KullĦadd_23.05.2021

Page 1

Il-Ħadd, 23 ta’ Mejju, 2021

“FELIĊ” AGIUS … L-AĦĦAR TISLIMA LILL-EWWEL EDITUR TAL-KULLĦADD Ħarġa Nru 1,454

L-IMPATT F’MALTA BL-AĦJAR RIŻULTAT

B’wirja oħra mill-aqwa fil-finali tal-Eurovision Song Contest, li saret ilbieraħ f’Rotterdam, l-Olanda, il-kantanta Maltija Destiny għamlitna kburin, minkejja l-kompetizzjoni minn artisti oħrajn ġejjin minn pajjiżi ferm akbar minna. Anke jekk ir-riżultat finali tal-festival prestiġjuż kien għadu mhux magħruf sakemm morna għall-istampar, ittalent tal-ogħla livell li tgawdi l-kantanta żagħżugħa kien evidenti fuq il-palk tal-Ahoy Arena quddiem mhux iżjed minn 3,500 spettatur, li tħallew jattendu fis-sala, u miljuni kbar li segwew permezz tat-televixin minn madwar id-dinja. Destiny se tirritorna f’pajjiżna llum fejn mistennija tingħata merħba kif tixirqilha.

KJARIFIKA B’referenza għall-artiklu ppubblikat fil-gazzetta KullĦadd nhar is-27 ta’ Settembru 2020 intitolat “Il-kelliem ta’ Grech investigat ukoll”, kemm it-titlu, is-sottotitlu u l-kontenut tal-artiklu nnifsu ma kinux jirriflettu l-verità taċ-ċirkostanzi tal-każ. Huwa minnu li s-soċjetà 2A Co. Ltd hi kumpanija li Alessandro Farrugia kien direttur fiha, u fis-27 ta’ April tas-sena 2016, fil-kapaċità tiegħu ta’ direttur tal-kumpanija, kien talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jibda investigazzjoni rigward frodi b’dannu tal-istess kumpanija. Tkompli f’paġna 3

Ritratt: EBU / ANDRES PUTTING

il-fiduċja fl-awtoritajiet u effetti psikoloġiċi, fost oħrajn. Sa Marzu li għadda, l-istħarriġ sab li, mis-27 pajjiż Ewropew, Malta kellha fost l-aħjar riżultati fl-oqsma kollha. Dawn ir-riżulta­ti jik­kontra­ dixxu, għal darb’oħra, il-kritika bla bażi tal-Oppo­żiz­zj­ oni Nazz­ jonalista, li mhux biss kienet kontra d-deċiżjonijiet kollha li ttieħdu mill-Gvern fl-aħħar 14il xahar mindu ġie rreġistrat l-ewwel każ ta’ COVID-19 fostna, imma sa din il-ġimgħa stess baqgħet issostni li l-miżuri u d-deċiżjonijiet li ttieħdu kienu biss tberbiq ta’ miljuni ta’ ewro minn fondi pubbliċi. Rapporti pożittivi ta’ aġenziji internazzjonali ta’ kre­ditu u anke l-Kummissjoni Ewropea wkoll ma rnexxilhomx ibiddlu din in-negattività Nazzjonalista. Dawn l-istituzzjonijiet rinomati lkoll indi­kaw li Malta se tkun fost l-ewwel pajjiżi li jirkupraw mill-pandemija. Tkompli f’paġni 4 u 5

Rapport f’paġna 6

KBURIN B’DESTINY

ĊERTIFIKAT IEĦOR POŻITTIV MILL-UE GĦAD-DEĊIŻJONIJIET GĦAQLIN F’PAJJIŻNA BIEX JINSTAB BILANĊ BEJN IS-SAĦĦA U L-GĦAJXIEN TAL-POPLU TUL PANDEMIJA Stħarriġ mifrux fuq l-aħħar sena mal-Unjoni Ewropea kollha wera li pajjiżna kellu wieħed mill-aħjar riżultati soċjo-ekonomiċi fost l-istati membri kollha, ċertifikat ieħor pożittiv għad-deċiżjonijiet importanti li ttieħdu mill-Gvern Laburista, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, fl-agħar xenarju possibbli li d-dinja ffaċċjat f’għexieren ta’ snin. Waqt li din il-ġimgħa Malta spiċċat fil-quċċata tad-dinja bħala l-aħjar pajjiż li qed ilaqqam lill-poplu tiegħu kontra l-pandemija tal-COVID-19, l-istħarriġ ippubblikat din ilġimgħa mill-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u x-Xogħol (Eurofound) ukoll jikkonferma l-għaqal tal-Gvern biex jiġi salvat l-għajxien ta’ ġensna. Ir-riċerka xjentifika, li bdiet f’April 2020 u kienet maqsuma f’fażijiet, ittrattat diversi oqsma tal-ħajja, bħal telf ta’ impjiegi, l-aċċess għall-kura tassaħħa, effetti fil-livell tal-ħajja,

Prezz €1


02

23.05.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 27°C L-Inqas Temperatura: 17°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja fuq il-Baħar Jonju ser tkompli testendi fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Pjuttost imsaħħab għall-ewwel, li jsir sabiħ Ir-Riħ: Ħafif għal moderat min-Nofsinhar ix-Xlokk li jsir moderat għal ftit qawwi mix-Xlokk Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 20°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

27°C UV 11

KUNTATT ĠENERALI

17°C

Il-Ħamis

27°C UV 11

17°C

Il-Ġimgħa

28°C UV 11

18°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

29°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 6

19°C

28°C UV 11

18°C

29°C UV 11

19°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Vilhena Pharmacy, 3, Triq Sant’Anna, Il-Furjana – 21244114 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Drugshop Dispensary, Vjal De La Cruz, Ħal Qormi – 21443221 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 Medica Pharmacy, Triq in-Naxxar, Ħal Balzan – 21445741 St. Mary Pharmacy, 14, Pjazza Rotunda, Il-Mosta – 21433833 Brown’s Pharmacy, 69, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523554 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consiglii, Iż-Żejtun – 21806009 Safi Pharmacy, Triq San Ġwann, k/m Triq Bieb il-Ġarra, Ħal Safi – 21649552 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479 Għawdex Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat – 21556170 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

23.05.2021

IL-ĦADDIEMA B’PAGA MINIMA NAQSU B’1,200 FI TMIEN SNIN Mill-2013 sal-lum l-ammont ta’ ħaddiema li jitħallsu biss il-paga minima nazzjonali naqsu sostanzjalment. Fil-fatt, fi tweġiba għal Mistoqsija Parlamentari tad-Deputat Jason Azzopardi, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana nnota li fl-2020 kien hemm 2,447 persuna li kienu qed jitħallsu l-paga minima. Meta mqabbel ma’ tagħrif ieħor li għandha din il-gazzetta, jirriżulta li kien hemm tnaqqis drastiku ta’ kważi 1,200 persuna li kienu qed jiddependu fuq l-inqas salarju eliġibbli f’pajjiżna bejn l-2013 u s-sena tal-pandemija. Fil-fatt fl-2013, meta nbidel il-Gvern Nazzjonalista, kien hemm 3,635 persuna fuq dan il-livell ta’ dħul. Dan jammonta għal kważi darba u nofs l-ammont li kien hemm fl-2020. Ta’ min jinnota wkoll li bejn l-2013 u l-2020, l-ammont ta’ nies jaħdmu żdied minn 174,000 għal 252,000 li jfisser li filwaqt li fl-2013, 2 minn kull 100 ħaddiem kienu fuq paga mini­ma, is-sena l-oħra dan il-proporzjon naqas għal 1 minn kull 100. Fi kliem sempliċi, il-prevalenza ta’ ħad­die­ma fuq il-paga minima naqas bin-nofs. It-tnaqqis fid-dipendenza fuq il-paga minima kien sostnut tant li anke fis-sena tal-pandemija ma kien hemm l-ebda tibdil fit-tendenza u minn 2,483 persuna fuq il-paga minima fl-2019, fl-2020 kien hemm 36 ħaddiem inqas bl-istess dħul. Bil-maqlub, taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, fil-kriżi tal-2008 minkejja li l-impatt ekonomiku kien 10 darbiet iżgħar minn dik tal-pandemi-

ja, xorta kien hemm żieda fid-dipendenza fuq il-paga minima. Minn 2,705 fl-2008, dawk fuq il-paga minima kienu żdiedu għal 3,162. Għal kull 6 ħaddiema fl-2008 li kienu fuq il-paga minima, fl-2009 kien hemm 7. Din hi konferma oħra ta’ kemm il-politika ta’ awsterità li kien ħaddan Gvern Nazzjonalista fil-kriżi ekonomi­ka dakinhar tefgħet il-piżijiet fuq dawk bl-inqas dħul. L-amministrazzjoni preżenti ħadmet eżatt bil-kontra billi introduċiet il-Wage Supplement li permezz tiegħu d-dħul ta’ dawk fuq paga minima tħallas kompletament mill-Istat. Saħansitra l-ammont li tħallas, dak ta’ €800, hu akbar mill-paga minima. Ta’ min ifakkar ukoll li, filwaqt li amministrazzjonijiet Nazzjonalisti kienu ffriżaw il-paga minima, Gvern Laburista mhux talli għolla l-livell tagħha għall-ewwel darba f’għexieren ta’ snin, imma daħħal mekkaniżmu li permezz tiegħu ħadd ma jista’ jitħalla fuq din il-paga għal aktar minn sena. Studju riċenti tal-Bank Ċentrali jindika li l-mod kif għoliet il-paga minima fl-aħħar snin wassal biex din ikollha saħħa tal-akkwist aħjar. Qabel l-2013 dan ma kienx il-każ. Iż-żieda mogħtija ma kinitx qed tlaħħaq maż-żieda fl-għoli tal-ħajja li jaffaċċjaw dawk fuq il-paga minima. B’kuntrast, waqt li bejn l-2013 u l-2020 il-prezz medju tal-prodotti u s-servizzi li jikkonsmaw dawn il-ħaddiema żdied b’madwar 9%, il-paga minima żdiedet b’10%.

KJARIFIKA Tkompli minn paġna 1 Hu minnu li f’Ġunju 2020, taħt id-direzzjoni tal-Ispettur Claire Borg, inħareġ dokument indirizzat lil terzi li talab għall-konsenja ta’ kwalsiasi e-mails, mobile chats u korrispondenza oħrajn rigwardanti l-investigazzjoni li kienet bdiet erba’ snin qabel. L-artiklu, kif ukoll id-dokument ippubblikat, faċilment setgħu jwasslu lill-qarrej ordinarju biex jieħu l-impressjoni li din l-investigazzjoni qed tiġi kondotta fil-konfront ta’ kumpanija li fiha Alessandro Farrugia għandu sehem attiv, bl-implikazzjoni naturali li l-istess Farrugia nnifsu jista’

jkun qiegħed jiġi investigat hu wkoll. Irid jiġi ċċarat li fl-investigazzjonijiet li għadhom għaddejjin, Alessandro Farrugia qatt ma ġie mitkellem mill-Pulizija bħala suspettat, anzi ġie mitkellem bħala vittma ta’ reat u li l-investigazzjoni qed issir fil-konfront ta’ terzi persuni vis-à-vis ir-relazzjoni u l-involviment tagħhom fis-soċjetà 2A Company Limited. F’ebda stadju ma kien hemm investigazzjoni fil-konfront ta’ Alessandro Farrugia jew martu. Fl-isfond ta’ dan kollu, ilgazzetta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent li seta’ nħoloq b’riżultat tal-kontenut tal-artiklu.

Fil-fatt studju tal-Caritas, li sar is-sena li għaddiet, jindika li ġenitur waħdu b’żewġt itfal li jaqla’ l-paga minima jkollu dħul bejn paga u benefiċċji oħrajn li huma €4,000 aktar mill-baġit minimu meħtieġ għal għajxien diċenti. Dan hu kważi d-dopp­ ju tad-distakk pożittiv li kien ħareġ minn studju tal-Caritas magħmul erba’ snin qabel, waqt li l-istudju li kien sar fl2012 kien wera li dawn il-familji kellhom piż enormi biex iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, flimkien ma’ affarijiet oħrajn essenzjali. Minflok għolla l-kontijiet u l-fuel u naqqas l-ispiża fuq Children’s Allowance, kif kien għamel il-Gvern Nazzjonalista fil-kriżi tal-2008, l-amministrazzjoni preżenti naqqset il-prezz tal-fuel, żiedet l-ispiża fuq Children’s Allowance u tejbet l-in-work benefit, inkluż permezz ta’ suppliment għal ġenturi fuq dan il-benefiċċju. Għalhekk, flok żdiedu d-dipendenti fuq l-assistenza soċjali kif seħħ fl-2009, din issena qed naraw tnaqqis.


04

23.05.2021

IS-SOSTENN TAL-GVERN MALTI Tkompli minn paġna 1 B’mod partikolari, il-miżuri u l-bene­ fiċċji multimiljunarji li l-Gvern intro­ duċa sa mill-bidu tas-sitwazzjoni bla preċedent, li niżżlet ħafna pajjiżi għarkupptejhom, kienu riflessi fl-istatistika tal-Eurofound li kklassifikat lil Malta fit-tieni post bl-aqwa miżuri offruti lokalment wara l-Irlanda. Minkejja dan, fil-kategorija ta’ “miżuri li jilħqu lil dawk li l-aktar jeħtiġuhom” Malta saħansitra ġiet fl-ewwel post bl-akbar persentaġġ fl-Unjoni Ewropea sħiħa. Ma’ dan, il-poplu Malti kellu t-tieni l-aqwa “regoli ċari u trasparenti”, “miżuri t’appoġġ ġusti” u “l-kisba faċli u effiċjenti tal-istess appoġġ”. Dawn ir-riżultati nkisbu wkoll waqt li l-maġġoranza assoluta tal-pajjiżi rreġistraw tnaqqis fl-għajnuna li kienu qed jirċievu mill-gvernijiet rispettivi minn wara s-sajf tas-sena l-oħra sal-ewwel xhur ta’ din is-sena. F’dan il-perjodu d-dinja kollha għaddiet minn żewġ mewġiet oħra kbar ta’ żidiet fil-każi pożittivi tal-persuni. Fil-kategorija li rat lil pajjiżna l-aħjar fl-UE, il-bqija tal-pajjiżi rreġistraw tnaqqis ġenerali minn 20% għal 12% fost dawk li jemmnu li l-appoġġ kien qed jasal għand dawk l-aktar fil-bżonn. Ġganti bħall-Ġermanja, Spanja, Franza, id-Danimarka u l-Italja lkoll irreġistraw l-agħar riżultati għall-miżuri li offrew lill-popli tagħhom. Telf ta’ impjiegi Dawk li ġew intervistati fl-istħarriġ tal-Eurofound ukoll iddikjaraw li kellna fost l-inqas telf ta’ impjiegi. Il-bidu tal-pandemija (rebbiegħa 2020) kien l-aktar żmien fejn ġejna affettwati u anke l-unika darba li konna agħar mill-medja tas-27 pajjiż. Dan kien aktarx ir-riżultat li l-impatt tal-għeluq tal-Ajruport u l-portijiet fl-20 ta’ Marzu tas-sena l-oħra kien ferm akbar għalina bħala pajjiż dipendenti ħafna fuq it-turiżmu minn pajjiżi bħal-Lussemburgu, l-Olanda u l-Belġju, li kienu l-uniċi li qabżuna f’dak il-perjodu. Sussegwentement li l-Gvern daħħal ħemel ta’ miżuri t’appoġġ, partikolarment il-pjan ta’ rkupru ekonomiku ta’ €900 miljun f’Ġunju 2020, Malta rreġistrat l-inqas telf t’impjiegi fl-UE f’dak is-sajf, inqas minn nofs il-livell medju Ewropew. Ma’ dan wassal biex l-ist­ ħarriġ isib lill-poplu Malti fost l-inqas li sab diffikulta­ jiet biex ikampa finanzjar­ jament. Għall-mistoqsija li saret (“Meta tqis id-dħul sħiħ ta’ xahar, il-familja tiegħek qed jirnexxilha tkampa?”), Malta rreġis­trat il-ħames l-aħjar riżultat mill-pajjiżi kollha, b’persentaġġi li kienu sew taħt il-medja Ewropea tul l-aħħar 14-il xahar. Kif diġà kien dokumentat fi statistiċi oħrajn uffiċjali tal-UE, is-sitwazzjoni finanzjarja tal-familji tvarja konsiderevolment bejn stati membri. Waqt li juża

l-istess mistoqsija suġġettiva ta’ kemm familja kapaċi tkampa f’sitwazzjoni diffiċli, l-istħarriġ tal-Eurofound sab li, fir-rebbiegħa ta’ din is-sena, dawk li rrapportaw li kellhom diffikultà biex ilaħħqu finanzjarjament varjaw minn 14% fid-Danimarka għal 74% fil-Kroazja. Minbarra d-Danimarka, kienu biss il-Lussemburgu, l-Iżvezja u l-Irlanda li kellhom riżultati aħjar minna. Il-bqija tal-pajjiżi rreġistraw żidiet sinifikanti fil-pro­porzjon ta’ dawk b’diffikultajiet biex ikampaw partikolarment minn

dawk li kienu diġà f’qagħda prekarja. Iżjed minn tmienja minn kull għaxra li talbu għal għajnuna finanzjarja, iżda ma rċevewhiex, dawk li tilfu l-impjieg fil-pandemija jew min kien bla xogħol fil-bidu ta’ din is-sena rrapportaw l-iżjed diffikultajiet biex ikampaw. Persuni rtirati, li ġew intervistati għall-istħarriġ, ukoll kellhom it-tendenza li jkunu suxxettibbli għal problemi finanzjarji fil-pandemija, differenti minn paj­jiżna fejn il-qagħda ta’ din il-faxxa fis-soċjetà ilha tiġi mtejba regolarment

kull sena, grazzi għal żidiet abbundanti fil-pensjonijiet kif imħabb­rin f’baġit wara l-ieħor. Kontijiet b’lura Eurofound irrapporta wkoll li fl-ewwel xhur ta’ din is-sena aktar persuni u negozjanti kkonfermaw li waqgħu lura fil-ħlasijiet tal-kontijiet, bħal dawk tad-dawl u l-ilma, tat-telefown, tal-mowbajl u tal-internet, fost oħrajn. Minbarra li offra inċentivi li jtaffu tali kontijiet lin-negozji l-aktar milqutin, il-Gvern Malti wkoll kien sensittiv u offra appoġġ qawwi b’moratorji fuq djun u mgħaxijiet, ħlas ta’ liċenzji u, b’mod speċjali, ħlas tal-pagi tal-ħaddiema involuti. Fil-fatt il-proporzjon tal-Maltin u l-Għawdxin li jemmnu li l-qagħda finanzjarja tagħhom se teħżien illum hu r-raba’ l-inqas fl-UE kollha, anke jekk dan fisser ħarira iżjed mis-sajf li għadda meta dakinhar pajjiżna rreġistra t-tieni l-inqas rata wara d-Danimarka. Telf ta’ servizzi tas-saħħa

L-ist­ħarriġ tal-Eurofound sab li, tul il-pandemija, il-poplu Malti kien fost l-inqas li sab diffikulta­jiet biex ikampa finanzjar­jament – il-ħames l-aħjar riżultat fl-UE u b’persentaġġ sew aħjar mill-medja

Il-pandemija fil-bidu ħarbtet l-għoti ta’ servizzi pubbliċi, inkluż kura tas-saħħa essen­ zjali, moniteraġġ preventiv għal diversi forom ta’ mard u kura tas-saħħa mentali, fost oħrajn. Waqt li l-kura tas-saħħa inġene­rali rritornat relattivament malajr fil-maġġoranza tal-pajjiżi, inkluża Malta, dan l-istħarriġ sab li għad hemm kwistjonijiet fl-għoti ta’ servizzi oħrajn f’partijiet tal-Ewropa. Aktar minn wieħed minn kull ħamsa (21%) ta’ dawk li wieġbu għall-istħarriġ, qalu li tilfu appuntament għal test jew kura medika matul il-pandemija –


05

23.05.2021

JISPIKKA FL-OQSMA KOLLHA

sentiment li baqa’ l-istess fl-UE kollha bejn is-sajf li għadda u din ir-rebbiegħa – waqt li ċerti pajjiżi rreġistraw titjib, fosthom pajjiżna, u oħrajn li marru iżjed lura. B’mod sinifikanti, in-nuqqas li jintlaħqu ħtiġijiet mediċi essenzjali kienu iżjed komuni l-Ungerija, il-Portugall u l-Latvja. F’dan ir-rigward, il-Maltin huma l-ħames l-aktar sodisfatti bisservizz wara d-Daniżi, l-Awstrijaċi, il-Ġermaniżi u ċ-Ċiprijotti f’dik l-ordni. Filwaqt li l-livelli rreġistrati fost ilMaltin u l-Għawdxin fis-sajf li għadda u sa Marzu li għadda kienu sew aħjar mill-medja Ewropea, fl-aħħar xhur ġie rreġistrat iżjed titjib fuq ir-riżultati ta’ sena ilu. Ir-raġunijiet prinċipali li taw il-paj­ jiżi, li din is-sena rre­ġistraw nuqqas t’aċċess għal servizzi essenzjali tassaħħa, kienu li mhux qed jinżammu l-appuntamenti mediċi kawża talpan­­demija u l-listi twal ta’ stennija, fil-maġġoranza fl-isptarijiet jew kura speċjalizzata. Fiduċja fl-istituzzjonijiet L-istħarriġ tal-Eurofound analiz­za wkoll oqsma oħrajn li ġew affettwati bil-pandemija, fosthom il-fiduċja fl-istituzzjonijiet. F’dan ir-rigward, kien irreġistrat tnaqqis għall-istituzzjonijiet kollha fil-pajjiżi fl-ewwel xhur ta’ din is-sena meta mqabblin mal-bidu tas-sena l-oħra. Waqt li fl-ewwel fażi tal-pandemija kien hemm stabbilità fil-fiduċj­a inġenerali jew saħansitra żidiet, fir-rebbiegħa ta’ din is-sena l-gver­nijiet, il-midja, il-pulizija u s-sistemi tas-saħ­ ħa fis-27 pajjiż membru ħadu daqqa ’l isfel. Kienet biss l-Unjoni Ewropea nnifisha li rreġistrat titjib minimu. Fost l-aktar popli li kellhom fiduċja fl-istituzzjonijiet ta’ Brussell kien dak Malti, maqbuż biss mill-Portugiżi.

L-esperti ta’ Eurofound saħqu li l-fiduċja fl-UE żdiedet wara li ġie introdott il-pakkett ta’ rkupru tal-Kummissjoni Ewropew, imsejjaħ NextGenerationEU, b’mod speċjali fil-pajjiżi li kienu qed jistennew li jgawdu l-iżjed minn din l-għodda politika għal tkabbir fiskali. Fl-aħħar xhur pajjiżna wkoll gawda mill-akbar pakkett finanzjarju millbaġit Ewropew (Multiannual Financial Framework – MFF) għas-seba’ snin li ġejjin, dak ta’ €1.923 biljun, flimkien ma’ €327 miljun oħra mill-fond ta’ NextGenerationEU. Iċ-ċifra sħiħa ta’ €2.25 biljun kienet id-doppju ta’ dak li Gvern Nazzjona­ lista kien irnexxielu jikseb fil-baġit preċedenti għas-snin 2014-2020. Tbassir importanti fil-fiduċja tal-popli fl-UE hi l-fiduċja tan-nies fil-gvernijiet nazzjonali tagħhom. Iż-żieda ta’ każi fl-imxija tal-virus madwar l-Ewropa kollha fix-xitwa li għaddiet ħassret ħafna mit-tama li l-ġlieda kontra l-pandemija kienet qed tintrebaħ u ġiegħlet lill-gvernijiet biex jimponi miżuri ġodda ta’ restrizzjonijiet fit-tentattiv li jġibu s-sitwazzjoni taħt kontroll. Bħala riżultat ta’ ħafna lockdowns f’għadd ta’ pajjiżi u pass kajman fir-rollout tat-tilqim fil-bidu ta’ din is-sena, il-fiduċja fil-gvernijiet nazzjonali naqset drastikament, bl-eċċezzjoni ta’ Malta, li żammet l-istess livell identiku tas-sajf 2020, u d-Danimarka, li saħansitra rreġistrat żieda fuq l-istess perjodu. Il-fiduċja tal-poplu Malti fil-Gvern Laburista baqgħet b’saħħitha u attwalment tinsab id-disa’ fost il-pajjiżi kollha fl-UE, grazzi wkoll għall-miżuri bilanċjati u ġustifikati, flimkien ma’ eżerċizzju qawwi fix-xiri u l-għoti tattilqim kollu li kien disponibbli fis-suq. Wara li nhar it-Tnejn sirna t-tieni pajjiż fid-dinja li offra t-tilqima lill-poplu kollu minn 16-il sena ’l fuq, din il-ġimgħa

wkoll qbiżna lil Iżrael fl-aktar pajjiż globali li laqqam lill-popolazzjoni tiegħu ras għal ras. It-triq ’il quddiem Fil-konklużjoni tagħha tar-rapport, il-fondazzjoni Eurofound qalet li, wara 14il xahar ta’ każi tal-COVID-19 fejn għadd ta’ pajjiżi għadhom ukoll isofru minn lockdowns twal, il-popolazzjoni Ewropea qed turi, b’mod ġenerali, sinjali ta’ għeja estrema, inkluż bir-reġistrazzjoni tal-agħar livelli ta’ saħħa mentali, li aktarx ikomplu jiżdiedu f’dawk ilpajjiżi li kienu diġà f’sitwazzjoni finanzjarja prekarja u għad iridu jagħmlu l-kontijiet mas-sitwazzjoni ta’ wara l-pandemija. Dan jawgura wkoll wisq tajjeb għal Malta, ladarba l-pandemija inzertat sabitna finanzjarjament b’saħħitna u kull tbassir jindika li se nkunu fost l-ewwel pajjiżi li nirkupraw ekonomikament sa minn din is-sena stess. Eurofound qalet li r-riżultat­i tal-istħarriġ tagħha jindikaw ċar li huwa meħtieġ appoġġ ħolistik­u mill-gvernijiet lill-gruppi l-akta­r milqutin mill-kriżi bil-għan li ma jibqgħux jaqgħu lura. “Għaldaqstant, għal din ir-raġuni, se jkun essenzjali li l-awtoritajiet nazzjonali jifhmu u jindirizzaw il-ħtiġijiet tan-nies wara li tgħaddi l-kriżi tal-COVID-19 … din tista’ tkun il-bażi għal diskussjoni konvinċenti fil-qafas tal-Konferenza ambizzjuża għall-Futur tal-Ewropa, l-eżerċizzju demokratiku mifrux fuq sena sħiħa li beda fid-9 ta’ Mejju li għadda u jinvolvi lill-Ewropej kollha fit-tfassil tat-triq ’il quddiem,” temmet tgħid il-Fondazzjoni Ewropea.

Il-fiduċja tal-poplu fil-Gvern Laburista baqgħet b’saħħitha, grazzi għall-miżuri bilanċjati u ġustifikati li ġew introdotti, flimkien ma’ eżerċizzju qawwi fix-xiri u l-għoti tat-tilqim


06

23.05.2021

L-AĦĦAR TISLIMA LILL-EWWEL EDITUR Fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja f’Ħaż-Żabbar ilbieraħ filgħodu ngħatat l-aħħar tislima lill-ewwel Editur ta’ din il-gazzetta, Felix Agius, li miet nhar il-Ħamis filgħaxija fl-għomor ta’ 73 sena. Il-Prim Ministru Robert Abela, flimkien mal-Eks Mexxejja Joseph Muscat u Alfred Sant, kienu fost għadd ta’ persuni distinti preżenti, flimkien ma’ qraba, kollegi u ħbieb. Fl-omelija tiegħu, l-Arċipriet Dun Evan Caruana ddeskriva lil “Feliċ”, kif kien magħruf l-iżjed, bħala raġel ta’ prinċipju b’valuri sodi mibnija fuq pedamenti b’saħħithom. Meta tkellem dwar l-esperjenza kbira tiegħu fix-xogħol, l-Arċipriet qal li Feliċ kien imfittex għall-pariri għax is-sabiħ tiegħu kien li dejjem kien lest li jgħaddi l-għarfien li kellu lil ħaddieħor. Hu ħalla warajh lil martu Vena u l-erba’ wliedu u l-familji tagħhom, inklużi seba’ neputijiet. Agius welled il-KullĦadd fl-1993 u dam imexxiha sakemm irtira. Minkejja dan, il-karriera ġurnalistika tiegħu kienet tespandi ’l fuq minn 50 sena ilu, mill-ġurnal Laburista Iż-Żmien fil-Freedom Press sal-Malta News u L-Orizzont tal-General Workers’ Union. Wara 11-il sena bħala Editur ta’ L-Orizzont, hu telaq biex isir l-ew­ wel Editur Eżekuttiv ta’ din il-gazzetta tagħna. Minn nhar il-Ħamis ’l hawn, ħafna esprimew is-sentimenti tagħhom għall-impatt pożittiv li ħalla “Feliċ” fuq ħajjithom. Aħna tlabna l-kummenti wkoll ta’ xi ħbieb li kienu jafuh mill-qrib, inklużi wħud li ħadmu taħtu u miegħu …

“FELIĊ” AGIUS FIL-ĦSIEB TA’ KOLLEGI U EKS KOLLEGI … MARK FARRUGIA Ta’ 13-il sena, wara l-Elezzjoni tal-1987, meta kont għadni ma nafux, bħala Editur ta’ L-Orizzont, offrili l-ewwel spazju għall-kitbiet tiegħi, meta kien jippubblika l-ittri li kont nibgħatlu u li jien kont nistenna b’tant ħerqa. Fil-bidu tas-snin 90 imbagħad sirna nafu lil xulxin. Hu kien ġurnalist veteran mimli esperjenza u jien, ma’ ħafna oħrajn, kont għadni nibda fix-xandir u l-ġurnaliżmu. Minkejja l-età żagħżugħa tagħna, kien jafdana u jirrispettana. Meta fl-1995 ingħatajt l-inkarigu ta’ Media Executive tal-Partit Laburista, ħdimna aktar mill-qrib, fost oħrajn, fil-ħafna kampanji elettorali meta t-tnejn konna naħdmu ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista. Kien jiġi ħdejja l-uffiċċju jagħtini l-ħsibijiet u l-ideat tiegħu. U min jaf jien kemm tlajt ħdejh f’dak l-uffiċċju żgħir tiegħu. L-impenn tiegħu biex il-gazzetta KullĦadd baqgħet għaddejja kien totali. GLENN BEDINGFIELD Feliċ welled ilKullĦadd bi stil ġdid ta’ ġurnaliżmu investigattiv. Miegħu tgħallimt ħafna, bħalma għamlu l-kollegi l-oħrajn li xrobna t-tagħlim tiegħu, aqwa minn kull tagħlim akkademiku. Kellna stejjer investigattivi li kienu parti mill-istorja ta’ Malta fis-snin 90. Bħala Editur della vecchia guardia, għalih il-fatti kienu sagrosanti u separati mill-kumment editorjali. Ma kienx jgħolli leħnu, imma kien jinstema’. Ma kienx jagħmel frattarija, imma kien jaħdem fil-kwiet u bil-qalb għal dak li jemmen fih u nissel fina sens ta’ kburija fi żmien diffiċli. Fuq livell personali Feliċ kien għalliem u ħabib. Kont issibu dejjem speċjalment fis-siegħa tal-bżonn u min għex

is-snin 90 jaf x’jiġifieri tkun taħdem mal-Partit Laburista. Kbirna miegħu jien, Joseph, Simone, Claudette, Mark, Julia, Miriam, Maria, Sylvana u oħrajn li għaddejna minn taħt idejh u għalina kien l-Editur, l-għalliem u l-ħabib. Niftakar kemm kien feraħ fl-1996, l-ewwel elezzjoni li ħdimna flimkien u kif fl-1998, meta tlifna, ħadna kollha d-dar għandu x-Xgħajra għall-kwiet. Biex jagħmlilna kuraġġ qalilna għadkom żgħar, min jaf kemm għad tridu titilfu u tirbħu. Il-festa ta’ Ħaż-Żabbar kienet appuntament annwali għalija u għalih f’dawn l-aħħar 27 sena. L-għors tiegħu mdawwar bil-famija u l-ħbieb, u hekk ħalla din id-dinja, imdawwar bil-familja u l-ħbieb. In-nuqqas tiegħu se nħossu. FRANS GHIRXI Għalkemm konna ilna nafu lil xulxin minn ferm qabel, ħdimt dirett ma’ Feliċ meta hu kien Editur tal-ġurnal L-Orizzont u jien kont immexxi wieħed mix-xiftijiet ta’ ġurnalisti fil-Kamra tal-Aħbarijiet talUnion Press, u eventwalment imbagħad inħtart Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet. Konna niltaqgħu kuljum biex niddiskutu xi stejjer kien se jkollna fil-ġurnal u nippjanaw bil-quddiem speċjalment għall-ħarġa tat-Tnejn tal-ġurnal. Nibqa’ napprezza kemm Feliċ kien jemmen fija u kien jafdani b’għajnejh magħluqin. Flimkien konna nirrappreżentaw lill-ġurnali tal-Union Press – L-Orizzont u It-Torċa – fi programmi televiżivi. Flimkien konna nippreparaw qatigħ għal dawn il-programmi. Feliċ kien bniedem kalm, kawt u ma jgħaġġilx fit-teħid ta’ deċiżjonijiet. Dejjem bit-tbissima fuq fommu, anke fl-agħar ċirkostanzi. Kien jispirak bil-karattru tiegħu. Mingħandu tgħallimt ħafna u dan kien għeni mhux ftit meta eventwalment inħtart Editur ta’ L-Orizzont minfloku meta sar l-ewwel Editur talgazzetta KullĦadd.

KURT FARRUGIA Kull min għadda minn taħt idejn Feliċ, trabba jkun leali lejn il-prinċipji tal-Partit Laburista u l-mexxejja tiegħu. Feliċ kien missierna kollha bħala ġurnalisti tal-Partit Laburista, imma qatt ma kellu l-arja ta’ min irid jippatronizzak. Kien beka daqs tarbija meta tlifna l-Elezzjoni tal-2008. Konna bkejna flimkien u tkellimna kif ma rridux nerġgħu ngħaddu minn esperjenza hekk. L-ikbar sodisfazzjon għalija hu li flimkien dejjem konna parti mis-suċċessi ta’ wara u bqajna naħdmu sal-aħħar elezzjoni li rbaħna flimkien fl-2019. Kien iħares lejna b’ħarsa ta’ missier li hu kburi b’uliedu. Fid-dieqa ta’ din it-telfa għall-inqas naf li, b’ħidmietna, għamilnieh kburi u ra l-prinċipji li dejjem emmen fihom jitwettqu. Grazzi tal-imħabba li tajtna, grazzi talli tajtna ħajtek. Inħobbuk. JOE BORG Dħakna, tbikkimna, irbaħna, tlifna flimkien. Mort rajtu ftit sigħat qabel ħalliena u b’għafsa ta’ qalb ippruvajt inferraħ lil uliedu u lil martu, ilkoll miġburin madwar is-sodda tiegħu, b’memorji u ġrajjiet li fasslu l-ħbiberija tagħna tul 45 sena. Feliċ għandu jibqa’ torċa li ddawwal il-mogħdijiet li l-Partit Laburista għandu jagħżel mnejn jgħaddi, issa u ’l quddiem. CLAUDETTE ABELA BALDACCHINO L-onestà u l-ġenwi­ nità ta’ Feliċ se jib­­qgħu riflessi filpin­na tiegħu. Għa­ lina li nafu l-bidu tal-

KullĦadd u tal-istazzjonijiet ONE konna sibna familja oħra u f’Feliċ ħabib sinċier li kien jistmana daqs uliedu. Xtaqilna l-ġid. Feliċ, jekk xejn, fil-bidu tal-istazzjonijiet irnexxielu jgħaqqad tim li ħafna minna jew qegħdin jew konna membri tal-Parlament u nissel fina sens ta’ għira mhux għal xulxin, imma għax-xogħol, għat-tfittxija tal-istorja u fuq livell politiku biex ngħinu lil ħaddieħor. Kien iħeġġiġni, tani l-opportunitajiet fil-qasam tal-ġurnaliżmu u kompla jsawwar fija s-sens ta’ ġustizzja soċjali li tant kellu għal qalbu. Appoġġjani fil-mixja tiegħi fi ħdan il-Partit u anke fl-elezzjonijiet li kkontestajt, inkluż lokali u tal-Parlament Ewropew. Fortunata li kont waħda minn dawk tal-bidu fl-istazzjonijiet ONE u din ilgazzetta. Mument partikolari li nibqa’ niftakar kien dak fejn b’kuraġġ ta’ sur ġabarna d-dar tiegħu ma’ martu Vena u l-familja meta l-Partit Laburista tilef l-Elezzjoni tal-1998. 15-il sena wara, fl-2013, qalli “għal dan ħdimna lkoll flimkien”. Kien miegħi u ma’ Kevin, ir-raġel tiegħi, f’mumenti sbieħ u oħrajn diffiċli. Għalina Feliċ kien familja. JOHN AGIUS Jien inħsadt bilkbir meta smajt li Feliċ kien ħalliena. Mill-ewwel feġġew quddiemi s-snin li għamilt fil-kumpani­ ja tiegħu bħala l-imgħallem tiegħi fil-Union Press. Mhux se ngħid dwar il-kapaċitajiet kbar li kellu, imma fuq il-karattru umli tiegħu, kapaċi li ndum ħafna ngħid. Lil Feliċ qatt ma rajtu bil-geddum, anzi b’dik id-daħka u l-kalma li kellu kien jiġbdek lejh. Qatt ma naf li rrapporta lil ħadd fuq ix-xogħol. Episodji miegħu kelli ħafna, imma impossibbli nsemmihom kollha. Kien ta’ ftit diskors u l-hena tiegħu kienet li jisma’ xi pras­ pura li konna niltaqgħu magħha waqt ix-xogħol.


23.05.2021

07

30,000 DIĠÀ NIŻŻLU L-VOUCHERS TA’ €100 Il-Ministru għall-Ekono­mija Sil­vio Schembri ħabbar li, flew­­wel 24 siegħa mindu tnieda t-tieni sett ta’ vouchers ta’ €100 għal kull ċittadin ta’ 16-il sena ’l fuq, kien hemm aktar minn 30,000 persuna li diġà aċċessawhom bl-applikaz­ zjoni apposta fuq il-mobile. Wara li l-Ħamis il-Prim Mi­ ni­­stru Robert Abela u l-Mi­ nistru Schembri nnifsu ħabbru t-tieni skema ta’ €50 miljun, hemm ansjetà pożittiva biex dawn ikunu jistgħu jintużaw miċ-ċittadini u n-negozji li huma eliġibbli li jilqgħuhom mis-7 ta’ Ġunju li ġej. Il-Prim Ministru tenna li l-ekonomija lokali gaw­diet qa­ tigħ fl-ewwel sett ta’ vouchers li nħareġ bħal dan iż-żmien sena, tant li għal kull €1 voucher, in-

nies nefqu €1 ieħor. Differenti mill-ewwel sett, il-vouchers il-ġodda huma maq­­sumin f’erbgħa ta’ €15, li jistgħu jintużaw f’lukandi, akkomodazzjonijiet, restoranti, barijiet u skejjel tal-għaddasa, u erbgħa oħra ta’ €10 li jistgħu jintużaw f’retail shops, ħwienet li joffru servizzi tax-xagħar u s-sbuħija, klabbs sportivi u gyms, mużewijiet, ċentri tal-arti u kultura, każini tal-baned u postijiet oħrajn. Dawk li ma jilħqux jaċċessaw il-vouchers online sal-4 ta’ Ġunju li ġej, anke għax m’għandhomx mezz kif, se jkunu qed jintbagħtulhom bil-posta rre­­ ġis­trata appena jkun lest ilproċess ta’ verifika fuq is-sit li tnieda apposta għall-okkażjoni – wallet.vouchersmimcol.com.

Request for Expression of Interest To manage the present bar and catering area at the Partit Laburista Club in St. Julians on behalf of the PL St. Julians Committee. CFO document to be collected from Ċentru Nazzjonali Laburista, Triq Mile End Ħamrun. Monday to Friday 9.00 till 17.00 Closing date for submission Friday 28th May 2021 at Noon.


08

23.05.2021

KIRJIET TA’ QABEL L-1995: L-AKBAR Ġimgħa u nofs oħra tidħol fis-seħħ ir-riforma talliġi tal-kirjiet ta’ qabel l-1995, wara li nhar it-Tlieta għaddiet mill-Parlament, bil-għan li toffri stabbiltà u protezzjoni lill-inkwilini u ġustizzja lis-sid tal-post, kif deskritta mill-Prim Ministru Robert Abela. Fi kliem il-Ministru responsabbli mill-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, din hi l-akbar riforma soċjali fl-istorja li toffri wkoll soluzzjonijiet affordabbli, b’qafas legali li jirrifletti r-realtajiet tal-lum. Għal dan il-għan tkellimna ma’ Dr STEFAN CUTAJAR, konsulent tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Bħala ggradwat b’Baċellerat fil-Liġi u Masters fil-Liġi mill-Università ta’ Malta, hu kien involut direttament fil-ħolqien ta’ din ir-riforma. X’jagħmel din il-liġi pass storiku? Huma diversi l-bidliet f’din illiġi li jagħmluha storika, imma l-bidla ewlenija li wieħed jista’ jiddeskriviha bħala tali hija dik li se tabolixxi l-“wirt” jew forsi kif aħjar deskritta fil-liġi bħala “l-kontinwazzjoni” tal-kirja protetta wara l-mewt tal-inkwilin li jkun attwalment rikonoxxut. Fl-aħħar intervent leġiżlattiv fl-2009, li daħal fis-seħħ fl2010, din il-kontinwazzjoni ġiet limitata għall-familjari li kienu jgħixu mal-inkwilin għal 4 snin mill-aħħar 5 qabel l-2008 u li jibqgħu jgħixu miegħu sa mewtu, u ddaħħal ukoll il-kunċett ta’ test tal-mezzi fuq dawn il-“werrieta”. Minkejja dawn il-bidliet fl2009, il-fatt li ġenerazzjoni oħra ta’ inkwilini kienet qed tingħata l-permess li tkompli din il-kirja protetta, kien minnu nnifsu meqjus mill-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem bħala vjolazzjoni tad-drittijiet fundamentali tas-sidien li jgawdu l-proprjetà tagħhom. Dan għaliex ma kienx

prevedibbli meta se tingħata lura l-proprjetà lis-sidien, filwaqt li l-intervent tal-Istat li kien qiegħed jestendi l-protezzjoni lil ġenerazzjoni oħra ta’ inkwilini kien ukoll ikkunsidrat bħala att sproporzjonat. Permezz ta’ din il-liġi, malmewt tal-inkwilin preżentament rikonoxxut, id-dixxendenti, axxendenti u familjari oħra tal-inkwilin (għajr l-armel jew l-armla jew l-aħwa li komplew il-kirja in solidum mal-kerrej wara l-mewt tal-ġenituri) se jingħataw ħames snin ċans biex jivvakaw il-proprjetà, u din finalment tingħata lura lis-sidien. F’dan il-perjodu ta’ ħames snin il-Bord jiffissa l-ogħla kera permissibbli skont il-liġi, li tista’ tkun sa’ 2%. Però, is-sid se jkollu d-dritt ukoll li permezz ta’ rikors jitlob test tal-mezzi fuq dawn il-familjari u jekk jinstab li l-familjari għandhom introjtu u assi kapitali li jaqbeż il-kriterji tat-test dawn jingħataw sentejn (2) biss biex jivvakaw. Matul dawn is-sentejn, is-sid jista’ jirċievi kirja li l-Bord jista’ jiffissa skont kif iħoss li hu

xieraq fiċ-ċirkostanzi. Din il-bidla sejra tfisser li effettivament din il-ġenerazzjoni ta’ inkwilini se tkun l-aħħar waħda li tirċievi protezzjoni u b’hekk din l-anomalija legali qiegħda tiġi phased-out wara kważi 100 sena fis-seħħ. Issemma ħafna l-bilanċ. Kif intlaħaq dan il-bilanċ bejn l-interessi tas-sidien u dawk tal-inkwilini? Qabel kollox wieħed irid jikkunsidra li l-interessi tas-sidien u l-inkwilini mhux dejjem huma ċari u ekwivoċi. Però fil-maġġoranza tal-każi s-sidien ikunu jixtiequ li jirċievu kir-

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

ja xierqa jew li jingħataw lura l-pussess vakanti tal-proprjetà tagħhom, filwaqt li mill-banda l-oħra l-inkwilini jistennew li jibqgħu jgħixu fid-dar li trabbew fiha sa mewthom b’kirja li hija affordabbli għalihom. Għaldaqstant, il-leġiżlatur kellu jsib mekkaniżmu li jkun kompromess diċenti għażżewġ naħat u fl-istess ħin ilGvern kellu jerfa’ r-responsabbiltà tal-akkomodazzjoni soċjali li kif qalet diversi drabi l-Qorti (kemm Maltija kif ukoll fi Strasburgu) m’għandhiex tintrefa’ mis-sidien privati. B’hekk fl-2018, din l-amministrazzjoni introduċiet mekkaniżmu legali li jippermetti

lis-sidien li jgħollu l-kera sa massimu ta’ tnejn fil-mija (2%) tal-valur liberu u frank fis-suq ħieles f’każijiet li jikkonċernaw kirjiet li joriġinaw minn ċnus antiki. Il-Qorti Kostituzzjonali Maltija qalet li t-tnejn fil-mija (2%) tal-valur tal-proprjetà huwa bilanċ ġust u dan ilkunċett qiegħed jiġi estiż għal kirjiet kollha li joriġinaw minn xi relazzjoni li bdiet qabel l-1 ta’ Ġunju 1995. Naturalment, dan se jfisser li mill-kera minima stabbilita fl-2009 li kienet tammonta għal €185 fis-sena u li kienet tapplika b’mod universali, sejra tiżdied esponenzjalment skont il-valur tal-proprjetà individ-


09

23.05.2021

RIFORMA SOĊJALI wali u sejra tieħu inkonsiderazzjoni l-potenzjal tas-sit. Min-naħa l-oħra, l-inkwilini li jgħaddu mit-test tal-mezzi għax jinstab li għandhom dħul u assi kapitali li huma aktar baxxi mill-massimu li jippermetti t-test se jingħataw protezzjoni soċjali sakemm iċ-ċirkostanzi ekonomiċi tagħhom jibqgħu l-istess. Dan għaliex il-qofol ta’ kollox huwa li l-protezzjoni tingħata biss lil min jistħoqqlu. Dawn l-inkwilini se jkunu jistgħu wkoll jaċċessaw assistenza mingħand l-Awtorità tad-Djar li se tkun qed tidher bħala intervenuta f’dawn il-każi u se toffri għajnuniet varji lil dawn il-persuni milquta. Dan għandu jwassal biex il-qagħda ekonomika u soċjali taż-żewġ partijiet tkun tjiebet pari passu. Qabel għaddiet il-liġi, kien hemm kritika minn xi fonti li din ma kinitx konformi man-normi kostituzzjonali. Kif twieġeb għal dan? Il-Qorti tad-Drittijiet tal-Bnie­ dem tagħti marġini wiesgħa t’apprezzament lill-Istati firmatarji tal-Konvenzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fejn jidħlu materji relatati mal-akkomodazzjoni soċjali u l-assistenza soċjali inġe­nerali. Minkejja dan l-element ta’ diskrezzjoni, l-pajjiżi ma jistgħux jaġixxu b’mod sproporzjonat fit-twettiq tal-għanijiet soċjali tagħhom b’konsegwenza li jiġu kkalpestati d-drittijiet ta’ persuni privati. In-nuqqasijiet tar-reġim legali Malti li jirregola l-kirjiet antiki kienu varji, iżda kienu jinkludu fost oħrajn: i. Id-diskrepanza enormi bejn il-kirja minima tal€185 u l-kirjiet fis-suq libera; ii. Il-fatt li sid qatt ma kien jaf meta ħa jerġa’ jieħu lura l-kirja għaliex kien baqa’ jeżisti l-wirt; iii. Il-fatt li min ma jgħaddix mit-test tal-mezzi kien qed jingħata ħames (5) snin biex jivvaka l-proprjetà, li kien meqjus bħala perjodu twil wisq; iv. Il-fatt li l-Bord ma kienx qiegħed jagħti t-2% sħiħa għaliex ma kienx hemm sussidju b’saħħtu u l-awment fil-kera kien qed isir b’mod gradwali; u v. In-nuqqas ta’ konsistenza bejn il-valutazzjonijiet tal-periti mqabbda mill-Qrati. Ir-riforma preżenti qiegħda tindirizza dawn il-punti kollha billi: i. Iddaħħal mekkaniżmu ta’ 2% li se jirrifletti l-valur

tal-proprjetà fis-suq liberu; ii. Sejjer iwaqqaf il-wirt tal-kirja darba għal dejjem; iii. Se tnaqqas il-perjodu ta’ okkupazzjoni għal min ma jgħaddix mit-test għal sentejn biss b’kirja li jiddeċidiha l-Bord skont iċ-ċirkostanzi (tista’ teċċedi t-2% jekk il-Bord jaħseb li dan huwa xieraq); iv. Se ddaħħal benefiċċju tal-kera b’saħħtu li għall-pensjonanti se jkopri ż-żieda sħiħa, filwaqt li għal min jaħdem ħa jiżgura l-affordabbiltà, b’hekk il-Bord mhux se jkollu ostakoli biex imur għal massimu ta’ 2%; v. Se ddaħħal ukoll, bil-għajnuna tal-Kamra tal-Periti, linji gwida ċari ta’ kif iseħħu l-valutazzjonijiet biex jinqatgħu inkonsistenzi f’dan ir-rigward. Dawn l-affarijiet kollha, flimkien ma’ innovazzjonijiet oħra, bħalma huma l-kriterji aġġornati tat-test tal-mezzi u l-awment awtomatiku tal-kirjiet minn sena għal sena skont il-varjazzjonijiet annwali fl-Indiċi tal-Prezz tal-Proprjetà se taċċerta li l-liġi issa se tkun qiegħda tikkonforma ruħha mad-drittijiet kostituzzjonali tas-sidien u anke l-inkwilini. L-Oppożizzjoni baqgħet issostni li s-soluzzjoni ma kellhiex tinstab fil-qrati. Kellha raġun? Il-problema prinċipali bi kwa­ lunkwe korp amministrattiv li jiddeċiedi materji sensittivi bħalma hija din tal-kirjiet residenzjali hija li tagħmilha kif tagħmilha, din tibqa’ dejjem soġġetta għall-appelli u l-iskrutinju tal-Qrati tal-Ġustizzja tagħna. Minħabba s-sensittività tas-suġġett u d-diskrepanzi bejn l-interessi tal-partijiet, huwa inevitabbli li kieku daħal xi saff amministrattiv ieħor, il-maġġoranza tad-deċiżjonijiet kienu jispiċċaw appellati quddiem il-Qrati ordinarji u saħansitra dawk t’Appell. Dan kien ifisser aktar dewmien u spejjeż għal kull min hu involut. Dan jgħodd ukoll għallproċess ta’ medjazzjoni, li kważi dejjem ikollu eżitu negattiv, speċjalment meta l-valutazzjoni tal-proprjetà jsir mill-partijiet. Kulħadd ikun irid jiġbed lejh u jiggwadanja, u sfortunatament għalkemm il-medjazzjoni fil-prinċipju tagħmel sens, fil-prattika kienet ta’ ostakolu għal proċess spedit u effiċjenti. Fiċ-ċirkostanzi preżenti, nemmen li l-Bord li Jirregola l-Kera jekk jissaħħaħ u jingħata r-riżorsi neċessarji għandu jkun il-forum korrett biex imexxi dan il-proċess.

Dawk is-sidien li riedu l-proprjetà tagħhom lura għandhom għal xiex ikunu diżappuntati? Ir-riforma, apparti li tintroduċi l-possibbiltà li jsir it-test tal-mezzi fuq il-kerrejja kollha għall-ewwel darba, qiegħda wkoll tissimplifika l-proċess li sid jieħu lura l-pussess vakanti tal-proprjetà tiegħu mingħand inkwilin li jinstab li jkollu proprjetà li tkun tista’ tintuża bħala dar t’abitazzjoni. Qabel din ir-riforma l-Bord li Jirregola l-Kera kien marbut li jiżen jekk ir-ripreża tal-fond huwiex se jikkawża inkonvenjent lill-inkwilin minkejja li jinstab li l-inkwilin ikollu dar oħra li tixraq għall-bżonnijiet tiegħu u ta’ familtu. Dan il-proviso anomalu tneħħa u issa kwalunkwe inkwilin li mhuwiex ta’ età pensjonabbli (65 sena jew aktar) jista’ jintalab jivvaka l-post mikri jekk jinstab li dan ikollu dar oħra vijabbli. Ħaġa oħra li qed tin­dirizza r-riforma hija bla dubju t-test tal-mezzi. Qabel irriforma, t-test tal-mezzi kien isir biss fuq il-persuna li hija rikonoxxuta mill-kerrej, bla ma jittieħdu inkonsiderazzjoni l-beni u d-dħul tal-konjugi filkaż li l-kerrej ikun miżżewweġ. Din issa ġiet indirizzata u għalhekk it-test tal-mezzi ħa jkun ħafna aktar realistiku. Għaliex qed tissejjaħ riforma soċjali? L-ewwel u qabel kollox, wieħed irid jirrikonoxxi li l-unika raġuni għalfejn iddaħħlu l-liġijiet ta’ kontroll fuq il-kirjiet fis-seklu l-ieħor u li baqgħu fisseħħ sal-ġurnata tal-lum hija li l-kirjiet residenzjali kienu, għadhom u jibqgħu kkunsidrati bħala materja soċjali u mhux biss ekonomika. Ħafna drabi diversi professjonisti fis-settur jinġarru mill-idea li l-proprjetà residenzjali hija biss ass kapitali bħall-oħrajn. Dan mhuwiex minnu għaliex dan għandu sinifikat usà u d-dritt għall-akkomodazzjoni xierqa huwa dritt daqskemm huwa dritt it-tgawdija tal-proprjetà. Dan id-dritt għall-akkomodazzjoni adekwata huwa sanċit mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u strumenti legali internazzjonali oħra li Malta hija firmatarja tagħhom. Iddritt għall-ak­komodazzjo­ni adekwata u d-dritt tat-tgawdija tal-proprjetà m’għandhomx jitqiesu li huma kontra xulxin iżda kumplimentari għal xulxin.

EŻERĊIZZJU FIŻIKU MEZZ TA’ KARITÀ Dr Lydia Abela (inset) nediet proġett nazzjonali li jħeġġeġ l-eżeċizzju fiżiku għall-ġid u s-saħħa ta’ min jagħmlu, iżda wkoll li joħloq tbissima fuq fomm ħaddieħor. Fil-Kottonera, mart il-Prim Ministru spjegat kif ‘Smiles with Miles’ hi motivazzjoni ġdida biex aktar nies jibdew jagħmlu jew iżidu l-mixi jew il-ġiri. Waqt li jgħinu lilhom infushom, se jikkontribwixxu wkoll lejn ġbir ta’ fondi għal proġetti speċifiċi favur adolexxenti fil-bżonn. Permezz ta’ app b’xejn fuq il-mobile, dawk li jagħmlu mixja jew ġirja se jkollhom il-mili mkejlin u tkun eliġibbli għal premji li jirrikonoxxu kisbiet personali. Iżjed minn hekk il-mili individwali se jingħaqdu mal-bqija tal-popolazzjoni u kif jintlaħqu l-250,000 mil numru ta’ kumpaniji privati qed jikkommettu donazzjoni għal proġetti ġodda ta’ saħħa mentali fost iż-żgħażagħ. Dr Abela qalet li hi rebħa għal pajjiżna li jkollna iktar nies attivi, li jsaħħu l-qagħda fiżika u mentali tagħhom u jesperjenzaw din l-attività flimkien mal-familji tagħhom fl-ambjent sabiħ ta’ pajjiżna. Hemm żewġ miri inizjali bil-fondi miġburin – kampanja ta’ għarfien dwar il-benes­ seri taż-żgħażagħ u riċerka fl-isfidi tal-addolexxenti fid-dinja tal-lum biex il-pajjiż ikun konxju x’rakkomandazz­ jonijiet irid iressaq. Wara x-xahar li ġej, din il-kampanja mis­ tennija tkompli bħala stil ta’ ħajja tagħna.


10

23.05.2021

AKTAR STANDARDS DUBJUŻI TA’ WARA L-GĦAŻLIET FL-ISTAFF TIEGĦU U MODI TA’ REKLAMAR LI MA JAQBLUX MAL-PRIETKI LI JAGĦMEL, IL-KUMMISSARJU GĦALL-ISTANDARDS FIL-ĦAJJA PUBBLIKA JLAQQATHA WKOLL MINGĦAND L-ISPEAKER GĦAL “ŻBALL KARDINALI” … TISSAĦĦAĦ IL-FEHMA LI M’GĦANDUX IKUN EKS DEPUTAT PARLAMENTARI Wieħed mill-uffiċċji li bħalissa għaddej dibattitu dwaru hu dak tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, li ilu jitmexxa minn Dr George Hyzler sa mill-ħolqien ta’ dan l-uffiċċju mill-Gvern Laburista f’Novembru tal2018. Wara investigazzjonijiet u konklużjonijiet, li qajmu dubji ta’ mottivi politiċi minn Hyzler, anke l-Prim Ministru Robert Abela staqsa jekk dan irrwol għandux ikun f’idejn eks membru Parlamentari u qal li jkun tajjeb jekk ikun hemm dibattitu dwar dan. Din il-ġimgħa, f’sensiela ta’ kontroversji li ċċirkondaw l-uffiċċju tiegħu, Hyzler, li serva bħala Segretarju Parlamentari fil-Gvern Nazzjonalista qabel l-2003, spiċċa laqqatha mingħand l-Ispeaker tal-Kamra tad-Deputati Anġlu Farrugia meta ċanfru għal “żball kardinali” li qatt ma kellu jieħu. Dan ġara meta f’laqgħa tal-Kumitat tax-Xogħol tal-Kamra, l-Ispeaker innota kif Dr Hyzler ma kellux ikompli jinvestiga l-każ ta’ erba’ ġurnalisti li kienu allegaw li tliet persuni żammewhom kontra l-volontà tagħhom f’Kastilja fis-sigħat bikrin tad-29 ta’ Novembru tal2019. Il-Qorti ma kinitx sabet lit-tliet persuni ħatja u lliberathom minn kull akkuża, imma kien tressaq appell, u għalhekk l-Ispeaker innota li l-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika ma kellu qatt jinvestiga każ li kien għadu mhux mitmum kompletament. Il-liġi dwar il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika tgħid li dan l-uffiċċju ma jistax ikun f’idejn Membru Parlamentari attwali. Hyzler kien Membru Parlamentari f’isem il-Partit Nazzjonalista bejn l-1995 u l-2003 u matulhom serva bħala Segretarju Parlamentari fil-Ministeru għasServizzi Ekonomiċi fl-aħħar erba’ snin. F’kummenti lill-midja, il-Prim Ministru Robert Abela wkoll qal li hemm numru ta’ emendi li jistgħu jsiru biex tkun imtejba s-sistema ta’ bħalissa tal-Kummissjoni dwar l-Istandards filĦajja Pubblika. Qamu argumenti fuq il-ħidma ta’ Hyzler wara li nqabad juża kejl differenti għall-membri tal-Gvern u l-mod kif kien jew għadu jimxi hu nnifsu. L-uffiċċju tiegħu ġie kkritikat anke fl-għażla tal-istaff tiegħu, li fil-maġġoranza assoluta tagħhom huma persuni ta’ fiduċja, anke jekk l-istess Hyzler kien kritiku għal għażliet simili minn ministeri tal-Gvern. Sar magħruf ukoll li x-xufier personali tiegħu għandu salarju li hu daqs ta’ tabib. Ma’ dan, l-informazzjoni, li ngħatat

fi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Laburista u Whip tal-Gvern Glenn Bedingfield lill-Ispeaker, li taħtu jaqa’ l-Kummissarju, kixfet kif il-Kummissarju Hyzler għażel ukoll lill-Eks Avukat Ġenerali Anthony Borg Barthet bħala konsulent. Borg Barthet, li ibnu Justin hu wkoll parti mill-forzi tal-establishment Nazzjonalista, baqa’ magħruf talli meta fir-rwol Kostituzzjonali li kellu fi żmien Gvern Nazzjonalista kien waqqaf passi kriminali kontra l-Eks Kummissarju tal-Pulizija George Grech.

L-Ispeaker Anġlu Farrugia Fl-aħħar jiem l-uffiċċju ta’ Hyzler ukoll ġibed ir-rabja fuqu dwar kif mexxa każ li fih issemma l-Ministru Carmelo Abela, bl-istess Bedingfield jgħid li, fil-konklużjonijiet tiegħu, il-Kummissarju kien qed jaġixxi b’mod preġudikat. Meta l-uffiċċju ta’ Hyzler sab lill-Ministru Abela ħati bi ksur tal-etika fuq reklam imħallas mill-fondi pubbliċi, hu qal li dan kien meqjus iżjed bħala propaganda personali aktar milli b’valur għall-pubbliku. Minkejja dan, inġibdet l-attenzjoni tal-Kummissarju li hu kien għamel reklam simili meta kien jokkupa l-pożizzjoni ta’ Segretarju Parlamentari, għaldaqstant mhu fl-ebda pożizzjoni li jiġbed l-attenzjoni fuq xi ħaġa li llum iqis ħażina u li kien għamilha hu stess preċedentement. Minbarra hekk, Membri Parlamentari Laburisti allegaw li dan ir-rapport fuq il-Ministru Abela kien ingħata lill-midja qabel ma ġie diskuss mill-Kumitat Parlamentari dwar Standards filĦajja Pubblika, u li din ma kinitx l-ew-

wel darba li ġara dan. Id-Deputat Bedingfield tenna li Hyzler kien qed imur kontra l-istandards tiegħu stess li jieħu gost jattwa fil-konfront tan-naħa tal-Gvern. Wara l-Mistoqsijiet Parlamentari tiegħu, Bedingfield intervjena numru ta’ drabi fil-Parlament biex jikxef l-aġir ta’ Hyzler u l-uffiċċju tiegħu. F’aġġornament fil-Parlament, Bedingfield tkellem b’diżappunt dwar l-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika wara li Mistoqsijiet Parlamentari li għamel, baqgħu ma twiġbux għal xhur sħaħ mill-istess Kummissarju għall-Istandards, li qed jadotta riga separata ta’ standards għalih innifsu. Waqt li enfasizza li qed ikun hemm motivi politiċi wara l-ħidma tal-Kummissarju Hyzler, Bedingfield qal kif Mistoqsijiet Parlamentari dwar ħidmet l-uffiċċju fl-24 ta’ Frar kienu għadhom mhux imweġbin. Dawn kienu jittrattaw l-ingaġġ ta’ konsulenti mqabbdin mingħajr sejħa pubblika u li din ma kinitx l-ewwel darba li Dr Hyzler evita milli jkun trasparenti u jwieġeb il-mistoqsijiet li jsirulu. Kemm Bedingfield kif ukoll il-Ministru Abela semmew każi ta’ reklamar min-naħa ta’ Hyzler. Fil-fatt fil-kritika tiegħu Abela semma reklam ta’ Hyzler li kien sar f’ġurnal 23 sena ilu meta dan kien għadu Membru Parlamentari u spjega kif dan ir-reklam hu eżempju ta’ standards differenti. Anki Bedingfield qal li meta George Hyzler kien Segretarju Parlamentari, fi żmien amministrazzjonijiet preċedenti, hu kien ikun irid raġuni biex iwieġeb fil-Parlament b’informazzjoni dwar reklamar, avolja kien fid-dmir li jagħmel dan. Il-Whip tal-Gvern qal ukoll li filwaqt li l-Gvern ma jistax jagħmel reklam, l-uffiċċju ta’ Hyzler meta jkun irid jagħmel reklam jaqbad u jagħżel sit elettroniku jew gazzetta hu. Aktar minn hekk, Bedingfield innota kif anke fuq ingaġġ ta’ persuni ta’ fiduċja, il-Gvern għandu standards għolja, imma r-regoli ma jidhrux li japplikaw għall-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards. Anke fejn jidħlu dawk imsejħin bħala persuni ta’ fiduċja hemm rigi differenti, qal Bedingfield. Hu nnota li ħamsa minn sitt persuni li jaħdmu fl-uffiċċju ta’ Hyzler huma persuni ta’ fiduċja, uħud li kienu jaħdmu fl-uffiċċju tiegħu meta kien Segretarju Parlamentari. Hawnhekk Bedingfield semma kif hemm impjegata persuna f’dan l-uffiċċju li kienet taħdem

ma’ ġurnal partikolari. Interessanti li f’dan il-ġurnal qed jiġu rrappurtati leaks mill-uffiċċju tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika. Dwar il-bżonn ta’ dan l-uffiċċju m’hemmx argumenti kontra, tant li l-kritika li qed issir mhix kontra din l-istituzzjoni. Min-naħa ta’ Dr Hyzler kien hemm ukoll reazzjoni. F’ittra li bagħat lill-Ispeaker tal-Kamra, wara l-aġġornament ta’ Bedingfield, hu qal li mhux minnu li qed jirrifjuta li jwieġeb Mistoqsijiet Parlamentari dwar l-uffiċċju tiegħu, iżda fl-istess ħin tenna li “konxju li hemm żewġ domandi oħrajn pendenti”. Dwar il-kritika li għamel reklamar f’siti elettroniċi jew ġurnali speċifiċi, ammetta li dan għamlu, imma qal li “kien prudenti fl-infiq tiegħu u għażel dawn iż-żewġ mezzi għax kienu biżżejjed biex jilħqu udjenza nazzjonali.” Hyzler ċaħad ukoll li qatt inħarġu dokumenti b’mod klandestin mill-uffiċċju tiegħu. Anzi tefa’ l-ġebla fuq saqajn id-deputati billi qal li jekk ġie żvelat xi rapport dwar investigazzjoni li saret minnu, dan sar wara li r-rapport tqassam mill-President tal-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika lid-deputati taż-żewġ naħat tal-Kamra li huma membri tal-Kumitat. L-aħħar li kkummenta b’rabta ma’ Hyzler kien Bedingfield, dwar dibattitu ieħor li għaddej, dwar min se jkun l-Ombudsman il-ġdid. Fuq il-mezzi soċjali kiteb: “Qrajt u naraha stramba kif (il-Kap tal-Oppożizzjoni) Bernard Grech irid lir-raġel tal-Avukat difensur ta’ Yorgen Fenech bħala Ombudsman, George Hyzler. Bernard Grech irid jagħti wkoll il-maħfra lil Yorgen Fenech u jaqbel mal-maħfra lill-aħwa Degiorgio wkoll”, b’referenza għall-allegati mandant u eżekuturi fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. “Kos hux, meta Hyzler investiga l-għoti ta’ rigal minn Yorgen Fenech lil Joseph Muscat (tliet fliexken inbid prezzjużi), Hyzler lanqas iddikjara kunflitt ta’ interess. Għandna bżonn Ombudsman serju,” kompla l-Whip talGvern. Il-proposta tal-Oppożizzjoni biex George Hyzler li bħalissa hu l-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubbblika jkun l-Ombudsman il-ġdid, ma tantx intlaqgħet tajjeb minnaħa tal-Gvern. It-terminu tal-Ombudsman Anthony Mifsud spiċċa f’Marzu li għadda u dan wera li mhux interessat f’terminu ġdid. Sadanittant flaħħar żvilupp li kien hemm f’din


11

23.05.2021

HYZLER is-saga kollha kienet meta l-Ispeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia nnota li l-Kummissarju Hyzler ma kellux ikompli jinvestiga każ partikolari li għadu pendenti l-Qorti u li fir-rapport ta’ dan tal-aħħar kien hemm ukoll żball kardinali li urtah bil-kbir, għax Hyzler ibbaża l-argumenti tiegħu kontra l-istess Speaker fuq premessa żbaljata. “Jiġifieri ma kinitx għax Joseph Muscat ma kienx għadu fil-Parlament, jiġifieri hawnhekk għamlu korrezzjoni, għax jien poġġejtu fuq il-mejda tal-Kamra u issa ovvjament huwa pubbliku u trid tirranġaha din għax hija kompletament falza, mhux veritiera,” insista ma’ Hyzler f’wiċċu b’reazzjoni għar-rapport tal-Kummissarju. Fil-laqgħa l-Ispeaker irrimarka li hu kellu jagħti ruling u kompla jispjega li jekk Hyzler ma jaqbilx ma’ dan ir-ruling, għandu kull dritt, imma mhux li jgħid, kif għamel fir-rapport tiegħu, li l-Ispeaker ma kellux il-poter li jagħti ruling. Filfatt l-Ispeaker Farrugia kompla jċanfar lil Hyzler u qallu “Minn fejn toħroġ li ma kellix poter? Ir-rulings min jagħtihom?”. Hu qallu li kellu kull dritt ma jaqbilx ma’ deċiżjoni tas-Sedja, imma mhux li jidħol f’diskussjoni pubblika dwarha. Il-Professur Ian Refalo, li hu espert fil-liġi, kien qal li l-Ispeaker għamel sew u skont il-liġi, li jagħti ruling fuq proċess Parlamentari li fih waqqaf lill-Kummissarju tal-Istandards fil-Ħajja Pubblika milli jinvestiga każ li għadu sub judice fil-Qorti.

KEJL TAL-KWALITÀ TAL-ARJA FL-AJRUPORT BIN-NAĦAL Wara li fl-2016 l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta (MIA) ikkollabora ma’ naħħal lokali biex jipprovdi mġiebaħ binnaħal tal-għasel, riċentement il-proġett kompla jikber bl-introduzzjoni tat-tieni miġbħa. Dan il-proġett, apparti li jħares il-kolonji tan-naħal, li qegħdin jonqsu minħabba l-qirda tal-abitati natu-rali tagħhom, qiegħed iservi ta’ benefiċċju wkoll għall-Ajruport biex jimmoniterja l-kwalità tal-arja tal-madwar. Għalhekk, biex dan ikun possibbli, kampjuni mill-għasel miġbur minn dawn l-imġiebaħ qegħdin jintbagħtu barra minn Malta f’laboratorju apposta biex jiġu analizzati. Jirriżulta li l-konċentrazzjoni ta’ metalli tqal u idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (PAH) ma jaqbżux il-livelli permessi mill-Unjoni Ewropea. Dan huwa wieħed mil-benefiċċji tal-proġett tan-naħal u t-testijiet li jsiru fuq il-kampjuni tal-għasel li jinħasad matul

is-sena. L-istess studju jsir fuq kampjunji ta’ għasel miġbur minn imġiebaħ f’żoni rurali ta’ Malta u, skont it-testijiet li saru, ir-riżultati huma komparabbli sew ma’ dawk tal-Ajruport. L-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta pprovda biċċa art ta’ madwar 150 metru kwadru lil naħħal biex ikun jista’ jrabbi n-naħal f’abitat addattat bi pjanti indiġeni. Il-popolazzjoni tad-dakkara issa tlaħħaq mas750,000 naħla, li din is-sena mistennija jipproduċu madwar 270 kilo ta’ għasel. Hu kkalkulat li, biex jiġu prodotti 500 gramma ta’ għasel pur, naħla trid tiġbor nettaru minn madwar żewġ miljun fjura. Tagħrif li pprovda l-MIA jistma li fl-imġiebaħ tiegħu stess hemm 15-il reġina, li kapaċi jbidu massimu ta’ 2,000 bajda kuljum. Proġetti ta’ din ix-xorta qegħdin isiru popolari fl-ajruporti kollha madwar id-dinja, bi Munich, Malmo, Vaclav

Havel u Chicago O’Hare huma wħud li għandhom l-imġiebaħ stabbiliti tagħhom. Jirriżulta li dan tal-aħħar hu l-akbar wieħed, b’iżjed minn miljun naħla residenti. Sadanittant fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tan-Naħal, li ħabat nhar il-Ħamis li għadda, il-Ministru għall-Enerġija, Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ħabbret proġett simili li se jkun jista’ jitgawda minn kulħadd, waqt li jqajjem kuxjenza popolari dwar l-importanza tan-naħal fil-ħajja. Dan il-proġett ikopri minn ġnien ta’ madwar 1,000 metru kwadru għall-pollinizzazzjoni f’San Ġwann b’investiment ta’ madwar €300,000. Iż-żewġ għanijiet ta’ dan ilproġett huma li jitkomplew jitħarsu l-kolonji tan-naħal lokali, billi anke jiżdiedu l-abitati ta’ dawn id-dakkara, u jiġi pprovdut spazju miftuħ għall-familji bl-opportunità li jservi bħala spazju edukattiv dwar l-importanza tan-naħla.

IL-PASSA TAL-GĦASAFAR F’WEBINAR

Il-Kummissarju George Hyzler

Il-passa tal-annimali, speċjalment dik tal-għa­ sa­far, se tkun is-suġġett tal-webinar li jmiss ta’ Heritage Malta, li se jixxandar dirett fuq Facebook nhar l-Erbgħa li ġej fis-6.30 p.m. John J. Borg, kuratur anzjan għall-istorja na­tu­­rali fi ħdan Heritage Malta u ornitologu b’aktar minn 35 sena esperjenza, se jagħti ħarsa dettaljata lejn dan il-fenomenu li jseħħ darbtejn fis-sena. Filwaqt li jiddeskrivi l-preferenzi ta’ speċi differenti ta’ għasafar huma u jpassu – bħal jekk jippreferux jittajru fuq l-art jew fuq il-baħar, binhar jew billejl – Borg se jelenka wkoll il-bosta tbatijiet li jgħaddu minnhom l-għasafar tul il-vjaġġ iebes tagħhom u jagħti tagħrif dwar id-distanzi twal li

jkopru, u li jvarjaw skont l-ispeċi. Il-webinar bla ħlas se jinkludi tagħrif dwar l-istorja tal-użu taċ-ċrieket fl-istudju tal-għasa­far u kif din l-għodda għar-riċerka ddaħħlet f’Malta wkoll, filwaqt li tingħata dimostrazzjoni ta’ kif għasfur jitlibbes ċurkett. Se jingħata wkoll tagħrif dwar liema huma l-postijiet ideali mnejn wieħed josserva l-movimenti tal-għasafar. Il-webinar se jinkludi sessjoni ta’ mistoqsi­jiet u se jsir bilMalti, iżda jkun hemm sottotitli bl-Ingliż. Il-parteċipanti li jixtiequ jagħmlu mistoqsijiet għandhom jirreġistraw minn qabel online (https:// zoom.us/webinar/register/WN_w7pK8EQZRGWL1GwIXWtD-Q).


12

23.05.2021

ĦAQQNA L-AĦJAR

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Ħaqqna l-aħjar aċċess għall-mediċini u ħaqqna wkoll l-aħjar kura. Id-dritt għallaċċessibiltà u l-affordabilità fil-qasam tas-saħħa jixpruna diskussjonijiet kbar fuq livell Ewropew, xejn anqas issa li qed inħarsu lejn iż-żmien ta’ wara pandemija globali. Bħalissa, fl-Unjoni Ewropea qed naħdmu fuq l-istrateġija dwar il-farmaċewtika bil-għan li tissaħħaħ il-kompetittività tal-industrija kif ukoll l-affordabilità u l-aċċessibilità tal-mediċini. Intant, il-Kummissjoni Ewropea ikkommettiet ruħha li b’din l-istrateġija tistudja mezzi differenti kif l-Unjoni jkollha mediċini u kura ta’

kwalità li jilħqu l-aspettattivi tal-pazjent, apparti li jkunu affordabbli. L-istrateġija se taħdem ukoll biex tissaħħaħ ir-relazzjoni bejn mediċini jew riċerki ġodda li qed ifeġġu u l-bżonnijiet tal-pubbliku. Dan jista’ jnaqqas il-bżonn li l-Istati Ewropej jiddependu minn materjal impurtat minn pajjiżi terzi, u jgħin biex kumpaniji fil-qasam tal-farmaċewtika fl-Ewropa stess isiru aktar kompetittivi b’mod globali. Tajjeb li nfakkru, li anke fuq livell lokali, il-Gvern Malti hu impenjat sabiex jiżgura l-affordabbiltà u l-aċċessibbiltà għall-mediċini. Mill-2013 sallum, b’kollox traħħas il-prezz ta’ aktar minn 300 mediċina f’Malta, u ġiet introdotta 226 ġenerika ta’ kwalità tajba bi press imraħħas. Fl-aħħar ġimgħat, smajna aħbar ta’ traħħis sa 59% fil-prezzijiet ta’ 42 mediċina li diġà kienu fissuq. Minkejja sfidi bħall-Brexit u l-COVID-19, se jkunu introdotti wkoll 29 mediċina ġenerika ta’ kwalità fis-suq Malti bi prezz sa 73% orħos minn f’pajjiżi oħra. Lura għas-suq Ewropew, nemmen ukoll li l-istrateġija għall-farmċewtika għandha timxi id f’id ma’ investiment

li diġà hemm ippjanat taħt il-programm Horizon Europe, li bħalissa qed naħdem fuq l-implimentazzjoni ta’ parti minnu. Wara ftehim bejn il-Kunsill u l-Parlament Ewropew se jkollna fond ta’ €95 biljun, li parti minnu se jiffoka fuq riżorsi addizzjonali u riċerka adegwata fil-qasam tas-saħħa. Għandi fiduċja kbira f’dan il-programm għaliex ir-riċerka u l-iżvilupp fis-saħħa u l-mediċina jistgħu jagħtu imbuttatura b’saħħitha lil dan il-qasam u l-aċċessibbiltà tiegħu. Onorata li bħala negozjatur fl-implimentazzjoni ta’ din il-parti tal-programm, se jkunu msaħħa wkoll ftehimiet bejn il-Kummissjoni, Stati Membri u l-privat sabiex flimkien mal-aktar partijiet interessati fis-settur, nippromwovu r-riċerka u l-innovazzjoni bl-għan li naslu għal soluzzjonijiet kompetittivi għal sfidi li qed naffaċċjaw. Din il-parti tal-programm se tiffoka wkoll fuq ekosistema komuni għall-Unjoni Ewropea fejn tidħol l-innovazzjoni fis-saħħa. L-għan hu li jonqos iż-żmien ta’ bejn ir-riċerka u r-riżultat aħħari li jara l-pazjent, kif ukoll li r-relazzjoni u l-proċess ta’ bejn l-għarfien u

l-kura jissaħħu. B’hekk nassiguraw ukoll li kwistjonijiet ta’ saħħa li s’issa ma ġewx indirizzati b’mod addattat, ikollhom l-għodda li hemm bżonn. Apparti li tkun kompetittiva, l-industrija tas-saħħa fl-Ewropa, għandha tkun b’saħħitha biżżejjed biex tindirizza l-bżonnijiet tal-pazjent bl-aqwa mod. Għalhekk ikkommettejt ruħi biex nimbotta għal involviment akbar ta’ għaqdiet li jagħtu vuċi lill-pazjent u lis-soċjetà ċivili. Punt partikolari għal qalbi hu li permezz tar-riċerka u l-innovazzjoni rridu nsaħħu l-ġlieda kontra l-mard rari. Fil-ħidma tiegħi ltqajt ma’ diversi assoċjazzjonijiet li jaħdmu ma’ pazjenti b’mard rari, u tkellimt ukoll ma’ pazjenti u qrabathom, fejn rajt b’għajnejja t-tbatijiet li jgħaddu minnhom. Irridu niftakru li l-mard rari jaffettwa mat-30 miljun persuna fl-Ewropa, aktar mill-popolazzjoni tal-Belġju u l-Olanda f’daqqa. Għodda essenzjali oħra fejn jidħol il-qasam tal-mard rari u l-aċċessibbiltà għal kura adekwata hi l-użu tat-teknoloġija. Fil-fatt, meta f’Novembru l-Kummissjoni pproponiet ‘l-Unjoni Ewropea tas-Saħħa’,

semmiet pjan ta’ sorveljanza fuq livell Ewropew li jopera bl-intelliġenza artifiċjali. Dan jiffaċilita l-mod kif il-Kummissjoni żżomm informazzjoni dwar sodod disponibbli f’kull pajjiż, in-numru ta’ professjonisti mħarrġa u l-kapaċità fil-kura intensiva. Proposta oħra hija pjan ta’ preparazzjoni minn kull Stat Membru, b’għajnuna mill-aġenziji Ewropej fit-twettiq tiegħu. L-għan aħħari tal-Unjoni tasSaħħa hu li tgħin sabiex ikun hemm koordinament aħjar f’dan il-qasam u l-aħjar rispons għal kriżijiet futuri. Ħidma importanti qed issir ukoll grazzi għall-programm EU4Health, li se jara li jiġu investiti daqs €5 miljun sabiex jiġu indirizzati sfidi bħall-ġlieda kontra l-kanċer u l-aċċessibilità għall-mediċini. Għalija l-ħidma li se tkompli fix-xhur li ġejjin fi Brussell tirrifletti d-dritt bażiku ta’ kull individwu għal kura tas-saħħa adegwata, b’mod li taddatta ruħha wkoll għal realtajiet ġodda. Dan se jkun pass importanti biex minn issa nibdew nibnu qasam tassaħħa ħolistiku u reżiljenti fuq livell Ewropew, li jżomm il-pazjent fiċ-ċentru ta’ ħidmietu.


13

23.05.2021

FLIMKIEN

GEORVIN BUGEJA President FŻL

Matul din il-Ġimgħa, il-Prim Ministru ħabbar il-mod kif se jkunu qed jitqassmu l-€100 vouchers għal kull persuna li tagħlaq 16-il sena sal-aħħar ta’ April 2021. Wegħda oħra tal-baġit li qed titwettaq. Forsi għal ħaddieħor, li staqsa “fejn huma l-vouchers?”, din l-aħbar ma tantx niżlet għasel. Iżda bil-kontra ġara għall-familji u n-negozji. Bl-istess inizjattiva, sena ilu, għal kull ewro li l-Gvern ta lin-nies biex jonfqu, il-poplu nefaq ewro oħra. Dan ifisser li l-pjan tal-Gvern biex jgħin lill-familji u jinkoraġġihom fi żmien ta’ kriżi, akbar minn dik tal-2008, irnexxa. Waqt li qed nikteb dan l-artiklu, probabbli, żgħażagħ ta’ etajiet differenti qed jippreparaw għall-eżamijiet. Uħud minnhom eżamijiet tal-aħħar tas-sena skolastika, oħrajn li se jwittu t-triq għall-futur ta’ diversi żgħażagħ. Qed nirreferi għall-eżamijiet tas-SEC u l-MATSEC. Kellu jkun Gvern Laburista li jelimina l-ħlas fuq dawn l-istess eżamijiet. Bissaħħa t’hekk aktar żgħażagħ għandhom iċ-ċans biex jagħmlu dawn l-eżamijiet mingħajr piż fuq il-familjari. Inizjattiva oħra li tħabbret din il-ġimgħa kienet dik li l-is-

tudenti tal-postsekondarja se jkollhom sena internet b’xejn. Wegħda oħra li qed titwettaq. Bis-saħħa ta’ hekk kull student se jkollu opportunità ta’ aċċess għall-internet li llum il-ġurnata huwa neċessità, speċjalment fl-istudju. Dan hu aktar fid-dawl tal-esperjenzi li għexna tul din is-sena meta l-lezzjonijiet kellhom isiru kollha online. It-teknoloġija llum saret essenzjali fejn jidħlu l-edukazzjoni u l-istudju. Għalhekk jibqa’ daqstant ieħor essenzjali li kulħadd ikollu d-dritt għall-aċċess tal-internet. Dan biex ma nsemmux l-inizjattiva li diġà hemm ukoll li studenti jużaw tal-linja b’xejn. Inċentiv biex jitnaqqas l-ivvjaġġar bit-trasport privat u tiddaħħal kultura fejn l-użu tat-trasport pubbliku jkun normalizzat. B’hekk mhux talli titnaqqas il-konġestjoni, iżda wkoll ikun megħjun l-ambjent għax jitnaqqsu l-emissjonijiet. Dawn t’hawn fuq huma biss ftit eżempji ta’ kif iż-żgħażagħ qed jibqgħu jibbenefikaw minn investiment kontinwu fihom. Il-lista hija infinita. Iżda żgur li jibqa’ l-fatt li l-investiment fil-ġenerazzjonijiet li tilgħin qatt mhu biżejjed. Minkejja li l-pandemija ħarbtet ir-ritmu li bih konna għaddejjin, jidher li pajjiżna qiegħed fuq quddiem nett biex jassigura li jirritorna lura lejn in-normalità li konna drajna biha. Paripassu hemm il-fiduċja fiż-żgħażagħ u f’futur li jixirqilhom. Pajjiżna jrid ikun lest għall-isfidi li għandna quddiemna biex niżguraw futur b’saħħtu lejn il-ġenerazzjonijiet li ġejjin. M’għandix dubju li r-reżiljenza tagħna se twassalna għal kisbiet ta’ bosta suċċesi, flimkien.


14

23.05.2021

IL-KAMPA TINDIF NA S’ISSA ĠA TUNNELLAT

Din il-ġimgħa l-kampanja ta’ tindif u tisbiħ nazzjonali, imsejħa “Inseb tnaddfu mill-ħaddiema tas-Servizz Pubbliku. Minn dawn it-toroq inġ iħammeġ it-to It-toroq involuti s’issa wkoll ingħataw nifs ġdid permezz ta’ żebgħa fu tal-franka, inbidlu 276 bozza tat-triq li ma kinux qed jaħdmu u saret Minbarra l-510 tunnellati ta’ materjal li nġabar minn dawn it-toro illegalment f’diver “Dawn huma numri li juru l-ħidma sfiqa ta’ bejn 450 u 700 ħadd l-effett li qed tħalli din il-kampanja. Però l-akbar riżultat jista’ jarah Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar li Hu żied jgħid li dan mhux biżżejjed, u li fil-jiem li ġejjin “Insebbħu s-sehem tiegħu u jż Il-ħidma tkopri kważi t-toroq arterjali kollha ta’ pajjiżna u d fosthom il-Belt Valletta, il-Mosta, San Ġiljan, Marsaskala, Bir in-Naxxar, Buġibba, u l-Qawra fost oħrajn. In-numru ta Il-kampanja “Insebbħu Pajjiżna” tinvolvi ħidma kordinata tal-Indafa Pubblika, Parks Malta, id-Dipartiment tax-Xo Malta, u l-Foundation


23.05.2021

ANJA TA’ AZZJONALI ABRET 510 TI TA’ SKART

bbħu Pajjiżna”, qabżet l-400 kilometru ta’ toroq u postijiet pubbliċi li ġabru aktar minn 510 tunnellati ta’ skart u materjal li qabel kien qed oroq tagħna. uq 174 central strip u roundabout, issewwew 41 ħajt tas-sejjieħ jew manutenzjoni fuq diversi bankijiet, railings u għamara oħra tat-triq. oq, inġabru wkoll 185 tunnellata ta’ skart tal-kostruzzjoni mormi rsi naħat tal-pajjiż. diem tas-Servizz Pubbliku li qed jipparteċipaw f’din l-inizjattiva u h kulħadd: toroq nodfa u postijiet pubbliċi miżmuma sew,” qal isl-uffiċċju tiegħu qed jikkordina din il-kampanja. u Pajjiżna” ħa tqajjem aktar kuxjenza biex anke l-pubbliku jagħti żomm Malta nadifa. diversi lokalitajiet li fl-aħħar jiem iddaħħlu f’dan l-eżerċizzju, rżebbuġa, Birkirkara, Tas-Sliema, il-Gżira, San Pawl il-Baħar, a’ lokalitajiet mistenni jkompli jikber kull jum li jgħaddi. minn diversi ministeri, u l-ħaddiema ġejjin mid-Diviżjoni ogħlijiet Pubbliċi, Ambjent Malta, Enemalta, Transport n for Tourism Zones.

15


16

23.05.2021

PM BIL-ĠID TAL-POPLU F’MOĦĦU SEAN APAP MELI

KANDIDAT GĦALL-1 U S-6 DISTRETT Twelidt fit-13 ta’ Jannar 1986, bit-tieni wild għal Joe u Marion Meli. Ħadt l-edukazzjoni primarja tiegħi fl-iskola Tereza Nuzzo l-Ħamrun u l-Marsa u mbagħad l-istudji komplew fis-Seminarju tal-Arċisqof f’Tal-Virtù r-Rabat. Fis-snin tal-Junior College sirt attiv fl-Għaqda Studenteska Pulse. F’din l-Għaqda, okkupajt diversi rwoli fosthom Uffiċjal għal Junior College, membru tal-Eżekuttiv għal diversi snin kif ukoll kont responsabbli mill-qasam tal-Politika Soċjali u dik Nazzjonali. Tul dawn is-snin, waħda mill-pożizzjonijiet li kont ħdimt fuqha kienet li l-istipendju jibda jiżdied skond l-għoli tal-ħajja. Proposta li l-Partit Laburista, laqagħha u wettaqha bis-sħiħ. Okkupajt ukoll karigi ta’ Segretarju tat-taqsima żgħażagħ tal-General Workers Union kif ukoll kont membru tal-kunsill nazzjonali tal-istess Union. Kont President tal-Kunsill Nazzjonali taż-żgħażagħ kif ukoll membru b’diversi karigi fl-eżekuttiv tal-istess KNZ. Fis-sena 2010, gradwajt f’baċellerat fil-Politika Soċjali, imbagħad komplejt bl-istudju fil-liġi u fis-sena 2013 gradwajt f’Baċellerat fil-Liġi u Diploma ta’ Prokuratur Legali. Fis-sena 2018, gradwajt b’Dottorat fil-Liġi bħala Avukat. Fil-5 ta’ Mejju 2018, iżżewwiġt lil Analise, fil-knisja tal-Kapuċċuni, il-Furjana. Naħdem fid-dipartiment tas-Sigurtà Soċjali. PROFESSJONI - Avukat STAT – Miżżewweġ lil Analise Apap Meli LOKALITÀ FEJN JGĦIX - Ħal Qormi IKEL FAVORIT – Għaġin bi prodotti tipikament Maltin

KTIEB FAVORIT – Manwel Dimech – Ktieb dwar Manuel Dimech ta’ Patri Marc Montebello u Ix-Xhud li ma deherx ta’ Dr. Gorg Zammit ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – “Ask not what your country can do for you, ask what you can do for your country” - John F. Kennedy

PASSATEMP – Qari u mixi fil-kampanja Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Il-ħsibijiet tal-Partit Laburista, fosthom li jkun viċin dawk li l-aktar jeħtieġu l-għajnuna u titjib tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, huma fost l-aktar li bihom iddeċidejt li nikkon-

testa l-elezzjoni ġenerali mal-Partit Laburista. L-isfond ta’ ħidmieti fil-qasam soċjali u fil-passat bħala uffiċjal taż-Żgħażagħ tal-General Workers Union flimkien ma’ għaqdiet tal-istudenti u żgħażagħ, dejjem rajt li l-valuri soċjal-demokratiċi jkunu l-gwida sabiex inwasslu ħidma għal dawk li

nkunu qed nirrappreżentaw. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Il-Partit Laburista, tul din il-leġiżlatura wettaq diversi riformi li kienu bżonjużi għall-ġid taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. L-aktar kisba, li fl-opinjoni tiegħi, kienet waħda ta’ suċċess hija dik relatata mal-kundizzjonijiet tax-xogħol. Dan fir-rigward, li għadd ta’ ħaddiema kellhom ilftehim kollettiv tagħhom, aġġornat u pagi mtejba. Dan jista’ jingħad kemm għall-ħaddiema kollha taċ-ċivil kif ukoll dawk f’sezzjonijiet speċifiċi bħall-Korp tal-Puliżija, il-Protezzjoni Ċivili u l-Gwardjani tal-Ħabs. Dan wassal sabiex ikun hemm kundizzjonijiet tax-xogħol aħjar u li għandhom id-dritt li jingħaqdu f’union. Apparti minn dan, id-dritt tal-vot għal żgħażagħ ta’ 16-il sena kien dritt li ġie akkwistat wara għadd ta’ snin li fihom iż-żgħażagħ jistgħu jivvutaw u anke jipparteċipaw f’elezzjoni. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin? Il-Partit Laburista, filwaqt li niftakar tliet mexxejja tiegħu, lil Dr. Alfred Sant, Dr. Joseph Muscat u lill-Mexxej attwali Dr. Robert Abela, dejjem żamm prinċipju wieħed, li dak il-ġid li jiġi maħluq għandu jiġi mqassam bejn kulħadd. Il-Partit Laburista mhux biss ġedded il-bini tiegħu bħala ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, imma ġedded ukoll l-ideat u l-ħsibijiet tiegħu. Bid-deċiżjonijiet meħuda sabiex dan il-pajjiż jiġi mmodernizzat u li d-drittijiet ċivili ġodda jkunu l-ord-

ni tal-ġurnata. Il-Partit Laburista, għaraf speċjalment mir-referendum tad-Divorzju, li l-Maltin u l-Għawdxin huma lesti li jimxu ’l quddiem u dak li huwa normali f ’pajjiżi Ewropew u lil hinn, ikun l-istess f ’pajjiżna. Drittijiet ċivili bħal żwieġ indaqs kif ukoll li sabiex persuna tibdel il-ġeneru tagħha, tista’ b’mod faċli ssir quddiem Nutar Pubbliku, dan għamel il-ħajja aktar faċli u b’inqas burokrazija. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Id-deċiżjonijiet li ħa l-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Dr. Robert Abela, kienu deċiżjonijiet li kienu meħuda fil-ħin propizju tagħhom u dejjem mexa bil-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi fil-ħsibijiet tiegħu. Il-pandemija kienet test li fiha, il-Prim Ministru kellu juri l-abbiltajiet tiegħu ta’ tmexxija fl-oqsma kollha, speċjalment dawk relatati mas-saħħa u mal-aspetti ekonomiċi sabiex dak li kien meħtieġ, finalment sar. Riformi kostituzzjonali u oħrajn li saru sabiex il-pajjiż verament jogħla ’l fuq. Eżempju ta’ dawn ir-riformi kienet il-ħatra tal-ġudikatura. Ħatra ta’ prim imħallef, imħallfin u maġistrati li mhux f ’idejn l-eżekuttiv. Fuq dan il-punt minkejja li kawża li nfetħet mill-għaqda non-governattiva, il-Qorti Ewropea ddeċidiet li ma kien hemm xejn ħażin li ġudikanti kienu jinħatru mill-eżekuttiv. Flok, Dr. Abela, stenna d-deċiżjoni għamel riforma li l-ġudikanti jinħatru minn entità separata. Dan u hemm ħafna oħrajn li wieħed jista’ jsemmi. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Il-ħolma tiegħi għal pajjiżna hija, li l-istat jipprovdi dak kollu possibbli sabiex dawk f ’età żgħira jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom, li bħala soċjetà nirrispettaw iktar lil xulxin u bħala persuni fil-ħajja publika, meta nagħtu servizz lil pajjiżna, nagħmlu dan b’rispett sħiħ lejn iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin kollha.


17

23.05.2021

IL-PL GĦADU JIĠĠEDDED SAL-LUM RAY ABELA

KANDIDAT GĦAT-3 DISTRETT Ray Abela, magħruf l-aktar bħala personalità televiżiva, espert u edukatur fil-qasam tat-tek­ no­loġija diġitali. Twieled ġewwa ż-Żejtun – għex u trabba ż-Żejtun. Familja tal-ħaddiem. Qatta’ t-tfulija tiegħu fis-sajf ġewwa l-hekk msejħa r-Ramla taż-Żwieten. Minn età żgħira kellu twemmin Soċjalista mnebbaħ minn zijuh Wistin Abela, Deputat Prim Ministru u Ministru li fis-sebgħinijiet u tmeninijiet kien strumentali biex jgħin lill-batut u lill-ħaddiem. Pijunier fit-teknoloġija f’pajjiżna u matul dawn l-aħħar 35 sena mexxa ’l quddiem il-kumpanija TCTC u proġetti varji. Għamel diversi snin jistudja f’diversi akkademji tal-IT fir-Renju Unit meta f’Malta l-idea tal-kompjuters kienet għadha ferm remota. Fost għadd ta’ rikonoxximenti, fl-2007 ingħata l-unur tal-aqwa proġett televiżiv u edukattiv mill-British Computer Society u l-2012 ġie nnominat għall-aqwa Entrepreneur ta’ Malta. Ħadem ukoll bħala lettur tat-teknoloġija u l-ipprogrammar ma’ diversi intrapriżi, inkluż meta l-Gvern ħoloq l-istrateġija ta’ informatika li fit-tmeninijiet kienet fiċ-Ċentru tal-Kompjuters f’Ħad-Dingli, illum il-MITA. PROFESSJONI - Direttur Maniġerjali u proprjetarju tat-TCTC, Prinċipal f’numru ta’ akkademji, bħal TCTC Malta, TCTC International u MDA Academy u konsulent fuq proġetti innovattivi fl-edukazzjoni ma’ entitajiet, fosthom fl-ospitalità, it-teknoloġija u l-kostruzzjoni. STAT – Jgħix ma’ Celaine Attard u t-tifla Kate, li għandha xahrejn. Missier ta’ żewġt itfal oħra bniet, Kylie Marie u Shannon Jo Abela LOKALITÀ FEJN JGĦIX – Iż-Żejtun IKEL FAVORIT – Il-ħut, għalkemm xi platt tal-imgħarfa mingħand ommu jinżillu għasel

PASSATEMP – Tpinġija u arti astratta, tisjir, trobbija tal-ħut tropikali, futbol u baħar KTIEB FAVORIT – Bħalissa qed naqra Becoming ta’ Michelle Obama ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Il-ħin hu s-soluzzjoni ta’ kollox u isma’ ħafna aktar milli tgħid. Meta jkollok diffikultà, agħtiha l-ħin għax żgur li meta tirrifletti ssib soluzzjonijiet tajbin. Qatt taġixxi b’mod istantanju – aħseb qabel titkellem. Bi kliemek taf tweġġa’ lil xi ħadd u jiddispjaċik. Nipprova nħalli lil dak li jkun jgħid tiegħu … importanti li tagħti importanza u attenzjoni lin-nies.

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?

jagħti l-opportunitajiet lil kullħadd, u dejjem kien it-tarka tal-batut.

X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta?

Wara 35 sena naħdem fejn stabbilix­xejt il-kumpanija tiegħi nħoss li issa wasal iż-żmien li nagħti aktar lil dan il-poplu. Issa mhux tagħlim b’xejn kif dejjem għamilt mal-ġenerazzjonijiet kollha, issa wasal iż-żmien illi dawk il-valuri Soċjalisti li dejjem ħad­dant minn età żgħira, napplikahom fil-politika. Il-politika nibtet fija meta fit-tmeni­ nijiet bdejt inħarreġ nies fiċ-ċentri Labu­risti fil-kompjuters; u daħħalt l-idea tal-informatika fil-kumitati u l-Partit li dak iż-żmien kien jopera mill-Maċina. Għadni mimli bl-inizjattiva, l-ideat u l-enerġija biex nibqa’ nagħti sehmi. Iż-Żejtun hu l-post fejn twelidt, għext u trabbejt … u minn fejn bdejt il-karrie­ ra tiegħi. Xprunat mill-instint familjari taz-ziju Wistin Abela li dak iż-żmien kien ikona Soċjalista fuq it-tielet distrett. Nemmen li nista’ nkun ta’ kontribut f’diversi oqsma. Il-viżjoni u l-impenn tiegħi huma li nara lil pajjiżi u lil dan il-poplu ħabrieki jimxi ’l quddiem. Nemmen fuq l-importanza tal-ħsieb u l-valuri ta’ Malta l-ewwel u qabel kollox. Frażi li tibqa’ koerenti u stampata f’moħħi.

Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Laburista tul is-snin?

Jien dħalt għal din l-isfida mhux għax nemmen biss li nista’ nagħti aktar lill-Partit, iżda wkoll għax nemmen li Malta tista’ tkun l-ikona u l-għira tal-pajjiżi Ewropej u dinjija f’oqsma emerġenti, li joħolqu opportunitajiet għall-Maltin u l-Għawdxin. Irrid nara lit-tfal u ż-żgħażagħ tagħna jirnexxu u jaħtfu l-opportunitajiet li pajjiżna se joħloq fit-trasformazzjoni diġitali. Nixtieq verament li dawn l-opportunitajiet jittieħdu l-ewwel miżżgħażagħ

Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Il-kisbiet li għamilna nazzjon ħieles, sovran u li jemmen li jimraħ minn rajh għas-suċċess tiegħu ... għall-prosperità u l-paċi ta’ madwarna. Gvern Laburista dejjem kien minn ta’ quddiem nett biex jagħti d-drittijiet soċjali lil kulħadd,

Il-Partit Laburista baqa’ jisħaq fuq policies purament soċjali waqt li introduċa miżuri ekonomiċi li wasslu biex wara ħafna snin, fil-baġit bdejna naraw is-surplus. Dan sar bil-għaqal tal-Gvern Laburista b’diversi miżuri tad-dħul filkaxxa ta’ Malta waqt li t-taxxi fuq il-ħaddiem baqgħu ma żdidux, anzi naqsu. Dan ta nifs lill-ekonomija u serħan ilmoħħ u fiduċja fil-poplu. Il-Partit baqa’ jiġġeded sal-lum ... billi jmexxi ’l quddiem liġijiet u għarfien ta’ niċeċ ġodda li qed jinħolqu fis-soċjetà tagħna. Gvern li jisma’ u jara li jibqa’ qrib u koerenti mal-bżonnijiet tal-poplu u l-faxex kollha fis-soċjetà. Il-Partit Laburista jippermetti fi ħdanu firxa wiesgħa ta’ nies minn kull strata u età. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Mhux faċli li tieħu tmun f’idejk f’ċi­r­ kostanzi li sab ma’ wiċċu. Minn instabilità fil-Gvern sal-pandemija, Robert Abela għaraf jagħti direzzjoni serja u ġdida bbażata fuq il-kontabilità u s-serjetà fit-tmexxija. Din l-abilità fit-tmexxija laħqet kull limitu għax wara biss xahrejn ta’ Prim Ministru, ġie ffaċċjat bl-agħar kriżi medika li żgur kienet sfida kontinwa li teħtieġ deċiżjonijiet u miżuri ta’ kuljum ħalli pajjiżna jimxi ’l quddiem, kif irnexxielu.

u l-ħaddiema Maltin u Għawdxin. Nixtieq nara lil pajjiżi jsib aktar bilanċ bejn l-iżvilupp ekonomiku u dak ambjentali, inħarsu l-kwalità tal-ħajja tal-familji tagħna, billi l-ġid li noħolqu jippermettilna li nqassmuh b’mod ekwu ħalli nkomplu nsaħħu l-faxex medji u baxxi fis-soċjetà tagħna. Nixtieq li nara li dak li akkwistajna u eċċellajna fl-infrastruttura tat-toroq fuq livell nazzjonali, nirrepetuh fuq livell lokali. Sar ħafna xogħol u konvint li se nibqgħu nsaħħu dan l-impenn fis-snin li ġejjin. Nixtieq li nara li jkollna pajjiż aktar organizzat u nadif waqt li nkomplu nsaħħu l-livelli kollha edukattivi u niffukaw ukoll fuq studji vokazzjonali u teknoloġiċi. L-aħħar u mhux l-inqas nagħtu dik l-attenzjoni lill-batut biex noħolqu aktar opportunitajiet ta’ sostenn u akkomodazzjoni soċjali. Din hi l-viżjoni tiegħi, li hi wkoll il-ħolma ta’ ħafna. Se nimpenja ruħi biex dan il-ħolm u l-viżjoni tiegħi narahom jitwettqu jekk il-poplu jagħtini l-fiduċja li nirrappreżentah fl-ogħla istituzzjoni ta’ Malta.


18

23.05.2021

MONITERAĠĠ TA’ PRIĠUNIERI

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Kunċett Ġdid Il-Gvern, permezz tal-Ministru għall-Intern Byron Camilleri, nieda konsultazzjoni pubblika dwar l-introduzzjoni ta’ liġi ġdida li tipprovdi l-użu tal-moniteraġġ elettroniku f’pajjiżna fuq il-priġunieri. Fl-artiklu tal-ġimgħa l-oħra rajna x’inhu l-kunċett. Illum imiss naraw x’inhuma l-vantaġġi li wieħed jagħmel użu minn din it-teknoloġija u għaliex bħala individwi wkoll għandna nagħtu l-veduti tagħna f’dan il-proċess ta’ konsultazzjoni. Argumenti kontra l-użu ta’ dan ilmekkaniżmu. Uħud li jargumentaw kontra l-użu ta’ dan il-mekkaniżu jġibu argumenti kostituzzjonali bħal; (i) Tmur kontra d-drittijiet tal-bniedem (ii) Jikkawża stigma u umiljazzjoni (iii) Il-mekkaniżmu nnifsu qed jibdel biss l-arrest preventiv (iv) L-għarfien, jew in-nuqqas tiegħu, tal-mekkaniżu minn min ikun soġġett għalih (v) Possibbiltà li jfalli d-device (vi) Jiżdied il-kontroll tal-Gvern fuq l-individwi (vii) Diskriminazzjoni fuq min jintgħażel jew ikun eliġibbli li jagħmel użu mill-mekkaniżmu (viii) li qed isir użu minnu għaliex ilGvern ma rnexxilux jindirizza l-problema ta’ popolazzjoni dejjem tikber filħabs Filwaqt li wħud minn dawn l-argumenti jistgħu jkunu leġittimi, żgur li ħafna minnhom ma jagħmlux wisq sens meta wieħed jikkumpara l-vantaġġi ta’ sistema bħal din. Vantaġġi Ejjew naraw uħud mill-vantaġġi ta’ miżura bħal din; (i) Il-persuna li se tkun soġġetta għalih għandha tagħti kunsens u allura jiġi mxejjen kull argument kostituzzjonali (ii) Il-fatt li t-teknoloġija tavvanza b’ritmu mgħaġġel, għandu jiġi garantit li dejjem tiġi implimentata l-aħjar teknoloġija possibbli (iii) F’postijiet fejn dan il-mekkaniżu ilu li ddaħħal, wera li hija teknoloġija li wieħed jista’ joqgħod fuqha (iv) Tagħti opportunità lill-persuna li

IT-TIENI PARTI

tirriabilita ruħha bl-aħjar mod possibbli għaliex tagħtiha ċ-ċans li tagħmel dan ’il bogħod mill-ambjent tal-ħabs u fl-ambjent ta’ darha stess (v) Tipproteġi l-intimità tal-persuna meta kkumparata ma li kieku tkun miżmuma l-ħabs (vi) Il-fatt li l-persuna tkun barra mill-ħabs u tuża dan il-mekkaniżmu jagħti ċans li l-persuna tkun tista’ tkompli taħdem, kemm għall-familja tagħha kif ukoll biex tħallas lura lill-vittmi tar-reat tagħha (vii) Ma jibqax piż fuq il-Gvern ikkumparat ma li kieku jibqa’ miżmum il-ħabs (viii) Jagħti faċilità aktar komda jekk priġunier ikun jixtieq jattendi avveniment tat-tfal tiegħu bħall-ewwel tqarbina, griżma jew attività akkademika oħra. Bl-istess mod fejn ikun hemm servizz ta’ funerali familjari, speċjalment il-ġenituri. (ix) Jagħti lok li reati mhux daqstant serji u ta’ sentenzi żgħar, jiġu servuti b’dan il-mekkaniżmu (x) Ikompli l-iżvilupp ħieles tal-individwu għaliex filwaqt li jkun moniterat il-ħin kollu, ikun jista’ jkompli b’ħajtu imma b’libertà minima (xi) Ikun aktar faċli li jiġu implimentati skemi fejn priġunieri jkunu jistgħu joħorgu mill-ħabs matul il-ġurnata fuq xogħol komunitarju, ma’ Kunsilli Lokali jew entitajiet oħra pubbliċi. Dawn huma wħud mill-vantaġġi, li kif qed naraw huma ferm ikbar minn argumenti negattivi dwar sistema bħal din. Dan il-kunċett ikun ukoll qed iwettaq fil-prattika iċ-Charter tad-drittijiet umani dwar l-effettività tal-ħarsien ċivili u politiku, fejn jgħid li kull persuna li titteħdilha l-libertà, għandha tiġi trattata b’umanità, rispett u dinjità ta’ persuna umana li hi – Artiklu 10.1 Żvilupp teknoloġiku Kif għedna, it-tekonloġija għamlet avvanz kbir u l-hekk imsejħa electronic bracelet ma tikkawża ebda ħsara fiżika jew mentali. Mhux biss, imma l-istess avvanz irrenda dan il-prodott f’mod li jista’ jintlibes bħalma jintlibes arloġġ normali u allura tista’ tiġi mħarsa b’kull mod id-dinjità tal-persuna. Tant hu hekk li l-Uffiċċju għad-Droga u l-Krimini tal-Ġnus Magħquda – UNODC, japprova u jissapportja t-tali mekkaniżmu, mhux biss għall-ħarsien tal-persuna imma wkoll iservi ta’ deterrent u biex wieħed jiskonta sentenza. Konklużjoni Minkejja li l-Gvern fid-dokument ta’ konsultazzjoni wera biċ-ċar li se jkun qed jillimita l-użu tiegħu, dan il-mekkaniżmu ġdid għal pajjiżna, tant għandu elementi pożittivi li għandu jiġi kkunsidrat l-użu tiegħu f’sitwazzjonijiet oħrajn, dejjem ibbażat fuq is-sentenza tal-Qrati, li għandhom ukoll jibdew jikkunsidraw sentenzi li jinkludu l-użu ta’ dan il-mekkaniżmu ġdid.

Mela, Sur Editur, tlajt sal-pjazza, nixtri naqra skalora għall-verdun. Avolja ma nafx għalfejn qed inżommu, għax qatt ma naf li smajtu jgħanni. Naħseb bil-qrid ta’ marti ma jvinċix imqar tpespisa, imma nsomma. Jien u nieżel lura xtrajt tnejn tal-irkotta. Ħtaft wieħed jien u miexi. Mela qanna jien u għaddej minn quddiem il-każin tagħhom, wieħed minn dawk li ma biegħux, ma jwaqqafnix wieħed li kien fil-bieb tal-każin! Qalli: “Sieħbi, tagħtina xi ħaġa għall-partit?” Insibhom ukoll! Nagħtih me cazz, jew x’tgħid Destiny, x’kull waħda. Ħarist lejh imbagħad tajtu l-borża bil-pastizz li kien fadal. “Hawn ħa”, għidtlu, b’naqra rkotta ttir ma’ wiċċu mal-kelma ‘ħa’. Se jistaqsini x’jambih minn fuq! Biex ma ntawwalx, għidtlu – ibża’ għalih, dan skultura tal-Kap tagħkom, ħuh! U mhux vera, Sur Editur! Smajthom jgħidu li Bernie qal li l-PeNe se jibqa’ jagħti sehmu biex jara li pajjiżna jilħaq il-miri u jkompli jimxi ’l quddiem. X’sehem hu dan? Ta’ bużnannti biex ma ngħidx ħaġa oħra! Mela qatt ta sehmu għall-ġid ta’ pajjiżna l-partit tagħhom jew! Tfixkil iva, jirbħu l-ożbreċ Jurovixin tal-ħdura kieku. Bil-paroli fil-vojt jew? Ġej jgħid li l-Gvern reġa’ ħareġ l-iskema tal-vouchers li kien ippropona l-PeNe. Ara vera ġigġifogu dan-nies ta. Xi ħaġa li l-poplu Malti se jgawdi minnha, ipproponuha huma. Ipproponew għall-poplu Malti, imma wieħed bħall-monument ta’ Ħal Luqa, Sur Editur! U t-tajjeb taf x’inhu, li miegħu f ’dil-laqgħa faħħar liż-żewġ stilel, Casa u Metsola. Ajma j’ommi! U tal-irkotta taf x’qal? Li dawn it-tnejn għandhom impenn biex Malta u Għawdex ikomplu jgawdu bissħiħ mis-sħubija fl-Unjoni Ewropea. Ħożż fl-ilma! Casa qas biss hemm għalfejn ngħid xejn fuqu, għax il-poplu jaf tajjeb xi jsarraf. U Metsola? Staqsi lill-Bulgari għaliha lill-Mazzola. Taħdem kontra Malta u Għawdex u tressaq mozzjoni kontra mozzjoni biex tħammeġ lilna mbagħad iddefendiet lil dak il-Bulgaru, ma nafx x’jismu għax ilsieni ma jdurlix, li huwa akkużat b’abbużi sesswali, prostituzzjoni u rigali f ’ingotti tad-deheb. X’kull waħda wkoll! L-aqwa li tħaddar il-Parlament Ewropew kontrina tal-Labour. U sadanittant il-Prim tagħna jniedi t-tieni rawnd tal-vouchers, b’investiment ta’ €50 miljun fl-ekonomija. Sewwa jagħmel ma jagħtix kashom u jibqa’ għaddej. Hemm ħa, ħamsin miljun oħra, Sur Editur! X’ma jħobbuhx il-Maltin u l-Għawdxin! U issa kważi kulħadd ittaqqab, u ejja ħa nonfqu! X’ma jkunx hawn fiduċja filpajjiż! X’ma jkunx hawn nies kuntenti! U tar-ristoranti qed jerġgħu jieħdu r-ruħ. Prosit Prim! U lil dawk li se jkomplu jistudjaw wara s-sekondarja tawhom sena internet b’xejn. Hekk qaltli Xanażn.. Xentilżek... Xantalejż... Hekk qaltli n-neputija, Sur Editur. Qaltli li rċeviet il-voucher. X’ma jħobbuhx lil dan il-Gvern iż-żgħażagħ tal-lum! Ara jien, li għamilt l-agħar perjodu ta’ ħajti taħt il-PeNe, x’differenza kont ngħix! La vouchers u lanqas xogħol ma kien ikollna. Għax Laburisti. Għax dawn hekk kienu, hekk għadhom u hekk jibqgħu. Jiffangaw il-klikka tagħhom u jrid ikollok razztek Nazzjona­lista biex tieħu. X’differenza llum! Gvern ta’ kulħadd. Kulħadd igawdi. Avolja jien ingerger naqra ma’ Melda tiegħi fuq hekk. Imma naf li l-Gvern tagħna Gvern ta’ kulħadd. U jaf x’inhu jagħmel. Mela f ’dil-pandemija mhux imnalla kien il-Labour fil-Gvern jew? Nieħu gost naqra li Malta bl-inqas rata ta’ infezzjonijiet u mwiet fl-Unjoni Ewropea. Biċċa gżira u l-ewwel fl-Ewropa. Ara kieku kienu l-PeNe fil-gvern, ajma ħej, kieku! X’ma jgħirux! Mela dawn qatt basru li aħna fil-gvern se nġibu lil Malta l-għira tal-Ewropa jew. X’ma jitqallbulhomx l-imsaren f ’żaqqhom! Tal-aħħar Sur Editur, għax daqt taqleb u mur oqgħod biha jekk ma mmurx mal-mejda mal-ewwel. Din kif inhi li tagħhom dejjem liberati u tana dejjem jeħluha? Nittama li Karol ma jeħlisiex ukoll issa, għax imbagħad... Għad-dieħla.


19

23.05.2021

TWAQQFET MILL-PRINĊEP FILIPPU NNIFSU U GĦADHA TAĦDEM SAL-LUM Qatt smajtu bid-Duke of Edinburgh Award?

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Interessanti immens u hija sistema organizzata fejn wieħed juri u jaqsam il-kapaċitajiet tiegħu fi sfera internazzjonali. Bosta opportunitajiet ta’ safar, avvenimenti u laqgħat soċjali li jgħinuk tiftaħ l-orizzonti tiegħek u anke tagħmel ħbieb minn madwar id-dinja. Tkellimt ma’ WARREN MUSCAT dwar il-MAAN fejn spjegalna kif taħdem u xi tfisser. Xi tfisser MAAN? MAAN – Malta Alumni Award Network, huwa l-isem il-ġdid tal-għaqda li qabel kienet jisimha GAHA – Gold Award Holders’ Association. Din l-għaqda, tħaddan fiha l-Maltin kollha, li għal dawn l-aħħar 60 sena irnexxxielhom itemmu l-program tad-Duke of Edinburgh Award. Il-MAAN, illum il-ġurnata hija wkoll membru ufficjali tal- GAAN - Global Award Alumni Network. Il-GAAN, għandha l-għan ewlieni li tiġbor fiha miljuni ta’ żgħażagħ u adulti minn madwar id-dinja kollha, li temmew wieħed mit-tliet livelli li toffri d-Duke of Edinburgh Award. L-iskop hu li jiġu kkreati inizjattivi globali, jinqasmu esperjenzi ta’ ħajja u jinħolqu opportunitajiet bis-saħħa ta’ din il-komunità. Ta’ min isemmi li wieħed mill-imħuħ wara din l-ghaqda (GAAN) huwa Warren Muscat, award holder Malti, li għal ammont ta’ snin irrappreżenta lil Malta bħala mexxej emerġenti fil-Kunsill Internazzjonali tal-Award. F’dan il-Kunsill, li hu mmexxi minn ħadd ħlief il-Princep Edward, flimkien ma’ sitt żgħażagħ oħra, Warren kellu r-rwol li jirrappreżenta mhux biss lil Malta, iżda li jkun il-vuċi ta’ kull ġuvni u xebba li kienu qegħdin fil-proċess li jlestu l-award. X’inhi d-Duke of Edinburgh Award? U fiex tissarraf? Id-Duke of Edinburgh Award jew kif magħrufa bħala The Award hija program extra-kurrikulari għaż-żgħażagħ ta’ bejn l-14 u l-25 sena. Dan il-programm li qabel Malta kien jiġi msejjah President’s Award jinqasam f’erba’ sezzjonijiet. Sport, għajnuna fil-komunità, tagħlim ta’ ħiliet ġodda u vjaġġ ta’ avventura. Kulħadd jista’ jip-

parteċipa f’dan il-programm, li huwa mfassal sabiex iħaddan fiż-żgħażagħ sens ta’ indipendenza, sens ċiviku u żvilupp fiżiku u mentali, illi jgħin sabiex iż-żgħażagħ jimmaturaw u jsiru membri aktar attivi u produttivi fil-komunità li jgħixu fiha. Meta jitlesta l-Award, il-parteċipanti jiġu ppreżentati midalja u ċertifikat mill-President ta’ Malta. Ċerimonja li żgur li wieħed jibqa’ jiftakar ħajtu kollha. Il-moħħ wara l-Award huwa ħadd ħlief il-Prinċep Filippu, li ħalliena proprju ftit ġimgħat ilu. Grazzi għall-idea tal-prinċep, illum l-Award tinsab imxerrda ma’ aktar min 120 pajjiż mad-dinja kolla, b’aktar minn 10 miljun persuna attivi. Kull min jidħol f’dan il-program jirrealizza x’esperjenzi jista’ joffri u x’impatt għandu fuq skala internazzjonali. Malta dejjem kellha rwol importanti f’din l-għaqda minn meta bdiet l-award, ’il fuq min 60 sena ilu. Infatti Malta kienet wieħed mill-ewwel pajjiżi barra mir-Renju Unit fejn beda l-programm.

ma jispiċċax kollox hemm. Minħabba l-fatt illi l-Award għandha dimensjoni internazzjonali, jinħolqu għexieren ta’ opportunitajiet. Opportunitajiet ta’ safar, ta’ xogħol, ta’ avventuri, ta’ involviment bħala voluntier fis-sezzjonijiet differenti tal-Award, iżda forsi l-iktar parti affaxxinanti hi li bis-saħħa tal-Award titgħallem tifhem u tapprezza kulturi differenti. L-Award hija familja waħda fejn kull individwu għandu bħala punt ta’ tluq, esperjenzi simili li għadda minnhom matul il-mixja tiegħu biex jikkonkludi l-programm. Bħala MAAN, l-iskop ewlieni, barra milli nżommu lill-membri tagħna attivi u li nsemmgħu X’inhuma l-prospetti leħinna bħala rappreżentanti tal-futur? tal-Award Holders Maltin fil-komunità internazzjonali, hu li Il-president tal-MAAN, War- ngħinu lill-aġenzija li tmexxi ren Muscat, spjega kif ladarba l-Award f’Malta tikber u tiswieħed jikkonkludi l-Award saħħaħ.

Minn żmien għal żmien, noħolqu inizjattivi fejn bihom naraw li jsir ftit ġid ukoll. Infatti f’dawn l-aħħar jiem, għadna kif nedejna inizjattiva ħelwa ħafna li semmejnieha Good deed Award, fejn fiha ħadna spunt mill-programm tal-Award stess u tlabna lil kull min jiddeċiedi li jieħu sehem, sabiex jagħmel att ta’ karità jew att ta’ ġid fil-komunità tiegħu. Kull min jieħu sehem fil-Good Deed Award, ser jirċievi midalja u ċertifikat. Il-Good Deed Award huwa miftuħ għal kulħadd. Ta’ min jgħid li wrew interess nies minn mad-dinja kollha, inklużi pajjiżi bħalma huma Trinidad and Tobago u Maldives. Li tkun parti mill-Award hija esperjenza u unur uniku. Grazzi għall-Award wieħed isir parti minn familja globali u għalkemm din hija idea li ħarġet minn moħħ persuna ’l fuq min 60 sena ilu, grazzi

għas-sempliċità tal-format tal-program u għall-flessibilità tiegħu, baqa’ attwali sal-lum il-ġurnata u nissoktaw ngħidu li iktar kemm jgħaddi ż-żmien iktar qiegħed jieħu importanza u ħafna u ħafna nies qed jirrealizzaw il-benefiċċji tiegħu. Kif gie spjegat, kulħadd jista’ jieħu sehem fl-Award. Jekk intom interessati kkuntattjaw lid-Duke of Edinburgh Award Malta (http://intaward.org.mt/) Bħala MAAN aħna wkoll qed inħeġġu lil dawk l-Award Holders Maltin kollha li għadhom ma ssiħbux fil-grupp tagħna sabiex jikkuntattjawna fuq ilpaġni tal-midja soċjali tagħna, ħalli nkomplu nkabbru l-komunità eżistenti. Nixtiequ wkoll inħeġġu lil kull min hu interessat li jieħu sehem fil-Good Deed Award sabiex japplika billi jidħol fuq din il-ħolqa http://bit.ly/gooddeedaward u jħalli d-dettalji.


20

23.05.2021

MILL-BŻULIJA MALTIJA GĦALL-EWWEL XIRKIET F’pajjiżna, niesna huma magħrufin li minn dejjem kienu ħawtiela. Kienu meqjusin bħala fost l-aqwa nies tas-snajja’ u tan-negozju sa miż-żminijiet preistoriċi. U dan jista’ jingħad ukoll għall-oqsma tal-kummerċ u l-arti. Xhieda ta’ dan għandna l-qdumijiet u t-tempji ta’ Ħal Tarxien, l-Ipoġew ta’ Raħal Ġdid, l-imqades u s-sejbiet f’Tas-Silġ, fid-Dar Rumana tar-Rabat u f’għadd ta’ monumenti storiċi oħra, mifruxa tista’ tgħid f’kull parti ta’ pajjiżna. Dan biex ma nsemmux ilbereġ u l-palazzi sbieħ, il-knejjes u xi djar li telgħu mis-seklu 16 lil hawn. Meta jkollok nies ta’ dan il-kalibru, ma jistax jonqos li jfittxu l-għaqda bejniethom biex ikomplu jissaħħu. Dan hu tagħrif li ksibt minn Karmenu Ellul Galea. Minn CHARLES B. SPITERI L-istudjuż u arkeologu Sir Temi Zammit, fil-ktieb tiegħu Malta – The Islands and Their History, jgħidilna li l-għadam tal-bnedmin u x-xogħlijiet tat-tafal taż-żminijiet preistoriċi juru l-kultura avvanzata ta’ dawk il-perjodi bikrin tal-ħajja umana f’dawn il-gżejjer. Xhieda oħra li n-nies tagħna kienu dejjem mimlija bil-ħeġġa sa mill-ibgħad żminijiet jagħtihielna wkoll Dr. Anthony T. Luttrell, f’wieħed mill-istudji tiegħu fuq pajjiżna Medieval Malta. Hu jsostni li fi gżiritna ma kienx jikber injam, iżda kellna abbundanza ta’ ġebla ratba, li tinħadem malajr għall-bini. Għalhekk, skont hu, il-Maltin huma mwielda bennejja. Fil-ktieb The Story of Malta, Dr. Brian Blouet jgħid li l-manifattura tat-tessuti fi żmien il-ħakma tal-Ordni ta’ San Ġwann, saret aktar importanti. Il-produzzjoni tal-qoton kienet titħaddem f’Malta fi żmien il-Medjuevu u l-bdiewa kienu jiżirgħuh u jkabbruh, waqt li n-nisa tagħhom u wliedhom kienu jinsġuh. Kien hawn ukoll għadd ġmielu ta’ arġentiera, furnara, ħajjata, skrapan, karpentiera, ħaddieda u snajja’ oħra simili. Kull raħal kellu wkoll il-furnar, it-taħħan u l-ħaddied tiegħu, waqt li fil-Belt Valletta kien hemm nies ħaddiema tad-deheb u l-fidda, kif ukoll numru kbir ta’ ħajjata. L-industrija tas-sajd fi żmien l-Ordni ma tantx kienet kbira wisq minħabba li kellna ftit irħula qrib ix-xtajtiet u l-għadd tan-nies li kienu jaqilgħu l-għajxien tagħhom minn dan il-mestier kien żgħir. Fl-imgħoddi sew, jidher li l-Maltin kellhom ukoll xeħta għal kull sura ta’ sengħa li tagħmel u tħaddem materjal differenti. Għalhekk insibu li kellna lil dawk li jinsġu d-drap-

pijiet fini u ta’ rquqija kbira. Muniti tar-ram jew bronż P.F. Bellanti, fil-ktieb tiegħu Malta Qadima, jgħid li meta ħakmuna r-Rumani, ippermettewlna li nagħmlu l-flus żgħar, tar-ram jew tal-bronż, waqt li huma żammew il-jedd li jagħmlu l-flus il-kbar. Min-naħa tiegħu, Dr. Godfrey Wettinger, f’The Militia List of 1419-20 jikteb li din il-lista tinkludi s-sezzjonijiet kollha tal-popolazzjoni minbarra l-qassisin, kemm Insara kif ukoll Lhud, il-bdiewa, tal-ħwienet, l-artiġjani u n-nutara, is-sidien tal-art u s-sinjuri fewdali. Hu jsemmi wkoll li ħafna minn dawn l-ismijiet kienu jġibu simbolu quddiemhom, bħal ‘g’, ‘fl’ u ‘mu’ li aktarx kienet għal ‘mastru’, jiġifieri mgħallem tassengħa. Kemm f’pajjiżna minn dejjem kellna nies kapaċi għassnajja’ narawh mill-kitbiet ta’ L.R. Schiavone, fl-Osservazzioni Sull’Isola di Malta, fejn isemmilna li r-Rumani ħallew lill-antenati tagħna jaħdmu l-prodotti tal-qoton, li f’Ruma tqiesu bħala oġġetti ta’ lussu. Fuq l-istess linja jikteb l-istorjografu u xjenzjat Dr. Gio. Ant. Vassallo fi studju kemxejn

twil bl-isem Antichità dell’Industria e della civiltà in Malta. Hu jgħid li minn żminijiet antiki ħafna, dawn il-gżejjer jistgħu jiftaħru b’ħafna industriji, bħall-agrikultura, navigazzjoni u traffiku mal-pajjiżi barranin. Kittieb ieħor kien l-Imħallef Paolo De Bono, li fix-xogħol tiegħu Storia della Legislazione in Malta (1897), meta jittratta l-ħakma tal-Kartaġiniżi f’artna, jgħidilna bla tlaqliq li Malta malajr saret wieħed mis-swieq ewlenin ta’ Kartaġni, speċjalment għax-xogħol tat-tessuti, li bis-saħħa tiegħu, l-abitanti ta’ dawn il-gżejjer kisbu ġid kbir u prosperità. Gżejjer ħajjin F’naħa oħra, dan l-istess kittieb, wara li jsemmi r-rabtiet u r-relazzjonijiet kummerċjali kontinwi bejn ‘il colonia di Malta’ u ‘la madre patria per il culto di Melcarte’, jgħid li dawn il-gżejjer kellhom ħajja ta’ ġid l-istess bħall-ibliet Feniċi l-oħra. Ifakkarna wkoll kif ħadna minn dak l-ispirtu ħawtiel u industrijali ta’ dak il-poplu li jirrappreżenta l-kummerċ antik, u li minnu hu mifhum li ħarġu l-invenzjonijiet tal-kulur tal-ħwejjeġ, tal-ħġieġ, tal-

piż, tal-qisien, tal-aritmetika u tal-alfabett. Imbagħad, xhieda ta’ kemm missirijietna minn dejjem kienu nies intelliġenti fissnajja’ u fl-arti, jagħtihielna l-Perit u Arkeologu Michael Ellul. Hu jgħarrafna li sa minn kmieni qabel l-istorja, il-bniedem f’Malta kien bennej li ma jieqaf xejn, u li bil-paċenzja u l-persistenza tiegħu qata’ l-ġebel minn għadd bla tarf ta’ barrieri li minnhom għandna ħafna fil-gżira. Il-Perit Ellul ikompli jfissrilna kif dan il-bniedem, f’Malta ta’ dawk iż-żminijiet u aktar tard, irnexxielu jibni tempji, djar, knejjes, palazz u ħitan fortifikati. Ċertifikat ieħor sabiħ lill-poplu Malti jippreżentah għall-qari t-Tabib Paul Cassar, li f’wieħed mill-kotba tiegħu Early Relations between Malta and USA jikteb li l-Konslu Amerikan f’Malta, Mr. L.T.Adams, fl-1874 kien innota li l-Maltin kienu nies li jagħmlu kollox bil-qies, industrijali, intelliġenti, kalmi u li jħobbu l-ordni. Il-poplu tagħna qatt ma qata’ qalbu la mit-tbatija tax-xogħol u lanqas mill-ħila biex iwettqu. Barra l-biedja, l-insiġ, il-ħdim tal-ġebla u tal-injam, il-Malti medd għonqu għax-xogħol

Il-Maltin li għexu fl-ewwel żminijiet bikrija, kienu kaċċaturi, sajjieda, rgħajja, bdiewa u fuq kollox naġġara u bennejja. Dawn in-nies kienu artisti kbar, għax barra mill-imqades, ħallew warajhom fajjenza, ġiżirajjen magħmula mill-bebbux żgħir u bċejjeċ oħra tal-baħar, imsiebaħ, qolol, anfori u ħwejjeġ oħra

tal-kostruzzjoni navali u marittimu. F’Mejju tal-1820, fil-Gazzetta tal-Gvern bdiet tissemma l-Iskola tat-Tarzna u f’ħarġa oħra ta’ Settembru, 1823, kien deher avviż għal ‘Min irid jikri l-Building Yard’. F’April, 1848, kienu ħarġu r-regolamenti għattaħriġ taż-żgħażagħ Maltin flH.M. Dockyard lokali, u fi Frar 1858, kellna lill-Inġinier Mekkaniku Angelo Busuttil. Dan kollu jsaħħaħ kemm tassew il-Maltin kellhom ħajra għassnajja’ u l-arti. Siġill ieħor fuq il-ħila ta’ ġensna fl-imgħoddi jagħtihulna l-Patri Professur Andrew P. Vella, li kien Kap tad-Dipartiment tal-Istorja, fl-Università ta’ pajjiżna. Hu kiteb: “Il-Maltin li għexu fl-ewwel żminijiet bikrija, kienu kaċċaturi, sajjieda, rgħajja, bdiewa u fuq kollox naġġara u bennejja. Dawn in-nies kienu artisti kbar, għax barra mill-imqades, ħallew warajhom fajjenza, ġiżirajjen magħmula mill-bebbux żgħir u bċejjeċ oħra tal-baħar, imsiebaħ, qolol, anfori u ħwejjeġ oħra.” Fl-għaqda s-saħħa Meta n-nies u l-ħaddiema diversi bdew jitkattru, kull qasam ried li jkunu mħarsin l-interessi u l-qagħda tagħhom. Għalhekk bdew jaħsbu biex jingħaqdu, għax fehmu li fl-għaqda jkollhom aktar saħħa. Kien minħabba f’hekk li fil-qalba tal-Medjuevu bdew jitwaqqfu xi fratellanzi f’xi knejjes tal-gżejjer tagħna. Jista’ jkun li ngħażlu dawn il-postijiet, għax ma rridux naħarbu mill-fatt, li f’dawk iż-żminijiet, u anki sa ftit snin ilu, il-Knisja, bil-bini u l-mexxejja tagħha, kienu biex ngħidu hekk, il-bidu u t-tmiem, il-qofol u r-rabta tal-ħajja u l-għajxien tal-poplu


21

23.05.2021

tagħna. Irridu niftakru wkoll li dakinhar ma kinux għadhom twaqqfu l-każini, iċ-ċentri u d-djar tal-għaqdiet u istituzzjonijiet bħalma għandna llum, u l-uniku kenn kien il-wisa’ tal-bini tal-knisja, li kien ukoll iċ-ċentru familjari u soċjali. Terġa’ anki l-każini talbaned, żgur li l-ewwel ħjiel tagħhom ħareġ mill-bini u l-ambjent tal-knejjes tagħna. Hekk, it-twaqqif tal-fratellanzi f’dawk iż-żminijiet bikrin, żgur li kien jilħaq żewġ skopijiet: wieħed ta’ għaqda bejn in-nies tal-istess sengħa jew arti għall-ħarsien u t-titjib tagħhom u l-ieħor biex ikunu żgurati u msaħħin mill-barka tal-Knisja. Issa, analiżi ħafifa tal-kelma ‘fratellanza’, minn ‘fratelli’ jew aħjar aħwa, malajr twassalna dirett għall-funzjoni u skop li minn dejjem kellhom u għad għandhom sa żmienna, ittrade unions. L-ewwel trade unions Għalhekk, lill-fratellanzi nistgħu nqisuhom bħala l-ewwel għarfien jew konoxxenza pubblika u popolari, kif ukoll ta’ ċerta serjetà u awtorità, tal-għaqdiet tan-nies tassnajja’. Bil-kontribuzzjonijiet li kienu jħallsu l-imsieħba, kienu jgħinu lil sħabhom morda, xjuħ u fqar. Kienu jikkuraw lit-tfal u jagħtu l-pensjonijiet lir-romol. Kellhom fond għall-ispejjeż tal-funerali u d-dfin u anki għal xi każi ta’ diżgrazzja fil-familji. F’dak li għandu x’jaqsam mal-ħajja spiritwali kienu jaħsbu għall-quddies u servizzi

tal-mejtin. Kull fratellanza kellha l-qaddis patrun tagħha, kappella jew artal għaliha, standard, kunfratija u l-post fejn tiltaqa’. Bħala fratellanza kienu ħafna drabi jieħdu sehem kemm fil-festa tal-patrun u f’purċissjonijiet oħra tal-parroċċa. L-eqdem fratellanzi Hu fatt magħruf li l-eqdem fratellanzi jew guilds Kattoliċi f’pajjiżna kienu dawk ta’ San Ġużepp tar-Rabat, li twaqqfet fl-1345 u tal-Verġni Marija taħt it-titlu tal-‘Kandlora’ jew ‘Annunzjata’, imwaqqfa fil-kappella tal-Kastell Sant’Anġlu, u li iżjed tard kienet trasferita għall-knisja ta’ San Duminku fil-Birgu. L-imseħbin ta’ din aktarx li kienu bejjiegħa u baħrin. Fratellanza oħra li hi meqjusa t-tielet waħda hi dik tal-Imqaddsa Verġni Marija, fil-knisja ta’ Santa Marija, fil-Birgu, fl-1445. Fir-raba’ post insibu dik ta’ Santa Marija firraħal ċkejken ta’ Ħ’Attard, imwaqqfa fl-1498. Fil-Birgu hemm ukoll fratellanza antika oħra, li mittwaqqif tagħha tqiegħdet taħt il-patroċinju ta’ San Ġużepp. Din ilha għal sekli twal meqjuma fil-knisja ta’ San Lawrenz. Meta d-Delegat Appostoliku Mons. Pietru Duzina għamel il-Vista Pastorali fil-knisja ta’ San Lawrenz fl-1575, irrapporta li kien hemm artal u konfraternità, iddedikati lil San Ġużepp. Ma’ din semma’ wkoll dik tar-Rabat. Il-Birgu hu msemmi għannies tal-arti u s-snajja’, b’mod partikulari tal-injam. Sa qabel

l-aħħar gwerra, għadd kbir tal-għaqdiet tas-snajja’ ma ta’ ħaddiema u mgħallmin kinux kapaċi għall-amminisfis-sengħa tal-injam kienu trazzjoni ċittadina. mseħbin f’din il-fratellanza. Fil-fatt, riedu li d-dritt tal-amministrazzjoni tal-pajjiż Qaddisin protetturi jibqa’ f’idejn il-kapitanija, l-imħallfin, il-ġurati u oħraFost il-qaddisin protetturi nsi- jn tal-klassi tagħhom. Huma bu lil San Dimitri għall-qlafat; kienu tilfu dan id-dritt fl-1421. San Krispin u San Krispinjanu għall-iskrapan, is-sellara u Eżenzjoni mill-għassa l-kurdara; San Eliġju għall-ħaddieda u d-dewwieba; San Omo- Apparti dan, fl-atti tal-Gvern bonu għall-ħajjata u l-bejjiegħa ta’ dawk iż-żminijiet insibu li tal-ħwejjeġ; San Martin Isqof, xi nies tas-snajja’ bix-xirkiet għal-lukandieri (jew taver- tagħhom, kienu jiġu eżentanieri) u l-koki; Santa Liena ti milli jagħmlu s-servizzi ta’ għall-arġentiera u ħaddiema għassa max-xtut. tad-deheb; San Mikiel għallFost dawn, l-aktar li nsibu bejjiegħa tal-laħam, tal-ħut u huma l-bennejja u dawk f’xogtal-ħaxix; Sant’Agata għal dawk ħol tal-ġebel, li kienu organizli jagħmlu l-brieret u l-kalzetti; zati tajjeb f’għadd ta’ korporaSan Genesio għan-nutara; zzjonijiet. San Kristofru għall-psataż u Fi żmien iż-żjara ta’ Mons reffiegħa u San Luqa għall-pit- Duzina, fuq talba u tħeġġiġ turi, l-iskulturi u l-induraturi. tiegħu stess, fl-1575, kienu Permezz tal-fratellanzi, in- tfaċċaw għadd mhux ħażin nies tas-snajja’ kellhom leħen u ta’ fratellanzi tas-Sagrament, sehem fit-tmexxija u l-ammin- jiġifieri kollha ta’ devozzjoni istrazzjoni politika tal-pajjiż. u bla ħsieb jew xejriet soċjali. B’danakollu kien hemm dif- Fil-veru sens tal-kelma kienu ferenzi bejn ir-rappreżentan- reliġjużi u devozzjonali. Dawn ti tan-nies tas-snajja’ u dawk kienu fil-katidral u fil-knisja ta’ tal-Università, jew tal-gvern San Pawl tar-Rabat, fin-Naxxta’ dak iż-żminijiet. U kienet ar, f’Ħaż-Żebbuġ, f’Ħ’Attard, teżisti l-firda. Dan insibuh f’Birkirkara, f’Ħal Balzan, f’Ħal fid-dokumenti li jirrappurtaw Lija, fis-Siġġiewi, f’Ħal Qormi, li waqt waħda mil-laqgħat tal- fiż-Żejtun, f’Birmiftuħ, fiż-ŻurGvern fl-1467, kienet saret talba rieq, fil-parroċċa ta’ Porto Salvo lill-viċirè ta’ Sqallija sabiex ma tal-Belt u f’Għawdex. jħallix, jew jimpedixxi lill-ħajjaTa’ din is-sura wkoll, inta, lill-iskrapan u lill-mestieri sibu lill-Arċikonfraternimanwali milli jipparteċipaw tà tar-Rużarju Mqaddes u fl-amministrazzjoni pubb- tal-Miżerikordja, fil-knisja ta’ lika. Din it-talba kienet saret San Duminku l-Belt. Din kienet min-nobbli u minn dawk li taħseb għall-bżonnijiet kollha kienu jippretendu li huma l-aħ- ta’ dawk li kienu jiġu kkundanjar nies tal-post. Dawn kienu nati għall-mewt. L-imseħbin jsostnu li r-rappreżentanti tagħha kienu jduru mat-to-

roq tal-ibliet u l-irħula, lebsin kunfratija bajda bil-barnuża f’rashom, meta xi ħadd ikun ingħata s-sentenza tat-tgħalliq. Huma kienu jassistu wkoll lill-ikkundannat sad-difna tiegħu. Ħidmet l-Arċikonfraternità bdiet fl-1575 u kienet ikkonfermata b’bolla tal-Gran Mastru La Cassiere fit-2 ta’ Awwissu, 1578. Għar-rigward tal-gżira Għawdxija nistgħu ngħidu li hemm hemm ukoll nies ħawtiela, l-aktar fir-raba’, fis-snajja’ u n-negozju. Biex ngħidu hekk, iċ-Ċittadella kienet riservata għall-kbarat. Il-bqija tal-irħula, ħaddiema tar-raba’. Lejn tmiem żewġ sekli ilu, f’Għawdex kienet twaqqfet idDar tas-Snajja’, fejn kienu jiġu mgħallma s-sengħa tal-insiġ, bizzilla, ħjata, malja, tisjir u qadi u xogħol ieħor li għandu x’jaqsam mad-dar. L-għadd tal-fratellanzi hemm hu kbir sew u jħabbtuha ma’ dawk ta’ Malta, għalkemm il-fratellanzi b’xejra semireliġjuża u industrijali ma sabux art. Dan ġara wkoll fil-kampanja ta’ Malta. B’danakollu, fil-Bażilika ta’ San Ġorġ insibu l-artal u l-Fratellanza ta’ San Mikiel. Dan l-artal kien twaqqaf wara li din il-knisja kienet inbniet mill-ġdid mill-Arkitett Vittorio Cassar u nsibuh diġà mwaqqaf fl-1688. L-għadd ta’ fratellanzi f’dawn il-gżejjer, kif jidher minn The Catholic Directory of Malta & Gozo 1959 kien kbir sew. Ilaħħaq għal 215-il waħda, li minnhom, 178 kienu f’Malta. Illum, f’Malta biss għad hawn 118-il fratellanza.


22

23.05.2021

DONNA GATT BIS-SAĦĦA TAL-COVID, IL-PASSATEMP TAGĦHA ĦA SPINTA ‘L QUDDIEM Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Xi minn daqqiet jiġi perjodu meta jkollna ħafna ħin liberu. Dan il-mument għandna nkunu aħna stess li naħtfu l-opportunità u nutilizzawh tajjeb kemm jista’ jkun. Hawn min joqgħod jistenna l-bajtra taqa’ f’ħalqu, u hawn oħrajn li jafħtu l-okkażjoni u jdawruha f’opportunità. Fil-fatt, fi żmien li bdiet ilCOVID f’Malta, ħafna persuni ġew b’aktar ħin liberu, jew minħabba l-fatt li naqsilhom il-ħin tax-xogħol jew raġunijiet simili oħra. Dan l-aħħar sirt naf b’mara li bis-saħħa talCOVID, il-passatemp tagħha ħa spinta ’l quddiem. Investiet aktar ħin u dedikazzjoni tagħmel il-ġojjellerija li tant għandha għal qalbha. Qed nirreferi għal Donna Gatt. Għandha 31 sena u toqgħod il-Mosta. Taħdem bħala interior designer u fost il-ħafna passatempi li għandha, l-iktar wieħed li tinvesti ħin fih huwa dak tal-polymer clay. “Jien minn dejjem kont persuna artistika ħafna, dejjem b’xi karta f’idi inpenġi xi ħaġa. Esperimentajt b’ħafna materjali fosthom lapsijiet, water colours, acrylic u air-dry clay, iżda l-polymer clay huwa dak il-materjal li l-iktar li laqatni u li nieħu gost nuża. Huwa materjal li jinħadem bħat-tafal, imma meta jissajjar, isir ħafif u flessibbli. B’hekk huwa ideali biex tagħmel il-costume jewellery bih. Minn dejjem kont inħobb nagħmel l-affarijiet b’idejja u meta kont nesperimenta bl-air-dry clay kont nagħmel il-pots għall-pjanti u xi plattini żgħar biex fuqhom tpoġġi xi ċurkett jew xi par imsielet,” bdiet tgħidli dwarha Donna. L-hena tagħha toħloq ġojjellerija unika Ridt inkun naf aktar dwar din in-namra speċjali tagħha. “Il-costume jewellery minn dejjem kienet togħġobni u l-polymer clay tani l-opportunità li nkun nista’ noħloq dak li nixtieq, mingħajr l-ebda limitazzjoni. Fil-bidu għamilt xi ftit pari msielet għalija personali u meta tfajthom fuq Instagram, kulħadd beda jibgħatli biex nagħmillu xi par jew biex jara kemm jiswew. L-intenzjoni

tiegħi ma kinitx li nbigħhom, imma xħin rajt l-interess, ħadt l-opportunità u ħloqt il-brand Terra,” kompliet tgħidli b’entużjażmu fuqha. Tista’ tgħid li bis-saħħa talCOVID, il-passatemp ta’ Donna ħa spinta ’l quddiem. Fil-fatt fil-bidu ta’ din il-pandemija f’Malta, meta l-awtoritajiet kienu talbuna biex nibqgħu ġewwa, bdiet tesperimenta bil-polymer clay. Ħallejt f’idejha sabiex telabora aktar. “Hekk hu. Fi żmien li bdiet il-COVID-19, kelli iktar ħin fuq idejja u allura komplejt naħdem fuq Terra u esperimentajt b’ħafna tekniki u ideat ġodda. Tgħallimt naħdem iktar bil-polymer clay u drajt l-aħjar mod biex taħdmu. Ilproċess biex tagħmel par imsielet huwa twil. L-ewwel trid taqbad il-blokok tal-polymer clay u tħallat il-kuluri sakemm tasal għall-kuluri li tixtieq. Dan il-proċess mhux faċli għax il-polymer clay ikun iebes u trid ħafna ħin u saħħa biex tħaddmu u ssaħħnu sakemm jiġi artab. Wara li jkollok il-kuluri kollha li tkun trid, tibda

toħloq dik li tisejjaħ slab. Biċċa polymer clay kbira u ċatta li fuqha toħloq id-disinji bil-polymer clay stess. Bħala disinji, jien inħobb inżomm ma’ stil modern jew kontemporanju, imma ġieli nagħmel disinji bil-fjuri jew xi weraq ukoll. Meta nkun kuntenta bl-islab, nibda naqta’ l-forom li nixtieq biex noħloq l-imsielet jew il-ġiżirajjen li jkolli f’moħħi. F’dan il-ħin ġieli nitlaq il-polymer clay minn idi u npenġi fuq karta l-mudelli li nixtieq noħloq ħalli ma jkollix ħela meta naqta’ l-polymer clay. Biex naqta’, jew nuża cookie cutters jew inkella naqta’ wkoll b’idejja (free hand). Il-biċċiet li nkun qtajt iridu jmorru fil-forn biex jibbiesu u wara li joħorġu mill-forn inkun għad irrid nixkatlahom biċċa biċċa biex jiġu iktar irfinuti, ngħamillhom il-verniċ, intaqqabhom u ngħaqqadhom f’par imsielet, jew ġiżirana, skont xi nkun qed nagħmel. Huwa importanti li ngħid ukoll li qabel ma nibda, importanti li nkun naf x’riżultat nixtieq nasal għalih. B’hekk ħafna drabi

Żiedet tgħidli li kull ħaġa li nibda billi npenġi d-disinji u l-mudelli li jkolli f’moħħi,” sp- toħloq għal Terra hija unika għax hi magħmula bl-idejn u jegatli tajjeb Donna. hu impossibbli terġa’ tirrepKull ħaġa li toħloq bl-idejn likaha eżatt. “Apparti l-imsihija unika għax hu impossibli elet issa qed nagħmel kemm ġiżirajjen, kif ukoll ċrieket u terġa’ tirreplikaha eżatt ’l quddiem nixtieq inżid aktar Peress li Donna tħobb il-moda, prodotti. Bħalissa, biex inbigħ d-disinn, u l-arkitettura, għaq- il-prodotti ta’ Terra qed nuża det kollox flimkien u b’hekk website jew inkella nipparteċitwieldu l-prodotti tagħha. Fil- pa ġo xi artisan market. ’Il fatt, minħabba l-fatt li hija quddiem nixtieq li forsi niftaħ persuna artistika, issa għand- ħanut żgħir, iżda din mhix faċli ha l-libertà li toħloq dak li għax trid ħafna ħin u trid ukoll jogħġobha minħabba li għaqq- tinvesti l-flus.” Bla dubju Donna hija eżempdet kollox mal-passatemp ilġdid tagħha. Ħallejt f’idejha sa- ju ċar ta’ persuna mimlija debiex telabora aktar dwar dan. terminazzjoni u passjoni lejn “Kif diġà għedt, xogħli huwa il-passatemp tagħha li tixtieq ta’ interior designer, iżda meta tarah jikber ftit ftit bil-mod. Fl-aħħar nett, Donna xtaqet nkun qed naħdem fuq il-prodotti ta’ Terra nħossni li nista’ taqsam messaġġ importanti nkun iktar libera fis-sens artis- mal-qarrejja ta’ din il-gazzetta. tiku għax nagħmel dak li jkolli “Jien nixtieq nistieden lill-qarf’moħħi u nixtieq. Ħafna drabi rejja ta’ din il-gazzetta biex iżuxogħli jgħinni għall-ispirazz- ru Facebook jew Instagram u joni. Eżempju nara disinn li jaraw il-prodotti li qed noħloq. jolqotni fuq wallpaper jew tapit Nixtieq ukoll nenfasizza fuq u ngħid dan nista’ nużah bħala l-importanza li nixtru mis-suq ispirazzjoni biex noħloq disinn lokali u li nuru sapport lil dawk għal Terra. L-istess għall-kuluri li qed jagħmlu xogħol tal-idejn,” temmet tgħidli Donna. li nuża flimkien.”


08.11.2020 23.05.2021

23

SKEDA ONE TNEJN 24-05

12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:45 Country Jamboree 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05 17:30

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:30 Follow Up 21:30 Music Legends 22:00 Distintivi 23:00 Ħabrikt 23:30 One News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:35 21:00 22:00 22:35 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:50 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:00 17:30

18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30

13:15 ONE News 13:20 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Kalamita 16:05 Liquorish Daytime 16:15 Telebejgħ 16:30 Telebejgħ 16:45 Prime Time Preview 17:00 Duurella 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza

19:15 Xanna ĠIMGĦA 19:20 ONE Sports 28-05 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 L-Awla 22:00 Kick Off 23:30 ONE News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty ONE 10:15 Il-Kostruzzjoni 10:57 Indhouse

11:53 12:30 12:35 13:10 14:10 14:50 15:30 15:35 16:30

17:30 18:00 18:45 19:22 19:30 20:05 20:30 23:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55

12:30 ONE News 12:35 YMCA Maratona 15:30 ONE News 15:35 YMCA Maratona 18:00 Espressjoni 19:15 One Sport & Temp 19:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 25-05

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 27-05

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE: COVID 19

SIBT 29-05

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Il-Kostruzzjoni Better Living

Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Fish On The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy

ERBGĦA Xanna 26-05 ONE Sports & Temp ONE News PrimeTime The Local Traveller Espressjoni Country Jamboree Ondroad ONE News

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Ilsien in-Nisa ONE News

20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:15 L-Awla 22:30 YMCA Maratona 00:00 ONE News

ĦADD 30-05


24

23.05.2021

reċensjoni tal-ktieb

TLETTAX Mill-ftit dawl li beda dieħel mit-tieqa, John seta’ jara lil William rieqed, nofsu mikxuf. Dik l-għodwa xi ħaġa ma kinitx f’lokha! John resaq lejn sieħbu, ċaqalqu u ma kienx hemm reazzjoni. Sejjaħ għall-għajnuna u gwardjan ġie jgħaġġel jiftaħ il-bieb taċ-ċella... Permezz ta’ dan ir-rumanz inħoss li t-thriller bil-Malti għadda l-eżami tal-maturità tiegħu. Kenneth Caruana ħadem fuq każ li mingħalina nafu kollox dwaru f’ambjenti li kien jinħtieġlu jirriċerka bis-sħiħ biex jippreżentahom b’mod konvinċenti. Hu dan jirnexxilu jagħmlu tajjeb

ħafna, u fuq kollox iżomm lill-qarrej sal-aħħar itella’ u jniżżel fuq l-istat mentali tal-protagonist u l-motivazzjoni wara għemilu (jew forsi n-nuqqas tagħha). U dan jagħmlu bissaħħa tal-fatt li n-nisġa mhix waħda lineari. Hija mżewqa bit-thewdin ta’ William, titjirietu lura għal żminijiet oħra tal-istorja ta’ ħajtu, bit-tħaddim f’waqtu ta’ nixxigħat ta’ ħsibijiet xi minn daqqiet deliranti. In-narrattiva mbagħad mhix nieqsa minn deskrizzjonijiet f’mumenti qawwija u djalogar naturali għallaħħar.

Silta mill-ktieb Il-gwardjan fetaħ il-bieba ta’ wara tal-karozza u stenna lil William jidħol fiha. Bla għaġla ta’ xejn, William reġa’ ħares għall-aħħar darba lejn il-faċċata tal-isptar qabel rikeb. Minn kif qaltlu l-psikjatra, mill-isptar kienu se jiħduh f ’ħabs differenti fejn hu kellu jingħata attenzjoni u kura adegwata. Wara li l-gwardjan rikeb in-naħa tal-passiġġier, is-sewwieq startja u ħarġu miż-żona tal-isptar. Karozza tal-pulizija kienet qed tistenniehom fuq barra, u minn hemm qabdu jsuqu wara xulxin. Bis-sirena mixgħula, ix-xufier tal-karozza tal-pulizija beda jsuq b’veloċità qawwija, b’dik tal-gwardjani ssegwiha. William, b’idejh immanettjati, qagħad jedha jħares madwaru. Ħadid

dejjaq kien jifred lilu mis-sits ta’ quddiem fejn kien hemm iż-żewġ gwardjani. Ix-xufier kien jidher ikkonċentrat fuq is-sewqan mentri l-gwardjan l-ieħor intefa’ rilassat, iħares ’il quddiem. Għajr għas-sirena, ftit kont tisma’ ħsejjes. Mutur sportiv għadda riħ minn magħhom, waqt li meta inzertaw jgħaddu minn fejn xi trakk, kien jinstema’ l-ħoss tqil tiegħu. Għalkemm il-kesħa, il-ġurnata ħarġet pjuttost sabiħa. Is-sema kien blu ċar u lanqas sħaba waħda ma kienet tidher. William spiċċa jieħu gost isegwi l-movimenti tal-karozzi għaddejjin. Stħajlu għadu żgħir, waqt li missieru kien isuq u ommu mħeddla fuq is-sit maġenbu. Hu kien jogħxa joqgħod għarkupptejh fuq

is-sit ta’ wara, iħares lejn il-karozzi għaddejjin. Lil ommu kien iġenninha biex tixtrilu l-mudelli żgħar ta’ dawn il-karozzi u kien għaqqad kollezzjoni sabiħa. Kien jagħmel sigħat twal jilgħab waħdu bihom. Saħansitra missieru bnielu garaxx tal-logħob bl-injam, u beda jżommhom fih. Kien joħroġhom biss minn dan il-‘garaxx’ xħin taparsi se jaħsilhom jew se jmur itellaq bihom. L-immaġinazzjoni kienet fertili u min jaf b’kemm-il mudell ta’ karozza ħolom li għad xi darba jkollu! Spiċċa li meta kiber u ġab il-liċenzja, William xtara karozza Volkswagen għandha s-snin fuqha u baqa’ biha. Ħalliha li hu ftit li xejn qatt użaha! In-namra għallkarozzi spiċċat mat-tfulija u l-kollezzjoni kienet spiċċat

f ’kaxxa kbira tal-kartun fuq ir-raff. Sakemm darba William iddeċieda li jneħħi kollox u biegħhom lil wieħed kollezzjonist. Il-fissazzjoni tiegħu nbidlet fuq ir-ritratti u x-xogħol li xtaq jibda jaħdem fis-snin ta’ wara. Hu ġemma’ u xtara kamera tiswa l-flus. Il-kors ta’ ġurnalist li kien daħal għalih kien jeħodlu ħafna ħin, u fl-istess waqt kien beda jattendi kors parttime dwar il-fotografija. L-għan tiegħu kien li ’l quddiem isiefer fuq xogħol u

jaħdem bħala korrispondent barrani. Dan l-għan ma damx ma laħqu għax wara biss ftit snin li ggradwa u beda jaħdem ta’ ġurnalist ma’ aġenzija lokali, ġietu l-ewwel opportunità. Aġenzija privata bbażata fl-Awstralja riedet nies biex jaħdmu u jirrapportaw mis-Sudan minħabba x-xamma ta’ gwerra ċivili oħra. Wara li applika, William ġie aċċettat. Minn hemm qatt ma ħares lura, u qatta’ iktar minn għaxar snin jaħdem barra.

Mistoqsija: X’kollezzjoni kien għaqqad meta kien żgħir? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb TLETTAX. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 30 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-MANIFEST TAL-KILLER hija:

M. MIFSUD - BIRKIRKARA

05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm huwa l-baġit li fl-aħħar xhur pajjiżna gawda mill-pakkett finanzjarju Ewropew MFF?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

23.05.2021

ANTHONY HARDY – IL-CAMDEN RIPPER PSIKOPATIKU LI QATTA’ WĦUD MILL-VITTMI TIEGĦU Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Anthony Hardy kien qattiel tal-massa Ingliż magħruf bħala l-Camden Ripper. Ingħata dan il-laqam minħabba l-fatt li tnejn mill-vittmi tiegħu nstabu mqattgħin u mormijin fiż-żibel. F’Novembru tal-2003, Hardy instab ħati ta’ tliet omiċidji u weħel għomor il-ħabs għal tliet darbiet. Minkejja li nstab ħati għal tliet omiċidji, il-pulizija jemmnu li huwa kellu aktar vittmi. Min kien Anthony Hardy Anthony Hardy twieled fil-31 ta’ Mejju tal-1951 f ’Burton upon Trent fi Straffordshire fl-Ingilterra. Minkejja t-tfulija xejn ferriħija li kellu, hu kien jibbrilla fl-iskola u fil-fatt ġab il-grad ta’ inġinier mill-Imperial College London. Wara li ggradwa, hu beda jaħdem bħala maniġer f ’kumpanija kbira. Hardy iżżewweġ u kellu tliet subien u tifla. Fl-1982, Hardy ġie arrestat wara li pprova jgħerreq lil martu iżda ma sar xejn hekk kif l-akkuża ġiet irtirata. Erba’ snin wara li seħħ dan, il-mara tiegħu ddivorzjatu u minn hawn bdiet in-niżla tas-saħħa mentali ta’ Hardy. Wara d-divorzju, Hardy spiċċa f ’diversi sptarijiet tal-moħħ u minn hawn sar magħruf li kien ibati

Wara iktar stħarriġ, il-pulizija saru jafu li kellu ċavetta u qabbduh jiftħilhom il-bieb. Fil-kamra, il-pulizija sabu mara bla ħwejjeġ mejta fuq is-sodda

mid-diżordni bipolari fejn dak li jkun ikollu bidliet estremi fil-burdati. Hu kien jiġi trattat fl-isptarijiet għad-dipressjoni, għall-vizzju taxxorb u għall-episodji psikopatiċi li kienu jagħtuh minħabba l-mediċini li kien jingħata. Hu għex f ’diversi postijiet f ’Londra fejn ġie arrestat għal diversi serqiet u minħabba mġiba indiċenti fit-triq. Fl-1998 ġie arrestat wara li mara tax-xogħol akkużatu li stupraha iżda l-investigazzjoni twaqqfet hekk kif ma nsabitx evidenza. Iktar m’għadda żmien iktar beda jixrob u spiċċa wkoll ibati saru jafu li kellu ċavetta u qabbduh jiftħilhom il-bieb. Fil-kamra, il-pubiz-zokkor. lizija sabu mara bla ħwejjeġ mejta fuq is-sodda. Il-mara kienet Sally Sejba b’kumbinazzjoni White ta’ 38 sena li kienet taħdem F’Jannar tal-2002, il-pulizija ġew im- bħala mara tax-xogħol u l-pulizija sejħa fi blokka ta’ appartamenti fejn raw li fuq rasha kellha diversi qatkien joqgħod Hardy. Il-ġara ta’ Har- għat u tbenġil. Il-patoloġista fody akkużatu li vvandalizzalha l-bieb rensiku, Freddy Patel, qal li White tal-appartament tagħha. B’hekk, mietet b’attakk tal-qalb minkejja li il-pulizija daħlu fl-appartament ta’ ċ-ċirkostanzi li nstabet fihom urew Hardy ifittxu u sabu bieb imsakkar, li kien hemm xi vjolenza oħra. Fil-fatt, Freddy Patel ma bediex fejn għall-bidu qalilhom li ma kellux jiġi fdat wara dan il-każ u każ ta’ ċavetta biex jiftaħ il-kamra. mewt ieħor li ħa ħsieb hu fl-2009 u Wara iktar stħarriġ, il-pulizija spiċċa biex twaqqaf milli jkompli jagħti servizzi mediċi mill-General Medical Council fir-Renju Unit. Minħabba li Patel qal li White mietet b’attakk tal-qalb, Hardy instab ħati ta’ ħsara kriminali biss u beda jgħid li ma kienx jaf kif White spiċċat fl-appartament tiegħu għax ma jiftakarx x’ġara minħabba li ta’ spiss kien ikun fis-sakra. Kien għalhekk li Hardy intbagħat fi sptar tal-moħħ u dam hemm sa Novembru tal-2002. Sejbiet oħrajn

IL-VITTMI LI JAFU BIHOM IL-PULIZIJA

Fit-30 ta’ Diċembru tal-2002, regattier sab partijiet minn żewġ katavri mqattgħin u mormijin f ’boroż taż-żibel. Il-pulizija saru jafu li l-vittmi kienu Bridgette MacClennan ta’ 34 sena u Elizabeth Valad ta’ 29 sena.

L-investigazzjoni li bdiet għaddejja wasslet lill-pulizija għal għand Hardy u rnexxielhom jarrestawh wara ġimgħa tfittxija. Hekk kif żewġ uffiċjali tal-pulizija marru biex jarrestawh, Hardy iġġieled u beda jirreżistihom. Lil wieħed mill-pulizija tah daqqa u ntilef minn sensih mentri lill-pulizija l-ieħor niffidlu mus f ’idu u qalagħlu għajnu minn postha. Minkejja li l-pulizija kien midrub, hu xorta rnexxielu jżomm lil Hardy sa ma ġew iktar pulizija fuq il-post. Il-pulizija fittxew fl-appartament ta’ Hardy u sabu rqajja’ bid-dmija taż-żewġ vittmi. Dan kien ifisser li l-vittmi kienu fl-appartament tiegħu u li ġew imqattgħin hemmhekk. Sar magħruf ukoll li ż-żewġ vittmi nqatlu fi żmien il-Milied. Hekk kif il-pulizija bdew jistaqsuh fuq il-vittmi, Hardy beda jwieġeb biss “no comment.” F’Novembru tal-2003, Hardy ammetta li qatel lil White, lil MacClennan u lil Valad u weħel sentenza ta’ għomor il-ħabs għal kull delitt. Minkejja li nstab ħati ta’ dawn ittliet omiċidji biss, il-pulizija jaħsbu li hu kellu x’jaqsam ma’ żewġ każijiet oħrajn fejn il-katavri mqattgħin ta’ żewġ nisa tax-xogħol instabu fixxmara Thames. Hardy miet fl-età ta’ 69 sena fil-Frankland Prison f ’Novembru tal2020.


26

23.05.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

23.05.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 382

C. VELLA - SAN ĠILJAN

Bi 3 NUMRI 721 073 741 074 755 136 779 285 810 322 825 329 982 638 998 639 673 B’4 NUMRI 697 0029 698 0485 720 0554

1036 1058 1238 1604 1839 2121 2166 2240 2266 2561 2568 2969 3554

3621 3837 4464 4526 5020 5126 6028 6340 6424 6684 7659 7752 8308

8839 9122 9427

53419 55134 68982 70929 72708 84024 89942 94428 96374 97011

B’5 NUMRI 02439 02608 04333 07466 23455 42150 B’6 NUMRI 49603 100496 52892

134370 241233 367426 448340 552249 576833 656403 781865 784082 956326 984421

MIMDUDIN: 7,23. 1. Kompli l-qawl: 9. Fil-ħawt tal-ilma 10. mbierek kulħadd 12. ......... sebgħu (5) 16. 4. Ma jismax (4) 18.

Apprezza? (6) 19. Isem (3) 20. Frotta (6) 21. Belt (6) Wieħed Taljan (3) 23. Ara 2 24.

Ħarab? (3) Lest (5) Aħjar din milli aħħ (3) Ara 7 Matrimonju (5)

WEQFIN: 6,22. 1. Jitfgħu minn tulu (6) 8. 2,18. Hekk jagħmillu 11. fejn jieklu (5) 12. 3,12W. Birra antika (5) 13. 5,11. Ta’ veru (5)

Jaqtgħu dawn (6) 14. Tal-għaġeb! (9) 15. Ara 5 17. Ara 3 21. Ray Kitcher Randon (1,1,1) 22.

Artisti (6) Fniek żgħar (6) Għaref ? (3) Union talħaddiema (1,1,1) Ara 6

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Saħħa, 4.Ċajt, 7,17.Btala, 9,13. Legali. 10.Benito, 12.Kbarat, 16.Nar, 18.Le, 19.Lin, 20.Timla, 21.Rat, 24.Ibati

WEQFIN: 1.Sultan, 2.HMG, 3,5.Abbati, 5,11. Tħobb, 8.Terremoti, 12,23.Kristu, 14.Tlaqqa, 15.Inċedi, 21.Rai, 22.Tut


28

23.05.2020

L-GĦIRA TA’ KULĦADD Editorjal

Minbarra ħajt sod dobblu li sabu fil-Mexxej Laburista, mogħni bid-doni tal-għaqal u d-determinazzjoni, tal-PN mhumiex jirrealizzaw li warajh hemm l-akbar appoġġ tal-poplu Malti u Għawdxi biex il-Gvern jissokta fl-istess triq prospera

Il-fatt li s-suċċess ta’ xi ħadd faċilment ikun l-għira ta’ ħadd­­ ieħor, jekk mhux ukoll l-instigazzjoni għal mibegħda, ma jfissirx li xi ħadd xi darba għandu jieqaf jew jaqta’ qalbu milli jittanta jilħaq miri li jkun ifassal f’ħajtu. Awtomatikament kieku tkun il-ġurnata tal-falliment qabel biss isir l-ewwel pass biex ixxew­qa ssir realtà. Fl-istess ħin, ikun is-suċċess ta’ min ma jridx li jittieħed dak il-pass u wisq inqas li jinkisbu l-aspirazzjonijiet ta’ dak li jkun. Għaldaqstant fl-aħħar tmien snin qatt ma stajna nieħdu b’sorpriża r-reazzjoni simili tal-Partit Nazzjonalista fl-Op­ po­­­żizzjoni kontra l-ħidma talGvern. Minnu nnifsu, il-fatt storiku li dan ġie skreditat (u b’liema mod) ukoll wasslu biex, fl-ewwel lok, jimtela bis-suppervja u l-arroganza aktar milli diġà kien. Meta l-Gvern il-ġdid mhux biss kampa fis-sitwazzjoni di­ żas­truża li ħalla hu warajh, iżda saħansitra rnexxielu jibda jdawwar id-destin tal-pajjiż lejn

orizzonti sbieħ għal kulħadd, allura nħaraq iżjed. U ladarba baqa’ qatt m’għa­ raf, bl-umiltà kollha, li l-problema kollha kien biss hu u ħadd iżjed, spiċċa bidel dawk is-suppervja u arroganza f’korla kontra l-poplu inġenerali u f’odju mingħajr qies kontra l-Partit Laburista, kontra dawk li kienu fi ħdanu jew kontra kull min kien qed jinġibed lejh. Aktar ma nħoloq ġid f’dawn l-aħħar żminijiet għat-tgawdi­ ja tal-poplu kollu, iżjed beda jiżbroffa l-PN u titfixkel f’saqaj­ ha stess l-Oppożizzjoni. B’dan l-istess qies, l-elementi ħżiena, li wasslu għall-fallimenti passati Nazzjonalisti u li baqgħu sal-lum jiddominaw fid-Dar Ċentrali, xirfu lil hinn mil-linja ta’ diċenza umana li tinżamm anke fl-akbar gwerer dinjin. Il-periklu u r-ridikulaġ­ ni f’azzjonithom – biex jaslu fejn ma jixirqilhomx ikunu – ġegħluhom jiffabbrikaw ilgideb, joħolqu s-sabutaġġi, ixewxu u jkesksu kontra art twelidhom, waqt li jinnamraw mal-kriminali, kif iddikjara bla

tlaqliq il-Prim Ministru Robert Abela din il-ġimgħa. Fid-disprament li jaħkimhom, iridu jużaw il-kilba għall-ħelsien li għandhom persuni akkużati bl-agħar reati fil-Qorti, bħala springboard biex jilħqu l-“għe­ neb”. Minbarra ħajt sod dobblu li sabu fl-istess Mexxej Laburista, mogħni bid-doni tal-għaqal u d-determinazzjoni, tal-PN mhu­mie­x jirrealizzaw li warajh hemm l-akbar appoġġ tal-poplu Malti u Għawdxi biex il-Gvern jissokta fl-istess triq prospera li qbadna mill-2013 ’il quddiem. L-ebda attentati fallaċi ma jistgħu jikkonvinċu lil din l-istess forza nazzjonali, li kienet ċara iżjed minn biżżejjed fil-fehma tagħha u ddikjarat li mhi se tħalli lil ħadd iġebbidha minn imneħirha jew iqarraq biha b’wegħdi li huma nieqsa minn kull irġulija. Minbarra hekk, l-alternatti­ va li l-PN irid jipprova jbigħ lill-popolin mhux biss hi xotta iżjed mill-frawli, iżda prattikament hi biss duħħan simili għal dak li kien irewwaħ sa minn

żmien Lawrence Gonzi u Simon Busuttil. Illum, wara dawn issnin iħaffru iżjed fil-fond, ukoll niżlu sal-livell taċ-ċuċati, bħal meta fl-aħħar jiem il-Kap attwali Bernard Grech ġie jgħidilna li, jekk iżżomm kelmtek u twettaq dak li tkun wegħedt, hu biss daħq fil-wiċċ. Il-mibki Feliċ Agius, l-ewwel Editur tagħna u wieħed mill-ftit mogħnija bl-esperjenza ġurna­ listika ta’ vera, kien iħobb juża l-għerf ta’ missirijiet­na li jgħallimna li min jidħaq l-aħħar, jidħaq l-aħjar. Illum jafuh anke Nazzjona­listi ġen­wini. Dan kollu jkompli jirriafferma l-aħjar għażliet elettora­li li esperjenzajna f’pajjiżna fl-aħ­ ħar għaxar snin. Isaħħaħ ukoll iżjed il-fehma tal-maġġoranza kemm hi ideali t-triq li qabad il-Partit Laburista sa mill-ew­wel ġurnata li xammar il-kmiem u beda jwettaq ħidmietu mill-Gvern, ispirata biss mit-twemmin ta’ ġustizzja soċjali li xprunah għal dawn l-aħħar mitt sena u se jibqa’ jiggwi­dah għall-mitt sena li għad iridu jiġu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.