KullĦadd_22.08.2021

Page 1

L-ESTABLISHMENT NAZZJONALISTA JŻID L-ATTAKKI FUQ GIGLIO Il-Ħadd, 22 ta’ Awwissu, 2021

Ħarġa Nru 1,467

Rapport f’paġna 4

Prezz €1

IL-PIXXINA OLIMPIKA GĦAWDXIJA FIL-QRIB Żjara fis-sit tal-bini tal-kumpless sportiv fil-Belt Victoria, li se jospita għadd ta’ dixxiplini akkwatiċi u oħrajn, turi li l-akbar proġett tax-xorta tiegħu fil-gżira avvanza sew.

Rapport u aktar ritratti f’paġni 14 u 15

L-AMBJENT FIL-KALKOLI INEŻISTENTI TAL-PN Fil-miri għat-tibdil fil-klima, l-Oppożizzjoni tinqabad li mhijiex kredibbli, m’għandhiex viżjoni jew pjan u lanqas ideat … trid iżżid il-piż fuq il-pajjiż b’mira li hi kważi d-doppju ta’ dik li ġiet assenjata lilna mill-Kummissjoni Ewropea Waqt li għadu jiddefendi fost l-agħar miżuri ambjentali li qatt ħa mill-poter, bħar-razzjonalizzazzjoni taż-żoni ta’ żvilupp fl-2006, il-Partit Nazzjonalista llum fl-Oppożizzjoni jidher li mhux ippreparat dwar l-isfida tat-tibdil fil-klima u minflok qed jispara bl-addoċċ b’miżuri li mhu­ miex ikkalkulati u jimponu piż sproporzjonat fuq pajjiżna. F’kummenti ma’ din il-gazzetta, ilMi­nistru responsabbli mill-Ambjent u t-Tibdil fil-Klima Aaron Farrugia tenna li l-Oppożizzjoni hi maqtugħa sew f’dan ir-rigward u, minflok, qed tissuġġerixxi

miri ambjentali fuq pajjiżna li anke l-Kummissjoni Ewropea qablet li ma nistgħu qatt naslu għalihom, minħabba r-riżorsi limitati li għandna. F’reazzjoni estensiva wara l-konferenza tal-aħbarijiet li l-Oppożizzjoni organizzat nhar il-Ġimgħa permezz tal-kelliema ewlenin tagħha Robert Cutajar u David Thake u l-kandidata Janice Chetcuti, il-Ministru Farrugia stqarr li l-Gvern ilu s-snin jaħdem fuq il-miri li ġew assenjati bħala s-sehem ta’ Malta, bil-maqlub tan-Nazzjonalisti li donnhom kienu reqdin fuq is-suġġett u stenbħu biss din il-

ġimgħa. “Il-PN qed jgħid li għandna naċċettaw il-mira ta’ 36% fit-tnaqqis tat-tniġġis sal2030, anke jekk il-Kummissjoni Ewropea qablet magħna fuq threshold ta’ 19%. Lanqas biss fehmu – u ma jridux jifhmu – x’riperkussjonijiet ikollha dik il-mira. Xi tfisser għal kull ċitta­din Malti,” tenna l-Ministru. Hu qal li l-esperti tal-Kummissjo­ni Ewropea qablu mal-argumenti ta’ pajjiżna. Tkompli f’paġna 6

Il-Ministru Aaron Farrugia


02

22.08.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 32°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja qed testendi minn fuq l-Atlantiku sa fuq il-Libja It-Temp: Ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mil-Lvant li jsir ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 29°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

33°C UV 9

KUNTATT ĠENERALI

25°C

Il-Ħamis

33°C UV 9

25°C

Il-Ġimgħa

33°C UV 9

25°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

34°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 8

25°C

33°C UV 8

24°C

33°C UV 8

25°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Brown’s Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Riħan, San Ġwann – 21372195 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Smiths (Pama) Pharmacy, Triq Valletta, Il-Mosta – 21417593 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija – 21557278 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

22.08.2021

IT-TIELET REVIŻJONI EKONOMIKA POŻITTIVA GĦAL MALTA F’40 JUM Mindu f’Lulju li għadda l-Kummissjoni Ewropea wriet fiduċja akbar fl-ekonomija Maltija għaż-żmien li ġej, din il-ġimgħa kellna t-tielet istituzzjoni li għażlet li tirrevedi ’l fuq it-tbassir ekonomiku tagħha għal pajjiżna. L-ewwel reviżjoni ’l fuq kienet imħabbra mill-Kummissjoni Ewropea bħala parti mis-Summer 2021 Economic Forecasts ippubblikati fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju. Waqt li fit-tbassir preċedenti, dak tar-rebbiegħa, l-esperti tal-Kummissjoni kienu bassru rata ta’ tkabbir ta’ 4.6% għal din is-sena, fix-xahar li għadda huma rrevedew dan it-tbassir b’punt perċentwali ogħla. Ta’ min jinnota li dan kien id-doppju tar-reviżjoni li saret għall-bqija taż-Żona Ewro. Ġimagħtejn wara kien imiss reviżjoni oħra ferm qawwija fil-prospetti ekonomiċi ta’ pajjiżna. Din id-darba din seħħet wara l-assessjar annwali tal-ekonomija tagħna li jsir minn delegazzjoni talFond Monetarju Internazzjonali (IMF). Dawn saħansitra kienu aktar ottimisti mill-Kummissjoni Ewropea u għażlu li jippubblikaw rata ta’ tkabbir ta’ 5.8% għal pajjiżna din is-sena, li tfisser reviżjoni ’l fuq ta’ 1.1 punt perċentwali. Anke f ’dak li jirrigwarda t-tkabbir ekonomiku għas-sena d-dieħla, l-esperti dinjija għażlu li jgħollu l-prospetti ta’ pajjiżna u issa qed ibassru li l-ġid nazzjonali jiżdied b’6% fl-2022. Din il-ġimgħa kien imiss

Minkejja r-restrizzjonijiet li kompla jiffaċċja l-qasam Tbassir għall-2021 Tbassir għall-2022 turistiku, kif ukoll l-istat mhux b’saħħtu tad-domanda Qabel Issa Qabel Issa esterna minħabba li l-imxija f ’pajjiżi barranin għadha tirKummissjoni 4.6% 5.6% 6.1% 5.8% ranka, l-istituzzjonijiet kollEwropea ha qed jaqblu li l-prospetti Fond Monetarju 4.7% 5.8% 5.6% 6.0% ekonomiċi ta’ pajjiżna huma Internazzjonali tajbin ħafna. Dan huwa Bank Ċentrali dovut għall-politika għaqlija 4.9% 5.1% 5.4% 5.9% ta’ Malta li ħaddan il-Gvern li għenet biex id-domanda domestika rpiljat u għamlet tajjeb għanlill-Bank Ċentrali ta’ Mal- kien fl-2020. Dan hu tbassir nuqqas ta’ dik barranija. ta li jirrevedi l-aspettatti- ftit aktar konservattiv minn va tiegħu għall-pajjiż. Fil- dak tal-aġenziji internazz- Malta bl-inqas fatt, l-ekonomisti tiegħu jonali, li terġa’ qed ibassru żieda fil-prezzijiet wkoll għażlu li jirrevedu ’l espansjoni fuq sentejn ta’ fuq it-tbassir ekonomiku 12%. F’kuntest fejn l-impatt Sadanittant tħabbar li Maltagħhom. Għal din is-sena tal-pandemija kien tnaqq- ta kellha l-inqas rata ta’ instess issa huma qed ibassru is ta’ inqas minn 8% tal-ġid flazzjoni x-xahar li għadda tkabbir ta’ 5.1%, mentri s-se- nazzjonali, dan ifisser li fost l-istati membri kollha na d-dieħla qed jaraw espan- hemm qbil ġenerali li fl-2022 tal-Unjoni Ewropea. Skont sjoni ta’ 5.9%. l-ekonomija ta’ pajjiżna tkun ċifri tal-Eurostat, l-uffiċċB’hekk fuq medda ta’ akbar milli kienet fl-2019, ju tal-istatistika Ewropew, sentejn il-ġid nazzjonali jkun jiġifieri qabel ma kellna Malta kellha rata baxxa ta’ aktar minn 11% akbar milli l-pandemija. 0.3% fl-inflazzjoni, li tfisser

ir-rata ta’ żieda fil-prezzijiet tal-prodotti. L-ogħla rata ta’ inflazzjoni ġiet irreġistrata fl-Estonja, b’4.9%, waqt li l-medja taż-Żona Ewro kienet ta’ 2.2%, aktar minn seba’ darbiet ir-rata ta’ Malta. Ir-rata fiż-Żona Ewro rat tkabbir minn Ġunju meta kienet 1.9%, waqt li f ’Lulju tas-sena l-oħra din kienet 0.4%. Ir-rata għall-UE kollha f ’Lulju li għadda kienet 2.5% minn 2.2% f ’Ġunju u 0.9% is-sena li għaddiet. Wara Malta, l-inqas rati ta’ inflazzjoni kienu rreġistrati fil-Greċja (0.7%) u fl-Italja (1.0%). Bil-maqlub, wara l-Estonja, l-ogħla rati kienu fil-Polonja u fl-Ungerija, it-tnejn li huma b’4.7%. Imqabblin mas-sena li għaddiet, l-inflazzjoni waqgħet f ’9 stati membri, baqgħet stabbli fi 2 u żdiedet f ’16-il pajjiż.


04

22.08.2021

JISSOKTA L-ATTAKK INTERN FUQ GIGLIO GĦAL DARBA OĦRA JISPIKKA L-KORDINAMENT BEJN IL-“BLUE HEROES” U L-GĦAQDA REPUBBLIKA, WAQT LI TISSOKTA L-ĠLIEDA INTERNA BIEX KANDIDATI ĠODDA LI MHUMIEX TAL-FAZZJONI EWLENIJA MA JINGĦATAWX SPAZJU Kif żvelat fl-aħħar ġimgħat qed isir sforz qawwi biex Joe Giglio, kandidat ġdid tal-Partit Nazzjonalista, ikun imminat bil-qawwi internament minn dawk li huma magħrufa bħala l-“Blue Heroes”. Fl-aħħar jiem reġa’ ħareġ ċar il-kordinament li dawn għandhom mal-għaqda Repubblika u l-alleati tagħhom u li qed jiffaċilitawh l-iżjed l-istrateġisti tal-Partit, dawk li ilhom mal-Kap il-ġdid mill-ewwel ġurnata u dawk li ddaħħlu dan l-aħħar b’pagi li wkoll ħolqu diskussjoni kbira fid-Dar Ċentrali. Bħala parti minn din l-istrateġija issa daħal Manuel Delia, permezz tal-blogg tiegħu, biex iqajjem id-dubji fuq Joe Giglio. Fost id-“dnubiet” ta’ Giglio, bil-kejl tal-“Blue Heroes”, hemm il-fatt li dan se jikkontesta d-Disa’ u l-Għaxar Distretti elettorali, żewġ distretti li wkoll tefgħu għajnejhom fuqhom Jason Azzopardi (id-Disa’) u Karol Aquilina (li kien elett mill-Għaxar Distrett). Għalhekk infetaħ attakk aħrax fuqu fid-distretti, fil-każini u fil-kumitati sez-

DR JOE GIGLIO… theddida għal deputati tal-establishment

zjonali. Iżda ma waqfux hemm. Manuel Delia attakka r-rwol professjonali ta’ Giglio u staqsa għal xiex partit politiku – f’dan il-każ il-PN – qed jagħżel li jaċċetta kandidat li jirrappreżenta baruni tad-droga. Ma naqsux il-kummenti mis-segwaċi ta’ Manuel Delia wara dan il-blogg u ħafna qablu ma’ dak li implika l-blogg, jiġifieri li Dr Giglio m’għandux ikollu rwoli fil-PN. Skont dawn, id-difiża ta’ kriminali tfisser li Dr Giglio m’għandux jidħol fil-Parlament. Uħud qabblu lil Dr Giglio mad-“De Marco Clan”, f’indikazzjoni li l-attakk ta’ Manuel Delia hu biss tkomplija ta’ kampanja antika fi ħdan l-establishment tal-PN biex teskludi ċerti esponenti mill-bqija tal-Partit. Dawn il-kummenti huma eku ta’ dak li ddikjara wkoll Karol Aquilina fil-Kumitat Parlamentari għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) ftit tax-xhur ilu. Fil-PAC Aquilina fetħilha qatta bla ħabel kontra avukati tal-kriminal billi uża lill-Avukat Gianella De Marco, li kienet qiegħda tirrappreżenta klijent tagħha quddiem l-istess kumitat. Dawn il-kummenti li d-Deputat Nazzjonalista mis-Siġġiewi għadda lejn bint l-Eks Viċi Kap Nazzjonalista Guido De Marco, kienu interpretati minn sorsi fil-PN bħala parti minn attakk li hemm għaddej fil-konfront ta’ Giglio, avukat magħruf fil-kawżi kriminali, li ddeċieda li jikkontesta fuq id-distrett ta’ Aquilina. “Jien ma nemminx fil-kriminali u jien ma nitħallasx mill-kriminali. Jien ma nitħallasx mill-kriminali,” kien insista għal aktar minn darba b’ton dispreġjattiv Aquilina fil-PAC. L-istess argument issa qed jiġi ripetut minn Manuel Delia. Din l-aħħar mossa tal-establishment Nazzjonalista tindika kemm qed tirranka l-ġlieda interna ħalli

l-kandidati l-ġodda li mhumiex parti mill-fazzjoni ewlenija ma jingħatawx spazju. Din il-fazzjoni tal-establishment qed tinkwieta li wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss se tiffaċċja sfida ġdida għad-dominanza tal-Partit. Hu għalhekk li l-istrateġija tal-establishment issa hi li sal-elezzjoni, idgħajfu kemm jistgħu lill-kandidati l-ġodda ħalli dawn ma jiksbux appoġġ biżżejjed li jġibuhom f’minoranza fit-tmexxija Nazzjonalista. Dr Giglio ilu jissemma bħala kandidat prospettiv għall-pożizzjoni ta’ Kap tal-Partit wara l-elezzjoni, aktar u aktar jekk jirnexxilu jmur tajjeb fit-test elettorali li jmiss, li avolja se jkun l-ewwel wieħed tiegħu għandu ċansijiet tajbin. Għalhekk l-establishment qed jinkwieta bis-serjetà fuq il-popolarità ta’ Giglio u l-fatt li jkun assoċjat ma’ kriminali jew allegati kriminali hi strateġija biex inaffru minn dan l-appoġġ lejh. Giglio hu konxju sew tal-attakk kontra tiegħu u b’sorpriża għal ħafna ħareġ għall-Eżekuttiv tal-PN, b’sorsi jisħqu li r-raġuni kienet ċara ħafna: ried li jkollu sieq fl-ogħla strutturi biex ikun jista’ jilqa’ għall-attakki interni li qed jagħmlu kontra tiegħu, partikolarment dawk mill-klikka tad-deputati Chris Said, Karol Aquilina u Jason Azzopardi. Minn hemm ikun jista’ jiġġieled b’saħħa lil min irid jimminah. Fl-istess ħin li qed isiru dawn il-mistoqsijiet u jitqanqlu dawn id-dubji fuq Giglio, ta’ min jinnota kif dan ma jsirx ukoll fir-rigward ta’ avukati qrib l-establishment li jiddefendu persuni akkużati minn reati kriminali. Hekk ukoll l-istess esponenti qatt ma jistaqsu fuq il-qligħ ta’ dawn l-avukati u jekk dan hux ġej minn flus kontanti. Saħansitra ma staqsewx jew poġġew f’dubju meta wieħed minnhom iddikjara li minn din il-professjoni ma jdaħħal assolutament xejn. Fuq kollox l-attakk fuq Giglio mhux iżolat. Fl-aħħar jiem irrapportajna l-attakk li sar fuq il-kandidat Għawdxi Alex Borg li wkoll spiċċa f’konfront ma’ tar-Repubblika, il-Blue Heroes u d-Deputat Chris Said, li llum baqa’ l-uniku wieħed antik li ġie elett mit-Tlettax-il Distrett. F’din il-logħba kollha maħmuġa, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech spiċċa bla kontroll anke għax kull darba jiġi mfakkar min poġġieh fis-siġġu. B’hekk ma tantx jista’ jiċċaqlaq wisq.

“IL-ĦABS HU AĦJAR MINN ŻMIEN ILU” Il-Ministru Camilleri jisħaq li għad fadal ħafna xogħol xi jsir Dwar il-kritika kontra l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, il-Ministru Byron Camilleri lbieraħ iddikjara fuq il-mid­ ja soċjali li, għalkemm sar ħafna xogħol diġà, għad baqa’ iżjed xi jsir. Fost oħrajn, hu qal kif ħafna minn dawk li ilhom jaħdmu mal-priġunieri huma tal-fehma li l-Ħabs illum hu ferm differenti minn ftit taż-żmien ilu. Dan hekk kif bħalissa hemm aktar ordni u ndafa, m’hemmx droga aċċessibbli, servizz ta’ saħħa b’saħħtu u iżjed professjonisti jaħdmu fil-faċilità. Il-ġimgħa l-oħra, din il-gazzetta kkwotat eks uffiċjal li stqarr, bla tlaqliq, li l-faċilità korrettiva kienet ġungla fi żmien l-aħħar am­­ministrazzjoni Nazzjonalista meta dak iż-żmien il-gwardjani kie­nu jibżgħu jimponu d-dixxiplina. Id-Deputat attwali Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, li qed imexxi l-kritika llum f’isem l-Oppożizzjoni, dak iż-żmien kien res­ ponsabbli mit-tmexxija tal-Ħabs. “L-istituzzjoni lanqas biss kienet denja li ġġorr l-isem ta’ faċilità korrettiva, aħseb u ara kemm kienet. Kien hemm klikek ta’ priġunieri li lanqas biss kont tazzarda tħares lej­ hom jew tipprova tiddixxiplinahom,” qalilna l-eks uffiċjal, li ma riedx jikxef l-identità tiegħu, avolja llum irtirat. “Konna mmorru x-xogħol b’im­ sarinna f’saqajna,” qal b’referenza għas-sitwazzjoni kompletament differenti dak iż-żmien. Xhieda li ħarġet fil-Qorti lejn l-aħħar ta’ dik il-leġiżlatura kienet ukoll tirrakkonta snin ta’ rebus sħiħ fil-Ħabs. “It-tqassim ta’ kull tip (ta’ drogi) kull ħin u f’kull taqsima, kien movi­ mentat daqskemm kien ħin l-ikel. L-aċċess kien bla limitu. Kien hemm priġunieri li, wara testijiet mediċi, instabu li kellhom overdose b’iżjed minn tip wieħed ta’ droga,” kompla jgħidilna l-eks uffiċjal. Ilbieraħ il-Ministru Camilleri kom­ pla jgħid kif iż-żieda tal-professjo­ nisti saret ukoll fi żmien li fil-Ħabs żdiedet b’mod qawwi l-popolazzjoni u kif il-binja, li fuqha maż-żmien sar ftit investiment, hi sfida nnifisha. Semma kif il-Gvern nieda l-pro­ ċess ta’ konsultazzjoni fuq il-liġi tal-eletronic tagging, iżda l-Oppożiz­ zjoni lanqas biss indenjat tgħaddi xi sottomissjonijiet. Waqt li rrikonoxxa li dejjem hemm lok fejn isir aktar, il-Ministru tenna li għalhekk ħatar ukoll bord biex jevalwa l-proċeduri interni tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi, janalizza s-saħħa fiżika u mentali tal-ħabsin u l-miżuri ta’ prevenzjoni għas-suwiċidji, fost oħrajn. Il-Ministru Byron Camilleri temm jgħid li d-diskussjoni trid tibqa’ għaddejja bbażata fuq il-fatti, b’rispett lejn xogħol l-istituzzjonijiet.



06

22.08.2021

IL-PN MHUX IPPREPARAT U BLA PJAN Tkompli minn paġna 1 “Il-Kummissjoni Ewropea, li mhix istituzzjoni taċ-ċajt, qablet magħna fuq il-mira ta’ 19%. Imma tal-PN le. B’wiċċi minn quddiem ngħid li ħdimna biex il-piż fuq il-poplu Malti ma jkomplix ikun sproporzjonat. Meta kull persuna Maltija diġà hi l-inqas waħda li tniġġes, meta ċ-ċokon tagħna ma jagħtiniex spazju għal ċerti inizjattivi li jistgħu jieħdu pajjiżi akbar, meta għall-istess raġuni kull inizjattiva li nieħdu tiswielna proporzjonalment ferm iżjed, meta l-baġit tagħna mhux bħal ta’ stati oħrajn, allura anke l-mira ta’ 19% diġà se tkun waħda iebsa ferm għalina u se tiswa mijiet ta’ miljuni ta’ ewro biex naslu għaliha.” Il-Partit Laburista wkoll irreaġixxa għall-konferenza tal-PN u qal li dan għadu qed jiddefendi d-deċiżjonijiet ta’ meta kien fil-Gvern u li l-effett tagħhom għadu jinħass sallum. “Il-Kelliem tal-Oppożizzjo­ ni dwar l-Ambjent (Robert Cu­­tajar) iddefenda l-estens­ joni tal-iżvilupp tal-2006, li bħala art kienet kbira daqs is-Siġġiewi kollu. Dan għax hu kien parti mis-sistema li ħadet dawn id-deċiżjonijiet u l-ikbar protagonisti ta’ dak il-proċess kontroversjali llum imexxu l-politika ta’ Bernard Grech,” ingħad fi stqarrija. “Minbarra hekk, meta tkellem dwar il-bidla fil-klima, il-PN injora l-ammont kbir ta’ inizjattivi li qed jittieħdu mill-Gvern, waqt li fl-istess ħin wera kif m’għandux idea kif se jilħaq il-miri fl-oqsma tat-trasport, l-enerġija, il-bini, l-immaniġġjar tal-iskart, l-ilma u setturi oħrajn. Dan kollu jkompli jikkonferma n-nuqqas ta’ kredibilità Nazzjonalista li mhux biss hu bla ideat u bla viżjoni, iżda lanqas hu ppreparat. Fuq kollox, anke dwar dan is-suġġett, mal-Oppożizzjoni Nazzjonalista l-poplu ma jafx fejn qiegħed.” Fil-kummenti lill-KullĦadd, il-Ministru għall-Ambjent qal li l-PN qed jitkellem bħallikieku t-tibdil fil-klima li qed tesperjenza d-dinja kollha hu tort tal-Gvern Laburista. “Donnu ma jafx il-PN li fuq livell globali l-emissjonijiet ta’ Malta huma insinifikanti, hekk kif pajjiżna hu l-inqas pajjiż li jniġġes fl-Ewropa kollha, grazzi għall-isforzi li għamel il-Gvern Laburista fosthom meta b’kuraġġ neħħejna l-power station li kienet taħdem bil-heavy fuel oil u minflok għamilna waħda taħdem bil-gass. Imbagħad jiġi l-PN u jgħid li l-Gvern Laburista ma għamel xejn,” qalilna

magħna li hu impossibbli li tal-Arja u numru ta’ azzjoniji- iżda jagħraf li mhix biżżejjFarrugia. “Dan il-Gvern, jekk xejn, ma ssir sal-2030? Le l-PN ma qalil- et oħrajn biex inkomplu nte- ed. Għalhekk, issa qed titfasbaqax rieqed bħal kif donnu niex, għax la jaf kemm se tiswa jbu l-kwalità tal-arja f’pajjiż- sal strateġija ġdida b’numru kien il-PN u minkejja dawn u wisq inqas minn fejn se jġib na. Fosthom ix-ship-to-shore ta’ azzjonijiet effettivi ħalli ir-realtajiet issa donnu qam u il-flus. Il-proposta tal-PN tis- facility li l-Gvern se jagħmel jiġi assigurat li l-bijodiverqal li jrid jagħmel konferenza ta’ tfisser biss żieda qawwija b’investiment ta’ €50 miljun u sità u l-ekosistemi ta’ madnazzjonali. Lanqas jaf li bħa- ħafna fit-taxxi biex jagħmlu li permezz tagħha se jitnaqqsu warha jkunu msaħħa fil-firxa la Gvern digà ħabbarna li se tajjeb għall-piż addizzjonali bil-kbir l-emissjonijiet mill-va- tal-Gżejjer Maltin. “Il-PN qal li għandna nagħmlu waħda proprju f’No- li huma lesti li jitfgħu fuq puri tal-passiġġieri fil-Port ilniżirgħu s-siġar, iżda naqas vembru li ġej u kif kien diġà il-poplu Malti bil-mira li Kbir.” li jsemmi li l-ammont maqbul li jsir fil-mozzta’ siġar miżrugħ milljoni Parlamentari dwar Gvern Laburista hu bla l-emerġenza tal-klima li preċedent. Bħalma naqas approvaw ukoll id-depuli jsemmi l-inizjattivi tati tal-PN.” li qed jieħu l-Gvern Hu kompla li bil-konb’numru ta’ proġetti ferenza tal-aħbarijiet Il-PN qal li jrid jagħmel konferenza ta’ urban greening mill-PN din il-ġimgħa fejn filwaqt li jinħolqu mhux biss wera li ma nazzjonali meta fil-Parlament kien diġà pulmuni ambjentali fljafx x’inhu t-tibdil fil-kliqabel ma’ mozzjoni dwar l-emerġenza tal-klima ibliet jinħolqu wkoll kurima u kif u minn min hu li wkoll ħabbret li se ssir konferenza simili turi ta’ bijodiversità. kkawżat, imma lanqas “Irnexxielna nġibu biss jagħmel referenf’Novembru li ġej. Mhux ta’ b’xejn ma jaf għal pajjiżna €350 milza għall-inizjattivi li qed xejn dwar dak li diġà għamel u għadu jagħmel jun mill-UE taħt il-Fond isiru fuq livell Ewropew il-Gvern Laburista dwar it-tibdil fil-klima tal-Irkupru u Reżiljenza li dwar is-suġġett. minnhom il-pajjiż obbli“Aħna għamilna progat jonfoq 37% fuq it-tibgramm ta’ azzjonijiet dil fil-klima. Iżda kuntassew ambizzjuż u nafu Farrugia kompla li l-Gvern trarjament għal dak li jipprova kull waħda kemm se tiswa. Il- aċċettaw. Aħna ppjanajna PN jaf kemm tiswa 36% (fit-tn- bil-għaqal biex ma ngħabbux jirrikonoxxi wkoll l-importan- jinsinwa Robert Cutajar, aħna aqqis tal-emissjonijiet) sal- piżijiet żejda fuq il-poplu,” sp- za li nsostnu l-bijodiversità għandna rieda iktar qawwija ta’ pajjiżna anke minħabba fuq l-azzjoni dwar il-klima u 2030? Qalilna minn fejn se jġib jega Farrugia. “Kuntrarjament għall-PN, t-tibdil fil-klima. F’dan il-kunt- fil-fatt il-Gvern se jonfoq aktar il-biljuni ta’ ewro meħtieġa biex jagħmel xi ħaġa li anke aħna għandna strateġija oħra, est twettqet l-istrateġija dwar minn 50% ta’ dan l-ammont 2012-2020, fuq il-klima u mhux 37%. X’qal-Kummissjoni Ewropea qablet jiġifieri l-Pjan għal Kwalità il-bijodiversità


07

22.08.2021

FL-AMBJENT

IMUT L-EKS CHAMPION DINJI TAL-BILLIARD ĠUŻI GRECH L-eks champion tad-dinja tal-billiard ilMalti Ġużi Grech miet ilbieraħ fl-għomor ta’ 66 sena fl-istess stabbi­liment fil-Ħamrun fejn kien jirrikorri regolarment biex jipprattika l-logħba tas-snooker, li wkoll kien champion lokali tagħha diversi drabi fil-passat. Jirriżulta li Grech, li jibqa’ magħruf bħala stilla sportiva lokali, b’mod partikolari wara r-rebħ tal-Kampjonat Dinji tal-Billiard fid-disgħini­jiet, miet b’kawżi naturali fis-snooker hall “147” fi Triq il-Kbira San Ġużepp. Hawnhekk hu kien jittrenja regolarment għal-logħba li kien tant iħobb. Fil-fatt hu rebaħ il-Kampjonat Malti tas-Snooker xi 20 darba. Fl-2005 Grech kien ukoll rebaħ il-European Team Billiards Championship. Fis-snooker hu kien ukoll wasal sal-kwarti tal-finali tal-Grand Prix internazzjonali li ġiet organizzata f’Malta 21 sena ilu fejn kien eliminat mill-Iskoċċiż Stephen Hendry, li kien champion tad-dinja seba’ darbiet. Il-Malta Billiards & Snooker Association bagħtet il-kondoljanzi lill-familja ta’ Grech.

Flok is-37% ta’ €350 miljun mill-Fond talIrkupru u Reżiljenza kif pajjiżna hu obbligat fuq it-tibdil fil-klima, il-pjan tal-Gvern għandu rieda aktar qawwija u jinvolvi 50% lulna li se jagħmel il-PN? Xejn, għajr paroli bla imqar azzjoni waħda.” Dwar is-sehem tal-Kelliem għall-Ekonomija Ħadra David Thake, il-Ministru kompla “li apparti li wera li ma jafx x’inhi t-tibdil fil-klima, wera wkoll li lanqas biss qara sew l-istrateġija tal-Gvern li kien qed jikkritika. Qalilna li l-Gvern se jbiddel biss 25% mill-karozzi tal-linja f’dawk elettriċi u kkwota lill-Ministru Ian Borg li ħabbar investiment imminenti ta’ €40 miljun għal dan il-għan. Li ma ntebaħx hu li din hi l-ewwel fażi għax l-istrateġija titkellem ċar li l-karozzi tal-linja kollha se jinbidlu sal-2030. “Qalulna li m’hemmx pjan dwar infrastruttura ta’ charging points, għax ovvjament ma jafux li l-Gvern diġà ħareġ sejħa u li permezz tagħha sal-aħħar ta’ din is-sena se jkunu installati 130 charging pillar ġodda li jiżdiedu mal-50 eżistenti u jkomplu jiżdiedu pari passu maż-żieda ppjanata fil-flotta tal-karozzi elettriċi. “Il-PN għażel ukoll li jikkritika lill-Gvern u jgħid li rridu nużaw art agrikola għall-pannelli. Għal darba’oħra l-PN hu manifestament konfuż għax

dan mhux minnu. Ma jafux li teżisti solar farm policy li tispeċifika liema tip ta’ artijiet jistgħu jkunu meqjusa għall-installazzjoni ta’ pannelli solari u art agrikola mhix inkluża taħt din il-policy. Il-Gvern ma jridx inaqqas l-art agrikola u li kull fejn tista’ tintuża art jew bini tal-Gvern dan ser isir. Ta’ min wieħed jgħid li dan diġà għamilnieh kif juru n-numru ta’ pannelli solari installati fuq ġibjuni u bini u art tal-Gvern u dan ser jibqa’ jsir,” kompla jispjegalna l-Ministru Farrugia. Hu nsista li għalhekk kull sena jibqgħu joħorġu skemi ta’ għajnuna għal installazzjoni ta’ pannelli solari. “Qed nuru biċ-ċar li dan ilGvern hu wieħed b’viżjoni ċara ta’ fejn irid imur u kif se jasal hemm. Qed nuru dan f’kull qasam, iżda mhux l-inqas filqasam tal-ambjent u t-tibdil fil-klima. Jidher li hemm min seta’ ma fehemx u nibqgħu miftuħin għal diskussjoni u suġġerimenti. Iżda konvinti wkoll li l-poplu Malti fehem sew min hu serju u min mhuwiex. Aħna Gvern li wettaqna u Gvern li se nibqgħu nwettqu,” temm jistqarr il-Ministru.


08

22.08.2021

L-INVESTIMENT FL-EDUKAZZJONI QIEGĦED IRENDI Il-prosperità ekonomika ta’ Malta f ’dawn l-aħħar snin hija dovuta għal numru ta’ fatturi, imma fattur ewlieni fost dawn huwa li d-daqs u l-kwalità tal-Labour Force tagħna tjiebet sew. Riċerka ppubblikata riċentement mill-Bank Ċentrali ta’ Malta tiddokumenta b’dettall il-progress kostanti tal-kisbiet fis-settur edukattiv – fattur li wassal għal dan it-titjib f ’dak li huwa r-riżors ewlieni ta’ Malta – il-ħaddiem. Figuri u fatti li juru kemm l-investiment f ’dan is-settur edukattiv, qiegħed jagħti l-frott tiegħu. Il-persentaġġ ta’ dawk li temmew b’suċċess l-istudji fil-livell Universitarju ttrippla, minn 10% fl-2005 għal 28% fl-2020. Fil-fatt, fl-2017 bħala pajjiż ilħaqna l-mira Nazzjonali tagħna (kif stabbilita fuq livell ta’ Unjoni Ewropea) f ’dak li huwa persentaġġ ta’ persuni ta’ bejn it-30 u l-34 sena b’livell terzjarju ta’ edukazzjoni, meta aktar minn terz tal-popolazzjoni f ’dawn l-etajiet kisbu dan il-livell ta’ edukazzjoni. Statistika li turi li l-ħidma qed tħalli riżultati tajbin, għalkemm għad baqa’ xi jsir, hija dwar dawk l-istudenti li jtemmu l-edukazzjoni tagħhom b’mod bikri. Malta rnexxielha tnaqqas binnofs ir-rata ta’ dawk li jitilqu mill-iskola kmieni, minn 33% fl-2005 għal inqas minn 17% fl-2020. Dan il-persentaġġ xorta huwa taħt il-benchmark stabbilit mill-UE, imma t-titjib f ’dan il-persentaġġ juri li l-ħidma li qiegħda ssir qed tħalli r-riżultati.

Dan l-istudju tal-Bank Ċentrali juri wkoll li l-qligħ medju gross fis-siegħa ta’ dawk b’edukazzjoni universitarja kien ta’ 40% ogħla minn dawk il-persuni li kisbu biss edukazzjoni sa livell sekondarju. Meta mqabbel imbagħad ma’ dawk li għandhom biss edukazzjoni sa livell bażiku, id-differenza fil-pagi titla’ għal 65%. Minn dan toħroġ ċara l-importanza għall-progress soċjali, l-isforz biex jitjiebu r-riżultati edukattivi. Ta’ min jinnota wkoll li

ta’ edukazzjoni żdiedet anki matul il-pandemija, ir-rata ta’ impjieg ta’ dawk b’livell anqas ta’ edukazzjoni naqset. Punt li ħareġ huwa li ż-żieda fir-rata tal-qgħad immedjatament wara l-pandemija tidher li affettwat l-aktar lil dawk b’livell bażiku ta’ edukazzjoni. Riżultati li jagħtuk sodisfazzjon. Imma kif inkiseb dan il-progress kostanti fis-settur edukattiv? Hawnhekk l-istudju ppubblikat millBank Ċentrali ta’ Malta huwa ċar ħafna: “it-titjib fil-kisba

u akkademiċi żdied b’1,500, jew bi kważi kwart. Apparti dawn, kien hemm żieda wkoll ta’ ħaddiema oħra fis-settur, l-aktar dawk li jgħinu lill-edukaturi fit-tagħlim, li żdiedu bi 3,000, jew b’aktar minn nofs. Bħala riżultat, Malta issa għandha fost l-inqas rata ta’ proporzjon fl-UE bejn studenti u edukaturi. Fi kliem sempliċi, l-edukaturi Maltin għandhom inqas studenti fil-klassi minn edukaturi sħabhom fl-UE. B’hekk l-istudenti jingħataw aktar attenzjoni individwali,

Hekk kif aktar nisa daħlu fis-suq tax-xogħol, il-qligħ potenzjali mill-edukazzjoni żdied, u inċentiva aktar nisa biex jinvestu fl-edukazzjoni tagħhom li wassal għal sehem ogħla tal-popolazzjoni li għandha livell terzjarju ta’ edukazzjoni l-edukazzjoni mhux biss tipprovdi dħul aħjar, imma twassal ukoll għal opportunitajiet aħjar ta’ impjieg. Interessanti li artiklu riċenti ppubblikat mill-Eurostat jindika li gradwati ġodda f ’Malta għandhom l-aħjar rata ta’ impjieg fl-UE, ’il fuq minn 92%, meta mqabbel ma’ inqas minn 55% għal gradwati ġodda fil-Greċja. L-istudju tal-Bank Ċentrali ta’ Malta jindika wkoll li filwaqt li r-rata ta’ impjieg ta’ dawk b’livell medju u għoli

edukattiva f ’dawn l-aħħar snin isegwi l-enfasi akbar fuq l-edukazzjoni u investiment sinifikanti li kien dirett lejn is-settur”. Dan huwa l-frott ta’ ħidma li saret bejn l-2012 u l-2019, meta Malta kellha t-tieni l-ogħla rata ta’ tkabbir fost il-pajjiżi tal-UE f ’dik li hija n-nefqa tal-Gvern fuq is-settur edukattiv. L-investiment tal-Gvern fl-edukazzjoni żdied b’rata bla preċedent ta’ 70%. Wara l-2013, f ’sitt snin biss, in-numru ta’ edukaturi

li twassal għal riżultati edukattivi aħjar. Bħala proporzjon bejn studenti u edukaturi fil-livell post-sekondarju u terzjarju, Malta għandha l-inqas rata fl-UE. L-investiment fis-settur edukattiv ta riżultati f ’qasir żmien. Fl-2004 Malta kellha l-inqas rata ta’ parteċipazzjoni femminili fl-UE. Issa r-rata ta’ impjieg tan-nisa f ’pajjiżna taqbeż il-medja talUE. Skont l-istudju tal-Bank Ċentrali: “hekk kif aktar nisa daħlu fis-suq tax-xogħol,

il-qligħ potenzjali mill-edukazzjoni żdied, u inċentiva aktar nisa biex jinvestu fl-edukazzjoni tagħhom li wassal għal sehem ogħla tal-popolazzjoni li għandha livell terzjarju ta’ edukazzjoni”. Fi ftit kliem, qed naraw dak li nistgħu niddeskrivu bħala ċiklu virtwuż, bl-investiment tal-Gvern fl-edukazzjoni li wassal għal aktar impjieg tan-nisa, li wassal għal domanda ogħla għall-edukazzjoni li wasslet għal dħul finanzjarju ogħla. Fil-fatt, l-istudju tal-Bank Ċentrali jinnota li “ċittadini Maltin qegħdin dejjem aktar jokkupaw impjiegi ta’ livell ogħla u mis-sena 2019, ’il fuq minn 40% kienu impjegati bħala maniġers, professjonisti jew tekniċi”. Dan huwa terz ogħla mill-2005. Huwa improbabbli li mingħajr l-investiment massiv fl-edukazzjoni millGvern, l-ekonomija ta’ pajjiżna setgħet tieħu spinta daqstant tajba ’l quddiem. It-titjib tal-ekonomija fisser ukoll li l-ekonomija ta’ pajjiżna setgħet tiflaħ faċilment għax-“xokk pandemiku” bil-ħafna aħjar minn “xokkijiet ekonomiċi” preċedenti, anke jekk dak li għaddiet minnu l-ekonomija waqt il-pandemija kienet ħafna akbar minn dak li għadda minnu pajjiżna f ’sitwazzjonijiet ta’ qabel. Huwa kruċjali li fis-snin li ġejjin, il-Gvern ikompli jinvesti aktar fl-edukazzjoni, biex il-benefiċċji ta’ dan l-investiment jinfirxu saħansitra b’mod aktar wiesa’ fis-soċjetà tagħna.


09

22.08.2021

L-ISKEMA TA’ GĦOTJIET LIL STUDENTI VULNERABBLI “TIFTAĦ IDEJHA” IŻJED L-iskema ta’ Għotjiet ta’ Manteni- l-għotjiet issa se jibdew jingħataw ment lill-Istudenti, li tnediet mill- ukoll lil studenti li jirrepetu sena Gvern bl-iskop li tgħin lil studenti jew ikollhom sena ta’ estensjoni. vulnerabbli li jkollhom bżonn għa- “Wara li l-Gvern beda jagħti stijnuna finanzjarja u jagħżlu li jkom- pendju lil min jirrepeti sena, issa plu jistudjaw fl-edukazzjoni ogħla, din l-għotja se tingħata wkoll lil se tiġi estiża biex takkomoda iżjed dawn l-istudenti li jkollhom bżonn. benefiċjarji. Irridu nħeġġu lill-istudenti biex ma Dan tħabbar mill-Ministru jaqtgħux qalbhom u huwa għalgħall-Edukazzjoni Justyne Caru- hekk li qed nagħmlu din il-bidla ana fl-aħħar jiem. Fost l-emendi biex ninċentivawhom ħalli jkomplu mħabbrin fl-iskema, li tingħata ap- l-istudji tagħhom,” qalet il-Ministru parti l-istipendju, hemm li l-possib- għall-Edukazzjoni Justyne Caruabiltà li student ma jkollux għal xiex na. jagħmel means testing, issa ġiet Studenti barranin li jagħżlu lil estiża wkoll għal studenti li jgħixu pajjiżna biex ikomplu bl-edukazz­ f’residential care, waqt li studenti joni tagħhom se jkollhom ukoll full-time eliġibbli jistgħu japplikaw l-opportunità li japplikaw għal fl-ewwel sena tal-istud­ji tagħhom, dawn l-għotjiet ta’ manteniment. flok japplikaw kull sena. “B’din l-inizjattiva pajjiżna se jkun L-iskema se tiġi estiża wkoll għal aktar attraenti biex aktar studenti studenti tal-Baċellerat fix-Xjenza barranin jagħżlu lil Malta u mhux (Honours) fix-Xjenzi pajjiżi oħrajn,” żiedet Mediċi (Intercalated tgħid il-Ministru CaruYear) li jikkwalifikaw ana. għall-għotja, anke jekk Studenti li mhumiex wara li jsegwu dan ilċittadini Maltin jew ċitkors jagħżlu li jkomplu Qed inħeġġu tadini tal-Unjoni Ewrol-istudji tagħhom bħala li japplikaw għal lill-istudenti pea, studenti tat-tielet sena għotjiet ta’ mantenima jaqtgħux ment għandhom japp­ fil-kors ta’ Dottorat fil-Mediċina. likaw għal eżenzjoni qalbhom … “Bħala Ministeru se ta’ miżati mill-Minisb’din il-bidla teru għall-Edukazzjoni nkomplu ngħinu lill-istudenti fit-triq edukat- se ngħinuhom wara li japplikaw għal tiva tagħhom. Bħala programm jew kors ta’ ikomplu Gvern dejjem urejna studju fl-istituzzjoni li bl-istudji li nagħtu prijorità lil jagħżlu. dawk li jridu jkompJekk l-applikazzjoni tagħhom lu bl-istudji tagħhom tiġi approvata, l-istuu għalhekk ħassejna dent ikun eliġibbli għal li nagħmlu dawn l-emendi biex għotjiet ta’ manteniment. inkomplu ninċentivaw lill-istudenti Applikazzjonijiet għall-iskema tagħna,” qalet il-Ministru Caruana. jistgħu jitniżżlu minn fuq is-sit Il-Ministru Caruana qalet li uffiċjali (studentgrants.gov.mt).

PREŻENTAZZJONI TAL-IDENTITÀ U L-KULTURA LOKALI L-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta qiegħda tippreżenta spettaklu li jgħaqqad il-mużika sinfonika mal-vidjografija b’temi ta’ ritwali, l-ambjent naturali, is-snajja’ u l-festi Maltin. L-ispettaklu “Agħti Widen” se jittella’ fi Pjazza Teatru Rjal nhar l-10 u l-11 ta’ Settembru li ġej fit-8:00 ta’ filgħaxija. Dan il-proġett se jieħu l-udjenza fuq vjaġġ mill-isbaħ ta’ mużika u xenografija, kif ukoll ħsejjes awtentiċi Maltin minsuġa f’narrattiva unika. Il-ħsejjes tal-mewġ, it-tokki tal-kampnar, iċ-ċekċik taċ-ċombini tal-bizzilla u aktar se jingħaqdu ħaġa waħda mal-ħoss u l-melodija tal-orkestra. Ruben Zahra, isem stabbilit sew fix-xena tal-mużika kontem­ poranja, huwa l-kompożitur tal-mużika sin­fo­­nika kollha tal-ispettaklu “Agħti Widen”. Minbarra l-mu­­żika, Zahra ħa ħsieb ukoll id-

direzzjo­ni artistika, kif ukoll il-vid­ jografija ta’ dan il-proġett bl-assistenza ta’ tim professjonali. “Agħti Widen” jinkludi l-parteċipazzjoni tal-Orkestra Filarmonika Maltija taħt id-direzzjoni tas-Surmast Pavel Šnajdr u ta’ KorMalta taħt id-direzzjoni tas-Surmast Riccardo Bianchi. Minbarra hekk dan ix-xogħol artistiku, li se jittella’ taħt il-patroċinju tal-President tar-Repubblika Dr George Vella, se jinkludi wkoll narrattiva mill-pinna tal-kittieb Tre­ vor Żahra, interpretata mill-attriċi żagħżugħa Kassidy Calleja, li għad għandha biss 11-il sena. Biljetti jistgħu jinxtraw online minn fuq showshappening.com. L-attività għandha l-approvazzjoni tal-Awtorità tas-Saħħa Pubb­ li­­­ka u se tkun qiegħda ssir skont ir-regolamenti u l-istandards maħruġin minnha.


10

22.08.2021

Wara l-irtirar tat-truppi Amerikani, il-ġellieda tat-Taliban assaltaw u ħatfu l-pajjiż fi spazju ta’ ftit jiem biss, blibliet prinċipali jaqgħu f’idejhom waħda wara l-oħra bla wisq diffikultà. Fl-istess ħin, il-forzi tassigurtà Afgani mħarrġin mill-Ameri­ka­ni u l-alleati, sfumaw fix-xejn.

APRIL 2021

11 T’AWWISSU

Taħt kontroll tat-Taliban Reġjun ikkontestat Gvern nazzjonali Mhux magħruf

*tagħrif miġbur mil-Long War Journal fi ħdan il-Fondazzjoni għad-Difiża tad-Demokraziji, istitut ta’ riċerka bbażat f’Washington, l-Istati Uniti

IL-UNHCR TISTMA 500,000 REFUĠJAT Id-dikjarazzjonijiet tal-mexxejja Talibani appena ħadu f’idejhom il-kapitali tal-Afganistan, Kabul, li llum l-affarijiet se jkunu differenti mir-reputazzjoni ħażina li jgawdu ma serrħux ras iċ-ċittadini li għal dawn l-aħħar 20 sena kienu draw sistema totalment differenti taħt il-protezzjoni tas-suldati Amerikani u l-alleati. It-Talibani, li ħadu l-pajjiż f’idejhom mingħajr wisq diffikultà jew reżistenza wara li l-President Amerikan Joe Biden irtira l-forzi mill-pajjiż, għamluha ċara li llum m’għadhomx l-istess forza militari li kienet ħolqot terrur fis-snin preċedenti kawża tal-użanzi vjolenti u ultrakonservattivi li kienu jħaddnu. Fil-fatt huma qalu li biħsiebhom imexxu bil-paċi u jirrispettaw id-drittijiet tan-nisa, fost oħrajn, avolja diġà bdew jimponu l-liġi stretta tax-Sharia. S’issa ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ vjolenzi simili għall-imgħoddi. Minkejja dan, il-kelma wa­ ħed­ha tat-Taliban ukoll wass­ let għal paniku sħiħ fil-pajjiż u xeni fil-midja wrew anke ċittadini jitilfu ħajjithom b’riżultat tal-biża’ tagħhom biex jaħarbu mill-ibliet ewlenin. Il-Ġnus Magħquda wissiet bi kriżi kbira umanitarja u qed tbassar li man-nofs miljun refuġjat qed jaħarbu mill-pajjiż f’din l-aħħar ġimgħa, ammont simili għal dak li fuq perjodu ta’ aktar minn ħames snin, bejn l-2015 u l-2020, talbu status ta’ refuġjati fl-Ewropa. Waqt laqgħa tal-Ministri tal-Affarijiet Barranin tal-Unjoni Ewropea din il-ġimgħa ntlaħaq qbil li ma tingħatax għajnuna finanzjarja li kienet diġà mwiegħda għall-iżvilupp

tal-Afganistan. Is-sospensjoni se tibqa’ fis-seħħ sakemm l-UE tkun tista’ tidħol fi djalogu mal-mexxejja l-ġodda fil-pajjiż. Il-Kummissjoni Ewropea kienet wiegħdet li se tagħti €1.2 biljun f’assistenza lilll-Afganistan għat-tliet snin li ġejjin. Il-Ministri għall-Affarijiet Barranin Ewropej qablu li l-għajnuna umanitarja se tkompli u anke se tiżdied min-naħa talUE. F’konferenza tal-aħbarijiet mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea Josep Borrell, proprju wara din il-laqgħa, ingħad kif l-UE trid tiddjaloga fl-aħħar mill-aħħar mat-Taliban. Nhar it-Tnejn waranofsinhar, saret laqgħa urġenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda u s-Segretarju Ġenerali Antonio Guterres ħareġ jgħid kif l-organizzazzjoni dinjija se tuża kull mezz possibbli kontra t-terroriżmu u anke biex id-drittijiet umani f’dan il-pajjiż jiġu rispettati, kif jixraq.

Fost xeni ta’ disprament fil-mitjar ta’ Kabul li ddominaw l-aħbarijiet internazzjonali fl-aħħar jiem, appena t-Taliban mess riġlejh fil-kapitali Afgana u ddikjara li l-pajjiż kien kompletament f’idejh

Min huma t-Talibani? Wara li l-forzi tal-gvern irtiraw mill-ġlied biex iżommu l-grupp militanti Iżlamiku, it-Taliban daħlu fil-kapitali tal-Afganistan Kabul nhar il-Ħadd. Aktar kmieni din is-sena, il-grupp militant Iżlamiku Taliban qal li ried ‘sistema Iżlamika ġenwina’ għall-Afganistan li tirrispetta d-drittijiet tan-nisa u tal-minoranzi, f’konformità mat-tradizzjonijiet kulturali u r-regoli reliġjużi tax-Sharia. Hemm, madankollu, sinjali li l-grupp diġà beda jipprojbixxi lin-nisa milli jaħdmu f’xi oqsma. Għalhekk wieħed jistaqsi, min huma t-Taliban? Dawn huma xi fatti ewlenin dwar l-is-

L-istess ammont ta’ refuġjati li ħarbu mill-Afganistan fl-aħħar ħames snin se jkunu qed ifittxu kenn f’pajjiżi oħrajn din is-sena, speċjalment wara l-kontroll assolut tal-pajjiż mit-Taliban. Il-kriżi umanitarja qed tħalli l-akbar effett fuq in-nisa u t-tfal, li jagħmlu mat-80% tar-refuġjati torja u l-ideoloġija tat-Taliban. Fil-lingwa Pashto, Taliban tfisser ‘studenti’, li oriġinat fl1994 ġewwa l-belt ta’ Kandahar fin-Nofsinhar tal-Afganistan. Dan il-grupp kien wieħed mill-fazzjonijiet li ġġieled il-gwerra ċivili għall-kontroll talpajjiż wara l-irtirar tal-Unjoni

Sovjetika u l-kollass susseg­ wenti tal-Gvern. Oriġinarja­ ment dan il-grupp ġibed mem­ bri mill-hekk imsejħin ġellieda Mujahideen li, bl-appoġġ tal-Is­ tati Uniti, kienu neħħew il-forzi Sovje­tiċi fit-tmeninijiet. Fl-1996, it-Talibani kienu ddikjaraw l-Afganistan bħala

emirat Iżlamiku wara li kisbu kontroll waħdieni fuq ħafna mill-pajjiż. Matul il-ħames snin li dam fil-poter, it-Taliban kienu għamlu interpretazzjoni ħarxa tal-liġi Iżlamika tax-Sharia. Din il-liġi Iżlamika kienet tfisser li n-nisa kienu pprojbiti milli jaħdmu jew jistudjaw, u


11

22.08.2021

15 T’AWWISSU

16 T’AWWISSU

Panjshir kien għadu l-uniku distrett li ma ċediex għas-suldati Talibani. Dawn tal-aħħar bdew jinnegozjaw mal-mexxejja tad-distrett biex iċedu t-tmexxija b’mod paċifiku.

MILL-KRIŻI AFGANA tal-Punent tiegħu. Il-fundatur u l-mexxej oriġinali tat-Taliban kien il-Mullah Mohammad Omar, li nħeba wara li t-Taliban twaqqa’. Mijiet ta’ eluf ta’ refuġjati L-Aġenzija għar-Refuġjati talĠnus Maqgħuda (UNHCR) saħ­ qet li f’dawn is-snin ta’ kunflitt, kien hemm mal-570,000 persuna li telqu minn djarhom u l-pajjiż, waqt li abbandunaw kollox f’art twelidhom. L-Aġenzija tbassar li ammont simili s’issa se jkunu qed jaħarbu din is-sena, speċjalment wara l-iżviluppi ta’ din il-ġimgħa hekk kif it-Talibani ħadu l-kontroll tal-pajjiż. Il-kriżi qed tħalli l-akbar effett fuq in-nisa u t-tfal, li jagħmlu 80% tar-refuġjati. L-istess Aġenzija qed tipprovdi lill-Afgani b’kenn ta’ emerġenza, ikel, ilma u kura tas-saħħa, iżda l-provvisti tagħha qed jispiċċaw b’mod allarmanti. Kriżi politika Amerikana kienu ristretti li joħorġu minn djarhom sakemm ma jkunux akkumpanjati minn gwardjan maskili. Din il-liġi tkopri wkoll l-eżekuzzjonijiet pubbliċi u l-isparar, il-films u l-kotba tal-Punent ġew ipprojbiti, u l-artefatti kulturali meqjusa bħala dagħa taħt l-Iżlam ġew meqruda. Wara l-attakki tal-11 ta’ Set­ tembru, 2001 fl-Istati Uniti millAl-Qaeda, il-forzi appoġġjati mill-Istati Uniti fit-Tramuntana ġrew f’Kabul f’Novembru taħt attakki tal-ajru tqal tal-Istati Uniti. Riżultat ta’ dan, it-Taliban inħall f’żoni remoti, fejn beda insurġenza ta’ 20 sena kontra l-Gvern Afgan u l-alleati

Is-Segretarju tal-Istat Amerikan Anthony Blinken qal aktar kmieni dan ix-xahar li l-Afganistan qed jirriskja li jsir stat pariah jekk it-Taliban jieħu l-poter u jikkommetti l-atroċitajiet li hu magħruf għalihom. Pajjiżi oħrajn, bħaċ-Ċina, indikaw b’kawtela li jistgħu jirrikonoxxu lit-Taliban bħala reġim leġittimu. L-Istati Uniti tal-Amerka aktarx li wkoll se jkollha tħallas prezz qares, politiku iżjed minn kollox, kawża tad-deċiżjoni tal-President Biden. Il-kummentatur lokali dwar il-politika barranija, Brendan Zerafa, qal ma’ ONE News li “bla dubju ta’ xejn ir-reputazzjoni

tal-Amerka ħadet daqqa ’l isfel minħabba din il-mossa. Ftit tal-ġimgħat ilu Biden qal li – u nikkwota – kienet ‘unlikely’ li t-Taliban jieħdu l-poter tal-Afganistan, imma safrattant illum ġara l-oppost.” Hu qal li l-iżviluppi tal-aħħar jiem jafu jwasslu biex is-sitwazzjoni terġa’ lura għal kif kienet 20 sena ilu qabel daħlu l-forzi Amerikani, ladarba wkoll it-Taliban ħeles għadd ta’ pruġunieri minn gruppi terroristiċi fanatiċi attivi f’dawk iż-żminijiet, mhux l-Istat Iżlamiku jew ISIS kif kienu magħrufin. Ħafna analisti jbassru li jekk dawn il-gruppi u friegħi terroristiċi se jitħallew jaħdmu bla xkiel, bħalma kien ġara bl-alQaeda fil-bidu ta’ dan is-seklu, allura l-affarijiet mhux se jkunu sbieħ. L-Eks President Amerikan Donald Trump talab għar-riżenja tas-suċċessur tiegħu u tenna li dak li għamel Biden bl-Afganistan hi waħda mill-akbar telfiet fl-istorja Amerikana. Il-ġejjieni tal-Afganistan Dwar il-futur tal-Afganistan, Zerafa jisħaq li trid tittieħed azzjoni, iżda hemm mistoqsijiet dwar kif tista’ sseħħ. Fost dawn hemm azzjoni mill-Ġnus Magħquda. “Irridu niftakru, iżda, li fil-Kunsill tas-Sigurtà hemm ħames membri li huma permanenti: l-Istati Uniti, ir-Renju Unit, Franza, ir-Russja u ċ-Ċina. Dawn kollha għandhom il-veto u jekk ikun hemm xi mozzjoni biex il-Kunsill tas-Sigurtà jieħu azzjoni fl-Afganistan, dawn jistgħu jaqbdu u jwaqqfu l-azzjoni ħesrem,” ikkonkluda l-kummentatur lokali.


12

22.08.2021

ĦAFNA DRABI WETTAQNA IŻJED MILLI WEGĦEDNA

MICHAEL FARRUGIA Ministru

Dejjem emmint li jekk il-poplu Malti u Għawdxi ma toffrilux viżjoni, direzzjoni u tama, ftit li xejn jemmen fik. Għaqqad ma’ dawn l-esperjenza ta’ kemm żammejt mal-wegħdiet li għamilt u kemm wettaqt minnhom. Hekk ukoll l-għaqda li toffri fiduċja li l-viżjoni ssir realtà. Huwa għalhekk li l-Partit Laburista qiegħed f’sitwazzjoni

li jersaq quddiem il-Maltin u l-Għawdxin, f’anqas minn sena oħra, u jippreżenta programm elettorali li l-votanti jemmnu li jista’ jwettaq. Ħafna drabi wettaqna aktar milli wegħedna. Min qatt ħaseb li fl-aħħar 18-il xahar se nkunu qed nissieltu mal-pandemija b’infiq bla preċedent ħalli nassiguraw li l-ħaddiema jibqgħu fid-dinja tax-xogħol u l-maġġor parti tan-negozji jibqgħu attivi. Sapport finanzjarju biex nistgħu ndawru l-ekonomija u nqumu fuq saqajna fl-iqsar żmien possibbli. Kemm ġejna kkritikati minħabba l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment. Kemm ġejna kkritikati li meta kien il-bnazzi minflok xerridna flus aktar milli xerridna, ħsibna biex minn defiċit bdejna nagħmlu surplus u fl-istess ħin rajna li jonqos id-dejn b’mod drastiku bħala persentaġġ tal-prodott gross domestiku. Investejna għall-maltemp u bħalma ntqal minn uħud mill-Aġenziji ta’

Kreditu kellna fond adekwat biex nagħmlu użu minnu. Għax ma berbaqniex, illum niftaħru li laqqamna l-akbar persentaġġ ta’ residenti f’pajjiżna, għandna fost l-anqas persuni jirreġistraw għax-xogħol, u li Malta hi meqjusa bħala dak ilpajjiż fejn l-ekonomija mistennija tkun fost l-aktar li tikber fl-Unjoni Ewropea. Min-naħa l-oħra għandna Oppożizzjoni bla direzzjoni, mifruda, bla viżjoni u skreditata. Irridu xorta nżommu saqajna mal-art għax fil-ġimgħat li ġejjin id-disprament iwassal

għal gideb, invenzjonijiet u aljenazzjoni. Diġà bdejna naraw persuni jpeċilqu mingħajr għerf fuq l-affarijiet li qed jitkellmu fuqhom. Persuni li jieħdu gost u pjaċir jisimgħu leħinhom. U xħin tagħsar issib li lanqas għandhom idea fuq xiex qed jitkellmu. Sfortunatament fosthom hemm esponenti ewlenin tal-Oppożizzjoni. Din hi sitwazzjoni tal-biża’ u perikoluża. Għax aktar minn kollox wasalna biex f’pajjiżna għandna Oppożizzjoni li l-intenzjoni tagħha hi li tkun negattiva u ma toffri xejn aktar.

Min-naħa l-oħra għandna Oppożizzjoni bla direzzjoni, mifruda, bla viżjoni u skreditata

Niftakar f’logħba futbol li kont attendejt għaliha. Tim lokali kien ġab player ta’ kalibru. Fl-ewwel logħba skorja hattrick u t-tim oppost ma setax jikkontrolla lit-tim li kien qed jilgħab b’mod kollettiv madwar dan l-istilla. Kulma kellhom x’joffru kien li jdawru l-logħob għal wieħed goff biex jippruvaw iweġġgħu lil dan il-player stilla u jtellfu l-konċentrazzjoni tal-players l-oħra. Baqa’ f’wiċċhom. Anke fil-politika rridu nibqgħu ffukati u naħdmu għall-ġid ta’ Malta u l-Maltin u l-Għawdxin. Dak li se jkun qed jiddistingwina mill-Oppożizzjoni hu li l-Partit Laburista għandu l-esperjenza, l-għerf u viżjoni bbażata fuq evidenza reali. Ejjew inħarsu ’l quddiem, magħqudin b’lealtà lejn il-prinċipji prinċipali tal-Partit Laburista, lejn it-tmexxija ta’ pajjiżna, lejn il-poplu Malti u Għawdxi u fuq kollox lejn pajjiżna.

L-AFGANISTAN U S-SITWAZZJONI PREŻENTI

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Ftit tax-xhur ilu, il-komunità internazzjonali kellha reazzjonijiet pożittivi għall-fatt li l-President Amerikan Donald Trump, u aktar tard, is-suċċessur tiegħu Joe Biden, ħabbru li ser ikunu qed ineħħu l-preżenza Amerikana mill-Afganistan. Wara 20 sena ta’ ġlied kostanti mat-Taliban, wara ħafna sagrifiċċji, wara ħafna telf ta’ ħajjiet, ir-reazzjoni ta’ ħafna kienet li issa kien sar biżżejjed, u li għaldaqstant il-mument kien opportun biex l-Amerka toħroġ minn dan il-pajjiż. Meta ġara però u malli l-Amerikani bdew jirtiraw,

it-territorju beda jittieħed mit-Taliban, u mal-ewwel inbidlet id-diska. Ma tagħtix tort lin-nies li jibdlu d-diska lanqas, għaliex filwaqt li konna għamilna pass ’il quddiem, għamilna erba’ passi lura. Veru li ħafna ma ridux li l-Amerka tibqa’ preżenti f’dan il-post. Imma daqstant ieħor ma ridux li l-ħruġ tagħha mill-pajjiż isir b’mod diżastruż, b’mod li tant kien diżorganizzat li wassal sabiex saħansitra ħareġ fil-beraħ li l-intelliġenza Amerikana kienet waħda jew żbaljata, inkella ottimista żżejjed. Biss però, issa li hemm hemm. Ma nistgħux inreġġgħu l-arloġġ lura, u għaldaqstant li jrid isir huwa li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni bl-aħjar mod possibbli. Huwa ta’ qsim il-qalb li tara nies jiggranfaw ma’ ajruplan f’disprament biex jippruvaw jaħarbu ġejjieni li aktar ma jgħaddi ż-żmien aktar qiegħed jidher mudlam. Irrid ngħid madanakollu, li bħala mara ninkwieta ħafna għan-nisa f’dan il-pajjiż. Niftakru li lanqas biss laħqu għaddew ftit sigħat minn x’ħin it-Taliban daħlu fil-kapitali Afgana Kabul, li ma bdewx jgħattu billboards

u posters li kienu juru n-nisa fit-toroq prinċipali ta’ Kabul. Qsamt qalbi naqra intervisti ma’ nisa żgħażagħ li batew mhux ftit fl-aħħar snin, sabiex f’sitwazzjoni ekonomika diffiċli immens, imorru jistudjaw, u jiggradwaw biex ikollhom futur aħjar, futur aktar liberu – u waslu. Imma għalkemm id-determinazzjoni tagħhom wasslithom, u qaltilhom iva, is-sitwazzjoni politika kurrenti qaltilhom le. Din hija xi ħaġa inkwetanti ferm. Ma jistax ikun li wara snin ta’ sagrifiċċju biex in-nisa jiggwadanjaw drittijiet indaqs, issa jmur kollox il-baħar. It-Taliban fil-pubbliku qalu li n-nisa ser ikollhom id-dritt li jistudjaw u jaħdmu fost l-oħrajn, iżda

taħt il-liġi tas-Sharia li għandha l-limitazzjonijiet tagħha. Inżommu f’moħħna wkoll li l-ġudizzju ma jsirx abbażi talkliem, imma abbażi tal-azzjonijiet li jittieħdu. Fl-aħħar jiem sfortunatament kien hemm ħafna rapporti ta’ nisa li ġew imkeċċija mix-xogħol tagħhom, filwaqt li lil nisa oħrajn qalulhom li ċ-ċans hu li x-xogħlijiet tagħhom jingħataw lill-irġiel. Din hija xi ħaġa inaċċettabbli, u l-komunità internazzjonali tagħmel sew jekk tisħaq mat-tmexxija l-ġdida biex tassigura li dawn l-abbużi u d-diskriminazzjoni ma jibqgħux isiru. Daqstant ieħor trid il-komunità internazzjonali tipprepara għal dak li ġej, b’mod speċjali

Din hija xi ħaġa inaċċettabbli, u l-komunità internazzjonali tagħmel sew jekk tisħaq mat-tmexxija l-ġdida biex tassigura li dawn l-abbużi u d-diskriminazzjoni ma jibqgħux isiru

għas-sitwazzjoni umanitarja diżastruża li ser naraw b’eluf jew miljuni li ser ikunu qed jippruvaw jaħarbu. Filwaqt li Malta għandha r-responsabbiltajiet internazzjonali tagħha, ma jkunx ġust li jiġu pajjiżi akbar, b’mod speċjali dawk li kellhom rwol pertinenti f’dan id-diżastru, li jippretendu li aħna għandna nservu l-interessi tagħhom. Jekk xejn, iridu jkunu huma l-ewwel li jindirizzaw id-diżastru li ħallew warajhom u li jieħdu responsabbiltà tal-azzjonijiet tagħhom. Xtaqt nagħlaq bil-ħsieb li l-politika internazzjonali hija wkoll politika t’interessi, politika li kultant iġġib magħha inkonsistenza u diskriminazzjoni. Prova ta’ dan huwa l-fatt li għalkemm Malta, ġiet greylisted mill-Financial Action Task Force minħabba dawk li huma raġunijiet li għandhom x’jaqsmu mal-evażjoni tattaxxa, l-Afganistan li issa huwa mmexxi minn organizzazzjoni li kienet tippermetti t-terroriżmu (u l-iffinanzjar tiegħu) mhuwiex greylisted. Punt ieħor li l-komunità internazzjonali għandha tindaga sew u tindirizza! Il-Ħadd it-tajjeb lil kulħadd.


13

22.08.2021

L-ISTAĠUN POLITIKU LI JMISS... X’MISTENNI? laqgħat tal-Ministri fi Brussell, iż-żjarat fid-djar tan-nies, iktar proġetti u iktar ħidma. Iżda x’inhu mistenni minn dan l-istaġun politiku li fih se jkollna elezzjoni ġenerali sa Ġunju tas-sena d-dieħla. Partit Laburista: enerġija, għatx għall-bidla AARON FARRUGIA Ministru

Hekk kif skont il-kalendarju politiku, ninsabu nieħdu l-aħħar ftit jiem ta’ mistrieħ mal-familji tagħna għall-btajjel tas-sajf, ħafna diġà għandhom għajnejhom fuq l-istaġun politiku li jmiss. Għal ħafna dan jibda f’Settembru. Ftit ġimgħat qabel il-baġit, ilkoll bħala Ministri nkunu qed nirfinaw l-aħħar talbiet tagħna lill-Ministru għall-Finanzi li jkun mistenni jippreżenta l-baġit għas-sena li ġejja matul ix-xahar ta’ Ottubru. Hu f’Ottubru wkoll li jerġa’ jibda jitlaqqa’ l-Parlament, jerġgħu jibdew ukoll il-

Dan hu dak li jrid jirrappreżenta l-Partit Laburista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Tim li jħabrek, enerġetiku u li jiddeċiedi. Ta’ qabilna fallew għax beżgħu jiddeċiedu. Hekk il-poplu ma jaħfirlekx. Ma jimpurtax tiżbalja iżda trid tqum filgħodu u tieħu d-deċiżjonijiet, diffiċli kemm huma diffiċli. Fuq kollox li nibqgħu niddeċiedu skont x’naħsbu li hu l-aħjar u ma nsirux gvern tas-surveys li jiddeċiedi skont fejn ikun qed jipponta r-riħ. Il-politiku jrid jagħti leadership u jikkonvinċi anke fejn jaħseb li qiegħed f’minoranza. Lanqas ma rridu nibżgħu nitilfu voti. Wara kollox meta nirtiraw mill-politika, mhumiex l-eluf ta’ voti li ksibna fl-elezzjonijiet li se niftak-

ru, iżda l-legat tal-bidliet kuraġġużi li introduċejna. U hekk allura nidħlu għattielet mandat konsekuttiv ta’ dan il-Partit b’ħafna għatx għall-bidla u b’viżjoni fit-tul.

l-Gvern f’dawl ikrah tidher fuq gazzetta partikolari online filgħodu imbagħad f’gazzetta oħra waranofsinhar, f’oħra filgħaxija u f’oħra l-għada filgħodu. Orkestra. U allura rridu nibqgħu b’menPopolari iva iżda xorta talità ta’ underdogs, li dak li waħda underdogs nagħmlu rridu nsemmuh iktar b’kull mezz possibbli u dan Aħna tal-Partit Laburista għax ħadd mhu se joħroġilna deħlin f’dan l-istaġun bħa- t-tapit l-aħmar. la underdogs. Mhux għax m’aħniex l-iktar partit poli- Oppożizzjoni bla ideat tiku popolari, u dan bil-bosta, skont kif juru s-surveys Hawn għandek partit li għadu ippubblikati, iżda għax qatt ma jafx xi jrid, fiex jemmen daqs illum ma kien hemm u kif irid ibiddel lil Malta. Ilu ħidma ċara, fina u kkordina- hekk mill-2004 fil-verità. Ibidta mill-establishment biex del kemm ibiddel każijiet, ifixkel u jkisser il-ħidma tal- il-PN illum hu partit mitluf u Gvern. M’iniex nitkellem bla ideat. Dan il-poplu fiehmu. dwar kritika li ssir, xi dra- Il-poplu ma jafx fejn hu malbi ġustifikata fuq il-ħidma PN. Għalhekk mhux jafdah. tagħna, jew għax dħalna f’xi Ma tistax taspira li tkun fil“siege mentality”, iżda l-kor- gvern jekk m’għandekx polidinazzjoni ċara u fina li hemm tika ekonomika u waħda soċmill-establishment, minn jali. numru ta’ kmamar tal-aħbarJikkritikaw kemm jikkritiijiet li ilhom li rmew it-tikket- kaw il-mudell ekonomiku ta’ ta indipendenti, u minn fram- Gvern Laburista, xorta waħda mentazzjonijiet tal-PN li llum għadhom ma fehmux li n-nies isejħu lilhom infushom NGOs. japprezzaw li hawn partit li Biex nagħti eżempju, stor- offra viżjoni li qed tagħtihom ja li hi intenzjonata li tpoġġi kwalità ta’ ħajja aħjar milli

kellhom fil-passat. Imbagħad għandek is-satelliti tal-PN li anke huma qatgħu qalbhom mit-tmexxija tal-PN. U allura bla ma jgħiduha, ilkoll nafu li dak li jridu hu li l-membri kollha tal-Gvern jirriżenjaw u jkun hawn gvern teknokratiku. Hu għalhekk li l-attakk mhuwiex biss fuq il-membri tal-Gvern iżda fuq l-istituzzjonijiet, fuq l-Istat. Demokrazija Dan kollu jsejjaħ għal bżonn li iva, isiru l-bidliet u r-riformi meħtieġa, anke għax dawn qatt ma saru f’25 sena. Iżda dan kollu jsejjaħ ukoll għarrispett lejn stat demokratiku, li l-Gvern jitħalla jmexxi skont l-għażla tal-poplu. Dan hu dak li l-familji Maltin iridu, li jfittxu. U għalhekk li bħala Gvern irridu nsemmu u nfakkru l-kisbiet li għamilna sa mill-2013 ’l hawn, irridu nippromwovu x-xogħol li lkoll nagħmlu kuljum u fuq kollox, waqt dan l-aħħar staġun politiku li għandu jwassalna sal-elezzjoni ġenerali, ma rridux niefqu nitkellmu dwar Malta ta’ għada.

L-IMPORTANZA TAL-VOLONTARJAT

ANTHONY AGIUS DECELIS

Membru Parlamentari

Nemmen fl-importanza tal-ħidma volontarja, liema ħidma hija karatteristika mill-isbaħ tagħna l-Maltin. F’Malta l-ħidma volontarja hija b’saħħitha u mifruxa f’oqsma varji. Ħidma imprezzabbli għas-soċjetà tagħna. Filwaqt li din il-ħidma jkollha għanijiet diversi bħall-ħidma f’għaqdiet filantropiċi sabiex ngħinu lil ħaddieħor; għaqdiet li joffru saqaf lill-annimali abbandunati; għaqdiet sportivi;

għaqdiet li jaħdmu għall-festa tar-raħal; u ħafna għaqdiet oħra kollha bl-għanijiet speċifiċi tagħhom, l-għaqdiet volontarji għandhom elementi komuni. Dawn l-elementi jirriflettu l-ħidma taċ-ċittadini Maltin, li jagħmlu dan għall-ġid tas-soċjetà tagħna, mingħajr ħlas u mingħajr ma jippretendu xejn lura. Nistaqsi, x’hemm isbaħ minn dan l-aspett? Li wieħed jagħti l-ħin tiegħu, joffri l-ħidma tiegħu, it-talenti tiegħu, sabiex jara lil ħaddieħor kuntent! Nixtieq f’dan iż-żmien partikolari, b’mod speċjali nitkellem fuq il-ħidma volontarja li naraw minn tant volontiera fl-għaqdiet tal-festi u fil-każini tal-banda. Dawn il-persuni li b’tant sagrifiċċji u b’dedikazzjoni jwettqu ħidma sabiex jaraw li t-tradizzjonijiet Maltin jibqgħu jissaħħu. Niftakru wkoll li l-għaqdiet u l-każini tal-banda joffru wkoll tagħlim liż-żgħażagħ tagħna, tagħlim bla ħlas, bħat-tagħlim mużikali, l-in-

duratura, tagħlim artistiku, iżda fuq kollox valuri sbieħ bħall-għaqda, l-importanza li taħdem f’tim, u s-sens ta’ komunità li tant huwa uniku f’pajjiżna. Grazzi għall-ħidma ta’ dawn l-individwi naraw li t-tradizzjonijiet Maltin mhux talli ma jintilfux, iżda talli jkomplu jissaħħu u jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra. Nemmen li dan huwa wkoll importanti għaliex ikompli jsaħħaħ il-kultura tagħna, imżewqa b’tant tradizzjonijiet sbieħ. Ma nistax nitkellem fuq il-festi u l-volontarjat u ma

nsemmix il-pirotekniċi, b’tant talent f’pajjiżna. Il-pirotekniċi li b’mod volontarju jaħdmu sena sħiħa sabiex joffru spettaklu mill-isbaħ lilna lkoll. Minkejja li din is-sena qegħdin nassistu għall-festi b’mod differenti minn kif imdorrijin niċċelebrawhom is-soltu, jeħtieġ nagħmlu kuraġġ u nħarsu ’l quddiem... għad nerġgħu niċċelebraw il-festi fl-intier tagħhom fiż-żmien li ġej. Nimtela iktar b’kuraġġ meta nara l-għaqda bejn l-għaqdiet tar-raħal u l-ħidma siewja tal-volontarjat f’pajjiżna li baqgħet preżenti anke

Grazzi għall-ħidma ta’ dawn l-individwi naraw li t-tradizzjonijiet Maltin mhux talli ma jintilfux, iżda talli jkomplu jissaħħu u jgħaddu minn ġenerazzjoni għal oħra

fiż-żmien ta’ pandemija. Nemmen li bħala Gvern għandna nibqgħu ngħinu sabiex inkunu ta’ spalla għal dawn l-għaqdiet volontarji. Dan hu l-Gvern li jemmen fl-importanza tal-ħidma volontarja, iżda mhux biss… dan hu l-Gvern li kien minn ta’ quddiem sabiex ikun ta’ spalla għal dawn l-għaqdiet, anke waqt iż-żmien tal-pandemija. Jagħmel dan għaliex irid li din il-ħidma volontarja tkompli tikber u tkompli tħalli l-frott tagħha fis-soċjetà tagħna. Filwaqt li nirringrazzja lil kull min iwettaq ħidma volontarja, inħeġġeġ lilkom ukoll sabiex tkunu parti minn din il-ħidma li tħalli sodisfazzjon kbir, u nista’ ngħid li mill-esperjenzi personali tiegħi, ittagħlim u l-esperjenzi sbieħ li tikseb minn din il-ħidma tibqa’ ġġorrhom tul ħajtek kollha. Kemm hu sabiħ li nħeġġu anki lil uliedna sabiex huma wkoll iwettqu din il-ħidma li bla dubju tkompli tgħin fl-iżvilupp tagħhom.


14

22.08.2021

L-IKBAR INV SPORTIV F’

B’investiment ta’ madwar €16-il miljun Għawdex u l-Għawd ukoll padiljun sportiv ġdid fil-qalba tar-Rabat, Għawdex. Da Għawdex. Żjara fuq il-post din il-ġimgħa kienet tixhed li l-fażi tal-ko anke qrib it-tlestija tagħha biex fl-aħħar mill-aħħar fil-gżira j Minbarra hekk, il-kumpless se jilqa’ fih ukoll żona ddedika ball u numru ta’ kmamar oħrajn intiżi biex jgħinu lill-għaqdi Jirriżulta li bħalissa wkoll il-Ministeru jinsab fl-istadju li jaġ wa tal-kumpless enormi. Minbarra l-għan sportiv ovvju ta’ dan il-proġett, li qed ik il-kumpless jibda jintuża għal skop ta’ tagħlim u bħala parti Minn tagħrif li għandha l-KullĦadd jirriżulta li, filwaqt li g petti importanti bħalma huma d-dawl naturali fil-kumpless l kwadru u anke l-ventilazzjoni biex b’hekk il-proġett ikun ferm F’kummenti li ta lil din il-gazzetta, il-Ministru għal Għawd ħafna, kemm minħabba l-kobor tiegħu f’termini loġistiċi u in zzjoni. Il-Ministru qal li huwa jinsab fiduċjuż li dan il-proġett se jk Mingħajr dubju, dan il-kumpless hu turija ċara ħafna tal-im lejn l-Għawdxin, l-isportivi, iż-żgħażagħ, l-istudenti, it-tfal, l-g Il-proġett ġie kkonsultat ma’ diversi entitajiet u esperti in jazzjoni Maltija għall-Isport Akkwatiku, Special Olympics, il-B ASC.


22.08.2021

15

VESTIMENT ’GĦAWDEX

dxin se jkunu qed igawdu minn pixxina ta’ livell olimpiku kif an hu l-ikbar investiment għall-qasam sportiv li qatt sar għal

ostruzzjoni fuq dan il-proġett massiċċ għaddejja ġmielha u jkun hemm pixxina kbira ta’ 50 metru b’25 metru. ata għall-ġinnastika, tliet squash courts, padiljun tal-basketiet sportivi Għawdxin. ġġudika t-tenders biex ikun jista’ jibda jsir ix-xogħol fuq ġew-

kun pilotat mill-Ministeru għal Għawdex, hu maħsub li dan mill-kurrikulu edukattiv fi ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex. għaddejja l-kostruzzjoni, qed jittieħdu inkunsiderazzjoni asli hu mifrux fuq medda ta’ art ta’ ftit aktar minn 5,000 metru m aktar sostenibbli. dex Clint Camilleri saħaq li dan hu proġett li jagħmlu kburi nfrastrutturali, iżda anke għall-impatt li se jħalli fuq il-popola-

Ritratti ta’ JOSEPH MERCIECA

kun qed jitlesta skont iż-żmien ippjanat. mpenn tal-Gvern lejn il-gżira Għawdxija, iżda fuq kollox anke għaqdiet sportivi u dawk volontarji kollha. nvoluti fid-dixxiplina marbuta mal-għawm, fosthom l-AssoċBord tal-Isport f’Għawdex u l-klabb tal-waterpolo ta’ Otters


16

22.08.2021

IL-POPLU JAGĦŻEL L-GĦAQAL

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Minkejja li dan l-aħħar il-Kap tal-Oppożizzjoni għamilha ċara li l-każ talġlied bejn il-fazzjonijiet fi ħdan il-PN ġiet ikkalmat u riżolt billi saħansittra saret stqarrija għall-istampa ħalli jiġi enfasizzat dan il-fatt, rajna li dan mhu minnu xejn. Anzi, mal-anqas opportunità n-nar jerġa’ jitkebbes u din id-darba reġgħu fetħulha l-għaqdiet bħal Repubblika u CSN. Reġgħu fetħulha fuq Adrian Delia u l-allegazzjoni tagħhom dwaru u r-rabtiet tiegħu ma’ Yorgen Fenech. Dawn l-allegazzjonijiet sa wasslu biex Adrian Delia jiftaħ libell lil Repubblika u dawn l-għaqdiet tas-soċjetà ċivili jistaqsu jekk wasalx iż-żmien li l-elezzjoni tkun ikkontestata minnhom flok mill-PN għax dan tal-aħħar jinħass dgħajjef. Adrian Delia talli fetaħ dan il-libell, ġie saħansitra ikkritikat minn deputati sħabu Nazzjonalisti. Tassew jemmnu fil-libertà tal-espressjoni u d-dritt li tiddefendi ismek. Wasalna wkoll sabiex naraw x’valur għandu kandidat u l-opinjoni tiegħu fi ħdan il-PN. Il-kandidat Nazzjonalista ġdid Alex Borg semma’ leħħnu fuq il-midja soċjali u ddikjara li jiddiżassoċja ruħu minn Repubblika u għaqdiet oħra li jsejħu ruħhom soċjetà ċivili u li lkoll għandhom biss jimxu fuq dak li jgħid il-Kap Bernard Grech. Tajjeb wisq. Infakkru biss lil dan il-kandidat ġdid li kien Bernard Grech stess li ħeġġeġ lin-Nazzjonalisti sabiex jattendu għall-attivitajiet u l-protesti organizzati minn dawn l-għaqdiet. Barra minn hekk, wara li ppubblika dan il-messaġġ infetħu fuqu baraxx ta’ kritika u kliem iebes mill-esponenti ta’ dawn l-għaqdiet u saħansittra minn ħdan il-PN stess. Dan kollu juri kemm il-PN huwa ostaġġ ta’ dawn l-għaqdiet. Il-Kap tal-PN irid u jixtieq juri li ħadd ma jindaħallu fid-deċiżżjonijiet li jieħu, imma l-fatti juru bil-kontra u dawn l-għaqdiet jagħmlu din ċara bil-pressjoni li jitfgħu bil-kitbiet tagħhom u issa wkoll bil-laqgħat spissi li jkollhom mal-PN fid-Dar Ċentrali. Juri kemm il-kandidati, speċjalment dawk ġodda huma stmati minn ftit għal xejn. Fid-dieher jibagħtuhom għal xi konferenza stampa biex taparsi jitkellmu fuq diversi suġġetti u mbagħad ikollu x-shadow minister jindaħal sabiex iwieġeb

il-mistoqsija hu minflok jew iżerżaqlu ħelu ħelu nota miktuba ta’ kif għandu jwieġeb. Issa, kif kandidat esprima l-opinjoni tiegħu fil-pubbliku, daru għalih mhux biss l-għaqdiet li qed iżommu l-PN ostaġġ, imma anki esponenti fit-tmexxija tal-PN stess. Dan jurina biċ-ċar il-konfużjoni u n-nuqqas allarmati ta’ direzzjoni li hemm fi ħdan il-PN li qed jaffronta sidru bħala l-Gvern alternattiv. Il-poplu għajnejh f ’wiċċu u jagħraf li l-PN lanqas hu kapaċi jitrażżan u jkun għaqli fit-tmexxija interna tiegħu stess, aħseb u ara kif jista’ jiġi fdat li jmexxi l-pajjiż b’għaqal u b’direzzjoni ċara. Madanakollu, il-fiduċja tal-poplu fil-Partit Laburista sabiex imexxi dan ilpajjiż mhix imsejsa fuq il-fatt li m’hemmx alternattiva denja u Gvern alternattiv konvinċenti. Il-Partit Laburista juri biċ-ċar u bil-provi li fil-gvern jaħdem sabiex il-poplu jkun aħjar u jibbenefika mill-ġid li qed jinħoloq, minkejja l-intoppi u l-avvenimenti wħud straordinarji li qed ngħaddu minnhom. Il-PL jiddimostra l-għaqal fit-tmexxija fi ħdanu stess, fejn il-bidliet li jsiru mhumiex kożmetiċi, fejn isiru biss għad-dieher. Il-PL jibqa’ għatxan li jimbotta proposti ġodda fuq livell ta’ partit u jressaqhom ’il quddiem għad-diskussjoni mal-istakeholders u mal-pubbliku ġenerali. Fid-diskors tiegħu fl-aħħar Konferenza Ġenerali, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li l-għażla tal-poplu mhix bejn xi ħadd ħażin u xi ħadd agħar kif hawn min irid ipoġġiha quddiem il-poplu. In-nies jafu jagħmlu l-għażliet tagħhom. In-nies baqgħu mal-Partit Laburista proprju għax fil-mistoqsijiet importanti għall-ħajja tal-familji u n-negozji, taż-żgħażagħ u l-anzjani, huwa biss dan il-moviment Laburista li għandu r-risposta għalihom.

Il-poplu għajnejh f‘wiċċu u jagħraf li l-PN lanqas hu kapaċi jitrażżan u jkun għaqli fit-tmexxija interna tiegħu stess, aħseb u ara kif jista’ jiġi fdat li jmexxi l-pajjiż b’għaqal u b’direzzjoni ċara

Sur Editur, Ipprovajt nieħu jumejn ta’ mistrieħ ta’ Santa Maria, imma kif tista’ tistrieħ meta taqra l-kummiedji, għax kont se nikteb kazzati, imma... stenn qanna xorta ktibtha, issa li hemm hemm, kif tista’ tistrieħ meta taqra u tisma’ dak li tgħid l-Oppożizzjoni? Għidli int, Sur Editur! Kont ilħaqt għidtilha lil Melda tiegħi, li dil-ġimgħa se noqgħod kwiet u mistrieħ u kif ratni nħarbex dawn l-erba’ kelmiet, kilitni. Issa ara jien x’se nieħu minn tagħha, kwiet fuq il-mejda nikteb? Imma hekk din marti. F’mumenti bħal dawn niftakar f’dawk l-imbierka wegħdi li għamilt, quddiem Patri Stiefnu. “Trid inti tieħu lil Melda b’martek u twegħedha li żżomm ruħek fidil lejha, fir-risq tajjeb u l-ħażin, fil-mard u fis-saħħa, u li tħobbha u tirrispettaha tul ħajtek kollha?” Imma messhom jibdluha naqra ta din! Biddlu tant affarijiet! Jien kieku nżid, “...u toqgħod għal dak kollu li tgħid hi, għax hi biss għandha raġun, u tbaxxi rasek għal kulma jiftlilha tgħid?” Dan bħal man-Nazzjonalisti jaħsbu li rridu nagħmlu aħna l-Laburisti. Inbaxxu rasna għal kulma jiftlilhom jgħidu. Iss, tarax ħej! U jitkellmu u jridu jgħallmuna fuq affarijiet li huma qas biss qatt ħolmu bihom. Jew inkella wegħduhom, bħalma kienu wegħdu l-20 punt, tiftakar, Sur Editur, u l-20 punt ta’ qabel l-elezzjoni tal-1987 fuq karta kienu u fuq karta baqgħu. Issa k’Alla jrid qabduha fuq l-enerġija u l-ekonomija l-ħadra, ‘k ma tridx! Ara l-partit tagħhom qattx jista’ jitkellem u jgħallem lilna fuq l-enerġija u l-ekonomija! Fuq il-ħdura imma ma jirbħilhom ħadd, għax għandhom l-esperti magħhom. U tagħhom jagħtuh lilna, ja qatta’ nfafet politiċi li huma! Qed jgħidu li l-Gvern tagħna huwa tajjeb biss biex jitkellem u jwiegħed proġetti li għadhom ’il bogħod ħafna biex jitwettqu u li f’dawn l-aħħar seba’ snin il-Gvern tagħna ma kellux pjan kredibbli dwar kif se jwettaqhom. U Ġieżu Ġież! Imbagħad tal-aħbarijiet tagħhom qalet, li din ħareġ biha David Zalzetta tal-BBQ Thake! U ajma! X’differenza minn dak li qed jgħid Thake għal dak li verament qed jagħmel il-Gvern tagħna! Jien ma nafx, imma dawn donnhom mhux għall-vaganzi ta’ Santa Marija biss waqaf moħħhom, imma ad eternum, kif kien jgħid il-Kappillan ta’ warajna meta kien jgħidilna li min jigdeb imur l-inferm ad eternum. U hemm differenza oħra ta! Il-Ministru tagħna fuq dawn l-affarijiet hija dik l-imbierka f’kollox ta’ Miriam Dalli, u l-Kelliem tagħhom huwa David Thake. Dak li kien jagħmel ir-reklami tal-barbikjuwż tal-partit tagħhom u joqgħod iferfer iz-zalzett fuq it-televixin. Tferfir f’qalbi jaqbadni meta nisimgħu jipprova jlaħħaq mal-politiċi l-kbar. Imma, Sur Editur, m’hemmx x’tagħmel hux. Imbagħad jaqbadni tferfir ieħor jien, li ma nafx kif nispjegah. Meta smajt lill-kandidat ġdid tagħhom, insejt x’jismu għax għandu ħafna kunjomijiet, jgħid li l-partit tagħhom qed jesiġi l-ħtieġa ta’ strateġija nazzjonali biex ninħarġu mill-greylisting. Dik l-istorja li bdiet meta l-Kap tagħhom għamilha ta’ gustuż, ħadem kontra pajjiżu u kiteb ittra biex Malta titpoġġa f’din il-lista. Jien naħseb li strateġija li hija aktar importanti għall-partit tagħhom hija li jindmu u ma jibqgħux jaħdmu kontra pajjiżhom, u kontra l-poplu Malti. Dik tkun strateġija tajba għall-partit tagħhom! Mela jiġu bi strateġija biex nirranġaw dak li tefgħuna fih huma stess jew? U jmorru jsaqqu t-tursin il-bir li tiela’ f’kull uffiċċju li għandhom f’Tal-Pietà, x’kull waħda! U dan l-għaref kompla jgħid li l-Gvern tagħna għadu ma għamel xejn biex jibda jsolvi din is-sitwazzjoni. Kandidat ieħor li ġie minn xi pjaneta ’l bogħod minn din id-dinja dan. Għax ma jaqrax ir-rapporti ta’ aġenziji internazzjonali, kollha jfaħħru l-Gvern tax-xogħol li qed jagħmel. Ara kemm qegħdin sew, dawn. Imma! Għad-dieħla!


17

22.08.2020

GĦARFIEN DWAR L-UŻU TAL-ILMA FI SKOLASAJF Permezz tal-kampanja tiegħu “Catch the Drop”, il-Bank HSBC Malta qed jgħin biex iqajjem kuxjenza fost it-tfal dwar l-aħjar modi kif tiffranka l-ilma u għaliex dan huwa importanti għal futur sostenibbli. Matul ix-xhur tas-sajf, tqassmet informazzjoni lil 17-il ċentru ta’ SkolaSajf. L-inizjattiva “Catch the Drop”, li matul dawn l-aħħar snin laħqet eluf ta’ studenti madwar Malta u Għawdex, hi parti mill-Programm tal-Ilma ta’ tmien snin tal-Grupp HSBC, u li għalih hemm allokat 150 miljun dollaru Amerikan. Dan il-programm appoġġja 70 proġett lokali madwar id-dinja. Il-ħaddiema fiċ-ċentri SkolaSajf qed jużaw il-ktejjeb ta’ informazzjoni pprovduti minn HSBC Malta biex iwettqu attivitajiet ma’ studenti relatati ma’ prattiki ta’ użu sostenibbli tal-ilma. Wara, it-tfal tal-iskola qed ikunu mħeġġa jieħdu l-fuljetti edukattivi tagħhom id-dar u jiddiskutu l-materjal inkluż fil-pubblikazzjoni mal-familji tagħhom. Caroline Buhagiar Klass, Kap tar-Riżorsi Umani u Sos­ tenibbiltà Korporattiva ma’ HSBC Malta, qalet: “Peress li l-ilma huwa riżorsa indispensabbli, l-iffrankar tal-ilma huwa xi ħaġa li għandha tikkonċerna lil kulħadd. Madankollu, jekk nieħdu fuqna nfusna r-responsabbiltà, kull wieħed minna jista’ jsir strumentali biex jgħin fil-konservazzjoni tal-ilma. F’konformità mal-impenn ambizzjuż ta’ HSBC Malta lejn is-sostenibbiltà u li jsir nett żero sal-2030, il-Programm tal-Ilma ta’ HSBC wera li kien ta’ suċċess fl-indirizzar tal-isfida globali tal-ilma permezz tal-provvista tal-ilma, protezzjoni, edukazzjoni u riċerka xjentifika.” Bl-użu tal-fondi disponibbli mill-Programm Globali tal-Ilma tal-Grupp HSBC, HSBC Malta investiet kważi €1 miljun fi proġetti tal-ilma f’Malta u f’Għawdex sa mill-2013. Il-biċċa l-kbira ta’ dan l-investiment ġie amministrat mill-kampanja “Catch the Drop”, flimkien ma’ proġetti bħall-Water Explorer u l-Malta CSR Institute. L-isforzi tal-Bank HSBC Malta dan l-aħħar ġew rikonoxxuti hekk kif il-bank kiseb it-tieni post fin-National STEM Awards 2021 fil-kategorija Best STEM Community Project Award organizzata miċ-Ċentru Interattiv ta’ Xjenza Esplora.

MELITA TGĦIN LIL PERSUNI B’DIŻABILITÀ INTELLETTWALI FAVUR ĦILIET ARTISTIĊI Il-Fondazzjoni Melita qed tappoġġja l-Assoċjazzjoni Opening Doors fix-xogħol tagħha biex tippromwovi l-involviment attiv ta’ adulti b’diżabilità intellettwali, fl-arti tal-prestazzjoni. Permezz ta’ dan l-appoġġ l-Assoċjazzjoni qed tmexxi żewġ programmi ta’ taħriġ artistiku fil-mużika. L-ewwel minn dawn il-programmi se jiffoka fuq ilħiliet bażiċi tal-mużika, ir-ritmu u l-koordinazzjoni kif ukoll l-espożizzjoni għal prestazzjoni u kollaborazzjoni. It-tieni programm, aktar avvanzat, jgħin fl-iżvilupp ta’ ħiliet u eżekuzzjoni artistika ogħla u jinkludi opportunitajiet biex jieħdu sehem fil-festivals tal-mużika u avvenimenti nazzjonali. Mireille Muscat, Kap tal-Marketing ma’ Melita u membru tal-bord tal-Fondazzjoni Melita qalet: “Wieħed mill-erba’ pilastri tal-Fondazzjoni Melita huwa li tappoġġja l-kreattività, settur li ntlaqat b’mod partikolari mil-pandemija tal-COVID-19. Matul dan il-perjodu, komplejna noffru kemm nistgħu appoġġ għal inizjattivi artistiċi u kulturali fosthom lill-Assoċjazzjoni Opening Doors li għandha rwol daqshekk importanti biex tgħin lill-adulti b’diżabilitajiet intellettwali jiżviluppaw il-ħiliet kreattivi tagħhom u jesperjenzaw l-impatt pożittiv meta jieħdu sehem f’attivitajiet pubbliċi.” Il-Fondazzjoni Melita ġiet stabbilita fi Frar 2020 b’għotja inizjali ta’ €500,000 minn Apax Partners, is-sidien ta’ Melita

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Bl-appoġġ tal-Fondazzjoni Melita se jitmexxew żewġ programmi ta’ taħriġ artistiku fil-mużika Limited sa Mejju 2019. Bl-appoġġ sħiħ ta’ EQT, is-sidien attwali tal-kumpanija, l-ispejjeż kollha tal-Fondazzjoni qed jiġu ffinanzjati kompletament minn Melita Limited. Dan ifisser li mija fil-mija

tal-fondi disponibbli għall-Fondazzjoni qed jintużaw biex jappoġġjaw proġetti. Tagħrif dwar il-Fondaz­zjoni Melita u kif tapplika għall-finanzjament huma disponibbli fuq is-sit melitafoundation.org.


18

22.08.2021

PROĠETTI B’RISQ IL-KOMUNITAJIET Nitkellmu ma’ Alex Muscat, Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Bla dubju nisimgħu b’bosta proġetti mħabbra fuq il-midja li jinvolvu ħsieb, ippjanar u dedikazzjoni li minnhom joħroġ il-frott li jitgawda mill-pubbliku kollu. Tkellimna ma’ Alex Muscat, Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet dwar diversi proġetti ambizzjużi li qed isiru diġà u oħrajn li dalwaqt ser jibdew.

B’investiment ta’ aktar minn €8 miljun, l-NDSF qed tassisti lil Hospice Malta fix-xogħlijiet li bdew diġà fuq iċ-ċentru paljattiv f’Santa Venera

Ftit jiem ilu tħabbar investiment f ’sistema ta’ dawl ġdida kemm fil-Belt tal-Imdina u anke mal-Bażilika tal-Mosta. X’se jkun qed isir u kif intlaqgħet din l-aħbar? Kemm inħossni kburi bħala Malti meta nara interess f ’postijiet ta’ importanza storika u kulturali, bħalma huma l-Imdina u l-Bażilika tal-Mosta. Żewġ ġawhriet li kull turist ifittex bi ħġaru u kull Malti u Għawdxi b’sodisfazzjon jgħid li dawn jagħmlu parti kbira mill-istorja tagħna. Għalhekk, matul dawn l-aħħar jiem ħabbarna li se nwettqu proġetti fuq sistema innovattiva ta’ dawl estern għal dawn iż-żewġ postijiet. U r-rispons kien verament wieħed pożittiv. Is-sistema attwali hija antikwata ħafna, tniġġes, taħli wisq enerġija, u tidher kerha matul il-lejl. Huwa sentiment sabiħ li tkun kburi bil-patrimonju tiegħek, imma sabiex tagħmel dan trid tħares dan il-patrimonju, aktar u aktar billi taċċerta li l-estetika tal-post tagħti ġieħ lill-binja nnifisha. Is-sistema ġdida ta’ dawl estern għandha tliet benefiċċji ewlenin: l-effiċjenza fl-enerġija, il-ħarsien tal-ġebla Maltija u t-titjib fid-dehra tal-binjiet, kemm meta tħares lejhom millqrib, kif ukoll minn diversi nħawi. Irridu nagħrfu li dawn huma landmarks li jitgawdew minn bosta rħula, inkluż mill-ajru, speċjalment waqt l-inżul b’ajruplan fuq il-Gżejjer Maltin. Kif tista’ tħalli partijiet li huma mdawla u partijiet le, filwaqt li d-dawl mitfugħ fuq partijiet li mhux neċessarjament jirrifletti s-sbuħija

arkitettonika? Agħar minn hekk, id-dawl jarmi ħafna dija u sħana ’l barra, b’konsegwenza li jtellef lill-ambjent tal-madwar u jħalli ħsarat fil-binjiet innifishom. B’investiment mill-Aġenzija għall-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali (NDSF), dawn l-isfidi se nindirizzawhom. Tħabbar ukoll li 4,000m² ta’ art fl-iskema tal-iżvilupp se tinbidel fi ġnien aċċessibbli. Għaliex inħasset il-ħtieġa li jsir dan? Spjegalna ftit x’ser naraw f ’din ittrasformazzjoni? L-għalqa sservi ta’ pulmun aħdar fil-komunità. Attwalment, fiha wħud millispeċi ta’ siġar tipiċi Maltin, bħaż-żebbuġ u ċ-ċipress. Qed niżgura li sit allokat għal żvilupp residenzjali ta’ ċerta densità, inżommuh bħala pulmun aħdar għal

użu rikreattiv tar-residenti. Din iż-żona ilha abbandunata għal bosta snin, u l-istat ħażin li tinsab fiha bħalissa ma jagħmilhiex possibbli li titgawda mill-pubbliku. Għalhekk huwa meħtieġ li din iż-żona ta’ 4,000 metru kwadru tinbidel u tingħata kif xieraq lura lin-nies. Dan il-

proġett huwa notevoli mhux biss għax se jkun qed jinfetaħ ġnien li kien magħluq għat-tgawdija tal-pubbliku iżda għaliex huwa fost l-ewwel żviluppi ta’ din ix-xorta li seħħ fuq żona kbira li fuqha hemm permess ta’ żvilupp. Il-proġett ta’ riġenerazzjoni u ta’ konservazzjoni tal-ġnien

se jkun iffinanzjat mill-NDSF u implimentat u amministrat minn GreenServ. Il-proġett iħares l-ekosistemi fraġli li hemm fl-għalqa abbandunata, filwaqt li jagħmilha aċċessibbli b’mod li tista’ titgawda mill-komunità. Id-disinn huwa diskret u mmirat biex itejjeb dak li diġà huwa

Is-sistema attwali hija antikwata ħafna, tniġġes, taħli wisq enerġija, u tidher kerha matul il-lejl. Huwa sentiment sabiħ li tkun kburi bil-patrimonju tiegħek, imma sabiex tagħmel dan trid tħares dan il-patrimonju, aktar u aktar billi taċċerta li l-estetika tal-post tagħti ġieħ lill-binja nnifisha


19

22.08.2021

preżenti, fosthom is-siġar, l-ekosistemi, il-pajsaġġ naturali u l-ġebla tipika Maltija. L-ispazju se jkun aċċessibbli u komdu biex jitgawda minnies ta’ kull età u ta’ kull ħtieġa. Din hi inizjattiva oħra minn sensiela ta’ proġetti madwar il-pajjiż li bihom qed jiġu mħaddra żoni fejn eluf ta’ familji jgħixu u jaħdmu inkluż fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Ħal Qormi u Ħaż-Żabbar. Żoni li qabel ma kinux aċċessibbli, jew kienu dilapidati u mitluqin, qed jinbidlu biex isiru spazji ħodor u postijiet ta’ rikreazzjoni. Il-proġetti bbażati fuq il-kunċett grey-to-green f ’diversi żoni urbani qed ikomplu jtejbu l-kwalità ta’ ħajja tal-familji filwaqt li jindirizzaw l-isfida ta’ tibdil fil-klima. Kellek sehem ukoll biex il-Malta Air Show terġa’ tirritorna f ’pajjiżna wara li kienet assenti għal ftit. Għaliex huwa importanti li attivitajiet bħal dawn ikunu preżenti fil-kalendarju Malti? Ħassejna li avveniment bħal dan għandu jerġa’ jittella’ speċjalment għal dawk li bi ħġarhom kienu jistennew dan l-avveniment. Kif ħabbarna dan se jsir bejn il-25 u s-26 ta’ Settembru u f ’din l-edizzjoni se jkunu qed jipparteċipaw ukoll tmien pajjiżi oħra. Ridna niggarantixxu li s-sostenn tagħna nagħtuh ukoll u għalhekk li l-Aġenzija Komunità Malta investiet €50,000 sabiex l-Awtorità Maltija għatTuriżmu tkun tista’ tassisti lis-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni fl-ispettaklu tal-ajru. Huwa ta’ sodisfazzjon li grazzi għall-fondi mill-investiment dirett barrani, tista’ ssir l-air show, li hi investiment f ’pajjiżna u fit-talent Malti. Dan huwa investiment fil-komunità lokali, dik turistika u fuq kollox fil-komunità tal-avjazzjoni. Rajna wkoll li b’investiment ta’ aktar minn €8 miljun, Hospice Malta bdiet ix-xogħlijiet fuq ċentru paljattiv f ’Santa Venera. Spjegalna. Il-ħidma tagħna nwettquha biex inkunu ta’ spalla fejn hemm bżonn u għal min għandu bżonn. B’investiment ta’ aktar minn €8 miljun, l-NDSF qed tassisti lil Hospice Malta fix-xogħliji-

MCASTlink SPEĊJALI

Hemm diversi proġetti oħra li se nkunu qegħdin inwettqu fil-ġranet u l-ġimgħat li ġejjin. Proġetti bi ħsieb li nkomplu nagħtu investiment xieraq fil-komunitajiet tagħna, għaliex b’dan il-ġid li qed jinħoloq qegħdin verament ninvestu fin-nies tagħna, fil-Maltin u fl-Għawdxin kollha

et li bdew diġà fuq iċ-ċentru paljattiv f ’Santa Venera u li se jibbenefikaw minn dan l-investiment dawk li għandhom bżonn din it-tip ta’ kura. Kumpless li se jkun l-ewwel tat-tip tiegħu f ’Malta. Il-proġett jinkludi Day Therapy Unit u Outpatients Clinic. Il-binja se tinkludi wkoll Inpatients Unit li minnu Hospice Malta se tkun tista’ toffri servizz ġdid f ’16il kamra li fihom il-pazjenti se jkunu jistgħu jingħataw kura paljattiva u l-appoġġ meħtieġ imdawrin bil-familjari u l-ħaddiema li jkunu mxew din il-mixja diffiċli magħhom. Il-viżjoni tal-NDSF hi li tikkontribwixxi lejn proġetti ta’ importanza nazzjonali u tassisti fi proġetti li huma fl-ogħla interess pubbliku, immirati li jtejbu saħħet iċ-ċittadini u li jgħinu lill-ġenerazzjonijiet tal-ġejjieni. Xi proġetti oħra hemm ippjanati li jsiru min-naħa tas-Segretarjat tiegħek li forsi tista’ taqsam mal-pubbliku? Hemm diversi proġetti oħra li se nkunu qegħdin inwettqu fil-ġranet u

l-ġimgħat li ġejjin. Proġetti bi ħsieb li nkomplu nagħtu investiment xieraq fil-komunitajiet tagħna, għaliex b’dan il-ġid li qed jinħoloq qegħdin verament ninvestu fin-nies tagħna, fil-Maltin u fl-Għawdxin kollha. Kif jirnexxilek tqassam bejn il-ħajja politika u l-ħajja personali? Huwa bilanċ li diffiċli tagħmel, però nemmen li huwa importanti. Il-politika għalija tfisser li tkun viċin in-nies, u li taħdem għannies. Is-sodisfazzjon li tħoss fil-ħidma li tkun qed twettaq kuljum huwa kbir. U huwa dan li jkompli jħeġġiġni li nibqa’ nagħti sehmi bis-sħiħ. Min-naħa l-oħra nemmen li l-ħin mal-familja huwa essenzjali. Il-ħin liberu tiegħi nfittex li nqattgħu magħhom, bejn xi mixja tajba filgħodu, jew xi ġurnata ħdejn il-baħar. Li nsegwi xi logħba futbol matul il-jiem tal-weekend ma tonqosx ukoll.

Kif tħares lejn il-kritika ta’ ċittadini li forsi jaħsbu li mhux isir biżżejjed? Il-kelma biżżejjed mhix kelma li nħobb nuża. Għalkemm twettqu ħafna proġetti f’kull settur f’pajjiżna, nemmen li jibqa’ aktar affarijiet x’nistgħu nagħmlu. U hu appuntu għalhekk, li l-politiku jibqa’ jaħdem sabiex jerġa’ jikseb il-fiduċja tal-poplu u jerġa’ jiġi elett, biex jibqa’ jwettaq aktar proġetti fl-interess talġid komuni. X’inhuma l-isfidi tal-politiku llum? Ir-responsabilità ta’ politiku mhix żgħira. Politiku jqis li jara li jieħu deċiżjoni fl-aqwa interess tal-poplu. Forsi din ma tkunx l-aktar ħaġa faċli, imma l-interess ġenwin tagħna huwa rifless fid-deċiżjonijiet li nieħdu.

Din is-sena l-MCAST jiċċelebra l-20 anniversarju minn meta fetaħ il-bibien tiegħu fl-2001 u biex jiċċelebra u jfakkar dan l-avveniment importanti, il-Kulleġġ ippubblika edizzjoni speċjali tar-rivista uffiċjali tiegħu, MCASTlink. Din l-edizzjoni partikolari tħares lejn l-istorja tal-MCAST matul dawn is-snin kollha u tittratta l-kisbiet l-iktar sinifikanti u tinkludi rappreżentazzjoni viżwali ta’ statistika importanti dwar l-MCAST, bħall-popolazzjoni tal-istudenti u l-impjegati full-time u part-time, l-għadd ta’ korsijiet offruti, ir-riċerka li ssir u informazzjoni dwar ilproġett tal-kampus il-ġdid, fost oħrajn. Din l-edizzjoni speċjali tinkludi artikli miktuba mill-ewwel Prinċipal talMCAST, Frederick Fearne, l-ewwel Registratur Josephine Cilia, l-ewwel Librar Laurence Zerafa, kif ukoll minn uħud mill-ewwel diretturi. Il-kitbiet iwasslu l-esperjenza personali ta’ kull wieħed u waħda minnhom fi żmien it-twaqqif talMCAST f’dawk l-ewwel jiem tal-Kulleġġ. Matul l-20 sena, l-MCAST irnexxielu joħloq opportunitajiet ta’ xogħol għal eluf ta’ student u eks studenti jaqsmu l-esperjenzi tagħhom dwar kif iż-żmien li qattgħu fil-Kulleġġ ippreparahom għall-karriera tagħhom. L-industry partners tal-Kulleġġ ukoll taw il-kontribut pożittiv tagħhom dwar l-impjegabilità u l-għarfien li jkollhom il-gradwati tal-MCAST. Ir-rivista tittratta wkoll ix-xogħol taċ-Ċentru għar-Riċerka Applikata u Innovazzjoni (ARIC) u l-istrateġija u l-viżjoni għall-futur (2022-2027), anke b’kollaborazzjonijiet lokali u internazzjonali. Kopja ta’ din il-pubblikazzjoni issa tista’ tinkiseb mill-Uffiċċju għall-Komunikazzjoni tal-MCAST jew online fuq is-sit uffiċjali (mcast.edu.mt).


20

22.08.2021

FORTIFIKAZZJONIJIET RUMANI Minkejja li nitkellmu fuq il-fortifikazzjonijiet Feniċi fir-Rabat, ħafna nies, inklużi studjużi u arkeoloġi, ma jafux jagħrfu u jiddistingwu bejn dawk Fenici u Rumani. Fil-verità, l-iskavi Feniċi jinsabu xi 104 metri lura minn fejn jinsab il-foss tal-fortifikazzjonijiet Rumani proprja. Hekk jirriżulta mill-intervista li għamilt fuq is-suġġett lil Patri Eugene Teuma, Franġiskan Konventwali. Minn CHARLES B. SPITERI Patri Eugene, mela l-binja Feniċja fejn tinsab? Qiegħda ħdejn l-istazzjon tal-petrol fis-Saqqajja u tinsab erba’ / ħames metri taħt il-livell tat-triq, waqt li l-fdalijiet Rumani huma inqas perċepibbli. Il-fdalijiet Feniċi huma komposti minn ħajt ta’ belt (casement wall), torri, u dar privata. Dawn tkellimna dwarhom f’artiklu preċedenti. Il-fdalijiet Rumani fejn jinsabu u minn xiex huma ffurmati? Il-fdalijiet Rumani huma komposti mill-Foss Ruman u buffer zone li fih hemm traċċi u fdalijiet tal-fortifikazzjonijiet u l-ħitan tal-belt Melita. Dan li jidentifika din l-arkeoloġija hi sistema ta’ bjar (puteji) u kanali (qattara), f’fond ta’ 12-il metru, li tindika l-pożizzjoni tat-torrijiet u l-fortifikazzjonijiet Rumani. Is-sistema tinkludi wkoll sistema ta’ ċisterni immensi (10 metri tul b’5 metri wisa’) li

jinsabu taħt 1.8 metri taħt il-livell tal-blat, xi 2 metri taħt il-livell tat-triq. Sal-lum sibt xi ħamsa minn dawn il-ġwiebi. Minn dokument li jinsab fl-Arkivju tal-Katidral jissemmew mal-21 kappella, matul il-foss, minn naħa ta’ San Franġisk sa ta’ Casha. Uħud kienu ċisterni, oħrajn kienu għerien maqtugħin filblat li oriġinarjament servew ta’ oqbra fil-perjodu Ruman/ Biżantin, u wara bħala kappelel Medjevali. Ħafna minn dawn għadhom ma nstabux, u jinsabu taħt djar fiż-żona. Dan jikkostitwixxi periklu konsiderevoli meta tiġi biex twaqqa’ u tibni bini fuq ġewwa tar-Rabat. Mas-sistema taċ-ċisterni hemm ukoll Castellum Aque. Fi tmiem kull akwedott Ruman kellek pompa (kamra tonda mdaqqsa b’kanali ta’ ftuħ u għeluq). Fis-sit tal-kappella sotterranja ta’ Marija Maddalena, fuq iz-zuntier ta’ San Pawl, insibu tali Castellum Aque. Il-ħitan għadhom miksijin bil-pozzolana (hydrolic concrete) u bank

fil-blat, li jdur mal-kamra ċirkulari, jikkorrispondi mal-pjattaforma li fuqha kienu jaħdmu l-ħaddiema tas-sistema. Il-parti ċentrali kienet tkun mimlija bl-ilma. Il-Foss Ruman, li hu delimitat mid-dar magħrufa bħala ta’ Theuma Castelletti – illum villa mdaqqsa privata, li tasal sal-Bażilika ta’ San Pawl u tibqa’ nieżla matul Triq Santa Rita sal-kappella ta’ Casha. Il-foss hu wiesa’ 30 metru, filwaqt li l-fond jaqbeż 10/12-il metru. Il-parti ppriservata tinsab fin-naħa ta’ bejn il-kunvent ta’ San Franġisk u l-knisja parrokkjali ta’ San Pawl. Dan il-foss u l-buffer zone hu rikonoxxut bħala GRAD B (Gazzetta talGvern 1998 u 2013) fuq l-iskala tal-Arkeoloġija. Dan ifisser li ma jistax isir ċertu tip ta’ xogħlijiet ta’ żvilupp. Il-kumplament tal-foss, matul Triq Santa Rita, ġie mimli fis-snin 60, tas-seklu 20. Xogħol li sar faċċata tal-kappella ta’ Casha fis-sena 2011, wera li l-veru fond tal-foss kien jaqbeż l-10/12il metru. Waqt dan l-iskav, biex jinbnew appartamenti, ħarġet biċ-ċar waħda mid-daħliet ewlenin tal-belt Rumana. Dan kien

jidher bi qtugħ fil-blat. Il-bieb kien ‘postern’ – daħla b’arkata waħda. Dan is-sit arkeoloġiku llum hu meqrud! Il-belt Rumana x’tip ta’ fortifikazzjonijiet kellha?

kwadru b’ħitan ta’ 5 metri wisa’. L-istruttura għadha ppriservata sa għoli ta’ 9 metri. Oriġinarjament setgħet kellha 15 jew 20 metru għoli wkoll.

Bħala qies ta’ ġebel hemm xi differenza bejn dak użat Il-belt Rumana ta’ Melita kell- mill-Feniċi u r-Rumani? ha tliet linji ta’ protezzjoni. Dawn ukoll ħarġu biċ-ċar mis- Il-qisien tal-ġebel Feniċju u sit faċċata ta’ Casha. Negative Ruman kienu komparabbli: imprints (qtugħ fil-blat li jind- tul ta’ 1.5 metri jew 1.8 metri ikaw il-pedamenti) wrew fejn b’wisa’ ta’ 50 jew 60 ċentimetkien hemm l-ewwel ħajt, fejn ru. Il-blatiet kienu ta’ forma kien hemm l-istrutturi kwadri rettangolari. Magħrufa bħala tat-torrijiet tat-tieni linja. ‘ashlar’ (ġebla mirquma) l-istTraċċi tanġibbli (fin-negattiv) ess qisien insibuhom fil-Gżejjjindikaw ukoll it-triq Ruma- er Maltin sat-tieni/tielet sekna, sejra lejn il-bieb tal-belt. lu wara Kristu. Il-kwistjoni It-tielet linja, irtirata 42 met- tal-fortifikazzjonijiet ta’ Melita ru mill-foss, kienet magħmula tindika li l-arkitettura u l-inminn torrijiet immensi b’ħitan ġinerija hi taħlita ta’ Feniċju u ta’ 5 metri wisa’ u għoli ta’ bejn Ruman. Is-sistema tal-kana15 u 20 metru. Il-forma tagħhom li tal-ilma (akwedott) hi Rukienet kwadra jew ottangonali. mana, iżda l-bjar rettangolari Għadhom jeżistu tnejn minn (Puteji) huma maqtugħin fuq dawn: parti mill-bażi tal-mon- stil Puniku. Dan jidher li jikument ta’ San Pawl, fuq iz-zu- konferma bis-sħiħ l-alleanza ntier tal-knisja ta’ San Pawl, u milħuqa bejn il-Feniċi ‘Maltin’ u l-fdalijiet li hemm fil-kunvent r-Rumani kontra l-Kartaġiniżi ta’ San Franġisk, tal-patrijiet fis-sena 208/205 qabel Kristu. Franġiskani Konventwali fitTriq ta’ Sawra. Il-fdalijiet f’dan Rigward id-daħliet tal-Belt, is-sit huma sostanzjali; torri fejn kienu?

Ritratt ta’ Fr. Eugene Paul Teuma tas-sit li m’għadux jeżisti quddiem il-Kappella Ta’ Casha 2011. Il-foss Ruman b’indikazzjoni ta’ fejn hemm it-traċċi tal-Postern Gate u l-ewwel ħajt.


21

22.08.2021

FIR-RABAT Il-belt Rumana kellha żewġ bibien prinċipali; skont Abela (1660) – ħdejn San Franġisk u ħdejn il-knisja ta’ San Pawl. Ciantar (1770) jgħidilna li l-bibien kienu erbgħa: Il-kunvent San Franġisk; il-knisja ta’ San Pawl; il-kappella ta’ San Katald u l-kappella ta’ Casha. Mill-investigazzjonijiet li għamilt fissistemi tal-ilma, mis-snin 80 ’il quddiem, ikkonfermajt li kien hemm erba’ daħliet prinċipali, kif jgħid Ciantar. Dawn huma riflessi fid-distanza ta’ 42 metru bejn bir (putej) u ieħor fis-sistema tal-ilma. Il-kumplament talbjar (puteji), li jindikaw id-distanza ta’ torri minn ieħor, huma ta’ 18-il metru. Daħla oħra għall-belt kienet ħdejn il-funtana tas-Saqqajja, kif juri t-toponomu tal-post – Funtana ħdejn id-daħla tal-belt, li tħares lejn Mekka (fl-Arabja Sawdija). Bħala l-fond tal-foss? Il-fond tal-foss ma waslux għalih. Jiġifieri ħaffru f’post partikulari, niżlu aktar minn 10 metri u kienu għadhom ma sabux il-blat. B’hekk jidher li l-foss kien xi ħaġa inkredibbli. Dan mhux tipiku Ruman. Ir-Rumani kienu jippreferu ħajt wieħed, u foss imħaffer forma ta’ V (magħruf ironikament bħala ‘foss Puniku’, ċerta distanza lil hinn mill-ħajt. Dan kien jippermetti lill-għadu jaqbeż il-foss, imbagħad ir-Rumani joħroġu għalih u jaqbduh bejn il-ħajt u l-foss, mingħajr possibbiltà li jirtira.

Il-kunċett hawn hu differenti: belt li setgħet tiflaħ għal assedju mtawwal, sakemm l-alleati setgħu jiġu jgħinuha. Il-valur ta’ dan hu rifless mill-perjodu li fih inbena l-ħajt; is-sena 208-205 qabel Kristu, meta l-gżira kienet quddiem nett fuq il-fruntiera lejn Kartaġni (illum it-Tuneżija). Ilkunċett hu tipikament Feniċju/Puniku. Allura x’differenza hemm bejn Melita Rumana u l-Imdina? L-Imdina Għarbija (tfisser Town Centre) kienet tokkupa promontorju ta’ daqs ħafna iżgħar minn dik li kienet ilbelt ta’ Melita. Dan seta’ kien il-parti taċ-Ċittadella tal-belt Rumana/Biżantina. L-Imdina wkoll hi mibnija fuq stratifikazzjonijiet. Int, l-għoli li tara hu minħabba li għandek bliet/ strutturi qodma midfunin u mbagħad ittellgħu binjiet ġodda fuqhom. Meta tiġi biex tibni, m’intix se taħli l-ħin iżżarma dak li kien hemm qabel bħalma nagħmlu llum, iżda tibni fuqu wara li tinvella bil-ħamrija. Allura l-belt dejjem se togħla daqsxejn iktar. Ċerti strati jistgħu jkunu ta’ ftit ċentimetri, oħrajn ikunu ta’ diversi metri għoli; il-fdalijiet Feniċi fuq is-Saqqajja fihom 1.5 metri. Il-fdalijiet Rumani firRabat/l-Imdina jinsabu 2 jew 3 metri taħt il-livell tat-triq. Dawn jindikaw li parti kbira mill-belt u l-fortifikazzjonijiet Rumani nqerdu wara l-Assedju ta’ sentejn, fis-sena 870 wara Kristu, kif dokumentat minn

kronisti u skrizzjonijiet kon- fi żmien il-Kavallieri. Ir-Rabat, temporanji Għarab. f’ħafna bnadi kien baxx bi 3 metri iktar mil-lum. Il-belt Rumana fuq liema Meta nbena l-isptar ta’ Sawpjanti kienet mibnija? ra, billi kien hemm ftit blat u ħafna tafal, ittieħdet id-deċiżIl-kwartieri ta’ Melita kienu joni li l-kantina tinbena fuq kwadri jew rettangolari, b’to- il-livell tat-triq, filwaqt li l-pjan roq li jiltaqgħu f’right angles. terren, inbena bħala l-ewwel Taħt diversi proprjetajiet pri- sular. Meta t-triq ġiet mimlija vati madwar ir-Rabat u l-Imdi- bi 3 metri ħamrija, il-binja ġiet na, għadek issib traċċi konsid- f’postha. Dan l-invellar insibuh erevoli ta’ dan il-bini Ruman; ukoll fi Triq il-Kulleġġ u postiħitan wesgħin u għoljin diversi jiet oħra; dar (jew aħjar ‘bejta’) metri. Għarbija, li llum tinsab isservi L-orjentament tal-fortifika- ta’ pedament/kantina ta’ dar zzjonijiet u dawn il-ħitan huwa tas-seklu 17, fiż-żmien kienet lejn il-Lbiċ – tipiku ta’ dak li fil-livell tat-triq. Illum tinsab huma r-regoli tal-bini Ruman fuq 3 metri taħt l-art. skont Vitruvjus (l-inġinier/ arkitett prim tal-ewwel seklu Tħoss li l-arkeoloġija hi taħt qabel Kristu. it-theddid ta’ żvilupp? Matul it-30ijiet tal-11-il seklu wara Kristu, l-Għarab ġew bi Ix-xogħlijiet li saru dan l-aħħar gruppi ta’ emigranti, li reġgħu fuq is-Saqqajja ikkontribwew bnew fuq il-fdalijiet Puniċi/ għal ħsara u qerda irriversibbli Rumani. Jekk tidħol minn tal-arkeoloġija. Kont insistejt Bieb il-Griegi (L-Imdina), tara li jsiru studji preliminari biex li l-ħajt għandu diversi perjodi jiddokumentaw l-arkeoloġija ta’ bini. Wieħed jista’ jara ħitan rikka tal-post. Minn dan kolb’ġebel immens fil-parti t’isfel. lu xejn ma sar, b’telfa kbira Il-ħajt jirrivela wkoll kroll kon- għal-patrimonju kulturali nazsiderevoli minn ġewwa u t-tis- zjonali! wija li saritlu. Il-ħajt oriġinali Almenu kellu jsir survey; dak hu Ruman. It-tiswijiet jistgħu li jgħidulu ground penetratjkunu attribwiti għall-perjodu ing radar biex toħroġ pjanta. Għarbi tas-seklu 11 wara Kris- La fil-fdalijiet Feniċi għandek tu. ħitan għoljin fuq 1.5 metri, il-probabbiltà hi li l-arkeoloġija Il-Kavallieri, kif ikkontribwew hi ppriservata bl-istess mod. għall-organizzazzjoni tat-toroq kif nafuhom illum? Hemm xi affarijiet partikulari li nistgħu Irridu niftakru li minbarra l-is- nsemmu rigward Melita? tratifikazzjoni minħabba l-qerda ta’ siti preċedenti, hemm Hemm. Sew Abela u Ciantar, ukoll invellar bil-ħamrija li sar fis-seklu 17 u 18, jirrakkuntaw

li fil-fdalijiet kollha fl-Imdina, fejn sabu banjijiet, bini, palazzi u strutturi, l-ispazji kollha kienu okkupati minn ġarar tal-fuħħar miżbugħin suwed u kienu mimlijin fdalijiet maħruqin tal-mejtin. Fl-istorja tal-Mediterran, jidher li kien hemm avvenimenti partikulari. Numru ta’ terrimoti li bejn it-tielet u r-raba’ seklu wara Kristu, nafu li qerdu l-ibliet prinċipali fil-Libja, it-Tuneżija u l-Eġittu. Dawn l-ibliet baqgħu bla popolazzjoni għal mijiet ta’ snin. Dawn l-avvenimenti żgur li kellhom effetti katastrofiċi anke fuq il-belt ta’ Melita hawn Malta. M’għandna l-ebda dokumentazzjoni storika dwar dan, ħlief dawn it-traċċi arkeoloġiċi msemmija minn dawn il-kittieba. Issa jekk ikun hemm difniet, kemm ir-Rumani u wkoll il-Biżantini, la kienu se jmissuhom u lanqas jibnu fuqhom. Mela jista’ jkun li parti minn Melita kienet ikkrollat, u l-kwantità ta’ dawn il-ġarar juru li kien avveniment katastrofiku u li seħħ f’daqqa; fejn mietu kwantità kbira ta’ nies u ppreferew jidfnuhom fl-istess bini li kienu jgħixu fih. U l-fatt li hemm ċenerarja/inċenerazzjoni, ifisser li kienu pagani, għax l-Insara ma kinux jippermettu li l-iġsma jinħarqu. Interessanti li wara t-tielet seklu wara Kristu, f’Malta iskrizzjonijiet bl-iskrittura Punika, jgħosfru, u jiġu sostitwiti mil-Latin u l-Grieg. Xi ħaġa ġara.

Collage ta’ diversi ritratti li juru s-sit. It-torri kwadru tat-tieni linja tad-difiża u l-Gate House relatata ma’ dan it-torri, l-ewwel ħajt u l-Postern Gate traċċi ta’ cart ruts li mhumiex assoċjati


22

22.08.2021

STEVE PISANI

KOLLEZZJONIST LI JAGĦTI IMPORTANZA LILL-ISTORJA WARA L-OĠĠETT Kull persuna tista’ tgħid li għandha delizzju f’ħajjitha. Dan l-aħħar sirt naf b’ġuvni li hu dilettant li jġemma’ flixken u kaxxi tal-luminata ta’ Malta, tabelli antiki u reklamar ta’ prodotti li kienu jinbiegħu fi ħwienet tal-merċa, tabelli ta’ ħwienet antiki, pakketti u reklamar tas-sigaretti li kienu jsiru f’Malta. Qed nirreferi għal Steve Pisani. Għandu 29 sena u joqgħod ir-Rabat. Jaħdem bħala għalliem fi skola primarja. Dilettant ta’ ħafna affarijiet speċjalment tal-kollezzjoniżmu u minn mindu kien żgħir dejjem jaf lilu nnifsu jġemma’ affarijiet differenti bħal kupuni tal-futbol, telecards, bolol, u muniti fost l-oħrajn. Iħobb ħafna l-istorja ta’ Malta u jħobb ifittex dwar ġrajjiet passati f’kotba dwar Malta. Minbarra dan kollu, Steve iġemma’ fliexken u kaxxi tal-luminata ta’ Malta, tabelli antiki tal-enamel u reklamar ta’ prodotti li kienu jinbiegħu fi ħwienet tal-merċa, tabelli ta’ ħwienet antiki, pakketti u reklamar tas-sigaretti li kienu jsiru Malta, u għandu bankijiet tal-grocer – saħansitra wieħed armat b’kollox. “Il-kollezzjoni ilni li bdejtha madwar erba’, ħames snin ilu u l-ewwel li bdejt inġemma’ kienu fliexken tal-luminata li kienu jsiru jew jiġu bbotiljati hawn. Qatt ma kelli idea li jeżistu dawn il-fliexken kollha u iżjed ma bdejt insib fliexken izjed bdejt ninteressa ruħi. Sirt naf li jeżistu fliexken ta’ għamla differenti bħal fliexken imbuzzati, fliexken tal-boċċa, fliexken tal-fuħħar, syphon bottles u fliexken tal-molla li kollha kellhom użu differenti u kollha kienu jintużaw fi żminijiet differenti. Meta ntbaħt bl-ammont kbir ta’ kumpaniji tal-luminata li kienu jeżistu iżjed bdew jinteressawni,” beda jgħidli. Sirt naf li mal-istudenti tiegħu dejjem jisħaq li oġġett mhux li takkwistah biss jgħodd, u twaddbu xi mkien,

iżda kemm tagħmel riċerka dwaru biex verament tapprezzah. Fil-fatt, immaġinajt li jakkwista ħafna affarijiet prezzjużi għall-kollezzjoni tiegħu. “Li nakkwista oġġett u npoġġih fuq l-ixkaffa għalija mhux biżżejjed. Dejjem infittex minn fejn ġie, iżżmien li kien jintuża Malta, x’kien l-iskop tiegħu u ċerti drabi nipprova wkoll insib ritratti tal-epoka marbutin mal-oġġetti li nġib. L-istorja wara l-oġġett hija importanti daqskemm hu mportanti l-oġġett innifsu,” stqarr miegħi. Sfortunatament ċerti oġġetti huma meqjusin bħala imbarazz għal xi wħud Mistoqsi xi kemm iqatta’ ħin għal din il-kollezzjoni tiegħu u b’liema mod jiddedika l-ħin ta’ rilassament għalih, Steve stqarr miegħi li ħafna drabi jmur wara x-xogħol jew fi tmiem il-ġimgħa, jew isib

post ta’ xi oġġetti li jkun ġab jew idawwar il-postijiet jew iċaqlaq xi affarijiet meta jkun ġab xi ħaġa ġdida. Peress li l-kollezzjoni tiegħu tmur lura ħafna fissnin, ridt inkun naf minn fejn l-aktar li jiddobba affarijiet għall-kollezzjoni tiegħu. “Insaqsi diversi nies differenti li niltaqa’ magħhom, inpartat, immur il-monti kif ukoll nixtri minn irkantijiet. Mhux l-ewwel darba li jkunu qed ibattlu post u nieqaf nistaqsi jekk ikunux ser jarmu xi oġġetti li jafu jinteressawni. Sfortunatament oġġetti bħall-fliexken, il-kaxxi tal-injam u laned żgħar huma meqjusin bħala imbarazz għal xi wħud u faċli jintremew.” Mistoqsi x’sodisfazzjon tagħtih din il-kollezzjoni sħiħa tiegħu, Steve weġibni: “Qabel bdejt inġemma’ dawn l-affarijiet qatt ma kelli idea tal-istorja kbira li pajjiżna għandu fejn jidħol bejgħ ta’ oġġetti li kienu jintużaw kul-

jum. In-numru ta’ kumpaniji lokali li kien hawn Malta huwa kbir. Is-sodisfazzjon tiegħi huwa li ħafna oġġetti li qabel kienu jintremew, irnexxieli niġborhom flimkien f’kollezzjoni waħda u bihom nista’ nifhem aħjar kemm missirijietna kienu nies li dejjem tħabtu biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum u kemm kienu kburin b’dak li kienu jbigħu.” Ridt inkun naf ukoll xi kemm il-oġġett għandu b’kollox u fejn iżommhom. “Bħala numru eżatt ma nafx ngħidlek. Fliexken naf li għandi ’l fuq minn 500 wieħed u kaxxi tal-luminata ta’ kumpaniji Maltin għandi qrib il-150.” Rigward jekk qatt ikkunsidrax li jiftaħ mużew għall-pubbliku, Steve qalli li ġieli għaddielu l-ħsieb li jesibixxi xi oġġetti mill-kollezzjoni f’wirjiet li jsiru. “Li l-oġġetti jkunu esibiti f’mużew hija idea li

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

togħġobni.” Kollezzjoni sħiħa b’valur sentimentali Mistoqsi x’inhu l-aktar oġġett għal qalbu u li forsi ħalla impatt sħiħ fuqu mill-kollezzjoni kollha tiegħu, Steve weġibni: “Oġġett għal qalbi ħafna hija kaxxa tal-luminata ta’ Portanier li kienet tan-nannu tiegħi. In-nannu kien jużaha bħala banketta. Għalija minbarra l-valur sentimentali li għandha kienet waħda mill-kaxxi tal-bidu li ġibt. Apparti l-kaxxa għandi l-bank tal-ħanut tal-merċa li wkoll hu għal qalbi ħafna għax naf l-istorja kollha warajh.” Immaġinajt li l-kollezzjoni tiegħu ġġib ħafna nostalġija għal xi persuni u ħafna mill-affarijiet li għandu, żgur lanqas kienu jkunu jafu bihom li kieku ma waslux għandu. “Nirċievi ħafna kummenti minn nies li ja-


08.11.2020 22.08.2021

23

SKEDA ONE 12:30 12:40 12:45 13:00 13:51 14:50 15:15 15:23 15:30 15:35 17:35

ONE News Teftif Telebejgħ Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Teżori Primetime Preview ONE News Espresso Flimkien ma’ Nancy

18:30 19:17 19:20 19:30 20:07 20:15 20:30 21:00 22:29 23:30

Pjazza TNEJN Tentufiet 23-08 ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Dak kien żmien?! Cash Ride Division 7 ONE News

06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Ghajn 11:20 Tentufiet 11:50 Durella

12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 13:55 14:47 15:30 15:35 17:37 18:10

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta

18:30 19:14 19:16 19:30 20:07 20:15 21:00 22:00 22:29 23:30 23:45

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Fish on Follow Up Niftakru Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:36 12:14

12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:35 18:07 18:30

ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ħabrikt Pjazza

19:13 Tentufiet ERBGĦA 19:20 ONE Sports 25-08 & Temp 19:30 ONE News 20:08 Primetime Preview 20:18 Pajjiżi 20:30 Melodija Taljana 21:00 Tonight 22:23 Division 7 23:40 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:31 Pjazza 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt

12:07 12:30 12:35 12:48 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Drama Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Moda L-Istorja

18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 22:17 22:00 23:30 23:45

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:00 10:00 10:30 11:30 12:10

ONE News Niftakru ONE News Durella Il-Quddiesa tal-Jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin

12:30 12:35 12:45 13:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00 18:30 19:15

ONE News Teftif Teżori Drama Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Il-Kostruzzjoni Pjazza Tentufiet

ĠIMGĦA 19:20 ONE Sports & Temp 27-08 19:30 ONE News 20:10 Primetime Preview 20:15 Pajjiżi 20:30 Country Jamboree 21:00 Mad-Daqqa t’Għajn 22:00 Tentufiet 22:30 Division 7 23:30 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:50 Teżori 08:00 Il-Quddiesa tal-Jum 08:32 Teftif 08:32 Better Living 09:30 Ħabrikt

10:00 10:26 10:30 11:30 12:30 12:35 12:45 13:36 15:00 15:30

Telebejgħ Pajjiżi Flimkien ma’ Nancy Mad-Daqqa t’Għajn ONE News Teftif Klassi Għalina Taste & Travel Ieqaf 20 Minuta ONE News

15:35 16:30 16:50 17:35 19:20 19:30 20:05 20:30 21:00 23:30

Fish on Moda L-Istorja Melodija Taljana Pirotekniċi ONE Sport & Temp ONE News Music Legends Ħabrikt Hazzzard One News

06:15 06:45 07:15 07:30 07:40 08:00 08:40 10:00 10:50

11:50 12:30 12:35 12:45 13:42 14:00 15:00 15:30 15:35

Reboot ONE News Teftif Klassi Għalina Teżori Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Ondroad

15:35 19:20 19:30 20:06 20:33 21:13 22:08 23:40

Arani Issa One Sport & Temp ONE News Niftakru Attività Politika Cash Ride Tonight One News

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:35 11:38 12:13

ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Country Jamboree Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin

TLIETA 24-08

ONE News Country Jamboree ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak Kien Żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda L-Istorja Ulied Maltin

ĦAMIS 26-08

SIBT 28-08 raw il-kollezzjoni li jiftakru f’xi xarba li kienu jixorbu meta kienu żgħar jew xi ħanut li kienu jmorru fih jew xi reklam li kienu raw meta kienu iżgħar. Qatt ma kont naf li kienu jeżistu dawn l-oġġetti kollha u ninsab ċert li baqa’ ħafna li għadni ma skoprejtx. Insaqsi ħafna lil nies anzjani għax permezz ta’ dak li jgħiduli nieħu stampa aktar ċara fuq oġġetti differenti li ma nkunx naf dwarhom. It-tagħrif li niġbor mingħand dawn in-nies huwa mitqlu deheb għalija.”

Fl-aħħar nett, Steve ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq ħafna li jkun hawn aktar għarfien dwar l-istorja ta’ Malta u hija xi ħaġa sabiħa kieku lit-tfal tagħna nrawmuhom f’ambjent fejn japprezzaw u jħobbu l-kultura u l-istorja ta’ Malta u jkunu kburin b’pajjiżna. Barra minn hekk, nixtieq ħafna li nies li jkollhom oġġetti bħal dawn minflok jarmuhom ikun aħjar kieku jagħtuhom lil nies li japprezzawhom,” temm jgħid.

ONE News Dak kien Żmien ONE News Duurella Ħabrikt Il-Quddiesa tal-Jum Paper Scan Attività Politika Indhouse

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Pirotekniċi Tentufiet Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

ĦADD 29-08


24

22.08.2021

reċensjoni tal-ktieb

STELLA

IMĦABBA ta’ TFAJLA

Stella Etheridge, tfajla ta’ 17-il sena, issir tħobb lill-Viskonti Lord Leycester u minħabba d-differenza fil-klassi jiltaqgħu ma’ ħafna saram li jikkundizzjona d-destin ta’ dawn iż-żewġ protagonisti. Ir-rakkont ilaqqagħna ma’ nies li jaslu għal kollox… intriċċi u anke konfoffi. Nies li lesti li jagħmlu minn kollox, basta tgħaddi tagħhom. Nies li lesti li jgħaffġu fuq nies oħra li fl-opinjoni tagħhom huma ta’ klassi aktar baxxa minn tagħhom. Storja ta’ mħabba li tħallik fuq ix-xwiek sal-aħħar paġni.

Mistoqsija: X’jaslu jagħmlu n-nies li jlaqqagħna magħhom dan ir-rakkont? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb STELLA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 29 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IT-TPESPISA TAT-TAMA hija:

AUDREY DEMICOLI - ŻEJTUN

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm huwa previst li jkun ogħla l-ġid nazzjonali fl-2022 mill-2020?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

22.08.2021

ID-DIXXIPLU TAX-XITAN Psikopatiku mingħajr kuxjenza Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Patrick David Mackay huwa qattiel tal-massa Ingliż. Mackay stqarr li qatel 11-il persuna f ’Londra u f ’Kent fl-Ingilterra bejn l-1974 u l-1975 iżda nstab ħati biss ta’ tlieta minħabba nuqqas ta’ evidenza. Min kien Patrick Mackay Patrick Mackay twieled fil-25 ta’ Settembru tal-1952 lill-koppja Harold u Marion Mackay f ’Middlesex fl-Ingilterra. Missieru kien jerfa’ jdejh fuqu meta kien għadu tifel u meta miet missieru, Mackay spiċċa biex beda jerfa’ jdejh fuq ommu u ħutu l-bniet. Mackay kellu 10 snin meta miet missieru u ma setax iniżżilha li missieru kien ħalla din id-dinja. Fil-fatt, Mackay kien jgħid lin-nies li missieru kien għadu ħaj u kien iġorr ritratt tiegħu fuqu. Mackay kellu tfulija u żgħożija mimlija inkwiet speċjalment minħabba l-fatt li kienet tisħonlu rasu malajr. Huwa kien jagħmel l-arja ma’ tfal iżgħar minnu, kien jisraq u jsawwat lill-anzjani u n-nies li jgħixu fit-toroq u saħansitra prova joqtol lil ommu u lil zitu. Meta kellu bejn 12-il sena u 22 sena, il-pulizija marru mat-18-il darba d-dar ta’ ommu u ħaduh f ’diversi skejjel tas-snajja’, istituzzjonijiet jew ħabsijiet minħabba l-atteġġjament tiegħu. Waqt dawn is-snin imħarbtin, għalliem u uffiċjal tal-pulizija kienu mħassba dwar Mackay u stqarru li la jikber għad joqtol. Kien hemm każ fejn Mackay prova joqtol tifel iżgħar minnu u li kieku ma waqqfuhx, kien jirnexxilu joqtlu. Apparti li jsawwat lin-nies, Mackay kien jaħqar l-annimali u huwa magħruf li hu ta n-nar lill-fekruna li kellhom iddar. Darba prova wkoll jagħti n-nar lil knisja iżda ma rnexxilux. Ta’ 15-il sena ġie dijanjostikat bħala psikopatiku mill-psikjatra Dr Leonard Carr. Il-psikjatra kien għadda kumment li Mackay la jikber għad ikun qattiel psikopatiku mingħajr kuxjenza. F’Ottubru tal-1968, Mackay intbagħat fil-Moss Side Hospital f ’Liverpool u ħareġ fl-1972. Xorb, drogi u qtil Mackay mar jgħix Londra fejn kien jixrob u jabbuża mid-drogi. L-appartament li kien joqgħod fih żejnu b’affarijiet li kellhom x’jaqsmu man-Nażisti. Hu beda anke jsejjaħ lilu nnifsu bħala ‘Franklin Bollvolt the First’ u kemm-il darba nstema’

Minkejja l-ħbiberija ta’ bejniethom, Mackay daħal fid-dar ta’ Patri Crean u seraqlu ċekk ta’ £30. Patri Crean ma xtaqx li l-pulizija tarresta lil Mackay iżda xorta safa arrestat u akkużat b’serq

jgħid li ried jeħles mill-anzjani. Fl-1973, Mackay mar Kent fejn kienet toqgħod ommu u hemmhekk għamel ħbieb ma’ Patri Anthony Crean. Minkejja l-ħbiberija ta’ bejniethom, Mackay daħal fid-dar ta’ Patri Crean u seraqlu ċekk ta’ £30. Patri Crean ma xtaqx li l-pulizija tarresta lil Mackay iżda xorta safa arrestat u akkużat b’serq. Fil-21 ta’ Marzu tal-1975, Mackay daħal fid-dar ta’ Patri Crean u tah daqqa ta’ mazza fuq rasu. Il-patri ma mietx mad-daqqa iżda Mackay ħallieh jiżvina sa ma miet. Il-pulizija mill-ewwel arrestaw lil Mackay

wara li uffiċjal tal-pulizija ftakar fl-inċident ta’ serq li kien seħħ sena u nofs qabel. Waqt li kien arrestat, il-pulizija bdew jissuspettaw li Mackay kellu x’jaqsam ma’ minn tal-inqas 12-il delitt ieħor ta’ nisa anzjani li nqatlu fi djarhom waqt li ġew misruqa. Wara l-interrogazzjoni, Mackay ammetta

li qatel 11-il persuna u saħaq li qatel prostituta billi għerriqha fix-xmara Thames wara li seraq lil Patri Crean. Għall-bidu, Mackay ġie mixli b’ħames delitti iżda nstab ħati ta’ tlieta minħabba nuqqas ta’ evidenza. F’Novembru tal-1975, hu tressaq il-qorti fuq il-qtil ta’ Patri Crean u żewġ nisa anzjani u weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs. Mackay, li għadu arrestat sal-ġurnata tal-lum, huwa fuq il-lista li fiha hemm ftit aktar minn 50 ħabsi li qegħdin iservu s-sentenza ta’ għomor il-ħabs fir-Renju Unit. Mackay qatta’ wkoll xi żmien fil-Hull Prison li hu magħruf għal ħabsin diffiċli u perikolużi. Fl-2019 kien qiegħed jiġi kkunsidrat biex Mackay jinħeles mill-ħabs wara li qatta’ ftit żmien f ’ħabs mingħajr sigurtà massima. Din il-konsiderazzjoni sfaxxat fix-xejn hekk kif sar magħruf li huwa ssuspettat li kien il-qattiel ta’ xi każijiet li għadhom mhumiex solvuti. F’Mejju ta’ din is-sena, ilBord tal-Parole ħabbar li Mackay ma kienx eliġibbli għall-ħelsien.


26

22.08.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

22.08.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 395

K. VASSALLO - SIĠĠIEWI

Bi 3 NUMRI B’4 NUMRI 172 0279 302 1046 322 1187 634 1257 700 1871 712 2003 732 2316 789 2423 843 2612 846 3006 879 3106 922 3362

3581 4306 4315 4532 5135 5218 5483 5776 5965 6019 6136 6164 6218

6222 6230 6403 6662 6690 6769 7038 8262 8736 9124 9130 9383 9655

B’5 NUMRI 10268 23903 26261 27697 29150 31384 37856 38066 44603 60280 60367 63027

66905 72985 75428 80164 83108 95433

897929 B’7 NUMRI 3481373 3556125 6397593 6729223

B’6 NUMRI 059233 B’10 NUMRI 245771 1201962661 386810 2467379360 492269 692520

MIMDUDIN: 10. 1. Ikkommetta 12. omiċidju (5) 16,23. 4. Li tieħu 18. mit-testment (4) 19. 7,9. Ikollok ir-rieda? (5) 9. Ara 7

Ħut (6) Għandi fiduċja fik (6) 20. Għadu jistudja (7) 21. Sultan (2) Hekk isejħulu 23. fil-qasir lil dak li 24. jmexxi partita

futbol (3) Tal-logħob (5) Marija Naudi Enriquez (1,1,1) Ara 16 Serja? (5)

WEQFIN: 3,11. 1. Kompli l-qawl: 5,15. Meta .......... tara f’xi gallarija għid 6,17. li ħierġa x-xemx (6)8. 2,12W. Jista’ jaqbdek 11. b’tingiża (5) 12.

Isir il-gowl fiha (5)13. Qabeż għal 14. xi ħadd (9) 15. Ma tfuħx (6)) 17. Bħal tal-Covid (9) 21,22. Ara 3 22. Ara 2

Ajk (3) Ġesù (6) Ara 5 Ara 6 Minn tal-lum (6) Ara 21 wieqfa

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Fommi, 4.Forn, 7,9.Skrun, 10.Kurrat, 12.Statwa, 16,21M. Nsiblu, 18,19.Silla, 20.Ċassi, 23.Ifuħ, 24.Babaw

WEQFIN: 1.Furban, 2,12W. Minsi, 3,11.Iskot, 5.Orr, 6,15.Nittantaw, 8,21W. Kuntistabbli, 13.ASA, 14.Alibab, 17.Sal, 22.Użu


28

22.08.2020

DWAR AFFARIJIET SERJI Editorjal

Meta din il-ġimgħa ħeġġew lill-Gvern biex jieħu l-kwistjoni talFATF bl-akbar serjetà, esponenti ewlenin tal-PN komplew isammru fuq il-punt li ma tistax tafda lill-Oppożizzjoni

Tista’ titkellem bis-serjetà ma’ xi ħadd, jekk m’intix ċert li dan qed jagħti kasek?! Tista’ tieħu bis-serjetà lil min jibdel kompletament dak li qal ilbieraħ jew inkella lanqas jipprattika dak li jipprietka?! Tista’ tafda lil min rema dik l-istess fiduċja diversi drabi qabel?! Dażgur li ma tistax! U hu argument li anke t-tfal tan-Nuna jifhmu, aħseb u ara … Iżjed minn oħrajn, il-politiku żgur għandu jkun l-antiteżi tan-nuqqas ta’ serjetà kull ħin, ladarba jrid ikampa f’għalqa, li tiddependi esklussivament mill-fiduċja popolari. Ma kellniex bżonn konfermi dwar kemm il-Partit Nazzjona­ lista spiċċa fil-kategorija tal-inqas serji fis-soċjetà, iżda din il-ġimgħa l-esponenti tiegħu baq­għu jsammru fuq dan ilpunt. Bi prużunjoni, ħeġġew lill-Gvern jieħu bl-akbar serjetà d-deċiżjoni li ttieħdet fl-aħħar ġimgħat mill-Financial Action Task Force (FATF). Tassew trid tara u tisma’ biex temmen. Kulħadd jaf li l-pjan ta’ azzjo­ ni mfassal mill-FATF għal Mal-

ta, kawża ta’ nuqqasijiet li dawn ħassew li kellhom jiġu indirizzati aħjar (avolja kienu sodisfa­ ċenti biżżejjed għall-Kummissjoni Ewropea u l-Moneyval ftit qabel), wasal wara li l-Gvern wettaq żviluppi bla preċedent fl-aħħar sena u nofs. Fost dawn kien hemm emendi legali u investimenti qawwija, bħat-tisħiħ finanzjarju jew żieda fl-impjegati, fl-awtoritajiet li għandhom sehem fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u reati oħrajn finanzjarji. Ibda mill-Pulizija u kompli bid-Dwana, l-Awtorità għas-Servizzi Fi­­nanzjarji (MFSA) u/jew il-Financial Intel­ ligence Analysis Unit (FIAU), fost oħrajn. Fl-aħħar żminijiet dawn esperjenzaw dak li għal għexieren ta’ snin kienu ilhom jitkarrbu għalih. Ovvjament sa minn ammi­ nis­trazzjonijiet tal-PN tali entitajiet kellhom ferm inqas snien milli għandhom illum. Biex ma ngħidux bla snien ukoll. Issa żgur li l-aħħar żviluppi pożittivi ma seħħewx grazzi għal xi forma ta’ kollaborazzjoni mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista

… anzi! Kulħadd hu wkoll konxju biżżejjed kif bis-saħħa tal-PN ukoll ninsabu fl-hekk imsejħa lista griża tal-FATF wara li l-Kap Bernard Grech innifsu, lejlet li tittieħdet din id-deċiżjoni finali, biegħ lil pajjiżu u indika littask force internazzjonali li, bih fit-tmexxija, Malta tkun tista’ tiġi salvata xorta waħda. Biex ma nerġgħux insemmu wkoll, kif xbajna nagħmlu, sitwazzjonijiet li l-PN stess ħoloq. L-evażjoni ta’ taxxa ta’ Grech innifsu fuq perjodu ta’ 18-il sena hi waħda minn dawk ewlenin. Dan spiċċa jirregola ruħu biss meta għoġbitu l-karrotta, li dendlulu quddiem imnieħru tal-establishment, u fettillu “jilgħab” fil-ħatra ta’ Kap ġdid tal-Partit. L-esponenti tiegħu, li din il-ġimgħa ttantaw jagħtu l-akbar lezzjoni, ukoll ma kinux kapaċi jispjegaw din l-irregola­ rità ta’ min qiegħed imexxihom illum. Ma għenitx, u lanqas għadha tgħin, l-iskema per­manenti fi ġbir ta’ fondi, li ddur dawra mejt mal-Liġi tal-Finan­zjament tal-Partiti, jew kull attakk, anke

bla bażi, fil-fora inter­nazzjonali jew Ew­ropej mir-rappreżentan­ ti Nazzjonalis­ti inkella l-atten­ tati l-oħrajn fl-imminar ta’ kull progress li għaddej b’risq ilpajjiż u ġensu. Biex tagħġen fil-kredibbiltà (!) Nazzjonalista jidħlu wkoll l-attakki bejn il-fazzjo­nijiet interni li, jekk xejn, jixhdu l-maltempati kbar li baqgħu jiżdiedu wara bibien magħluqin u issa anke b’konkubinaġġ sfaċċat mal-friegħi tal-establishment, fosthom Repubblika, Occupy Justice, Civil Society Network u Manuel Delia. Fuq dan kollu, finalment, se tibqa’ bbażata d-deċiżjoni li jieħu l-poplu ta’ kuljum dwar x’livell ta’ serjetà se jassenja mhux biss lil kull kelma tal-esponenti Nazzjonalisti jew kull politiku ieħor, iżda anke lill-partiti kollha kemm huma. U sal-ġurnata li fiha jintalab, biex bl-akbar mod demokrati­ ku, jagħ­­żel lil min, fil-fehma tiegħu, ka­­paċi jmex­xih l-aħjar għal leġiżlatura oħra, l-eletto­ rat se jerġa’ jevalwa x’livell ta’ serjetà laħaq assenja u lil min.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.