COVID-19
KAŻI POŻITTIVI
73
KAŻI LI FIEQU
2
www.kullhadd.com Il-Ħadd, 22 ta’ Marzu, 2020 Ħarġa Nru 1,393
FADAL ĦAFNA BARRA
Mat-800 laħqu daħlu lura sakemm twaqqfu t-titjiriet; ħafna oħrajn talbu l-għajnuna għal ripatrijazzjoni Xejn inqas minn 819-il persuna, inklużi barranin residenti fostna, irritornaw Malta wara l-appelli persistenti tal-Gvern u d-deċiżjoni tiegħu li jwaqqaf ittitjiriet lejn pajjiżna mat-tokki ta’ nofsillejl ta’ nhar il-Ġimgħa li għadda. Minkejja dan, jirriżulta lillKullĦadd li l-Ministeru għallAffarijiet Barranin kien għadu sal-bieraħ jiffaċċja talbiet ta’ ħafna oħrajn li għadhom imferrxin f ’pajjiżi oħrajn u issa jixtiequ jiġu lura. Għal darb’oħra l-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta kellha rwol ċentrali biex tassisti l-Gżejjer Maltin f ’dan kollu u f ’dan iż-żmien diffiċli bħala riżultat tal-pandemija talCOVID-19, tant li fl-aħħar ftit ġimgħat addattat għaċċirkostanzi li kienu qed jinbidlu kontinwament. Dawk il-vjaġġaturi kollha, li ma rnexxilhomx jirritornaw Malta sa tmiem il-ġurnata tal-Ġimgħa li għadda, setgħu biss jikkuntattjaw lis-Situation Centre fuq +356 22042200 jew sitcen.mfea@gov. mt fi ħdan il-Ministeru għallAffarijiet Barranin sa mhux aktar tard mill-ġurnata tal-bieraħ. Fi stqarrija mill-Ministeru ngħad li l-assistenza setgħet tiġi pprovduta biss lil dawk li laħqu rreġistraw sal-bieraħ. Waqt li mhux magħruf kemm kien l-għadd ta’ talbiet li saru sa nofsillejl tal-bieraħ, din ilgazzetta hi infurmata li salĠimgħa kienu saru iżjed minn 9,000 telefonata fuq il-linja speċjali, flimkien ma’ kważi 3,400 email li ntbagħtu. L-awtoritajiet qed jipprovaw jikkonċentraw it-titjiriet lura minn Heathrow f ’Londra tant li qed jissuġġerixxu lil dawk li għadhom f ’xi pajjiż ieħor biex sadanittant jipprovaw jivvjaġġaw lejn il-kapitali Ingliża. Tkompli f’paġna 11
Ara rapport f’paġna 7
Prezz €1
INQAS AĊĊIDENTI FI TRIQ IL-KOSTA WARA L-PROĠETT Rapport f’paġni 4 u 5
L-AKBAR GĦAJNUNA U TISTA’ TERĠA’ TIŻDIED IL-PAKKETT IMĦABBAR MILL-PRIM MINISTRU L-ERBGĦA MHUX BISS M’GĦANDUX PREĊEDENTI LOKALMENT IMMA JAQBEŻ UKOLL L-ASPETTATTIVA TAL-KUNSILL EWROPEW Il-Gvern Malti ħabbar l-ewwel pakkett komprensiv ta’ miżuri li bihom qed jibda l-ġlieda kontra l-effetti ekonomiċi tal-COVID-19, jumejn biss wara li l-Kunsill Ewropew ħabbar li l-istati membri għandhom jieħdu miżuri fiskali ta’ mill-inqas 1% tal-ġid nazzjonali u miżuri li jżidu l-likwidità b’10% tal-Prodott Gross Domestiku. B’kuntrast, il-miżuri fiskali li ħabbar il-Prim Ministru Robert Abela, akkumpanjat mill-Ministri Edward Scicluna u Silvio Schembri, jilħqu l-1.5% tal-ġid nazzjonali, waqt li joffru likwidità ta’ 11.4% tal-Prodott Gross
Domestiku. Dan ifisser li, waqt li l-Unjoni Ewropea rrakkomandat lilna pakkett t’għajnuna ta’ madwar €1.5 biljun, ilGvern Malti ħabbar miżuri li jlaħħqu l-€1.8 biljun. Għal kull €10 miljun f’għajnuna li rrakkomandaw l-esperti Ewropej, il-Gvern Malti fil-fatt se jkun qed iwettaq €12-il miljun. Anke jekk dan diġà hu meqjus bħala abbundanti, jirriżulta li l-pakkett sħiħ jista’ jkun li jerġa’ jitjieb ladarba fl-aħħar jiem komplew il-laqgħat mal-imsieħba soċjali li, min-naħa tagħhom, qed jisħqu li l-€1.8 biljun
mhux se jkunu biżżejjed biex jiġu salvati l-impjiegi. Nhar l-Erbgħa l-Gvern ħabbar li mhux se jiġbor taxxi għax-xahrejn li ġejjin – miżura li mistennija tħalli mas-€700 miljun fi bwiet l-intrapriżi u s-self-employed lokali. Fl-istess ħin, tħabbar li l-Gvern se jkun qed jagħti garanziji li jlaħħqu d-€900 miljun, billi juża l-flus miġburin mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP), dak li kieku kien għall-Oppożizzjoni Nazzjonalista qatt ma kien jeżisti. Tkompli f’paġna 6
02
22.03.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 16°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Golf ta’ Gabes ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Pjuttost imsaħħab b’xi ħalbiet tax-xita iżolati Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mil-Lvant li jdur moderat għal ftit qawwi mill-Grigal Il-Viżibilità: Tajba minbarra fix-xita Il-Baħar: Qawwi li jsir moderat L-Imbatt: Baxx għal moderat mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 16°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
17°C
UV 5
11°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
16°C
UV 6
10°C
16°C
Il-Ġimgħa
UV 2
10°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
16°C
UV 7
10°C
16°C
UV 5
11°C
17°C
UV 7
11°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Pillbox Pharmacy, 63, Triq il-Bjad, In-Naxxar – 21417406 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21801698 Medicor Pharmacy, 57, Triq Carmelo Ritchie, Ix-Xgħajra – 27032296 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il-Bronja, Iż-Żurrieq – 21682251 Santa Marija Pharmacy, 40, Triq l-Għasfura, Ħaż-Żebbuġ – 21465346 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indipendenza, Ir-Rabat – 21556970 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat – 21564447
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
03
22.03.2020
kullhadd.com
IĠJENE AKBAR FISSRET 5% IŻJED F’UŻU TA’ ILMA Din iż-żieda fl-ewwel ġimgħa tal-COVID-19 f’Malta aktarx hi unika … minn din il-ġimgħa għandu jonqos drastikament il-konsum fl-industriji u n-negozji Fil-ġimgħa eżatt wara li ġie rrappurtat l-ewwel każ talCOVID-19 f ’pajjiżna fis-7 ta’ Marzu li għadda jirriżulta li kien hemm miljuni ta’ litri f ’ilma tal-vit iżjed mis-soltu li ġew ikkunsmati mill-poplu Malti. Iż-żieda li, skont sorsi qrib il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), tfisser konsum ta’ 5% aktar fil-ġimgħa bejn id-9 u l-15 ta’ Marzu li għadda jidher li ġiet irreġistrata biss wara li bdew jiddaħħlu l-ewwel każi ta’ persuni pożittivi għall-virus fl-Isptar Mater Dei. Il-każi rrappurtati lokalment jidher li qanqlu kuxjenza ġenerali akbar, anke jekk il-bżonn ta’ aktar iġjene, inkluż il-ħasil regolari tal-idejn, kien ilu jiġi rrakkomandat fostna mill-awtoritajiet
tas-saħħa sa minn meta faqqgħu l-ewwel każi tal-virus fiċ-Ċina f ’Diċembru li għadda. Minkejja dan, mit-tagħrif li għandha din il-gazzetta, jirriżulta li, fl-erba’ ġimgħat ta’ qabel, il-konsum tal-ilma tal-vit kien għadu dejjem fl-istess livelli tassoltu u ma ġiet irreġistrata l-ebda żieda sinifikanti. Jidher, iżda, li l-ġimgħa inkwistjoni fejn seħħet iż-żieda se tibqa’ unika fiċ-ċirkostanzi attwali u minn din il-ġimgħa l-konsum għandu jaqa’ drastikament avolja ħafna mill-familji issa qed iqattgħu iżjed ħin f ’darhom. Minħabba l-fatt li terz tal-konsum totali tal-ilma jmur għall-industrija, inklużi lukandi, restoranti, fabbriki, eċċ., u minn din il-ġimgħa dawn intlaqtu iżjed par-
tikolarment bin-nuqqas ta’ turisti u l-għeluq ta’ postijiet tad-divertiment, restoranti u barijiet, fost oħrajn, il-konsum tal-ilma minn dawn se jkun kważi negliġibbli. Ir-rakkomandazzjoni xorta waħda tibqa’ dik li kulħadd b’mod individwali jaħsel idejh sew u aktar frekwenti biex jevita t-tixrid tal-virus COVID-19. “Tajjeb li wieħed iserraħ ras il-pubbliku li l-provvista tal-ilma se tibqa’ normali, apparti l-ħtieġa ta’ qtugħ temporanju li ġieli jkun hemm bżonn li ssir minħabba tiswijiet fid-distribuzzjoni tal-ilma, bħalma hu mistenni li jiġri fis-sigħat li ġejjin f ’partijiet ta’ gżiritna minħabba ħsarat li hemm fil-main prinċipali tad-distribuzzjoni tal-ilma,” qalulna sorsi qrib id-WSC.
Fil-fatt, il-Korporazzjoni ħabbret li għal madwar disa’ sigħat u nofs l-akkwati ta’ Santa Luċija, Raħal Ġdid, il-Fgura, Ħal Tarxien, l-Isla, il-Birgu, Bormla, Marsaskala, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun, il-Kalkara u l-Qasam Industrijali ta’ Bulebel se jkollhom il-provvista sospiża bejn il-11:00 p.m. t’għada t-Tnejn u d-9:00 a.m. tat-Tlieta. Sadanittant f ’intervista li qed nippubblikaw illum (ara paġni 14 u 15), il-Ministru responsabbli Michael Farrugia jtenni li l-ilma, bħall-provvista tal-elettriku, hu servizz essenzjali li l-pajjiż ma jistax jgħaddi mingħajru. “Hemm katina ta’ servizzi li l-pajjiż ma jistax jgħaddi mingħajrhom u għalhekk qed nieħdu l-passi kollha neċessarji. Matul dawn l-aħħar ġranet kelli numru ta’
laqgħat ma’ esperti biex niddiskutu kif nistgħu naħdmu f ’kull eventwalità li tista’ tinqala’ fix-xenarju lokali, inkluż lockdown. Nassigura lil kulħadd li l-Gvern qed jieħu l-passi kollha,” saħaq Dr Farrugia meta mistoqsi dwar is-sitwazzjoni attwali. Hu wkoll serraħ moħħ in-nies dwar il-provvista tal-enerġija, li hi biżżejjed, anke jekk din ikollha tiżdied ħafna aktar mid-domanda normali. Dan grazzi wkoll għallfatt li l-ġimgħa li għaddiet reġa’ beda jitħaddem l-interconnector ma’ Sqallija wara li f ’Diċembru li għadda tqaċċat minn ankra ta’ bastiment. Il-ħsara, li kienet stmata li tlaħħaq il-€11-il miljun, issewwiet f ’nofs iż-żmien mistenni.
04
22.03.2020
kullhadd.com
RISKJI MNAQQSIN F’TOROQ Triq il-Kosta esperjenzat tnaqqis drastiku fl-aċċidenti tat-traffiku mindu l-proġett massiċċ fiha ġie inawgurat ħames snin ilu … l-istess jidher li se jseħħ f’toroq ewlenin oħrajn li wkoll raw titjib sinifikanti fl-aħħar snin L-investiment għaqli tal-Gvern f ’diversi proġetti li għandhom l-għan li jtejbu l-infrastruttura tat-toroq prinċipali beda jħalli r-riżultati mixtieqa, mhux biss għax tnaqqsu l-konġestjonijiet tat-traffiku li kienu jikkaratterizzawhom qabel, bil-ħinijiet twal ta’ vjaġġar minn post għall-ieħor u t-tniġġis ikkawżat, iżda anke b’rata inqas ta’ aċċidenti fihom. Skont il-klassifikazzjoni tat-toroq l-aktar perikolużi f ’pajjiżna, li Transport Malta (TM) hi obbligata twettaq kull tliet snin, Triq il-Kosta fil-limiti tan-Naxxar rat tnaqqis drastiku ta’ aċċidenti simili mindu beda u tlesta l-proġett kbir ta’ €53 miljun. Il-proġett, li inkluda t-twessigħ tal-karreġġjati u mmodernizzar fuq medda ta’ 7.3 kilometri, ġie inawgurat fl-aħħar tal-2015 u wassal biex it-triq tinżel fil-klassifikazzjoni tagħha mill-aktar triq perikoluża filpajjiż kif kienet irreġistrata sal-2011. Sorsi qrib l-awtoritajiet konċernati wrew is-sentiment ma’ din il-gazzetta li l-istess riżultati issa jiġu rreġistrati wkoll fit-toroq ta’ Triq Reġjonali, li bħal Triq il-Kosta wkoll kienet meqjusa bħala perikoluża ħafna (“black spot”), u Triq Aldo Moro. Waqt li tal-ewwel rat żvilupp sostanzjali fit-tul tattriq, li jestendi mill-Imsida għall-Gżira, sa San Ġiljan, bi proġett li ntemm kollu kemm hu f ’Settembru tas-sena l-oħra, l-istess ġara f ’dik fil-Marsa li kienet fil-qofol tal-iżvilupp fl-ewwel parti mill-akbar proġett infrastrutturali s’issa, dak tal-Marsa Junction bil-bini ta’ seba’ flyovers. Triq Reġjonali, li tgħaqqad ma’ Triq Mikiel Anton Vassalli, esperjenzat tnaqqis kbir ukoll fl-2017 mindu bdiet tintuża l-flyover ġdida li nħolqot fuq ir-roundabout bejn il-Kappara u Tas-Sliema. Triq Aldo Moro, li rat it-twessigħ bla preċedent għal 10 karreġġjati fl-2018, f ’dik l-istess sena rat l-għadd ta’ aċċidenti jonqsu bi tliet darbiet meta mqabbel mas-sentejn ta’ qabel. L-informazzjoni dwar it-toroq l-aktar perikolużi, kif ikklassifikati minn TM skont l-obbligi tal-Liġi dwar l-Awtorità għat-Trasport f ’Malta, ġiet ippreżentata fil-Parlament mill-Ministru responsabbli Ian Borg waqt li kien qed iwieġeb għal mistoqsija tad-Deputat Toni Bezzina fil-jiem li għaddew. Triq il-Kosta Mill-istatistika pprovduta għas-snin bejn l-2010 u l-2018 jirriżulta li l-medja tal-aċċidenti fi Triq il-Kosta niżlet minn iżjed minn 26 kull sena fil-perjodu 20102012 għal 17 kull sena fil-perjodu 2016-2018 wara t-tlestija tal-proġett. Minkejja dan, it-titjib seta’ kien ikbar ukoll li kieku ma seħħewx tliet aċċidenti fatali f ’dan
TRIQ MIKIEL ANTON VASSALLI /
l-aħħar perjodu mqabblin ma’ każ wieħed biss fatali fil-perjodu 2010-2012. Fl-istħarriġ tagħha dwar l-aċċidenti u liema huma l-aktar toroq perikolużi, TM tagħti piż ta’ 5 punti għal aċċidenti li jwasslu għal kull fatalità jew kull persuna li ssofri ġrieħi serji, waqt li tagħti punt wieħed għal kull persuna li ssofri ġrieħi ħfief f ’aċċident f ’dik it-triq partikolari. Triq il-Kosta fil-fatt kien għad għandha l-akbar għadd ta’ aċċidenti fl-2010 u l-2011. Fl-2012, anke jekk irreġistrat żieda ta’ aċċidenti, kienet maqbuża b’numri akbar li seħħew f ’dik is-sena fi Triq Dun Karm, il-bypass ta’ bejn l-Imsida u Birkirkara, u Triq Reġjonali mill-Imsida sa San Ġiljan. L-għadd ta’ aċċidenti naqsu sew fl-2014 u fl-2015, fiżżmien li kienu fl-aqwa tagħhom u lejn l-aħħar tagħhom ix-xogħlijiet infrastrutturali, u f ’dawn is-sentejn kienu rreġistrati 13 u 14-il aċċident rispettivament. Bid-differenza ta’ dan, mill-2010 sal-2013 kienu rreġistrati 24 każ, 26 każ, 29 każ u 23 każ rispettivament. L-istess għadd ta’ aċċidenti (14) ħames snin ilu baqa’ wkoll fis-sentejn ta’ wara fi Triq il-Kosta, għalkemm fl2018 kien hemm żieda fl-aċċidenti li wasslu għal ġrieħi ħfief f ’persuni involuti fihom. Minkejja kollox, il-medja tal-aċċidenti sa dawk ittliet snin baqgħet fl-istess livell tat-tliet snin ta’ qabel, jiġifieri 10 aċċidenti inqas kull sena mill-perjodu bejn l-2010 u l-2012. Triq Reġjonali / Triq Mikiel Anton Vassalli Din it-triq, li tgħaqqad lil Santa Venera ma’ San Ġiljan, kienet meqjusa fost l-aktar toroq b’inċidenza kbira ta’ aċċidenti tat-traffiku, tant li l-medja ta’ aċċidenti fiha kompliet tiżdied bejn l-2010 u l-2016. Waqt li l-piż (weighting) li Transport Malta tagħti fil-klassifika tagħha lil din il-medda ta’ triq, b’riżultat tal-aċċidenti u l-fatalitajiet li ġew ikkawżati minnhom,
żdied mill-perjodu 2010-2012 (178) għal dak tal-20132015 (216), dan reġa’ beda nieżel fil-perjodu 20162018 (198). Il-waqgħa f ’dan l-aħħar perjodu seħħet proprju mill-2017 ’il quddiem, mindu bdiet tintuża parti sew mill-proġett infrastrutturali fiha, inkluż il-ftuħ tal-flyover li biha s-sewwieqa bdew jiskansaw il-waqfien mar-roundabout tal-Kappara kemm-il darba riedu jkomplu lejn San Ġiljan. Dan wassal ukoll biex, waqt li sal-2016 dejjem kienet tissemma mal-aktar ħames toroq perikolużi fil-pajjiż, tinżel fid-disa’ post fl-2017 u fis-16-il post fl-2018. Triq Aldo Moro Triq Aldo Moro, li tgħaqqad Triq Diċembru Tlettax mal-proġett tal-flyovers biswit iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, saħansitra rat il-klassifikazzjoni tagħha fil-lista tal-aktar toroq b’inċidenza ta’ aċċidenti tinżel mit-tieni post fl-2016 u l-2017 għall-25 post sentejn ilu. Fl-2018 kienet is-sena li rat it-tlestija tat-twessigħ tat-triq, partikolarment fil-parti tagħha qrib id-daħla għall-kumpless sportiv tal-Marsa. L-aċċidenti akkumulati fl-2018 kienu biss sebgħa, imqabblin mal-24 aċċident fl-2016 u 21 aċċident fl-2017. Ladarba jitlesta l-proġett maestuż tal-flyovers fiż-żona, li se jiswa €70 miljun, l-awtoritajiet qed jistennew li l-istess effetti jkomplu jibqgħu rreġistrati fl-istess triq u oħrajn fil-qrib, bħal Vjal Sir Paul Boffa, Vjal Santa Luċija, Triq Giuseppe Garibaldi u Triq il-Marsa, li se jkunu qed igawdu minn tali żvilupp li m’għandu l-ebda preċedent f ’pajjiżna. Din iż-żona tara madwar 100,000 vettura jgħaddu minnha ta’ kuljum. Waqt li l-ewwel żewġ flyovers infetħu f ’Settembru li għadda, is-seba’ flyover mistennija tibda tintuża sa Ġunju li ġej, waqt li l-proġett kollu jintemm sal-aħħar tas-sena.
05
22.03.2020
kullhadd.com
LI SARU “ĠODDA”
/ TRIQ REĠJONALI
TRIQ ALDO MORO
QRIB IL-25,000 DONATUR TAL-ORGANI Minn mindu fis-16 ta’ Diċembru tal-2016 daħal fis-seħħ l-Att dwar id-Donazzjoni ta’ Organi, Tessuti u Ċelloli Umani, li jipprovdi għall-ewwel Reġistru Nazzjonali tad-Donazzjoni tal-Organi u Tessuti Umani fil-gżejjer Maltin, in-numru ta’ Maltin u Għawdxin li rreġistraw bħala donaturi jammonta għal madwar 24,000. Minn dawn aktar minn 13,000 huma nisa filwaqt li aktar minn 10,000 huma rġiel. Il-mira primarja hi li jkun hemm 25,000 donatur. Id-Direttorat għall-Istandards tal-Kura tas-Saħħa, li taħtu jaqa’ r-Reġistru Nazzjonali tad-Donazzjoni tal-Organi, nieda kampanja biex kemm jista’ jkun, u fl-iqsar żmien possibbli, iħajjar nies jirreġistraw biex isiru donaturi tal-organi wara mewthom. F’din il-kampanja wera interess partikolari d-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne li xpruna biex ikompli jikber l-interess fost il-poplu. Mitlub jikkummenta dwar iċ-ċifra ta’ madwar 24,000 reġistrazzjoni, id-Deputat Prim Ministru qal lill-KullĦadd li “t-trapjant tal-organi hu wieħed mill-akbar kisbiet fil-mediċina moderna, li madankollu, jiddependi għalkollox mill-ġenerożità u l-altruwiżmu tal-poplu. L-għażla li ssir donatur ta’ organu hi prattika nobbli li tista’ tbiddel il-ħajja ta’ ħafna nies u ħafna familji.” “Sfortunatament issa li, minħabba l-Coronavirus, qegħdin f ’sitwazzjoni li nevitaw kull tip ta’ laqgħat, l-avvenimenti kollha li kellhom x’jaqsmu mal-promozzjoni ta’ reġistrazzjoni biex wieħed isir donatur tal-organi organizzati mid-Direttorat għall-Istandards fil-Kura tas-Saħħa kellhom jiġu posposti. Xorta nħeġġeġ biex min jixtieq jissieħeb f ’din il-kampanja xorta jista’ jiġbor l-informazzjoni kollha mis-sit elettroniku www. organdonation.gov.mt jew billi jċempel fuq 25953324/25953343,” tenna l-Ministru. Għal ħafna snin, assoċjazzjoni volontarja, flimkien ma’ bosta professjonisti tassaħħa, ħadmu mhux ftit biex iħajru nies jirreġistraw bħala donaturi tal-organi wara mewthom. Fuq medda ta’ snin kienu ġew irreġistrati bejn 25,000 u 30,000 persuna, iżda minħabba l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data, din l-informazzjoni ma setgħetx tinżamm. Għal din ir-raġuni, ir-reġistrazzjoni ta’ persuni li jixtiequ jagħtu l-organi wara mewthom kellha tibda mill-ġdid. Meta wieħed jikkunsidra li b’sempliċiment reġistrazzjoni bħala donatur ta’ organi jista’ wara mewtu jkun qed isalva ħajjet ħaddieħor jew itejjiblu l-kundizzjoni tal-ħajja li jkun qed jgħix għandu jkun ta’ stimolu biżżejjed biex persuna tiddeċiedi favur dan il-pass. Tul is-sena li għaddiet u qabel faqqgħet l-imxija tal-Coronavirus kienu diversi l-azjendi u kumpaniji li ħeġġew lill-ħaddiema tagħhom biex b’ġest kollettiv iwieġbu għall-kampanja għall-ġbir ta’ donaturi tal-organi. Dawn l-inizjattivi kellhom suċċess qawwi u hu ttamat li minkejja kollox xorta jibqgħu jittieħdu. Id-Direttorat għall-Istandards tal-Kura tas-Saħħa huwa disponibbli biex jagħti kull għajnuna possibbli.
06
22.03.2020
kullhadd.com
IL-MIŻURI DAQS TLIET BAĠITS Tkompli minn paġna 1 Il-garanziji ġodda jammontaw għal irdoppjar tal-garanziji preżentament mogħtija mill-Gvern. Il-miżuri fiskali ġodda, fosthom is-sussidju għall-pagi tal-ħaddiema u ż-żidiet fil-benefiċċju għallqgħad u għal min jikri, huma ekwivalenti għas-surplus li sar fl-2019 u dak li kien mistenni din is-sena. Minbarra li hu ferm iżjed minn dak irrakkomandat internazzjonalment, il-pakkett imħabbar nhar l-Erbgħa jisboq bil-bosta dawk li twettqu minn amministrazzjonijiet preċedenti. Esperti ekonomiċi qalu lil din il-gazzetta li, pereżempju meta ffaċċjat mill-kriżi finanzjarja globali, il-Gvern Nazzjonalista kien introduċa miżuri li laħħqu mal-1.7% tal-ġid nazzjonali tal2009. Is-saħħa relattiva ta’ dawn
il-miżuri kienet tmien darbiet inqas minn dawk imħabbrin illum. “Ta’ min ifakkar li minħabba li l-ġid nazzjonali fl-2009 kien ferm inqas minn dak li hu llum, meta tħares f ’termini ta’ miljuni ta’ ewro, id-distakk bejn il-pakkett ta’ għajnuna fl-2009 u dak mogħti issa hu ferm kbir. Fil-fatt fl-2009 kienu nħarġu ftit aktar minn €100 miljun jew 18-il darba inqas milli qed jingħataw issa. Anke meta tiffoka biss fuq il-miżuri fiskali u tneħħi dawk ta’ likwidità, il-pakkett offrut fl-2009 kien jammonta għal inqas minn nofs tal-miżuri fiskali li qed jingħataw issa,” stqarrew is-sorsi tagħna. Jirriżulta li, anke meta mqabbel mal-baġits li saru taħt din l-amministrazzjoni, dan il-minibudget jitqabbel ferm tajjeb. Filfatt l-esperti jisħqu li “l-miżuri fiskali waħedhom huma akbar mill-miżuri kollha meħudin fl-
aħħar tliet baġits flimkien. Dawn il-baġits fil-fatt kienu tefgħu medja ta’ €70 miljun fl-ekonomija, mentri l-miżuri fiskali tal-pakkett ta’ stimolu ekonomiku huma tliet darbiet akbar.” Filwaqt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-esponenti tagħha
ħarġu jikkritikaw l-ammont ta’ għajnuna offrut mill-Gvern, analisti indipendenti rrimarkaw li dan il-pakkett għandu jkollu effett b’saħħtu ħafna. Fost l-oħrajn qed jiġi osservat li l-ammont ta’ għajnuna ta’ €1.8 biljun hu kważi l-istess ammont totali ta’ nefqa li għamlu t-turisti barranin bejn Marzu u Diċembru tas-sena li għaddiet. “Dan ifisser li dan l-ammont suppost hu biżżejjed biex ikopri t-telf tat-turiżmu bejn issa u l-aħħar tas-sena. Ta’ min ifakkar li l-pagi totali bejn Marzu u Diċembru 2019 fis-setturi tar-retail, trasport, lukandi u restoranti kienu jlaħħqu ż-€0.8 biljun jew inqas min-nofs tal-pakkett li ħabbar ilGvern,” sostnew l-istess sorsi. L-esperti jemmnu li, waqt li l-Gvern qed jagħmel il-parti tiegħu billi jħabbar sett ta’ miżuri bla preċedent, hu importanti wkoll li parti mill-piż tintrefa’ mis-sidien tan-negozji. Huma kkwotaw ukoll statistika uffiċjali li tindika kif is-sena li għaddiet operaturi fis-setturi tar-retail, trasport, lukandi u restoranti għamlu profitti ta’ €1.4 biljun jew id-doppju tal-profitti li
kienu saru fl-2013, u oħra li tindika li kumpaniji Maltin bħalissa għandhom depożitati €3.2 biljun mal-banek lokali, imqabbel ma’ inqas minn €2 biljun li kellhom seba’ snin ilu. Sadanittant, il-Gvern qed iżomm taħditiet kontinwi u ulterjuri mal-imsieħba soċjali, fosthom nhar il-Ġimgħa fejn il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri u l-Kap tas-Segretarjat fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru Clyde Caruana, iltaqgħu mal-Kamra tal-Kummerċ, il-GRTU, l-MHRA, l-MEA, il-GWU, il-UĦM, il-FORUM u s-CMTU. Stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru qalet li, waqt dawn illaqgħat kordjali, ġiet diskussa b’mod miftuħ is-sitwazzjoni preżenti li ġabet magħha l-imxija tal-COVID-19 u l-isfidi li jeżistu. “Filwaqt li se jibqa’ jkun hemm djalogu miftuħ mal-partijiet kollha, ġie maqbul li se jissoktaw aktar laqgħat biex kulħadd jiggarantixxi li jagħmel il-parti tiegħu u pajjiżna jirbaħ din l-isfida globali mhux biss mill-perspettiva medika, iżda anke dik ekonomika,” temmet tgħid l-istqarrija.
TĦEJJIJA GĦAL DOKUMENTARJU B’ESPERJENZI INDIVIDWALI LOKALI
Il-kumpanija Maltija Motion Blur Ltd imbarkat fuq inizjattiva biex toħloq dokumentarju li jinkludi esperjenzi personali, partikolarment dawk miġbudin fuq mobile, f ’dawn iċ-ċirkostanzi uniċi li qed nesperjenzaw illum bħall-kumplament tad-dinja. Għal dan il-proġett, imsejjaħ “The Year Earth Stood Still” (“Is-sena li fiha d-dinja waqfet”), din il-media production house, li wkoll intlaqtet minn għadd ta’ avvenimenti li tħassru mill-klijenti tagħha, waqqfet website speċifika – theyearearthstoodstill.com – fejn persuni jistgħu jibagħtu l-filmati personalizzati. Is-sit ukoll jispjega fid-dettall l-iskop tal-proġett, pariri ta’ kif għandhom jinġibdu l-filmati, x’jikkwalifika bħala validu u kif se jkun qed jintuża l-materjal ipprovdut, inkluż fejn jidħlu drittijiet tal-awtur.
07
22.03.2020
kullhadd.com
JIDDAĦĦAL L-EWWEL KAŻ TA’ COVID-19 FL-ITU L-GĦADD TA’ PERSUNI INFETTATI FOSTNA JILĦAQ IT-73 … ANZJAN ŻVILUPPAWLU KUMPLIKAZZJONIJIET U KELLU JIDDAĦĦAL FIT-TAQSIMA TAL-KURA INTENSIVA Malta lbieraħ irreġistrat disa’ każi ġodda fil-pandemija tal-Coronavirus, waqt li għall-ewwel darba pazjent ta’ 61 sena, li kien fost il-11 li ġew irreġistrati nhar il-Ġimgħa, kellu jiddaħħal fit-Taqsima tal-Kura Intensiva minħabba kumplikazzjonijiet li nqalgħulu. Fil-bulettin t’aġġornament li qed isir ta’ kuljum mis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika, il-Professur Charmaine Gauci, tħabbar kif l-għadd ta’ persuni li nstabu pożittivi għall-virus COVID-19 s’issa jlaħħaq it-73, biż-żieda ta’ disa’ persuni – ħames nisa u erbat irġiel. Waqt li l-Professur Gauci qalet li hemm 20 pazjent pożittiv li qegħdin jinżammu fid-djar tagħhom, indikazzjoni li s-sintomi tagħhom huma ħfief, ħabbret li għall-ewwel darba qiegħda tintuża t-Taqsima tal-Kura Intensiva għal persuna infettata bil-virus ġdid. L-anzjan kellu jiddaħħal fl-ITU minħabba kumplikazzjonijiet li żviluppawlu u allura kien jeħtieġ attenzjoni iżjed partikolari. Minn 233 swab test li saru bejn il-Ġimgħa waranofsinhar u lbieraħ filgħodu, disgħa rriżultaw fil-pożittiv. Dawn kienu: • Maltija ta’ 21 sena, li għandha qariba li ġiet mill-Ingilterra; • Somalu ta’ 44 sena li mar fi
COVID-19*
Il-BOV f ’Tal-Ibraġġ
KAŻI POŻITTIVI
73
KAŻI LI FIEQU
2
FATALITAJIET
0
*skont l-aħħar aġġornament mediku
Brussell, iżda obda l-awtoritajiet u qagħad fi kwarantina mindu rritorna; • Barrani ieħor miżżewweġ Maltija, li ma kienx imsiefer u ma kienx f ’kuntatt ma’ persuni diġà infettati; • Malti ta’ 55 sena li ma sifirx, iżda xorta żviluppawlu s-sintomi ġurnata wara li mar għax-xogħol; • Maltija ta’ 25 sena li tgħix ir-Renju Unit li żviluppawlha s-sintomi meta waslet Malta u kienet fi kwarantina; • Taljana ta’ 24 sena, li tgħix l-Awstralja, u wkoll qagħdet fi kwarantina; • Maltija ta’ 49 sena li kellha kuntatt ma’ persuna li siefret; • Indjan ta’ 30 sena li ma sifirx, iżda ħarġulu s-sintomi b’riżultat li jgħix ma’ peruna oħra li ġiet infettata; u
• Ingliża ta’ 68 sena li tgħix Malta u qagħdet fi kwarantina wara li ġiet minn Londra. Spiżjara pożittiva Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tkellmet ukoll dwar każ partikolari ta’ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa li taħdem fl-ispiżerija Balzan Pharmacy f ’Ħal Balzan u li rriżultat pożittiva għall-virus. Waqt li tenniet li hu diffiċli ħafna li jiġu intraċċati dawk kollha li żaru din l-ispiżerija u l-kuntatti li kellha l-istess persuna infettata fl-ispiżerija u barra, il-Professur Gauci qalet li kull min żar din l-ispiżerija bejn nhar it-Tnejn u t-Tlieta li għaddew, 16 u 17 ta’ Marzu, għandu jiżola lilu nnifsu minnufih bħala prekawzjoni.
Dwar ir-rapport li deher fuq fergħa tal-Bank of Valletta f ’Tal-Ibraġġ, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika qalet li ma kien hemm l-ebda persuna li taħdem f ’bank li rriżultat pożittiva għall-COVID-19. Iżjed tard il-BOV stess qal fi stqarrija li l-fergħa inkwistjoni tiegħu se terġa’ tiftaħ b’mod normali minn għada wara li din ingħalqet bħala mezz ta’ prekawzjoni minħabba li ħaddiem tagħha ħassu ma jiflaħx. Minkejja dan, meta sarlu s-swab test għall-COVID-19 dan irriżulta fin-negattiv. “Il-Bank of Valletta jassigura lill-klijenti tiegħu li saru t-testijiet kollha meħtieġa u l-istess testijiet irriżultaw fin-negattiv. Għaldaqstant, l-istess fergħa ġiet iddikjarata sigura biex tiftaħ għall-pubbliku. Il-Bank of Valletta se jkompli jieħu l-miżuri kollha neċessarji fl-interess tal-klijenti u l-impjegati kollha. “Waqt li jibqa’ jinkoraġġixxi l-użu ta’ mezzi diġitali għall-pagamenti u ġbid ta’ flus kontanti, iħeġġeg l-użu tal-fergħat biss f ’każi urġenti ta’ bżonnijiet bankarji. Minbarra hekk, il-bank jitlob lill-klijenti li jagħmlu użu mill-fergħat biex jirrispettaw is-saħħa ta’ xulxin u li jżommu d-distanza ta’ mill-inqas metru waqt li jkunu fil-kju,” qal ilBank.
Il-kumpanija Gozo Channel din il-ġimgħa ħabbret skeda ġdida għall-vapuri tagħha li se tidħol fis-seħħ minn għada t-Tnejn. Għalkemm il-vjaġġi jissoktaw matul il-lejl ukoll, il-frekwenza tagħhom se tkun qed titnaqqas. Vjaġġi għal materjal perikoluż isiru nhar ta’ Tlieta u Ħamis, minbarra festi pubbliċi, darbtejn kull wieħed millImġarr u ċ-Ċirkewwa.
SKEDA
MINN GĦADA T-TNEJN 23 TA’ MARZU 2020 MĠARR 01.30 03.30 05.00 06.00 (i) 06.00 06.30 (i) 06.45 07.00 (i) 07.30 08.15 09.00 09.45 10.30 11.15 12.00 12.45 13.30 14.15 15.00 15.45 16.30 17.15 18.00 19.30 21.00 22.30 23.45
ĊIRKEWWA 02.00 04.00 05.45 06.30 (i) 06.45 07.00 (i) 07.30 07.30 (i) 08.15 09.00 09.45 10.30 11.15 12.00 12.45 13.30 14.15 15.00 15.45 16.30 17.15 18.00 18.45 20.15 21.35 23.05 00.20
(i) Mit-Tnejn sal-Ġimgħa (esklużi Festi Pubbliċi) VJAĠĠI TA’ MATERJAL PERIKOLUŻ MĠARR
ĊIRKEWWA
VJAĠĠI 06.50 SPEĊJALI 12.15 It-Tlieta u l-Ħamis (esklużi Festi Pubbliċi)
07.35 13.00
08
22.03.2020
kullhadd.com
KIF ĠRAW L-AFFARIJIET MATUL IL-ĠIMGĦA Il-Ħadd 15 ta’ Marzu Is-Sibt 14 ta’ Marzu ll-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar talLiġi jgħid li tkomplew l-ispezzjonijiet fuq persuni li, skont dak imħabbar mill-Gvern, għandhom ikunu fi kwarantina. Il-pulizija tal-Administrative Law Enforcement, flimkien ma’ ħaddiema tad-Direttorat għasSaħħa Pubblika u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, għamlu 90 spezzjoni fl-ewwel 24 siegħa. L-ispezzjonijiet qed isiru kemm f ’residenzi kif ukoll f ’lukandi.
Id-Dipartiment tal-Kura Primarja jħabbar li mit-Tnejn, 16 ta’ Marzu, miċ-ċentri tas-saħħa, filwaqt li jibqgħu jingħataw is-servizzi essenzjali, se jkunu sospiżi temporanjament diversi servizzi oħrajn. Iżid in-numru tat-telefon – 21 22 24 44 – biex iżid il-kapaċità tal-Client Support Centre u jkun f ’pożizzjoni jilqa’ għaż-żieda fid-domanda li mistennija jkun hemm mill-klijenti. Fl-aħħar 24 siegħa, il-pulizija tal-Administrative Law Enforcement flimkien ma’ ħaddiema tad-Direttorat tas-Saħħa Pubblika u d-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, għamlu 134 spezzjoni. Sa minn meta l-Gvern ħabbar kwarantina mandatorja għal kull min jidħol Malta, saru total ta’ 224 spezzjoni. Jissuktaw il-preparamenti fl-Isptar Mater Dei. Fil-bulettin li jinħareġ kuljum jitħabbar li se jkun hemm aktar minn 600 sodda fl-Isptar Mater Dei u faċilitajiet oħra lesti biex jintużaw f ’każ li l-Covid-19 tinfirex fostna. Barra minn Mater Dei, diġà hemm 28 sodda ta’ iżolament fi sptar ieħor u 12 oħra fl-Isptar Boffa (li se jiżdiedu għal 65). Qed isiru preparamenti f ’faċilità oħra biex sal-aħħar tax-xahar ikun hemm 120 sodda oħra. F’Mater Dei hemm 136 sodda ġdida (se jiżdiedu għal 274) wara li żoni li ma kinux kliniċi ġew konvertiti fi swali attrezzati bl-apparat kollu. Permezz ta’ ċaqliq ta’ operazzjonijiet li mhumiex urġenti u rilokazzjoni ta’ pazjenti se jkun hemm 60 sodda liberata. Fl-Isptar t’Għawdex se jkun hemm 80 sodda allokati. Minn 20 sodda ITU, l-Isptar Mater Dei għandu l-kapaċità li jitla’ wkoll għal 100 sodda ITU, u se jkun hemm ukoll Dipartiment tal-Emerġenza li jintuża biss għall-pazjenti tal-Covid-19.
Il-Gvern u l-awtoritajiet tassaħħa din il-ġimgħa komplew bl-impenji tagħhom biex b’responsabbiltà u bi pjan meqjus, jikkumbattu l-imxija tal-COVID-19, imma wkoll jinfurmaw lill-pubbliku b’dak kollu li huwa meħtieġ għall-pajjiż f’dawn iċ-ċirkostanzi.
Is-Sibt 21 ta’ Marzu
Il-Ġimgħa 20 ta’ Marzu
Il-Ħamis 19 ta’ Marzu
Il-Professur Charmaine Gauci tikkonferma 9 każijiet oħra ta’ Coronavirus f ’pajjiżna biex b’hekk in-numru ta’ persuni milquta minn din l-imxija f ’pajjiżna tela’ 73. B’kollox saru 233 swab test u 20 pazjent pożittiv qed jinżammu fid-djar tagħhom.
Il-Gvern iħabbar li qed ikollu taħditiet kontinwi mal-imsieħba soċjali. Il-Ġimgħa ssir laqgħa bejn il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru tal-Ekonomija Silvio Schembri mal-Kamra tal-Kummerċ, il-Kamra tal-SMEs, l-MHRA, il-MEA, il-GWU, il-UHM Voice of the Workers, FORUM u s-CMTU. Waqt dawn il-laqgħat ġiet diskussa b’mod miftuħ is-sitwazzjoni preżenti li ġabet magħha l-imxija ta’ Covid-19 u l-isfidi li jeżistu.
Waqt telekonferenza mal-Ministri għas-Saħħa u mal-Ministri għall-Intern Ewropej, id-Deputat Prim Ministru u l-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne, jitkellem dwar joint procurement bejn l-istati membri u jisħaq li l-joint procurement għall-ilbies protettiv, għall-ventilators u, eventwalment, għall-vaċċin, għandu jibda minnufih. Jitkellem ukoll dwar l-importanza li jiġu mobilizzati riżorsi finanzjarji, biex b’hekk il-pajjiż u l-qasam mediku jkollhom il-fondi neċessarji biex jikkumbattu l-Covid-19. F’messaġġ lin-Nazzjon il-President George Vella jgħid li l-pazjenti milquta minn dan il-virus jinsabu f ’idejn tajba, u l-kura li qed jirċievu hija waħda mill-aqwa. Iwassal apprezzament lill-ħaddiema kollha tas-settur tas-saħħa, u lil dawk kollha f ’dipartimenti oħra, kif ukoll lill-voluntiera li qed jieħdu ħsieb lill-pazjenti. Jisħaq fuq is-sens ta’ responsabbiltà li għandu jmexxi lill-poplu f ’kull pass li jieħu. Jitħabbar l-għeluq tal-ajruport għal titjiriet lejn il-pajjiż b’effett minn nofsillejl tal-Ġimgħa 20 ta’ Marzu. Il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u Affarijiet Ewropej iħabbar assistenza għall-Maltin li jinsabu barra ’l pajjiż. Wara l-għeluq tal-iskejjel u l-inizjattivi edukattivi li bdew mill-ewwel, il-Grupp ta’ Ħidma stabbilit mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kompla jiltaqa’ u ħeġġeġ lill-edukaturi biex ikomplu bil-proċess ta’ tagħlim online għall-istudenti tagħhom. L-edukaturi jistgħu jitolbu appoġġ f ’dan direttament permezz tal-iskejjel tagħhom jew permezz tas-website u tal-linji telefoniċi għall-għajnuna https: //digitalliteracy.skola.edu.mt/. Repożitorju tar-riżorsi edukattivi huwa wkoll disponibbli fuq www.curriculum.gov.mt u qed jiġi aġġornat kontinwament. Il-MATSEC Unit se ttella’ wkoll għadd ta’ skemi ta’ mmarkar disponibbli għal numru ta’ suġġetti tas-SEC. Din ir-riżorsa hija disponibbli mingħajr ħlas flimkien ma’ karti tal-eżami tal-passat fuq is-sit web tal-MATSEC: https: //www. um.edu.mt/matsec/pastpapers/. Is-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet iħabbar estensjoni awtomatika bi tliet (3) xhur ta’ permessi ta’ residenza u ta’ xogħol lill-ħaddiema kollha barranin fl-oqsma tas-saħħa u tal-kura tal-anzjani u tan-nies b’diżabilità li l-permess tax-xogħol tagħhom wasal biex jiskadi fiżżmien li ġej u miżuri oħra konnessi ma’ ħaddiema barranin.
09
22.03.2020
kullhadd.com
It-Tnejn 16 ta’ Marzu ll-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali u s-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità jinformaw li nedew helpline għal dawk l-anzjani li għandhom bżonn in-neċessitajiet u m’għandhom lil ħadd biex jgħinhom. Persuni li għandhom iżjed minn 60 sena, huma mingħajr ebda appoġġ, u għandhom bżonn ta’ mediċini, ikliet lesti, jew prodotti tal-ikel bħal frott u ħaxix (groceries), jistgħu jingħataw l-għajnuna meħtieġa billi jċemplu fuq 25903030. Is-servizz huwa disponibbli mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8am sal-4pm, festi pubbliċi inklużi u nhar ta’ Sibt mit-8am sas-1pm. Il-Professur Charmaine Gauci tħabbar li nstabet persuna Għawdxija li taħdem Malta, li kienet infettata bil-Covid-19. Il-pazjenta tittieħed l-isptar Malta f ’ambulanza fi vjaġġ tal-Gozo Channel li sar apposta għal eventwalità bħal din. Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza jinforma li s-seduti quddiem il-ġudikanti ġew sospiżi b’effett mis-16 ta’ Marzu ’l quddiem, u li mhux se jkun possibbli li jiġu preżentati atti fir-reġistri kollha. Jinħoloq helpline tal-Qorti - 2590 2000. ll-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali jħabbar illi fiċ-ċirkostanzi eżistenti, adotta proċeduri biex jiġi assigurat li s-servizz tas-Substance Misuse Out-Patients Unit (DETOX) ikompli jingħata lill-klijenti. Il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali tassigura li t-tqassim tal-Methadone fiċ-Ċentru tad-DETOX huwa sigur u tgħid li ħadd mhu se jitħalla jidħol fil-bini tad-DETOX, għajr għall-każijiet ta’ emerġenza. L-appuntamenti ta’ follow-up ġew posposti u mhux se jkun hemm laqgħat barra jew żjarat mit-tobba fil-komunitajiet ta’ riabilitazzjoni mill-vizzji, li jinkludu fost oħrajn il-Komunità Santa Marija u anke l-Caritas. Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Byron Camilleri, ħabbar l-għeluq talbars, ristoranti, gyms, każini u swali taċ-ċinema u swali tat-tombla fost oħrajn, b’effett mit-Tlieta f ’nofsillejl. Il-ħwienet jistgħu jaħdmu jekk joffru servizz ta’ take-away u deliveries. Semma li hemm sitwazzjonijiet ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli tal-kwarantina, sitwazzjoni li mhux aċċettabbli. B’effett immedjat il-multa marbuta mal-ksur ta’ kwarantina żdiedet minn €1,000 għal €3,000 għal kull ksur. Il-Prim Ministru jerġa’ jappella għar-responsabilità u kooperazzjoni tal-poplu.
It-Tlieta 17 ta’ Marzu ll-Ministeru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur flimkien mal-Istitut għall-Istudji Turistiċi jħabbar li l-għeluq tal-ITS mhux se jkollu effett fuq l-istudenti. L-ITS qed jagħmel użu mill-għodda diġitali tiegħu biex għalissa jkompli esklussivament bil-programm ta’ tagħlim b’mod online. Studenti li kienu barra minn Malta u ġew lura jistgħu jkomplu bl-istudji tagħhom lokalment. L-istudenti li qed jistudjaw fl-Università tax-Xjenza Applikata f ’Haaga-Helia fil-Finlandja se jkomplu l-istudji tagħhom online. Il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali flimkien mas-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva u l-Persuni b’Diżabilità jniedu komunikazzjoni permezz ta’ video calls, midja soċjali, telefonati jew mezz ieħor ta’ komunikazzjoni bejn ir-residenti u l-qraba tagħhom. Jibdew diversi sessjonijiet tal-Università tat-Terza Età fuq ir-radju, trażmessi fuq l-istazzjon tar-radju tal-Università, Campus FM, frekwenza 103.7.
L-Erbgħa 18 ta’ Marzu Il-Ministeru għal Għawdex jinforma li l-kumpanija Gozo Channel għamlet tibdil fl-iskeda tagħha mit-Tnejn 23 ta’ Marzu. Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza, u l-Governanza jinforma s-sospensjoni tat-termini dwar il-ħidma tan-Nutara Pubbliċi. Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministri Edward Scicluna u Silvio Schembri, jħabbru pakkett finanzjarju ieħor ta’ kważi €2 biljun biex l-ekonomija tkun megħjuna waqt l-imxija ta’ Covid-19. Il-pakkett huwa maħsub biex jipproteġi l-likwidità tan-negozji minn dan il-perjodu u lill-poplu. Pakkett maħsub biex jipproteġi lin-nies, lill-ħaddiema, lis-selfemployed, lill-familji li għandhom it-tfal. Miżuri fost oħrajn li jaħsbu f ’dawk li jridu jħallsu self lura lill-banek, lil dawk il-persuni li jridu aktar sussidju ta’ kera, persuni li għandhom diżabilità u li ma jistgħux jibqgħu jaħdmu. Il-Prim Ministru jtenni l-ħidma biex ma jintilfux impjiegi, iżda kemm-il darba jkun hemm dik l-eventwalità l-Gvern se jkun qed jaħseb għalhekk.
FILMS LI QED “JINXTERDU” MALAJR FIĊ-ĊIRKOSTANZI Bil-pandemija tal-COVID-19 li nxterdet madwar id-dinja kollha, b’pajjiżi li għażlu li jmorru għal-lockdown sħiħ u dawk, bħal pajjiżna, li għalqu l-iskejjel, il-knejjes u postijiet oħrajn li ġeneralment ikunu ffullati u introduċew kwarantina mandatorja għal kull min ikun ġej minn barra, il-films huma wieħed mill-mezzi ta’ divertiment li raw żieda kbira fl-aħħar ġimgħat. Fit-tema taċ-ċirkostanzi li qegħdin ngħixu llum, ħejjejna sensiela ta’ 10 films, li qed jaraw id-domanda internazzjonali għalihom tikber proprju għax jistgħu jixbhu l-attwalità reali. F’dan ir-rigward, maż-żmien, il-fantasija fid-dinja ċinematografika ħasbet għal bosta fiex wieħed jiżvoga, anke jekk illum ’il bogħod mis-swali ċinematografiċi, li jinsabu magħluqin ukoll. Mill-“World War Z” ta’ seba’ snin ilu, li kien ġab lil Brad Pitt jaħdem partijiet sew minnu f ’Malta, għall-imxija li ried jipprova jrażżan ġgant ieħor ċinematografiku – Dustin Hoffman – fil-film “Outbreak” ta’ 25 sena ilu, l-għażla kienet pjuttost diffiċli. Hawn huma l-ewwel ħamsa li, fl-opinjoni tagħna, jixirqilhom titwila mill-ġdid. Ħamsa oħra nwassluhom il-ġimgħa d-dieħla.
“I AM LEGEND” Il-ktieb “I Am Legend” ta’ Richard Matheson ippubblikat fl-1954 ispira tliet films b’addattazzjonijiet differenti, “The Last Man On Earth” (1964, Vince Price fil-parti prinċipali), “The Omega Man” (1971, Charlton Heston fil-parti prinċipali) u dan tal-2007 li żamm l-istess isem, iżda bidel ħafna mill-istorja. Kulma għandhom komuni hu li mxija qerrieda eliminat il-maġġoranza tal-umanità u dawk li baqgħu ħajjin, għajr il-protagonist, inbidlu kollha fi speċi ta’ vampiri. Dan il-film dirett minn Francis Lawrence jara lill-attur Will Smith fil-parti ta’ virologu fi New York City li jipprova jsib kura għall-virus, intenzjonat biex ifejjaq il-kanċer, li spiċċa biex qered l-umanità u dawwar lil bosta f ’mutanti qattiela li jgħixu biss fid-dlamijiet.
“CONTAGION” Dan il-film ċelebri tad-direttur Steven Soderbergh abbli l-aktar li jixbah il-pandemija attwali, fejn il-protagonista Gwyneth Paltrow tirritorna lura f ’artha, f ’Minnesota, l-Istati Uniti tal-Amerika, wara li tkun laqqtet marda stramba waqt żjara f ’Hong Kong. Fl-agħar xenarju possibbli, il-film jiffoka wkoll fuq imxija ta’ għajdut u paniku li jolqtu lis-soċjetà, flimkien mad-diffikultà biex tinstab il-kura u l-mod kif teoriji ta’ komplott jieħdu r-riħ. Il-film, li ħareġ fl-2011, jinkludi wkoll lill-atturi Matt Damon, Kate Winslet u Jude Law, fost oħrajn.
“THE STAND” Għalkemm mhux fiċ-ċinema, din il-mini series ta’ Mick Garris kisbet popolarità meta ħarġet fl-1994, bl-atturi Gary Sinise, Molly Ringwald u Rob Lowe, fost il-partijiet prinċipali. L-istorja hi bbażata fuq il-ktieb bestseller tal-istess isem ippubblikat fl-1978 minn Stephen King. King innifsu wkoll addatta l-istorja għat-televiżjoni. Il-ħruġ aċċidentali ta’ virus intenzjonat għal arma bijoloġika, magħruf “Project Blue”, joħloq pandemija u jwassal biex 99.4% tal-popolazzjoni dinjija tmut, inklużi annimali.
“OUTBREAK” Meta virus ġdid, li ddaħħal klandestinament mill-Afrika, ifaqqa’ f ’belt żgħira Amerikana, xjenzati miċ-ċentru nazzjonali għall-kontroll tal-mard (immexxijin minn Dustin Hoffman) jinqabdu fi ġlieda kontra l-ħin biex iwaqqfu milli tissokta l-imxija. Sfortunatament iridu jħabbtu wiċċhom ukoll ma’ ġeneral tal-armata li determinat li juża l-virus bħala arma bijoloġika u allura jidħol fin-nofs tat-tentattivi biex tinstab il-kura. L-istorja tal-film, li għandu direzzjoni ta’ Wolfgang Petersen, kienet ispirata mill-imxija storika ta’ viruses, bħall-Ebola, waqt li bħala protagonisti nsibu wkoll lill-atturi Morgan Freeman u Rene Russo.
“WORLD WAR Z” Għal dawk li jħobbu l-istejjer tal-fantasija ta’ kif l-umanità jirnexxilha ssalva bi ħniena minn apokalissi taż-zombies, allura żgur jiġihom f ’moħħhom dan il-blockbuster tad-direttur Marc Forster, ibbażat fuq il-ktieb ta’ Max Brooks tal-2006, u partijiet minnu miġbudin f ’Malta li nbidlet f ’Ġerusalemm. L-attur Brad Pitt jaħdem il-parti tal-eks impjegat tal-Ġnus Magħquda li jintalab jgħin lill-qawwiet militari Amerikani biex tinstab kura għal din il-pandemija partikolari, bil-patt li martu u ż-żewġ uliedu jinżammu siguri fuq aircraft carrier. Il-missjoni tieħdu f ’Iżrael fejn il-Mossad jirnexxilhom iwaqqfu żona sigura minn qabel faqqgħet il-pandemija u fejn jista’ jkollu risposta għall-kontroll tal-virus. Hemm hu jiskopri li ż-zombies ma jattakkawx persuni li jkunu diġà morda b’xi ħaġa oħra.
10
22.03.2020
kullhadd.com
INĠINIERI MALTIN JIBNU APPARAT LI JIĠI KKONTROLLAT BIL-MOĦĦ Ta’ spiss naqraw bl-avvanzi li d-dinja qed tagħmel permezz tax-xjenza. U ħafna drabi dawn l-istejjer ikunu ġejjin lil hinn minn xtutna. Madankollu, anke Maltin imħarrġin u li huma professjonisti f ’xogħolhom, iħabbtuha sew ma’ sħabhom fis-settur rispettiv tagħhom. Inġinieri mill-Università ta’ Malta rnexxielhom iwettqu proġett interessanti ferm u wkoll wieħed li jkompli jagħti aktar indipendenza lil persuni li minħabba s-sitwazzjoni tagħhom għandhom bżonn għajnuna anke f ’affarijiet li għal dawk li ma jinsabux fl-istess sitwazzjoni jitqiesu bħala “sempliċi”. Dan il-proġett hu l-iżvilupp ta’ sodda motorizzata li tħalli persuni li għandhom mobbiltà ristretta biex jikkontrollaw din is-sodda permezz tal-moħħ. Fuq dan il-proġett, imsejjaħ Brainapp, kien hemm numru sabiħ ta’ inginieri. Dr Tracey Camilleri, il-Professur Kenneth
Camilleri, Dr Owen Falzon u l-Inġinier Rosanne Zerafa, membri tad-Dipartiment Systems and Control Engineeing u wkoll iċ-Ċentru taċ-Ċibernetika Bijomedika tal-Università, ingħaqdu ma’ 88.eu, kumpanija industrijali Maltija, biex waslu għal dan il-proġett. Ġeneralment sodod motorizzati jkunu kkontrollati permezz ta’ apparat li jintuża bl-idejn u li permezz tiegħu dak li jkun ikun jista’ jagħmel aġġustament fl-inklinazzjoni tas-sodda billi jagħfas buttuna u b’hekk ibaxxi jew jgħolli s-sodda, fost oħrajn. Imma dan ma jibqax faċli għal dawk il-persuni li s-sitwazzjoni tas-saħħa tagħhom ma tippermettix, u għalhekk biex sempliċiment ibaxxu jew jgħollu s-sodda tagħhom ikunu jiddependu minn ħaddieħor. Imma permezz tal-Brainapp, issa l-kontroll ta’ sodda motorizzata hija ħafna aktar faċli. Dan isir permezz ta’ tablet u apparat li jitwaħħal ma’ ras il-persuna. Dan
l-apparat ikejjel l-attività tal-moħħ u meta l-persuna tidentifika l-funzjoni li tkun trid minn għażla li jkun hemm fuq it-tablet, is-sistema b’mod awtomatiku tagħraf dan u tattiva din il-funzjoni. It-tim wara dan il-proġett jemmen li kontroll permezz tal-moħħ hu l-mezz ta’ komunikazzjoni tal-futur. Jgħidu li, kemm bl-esperjenza tagħhom kif ukoll bl-interess dejjem jikber f ’din ix-xjenza partikolari, din hi opportunità għal innovazzjoni f ’oqsma relattivament ġodda. Din mhix xi ħaġa remota lanqas. Fil-fatt, Facebook bħalissa għaddej ukoll fuq proġett li juża l-moħħ bħala kontroll u li għandu l-għan li jwassal biex persuni, li s-sitwazzjoni ta’ saħħithom ma tippermettix li jużaw idejhom, ikunu jistgħu jiktbu fuq keyboard ta’ kompjuter u allura jkunu jistgħu jikkomunikaw ukoll. Din ix-xjenza għadha
LESTI ŻEWĠ TERZI TAL-BREAKWATER TA’ MARSAXLOKK
Wara ħafna snin ta’ stennija s-sajjieda Xlukkajri qed jaraw ilbreakwater fil-ponta tal-Qrejten jimmaterjalizza hekk kif diġà tlestew 70 metru mill-istruttura tiegħu, li se tkennilhom il-port u tnaqqas ir-riskji li l-maltemp jagħmel ħsarat lill-bastimenti tas-sajd tagħhom meta l-inħawi jaħkimhom mewġ qawwi minNofsinhar. Dan il-proġett ta’ €4 miljun biex jittejjeb l-aċċess u l-użu tal-Port ta’ Marsaxlokk, hu investiment ieħor fl-infrastruttura marittima li Infrastructure Mal-
ta se tkun qed tlesti din is-sena. Il-breakwater se jkun twil mal-110 metri u qed jinbena f ’fond ta’ madwar 3.5 metri taħt il-livell tal-baħar. Il-wiċċ tiegħu ’l fuq mill-baħar se jkun wiesa’ mas-6 metri. Madwar l-istruttura nnifisha se jitqiegħed ġebel kbir biex ikisser il-mewġ u jżommu milli jidħol b’qawwa fil-port. L-istruttura se tkun tixbah lil dik tal-breakwater tal-Port talImġarr, f ’Għawdex. Il-proġett qed isir f ’fażijiet, billi kull darba li jitlesta t-tħam-
mil f ’tul ta’ madwar 6 metri, issir mill-ewwel sodda tal-konkos biex jiġi nvellat qiegħ il-baħar. Permezz ta’ għaddasa qed jitniżżlu u jiġu nvellati blokki kbar tal-konkos li permezz tagħhom jinbena bħal ħajt mill-qiegħ sa wiċċ l-ilma. Il-blokki jimtlew bil-konkos u hekk kif jitlestew 6 metri, dan il-proċess jibqa’ jiġi ripetut sakemm jinbena l-breakwater kollu. Wara jinbnew id-deck u l-ħajt (wave wall) li jkun ogħla mil-livell tal-baħar biex jilqa’ l-mewġ. Finalment, ma’ dan il-ħajt jitpoġġew il-blajjet kbar li magħhom jitkisser il-mewġ. Il-breakwater fil-Ponta tal-Qrejten, li hu kofinanzjat mill-Fond Ewropew Marittimu u għas-Sajd tal-Unjoni Ewropea, se jnaqqas il-forza tal-mewġ li jidħol fil-bajja ta’ Marsaxlokk u li jikkaġuna ħafna ħsarat. Infrastructure Malta bħalissa għaddejja wkoll bl-ippjanar ta’ proġett ieħor sabiex tibdel u ttejjeb il-puntuni tas-sajjieda fl-inħawi tal-Magħluq.
pjuttost fil-bidu tagħha u hemm lok għal ħafna titjib, imma hemm prospetti tajbin ħafna għall-futur. Il-proġett Brainapp hu ffinanzjat permezz tal-fond FUSION tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
WEBINARS FUQ IL-COVID-19 Akkademiċi kemm tekniċi kif ukoll professjonisti, xjenzati u studenti jistgħu jkomplu jaġġornaw ruħhom dwar ilCOVID-19 b’sensiela ta’ seminars virtwali, magħrufa bħala webinars, li se jiġu organizzati minn għada mid-Dipartiment tal-Farmaċija fl-Università ta’ Malta. Dawn il-webinars se jindirizzaw suġġetti xjentifiċi avvanzati u matulhom se jkun mistħarreġ u wkoll tingħata informazzjoni dwar ix-xjenza, miti u realtajiet dwar il-kura għall-Coronavirus.
Il-Professur Anthony Serracino-Inglott, li hu wkoll iċ-Ċermen tal-Awtorità tal-Mediċini u tal-Malta Laboratories Network, se jindirizza l-ewwel webinar għada t-Tnejn fid-9.00 ta’ filgħaxija. Il-Professur Serracino-Inglott ilu wkoll mill-1989 jagħti kontribut bħala Professur fid-Dipartiment tal-Farmaċija tal-Università. Il-parteċipazzjoni għal dawn il-webinars hi limitata għall-ewwel 100 parteċipant u dawk interessati huma mħeġġa jibagħtu email fuq pharmacy. ms@um.edu.mt.
AKTAR LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI SE JIĠU POSPOSTI Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-Kumitati Lokali tal-Partit Laburista, li bdew jiġu posposti sa mill-ġimgħa li għaddiet bħala prekawzjoni minħabba l-pandemija tal-COVID-19, għad irid ikollhom data oħra stabbilita. F’din il-ġimgħa li ġejja kellhom jiġu organizzati 13-il laqgħa oħra simili f ’diversi lokalitajiet, inkluża dik tad-distrett t’Għawdex. Din kellha tkun l-aħħar ġimgħa ta’ dawn il-laqgħat qabel imbagħad issir il-Konferenza Ġenerali lejn l-aħħar t’April. Il-lokalitajiet, li kellhom il-Laqgħat Ġenerali Annwali skedati filġimgħa li ġejja, kienu: Tal-Pietà, ilBirgu, Ħal Lija, l-Imsida, Ħal Għaxaq, Raħal Ġdid, il-Qrendi, Ħal Qormi, ir-Rabat, Tas-Sliema, il-Mosta u n-Naxxar. Dati oħrajn jitħabbru ’l quddiem.
11
22.03.2020
kullhadd.com
L-IMPORTANZA LI PAJJIŻNA JKOLLU L-LINJA TAL-AJRU TIEGĦU Tkompli minn paġna 1 Sas-Sibt li ġej, l-Air Malta għandha skedati titjira kuljum (KM4100) minn Heathrow li fuqha tista’ ġġib il-passiġġieri, minflok il-merkanzija. Titjira oħra kuljum mill-istess ajruport hi skedata għall-ġarr tal-merkanzija. Destinazzjonijiet oħrajn Ewropej minn fejn il-linja nazzjonali tal-ajru se tkun tista’ tgħabbi n-nies fil-jiem li ġejjin huma: tnejn minn Frankfurt (KM4328)
nhar it-Tlieta u l-Ħamis; tlieta minn Amsterdam (KM4394) nhar it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ġimgħa; tlieta minn Charles de Gaulle f ’Pariġi (KM4478) it-Tlieta, il-Ħamis u s-Sibt; tlieta minn Brussell (KM4420) it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ħamis; u tnejn minn Vjenna (KM4514) it-Tlieta u l-Ħamis. Mhux eskluż li jkun hemm titjiriet singulari għal bliet u stati oħrajn jekk ikun neċessarju. Kull min jiġi lura minn barra jrid jobdi l-kwarantina mandatorja ta’ 14-il ġurnata kif iddaħħlet
mill-Gvern nhar it-13 ta’ Marzu li għadda. Wara l-projbizzjonijiet tal-ivvjaġġar imposti mid-diversi gvernijiet, l-Air Malta daħħlet u bdiet topera diversi titjiriet ta’ “salvataġġ” biex iġġorr provvisti mediċi urġenti, posta, merkanzija u anke tirripatrija ċittadini milqutin minn dawn il-projbizzjonijiet. Dawn it-titjiriet li qegħdin joperaw bl-aktar mod sigur possibbli għall-benefiċċju tal-klijenti u l-impjegati tal-istess linja, qegħdin jiġu kkordinati mal-awtoritajiet kompetenti tal-Gvern. Ir-rwol tal-linja nazzjonali tal-ajru
Iċ-ċirkostanzi tal-lum qed juru aktar l-importanza li pajjiżna jkollu l-linja nazzjonali tal-ajru affidabbli tiegħu
hu sinifikanti peress li jipprovdi rabta vitali mad-dinja. L-Air Malta, li hi intrinsikament marbuta mal-Gżejjer Maltin, qed terġa’ turi r-responsabbiltà li għandha, għax waqt li linji tal-ajru oħrajn li joperaw lejn pajjiżna għandhom l-azzjonisti tagħhom f ’qalbhom, l-azzjonist tal-Air Malta hi Malta nnifisha. Hi l-unika linja tal-ajru li topera minn Malta li ġġorr kemm każi ta’ pazjenti fuq streċer u inkubaturi ta’ trabi tat-twelid li jeħtieġu kura medika urġenti barra mill-pajjiż. F’dan iż-żmien, għandha kuntatt regolari wkoll mal-awtoritajiet tas-saħħa biex iġġorr mediċini u materjal mediku ieħor urġenti minn u lejn Malta, kultant anke taġġusta l-operat tat-titjira biex takkomoda dan. Xi wħud minn dan il-materjal jinkludi sustanzi radjoattivi meħtieġa għal madwar 40 pazjent bil-kanċer kull ġimgħa. Il-materjal jinġarr tliet darbiet fil-ġimgħa fuq it-titjira ta’ Ruma tal-Air Malta u saru arranġamen-
ti biex ikun jista’ jinġarr malajr lejn l-Isptar Mater Dei fejn jingħata dan it-trattament li hu sensittiv għax ikun irid jingħata f ’ħin qasir. Minkejja l-projbizzjoni attwali tal-ivvjaġġar, il-linja tal-ajru qed tkompli b’dawn is-servizzi b’permess specjali mogħti mill-awtoritajiet. Sorsi qrib il-linja qalu lillKullĦadd li “matul l-istorja ta’ 45 sena tagħha, l-Air Malta appoġġjat lill-gżejjer b’diversi modi kemm meta investiet f ’rotot ġodda li għenu fid-diversifikazzjoni tas-swieq tal-prodott turistiku tagħna kif ukoll billi appoġġjat setturi oħrajn, bħas-servizzi finanzjarji, manifattura u logħob digitali, fost oħrajn. Il-linja tal-ajru sostniet ukoll l-iżvilupp soċjali u ekonomiku tal-gżejjer. Fiċ-ċirkostanzi tal-lum hi impenjata li tkompli tagħti l-almu sħiħ tagħha sakemm tgħaddi din is-sħaba minn fuqna wkoll.” Dan juri l-importanza li pajjiżna jkollu l-linja nazzjonali tal-ajru affidabbli tiegħu, għax, bħala gżira-stat, m’għandna l-ebda netwerk ieħor alternattiv li jista’ jaqdina daqstant malajr fi żminijiet ta’ bżonn.
KAP ĠDID GĦAL L-EBDA KSUR IL-ĠIMGĦA ONE NEWS MINN STABBILIMENTI
Edward Montebello hu l-Kap il-ġdid tat-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ ONE, b’seħħ minn din il-ġimgħa. Stqarrija minn ONE Productions Ltd nhar it-Tnejn li għadda ħabbret li, minn dakinhar stess, is-Sur Montebello kien qed jieħu l-post ta’ Owen Galea. Montebello, li għandu 33 sena, għandu Baċellerat bl-Unuri fl-Istorja u PGCE (Pedagoġija tal-Istorja). Huwa se jkun qed jidħol fil-kariga wara li fl-aħħar snin serva bħala ġurnalist ta’ ONE News, inkluż bħala Assistent Kap tal-istess taqsima. Fl-aħħar snin hu kien ukoll responsabbli minn bosta produzzjonijiet televiżivi fuq ONE, inkluż numru ta’ dokumentarji ta’ natura ġurnalistika storika. ONE Productions Ltd irringrazzjat lis-Sur Galea, li temm il-ħidma tiegħu fit-Taqsima tal-Aħbarijiet ta’ ONE u awguratlu l-isbaħ affarijiet fil-ħidma l-ġdida tiegħu.
L-Awtorità Maltija għatTuriżmu (MTA) nhar ilĠimgħa ma sabet l-ebda stabbiliment tal-ikel u oħrajn jiksru xi regolamenti imposti millGvern fost aktar minn 360 spezzjoni li saru matul il-jum. Bl-iskop li tara li ma jinkisrux l-Avviżi Legali 76 u 82 tal-2020, l-MTA kompliet bl-ispezzjonijiet tagħha u salĠimgħa kienu jlaħħqu għal aktar minn 2,200 mindu daħlu
fis-seħħ l-istess regolamenti. Il-lokalitajiet fejn saru l-ispezzjonijiet il-Ġimgħa kienu jinkludu l-Mellieħa, l-Armier inkluż Little Armier, San Pawl il-Baħar, ix-Xemxija, is-Swatar, il-Ħamrun, il-Marsa, il-Fgura, Bir id-Deheb (limiti taż-Żejtun) u Birżebbuġa. Waqt li qalet li l-ispezzjonijiet ukoll issoktaw f ’Għawdex, l-Awtorità wriet is-sodisfazzjon li l-istabbilimenti tal-ospitalità, il-ca-
tering u oħrajn li jaqgħu taħt l-Avviżi Legali jidhru li qed jifhmu l-importanza tal-miżuri introdotti mill-Gvern u qed josservawhom bis-sħiħ. Hi appellat ukoll lill-pubbliku inġenerali biex jikkopera u jekk jiltaqa’ ma’ xi ksur ta’ regolamenti simili hu mitlub jinfurmaha fuq il-helpline 21692447 jew permezz talemail tourismcovid-19helpline@visitmalta.com.
12
22.03.2020
kullhadd.com
ŻEWĠ BILJUN RAĠUNI Glenn Bedingfield Whip għall-Gvern
Bla dubju li minn wara t-Tieni Gwerra ma għexna l-ebda ċirkostanza bħalma qed ngħixu llum. Din hi sitwazzjoni straordinarja li qed terġa’ tnissel fina l-Maltin sens ta’ fratellanza u għaqda nazzjonali, ħlief għal xi wieħed li ma jegħja qatt ipeċlaq fil-vojt għax mogħmi minn kulur politiku. L-esperjenza li għexna s’issa qed nara fiha s-sens ta’ reżiljenza tal-poplu Malti li kapaċi jaddatta għal kull sfida
li ġiet f ’ħoġor kulħadd bla mistenni. Din mhijiex problema li xi ħadd għandu esperjenza tagħha għaliex pajjiżna qatt ma affaċċja xi ħaġa bħal din. Madankollu xorta ssib “l-esperti” u ssib min jgħidlek, isma’ minni hekk trid tagħmel. Min qiegħed jgħid hekk u mingħalih li jifhem f ’kollox u għandu soluzzjoni għal kull problema, għadu ma sabx soluzzjoni għall-problemi tiegħu. Faċli titkellem fuq flus il-poplu Malti, faċli tberbaq dak li tkun faddalt. Faċli ħafna. Imma x’jiġri wara? Bħala Gvern responsabbli ma rridux li d-dejn tagħna jħallsuh uliedna u wlied uliedna. Anzi aħna mhux dejn għandna imma surplus u mnalla għandna l-finanzi tagħna fissod għaliex kieku l-Gvern ma setax jindirizza din il-problema bl-aħjar mod għax kien ikun ristrett. L-għaqal finanzjarju talGvern Laburista qed nimxu
bih illum li għandna din il-kriżi u nibqgħu nkunu għaqlin anke wara. Għaliex li qed jagħmel il-Gvern bħalissa huwa li jieħu miżuri ta’ emerġenza biex jgħin familji ta’ ħaddiema u negozji ħalli jgħaddu minn dan il-perjodu bl-anqas problemi possibbli. L-għajnuna diretta mistennija tkun ta’ madwar żewġ biljun ewro, imbagħad hemm ukoll għajnuna indiretta. Naturalment l-għaqdiet ta’ min iħaddem jgħidu li żewġ biljuni mhuma se jsolvu xejn. Imma jien ċert illi kieku l-Gvern ta b’għaxar biljuni f ’għajnuna wkoll kienu jgħidu li ma kienx biżżejjed. Minflok kienu jsibu żewġ biljun raġuni kontra l-Gvern, kienu jsibu għaxar biljun raġuni. L-istess l-Oppożizzjoni, ħarġet proposti li meta tarahom tgħid ara kemm huma tajbin, għaliex huma proposti populisti. Iżda huma proposti nieqsa mis-serjetà.
Proposti li saru ta’ kafkaf biex jaraw kif se jieħdu vantaġġ politiku minn sitwazzjoni sfortunata. Li kieku l-Oppożizzjoni tibda tikkopera mal-Gvern, kienet tikseb iktar appoġġ milli kisbet bil-proposti li ħarġet bihom. Għax għall-inqas kienet tidher Oppożizzjoni kredibbli f ’din is-sitwazzjoni li tirrikjedi serjetà kbira. Tant l-Oppożizzjoni ma tafx x’inhi tgħid li qed tikkritika lill-Gvern talli mhux joffri servizz ta’ għajnuna lill-kumpaniji meta fl-istess ġurnata konna għadna kif smajna li mal-400 kumpanija għamlu użu minn helpline biex jingħataw appoġġ. Daqshekk hija serja l-Oppożizzjoni. Titkellem mingħajr ma taf eżattament x’inhi s-sitwazzjoni. Nuqqas kbira ta’ kredibbiltà. Lil hinn mill-flus u l-għajnuna, is-saħħa l-ewwel. IlGvern għaddej bi proċess ta’ kordinament tajjeb biex jilqa’
għal dawn iċ-ċirkostanzi straordinarji. Aħna parti mid-dinja u għalhekk din il-pandemija tmissna wkoll kif misset pajjiżi oħra. L-awtoritajiet qed jaraw li minflok din il-pandemija tiġi fuqna bħal tsunami, kif ġara f ’pajjiżi oħra, tiġi fuqna bħal xmara ħalli s-servizzi tagħna jkunu jistgħu jlaħħqu ma’ dawk affettwati minn din l-imxija. Għaddej xogħol kbir mill-awtoritajiet tas-saħħa, tal-ordni pubblika, korpi dixxplinati u ħaddiema tal-gvern inġenerali. Kulħadd qiegħed jagħti sehmu, għax aħna l-Maltin hekk magħmula. Meta jasal il-waqt kulħadd imidd idu f ’sens kbir ta’ fratellanza, “all hands on deck”, kif jgħidu bl-Ingliż. Lil dawn in-nies kollha, li qed jagħtu ħafna aktar minn sehemhom, miż-żgħir sal-kbir, żewġ biljun raġuni biex ngħidulhom grazzi anqas huma biżżejjed. GRAZZI.
13
22.03.2020
kullhadd.com
IR-REALTÀ TAL-COVID-19 José Herrera Ministru
Matul il-ġimgħat li għaddew id-dinja u r-realtajiet ta’ madwarna nbidlu. L-imwiet fl-Italja b’riżultat tal-imxija kkawżata mill-virus Covid-19 issa qabżu t-3,400 każ u l-pajjiż jinsab magħluq. Il-President Amerikan Trump biddel l-opinjoni tiegħu milli jsejjaħ l-imxija tal-virus bħala “ingann” biex issa projbixxa l-ivvjaġġar mill-Ewropa lejn l-Istati Uniti u ddikjara emerġenza nazzjonali. Meta nitkellem mal-familja u l-ħbieb tiegħi l-ewwel mistoqsija li jistaqsu hija: “Għamilt swab test?” Jien wieħed minn dawk ixxurtjati, li ninsab f ’kundizzjoni ta’ saħħa tajba, biss li l-opinjoni
tiegħi dwar il-frustrazzjoni u l-preokkupazzjoni għall-familji Maltin u Għawdxin hija waħda ta’ fiduċja, meta mqabbla ma’ realtajiet oħrajn barra millpajjiż fejn jidher li m’għandhomx ir-riżorsi li għandna aħna bħala nazzjon. Immaġinaw nies li qed jgħixu fit-toroq fl-ibliet kożmopolitani madwar id-dinja li għandhom is-sintomi ta’ dan il-virus, iżda mhumiex sejrin jiġu ttestjati u agħar minn hekk lanqas ittrattati għal numru ta’ raġunijiet li m’għandhomx kontroll fuqhom. Matul dawn il-jiem sibt il-ħin biex naqra ftit u naħseb dwar dak li għaddej minnu pajjiżna u d-dinja. Ġie f ’idejja l-ktieb The Magic Mountain ta’ Thomas Mann, li jittratta dwar grupp ta’ nies li jinsabu għal trattament fi klinika qalb il-muntanji ġewwa Davos fl-Iżvizzera lejlet l-ewwel gwerra dinjija. Min jaqra dan il-ktieb se jifhem kif kienu qed jgħixu dawn in-nies li kienu morda. Il-karattru ewlieni, Hans Castorp, jagħżel li jgħid għal iktar minn darba li hu u l-pazjenti l-oħra kienu qed jgħixu “ħajjiet orizzontali” mgeżwrin fil-kutri u jesperjenzaw ritwali ta’ eżamijiet mediċi kuljum.
F’dan il-ktieb jidher li r-residenti f ’din il-klinika kienu qed isofru, hekk kif jissuġġerixxi l-awtur Mann, minn “paraliżi” spiritwali u morali li tevolvi f ’mard fiżiku. Xi wħud mill-karattri wkoll jidhru li jixtiequ li jesperjenzaw sintomi talmard, anki jekk ma kinux morda, forsi riżultat tad-dekadenza tal-borgeżija tas-seklu 19. Thomas Mann beda r-rumanz qabel l-ewwel gwerra dinjija iżda spiċċa jiktbu wara. Storiċi, studjużi u opinjonisti jgħidu li l-pazjenti li naqraw dwarhom fil-ktieb kienu “morda b’riżultat tal-effetti storiċi”. Il-letteratura dejjem tqajjem mistoqsijiet kbar, u tagħlima minn dan il-ktieb hija li jekk l-istorja u l-politika tagħna qed jagħmluna morda, irridu nifhmhu li ma nistgħux niġġieldu din ir-realtà waħidna bħal Hans Castorp fil-ktieb. Is-soluzzjonijiet insibuhom jekk naħdmu u nieħdu l-azzjonijiet neċessarji flimkien. Huwa evidenti li Covid-19 hija problema tas-saħħa, imma mhux biss, din hija sfida politika u ekonomika, filwaqt li għaddejja l-ħidma biex jittieħdu l-miżuri neċessarji biex
nipproteġu lilna nfusna minn dan il-virus. Konxju li l-poplu qed jistaqsi mistoqsijiet fundamentali dwar is-soċjetà tagħna li jistgħu jidhru kuntrarji għas-sentimenti superlattivi bħal ‘l-ikbar pajjiż fid-dinja’ jew ‘l-aqwa fl-Ewropa’. Għaliex il-Korea t’Isfel hija kapaċi li tistabbilixxi reġim ta’ ttestjar malajr fejn eluf kbar jiġu eżaminati kuljum (u anke jingħataw għażla “drivethrough”) mingħajr ir-restrizzjonijiet eċċessivi? Għaliex il-Ġermanja għandha sistema ta’ laboratorji ta’ ttestjar reġjonali li salvaw ħajjiet minħabba ttestjar rapidu u komprensiv għall-Covid-19? X’inhi r-rabta bejn nuqqas ta’ impenn favur il-benesseri kollettiv u diżastru soċjali fi żminijiet ta’ kriżi? L-iktar importanti, kif wasalna għal din is-sitwazzjoni madwar id-dinja? Il-mistoqsijiet letterarji huma interessanti u joffru okkażjoni biex ningħaqdu. Iżda t-tweġibiet tagħhom jistgħu jinstabu biss permezz tal-politika. M’għandi l-ebda dubju li t-tobba, l-infermiera u l-istaff ġewwa l-isptarijiet, il-forzi tal-Ordni u kull min jaħdem
f ’dawn l-oqsma, qegħdin jagħtu l-aħjar tagħhom biex jipprovdu l-aqwa kura li jistgħu fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom. Dawn huma l-ħaddiema li qedgħin fuq quddiem u qed jirriskjaw li jimmirdu b’dan il-virus kuljum. Għalhekk il-grazzi tagħna għandha tmur lilhom u lill-familji tagħhom, li qegħdin ta’ kuljum jgħixu din is-sitwazzjoni f ’mumenti ta’ inċertezza u ansjetà relattiva. Imma ninsab fiduċjuż li l-familji Maltin u Għawdxin huma responsabbli u bħala poplu qed niġbdu ħabel wieħed mal-awtoritajiet tas-saħħa. Bħalma qal il-Prim Minstru Robert Abela din il-ġimgħa li “din hija kwistjoni tal-aħna ikbar mill-jiena’’. Dan huwa l-mument tal-aħna, mument fejn bħala poplu naħsbu f ’ħaddieħor ukoll. Dan huwa żmien li tabilħaqq nuru xi tfisser il-kelma solidarjetà bil-fatti, sabiex b’mod kollettiv nikkoperaw mal-awtoritajiet kkonċernati u b’hekk naħdmu sabiex fi ftit ta’ żmien ieħor noħorġu minn din il-problema u nkomplu nġibu l-istabbiltà neċessarja għal pajjiżna u għaċ-ċittadini kollha tiegħu.
BL-GĦAQDA U BIL-KURAĠĠ Justyne Caruana Membru Parlamentari
għal min jiġi milqut. U dan l-irwol huwa vestit primarjament fil-Gvern li jistenna kooperazzjoni mingħand kulħadd. Huwa fatt li s-sitwazzjoni li sfajna fiha bħala pajjiż u bħall-bqija tal-Ewropa u pajjiżi oħra fid-dinja, għandha u ser ikollha, impatt kbir fuq l-ekonomija ta’ pajjiżna u fuq il-kwalità tal-ħajja tannies. Mhux lok li jinħoloq allarm żejjed imma pjuttost li kulħadd iżomm rasu fuq għonqu biex insibu s-soluzzjonijiet. Pajjiżna għandu ekonomija b’saħħitha u b’surplus bla preċedent u meta konna nitkellmu fuq “prosperity for and with a purpose” ifisser li dan il-ġid kollu li ħloqna flimkien issa jrid iservi biex noħorġu minn din is-sitwazzjoni flimkien u b’saħħitna. Bis-saħħa tal-ġid li ħloqna pajjiżna huwa b’saħħtu biżżejjed biex noħorġu minn din il-kriżi b’kuraġġ kbir għall-ġejjieni.
Il-kobor ta’ pajjiż u ta’ poplu jitkejjel fil-mumenti tal-prova. Żgur mhux forsi bħalissa għaddejjin minn dan il-mument diffiċli u li qed joħloq mhux biss ansjetà imma saħansitra biża’. Dawn huma sentimenti naturali u leġittimu u għalhekk il-ħtieġa ta’ informazzjoni kontinwa u korretta. Fuq kollox il-ħtieġa ta’ pjan, servizzi u infurzar li jkunu meħtieġa biex negħlbu din l-isfida. Nappellaw kemm nappel- Servizz eċċellenti law għar-responsabilità, jibqa’ dejjem il-fatt li rridu nkunu Minkejja li aħna pajjiż ċkejken, preparati u ta’ appoġġ u sostenn għandna servizzi tas-saħħa ta-
jbin immens. Matul is-snin investejna f ’dawn is-servizzi u rajna progress kbir iżda f ’mumenti bħal dawn trid tieqaf u tammira r-reżiljenza tal-professjonisti tagħna u kif inhuma kapaċi jaddattaw u jilqgħu għall-eventwalità li qed tiżviluppa u tinbidel b’għaġla kuljum. Dawk kollha involuti ġew ripetutament imsejħa l-eroj ta’ pajjiżna – u hekk hu. U lkoll kemm aħna, mhux biss għandna nkunu grati, iżda billi nirrispettaw il-ħidma kollha li qed issir, inkunu responsabbli u nosservaw id-direttivi li qed joħorgu min ħin għal ħin. Dawn l-eroj għandhom il-familji tagħhom ukoll – iżda l-ewwel qed iħarsu lejn il-ġid ta’ pajjiżna u tal-poplu tagħna. Għawdex Jekk nitfa’ ħarsti fuq Għawdex ħsibijieti jmorru għal dawk kollha li wkoll qed jiffaċċjaw il-konsegwenzi ta’ din is-sitwazzjoni. Ammirajt ħafna lill-assoċċjazzjoni tal-impjegati Għawdxin li
jaħdmu Malta (AGEM) li dejjem apprezzajt il-ħidma u l-kontribut tagħhom. Ngħid grazzi kbira minn qalbi lit-tmexxija u l-istaff tas-servizzi tas-saħħa iżda b’mod partikolari lill-Gozo Channel u l-ħaddiema li b’mod dirett u kontinwu jridu jħabbtu wiċċhom man-nies. Nappella biex lil dawn il-ħaddiema jingħatawlhom ir-riżorsi kollha li għandhom bżonn biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom bl-iktar mod sigur. Id-deċizjzoni li ttieħdet millKap taċ-Ċivil biex impjegati Għawdxin li jaħdmu Malta jkunu jistgħu jaħdmu minn Għawdex kienet għaqlija ħafna. Irridu nirrikonoxxu l-fatt li l-effetti ta’ pandemija f ’Għawdex ikunu ħafna ikbar mill-bqija ta’ Malta, kemm minħabba d-daqs żgir tagħna iżda wkoll minħabba l-fatt li għandna popolazzjoni anzjana. Għalkemm illum l-ekonomija Għawdxija hija b’saħħitha minħabba deċiżjonijiet u inizjattivi li ħadna fl-aħħar snin, il-vulnerabbiltà qiegħda hemm u
diġà bdiet tinħass wara biss ftit ġranet. Allura l-ħtieġa ta’ pjan ta’ sostenn biex ma nerġgħux nitilfu dak li ksibna b’tant xogħol u tbatija. Pjan li għandu jiġi diskuss u maqbul bejn il-Gvern u r-rappreżentanti tas-setturi tatturiżmu u kummerċ b’mod partikolari. Poplu kuraġġuż Issa li waqqafna l-Kumitat Parlamentari għall-Affarijiet ta’ Għawdex nemmen li dan għandu jkun forum ta’ diskussjoni importanti biex nevalwaw, niddiskutu u nippjanaw. Naqbel li din hija sitwazzjoni nazzjonali iżda rridu wkoll inqisu ċ-ċirkostanzi u l-bżonnijiet ta’ Għawdex. Filwaqt li nerġa’ nrodd ħajr lil dawk kollha impenjati f ’dan il-mument u filwaqt li nkompli nappella għar-responsabilità meħtieġa, irrid ngħaddi messaġġ ta’ kuraġġ u tama. Aħna poplu li matul is-sekli affaċċjajna sfidi kbar u minkejja ċ-ċokon tagħna dejjem urejna li aħna poplu magħqud u kuraġġuż.
14
22.03.2020
kullhadd.com
L-ISFIDI F’SETTURI LI Settur importanti għal pajjiżna bla dubju huwa dak tal-enerġija u l-immaniġġjar tal-ilma, li mill-15 ta’ Jannar li għadda ngħata bħala responsabbiltà lill-Ministru Michael Farrugia. Tkellimna mal-Ministru Farrugia biex naraw x’inhuma l-prijoritajiet għal dawn iż-żewġ setturi u wkoll x’inhu l-pjan ta’ ħidma għal li ġej. Prijorità li twassal biex il-poplu jkun moqdi aħjar u b’aktar effiċjenza. Settur li wkoll għandu l-isfidi tiegħu, bħal kull settur ieħor. Issa ilek għal dawn l-aħħar xahrejn tmexxi l-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma. X’inhuma l-prijoritajiet f ’dan is-settur, li se tkun qed tiffoka l-ħidma tiegħek fuqhom fiż-żmien li ġej? Il-prijorità tiegħi hija li nara li l-pubbliku jkun moqdi bl-aħjar mod u bl-aktar mod effiċjenti. Dan is-settur għandu diversi sfidi – għax jirrigwarda s-servizzi essenzjali tal-provvista tal-elettriku kif ukoll il-produzzjoni tal-ilma għall-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin. Mingħajr dawn isservizzi essenzjali, il-pajjiż jieqaf. Allura l-prijorità tagħna se tkun dik li ninvestu filġid ta’ pajjiżna permezz ta’ enerġija aktar nadifa u ilma tal-ogħla kwalità. Fil-qasam tal-enerġija, irridu naraw li jkollna viżjoni għas-snin li ġejjn li fiha nistmaw x’se tkun id-domanda biex ikollna ġenerazzjoni biżżejjed. Fl-istess ħin, irridu nkunu ppreparati għal kull eventwalità biex nassiguraw servizz ta’ elettriku, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi. Fl-istess ħin, irridu naraw li nkunu kapaċi li mhux biss
ab ħsarat wara li ntlaqat minn ankra ta’ vapur li kien qed ibaħħar bejn Malta u Sqallija. Wara analiżi tal-ħsara li saret, l-esperti stmaw li t-tiswijiet se jdumu madwar sitt xhur, iżda grazzi għal inizjattiva li saret bejn l-uffiċjali tal-Enemalta u l-ħaddiema involuti f ’din l-operazzjoni, saru numru ta’ arranġamenti u l-Interconnector issewwa f ’inqas minn tliet xhur. Tlifna xi ġranet minħabba l-maltemp fuq il-baħar, peress li kien riħ ta’ madwar forza 7 u 8 u kien impossibbli li jitkompla x-xogħol. Wara li tlestew it-tiswijiet, sar ‘soak test’, jiġifieri l-cable tniżżel filqiegħ tal-baħar u ġie ttestjat għal 10 sigħat. It-testijiet irriżultaw fil-pożittiv u għalhekk, pajjiżna issa jista’ jibda jixtri l-elettriku Semmejt li dan is-settur għandu sfidi mill-Interconnector u reġa’ għandu taħlita kbar. Kif rajna dan l-aħħar, kellkom sfida mhux faċli meta l-Interconnector ta’ elettriku bejn l-Interconnector, enerġija alternattiva u l-power stations. bejn Malta u Sqallija ġarrab ħsarat. Minn hawn, nirringrazzja lill-ħaddiema Ftit ilu ħabbartu li t-tiswijiet tlestew tal-Enemalta li minkejja t-twissijiet f ’pajjiżb’inqas żmien minn dak previst u issa na biex il-pubbliku jevita s-safar, dawn kelll-Interconnector qed jerġa’ jaħdem hom jinfirdu minn mal-familji tagħhom b’mod normali. X’xogħol sar matul biex imorru fuq il-post fejn kienet lokalizdawn ix-xhur? zata l-ħsara biex jissorveljaw it-tiswijiet u Iva, sfortunatament, l-Interconnector ġarr- fi Sqallija sakemm l-Intrerconnector beda insaħħu l-enerġija rinovabbli billi ntellqu proposti ħalli nilħqu l-miri imposti fuqna kif ukoll naqbżuhom – għax verament nemmnu li nistgħu nieħdu vantaġġ mill-aħjar teknoloġija li twassal għall-ġenerazzjoni tal-elettriku bl-aktar teknoloġija nadifa. Fil-qasam tal-ilma mbagħad, infakkar li għaddej proġett kbir li bih se niżguraw prodott ta’ kwalità ferm aħjar għal kulħadd, provvista sigura, u s-sostenibbiltà ambjentali, investiment li mistenni jilqa’ għal ekonomija li qiegħda dejjem tikber u li jiggarantixxi ħażna ta’ ilma tal-pjan lill-ġenerazzjonijiet futuri.
jaħdem normali. Ħadna l-passi kollna neċessarji biex dawn il-ħaddiema, li għamlu biċċa xogħol kbira għal skop nazzjonali, ġibniehom lura lejn pajjiżna u ttieħdu l-prekawzjonijiet kollha biex titħares saħħithom. Nirringrazzja lill-ħaddiema, lit-tekniċi u lid-diriġenti tagħhom li ħadmu lejl u nhar u li bis-saħħa tagħhom, illum l-Interconnector qed jaħdem kif suppost. Fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha bħalissa, pajjiżna se jkollu provvista biżżejjed ta’ elettriku biex tilqa’ għad-domanda, speċjalment issa li ħafna nies qegħdin id-dar? Inserraħ moħħ il-poplu li provvista ta’ enerġija għandna. Għandna supply biżżejjed għal pajjiżna, anki jekk tiżdied ħafna iktar id-domanda min-normal. Ix-xogħol tal-Gvern baqa’ u għadu għaddej. F’każ li l-pajjiż ikollu jasal għal sitwazzjoni ta’ ‘lockdown’, ma jfissirx li l-elettriku jieqaf, li l-ilma jieqaf, għax kif semmejt qabel, dawn huma servizzi essenzjali li l-pajjiż ma jistax jgħad-
15
22.03.2020
kullhadd.com
HUMA KRUĊJALI di mingħajrhom. Hemm katina ta’ servizzi li l-pajjiż ma jistax jgħaddi mingħajrhom u għalhekk qed nieħdu l-passi kollha neċessarji. Matul dawn l-aħħar ġranet kelli numru ta’ laqgħat ma’ esperti biex niddiskutu kif nistgħu naħdmu f ’kull eventwalità li tista’ tinqala’ fix-xenarju lokali. Nassigura lil kulħadd li l-Gvern qed jieħu l-passi kollha. Qed naħsbu wkoll f ’dawk il-persuni li xorta jridu jaħdmu biex jibqa’ jiġi ġġenerat l-elettriku, biex xorta nibqgħu nsibu l-ilma fil-vit. Ovvjament, dawn il-persuni ma jistgħux jaħdmu mid-dar u allura qed jiġu konklużi l-miżuri f ’dan il-każ ukoll. Dawn il-ħaddiema jridu jibqgħu joffru s-servizz tagħhom u jista’ jkun li biex jiġu protetti huma u l-għeżież tagħhom, nieħdu dawk il-passi neċessarji fiċ-ċirkostanzi. Qegħdin allura nidentifikaw l-inqas ammont ta’ persuni li jkun hemm bżonn biex kemm jista’ jkun, l-impatt ikun wieħed minimu u fl-itess ħin, il-provvista ta’ dawn isservizzi essenzjali tibqa’ għaddejja. Irridu nikkoperaw flimkien biex inkomplu nnaqqsu l-possibbiltà ta’ tixrid. Tajjeb ukoll li minn hawn, insellem lill-uffiċjali kollha fid-Dipartimenti tasSaħħa, lill-Pulizija u lill-Forzi Armati li qed jaħdmu u jikkoperaw bejniethom. Qegħdin f ’din is-sitwazzjoni lkoll flimkien u ejjew inkomplu ngħinu lil xulxin biex noħorġu minnha fl-iqsar żmien possibbli. Il-Gvern qed jisma’ mill-pariri li qed
jingħata mill-esperti u jimxi minn hemm. Aħna rridu nħossu wkoll din ir-responsabbiltà billi nobdu dak kollu li qed jingħad fl-aħjar interess tagħna u ta’ madwarna. Qed nippreparaw biex pajjiżna jkun kapaċi jilqa’ għal kull eventwalità li jista’ jsib ruħu fiha. Din hija l-kapaċità ta’ dan il-Gvern, li flimkien inpoġġu madwar mejda u naraw l-aħjar interessi tal-poplu Malti u Għawdxi u fl-istess ħin, nassiguraw li s-servizzi essenzjali jibqgħu għaddejjin. Apparti l-isfidi u l-prijoritajiet li qed niffokaw fuqhom f ’dan il-perjodu parikolari, x’inhuma l-proġetti li għandkom ippjanati f ’dan is-settur? Se nkomplu niffokaw biex dan is-settur fundamentali għat-tkabbir ekonomiku tal-pajjiż, is-settur tal-enerġija, ikompli jissaħħaħ u jilqa’ għall-isfidi tal-ġejjieni b’numru ta’ miżuri kemm fil-qasam tal-ġenerazzjoni u d-distribuzzjoni kif ukoll b’inċentivi indirizzati biex l-enerġija tintuża b’mod aktar effiċjenti. Barra minn hekk, il-Gvern se jkompli jaħdem biex jipprovdi iktar enerġija nadifa billi jippromwovi l-użu tal-enerġija rinovabbli filwaqt li jgħin lill-famlji u l-intrapriżi jagħrfu jnaqqsu l-konsum tagħhom. Għalhekk se nkomplu bl-iskemi għall-familji biex jinvestu f ’enerġija rinnovabbli u fi skemi li jżidu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija. Kif im-
wiegħed fil-Manifest Elettorali, il-Gvern se jgħin lill-għaqdiet sportivi rreġistrati sabiex jinvestu f ’miżuri li jnaqqsu l-konsum tal-enerġija. Se nkomplu nistudjaw il-proċess sabiex tkun studjata l-possibbiltà ta’ ħażna ta’ enerġija rinovabbli fil-batteriji. Se nkomplu nassiguraw li l-provvista tal-enerġija tkun adegwata mingħajr interruzzjonijiet. Il-Gvern ukoll se jkompli jaħdem biex jipprovdi fuel ta’ kwalità tajba, għalhekk se titkompla l-ħidma mill-Kumpanija Enemed sabiex timmodernizza l-impjant ta’ ħażna f ’Ħal Saptan u tiżviluppa filling station ġdida. Barra minn hekk, l-Enemed se tkompli taħdem sabiex tiġi mmodernizzata l-faċilità ta’ ħażna ta’ jet fuel li jinsab fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta. Fil-qasam tal-ilma, hija l-intenzjoni talGvern, li jkompli jtejjeb l-infrastruttura eżisteni biex jipprovdi ilma ta’ kwalità aħjar mingħajr interruzzjonijiet tas-servizz. Għal dan il-għan se jkompli l-investimenti li qed isiru biex itejjeb ir-Reverse Osmosis f ’Malta, filwaqt li se jkompli x-xogħol fuq il-bini tar-Reverse Osmosis f ’Ħondoq ir-Rummien. Se jkompli x-xogħol għad-distribuzzjoni aħjar tal-ilma, kif ukoll titjieb il-kwalità tal-ilma permezz ta’ bini ta’ mina li se ssir bejn ir-Reverse Osmosis f ’Pembroke għall-ġibjuni f ’Ta’ Qali. Il-bdiewa ser ikomplu wkoll jiġu assistiti bid-distribuzzjoni ta’
ilma ġdid. Għalhekk ser ikompli x-xogħol fuq in-network tan-Nofsinhar ta’ Malta u dak f ’Għawdex. Barra minn hekk, se jitkompla l-proċess biex l-estrazzjoni tal-ilma ta’ taħt l-art issir b’aktar mod sostenibbli billi jiġu attivati aktar sorsi tal-ilma ta’ taħt l-art u jiżdiedu l-kontrolli tal-estrazzjoni tal-ilma minn boreholes eżistenti. Il-Gvern se jkompli wkoll fil-ħidma tiegħu għall-konservazzjoni tal-ilma, bl-implimentazzjoni ta’ diversi attivitajiet għall-pubbliku bħala parti mill-kampanja nazzjonali għall-konservazzjoni tal-ilma. Se nkomplu x-xogħol fuq ir-riabilitazzjoni ta’ Chadwick lakes, li se jipprovdi żona ta’ rikreazzjoni edukattiva għall-familji Maltin u dawk it-turisti li jżuruna. Huwa wkoll ippjanat li jkomplu jingħataw inċentivi lil dawk il-familji li jridu jirestawraw ilbir tad-dar tagħhom. Irridu nkomplu nibnu fuq il-kisbiet kbar li diġà saru u nkomplu nwettqu l-viżjoni talGvern b’mod sostenibbli. Ix-xogħol tagħna se jkun iffukat biex inkomplu nimplimentaw miżuri relatati ma’ enerġija effiċjenti u rinovabbli filwaqt li nkomplu ninvestu f ’infrastruttura u teknoloġija ġdida għar-riċiklaġġ u użu aħjar tal-kwalità tal-ilma ta’ pajjiżna. Ċertament li se nkomplu ninvestu f ’kull qasam tal-pajjiż biex inkomplu nikbru flimkien.
Fil-qasam tal-enerġija, irridu naraw li jkollna viżjoni għas-snin li ġejjn li fiha nistmaw x’se tkun id-domanda biex ikollna ġenerazzjoni biżżejjed. Fl-istess ħin, irridu nkunu ppreparati għal kull eventwalità biex nassiguraw servizz ta’ elettriku, ikunu xi jkunu ċ-ċirkostanzi
16
22.03.2020
kullhadd.com
XOGĦOL FLESSIBBLI ‘L HINN MILL-KRIŻI
Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew
M’iniex persuna li nħares biss lejn in-negattiv ta’ sitwazzjoni, hi kemm hi ta’ tħassib. Ma naħsibx li dik l-attitudni tagħmlilna ġid, u fil-verità, jekk wieħed jixtarr sew dak li jkun għaddej, dejjem se jsib element pożittiv. Fil-qagħda ta’ bħalissa, qed nara ħafna pożittiv, kemm għall-preżent, iżda wkoll għall-futur, ladarba jirnexxilna negħlbu din il-pandemija. Fil-Parlament Ewropew, ilna ħafna niddibattu fuq l-aħjar mod ta’ kif nersqu iktar lejn kultura ta’ xogħol flessibbli, permezz ta’ għodda bħat-telework-
ing, pereżempju. Il-vantaġġi ta’ xogħol mid-dar huma kbar, kemm għal min iħaddem, iżda wkoll għall-impjegat innifsu, u għall-komunità inġenerali. Il-bżonn li nżommu ċerta distanza bejn persuna u oħra, li ġie fuqna ħabta u sabta, malajr solva d-dibattiti tagħna! F’temp ta’ ftit jiem, ħafna kumpaniji implimentaw politika ta’ xogħol mid-dar għal kull min jippermettilu t-tip ta’ xogħol. It-tranżizzjoni kienet waħda ħafifa, grazzi għall-avvanzi li għamilna fit-teknoloġija. U l-impatt pożittiv diġà qed jinħass minn ħafna. F’xogħli, nimmilita għal iktar xogħol mid-dar għal raġuni sempliċi: il-flessibilità tista’ tfisser iktar ħin personali, għalina u għall-familji tagħna. Arranġamenti ta’ xogħol flessibbli jfissru li iktar ġenituri jkunu jistgħu jibbilanċjaw il-karriera tagħhom mal-ħajja personali tagħhom, u għalkemm hi miżura li tgħin lil kulħadd, ilkoll nafuha r-realtà: l-iktar li jgawdu minn dawn l-arranġamenti huma n-nisa, li minħabba mentalità patrijarkali,
għadhom iġorru l-maġġoranza tar-responsabbilitajiet familjari. Għalhekk nemmen li jekk il-gvernijiet – u l-Ewropa – verament iridu jaslu għal ugwaljanza sħiħa, u jaraw iktar nisa fil-post tax-xogħol, ma jistgħux ma jimplimentawx iktar miżuri ta’ xogħol flessibbli. Il-vantaġġi ta’ xogħol middar imorru lil hinn minn dawk soċjali. Jekk nieħdu l-eżempju ta’ pajjiżna stess, il-fatt illi bosta ħaddiema baqgħu d-dar fisser toroq kwieti u traffiku mexxej. Il-mibgħuda rush hour, li ġieli twalet iktar minn siegħa, sparixxiet. L-istress u l-ħela ta’ ħin li konna nqattgħu mwaħħlin fit-traffiku nqata’ wkoll. Minflok, erġajna qed insibu l-ħin biex filgħodu nqumu bil-kwiet, u nibdew il-ħidma tagħna kalmi u ffukati. Konvinta li n-nuqqas ta’ konġestjoni qed ikollha impatt pożittiv fuq l-arja u l-ambjent tagħna wkoll. Aħbarijiet mill-Italja qed juruna diġà kif l-ambjent jieħu r-ruħ mingħajr l-attività eċċessiva li konna għad-
dejjin biha. Il-kanali ta’ Venezja, pereżempju, li s-soltu jkunu mniġġsa bit-traffiku, bħalissa huma ċari kristall, u l-ħut reġa’ lura fihom. Dik kienet bidla li seħħet fi ftit ġimgħat biss. Immaġina x’bidla nistgħu nwettqu kieku nimplimentaw liġijiet u politiki li jimmoderaw l-emissjonijiet, itturiżmu tal-massa, u iva, ix-xogħol mid-dar fejn possibbli. Huwa fatt illi mhux kull settur jista’ jagħmel it-tranżizzjoni għar-remote working. Hu fatt ukoll illi għal setturi oħra, din it-tranżizzjoni ser tkun ftit iktar diffiċli. Għalhekk fil-Parlament Ewropew qed naħdem biex ilGreen Deal Ewropew jifhem dawn ir-realtajiet, u jipprovdi soluzzjonijiet għalihom ukoll permezz ta’ tranżizzjoni ġusta. L-avvanzi fit-teknoloġija, fl-opinjoni tiegħi, ifissru ftit jekk ma jagħmlulniex il-ħajja iktar faċli u iktar effiċjenti. It-teknoloġija trid tkun għodda mhux biss biex l-ekonomija tikber, iżda iktar importanti minn hekk, trid tkun dik l-għodda li tagħtina lura
ħajja personali u kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar minn dawk li kellhom ta’ qabilna. Bħala soċjetà, għelibna ħafna diffikultajiet; konvinta li din ser tgħaddi wkoll. Iżda ejjew ma ninsewx it-tagħlimiet li qed nieħdu minnha – anzi, ejjew inħaddmuhom biex nibnu soċjetà aqwa minn dik li kellna.
Dik kienet bidla li seħħet fi ftit ġimgħat biss. Immaġina x’bidla nistgħu nwettqu kieku nimplimentaw liġijiet u politiki li jimmoderaw l-emissjonijiet
IL-MINA BŻONNJUŻA AKTAR MINN QABEL
Abigail Camilleri Parteċipanta LEAD
Hemm min jaqbel u hemm min għadu xi ftit xettiku dwarha. Li huwa żgur però, huwa l-fatt li l-mina tistà ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin kollha. Għawdex għandu insularità doppja u jekk nibqgħu mingħajr konnettività permanenti l-‘brain drain’ u l-‘iskill drain’ f ’din il-gżira ser ikomplu jiżdiedu. Ħaddiem Għawdxi jaqla’ madwar xahar inqas paga minn ħaddiem Malti, l-opportunitajiet huma inqas u l-ivvjaġġar, speċjalment fil-maltemp, huwa ta’ problema għal ħafna. Huwa minnu li r-raba’ vapur aġevola l-ivvjaġġar però kulħadd jaf x’ġara meta l-maltemp ħakem lil pajjiżna: il-vapuri ma setgħux joperaw u ħafna mill-ħaddiema Għawdxin spiċċaw kollha Malta. Dakinhar, ħafna rrealizzaw kemm
hija importanti l-mina. Anke issa li għaddejjin minn żmien partikolari. Naħseb il-kelma Coronavirus kulħadd sema’ biha s’issa! Kieku kienet teżisti l-mina żgur ma kinux jintefqu dawk il-flejjes kollha biex jiġu diżinfettati l-vapuri u kien ikun hemm immaniġġjar aħjar tal-vetturi u tan-nies li jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer. L-iktar ħaġa fundamentali, imma, kienet tkun li l-Għawdxi kien ikollu aċċessibilità diretta lejn l-isptar u għalhekk żgur kien iħossu aktar sigur. Fejn jidħol kwalunkwe
proġett, jekk isir tajjeb, bi pjan u bl-istudji kollha neċessarji ma jkun ta’ detriment għal ħadd. Ħafna Għawdxin jibżgħu li bi proġett bħal dan, din il-gżira ser titlef is-sbuħija tagħha. Dan isir biss jekk l-affarijiet ma jsirux kif għandhom isiru. Jekk il-proġett jitwettaq bl-iktar mod sostenibbli, fejn jiġu mħarsa l-interessi tal-familji Għawdxin u fl-istess waqt jiġu mħarsa l-ambjent, il-kultura u l-ġmiel naturali ta’ din il-gżira, dan il-proġett ikun skaluna biex il-kwalità ta’ ħajja ta’ l-Għawdxin titjieb u jgawdi
minnu kulħadd. Proġett bħal dan żgur iġib aktar investiment għan-negozji u joħloq aktar opportunitajiet. Il-mina hija parti mill-Manifest Elettorali ta’ dan il-Gvern. Il-Ministru tat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali, Ian Borg flimkien mat-tim professjonali tiegħu żgur li bħal kull proġett ieħor li kellu taħt idejh ser jara li l-mina ssir għall-ġid u fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi u fl-istess ħin jissalvagwardja l-ambjent naturali ta’ dawn il-gżejjer. Is-sejħa għal dan il-proġett ser tkun maqsuma fi tliet stadji. Fl-ewwel stadju, li diġà beda, inħarġet sejħa internazzjonali għall-kumpaniji jew konsorzji interessati biex jiġi magħżul wieħed minnhom biex jiddisinja, jibni, jiffinanzja, jopera u jagħmel manutenzjoni ta’ din il-mina. Diġà hemm disinn eżistenti li jissejjaħ ‘conceptual design’. Dan ifisser li dan mhuwiex id-disinn finali għax huwa miftuħ għal bidders li ser jitħallew fil-libertà biex jippreżentaw disinji differenti. Dan id-disinn jikkonsisti f ’mina twila 14-il kilometru, bejn ix-Xemxija u n-Nadur b’parti minnha taħt il-baħar. Ser takkomoda żewġ korsiji, waħda fuq kull naħa bi spazju bejniethom ħalli jkunu jistgħu
jgħaddu l-vetturi ta’ emerġenza. Il-mina ser ikollha wkoll kuritur matulha kollha bi dħul kull 100 metru biex jekk persuna jkollha xi diffikultà tkun tista’ tidħol tistenna għall-għajnuna. Din l-ewwel fażi għandha tintemm fid-9 ta’ April, 2020. Fl-ewwel fażi ser jintgħażlu ħamsa li jikkwalifikaw biex jgħaddu għat-tieni stadju. F’dan l-istadju l-parteċipanti jridu jippreżentaw pjanijiet tekniċi dettaljati tal-istruttura tal-mina, flimkien ma’ pjanijiet ta’ implimentazzjoni u manutenzjoni tal-mina. Kull parteċipant ser ikun mistieden biex jieħu sehem fi djalogu biex jispjega l-proposta tiegħu li ser tiġi analizzata minn grupp ta’ professjonisti. Minn hemm imbagħad jiġi diskuss anke t-toll, jiġifieri kemm ser ikun jiswa biex wieħed jivvjaġġa billi juża l-mina. Fl-aħħar ovvjament tiġi magħżula l-aħjar proposta. Dan il-Gvern huwa kommess li jtejjeb il-ħajja tal-Għawdxin billi joħloq iktar opportunitajiet għan-nies ta’ din il-gżira, ikabbar l-investiment kif ukoll ikun hemm iċ-ċertezza li wieħed ikun jista’ jaqsam bejn iż-żewġ gżejjer, ikun xi jkun it-temp, b’salvagwardji ekonomiċi, soċjali u ambjentali. Biex isir dan l-aċċessibilità hija kruċjali.
17
22.03.2020
kullhadd.com
FI Ż-ŻMIEN TA’ SFIDA GLOBALI
Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Fi żmien ġimagħtejn ħajjitna nqalbet ta’ taħt fuq. Għax Malta hi parti mid-dinja l-virus Covid-19 wasal hawn ukoll. Sa ma ktibt dan l-artiklu wasalna għal fuq minn 60 każ. Il-pajjiż waqaf mill-mixja normali tiegħu. U bir-raġun. Dan il-virus m’għandux jittieħed b’mod leġġer imma b’serjetà kbira, ma nistgħux niċċajtaw. U l-poplu fehem dan għax mingħajr ma kellu għalfejn jiġi mġiegħel, qed jieħu l-prekawzjonijiet ta’ sanità meħtieġa u kif ukoll jaqta’ kemm jista’ jkun il-kuntatt personali u jitbiegħed mill-folla. Mhux faċli għax dan hu virus li qajla nafu fuqu u ma nafux kemm se jkun kbir l-impatt u kemm se jdum. L-awtoritajiet qed ikunu professjonali u strumentali biex jagħmlu l-modelling tas-sitwazzjoni sabiex jikkalkulaw l-impatt fl-immedjat u kemm jista’ jkun l-imxija tiġi mifruxa f ’naqra aktar tul imma b’impatt ferm inqas ħalli ma jkunx hawn kriżi fil-bżonn ta’ kura akuta. Żmien ta’ sfida għalina lkoll li jkollna ninqaflu ġewwa, insibu mezz li nkomplu ħajjitna fid-dinja tax-xogħol ħafna minnha grazzi għat-teleworking, nieħdu ħsieb uliedna li qegħdin magħna d-dar u nibżgħu għall-anzjani tagħna li b’għafsa ta’ qalb ikollna nitbiegħdu minnhom għall-ġid ta’ saħħithom. Il-maġġoranza assoluta tal-poplu Malti huwa poplu li jingħaqad u jaf iħobb, jirrispetta u jobdi. F’mumenti bħal dawn huwa faċli li naqgħu fil-paniku u ma nagħtix tort lil dawk li marru jiġru fil-ħwienet sabiex jixtru dak li hu essenzjali. Nitlob ftit rispett mill-midja, li minflok tfittex is-sensazzjonaliżmu, tfittex li twassal l-aħbar kif tassew hi, bla spekulazzjonijiet u għajdut għaliex huwa l-għajdut li joħloq l-inċertezza u l-paniku fil-poplu. Ta’ persuna skjetta li jien m’iniex se noqgħod lura milli ngħid li xejn ma naqbel mal-persuni li xorta siefru f ’dawn iż-żminijiet fuq btala f ’postijiet li kienu diġà avvanzati fil-firxa tal-Coronavirus. Personalment inħoss li dan huwa nuqqas ta’ rispett lill-qraba immedjati tagħhom u lejn il-poplu kollu. Il-kawtela u l-ħsieb għandhom jiġu mingħandna u mhux nistennew li jiġu impost b’xi avviż legali. Aktar minn hekk nistenna li kulħadd jobdi l-avviżi legali u min hu fi kwarantina, jibqa’ fi kwarantina. Ma nistax nifhem
kif hawn nies li ġew jaqgħu u jqumu mill-kwarantina u ħarġu barra minkejja li ġew imposti multi għolja. Iva aħna m’aħniex kapaċi noqogħdu ftit ġranet id-dar, donnu dejjem is-saqaf se jaqa’ fuq rasna? Nappella sabiex f ’dan iż-żmien li qed inqattgħu d-dar ma naħluhx. Nagħtu l-ġurnata xogħol tagħna daqslikieku qegħdin fl-uffiċċju, insibu xorta ħin li niċċaqilqu ftit u nieħdu ħsieb l-edukazzjoni t’uliedna. B’aktar ħin fil-preżenza ta’ wiedna u tal-partners tagħna għandna nirrealizzaw u napprezzaw kemm il-ħin mal-familja huwa l-aktar ħaġa importanti f ’ħajjitna. F’din il-ħajja mgħaġġla l-ħin għar-relazzjoni mal-ġenituri tagħna, mal-partners tagħna u ma’ wliedna jiċkien. Illum tirrealizza kemm l-affarijiet bażiċi u sempliċi fil-ħajja jinsabu ħdejk u għalhekk mill-ħażin tal-mument naraw li noħorġu l-pożittività wkoll billi nużaw dan iż-żmien biex napprezzaw aktar lil dawk li ngħixu magħhom taħt l-istess saqaf u ħafna drabi neħduhom for granted. M’għandix kliem biex nirringrazzja lill-Awtoritajiet tagħna tas-saħħa, li tant qegħdin jieħdu ħsieb lil dan il-poplu bi professjonalità u b’sensittività kbira, immexxijin mis-Supretendent tas-Saħħa Prof. Charmaine Gauci. Jagħtuna bullettin kuljum sabiex jgħarrfuna bis-sitwazzjoni u jieħdu deċiżjonijiet kbar biex flimkien malGvern qed ipoġġu s-saħħa tal-poplu l-ewwel u qabel kollox. Għaqal fit-tmexxija qed ifisser li l-Gvern qed jieħu l-pariri mingħand l-esperti, jiddiskutu mal-istakeholders inkluż l-Oppożizzjoni u naġixxu bi pjan u mhux kif naħsbu spontanjament kemm medikament u kemm għall-iskop sabiex ngħinu n-negozji u l-ekonomija li żgur b’dan li qed jiġri se jieħdu daqqa ’l isfel. Dan il-Gvern sa mill-ewwel ġurnata tiegħu kien għaqli fit-tmexxija ekonomika u finanzjarja tal-pajjiż. Ħsibna għal żmien il-maltemp u issa l-Gvern hu komdu li joħroġ il-finanzi meħtieġa biex inwieżnu fl-ispejjeż ta’ xiri ta’ apparat mediku u spejjeż oħra relatati massaħħa, u kif ukoll inċentivi biex jindirizza l-għajnuna lin-negozji u li jissalvagwardja l-impjiegi. Franza vvutaw €75 miljun għal dan, il-Ġermanja €90 miljun. Malta pajjiż tant ckejken ivvota €1.80 biljun. Dak li jwassal l-għaqal. Gvern li hu komdu u b’moħħu mistrieħ li kapaċi jivvota tant flus sabiex pajjiżna jilqa’ għal din il-mewġa kerha imma temporanja. L-obbligu tagħna hu li nagħmlu kuraġġ, inżommu l-kalma, inkunu kawti u nobdu l-istruzzjonijiet tal-esperti sabiex ix-xemx terġa’ titla’ fuq pajjiżna u fuq id-dinja kollha mill-aktar fis possibbli u nkomplu b’ħajjitna bl-inqas riperkussjonijiet possibbli. Flimkien ngħaddu minn dan il-mument mudlam jekk nieħdu ħsieb lil xulxin.
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 12 ta’ Marzu Ma kinitx Coronavirus, man! Ikolli noqgħod għal dak li qiegħed jgħidli l-Prim Ministru Robert Abela billi nieħu l-parir tiegħu lill-anzjani biex kemm jista’ jkun ma noħorġux minn djarna. Fuq kollox parir għall-ġid tagħna l-anzjani, mhux hekk! Kulma għamilt ċempilt lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna u għedtlu xi rrid nixtri, għax meta mort biex nipprova naħżen xi affarijiet, kif qegħdin jagħmlu ħafna nies, kellu kju kbir, u jien paċenzja nistenna m’għandix. Imma Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, anke jekk m’għadux magħna, miegħi dejjem ta’ raġel mexa, u qalli li bħalma qiegħed jaħseb għalih, se jkun qiegħed jaħseb ukoll għalija. Hekk ikunu l-ħbieb, man! Il-Ġimgħa, 13 ta’ Marzu Xejn ma jien qed nieħu gost bl-atteġġjament tal-partit darba glorjuż tagħna dwar is-sitwazzjoni li l-pajjiż għaddej minnha, għax qegħdin nidhru li qegħdin nippruvaw nieħdu vantaġġ politiku. Sieħbi tal-Istamperija wkoll qabel miegħi meta ċempiltlu llum għax s’issa għadni m’iniex noħroġ. Qalli li n-nies hemm barra hekk qegħdin jaħsbuha wkoll għax din hija sitwazzjoni li fiha jmissna lkoll kemm aħna niġbdu ħabel wieħed. Huwa tal-fehma li inqas ma nitkellmu jkun aħjar, aktar u aktar la l-Gvern qiegħed iżommna infurmati. Veru li jien l-akbar Nazzjonalist, imma qabel Nazzjonalist, jien Malti. Is-Sibt, 14 ta’ Marzu Ma kinitx faċli nibqa’ ġurnata oħra ġewwa llum, anke jekk is-soltu, nhar ta’ Sibt, apparti li naqbeż qabża sal-Istamperija filgħodu, noqgħod quddiem it-televixin nsegwi l-futbol. Imma llum lanqas futbol ma kien hemm. Xtaqt kieku tlajt salBelt, imma sħabi kollha bħali qegħdin jagħmlu. Mhumiex jabbużaw u qegħdin jissakru ġewwa. F’daqqa waħda sibt ruħi nagħtiha għall-qari u nara xi film fuq ittv. Ngħid il-verità kultant ngħid li kull deni ħudu b’ġid għax m’iniex ninkwieta fuq dak li għaddej minnu l-partit darba glorjuż tagħna, għax wara kollox saħħti l-ewwel. U biex nivvota rrid nibqa’ ħaj, mhux hekk man! Il-Ħadd, 15 ta’ Marzu Li kieku mhux għax nitlef dak il-flixkun birra, kont nasal ngħid li lil Adrian Delia qiegħed insegwih b’aktar kumdità għax insegwih minn fuq is-sufan quddiem ittv. Imma ngħid id-dritt illum ma tantx għoġobni għax donnu jrid li l-Gvern jagħmel dak li ngħidulu aħna u mhux joqgħod fuq il-pariri li qegħdin jagħtuh
l-awtoritajiet tas-saħħa. Jien ċert li n-nies hemm barra, u anke jien hawn ġewwa, kollha jaqblu li l-Gvern għandu jsegwi l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa għax dawk jafu x’inhu l-aħjar li jsir. U minn dak li qrajt fit-Times, qegħdin jagħmlu biċċa xogħol tajba ħafna, tal-inqas skont ma qal wieħed mill-pazjenti, għax ħlief kliem ta’ tifħir ma kellux! It-Tnejn 16 ta’ Marzu Issa żgur li m’għandix għalfejn noħroġ, għalkemm qiegħda taqbiżli. Imma jkolli nieħu paċenzja. Fuq kollox m’għandi mkien fejn immur. Il-każin se jagħlaq. Il-bars se jagħlqu u allura inutli nitla’ sal-Belt għax ma jien se niltaqa’ ma ħadd minn sħabi, u lanqas nista’ mmur ngħaddi xi siegħa npaċpaċ ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għax dak ukoll qiegħed iħalli lin-nies fil-kju barra minħabba l-imniefaħ Coronavirus, kif wara kollox qegħdin jagħmlu talħwienet kollha. Ma nafx kif se tispiċċa din il-biċċa, iġri tgħaddi għall-ġid tagħna lkoll. F’dil-ħaga m’hemmx Nazzjonalisti u Laburisti! It-Tlieta, 17 ta’ Marzu Is-soltu bħal-lum dejjem San Ġiljan kont nispiċċa niċċelebra jum San Patrizju, imma llum ħadd ma resaq ’l hemm. Imma xorta ċċelebrajt ftit għax stedint lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna biex qgħadna ngħidu kelma u nixorbu żewġ fliexken birra. U fid-9.00 p.m. ħriġna fil-gallarija biex ingħaqadna tista’ tgħid mal-ġirien kollha fiċ-ċapċipa lill-ħaddiema kollha fl-isptarijiet li qegħdin fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra dan l-imniefaħ ta’ virus. Kulħadd ħareġ iċapċap, Nazzjonalisti u Laburisti. Kienet xena tassew kommoventi li qabbżitli anke d-dmugħ. Anke lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna rajtu jimsaħ id-dmugħ xħin infexx jgħajjat Viva Malta. L-Erbgħa, 18 ta’ Marzu Ħadt qatgħa man, meta ma rajtx lillKap tagħna Adrian Delia fil-konferenza stampa li llum kienet indirizzata mill-Viċi Kap Robert Arrigo. Imma mbagħad illejla ħadt ir-ruħ meta rajt lil Adrian Delia fuq l-istazzjon tagħna. Jekk tistaqsuni x’qal u x’ma qalx, ma tantx inkun nista’ nwieġeb għax dan l-imniefaħ ta’ virus nixxifli moħħi. Imma m’għandi l-ebda dubju li kemm hu, u kemm Robert Arrigo qalu li l-Gvern mhux jagħmel biżżejjed. U jien naħseb li għandhom raġun, għax ngħid jien ilGvern mhux jaqbad u jistampa qabda ewro! Imma meta għedt hekk lil sieħbi tal-Istamperija, li jċempilli kuljum, qalli kieku kien hekk, xejn ma jkun diffiċli.
18
22.03.2020
kullhadd.com
L-UŻU TAT-TEKNOLOĠIJA FIL-ĦIDMA SOĊJALI kitba ta’ CLIFFORD GALEA Nitkellmu mas-Sur Alfred Grixti; Kap tal-Fondazzjoni għas-servizzi u ħarsien tas-solidarjetà soċjali. Għalqa li għaddejja dejjem bla waqfien biex tassigura li l-bżonnijiet tal-bniedem huma ssodisfati skont id-dritt uman u biex tara li tgħin emozzjonalment lil dawk il-persuni li għaddejjin minn xi kriżi.
L-FSWS tinkorporha fiha bosta aġenziji bħas-Sedqa, l-Appoġġ u bosta servizzi u entitajiet oħra. X’inhu l-għan ewlieni tal-Fondazzjoni? Il-Fondazzjoni hija l-aġenzija nazzjonali għas-servizzi ta’ ħarsien soċjali fl-oqsma tal-abbuż tad-droga, alkoħol u sustanzi oħra, il-logħob tal-azzard, u vizzji bħall-użu eċċessiv tal-internet. Konna l-pijunieri fisservizzi tal-ħarsien tat-tfal (child protection) u l-vjolenza domestika u għadna fuq quddiem fil-kwalità tagħhom. Għandna servizzi fl-isptarijiet ewlenin ta’ pajjiżna u anki f ’bosta lokalitajiet fejn qed inwasslu servizzi multi-dixxiplinarji msejsa fuq taħlita ta’ terapija għall-familji fid-djar tagħhom flimkien ma’ ħidma soċjali fil-komunità, xogħol maż-żgħażagħ u żvilupp fil-komunità (community development). Id-diżabilità hija responsabbiltà tal-Aġenzija Sapport imma waqt li aħna m’aħniex responsabbli mill-qasam tal-anzjani għandna ftehim kuntrattwali mal-Aġenzija għall-Anzjanità Attiva u Kura fil-Komunità li permezz tiegħu nipprovdulhom is-social workers, l-istess bħalma nagħmlu mal-Ministeru għasSaħħa. X’inhu jsir biex timmodernizzaw is-sistemi tagħkom biex jgħinkom f ’ħidmietkom? Fl-2013 wara l-bidla fil-Gvern, kienet ittieħdet id-deċiżjoni li s-sistemi tal-informatika tal-Ministeru tagħna jinqalbu fuq sistema personalizzata bbażata fuq case management
system (CMS). Kien ġie deċiż li din il-qalba, li qed titwettaq mill-MITA u l-kuntratturi li rebħu l-kuntratt li ħarġet il-MITA, tibda mill-FSWS. Meta nħtart Kap Eżekuttiv f ’April 2014 sibt dan il-proċess fil-bidu tiegħu. Fil-verità nemmen li ma basrux li dan se jkun proġett kbir li jieħu daqstant żmien biex jitlesta.. Iżda waqt li issa ninsabu fl-aħħar fażi tiegħu nista’ ngħid li rajna sistemi simili jitħaddmu f ’Hamburg u fir-reġjun tal-Lombardija l-Italja u dawn ukoll ħadu bejn erba’ u ħames snin biex jintroduċuhom. Aktar importanti minn hekk, iżda, huwa l-fatt li dawn huma sistemi li jaħdmu bl-istess mod identiku bħas-sistema tagħna, jiġifieri qegħdin fit-triq it-tajba. Issa li qegħdin fil-final tal-implimentazzjoni ta’ din is-CMS bdjena nippjanaw il-pass ta’ wara, liema pass se jkun kif nintegraw l-użu tal-Business Intelligence u l-Artificial Intelligence ma’ din is-CMS biex inkunu ma’ ta’ quddiem nett fl-użu tat-teknoloġija fis-servizzi ta’ ħarsien soċjali. Għaliex tarawha li hija importanti t-teknoloġija fil-ħidma soċjali?
ja ta’ ħajjitha kull darba li tmur għal servizz. Ovvjament dan isir b’rispett sħiħ u b’osservanza sħiħa tar-regolamenti dwar il-protezzjoni tad-data (Data Protection). It-tieni raġuni għalfejn irridu nużaw it-teknoloġija tal-informatika kontemporanja hija li hemm nuqqas ta’ professjonisti f ’dan il-qasam. Dan huwa fenomenu li mhux qed naffaċċjaw biss f ’Malta imma fl-Ewropa kollha. Allura għandna bżonn nużaw it-teknoloġija ħalli niffaċilitaw ix-xogħol għall-ħaddiema u l-professjonisti soċjali billi t-teknoloġija tħaffef ix-xogħol għal kulħadd u allura jkunu jistgħu jlaħħqu iżjed ma’ aktar każijiet li jkunu qed jaħdmu fuqhom. Biex ngħiduha bl-Ingliż: “Work smarter, work better!”
Temmnu li llum il-ġurnata, persuna li għandha bżonn l-għajnuna saret Illum ma għadux iż-żmien li tavviċinakom iżjed minn taħdem bil-biro u l-karta. Anki qabel jew għad hemm ċerti n-nies jikkomunikaw magħna stigmi? bil-mezzi teknoliġiċi li għandhom. Aktar minn hekk imma. Iva. 100 fil-100. Fil-fatt, aktar Irridu nużaw it-teknoloġi- ma niftħu u nintroduċu servizzi ja tal-informatika għal żewġ aktar jiġu nies ifittxu s-servizzi raġunijiet. L-ewwel nett; il- tagħna. once only principle. Dan huwa prinċipju tas-servizz u s-settur Taraw li għandkom għodod pubbliku kollu li jfisser li per- biżżejjed biex taħdmu suna li tiġi għal servizz tagħtik fl-għalqa soċjali? id-dettalji personali tagħha darba biss mhux trid tirrepeti l-istor- Nerġa’ ngħid, l-aqwa għodda
tibqa’ r-riżors uman. Sfortunatament huma minoranza ta’ nies li qed jagħżlu li jaħdmu fil-qasam soċjali. Qegħdin niddiskutu mal-Università u l-MCAST biex naraw kif inħajru aktar żgħażagħ biex jagħżlu karriera fil-qasam soċjali. X’taħsbu dwar il-viżjoni tan-nies dwar li wieħed jew waħda titlob l-għajnuna? Temmnu li għad hawn min jemmen li qatt ma jista’ jkun hu li xi darba se jagħmel użu minn dawn is-servizzi ezistenti?
kull parti ta’ Malta u Għawdex u minn kull kategorija soċjali. Il-motto tagħna għalhekk huwa – Hawn għalik! X’inhuma l-aktar problemi li tiltaqgħu magħhom? Drogi? Vjolenza domestika? Abbandun tal-familji?
Il-protezzjoni tat-tfal, il-vjolenza domestika u l-abbuż tas-sustanzi jibqgħu fuq quddiem nett fil-problemi soċjali li qed naffaċċjaw. Illum permezz tas-CMS tagħna qed insibu aktar malajr meta persuna jkollha iżjed minn problema waħda u tkun trid L-ewwel nett, in-nies li javviċi- l-għajnuna minn servizzi differnawna għall-għajnuna jiġu minn enti fil-Fondazzjoni.
Il-protezzjoni tat-tfal, il-vjolenza domestika u l-abbuż tas-sustanzi jibqgħu fuq quddiem nett fil-problemi soċjali li qed naffaċċjaw. Illum permezz tas-CMS tagħna qed insibu aktar malajr meta persuna jkollha iżjed minn problema waħda u tkun trid għajnuna minn servizzi differenti fil-Fondazzjoni
19
22.03.2020
kullhadd.com
Persuna tiġi għandkom b’każ partikolari, eżempju: mara msawta minn żewġha. Kif isir il-proċess ta’ tqassim? Taħt liema servizz taqa’? Kif isir il-moniteraġġ? Kull rapport li jidħol jasal għandna jew mis-servizzi tagħna fil-komunità jew billi jiġu fl-uffiċċji tal-Aġenzija Appoġġ jew l-Aġenzija Sedqa. Hemm isir dak li hu magħruf bħala l-Initial Assessment u jintbagħat għand is-servizz li jaħdem fil-qasam dwar il-problema li l-persuna jkollha. Imbagħad jinfetaħ il-każ u tibda ssir il-ħidma mal-persuna u b’hekk isir dak li int qed issejjaħ moniteraġġ. Ovvjament l-aktar każijiet serji huma dawk li jingħataw l-ewwel prijorità biex ikunu assenjati ħalli jibda jsir ix-xogħol fuqhom. Każ idum miftuħ kemm hemm bżonn jew sakemm il-persuna tibqa’ tiġi titlob għall-għajnuna u turi li verament u bis-serjetà trid taħdem fuq il-problema li jkollha.
tal-vittmi tal-vjolenza domestika huma nisa, hemm numru żgħir ta’ vittmi li huma rġiel. Qed nitkellmu fuq madwar 3%. Dawn xorta għandna servizzi għalihom.
STATISTIKA
Maż-żmien, rajtu tnaqqis jew żieda fit-talbiet t’għajnuna mill-FSWS u d-diversi aġenziji li jaqgħu taħtha? Forsi tagħtuna ftit statistika.
Li nista’ ngħidlek huwa li qed naraw żieda fl-għadd ta’ nies li jiġu jitolbu l-għajnuna tagħna. Kull darba li nħabbru servizz ġdid, jibdew jiġu aktar nies milli konna qed naħsbu li jeħtieġu dak is-servizz meta konna qed nippjanaw skont id-data u l-istatistika li nkunu ġbarna. Fil-fatt l-għadd ta’ każijiet li ħadmu fuqhom il-professjonisti tagħna żdiedu b’22.5% bejn l-2013 u l-2019, jiġifieri minn 14,358 fl2013 għal 17,591 fl-2019. Fit-tabella għandek aġenzija, aġenzija kemm ħdimna ma’ każijiet bejn l-2011 u l-2019. Dan kollu grazzi għall-fatt li matul l-istess perNisimgħu b’ħafna każi ta’ nisa jodu rdoppjajna n-nies li jaħdmu magħna minn 385 kif kien msawta iżda forsi ftit dwar fl-2012 għal 845 fl-2019. Matul irġiel msawta. Jeżistu dawn l-istess żmien ittripplikajna l-baġit it-tip ta’ każi f ’pajjiżna? tagħna minn €7.735 miljun għal Waqt li l-maġġoranza assoluta €23.360 miljun. (Ara t-tabella)
Ikollkom każijiet li kważi lanqas temmnu li qed jiġru f ’artna? Aktar milli tgħid ikollna każijiet li lanqas temmen li jiġru Malta, aħna dejjem ngħidu li ma’ kull jum li jgħaddi nitgħallmu xi ħaġa ġdida. Imma kellna każijiet diffiċli, bħallkaż ta’ mara Maltija miżżewġa raġel barrani li kienet siefret miegħu pajjiżu u lanqas l-isptar
għall-kura ta’ marda kiefra ħafna ma kien jeħodha. Hemm ħdmina mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin u l-forzi tas-sigurtà tagħna biex għennieha tiġi lura Malta. Kellna l-każ ta’ missier li kien qed juri l-pornografija lill-ibnu għax iffissa li ma ridux jikber omosesswali. Dawn il-każijiet ma tantx nippubbliċizzawhom ħalli ma nagħtux ideat u anki ħalli ma jsirux stejjer sensazzjonalizzati.
Appell mingħandek bħala Kap Eżekuttiv għal dawk hemm barra li għandhom bżonn l-għajnuna, hi ta’ liema forma hi. Żewġ appelli. L-ewwel biex aktar żgħażagħ jitħajru jiġu jaħdmu f ’dan il-qasam. It-tieni li min għandu problema jftittex l-għajnuna għax dik l-għajnuna hawn qiegħda.
20
22.03.2020
kullhadd.com
NIES KOMUNI LI ŻŻEWĠU LILL-IRJALI Għal mijiet ta’ snin, il-familji rjali fittxew “żwiġijiet ugwali” għar-re u l-qraba tiegħu li kienu f’linja diretta għat-tron, iżda issa mhix ħaġa rari għall-prinċpijiet u prinċipessi li jiżżewġu nies komuni minkejja d-demm irjali blu, assoċjat għall-klassi l-għolja, li ħafna kienu ffissati fih. Minn CHARLES B. SPITERI Minkejja l-isfond tagħha minn Wales u l-ħajja tal-leġġendi li qattgħet, il-Prinċipessa Lilian tal-Iżvezja ma kinitx isem komuni fil-Gran Brittanja. Lanqas ma kienet l-ewwel persuna komuni li żżewġet bniedem irjali. Imwielda fi Swansea, f ’Awwissu tal-1915, Lilian Davies, mudella tal-ħwejjeġ, kienet diġà miżżewġa lill-attur Skoċċiż Ivan Craig. Ftit wara dak iż-żwieġ, Craig ingħaqad fl-Armata Brittanika u telaq lejn l-Afrika, fejn kien attiv ferm tul it-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-assenza tiegħu, Lilian ħadmet f ’fabbrika li tagħmel ir-radjijiet għar-Royal Navy u għal sptar fejn kienu jinżammu s-suldati feruti. F’Londra, fis-sena 1943, meta Lilian kellha festin f ’għeluq it28 sena tagħha, iltaqgħet mal-Prinċep Bertil tal-Iżvezja. Inġibdu sew lejn xulxin minkejja li kienet għadha miżżewġa lil Craig, iżda ddivorzjatu bi ħbiberija fis-7 ta’ Novembru tal-1947, peress li meta
reġgħu ltaqgħu wara l-gwerra, Craig urieha li xtaq jiżżewweġ mara oħra. Lilian u l-Prinċep Bertil inħabbu, iżda minħabba l-oġġezzjonijiet min-naħa ta’ missier il-prinċep, spiċċaw kellhom jiżżewġu 30 sena wara. Il-proprju isem tagħha kien Lillian, iżda waqqgħet elle minnhom meta saret mudella. Bertil qatt ma laħaq reġġent, peress li kellu ħuh akbar minnu; Gustaf Adolf, iżda dan miet fl-1947. Hu ħalla tifel ta’ inqas minn sena. Minħabba f ’hekk u bit-tama li hu jilħaq reġġent, Bertil ma żżewwiġx lil Lilian, iżda għexu flimkien bil-moħbi. Madankollu Bertil ma laħaq qatt, għax missieru, ir-re, dam ħaj biżżejjed biex jara lil pro-neputih Carl Gustaf jikber fl-età biex jinħatar re minfloku. Kien in-neputi li ta l-permess lil zijuh jiżżewweġ, iżomm it-titli u l-linja ta’ suċċessjoni, kif ukoll ta t-titlu ta’ prinċipessa lil Lilian.
Il-Prinċipessa Lilian u l-Prinċep Bertil Illum, id-Dukessa ta’ Cambridge hi waħda mill-aktar nies famużi, li tifforma parti mill-monarkija għalkemm minn familja tal-klassi medja għolja. Id-dukessa trabbiet mal-familja fi Bucklebury, Berkshire. Il-ġenituri tagħha, Michael u Carole Middleton, kienu jmexxu kumpanija żgħira ta’ ordnijiet bil-posta, ibigħu l-ġugarelli u logħob ieħor għall-festini tat-tfal. Huma ltaqgħu meta kienu jaħdmu mal-kumpanija British Airways. Missierha kien flight dispatcher u ommha kienet stewardess. Il-kbira fost tlett itfal, id-dukessa ħadet l-edukazzjoni tagħha fil-Kulleġġ eskussiv ta’ Marlborough, f ’Wiltshire. Fl-2001, Middleton iltaqgħet mal-Prinċep William fis-Sala San Salvator, fl-Università ta’ St. Andrews. Huma kienu għadhom studenti u ġibdet lill-Prinċep warajha meta raha tieħu sehem f ’wirja tal-moda għall-karità, liebsa libsa trasparenti tal-bizzilla. Bdew jinnamraw fl-2003, għalkemm ir-relazzjoni tagħhom baqgħet mhux
konfermata. Wara sentejn ta’ ħbiberija, Middleton u William bdew jgħixu għal rashom f ’appartament, flimkien ma’ żewġt iħbieb oħra. Fis-17 ta’ Ottubru tal-2005, permezz tal-avukat tagħha, Middleton ilmentat mill-fastidju li kien qed ikollha mill-midja, u qalet li ma għamlet xejn sinifikanti li jimmerita pubbliċità. Meta mbagħad, fil-15 ta’ Diċembru, 2006, attendiet għall-Passing Out Parade tal-Prinċep William, fir-Royal Military Academy Sandhurst, l-attenzjoni tal-midja tkattret, tant li l-Prinċep ta’ Wales, il-Prinċep William u l-avukati ta’ Middleton, heddew b’azzjonijiet legali. Żewġ gruppi ta’ gazzetti; News International li jippubblika The Times u The Sun, u l-Guardian Media Group, pubblikaturi ta’ The Guardian, iddeċidew li ma jippubblikaw ebda ritratti tagħha miġbuda mill-paparazzi. Fl-2011 seħħ iż-żwieġ bejn Kate Middleton u l-Prinċep William, it-tieni fis-suċċessjoni għat-tron Brittaniku.
Il-Prinċep William u Kate Middleton Din il-koppja rjali ltaqgħet f ’ħanut tax-xorb f ’Sydney – The Slip Inn – waqt l-Olimpjadi tas-Sajf tas-sena 2000. Dakinhar, l-Awstraljana Donaldson, l-istess bħal ħbiebha, ma kinitx għadha taf bl-istatus irjali tal-ġuvni, li kien l-eredi għat-tron, tad-Danimarka. Ir-relazzjoni tagħhom kienet minn żewġ postijiet imbiegħda, għalkemm Frederik għamel numru ta’ żjarat bil-moħbi lejn l-Awstralja. Fil-15 ta’ Novembru 2001, il-magazin Daniż Billed Bladet semma lil Mary bħala n-namrata ta’ Frederik. Fl-istess sena Mary marret fid-Danimarka wara li kienet qed taħdem bħala għalliema tal-Ingliż f ’Pariġi. Fl-24 ta’ Settembru tal-2003, il-qorti Daniża ħabbret li r-Reġina Margrethe II
kienet lesta tagħti l-kunsens tagħha għaż-żwieġ ta’ binha ma’ Mary. Dakinhar stess, Frederik ippreżenta ċurkett tal-għerusija bid-djamanti lill-maħbuba tiegħu. Huma żżewġu f ’Mejju tal-2004 u għandhom erbat itfal. Qabel ma saret Prinċipessa tad-Danimarka, is-Sinjorina Donaldson kienet taħdem bħala eżekuttiva tar-reklamar u aktar tard bidlet ħidmietha għal aġenta tal-proprjetà. Hi twieldet fit-Tażmanja u hi l-iżgħar tifla ta’ John Donaldson, professur tal-matematika u Henrietta Donaldson, li mietet fl-1997. Ommha tar-rispett hi l-awtriċi Ingliża Susan Moody, li hi aktar magħrufa bin-nom de plume ta’ Susan Elizabeth Horwood.
Il-Prinċep Frederik u Mary Elizabeth Donaldson Meta Letizia Ortiz Rocasolano żżewġet lill-Prinċep Felipe fl-2004, saret l-ewwel persunaġġ komuni fl-istorja Spanjola li tidħol fil-linja biex issir reġina. Qabel, xogħolha kien ta’ preżentatriċi tat-televixin u kienet magħrufa sew. Mal-prinċep iltaqgħet meta kienet b’xogħol ta’ rappurtaġġ minħabba inkwinament minn żejt fil-baħar, tul ix-xatt ta’ Galicia. Dan kien fl-2002.
Il-Prinċipessa Letizia ħadmet bħala ġurnalista għall-gazzetta ABC, għall-aġenzija tal-aħbarijiet statali EFE u l-kanal lokali CNN+. Bejnha u l-prinċep għandhom żewġt itfal bniet. Aktar kmieni f ’ħajjitha, il-prinċipessa kienet miżżewġa, iżda l-Knisja Kattolika Spanjola ma opponietx iż-żwieġ tagħha mal-Prinċep Felipe minħabba li l-ewwel żwieġ ma kienx sar bil-Knisja.
Il-Prinċep Felipe u Letizia Ortiz Rocasolano Il-Prinċipessa Victoria, l-eredi għat-tron, iżżewġet lill-għalliem tas-saħħa fiżika tagħha Daniel Westling fl-2010. Is-Sur Westling, issa magħruf bħala l-Prinċep Daniel, li hu proprjetarju ta’ gym, iltaqa’ għall-ewwel darba mal-prinċipessa fl-2001. Huma ħabbru l-għerusija tagħhom tmien snin wara u żżewġu
fl-2010. Binthom Estelle, it-tieni fis-suċċessjoni għat-tron wara ommha, twieldet fi Frar tal-2012. Olof Daniel Westling kiber f ’familja ta’ klassi medja fil-villaġġ ta’ Ockelbo, fiċ-ċentru tal-Iżvezja. Ommu ħadmet bħala skrivana mal-posta u missieru kien maniġer fiċ-ċentru muniċipali tasservizzi soċjali.
Il-Prinċipessa Victoria tal-Iżvezja u Daniel Westling
21
22.03.2020
kullhadd.com
Ir-Reġina Rania tal-Ġordan hi waħda mill-First Ladies viżibbli fid-dinja Għarbija. Hi magħrufa sew għas-sbuħija tagħha u għall-atti ta’ karità li twettaq. Iltaqgħet ma’ dak li kellu jkun ir-raġel futur tagħha; li dak iżżmien kien għadu prinċep, waqt ikla organizzata f ’Jannar tal-1993. Xahrejn wara, ħabbru li kienu se jitgħarrsu. Illum għandhom
erbat itfal. Qabel iż-żwieġ, ir-Reġina Rania kisbet grad fl-amministrazzjoni tan-negozju mill-Università Amerikana fil-Kajr u ħadmet mas-Citibank u ma’ Apple. Ir-Reġina Rania hi bint tabib. Twieldet fl-1970 fil-Kuwajt, lil familja ta’ oriġini Palestinjana.
Ir-Re Abdullah II u r-Reġina Rania tal-Ġordan Ms Wittstock, issa l-Prinċipessa Charlene, iżżewġet lillPrinċep Albert II ta’ Monaco fl-2011. Għawwiema mill-Afrika t’Isfel, hi ltaqgħet mal-prinċep waqt kompetizzjoni tal-għawm f ’Monaco, fis-sena 2000. Bħala koppja ddebuttaw uffiċjalment fil-Logħob Olimpiku tax-Xitwa, fl-2006, f ’Turin, l-Italja. Iż-żwieġ tagħhom kien imċajpar minħabba li rapporti fil-midja bdew jgħidu li r-relazzjoni tal-koppja ma kinitx soda, għax baqgħu jsostnu li Ms Wittstock riedet tmur lura fl-Afrika t’Isfel.
Ms Wittstock, imwielda f ’Bulawayo, it-tieni belt ta’ Zimbabwe, kienet marret fl-Afrika t’Isfel mal-familja tagħha meta kien għad kellha 12-il sena. Hi rrrappreżentat lill-Afrika t’Isfel waqt il-Logħob tal-Commonwealth, qabel ma kkompetiet fl-Olimpjadi ta’ Sydney fis-sena 2000, bħala parti mill-medley relay team tan-nisa. Il-Prinċep Albert II, ta’ 53 sena, ilu jmexxi Monaco mindu miet missieru, il-Prinċep Rainier III, fl-2005. Ommu kienet bniedma rjali ta’ kategorija differenti. Kienet l-artista Amerikana tal-films Grace Kelly.
Il-Prinċep Albert II u Charlene Wittstock Michiko Shoda, it-tifla ta’ familja ta’ industrijalist prominenti u akkademiku, kienet l-ewwel pesuna komuni li żżewġet fil-familja imperjali fiż-żminijiet moderni. Akihito, il-Prinċep għall-kuruna Ġappuniża kiser tradizzjoni oħra: kien hu li għażel lill-għarusa tiegħu. Is-Sinjorina Shoda ltaqgħet ma’ dak li kellu jkun l-eredi tat-tron
waqt logħba tennis, fis-sajf tal-1957. Huma żżewġu sentejn wara u għandhom ħamest itfal. Gradwata fil-Letteratura Ingliża, hi attendiet ukoll korsijiet fl-Universitajiet ta’ Harvard u ta’ Oxford. Żewġha wiret it-tron mingħand missieru hekk kif dan miet, fl-1989.
L-Imperatur Akihito u l-Imperatrici Michiko Iż-żwieġ bejn il-Prinċep Harry u Meghan Markle seħħ fid-19 ta’ Mejju, tal-2018. Rachel Meghan Markle twieldet fl-4 ta’ Awwissu tal-1981 f ’Los Angeles, Kalifornja. Ommha Doria Ragland kienet ħaddiema soċjali u tal-yoga. Missierha, Thomas kien direttur tat-televixin u l-fotografija, kif ukoll direttur tad-dawl, professjoni li ressqet lil Megħan lejn ilpalk. Il-ġenituri tagħha ddivorzjaw meta hi kellha sitt snin. Ommha hi mnissla minn skjavi Afrikani waqt li missierha hu Ewropew. Seba’ snin qabel ma żżewġet lill-Prinċep Harry, Markle kellha relazzjoni mal-attur u produttur Trevor Engelson li wasslithom għaż-żwieġ fil-Ġamajka, fl-10 ta’ Settembru, 2011. Sa sentejn wara ddivorzjaw u bdiet relazzjoni oħra ma’ Cory Vitiello, kok ċelebri u
restaurateur. Miegħu damet sa Mejju, 2016. Fl-istess sena bdiet toħroġ mal-Prinċep Harry, wara li ħabib irranġalhom laqgħa bla ma kienu jafu lil xulxin. Dak iż-żmien, Harry kien il-ħames wieħed fis-suċċessjoni għat-tron Brittaniku, peress li nanntu hi r-Reġina Eliżabetta II. F’Settembru tal-2017, Markle u l-Prinċep Harry dehru għall-ewwel darba flimkien fil-pubbliku waqt ġrajja rjali fl-Invictus Games f ’Toronto. Meta saret l-għerusija bejniethom, fis-27 ta’ Novembru tal-2017, Markle ħabbret li kienet se tirtira mir-reċtar u bdiet ilproċess biex issir ċittadina Brittanika. Bi tħejjija għaż-żwieġ, l-Arċisqof ta’ Canterbury għammidha u bdiet tagħmel parti mill-Knisja Ingliża.
Il-Prinċep Harry u Meghan Markle Ir-Re Edward VIII twieled tul ir-renju ta’ bużnanntu r-Reġina Vitorja. Kien l-ewwel tifel tad-Duka u d-Dukessa ta’ York, li saru r-Re George V u r-Reġina Mary. Ta’16-il sena Edward sar Prinċep ta’ Wales. Serva fl-Armata Brittanika fl-Ewwel Gwerra Dinjija iżda daħal f ’bosta battibekki li inkwetaw lil missieru u lill-Prim Ministru Ingliż, Stanley Baldwin. Mal-mewt ta’ missieru, sar re. Wera li ma kellux paċenzja bil-protokoll tal-qorti u kkawża tħassib fost il-politiċi għax waqqaf konvenzjonijiet kostituzzjonali. F’temp ta’ ftit xhur mir-renju tiegħu, ħoloq kriżi kostituzzjonali, meta ppropona ż-żwieġ lil Wallis Simpson, mara Amerikana li kienet divorzjata mill-ewwel raġel tagħha u kienet qed tfittex li tiddivorzja wkoll minn mat-tieni. Il-prim ministri tal-Gran Brittanja, tal-Irlanda ta’ Fuq u tad-Dominji opponew iż-żwieġ, għax sostnew li mara miżżewġa lil żewġt irġiel li għadhom ħajjin, kien inaċċettabbli mil-lat soċjali u politiku u għalhekk ma setgħetx tkun mart ir-re. Fl-istess waqt lanqas seta’ jkun dan ladarba Edward kien il-kap titulari tal-Knisja tal-Ingilterra, li wkoll iddiżapprovat peress li kienet tisħaq li ħadd ma seta’ jerġa’ jiżżewweġ jekk is-sieħeb jew sieħba tiegħu jkunu għadhom ħajjin. Edward induna li jekk ikompli bil-fehma tiegħu, il-Gvern ta’ Baldwin kien jasal jirriżenja u jġiegħel li ssir elezzjoni ġenerali qabel iż-żmien, ħaġa li kienet teqridlu l-istatus tiegħu bħala bniedem politikament newtrali. Meta deher li ma setax jiżżewweġ lil Wallis u jibqa’ jżomm it-tron, abdika. Warajh laħaq ħuh iżgħar minnu, George VI. Edward, li dam fil-ħatra ta’ monarka għal 326 jum, hu wieħed mill-ftit rejiet fl-istorja li ma damux ħafna jmexxu lill-Gran Brit-
Ir-Re Edward u Wallis Simpson
tanja. Ma’ dan il-pass sar magħruf bħala d-Duka ta’ Windsor u fit-3 ta’ Ġunju tal-1937 iżżewweġ lil Wallis fi Franza, hekk kif kisbet it-tieni divorzju. Kif intemmet it-Tieni Gwerra Dinjija, fejn kien akkużat li kien simpatizzant għan-Nażisti, kien appuntat Gvernatur tal-Bahamas. Wara l-Gwerra qatta’ ħajtu fil-kwiet fi Franza. Hu u Wallis baqgħu jgħixu l-ħajja ta’ miżżewġin sa ma miet. Wallis Simpson qattgħet tfulitha f ’Baltimore, Maryland. Missierha miet ftit wara twelidha u hi u ommha għexu bl-appoġġ tal-familji tagħhom li kienu tat-tajjeb. L-ewwel żwieġ tagħha lil Win Spencer, uffiċjal navali Amerikan, kien interrott minn bosta separazzjonijiet u wassal għal divorzju. Waqt li fl-1931 kienet miżżewġa lit-tieni raġel tagħha Ernest Simpson, iltaqgħet ma’ Edward, li kien Prinċep ta’ Wales. Jingħad li f ’Jannar tal-1934, meta Lady Furness marret għal żjara fil-belt ta’ New York, Wallis serviet bħala konkubina għall-prinċep. Edward ċaħad dan kollu ma’ missieru, minkejja li n-nies tiegħu stess rawhom fis-sodda flimkien u kien hemm xhieda li kellhom x’jaqsmu sesswalment flimkien. Wallis ma damitx ma warrbet lil Lady Furness min-nofshom u l-Prinċep qata’ wkoll kull relazzjoni li kellu mal-eredi Amerikana tat-tessuti, Freda Dudley Ward. Kif rajna, għall-imħabba ta’ din il-mara, ir-Re Edward ippreferixxa li jabdika. Iżżewġu sitt xhur wara, iżda għalkemm kienet magħrufa formalment bħala d-Dukessa ta’ Windsor, ma kinitx permessa titqies bħala Royal Highness. Minkejja li l-ħajja privata tagħha kienet sors ta’ bosta spekulazzjoni, Mrs Simpson baqgħet figura kontroversjali fl-istorja Brittanika.
22
22.03.2020
kullhadd.com
PAUL HAMILTON
IL-MUŻIKA TAGĦMLU BNIEDEM ĠDID
kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Il-mużika inġenerali hija important f ’ħajjet il-bniedem. Nisimgħuha kważi kuljum, fid-djar, fil-karozza, fuq il-post tax-xogħol, postijiet tad-divertiment u diversi postijiet oħra. Dan l-aħħar sirt naf persuna li l-mużika tnessih mill-ħsibijiet u mill-problemi kollha, filwaqt li tagħmlu bniedem ġdid. Qed nirreferi għal Paul Scerri, magħruf aħjar billi jaħdem taħt l-isem ta’ Paul Hamilton bħala DJ/Producer. Għandu 45 sena u joqgħod Ħal Balzan. Il-passatempi tiegħu huma l-atletika u l-produzzjoni ta’ mużika elettronika. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna dedikata u determinata, u jieħu pjaċir jgħin u jaħdem ma’ talenti lokali. Ilu jieħu interess fil-mużika, minn meta kellu 14-il sena. Matul dan iż-żmien, l-istil tal-mużika inbidel drastikament u kellu jbiddel biż-żmien u skont il-pajjiż li jkun qiegħed jgħix ġo fih. Bħalissa fil-fatt qiegħed jgħix Malta u l-iktar stil li qed juża huwa deep house u progressive house li huwa l-main sound tiegħu. Wara li għamel kors kien twieled l-isem tiegħu Paul Hamilton li kienet idea ta’ J Joy Mistoqsi kif bdiet in-namra tiegħu lejn il-mużika, u fejn tgħallem u kif eventwalment beda jibni l-kuntatti tiegħu għall-gigs f ’Malta u barra, Paul weġibni: “Ta’ 14-il sena kont parti mit-tim nazzjonali ta’ Malta fl-atletika u kont infittex ħafna diski b’enerġija għal waqt it-taħriġ tiegħi. Ix-xewqa tiegħi li nsir deejay kienet minn dejjem hemm, però kien Paul Leone Ganado li poġġieni fid-direzzjoni t-tajba biex nibda. Bdejt indoqq b’CDs f ’postijiet bħal Empire, Bamboo, u Bootleggers. Komplejt nieħu s-sengħa bis-serjetà u għamilt kors ta’ deejay fuq Vynil ma J Joy. Kien wara dan il-kors li twieled l-isem tiegħi Paul Hamilton li kienet idea ta’ J Joy, wara li ppreżentali ċ-ċertifikat. Komplejt nipprattika
għand Conrad Heal (Release The Groove Records) u spiċċajt indoqq postijiet bħal Places, Peppermint, Axis, Bar Funk, u Lady Godiva biex insemmi ftit,” spjegali Paul. Tlabtu jispjegali d-differenza tal-istili tal-mużika li jdoqq hu stess - deep house, tech house, melodic house u techno. “Bħala deejay jien għandi stil partikolari li għalkemm huwa mqassam fuq erba’ stili deep house, tech house, melodic house u techno: l-element prinċipali jibqa’ dejjem progressive house. Jiena nuża deep house l-iktar ġo lounges jew warm-up sets fejn l-atmosfera tkun differenti, il-groove tal-mużika tkun iktar kalma. Inkompli s-sets tiegħi skont il-post li nkun qiegħed indoqq u skond x’tip ta’ udjenza jkolli quddiemi fil-mument. Tech House iktar saħħa fil-kick u filgroove, melodic house huwa stil ġdid ta’ techno b’iktar melodija, techno huwa sound elettroniku b’saħħtu ħafna.”
Konxja mill-fatt li ċerti persuni jħarsu lejn mużika deep house, tech house, melodic house u techno, bħala mużika mgħaġġla u storbjuża, Paul fissirli li kull deejay jista jpoġġi dan is-sound kif irid hu. “Jien indoqq b’BPM ta’ bejn 120 u 124 massimu, li żgur mhux mgħaġġel. Hemm diski storbjużi u hemm diski għandhom iktar groove. Jiena nimxi ik-
tar mal-groove u feeling tajba u nfittex għażla ta’ diski li ma jkunux repetittivi.” Ta’ min jgħid li Paul Hamilton huwa l-ewwel deejay Malti fuq mużika progressiva u techno li kien ġie magħżul minn Armin Van Buuren, Ruben de Ronde u David Lewis Productions sabiex idoqq fl-ikbar indoor festival mondjali ‘A State of Trance 850’ ġewwa
Ta’ 14-il sena kont parti mit-tim nazzjonali ta’ Malta fl-atletika u kont infittex ħafna diski b’enerġija għal waqt it-taħriġ tiegħi. Ix xewqa tiegħi li nsir deejay kienet minn dejjem hemm, però kien Paul Leone Ganado li poġġini fid-direzzjoni t-tajba biex nibda
l-Progressive Arean f ’Utrecht, l-Olanda. Bla dubju ridt inkun naf kif dawn tefgħu għajnejhom fuqu, u kif kienet l-esperjenza tiegħu hemmhekk idoqq. “Il-konsistenza ta’ diski li bdejt noħroġ fis-sena 2017 u l-ammont ta’ diski li bdew jindaqqu fuq ir-Radio ASOT (The Netherlands) matul dan il-perjodu, ġimgħa wara ġimgħa, kien ir-raġuni li spiċċajt indoqq f ’festival daqshekk prestiġjuż. Kienet esperjenza sabiħa ħafna, però l-iktar ħaġa li laqtitni kienet l-ammont ta’ sapport li kelli mingħand Armin Van Buuren li daqq xi productions tiegħi waqt il-festival, kif ukoll għażel waħda mid-diski tiegħi għall-album tiegħu ASOT 850 li ħareġ fuq Armada Music,” qalli sodisfatt għall-aħħar Paul. Dejjem jipprova jieħu l-udjenza fuq vjaġġ ta’ mużika elettronika ġdida Konxja mill-fatt li dan l-istil ta’ mużika li jiffoka fuqu hu, huwa
23
22.03.2020
kullhadd.com
bla dubju ta’ xejn stil ta’ mużika li jċaqlaq l-udjenza li jkollu quddiemu, b’hekk tlabtu jgħidli, b’liema mod jispira ruħu qabel u waqt li jkun qed idoqq. “Kull gig li jkolli nipprova nieħu l-udjenza fuq vjaġġ ta’ mużika elettronika ġdida. Nagħmel il-preparazzjonijiet tiegħi minn ġimgħa għal ġimgħa, infittex, kif ukoll nipproduċi diski li ser jaħdmu għal kull mument li jkolli bżonn u fl-istess ħin jaqblu mal-istil tiegħi.” Ta’ min jgħid ukoll li l-mużika ħadet lil Paul igawdi diversi pajjiżi madwar id-dinja, apparti li jdoqq hawn Malta wkoll. Fil-fatt daqq f ’Dubai, Londra, Abu Dhabi, il-Bahrain, Doha, Oman, il-Ġermanja, l-Iżvizzera, l-Indja, Bangladesh, is-Sirja, il-Vjetnam, il-Bulgarija u l-Olanda. “Il-mużika ħaditni postijiet sbieħ u ser teħodni postijiet ġodda din is-sena. Kull vjaġġ huwa ta’ nies ta’ kultura u enerġija differenti. Għalkemm huwa sabiħ li ssiefer u tiltaqa’ ma’ deejays u ma’ fans barra mill-pajjiż, Malta għandna ħafna Maltin u barranin li jħobbu l-mużika elettronika, allura m’hemmx xi differenza kbira.” Mistoqsi kemm ħareġ diski oriġinali fuq albums s’issa, Paul stqarr miegħi li dawn l-aħħar 15-il sena ħareġ ’il fuq minn 300 diska oriġinali, kif ukoll remixes. “L-iktar diska popolari tiegħi kienet remix għall-artist Kayson bit-titlu ‘Dynamo’ (Dear Deer Records) li għamlet 43 ġurnata fil-beatport Top 100 Melodic House Charts u s-single tiegħi kollaborazzjoni ma’ Tanvir Ahmed ‘Mind Games’ (Armada Music) li ħarġet fuq l-album ta’ Armin Van Buuren. Din is-sena qiegħed nikkalkula li noħroġ l-ewwel album tiegħi li ħdimt flimkien ma’ Dylan Deck bl-isem ta ‘The Legacy’ u għandi ħafna EPs oħra, kif ukoll remixes li ħerġin fuq labels kbar,” żvela miegħi. Pjan ta’ tliet remixes ma’ producer Maltija għal din is-sena Dan l-aħħar ukoll, Paul ħadem xi kollaborazzjoni fuq mużika ma’ Cathy-K. Fi kliemu stess, Cathy K hija producer li għandha ħafna talent. “Il-pjan tagħna għal din is-sena huwa ta’ tliet remixes minn għandi u kollaborazzjoni ta’ two track EP. L-ewwel diska diġà ħarġet ma’ Bonzai Progressive u daħlet fil-beatport Progressive House Top 100.” Tkellimt miegħu wkoll dwar it-tqassim tal-proċess ta’ meta jipproduċi biċċa mużika. “Jiena naħdem id-diska fuq l-istil ta’ mużika li ndoqq u waqt il-produzzjoni nibda nimmaġina r-reazzjoni tal-udjen-
za tiegħi. Id-diski li nagħmel normalment ikunu extended mix u jibdew minn introduzzjoni ta’ minuta jew minuta u nofs, nisma d-diska li wara ftit ikollha break b’naqra tensjoni, wara l-break tkompli d-diska li tispiċċa b’terminu ta’ minuta oħra.” Fl-aħħar nett, Paul spiċċa din l-intervista miegħi billi fissirli kif il-mużika li jħobb tnessih mill-ħsibijiet u mill-problemi kollha, filwaqt li tagħmlu wkoll bniedem ġdid.
Kull gig li jkolli nipprova nieħu l-udjenza fuq vjaġġ ta’ mużika elettronika ġdida. Nagħmel il-preparazzjonijiet tiegħi minn ġimgħa għal ġimgħa, infittex, kif ukoll nipproduċi diski li ser jaħdmu għal kull mument li jkolli bżonn u fl-istess ħin jaqblu mal-istil tiegħi
24
22.03.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
MIKELIN NOÈ U L-ISKOJJATTLU BLA KWIET
Mikelin tifel li l-ħin kollu jistaqsi elf mistoqsija. “Papà, għaliex fis-sajf idum ma jidlam? Il-karrotti għaliex huma oranġjo? Innemel għax ma jaqax meta jimxi mal-ħajt?” U wara li l-papà jaqralu xi storja qabel l-irqad, arah isaqsi iżjed: “Imma għaliex il-prinċipessa dejjem għandha bżonn prinċep biex isalvaha? Għaliex il-lupu dejjem ikun kattiv?” U anki wara li l-papà jitfi għal billejl, leħen Mikelin jibqa’ jinstema’ mal-kamra: “Għaliex il-qamar għandu wiċċ? Għaliex nistgħu narawhom l-istilel jekk huma daqstant ’il bogħod?” Ovvjament il-papà mhux dejjem ikollu l-ħin jew l-enerġija biex joqgħod iwieġbu. Kultant lanqas hu ma jkun jaf it-tweġiba (familjari?). U fl-aħħar isibu kompromess: Mikelin jikteb il-mistoqsijiet kollha tiegħu fuq biċċiet tal-karti kkuluriti, u mbagħad il-papà joqgħod iweġibhomlu bil-kwiet. Imma taħsbu jirnexxilu? It-tfal li jħobbu l-karattru ta’ Imeldina tal-awtriċi Sandra Hili Vassallo, se jieħdu grazzja mill-ewwel ma’ dan il-karattru ġdid
Mikelin – u mhux biss għax huwa l-kuġin ta’ Imeldina, imma għax l-awtriċi jirnexxilha taqbad dawk iċ-ċirkostanzi tant reali li t-tfal u l-ġenituri żgur se jidentifikaw magħhom. Mikelin hu maħsub għal tfal bejn tlieta u sitt snin. Il-ġenituri tat-tfal kurjużi se jieħdu r-ruħ bih, għax jirrifletti realtà ta’ ħafna tfal li l-ħin kollu jistaqsu minn kollox. Huwa wkoll ktieb perfett biex tintroduċi lit-tfal għall-qwiel Maltin b’mod l-aktar leġġer. Mikelin jingħata l-ħajja fuq il-paġna bl-illustrazzjonijiet friski ta’ Susanna Rumiz, illustratriċi Taljana żagħżugħa. Mikelin jirnexxilu jiddobba t-tweġibiet kollha li jrid? Id-dar kieku mlieha bil-biċċiet tal-karti mwaħħlin ma’ kullimkien, imma l-papà kien wisq imħabbat biex iweġibhom. Allura min, inkiss inkiss billejl, kitiblu t-tweġibiet lil Mikelin? Il-misteru jissolva filktieb. Mikelin, pubblikazzjoni Merlin Publishers, jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online direttament minn merlinpublishers.com
Noè jitkellem BL-ITTRI KAPITALI. Jagħmel l-istorbju, m’għandux kwiet u huwa impulsiv. Imur l-istess skola ta’ ħuh il-kbir, Ben. Imma wieħed għandu permess mill-iskola jmur il-kamp li qed jiġi organizzat, mentri l-ieħor le. Noè u Ben huma żewġ aħwa tipiċi bħal ħafna oħrajn – filli qed jargumentaw bejniethom, filli qed jitgħannqu; l-unika differenza hi li Noè għandu Attention Deficit Hyperactivity Disorder, jew ADHD. Dan il-ktieb bl-istampi, illustrat minn Derek Fenech, għandu t-tir li juri kif tifel huwa ferm iżjed milli sempliċi djanjożi. Noè u l-Iskojjattlu Bla Kwiet huwa miktub mill-awtriċi rebbieħa ta’ bosta premjijiet letterarji, Leanne Ellul, flimkien ma’ Stephanie Bugeja, psikologa fil-qasam tal-edukazzjoni. L-istorja hi maħsuba biex tgħin lit-tfal japprezzaw lilhom infushom u lil ħaddieħor bħala individwi, kulħadd b’affarijiet li fihom huma tajbin u oħrajn li fihom ibatu xi ftit. Jekk it-tfal jibdew jifhmu dan sa minn età bikrija, allura s-soċjetà kollha kemm hi tibbenefika għaliex, fi kliem Bugeja, “tgħinhom jibnu komunità magħquda u inklussiva bbażata fuq ir-rispett reċiproku”. “Noè mhu xejn differenti minn tfal oħra tal-età tiegħu, u djanjożi ta’ ADHD m’għandha twaqqaf lil ħadd milli jsib il-vuċi individwali tiegħu,” tgħid Ellul hi u tispjega li l-ktieb hu ambjentat f ’kuntest Malti biex it-tfal u l-familji Maltin ikun eħfef jidentifikaw miegħu. L-ADHD hija fost l-aktar diffikultajiet ta’ mġiba komuni fittfal u l-adolexxenti. Sintomi komuni huma nuqqas ta’ attenzjoni, iperattività u impulsività, imma l-isfidi jvarjaw ħafna bejn tifel u ieħor jew oħra. Huwa kkalkulat li hemm madwar 2.2% tat-tfal u
l-adolexxenti madwar id-dinja b’ADHD. Iżda Noè u l-Iskojjattlu Bla Kwiet mhuwiex ktieb maħsub biss għal tfal bl-ADHD. Ellul, fil-fatt, tisħaq illi l-utilità tiegħu toħroġ bil-beraħ meta l-ktieb ikollu udjenza ferm usa’. “Din mhix storja dwar l-ADHD ta’ Noè, imma dwar Noè, tifel li seta’ kien il-ġar jew il-ħabib tagħna,” tgħid Ellul. L-istorja titkellem b’mod indirett dwar l-isterjotipar u l-istigma, u l-qarrej hu mħeġġeġ “imur lil hinn mit-tikketta” u japprezza l-identità ta’ sħabu b’mod komplut u ħolistiku. Bugeja taqbel: “Din l-istorja hija waħda leġġera, umoristika wkoll u turi li l-ADHD hija biss parti minn dak li hu Noè.” Dan huwa l-ewwel ktieb f ’sensiela ġdida tal-Merlin Publishers bl-isem “Lenti fuq”, li għandha t-tir li tqajjem iżjed kuxjenza dwar kwistjonijiet marbuta mal-iżvilupp. Chris Gruppetta mill-Merlin qalilna li kotba oħrajn f ’din is-sensiela se jkunu dwar l-awtiżmu, dwar id-Down’s Syndrome u oħrajn. “L-inklużjoni hemm bżonn tkun iżjed milli sempliċi catchphrase ‘strateġika’ fis-sistema edukattiva tagħna, u l-inklużjoni vera ssir biss jekk it-tfal jifhmu b’mod konkret li tfal bi kwistjonijiet marbuta mal-iżvilupp – bħalma jista’ jkun l-ADHD – huma tfal bħalhom,” qal Gruppetta. Noè u l-Iskojjattlu Bla Kwiet joffri pjattaforma ideali għall-qarrejja żgħar u għall-adulti magħhom, biex jiddiskutu dan is-suġġett sensittiv. Fil-fatt, m’għandux xi età preskritta waħda, imma hu tajjeb kemm għal tfal iżgħar li l-ktieb jaqrawh mal-ġenituri, kemm għal tfal ftit ikbar li jibdew jaqraw waħidhom. Fl-aħħar tal-ktieb hemm sezzjoni ddedikata għall-ġenituri u/ jew għalliema, b’informazzjoni dwar l-ADHD u dwar kif tgħin tifel jew tifla bl-ADHD.
Mistoqsija: X’inhi l-unika differenza li għandu Noè? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba MIKELIN U NOÈ. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 29 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ŻARU L-BŻARU huwa: S. PSAILA - SAN PAWL IL-BAĦAR
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
04
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm ġie jiswa l-proġett biex itejjeb l-aċċess u l-użu tal-Port ta’ Marsaxlokk?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
22.03.2020
kullhadd.com
IL-GWERRA TAL-KITLA Kitba ta’ MARY CHETCUTI
L-inkwiet kien ilu jinħema. Fuq medda ta’ 80 sena bejn l-1568 u l-1648 tmien stati Olandiżi tqabdu mal-Imperu Kattoliku Ruman ta’ Spanja, li kellu l-Ewropa kollha taħt il-ħakma tiegħu, sabiex jakkwistaw l-indipendenza. Konsegwenza ta’ din il-gwerra dejjiema l-Olanda nqasmet fi tnejn – it-Tramuntana saret Repubblika filwaqt li l-parti fin-Nofsinhar baqgħet parti mill-Imperu Kattoliku Ruman. Tista’ tgħid li l-akbar rebħa kienet għar-Repubblika Olandiża peress li ħatfet taħt idejha l-kontroll tax-Xmara Scheldt fuq il-fruntiera bejn iż-żewġ stati ġodda Olandiżi. Ix-Xmara Scheldt, twila madwar 350 kilometru, kienet ta’ importanza kummerċjali enormi għall-istati li kienu jagħmlu parti mill-Imperu Kattoliku Ruman, u r-Repubblika Olandiża imblokkaw l-aċċess minnha lix-xwieni merkantili li riedu jidħlu fil-portijiet tal-bliet Belġjani ta’ Ghent u Antwerp. Din kienet daqqa ta’ ħarta kbira għall-imperu. Kienet qed tiswieh telf ta’ ammonti kbar ta’ flus barra d-dewmien fit-traġitt tal-merkanzija li seta’ jikkawża skarsezza. Saru għadd ta’ tentattivi diplomatiċi sabiex jitneħħa l-imblokk imma ma swew għalxejn. Ir-Repubblika Olandiża kienet qed tagħmel profitti bla qies minn taxxi fuq merkanzija li riedet bilfors tgħaddi minn fuq artha ħalli tasal għall-kumplament
tal-Ewropa Imperjali u allura ma kellha l-ebda ħsieb li tiftaħ ix-xmara għall-kummerċ ħieles. Fl-1781, l-Imperatur Kattoliku Ruman tal-Ewropa Ġużeppi II, tilef il-paċenzja b’din is-sitwazzjoni li aktar ma tmur aktar kienet qed tiswieh u ordna lir-Repubblika Olandiża twaqqaf b’mod immedjat l-imblokk. M’għandix għalfejn ngħid li dawn tal-aħħar irrifjutaw. Fl-1784, l-Imperatur Ġużeppi II, reġa’ wera l-awtorità tiegħu u għal darb’oħra ordna li jitneħħa l-imblokk filwaqt li l-Olandiżi jgħaddu t-territorju mirbuħ lura lill-imperu. Għal darb’oħra l-Olandiżi rrifjutaw. Mid-diplomazija l-Imperatur għadda għad-deterrent u beda jhedded bi gwerra iżda kollox waqa’ fuq widnejn torox. Hawnhekk, l-Imperatur Ġużeppi II mill-kliem qabeż għall-fatti u bagħat flotta ta’ tlett ixwieni tal-gwerra mmexxijin mix-xini tal-ammiraljat Le Louis quddiem il-barrikati mibnijin mill-Olandiżi fuq ix-Xmara Scheldt biex jagħtihom x’jifhmu li l-imperu lest jisforza ruħu fuq innaħa tar-Repubblikani. Sintendi, ir-Repubblika Olandiża ma kenitx sa toqgħod b’idejha fuq żaqqha u tħalli l-Imperu Kattoliku Ruman jerġa’ jaħkimha fl-iskuża tal-iżblokk tax-xmara, għaldaqstant fil-pront ħarġu x-xini żgħir tal-gwerra Dolfijn biex jinterċetta l-flotta tal-għadu. Iż-żewġ qawwiet navali ġew
wiċċ imb wiċċ lesti għall-battalja. Ġara li sewwasew fil-lejla tat-8 ta’ Ottubru 1784, ġie sparat tir wieħed minn fuq ix-xini Olandiż Dolfijn lejn id-direzzjoni tax-xini armat sa snienu Le Louis u ntlaqtet kitla tal-metall, tintuża biex fiha tissaħħan is-soppa tal-ekwipaġġ u li xi ħadd ħalla fuq il-gverta. Oħroġ il-għaġeb, dan l-inċident kien biżżejjed biex il-flotta tal-Imperatur Ġużeppi II dawret denbha u rtirat lura. L-Imperatur tant ħassu umiljat u rrabjat bl-imġiba assurda u tant ġifa tal-uffiċjali tal-qawwa navali tiegħu li ftit ġranet wara ddikkjara gwerra fuq ir-Repubblika Olandiża. Wara numru ta’ taqbidiet u mwiet miż-żewġ naħat, Franza daħlet medjatur bejniethom sabiex ipoġġu mad-
war mejda u jinnegozjaw ftehim. Hekk għamlu u fl-1785 ir-Repubblika Olandiża u l-Imperatur Kattoliku Ruman Ġużeppi II iffirmaw it-Trattat ta’ Fontainebleau. B’dan il-ftehim ftit li xejn inbidel għax l-Olandiżi baqgħu jżommu d-drittijiet tagħhom kollha fuq ix-Xmara Scheldt, saħansitra l-imblokk. Però, huma qablu li jagħtu kumpens finanzjarju sostanzjali fis-sena lin-naħa li tagħmel parti mit-territorju tal-Imperatur sabiex jagħmlu tajjeb għall-ispejjeż tat-traġitti tal-merkanzija; u hekk baqa’ jsir sal-1863. U l-kitla x’sar minnha? Wisq probabbli xi baħri ħadha għand landier isewwilha t-toqba li ħallitilha l-balla u baqa’ jżommha bħala rikordju ta’ meta ffrankaw taptipa mingħand ir-Repubblikani Olandiżi.
Ix-Xmara Scheldt iffriżata
L-Imperatur Ġużeppi II
26
22.03.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR
Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
22.03.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 321
L. DELIA - SANTA LUĊIJA
Bi 3 Numri 040 069 070 079 139 140 176 263 331 332 365 372
379 398 419 479 490 557 569 589 603 738 766 771 837
850 879 933 961 994 B’4 Numri 0206 0816 1026 1100 1666 2066
3083 3286 3781 3832 4217 4274 4278 4701 4738 4741 5440 5549 6410
6411 6632 6778 6938 7363 8216 8496 9139 9890 B’5 Numri 27816 33962
44235 47286 56376 82738 85063 94469 Bi 8 Numri 04043341 17093430 20391842 22219882
1. 4. 7,11. 9. 10. 12. 16. 18,23. 19. 20. 21.
Mimdudin: Iħaffef ? (5) Fjuri (4) Ta’ ........ (4) Ara 3 Kiser ir-regoli (6) Dan jisraq il-vapuri? (6) Tħaddet? (3) Tkisser (6) Ara 6 Seraqni? (5) Ara 5
23. 24.
Ara 18 Ara 12 wieqfa
8. 11. 12,24. Weqfin: 13. 1. Kompli l-qawl: Fejn hemm 14. il-għasel ........ id-dubbien (6) 15 2,22. Joqogħdu qrib 17. xuxlin (6) 21. 3,9. Jaħfer id-dnubiet (6) 5,21M. Jerġa’ jibdieli (6) 6,19. Jindukraw? (6) 22.
Telaq! (9) Ara 7 Platt żgħir (7) Reuben Inglott Agius (1,1,1) Joqogħdu n-nies (6) Ħalliel? (6) Kulħadd Ingliż (3) Jidderieġi l-futbol imqassar! (3) Ara 2
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Malti, 4.Ċajt, 7,9.Nimxi, 10.Tfajla, 12.Barrin, 16.Usa, 18,19.Rieda, 20.Liżar, 21.Mar, 24.Heżżu
Weqfin: 1.Membru, 2,11.Ltima, 3.Int, 5.AMJ, 6,23.Tbassar, 8.Iffriżawh, 12,13.Barri, 14.Nervuż, 15.Żarenu, 17,22.Skarsa, 21.Mus
28
22.03.2020
kullhadd.com
ALLARM TAL-IRRESPONSABBLI Editorjal
Dan id-diskors ma jiswa għalxejn jekk mhux biex jallarma lil ġensna fi żmien daqshekk delikat
Bħal f ’kull naħa oħra tad-dinja, kulħadd f ’pajjiżna jirrikonoxxi li dawn huma żminijiet li jeħtieġu responsabbiltà u kawtela partikolari mill-awtoritajiet flimkien matteħid ta’ kull miżura neċessarja. Daqstant ieħor, iżda, hemm il-ħtieġa kbira wkoll li prudenza mingħajr kundizzjonijiet tintwera minn kull Ċikku l-Poplu, hu min hu. Aħseb u ara minn min jitkellem f ’isem xi organizzazzjoni u/ jew għandu mqar l-iċken influwenza fuq ħaddieħor. Isiru wkoll appelli kontinwi u varji biex, f ’din l-era tal-libertà (mġebbda) tal-espressjoni, jiġu kkwotati sorsi li jkunu affidabbli f ’kull fehma li tingħata. L-istess ħadd m’għandu jispara bl-addoċċ fuq il-midja soċjali dwar x’jaħseb li seta’ sar u x’ma missux sar f ’xi ċirkostanza komuni tal-ħajja. Minkejja dan, xorta tibqa’ ssib dak il-persentaġġ ta’ persuni irresponsabbli li jridu jagħmluha tal-“għorrief ” f ’kull suġġett li jiġi għal idejhom. Fiċ-ċirkostanzi tal-lum, fejn għandna dibattitu kkonċentrat kompletament fuq suġġett wieħed
partikolari (il-Coronavirus), li fih innifsu wkoll iqanqal tħassib serju, il-livell mistenni ta’ responsabbiltà u prudenza jikber ferm iżjed. Għalhekk ma stajniex nemmnu lil widnejna b’dak li nhar it-Tlieta li għadda għoġbu jwassal fil-Parlament id-Deputat Beppe Fenech Adami, li hu l-Kelliem Ewlieni Nazzjonalista għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali. Bħala rappreżentant tal-poplu jitkellem fl-ogħla istituzzjoni nazzjonali l-piż tiegħu hu konsiderevoli, ħafna iżjed minn dak li xi Joe Borg ifettillu jħarbex fuq Facebook. L-Onorevoli (!) bassar kif, b’riżultat ta’ din il-pandemija attwali, mhux se ndumu li f ’pajjiżna naraw is-sitwazzjoni tinbidel f ’xi diżubbidjenza ċivili. Biex ħadd ma jaħseb li qed ngħawġu l-fatti għal xi skop ulterjuri, il-kliem preċiż tiegħu kien: “Ejja nieħdu din il-marda bis-serjetà ħafna, Sur President (Speaker). Hemm issues kbar ta’ sigurtà. Kull min qed isegwi x’qed jiġri fl-isfera internazzjonali, tinduna li any moment se jkun hawn social
unrest minħabba din l-infezzjoni li għandna.” Dan id-diskors mhux biss m’għandu xejn minn dak li qed jipprietka l-Kap tiegħu stess, Dr Adrian Delia, iżda wkoll ma jiswa għalxejn jekk mhux biex jallarma lil ġensna fi żmien daqstant delikat. Irridu ma nemmnux li dak seta’ kien l-iskop prinċipali tad-Deputat tal-Oppożizzjoni, iżda diffiċli li xi ħadd f ’sensih iniżżilha minn griżmejh mod ieħor. Imbagħad meta ġejja minn wieħed li jagħmel parti minn fazzjoni li, appena tilfet il-poter, welldet komplott biex tiddistabbilizza l-ekonomija taħt Gvern Laburista. Anke wkoll għax ftit sekondi biss qabel ittanta joħloq ferment ieħor bil-każ tat-tliet żgħażagħ Spanjoli li din il-ġimgħa twaqqfu fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u spiċċaw fi kwarantina minħabba li wieħed minnhom irriżulta pożittiv għall-virus. Fenech Adami kien pront daħħal kull dubju dwar kemm laħqu ġew infettati persuni sakemm il-barranin ġew ittestjati
u anke iżolati, minkejja li sa dak ilħin l-ajruport kien diġà ppubblika stqarrija biex jiddikjara li f ’dan il-każ kienet ittieħdet kull miżura stabbilita. L-istqarrija nħarġet iżjed minn tliet sigħat qabel sar id-diskors tad-Deputat fil-Parlament. L-ajruport spjega li kienu ġew iffumigati ż-żoni kollha indikati mill-awtoritajiet tas-saħħa biex tkun imħarsa s-saħħa u s-sigurtà tal-vjaġġaturi u tal-ħaddiema. Wieħed kien jistenna li, anke għal din il-parti ta’ diskorsu, id-Deputat mhux biss ikun infurmat bl-aħħar aġġornamenti tal-każ, iżda jkun ukoll prudenti u meqjus fi kliemu qabel jisparah. Naslu nċanfru lilna nfusna wkoll f ’dan ir-rigward, ladarba donnu qed ninsew l-għerf ta’ missirijietna li għallimna li “lil min tafu, tistaqsix għalih”. Aħjar minnu żgur qed taġixxi l-maġġoranza assoluta tal-poplu li qiegħda turi fiduċja kbira fl-awtoritajiet kompetenti u saħansitra tikkollabora bis-sħiħ mal-istruzzjonijiet li qed jingħataw minn mument għal ieħor.