NIFS LILL-FAMILJI U LIN-NEGOZJI FUQ €1.27B DJUN Rapport f’paġni 4 u 5
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 21 ta’ Ġunju, 2020 Ħarġa Nru 1,406
Prezz €1
QAGĦDU JFETTQU FUQ PARTIT ĠDID LI RIEDU ISMU Niżvelaw kif ix-xahar li għadda l-Oppożizzjoni oġġezzjonat fil-Kummissjoni Elettorali fuq applikazzjoni għal partit ġdid, bl-iskop li l-PN ikun jista’ juża l-istess isem hu … jemmnu li t-tibdil fl-isem u l-motto huma soluzzjoni għall-eżistenza Minkejja li tħabbar li l-Eżekuttiv Nazzjonalista ma qabilx li jibdel xi virgola fl-isem jew il-motto tal-Partit, jirriżulta lil din il-gazzetta li l-Kap Adrian Delia kien assolutament favur li jinbidel radikalment l-isem, avolja fl-aħħar xhur qagħad ħafna attent li jżomm ’il bogħod minn kull kontroversja. Meta esprima fehemtu kien biss dwar il-possibbiltà li l-motto jinbidel minn “Religio et Patria” għal “Għas-Servizz Tiegħek”. Diversi esponenti Nazzjonalisti ħarġu qatta bla ħabel kontra kull bdil fl-isem, partikolarment dawk mill-faxxa Konservattiva. Iżda tant kemm Delia kien u għadu konvint li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ jibdel ismu biex jipprova jibda jikseb lura xi kredibbiltà u jinfatam minn dellijiet tal-imgħoddi, li fl-aħħar ġimgħat ġiegħel lir-rappreżentanti tiegħu fuq il-Kummiss joni Elettorali biex isibu x-xagħra fl-għaġina f ’applikazzjoni formali għar-reġistrazzjoni ta’ partit ġdid bl-isem ta’ Partit Popolari. Din l-applikazzjoni ddaħħlet għand il-Kummissjoni Elettorali f ’nofs Mejju li għadda minn Paul Salamone bħala Mexxej, Adriano Spiteri s-Segretarju Ġenerali u Mario Attard bħala Teżorier. Jirriżulta lil din il-gazzetta li mindu dan
ġie għall-attenzjoni tagħhom ftit jiem wara, l-erba’ rappreżentanti tal-PN fuq il-Kummissjoni Elettorali bdew ifettqu fuq diversi affarijiet, partikolarment l-isem. Kemm Partit Popolari kif ukoll Partit Nazzjonali tal-Poplu kienu żewġ ismijiet suġġeriti mill-Eks Ministru Nazzjonalista Louis Galea, li tqabbad minn Delia nnifsu biex imexxi r-riforma. Għalhekk it-tfettiq tar-rappreżentanti talPN fuq il-Kummissjoni Elettorali seta’ jindika biss li Delia kellu l-intenzjoni li jirreġistra dan l-isem hu ladarba jiġi approvat mill-Eżekuttiv. Iżda għal darb’oħra reġa’ ssottovaluta lill-estremisti fil-Partit tiegħu stess. Partiti Nazzjonalisti għadhom sallum assoċjati sew ma’ żmien il-Faxxiż mu fl-Ewropa, inkluża l-emblema użata bi sfond iswed, magħrufa bħala “l-Maduma”. Delia, li ġie elett Kap bl-għajta ta’ “New Way”, esprima ruħu diversi drabi dwar kif il-PN għadu maqbud ostaġġ tal-imgħoddi. Tkompli f’paġna 6
02
21.06.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM
L-Ogħla Temperatura: 27°C L-Inqas Temperatura: 20°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja testendi minn fuq il-Punent saċ-ċentru talMediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Moderat għal ftit qawwi millMajjistral li jsir qawwi mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx mill-Grigal li jsir millPunent Majjistru It-Temperatura tal-Baħar: 22°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
22°C UV 11
19°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
28°C UV 11
19°C
28°C UV 11
Il-Ġimgħa
19°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
29°C UV 11
18°C
29°C UV 11
20°C
29°C UV 11
21°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 St. Paul’s, Triq Brared, Birkirkara – 21442135 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Krypton Chemists, Triq l-Ibraġġ, Tal-Ibraġġ – 21370141 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 Euro Chemist, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gozni, Il-Kalkara – 21673811 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn – 21563617
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
21.06.2020
kullhadd.com
OQSMA TAD-DJAR RINNOVATI
KAŻ ĠDID, 3 FIEQU… 39 ATTIVI Mill-aħħar bulettin mediku ppubblikat ilbieraħ filgħodu, jirriżulta li s-sitwazzjoni tal-pandemija fostna kompliet tnaqqas il-preżenza tagħha. Fil-fatt waqt li ġie rreġistrat każ wieħed biss wara 786 swab tests, fiequ tliet persuni oħra biex l-għadd ta’ każi attivi niżel għal 39. Ammont simili kien irreġistrat fit-tieni ġimgħa tal-pandemija, waqt li llum ninsabu ġimagħtejn bogħod mit-tneħħija tal-emerġenza ta’ saħħa pubblika fit-30 ta’ dan ix-xahar, u allura t-tmiem tar-restrizzjonijiet kollha li kienu ġew imposti mill-awtoritajiet biex tiġi kkontrollata l-imxija.
It-trakka twila 937 metru hija r-riżultat ta’ investiment ta’ aktar minn nofs miljun ewro ieħor fil-komunità
INAWGURATA T-TRAKKA TAL-GO KARTS F’ĦAL FAR INVESTIMENT TA’ €550,000 F’KORSA TA’ LIVELL INTERNAZZJONALI LI SE TKUN AMMINISTRATA MILL-ISLAND KARTING CLUB Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, flimkien mat-tmexxija ta’ Infrastructure Malta u l-President tal-Island Karting Club Jason Mangion, żar it-trakka l-ġdida tal-go karts f ’Ħal Far, li saret b’ħidma kollaborattiva bejn il-klabb u Infrastructure Malta, li għenet fil-finanzjament ta’ din it-trakka. L-investiment totali laħaq il-€550,000. Din it-trakka ġdida, li tinsab eżatt biswit it-trakka tal-“Kwart ta’ Mil”, se tippermetti opportunitajiet ġodda għal taħriġ u tlielaq aktar sikuri, kif ukoll l-introduzzjoni ta’ kategoriji bħal KZ li qabel qatt ma kien hawn faċilitajiet adekwati għalihom. L-użu tat-trakka se jinkludi wkoll il-mini moto u l-motards, kif ukoll użu għal testing mill-istudenti Universitarji li jiżviluppaw go kart bħala parti mill-esperjenza tagħhom. Fost ix-xogħol li sar fuq din it-trakka, kien hemm tindif ta’ ħamrija, xogħlijiet infrastrutturali ta’ servizzi ta’ ilma u dawl, asfaltar, għamara ta’ sigurtà u ħamrija firrun-off areas favur is-sigurtà tax-xufiera li jkunu qegħdin itellqu. Il-Ministru Ian Borg qal, “Ninsab kburi li għandna Gvern impenjat li jinvesti f ’kull komunità. Il-komunità sportiva hija ċentrali hawn Malta. Għandna ħafna nies b’ħiliet sportivi differenti u dedikazzjoni, u għandna ħafna nies li jħobbu jsegwu l-isport. Illum, grazzi għall-impenn tal-Island Karting Club u l-għajnuna ta’ Infrastructure Malta, pajjiżna għandu trakka tal-go karts twila 937 metru u ta’ livell internazzjonali.
“Bħalma għamilna hawnhekk, fl-Imtaħleb, fil-grawnds u l-klabbs tal-futbol tas-Siġġiewi, il-Kalkara, Ħad-Dingli, ix-Xgħajra, Marsaskala, fil-klabbs tal-boċċi tal-Birgu u Ħaż-Żebbuġ, fil-klabbs tar-Regatta ta’ Bormla u Birżebbuġa, fost oħrajn, se nkomplu ninvestu fil-komunità sportiva tagħna biex ikollna livell tal-għajxien aħjar f ’pajjiżna. Nawgura lil dawk kollha li se jibbenefikaw minn din it-trakka,” temm jgħid il-Ministru. Sadanittant, il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport ferħet lill-Island Karting Club, waqt li wriet il-gratitudni lejn il-Ministru Borg u l-Gvern inġenerali għall-appoġġ fit-tlestija tat-trakka li se tkun ta’ għajnuna kbira fl-iżvilupp ta’ dan l-isport popolari. Il-Federazzjoni qalet li l-karting hu meqjus bħala l-ewwel pass fil-karriera tal-motorsport u jgħin sewwieqa jiżviluppaw riflessi tajbin biex ikollna wkoll sewqan aħjar fit-toroq tagħna. Issa se tistenna bil-ħerqa li tikkollabora mal-Island Karting Club fil-futur qrib, b’mod partikolari billi tospita t-tieni fażi tal-programm ta’ taħriġ tas-sewwieqa żgħażagħ tal-FIA u MMF li tnieda ġimgħa ilu flimkien mas-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. Il-programm hu miftuħ għal kull persuna minn 8 snin sa 25 sena, anke jekk qatt ma kell-
ha esperjenza fil-motorsport qabel. Il-Federazzjoni stiednet lil dawk kollha li jixtiequ jesperjenzaw id-dinja tal-motorsport biex jibagħtu l-applikazzjoni tagħhom sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2020. Fl-aħħar nett, il-Federazzjoni Maltija tal-Motorsport laqgħet b’mod pożittiv il-kummenti tal-Ministru Borg li l-korsa tal-karting ma tissodisfax il-bżonnijiet kollha tal-dilettanti ta’ dan l-isport. “Il-Federazzjoni tibqa’ disponibbli biex tappoġġja lill-Gvern biex id-deċiżjonijiet meħtieġa li hemm bżonn jittieħdu malajr kemm jista’ jkun rigward it-trakka tal-karozzi jittieħdu ħalli titwettaq il-wegħda li saret fil-programm elettorali.”
Ritratt: DOI - OMAR CAMILLERI
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes ħabbar investiment ta’ €430,000 li se jissarraf f ’xogħlijiet fil-partijiet komuni ta’ 77 blokka ta’ housing soċjali f ’16-il lokalità differenti. Dan bħala parti minn skema b’kollaborazzjoni mal-kunsilli għal titjib fil-partijiet komuni tal-blokok. Il-Ministru, li kien qed iżur ixxogħlijiet fil-Birgu, tenna li huma l-istess residenti li jidentifikaw ixxogħlijiet li jkunu jridu jwettqu bl-investiment allokat. Is-sena li għaddiet din l-għotja ġiet riveduta b’20%, biex il-massimu ta’ €6,000 ikunu jistgħu jintużaw f ’tisbiħ fil-komun tal-blokka. Il-Ministru tenna li fl-aħħar sitt snin ġew investiti €1.6 miljun f ’din l-iskema, li permezz tagħha saru x-xogħlijiet fi 300 blokka. “Kull ċenteżmu li jintefaq fuq oqsma taddjar hu investiment għaqli fl-għada aħjar għal kull resident. Qalbna tħabbat għall-ġid ta’ kull familja.” Is-Sindku tal-Birgu John Boxall ukoll kellu kliem ta’ ringrazzjament għall-Gvern li alloka l-fondi għal din l-iskema. “Hu ta’ sodisfazzjon għalija bħala Sindku li nara li r-residenti tal-lokalità tagħna li jgħixu f ’housing soċjali jingħataw l-attenzjoni meħtieġa. Bl-investiment f ’din l-iskema, tista’ tgħid li se tkun misset il-familji kollha fil-lokalità li jgħixu fl-oqsma tad-djar.” Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tadDjar Leonid McKay qal li din l-iskema “timxi parallela ma’ proġett estensiv ta’ riġenerazzjoni f ’numru ta’ blokok ta’ housing soċjali, proġett ta’ installazzjoni ta’ lifts u skemi li jrendu d-djar aċċessibbli, fost oħrajn.”
04
21.06.2020
kullhadd.com
NIFS FUQ IL-ĦLAS TA’ €1.27B FI DJUN S’ISSA ELUF AKTAR TA’ FAMILJI U NEGOZJI BDEW IGAWDU MILL-MORATORJU IMPOST FUQ IL-BANEK KUMMERĊJALI MINN APRIL, PARTIKOLARMENT FUQ SELF TAD-DJAR Eluf ta’ familji u negozji komplew jiżdiedu fil-lista ta’ dawk li gawdew mill-moratorju tal-banek li kien ordnat mill-Gvern, permezz tal-Bank Ċentrali, biex jippermettu li għall-perjodu ta’ sitt xhur ma jitħallsux la djun u lanqas l-imgħaxijiet fuqhom għal min jixtieq. Dan serva biex familji, li jkunu esperjenzaw tnaqqis fiddħul primarju tagħhom u negozji li kellhom jagħlqu wkoll fil-perjodu tar-restrizzjonijiet imposti minħabba l-pandemija tal-COVID-19, jingħataw in-nifs mistħoqq minn dawn l-ispejjeż dovuti. Kumplessivament issa jirriżulta li hemm mal-€1.27 biljun fi djun li jaqgħu taħt dan il-provediment. Id-differenza ta’ dawk li kienu qed juru x-xewqa li japplikaw għall-moratorju mill-ewwel statistika ppubblikata mill-Bank Ċen-
trali tal-aħħar ta’ Marzu għal dik li għadha kif inħarġet għall-aħħar t’April hi kbira u mistennija tkompli tikber fiċ-ċifri li jridu jitħabbru sal-aħħar ta’ Mejju. Fil-fatt jirriżulta li minn Marzu għal April l-għadd ta’ familji li applikaw għall-miżura aktar milli ttripplaw, waqt li n-negozji kważi rdoppjaw. Wara li jintemm il-moratorju, il-pagamenti jkunu jistgħu jerġgħu jibdew jitħallsu b’mod gradwali. Dan kollu jagħmel parti mill-pakkett ta’ sostenn mill-Gvern Malti li ġie mfaħħar ukoll internazzjonalment bħala l-aqwa wieħed li kien qed jingħata f ’dan il-perjodu ta’ inċertezza dinjija u li bis-saħħa tiegħu wkoll ġew salvati mal100,000 impjieg, partikolarment f ’industriji li ntlaqtu l-agħar millkriżi. Ħafna pajjiżi, inklużi ġganti ekonomiċi, ukoll lanqas setgħu joħolmu xi għajnuna simili, wisq
inqas li jqassmuha bl-istess mod li bdiet tingħata f ’pajjiżna. Pereżempju, waqt li f ’Malta anke din il-miżura tal-moratorju waħedha għenet familji li kienu f ’xi diffikultà biex iħallsu djun pendenti mal-banek, fir-Renju Unit ġie rrapportat din il-ġimgħa li l-għadd ta’ self approvat għal xiri ta’ djar naqas bi ftit inqas minn 72% minn Marzu għal April li għaddew. Din kienet l-akbar waqgħa minn xahar għall-ieħor fil-pajjiż flaħħar 27 sena, waqt li d-differenza rreġistrata bejn April 2019 u April 2020 kienet saħansitra ta’ 76% inqas f ’self approvat. Rapport mill-kumpanija buyshares.co.uk jisħaq li “waqt li l-Coronavirus laqtet ħażin lissaħħa tal-anzjani, iż-żgħażagħ li għadhom kemm bdew fid-dinja tax-xogħol u dawk bi dħul baxx intlaqtu b’mod sinifikanti finanz-
jarjament. F’dan ir-rigward, dawk li kienu qed jippjanaw li jixtru l-ewwel dar tagħhom, li fil-maġġoranza huma żgħażagħ, se jonqsu.” F’Malta l-istorja kienet kompletament differenti. Waqt li ż-żgħażagħ tagħna, li għadhom fil-bidu li jibnu familja, huma vvantaġġjati b’miżuri bħal dik tal-First Time Buyers u tnaqqis drastiku fil-ħlas tal-Boll fuq kuntratti li għad iridu jiġu ffirmati sa Marzu tas-sena d-dieħla, il-moratorju wkoll ta solliev lil dawk li diġà kienu tgħabbew bir-responsabbiltà tad-dejn fuq il-proprjetà tagħhom. Qabel il-Bank Ċentrali ordna lill-banek fit-13 t’April biex jirċievu applikazzjonijiet mingħand il-klijenti tagħhom ħalli għal perjodu ta’ sitt xhur ikunu jistgħu jipposponu ħlasijiet dovuti bħala parti minn djun jew imgħax relatat, kien hemm numru ta’ banek li
kienu diġà qed joffru xi forma ta’ moratorju, għalkemm ferm aktar limitat. Statistika ppubblikata millBank Ċentrali tindika li mindu daħal fis-seħħ il-provediment tal-moratorju, kien hemm żieda ferm qawwija fin-numru ta’ familji u negozji li qed jibbenefikaw minn dan in-nifs qawwi. Fil-fatt, filwaqt li sa tmiem Marzu, kien hemm madwar 1,800 familji li gawdew minn din il-miżura bil-moratorju volontarju, sa tmiem April n-numru kien diġà tela’ għal kważi 5,700 familja. L-ammont ta’ dejn personali li hu taħt moratorju issa tela’ minn ftit aktar minn €150 miljun għal kważi €500 miljun. Dan l-ammont ilaħħaq għal kważi 10% tad-djun kollha tal-familji Maltin u Għawdxin. Analisti finanzjarji, li tkellmu ma’ din il-gazzetta, indikaw li kull
05
21.06.2020
kullhadd.com
Minn Marzu għal April il-familji li qed igawdu minn moratorju aktar milli ttripplaw, li jfisser li għal sitt xhur qed jingħataw nifs fuq ħlas dovut fuq self, inkluż għax-xiri ta’ djarhom
xahar dan ifisser posponiment ta’ kważi €1.4 miljun f ’imgħaxijiet jew nifs ta’ xi €240 lil kull familja affettwata. Ħafna minn dan id-dejn hu fuq il-proprjetà residenzjali tal-istess familji. Fejn jidħlu negozji, l-impatt tad-direttiva tal-moratorju wkoll kienet ferm effettiva. Filwaqt li b’mod volontarju l-banek kienu taw moratorju lil 885 negozju sa tmiem Marzu, fix-xahar ta’ wara l-ammont ta’ negozji jgawdu minn din l-għajnuna tela’ għal kważi 1,700. Dawn in-negozji ngħataw moratorju fuq djun li jlaħħqu kważi €770 miljun. Dan hu aktar mid-doppju tal-ammont li kien hemm sa tmiem Marzu. L-analisti li tkellimna magħhom jistmaw li, minn imgħax biss, il-moratorju qed jagħti nifs ta’ €2.2 miljun fix-xahar lil dawn il-kumpaniji u self-employed. Dan ifisser nifs ta’ €1,300 fix-xahar lil kull negozju jew self-employed bħala medja. L-aktar settur li bbenefika mill-moratorju f ’termini ta’ kumpaniji jew self-employed kien dak tal-bejgħ bil-grossa (wholesale) u tal-ħwienet (retail) li jammontaw għal madwar 400 minnhom li qed jingħataw dan is-sostenn. Salaħħar ta’ Marzu kienu 225 li kienu qed igawdu mit-tali għajnuna millbanek kummerċjali. Minkejja dan, f ’termini ta’ persentaġġi hu s-settur tal-akkomodazzjoni u tar-restoranti li l-aktar qed iserraħ fuq din l-għajnuna, tant li wieħed minn kull ħamsa ta’
dawk kollha li għandhom xi dejn mal-banek ingħataw moratorju. Settur ieħor li kien milqut kien dak tal-kostruzzjoni u l-proprjetà. Minbarra l-ammont kbira ta’ djun li fuqhom qed jingħata l-moratorju, hemm ukoll l-istess provediment fuq kważi €215-il miljun djun ta’ kumpaniji ta’ kostruzzjoni jew negozju tal-proprjetà. Dan ifisser li €1 minn kull €10 dejn fuq bini hu wkoll taħt moratorju. Fil-manifattura, grazzi għal dan il-provediment, waħda minn kull 15-il fabbrika b’dejn mal-banek bħalissa qiegħda tingħata nifs fil-ħlasijiet dovuti. Analisti finanzjarji stqarrew li l-moratorju hu għodda ferm qawwija li permezz tagħha l-Gvern għen b’mod dirett ħafna familji u negozji. Minħabba l-mod kif sar, dan il-moratorju, filwaqt li jagħti likwidità lill-familji u lin-negozji, ma jimpattax il-profittabbiltà tal-banek. Dan għax sar b’tali mod li ma jidħlux fis-seħħ regoli Ewropej li kieku kienu jġiegħlu lill-banek biex ikollhom jagħmlu proviżjonijiet kontra dejn li mhux jitħallas imgħax jew pagamenti oħrajn dovuti. Fix-xhur li ġejjin hu mistenni li n-numru ta’ familji u negozji li jingħataw dan is-sostenn qawwi jkompli jikber, filwaqt li l-Bank Malti għall-Iżvilupp qiegħed jipprovdi garanzija għal miljuni ta’ djun ġodda garantiti mill-Gvern u b’imgħax kważi żero fl-ewwel sentejn.
IL-FAMILJI FIL-KONTROLL TAL-FINANZI TAGĦHOM ANKE TUL IL-PANDEMIJA Studju xjentifiku kkummissjonat mill-pjattaforma edukattiva tal-kapaċità finanzjarja tal-Gvern, imsejħa ĠEMMA, sab li l-maġġoranza assoluta tal-familji Maltin u Għawdxin kienu kapaċi jikkontrollaw is-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom fix-xhur ta’ April u Mejju li għaddew, fl-eqqel tal-pandemija tal-COVID-19. Fil-fatt il-familji lokali qalu li 82% u 83% tagħhom ma kellhom l-ebda problemi jagħmlu dan fix-xahrejn rispettivi. Minbarra hekk, l-istħarriġ sab li minn April għal Mejju wkoll kibret il-fiduċja tagħhom bi 8% (11% f ’April; 19% f ’Mejju) li din is-sitwazzjoni finanzjarja għandha titjieb fit-tliet xhur li ġejjin. Fl-istess ħin, matul il-kriżi, 55% wrew xi tip ta’ xettiċiżmu kemm f ’April kif ukoll f ’Mejju dwar il-ġejjieni finanzjarju tagħhom. L-istħarriġ, li sar mill-kumpanija EMCS fost 405 familji, hu l-ewwel wieħed tax-xorta tiegħu li qed isir f ’pajjiżna u hu mistenni jiġi ripetut lejn l-aħħar ta’ din is-sena. Mill-ewwel konklużjonijiet tiegħu joħroġ ukoll li bejn April (53%) u Mejju (59%) żdiedu dawk li ħassew li s-sitwazzjoni finanzjarja tagħhom baqgħet l-istess u naqsu dawk li qiesu li l-qagħda tagħhom tjiebet fl-aħħar xahar (April 12%; Mejju 9%). Dawk li wieġbu li għandhom fondi ta’ emerġenza għal aktar minn tliet xhur waqgħu minn 47% f ’April għal 44% f ’Mejju, waqt li dawk b’fond li jista’ jkoprihom bejn xahrejn u tliet xhur żdiedu minn 53% f ’April għal 59% f ’Mejju. Minn dawk intervistati, 69% f ’April u 70% f ’Mejju jippjanaw, dejjem jew xi drabi, forma ta’ baġit għall-infiq tagħhom ta’ kull xahar. Minn dawn, in-nisa jaqbżu lill-irġiel b’16% f ’tali tfassil, waqt li 53% tal-ġenituri li m’għadhomx miżżewġin indikaw li dejjem ikollhom pjan għall-infiq tax-xahar. Mistoqsijin dwar kemm iqisu lilhom infushom konxji biżżejjed fejn jidħlu sitwazzjonijiet finanzjarji, 42% f ’April u 62% f ’Mejju wieġbu li għandhom għarfien tajjeb jew biżżejjed dwar issuġġett. Minn dawn, l-aktar li qisu lilhom infushom bħala tali ġejjin mill-etajiet ta’ bejn l-34 u
Familji li jippjanaw, dejjem jew xi drabi, forma ta’ baġit għall-infiq tagħhom kull xahar laħħqu d-69% f’April u 70% f’Mejju. Minn dawn kienu n-nisa u l-ġenituri mhux miżżewġin li ddikjaraw li l-aktar li jippjanaw b’dan il-mod.
Taħseb li int fil-kontroll tas-sitwazzjoni finanzjarja kurrenti tiegħek?
APRIL
82% “IVA”
MEJJU
83% “IVA”
l-44 sena, waqt li dawk bl-inqas għarfien kellhom iżjed minn 65 sena. David Spiteri Gingell, li jmexxi t-tim ta’ ĠEMMA, osserva li l-istħarriġ juri li b’mod ġenerali hemm bidla għall-pożittiv fl-immaniġġjar tal-flus fid-dar bejn ix-xahrejn inkwistjoni. Dan joħroġ b’mod qawwi minn tweġibiet relatati ma’ xiri ta’ affarijiet maġġuri u ppjanar ta’ pensjonijiet privati. Fil-fatt ġiet irreġistrata żieda fir-rieda relatata max-xiri maġġuri, aktar milli familja ġġemma’ għall-impatt fit-tul talCOVID-19, u rieda akbar li jippjanaw għallirtirar iżjed milli jipposponu l-fondi biex jindirizzaw l-impatt fuq il-flus fl-immedjat b’riżultat tal-COVID-19. Waqt li, fis-sitwazzjoni ekonomika ġenerali, 16% biss kienu indikaw f ’April li kien il-mument ideali biex isir infiq maġġuri fuq oġġetti bħal għamara u apparat elettroniku, f ’Mejju dawn telgħu għal 35% bil-faxxa ta’ dawk bejn it-18 u l-24 sena l-aktar inklinati li jagħmlu dan. Minn dawk li f ’Mejju wieġbu li għandhom pjan għall-pensjoni privata, 26% qalu li se jikkunsidraw li jżidu l-fond tal-irtirar fit-tliet xhur li ġejjin. Spiteri Gingell irrimarka wkoll li f ’ċerti affari jiet diġà kien hemm ritorn għall-imġiba “normali” ta’ qabel il-bidu tal-pandemija.
06
21.06.2020
kullhadd.com
Ritratti: DOI - CLODAGH O’NEILL
L-ARGUMENTI KIENU PWERILI U MĠEBBDIN Tkompli minn paġna 1
Fit-tnedija tal-miżuri biex jinċentivaw iż-żjarat fil-Belt mill-Ministri Herrera, Farrugia Portelli (fuq) u Borg (taħt) u s-Segretarju Parlamentari Agius (taħt nett). Preżenti wkoll is-Sindku tal-Belt (lemin) u ċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt (xellug).
QAWMIEN KAPITALI B’€750,000 F’MIŻURI Mill-1 ta’ Lulju sal-aħħar ta’ Settembru 2020, l-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta fi ħdan il-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali se tmexxi pjan maħsub biex fil-kapitali terġa’ tinħoloq il-klima ekonomika, soċjali u kulturali li konna drajna sa qabel il-bidu tas-sena. La l-Belt Valletta kienet l-aktar milquta f ’Malta bil-COVID-19, il-Gvern iddeċieda li jinvesti tliet kwarti ta’ miljun ewro fl-attività ekonomika, il-ħwienet, l-ospitalità, il-mużewijiet u postijiet oħra. L-attivitajiet kulturali ta’ belt kapitali vibranti, li tant kienet saret popolari għalihom il-Belt Valletta, waqfu ħesrem. Dan il-pjan, imħejji mill-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta bl-appoġġ tal-Gvern, tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), tal-Awtorità Maltija għat-Trasport (TM), tal-Awtorità Maltija tal-Artijiet u tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, se jkun mifrux fuq it-tliet xhur tas-sajf. Il-pjan b’investiment dirett ta’ €750,000 fih ħames miżuri prinċipali u inizjattivi oħrajn għal dan il-perjodu temporanju bħala stimolu ekonomiku, soċjali u kulturali: 1. Sospiż il-ħlas tal-permess għal ‘tables and chairs’; 2. Sospiża t-tariffa tas-CVA għall-vetturi li jidħlu; 3. Trasport b’xejn kuljum mis-6:00 p.m. sa nofsillejl permezz tal-ferry minn Tas-Sliema u l-Kottonera għall-Belt; 4. Dħul b’xejn matul Lulju kollu fil-mużewijiet tal-kapitali; 5. Medja ta’ tliet attivitajiet kulturali fil-ġimgħa mifruxa fit-toroq. Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera qal li “b’din l-inizjattiva qed ninvestu fl-aspett patrimonjali u kulturali tal-Belt Valletta ħalli nerġgħu nattiraw lin-nies mill-ġdid. Saħaq li dan hu parti mil-legat biex il-kapitali mill-ġdid tkun
vibranti u tkun fiċ-ċentru tal-ekonomija u attività soċjali.” Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg qal li l-miżura biex, mill-1 ta’ Lulju sat30 ta’ Settembru, tiġi sospiża s-sistema tas-CVA u allura d-dħul fil-Belt ikun bla ħlas, se tkun qed tiswa mal€200,000. “Minbarra hekk, qed naraw li nippromwovu l-użu ta’ mezzi ta’ trasport aktar sostenibbli, fosthom dak tal-ferry services,” sostna l-Ministru Borg. Il-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli qalet li l-kapitali Maltija hija s-sisien ta’ kull vjaġġ f ’pajjiżna, hekk kif 91% tat-turisti kollha li jżuru pajjiżna jagħmlu waqfa fil-kapitali u madwar 10% tat-turisti kollha f ’pajjiżna jagħżlu li joqogħdu f ’akkomodazzjoni fil-Belt. Għaldaqstant, qalet li hu naturali li l-Ministeru tagħha u l-MTA jappoġġjaw inizjattiva bħal din fejn din talaħħar se tkun qed tiddedika €300,000 għaliha. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għall-Artijiet u l-Kostruzzjoni, qal li fost il-miżuri hemm dik tat-‘tables and chairs’, fejn il-permess tal-ħlas se jitneħħa għalkollox bejn l-1 ta’ Lulju u t-30 ta’ Settembru biex fil-Belt terġa’ tinħoloq il-klima ekonomika soċjali li konna drajna. Din il-miżura se tgħin speċjalment lir-ristoranti kollha, il-postijiet ta’ divertiment u l-lukandi. Min-naħa tiegħu, iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta, Jason Micallef, stqarr li “permezz ta’ dan il-pjan, li se jinkludi inċentivi għan-negozju kollu fil-lokal, l-istabbilimenti tal-ospitalità u oħrajn, kif ukoll medda ta’ tliet attivitajiet kulturali filġimgħa li se jiġbdu lill-pubbliku, se niżguraw li l-Belt Kapitali terġa’ tqum fuq saqajha u tirkupra mill-effett negattiv li ħalliet fuqha l-pandemija globali.” Is-Sindku tal-Belt Alfred Zammit kien ukoll preżenti waqt li tħabbar dan il-pakkett ta’ inċentivi bla preċedent interministerjali.
Minn tagħrif li għandha din il-gazzetta jirriżulta ċar li l-gwida li seta’ kellhom ir-rappreżentanti tal-PN kienet li f ’temp ta’ ftit ġimgħat l-isem Partit Nazzjonalista kien se jispiċċa u minfloku jiġi rreġistrat wieħed ġdid, forsi wkoll Partit Popolari ta’ Malta. Kien stramb – għalkemm faċli spjegat illum – kif l-erba’ rappreżentanti Nazzjonalisti, Dr Joe Zammit Maempel, Dr Victor Scerri, Dr Ray Zammit u Mario Callus qagħdu joġġezzjonaw biex tintlaqa’ l-applikazzjoni quddiemhom u jiġi rreġistrat Partit Popolari ġdid. Anke jekk l-indikazzjoni li għandna hi li dan m’għandu xejn x’jaqsam mal-PN jew almenu hekk jidher, jirriżulta li l-bażi politika li fuqu xprunat dan il-Partit Popolari hi tal-lemin, jekk mhux tal-lemin estrem. L-argumenti ewlenin li ġabu r-rappreżentanti Nazzjonalisti, li flimkien mal-bqija tal-Kummissjoni għadhom iridu jkomplu jiddiskutu r-reġistrazzjoni uffiċjali ta’ partit ieħor fil-jiem li ġejjin, kienu pwerili u mġebbdin, skont tagħrif għand ilKullĦadd. L-argumenti fil-fatt kienu bbażati b’mod partikolari fuq il-kulur blu tal-arma, li ġiet ippreżentata, imma iżjed minn hekk fuq l-isem. Qalu li dan hu simili jekk mhux identiku għal dak tal-grupp Partit Popolari Ewropew (PPE), li l-istess PN hu affiljat minnu. F’Settembru tas-sena l-oħra, it-Times kienet diġà rrapportat li l-miżuri ta’ Louis Galea għall-bidla minn Partit Nazzjonalista għal Partit Popolari ma kinitx qed taqbad la fost it-tesserati u l-kumitati u wisq inqas fost id-deputati, li l-Eks Ministru kien qed jiltaqa’ magħhom biex jinfurmahom bil-pjani tiegħu. Minkejja dan, minn dakinhar il-PN u anke Galea baqgħu konvinti li bidla fl-isem kienet meħtieġa, sakemm eventwalment spiċċat sabet il-ħajt iebes tal-Eżekuttiv fejn il-Konservattivi kienu diġà qed jarmaw id-difiża tagħhom għal kontra tibdil simili. Mhux eskluż li Delia, magħruf għall-ebusija ta’ rasu, ma jipprovax jimbotta għal din ir-riforma, li sorsi fid-Dar Ċentrali ddeskrivewha bħala l-fissazzjoni tiegħu li jwettaq dak li għamel Joseph Muscat meta kien intgħażel Mexxej Laburista u biddel id-dehra u iżjed minn hekk il-mentalità tal-Partit Laburista biex jibda jaħseb bħala moviment veru u proprju. It-tali fissazzjoni li jiġi kkupjat is-suċċess tal-Partit Laburista wkoll kellha l-predeċessur tagħha. Ironikament it-tibdil li approva l-Eżekuttiv Nazzjonalista ġimgħa ilu kien jinkludi wkoll li tiġi eliminata waħda mill-karigi ta’ Viċi Kap Nazzjonalista, deċiżjoni tal-Eks Kap Simon Busuttil li jikkopja lill-Partit Laburista iżjed biex dak iż-żmien jippaċifika lill-werrieta ta’ żewġ kunjomijiet – Fenech Adami u Demarco – li għandhom l-għeruq fil-fond fil-Partit. Issa li ġie rrapportat li l-Eżekuttiv Nazzjonalista fl-aħħar jiem iddeċieda li assolutament ma riedx jaf bil-pjani tal-Kap Adrian Delia u l-mibgħut speċjali tiegħu biex jirriforma d-dehra tal-Partit, l-attitudni tar-rappreżentanti tal-Oppożizzjoni fuq il-Kummissjoni Elettorali mistennija tinbidel fil-laqgħa li jmiss. Bħal-lum ġimgħa sar magħruf fuq is-sit Lovin’ Malta li fis-seduta tal-Eżekuttiv tal-ġurnata ta’ qabel, il-PN iddeċieda biex minflok tibdil fl-isem, l-arma jew il-motto, jinkludi biss stqarrija tal-missjoni tiegħu li tgħid li l-PN “hu l-partit tal-poplu u li l-vokazzjoni tal-membri kollha tagħha għandha tkun li jaqdu l-interess tal-ġid komuni tal-poplu Malti.” Issa jrid ikun il-Kunsill Ġenerali Nazzjonalista li japprova kull tibdil propost, li għadu mhux pubbliku.
Fissazzjoni ta’ Adrian Delia li jwettaq dak li rnexxielu jagħmel Joseph Muscat fil-Partit Laburista biex dan jibda jaħseb bil-mentalità ta’ moviment
07
21.06.2020
kullhadd.com
“MISSJONI IMPOSSIBBLI OĦRA” BIEX JINSTABU KANDIDATI GĦALL-PN SORSI FID-DAR ĊENTRALI STESS JIDDESKRIVU L-ĦATRA TA’ KUMMISSJONI KANDIDATI ĠDIDA L-ĠIMGĦA L-OĦRA BĦALA ĦELA TA’ ĦIN U LI DIĠÀ HU DIFFIĊLI LI L-PARTIT JIRNEXXILU JŻOMM IT-TESSERATI KOLLHA LI GĦANDU
Il-ħatra ta’ kumitat jew kummissjoni fil-Partit Nazzjonalista biex jintgħażlu kandidati prospettivi li jkunu jistgħu jirrappreżentawh fl-elezzjonijiet futuri kienet milqugħa biż-żuffjett fid-Dar Ċentrali stess, tant li ġiet deskritta bħala “mission impossible oħra”, skont sorsi li tkellmu ma’ din il-gazzetta. Stqarrija mill-uffiċċju tal-komunikazzjoni tal-Partit nhar it-12 ta’ Ġunju ħabbret li l-Kumitat Eżekuttiv Nazzjonalista approva b’mod unanimu proposta tas-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech biex tinħatar Kummissjoni Kandidati. Skont l-istess komunikazzjoni, din se tkun immexxija minn Colin Vella Bowman bħala Chairperson, u Dr Kris Borg, Rachel Azzopardi, Dr Joe Vella Baldacchino, l-Eks Deputata Helen D’Amato, Dr Joe Bugeja u Dr Albert Bell bħala membri. Minkejja dan, l-istess sorsi mhux biss indikaw li dan mhux l-ewwel tentattiv simili u fl-aħħar seba’ snin diġà kien hemm żewġ kummissjonijiet simili li fallew miżerjament, iżda stqarrew ukoll li “llum, iżjed mill-bieraħ se jkunu qed ibaħħru f ’ibħra fejn ma jgħix xejn, jew almenu ftit li xejn.” B’referenza għas-sitwazzjoni attwali tal-PN, l-istess sorsi pinġewha bħala “iżjed gravi milli diġà tidher minn barra”. “Għandna xorti nżommu lill-membri (tesserati) li għandna, aħseb u ara kemm insibu min jikkontesta magħna. Jista’ qatt sajjied jaqbad xi ħaġa f ’baħar mejjet? Daqstant ieħor din il-kummissjoni tista’ ssaħħaħ lill-Partit b’biżżejjed ‘kandidati ġodda idonei’, kif qalulha tagħmel,” komplew is-sorsi. Skont l-istqarrija relatata tal-PN, il-Kummissjoni Kandidati għandha “tidentifika żgħażagħ, nisa u rġiel f ’kull lokal ta’ Malta u Għawdex li jkunu idonei u li jikkwalifikaw biex ikunu kandidati f ’isem il-Partit għal xi elezzjoni lokali, nazzjonali jew Ewropea” wara eżerċizzju ta’ diliġenza dovuta. Mill-2013 lil hawn diġà kienu ssemmew mill-inqas żewġ kummissjonijiet, waħda mwaqqfa mill-Eks Kap Simon Busuttil ftit wara l-ħatra tiegħu fit-tmun tal-Partit b’riżultat tat-telfa elettorali tal-2013 u l-oħra mill-Kap attwali Adrian Delia ftit xhur wara li ħa post tal-ewwel wara telfa elettorali akbar fl-2017. B’missjoni simili, iż-żewġ kummissjonijiet immex xijin mill-Eks Kummissarju Ewropew u Eks Ministru għall-Affarijiet Barranin Joe Borg u mill-veteran Richard Muscat rispettivament ma waslu mkien ’il bogħod. Skont is-sorsi fil-PN stess, issa hemm probabbiltà akbar li l-kummissjoni l-ġdida tmut fuq ommha ferm
qabel it-tnejn ta’ qabilha. Waqt li fl-istqarrija jingħata lok ta’ interpretazzjoni li l-kummissjoni l-ġdida se tkun qed tiskrutinja anke kandidati preċedenti, inkluż deputati eletti, il-Kumitat Eżekuttiv Nazzjonalista ddeskriva li, għall-finijiet ta’ dawn il-funzjonijiet, il-kandidati għandhom ikunu “persuni b’karattru personali integru u onest, li l-unika motivazzjoni tagħhom hi li jkunu ta’ servizz għall-poplu u għall-ġid komuni tiegħu, kompetenti u li jkunu ssodisfaw l-eżerċizzju dwar diliġenza pprovata.” Meta mistoqsijin b’mod dirett x’jaħsbu fuq il-kandidati attwali jew dawk regolari, is-sorsi wrew ruħhom xettiċi li l-kummissjoni tista’ qatt tiskrutinja kif jixraq lill-kandidati li rabbew l-għeruq fil-Partit. “Wisq inqas (il-Kummissjoni Kandidati) tista’ tgħid xi ħaġa kontra deputati, anke jekk ikunu dejjem fil-mira”, b’referenza għal dawk meqjusin tal-fazzjoni ta’ Busuttil, primarjament Jason Azzopardi u Karol Aquilina, li mill-ewwel ġurnata ħaduha qatta bla ħabel kontra Adrian Delia stess. Minkejja dan, fakkru kif il-Kummissjoni ta’ Joe Borg kienet saħansitra għażlet, fost l-ewwel kandidati approvati għall-Elezzjoni Ġenerali tal-2017, liżżagħżugħ Għawdxi Ryan Cefai Mercieca. Minkejja li kien hemm diġà akkużi serji fil-konfront tiegħu, inkluż miżapproprjazzjoni ta’ fondi Ewropej, Cefai Mercieca tħalla jikkontesta mit-tmexxija ta’ Busuttil, avolja bla suċċess. Sussegwentement, f ’kawża ta’ libell li l-istess Cefai Mercieca kien fetaħ kontra l-Eks Editur ta’ L-Orizzont Josef Caruana wara li ħassu malafamat b’erba’ artikli fl-istess ġurnal, li indikaw l-abbużi serji, ħareġ li dan il-kandidat Nazzjonalista ppreżenta bħala prova rċevuta ffalsifikata biex jiskredita lill-ġurnalist u jsibu ħati quddiem il-Qorti bil-konsegwenza li, kif talab hu stess, dan jeħel danni ta’ kważi €11,500. F’sentenza twila u dettaljata f ’Lulju 2018, il-Qorti tal-Maġistrati mhux biss ikkonkludiet li r-rapporti fil-gazzetta kienu fattwali, imma wkoll li Cefai Mercieca, taħt ġurament, kien ippreżenta kopja mbagħbsa ta’ rċevuta tal-Malta Community Chest Fund (MCCF) bit-tama li jsaħħaħ l-argumenti tiegħu kontra l-istess rapportaġġ.
Jekk tliet snin ilu ma stajniex ngħaddu mingħajr “stilel” bħal Mercieca, kif qed nippretendu llum li jkollna kandidati idonei … għandna xorti nżommu t-tesserati li għandna, aħseb u ara kemm se nsibu min jikkontesta magħna
L-irċevuta kellha d-data tagħha mibdula biex jidher li somma destinata għall-karità kienet fil-fatt għaddiet lill-MCCF qabel ma ġie allegat li din kienet għosfrot f ’wieħed mill-artikli msemmija minn L-Orizzont. Għalkemm fih innifsu hu reat serju ħafna, aktar u aktar meta dokument imbagħbas jitressaq bħala prova fil-Qorti, dak iż-żmien ma jidhirx li kienu ttieħdu xi passi ulterjuri kontrih, inkluż bil-Pulizija. Ma’ dan, is-sena li għaddiet kien irrapportat fuq issit Lovin’ Malta li Cefai Mercieca kien inqabad millFakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta li kien ikkopja tliet kwarti tat-teżi tiegħu għad-dottorat. B’riżultat ta’ dan, il-kandidat Nazzjonalista, li kien ukoll lekċerer fl-Università, ġie mkeċċi minn student fi ħdan l-istess istituzzjoni u għandu jitħalla jerġa’ jidħol wara li jgħaddu tliet snin fuq approvazzjoni tas-Senat. It-teżi tad-dottorat tiegħu ġiet ukoll annullata. Cefai Mercieca tneħħa wkoll mil-lista ta’ letturi fi ħdan id-Dipartiment tar-Relazzjonijiet Barranin. Għaldaqstant, kemm-il darba l-PN ma setax jgħaddi mingħajr kandidat simili tliet snin ilu, is-sorsi fidDar Ċentrali kkonkludew jistaqsu “kif qed nippretendu li jkollna għażliet usa’ llum il-ġurnata?” Ironikament minn dak iż-żmien ’l hawn, il-politiku żagħżugħ Għawdxi laħaq daħal fl-Eżekuttiv talPN u saħansitra għadu jikteb regolarment fil-gazzetti tal-Partit, bl-aħħar artiklu tiegħu jkun nhar il-Ħamis li għadda f ’In-Nazzjon.
08
21.06.2020
kullhadd.com
KONKOS IEĦOR X’JISSEWWA! Diskussjonijiet fl-aħħar jiem wasslu għal bażi tajba li jintlaħaq ftehim ma’ dawk responsabbli mill-bini tat-terminal taċ-Ċirkewwa fl-2012 wara li feġġew ħsarat strutturali bħal tal-Isptar Mater Dei
Ritratti: JOE CAMENZULI
Il-konsenturi fil-bażi tal-istruttura tat-terminal taċ-Ċirkewwa, li wasslu biex jinbdew proċeduri ġudizzjarji kontra l-kuntrattur, il-perit u l-maniġer responsabbli mill-proġett taħt l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista, mistennija jissewwew dalwaqt. Din il-gazzetta hi infurmata li, wara li l-Gvern ippreżentata ittra uffiċjali fil-Qorti, saru laqgħat importanti bejn il-partijiet konċernati li ħallew il-frott. Kelliem għal Infrastructure Malta kkonferma mal-KullĦadd li fl-aħħar ġranet iltaqgħu uffiċjali minn Transport Malta (TM) u Infrastructure Malta ma’ rappreżentanti tal-kuntrattur Polidano Brothers Ltd. “Id-diskussjonijist kienu pożittivi ħafna, tant li jinsabu f ’fażi delikata. Hemm bażi tajba ħafna li jintlaħaq ftehim,” stqarr il-kelliem, b’referenza biex jinstab kompromess kif se tissewwa l-ħsara kbira li feġġet, partikolarment fil-konkos li jagħmel il-kolonni tat-terminal, li kien ġie inawgurat b’ħafna pompa mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi fl-2012. Meta ntalab jagħti r-reazzjoni tiegħu, il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg irrimarka li “dan hu wirt ta’ proġett infrastrutturali ieħor difettuż li ħalliet warajha l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista u li l-Gvern
Id-diskussjonijist kienu pożittivi ħafna, tant li jinsabu f’fażi delikata. Hemm bażi tajba ħafna li jintlaħaq ftehim,” stqarr il-kelliem, b’referenza biex jinstab kompromess kif se tissewwa l-ħsara kbira li feġġet, partikolarment fil-konkos li jagħmel il-kolonni tat-terminal, li kien ġie inawgurat b’ħafna pompa mill-Gvern ta’ Lawrence Gonzi fl-2012
Laburista jrid jara kif se jsolvi l-problema li sab ma’ wiċċu.” Fil-fatt l-istorja ta’ konkos dgħajjef użat fil-bini ta’ proġetti amministrati minn Gvernijiet Nazzjonalisti żgur mhix novità, bl-aktar waħda famuża tibqa’ dik tal-bini tal-Isptar Mater Dei li beda jintuża mill2008. B’riżultat t’hekk kienu tħassru l-pjani tal-Gvern li jibni aktar sulari fuq id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-2014. Il-ħsarat estensivi hemmhekk spiċċaw swew mal-€150 miljun u l-Gvern Malti ma setax ifittex lill-kumpanija Żvediża Skanska, b’riżultat ta’ rinunzja ffirmata fl-2009 mill-Gvern Nazzjonalista u li eżonerata minn kull responsabbiltà għal difetti li setgħu jinqalgħu fil-bini. Dan ġie kkonfermat ukoll f ’Marzu li għadda b’deċiżjoni tat-tribunal t’arbitraġġ fi ħdan il-Ġnus Magħquda li kkonkluda li l-Gvern Malti tilef kull dritt għal kumpens minħabba l-waiver iffirmata mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi, dak iż-żmien immexxija minn Paul Camilleri, kuġin taleks-Prim Ministru Lawrence Gonzi. Sadanittant fil-każ tat-terminal taċ-Ċirkewwa, TM u Infrastructure Malta ppreżentaw ittra uffiċjali fil-Qorti fil-11 ta’ Mejju li għadda kontra t-tliet kumpaniji responsabbli biex jersqu “għal-likwidazzjoni u ħlas ta’ danni sofferti mill-mittenti minħabba l-fatt li x-xogħol li sar minnkom fir-rigward tal-kuntratti (i) ‘Civil Works for the Ċirkewwa Ferry Terminal’, (ii) ‘Project Management and Services for the Ċirkewwa Passenger Ferry Terminal’ u (iii) ‘Ċirkewwa Development Project Architect/Structural Engineer Agreement’ ma sarx skont l-arti u s-sengħa, hekk kif ġie kkonfermat minn investigazzjonijiet u testijiet li kkummissjonat l-Awtorità għat-Trasport f ’Malta fir-rigward tal-istruttura taċ-Ċirkewwa Ferry Terminal.” L-ittra tkompli li “dawn id-danni ġew ikkawżati prinċiparjament minħabba l-fatt li seħħew danni strutturali, li kienu partikolarment immanifestati fi qsim u deter-
kullhadd.com
jorazzjoni tal-ħadid kemm fil-kolonni kif ukoll fit-travi u liema qsim seħħ f ’perjodu relattivament qasir.” Fl-2018 il-kumpanija Ingliża tal-inġinerija CTP Consulting kienet tqabbdet biex tagħmel spezzjoni viżwali tat-terminal taċ-Ċirkewwa. Din irrakkomandat li kellha ssir investigazzjoni aktar fil-fond bis-servizzi ta’ laboratorju tekniku. Għaldaqstant ġiet ingaġġata kumpanija oħra Ingliża, Socotec UK Ltd, li bdiet l-investigazzjonijiet tagħha f ’Jannar tal2019, inkluż b’teħid ta’ kampjuni tal-konkos għall-ittestjar li sar fix-xhur ta’ wara. Il-konklużjonijiet ta’ dawn it-testijiet investigattivi waslu f ’Mejju tal-istess sena fejn irriżulta li l-konkos ta’ parti mill-istruttura ddeterjora b’rata aktar mgħaġġla min-normal. Minkejja dan, jirriżulta li din il-parti tal-istruttura xorta hi meqjusa li tinsab fi stat sigur biex tkompli tintuża għalissa. Jirriżulta lil din il-gazzetta li Infrastructure Malta qed taħdem ukoll ma’ CTP Consulting biex tiġi determinata soluzzjoni teknika permanenti għal perjodu fittul f ’dak il-każ. “L-aġenzija qed tittratta dan il-każ b’mod professjonali bil-għan li l-kwistjoni tissolva bl-aħjar mod possibbli,” temm jgħidilna l-kelliem għal Infrastructure Malta. Il-Ministru Borg ukoll assigurana li l-entitajiet TM u Infrastructure Malta, li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, qed jittrattaw il-każ bi professjonalità biex ikunu salvagwardjati l-interessi tal-poplu Malti u Għawdxi, waqt li l-kwistjoni tiġi solvuta billi jsiru l-interventi meħtieġa li jkunu l-aħjar soluzzjoni teknika permanenti.
09
21.06.2020
10
21.06.2020
kullhadd.com
MALTA MFAĦĦRA MILL-ĠDID GĦAL TUL IL-PANDEMIJA ID-DIPARTIMENT TAS-SIGURTÀ SOĊJALI JIRĊIEVI RIKONOXXIMENT INTERNAZZJONALI GĦALL-MOD KIF ĦADEM IL-BENEFIĊĊJI TAL-COVID-19
Il-Ministru Michael Falzon jindirizza waħda mill-konferenzi stampa biex tħabbru l-miżuri soċjali relatati mal-pandemija tal-COVID-19
Id-diversi miżuri li tnedew mill-Gvern biex jilqa’ l-effetti tal-imxija tal-COVID-19 fuq il-ħaddiema u l-ekonomija ngħataw prominenza mill-International Social Security Association (ISSA), l-organizzazzjoni dinjija li tiġbor fiha aġenziji, istituti u dipartmenti governattivi fil-qasam tas-sigurtà soċjali. Dan għamlitu f ’ġabra ta’ rapporti u analiżi dwar kif diversi pajjiżi rreaġixxew għattaqlib soċjali u ekonomiku li nislet il-pandemija. F’rapport dettaljat imtella’ fuq il-website tagħha, l-ISSA fissret il-benefiċċji u l-pakketti ta’ għajnuna li ġew varati mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, permezz tad-Dipartiment tas-Sigurtà Soċjali, u l-Ministeru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar, permezz tal-Malta Enterprise, biex jgħinu negozji u ħaddiema li ntlaqtu mill-effetti tal-pandemija. Semmiet ukoll il-ħidma li saret biex jitħarsu anzjani, persuni vulnerabbli u persuni b’diżabilità u l-passi li ttieħdu biex jittaffa l-piż tal-kirijiet tal-ħaddiema u ta’ dawk li jaħdmu għal rashom. Fir-rapport intqal li l-miżuri li ħadet Malta kkontribwixxew bis-sħih biex il-popolazzjoni tiġi mħarsa mill-impatt ekonomiku u soċjali tal-kriżi, u kienu effettivi biex ir-rata ta’ infezzjoni fil-pajjiż tinżamm baxxa. Kompla jfisser li dawn il-miżuri
kienu ta’ sostenn għal 100,000 ħaddiem li kellhom l-impjieg tagħhom salvat, u li b’mod jew ieħor żewġ terzi tal-impjegati fis-settur privat irċivew għajnuna finanzjarja. Il-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon qal li wara li pajjiżna ġie mfaħħar għal dawk il-passi li ttieħdu fis-settur mediku u fis-settur ekonomiku fil-konfront tal-pandemija talCOVID-19, huwa ta’ sodisfazzjon kbir li pajjiżna ġie mfaħħar ukoll għall-passi li ħa fil-qasam soċjali. Dr Falzon qal li dan ir-rikonoxximent huwa verament, “the jewel in the crown”. “Tassew inħossni kburi li nifforma parti mit-tim kollu li jaħdem f ’dan il-qasam, li tant ħadmu sod, b’żieda max-xogħol normali tagħhom,” temm jgħid il-Ministru Michael Falzon. F’kumment dwar il-ħidma li saret, l-ISSA stqarret li s-servizz pubbliku Malti kien strumentali f ’dan iż-żmien ta’ prova billi kien pront jilqa’ l-isfidi li nħolqu. B’referenza għall-effiċjenza li biha ġew ipproċessati u twasslu l-benefiċċji u l-użu li sar minn mezzi diġitali, l-organizzazzjoni kkummentat li l-esperjenza ta’ din il-kriżi se twassal biex fin-normalità ġdida jkomplu jissaħħu s-servizzi u l-amministrazzjoni b’mezzi elettroniċi, bil-għan li titjieb aktar il-kwalità tas-servizzi għall-popolazzjoni Maltija.
GĦAL AKTAR TISĦIĦ TAS-SALTNA TAD-DRITT IL-GVERN U L-KUMMISSJONI VENEZJA TEMMEW B’MOD POŻITTIV L-EWWEL PROĊESS TA’ RIFORMI LI ISSA SE JITRESSQU MILL-EWWEL QUDDIEM IL-PARLAMENT F’konferenza tal-aħbarijiet fil-Berġa ta’ Kastilja, ilPrim Ministru Robert Abela ħabbar li l-Gvern u l-Kummissjoni Venezja kkonkludew pożittivament l-ewwel proċess ta’ riformi li bdew fl-ewwel jiem ta’ Gvern immexxi minn Robert Abela, fejn il-Kummissjoni Venezja laqgħet favorevolment il-miżuri tal-Gvern Malti li saru wara proċess wiesa’ ħafna ta’ konsultazzjoni. “Dan il-proċess kien fih ir-rieda tal-Gvern, li qies, ikkonsulta u fl-aħħar mill-aħħar ġew milqugħa favorevolment il-proposti mressqa quddiem il-Kummissjoni Venezja. Dawn se jkunu qed jersqu quddiem il-Parlament mill-ewwel sabiex jissoktaw ir-rifomi bil-għan li tissaħħaħ s-Saltna tad-Dritt u t-tisħiħ tal-istituzzjonjiet filwaqt li ssir ħidma sabiex titjieb u tisaħħaħ ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna,” stqarr il-Prim Ministru Robert Abela. Dr Abela sostna li huwa se jkun qed jara li l-proċess kollu jitwettaq u ħabbar kif l-abbozzi ta’ liġijiet qed jiġu finalizzati u la jkunu mressqa se jkunu jistgħu jiġu aċċessati minn kulħadd. Biex din ma tibqax riforma fuq il-karta biss, tenna l-Prim Ministru. Min-naħa tiegħu, il-Ministru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza Edward Zammit Lewis spjega li dawn ir-riformi li qed jiġu imbuttati ’l quddiem huma riformi b’saħħithom daqs u akbar mir-riforma tal-1974 meta Malta saret Repubblika u fl-1987 meta wkoll saru emendi fil-Kostituzzjoni. Il-Ministru spjega li r-riformi se jkunu s-segwenti: • Il-President tar-Repubblika: Il-Gvern huwa kommess li jipproponi li l-President tar-Repubblika jinħatar u jitneħħa b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Se jkun propost ukoll mekkaniżmu gradat biex in-nomina tkun tista’ tibqa’ għaddejja. • Il-ħatra tal-ġudikanti: Il-kompożizzjoni tal-Kumitat għall-Ħatriet tal-Ġudikanti qiegħed jiġi rivedut fejn aktar min-nofs il-membri se jkunu membri tal-ġudikatura. Is-sistema ta’ sejħa pubblika kontinwa għal postijiet vakati fil-ġudikatura se tiġi supplimentata b’sejħa pubblika għal vakanzi individwali. Il-Gvern qiegħed jipproponi li l-kriterji ta’ evalwazzjoni li diġà huma pubbliċi, se jkunu minquxa fil-Kostituzzjoni. Il-proposti jintroduċu referenza diretta tal-aktar tliet kandidati idonei lill-President tar-Repubblika li se jkun qed jaħtar lill-Imħallfin u lill-Maġistrati mill-ismijiet riferuti lilu. L-ismijiet tat-tliet kandidati kwalifikati se jiġu wkoll ippubblikati. Din is-sistema se telimina l-possibilità li jkollok kandidati appuntati direttament mill-Gvern jew li l-Gvern juża l-veto fil-konfront ta’ kandidat.
kat Ġenerali u tal-Avukat tal-Istat mill-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, mhu se jkun hemm ebda rwol għall-Gvern jew għall-politiċi. Il-maġġoranza tal-membri tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja għandhom ikunu membri tal-ġudikatura. • Prosekuzzjoni: L-Avukat Ġenerali (Direttur tal-Prosekuturi Pubbliċi) illum infatam mill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat. Huwa se jieħu f ’idejh il-prosekuzzjonijiet ta’ dawk irreati li jġorru magħhom piena ta’ aktar minn sentejn priġunerija (inklużi dawk relatati ma’ korruzzjoni), waqt li l-pulizija se tibqa’ responsabbli għax-xogħol investigattiv. Se jiġu proposti emendi biex jipprovdu għal possibilità ta’ reviżjoni ġudizzjarja ta’ deċiżjoni meħuda mill-Prosekutur Pubbliku li ma jiħux passi. L-istatus tal-parti mweġġa’ ex lege se tiġi attribwita għall-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzjoni, l-Ombudsman, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika u l-Awditur Ġenerali. • Il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni: Qed jiġu proposti emendi legali, fosthom dawk li se jassiguraw li rapporti li fihom il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni ssib kondotta korrotta, tintbagħat direttament lill-Prosekutur Pubbliku. • L-Ombudsman: Se jiġu proposti emendi legali fil-Kostituzzjoni, dwar il-ħatra, it-tneħħija u s-sospensjoni tal-Ombudsman. L-emendi proposti se jipprovdu obbligazzjoni mandatorja li r-rapport Annwali tal-istess Ombudsman ikun dibattut fil-Parlament. • Ħatriet f ’Kummissjonijiet Indipendenti: Is-setgħat li bħalissa jżomm f ’idejh il-Prim Ministru li jaħtar uffiċjali għolja se tgħaddi għand il-Kabinett tal-Ministri. Il-Gvern jinsab kommess li jgħaddi aktar poteri li bħalissa qegħdin f ’idejn il-Prim Ministru, lill-Kabinett tal-Ministri sabiex jinħatru kummissjonijiet indipendenti. Dan kollu f ’qafas ta’ Konvenzjoni Kostituzzjonali. • Segretarji Permanenti: Se jitressqu emendi legali sabiex ikun assigurat li l-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, li hija Kummissjoni indipendenti li toħroġ mill-Kostituzzjoni, tkun tista’ tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-President tar-Repubblika sabiex ikunu jistgħu jinħatru b’mod dirett is-Segretarji Permanenti anke wara li tittieħed inkonsiderazzjoni r-rakkomandazzjoni tas-Segretarju Permanenti Ewlieni. Il-ħatra tas-Segretarju Permanenti Ewlieni għandha ssir mill-President tar-Repubblika.
• Il-ħatra tal-Prim Imħallef: Il-Gvern qiegħed jipproponi li l-ħatra ssir permezz taż-żewġ terzi tal-membri parlamentari. Qiegħed • Persuni u pożizzjonijet ta’ fiduċja: Se jiġi propost tibdil legali li jistabbilixxi bażi lejiġi propost ukoll mekkaniżmu gradat biex in-nomigali għall-ħatra ta’ persuni ta’ fiduċja. Dan se jkun na tkun tista’ tibqa’ għaddejja. limitat għall-ħatra ta’ konsulenti mal-Ministri jew Segretarji Parlamentari, u impjegati fis-Segretarjat • Id-dixxiplina u t-tneħħija tal-ġudikanti: Id-dixxiplina fil-konfront tal-ġudikanti, inkluż tal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari. Fl-aħħar nett, il-Ministru Zammit Lewis fakkar t-tneħħija tagħhom, se tkun il-prerogattiva tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja. Bħal li l-mod ġdid li bih se jiġi maħtur il-Kummissarju fil-każ tal-Kumitat għall-Ħatriet tal-Ġudikanti, tal-Pulizija huwa wkoll inkonformità ma’ dak li qalet il-Gvern qiegħed jipproponi it-tneħħija tal-Avu- il-Kummissjoni Venezja.
11
21.06.2020
kullhadd.com
IL-ĠLIEDA KONTRA T-TERAPIJA TA’ KONVERŻJONI TAQBAD IR-RITMU Id-duo Messikan Jesse and Joy fil-lirika tal-aħħar kanzunetta tagħhom “Love (Es Nuestro Idioma)” – “L-Imħabba (hija l-lingwa tagħna)” – isejħu għall-projbizzjoni tat-terapija ta’ konverżjoni għal dawk li huma omosesswali, kemm f ’pajjiżhom kif ukoll fil-bqija tad-dinja. Il-kanzunetta ħarġet bħala parti minn żewġ kampanji tal-Ġnus Magħquda, waħda kontra l-kriminalità u d-droga u l-oħra għal kuxjenza akbar dwar mard infettiv bħall-HIV u l-AIDS, flimkien mal-organizzazzjoni Messikana YAAJ México, li tmexxi ’l quddiem id-drittijiet tal-komunità LGBTIQ. Il-magażin Rolling Stone qal li, permezz ta’ din il-kanzunetta, tnediet kampanja intensiva biex l-hekk imsejħa terapija ta’ konverżjoni għal persuni omosesswali tiġi abolita fid-dinja kollha. Minbarra hekk, il-kampanja titlob għall-projbizzjoni ta’ kull att, li jsir bi vjolenza jew mingħajrha, biex l-omosesswali jgħixu ħajja eterosesswali kontra n-natura tagħhom. Bir-raġun, il-magażin mużikali rinomat jgħid li din il-prattika s’issa hi pprojbita biss f ’ħames pajjiżi madwar id-dinja, fosthom Malta. L-oħrajn huma l-Brażil, l-Ekwador, it-Tajwan u aktar riċenti l-Ġermanja. Pajjiżna jinsab fil-quċċata tal-pajjiżi li huma fuq quddiem f ’dawk li huma drittijiet għall-persuni fil-komunità LGBTIQ. Is-sit Rainbow Europe ta’ ILGA-Europe (European Region of the International Lesbian, Gay Bisexual Trans & Intersex Association) ipoġġi fl-ewwel post lil pajjiżna b’perċentwal ta’ 89.1% f ’dan ir-rigward. Wara Malta, jiġi l-Belġju bi 73.4%. Rapport ippubblikat minn NBC News f ’nofs Mejju li għadda wkoll jirrikonoxxi
din il-pożizzjoni ta’ pajjiżna fejn jidħlu drittijiet tal-komunità LGBTIQ. B’ritratt prominenti ferm tal-Port il-Kbir fil-bidu tar-rapport, pajjiżna jiġi mfaħħar bħala l-aqwa fid-dinja għall-kisbet li rnexxielu jagħmel għal din il-minoranza fis-soċjetà. Imma fix-xena mużikali permezz ta’ kantanti, pajjiżna wkoll ilu żmien li ressaq ’il quddiem il-viżibilità tal-komunità LGBTIQ. Fil-Eurovision tal-2011, Glen Vella kien irrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta “One Life”, li għall-komunità LGBTQ hi definittivament kanzunetta rebbieħa għax tagħti viżibilità u rappreżentazzjoni lill-istess komunità gay. Is-sit gaymalta.com isemmi lil din il-kanzunetta u xejn inqas minn disgħa oħrajn, li jippromwovu r-rappreżentanza LGBTIQ. Il-lista tinkludi wkoll “Ħafi Paċi Kuluri” minn The Travellers, bil-kuluri tal-qawsalla – l-kuluri tal-komunità omosesswali – jispikkaw fil-vidjow tal-kanzunetta, “Bad Habits” ta’ Ira Losco, “Taboo” ta’ Christabelle u “Xewqti” ta’ Janice Mangion, li lkoll jissemmew għall-messaġġi pożittivi fejn jidħlu persuni omosesswali.
Pajjiżna jinsab fil-quċċata tal-pajjiżi li huma fuq quddiem f’dawk li huma drittijiet għall-persuni fil-komunità LGBTIQ
12
21.06.2020
kullhadd.com
L-UĠIGĦ FID-DAHAR Mr. Alistair Melvyn Pace M.D. (Melit.), M.R.C.S.(Eng.), M.R.C.S.(Edinburgh), F.R.C.S.(Tr.& Orth.), M.Sc.(U.K.), Dipl. (Orthopaedics), CCT (U.K.)
L-uġigħ fid-dahar huwa bil-bosta l-aktar marda komuni li nara fil-klinika tiegħi. Dan l-aktar li jaffettwa n-naħa t’isfel tad-dahar u jista’ jkun f ’kull età. Ilkawża rari tkun serja u f ’ħafna każijiet tgħaddi waħedha. Iżda tista’ tikkawża wkoll diżabilità u telf sinifikanti tal-funzjoni talġisem. 9 minn kull 10 pazjenti jsofru minn uġigħ fid-dahar matul ħajjithom. Id-dahar jew il-kolonna vertebrali hija magħmula minn numru kbir ta’ vertebri b’diski bejniethom. Hemm ukoll numru ta’ ligamenti u muskoli kif ukoll ġogi żgħar imsejħa facet joints. In-nervituri spinali joħorġu bejn il-vertebri. Uġigħ fid-dahar jista’ jkun akut, subakut jew kroniku, b’talaħħar, li jista’ jdum aktar minn 12-il ġimgħa. L-uġigħ jista’ jkun ħruq, ġbid jew toqla. Jista’ jkun agħar meta wieħed joqgħod bilqiegħda fit-tul, jitgħawweġ jew jimxi ħafna. L-uġigħ jista’ wkoll jinżel ’l isfel lejn ir-riġlejn u jkun assoċjat ma’ tnemnim u sensazzjonijiet jew anke dgħufija. 90% tal-uġigħ fid-dahar mhuwiex speċifiku u normalment jiġi minħabba xi sprain ta’ muskolu jew ligament li l-pazjent ġieli lanqas jiftakar. Fil-każijiet l-oħra, l-uġigħ huwa dovut għall-problema tad-disk. Dan jissejjaħ uġigħ diskoġeniku u jista’ jkun relatat ma’ disc prolapse. Uġigħ jista’ jiġi mill-ar-
trite fil-ġogi ż-żgħar tad-dahar. Dan jista’ jikkawża restrizzjoni tal-kanal tas-sinsla ċentrali (stenożi spinali) jew tal-għeruq tan-nervituri (xjatka). Uġigħ minħabba infezzjoni, bħal discitis, ksur jew tumur huwa rari. Storja bir-reqqa mit-tabib u eżami newroloġiku ġeneralment jagħlaq id-dijanjosi. Aktar investigazzjonijiet, inklużi testijiet tad-demm u MRI rarament huma meħtieġa sakemm ma jkunx hemm sinjali newroloġiċi jew bnadar ħomor, jiġifieri kawżi aktar serji bħal infezzjoni, tumur jew kollass vertebrali minħabba l-osteoporożi. Il-maġġoranza l-kbira ta’ wġigħ fid-dahar jgħaddi b’mod spontanju mal-mistrieħ, analġeżja u eżerċizzju ħafif. Uġigħ fid-dahar kroniku huwa iktar diffiċli li jiġi kkurat
Il-fiżjoterapija hija importanti ħafna. Hemm modalitajiet differenti li jistgħu jintużaw fosthom trattament tas-sħana, ultrasoniku, elettriku, manjetiku, idroterapija kif ukoll acupuncture
u jista’ jkun hemm sintomi psikoloġiċi. Nirrakkomanda attitudni pożittiva u motivazzjoni - mixi u eżerċizzju ħafif jgħinu. Ittelf tal-piż huwa importanti wkoll. It-tipjip huwa wkoll assoċjat ma’ wġigħ fid-dahar kroniku. Huwa importanti ħafna li jiġi evitat l-irfigħ, l-imbuttar u l-ġbid ta’ oġġetti tqal. L-attenzjoni għall-qagħda fuq siġġu pereżempju u l-irfigħ hija importanti. Affarijiet sħan mad-dahar bħal sawna, jacuzzi, showers u banjijiet sħan jistgħu wkoll ikunu ta’ għajnuna. Il-mediċini jinkludu antispażmodiċi, newrolettiċi u antinflammatorji. Dawn madankollu mhumiex irrakkomandati fuq bażi fit-tul. Il-fiżjoterapija hija importanti ħafna. Hemm modalitajiet differenti li jistgħu jintużaw fosthom trattament tas-sħana, ultrasoniku, elettriku, manjetiku, idroterapija kif ukoll acupuncture. Għalkemm m’hemm ebda studji xjentifiċi li jikkonfermaw benefiċċji fit-tul minn dawn it-trattamenti, ħafna pazjenti jirrappurtaw riżultat tajjeb. L-injezzjonijiet jibqgħu għażla tajba wkoll. Dawn huma normalment injezzjonijiet ta’ sterojdi u jistgħu jinkludu nerve blocks, injezzjonijiet epidurali u
tneħħija tan-nervaturi. Ftit pazjenti biss jeħtieġu operazzjoni. Il-maġġoranza tal-każijiet jiġu trattati mingħajr operazzjoni. Madankollu, id-dekompressjoni talgħerq tan-nervituri maqbuda (b’diskektomija parzjali) jew fużjoni ta’ livell wieħed jew aktar tas-sinsla jew xi kultant tibdil tad-disk jibqgħu għażliet validi ħafna meta trattamenti oħra ma jaħdmux. Mr Alistair Melvyn Pace hu Consultant Orthopaedic & Trauma Surgeon u Senior Lecturer fl-Università ta’ Malta.
13
21.06.2020
kullhadd.com
PJAN SA FEJN IRRIDU NASLU Michael Falzon Ministru
L-aħħar ġimgħat kienu prova ċara ta’ kemm dan in-nazzjon għandu qalb kbira, kemm hu reżiljenti, u kif ukoll kemm jiflaħ għal kull mewġ, ġej minn fejn ġej. Urejna kemm, flimkien u magħqudin aħna kapaċi naslu u naġġustaw ruħna, anke f ’ċirkostanzi straordinarji. Ilkoll ngħixu f ’pajjiż fejn bir-raġun għandna nkunu kburin b’dak li ksibna, filwaqt li rnexxielna nżommu l-kalma u l-kontroll, fi żminijiet fejn il-pandemija laqtet lid-dinja kollha. Rajna li eluf ta’ persuni setgħu jintlaqtu ħażin, u dħalna mill-ewwel għal dawn il-per-
suni, permezz t’għexieren ta’ miżuri, indirizzati speċifikament lejn min għandu bżonnhom. Ftit jiem ilu, ħabbarna wkoll baġit multimiljunarju, sabiex ninċentivaw il-bżulija u nerġgħu nagħtu nifs lis-settur privat, illi tant huwa kruċjali għal pajjiżna. Dan kollu għamilnieh fi sfond ta’ ekonomija li tiflaħ għal investiment massiċċ bħal dan. Innifs illi qed nagħtu llum, se jkun ifisser aktar ossiġnu fil-pulmun tas-soċjetà Maltija. Dan huwa riżultat ta’ għaqal, u konsolidazzjoni tal-finanzi tal-pajjiż. Fl-aħħar snin għexna l-aqwa ekonomija li qatt ra pajjiżna, u konna bil-għaqal u bżajna għal dawn il-flus, illi stajna nużaw sabiex nindirizzaw ċirkostanzi bla preċedent. Bħala Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, konna fuq quddiem nett sabiex nassistu u nħaddmu l-miżuri soċjali li ddaħħlu flaħħar ġimgħat. Xogħolna jinkludi wkoll illi nkunu solidali ma’ dawk l-iktar li għandhom bżonn is-servizzi ta’ dan il-Ministeru. Iltqajna ma’ mijiet ta’ każijiet, fejn persuni kellhom
bżonn assistenza mhux biss finanzjarja iżda anke psikoloġika, aktarx marbuta ma’ solitudni jew stress kawża tal-pandemija. Introduċejna numru ta’ helplines, 24 siegħa kuljum, biex nassistu każijiet bħal dawn. Iddeċidejna wkoll li nestendu il-helpline 1772 għaliex il-konsegwenzi tal-pandemija għadhom magħna. Se nibqgħu hemm għal kulħadd, irrelevanti minn liema livell tas-soċjetà ġej, etniċità jew twemmin. Fortunatament, issa wasalna fi żmien ukoll illi nneħħu r-restrizzjonijiet li kellna fid-djar tal-anzjani u tat-tfal. Minn din il-ġimgħa, qraba tal-anzjani li jinsabu f ’residenza ser ikunu jistgħu jżuruhom mingħajr użu ta’ ħġieġ jew perspex. Din iċ-ċirkulari tapplika għar-residenzi għall-anzjani tal-gvern, tal-Knisja u tal-privat iżda mhux għar-residenza ta’ San Vinċenz De Paul, hekk kif dawn ir-residenti huma fost l-aktar vulnerabbli fis-soċjetà tagħna. Anke f ’San Vinċenz qed nieħdu kull prekawzjoni meħtieġa, u fil-jiem li ġejjin, inħabbru wkoll bidliet ta’ kif isiru
ż-żjarat. Din iċ-ċirkulari ħarġet b’konsultazzjoni mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika u l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali fejn elenkaw pjan dettaljat b’miżuri ta’ prekawzjonijiet li għandhom jittieħdu. Anke fil-qasam tat-tfal, reġgħu bdew b’mod normali l-aċċessi b’superviżjoni u ta’ moniteraġġ ta’ tfal, li huma rregolati bil-Qorti b’ordni ta’ ħarsien. Dawn se jerġgħu jmorru lura għall-mod kif kien isir qabel l-imxija. Bħala Ministeru, ressaqna rikors favur id-dritt li t-tfal jaraw fiżikament lill-ġenituri u dan wara li saru l-verifiki kollha neċessarji mal-awtoritajiet tas-saħħa u anke wara li ngħataw linji gwida ta’ kif it-tali aċċess għandu jsir. X’hemm isbaħ milli tara t-tfal jerġgħu jiltaqgħu mal-ġenituri tagħhom? Ikolli ngħid illi din kienet waħda mill-bidliet lura għan-normal li tatni aktar enerġija sabiex naħdem fil-qasam tal-protezzjoni tat-tfal. Qasam illi verament jixraqlu attenzjoni u dedikazzjoni, anke jekk mhux qed nitkellmu fuq numru kbir ta’ tfal.
Ħbieb, ejja nżommu saqajna mal-art, ejja nżommu mal-prekawzjonijiet meħtieġa ħalli ma nerġgħux ngħaddu minn dak li għaddejna minnu. Il-futur huwa sabiħ għalina lkoll. Il-kuraġġ u t-tama li wrejna fl-aħħar jiem se jkomplu jinbidlu f ’orizzonti u fi żminijiet sbieħ! Ejjew nkomplu nimxu flimkien lejn: Għada Aħjar.
Minn din il-ġimgħa, qraba tal-anzjani li jinsabu f’residenza ser ikunu jistgħu jżuruhom mingħajr użu ta’ ħġieġ jew perspex.
L-ISPORT F’ĦAJJITNA
Clifton Grima Segretarju Parlamentari
L-isport huwa stil ta’ ħajja għal numru kbir ta’ familji Maltin. In-nuqqas ta’ sport matul il-pandemija COVID-19 f ’termini ta’ taħriġ, avvenimenti kompetittivi jew attivitajiet oħra nħass b’mod konsiderevoli. Aħna segwejna s-sitwazzjoni mill-qrib u evalwajna ċ-ċirkostanzi mal-partijiet interessati kollha inklużi l-Awtoritajiet tas-Saħħa. Smajna l-frustrazzjonijiet u t-tħassib tal-isportivi. Madankollu, kien l-obbligu tagħna li niżguraw li qabel ma nibdew l-attivitajiet sportivi, inkunu qed inħarsu s-saħħa tal-atleti tagħna mingħajr ma nieħdu ebda riskju li jis-
ta’ jkun ta’ ħsara bi kwalunkwe mod. Il-prijorità tagħna kienet, u dejjem se tkun, il-benesseri u s-saħħa tal-atleti tagħna. Id-dmir tagħna kien li naħdmu f ’konformità mal-linji gwida maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa. Għalkemm il-faċilitajiet sportivi issa nfetħu, għad hemm numru ta’ miżuri ġodda fis-seħħ li qegħdin jiġu implimentati. It-tneħħija tar-restrizzjonijiet tfisser li l-faċilitajiet tagħna għadhom iridu jiġu adattati għall-ħajja ta’ wara l-COVID-19. Għal dan il-għan, għamilna manutenzjoni sostanzjali f ’għadd ta’ faċilitajiet sportivi fil-ġimgħat li għaddew biex dawn ikunu lesti għall-atleti u l-uffiċjali tagħna. Huwa biss grazzi għall-kooperazzjoni u l-approċċ professjonali tal-atleti tagħna, assoċjazzjonijiet sportivi, u uffiċjali, li issa aħna kapaċi naddattaw għar-realtà l-ġdida. L-atleti tagħna rritornaw għat-taħriġ ta’ kuljum. Kif meħtieġ, il-kowċis tagħna jistgħu jirritornaw għall-immaniġġjar tat-timijiet tagħhom u l-uffiċjali tagħna jistgħu jkomplu jippjanaw għall-klabbs rispettivi tagħhom.
Jiena nkun grat għall-koperazzjoni tagħkom matul ix-xhur li ġejjin. Ejjew nimxu skont il-miżuri u l-linji gwida stipulati. Nistgħu nużaw dan iż-żmien biex naddattaw, nieħdu l-opportunità biex nirriflettu fuq oqsma għal titjib, u nkomplu nibnu fuq il-vantaġġi tagħna. Wieħed ma għandux jinjora l-effett li l-COVID-19 kellu fuq is-saħħa fiżika u mentali tagħna. Hemm bżonn il-ħin biex nadattaw għall-istil ta’ ħajja ġdid tagħna. Se nkomplu nissorveljaw mill-qrib ix-xena sportiva internazzjonali, u niżguraw li nkunu aġġornati b’kull aġġornament f ’dan ir-rigward. Aħna se nibqgħu f ’kuntatt qrib mal-komunità sportiva, permezz ta’ komunikazzjoni effettiva u regolari, fi sforz biex niżguraw li l-għaqdiet sportivi u l-atleti jinżammu infurmati bis-sħiħ. Bl-aħbar li l-kompetizzjonijiet sportivi skedati jirritornaw, huwa ċar li ħajjitna qed tersaq eqreb lejn dik li kienet qabel ilCOVID-19. Aħna bla dubju għandna realtà ġdida quddiemna u xi affarijiet se jkunu dif-
ferenti minn dak li kienu qabel. Għalhekk, huwa importanti li naġġustaw kif xieraq u nkomplu mexjin ’il quddiem. Malta tabilħaqq rebħet il-battalja tagħha kontra l-pandemija COVID-19 u għalkemm għad hemm numru żgħir ta’ każijiet ġodda reġistrati kuljum, ir-rata tat-tixrid tal-virus hija baxxa ħafna. Is-sitwazzjoni issa tinsab taħt kontroll għalkemm xorta nħeġġeġ lill-pubbliku biex jibqa’ prudenti fil-mod kif jaġixxi. Dan huwa partikolarment relevanti għall-postijiet sportivi filwaqt li nħeġġeġ lil dawk kollha li jużaw il-faċilitajiet biex ikomplu japplikaw ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija qabel. Huwa importanti li dawk kollha involuti, inklużi d-dixxiplini numerużi u varji f ’Malta, jirrispettaw ir-regoli stabbiliti u l-linji gwida. Nifhem li jista’ jkun frustranti, minħabba li xi linji gwida jistgħu jkunu diffiċli biex jiġu, iżda m’għandniex ninsew li ngħixu f ’realtà ġdida u huwa fl-interess ta’ kulħadd li nosservawhom kif meħtieġ. Dan jinkludi rispett lejn l-istituzzjonijiet u l-faċilitajiet sportivi tagħna li
huma l-pjattaforma għas-suċċessi tal-atleti tagħna stess. Personalment ninsab impenjat li nipproteġi l-atleti tagħna, niżgura ambjent sportiv sikur, u ninsab lest biex nassisti kif meħtieġ biex nadattaw għar-realtà l-ġdida.
Aħna bla dubju għandna realtà ġdida quddiemna u xi affarijiet se jkunu differenti minn dak li kienu qabel. Għalhekk huwa importanti li naġġustaw kif xieraq u nkomplu mexjin ’il quddiem
14
21.06.2020
kullhadd.com
IL-MINISTRU CARMELO ABELA
ID-DRITTIJIET U L-KUNDIZZJ TAL-ĦADDIEMA PRIJORITÀ Membru Parlamentari sa mill-1996, Carmelo Abela, illum huwa wieħed mill-Ministri bl-aktar esperjenza fil-Kabinett tal-Ministri mmexxi mill-Prim Ministru Robert Abela. Taħt l-amministrazzjoni preżenti ntgħażel biex imexxi l-Ministeru fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u fil-portafoll tiegħu għandu temi importanti bħall-Iżvilupp Sostenibbli, ix-Xandir Pubbliku, id-Djalogu Soċjali u t-Twettiq tal-Manifest Elettorali. Il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Ministru Abela biex jgħid kif kienet il-ħidma tiegħu u tal-entitajiet taħt il-portafoll tiegħu waqt ilCOVID-19. U speċjalment dwar kif il-ħaddiema għandhom iħarsu lejn iż-żmien li ġej kemm mil-lat ta’ kif ser jintlaqtu mill-pakkett ta’ riġenerazzjoni ekonomika tal-Gvern u xi żviluppi se jesperjenzaw fil-kundizzjonijiet u d-drittijiet tagħhom.
nkunu qegħdin nibdew proċess sħiħ biex naġġornaw il- demija. Id-diskussjonijiet biex titnaqqas id-differenza bejn liġi tax-xogħol ħalli tkun tista’ sservina aħjar kemm għal sitwazzjonijiet ta’ kriżi imma wkoll fir-realtajiet ġodda il-pagi tal-irġiel u n-nisa u biex tinqata’ d-diskrepanza ta’ ħlas fuq xogħol minħabba kuntratti differenti se jitkomMatul l-imxija tal-COVID-19 kien hemm diversi in- tad-dinja tax-xogħol tal-lum. plew. Huwa ċar li l-ħsieb tal-Gvern huwa li nkomplu terventi min-naħa ta’ dan il-Ministeru biex niddefendu ntejbu l-kundizzjonijiet. d-drittijiet u l-kundizzjonijiet tal-ħaddiema. Min-naħa Id-drittijiet tal-ħaddiema se naraw li jkunu Fil-frattemp huwa ċar li l-liġi li tirregola x-xogħol trid tal-liġi tax-xogħol bdejna billi daħħalna l-emenda b’rabta rritornati għan-normal issa li l-ekonomija qed tindirizza realtajiet ġodda li esperjenzajna waqt mar-Regolamenti dwar Dritt Minimu ta’ Leave Speċja- tibda tirkupra? il-COVID-19, bħall-użu tat-teleworking. li. Permezz ta’ din l-emenda, ġie introdott leave speċjaHemm ukoll realtajiet ġodda li huma inli ġdid għall-impjegati, biex jiġi utilizzat jekk ikollhom F’kull stadju tal-pandemija jien tkeldipendenti mill-COVID-19, bħaz-zero il-ħtieġa li jobdu ordni ta’ kwarantina. B’hekk dawn limt bil-għan li jinqatgħu l-abbużi u contract jobs, jekk kulħadd għandux il-ħaddiema setgħu jagħmlu dan mingħajr ma jbatu telf li s-sagrifiċċji jsiru flimkien u minn ikun membru ta’ union, eċċ. Dawn ta’ paga. Bl-iskema tal-Malta Enterprise mbagħad tajna kull parti. Għamiltha ċara li min F’kull stadju ukoll iridu jiġu diskussi. Id-diskussrifużjoni ta’ €350 lil min iħaddem għal kull impjegat fuq iħaddem irid iżomm mal-patt soċtal-pandemija jien joni diġà hija avvanzata b’tali mod li jali li sar fl-MCESD u jagħmlu l-iskwarantina obbligatorja. tkellimt bil-għan li l-imsieħba soċjali diġà kellhom sesBħala Ministru responsabbli mid-Djalogu Soċjali forz li mill-fondi tagħhom jagħtu jinqatgħu l-abbużi sjonijiet ta’ brainstorming miegħi kont involut ukoll fid-diskussjonijiet mal-imsieħba soċ- t-top-up lill-ħaddiema fuq it-€800 dwar dan. Ġbart flimkien il-punti li jali biex stabbilixxejna s-sistema tat-top-up li permezz tal-Gvern. Għidt ukoll li mhux u li s-sagrifiċċji jsiru tqajmu u ppreżentajt rapport intern tagħha l-għajnuna tas-suppliment ta’ €800 mill-Gvern se naċċettaw abbużi minn dawn flimkien u minn kull f ’laqgħa tal-MCESD. Dan jidher li kienet marbuta ma’ €400, minn min jħaddem. B’hekk iċ-ċirkostanzi biex jitnaqqru mill-kunparti ntlaqa’ b’mod tajjeb, tant li diġà hemm kulħadd refa’ parti mir-responsabbilità f ’dan il-mument dizzjonijiet tal-ħaddiema. Meta bdiet konverġenza fuq liema punti hemm it-triq lejn in-normalità, għidt li l-ħaddikritiku. bżonn li jkunu diskussi aktar fid-dettall. Saret ħafna ħidma wkoll mid-Dipartiment tar-Rela- ema ma jistgħux jagħżlu huma jekk imorrux Se naraw li l-esperjenza ta’ żmien il-pandemizzjonijiet Industrijali u l-Impjiegi, li jaqa’ fil-portafoll għax-xogħol. Illum, wara l-pakkett ta’ riġenerazztiegħi. Ninsab kuntent li permezz ta’ tim żgħir ta’ uffiċjali joni ekonomika mħabbar, ninsisti li ħaddiema fi ħwienet ja nitgħallmu minnha, dejjem f ’bilanċ bejn drittijiet u flessibilità ġdida għall-ħaddiema, imma wkoll il-priserrnexxielna nagħtu servizz tajjeb lil eluf ta’ ħaddiema jew li rritornaw għal ħinijiet sħaħ, jitħallsu paga sħiħa. Il-pressjoni qatt ma waqqfitni milli ngħid u nagħmel vazzjoni tal-kompetittività ta’ pajjiżna. self-employed u min iħaddem li ċemplu fuq helplines apposta li ħloqna. Dan minkejja li l-istess uffiċjali kienu dak li huwa ġust u se nibqa’ ninsisti li niddefendi d-drittiqegħdin jaħdmu mid-dar u żdidilhom ix-xogħol b’mod jiet tal-ħaddiema. Għidt kemm-il darba li wara li ngħad- Il-pakkett ta’ riġenerazzjoni ekonomika li tħabbar qawwi. Irridu nifhmu li qatt ma kien hemm preċedent du minn din il-pandemija l-kundizzjonijiet tal-ħaddiem mill-Prim Ministru huwa maħsub biex nerġgħu ta’ sitwazzjoni simili. Fil-fatt, ħadna tagħlima fejn issa se iridu jmorru lura għal dawk li kienu qabel din il-pan- nqajmu l-ekonmija. Imma dan kif se jolqot lillL-ewwel fażi tal-COVID-19 għaddiet, kif rajtu li tipproteġu d-drittijiet tal-ħaddiema f ’din il-fażi?
kullhadd.com
15
26.04.2020
JONIJIET GĦALL-GVERN LABURISTA isteri kollha tagħna u kif ħabbarna lħaqna rata ta’ 76% ta’ twettiq. Biss biss, sa issa, tajna rifużjoni tat-taxxa fuq id-dħul lill-ħaddiema Għaliex fis-snin li għaddew il-Partit Lakollha, żieda fil-pensjoni, komplejna burista fit-tmun tal-Gvern għaraf l-iskemi tal-first time buyers u daħħalisaħħaħ il-finanzi tal-pajjiż u jimna dik tas-second time buyers, il-liġi botta l-bżulija tal-Malti biex kabIl-pressjoni qatt tal-kera, qed nibnu 1,700 appartabar l-ekonomija, allura meta ġie ma waqqfitni milli ment tal-housing, apparti t-tisbiħ u l-għawġ kellna fuq xiex induru. ngħid u nagħmel dak l-installazzjoni ta’ lifts f ’oqsma tadPajjiżna qed juża mir-riżorsi tiegħu li huwa ġust u se nibqa’ djar eżistenti, ir-rivoluzzjoni infrastess biex jagħmel pakkett ta’ €900 strutturali li qed naraw madwarna miljun u mhux jistenna deċiżjonijiet ninsisti li niddefendi bin-nefqa ta’ €700 miljun f ’temp ta’ mingħand ħaddieħor, bit-temp ta’ d-drittijiet 7 snin, iż-żieda lill-edukaturi, it-traħaddieħor. tal-ħaddiema sport b’xejn għall-iskola, it-tnaqqis Bħala Gvern kommessi biex flimfl-ispiża tal-uniformi u tal-eżamijiet talkien indawru r-rota ekonomika u MATSEC u s-SEC. Fis-saħħa, l-estensjoni nerġgħu nibdew naqdfu ’l quddiem, imma tas-servizzi tal-kura tal-qalb, tal-iskrinjar għalldejjem bi ħsieb partikolari għall-ħaddiema. F’dan il-pjan il-Gvern ried li ssir ħidma biex ma kanċer tas-sider u tal-prostata, iż-żieda fil-mediċini b’xejingħatawx sensji u li l-ħaddiema jkollhom dħul diċenti u jn mingħajr ma jkun hemm minnhom li jispiċċawlna, għalhekk li l-Covid Wage Supplement se jibqa’ kif inhu l-estensjoni tas-servizz tal-kura primarja f ’Ħal Kirkop u, dalwaqt, f ’Raħal Ġdid, u t-tisħiħ fis-servizz mogħsa Settembru. Ridna li l-ħaddiema jifdlilhom aktar flus fil-but. Għal- ti lil dawk li għaddejjin mill-proċedura tal-IVF. Il-ftuħ hekk sar tnaqqis ta’ 7ċ fuq kull litru fil-prezz tal-petrol u tal-iskola tal-Mediċina prestiġjuża ta’ Barts u l-Innovad-diesel, koppji li kellhom jipposponu t-tiġijiet tagħhom tion Hub f ’Għawdex, l-investiment f ’tagħmir modern se jingħataw għajnuna u se jkompli jitjieb l-in-work ben- b’teknoloġiji tal-informatika għall-użu tal-Armata u tal-Pulizija, il-liġi taż-żwieġ indaqs, il-Vot 16, il-liġi dwar efit. Ridna li nistimulaw l-ekonomja, imma fl-istess waqt il-kremazzjoni u tant miżuri oħra. Il-ħidma ma waqfitx fil-COVID-19 anzi żdiedet u ngħinu lill-familji u lill-ħaddiema. Għalhekk sar tnaqqis fir-rata tat-taxxa fuq il-boll, fuq xiri ta’ proprjetà u hekk se nkomplu nagħmlu fis-sentejn li għandna qudl-Gvern se jagħti rifużjoni tat-taxxa. Ridna wkoll li nin- diemna bil-privileġġ li nservu dan il-mandat tal-poplu. vestu fil-potenzjal tal-ħaddiem u f ’min iħaddem. Għal- Kommessi li nwettqu 100% ta’ dak li ntrabatna bih għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. hekk se ngħinu b’taħriġ għall-ħaddiema. Infakkar wkoll kif f ’Ottubru se jkun hemm il-baġit annwali li se jieħu ħsieb li l-Gvern ikompli jibni fuq dawn il-miżuri ekonomiċi, wara li ssir l-evalwazzjoni meħtieġa, kif dejjem sar, f ’kull fażi tal-pandemija. ħaddiema?
Fil-jiem li għaddew il-Partit Laburista mmarka t-tielet sena fil-Gvern. Bħala ministru responsabbli ħabbart li twettaq 76% tal-manifest. Liema kienu l-ikbar kisbiet ta’ dawn it-tliet snin bħala wegħdi mwettqa? Minkejja ċ-ċirkustanzi diffiċli li għaddejna minnhom f ’dawn l-aħħar xhur – li trid jew ma tridx, poġġew qudNinsisti li diemna sfidi kbar biex inżommu r-ritmu għaddej – nistgħu ngħidu ħaddiema fi b’wiċċna minn quddiem li rnexxħwienet li rritornaw ielna nibqgħu naħdmu bla heda u għal ħinijiet niksbu r-riżultati. Riżultati li mhux sħaħ, jitħallsu biss jidhru u jinħassu fil-ħajja ta’ kuljum imma jistgħu wkoll jiġu kwantipaga sħiħa fikati – permezz tal-analiżi tat-Twettiq tal-Manifest Elettorali. Ta’ min infakkar li l-Gvern Laburista tal2013 kien l-ewwel Gvern li qatt ta l-importanza meħtieġa lill-eżerċizzju tat-twettiq tal-Manifest Elettorali u kien l-ewwel Gvern fl-istorja li ddedika Ministeru li fil-portafoll tiegħu kellu bħala ħidma ewlenija, it-twettiq tal-programm tal-Gvern. Dan ix-xogħol kien jiġi kkordinat tajjeb ħafna mill-Eks Deputat Prim Ministru. Il-Ministeru tiegħi kompla dan ix-xogħol u kompla jimbotta biex ikollna iktar twettiq ta’ miżuri mill-Min-
Carmelo twieled fl-10 ta’ Frar 1972. Huwa beda l-karriera politika tiegħu bħala kunsillier fil-Kunsill Lokali taż-Żejtun bejn l-1994 u l-1996. Fl-1996 Carmelo ġie elett fl-ewwel elezzjoni ġenerali li kkontesta u baqa’ jiġi elett fis-sitt elezzjonijiet kollha li ġew wara. Fil-karriera tiegħu fl-Oppożizzjoni serva wkoll bħala Deputy Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Bil-ħatra tal-Gvern Laburista tal-2013 huwa serva bħala whip u wara bħala Ministru għall-Intern u wara dan bħala Ministru tal-Affarijiet Barranin. Illum iservi bħala Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru. Carmelo huwa miżżewweġ lil Melanie u għandhom żewġt itfal, tifel li jismu Andrea u tifla li jisimha Nadine. Huma joqogħdu ż-Żejtun.
16
21.06.2020
TEMM IS-SILENZJU Miriam Dalli Membru Parlamentari Ewropew
Meta niltaqgħu ma’ każijiet ta’ vjolenza domestika, faċli naħsbu li aħjar ma nindaħlux. Imma wasal iż-żmien li nsemmgħu leħinna biex intemmu s-silenzju. Inkunu qed nagħmlu żball jekk naħsbu li każijiet ta’ vjolenza li jseħħu wara bibien magħluqa huma xi ħaġa privata li membri tal-familja jridu jsolvu bejniethom. Għall-kuntrarju, din hija sitwazzjoni li tikkonċerna lil kull wieħed u waħda minna, għaliex il-vjolenza ġġib biss aktar vjolenza, hija ta’ periklu għal ħajjet innies, periklu għall-psikoloġija ta’ dawk involuti u ta’ madwarhom, trawma fuq l-ulied u l-kontinwazzjoni ta’ ċirku vizzjuż ta’ kriminalità. Proprju b’dan il-ħsieb nedejt il-kampanja Temm is-Silenz-
ju (End The Silence), li permezz tagħha qed nimmiraw li nagħmlu sforz biex inħeġġu lill-vittmi tal-vjolenza domestika issemmgħu leħinhom. Is-silenzju għandhom itemmuh ukoll ix-xhieda tal-vjolenza domestika, dawk li jafu b’każijiet ta’ vjolenza domestika għaliex jaf ikun is-silenzju tagħhom li jwassal biex is-sitwazzjoni tiggrava jew biex saħansitra jintilfu ħajjet in-nies. Huwa faċli li wieħed jaħseb li m’għandniex nindaħlu u nagħlqu għajn waħda qisna ma nafux x’inhu jiġri. Wara kollox, sa ftit ilu, fil-kultura tagħna dejjem konna nemmnu li dak li tgħaddi minnu familja kien għalkollox materja ta’ natura privat. Infatti, il-priva-
tezza fil-familji tagħna kienet, tista’ tgħid, sagrosanta. Ir-realtà hi li rridu nitkellmu, għaliex mhux aċċettabbli li waħda minn kull seba’ nisa Maltin, mill-età ta’ 15-il sena ’l fuq, esperjenzaw vjolenza fiżika jew sesswali xi darba matul ħajjithom. Dan ifisser li jekk tħares madwarek, aktarx li hemm mara li għaddiet minn esperjenza vjolenti xi darba jew oħra f ’ħajjitha. Aktarx ukoll li hemm xi ħadd li jaf li din il-mara għaddiet minn din l-esperjenza, u ma tkellimx. Ħafna drabi hemm ukoll tfal li huma vittmi ta’ vjolenza domestika jekk mhux direttament, indirettament permezz ta’ vjolenza psikoloġika meta jaraw lill-persuni li l-aktar iħobbu – il-ġenituri tagħhom –
jgħaddu minn dik is-sitwazzjoni. Il-vjolenza hija ħażina kull fejn isseħħ, minn kull min isseħħ, u għal liema raġuni sseħħ. Xi kultant naħsbu li aktar faċli li ma nindaħlux forsi anke għax nibżgħu mill-konsegwenzi. Dan nifhmu. Li persuna tipprova tintimida lil xi ħaddieħor huwa mod ieħor ta’ kif persuna tipprova tagħlaqlek ħalqek. Tiġri lil kollha kemm aħna. Jien stess irċevejt messaġġi ta’ intimidazzjoni fuq mezzi soċjali, sempliċement għax nedejt din il-kampanja biex intemmu s-silenzju dwar il-vjolenza domestika. Hawn min ma jridniex nitkellmu. Hawn min ma jridniex niksru s-silenzju. Aktar ma nara messaggi ta’ intimidazzjoni bħal dawn aktar nirrealizza kemm għandna bżonn kampanji bħal dawn. Sabiex intemmu dan is-silenzju, numru ta’ żgħażagħ, irġiel u nisa, ingħaqdu miegħi f ’filmat li qed jibgħat messaġġ li l-biża’ u l-vjolenza m’għandhom l-ebda rwol f ’relazzjoni ta’ mħabba. Qed niltaqa’ wkoll mal-Ministeri tal-Ġustizzja u l-Intern biex niddiskutu t-triq ’il quddiem biex tiġi trattata l-vjolenza domestika u l-vjolenza bbażata fuq il-ġeneru. Din l-inizjattiva wasslet għall-għoti ta’ assistenza legali b’xejn lill-vittmi tal-vjolenza domestika. Min ikun fi stat ta’ vulnerabbiltà għandu bżonn kull
kullhadd.com
għajnuna possibbli fuq kull livell: minna l-politiċi sal-ġirien, qraba u ħbieb. Nista’ biss nimmaġina dak li għaddew minnu vittmi ta’ vjolenza domestika fiż-żminijiet tal-pandemija, meta kellna lkoll nibqgħu d-dar. Filwaqt li nistennew li l-ambjent tad-dar ikun post fejn wieħed iħoss ċertu sens ta’ sigurtà u refuġju, dawn il-vittmi spiċċaw jgħixu fi stat ta’ biża’ kontinwa u anke jekk il-vjolenza nnifisha ma seħħitx però l-biża’ tagħha hija biżżejjed biex persuna tħossha mhedda u trawmatizzata. Il-vjolenza domestika mhi xejn għajr ksur tad-drittijiet bażiċi tal-bniedem, u kif meta naraw dan it-tip ta’ ksur insemmgħu leħinna bil-kbir, hekk ukoll għandna nagħmlu fejn tidħol il-vjolenza domestika. Dawk li bħalissa jinsabu f ’relazzjoni abbużiva għandhom ifittxu l-għajnuna u jikkuntattjaw 179 jew jużaw il-mobile app 112mt biex jirrappurtaw il-każ. NGOs bħal Dar Merhba Bik u SOAR jistgħu wkoll jintlaħqu permezz ta’ Facebook. Dawk li jinzertaw każ ta’ dan it-tip huma mħeġġa jċemplu 179 jew 112. Fl-aħħar mill-aħħar, jekk taf li l-vjolenza kontinwa tiġri wara bibien magħluqa, tista’ ma tkunx l-uniku wieħed jew waħda xhud tagħha, imma dejjem ftakar li tista’ tkun tal-aħħar.
INKOMPLU NIĠĠEDDU Felix Busuttil Galea
Inkomplu niġġeddu. Li tiġġedded ma jfissirx li teqred dak kollu li bnejt fil-passat. Il-passat tal-Partit Laburista hu passat rikk, impenjattiv, trasformattiv, innovattiv u fuq kollox żamm sod mal-ideal u mat-twemmin tiegħu matul għexieren ta’ snin. Però baqa dejjem qrib il-poplu. Mhux biss il-poplu inġenerali imma kull faxxa tas-soċjetà. U nistgħu ngħidu li hemm ruxxmata, eluf
u eluf ta’ eżempji fejn il-Partit Laburista, fil-gvern u mhux, ħa ħsieb l-emarġinat. Ħa ħsieb ilfqir, dak li ma kellux saqaf, dak li l-paga tiegħu ma sservix, dak li ħaddieħor tah daqqa ta’ sieq u warrbu fil-ġenb. Mintoff – li ma kienx hu Malta mhix il-Malta li nafu issa. Emmen fil-Malti. Fil-Malti mhux fl-ipokrezija ta’ indipendenza li ma kinitx sħiħa. Malta kienet flaħħar totalment tal-Maltin għallMaltin. Emmen f ’Malta ħielsa. Ta l-kenn lil eluf li ma kellhomx dar. Hu u l-Gvern tiegħu beda jagħti u joffri ħafna mingħajr ma jieħu lura. Allowances lill-familji – sigurtà soċjali – taxxi baxxi – tana l-portijiet u l-ajru tagħna. Neħħa l-kriminalità kolonjali fuq l-omosesswalità u ma beżax jimxi maż-żminijiet. Bena pedamenti soċjali li għadna nħossuhom sal-ġurnata tal-lum. Karmenu u Alfred li bl-intelliġenza kbira tagħhom komplew imexxu
l-pajjiż fuq prinċipji soċjalisti fejn il-partit kompla jiġġedded sakemm wasalna għal Prim Ministru li biddel it-tessut innifsu tas-soċjetà Maltija. Joseph li biddel lil pajjiżna minn pajjiż midjun għal pajjiż sinjur. Kieku ma kellniex il-frott ta’ siġra b’saħħitha wara seba’ snin fil-gvern kieku llum ninsabu tassew taħt l-irdum meta madwarna kulħadd qiegħed jaffaċċja dan il-virus qerriedi. Issaħħaħna għax konna kapaċi niġġeddu taħt Joseph. Mhux biss fl-ekonomija imma wkoll fil-moħħ, fil-qalb u fir-ruħ ta’ kull Malti u Għawdxi. Il-passat tagħna hu passat qalbieni għax iġġieled. Hu passat qalbieni għax emmen. Hu passat qalbieni għax iġġedded. Il-mexxej tal-lum Robert jifhem li għandna partit sod għax jaf li meta żbalja kien kapaċi jammetti – dik hi rġulija. Dik hi umiltà. Dik hi responsabilità. Li toħroġ bi slowgan bħal dan ifis-
ser li fil-preżent għandna Prim Ministru u amministrazzjoni li tifhem tassew x’inhu għaddej f ’moħħ il-partit, f ’moħħ il-partitarji u f ’moħħ li forsi xi ftit jinsabu ’l bogħod mid-dawl tattorċa u jeħtieġ li jerġgħu jersqu lejn dan id-dawl. Ir-riħ ta’ dan it-tiġdid hu ferm aktar qawwi minn virus qerriedi. Iktar effettiv minn infezzjoni globali. Robert viċin il-poplu. Ma jweġġa’ l-ebda sentiment bħalma għamel dan l-aħħar Dr Louis Galea. Il-partit mhux marid. Mhux qiegħed jiġġedded għax marid. U l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn il-fejqan għax huwa partit li ma jifhimx l-għadab tan-nies. Partit imkisser. Partit negattiv li jaf biss jinsulenta u jikkritika mingħajr ma jkun kostruttiv. Partit fejn il-fama tiegħu qiegħda tonqos u tonqos għax fraġli u ma jifhimx is-saħħa tal-kelma tiġdid. Robert bħal dawk ta’ qablu jifhem fis-saħħa tar-rinnovazzjoni.
Robert ikompli jimxi maż-żminijiet – jien ninżalu l-kappell għax fl-ewwel ftit xhur tat-tmexxjia tiegħu kellu jaffronta problemi kbar – u f ’dawn ix-xhur wara l-COVID-19 hemm bżonn li nerġgħu nħarsu lejna nfusna u naraw kif ser nerġgħu niġu fuq saqajna. Bħala individwi. Bħala komunità. Bħala partit. Bħala nazzjon. Fil-100 sena ta’ storja Laburista qegħdin fejn qegħdin għax ma bżajniex mill-falliment u tgħallimna minnu. Kien hemm biex isaħħaħ l-azzar u jagħmlu titanju. Kien hemm sabiex insiru aktar soċjalisti, aktar laburisti. Kien hemm sabiex illum inħarsu ma’ Robert ’il quddiem. Sabiex dejjem nirbħu. Sabiex dak li niġġeddu fih isir mhux torċa biss imma ħuġġieġa li trid tkemmex għajnejk biex tħares lejha. Ejjew nagħtu mill-ftit jew mill-ħafna li għandna sabiex ngħinu lill-partit tagħna!
17
21.06.2020
kullhadd.com
IL-PATT EWROPEW TAL-GREEN DEAL
Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL
Il-pandemija tal-COVID-19 waqqfet għadd ta’ proċessi li konna mdorrijin bihom. Id-dinja qed tiffaċċja l-akbar reċessjoni li wieħed jista’ jiftakar f ’dawn l-aħħar snin. Minkejja dan xi ħaġa li baqgħet magħna b’mod persistenti hija l-problema tat-tibdil fil-klima. F’dawn l-aħħar ġimgħat il-Kumitat tar-Reġjuni fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej waqqaf grupp minn fost għadd ta’ mexxejja lokali sabiex jaħdmu b’mod iffukat fuq din l-isfida. L-istrateġija tal-Unjoni Ewopea dwar il-Green Deal hija li jittieħdu miżuri konkreti u jkun hemm finanzjament dirett biex proġetti relatati ma’ dan il-qasam ikunu jistgħu jitwettqu mill-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali. Dan huwa pass fid-direzzjoni t-tajba anki għaliex l-Unjoni Ewropea nediet fond ta’ €750 biljun li huwa parti mill-programm u mill-istrateġija fit-tul b’investiment ta’ €1,100 biljun għall-perjodu 2021-2027, wieħed jittama li l-istati membri u l-Parlament Ewropew japprovaw dan il-pakkett. Bla dubju ta’ xejn li dan il-patt huwa l-aħjar għodda biex jilqa’ l-isfidi kemm dik tal-pandemija kif ukoll dik tat-tibdil fil-klima flimkien. F’dawn l-aħħar xhur stajna naraw it-tibdil sinifikanti pożittiv li kien hemm anki fil-livelli tal-arja. Għalhekk, din hija opportunità sabiex ninvestu aktar fi trasport alternattiv u nadif, f ’enerġija rinovabbli, f ’agrikultura sostenibbli u fil-protezzjoni tal-bijodiversità. Programm bħal dan, minkejja li jista’ jitqies bħala revoluzzjoni f ’dan il-qasam ma jistax jitwettaq mingħajr l-involviment sħiħ tal-awtoritajiet lokali u reġjonali. Dan għaliex, irridu nassiguraw li jiġi adottat approċċ minn isfel għal fuq. L-ebda inizjattiva ma tista’ tirnexxi jekk ma tkunx ankrata fil-qalba tal-vallaġġi tagħna. Irridu nassiguraw li jkun hemm impenn, sabiex din il-Green Deal ikun proġett ta’ kulħadd u mhux tal-ftit. Il-pandemija poġġiet fuqna għadd ta’ sfidi fejn kellna nagħtu prijorità lid-deċiżjonijiet tagħna u fid-dawl ta’ telf ta’ impjiegi minħabba l-istess pandemija dan il-patt ser ikun qiegħed ukoll jikkontribwixxi b’mod dirett mhux biss għat-tkabbir ekonomiku imma wkoll għall-ħolqien ta’ numru konsiderevoli ta’ postijiet tax-xogħol, dawk imsejħa Green Joints. Setturi li jistgħu wkoll jaraw tkabbir simili huma dawk tal-ekonomija ċirkulari, it-tħaddir ta’ spazji urbani fil-lokalitajiet u trasport alternattiv urban.
Biex patt bħal dan jirnexxi mhux biżżejjed li kull pajjiż jaħdem u juri impenn fuq livell individwali. Irid ikun hemm impenn sħiħ Ewropew u għalhekk huwa importanti li din it-tranżizzjoni tibda mill-Kumitat tar-Reġjuni. Dan għaliex il-membri ta’ dan il-Kumitat huma persuni eletti minn fost ir-residenti nfushom. Huma wkoll l-eqreb awtorità taċ-ċittadin għalhekk, ħadd daqs dawn in-nies ma jista’ jassigura li l-messaġġ Ewropew jasal fl-għeruq tar-residenti tagħna. Mela allura dawn irridu jassiguraw li jaħdmu flimkien sabiex il-lokalitajiet u r-reġjuni rispettivi tagħhom ikunu fiċ-ċentru tal-politika li trid tiġi implimentata f ’dan ir-rigward fuq bażi Ewropea. Għandhom jassiguraw ukoll li jkunu l-aġenti tal-bidla meħtieġa billi jimplimentaw u jippromwovu t-tibdil fil-ħsieb ta’ ħafna konservattivi li għadhom xettiċi u ma jemmnux fi pjanijiet bħal dawn. Dan jista’ jsir billi jkun hemm skambju ta’ ideat u promozzjoni ta’ proġetti li kienu suċċess fi bliet oħra barranin u jsir studju kif dawn jistgħu jiġu implimentati f ’livelli oħra lokali. Dan kollu juri kemm hu importanti li meta naħsbu fuq livell macro mingħajr ma nidħlu fil-fond tal-problema u agħar minn hekk mingħajr ma ninvolvu lill-awtoritajiet lokali, l-isfidi jkunu ferm aktar diffiċli u viċin l-impossibbli li jiġu implimentati s-soluzzjonijiet. F’dan il-kuntest huwa importanti li kemm jista’ jkun nimbuttaw l-użu effiċjenti tar-riżorsi, l-ekonomija ċirkulari, in-nuqqas ta’ tniġġis tal-arja u l-ħarsien tal-bijodiversità. Dan jista’ jsir billi ninvestu f ’teknoloġiji aktar indaf, nissapportjaw l-industrija innovattiva, ninkoraġġixxu l-użu ta’ trasport alternattiv u aktar sostenibbli, niddikarbonizzaw is-settur tal-enerġija, nassiguraw binjiet ġodda b’enerġija aktar effiċjenti u fl-aħħar nett naħdmu ma’ msieħba soċjali u internazzjonali sabiex intejbu l-livell tal-ambjent b’mod globali. Dawn huma l-isfidi li għandna quddiemna jekk verament nemmnu li l-Green Deal mhuwiex kliem fieragħ u fil-vojt.
Biex patt bħal dan jirnexxi mhux biżżejjed li kull pajjiż jaħdem u juri impenn fuq livell individwali. Irid ikun hemm impenn sħiħ Ewropew u għalhekk huwa importanti li din ittranżizzjoni tibda mill-Kumitat tar-Reġjuni
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 11 ta’ Ġunju Skont sieħbi tal-Istamperija, tgħidx kemm għaddej xogħol bħalissa, tant li lill-Kap Adrian Delia bilkemm qegħdin iħalluh jorqod. Sieħbi donnu qiegħed jikkonvinċi ruħu li l-elezzjoni hija fil-qrib, imma jien din ma nistax nifhimha għax ma narax lill-Gvern imur għall-elezzjoni fi żmien ta’ pandemija, anke jekk issa jidher li għelibnieha. Ngħid għelibnieha għax minbarra li jien l-akbar Nazzjonalist fil-Gżejjer Maltin, l-ewwel u qabel kollox, jien Malti. Ma naqbel assolutament xejn ma’ dawk li jixtiequ xi deni lil għajrhom biex ikunu jistgħu jwaħħlu fil-Gvern. Bħalma ma naqbilx ma’ nies bħal David Casa u Jason Azzopardi li jaqbdu u jixħtu akkużi fil-konfront ta’ dak jew tal-ieħor mingħajr provi ta’ xejn. Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ġunju Qiegħed tara man, kemm hu kapaċi l-Kap tagħna Adrian Delia! Fejn qatt smajnieha din li xi partit politiku jagħmel jum storiku mill-Oppożizzjoni? Imma llum hekk għamilna għax laqqajna l-eżekuttiv biex nibdew niddiskutu r-riformi li ilhom ġejjin ma nafx kemm. Fl-aħħar qegħdin naraw ir-riżultat ta’ deċiżjoni ferm intelliġenti li kien ħa l-Kap tagħna meta kien ħatar lil Louis Galea biex iħejji dawn ir-riformi. Huma dawn ir-riformi li fl-elezzjoni li ġejja se jagħtuna r-rebħa li tixirqilna biex nerġgħu nidħlu Kastillja u minflok ġranet u mumenti storiċi mill-Oppożizzjoni nibdew nagħmlu ġranet u mumenti storiċi mill-Gvern! Is-Sibt, 13 ta’ Ġunju Le ħej! Din ma tantx għoġbitni li nistgħu nbidlu l-motto tagħna ‘religio et patria’. Dan il-motto missieri kien kitibuli fuq dahri biex nibqa’ ngħożżu sal-ġurnata tal-mewt tiegħi. Nispera li ma jkunx hemm xi ħadd li jissuġġerixxi li nbidlu anke l-arma, għax jien il-maduma ilha fuq dahri sa minn meta kont għadni daqsxejn ta’ ġuvnott. U ara ma jkunx hemm xi ħadd li jipproponi li nbidlu l-innu, man! L-innu li jien inkanta ta’ kuljum, għax sabiħ wisq… Ejjew Nazzjonalisti, ejjew bil-bnadar magħkom, ejjew għax Alla magħna, ejjew għax nirbħu żgur! Il-Ħadd, 14 ta’ Ġunju Qiegħed tara man! Mhux waħdi ħadtha qatta’ bla ħabel kontra dawk li jridu jbiddlu isem il-partit kif ukoll il-motto ‘religio et patria’. Miegħi jaqblu ħafna u ħafna kunsilliera u partitarji, fosthom Dione Borg li ta’ kull nhar ta’ Ħadd jin-
tervista lill-Kap Adrian Delia, u Pierre Portelli li darba kien l-id il-leminija ta’ Adrian Delia. Biex niġġeddu u nagħmlu riformi m’hemmx għalfejn inbiddlu l-isem tal-partit jew il-motto tiegħu. Fuq kollox, biex nissaħħu mhux riformi għandna bżonn, imma nieqfu niġġieldu bejnietna, forsi ma tafx kif dan il-partit tagħna, jerġa’ jsir dak il-partit li fl-imgħoddi kien tant glorjuż. It-Tnejn, 15 ta’ Ġunju Reġgħu bdew ta’ Occupy Justice, jew x’inhuma għax isimhom nitfixklu. U bdew bil-kbir, man! Erħewlha lejn Kastilja. Nispera li għada pitgħada ma jerġgħux idawru l-kanuni tagħhom fuq il-Kap tagħna Adrian Delia. Imma naħseb li mhux se jkun il-każ għax ilkliem li użaw illum huwa tista’ tgħid kelma b’kelma dak li jgħid il-Kap tagħna. Nistennew sa għada għax ġeneralment meta jiltaqgħu fis-16 tax-xahar joħorġu jattakkaw lill-Kap tagħna minħabba dak li kien inkiteb dwaru dwar Soho u mhux Soho. U magħhom għada jkollhom magħhom lil ta’ Repubblika li lillKap tagħna xejn ma jġibuh. It-Tlieta, 16 ta’ Ġunju X’battikata tahom il-Kap fil-Parlament! Kważi għamel seduta sħiħa, jaqlgħalhom, għalkemm ma nafx kemm qegħdin nagħmlu progress b’dawn l-attakki kollha. Kultant naħbat se nibda naqta’ qalbi. Ngħid id-dritt ma nafx minn fejn ġabha li l-messaġġ tal-partit darba glorjuż tagħna li jiġġieled il-korruzzjoni hu wieħed ta’ tama għan-nies. Issa li erġajt bdejt inħuf ’l hemm u ’l hawn rari nisma’ lil xi ħadd jitkellem dwar il-messaġġi mill-partit tagħna. U ma nagħtihomx tort li ma jagħtux kas il-messaġġi tagħna, għax nibagħtulhom messaġġi biss u ħaddieħor iqassmilhom il-ġid, kif se jagħmel fil-ġranet li ġejjin meta se jibgħatilna ċekk ieħor. L-Erbgħa, 17 ta’ Ġunju Mistagħġbin x’diskors għamlilhom ilKap tagħna Adrian Delia lill-mexxejja tal-Partit Popolari Ewropew. Skont sieħbi tal-Istamperija issummahom, l-aktar meta qalilhom li Malta ma tistax tibqa’ waħedha u terfa’ l-problema tal-immigranti fuq spallejha. Sinċerament jien ngħid li ma nafx għalfejn issummaw għax dan id-diskors ilu li waslilhom ma nafx kemm-il sena ilu, imma mingħajr għajnuna konna, mingħajr għajnuna għadna, u nibża’ li mingħajr għajnuna se nibqgħu. Imma min jaf, forsi ladarba qalilhom il-Kap tagħna jiċċaqilqu għax lill-Kap tagħna jirrispettawh. U issa hemm ukoll Simon Busuttil.
18
21.06.2020
kullhadd.com
GĦAQAL FL-UŻU TAL-FONDI EWROPEJ Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Minn mindu Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, saru bosta proġetti li kienu ffinanzjati b’fondi tal-Unjoni Ewropea. Dawn il-proġetti jolqtu tista’ tgħid l-oqsma kollha tas-soċjetà Maltija. Dawn il-proġetti saru biex titjieb l-infrastruttura tal-pajjiż, sar ħafna xogħol biex jiġu restawrati binjiet storiċi li jiffurmaw parti mill-patrimonju ta’ Malta u Għawdex, il-kultura, l-edukazzjoni, l-isport, ix-xogħol, il-biedja u s-sajd u bosta oqsma oħra. Is-Segretarjat Parlamentari għall-Fondi Ewropej għandu l-għan ewlieni li jara l-fażijiet kollha marbuta mal-ippjanar u l-infiq ta’ dawn il-proġetti. Filfatt, bħalissa qed isir xogħol relatat mat-tfassil tal-ipprogrammar għall-baġit tas-seba’ snin li ġejjin. Regolarment l-entitajiet marbuta mas-Segretarjat joħorġu sejħiet għal applikazzjonijiet għall-fondi tal-Unjoni Ewropea. Ħidma intensiva li ssir hija ta’ koordinament mal-ministeri kollha tal-Gvern u ma’ diversi entitajiet oħra biex jara li kollha kemm huma jħejju l-pjani tagħhom dwar liema huma dawk il-proġetti li għalihom se jintalab il-finanzjament Ewropew. Wara li jkunu tressqu dawn il-proġetti u kisbu l-approvazzjoni meħtieġa, xogħol dan is-Segretarjat ikun li permezz tad-diversi Awtoritajiet Maniġerjali li għandu fi ħdanu, jissorvelja l-andament ta’ kull proġett, jara li x-xogħol qed isir kif ippjanat u li l-allokazzjoni tal-fondi approvati jintefqu filħin. Bħalissa ninsabu resqin lejn it-tmiem tal-Baġit tal-Unjoni Ewropea għas-snin 2014-2020. Qegħdin insegwu mill-qrib fiex jinsabu l-proġetti kollha li f ’parti minnhom jew kollha kemm huma, hemm finanzjament Ewropew. Għaddejja ħidma intensiva kkordinata biex naraw li l-programmi kollha u l-għanijiet tagħhom jintlaħqu. Dan huwa parti minn xogħol estensiv biex niżguraw li jiġu assorbiti l-fondi kollha li ġew allokati għal pajjiżna. Malta f ’diversi rapporti ġiet imfaħħra mill-istituzzjonijiet Ewropej għall-mod kif jirnexxilha tassorbi l-fondi kollha għad-dispożizzjoni tagħha.
Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi jindirizza laqgħa tal-NGOs u voluntiera żgħażagħ dwar fondi Ewropej għalihom
l-fondi Ewropej f ’dan il-baġit huma diversi. Is-settur agrikolu jimpjega madwar 19,000 ruħ. Permezz tal-Fond Agrikolu Ewropew qed jintefqu f ’madwar 300 proġett li għandu x’jaqsam mal-agrikoltura b’nefqa ta’ €23 miljun, 20% minnhom f ’Għawdex. L-għajnuna fil-qasam tal-biedja tinvolvi proġetti ta’ taħriġ, konsulenza, xiri ta’ makkinarju tal-biedja, għajnuna għall-ftuħ ta’ intrapriżi ġodda fil-qasam tal-biedja u għajnuna favur biedja aktar sostenibbli li ma tagħmilx ħsara ambjentali. Fondi oħra qed jintużaw għar-riabilitazzjoni ta’ ħitan tas-sejjieħ madwar il-pajjiż kollu u anke għat-toroq rurali. Anke fil-qasam tas-sajd użajna fondi Ewropej li qed jgħinu biex intejbu l-faċilitajiet għas-sajjieda. Inħarsu l-wirt storiku tagħna
Il-fondi li qed jintużaw biex nipproteġu u nippriservaw ilwirt storiku u kulturali tagħna jammontaw għal madwar €75 miljun mill-Fond għall-Iżvilupp Reġjonali Ewropew. Dawn huma proġetti li l-poplu Malti kollu qed igawdi bis-sbuħija Fejn qed jintefqu tax-xogħol li sar fihom. Biżżejjl-Fondi Ewropej? ed insemmu l-proġett taċ-ĊitL-oqsma fejn qed jintefqu tadella f ’Għawdex, is-swar tal-
roq tagħna kien permezz ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea. Minn toroq ewlenin f ’Għawdex għal oħrajn f ’Malta bħall-Coast Road, il-Junction tal-Kappara u issa anke l-Junction tal-Marsa. Dawn il-proġetti servew bħala parti minn proġett nazzjonali estensiv biex insaħħu l-infrastruttura ta’ pajjiżna li huwa tant meħtieġ biex pajjiżna jitħejja għall-futur. Kellna mbagħad investiment ta’ miljuni ta’ ewro li saru f ’kilometri sħaħ ta’ toroq rurali li ftit kienu aċċessibbli fl-imgħoddi. Apparti t-toroq sar investiment ukoll fl-infrastruttura marbuta mal-provvista tal-ilma filpajjiż, kemm bħala provvista, kif ukoll f ’dik li hija s-sistema Fondi li jtejbu tad-drenaġġ. Dan qed jagħl-infrastruttura ta’ pajjiżna ti lok għal aktar sostenibbiltà Wieħed mill-mezzi finanzjarji fil-provvista tal-ilma anke perli wassal biex isiru numru ta’ mezz ta’ impjanti li jirriċiklaw proġetti infrastrutturali fit-to- ilma ta’ drenaġġ f ’dak li qed Belt Valletta u r-riġenerazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Belt, is-swar u d-daħla tal-Imdina, il-proġetti l-kbar tar-restawr tal-Fortijiet ta’ Sant’Anġlu u Sant’Iermu. Ma nistgħux ma nsemmux ix-xogħol kbir ta’ restawr li għaddej fit-Teatru Manoel u f ’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi filwaqt li miljuni ta’ ewro qed jintefqu fir-restawr u t-tisbiħ ta’ diversi faċċati u xogħlijiet artistiċi fi knejjes Maltin u Għawdxin. Diversi oqsma tal-arti u l-kultura wkoll ġew megħjuna jkomplu jiżviluppaw ir-riżorsi tagħhom biex iwasslu l-aqwa prodott kulturali lill-udjenza Maltija.
jissejjaħ “new water”. Fondi Ewropej għal proġetti ambjentali Permezz ta’ numru ta’ programmi qed jittieħdu inizjattivi varji biex jintlaħqu miri ambjentali. Eżempji ta’ dawn huma l-iskemi li jgħinu fix-xiri tal-pannelli fotovoltajċi kemm fid-djar privati kif ukoll f ’intrapriżi kummerċjali. Fondi Ewropej qed jintefqu biex jiġu riabilitati il-widien tagħna fosthom Wied il-Qlejgħa (Chadwick Lakes) u r-riabilitazzjoni tal-miżbla ta’ Wied Fulija. Saru wkoll kampanji edukattivi favur is-separazzjoni tal-iskart u l-użu bil-għaqal tal-ilma taxxorb. Proġett ambjentali ieħor interessanti bl-isem SintegraM qiegħed jiġbor tagħrif dwar il-ġeografija ta’ pajjiżna bilgħan li tkun fuq sistema ċentralizzata li tiffaċilita l-protezzjoni ambjentali u ppjanar intelliġenti. Oqsma oħra li bbenefikaw bil-kbir
Malta f’diversi rapporti ġiet imfaħħra mill-istituzzjonijiet Ewropej għall-mod kif jirnexxilha tassorbi l-fondi kollha għad-dispożizzjoni tagħha
L-oqsma soċjali, tal-edukazzjoni u tas-saħħa wkoll qed jibbenefikaw minn programmi kbar ta’ Fondi Ewropej, li bħalma jiġri f ’ħafna mill-każi, il-Gvern Malti joħroġ is-sehem tiegħu wkoll għal dawn il-proġetti. Fis-saħħa nsemmu l-Isptar
19
21.06.2020
kullhadd.com
tal-Onkoloġija u l-isptar reġjonali li qed jinbena f ’Raħal Ġdid biex iservi lill-popolazzjoni finnaħa t’isfel ta’ Malta u jnaqqas il-pressjoni fuq l-Isptar Mater Dei. Fl-edukazzjoni fl-aħħar snin rajna proġetti kbar fosthom dak tat-tablets għat-tfal tal-iskola, proġett li ġie mfaħħar ferm mill-Kummissjoni Ewropea. Qed jitkomplew ukoll proġetti kbar oħra bħall-bini tal-campus il-ġdid għall-MCAST u proġetti oħra fl-Università. Numru kbir ta’ żgħażagħ qed igawdu minn programmi li permezz tagħhom jiksbu esperjenzi edukattivi barra minn Malta permezz tal-Erasmus+ kif ukoll fondi oħra li jgħinu żgħażagħ u għaqdiet mhux governattivi (NGOs) fi proġetti b’għanijiet varji.
Restawr ta’ binjiet storiċi – il-Berġa tal-Italja mibdula fil-Mużew MUŻA
Fondi Ewropej għad-dinja tax-xogħol F’dak li huwa soċjali u impjiegi, qed jintefqu l-miljuni ta’ ewro fi programmi ta’ taħriġ għal żgħażagħ li jridu jidħlu fid-dinja tax-xogħol u anke persuni oħra jew b’diżabilità, jew ta’ etajiet varji li għal xi raġuni jkunu tilfu Ma nistgħux l-impieg. Mijiet ta’ ma nsemmux ix-xogħol intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju kbir ta’ restawr li għaddej mhux biss ġew fit-Teatru Manoel u megħjuna fittaħriġ tal-impf’Dar il-Mediterran jegati tagħhom imma ngħataw għall-Konferenzi filwaqt li ukoll inċentivi miljuni ta’ ewro qed jintefqu biex jespandu l-operat tagħhom. fir-restawr u t-tisbiħ ta’ Għal dawn l-indiversi faċċati u xogħlijiet trapriżi saru skemi ta’ għajnuniet permezz artistiċi fi knejjes Maltin ta’ faċilitajiet finanzjarji u Għawdxin b’mod partikolari għal startups u kumpaniji ta’ daqs żgħir u medju. Inħarsu ’l quddiem lejn is-seba’ snin li ġejjin Filwaqt li għaddej ix-xogħol biex naraw li l-fondi li ngħataw filbaġit preżenti jintefqu bl-aħjar mod possibbli, għaddejja ħidma b’rabta mal-pakkett finanzjarju għas-seba’ snin li ġejjin (2021-2027). L-Unjoni Ewropea qiegħda tressaq proposta li flimkien mal-baġit għas-seba’ snin li ġejjin qed jitressaq Fond tal-Irkupru għall-Ekonomija Ewropea maħsub bi tweġiba għall-isfidi li ġabet magħha l-pandemija COVID-19. Bħalissa għaddejjin numru ta’ diskussjonijiet wara li tressqet il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea bilgħan li jintlaħaq ftehim bejn l-istati membri kollha. L-għan ewlieni tagħna huwa li nressqu ’l quddiem il-ħtiġijiet ta’ pajjiżna biex niksbu l-aqwa pakkett finanzjarju possibbli ħalli pajjiżna jibqa’ jgawdi mill-fondi tal-Unjoni Ewropea.
Fondi Ewropej għall-qasam tal-biedja jgħinu lill-biedja Maltija
Il-proġett ambjentali SintegraM favur protezzjoni ambjentali u ppjanar intelliġenti
20
21.06.2020
kullhadd.com
ETIENNE CARTER
IRABBI DIVERSI TIPI TA’ RETTILI U ANNIMALI EŻOTIĊI OĦRA
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Ħafna familji normalment irabbu xi tip ta’ annimal domestiku fid-dar magħhom. Ġeneralment dawn ivarjaw minn klieb għal qtates, ħut, jew għasafar. Iżda, issib oħrajn li jmorru xi ftit għall-estrem. Fil-fatt hawn min jippreferi jrabbi xi serp, jew razez ta’ ġrieden. B’hekk il-baqra tinbiegħ kollha. Dan l-aħħar sirt naf b’persuna li jrabbi rettili kif ukoll annimali eżotiċi oħra. Qed nirreferi għal Etienne Carter. Għandu 42 sena u bħalissa residenti ż-Żurrieq. Il-passatempi tiegħu huma varji ħafna. Apparti li jrabbi diversi speċi ta’ rettili u annimali oħra, tista’ tgħid li jinvolvi ruħu f ’ħafna affarijiet, bħal attivitajiet li jkunu speċjalment intenzjonati għall-karità, sport u ma jonqosx xi tip ta’ għajnuna volontarja mal-annimali bħal salvataġġ, rehoming u adozzjonijiet. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala wieħed innovattiv li dejjem jivvinta xi ħaġa ġdida, avventuruż u ambizzjuż. Minn ċkunitu kien iħobb l-annimali Mistoqsi xi kemm kien ilu jinteressa ruħu fir-rettili u f ’annimali eżotiċi, Etienne weġibni: “Propjament qatt ma kont xi wieħed li nħobb wisq ir-rettili. Però minn dejjem kont inħobb l-annimali b’mod ġenerali. Biex nagħti eżempju ċar, meta kont tfal l-iskola, ta’ spiss konna nimxuha lura d-dar u kulma kont niltaqa’ miegħu fit-triq kont niġbru, ibda minn kalamajonte sa klieb u qtates tqal. Tista’ timmaġina r-reazzjoni ta’ wiċċ ommi kif tiftaħ il-bieb u tarani ta’ spiss b’xi ħaġa ġdida f ’idi. Issa llum il-ġurnata ovjament xorta bqajt inħobb l-annimali. Però mindu dħalt fil-karriera tal-propjetà, ilħin sar verament limitat u ridt pet li stajt inżommu. Ħriġt bl-idea li nġib serp u rabbejtu proprju fuq il-mejda tal-uffiċċju. Minn hemm bdejt in-namra għal aktar rettili u bqajt nżid ftit ftit id-dar,” beda jgħidli Etienne. Ta’ min jgħid li bħalissa b’kollox għandu bejn wieħed u ieħor dawn l-ispeċi kollha ta’ annimali. Mill-familja tal-gremxul għandu bearded dragons, leopard geckos, brown basilisk (Jesus Christ lizard), Argentinian Tegu, Fire skink, u bħala speċi differenti ta’ sriep għandu Corn snakes (kulu-
ri varji), California king snakes, Black Mexican king snake, Western Hognose, Ball pythons, Burmese python, Reticulated python. Dawk bħala rettili, imbagħad għandu xi ħaġa żgħira eżotiċi bħal tarantulas, diversi fkieren tal-art, tipi differenti ta’ wirdien, u mill-familja ta’ rodents ovvjament għandu kwantità kbira ta’ ġrieden - kemm dawk kbar u anke li jibqgħu żgħar. Bħala annimali domestiċi għandu qattus, fniek u pappagalli biex jolqot il-gosti tal-kumplament tal-familja. Dan ifisser li bħala speċi differenti ta’ annimali biss għandu madwar 20. Però dawn ivarjaw ħafna fil-kwantità tagħhom. Mistoqsi fejn iżommhom jekk hux ġo xi kamra apposta, weġibni li dan jiddependi xi speċi hu l-annimal. “Is-sabiħ tar-rettili u xi wħud mill-annimali eżotiċi, aktar milli jkun sabiħ l-annimal innifsu, fl-opinjoni tiegħi huwa li toħloq ix-xenarju u l-ambjent tiegħu. Eżempju jekk għandek tip ta’ gremxul tad-deżert toħloq ambjent niexef b’ramel u blat u żżid id-dawl u s-sħana, filwaqt li jekk trabbi xi tip ta’ dart frog - dan irid ambjent totalment differenti fejn ikollu kullimkien umduż, vaska jew funtana żgħira tal-ilma
u ħafna pjanti. Allura jien inħobb inżomm kollox ġo dak li jissejjaħ vivarium, bħalma tal-ħut jissejjaħ aquarium fil-każ ta’ rettili vivarium,” spjegali tajjeb. Qabel ma mort għal din l-intervista, kont konxja mill-fatt, li xi wħud mis-sriep li jrabbi, bħala ikel jiddependu fuq sriep oħra. Immaġinajt li l-konsum tal-ikel tagħhom huwa vast ħafna. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar. “Iva, għandi tip partikolari ta’ serp li fis-salvaġġ fost id-dieta tiegħu jiekol ukoll sriep oħra. Qed nirreferi għal king snakes, però ma jfissirx li jieklu sriep biss. Il-maġġoranza ta’ ikel li nagħti jien lis-sriep tiegħi huma l-ġrieden li nrabbi jien stess u kultant anka flieles. Issa jekk l-ispeċi ta’ serp ikun aktar kabbari, tista’ titimgħu aktar minn ikla waħda żgħira jew tmur għal fenek li jkun aktar kabbari u tkun ikla waħda. Għandi wkoll xi gremxul bħalma diġà semmejna. Dawk hemm minnhom li jieklu ħaxix, frott, dud, insetti u wirdien. Dieta varjata ħafna, però meta jkunu hekk ikunu aktar faċli biex trabbihom għax jieklu kważi kollox. Fil-każ tal-fkieren ukoll hemm minnhom jieklu ħaxix biss. Dawn ġeneralment iħobbu ħafna t-tfief li nsibu fis-salvaġġ
u diversi tipi ta’ fjuri, filwaqt li speċi oħrajn jieklu kemm ħaxix, kif ukoll laħam u kultant ikollok tinkludilhom ukoll il-ġrieden u l-flieles fid-dieta tagħhom.” L-annimali domestiċi jridu ħafna aktar xogħol fit-trobbija mir-rettili u mill-annimali eżotiċi Kif probabilment qed taħsbu waqt li taqraw din l-intervista, hemm differenza kbira, minn bniedem li jrabbi annimali domestiċi fid-dar, għal bniedem bħal Etienne li jrabbi rettili u annimali eżotiċi. Fil-fatt, Etienne, ikkonferma miegħi li d-differenza hija kbira ħafna. “Id-domestiku jrid ħafna aktar xogħol biex trabbih milli trabbi rettili u eżotiċi. Fl-opinjoni tiegħi li trabbi r-rettili hemm benefiċċji ħafna aħjar minn dawk domestiċi, bħal ngħidu aħna s-silenzju. L-istorbju jista’ jkun ta’ problema għall-ħbieb tagħna li jrabbu l-annimali domestiċi, b’mod partikolari l-klieb. Filwaqt li bir-rettili m’għandekx għalfejn tinkwieta mill-ġirien meta m’intix id-dar. Hemm l-allerġija wkoll. Ħafna li jħobbu l-annimali ma jistgħux ikollhom pet, minħabba
xi allerġiji. F’dan il-każ, bir-rettili m’għandhiex tkun problema. Hemm ukoll l-irwejjaħ. Filwaqt li l-klieb u l-qtates kultant jiġġeneraw irwejjaħ jintnu, min irabbi r-rettili, jaf x’qed ngħid li dawn ma jagħmlu riħa ta’ xejn, sakemm wieħed kultant inaddaf naqra l-vivarium tagħhom li ma jiħux l-anqas ħafna ħin. Hemm ukoll manteniment minimu. Bħal kull pet ieħor, ir-rettili jridu abitat nadif, komdu u ikel tajjeb biex jibqgħu b’saħħithom. Dak li ngħidu aħna mantiniment ta’ kuljum, ir-rettili ma tantx għandhom bżonn. Ċerti sriep pereżempju kulma trid titmagħhom kultant darba f ’ġimgħa u anke inqas. Dwar l-indafa, waħda mill-isbaħ affarijiet hi li r-rettili ma jtebbgħulekx ittapit jew ma jħallux balal ta’ suf fuq is-sufan. Is-serp pereżempju mhux ser tiġi mix-xogħol u ssib l-imħaded imċarrtin u xi toqba enormi mħafra f ’sufan ġdid. M’għandhomx bżonn taħriġ lanqas. Filwaqt li r-rettili għandhom ikunu maqbudin bl-idejn biex jibqgħu fidili u kalmi, m’għandhomx bżonn tgħallimhom fejn ser jagħmlu l-ħmieġ naturali tagħhom jew tgħallimhom kif iridu jġibu ruħhom minn aspett
21
21.06.2020
kullhadd.com
ta’ ubbidjenza. Issa filwaqt li hemm vantaġġi grandjużi li jkollok ir-rettili xorta waħda wieħed irid jagħmel naqra riċerka qabel u jaħseb sewwa qabel jintriga b’xi wieħed. Ċerti rettili jikbru ħafna, u trid tkun ċert li tista’ takkomoda l-pet innifsu meta jikber. Xi ħaġa oħra li wieħed irid jikkunsidra hi l-ikel. Ir-rettili jista’ jkun li jkollhom dieta mhux daqshekk pjaċevoli, allura mingħajr ma ngħidu ħafna li titmagħhom mhux daqshekk sabiħ għal min jitqażżeż u jkemmex wiċċu,” spjegali tajjeb Etienne. Minbarra dan kollu, Etienne jagħmel parti wkoll mill-Arka ta’ Noe, fis-Siġġiewi, fejn minn żmien għal żmien ikun mistieden sabiex joffri sessjonijiet ta’ terapija għat-tfal. Mistoqsi x’jikkonsistu eżattament dawn is-sessjonijiet, Etienne weġibni: “Jien kultant niġi mistieden millpark tal-annimali biex b’mod volontarju noħolqu attivitajiet ta’ terapija bis-saħħa tal-annimali, fosthom ir-rettili. Fil-verità ma jikkonsistu f ’xejn speċjali, ħlief li nagħtihom il-fakultà li jieħdu r-ritratti bihom, u jkollhom l-opportunità li jarawhom mill-viċin ħafna għal min jibża’ jmisshom. Però dak li jrid jipprova jmisshom, għandu l-ħin kollu tiegħu, u huwa proprju hawnhekk li tara s-sabiħ tagħha, li jien personalment inħossni grat, meta tkun f ’sitwazzjoni li qiegħed tiddedika l-ħin tiegħek għal kawża li probabilment tkun qed tagħmel. Dan għax xi ħadd għandu bżonn l-għajnuna. F’sessjonijiet t’hawn fuq imsemmija jien nassisti mhux sempliċement biex nesibixxi l-pets tiegħi, imma l-aktar biex noħloq atmosfera terapewtika. Eżempju tara tifel jew tifla bi bżonnijiet speċjali jmellsu ġurdien jew serp, tinnota t-tbissima ħelwa fuq wiċċhom u r-reazzjonijiet tagħhom, jew tara ieħor li jkun meqjus bħala hyperactive u jagħmel is-sezzjoni kollha jmelles u jbiddel minn wieħed għal ieħor, inħossni fis-seba’ sema u li verament grat għal ħajti li qed nagħmel xi ħaġa għal ġid. Nixtieq inżid ukoll li l-fatt li nagħmel parti mit-tim tal-Arka ta’ Noe, nħossni ispirat meta nkun imdawwar b’nies li qegħdin joffru l-ħin tagħhom biex jagħmlu l-ġid ma’ tfal bi bżonnijiet speċjali u nirrealizza li hemm ħafna nies madwarna li jridu jtejbu u jferrħu lil ħaddieħor.” Ċertu biża’ u nuqqas ta’ informazzjoni dwar ir-rettili It-tendenza ta’ ħafna nies hija li jibżgħu minn serp u kull annimal eżotiku ieħor, l-ewwel waħda jien stess jiġifieri. Immaġinajt ukoll li għad hawn ħafna persuni bħali. Ħallejt f ’idejh sabiex jikkummenta dwar dan. “Ir-rettili huma fost l-aktar annimali li ma jinftehmux għal ħafna raġuniji-
et, qlajjiet u nuqqas ta’ tagħlim li dawn għadhom jippersistu sal-lum il-ġurnata, minħabba biża’ u nuqqas ta’ informazzjoni li dan kollu jista’ jwassal għal korrimenti jew periklu, kemm għan-nies innifishom, kif ukoll għall-annimal. Eżempju li ser nagħti għadni kemm smajtu mingħand kollega tiegħi stess. “Serp li ma jkunx qed jiekol jkun qed jippjana biex jaħrab, u li jkejlek fis-sodda waqt li tkun rieqed biex jiklok. Emminni Ramona smajtha diversi drabi u ma niqafx nidħaq, klassika u tad-daħq. Din il-qlajja’ jew ħsieb mhumiex minnhom assolutament. Biss huma opportunisti, kriptiċi joqogħdu mistoħbijin sakemm jgħaddi l-ikel minn quddiemhom u jaqbżu fuqu u mhux ser joqogħdu jippjanaw l-ikla għal futur. Issa rigward il-fobija nnifisha hija waħda xjentifika u aktar jista’ jitkellem fuqha wieħed speċjalizzat fuq il-psikjatrija. Però li nista’ ngħidlek hu li waqt l-esibizzjonijiet ġieli jkun hemm min għandu fobija kbira u naqra, naqra jibdew imissuh bil-mod u saħansitra mhux talli jegħlbu l-fobija, talli jitolbuni nbiegħilhom wieħed milli għandi. Huwa suġġett vast ħafna dan.” Tkellimt miegħu dwar il-klima ta’ Malta jekk hijiex tajba biżżejjed biex dawn it-tip ta’ annimali eżotiċi jitrabbew tajjeb, u jekk xtarax il-pets kollha tiegħu minn Malta. “Rigward il-klima, kif spjegajt qabel, aħna noħolqu dak ix-xenarju tajjeb għalihom, eżatt kif pereżempju jgħixu huma f ’deżert jew foresta. Però, jekk wieħed jistaqsi jekk il-klima ta’ Malta hix tajba biżżejjed jekk rettili b’xi mod jaħarbu u jgħixu f ’salvaġġ, dik ħaġa oħra. Jekk dan huwa l-każ, ċerti gremxul fl-opinjoni tiegħi huwa impossibbli li jgħixu fix-xitwa għax iridu ħafna sħana. Però minn naħa l-oħra, nemmen li ċertu tipi ta’ sriep u fkieren li mhumiex daqshekk delikati u b’saħħithom, jistgħu iva jgħixu jekk jiġu meħlusin jew maħruba fis-salvaġġ. Jiena għandi wħud minnhom mixtrijin jew anka addottati minn Malta stess, però hemm sitwazzjonijiet li ġieli ġibt minn barra,” stqarr miegħi Etienne. Konxja mill-fatt li rettili u annimali eżotiċi faċilment toħroġhom dawra miegħek, bħal ngħidu aħna kelb, ridt inkun naf bl-istess mod kemm huwa faċli jew komuni li meta joħroġ, normalment iġorr xi annimal eżotiku miegħu. “Naħseb kull min għandu annimali ta’ dan it-tip, ġeneralment ma joħorġuhomx magħhom, għas-sempliċi raġuni li minħabba t-temprament tar-rettili, jafu ma jkunux imdorrijin fl-idejn u jvarjaw minn speċi għal ieħor, jew minħabba mites (dud irqiq) li jistgħu jieħdu jekk jitħallew speċjalment jiġru miegħek fil-kampanja. Raġuni
oħra hi l-klima. Jien personali nħossni magħruf li nġorr xi rettili miegħi kultant. Però nagħżel l-ispeċi li noħroġ miegħi, kif ukoll nagħżel l-istaġun li jkun wieħed sħun. Għandi gremxula partikolari (bearded dragon) noħroġha miegħi fis-sajf biċ-ċinga għax kalma ħafna u tibqa’ fejn tpoġġiha... fl-istess ħin tajjeb għaliha li tieħu naqra raġġi tax-xemx naturali.” Fl-aħħar nett, Etienne għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Naħseb il-messaġġ tiegħi għal min qara l-artiklu kollu tajt ħafna informazzjoni u jekk jiġi biex jagħżel bejn pet domestiku u rettili jaf x’inhi d-differenza. Spjegajt ċar ukoll li l-annimali mhumiex xi tip ta’ ġugarell. Wieħed irid jagħmel ftit riċerka jew jista’ jfittex lili u niggwidah x’jgħodd għalih u ngħinu jagħmel l-aħjar għażla. Meta wieħed jiġi għall-fobija ngħidlu biex jagħmel kuraġġ għax rajt ħafna jegħlbuha. Min għandu xi tfal b’diżabilità u anke jekk mhumiex u jixtieq jagħti l-opportunità lilhom li jesperjenzaw annimali b’differenza, jistgħu jsegwu meta nkunu ser nagħmlu xi attività ġewwa l-Arka ta’ Noe,” temm jgħidli Etienne.
Is-sabiħ tar-rettili u xi wħud mill-annimali eżotiċi, aktar milli jkun sabiħ l-annimal innifsu, fl-opinjoni tiegħi huwa li toħloq ix-xenarju u l-ambjent tiegħu. Eżempju jekk għandek tip ta’ gremxul tad-deżert toħloq ambjent niexef b’ramel u blat u żżid id-dawl u s-sħana
22
21.06.2020
kullhadd.com
MITOLOĠIJA LI NTRABTET MAR-RELIĠJONIJIET B’din l-intervista tal-lum niġu fi tmiem it-triloġija li tat ħarsa sew kemm fuq il-Ħares, il-Fatat u l-Gawgaw. Fl-intervista li kellna qabel, Ġużi Gatt, folklorista ewlieni Malti, wassalna wkoll għal oqsma oħra relatati, li huma l-għelieqi u l-univers. Hu tabilħaqq dnub li l-Malti modern qisu tnessa u tilef l-interess Ġużi, kif tintgħaġen ir-rabta bejn il-kwiekeb li kienu jaraw fil-Babilonja u x-xogħol fl-għelieqi sa mill-ewwel żminijiet?
(raven). Taħt iċ-ċawla, għorab jew Corvus, hemm l-Imħalla, magħrufa bħala Hydra, irrappreżentata minn serpent; u taħt is-serpent hemm karattru nofsu raġel u nofsu barri, u f ’dirgħajh iħaddan ix-xatba tal-bidwi. Aħna naħsbu li l-ħrafa tal-Gawgaw, xi darba, lil dan il-karattru kienet tafu sew. Imma kif? Hu fatt magħruf li dari kien hemm imħalla fis-sema li l-Griegi kienu semmewha Argo Navis. Maż-żmien, l-astronomi ddeċidew li Argo Navis kienet kbira wisq u qasmu lil din l-imħalla fi tlieta: Vela, Puppis u Carina.
Jekk wieħed jagħti ħarsa lejn id-disinn li juri l-mod ta’ kif in-nies tal-Babilonja kienu jirrappreżentaw il-kwiekeb, isib li lejn in-naħa t’isfel hemm dak il-persunaġġ li bl-Ingliż ingħata l-isem ta’ The Harrow. Il-figuri kollha li jidhru, jirrappreżentaw kwiekeb, jew ġmiegħi ta’ kwiekeb li llum aħna nafuhom b’ismijiet u simboli oħra. Iżda ħafna mis-simboli użati min-nies tal-Mesopotamja xor- Kien hemm qbil bejn il-popli kollha fuq is-simboli ta għadhom jintgħarfu sal-lum. tal-Oroskopu? Mela kull figura li tidher, Ġie ddikjarat minn ħafna studjużi tirrappreżenta xi ħaġa? li fejn il-Griegi, dari kienu jaraw Gavin White jgħid li l-figura fis-sema lill-Astro Navis, in-nies msejħa Furrow hi l-kostellazz- tal-Mesopotamja kienu jpoġġu joni bl-isem ta’ Virgo, kif jidher fl-istess post is-simbolu ta’ Eridu, Ninmah, u s-simbolu l-ieħor fil-paġna 33 tal-ktieb tiegħu. Fis-sema, Virgo qiegħda biswit li bl-Ingliż ġie msejjaħ harrow – ġemgħa ta’ kwiekeb li llum aktar jiġifieri xatba tal-biedja. Jekk tifli sewwa d-disinn nafuhom bħala Leo. Jidher li l-iljun kien is-simbolu ta’ dawn il- tagħhom, issib li jiġbor fih lil kwiekeb anke għan-nies tal-Mes- Astro Navis, li jinkludi wkoll opotamja. Taħt Leo, fis-sema lill-kostellazzjoni Carina, li l-iktar hemm kostellazzjoni magħrufa kewkba li tiddi fiha hi appuntu bl-isem ta’ Corvus, li jfisser Ċaw- l-Kawkaw, u fl-istess spazju, inla. U taħt l-iljun, fid-disinn t’hawn nies tal-Mesopotamja pinġew fuq, tidher ukoll ċawla, għorab simbolu li Gavin White jagħtih
ta’ twemmin nannietna, li kien jifforma parti siewja mill-folklor ta’ pajjiżna. Ma’ Ġużi, inkomplu billi niksbu aktar mit-tagħrif li ġabar hu tul is-snin u li sa 60 sena ilu, dawn ir-rakkonti kienu jsaħħru lit-tfal kif ukoll lill-kbar. Minn CHARLES B. SPITERI
l-isem ta’ Harrow. Bl-Ingliż, Harrow hi dik l-għodda tal-bidwi li bil-Malti tissejjaħ xatba. Mela l-Imħalla tax-Xatba għandha kewkba li tissejjaħ il-Kawkaw, li tibda tidher fis-sema għall-ħabta ta’ Diċembru. Il-Gawgaw joħroġ f ’nofsillejl tal-Milied, lejn l-aħħar ta’ Diċembru, jogħla fl-ajru, u jġorr warajh xatba tal-bdiewa. F’moħħna m’hemmx dubju li hemm rabta bejn il-Gawgaw u l-kewkba Kawkaw. Din ir-rabta kienet ilha li ġiet innutata fost niesna? Ir-rabta bejn il-kelma Gawgaw u l-kelma Kawkaw ilha ħafna li ġiet innutata. Mikiel Anton Vassalli, fid-dizzjunarju tiegħu il-Lexicon, jagħti tliet verżjonijiet tal-istess kelma: Gawgaw, Gewgew, u Kawkaw. Ġużè Aquilina, fid-dizzjunarju tiegħu Malti-Ingliż iżid ukoll il-kelma “Qawqaw”, u din il-kelma ġġibna għal punt ieħor interessanti, għax tfakkarna fi ħrafa oħra li fiha jissemma barri kbir u b’saħħtu. Innutaw li fl-ikonografija tal-Mesopotamja, l-Imħalla tax-Xatba kienet irrappreżentata minn ħlejqa b’sura ta’ bniedem, iġġorr f ’dirgħajha xatba tal-bdiewa, bi qrun f ’rasha, u b’saqajn ta’ baqra jew barri.
Insibu xi ħaġa fir-rakkonti tagħna, li jwassluna naħsbu fil-Gawgaw? Jekk toqgħod taħseb ftit, fix-xogħol tar-raba’, dari kienet tkun il-baqra jew il-barri li jkaxkru x-xatba tal-bdiewa wara daharhom. Waħda mill-ħrejjef li laħaq ġabar Patri Manwel Magri kien jisimha: Ix-Xiħ midfun ġol-Għar. Il-ħrafa tgħid li darba waħda, is-sultan ħareġ bandu li kien jamar li ħadd ma kien jista’ jaħdem fir-raba’ tiegħu jekk qabel ma jkunx mar jaħdem ir-raba’ tas-sultan. Aħbar bħal din ħadd qatt ma stennieha, u l-eroj tal-ħrafa, raġel magħruf għall-għaqal tiegħu, mar jistaqsi lil missieru x’għandu jagħmel. Missieru qallu: Ixtri l-‘Qawqama’ u l-‘Qawqam’, Xejn la tfittex kemm qam, Itmagħhom ix-xnien u n-nifel,
U l-moħriet sal-qiegħ jindifen; Billejl aħdem f ’tiegħek, Binhar aħdem f ’tas-sultan. Mill-ħrafa joħroġ li l-Qawqama u l-Qawqam huma baqra u barri b’saħħithom li jaħdmu lejl u nhar u jeħilsu x-xogħol tar-raba’ fi żmien qasir – żgur li dari din kienet il-ħolma ta’ kull bidwi. Ixxnien u n-nifel huma żewġ xitliet li dari kienu mogħtija bħala għalf lill-bhejjem. Miġbud mill-barri jew gendus imsejjaħ il-Qawqam, il-moħriet iniffed is-sikka tal-ħadid sal-qiegħ tal-ħamrija, u allura jaħdem l-art sewwa. La jaf jiġbed il-moħriet, il-Qawqam, jew il-Qawqaw, jaf jiġbed ukoll warajh ix-xatba tal-biedja, biex ikisser it-tub jew jaqla’ minn għeruqu l-ħaxix ħażin u jeqirdu darba għal dejjem. Biex ma nħalluhiex barra, ngħidu wkoll li Gian Frangisk Agius De Soldanis, fid-dizzjunarju tiegħu li lesta madwar 250 sena
Hu fatt magħruf li dari kien hemm imħalla fis-sema li l-Griegi kienu semmewha Argo Navis. Maż-żmien, l-astronomi ddeċidew li Argo Navis kienet kbira wisq u qasmu lil din l-imħalla fi tlieta: Vela, Puppis u Carina
23
21.06.2020
kullhadd.com
ilu, ukoll kien qal li l-Gawgaw, meta joħroġ jiġġerra barra f ’lejlet il-Milied jibda jgħajjat b’leħen ta’ barri. Il-Gawgaw, il-Gewgew, ilKawkaw, il-Qawqaw, il-Qawqam, kollha jiġbduna lejn l-għarfien li l-bniedem tal-qedem kellu tas-sema u l-kwiekeb, u lejn ix-xogħol tal-bidwi ġor-raba’ li mingħajru s-soċjetà ma setgħetx tiekol biex tgħix. Imma kif jidħol it-tifel li jitwieled f ’nofsillejl talMilied? L-istorja tgħallimna li għalkemm ir-reliġjon Nisranija għamlet minn kollox biex teqridhom jew tnessihom, ċerti drawwiet pagani baqgħu ħajjin, u saru aċċettabbli billi ntrabtu ma’ xi festa Nisranija. L-iktar eżempju ċar hi s-siġra tal-Milied li llum ma ngħaddux mingħajrha fi djarna. Hu aċċettat mill-istudjużi li s-siġra tal-Milied taf nisilha lil qima pagana, li n-nies tal-Ewropa tat-Tramuntana kellhom lejn is-siġar tal-foresta. Illum, il-qima pagana lejn is-siġar intnesiet, u s-siġra mżejna bid-dwal u b’oġġetti li jlellxu u jleqqu, b’kewkba tiddi fil-quċċata, hi sinonima mal-festa Nisranija tal-Milied. F’Malta, niesna raw is-siġra tal-Milied l-ewwel darba għand il-Militar Ingliż, fil-festini li kien jorganizza għat-tfal Maltin f ’dawk il-ġranet ta’ festi. Din issiġra bdiet issir komuni fi djarna lejn l-aħħar tas-snin 50 u l-bidu tas-snin 60 tas-seklu l-ieħor. Dak iż-żmien, il-Knisja kienet għadha konxja li s-siġra kienet drawwa tal-Protestanti u kienet
tħares bl-ikrah lejha. L-ewwel familji li daħħluha f ’darhom kienu jitfuha f ’dak il-ħin meta l-purċissjoni tal-Bambin, li kienu jagħmlu t-tfal tal-Mużew, kienet tgħaddi minn quddiem darhom. Fi żmienna, is-siġra pagana tal-Milied tintrama saħansitra fil-misraħ ta’ quddiem il-Vatikan. Allura b’dan kollu jista’ jfisser li l-istorja tal-Kawkaw ukoll għandha għeruqha fil-mitoloġija tar-reliġjonijiet pagani tal-qedem? Ovvjament u rnexxielha ma tinqeridx għalkollox minħabba l-fatt li marbuta magħha kien hemm iċ-ċerimonji li l-pagani kienu jagħmlu f ’xi żmien f ’Diċembru. L-aqwa festa Nisranija ta’ Diċembru hi l-Milied, u biex l-istorja tal-Gawgaw ikollha ċans li tibqa’ tgħix, iddaħħal fiha dak l-element marbut ma’ din il-festa, għalkemm bi sfond xi ftit makabru. Aħna li għexna dawn l-istejjer u smajniehom f ’ħoġor ommna jew nannitna, nafu sew li fl-istorja oriġinali kien hemm sens qawwi tax-xogħol tal-biedja – bl-għarbiel u bix-xatba tal-bidwi jispikkaw. Ix-xatba u l-għarbiel jistgħu jitqiesu li jissimbolizzaw il-bidu (il-ħrit u t-twittija tal-ħamrija) u t-tmiem (it-tisfija tal-qamħ li jindires fuq il-qiegħa u li jintgħarbel bl-għeriebel) fiċ-ċiklu tat-tkabbir tal-ikel mill-bidwi skont il-mixja tax-xhur u tal-istaġuni. Mażżmien dan is-sens intilef jew iċċajpar, u l-istorja qabdet rotta oħra. Id-dettall li jgħid li biex ma ssirx Gawgaw trid toqgħod tgħodd it-toqob tal-għarbiel, x’aktarx li
Waħx il-Baqar - Pittura ta’ Joseph Bugeja li dehret fl-istess wirja li semmejna qabel
daħal ukoll tard ħafna fl-iżvilupp tal-istorja, u mhux ħaġa kbira li hu influwenzat minn stejjer oħra ta’ popli oħra. F’Diċembru tal2011, Victor J. Galea kiteb artiklu fil-perjodiku Luminaria, li joħroġ mill-parroċċa tan-Nadur, Għawdex. F’dan l-artiklu, is-Sur Galea kiteb hekk: Fi Sqallija, min jitwieled matul il-lejl ta’ San Pawl, isibuh bħala Ċirawlu. Raġel bħal dan, barra li l-velenu tas-sriep ma jkunx jista’ għalih u għalhekk ma kien jagħmillu xejn, ikun jagħmel is-sħarijiet, ibassar il-ġejjieni, jikkmanda lis-sriep u jeħodha mal-bniedem-lupu. Jekk dan hu minnu, jidher li f ’din l-istorja, dak li f ’Malta jiġri lil min jitwieled fil-lejl tal-Milied, fi Sqallija jiġri, bejn wieħed u ieħor, lil dak li jitwieled fil-‘lejl ta’ San Pawl’ – biex tara kemm l-istejjer jiddakkru minn xulxin u jitħawdu. Jekk dan il-lejl ta’ San Pawl hu l-lejl ta’ sbieħ l-10 ta’ Frar, dan ifisser li hu qrib ħafna tal-festa tal-Gandlora, festa oħra Nisranija li taħbat fil-bidu ta’ Frar. Kif diġà għedna aktar ’il fuq, l-aħjar żmien biex tara l-kewkba magħrufa bħala l-Kawkaw, hu bejn Diċembru u Frar; bejn il-Milied u l-Gandlora. Fil-fehma tagħna l-Gawgaw wiret it-tradizzjonijiet il-qodma li kien hemm marbuta mal-kewkba Alpha Carinae, u hu għalhekk li jissemma b’rabta kemm mal-Milied u kemm mal-Gandlora. Imma issa, wara dan il-kliem kollu, lill-Gawgaw kif se npinġuh?
dik il-biċċa għodda tal-biedja li tissejjaħ xatba. Dik li kif għedna, bl-Ingliż tissejjaħ harrow. Ix-xatba kienet tintuża biex ixxattab l-art – jiġifieri tkisser it-tub li jkun hemm fil-ħamrija ħalli ġġibhom trab, u twitti l-art wara li l-bidwi jkun ħaratha u forsi anke żeragħha. Xtiebi kien hemm tnejn: waħda tal-injam, ċatta minn taħt, mingħajr imsiemer, maħsuba biex twitti l-art u ‘tross’ il-ħamrija; u l-oħra tal-ħadid, bl-imsiemer taħt, maħsuba biex taqla’ l-ħaxix selvaġġ u tkisser it-tub. Tal-Gawgaw għamilnieha xatba speċjali – għax hi qadima ħafna u nixtiquha li tagħmel ħafna storbju: hi tqila u tal-injam, iżda għandha l-imsiemer tal-ħadid ukoll. X’kellu li bih jingħaraf mill-ewwel il-Gawgaw? Il-Gawgaw għandu jkollu x’jaqsam wkoll mal-bhejjem tal-ifrat – għax kien jgħajjat b’leħen ta’ barri. Ix-xatba tal-biedja kienet tiġbidha l-baqra Maltija; u aktar tard iż-żiemel jew il-bagħal. Min ma jkollux mezzi, spiss kien ikollu jieħu paċenzja u jiġbed ix-xatba warajh hu stess. Iżda dik kienet biċċa xogħol iebsa ħafna. L-ikbar uġigħ ta’ ras tagħna hu kif se npinġu lill-Gawgaw innifsu. M’hemmx dubju li lbiesu hu bħal tal-bdiewa ta’ dari – terħa, qalziet imxammar u bil-qorq; iżda rasu hi ta’ barri jew ta’ bniedem? Din il-mistoqsija ħabbtitna ħafna. Jekk hi ta’ bniedem, irridu nżidulha qrun ta’ barri u jekk hi ta’ barri, bilfors li għandha l-qrun.
L-iktar ħaġa ċara, u li se ninsistu fuqha, hi li s-simbolu tiegħu hu X’suġġerimenti ħriġtu
bihom? F’dawn il-ħrejjef, ix-xatba hi l-aktar importanti. Jekk jista’ jkun, għandu jidher l-għarbiel (kbir u tal-biedja) ukoll (mhux passatur). F’idejkom biex tpinġu xi ħaġa fuq kif taħsbu li kien jidher. Fil-folklor ta’ missirijietna Waħx il-Baqar ġieli tħawwad mal-Gawgaw. F’nofsillejl tal-Milied, lit-tfal kienu jeħduhom biex jisimgħu l-quddiesa ta’ nofsillejl. Meta jiġu lura kienu jgħidulhom biex jimxu dritt lejn id-dar, għax joħroġ il-Gawgaw u jekk jarahom jeħodhom miegħu. Għandna xi storja li baqgħet tissemma fuq dan kollu? Insibu mela le. Jingħad li darba kien hemm mara li xtaqet tara lill-Gawgaw. F’nofsillejl tal-Milied qagħdet imqajma fil-kamra tas-sodda u xħin il-Gawgaw wasal taħt il-gallarija tagħha, għola sal-gallarija u beda jgħajjat. Kien għamla ta’ annimal. Waħx il-Baqar kien jieqaf f ’salib it-toroq u jibda jokrob u jgħajjat. Jekk tittawwallu mill-gallarija jibda jitwal, jasal sal-gallarija, jaqbdek u jieħdok miegħu. Dan it-tagħrif jinsab fil-ktieb Minn Fomm il-Poplu ta’ Guido Lanfranco, ippubblikat mill-Klabb Kotba Maltin fl-2017. Ara l-paragrafi numru 280, 751, 753, u 755. Billi l-Kewkba bl-isem tal-Kawkaw tidher ’l isfel ħafna fis-sema, qisha qed tipprova tittawwal minn wara x-xefaq u bilkemm tiflaħ tixref rasha ’l fuq, jien, ngħid għalija, insibu interessanti l-fatt li l-Gawgaw hekk kien jagħmel ukoll: jogħla minn isfel u jittawwallek mill-gallarija.
L-istampa fejn jidher The Harrow
24
21.06.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
IR-RAĠEL B’ŻEWĠT UĊUĦ “Ir-Raġel taż-Żewġt Uċuħ” hi waħda mill-istejjer li nsibu f ’din il-ġabra ta’ novelli ta’ Joseph Serracino. Huma stejjer minsuġin mit-tiġrib tal-ħajja. Il-protagonisti tagħhom huma bnedmin tad-demm u l-laħam bħalna li sfortunatament matul
ħajjithom għaddew minn sitwazzjonjiet diffiċli u iebsa ħafna, u li ħallew warajhom niket, qtigħ il-qalb, inkwiet, solitudni u weġgħat oħra li weħlu mal-moħħ u nikktu l-qalb. Stejjer oħra f ’din il-ġabra li jressquna biex nifhmu aħjar il-kobor u l-qawwa
tal-imħabba, is-sens tas-sagrifiċċju, il-valur tal-ħniena, il-mogħdrija u l-paċi li ġġib magħha l-maħfra huma: “L-Għelm talĦajja”, “Vittma ta’ Mħabba”, “Ir-Raġel Misterjuż”, “Il-Vuċi li Dwiet mill-Ġdid” u oħrajn.
Silta minn waħda minn novelli tal-ktieb, “IR-RAĠEL MISTERJUŻ” Thomas Brown, l-Ispettur Anzjan ta’ Scotland Yard, kien qed jinvestiga każ misterjuż li seħħ fil-belt ta’ Manchester. Ftit kilometri ’l barra minn din il-belt sabiħa, instabu l-katavri ta’ żewġt irġiel maqtulin b’arma tan-nar. Meta l-pulizija tal-lokal ma rnexxilhiex issib tarf ta’ dan il-każ misterjuż, talbet l-għajnuna ta’ Scotland Yard bit-tama li taqbad lill-qattiel jew qattiela li kienu qegħdin jitterrorizzaw lill-abitanti ta’ din il-belt. F’wieħed mill-uffiċċji spazjużi tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija ġewwa Manchester kien qed jiġi analizzat ittagħrif kollu li kellha f ’idejha l-pulizija dwar il-każ Scarewolf. L-Ispettur Anzjan ta’ Scotland Yard Thomas Brown kien mitluf jaqra xi rapporti tal-pulizija wara li nnumera karta wara oħra u poġġiehom wara xulxin ġo file li kien qed iħejji għall-Kummissarju. Quddiemu, bilwieqfa jżomm ma’ dahar ta’ siġġu u aljenat iħares lejn mappa kbira tal-belt ta’ Manchester imwaħħla fuq board kbir, kien hemm l-Ispettur Peter Perkins li b’attenzjoni kbira beda jifli sewwa l-ismijiet tat-toroq kollha li jdawru l-belt u l-irħula ta’ madwar. F’ħin minnhom, l-Ispettur Brown għadda nota lil sieħbu, u dan, wara li qraha, talab lis-
Surġent Smith biex isiblu r-ritratti li kienu ntbagħtu lill-Kummissarju minn turist li inċidentalment kien iltaqa’ ma’ bniedem suspettuż ħafna fil-foresta, u li fuq l-ordni ta’ Mr Brown ġew ippubblikati fil-gazzetti kollha li joħorġu fi tmiem il-ġimgħa f ’dik il-belt. Fil-ħin instemgħet taħbita qawwija fuq il-bieb tal-uffiċċju tal-Ispettur Anzjan. Dan kien is-sinjal li r-raġel li xtaq ikellmu fuq il-każ kien qed jistenna fil-kuritur. L-Ispettur Thomas tbissem, refa’ rasu, u waqt li ta ħarsa ta’ suspett lejn il-kollega tiegħu staqsieh, “Peter, għandna xi informazzjoni dwar dan Summers?” “Le, ma nafu xejn dwaru. Is-Surġent Smith qalli li mhux minn dawn in-naħat.” “Tajjeb. Għidlu jidħol,” ordna Mr Brown. Is-Surġent Smith qam minn postu, fetaħ il-bieb tal-uffiċċju u għajjat, “Mr Summers!” Sekondi wara, fid-daħla tal-uffiċċju deher raġel ta’ madwar ħamsin sena. Għas-sinjal tas-Surġent Smith daħal fl-uffiċċju u ta ħarsa ħafifa madwaru. Wara pawsa qasira, sellem liż-żewġ Spetturi u, bħal bniedem mifxul, baqa’ wieqaf quddiemhom qisu statwa. L-Ispettur Thomas fela lir-raġel minn rasu sa saqajh
u mill-ewwel ħassbu ħażin. Id-dehra tiegħu ġegħlitu jitħasseb qatigħ u qalbu ħebritu li quddiemu kellu raġel perikoluż ħafna. Raġel twil aktar minn sitt piedi, bi statura rqiqa kemxejn inklinata, wiċċu bjond u b’għajnejh koħol, b’xagħru ħamrani mħabbel, u b’daqna ħafifa li kienet tgħattilu farrett fond fuq ħaddejh tal-lemin, aktarx magħmul minn xi arma li taqta’ u li kien jagħtih dehra ta’ xi ħadd qattagħni, waqt li l-ilbies stramb u maħmuġ tiegħu ġiegħel lil kulħadd jissuspetta ħażin fih. Waqt li l-Ispettur Perkins urieh siġġu quddiem l-iskrivanija, u għamillu sinjal biex ipoġġi bilqiegħda, staqsieh, “X’jismek?” “Philip Summers, Sinjur. Jien minn Woodbridge, iżda kultant niġi Manchester u ngħaddi xi erbat ijiem ma’ oħti Lucy li toqgħod fin-naħat ta’ Churchside.” “U fuqiex xtaqt tkellimni, Mr Summers?” staqsieh b’kalma kbira l-Ispettur Brown. Għall-mistoqsija tal-Ispettur Anzjan, ir-raġel tad-daqna dawwar ħarstu lejn l-Ispettur Thomas, daħħal idu fil-but talġlekk, u minnu ħareġ kopja tal-gazzetta tal-Ħadd. Fetaħha bil-mod, qalleb xi paġni minnha, u waqaf fuq ritratt kbir ta’ raġel. “Fuq dan ir-raġel ġejt inkellmek. Iżda,
qabel xejn, Sinjur, veru li l-pulizija qiegħda twiegħed somma flus għal min lest li jgħaddilha informazzjoni fuqu?” “Iva, iżda bil-kundizzjoni li t-tagħrif li tagħti lill-pulizija jista’ jwassal biex jinqabad dan ir-raġel,” irrispondieh l-Ispettur Thomas, hekk kif minn taħt il-għajn ta ħarsa lejn il-kollega tiegħu li kien bilqiegħda maġenb waħda mit-twieqi tal-uffiċċju. Għal dan il-kliem ir-raġel tad-daqna ħamra deher jinfixel, iżda wara pawsa qasira ħa nifs qawwi u b’leħen żorr qallu, “Tajjeb, jien lest li ngħidilkom kulma naf dwaru.”
Mistoqsija: X’beda jifli l-Ispettur Peter Perkins fuq board kbir? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IR-RAĠEL B’ŻEWĠT UĊUĦ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 28 ta’ Ġunju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba LUPU LUPETTU huwa: J. GAUCI - VALLETTA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm tela’ l-ammont ta’ dejn personali li hu taħt moratorju? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
21.06.2020
kullhadd.com
PARTI ĦAJJA MILL-ISTORJA Ritratt: Alexander Gardner/Getty Images
Kitba ta’ MARY CHETCUTI
Suldati tal-Armata Unjonista
Ftit tal-jiem ilum waqt li kont qed inqalleb u nifli l-gazzetti biex nipprova nifhem x’inhu jiġri fid-dinja bħalissa laqtitni storja tassew straordinarja fis-sempliċità tagħha. Artiklu żgħir kien jgħid li fil-31 ta’ Mejju 2020 ġewwa dar tal-anzjani f ’Wilkesboro, North Carolina, mietet Irene Triplett fl-età ta’ 90 sena – affarijiet normali mhux hekk. Imma l-ħaġa li tagħmel l-istorja ta’ Irene Triplett unika jekk, għall-ewwel, mhux inkredibbli wkoll hija li din il-mara kienet l-aħħar ċittadina Amerikana li kienet għadha qed tirċievi pensjoni tal-Gwerra Ċivili Amerikana li seħħet bejn l-1861 u l-1865. Jekk ħsibtni li ħadt żball fid-dati ngħidlek li sewwa qrajt; bħala bint veteran tal-gwerra, Triplett kienet tirċievi pensjoni tal-Gwerra Ċivili li seħħet kważi 160 sena ilu. Kif jista’ jkun? Missier Irene, Moses Triplett li twieled fl-1846 f ’North Carolina, kien ingaġġa bħala suldat Konfederat meta kellu 16-il sena. Kienet faqqgħet gwerra bejn l-Istati Konfederati (Texas, Arkansas, Louisiana, Tennessee, Mississippi, Alabama, Georgia, Florida, South u North Carolina u Virginia) u l-Gvern tal-Istati Uniti mmexxi mill-President Abraham Lincoln, li kien diġà ordnalhom jobdu liġi federali ġdida li kienet qed tabolixxi l-iskjavitù fl-istati kollha. Ftit qabel kellu jiġġieled fil-battalja ta’ Gettysburg li seħħet fl1863, Moses Triplett marad u r-reġiment tiegħu ħallieh ġo sptar f ’Virginia. Ġara però, li meta fieq Moses mar jingħaqad mal-Armata Unjonista u ġġieled kontra l-Konfederati. Kif kulħadd jaf, il-Gwerra Ċivili Amerikana ntrebħet mill-Arma-
ta Unjonista ta’ Abraham Lincoln biex sa fl-aħħar u għall-ewwel darba fl-istorja tal-Istati Uniti inħelsu l-ilsiera kollha li kienu jaħdmu bla ħlas u b’ħafna intimidazzjoni u sofferenza fil-pjantaġġuni tas-sidien bojod fl-Istati Konfederati. Wara l-gwerra Moses Triplett kompla jgħix ħajtu u fl-1880 iżżewweġ lil Mary Watson; kien żwieġ dejjiemi li ġie fi tmiemu bilmewt ta’ Mary fl-1923. Sena wara li romol, Moses, li issa kien jgħodd mat-78 sena żżewweġ lil Elida Hall, xebba ta’ 28 sena. Fl-1930, Moses u Elida kellhom lit-tarbija Irene. Moses Triplett miet fl-1938 fil-għomor ta’ 92 sena meta bintu, Irene, kien għad għandha 8 snin. Il-ħajja ta’ Irene u ommha Elida ma kinitx waħda faċli. Għall-
fatt li t-tnejn li huma kienu jbatu minn diżabilità mentali u għaldaqstant ma kinux kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom, fl-1943 kellhom jittieħdu ġo istituzzjoni apposta f ’Wilkes County, North Carolina, li tilqa’ fiha nies foqra li jeħtieġu l-għajnuna. Fis-snin 50 Irene Triplett inħarġitilha pensjoni li hi kienet intitolata għaliha bħala bint iltima ta’ veteran tal-gwerra – u l-gwerra li ġġieled missierha kienet dik ċivili tal-1861-65. Fl-1960, Irene u ommha ttieħdu ġo dar tal-anzjani privata. Ommha Elida mietet f ’din id-dar fl-1967. Irene kompliet tgħix f ’din iddar sal-2013, imma wara din id-data ttieħdet f ’dar oħra fejn setgħet tingħata aktar attenzjoni minħabba mard relatat mal-età avvanzata
Irene Triplett
Ftit qabel kellu jiġġieled fil-battalja ta’ Gettysburg li seħħet fl-1863, Moses Triplett marad u r-reġiment tiegħu ħallieh ġo sptar f’Virginia. Ġara però, li meta fieq Moses mar jingħaqad mal-Armata Unjonista u ġġieled kontra l-Konfederati tagħha; hi mietet minn kumplikazzjonijiet wara operazzjoni. Irene għexet aktar minn nofs ħajjitha ġol-istituzzjonijiet u baqgħet sa mewtha tirċievi $73.13 fix-xahar mid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Veterani. Ta’ min jgħid li l-aħħar veteran
tal-Gwerra Ċivili Amerikana miet fl-1956 fl-età ta’ 109; filwaqt li l-aħħar armla ta’ veteran tal-istess gwerra ċivili mietet fl-għomor ta’ 93 fl-2008. Irene Triplett kienet l-aħħar parti tanġibbli ta’ ġrajja li seħħet aktar minn seklu u nofs ilu.
26
21.06.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
21.06.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 334
S. CHETCUTI - MTARFA
Bi 3 Numri 068 134 188 300 337 553 563 632 656 752 803 832 847 872 901
953 B’4 Numri 0242 0332 0589 0670 1180 1204 2038 2278 2297 2336 2694 3184 3260
3290 3297 3298 3461 3715 3758 4023 4253 4902 4920 4960 5010 5636 5920 6498 6720
7345 7733 7777 8015 8235 8448 8981 9051 9076 9221 9711 B’5 Numri 01095 02064 02745
11846 16792 17266 19776 20380 23843 23863 28498 31352 42092 45060 58561 70546 73371 81373 86029
86201 93141 97750 B’7 Numri 1544187 4682683 6102601 6319290 7269602 9070446
1. 4. 7,16. 9. 10. 12. 16. 18,22.
Mimdudin: Ikunu fil-ġnien b’ħafna kuluri (5) Dejjem xemxin ikunu (4) Fil-ħalq tkun (5) Stazzjoni televiżiv (3) Tista’ tkun tal-atletika (6) Iħares lejna (6) Ara 7 Għandu
ż-żmien (5) 19,21W. Sultana (6) 20. Titqarben biha (5) 21. Irene Sant Tellus (1,1,1) 23. Paul il-kantant (4) 24. Jixtiequ (5)
5,17. 6,15. 8. 11. 12. 13. 14. 15 Weqfin: 1. Ġrieden kbar (6) 17. 21. 2,12W. Piż żgħir (5) 22. 3,11. Espressjoni komuni (5)
Inaddaf l-art? (6) Isem (9) Mibjugħa (9) Ara 3 Ara 2 Il-parti ta’ fuq tal-ġisem (3) Ħarsu lejja (6) Ara 6 Ara 5 Ara 19 Ara 18
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Jinsa, 4.Sajd, 7,23.Kristu, 9.Ras, 10.Tinxef, 12.Sospiż, 18.Te, 19.Ark, 20.Ħatab, 24.Torta
Weqfin: 1.Jorqod, 2,12W. Nassa, 3,5.Aktarx, 6,21M. Difett, 8.Rispettat, 11,16. Sodda, 13,22.Statut, 14.Żabbar, 15.Skarta, 17.Dot, 21.EBI
28
21.06.2020
kullhadd.com
TIBJIDA BISS MHIX BIŻŻEJJED Editorjal
Ir-riżultat hu li llum, biex jibqa’ jeżisti, il-PN irid jibdel l-identità tiegħu bit-tama li ħadd ma jibqa’ jagħrfu għall-passat li kellu
Min iqis fl-istess keffa liż-żewġ partiti ewlenin f ’pajjiżna jkun sempliċiment qed jagħmel disservizz lejn il-politika lokali inġenerali. Agħar minn hekk, fl-istess ħin ikun qed joffendi l-intelliġenza personali tiegħu. Dan mhux biss jgħodd għallum, iżda kien jgħodd ukoll għall-bieraħ u jibqa’ jgħodd l-istess għal għada. Avolja kien hemm, għad hawn u se jibqa’ jkun hawn, f ’xi forma jew oħra, min ipinġi stampa mżellġa, għax hekk jaqbillu, il-verità tal-fatti tibqa’ li l-Partit Laburista ħadem, stinka u kiseb l-aħjar riżultati għal pajjiżna u għal ġensna f ’kull żmien tul l-eżistenza tiegħu fl-aħħar 100 sena. Min-naħa l-oħra, ħidmet il-Partit Nazzjonalista f ’dan ir-rigward ma titqiesx imqar in-nida ħdejn ix-xita li biha l-Partit Laburista fawwar il-ġid nazzjonali b’risq il-poplu kollu u mhux xi sezzjoni partikolari tas-soċjetà li tqis lilha nfisha ’l fuq minn kulħadd. Dan minkejja li tal-ewwel kellu aktar żmien biex jamministra.
Ħu s-sitwazzjoni tal-lum! Partit Laburista li bl-umiltà kollha jibqa’ jiġġedded u ma jiddejjaqx li jieħu miżuri, inklużi dawk drastiċi, biex ma jaqax fit-tentazzjoni li jissuppervja billi jintrikeb bl-arja ta’ seba’ snin ikkaratterizzati minn ġid li ġensna qatt ma kien għadu ra bħalu. Min-naħa l-oħra, għandna Partit fl-Oppożizzjoni li skada minn tliet kapijiet ilu, iżda xorta għadu jemmen li hu biss tajjeb. Konvint li l-iżbalji dejjem għamilhom il-poplu li ma fdahx iżjed, kif għamel fl-aħħar 10 elezzjonijiet, bejn dawk ġenerali, tal-kunsilli u talParlament Ewropew. Ir-riżultat hu li llum, biex jibqa’ jeżisti, irid jibdel l-identità tiegħu bittama li ħadd ma jibqa’ jagħrfu għall-passat li kellu. Waqt li jagħmel dan, kuljum joħlom bil-konġenturi u s-suppożizzjonijiet li ma jagħmlux fatt wieħed biex jipprova jtellef il-kredibbiltà tal-avversarju u jaħtaf mill-ġdid il-poter, konxju li kif inhuma l-affarijiet u bir-regoli normali
tad-demokrazija ma jistax jerġa’ jikseb xi tip ta’ kredibbiltà. Isejjaħ għal miljun inkjesta u jgħaqqad miljun tarf biex joħloq il-kobba li jkun pinġa f ’moħħu, imma xorta jispiċċa redikolat bil-konklużjonijiet ta’ xhur ta’ investigazzjoni u nfiq ta’ miljuni ta’ ewro li ma jsibu xejn għajr għadd ta’ ġurijiet filmidja li jkunu diġà kkundannaw u kkastigaw lil min għadu lanqas biss ta l-verżjoni tiegħu tal-fatti. Għaldaqstant jista’ jagħmel miljun riforma, kif qed jagħmel bħalissa. Sakemm ma jkollux ir-rieda vera li jagħraf l-iskeletri kollha li għandu fil-gwardarobbi tiegħu, jibda jterraq fit-triq biex jeħles minnhom, kif indika meta biddel l-aħħar kap, u fuq kollox jieqaf jaġixxi bl-istess mod kif ilu jagħmel għal għexieren ta’ snin, allura r-riformi mhu se jiswewh għal xejn. Ħela ta’ riżorsi u ħin prezzjużi … żewġ ingredjenti li wkoll diġà huwa xott iżżejjed minnhom. Jekk jaħseb li llum jista’
jqarraq b’formula, li setgħet tat riżultati 40 sena ilu, u b’sempliċi motto ġdid jaqleb pajjiż ta’ taħt fuq jew jikkonvinċi poplu li mhux l-istess wieħed ta’ seba’ snin ilu, allura baqa’ ma fehem assolutament xejn. Fil-verità għażel li jibqa’ jħawwad f ’kawlata li xebgħet tiġi msaħħna qabel u l-ebda persuna f ’sensiha llum mhu se tazzarda li dduq mill-ġdid. Daqskemm il-konsenturi fondi fl-iskandli tat-terminal taċ-Ċirkewwa, l-Isptar Mater Dei u Binja Buqana, fost oħrajn, qatt setgħu jew jistgħu jitgħattew b’passata żebgħa, hekk ukoll ma jistax eżerċizzju kożmetiku jsalva wiċċ Adrian Delia jew il-PN innifsu. Bil-maqlub, u kif se jkun qed jagħmel proprju llum fi tmiem ġimgħa ta’ ġbir ta’ fondi, ilPartit Laburista se jkompli jkun ta’ eżempju u taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela jisfida lilu nnifsu biex jibqa’ jiġġedded u għada jkun aħjar milli hu llum u milli kien ilbieraħ. Dan li jixraqlu l-poplu Malti u Għawdxi.