mort il-kunċert ta’ Gianni Morandi, il-kantant favorit tiegħi u l-aqwa kantant ta’ żmienu u żmieni. Mort dritt l-uffiċċju ta’ sieħbi li normalment jgħaddili l-informazzjoni dwar dak li jkun għaddej u staqsejtu x’jaħseb dwar il-biċċa tat-Times. It-tweġiba tiegħu kienet biex ma nagħtix kas, għax fl-aħħar mill-aħħar kulħadd tiġi tiegħu. Qalli biex dawn l-affarijiet inħalluhom f ’idejn Pierre Portelli, għax dak jaf x’inhu jagħmel. Il-Ħadd, 14 ta’ April Xejn ma ħriġt sodisfatt bid-diskorsi li smajt illum fil-każin tas-Siġġiewi. Ma ħadtx gost nisma’ lil David Casa jgħid li vot għall-kandidati kollha tal-partit tagħna biss jista’ jwassal għattielet siġġu fil-Parlament Ewropew. Ma ħadtx gost għax għalija dan ifisser li David Casa qata’ qalbu li ntellgħu erbgħa. Imbagħad ma ħadtx gost nisma’ lillKap Adrian Delia jgħid li ltaqa’ ma’ ħafna nies fin-negozju u kollha qalulu li sejrin ħażin. Ma ħadtx gost anke b’dak li għamel għax wara l-attività rajtu ħiereġ mill-boutique hotel Pjazza Suites li fetħet m’ilux. F’qalbi għedt: kif jista’ jkun in-negozji kollha sejrin ħażin u l-boutique hotels qegħdin ifaqqsu mil-lum għal għada. It-Tnejn, 15 ta’ April Din il-ġlieda ma’ tat-Times żgur li mhix qiegħda tagħmlilna ġid. Donnhom aktar qegħdin jifferoċjaw kontrina. Mhux għax kontra l-Gvern mhumiex jgħidu wkoll, imma aħna m’aħniex imdorrijin bit-Times tattakka daqshekk lill-partit tagħna. Fuq kollox jien x’jinteressani jekk għandhom id-dejn ma’ dak jew mal-ieħor! Jien irridhom jiktbu editorjali kontra l-Gvern u mhux kontra tagħna. U mela spiċċajna bid-Direttur Maniġerjali tagħhom joħroġ stqarrija u jgħid li dak li rrappurtaw
il-gazzetti tagħna mhu xejn għajr “gidba ffabbrikata”. Ikolli ngħid li wara l-gidba ffabbrikata tal-Egrant, u issa din il-gidba ffabbrikata dwar id-dejn tat-Times, se nispiċċaw jgħidulna l-partit tal-gideb iffabbrikat. It-Tlieta, 16 ta’ April Kultant jidħolli dubju jekk aħniex nagħmlu sew, jum wara l-ieħor. Jidħolli dubju għax fl-aħħar elezzjoni l-istess tattika użajna u ara xi ġralna! Ġarrabna l-akbar telfa fl-istorja politika ta’ pajjiżna. Insomma, jekk mhux l-akbar, waħda mill-akbar. Min-naħa l-oħra ma rridx li dan id-dubju jaqtagħli qalbi għax bilmod il-mod jien konvint li l-messaġġ li qiegħed iwassal il-Kap tagħna Adrian Delia qiegħed jasal u għalhekk konvint li fil-25 ta’ Mejju l-maġġoranza se tkun fuq in-naħa tagħna biex nibagħtu messaġġ lill-Gvern ta’ Joseph Muscat biex ma jibqax jagħmel ħsara lil pajjiżna. Għalkemm jien, fl-opinjoni tiegħi, aktar qegħdin jagħmlulna ħsara David Casa u l-bella kumpanija. Imma hekk jaqbel għall-partit tagħna, mhux hekk, man! L-Erbgħa, 17 ta’ April Komplejt ninkwieta fuq it-tattika li qegħdin nużaw. Ma nafx min hemm warajha, apparti l-Kap Adrian Delia, Clyde Puli, u ovvjament Pierre Portelli. Hemm min hemm warajha, naħseb li qegħdin jippretendu wisq meta jaħsbu li jistgħu jidħqu b’kulħadd il-ħin kollu. Għax jien għalija hekk qegħdin nippruvaw nagħmlu meta ngħidu li l-kontijiet tad-dawl u tal-ilma mhux vera roħsu. Kif nistgħu nikkonvinċu meta l-kontijiet li qegħdin nirċievu huma orħos minn ta’ żmienna. Dan anke jien naħilfu, avolja jien l-akbar Nazzjonalist li hawn f ’Malta u Għawdex. Xejn xejn imissna ngħidu li nraħħsuhom meta nkunu fil-gvern.
20
21.04.2019
kullhadd.com
It-Tieni Parti (tkompli mal-intervista tal-Ħadd li għadda)
ENĊIKLOPEDIJA PAPALI L-E.T. Frank Zammit - Ambaxxatur ta’ Malta għall-Vatikan, Vatikanista prim u espert tal-istorja tal-Papiet. Għandu esperjenza wiesgħa ta’ dan kollu, tant li jista’ jitqies bħala enċiklopedija Papali. tu studja lill-filosfu Ġermaniż Max Scheler li dejjem sostna li bl-imħabba ssolvi kollox. Dan il-Papa dejjem sostna hekk u dan it-tagħlim ppruvah meta ħafer lil min ipprova jitfgħu d-dinja l-oħra. Darba intervistajt lis-Segretarju Privat tiegħu, il-Kardinal Stanislaw Dsiwisz li kien qalli li l-Papa kien ħafer lil Agca sa minuti wara r-reat meta kien qed jitwassal fl-Isptar Ġemelli għall-operazzjoni fil-ħin li l-libsa bajda tiegħu kienet inbidlet f ’kulur aħmar bid-demm li beda ħiereġ minn ġismu. Il-Papa mhux biss ħafirlu, iżda beda jitlob għalih sakemm intilef minn sensih!
Għaliex il-Papa Ġwanni XXIII kien magħruf bħala l-“Papa t-Twajjeb”? Li Ġwanni XXIII kellu karattru twajjeb ħafna jafuh. Imma l-fatt kif beda dan it-timbru fuq dan il-Papa naħseb li ftit jafuh. Dan kien seħħ fil-bidu tas-sittinijiet f ’ħin li l-Italja kienet għaddejja minn kampanja elettorali qalila! Allura t-toroq ta’ Ruma kienu mimlijin bi streamers politiċi tad-diversi partiti politiċi li kienu qed jikkontestaw dik l-elezzjoni. F’dak iż-żmien il-Papa Ġwanni XXIII kien se jżur waħda mil-parroċċi Rumani. Ma ninsewx li l-Papa minbarra li hu Papa huwa l-Isqof ta’ Ruma wkoll. Mela l-Papa jasal bis-segwitù tiegħu f ’dik il-parroċċa u għas-sorpriża kbira tiegħu jinnota li l-partiti politici kienu niżżlu l-istreamers politiċi tagħhom minn dawk in-naħiet u b’mod kolleġjali kienu tellgħu oħrajn li kienu jgħidu “Viva Giovanni XXIII – Viva il Papa Buono,” u minn hemmhekk dan il-Papa baqa’ magħruf bħala l-“Papa Buono”! X’taħseb rigward il-fatt li l-Papa Benedittu XVI ġie wara Papa ġgant bħalma kien il-Papa Ġwanni Pawlu II? Dan il-fatt ma jnaqqas xejn mill-personalità ġganteska ta’ Papa Ratzinger. Bniedem intelletwali per eċċellenza, min jafu jaf kemm jaħdem fih l-ispirtu tal-karità. U ma ninsewx kif kien ħalla lid-dinja bla kliem għallmod kif irrinunzja mill-Papat għall-ġid tal-istess Knisja Universali. Il-Papat tiegħu kien lezzjoni kontinwa dwar il-karità, il-verità u t-tama. Ma nqisx li l-pontifikat ta’ Benedittu XVI kien b’xi mod f ’xi dell għall-pontifikat ta’ Papa Wojtyla.
il-għomor. Kien affaċċjat minn żewġ dittaturi, dik nazzista u dik komunista. Minn dan kollu għamel banju ta’ skola u dejjem serva lil dawk ta’ madwaru b’mod eċċellenti kemm meta kien ħaddiem, kemm meta kien qassis, kemm meta kien kardinal u kemm meta kien Papa. L-esperjenza ta’ ħajtu għenitu sabiex ikompli jtejjeb is-servizz tiegħu lejn l-umanità. U rigward il-kritika li ssir lejh kif minħabba li kien attur huwa fid-diskorsi tiegħu bħal donnu kien jagħmel reċta biex jidher huwa nnifsu aktar biex iwassal il-messaġġ t’Alla - fi kliem ieħor kien jilgħab għall-midja - int x’taħseb? Il-Papa Ġwanni Pawlu II qatt ma lagħab għall-midja iżda kien konxju li jekk il-midja tkun alleata tiegħu, allura l-messaġġ tiegħu jasal aktar.
Huwa proprju minħabba dan li wħud iqabblu l-karattru tal-Papa Ġwanni Pawlu II u jiddeskrivuh bħala kariżmatiku waqt li lill-Papa Benedittu jiddeskrivuh bħala stramb. X’inhuma Il-Papa Ġwanni Pawlu II kien l-opinjonijiet tiegħek poliglotta, attur, drammaturgu, rigward dan? sportiv u anke ħaddiem. Mess ma’ ħafna sitwazzjonijiet f ’ħajtu. Ejja ma nittimbrawx lil dawn iżTrabba mingħajr familja għax żewġ personalitajiet b’aġġettivi li tilef lil dawk qrib tiegħu f ’qasir ma jagħmlux sens. Ma ninsewx Il-Papa Ġwanni Pawlu II kemm kien juża l-fatt li meta kien żgħir hu kien attur biex jikkomunika aħjar mal-persuni?
li dawn it-tnejn ħadmu flimkien f ’sintonija kbira għal 24 sena sħaħ - mill-1981 sal-2005. Ġwanni Pawlu II kellu fiduċja għamja fil-Kardinal Ratzinger u għal 24 sena kien afdalu f ’idejh l-ogħla kongregazzjoni fil-Kurja Rumana - dik tad-Duttrina tal-Fidi. Kważi trid tkun aktar minn uman sabiex persuna timmaniġġja l-uffiċċju dottrinali tal-Knisja. Il-Kardinal Joseph Ratzinger irnexxielu u kull fejn kellu juri l-fermezza ma ddejjaqx jagħmel hekk. Madanakollu, inħoss li l-midja xejn ma għenet lill-Papa Benedittu sa minn meta laħaq Papa hekk kif ingħata t-titlu ta’ “Rottweiller” fost aktar titli. Int x’taħseb? Nerġa’ nfakkrek li l-Papa Benedittu XVI kien elett għas-Servizz Petrin wara li kien mexxa għal 24 sena l-Kongregazzjoni tad-Duttrina tal-Fidi - l-aktar kongregazzjoni iebsa u intransinġenti fil-Knisja kollha. L-imħabba enormi li l-Kardinal Ratzinger kellu għall-Knisja impeditu milli jieħu d-deċiżjonijiet li kellu jieħu f ’dik il-kongregazzjoni hekk iebsa u delikata fl-aġenda tax-xogħol tagħha! U rigward l-inċident fit-13 ta’ Mejju tal-1981 meta l-Papa Ġwanni Pawlu II ġew sparati tiri lejh fil-Pjazza tal-Vatikan?
Tħoss li l-fatt li Karol Woytla ma mietx kien miraklu għax l-incident seħħ proprju nhar l-ewwel dehra tal-Madonna f ’Fatima nhar it-13 ta’ Mejju?
Hemm bosta diċeriji li l-Papa Ġwanni Pawlu I Albino Luciani nqatel għax intefagħlu xi velenu fl-ikel jew b’xi mod ieħor minn xi ħadd qrib tiegħu għax ma ridux isir Papa. Int x’taħseb? Dawk li jobogħdu lill-Knisja Kattolika użaw din l-istorja mingħajr provi sabiex jattakawha biha. Hu fatt magħruf li l-Papa Ġwanni Pawlu I kellu problemi ta’ saħħa. Minħabba li kien ibati minn problemi ċirkolatorji tad-demm hu kien ikollu jimxi siegħa kuljum. Kellu nefħiet kbar f ’saqajh. Tant il-pali ta’ saqajh kienu minfuħa li lanqas kien jista’ jilbes żarbun. Allura ħafna drabi kien ikollu jilbes bħal papoċċ artab. Tliet membri tal-familja tiegħu esperjenzaw imwiet simili għal tiegħu qablu. Mewt zopptu tista’ tiġi fuq kulħadd! Irrid infakkar li fl-4 ta’ Settembru 1978, fid-disa’ jum tal-pontifikat tiegħu waqt li kien qed jiltaqa’ f ’udjenza privata fil-Palazz Appostoliku mal-Arċisqof Ortodoss ta’ Leningrag, Nikodim I, dan waqa’ quddiem il-Papa u miet b’mod instantanju. Kien sofra attakk tal-qalb. Dan il-fatt ftit jafuh. Mewt hekk tista’ tiġi fuq kulħadd!
Hu stess jattribwixxi dan il-fatt mirakoluż lill-Madonna ta’ Fatima. Però, il-Papa kien donnu jaf x’se jseħħ. Ġurnata qabel dan l-attakk atroċi fuqu kien bierek ambulanza tal-Klinika Vatikana. Kien dam jitlob fiha ħafna. Meta ħareġ minnha u kien qed jirritorna lejn l-uffiċju tiegħu spjega lill-kollaboraturi tiegħu li kien talab ħafna għal dak li kellu juża dik l-ambulanza għall-ewwel darba! Tgħid kien jaf li kellu jkun hu li kien se jżanżan dik l-ambulanza? L-għada kien żanżanha proprju huwa stess! Dakinhar kienu seħħew żewġ mirakli fuqu. Il-bravuri tat-tim mediku li ħelsuh minn mewta ċerta u li fil-ħin tal-inċident l-ambulanza waslet l-Isptar Ġemelli mill-Vatikan fi ftit minuti għax misterjożament ma ltaqgħetx ma’ traffiku. Kieku l-ambulanza kienet tiltaqa’ mat-traffiku, kif dejjem kien fatt normali f ’dik ilX’investigazzjoni saret belt, il-Papa kien imut żvinat! rigward dan u għaliex millinkjesta għadna ma nafux U meta l-istess Papa ħafer lil x’ħareġ sal-lum il-ġurnata? min ipprova joqtlu. Dan il-ġest nobbli u ferm Awtopsja fuq il-ġisem tal-Papa kuraġġuż, x’messaġġ wassal ma saritx u t-tabib tiegħu kien lid-dinja kollha? ikkonkluda li Papa Luciani kien Karol Wojtyla sa minn żgħożi- miet wara li kien sofra minn at-
21
21.04.2019
kullhadd.com
takk qawwi tal-qalb. Però kotba nkitbu. Fost l-oħrajn insibu In God’s Name ta’ David Yallop li dan jasal għall-konklużjoni li l-Papa kien ġie vvalenat filwaqt li l-ktieb A Thief in the Night ta’ John Cornwall jgħid li Papa Luciani kien ikkollassa quddiem ilpiż tal-pontifikat iebes tiegħu u miet. Għaliex Papa jkollu jagħżel isem meta jiġi elett? L-ewwel Papa li bidel ismu wara li kien elett bħala Vigarju ta’ Kristu fuq l-Art kien fis-sitt seklu wara Kristu minħabba li dan it-tali kien imsemmi għall-alla Ruman, Merkurju. Allura dakinhar kien ħa l-isem ta’ Ġwanni II. Wara dan uħud mill-Papiet biddlu isimhom filwaqt li oħrajn kienu biddlu l-isem tal-magħmudija tagħhom. L-aħħar Papa li ma bidilx ismu kien il-Papa Marċellu II fl-1555. Wara dan, kienet saret drawwa li l-Papiet immedjatament wara l-elezzjoni tagħhom ibiddlu isimhom avolja mhux xi ħaġa ta’ bilfors fil-protokoll tal-konklavi! Għaliex il-Papiet joħorgu l-Enċikliċi u l-Ittri Appostoliċi u x’differenza hemm bejn dawn iż-żewġ ġeneri? L-Enċiklika hi strument miktub mill-Papa u li tkun iċċirkolata mal-Knisja Universali. Jiġifieri li tasal fid-djoċesijiet kollha tad-Dinja. L-Ittri Appostoliċi għandhom ftit anqas saħħa mill-Enċikliċi. Dawn il-Papa jiktibhom fuq temi dottrinali bħal meta Ġwanni Pawlu II kien ippubblika waħda sabiex iħabbar il-bidu tat-tielet millenju tal-kristjaneżmu. Permezz tal-ittri Appostoliċi, il-Papa jħabbar ukoll bħal meta jiddikjara xi venerabbli ġdid, bħal meta jiddikjara l-elevazzjoni ta’ xi Knisja f ’Bażilika jew bħal meta jeretta xi Nunzjatura Appostolika ġdida. Xi tgħidilna fuq il-konklavi u l-mod li bih jiġi elett Papa?
sena tiegħu. Dan l-avveniment kien intlaqa’ mill-kardinali li l-età tagħhom kienet ’il fuq minn 80 sena bi kritika qawwija kontra l-Papa. Irrid ngħid ukoll li minkejja li l-Kardinal Prospero Grech m’għandux vot għax l-età tiegħu taqbeż it-80 sena, madwar 200 sena ilu Malta kellha l-Kardinal Fabrizio Sceberras Testaferrata li kien ivvota fi tliet konklavi fi spazju ta’ tmien snin bejn l-1823 u l-1831.
min ikun qed jagħżel biex ikun meta Piju XII fl-1950 bil-“Munifil-kandidat huwa dak li Ġesù jix- icentissimus Dues” kien iddefinixxa t-tlugħ fis-sema tal-Madontiequ jivvota għalih! na bir-ruħ u bil-ġisem. Għaliex il-Papa jitqies bħala Għaliex jinxtegħel duħħan infallibbli? abjad meta jiġi elett Papa? Fil-ħajja ta’ kuljum, il-Papa mhux infallibbli għax hu uman bħalna Dan hu protokoll tal-konklavi li ilu jintuża għal mijiet ta’ snin. lkoll u għalhekk jiżbalja wkoll. Din id-duttrina tal-infallibbiltà Sabiex ikunu prodotti d-daħnikienet iddefinita dommatika- et bojod u suwed jinħarqu l-voti ment fil-Konċilju Vatikan I bejn tal-elezzjonijiet inkonklussivi ma’ l-1869-70 fl-istrument “Pastor ċerta kimika. Iċ-ċumnija attwali aeternus” imma dan kien ġie di- li tintrama għal kull konklavi ilha Taħseb li jidħol ċertu fiż qabel, għax kienet teżisti diġà tintuża sa mill-Konklavi ta’ Marlobbying f ’dawn il-konklavi fit-teologija medjevali fejn kienet zu 1939 meta kien elett il-Papa jew huwa l-Ispirtu s-Santu li anke l-opinjoni maġġoritarja Piju XII, l-aħħar Papa Ruman. tat-teologi fl-era tal-kontrorifor- Allura fuqha wieħed isib tnaqqix jmexxi kollox? tad-dati kollha minn dak il-konkma. Il-Knisja universali tgħallem lavi li seħħ f ’Marzu tal-1939 sa Meta l-kardinali jidħlu fil-konklavi, mal-għeluq tal-bieb tal-Kap- li l-infallibbiltà hija kariżma dak ta’ Marzu tal-2013 meta kien pella Sistina jmut miegħu l-ispet- mgħoddija lill-Knisja minn Kris- elett il-Papa Franġisku. takolarità tal-ispekulazzjonijiet tu nnifsu lill-Knisja kollha fejn il-Papa bħala l-Kap tal-Kulleġġ Taħseb li fil-futur għad ġurnalistiċi. Ħafna drabi, il-kardinali li tal-Isqfijiet igawdi l-infallibbiltà. ikollna Papa ta’ kulur? jidħlu bħala favoriti f ’konklavi Din il-kariżma hi l-grad suprem jerġgħu joħorġu minnu kardina- li wieħed jipparteċipa fl-awtorità Fatt li seħħ fl-aħħar jiem qabel li. Pereżempju, il-Papa Ġwan- divina ta’ Kristu fejn fit-Testment il-Konklavi tal-2013 meta kien ni Pawlu II ma kienx il-favorit il-Ġdid, sabiex tiddefendi l-fidili u elett il-Papa Bergoglio kien isfil-Konklavi t’Ottubru 1978. tiggarantixxi l-professjoni tal-fidi, semma’ ħafna f ’dan is-sens Min jista’ jivvota f ’dawn Madanakollu, kien elett Papa. tassigura li huma jkunu fit-triq il-Kardinal mill-Ghana, il-Karil-konklavi u għaliex kardinal Piju X kien elett Papa bl-għa- it-tajba. Il-Knisja tgħallem ukoll li dinal Peter Turkson li jaħdem ta’ ’l fuq minn 80 sena bħal jnuna ta’ veto kontra l-kandi- l-Papa jkun megħjun divinament fil-Kurja Rumana. Kardinal Malti l-Eminenza datura tal-Kardinal Mariano fl-eżerċizzju ordinarju tal-maġisQed jissemma wkoll b’ċertu Tiegħu Prospero Grech ma Rampolla del Tindaro. Però, Eu- teru tiegħu. jkunx eliġibbli għall-vot? Skont it-taghlim tal-Konċilju insistenza li bil-kuntatti li genio Pacelli daħal favorit nett fil-Konklavi tal-1939 u kien elett Vatikan I, il-Papa jkun infallibbli għandu u bl-importanza li Dan kien seħħ kif diġà spjega- Papa wara tliet skrutinji. meta jkun “ex cathedra”, jiġi- jgawdi fil-Vatikan l-Arċiqof jt minħabba l-Ittra Appostolika Mhux ċajta li kardinal ikun im- fieri meta jkun qed jiddefinixxi ta’ Malta, l-E.T. Charles J. tal-Papa Pawlu VI tal-20 ta’ No- penjat f ’lobbying meta ftit wara xi duttrini li tikkonċerna l-fidi u Scicluna, saħansita anki hu vembru 1970, l-“Ingravescentem jrid jitla’ jivvota u qabel ma jitfa’ l-morali li tkun trid tiġi rispet- jista’ jigi kkunsidrat Aetatem” li biha kien stabilixxa dak il-vot irid jiddikjara, quddi- tata mill-Knisja kollha. Bħal għal Papa. Int x’taħseb? li l-kardinal jitlef id-dritt li jiv- em Kristu fl-affresk tal-Ġudizzju pereżempju meta l-Papa jipvota f ’konklavi f ’għeluq it- 80 Universali ta’ Michelangelo, li lil promulga xi dogma tal-fidi bħal Din hi spekulazzjoni pura ġurnalistika. Li nista’ ngħid hu li fil-Kurja Rumana Monsinjur Scicluna hu personalità rispettata ħafna. Bħal meta wieħed isiefer mal-erbat irjieħ tad-dinja u kif Mhux ċajta li kardinal ikun impenjat f’lobbying ikunu jafu li int Malti jsemmulek lil Dom Mintoff, kif Malti jimmeta ftit wara jrid jitla’ jivvota u qabel ma jitfa’ dak il-vot patta mal-Kurja Rumana l-prelati irid jiddikjara, quddiem Kristu fl-affresk tal-Ġudizzju t’hemmhekk isemmulek lil dan l-Arċisqof Malti. Universali ta’ Michelangelo, li lil min ikun Personalment ma tkunx sorprigħalija li Monsinjur Scicluna qed jagħżel biex ikun il-kandidat huwa dak li Ġesù za jkompli jingħata aktar responsabjixtiequ jivvota għalih! biltajiet delikati f ’Ruma fil-futur.
Ir-rit tal-konklavi evolva mal-milja taż-żmien. Mhux dejjem seħħ fil-Kappella Sistina. Bħal meta seħħ f ’Viterbo fejn kien dam xejn anqas minn tliet snin bejn l-1268 u l-1271 meta kien elett l-Arċi-Djaknu Tebaldo Visconti bħala Gregorju X. Ġieli l-konklavi seħħ fil-Quirinale, illum il-Palazz tal-President tar-Repubblika Taljana imma dak iż-żmien il-Palazz tal-Papa minħabba li l-istess Papa f ’dik l-era kien issovran ta’ Ruma. Pereżempju, il-Konklavi tal-1878 li eleġġa lill-Papa Ljun XIII seta’ seħħ f ’Malta. Fil-Konklavi tal-1823, tal-1829 u dak ta’ bejn l-1830-31 kien ivvota fihom l-ewwel Kardinal Malti, l-Eminenza Reverendissima Fabrizio Sceberras Testaferrata. Il-Konklavi evolva anke grazzi għall-kostituzzjonijiet varji tal-Papiet li rregolawh bħal meta Pawlu VI bl-ittra Appostolika “Ingravescentem Aetatem” ta’ Novembru 1970 kien elimina lill-kardinali li jkunu għalqu 80 sena milli jidħlu fil-Konklavi sabiex jivvutaw.
22
21.04.2019
kullhadd.com
MINN ĦAFNA ĦIN LIBERU FUQ IDEJH, SKOPRA TALENT
Ħafna drabi l-bniedem jaf isib ruħu xi żmien b’idejh fuq żaqqu. Jaf ikunu mumenti ta’ riflessjoni, mistrieħ jew meditazzjoni Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li ħa ngħid hekk mix-xewk ħareġ il-ward. Qed ngħid hekk, għax minn ħajja bbażata fuq id-drogi, sab ruħu fil-programm ta’ riabilitazzjoni, u minn hemm ġew stess skopra talent fih innifsu. Qed nirreferi għal Godwin Spiteri. Għandu 39 sena, joqgħod Ħ’Attard, u jaħdem fuq xogħol ta’ skultura. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna b’qalbu tajba, jħobb jgħin, tal-affari tiegħu u jħobb ħafna l-annimali. Dan l-aħħar Godwin għadu kif temm programm tal-Caritas b’suċċess għar-riabilitazzjoni mid-droga. Kien jabbuża minn diversi drogi fosthom kokaina, ħaxixa, lsd, eroina, u extacy. Miegħi stqarr li kien daħal fin-nasba tad-drogi għax ħassu naive u biex jinqata’ mir-realtà tal-ħajja. Fil-fatt dam il-programm għal sena u tliet xhur. Iżda ta’ min isemmi li kien dam madwar 25 sena jabbuża mid-droga qabel ma daħal għall-programm, għalkemm kellu ħafna relapses. Meta bdejt nitkellem ma’ Godwin, sirt naf li kien għeja fil-ħajja tad-droga. Fil-fatt kien spiċċa lanqas kellu xejn iktar lejn xiex iħares fil-ħajja. Iżda kollox ma’ kollox, il-familja tiegħu tatu ħafna sapport biex jidħol għall-programm u anke tabib li kien jassistih kien mexxih lejn din it-triq. Dwar jekk għadux isib tentazzjonijiet mas-saqajn illum li ħareġ mill-programm, Godwin weġibni:
“Iva nsib tentazzjonijiet, imma l-programm għallimni kif nikkonfronta dawn is-sitwazzjonijiet.” Immaġinajt li qabel ma daħal għall-programm min jaf kemm il-ġranet tilef minn ħajtu, biex ngħid hekk mitluf minn sensih, u llum il-ġurnata nimmaġina li jibki dawn il-ġranet mitlufin. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Iva jiddispjaċini li ħadt id-droga, imma nħares lura u nitgħallem mill-iżbalji u nħares ’il quddiem u ngħid lil ħaddieħor biex ma jagħmilx l-istess,” stqarr miegħi b’tant determinazzjoni.
Iva jiddispjaċini li ħadt id-droga, imma nħares lura u nitgħallem milliżbalji u nħares ’il quddiem u ngħid lil ħaddieħor biex ma jagħmilx l-istess
23
21.04.2019
kullhadd.com
Qabad ġebla u ħoloq salib Interessanti l-fatt li waqt li Godwin kien il-programm kien ikollu ħafna ħin fuq idejh, tant li darba fost l-oħrajn tant kien imkisser, li kien qabad ġebla u ħoloq salib, u llum il-ġurnata fi żmien sentejn sar jiskultura sew. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan il-fatt interessanti. “Meta dħalt il-programm ridt nagħmel xi ħaġa biex nimla l-ħin u l-unika ħaġa li sibt li ma tikkonsistix fi flus għax flus ma kellix, kienet biċċa ġebla. B’din il-ġebla għamilt salib u mbagħad għamilt ieħor u ieħor u dan ix-xogħol għenni biex inneħħi r-rabja li kont għaddejt minnha u żżommni kalm.” Jiġifieri qabel ma kien daħal għall-programm, Godwin kien jaf biss xi ħaġa żgħira ħafna dwar l-iskultura. “Imma x-xogħol ġol-programm tal-ġebel għenni noħroġ it-talent tiegħi b’mod iktar varjat għax ovvjament kelli aktar ħin u iktar prattika għax barra ma kienx ikolli moħħ,” żvela miegħi Godwin. Mistoqsi jħossx jekk dan huwa don speċjali mogħti lilu, jew forsi jħossx li kieku ma daħalx għall-programm, jaf forsi lanqas qatt ma kien jiskopri dan it-talent moħbi fih, qal hekk: “Iva, nemmen li dan huwa don u nemmen li kieku ma kienx il-programm ma kontx niskopri t-talent b’mod miftuħ aktar għax, kif għedtlek qabel, ma kienx ikolli dik il-grinta ġo fija li nagħmel dak it-tip ta’ xogħol.” Fil-fatt ta’ min jgħid li wara li ħoloq is-salib minn dik il-ġebla, ix-xogħol u t-talent ta’ Godwin kompla jiżviluppa maż-żmien. “Is-slaleb kollha li għamilt tajthom kollha lill-istaff u lir-residenti bħala ġest u rigal u wara bqajt nagħmel affarijiet oħra aktar fil-kobor. Bħall-arma tal-paċi li llum tinsab ġewwa San Blas bħala monument li jissimbolizza l-paċi li hemm ġewwa l-komunità u biex insib il-paċi fija minħabba rabja li kont għaddej minnha.” Ħareġ mill-programm u qed iħares lejn futur aħjar Illum il-ġurnata Godwin ħareġ mill-programm u qed iħares lejn il-futur tiegħu stess, li bis-saħħa ta’ programm bejn il-Caritas u l-kumpanija Malta Government Investments se jiftaħ negozju għal rasu. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Iva, inħossni fortunat li minn dak kollu li għaddejt f ’ħajti llum il-ġurnata sibt l-għajnuna biex nibni futur aħjar u ta’ dan inħossni grat u onorat u ngħid grazzi lill-kumpanija li se tgħinni.” Apparti slaleb, u emblemi, ridt inkun naf x’qed joħloq aktar bix-xogħol tal-iskultura li beda jagħmel u min qed jinteressa ruħu fix-xogħol tiegħu. Fil-fatt żvela miegħi li bħalissa għaddej bi proġett kbir. “Qed noħloq wiċċ ta’ persuna li hi magħrufa f ’Malta għall-ġid kbir li għamlet ġol-Car-
Imma x-xogħol ġol-programm tal-ġebel għenni noħroġ it-talent tiegħi b’mod iktar varjat għax ovvjament kelli aktar ħin u iktar prattika għax barra ma kienx ikolli moħħ itas u x-xogħol tiegħi qed jiġi apprezzat minn ħafna nies fosthom mill-ħaddiema tal-Caritas u mir-residenti. Illum li ħareġ mill-programm, Godwin qed jaħdem fuq bażi full-time ma’ kumpanija, filwaqt li bħala passatemp qed jaħdem fuq l-iskultura f ’waħda mid-djar tal-Caritas il-Mosta. Fl-aħħar nett Godwin għadda
messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Il-messaġġ tiegħi hu li jibqgħu ’l bogħod mid-droga u lanqas biss jitħajru jippruvawha. Jekk għandkom xi problema li ħafna mid-drabi dik tkun li twasslek għad-droga għandkom tiftħu qalbkom mill-ewwel ma’ nies professjonali u jekk għandkom xi talent titilfux ħin biex tiskopruh,” temm jgħid.
24
21.04.2019
kullhadd.com
MHUX PASSATEMP!
Kitba ta’ De La Salle u kont ippreżentajt RAMONA PORTELLI il-Lasallian Nights, kif ukoll ktibt sketch tiegħi u kelli rispons tajjMeta persuna tieħu kollox bis-ser- eb ħafna mill-udjenza u l-għalliejetà għandna napprezzawha, u ma. Inkoraġġewni biex inkompli mhux nieħdu l-istess persuna d-drama u minn hemm ’il quddiforgranted. Il-ħin huwa prezzjuż em bdejt nitħarreġ aktar,” bdiet għal kulħadd, sew għal min inadd- tgħidli aktar dwarha. Illum il-ġurnata lil Jessica Jane af, isajjar, u kull professjoni oħra li teżisti. Kulħadd fuq xogħlu, u nsegwuha fuq xi drammi lokali kulħadd bżonn xulxin. Għall-in- televiżivi. Ridt inkun naf kienx tervista tal-lum, tkellimt ma’ attriċi hemm xi episodji tajba jew qarsa lokali li għalkemm taħdem għal li ġrawlha on set u li tista’ taqsam qalbha, idejjaqha l-fatt li ħafna miegħi u mal-qarrejja. “L-ikdrabi hawn Malta l-atturi ma jit- tar darba li dħaqt on set kien tiħdux bis-serjetà daqs kull pro- waqt short film tal-MCAST li fessjoni oħra. Qed nirreferi għal jġib l-isem ta’ Ħa Tbusni? Kellna din ix-xena tat-tieġ fejn jien kelli Jessica Jane Cassar. Toqgħod il-Mosta u taħdem l-karattru ta’ persuna trans li se fl-organizzazzjoni ta’ avvenimen- tiżżewweġ wieħed, u waqt it-tieġ ti differenti lokali. Tħobb tis- tiskopri li dan kien gay. U litteralma’ l-mużika, tara l-films, taqra, ment għamilna ġurnata nidħqu teżerċita ruħha u tqatta’ l-ħin bejn take u oħra. L-iktar waħda qarsa li ġratli kienet waqt film Rusmal-familja u l-ħbieb. Tiddeskrivi lilha nnifisha bħala su s-sajf li għadda meta konna fuq persuna organizzata ħafna u ma dan il-yacht xi mkien lejn Fomm tħallix għall-aħħar biex tagħmel xi ir-Riħ. Niftakar filli qiegħda fuq ħaġa. Meta tidħol għal biċċa xog- il-yacht u filli spiċċajt f ’qiegħ ilħol teħodha bis-serjetà u tagħmil- baħar bil-ħwejjeġ b’kollox. Kont ha b’impenn. Tħobb tiċċajta u żlaqt għax kont liebsa sandli u xi praspura ’l hemm u ’l hawn spiċċajt bejn iż-żewġ yachts li ma tonqosx. Iddejjaqha ħafna kienu bil-magni mqabbdin ħdejn n-negattività u min jipprova jaqt- xulxin. Għadni niftakar ir-reazzgħalha qalbha flok jinkoraġġiha joni ta’ xokk qawwi li kellhom biex timxi ’l quddiem. Tiddejjaq sħabi u dawk tal-crew xħin rawni ukoll b’min ma jgħidx il-verità u ngħum lura sal-yacht qawwija u juri nuqqas ta’ rispett ma’ persuni sħiħa,” irrakkontatli. oħra. Jessica Jane ilha interessata fir- F’Malta l-atturi żgur mhumiex reċtar minn mindu kienet tifla imħallsin kemm suppost żgħira. Proprjament l-ewwel pruvat il-kant, u evolviet tul is-snin Magħha ddiskutejt ukoll rigbil-mod. Ħallejt f ’idejha sabiex ward hemmx xi ħaġa li ddejjaqha telabora aktar fid-dettall. “Meta fid-drama lokali. Fil-fatt żvelat kont żgħira kont bdejt inkanta miegħi li l-aktar ħaġa li ddejjaqha hi fil-kor tal-knisja u mbagħad kont l-ħlas għax qisu l-attur ma jeħduhx dħalt f ’korijiet oħra bħal Amade- bis-serjetà li mar jagħmel xogħlu us Chamber Choir u St.Monica bħal kull professjoni oħra, li wara li Choir. L-iskola meta kien ikun tagħmilha għandek titħallas. “Ma hemm plays dejjem kont nidħlil- nistax ngħid li kull direttur jimxi hom. Niftakar kont sixth form b’dan il-mod, però f ’Malta l-atturi
żgur mhux imħallsin kemm suppost u meta jitħallsu jew ikun tard jew ħafna drabi jkollhom jagħmlu volontarjat speċjalment jekk ikunu għadhom jibdew. Nixtieq li kieku jkun hawn xi liġi dwar hekk bħalma għandhom l-atturi barra minn Malta,” saħqet miegħi bl-akbar serjetà. Komplejna niddiskutu fuq id-drama u fil-fatt tkellimna dwar dak li tosserva fil-kultura lokali, jekk taħsibx li t-talent lokali qed jinfirex b’mod pożittiv, u kemm taħseb li hawn għatx u apprezzament lejh. “Naħseb li Malta hawn ħafna talent u aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qed jikber. Il-livell tal-produzzjonijiet lokali għola wkoll. L-apprezzament mit-telespettaturi kiber għax nisma’ min jgħid li jsegwihom kollha l-produzzjonijiet Maltin. Il-feedback anki fuq il-Facebook dejjem jiżdied. Naħseb f ’dan ir-rigward avvanzajna ħafna u sar hawn għatx kbir għad-drama Maltija,” sostniet miegħi. Il-gost tar-reċtar għal Jessica huwa li toħloq karattru mill-bidu u tesperjenza kif se tevolvi l-avventura tiegħu. Fi kliemha jagħtiha sodisfazzjon għax tieħu pjaċir toħloq, timmaġina u tesperjenza emozzjonijiet li forsi ma tkunx ħassithom qabel. “Apparti minn hekk nieħu pjaċir naħdem ma’ atturi differenti u ġieli nżur postijiet li ma kontx naf bihom qabel. Malta ovvjament fiha l-limiti tagħha, però naħseb li l-opportunitajiet qegħdin jiżdiedu.” Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf ukoll li dan l-aħħar ħadet sehem fuq web series, u li qed tintwera fuq YouTube minn ġimgħa għall-oħra. Ħallejt f ’idejha sabiex tgħidli aktar dwar din ilweb series. “Din il-web series ġiet maħluqa minn ħabib tiegħi li hu
attur u direttur Franċiż, Maxime Durand li jgħix hawn Malta. Jisimha Coming Soon għax hija indirizzata lejn it-trasport pubbliku Malti. Fiha atturi barranin u xi wħud lokali li jinbidlu minn episodju għallieħor. Jien kont f ’żewġ episodji minnhom. Il-ġeneri ta’ dawn l-episodji qosra jvarjaw minn drama, comedy, western, thriller, action u anki sci-fi. Jittella You Tube kull nhar ta’ Ħadd fit-8 p.m. Li toħloq web series naħseb hija idea tajba għal min forsi jixtieq li jesponi xogħlu jew għadu jibda. Ma tiswiex ħafna flus u tista’ tagħmilha anki bejn il-ħbieb. Naħseb li Malta għad jiġu popolari aktar mażżmien.” Mhux biss tirreċta, iżda wkoll timmudella Sirt naf li apparti li tirreċta, Jessica Jane timmudella wkoll. Fil-fatt kienet kontestanta għal Miss Malta 2014 u ħadet sehem f ’diversi wirjiet tal-moda. “Kont dħalt Miss Malta għax kienet xewqa li xtaqt inwettaq. Meta ntgħażilt imbagħad bdejt nitħarreġ aktar fejn tiġi catwalk u minn hemm ’il quddiem ħadt sehem ġo fashion shows, hairshows u kif ukoll riklami. Is-sena l-oħra kelli opportunità li nimmudella ġo reality show Ċiniż li ġie ffilmjat Malta f ’Palazzo Parisio,” żvelat miegħi. Ta’ min jgħid ukoll li Jessica Jane għandha passjoni lejn il-mużika elettronika, u llum il-ġurnata qed tistudja d-deejaying. Immaġinajt li daqt narawha fuq xi deejay deck iddoqq waqt xi party. Tisma’ kull tip ta’ mużika, però dik elettronika tħobbha ħafna. “Għalissa qed nitgħallmu għax peress li minn dejjem kont nistudja l-mużika klassika xtaqt nimrah fuq ġeneru ieħor li minn dejjem kien jaffaxxinani. Għal quddiem issa naraw,
never say never kif jgħidu.” Għalija Jessica Jane hija persuna kif jgħidu bl-Ingliż jack of all trades għax tgħallmet il-mużika, id-deejaying, ir-reċtar, il-kant u l-immudellar. Fi kliemha stess sostniet miegħi li veru tgħallmet ħafna affarjiet, però l-ikbar passjoni tagħha xorta jibqa’ r-reċtar. “Nemmen li bħala attur irid ikollok sfond tajjeb f ’ħafna oqsma għax tista’ toħloq karattri ferm aktar interessanti. Wara kollox ir-reċtar huwa dwar l-esperjenza tal-ħajja.” Skoprejt ukoll li meta kellha 18-il sena, kienet intgħażlet biex tmur Los Angeles biex tirreċta quddiem l-aġenti tal-ikkastjar fejn kellha ġimgħa ta’ taħriġ fl-Akkademja ta’ Stella Adler. Ħallejt f ’idejha sabiex tirrakkonta fid-dettall dwar din l-esperjenza u jekk kinitx worth it għaliha li toqgħod ġimgħa biss l-Amerka. “Kienet esperjenza li ma nistax ninsa għax minnha tgħallimt ħafna. Jien kont applikajt u kienu għażluni biex immur nagħmel audition hemmhekk. Kont intgħażilt, però kelli problema minħabba l-visa. Biex toqgħod l-Amerka mhix faċli biex takkwistaha ħalli tkun tista’ tgħix u taħdem hemm. Domna hemmhekk qisu għaxart ijiem, però tawna taħriġ fuq kollox mhux fuq ir-reċtar biss. Għamilt ħbieb li għadni f ’kuntatt magħhom sallum il-ġurnata. Naħseb li kienet worth it għax li tmur Los Angeles mhix opportunità li se tiġi tħabbat kuljum,” tbissmet tgħidli. Fl-aħħar nett Jessica Jane saħqet fuq il-fatt li persuna qatt m’għandha taqta’ qalbha u dejjem trid tibqa’ temmen fiha nnifisha. “Filħajja l-affarjiet ma jiġux dejjem kif nippjanawhom, però meta jgħaddi ż-żmien tinduna li ġraw għal raġuni u kultant ġraw aħjar milli tkun ħsibthom int,” temmet tgħid.
25
21.04.2019
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
SARDINELLU U D-DAR TAL-ĦARES X’kien il-misteru fil-karta mitwija fil-kaxxa tas-sulfarini? Ta’ min kien in-numru tat-telefown fuq dik il-karta? Min kien xeħet fit-triq dik il-kaxxa bil-messaġġ?
Għaliex dik id-dar antika f ’tarf ir-raħal kienet tissejjaħ “Id-Dar tal-Ħares”? X’kien il-misteru marbut ma’ dik iddar? Min kienet dik it-tifla li kienet tkun waħidha fid-Dar
tal-Ħares? Veru li fid-Dar tal-Ħares kien hemm xi teżor moħbi? X’kellhom x’jaqsmu Ramon u Marisa mad-Dar tal-Ħares? U Sardinellu fiex jidħol?
Iżda dakinhar kienu l-missirijiet biss li ħadu gost jgħumu. Iż-żewġ ommijiet qagħdu fuq ir-ramel tista’ tgħid il-ħin kollu, jitkellmu mat-tfal dwar il-ħabiba l-ġdida tagħhom. Lidja, omm Ramon, qaltlu li seta’ jmur għand Annabelle kemm irrid biex jagħmel kumpanija lill-imsejkna tifla għamja. Marta, omm Marisa, għall-ewwel iddarrset ftit minħabba l-fama ta’ dik id-dar. Iżda mbagħad tat l-istess permess lil Marisa. Anzi ż-żewġ ommijiet aħwa talbu lil uliedhom biex xi darba jlaqqgħuhom m’Annabelle għax huma wkoll xtaqu jsiru jafuha. U ż-żewġ missirijiet li kienu
qegħdin jgħumu biċċa sewwa ’l barra kienu wkoll qegħdin jitkellmu fuq ix-xorti ħażina tal-familja Briffa. Ramon u Marisa kienu jafu li Annabelle kienet teħtieġ mhux biss mogħdrija iżda wkoll, u wisq iżjed, għajnuna. Imma x’setgħu jagħmlu huma biex jgħinuha? Minn fejn setgħu jġibu l-eluf ta’ liri li kellha bżonn? Dak il-lejl Ramon dam ħafna jitqalleb fis-sodda qabel ma raqad. Il-ħsieb ta’ Annabelle u x-xewqa li kellu biex jgħinha ma ħallewhx jistrieħ. U meta sa fl-aħħar għeja jaħseb u ntilef fin-ngħas tgħidx kemm ħolom b’Annabelle u d-Dar tal-Ħares!
SILTA MILL-KTIEB Fi triqithom lejn id-dar Ramon u Marisa ftiehmu li jirrakkontaw l-istorja ta’ Annabelle lill-ġenituri tagħhom. Billi kien is-sajf iż-żewġt itfal setgħu jwettqu ħsiebhom waqt din l-ikla. Kemm il-ġenituri ta’ Marisa kif ukoll dawk ta’ Ramon baqgħu mistagħġbin b’dak li qalulhom it-tfal. Ħadd minnhom ma kien jaf li d-dar tasSur Gustav kienet inbiegħet u li kienu marru n-nies joqogħdu fiha. Huma wkoll, speċjalment l-ommijiet, ħassew qalbhom tingħafas għall-ġrajja żvinturata tal-imsejkna Annabelle. Waranofsinhar marru flimkien sal-baħar, kif kienu miftehmin.
Mistoqsija: Id-dar li nbiegħet ta’ min kienet? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb SARDINELLU U D-DAR TAL-ĦARES. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 28 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-15.00, u s-Sibt bejn l-10.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba EAST LYNNE 2 huwa: ANTONIA FRENDO - BIRKIRKARA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
01
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’inhu l-ammont ta’ mediċini mqassma bejn l-1 ta’ April 2018 u l-31 ta’ Marzu 2019? Isem: Numru tat-telefown:
Indirizz:
Tweġiba: Rebbieħ: J. CALLUS - VALLETTA
26
21.04.2019
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 273
CARMEN CALLEJA - RABAT
Artifiċjali (1,1) 19. Inka Ingliża (3) 1. Kompli l-qawl: 20. Għasluġ (5) Fart li jiekol 21. Wieħed il-widna mit-timijiet jagħmel il- ta’ Manchester laħam bil-........ (5) hekk magħruf (3) 4. Jista’ jkun ta’ 23. Għawweġ (4) kuluri differenti 24. It-tifel tiegħek (5) l-frisk (4) Weqfin: 7,17. Ħsibt (5) 9. Ngħixu fiha (3) .............. il-baħar (6) 10. Annimali kbar (6) 1. 2,5. Għamel ħoss 12. Isem (6) stramb (6) 16,22. San Ġuda ......... (6) 3,21W. Żbalji? (6) 18. Intelliġenza Mimdudin:
Bi 3 Numri
B’4 Numri
064 101 147 268 288 308 844 898 983 997
0622 1344 2094 2172 2215 2248 2510 2548 2673 2880 3000 4595
4600 4610 5002 5146 5306 5530 5669 5987 6100 6551 6671 6815 6848 7098 7197
7894 8111 8490 8862 9141 9898 9984 B’5 Numri 00838 02261 05203 13202
18000 20585 24447 25291 29585 29910 31994 52744 55052 61567 73090 77573 83027 85426 86985
88394 89501 97261 97274 98466 B’6 Numri 399071 506994 954593 955307
B’7 Numri 0694248 3772307 7994921 8288653 Bi 8 Numri 62252591 75237867 84396431 92654266
5. 6. 8. 11,15. 12. 13. 14. 15. 17. 21. 22.
Ara 2 Iġri bl-Ingliż (3) Jeħilsu lin-nies dawn! (9) Hekk jagħmillek tabib (8) Soċjalisti Demokratiċi (1,1) Kunjom (3) Tal-infern? (6) Ara 11 Ara 7 Ara 3 Ara 16
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Ħrafa, 4.Fqir, 7,15.Qlajjiet, 9,17. 1.Ħażina, 2,21W. Agassi, 3,23.Aqfillu, Żraben, 10.Fallew, 12.Vizzji, 16.ABC, 5.Qal, 6.Raw, 8.Lazzarett, 11,Qisna, 18.IA, 19.Nej, 20.Ħareġ 12.VC, 13.Zia, 14.Ingorr, 22.All
27
21.04.2019
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26