KullĦadd_24.01.2021

Page 1

MALTA AKTAR SIGURA B’INQAS REATI FL-2020 Il-Ħadd, 24 ta’ Jannar, 2021

Ħarġa Nru 1,437

Prezz €1

Rapport f’paġna 6

INKAPAĊI LI JIDDEĊIEDI IL-KAP TAL-OPPOŻIZZJONI MHUX BISS BAQA’ JKAXKAR SAQAJH GĦAL IŻJED MINN TLIET XHUR BIEX JIEĦU L-AKTAR DEĊIŻJONI BAŻIKA FIT-TMEXXIJA U JFASSAL IX-SHADOW CABINET TIEGĦU, IMMA, META ĠIE BIEX JEĦODHA, KELLU JIRTIRA KOMPLETAMENT IL-PJAN ORIĠINALI … LISTA ITWAL TA’ INDEĊIŻJONIJIET TIEGĦU Il-Kap Nazzjonalista din il-ġimgħa wera n-nuqqas ta’ kapaċità tiegħu li jiddeċiedi, anke fuq l-iżjed affarijiet bażiċi fil-politika. Fit-tfassil tax-Shadow Cabinet, iżjed minn tliet xhur wara l-ħatra tiegħu, Bernard Grech kellu jagħmel diversi rtirati mill-pjani oriġinali ta’ kif ried iwettaq il-politika tiegħu għaż-żmien li ġej. Dan il-fatt ġie nnotat kemm millmidja indipendenti kif ukoll min-Nazzjonalisti stess li, kif imwegħdin, ippretendew li l-Kap il-ġdid issa jħalli l-marka tiegħu. Minflok, weħel f’mument ieħor deċiżiv filkarriera politika qasira tiegħu u se jiżdied ma’ oħrajn li għadu ma jridx jieħu pożizzjoni fuqhom jew inqabad f’pożizzjonijiet konfliġġenti. Rapport sħiħ f’paġni 4 u 5

DIVORZJU COVID-19 ĊITTADINANZA PROSTITUZZJONI STAZZJONIJIET POLITIĊI UGWALJANZA KANNABIS


02

24.01.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa fit-Tramuntana tal-Italja, u li testendi sal-Baħar Libjan, se tersaq fuq il-Baħar Adrijatiku It-Temp: Il-biċċa l-kbira msaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi mill-Punent il-Lbiċ li jsir qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat għal qawwi li jsir qawwi L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral li jsir imħawwad It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

16°C UV 2

12°C

Il-Ħamis

15°C UV 2

9°C

Il-Ġimgħa

15°C UV 3

10°C

Is-Sibt

INDIRIZZ POSTALI 15°C UV 2

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

13°C

17°C UV 3

12°C

16°C UV 3

12°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Trinity Pharmacy, 32 Triq il-Marsa, Il-Marsa – 21235595 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Marrit Pharmacy, Triq l-1 ta’ Mejju, Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488613 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 San Ġwann Pharmacy, 11, Triq Feliċ Borġ, San Ġwann – 21386974 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 St. Catherine Pharmacy, Triq id-Dielja k/m Triq Santa Katerina, Ħ’Attard – 21413442 St. Louis Pharmacy, Shop 1, Bohemian Courts, Vjal l-Indipendenza, Il-Mosta – 21432802 Il-Gżejjer Pharmacy, Triq il-Kurazza, Il-Qawra – 21581876 St. Monica Pharmacy, 157, Triq Santa Monika, Raħal Ġdid – 21665848 White Cross Pharmacy, Shop A, Block 1, Fuq San Pawl, Bormla – 21821671 Mediatrix Plus Pharmacy, 7, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 27826685 Medicaid Pharmacy, 62, Vjal it-Torri, Il-Gudja – 21676294 Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur – 21566431 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

24.01.2021

“MINN 22 ENTITÀ GĦAL AWTORITÀ WAĦDA BIEX TIRREGOLA L-INDUSTRIJA” IL-KAMRA TAL-PERITI, FOST L-IMSIEĦBA SOĊJALI POŻITTIVI DWAR ID-DISKUSSJONI FIL-PARLAMENT BIEX IKUN HEMM STANDARDS OGĦLA U INQAS BUROKRAZIJA FL-INDUSTRIJA TAL-KOSTRUZZJONI U L-BINI

AND RE PI Z TO ZU SA ND R

O ET CH I CUT

Bil-ftuħ tad-diskussjoni Parlamentari dwar il-liġi li tirregolarizza l-industrija tal-kostruzzjoni u l-bini, li se twassal ukoll għall-ħolqien ta’ awtorità regolatorja, il-President tal-Kamra tal-Periti Andre Pizzuto ddikjara li dan l-iżvilupp se jwassal għal aktar infurzar u inqas burokrazija. L-Erbgħa filgħaxija l-Prim Ministru Robert Abela indirizza lill-ogħla istituzzjoni nazzjonali u f’diskors skjett qal li mhux lest jistenna iżjed għallbidliet meħtieġa f’dan is-settur, waqt li se jara li jiddaħħlu standards ogħla għal kull min jopera fih. Hu kien qed jitkellem waqt id-diskussjoni fit-tieni qari dwar l-abbozz ta’ liġi li jwaqqaf l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni. Dwar il-ħolqien ta’ Awtorità ġdida tal-Bini u l-Kostruzzjoni, il-Prim Ministru qal li din se tkun qed tassorbi l-funzjonijiet li bħalissa huma assenjati lill-Bord li jirregola l-Bini u lill-Uffiċċju dwar ir-Regolament tal-Bini, l-Aġenzija tal-Bini u tal-Kostruzzjoni u l-Bord għall-Bennejja, filwaqt li se toħroġ linji gwida u regolamenti maħsubin biex itejbu l-prattiċi tal-bini u l-kostruzzjoni f’Malta, u tara li dawn jiġu osservati. Residenti li joqogħdu qrib sit ta’ kostruzzjoni wkoll

se jingħataw dritt jaħtru perit li jara li x-xogħlijiet qed isiru sew, bi spejjeż għall-iżviluppatur. Il-Prim Ministru saħaq li r-riforma fil-qasam tal-bini u l-kostruzzjoni hi pass ieħor f’dak li jrid jagħmel ilGvern fit-tisħiħ tal-istandards u l-istituzzjonijiet waqt li jżid l-iskrutinju biex il-pajjiż jimxi ’l quddiem fl-10 snin li ġejjin. Hu stieden ukoll lill-Oppożizzjoni biex taħtar membru fuq din l-Awtorità l-ġdida. Waqt li poġġa fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport ta’ kumitat tekniku li ħatar wara l-mewt ta’ Miriam Pace daqs sena ilu, il-Prim Ministru tenna

li dan intuża bħala bażi legali għal dan l-abbozz. Mitlub jikkummenta f’dan ir-rigward, Pizzuto qal li dan se jkun importanti ħafna. “Bħalissa hemm 22 entità li tirregola din l-industrija, li huwa diffiċli. Hemm entitajiet jirregolaw affarijiet differenti, l-elettriku, id-drenaġġ, health and safety u dan l-isparpaljar qed joħloq problemi ta’ nuqqas ta’ effiċjenza u nuqqas ta’ inforzar tar-regolamenti. Allura dan ilpass hu pass importanti ħafna biex il-frammentazzjoni titlaq, dan se jgħin anke lill-pubbliku biex ikun jaf lil min irid jirreferi f’każ ta’ problemi,”

Il-Prim Ministru saħaq li r-riforma fil-qasam tal-bini u l-kostruzzjoni hi pass ieħor f’dak li jrid jagħmel il-Gvern fit-tisħiħ tal-istandards u l-istituzzjonijiet waqt li jżid l-iskrutinju biex il-pajjiż jimxi ’l quddiem fl-10 snin li ġejjin

saħaq il-President tal-Kamra tal-Periti. Fi stqarrija, il-Kamra tal-Periti wkoll faħħret lill-Gvern li, b’din il-liġi, laqa’ r-rakkomandazzjonijiet tagħha u ma ddejjaqx jaġixxi biex dan is-settur ikompli jiġi regolarizzat u fl-aħħar tintlaħaq mira importanti ħafna. L-organizzazzjoni faħħret l-impenn tas-Segretarju Parlamentari responsabbli Chris Agius u wiegħdet l-appoġġ sħiħ tagħha biex jiddaħħlu l-miżuri li hemm bżonn f’dan ir-rigward fl-aħjar interess tal-pubbliku inġenerali. L-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) ukoll laqgħet it-tibdil li se ġġib magħha l-Awtorità l-ġdida, mhux l-inqas bl-adozzjoni mandatorja tal-iskema li ġiet introdotta minnha stess f’Lulju li għadda, għal serħan tal-moħħ lil residenti li jgħixu biswit sit ta’ kostruzzjoni. “Hu importanti li l-Gvern qed jagħti prijorità lil din l-Awtorità l-ġdida. Rajna wkoll kif din se tkun qed timplimenta xi ħaġa li għamilna aħna stess, l-inizjattiva tas-safe neighbourhood scheme, li ħadmet tajjeb ħafna fost il-membri tal-MDA u issa se tkun applikata fuq kulħadd,” saħaq Sandro Chetcuti, President tal-Assoċjazzjoni.


04

24.01.2021

L-INDEĊIŻJONI WASSLET UKOLL QASAM SOĊJALI: David Agius, Ivan Bartolo, Therese Comodini Cachia u Mario Galea

Meta din il-ġimgħa tħabbar ix-Shadow Cabinet Naz­z­jona­lista, spikkaw b’mod partikolari s-sintomi ta’ nuqqas ta’ kapaċità li għandu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech biex jilħaq kompromessi mad-deputati tiegħu għar-rwoli uffiċjali fit-tim tiegħu u allura l-qafas li fuqu tibbaża l-politika tal-Oppożizzjoni. Konflitti u tisbit tas-saqajn, li wkoll saru pubbliċi mil-laqgħat interni fl-istess tfassil, enfasizzaw id-dgħufija talmagħżul tal-establishment Nazzjonalista biex jimxi fit-triq li xtaq. Wara li lissen l-ewwel messaġġi, li ma kellux għaġla biex jaħtar ix-Shadow Cabinet tiegħu (b’risposta għall-kritika wiesgħa li kien qed jirċievi), Grech inqabad li prattikament ma kien kapaċi jbiddel xejn anke jekk fl-istess ħin, ironi­ kament, kien qed jimbarka fuq kampanja ġdida Nazzjonalista bit-tema ta’ “Paġna Ġdida”. Nhar il-Ġimgħa filgħaxija Grech ukoll beda jaħrab mistoqsijiet ta’ x’deċiżjonijiet kien jieħu hu kemm-il darba jkun Prim Ministru. Intervis­tat fuq il-programm Insights ta’ TVM, il-Kap Nazzjonalista kien evażiv il-ħin kollu f’dan ir-rigward u indika biss li meta jasal il-mument jara x’jagħmel. Ilbiratlula wkoll, ONE News ikkwota sorsi fid-Dar Ċentrali jgħidu li ħafna mid-deputati kellhom jiffaċċjaw lil Ray Bezzina, il-favorit tal-Kap attwali, biex ikunu jafu bir-rwoli li kellhom jiġu assenjati lilhom. Issa fid-Dar Ċentrali qed isir it-tgemgim minn dawk li stennew aħjar mingħand Bernard Grech, speċjalment wara li dan tela’ bl-għajta li se jġib tibdil wara l-era ta’ Adrian Delia.

Iżda n-nuqqas tal-Kap Nazzjo­nalista li jiddeċiedi u s-suppervji li ma kinux ta’ sostenn ġew ukoll indikati f’diversi rapporti ta’ midja indipendenti matul din il-ġimgħa. Waqt li l-Maltatoday enfasizzat kif Grech kellu jdoqq l-irtirata u l-maġġoranza tad-deputati żammew il-portafolli li kellhom, l-Illum stqarret li kien hemm biss tibdil minimu u l-Independent għafset iżjed fuq l-apatija ta’ bosta deputati stabbiliti li ma kienu qed jaqblu xejn dwar it-tibdil propost. Ġie rrapportat, fost oħrajn, kif, wara li Grech ittanta jneħħi s-settur tas-saħħa minn taħt idejn Stephen Spiteri, qamet rivolta mill-Kumitat Sezzjonali Nazzjonalista tat-Tieni Distrett, tant li l-Kap kellu jċedi għall-pressjoni. L-istess kellu jiġri bil-Viċi Kap Robert Arrigo, li fil-bidu kien tneħħielu l-qasam tat-turiżmu, iżda eventwalment reġa’ ngħatalu, meħud kont li l-PN ma jaffordjax jitlef kull introjtu finanzjarju li dan kapaċi jressaq lejn id-Dar Ċentrali, anke jekk kien leali sal-aħħar lejn l-Eks Kap Adrian Delia. Nhar l-Erbgħa bil-pubblikazzjoni tal-lista tal-kelliema uffiċjali tal-Oppożizzjoni wara 109 ijiem mill-ħatra tiegħu, ħareġ kif Grech ma setax lanqas jagħti dekasteri sħaħ lil kull deputat biex ukoll jir­riflettu l-istess responsabbiltajiet li għandhom il-Ministeri u s-Segretarji Parlamentari tal-Gvern. Minflok, kien imġiegħel jaqsam setturi f’biċċiet iżgħar biex iraqqa’ l-pannu bil-qargħa aħmar. Għadd ta’ Deputati Nazzjonalisti, partikolarment dawk li azzardawx juru snienhom, spiċċaw bil-biċċiet żgħar minn setturi nazzjonali biex ikopruhom bħala parti mir-responsabbiltajiet il-ġodda tagħhom ta’ kelliema uffiċjali tal-Oppożizzjoni. Dan ukoll kif deskritt bħala riżultat ieħor tal-bruda interna li spiċċat taħkem lill-Grupp Parlamentari ta’ Grech. Anke jekk b’kollox involva 27 deputat minn tiegħu (Adrian Delia rrifjuta li jkollu portafoll fix-Shadow Cabinet), li hu l-istess ammont ta’ membri fil-Kabinett tal-Gvern, kienu biss tmien rappreżentanti tal-Oppożizzjoni li għandhom ir-responsabbiltà biex jissorveljaw dekasteru wieħed sħiħ jew kważi u li ma In-nuqqas tal-Kap Nazzjonalista biex jasal jaqax taħt iżjed minn ministru wieħed. Dawn kienu Beppe Fenech Adami (Inf’kompromessi mal-Grupp Parlamentari tern), Mario de Marco (Finanzi), Robert Arrigo (Turiżmu), Chris Said (Għawdex), tiegħu wassal għal biċċiet ta’ oqsma Carm Mifsud Bonnici (Affarijiet Barrnazzjonali maqsumin fost 18-il kelliem anin), Stephen Spiteri (Saħħa), Claudio Grech (Riċerka u Innovazzjoni) u Toni tal-Oppożizzjoni, waqt li ċerti kelliema Bezzina (Trasport u Infrastruttura). spiċċaw ikopru setturi li ma jrieġu xejn flimkien 18 oħrajn spiċċaw ilaqqtu l-frak. F’ċerti ċirkostanzi, mal-erba’ jew ħames Dep-


05

24.01.2021

GĦAL SPARPALJAR TA’ SETTURI AMBJENT: Hermann Schiavone, David Thake, Robert Cutajar u Ryan Callus

utati Nazzjonalisti jridu jlaħħqu f’daqqa mar-responsabbiltajiet ta’ Ministru wieħed Laburista, waqt li hemm mill-inqas tliet kelliema Nazzjonalisti li ngħataw ir-responsabbiltà ta’ aktar minn settur wieħed li ma jreġux, sempliċiment għax mhumiex konsistenti flimkien. Fost dawn jispikkaw partikolarment dawk tad-deputati Mario Galea, li s-saħħa mentali u drittijiet tal-annimali issa ġew jaqgħu t-tnejn taħtu; Edwin Vassallo, li tgħabba bil-kaċċa u l-insib flimkien man-negozji żgħar u medji; u Hermann Schiavone, li issa hu l-kelliem għall-kostruzzjoni u fl-istess ħin għall-Freeport, wisq probabbli sempliċiment għax dan jaqa’ fil-kostitwenza tiegħu. Minbarra hekk, numru ta’ oqsma, li wkoll jeħtieġu attenzjoni partikolari u anke ffukata, ġew sparpaljati bejn tlieta jew erba’ deputati, li kollha ħadu biċċa kull wieħed. Dan kien il-każ għall-oqsma tal-enerġija, l-ambjent u l-ippjanar, li tqassmu bejn Ryan Callus, David Thake, Robert Cutajar u Hermann Schiavone; u għall-politika soċjali li tferrxet fuq David Agius, Claudette Buttigieg u Ivan Bartolo. Ma’ dan, għadd ta’ dekasteri tal-Gvern se jkollhom iżjed għajnejn fuqhom, bil-possibbiltà kbira li iżjed ikun hemm tgħaffiġ, jew daqqiet ta’ stalletti minn wara kawża ta’ kompetizzjoni. Tant hu hekk li d-Deputat Prim Ministru u Ministu għas-Saħħa Chris Fearne u l-Ministri Ian Borg (Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali), Michael Falzon (Ġustizzja Soċjali u Solidarjetà, Familja u Drittijiet tat-Tfal), Silvio Schembri (Ekonomija u Industrija), Aaron Farrugia (Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar), Julia Farrugia Portelli (Inklużjoni u Titjib fil-Ħajja) u Miriam Dalli (Enerġija, Intrapriża u Żvilupp Sostenibbli) għandhom minn tlieta sa ħames kelliema tal-Oppożizzjoni għal kull wieħed minnhom. Rapport minn ONE News qal kif fil-laqgħat mad-deputati, biex jgħarrafhom bil-portafolli ġodda, Grech dejjem kellu miegħu lil Ray Bezzina, Eks Chief of Staff ta’ George Pullicino u llum esponent tal-għaqda Repubblika, wara insistenza tal-Eks Ministru u Eks Segretarju Ġenerali Louis Galea. Dan kien rifless fl-għażliet fejn din l-għaqda Nazzjonalista wkoll ħalliet it-timbru tagħha fuq ix-Shadow Cabinet il-ġdid. Fil-fatt, ħu l-President tal-għaqda, Karol Aquilina tpoġġa Kelliem għall-Ġustizzja, flok Jason Azzopardi, li ġie mfiehem lilu li ma jistax jibqa’ kelliem għal dan il-qasam u ntużat l-iskuża li hu avukat f’każi prominenti fil-pajjiż. Imkejjen fid-Dar Ċentrali qalu lil ONE News li lil Azzopardi qalulu li għandu kunflitt ta’ interess, iżda Bernard Grech ma ra l-ebda kunflitt ta’ inter-

EKONOMIJA: Jason Azzopardi, Kristy Debono, Hermann Schiavone u Edwin Vassallo

ess li ħu l-President ta’ Repubblika jkun Kelliem għall-Ġustizzja jew li Kristy Debono tkun Kelliema għall-Gaming, fost oħrajn, meta hi wkoll impjegata mal-awtorità responsabbli, il-Malta Gaming Authority (MGA). L-istess sorsi qalu li, min-naħa l-oħra, Azzopardi kkuntenta b’settur fejn xorta jista’ jibqa’ jagħmel il-ħsara lill-pajjiż barra minn xtutna. Hu se jkun Kelliem għax-Xogħol u t-Taħriġ, il-Kompetittività u l-Intrapriża, settur ieħor li l-PN ma jinżlulux ir-riżultati sbieħ li qed jikseb pajjiżna fihom, speċjalment meta jiġu attirati l-investimenti, li jfissru l-ħolqien tal-impjiegi. Joseph Ellis, avukat ieħor ta’ Repubblika, ingħata s-settur tar-riformi kostituzzjonali. Lil Therese Comodini Cachia, Grech ukoll kellu jikkuntentaha

u finalment laħħaqha Kelliema għal Governanza Tajba. B’hekk, l-għaqda żammet il-kontroll fuq l-oqsma li tant titkellem dwarhom, bla ma tipprattikahom. Dan kollu kien f ’kontradizzjoni skjetta malistqar­rija uffiċjali tal-PN dakinhar li tħabbret il-lista tal-kelliema uffiċjali fejn ġie enfasizzat li l-Grupp Parlamentari hu fundamentali għal dan it-“tiġdid” u li f ’dawn l-ewwel 100 jum talKap il-ġdid il-Grupp iltaqa’ aktar minn darba kull ġimagħtejn. Wara li Grech kien obbligat jir­ tira ċaqliq bħall-oqsma tas-saħħa u t-turiżmu, dekasteri kruċjali anke f ’dawn iż-żminijiet ta’ pandemija, l-istqarrija tal-PN qalet li “t-tiġdid qed jitkompla biex il-PN iwettaq il-viżjoni tiegħu – dik li joffri Paġna Ġdida għal Pajjiżna”.

JIDDEFENDI LIL MIN KIEN WARA T-TGĦASSIDA RAY BEZZINA

LOUIS GALEA

Fl-intervista ta’ nhar il-Ġim­ għa fil-prog­ramm Insights, ippreżentat mill-ġurnalist Glenn Falzon, il-Kap tal-Oppo­żizzjoni ħareġ għonqu kemm għall-Eks Chief of Staff ta’ George Pullicino, Ray Bezzi­na, kif ukoll għallEks Ministru Louis Galea. Dawn it-tnejn kienu responsabbli, b’xi mod jew ieħor, għar-rebus li nqala’ fil-Grupp Parlamentari Nazzjonalista din il-ġimgħa. Grech, iżda, iddeskriva lit-tnejn bħala persuni validissimi li taw ħafna lill-Partit Nazzjonalista u li jgawdu l-fiduċja tiegħu. B’referenza għar-rabta ta’ Bezzina mal-għaqda Nazzjonalista Repubblika, li jagħmel parti minnha hu wkoll, il-Kap Nazzjonalista stqarr li ma nistgħux naqtgħu l-irjus sempliċiment għax xi ħadd ikun esprima

opinjoni fil-pubbliku. ONE News irrapporta kif illaqgħat minn Bezzina b’mod personali ma’ ħafna mid-deputati u mingħajr il-preżenza talKap, qanqlu l-għadab f’uħud li ppretendew li kellu jkun Grech stess li jinfurmahom u jiddibatti magħhom ir-rwoli fix-Shadow Cabinet u dak li xtaq mingħandhom. Bezzina kien ukoll involut f’ingaġġ skandaluż fil-Waste­Serv fi żmien il-Gvern ta’ Lawrence Gonzi hekk kif deher f’ħafna mill-emails li kienu żvelati tliet snin ilu mill-Maltatoday. Fihom joħroġ kif kien imbotta għall-ingaġġ ta’ kostitwenti tad-depu­ tati u eks mi­nistri Nazzjona­ listi fil-WasteServ, saħansitra ġimgħat biss qabel l-Elezzjoni Ġene­rali tal-2013.


06

24.01.2021

MALTA AKTAR SIGURA B’INQAS REATI FL-2020 B’2,500 RAPPORT INQAS LILL-PULIZIJA LOKALI S-SENA L-OĦRA REĠA’ ĠIE RREĠISTRAT TITJIB GĦAR-RABA’ SENA KONSEKUTTIVA

INVESTIMENT F’AKTAR TRASPORT PUBBLIKU SIGUR U EFFIĊJENTI Bħala l-operatur ewlieni fil-qasam tat-trasport sostenibbli, Malta Public Transport investiet f’teknoloġija avvanzata li tgħin lix-xufiera jtejbu l-effiċjenza u s-sigurtà waqt is-sewqan. Is-sistema tagħti informazzjoni f’ħin reali fuq is-sewqan u tkejjel l-indikaturi prinċipali bħall-konsum tal-fuel u sinjali ta’ inċidenti, fost oħrajn. Wara perjodu ta’ prova intensiv, it-teknoloġija ġiet introdotta max-xufiera kollha fl-2020 biex issa jistgħu jaraw l-istatistiċi personali tagħhom permezz ta’ rapport iġġenerat kull xahar. Malta Public Transport se tippremja wkoll lix-xufiera li jilħqu livelli ta’ eċċellenza. “Din is-sistema ġdida qed tgħinna nirfinaw is-servizz biex inkomplu ntejbu l-esperjenza tal-passiġġieri u nsaħħu l-involviment tal-impjegati fl-istess ħin,” qal David Alvarez, id-Direttur tal-Operazzjonijiet ta’ Malta Public Transport. Mgħammra b’informazzjoni preċiża dwar ir-rata ta’ aċċellerazzjoni, fost oħrajn, ix-xufiera tat-trasport pubbliku issa jistgħu jaddattaw issewqan tagħhom biex jikkonsmaw fuel b’aktar responsabbiltà u ferm inqas tniġġis.

Il-flotta ta’ karozzi tal-linja ta’ Malta Public Transport diġà hi fost l-aktar ġodda fl-Ewropa, bl-aħħar żieda ta’ vetturi b’magni Euro VI introdotta biss is-sajf li għadda. Minbarra inqas ħela ta’ fuel, is-sistema intelliġenti tavża lix-xufiera dwar riskji li jista’ jkun hemm fit-triq biex tiġi żgurata aktar sigurtà. “Is-sigurtà hi l-ewwel prijorità tagħna, u din l-għodda innovattiva se tkompli ttejjeb ir-rekord ta’ suċċess li ksibna f’dan ir-rigward,” tenna s-Sur Alvarez, waqt li nnota kif it-teknoloġija diġà wasslet għal tnaqqis fir-rata ta’ inċidenti flaħħar xhur ta’ prova. “Ir-reazzjoni immedjata kienet impressjonan­ ti hekk kif ix-xufiera ħadu minnufih responsab­ biltà tal-aspetti li kienu jeħtieġu attenzjoni fissewqan tagħhom u fittxew li jgħollu l-kwalità tal-prestazzjoni,” spjega d-Direttur tal-Operazz­ jonijiet. “B’din it-teknoloġija, is-sewwieqa qed jifhmu aħjar ir-rwol kruċjali tagħhom biex ilpassiġġieri jkollhom servizz ta’ livell għoli b’mod konsistenti u biex ikompli jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport pubbliku.”

Fl-2015 Malta kellha 40 reat kriminali għal kull 1,000 persuna. Dawn niżlu għal 25.6 għal kull 1,000 persuna s-sena li għaddiet, hekk kif joħroġ mir-riżultati tar-rapport li janalizza b’mod annwali l-għadd ta’ reati kriminali fil-pajjiż ippreżentat ilbieraħ. Bl-aktar mod trasparenti u bl-appoġġ tal-Korp tal-Pulizija u l-Ministeru għall-Intern, il-Kriminologu u Professur Saviour Formosa jippubblika online analiżi dettaljata ta’ dak li jkun seħħ fit-12-il xahar tas-sena preċedenti, reat b’reat, lokalità b’lokalità. Fl-2020 ġew irrapportati lill-Pulizija 13,087 offiża, li jissarrfu fi tnaqqis ta’ 16% jew 2,502 reati meta mqabbel mal-2019. Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi, Byron Camilleri, kien skjett meta qal li wieħed irid jifhem is-sena partikolari li għaddejna minnha, iżda enfasizza li meta wieħed jara t-tendenza li hemm, il-pajjiż bla dubju qed isir wieħed aktar sigur. Sostna li dan mhux b’kumbinazzjoni u huwa frott ta’ bosta inizjattivi li ttieħdu biex l-awtoritajiet jaħdmu fuq prevenzjoni, fuq quddiem nett il-preżenza ta’ iktar pulizija fit-triq u mhux wara bank jistennew rapport. L-analiżi tal-Kriminologu u l-Professur Formosa turi li filwaqt li b’mod ġenerali s-serq naqas b’31% kien hemm xi żidiet ta’ serq minn postijiet bħal postijiet tal-kostruzzjoni. Min-naħa l-oħra s-serq minn residenzi ra tnaqqis sostanzjali. Fl-analiżi tiegħu, Formosa jgħid li “żoni soċjali, li qabel kienu ddominati minn reati f’żoni pubbliċi, qed isiru iktar siguri. Il-Pulizija ta’ Malta ħarġet b’saħħitha u kienet hemm għas-soċjetà kemm f’dik li hi tħejjija strateġika kif ukoll bl-implimentazzjoni tal-miżuri tal-COVID-19 li wasslu biex il-pajjiż ikun iktar sigur f’perjodu fejn kien magħluq. Dan l-impatt ma kienx inċidentali.” Il-Professur iżid li “l-pulizija u l-komunità intervjenew b’mod effiċjejnti permezz tal-proġett tal-Community Policing, interventi f’ċerti lokalitajiet u strateġija ta’ prevenzjoni.” Fir-rapport tiegħu bit-tema CrimeMalta Annual Report jissemmew ukoll l-impatt ta’ miżuri bħall-istrateġija ta’ trasformazzjoni, l-implimentazzjoni tal-GRECO u l-Moneyval. Ilkoll miżuri li jwasslu għal iktar riżultati, għalkemm imbagħad jgħollu r-rata ta’ reati f’ċerti oqsma sforz is-suċċess tal-pulizija. Il-Kummissarju tal-Pulizija, Angelo Gafà, tkellem kif is-suċċess f’dan ilkaż mhuwiex biss tal-Korp tal-Pulizija, iżda wkoll tal-komunità. Enfasizza li s-sigurtà mhix monopolju tal-pulizija, waqt li fl-istess ħin ta elenku dettaljat ta’ inizjattivi li ħa l-Korp tal-Pulizija għal Malta aktar sigura.

SERQ -31%

ĦSARAT -19%

FERITI FUQ PERSUNI -16%

OFFIŻI SESSWALI -14%

FRODI -1%


07

24.01.2021

MINN HONG KONG SAL-VJETNAM FIL-MIRA GĦAL RESIDENZI MALTIN PROGRAMM ĠDID LOKALI TA’ RESIDENZA B’INVESTIMENT LI SE JKUN QED JESPLORA SWIEQ INTERNAZZJONALI ĠODDA KIF UKOLL SKEMA MAĦSUBA BIEX TATTIRA PERSUNI MINN PAJJIŻI TERZI LI JRIDU JAĦDMU B’MOD REMOT MINN PAJJIŻNA

li “l-Programm tagħna hu wieħed serju immens għax l-ammont ta’ due diligence li nagħmlu hu fost l-ogħla fl-Ewropa u allura dak jagħmlu attraenti ħafna għal investituri serji. Il-Programm jaħdem billi dak li jkun jew jixtri proprjetà jew inkella jikri, rajna wkoll li jkun hemm differenza fil-valuri bejn innaħa t’isfel ta’ Malta u Għawdex u l-bqija ta’ Malta sabiex inħeġġu wkoll investituri jixtru proprjetà f’Għawdex u fin-Nofsinhar tal-pajjiż.” Ir-reviżjoni se tkun qed

iżżid il-kontribuzzjoni diretta lill-Gvern minn €30,000 għal €68,000 f’każ ta’ xiri ta’ proprjetà u minn €30,000 għal €98,000 f’każ ta’ kiri, iżda se titneħħa r-rekwiżita li wieħed jinvesti fi stocks u bonds tal-Gvern. Il-minimu f’xiri ta’ proprjetà f’Għawdex jew fin-Nofsinhar tal-pajjiż se jitla’ minn €270,000 għal €300,000 u minn €320,000 għal €350,000 fil-kumplament tal-pajjiż, waqt li l-kirjiet ma jistgħux ikunu ta’ inqas minn €10,000 fis-sena f’Għawdex u fin-Nofsinhar

ta’ Malta u €12,000 fiż-żoni l-oħrajn. L-Aġenzija tisħaq li dawn iż-żidiet mhumiex se jkollhom impatt fuq issuq inġenerali u l-barranin għandhom iżommu l-proprjetà matul il-perjodu kollu li jkollhom iċ-ċertifikat ta’ residenza Maltija. Kriterju ewlieni ieħor mill-Programm ta’ Residenza b’Investiment hu li l-applikant irid jagħti €2,000 lil xi għaqda mhux governattiva f’Malta jew f’Għawdex tal-għażla tiegħu. Is-Segretarju Parlamen-

tari żied jgħid li f’pandemija li ġabet magħha diversi sfidi, dan il-Programm serva ta’ spalla enormi għal diversi familji u negozji. “Waqt il-pandemija rrealizzajna kemm hu importanti li nattiraw l-investiment barrani dirett biex inkunu f’pożizzjoni bħala Gvern li dak id-dħul li qed indaħħlu nkunu nistgħu ngħinu lill-ħaddiema, lill-familji u lin-negozji biex l-ekonomija tagħna terġa’ taqbad tirpilja kemm jista’ jkun malajr.” Jirriżulta li sal-lum Malta rċeviet 2,542 applikazzjoni, bil-maġġoranza ġejjin miċ-Ċina, ir-Russja, l-Indja u l-Afrika t’Isfel. Madwar 10% tal-applikazzjonijiet jiġu rrifjutati. Minbarra hekk, tagħrif f’idejna juri wkoll li fiż-żmien li ġej mistenni jiddaħħal fisseħħ ukoll in-Nomad Residence Permit, li hu permess temporanju ta’ sena għal ċittadini minn pajjiżi terzi biex jiġu jgħixu u jaħdmu f’Malta. Il-permess, li ma jagħtix dritt għal residenza jew ċittadinanza Maltija, hu intenzjonat għal individwi li, bl-użu ta’ teknoloġiji ta’ telekomunikazzjoni, ikunu jistgħu xorta jaħdmu ’l bogħod minn arthom għal kumpanija rreġistrata barra jew inkella bħala freelancer jew aħjar, persuna li toffri servizzi lil klijenti rreġistrati f’pajjiżi oħrajn. Dan hu differenti mill-permess singolari tax-xogħol (Single Work Permit) li jagħti l-jedd lil ċittadini minn pajjiżi terzi biex jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna għal perjodu definit u li jista’ jiġġedded, waqt li jippermetti lill-benefiċjarji tiegħu biex iżommu l-impjieg attwali tagħhom ibbażat f’pajjiż barra minn Malta. Applikanti, li jistgħu jinkludu d-dipendenti tagħhom, ikunu jridu jiddikjaraw u jagħtu provi tal-impjieg tagħhom, flimkien mad-dħul tagħhom minnu. Din in-niċċa ġdida se tkun qed tgħin sabiex pajjiżna jkompli jattira talenti ġodda kif ukoll isostni l-mutur ekonomiku.

Ritratt ta’ @ITSJURGENS

Il-Programm Malti ta’ Residenza fiż-żmien li ġej se jkun qed jesplora swieq potenzjali ġodda, li jvarjaw mill-Ażja sal-Amerka t’Isfel, bil-għan li jkompli jissaħħaħ u jespandi fl-operat tiegħu. Ma’ dan, il-Malta Residency Visa Agency (MRVA) se tkun tista’ toħroġ permess ġdid lil persuni minn pajjiżi terzi biex jirrilokaw temporanjament f’pajjiżna waqt li jibqgħu jaħdmu għal kumpaniji stabbiliti f’pajjiżi oħrajn permezz ta’ remote working. Din il-ġimgħa l-Parlament beda jiddiskuti emendi filliġi, li jirregolaw il-Programm ta’ Residenza b’Investiment tal-MRVA, biex dan ikun jista’ jikkontribwixxi aktar u aħjar għall-ekonomija lokali, waqt li jinżammu l-istess proċessi serji u għolja ta’ due diligence. Malta tikkompeti ma’ madwar 20 pajjiż ieħor Ewropew, li jħaddmu programmi simili ta’ residenza. Is-Segretarju Parlamentari Alex Muscat, li hu wkoll responsabbli mill-Programm distint taċ-Ċittadinanza b’Investiment, spjega li r-reviżjoni fil-Programm ta’ Residenza mistennija tiġbed lejn Malta aktar investimenti barranin, anke iżjed minn dak li rnexxielu jattira fl-aħħar ħames snin kemm ilu jopera. Dan it-tibdil fil-Programm ta’ Residenza mistenni wkoll isaħħaħ id-dħul tal-Aġenzija u l-pajjiż inġenerali fuq dak li kien hemm s’issa. Din il-gazzetta hi infurmata li t-tmexxija tal-aġenzija lokali se tkun qed titfa’ ħarsitha fuq swieq potenzjali biex tkabbar il-portafoll tagħha, partikolarment iċ-Ċina, Hong Kong, ir-Russja, l-Indja, il-Korea t’Isfel, l-Afrika t’Isfel u l-Vjetnam. L-MRVA, li daqt tibdel isimha għal Residency Malta Agency, qed tara potenzjal f’ċittadini ġejjin minn dawn il-pajjiżi li jkunu qed ifittxu sigurtà u stabbilità minħabba problemi ekonomiċi jew politiċi fil-pajjiż t’orġini tagħhom jew inkella opportunitajiet aħjar għall-għajxien tal-familja, fejn jiġu kkunsidrati diversi fatturi, bħall-edukazzjoni tal-ulied, il-kura tas-saħħa u l-istil ta’ ħajja, li pajjiżna żgur jibbrilla fihom. Minn tagħrif li ta s-Segretarju Parlamentari Muscat din il-ġimgħa, jirriżulta li fl-ewwel tliet snin sħaħ tal-Programm, kien hemm injezzjoni ta’ darba ta’ kważi €30 miljun, aktar minn €17-il miljun f’infiq bħala konsum mill-parteċipanti, madwar €18-il miljun f’valur miżjud iġġenerat b’mod indirett u l-ħolqien ta’ 136 impjieg dirett. Waqt li indirizza lill-midja din il-ġimgħa, Muscat qal


08

24.01.2021

MAL-AQWA FID-DINJA F’SUQ LI QED JIKBER Is-sit speċjalizzat ZeroCrypted identifika lil Malta fost l-aktar pajjiżi avvanzati fid-dinja fejn jidħlu servizzi finanzjarji, flimkien ma’ Singapore, New Zealand, l-Iżvizzera u l-Estonja. B’enfasi fuq l-aktar pajjiżi fejn il-Cryptocurrencies u l-Blockchain kisbu suċċess, l-artiklu fuq is-sit jisħaq kif fl-aħħar xhur il-valur ta’ muniti virtwali baqa’ jogħla, bil-Bitcoin tkun l-aktar waħda popolari u allura qed tmexxi lill-bqija f’dan il-qasam. “L-investituri qed joħorġu fis-swieq biex jixtru l-Bitcoin bi kwalunkwe mezz possibbli, b’numru kbir ta’ għażliet għad-dispożizzjoni tagħhom,” qal ZeroCrypted, waqt li fakkar li s-suq tal-Crypto mhux dejjem kien aċċessibbli. Ċerti pajjiżi saħansitra pprojbixxew il-Cryptocurrencies jew kwalunkwe ħaġa relatata magħhom. Fost il-pajjiżi li qegħdin fuq in-naħa l-oħra tal-ispettru u għarfu l-Crypto­ currencies bħala teknoloġija innovattiva, Malta hi stabbilita fis-settur, b’regoli speċifiċi li qed ikunu segwiti minn pajjiżi oħrajn, inkluż dawk Ewropej bħall-Ġermanja.

“NIFILĦU GĦAL KULL MIŻURA LI NEDEJNA TUL IL-PANDEMIJA” IL-MINISTRU SILVIO SCHEMBRI JISĦAQ LI, B’RIŻULTAT TAD-DEĊIŻJONIJIET KRUĊJALI LI TTIEĦDU FL-AĦĦAR XHUR, MHU SE JKUN HEMM BŻONN LI JIŻDIED L-EBDA PIŻ FUQ IL-FAMILJI MALTIN U GĦAWDXIN Il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri sostna li kull miżura li nieda l-Gvern waqt il-COVID-19, hi miżura li l-pajjiż jiflaħ għaliha u fit-tul u mhux se jkun hemm bżonn li jiżdied il-piż fuq il-familji. “Kull miżura li għamilna rajna li tkun sostenibbli, li nkunu nistgħu nsostnuha fit-tul. Konna nafu li din se tieħu fit-tul. L-aktar ħaġa importanti hi s-sostenibbiltà, li mhux nitfgħu piż fuq ġenerazzjonijiet oħrajn. Għalhekk programmi bħall-IIP (Ċittadinanza b’Investiment) kienu tajbin. Dak il-fond ta’ riserva serva biex għal meta jkun hemm bżonn nużawh u ma nitfgħux piż fuq ġenerazzjonijiet futuri. Dik hi s-sostenibbiltà,” qal lil din il-gazzetta l-Ministru Schembri. Schembri jispjega kif il-kwistjoni tassaħħa dejjem kienet “il-prijorità numru wieħed”. “Iżda wieħed tajjeb jifhem li, biex issostni s-servizz tas-saħħa, irid ukoll ikollok ekonomija b’saħħitha. Konna f’pożizzjoni li nieħdu ħsieb is-saħħa tal-poplu Malti, anke fiċ-ċirkostanzi straordinarji li kellna niffaċċjaw, għax kellna ekonomija b’saħħitha. Kellna biżżejjed flus imfaddlin biex dak kollu li kellna bżonn nagħmluh b’mod immedjat u ma kellna bżonn nistennew lil ħadd. Il-flus kienu lesti hemm, għax kellna ekonomija b’saħħitha u investejna fis-settur tas-saħħa. Biex inti jkollok ekonomija b’saħħitha jrid ikollok poplu b’saħħtu.” Il-Ministru tkellem ukoll dwar kif il-kompetittività ta’ pajjiżna, biex pajjiż jiġbed l-investment dirett barrani, se tkun qed tiħrax. “Ir-realtà turina wkoll

li l-kompetizzjoni nbidlet. Fejn qabel kellek numru ta’ fabbriki li kienu jmorrulek aktar lejn postijiet Ażjatiċi, iżjed minħabba cheap labour, illum il-pandemija wriet li kull pajjiż irid ikun qrib is-sors tal-provvista tiegħu. Fejn qabel kien hemm fabbriki li kienu mifruxin madwar id-dinja, dawn qed jagħlqu impjanti li huma lil hinn mill-Ewropa u qed jiġu iżjed “closer to home”. Din hi opportunità li Malta wkoll qed tidħol fiha.” Il-Ministru għall-Ekonomija tkellem dwar l-istrateġija li l-Gvern uża flaħħar snin biex jattira investiment lejn

pajjiżu. “Aħna tlaqna minn sitwazzjoni fejn l-investiment dirett barrani u l-investiment kien niexef kompletament f’pajjiżna. Ridna nagħmlu ċerti miżuri li nkunu receptive għall-investiment. L-investiment beda ġej u f’temp ta’ seba’ snin l-ekonomija rduppjat. Tant kemm konna sejrin tajjeb li konna f’sitwazzjoni li nkunu f’pożizzjoni li nagħżlu, inkunu selettivi dwar x’tip ta’ investimenti nibdew naċċettaw,” qal, waqt li spjega li, filwaqt li fl-2012-2013 is-sitwazzjoni kienet tali li naċċettaw kull investiment li jiġi minħabba

n-nixfa li kienet teżisti, fl-aħħar snin l-ammont kbir ta’ investimenti ħoloq problema ta’ nuqqas ta’ spazju biex ikunu akkomodati. Żied jgħid li hu jagħti ferm importanza lid-diversifikazzjoni tal-ekonomija Maltija u jinnota kif, pereżempju, is-settur tal-gaming tallum hu ferm differenti minn dak li kien 15-il sena ilu. “Fejn qabel kien isir iżjed f’casinos, illum għandek shift lejn l-online. Il-Gvern ukoll nieda żewġ strateġiji fejn jidħol esports u videogame development. Żewġ setturi ġodda li jmorru id f’id anke mal-industrija tal-gaming. Tant kemm kibret dik l-industrija li l-istess operaturi qed jiddiversifikaw f’industriji paralleli li huma ġodda, imma li jmorru id f’id.” Il-Ministru wkoll irrefera għall-manifattura u fejn qabel konna nitkellmu dwar fabbriki u kien hemm min jgħid li “ż-żmien tal-manifattura spiċċa”, illum qed naraw li dawn il-fabbriki ġew laboratorji. Jinnota kif fiż-żjarat li għamel fil-kumpaniji ra investiment kbir fl-automation, fil-magni li jipproduċu prodott li għandu value added kbir ħafna. Schembri jħares lejn dan iż-żmien bħala wieħed li wera kemm l-ekonomija ta’ Malta hi reżiljenti, fejn għandna l-anqas rata ta’ qgħad fl-Ewropa u ħafna kumpaniji addattaw għas-sitwazzjoni. Għaż-żmien li ġej, il-Ministru Schembri jibqa’ pożittiv: “Din se jirnexxilna noħorġu minnha flimkien – Gvern, rappreżentanti tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem. Hekk matul il-pandemija t-tliet partijiet ġibdu ħabel wieħed biex jiġu protetti l-interessi ta’ kulħadd.”


09

24.01.2021

IT-12 L-AKTAR QALBNA TAJBA Fir-rapport annwali World Giving Index, li jiġi ppubblikat mill-għaqda Ingliża Charities Aid Foundation (CAF), Malta tinsab mal-pajjiżi li wrew l-aktar qalb tajba fl-2020 meta żammet it-12-il post fid-dinja bħalma kellha sena qabel. Ir-rapport, li huwa l-akbar stħarriġ li jsir fid-dinja kollha fost għaqdiet involuti fil-karità, janalizza kull pajjiż skont id-donazzjonijiet li jin­ għataw, ir-rieda li tingħata għajnuna lil min jeħtieġha u l-ħin li jiġi ddedikat għall-volontarjat. Minn dawn, l-istint uman li ngħinu anke lil min ma nafux hu l-aktar karità komuni mwettqa madwar id-dinja. Għalkemm bħala Maltin nis­ pikkaw l-iżjed għall-ammont mill-ġid personali li nagħtu lil ħaddieħor, partikolarment f’donazzjonijiet fejn ilħaqna

persentaġġ ta’ 71% u ninsabu mal-ewwel ħames pajjiżi fid-dinja. Skont l-għaqda karitattiva, m’hemm l-ebda kejl singolari li jirrifletti l-ġenerożità talpajjiżi u l-lista tirrappreżenta livelli varji ta’ ġid, kulturi, reliġjonijiet u ġeografiji. Pereżempju, il-Myanmar, l-Indo­neżja u s-Sri Lanka lkoll jinsabu fost l-aqwa pajjiżi karitattivi, anke jekk huma ddikjarati mill-Ġnus Magħquda bħala pajjiżi foqra. B’persentaġġ fit-tliet kate­ go­riji f’daqqa ta’ 47% (aktar minn 11% iżjed mill-medja dinjija), Malta tinqabeż biss mill-Kenja, l-Indo­neżja, is-Sri Lan­ka, l-Olanda, ir-Renju Unit, il-Kanada, l-Irlanda, l-Awstralja, New Zealand, il-Myanmar, u l-Istati Uniti tal-Amerka li jokkupaw l-ew­wel post fid-dinja.

CHARMAINE MLAQQMA: F’xandira diretta fuq il-paġna ta’ Facebook tad-Dipartiment tas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci lbieraħ ingħatat it-tilqima kontra l-COVID-19. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, li kienet il-wiċċ tal-ġlieda lokali kontra l-virus, ħadet l-ewwel doża fl-istess jum li din ingħatat lir-residenti u lill-ħaddiema fl-Isptar Karin Grech.


10

24.01.2021

SENA FID-DJARJU TAL-PRIM MINISTRU: JANNAR-FRAR

L-EWWEL DEĊIŻJONIJIET Fit-12 ta’ Jannar 2020 b’9,342 vot, il-membri tal-Partit Laburista ħatru Mexxej ġdid tal-Partit Laburista. L-għażla kienet l-Avukat Robert Abela, li kien ressaq ’il quddiem il-proposti tiegħu – ilprijoritajiet tiegħu – fiċ-ċirkostanzi li konna fihom sena ilu. L-għada, it-Tnejn 13 ta’ Jannar, ingħata l-ġurament tal-ħatra u ftit ħin biss wara, laqqa’ l-Grupp Parlamentari Laburista. Minn hemm bdiet it-triq ta’ impenn, ħidma kontinwa u bla heda għat-tkomplija tal-ġid ta’ pajjiżna. Triq li ftit wara kienet ikkaratterizzata minn magħmudija tan-nar, b’riżultat ta’ sitwazzjoni bla preċedent għad-dinja kollha, inkluż pajjiżna, kawża tal-COVID-19. Ix-xahar ta’ Jannar kien wieħed impenjattiv ferm għall-Prim Ministru, li mill-ewwel wera d-determinazzjoni li jieħu deċiżjonijiet ibsin, imma neċessarji. Wara l-għażla għaqlija tal-Kabinett, li wkoll uriet f’liema direzzjoni ried jieħu t-tmexxija tal-pajjiż, deċiżjoni oħra kienet dik li tkun aċċettata r-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija, fejn mill-ewwel ħalla t-timbru tiegħu ta’ determinazzjoni u serjetà fit-tmexxija. Imma anke fl-ewwel laqgħat li kellu, mal-korp diplomatiku, mal-ġudikatura u wkoll ma’ mexxejja fl-ogħla istituzzjonijiet Ewropej, wera l-impenn li jsaħħaħ is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba. Mal-komunità tan-negozju, stqarr li l-Gvern se jaħdem b’sinerġija magħhom, għax meta n-negozji jmorru tajjeb, b’mod dirett u anke indirett, imorru tajjeb ukoll iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. Tema oħra li bdiet tiġi diskussa mill-ewwel kienet ukoll dik tal-immigrazzjoni. Wara l-ewwel deċiżjonijiet fix-xahar preċedenti, Frar kien ikkaratterizzat minn ċertifikati oħrajn tajbin lill-ekonomija u l-finanzi tal-pajjiż, sinjal tal-kontinwità mwiegħda mill-Prim Ministru Robert Abela. Riżultat tal-ħidma mibdija millamministrazzjoni Laburista, aġenziji internazzjonali u l-Kummissjoni Ewropea komplew joħorġu rapporti impekkabbli lil Malta. F’dan ix-xahar naraw ukoll il-Prim Ministru jieħu sehem parteċipattiv f’laqgħat internazzjonali u Ewropej dwar il-politika ta’ koeżjoni fil-baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin, laqgħat li ssoktaw bil-parteċipazzjoni tiegħu mbagħad f’laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew fejn ilmexxejja tal-Istati Membri ddiskutew il-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) għall-perjodu 2021-2027. Fuq livell lokali, Robert Abela saħaq fuq l-importanza tat-trejdjunjoniżmu, b’laqgħat malGWU u l-UĦM, fost oħrajn. F’dawn il-laqgħat toħroġ ċara l-ħidma favur il-governanza tajba, b’Robert Abela jassigura trasparenza sħiħa u integrità filkuntratti kollha tal-Gvern. Rajna wkoll lill-Gvern joffri serħan tal-moħħ li l-aġenda liberali se titkompla, għax din hi amministrazzjoni li temmen bil-fatti fid-drittijiet ċivili. Lejn tmiem ix-xahar bdiet terfa’ rasha l-pandemija, bit-tmexxija ta’ Dr Abela mill-ewwel tieħu l-passi kollha li kien hemm bżonn biex il-pajjiż ikun imħejji fil-protezzjoni tas-saħħa tal-poplu.

15 TA’ JANNAR: Jieħu l-ġurament tal-ħatra l-Kabinett il-ġdid li għażel il-Prim Ministru Robert Abela. Id-deċiżjonijiet tal-Prim Ministru kienu bbażati fuq il-prijorità li l-pajjiż ikompli miexi ’l quddiem b’sens ta’ kontinwità filwaqt li jkompli jwettaq ir-riformi meħtieġa. Il-Kabinett il-ġdid jirrikonoxxi s-suċċess ekonomiku tal-pajjiż u jikkonferma r-rieda tal-Gvern li jindirizza iktar l-aspirazzjonijiet ġenwini tal-familji u t-titjib soċjali tal-komunitajiet. 17 TA’ JANNAR: Il-Prim Ministru jindirizza l-Korp Diplomatiku, jgħid li pajjiżna kellu sfidi u tqajmu mistoqsijiet dwar is-Saltna tad-Dritt, l-istituzzjonijiet u s-sistema ġudizzjarja imma dawn l-isfidi jinsabu fil-quċċata tal-aġenda tal-Gvern tant li l-ewwel deċiżjonijiet li ttieħdu huma prova ta’ dan, fosthom li nkariga Ministru ġdid għall-Ġustizzja u Governanza Tajba biex jagħti lil dawn il-kwistjonijiet l-importanza li jistħoqqilhom. 18 TA’ JANNAR: L-ewwel impenn uffiċjali tal-Prim Ministru fil-gżira Għawdxija: laqgħa mal-Gozo Business Chamber. Jgħid li l-Gvern kien se jiżgura li l-ekonomija tkompli tikber u li kull negozjant jingħata opportunità li jkompli jikber, b’level playing field għal kulħadd. 21 TA’ JANNAR: Il-Prim Ministru jħabbar li fillaqgħa tal-Kabinett, tressqet proposta dwar il-metodu ġdid tal-għażla ta’ Kummissarju tal-Pulizija, proċess li se jwassal għal aktar skrutinju u trasparenza fl-għażla ta’ din il-kariga importanti fil-Korp tal-Pulizija. 22 TA’ JANNAR: Il-Prim Ministru jżur il-Komunità tan-Negozju tal-Belt Valletta u jgħid li din kienet opportunità ideali biex jisma’ dak li kellha xi tgħid il-komunità tan-negozju, jifhem l-isfidi tagħhom, u jidentifika triq ’il quddiem. 22 TA’ JANNAR: Laqgħa mal-membri tal-Ġudika-

tura fil-bini tal-Qorti li matulha l-Prim Ministru jisħaq dwar l-importanza tagħhom bħala membri tal-Ġudikatura fit-tisħiħ tas-Saltna tad-dritt u jtenni li dan kollu huwa ferm importanti issa, aktar minn qatt qabel. 25 TA’ JANNAR: Waqt laqgħa mal-Kunsill tal-Għaqda tal-Iżviluppaturi (MDA) il-Prim Ministru jsostni li l-Gvern se jara li jkompli jgħin biex l-industrija tal-kostruzzjoni tkompli tikber, industrija li hija parti importanti mill-ekonomija ta’ pajjiżna, imma jtenni li dan għandu jsir b’bilanċ u b’rispett lejn l-ambjent u l-ġirien ta’ siti ta’ kostruzzjoni. 28 TA’ JANNAR: Il-Prim Ministru f’laqgħa kordjali fi Brussell, mal-President tal-Parlament Ewropew Davide Sassoli. Diskussa t-tema tal-immigrazzjoni bi qbil li huwa meħtieġ li tinstab soluzzjoni permanenti għal din l-isfida. Diskuss li bħala parti integrali mis-soluzzjoni permanenti trid tinstab soluzzjoni biex il-piż jinqasam. 28 TA’ JANNAR: Il-Prim Ministru jiltaqa’ mal-President tal-Kunsill Ewropew Charles Michel b’diskussjoni wkoll dwar ir-riformi li qed iwettaq pajjiżna marbuta mas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba. Robert Abela jispjega l-passi li ttieħdu, fosthom li nħatar kumitat fi ħdan il-Kabinett biex jiddiskuti l-governanza, u li se jkun hemm sistema ġdida ta’ kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija. 28 TA’ JANNAR: Il-Prim Ministru Robert Abela f’laqgħat mal-Membri Parlamentari Ewropej Maltin fil-Parlament Ewropew. F’żewġ laqgħat separati, il-Prim Ministru ddiskuta diversi temi, fosthom il-ħtieġa ta’ aktar djalogu mal-istituzzjonijiet Ewropej, dak li qed isir fil-qasam tal-governanza u s-saltna tad-dritt, kif ukoll il-ħtieġa li fl-istituzzjonijiet Ewropej ikun hemm politiċi li jħarsu l-interessi ta’ pajjiżhom.


11

24.01.2021

29 TA’ JANNAR: Il-Prim Ministru jiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula Von der Leyen fi Brussell u jkunu diskussi l-aħħar żviluppi f’Malta b’rabta mal-governanza tajba u l-bidliet immedjati li saru f’pajjiżna. L-immigrazzjoni kienet tema oħra diskussa, bi qbil dwar il-prinċipju li jinqasam il-piż bejn il-pajjiżi membri. 30 TA’ JANNAR: Il-Prim Ministru jiltaqa’ mal-Kamra tal-Intrapriżi Żgħar u Medji u jgħid li l-Gvern se jaħdem b’sinerġija man-negozji, għax meta n-negozji jmorru tajjeb, b’mod dirett u anke indirett imorru tajjeb ukoll iċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. 30 TA’ JANNAR: Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura uffiċjalment sala tal-adolexxenti f’Rainbow Ward li se sservi biex tfajliet u ġuvintur li jkunu qed jieħdu l-kura kontra l-kanċer ikollhom faċilità addattata fejn iqattgħu l-ħin u jkomplu bil-ħajja tagħhom. 1 TA’ FRAR: L-aġenzija DBRS (Dominion Bond Rating Service) tikkonferma r-rating ta’ pajjiżna bħala ‘A’ (high) b’outlook stabbli, l-aħjar rating li qatt ingħata lil pajjiżna minn din l-aġenzija. 2 TA’ FRAR: Il-Prim Ministru jipparteċipa fis-summit ‘Friends of Cohesion’, f’Beja, il-Portugall li matulu s-17-il stat membru tal-UE jaqblu li jżommu front magħqud kontra t-tnaqqis fil-fondi ta’ koeżjoni. IlPrim Ministru Robert Abela jgħid li dawn il-pajjiżi għandhom l-għan li tkun priservata l-politika ta’ koeżjoni fil-baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin. 5 TA’ FRAR: Waqt laqgħa mal-amministrazzjoni tal-General Workers Union il-Prim Ministru jgħid li l-Gvern jemmen fil-ħaddiema kollha u se jkompli jaħdem biex dawn ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar. Robert Abela jisħaq fuq l-importanza tat-trejdjunjoniżmu għat-tisħiħ tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema ta’ pajjiżna fid-diversi kategoriji tagħhom. 5 TA’ FRAR: Waqt l-inawgurazzjoni ta’ 11-il appartament tal-housing, b’investiment ta’ €750,000, ilPrim Ministru jgħid li l-investiment bla preċedent li qed isir fil-qasam tal-housing, wara li għal numru ta’ snin ma sar litteralment xejn, qed iseħħ għax ilGvern jemmen li hu dmir tiegħu li jidħol responsab-

bli f’każijiet fejn ikun hemm min ma jistax jasal biex ikollu saqaf fuq rasu. L-istrateġija tal-housing minn dan il-Gvern mhix waħda unilaterali imma mifruxa fuq diversi oqsma li kollha flimkien iwasslu biex aktar familji Maltin u Għawdxin ikollhom saqaf fuq rashom.

20 TA’ FRAR: Il-Prim Ministru jattendi laqgħa speċjali tal-Kunsill Ewropew fi Brussell fejn il-mexxejja tal-Istati Membri qed jiddiskutu l-qafas finanzjarju pluriennali (MFF) għall-perjodu 2021-2027. Jingħalaq l-ewwel stadju tad-diskussjonijiet, issa tibda fażi iżjed intensiva.

12 TA’ FRAR: Moody’s tikkonferma rating ta’ A2 stable għal pajjiżna. Fuq il-ħatra ta’ Robert Abela bħala Prim Ministru, ir-rapport tal-Moody’s jgħid li “we expect this to lead to a broad continuity of economic and fiscal policy, while Abela has also reconfirmed the government’s commitment to tackle Malta’s institutional challenges.”

22 TA’ FRAR: Il-laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew dwar il-qafas finanzjarju pluriennali tieħu madwar 28 siegħa, b’diskussjonijiet intensivi li baqgħu għaddejjin mal-lejl u komplew matul il-jum. Il-Prim Ministru Robert Abela jgħid li kien hemm progress, imma f’dan l-istadju t-taħditiet mhumiex konklussivi.

13 TA’ FRAR: Waqt laqgħa mal-UHM il-Prim Ministru jgħid li jassigura trasparenza sħiħa u integrità fil-kuntratti kollha tal-Gvern li fl-aħħar mill-aħħar se jfisser li se jgawdi l-poplu Malti u Għawdxi. Dan kollu għandu jfisser garanzija tas-serjetà ta’ dan il-Gvern.

26 TA’ FRAR: Il-Prim Ministru Robert Abela waqt laqgħa mal-membri tal-Kunsill Konsultattiv LGBTIQ jgħid li dan il-Gvern jemmen fid-drittijiet ċivili u se jkompli jmexxi l-aġenda liberali. Jgħid li huwa kburi li kien wieħed milli dejjem tkellem u anke vvota bħala leġiżlatur favur bidliet pożittivi li jassiguraw l-ugwaljanza fis-soċjetà. Huwa joffri serħan il-moħħ li l-aġenda liberali se titkompla, għaliex dan huwa Gvern li jemmen bil-fatti fid-drittijiet ċivili. Sostna li soċjetà timxi ’l quddiem biss meta ma jkunx hemm diskriminazzjoni.

13 TA’ FRAR: Fil-Winter 2020 Economic Forecast, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproġetta li din is-sena u s-sena d-dieħla pajjiżna ser jirreġistra l-akbar tkabbir ekonomiku minn fost l-ekonomiji Ewropej kollha. Fil-fatt, fl-2020 il-ġid nazzjonali ta’ Malta mistenni jikber b’4%, jew b’aktar minn tliet darbiet ir-rata tal-Unjoni Ewropea. L-istess distakk fir-rata ta’ tkabbir huwa mistenni wkoll għall-2021, wara li s-sena li għaddiet, skont il-Kummissjoni Ewropea, pajjiżna kellu l-akbar rata ta’ tkabbir minn fost il-pajjiżi taż-żona ewro.

26 TA’ FRAR: Il-Kummissjoni Ewropea b’analiżi pożittiva oħra dwar Malta. Fl-analiżi annwali tagħha fuq Malta, il-Country Report għall-2020, il-Kummissjoni Ewropea sostniet li “Malta’s economy keeps growing faster than the EU average.”

14 TA’ FRAR: Waqt laqgħa mar-rapporteur tal-Kunsill tal-Ewropa Pieter Omtzigt, il-Prim Ministru stqarr li Malta se tagħmel minn kollox biex tassigura sistema ġudizzjarja aħjar u saltna tad-dritt robusta li jwasslu għal governanza aktar b’saħħitha.

28 TA’ FRAR: Fl-aħħar kwart tal-2019, Malta bi tkabbir ħames darbiet iktar miż-Żona Ewro. Statistika uffiċjali turi li, fl-aħħar kwart tal-2019, pajjiżna ra tkabbir ekonomiku ta’ 4.4%. Dan ifisser li, flaħħar xhur tas-sena li għaddiet, it-tkabbir ekonomiku mhux talli staġna, imma talli kien aħjar mit3% tkabbir li kien hemm fil-kwart ta’ qabel.

15 TA’ FRAR: L-esperti tal-IMF b’ċertifikat pożittiv ieħor għall-ekonomija ta’ pajjiżna, meta fi tmiem iż-żjara annwali tagħhom f’pajjiżna, l-esperti talFond Monetarju Internazzjonali jagħtu ċertifikat pożittiv ieħor lil pajjiżna. Dan hu t-tielet rapport pożittiv li sar fuq pajjiżna f’ġimgħa waħda biss, wara r-rating report ta’ Moody’s u t-tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea.

28 TA’ FRAR: Minkejja li pajjiżna ma kellu u m’għandu ebda każ ta’ Coronavirus, fil-ġimgħat li għaddew il-Gvern ħejja ruħu b’mod strutturat biex ikun preparat għal kull sitwazzjoni li tista’ tinqala’. Il-Gvern jgħid li l-awtoritajiet preparati sew għal kull eventwalità b’rabta mal-Coronavirus u l-ewwel ma nħatar kien kumitat strateġiku tal-Kabinett.

IL-PRIM MINISTRU WAQT IL-LAQGĦA STRAORDINARJA TAL-KUNSILL EWROPEW DWAR IL-QAFAS FINANZJARJU PLURIENNALI FI FRAR LI ĦADET MADWAR 28 SIEGĦA, B’DISKUSSJONIJIET INTENSIVI LI BAQGĦU GĦADDEJJIN MAL-LEJL U KOMPLEW MATUL IL-JUM


12

24.01.2021

PRIJORITAJIET SAMANTHA PACE GASAN Kummissarju għall-Persuni b’Diżabilità

Bħala persuna li ngħix id-diżabilità fil-familja tiegħi u li għandi diżabilità jiena wkoll, nista’ ngħid li nifhem sew l-aspirazzjonijiet, il-ħtiġijiet u l-weġgħat tal-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. Għalkemm se nkun qed inkompli fuq il-ħidma sħiħa ta’ Oliver Scicluna, li ħalla warajh Kummissjoni b’saħħitha u diskussjoni miftuħa ma’ diversi stakeholders, lesta biex nittrażmetti l-enerġija li għandi f’impenn u ideat ġodda. L-ewwel prijorità tiegħi hija li l-inklużjoni u l-aċċessibilità jkunu mainstreamed. Dawn huma drittijiet bażiċi imma fil-prattika nemmen li għad hemm ħafna drabi li għal xi raġuni jew oħra, il-persuni b’diżabilità għadhom mhux ikkunsidrati fid-deċiżjonijiet. Qed nitkellem fuq deċiżjonijiet li jaffettwaw il-ħajja ta’ kuljum. Eżempju sempliċi: ejja ngħidu persuna li għandha diżabilità għandha bżonn tmur tixtri xi affarijiet mill-pjazza tar-raħal ta’ fejn toqgħod. Il-grocer għandu spazju biżżejjed għal siġġu tar-roti? U xi ngħidu għal kaxxa tal-ħaxix li ssib fuq barra li jistgħu jkunu ta’ ostaklu għal persuna b’nuqqas ta’ dawl? L-ispiżerija għandha xi tarġa jew tnejn biex tasal għaliha? Il-ħwienet huma organizzati b’mod li jiffaċilitaw klijenti li huma jew it-tfal tagħhom għandhom diżabilità intellettwali? U dan biex ma nibdewx fuq jekk il-persuna jirnexxiliex tasal mid-dar għall-pjazza mingħajr ostakli! Meta nitkellmu fuq aċċessibilità u inklużjoni, irridu nitkellmu fuq l-aspetti prattiċi ta’ kif nistgħu nagħmluhom realtà. Ħafna drabi mhijiex id-diżabilità biss li ġġib l-isfidi imma n-nuqqas ta’ ħsieb u għarfien fis-soċjetà tagħna. U dan japplika wkoll fl-oqsma kollha tal-ħajja: aċċess għall-edukazzjoni, xogħol, ħajja indipen-

denti, saħħa u dawk l-aspetti kollha li jgħinu biex persuna tilħaq il-potenzjal tagħha. Prijorità oħra għalija hija li titqajjem iktar kuxjenza dwar il-kunċett ta’ intersectionality, il-fatt li persuni b’diżabilità għandhom diversi aspetti fl-identità tagħhom, u jistgħu jkunu jagħmlu parti minn minoranzi oħra. Il-persuni b’diżabilità mhumiex biss identifikati mid-diżabilità tagħhom. Għandhom identitajiet kumplessi li huma magħmula minn ħafna aspetti u li jmorru lil hinn mid-diżabilità tagħhom. Fis-settur tad-diżabilità biss ukoll issib ħafna differenzi. Min għandu diżabilità fiżika, min intelletwali. Anke l-kundizzjonijiet u r-raġuni minn fejn ġejja d-diżabilità jvarjaw. Hemm differenza wkoll bejn min twieled b’diżabilità u min żviluppaha maż-żmien jew permezz ta’ xi inċident. Imbagħad hemm realtajiet differenti għal nisa u irġiel li għandhom diżabilità, jew persuni li jagħmlu parti minn minoranzi oħra, bħal persuni b’diżabilità li jiffurmaw ukoll parti mill-grupp LGBTIQ, jew immigranti li għandhom diżabilità. Ma nistgħux ninsew li anke l-interessi jvarjaw – min iħobb l-isport u min għandu għal qalbu l-ħjata. Ngħid għalija, l-attiviżmu dejjem tani ħafna sodisfazzjon, u anke meta żviluppajt id-diżabilità li ngħix biha llum, kien l-attiviżmu li għeni nsib il-vuċi meta l-aktar li kelli bżonnha. Il-persuni b’diżabilità huma pijunieri fejn tidħol il-kreattività u l-innovazzjoni, għaliex maż-żmien ħafna individwi b’diżabilità kellhom isibu soluzzjonijiet biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom infushom meta kienu esklużi

minn diversi sferi tas-soċjetà. Huwa għalhekk li nixtieq li nsaħħu l-kreattività u l-innovazzjoni fis-settur tad-diżabilità biex jiġu indirizzati sfidi li għadhom magħna sal-ġurnata tal-lum. Sa minn meta kont qed nistudja fl-Università ta’ Malta, kelli kurżità dwar kif nista’ nsaħħaħ il-kreattività tiegħi

Il-persuni b’diżabilità huma pijunieri fejn tidħol il-kreattività u l-innovazzjoni, għaliex maż-żmien ħafna individwi b’diżabilità kellhom isibu soluzzjonijiet biex itejbu l-kwalità tal-ħajja tagħhom infushom meta kienu esklużi minn diversi sferi tas-soċjetà

sabiex fl-attiviżmu u x-xogħol tiegħi nkun nista’ nasal għal soluzzjonijiet sabiex sfidi soċjali li nkunu qed naħdmu fuqhom jiġu indirizzati. Permezz tal-istudju tiegħi fuq livell ta’ Masters stajt niffoka aktar fuq dan, anke meta ħarist lejn l-innovazzjoni soċjali fl-intrapriżi żgħar u medji f’pajjiżna. Nixtieq ukoll li nara iktar għaqda u kollaborazzjoni fis-settur tad-diżabilità, sabiex flimkien niġbdu ħabel wieħed fl-interess tal-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom. F’dan il-qasam, għandna persuni dedikati immens li jitfgħu ħafna enerġija f’servizzi, sapport u għaqdiet u attiviżmu. Iżda dawn l-enerġiji qegħdin sparpaljati; kultant saħansitra jaħdmu kontra xulxin. Kulħadd jipprova jiġbed ħabel f’direzzjonijiet differenti. U hekk kif se naslu? L-enerġiji li għandu dan is-settur nixtieq narahom jinbidlu f’sinerġiji,

għax wara kollox ir-riżorsi huma li huma, u aħna xi rridu? Inklużjoni u aċċessibilità fil-prattika. Biex inwettaq dan kollu se nkun qed naħdem ma’ diversi stakeholders minn setturi differenti, inkluż il-Gvern, is-settur pubbliku u privat, l-akkademja, l-għaqdiet mhux governattivi, il-familji u l-individwi. Iżda l-isforzi ma jridux jiġu mis-settur tad-diżabilità biss. Kif semmejt fil-bidu, hemm bżonn li l-persuni b’diżabilità jkunu kkunsidrati mill-bidu, filħsieb u b’mod prattiku. Konvinta li hemm ir-rieda biex pajjiżna joffri opportunitajiet indaqs għal kulħadd; forsi mhux kulħadd jifhem mill-ewwel kif din tista’ ssir. Imma nemmen li jekk ilkoll kemm aħna nieħdu responsabilità tal-ħsibijiet u l-azzjonijiet tagħna, dan ukoll jista’ jseħħ u din il-viżjoni – li hija wkoll il-viżjoni tal-persuna b’diżabilità – issir realtà fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.


13

24.01.2021

INKOMPLI NAĦDEM GĦALIK IAN BORG Ministru

Nhar il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru Robert Abela għoġbu jagħmel referenza għax-xogħol siewi mill-Ministeru, li tiegħu afdali t-tmun. Ħeġġiġni biex inkompli nimbotta sabiex inwettqu aktar ġid għall-familji Maltin u Għawdxin. Filwaqt li nirringrazzjah tal-fiduċja, u nirreċiproka dan b’aktar ħidma, nassigurah li xejn u ħadd mhu se jaqtagħli qalbi, minkejja l-bsaten fir-roti li l-Oppożizzjoni tipprova tagħmel. Ninsab determinat aktar minn qatt qabel li nkompli naħdem sabiex inwettqu l-mandat elettorali li bih ksibna l-fiduċja tal-poplu. Fix-xhur

u s-snin li ġejjin se nkomplu nvaraw proġett wara ieħor, intejbu s-setturi tat-trasport u nattiraw aktar investiment fl-industrija marittima u tal-avjazzjoni sabiex Malta tibqa’ fost l-aqwa fl-Ewropa. Tul dawn l-aħħar tliet snin u nofs urejna biċ-ċar li aħna saqajna mal-art, nagħtu widen għal dak li jgħidulna u naċċettaw kritika kostruttiva. Madanakollu, deċiżjoni neħduha u ma nħallu xejn iwaqqafna milli nimplimentaw proġetti li jkunu ta’ ġid għall-poplu kollu b’mod ġenerali. Issa drajna li kull meta nħabbru xi proġett ġdid jinqalgħu ħafna intoppi bil-għan li jxekkluna milli nwettqu l-pjan tagħna. Kieku waqafna kull darba li xi ħadd għoġbu jagħmel il-bsaten fir-roti, kieku llum Malta għadha kif sibnieha lura fl-2013. Aħna fid-dmir li nisimgħu, nixtarru dak is-suġġerimenti ġenwini, nibdlu fejn hemm bżonn, imma mbagħad inwettqu dak li għanda ppjanat. Dan ma nagħmluhx b’suppervja, imma b’responsabbiltà lejn il-kumplament tal-poplu li jkun se jgawdi mid-deċiżjonijiet li nkunu ħadna. Matul is-snin tgħallimt li fil-

ħajja xejn ma jiġi faċli, imma mbagħad is-sodisfazzjon ikun akbar. Dan nista’ nikkonfermah bl-esperjenzi li għaddejna minnhom f’għadd ta’ proġetti, ewlenin fosthom il-proġetti tas-Central Link, il-Marsa Junction u l-mini ta’ Santa Luċija. L-irwiefen kollha nqalgħu meta tħabbru dawn il-proġetti. X’ma ntqalx? Kien hemm kritika ġustifikata li ħadna inkonsiderazzjoni u saħansitra wettaqna xi tibdil fil-pjanijiet oriġinali biex intejbu r-riżultat aħħari, imma kien hemm ukoll ħafna kritika inġusta sabiex twaqqafna milli nagħmlu l-ġid għall-poplu Malti u Għawdxi. Fortunatament lili ma jaqtagħli qalbi xejn u bqajt nistinka biex nara li dawn il-proġetti jitlestew fil-ħin u bil-baġit stipulat.

Illum il-ġurnata nħoss sodisfazzjon kbir nara l-bidla kbira li ġibna permezz ta’ dawn il-proġetti. Illum il-poplu qed igawdi mill-frott ta’ dan l-investiment li ġab titjib fil-kwalità tal-ħajja tan-nies. Il-poplu qed jirrikonoxxi l-isforzi li għamilna biex nindirizzaw il-problemi tat-traffiku. Fil-fatt, skont survey xjentifiku ppubblikat ilĦadd li għadda, il-perċezzjoni negattiva fuq it-trasport niżlet minn 55% għal 14% mill-2018 lil hawn. Sadanittant, il-kritika fuq dawn il-proġetti waqfet; tassew każ ta’ jekk ma tilħaqx l-għeneb tgħid li hu qares. Fil-ħidma tagħna, l-isfidi huma l-ordni tal-ġurnata, imma xejn ma jaqtgħalna qalbna. Ix-xogħol fuq il-proġett tal-Għeriexem fir-Rabat ilu fuq il-karta snin twal. Ħafna kienu

Tul dawn l-aħħar tliet snin u nofs urejna biċ-ċar li aħna saqajna mal-art, nagħtu widen għal dak li jgħidulna u naċċettaw kritika kostruttiva

dawk li qatgħu qalbhom minn din l-isfida. Saħansitra kienet aktar faċli jissugraw li xi darba jseħħ xi aċċident ikrah, milli jxammru l-kmiem u jindirizzaw din il-problema li kulma jmur kienet dejjem qed tiggrava. Aħna rraġunajna mod ieħor. Middejna rasna għax-xogħol u fassalna pjan biex insolvu din l-isfida u ndawruha f’opportunità għar-residenti tal-lokal u possibbilment anke għat-turisti li jżuru l-inħawi. Minn hawn u ftit ieħor ir-Rabtin se jkunu jistgħu jgħaddu minn hemm mingħajr biża’ u saħanistra jgawdu minn belveder il-ġmiel tiegħu. Apparti minn dan, qed ninvestu biex nilqgħu għall-ilma talgħargħar, mhux biss iż-żona ta’ Għeriexem imma anki n-naħa tan-Nigret u anki l-bypass tal-Imtarfa. Dan il-proġett ser isir b’investiment ta’ €4 miljun. Minkejja l-isfidi li għandna quddiemna se nkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħna biex inħallu Malta aħjar minn dik li sibna. Jien intenni l-impenn tiegħi li se nkompli naħdem għalik ħalli nisguraw li wliedna jkollhom futur aħjar minn tagħna.

RAPPREŻENTANZA FEMMINILI IKBAR FIL-PARLAMENT MALTI

ANTHONY AGIUS DECELIS

Membru Parlamentari

M’hemmx ġustizzja soċjali mingħajr ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali hija prinċipju u valur li trid tkun temmen fih biex taħdem għalih. Naħdmu għal iktar ugwaljanza għaliex nemmnu fil-ġustizzja soċjali. L-ugwaljanza u l-ġustizzja soċjali mhumiex slogans sbieħ għal qabel xi elezzjoni imma huma PROGRAMM TA’ ĦIDMA…PJAN TA’ AZZJONI……PRINĊIPJI LI

JMEXXUNA u jimlewna b’kuraġġ ħalli nibdlu għall-aħjar. B’iktar ugwaljanza u opportunitajiet indaqs għall-poplu Għawdxi u Malti kollu. Ħaġa tal-għaġeb kull pass li kien hawn f’dan il-pajjiż qatt ma ġie naturali imma ridna naħdmu għalih. U trid taħdem biex iġġib il-bidliet neċessarji ħalli fis-soċjetà tagħna kull individwu, kull tifel u tifla, kull żagħżugħ u żagħżugħa, kull raġel u mara, kull anzjan u anzjana jkollhom l-opportunità ugwali li jiżviluppaw l-abbiltajiet tagħhom. Irrelevanti minn kemm wirtu flus, irrelevanti minn liema familja ġejjin, irrelevanti liema twemmin reliġjuż jew politiku jħaddnu, irrelevanti r-razza jew kulur tal-ġilda tagħhom, irrelevanti jekk humiex anzjani jew żgħażagħ u irrelevanti jekk humiex nisa, irġiel jew LGBTIQ. Il-bniedem huwa bniedem b’mod sħiħ bil-komplessità kollha tiegħu. Kien dejjem dan

il-partit fil-Gvern li għamel ilbidliet neċessarji, fundamentali, meħtieġa biex iċaqlaq l-istatus quo li dan il-pajjiż kien jinsab fih u li l-forzi konservattivi dejjem ġabu miljun skuża biex ma jiċċaqalqux. Kif toffrilhom soluzzjoni, iġibulek miljun problema. Iġibu kull skuża minn kull naħa u ta’ kull forma għaliex ma jkunux jaqblu miegħek li għandek tbiddel u tagħti iktar drittijiet, għal iktar ugwaljanza. Mhux dejjem faċli li taħdem għall-prinċipji li temmen fi-

hom u ħadd ma qal li xi drabi ma tridx tħallas prezz biex twettaq dak li temmen fih. Imma aħna dejjem konna lesti li nħallsu prezz għall-prinċipji tagħna. Il-prinċipji għalhekk qegħdin hemm biex imexxuna u jiggwidawna f’kull żmien, kemm meta jkun bnazzi kif ukoll meta jkun maltemp. Allaħares ma kinux il-prinċipji u l-valuri ta’ dan il-Gvern f’din il-pandemija li għaddejja minnha d-dinja bħalissa. Allaħares ma kinux dawn il-valuri u prinċipji għax ħadd ma jista’ jimmaġina

Dawn huma l-prinċipji u l-valuri tagħna bħala partit u bħala gvern, valuri u prinċipji li sawruna u permezz tagħhom għarfuna

x’seta’ ġara’ mill-familji Maltin u Għawdxin. Dawn huma l-prinċipji u l-valuri tagħna bħala partit u bħala gvern, valuri u prinċipji li sawruna. Dawn il-prinċipji li matul dawn il-100 sena glorjużi li ilu jeżisti l-Partit Laburista ħadem għalihom u li għamluna differenti minn ħaddieħor. Meta ċċaqlaq l-istatus quo, il-forzi konservattivi li jkunu sejrin jitilfu jew li jaħsbu li sejrin jitilfu xi ftit mill-poter li jkollhom minħabba l-bidliet li tkun qed iġġib, jagħmlu minn kollox biex jagħtuk gambetti. Jippruvaw ifixkluk ħalli jew irażżnu l-proċess li tkun bdejt jew saħansitra jwaqqfu kompletament il-proċess kollu. Ħafna drabi qishom jiddeċiedu li ma jiddeċidux ħalli la jfuħu ma’ naħa u lanqas jintnu ma’ oħra. Magħna differenti għaliex issa l-poplu kollu jaf li nagħmlu dak li nwiegħdu u ma nwiegħdu xejn jekk ma nkunux nistgħu nagħmluh.


14

24.01.2021

VJAĠĠ MHUX TAS-SO MA’ PANDEMIJI, REWWIXT - Minn Daniela Attard Bezzina, Heritage Malta Fl-inħawi siekta tar-Rabat u l-Imdina, jekk tħalli ’l moħħok jimraħ fl-istħajjil, taf tisma’ l-eku ta’ ġgajta nies mgħaddba ssawwat għall-mewt lil uffiċjal Franċiż bi tpattija għas-serq tal-fided u d-dehbijiet mill-knejjes Maltin; jew il-biki ddisprat ta’ nies li niżlu f’katakombi u ma rnexxilhomx isibu triqthom lura. Taf tisma’ l-aħħar nifsijiet tal-morda bil-kolera, u t-tokki tal-qniepen iħabbru mewta oħra, fi mxija oħra. Għax l-istorja għandha ħabta tirrepeti ruħha, u missirijietna wkoll għexu t-tbatijiet ta’ pandemiji preċedenti - fi żmien meta l-frott li qed ingawdu llum mix-xjenza u t-teknoloġija kien għadu lanqas biss nibet. Uħud mill-ġrajjiet tat-tkexkix li seħħew fit-toroq, fil-pjazez u fil-palazzi tal-Imdina, u fil-bosta katakombi tar-Rabat, se jiġu rakkontati matul vjaġġ virtwali li se jkun parti minn webinar organizzat minn Heritage Malta nhar it-Tlieta, 26 ta’ Jannar. Vjaġġ mhux tas-soltu li f’20 minuta jmexxina minn seklu għal ieħor u jlaqqagħna ma’ qattiela, tradituri, erwieħ fi tfittxija dejjiema għall-mistrieħ, u nies imwerwrin jitolbu li ma jkunux huma l-vittmi li jmiss ta’ mxija bla ħniena li ħarbtet pajjiż. Il-vjaġġ virtwali fil-fatt jeħodna lura fi żmien l-imxija tal-kolera, li fl-1837 ħalliet eluf ta’ nies mejta fi żmien tliet xhur. L-istess bħal-lum, min kien juri sintomi tal-marda kien jitpoġġa fi kwarantina, filwaqt li kien jinżamm reġistru dettaljat ta’ kemm ġew infettati nies kuljum, kemm minnhom fiequ u kemm tilfu ħajjithom. Is-sehem tal-Imdina f’dan kollu kien li wieħed mill-palazzi li nsibu fiha kien jintuża bħala sptar temporanju għall-pazjenti tal-kolera. Niskopru liema wieħed waqt dan il-vjaġġ. L-istess palazz reġa’ serva bħala sptar aktar tard, meta laqa’ fih lil dawk morda bit-tuberkolożi – marda li wkoll nisslet biża’ kbir fost il-poplu Malti sakemm il-Gvern nieda programm ta’ tilqim kontriha, b’riżultati tajbin ħafna. Iżda lil hinn mill-mard, xi ġrajjiet oħra se jirrakkontalna dan il-vjaġġ? Fost oħrajn, hemm stejjer li jingħad li seħħew fil-Katakom-


24.01.2021

OLTU JLAQQAGĦNA TI U ERWIEĦ BLA MISTRIEĦ bi ta’ San Pawl fir-Rabat. Stejjer ta’ nies li baqgħu maqbuda f’dawn il-kurituri mudlama taħt l-art, jippruvaw isibu żbokk mnejn joħorġu; stejjer ta’ riti ta’ sagrifiċċji umani; u stejjer ta’ nies u annimali li niżlu hemm isfel u ħadd qatt ma rahom aktar. Il-vjaġġ se jeħodna wkoll fil-Katakombi ta’ Sant’Agata, imsemmi għall-qaddisa li jingħad li stkennet fih biex taħrab mill-persekuzzjoni Rumana f’art twelidha. Waħda mill-istejjer li se nisimgħu tirrakkonta kif Sant’Agata daħlet għallMaltin huma u jitqabdu mat-Torok, u għenithom irażżnuhom. Ġrajja oħra hi marbuta ma’ dar fl-Imdina fejn jingħad li għadu jħuf l-ispirtu ta’ uffiċjal għoli Franċiż li nqatel minn folla Maltin irrabjati. Dan ir-rakkont jeħodna lura għal ftit wara li bdiet il-ħakma tal-Franċiżi f’Malta, meta dawn kienu diġà xebbgħu lill-Maltin bis-serq ta’ kulma kienu jsibu jgħodd għalihom, inklużi d-dehbijiet u l-fided tal-knejjes. Għodwa waħda, folla raħħala telgħu l-Imdina biex jesprimu l-għadab tagħhom. Min-naħa tal-uffiċjal Franċiż ma sabu l-ebda mogħdrija, anzi dan ħabat se jisfidahom. Il-Maltin daru għalih bl-ikrah u meta daħal jipprova jsib refuġju fid-dar imsemmija, daħlu warajh u ħallewh tal-post. Iżda ma rridux intellfuk il-gost kollu billi nagħtuk aktar dettalji! Ingħaqad magħna għal dan il-webinar, li semmejnieh “Malta Oskura: Ir-Rabat u l-Imdina”. Il-webinar jibda fit8.30pm u se jkun jikkonsisti fil-vjaġġ virtwali ta’ 20 minuta segwit minn sessjoni ta’ mistoqsijiet u tweġibiet. Ir-rakkonti tul il-vjaġġ virtwali se jkunu bil-Malti, iżda se jkun hemm sottotitli bl-Ingliż. Jekk tixtieq tieħu sehem f’din l-avventura, inti mitlub tirreġistra minn qabel hawnhekk: https://zoom.us/webinar/ register/WN_RyQQecoLQEi-p5PpHJJtoQ. Dan il-webinar huwa mezz ieħor kif Heritage Malta qed tqarreb lilha nfisha lejn il-pubbliku fi żmien il-pandemija kurrenti. L-aġenzija kienet torganizza taħditiet pubbliċi regolarment qabel faqqgħet l-imxija, iżda fiċ-ċirkostanzi preżenti ħasbet f’mod alternattiv kif tipprovdi tagħrif, tinteraġixxi mal-udjenzi tagħha u tkompli tqanqal interess fl-istorja u l-kultura ta’ pajjiżna.

15


16

24.01.2021

INKLUSSIVITÀ U UGWALJANZA

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Fil-jiem li għaddew kellna okkażjoni li mmarkajna kif xieraq il-100 jum ta’ Robert Abela fittmun tal-pajjiż, li ġiet proprja ftit wara li bħala Partit Laburista ċċelebrajna l-100 sena mittwaqqif tiegħu. Mit-12 ta’ Jannar 2020, bdiet it-triq ta’ impenn, ħidma kontinwa u bla heda għat-tkomplija tal-ġid ta’ pajjiżna minn Robert Abela. Triq karatterizzata minn magħmudija tan-nar, minn sitwazzjoni bla ebda preċedent - dik miġjuba ħesrem mill-pandemija COVID-19. Kellna Prim Ministru, li flimkien mal-kabinett tiegħu, wera kuraġġ u determinazzjoni biex mexxa lill-pajjiż bl-aħjar mod possibbli f’ċirkostanzi bla preċedent. Ħa deċiżjonijiet biex jikkumbatti l-pandemija, imma

wkoll deċiżjonijiet biex naraw lil pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem. Ma jistax jonqos li nsemmi żewġ elementi importanti li jagħmluni kburija li jiena parti mill-Partit Laburista — valuri li l-Partit Laburista fil-Gvern qiegħed iwettaq: l-inklussività, u l-ugwaljanza. Il-ħatra ta’ Oliver Scicluna bħala Membru Parlamentari Laburista bagħtet messaġġ b’saħħtu li rridu li persuni b’diżabilità jkunu qed imexxu, mhux biss għax nemmnu li l-Parlament irid ikun dejjem iktar rappreżentattiv tad-diversi setturi fis-soċjetà imma għax nemmnu fil-kwistjoni ta’ abbiltajiet differenti. Dan kien proprju l-messaġġ tal-Prim Ministru Robert Abela u ta’ min inżommuh f’moħħna għax qed juri direzzjoni importanti u ċara għall-politika Laburista fix-xhur u s-snin li ġejjin. Dan huwa Gvern li jwiegħed u jwettaq. U dan narawh ukoll f’xogħol li sar u qed naraw ilfrott tiegħu proprju f’dawn il-jiem. Qed nirreferi hawn għall-abbozz ta’ liġi li se jwassal għal rappreżentanza aktar ugwali fil-Parlament. Inizjattiva importanti u storika ta’ Gvern Laburista li se tindirizza d-defiċit demokratiku ta’ rappreżentanza baxxa tan-nisa fl-isfera politika.

Lil hinn minn dawn il-kisbiet, li huma biss parti minn kullana ta’ miżuri progressivi li għamel b’għaqal Gvern Laburista flaħħar snin, inħares b’ħeġġa lejn dak li għandna quddiemna: dan hu mument mimli tama għal Malta. Filwaqt li niffaċċjaw l-isfidi ta’ bħalissa, ejjew ma nħalluhomx itellfuna mill-impenn li għalih qed inxammru l-kmiem għal għada. Għandna Prim Ministru u tim sħiħ iffukati fuq pjan ta’ rkupru għall-pajjiż. Nafu li dan huwa żmien mill-aktar straordinarju, imma wkoll li se jgħaddi. U dan huwa proprju l-mument fejn irridu naħsbu u nirriflettu mhux biss fuq in-“normalità ġdida” li ninsabu fiha, iżda wkoll fuq xi jfisser għas-soċjetà tagħna li tirkupra minn dak li għaddejna u għadna għaddejjin minnu. Irridu nibdew nifhmu l-effetti li kellha l-pandemija mhux l-inqas fuq is-sitwazzjonijiet li diġà kienu qed joffru sfida lis-soċjetà tagħna qabel. Hawn qed nitkellem mhux biss dwar il-prijorità li qed tingħata għall-irkupru ekonomiku, imma wkoll naraw aspetti oħra li l-pandemija għakkset – l-irkupru soċjali. Irridu nżommu f’moħħna kif matul l-aħħar xhur ġew affettwati u ntlaqtu wħud mill-aktar membri vul-

nerabbli tas-soċjetà Maltija u Għawdxija qabel dak li għaddejna minnu bil-Covid. Irridu naħsbu f’persuni li kienu diġà jsofru qabel minn problemi ta’ saħħa mentali u nifhmu x’inhu l-impatt tal-ansjetà addizzjonali li ġabet magħha l-pandemija. Irridu naħsbu f’persuni b’diżabilità li ma jifhmux kif inqata’ l-kuntatt dirett magħhom minħabba d-distanza soċjali. Dan il-kuntatt bir-raġun kien wens għalihom, dik it-tgħanniqa. L-istess l-anzjani tagħna, u l-aktar dawk fosthom li kellhom ibatu s-solitudni u n-nuqqas ta’ kuntatt dirett mal-qraba tagħhom. Nafu wkoll li l-pjaga tal-vjolenza domestika għadha fostna, u għolliet rasha fi żmien il-pandemija. Hemm aktar. Ikellmuni spiss ġenituri li l-pandemija ħolqitilhom sitwazzjoni. Il-ħin twil li t-tfal tagħhom għamlu mhux biss online minħabba t-tagħlim, imma wkoll ħin itwal fuq it-tablets u l-ipads minħabba li dan huwa l-isvog tagħhom fid-dinja moderna teknoloġika speċjalment ta’ bħalissa. Kif se nevalwaw l-effetti ta’ dawn il-ħinijiet twal li għamlu wliedna online? Aħna u nfasslu l-politika soċjali tagħna għaż-żmien li ġej, ejjew naħsbu dwar l-impatt fit-tul ta’ dawn il-forom varji ta’ ansjetà. Jekk diġà kellna

dawn l-isfidi eżistenti qabel, kif żdiedu dawn, u b’liema mod? U x’inhuma l-aktar soluzzjonijiet effettivi li nistgħu nersqu għalihom? Kif għidt ftit tal-ġimgħat ilu, ir-risposti kollha m’għandix. Iżda ninsab ċerta li sabiex naslu għalihom, l-istakeholders kollha flimkien magħna l-politiċi, irridu niġbdu ħabel wieħed u niddjalogaw b’rieda ġenwina lejn soluzzjonijiet tajbin u f’waqthom. Bla dubju li r-realtà tal-pandemija poġġiet uħud mill-membri tas-soċjetajiet tagħna f’forom ta’ żvantaġġ, li issa hi responsabbiltà tagħna li noħolqu tweġibiet għalihom. Dan il-mument qed jitlob minna risposti ġodda għal sfidi ġodda. It-tifsira u l-ħtiġijiet tal-inklussività llum irridu ngħarbluhom u nifhmuhom mill-ġdid. Min-naħa tiegħi ninsab determinata li nkompli nsaħħaħ il-ħidma tiegħi fuq livell Ewropew, biex it-teknoloġija, l-intelliġenza artifiċjali u s-soluzzjonijiet ġodda tax-xjenza nagħmluhom disponibbli għal kulħadd. U dan bil-għan li kull persuna fostna, huma x’inhuma l-abbiltajiet jew il-mezzi tagħha, ikollha sehem akbar fil-ġid soċjali, u aċċess dejjem aħjar għasservizzi u l-opportunitajiet li jtejbulha ħajjitha.

FROTT IL-BAĠIT 2021

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

Hekk kif bdew igerrbu l-ewwel ġimgħat tas-sena l-ġdida l-poplu tagħna beda jgawdi mill-frott tal-Baġit għal din is-sena. Minkejja l-pandemija li qed tkisser l-ekonomiji tad-dinja kollha, kien Baġit ieħor ta’ suċċess. Il-Gvern Laburista issa jista’ jwettaq dan il-Baġit għax fit-tmien snin li għaddew kien Gvern għaqli li mhux biss kabbar l-ekonomija u għamilha tassew fuq sisien sodi, imma kien kapaċi wkoll iġemma’ flejj-

es li setgħu jintużaw f’din is-sena diffiċli li għaddejna minnha u li l-konsegwenzi tagħha għad iridu jibqgħu jinħassu għal żmien twil. Mill-1 ta’ Jannar li għadda l-Gvern Laburista reġa’ żamm kelmtu mal-anzjani u mal-pensjonanti tagħna u għas-sitt sena konsekuttiva kompla bis-sensiela ta’ żidiet fil-pensjonijiet kif għamel fl-aħħar snin. Dawn iż-żidiet kienu saħansitra aktar minn dak li kien ġie mwiegħed fil-Programm Elettorali għall-elezzjoni tal-2017. 93,000 pensjonant jirċievu żieda fil-pensjoni Aktar minn 93,000 pensjonant tal-irtirar minn dan ix-xahar irċevew żieda ta’ €5 fil-ġimgħa fil-pensjoni tagħhom. Persuni oħra bdew jirċievu pensjoni għall-ewwel darba għax ibbenefikaw mill-miżura l-ġdida tal-bolol li kienu ħallsu qabel ma għalqu l-età ta’ 19-il sena. Aktar minn 17,000 armel u armla bdew jirċievu wkoll żidiet

fil-pensjonijiet tagħhom. It-twettiq tal-miżuri talBaġit se jkompli fil-ġranet li ġejjin meta l-anzjani ta’ bejn il75 u 79 sena ser jirċievu l-għotja ta’ €300 filwaqt li dawk ta’ ’l fuq minn 80 sena se jirċievu €350 kemm-il darba jkunu għadhom jgħixu fi djarhom. Il-Baġit ta’ din is-sena beda saħansitra jitgawda minn qabel bdiet l-2021 għaliex iż-żidiet fiċ-children’s allowance, fl-għajnuna supplimentari u fl-allowance tal-foster care tħallsu fil-ġimgħa ta’ qabel il-Milied. Fil-qasam soċjali wkoll, il-Baġit għal din is-sena alloka aktar minn €28 miljun għall-qasam tal-akkomodazzjoni soċjali li bdew jintefqu fid-diversi proġetti kbar li tinsab għaddejja bihom l-Awtorità tad-Djar.

dawk li ntlaqtu mill-pandemija COVID-19. Eluf ta’ ħaddiema Maltin u Għawdxin għadhom qegħdin jirċievu s-suppliment tal-paga mogħtija mill-Gvern biex tagħti nifs lil dawk l-aktar milquta min-nuqqas ta’ xogħol li ġabet magħha l-pandemija. Bissaħħa ta’ din il-miżura, ġew salvati eluf kbar ta’ impjiegi u filfatt pajjiżna rnexxielu jżomm ir-rata tal-qgħad stabbli tant li f’Novembru li għadda kien hemm persuni jirreġistraw għax-xogħol daqskemm kien hemm f’Marzu meta faqqgħet il-pandemija f’Malta. Fl-istess waqt li bdew jiġu implimentati l-miżuri tal-Baġit, il-Gvern baqa’ għaddej bil-programm kbir tiegħu ta’ titjib fl-infrastruttura tal-pajjiż b’diversi proġetti fit-toroq tagħna, kemm dawk arterjali kif ukoll Eluf ta’ impjiegi dawk fl-ibliet u l-irħula tagħjkomplu jiġu salvati na fejn jgħixu n-nies. Fil-jiem li ġejjin se naraw it-tlestija talIl-Baġit għal din is-sena ma proġett tal-Junction tal-Marsa kienx Baġit tajjeb biss għall-qa- filwaqt li proġetti maġġuri oħra sam soċjali iżda wkoll għal bħal dak tas-Central Link jins-

abu għaddejjin ukoll b’ritmu mgħaġġel kif skedat. Dan biex ma nsemmux l-investiment bla preċedent ta’ €450 miljun għat-titjib fl-infrastruttura industrijali talpajjiż flimkien mal-għadd kbir ta’ miżuri ambjentali li qed jittieħdu din is-sena fosthom l-investiment fil-kumpless ġdid tal-immaniġġjar tal-iskart. Rekord ta’ €2.27 biljun għal Malta mill-UE Il-Gvern Laburista għandu l-kuraġġ jidħol għal dawn il-proġetti u nefqiet għax jaf ukoll li l-ekonomija Maltija se jkollha s-sostenn ta’ allokazzjoni rekord mill-Baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Wara xhur sħaħ ta’ negozjati diffiċli minn tim kbir ta’ persuni, il-Prim Ministru Robert Abela rnexxielu jġib lejn Malta pakkett ta’ €2.27 biljun li se ninvestuhom bl-aħjar mod biex inkomplu mmexxu ’l pajjiżna ’l quddiem b’suċċess tassew bħala l-Gvern għan-nies.


17

24.01.2021

OPPOŻIZZJONI DISTRUTTIVA

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Minn meta l-Partit Laburista ngħata l-fiduċja mill-poplu b’mod tant konvinċenti sabiex imexxi l-pajjiż kważi tmien snin ilu, dejjem immeraviljajt ruħi kif għall-PN u d-diversi friegħi u fazzjonijiet li b’xi mod jappartjenu miegħu, bħal qisu waqgħet dalma fuq il-pajjiż u xejn m’għadu tajjeb u xejn ma jsir sew. Minn mindu l-PN reġa’ għal darb’oħra biddel il-Kap tiegħu u għażel lil Bernard Grech, din l-attitudni u tip ta’ politika iktar intensifikat u erġajna għat-tħaddim ta’ kritika ta’ żmien Simon Busuttil. Il-kritika li l-PL mhux kapaċi jmexxi, li l-PN biss għandu d-dritt divin u d-don tat-tmexxija, hija attitudni supperva li l-poplu rriġetta u m’approvax bilprovi f’dawn l-aħħar snin. Ngħid jien li l-poplu wera li din it-tip ta’ politika ma togħġbux mill-2008 u dan is-sentiment baqa’ jikber u jikber mas-snin. Mill-2013 ’l hawn il-poplu jikkonferma sondaġġ wara sondaġġ u appuntament elettorali wara ieħor kemm verament ma jemminx fil-politika tad-doom and gloom u ta’ kritika distruttiva li qed japplika l-PN. Din hi l-politika li jrid imexxi ’l quddiem l-establishment fi ħdan ilPN, ġaladarba mhumiex huma fis-siġġu tal-poter. Għax dak l-imbierek siġġu tal-poter iħobbuh wisq u jriduh bi dritt lura aktar mill-arja li timlielhom il-pulmun bin-nifs. Il-ħelwa hi li jikkritikaw kollox, anki sitwazzjonijiet li anki huma jkunu eżerċitaw ftit qabel. Qalulna li bl-għażla tal-co-option ta’ Oliver Scicluna, il-Prim Ministru qed jimmina d-demokrazija. Jikkritikaw u jippontifikaw u mingħalihom li l-poplu ma jagħrafx li l-PN uża l-co-option darbtejn sabiex iż-żewġ kapijiet li kellhom s’issa mill-2017 ’l hawn ħadu s-siġġu fil-Parlament. L-elettorat m’għażilx lil Adrian Delia u lil Bernard Grech biex ikunu fil-Kamra tar-Rappreżentanti. Kellhom jirriżenjaw deputati eletti sabiex jidħlu fil-Parlament. Tkażaw għax Dr Gavin Gulia wara ftit mumenti li ħa l-ġurament bħala Membru Parlamentari, irreżenja biex jibqa’ jaqdi d-dmirijiet tiegħu bħala Chairman talMTA. Nesew li d-Deputat Philip Mifsud irriżenja mumenti wara li ħa l-ġurament sabiex jiġi co-opted Adrian Delia. Imma għalihom jgħodd u ma jimpurtax, għall-PL jimporta u huwa att ta’ imminar tad-demokrazija. Co-option

huwa proċess normali u konformi malliġi elettorali ta’ pajjiżna. Il-liġi tagħti din il-fakultà. Ġiet eżerċitata fil-passat u m’għandix dubju li tibqa’ tiġi eżerċitata fil-ġejjieni. Nistaqsi wkoll u nikkonfondi jekk ilKap tal-Oppożizzjoni għadux jaqra jew jitkellem fuq il-mezzi tax-xandir jew il-Ħadd fid-diskorsi tiegħu, kitbiet jew diskorsi mħejjija minn ħaddieħor. Jekk iva, allura ngħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni jew mhux konxju li qed jiktbulu l-ħrejjef jew inkella hu konxju u jogħġbu jxerred il-ħrejjef u agħar minn hekk jallarma n-nies. Il-Ħadd li għadda ġie kkwotat li qal li Malta hi fost l-agħar pajjiżi fl-Ewropa fit-tqassim tal-viċċin kontra l-Covid, li l-proċess huwa kajman wisq u l-Gvern m’għandux strateġija u pjan ta’ kif jingħata l-vaċċin. Ma nafx minn fejn ġab din l-aħbar, meta jumejn wara ġie ddikjarat minn aġenziji internazzjonali tas-saħħa li Malta hija l-aktar pajjiż fl-Ewropa li qed tlaqqam b’mod spedit u hu kkonfermat li t-tieni doża qed tingħata minn din il-ġimgħa u l-anzjani f’San Vinċenz u d-djar tal-anzjani u l-persuni ’l fuq minn 85 sena qed jingħataw il-vaċċin b’mod rapidu skont il-proċess sanitarju mitlub. Pajjiżi oħra għandhom paniku għaliex il-fornituri tal-vaċċin naqsu b’mod drastiku t-tqassim fil-pajjiżi Ewropej. Lilna għall-grazzja t’Alla ma tantx affettwatna din is-sitwazzjoni. Li kien għall-PN donnu għandna nagħmlu bħall-pajjiżi l-oħra Ewropej u nibdew inlaqqmu bl-addoċċ mingħajr ma taħseb għat-tieni doża ta’ dawk li diġà ħadu l-ewwel doża. Dan x’għaqal hu? Jiġrilna bħall-Italja u pajjiżi oħra li issa qegħdin f’paniku għax il-fornituri mhumiex iqassmu vaċċini kemm miftiehem u m’għandhomx dożi għal min wasal għat-tieni waħda. Hekk iriduna tal-PN, fi stat ta’ paniku. Ma jinteressahomx mill-benessere tal-poplu, jinteressahom li jaraw Gvern f’paniku, f’poplu irrabjat ħalli xi darba mingħalihom il-poplu jeħodha kontra dan il-Gvern u jittamaw li jerġgħu jiksbu s-siġġu tal-poter. Imma dan il-Gvern ħaseb għalkollox. Ħaseb għall-ħażna ta’ dan il-vaċċin li jeħtieġ attenzjoni speċjali ta’ kif taħżnu u kif tapplikah. Id-Dipartiment tassaħħa hu ppreparat u fassal strateġija għaqlija li qed taħdem. Il-bużżieqa li qed jonfħu l-Oppożizzjoni, kuljum tinfaqa f’wiċċhom. Minflok jieħdu gost li l-poplu qed jingħata l-vaċċin f’ħinu, jaraw kif joħolqu sensazzjonijiet u qlajjiet biex jallarmaw il-poplu. Dan hu l-PN, partit li jikkritika biex jiddistabbilizza, biex inissel id-dubju, biex jilħaq l-għan aħħari tagħhom li jieħdu t-tmun tal-pajjiż f’idejhom. Dan il-partit li jikkritika u ma joffrix soluzzjonijiet, joqgħod gallarija, anzi l-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li jkun iblah jekk jagħti s-soluzzjonijiet. Ma nistennewx aħjar minn Kap tal-Oppożizzjoni li tant ikkritika r-reshuffle fil-Kabinett u mbagħad hu ħa 110 ġranet biex jifforma shadow cabinet ġdid, biex effettivament ma biddel xejn.

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 14 ta’ Jannar Imma x’inhu jżomm lil Bernard Grech, ilKap issa mhux ġdid tagħna, milli jaħtar shadow cabinet?! Veru li mħabbat ħafna għax qiegħed jaħdem bla heda, imma jien jidhirli li issa għadda żmien biżżejjed biex jaħtar ix-shadow cabinet. Sieħbi tal-Istamperija wkoll qalli li hu ma jistax jifhimha din il-ħaġa u żied jgħidli li bilfors hemm xi misteru fin-nofs. M’għandix xi ngħid, dan il-misteru kulħadd jista’ jobsor x’inhu, u huwa proprju għalhekk li dilbiċċa qiegħda tinkwetani bil-kbir. Għax il-Kap issa mhux ġdid tagħna qiegħed jidher dgħajjef, Kap li ma jiddeċidix u allura Kap li mhu Kap xejn. U dan kuntrarjament għal Robert Abela li għalija qiegħed jagħmel rivoluzzjoni siekta bla daqq ta’ trombi. Meta qsamt dan il-ħsieb ma’ sieħbi tal-Istamperija, qalli li qiegħed nesaġera. Il-Ġimgħa, 15 ta’ Jannar Imma kif inhuma dawn il-Laburisti, hux! Jivvintaw l-istejjer fuq kull min ma jaqbilx magħhom. Issa vvintaw storja fuq Manuel (mhux Adrian) Delia li dan qiegħed iħammeġ u jnitten it-triq fejn joqgħod, tant, dejjem skont huma, li r-residenti tal-madwar ilhom żmien twil jirrappurtaw lill-Kunsill Lokali, imma, dejjem skont huma, u skont kunsillier minn tagħna fl-Imqabba, Manuel (mhux Adrian) Delia ġie jaqa’ u jqum mit-twissijiet li sarulu. U ngħiduha kif inhi, kontra Manuel Delia mhux faċli li jittieħdu passi għax inkella ta’ Repubblika joħorġu jipprotestaw li ttieħdu pass kontra Manuel (mhux Adrian) Delia għax huwa l-moħħ wara Repubblika, li tgħid li hi għaqda mhux governattiva, imma fil-verità hija għaqda Nazzjonalista, jew għall-inqas għaqda kontra l-Gvern. Is-Sibt, 16 ta’ Novembru Diġà għaddew tliet snin u tliet xhur millqtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Minħabba din l-imniefaħ ta’ pandemija, protesti bħal qabel m’għadhomx isiru, imma qegħdin isiru b’mod differenti. Fil-verità ma nafx min qiegħed isegwihom, imma Repubblika ta’ Manuel Delia, li skont ir-residenti li joqogħdu fejn joqgħod hu fl-Imqabba, qiegħed inittinhom bl-irwejjaħ, mhix se tieqaf milli tkompli tinsisti biex issir ġustizzja. Għalkemm, jien din ma nistax nifhimha għax sa fejn naf jien hemm erba’ persuni li qegħdin jinżammu arrestati b’rabt mal-qtil - tlieta akkużati bil-qtil tagħha, u l-ieħor bħala l-mandant. Il-Ħadd, 17 ta’ Novembru Xejn ma għoġobni l-artiklu ta’ Kristina Chetcuti, is-sieħba ta’ Simon Busuttil li qiegħed ipappiha sew fi Brussell. Nispera li l-partit darba glorjuż tagħna ma jagħmilx tiegħu dak li kitbet, jew jipprova jieħu vantaġġ, għax żgur li ma jaqblilniex. Jien il-ftit li noħroġ, għalkemm m’għadnix noħroġ ħafna, u noħroġ biss biex nagħmel xi xirja, ħlief kliem ta’ tifħir għall-Professur Charmaine Gauci ma nismax. U

hekk għandu jkun għax min jaf kemm sagrifiċċji għamlet tul dawn l-aħħar 11-il xahar. Milli jidher din Kristina Chetcuti tifhem f’kollox aktar minn kulħadd għax anke qiegħda tipprova tixħet dubju dwar il-vaċċin. Ngħid għalija jien ma tajtx kasha u kif jibagħtu għalija biex nitlaqqam, ġirja waħda mmur għax għandi seba’ mitt sena ħalli nitlaqqam biex inkun nista’ nerġa’ nibda noħroġ kuljum. It-Tnejn, 18 ta’ Jannar Le, le mhux sew għamel il-Kap issa mhux ġdid, Bernard Grech ma żammx kelmtu ma’ Adrian (mhux Manuel) Delia u ma marx il-Qorti mieghu. Għal xiex ma marx ma nafx. Jista’ jkun li Adrian (mhux Manuel) Delia qallu li m’għandux bżonnu, imma aktar naħseb li Jason Busuttil u Manuel (mhux Adrian) Delia ma ħallewhx. Sa ċertu punt imnalla ma marx għax konna nispiċċaw b’partitarji Nazzjonalisti jibbujaw lill-Kap, kif għamlu lil Jason Azzopardi meta ħareġ mill-Qorti. Għal Jason Azzopardi, ma jiddispjaċini xejn, imma li kieku kien il-kap li ġie ibbujat kienet tkun ħaġa oħra. Ħeqq, m’hemmx x’tagħmel, mifrudin konna, mifrudin għadna, u mifrudin jidher li se nibqgħu, jiftaħar kemm jiftaħar Bernard Grech li qiegħed jirnexxilu jġib l-għaqda fil-partit. It-Tlieta, 19 ta’ Jannar Hawn aħna man! Malajr waqqgħuha għaċ-ċajt lil dik Kristina Chetcuti, il-partner ta’ Simon Busuttil li qiegħed ipappiha sew fi Brussell. U waqgħet waħda għaċ-ċajt nobis, man. Għax mhux tal-Labour waqqgħuha għaċ-ċajt, imma tal-Financial Times u tal-Università ta’ Oxford li kif jaf kulħadd, għax hekk nismagħhom jgħidu, waħda mill-aqwa universitajiet fid-dinja. Dawn sabu li Malta hija s-seba’ l-aktar pajjiż fid-dinja li laqqam nies u t-tieni l-aktar pajjiż fost il-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea. U mela tiġi tmaqdar lill-Professur Charmaine Gauci u tgħid li mhix tagħmel dmirha sew. Li kont jien, niddisassoċja ruħi bil-kbir minn Kristina ta’ Simon, imma miskin Bernard Grech ma jistax jagħmel hekk għax inkella jkollu xi jgħid ma’ Simon u ma’ Manuel (mhux Adrian) Delia. L-Erbgħa, 20 ta’ Jannar Fl-aħħar għandna shadow cabinet. M’għandi l-ebda dubju li mhux shadow cabinet ta’ Bernard Grech li kien qal li m’għandux bżonn li jkun hemm shadow cabinet. Skont sieħbi tal-Istamperija huwa kabinett ta’ Manuel (mhux Adrian) Delia. Li kien għalih, Manuel Delia anke lil Stephen Spiteri tneħħielu l-portofoll tassaħħa. Ngħid is-sewwa la jien u lanqas sieħbi ma nistgħu ngħidu jekk ir-raġuni hijiex għax darba Stephen Spiteri kien iddisassoċja ruħu minn dak li kienet qiegħda tagħmel il-klikka ta’ Simon Busuttil, jew għax qiegħed jikkopera mal-Gvern fil-ġlieda kontra l-COVID-19. Jien aktar ngħid li r-raġuni kienet tal-ewwel għax dakinhar xejn ma kien niżel tajjeb ma’ Manuel (mhux Adrian) Delia.


18

24.01.2021

TRADUTTUR TAL-AQWA LETTERATURA Isem li jispikka fit-traduzzjoni mill-aqwa ta’ Dante hu bla dubju ta’ xejn ALFRED PALMA. Fi żmien 20 sena, hu rnexxielu jittraduċi La Divina Commedia, li qoromha kemm mill-għażla tal-kliem kif ukoll mill-għadd ta’ sillabi li fiha. Qablu kien hemm oħrajn li ttantaw u ttraduċew partijiet minnha. Imbagħad Erin Serracino Inglott ippubblika biss L-Infern. Iżda bla dubju, it-traduzzjoni ta’ Alfred Palma hi l-aktar traduzzjoni fidila kemm għall-Malti użat kif ukoll għarritmika. Minbarra dan, Alfred irnexxielu wkoll jittraduċi xogħlijiet ta’ Oscar Wilde u ta’ William Shakespeare, li fosthom insibu Macbeth, Romeo u Ġuljetta, Il-Merkant ta’ Venezja, Il-Kummiedja tal-Iżbalji, Hekk kif Jogħġbok, L-Imqarba Mmansata, It-Tempesta u Hamlet. Issa għadu kif ippubblika wkoll Otello, talistess drammaturgu. Illum, se nsiru nafu aktar lil Alfred Palma. Minn CHARLES B. SPITERI

Alfred, tista’ tagħtina ftit dettalji tat-tfulija tiegħek? Jien twelidt fit-8 ta’ Settembru 1939 fl-Isptar Ċentrali tal-Furjana (illum id-Depot tal-Pulizija), iżda jien Żabbbari sa ruħ ommi! Tfuliti kienet waħda hienja, normali, imqarba u kollha praspar. Bħala edukazzjoni, f ’liema skejjel attendejt, u liema suġġett kien l-aktar għal qalbek?

drammi għar-Rediffusion. Imbagħad bdiet il-ġrajja fatidika tad-Divina Commedia li bdejt nittraduċi fl-1966 u temmjet fl-1986. Warajha dmiri lejn id-drammi ta’ Shakespeare u wara Wilde, Lawrence, Mann, Voltaire, għadd ta’ rumanzi u kotba oħrajn ta’ suġġetti differenti, fosthom bosta kotba soċjopsikoloġiċi li ġew ippubblikati fl-Ingilterra u l-Kanada.

l-għalliem tiegħi tat-Taljan, f ’Form III. Kif għidtlek, Charles, id-Divina Commedia saħħritni sa minn meta, fil-Kulleġġ De La Salle, bdejna nitgħallmuha f ’verżjoni prożajka b’terżini milloriġinal, mill-ktieb ta’ Tito Casini Per loco eterno. Jien dejjem kont nixxennaq naqleb għall-Malti xi vers ’l hemm u ’l hawn minnha, u wara li temmejt l-iskola u qbadt naħdem, bdejt nistħarreġ jekk il-Commedia kinitx inqalbet bil-Malti. Skoprejt li kienu bdew isiru attentati mill-1864, iżda dawn kienu ġeneralment addattamenti fi proża u/jew passaġġi qosra. Fl-1964 Erin Serracino Inglott ippubblika L-Infern, traduzzjoni tajba ħafna, iżda ma kinitx irrimata. U, minkejja li kont xtrajt kopja, dan il-fatt iddiżappuntani. Sadattant, kienet ġriet ix-xniegħa li Erin kien lesta wkoll Il-Purgatorju u L-Ġenna; iżda minkejja kollox dawn qatt ma dehru! Dan kollu kebbes fija l-ħeġġa li nittanta nagħmel traduzzjoni jien. U nirrimaha! Kelli biss 26 sena, u

kont maħkum minn ħeġġa stramba li ma stajtx nikkontrolla. Komplejt inħażżeż xi vers ’l hemm u ’l hawn... Kif għidtlek, fl-1959 bdejt naħdem fid-Dipartiment tal-Għajnuna Soċjali, u fl1966 kont għadni naħdem fl-uffiċċju distrettwali ta’ Ħaż-Żabbar. Dak iż-żmien konna nirreġistraw lin-nies il-Ħamis, u l-Ġimgħa nħallsuhom ir-relief. Mela Ħamis minnhom wieħed mir-reġistranti, ċertu Toni Gatt ġie bi ktieb daqs missal taħt driegħu. Kienet id-Divina Commedia ta’ Eugenio Camerini (1800) bl-inċiżjonijiet ta’ Gustave Dorè. Toni qalli li kienu tawhielu l-eredi ta’ qassis biex ibiegħuha. (Wara sirt naf li dan il-qassis kien il-politiku Mons Enrico Panzavecchia!) Toni talabni 3 liri Maltin u rajthom wisq. L-għada ġie għar-relief bil-ktieb f ’idu u qalli li kienu ħallewhuli nofs lira! Xtrajtu u ħadtu d-dar, ferħan għallaħħar. Iżda dlonk skoprejt li xi 12 mill-inċiżjonijiet li kellu fih kienu nqalgħu mill-ktieb biex isiru nkwatri. Dlonk tlift l-entużjażmu kollu u l-ktieb tfajtu f ’armarju li kelli f ’ka-

Jidher li int ammiratur kbir tad-drammi u Studjajt fl-iskola Primarja d-drammaturgi. Kif nibtet ta’ Ħaż-Żabbar u wara fil- fik din l-imħabba? Kulleġġ De La Salle, il-Kottonera. Is-suġġetti l-aktar Bdiet fil-Kulleġġ De La Salle, għal qalbi kienu l-Malti, l-In- meta ltqajt l-ewwel darba gliż, it-Taljan u l-Franċiż. ma’ William Shakespeare, Wara li temmejt l-isko- fejn kelli l-Merkant ta’ la, fl-1957, dħalt emergency Venezja għall-GCE. teacher, fejn domt sal-1959, meta sirt skrivan u bde- X’wasslek biex għall-ewwel jt naħdem fid-Dipartiment xogħol ta’ traduzzjoni tal-Għajnuna Soċjali. Iżda tiegħek għażilt id-Divina ħajti diġà kienet ilha s-snin Commedia? maħkuma minn tliet allat nisa: il-Mużika, il-Letter- Ir-raġuni kienet li Dante atura u l-Pittura. It-tlieta kien isaħħarni u d-Divina kienu inerenti fija: il-kotba Commedia ossessjonatni sa ta’ Ġabra ta’ Ward ta’ E.B. minn meta bdejt nistudjaVella xegħlu fija l-poeżi- ha ma’ Dun Frans Buhagiar, ja; ir-Rediffusion xegħel fija l-imħabba għall-Opri u l-mużika klassika; Chopin, Beethoven u Brahms u kompożituri kbar oħrajn saħħruni u tgħallimt indoqq il-pjanu waħdi; u niftakar li ta’ 10 snin kont irbaħt ktieb bħala premju fi Standard II Wara li temmejt l-iskola, fl-1957, dħalt tal-Iskola tal-Gvern, wara li pinġejt The Little Matchgirl emergency teacher, fejn domt sal-1959, meta sirt ta’ Hans Christian Andersen. Fl-1987 irtirajt mix-xogskrivan u bdejt naħdem fid-Dipartiment tal-Għajnuna ħol minħabba raġunijiet Soċjali. Iżda ħajti diġà kienet ilha s-snin maħkuma personali u bdejt naqdi littliet allat nisa full-time. minn tliet allat nisa: il-Mużika, il-Letteratura Sa mis-sittinijiet diġà kont u l-Pittura bdejt nikteb bosta poeżiji u

marti. Mela jgħaddu xi tliet ġimgħat u Ħadd minnhom filgħodu, wara l-quddiesa tad-disgħa, iltqajt ma’ ħabib tiegħi anzjan, ċertu Karmenu Balzan, li qalli li l-Birgu kienu waqqgħu dar qadima u fiha kien hemm bosta kotba, faxxikli u x’naf jien. Staqsieni rridx iġibli xi ħaġa u għidtlu iva. U l-għada narah ġej b’romblu daqsxiex ta’ faxxikli sofor biż-żmien. Kienu faxxikli mill-Paradise Lost ta’ Milton u mid-Divina Commedia, l-istess edizzjoni tal-1800 ta’ Camerini li kont xtrajt jien, u fost dawk il-faxxikli nsib l-inċiżjonijiet kollha li kelli neqsin! Bilġri nfilsajt l-inċiżjonijiet li kelli neqsin f ’posthom u issa kelli l-opra kollha kompluta! Mill-ġdid imtlejt b’ħeġġa kbira u fis-sajf tal-1966 bdejt it-traduzzjoni bis-serjetà. Biex inserraħ rasi dwar dak li kont qed nagħmel, bgħatt xi siltiet lil Bro. Henry SFC u lil Dottor Ġorġ Zammit għall-fehma tagħhom. It-tnejn inkoraġġewni bilkbir u Dr Zammit, f ’ittra li bagħatli u li għadni ngħożż, qalli: “Kompli; fik nara bniedem li kapaċi tagħtina dan ix-xogħol.” U dawk il-kelmiet xeħtuni għalkollox fuq ittriq iebsa li dak iż-żmien ma kontx nobsor kemm kienet se tkun twila u qalila. Fil-bidu tas-snin 70 lestejt L-Infern u bdejt ngħarbel Il-Purgatorju. U ftit ftit bdejt naqta’ qalbi. Iżda d-Destin (reġa’) ħasibha mod ieħor. Mela għodwa minnhom inkun il-Belt u fi Triq Nofsinhar niltaqa’ ma’ Mikiel Spiteri (Kilin) li, b’ton pjuttost sarkastiku, staqsieni fiex kont wasalt fit-traduzzjoni. Għidtlu li kont għad-


19

24.01.2021 ni kif lestejt L-Infern. Bi tbissima ċinika Kilin qalli: “U s’hemm se tasal ħabib, għax iż-żewġ Kantiki l-oħra tad-Divina Commedia ħadd ma jagħmilhom!” Dawk il-kelmiet skoraġġanti ta’ Kilin filpront qanqlu fija sens qawwi ta’ sfida; u dakinhar, kif wasalt id-dar, bdejt ix-xogħol fuq Il-Purgatorju. U kien litteralment il-bidu ta’ purgatorju mill-eħrex għalija. Bdejt nissagrifika kollox biex inkompli, minkejja li ridt inlaħħaq max-xogħol u bosta problemi oħra. Xi drabi kont indum jiem sħaħ biex nirrima żewġ terzini, ix-xogħol bit-typewriter kien tedjanti, żbalji rranġati bit-tippex, tensjoni, taqtigħ il-qalb... Xi waqtiet kont inħossni se niġġennen! Iżda II-Purgatorju, il-Kantika favorita tiegħi, lestejtu wkoll... u wasalt għall-Ġenna, l-aktar Kantika diffiċli, li kważi kissritni biex ittraduċejtha. Kelli nidħol fil-filosofija, fl-istorja tal-Knisja u, partikularment, fil-metafiżika; oqsma li tista’ tgħid kienu ġodda għalija. Iżda f ’nofs is-snin 80 irnexxieli ningħaqad ma’ San Bernard fit-talba grandjuża tiegħu lill-Madonna biex din titlob lil Alla jħalli lil Dante jarah. U meta fl1986, wara 20 sena ta’ tbatija, sagrifiċċji u qtigħ il-qalb, ħażżiżt l aħħar vers sublimi tal-Ġenna, jien ukoll ħassejt li kont qed nara ’l Alla! L-Imħabba li tmexxi x-xemx u l-kwiekeb! Meta lestejt it-traduzzjoni bdejt infittex biex nara kif u fejn se nippubblikaha. Kelli bżonn għajnuna finanzjarja

li ma stajtx naffordja. Ħabbatt bosta bibien: Gvern, banek, azjendi... u l-ebda bieb ma nfetaħ! It-traduzzjoni ntlaqgħet b’taħlita ta’ interess, bruda u ħafna xettiċiżmu. Bdejt inħossni diżappuntat iżda bqajt nittama; imbagħad bdejt naqta’ qalbi. Iżda d-destin reġa’ ndaħal. Allura dan ix-xogħol kif sab ruħu pubblikat?

na, bħal bosta pajjiżi oħra fid-dinja, seta’ jiftaħar li għandu hu wkoll traduzzjoni kompluta u rrimata tal-akbar kapulavur letterarju dinji ta’ kull żmien. Iżda x’kien li wasslek biex tibda tittraduċi dawn ix-xogħlijiet, meqjusin bħala l-ġganti tal-letteratura?

L-imħabba tiegħi għall-ilsien Malti. Kont naf li xogħlijiet Ġar ħabib tiegħi, ċertu Car- letterarji ġganteski kienu melo Zarb, kellu bżonn għa- nqalbu f ’diversi lingwi; u jnuna mid-Dipartiment għaliex bil-Malti le? tal-Għajnuna Soċjali, fejn kont għadni naħdem. Qde- Il-fatt li l-istudenti jtu, u Carmelo, rikonoxxen- tal-lum, għadhom jistudjaw ti, staqsieni kif seta’ jpat- lil William Shakespeare tili u għidtlu b’daħka: “Ara għall-eżamijiet, kemm ssiblix lil xi ħadd li jistam- tħoss li t-traduzzjonijiet pali d-Divina Commedia...” tiegħek jgħinuhom jifhmu U Carmelo dlonk laqqagħni aħjar l-Ingliż antik? mas-Sur Pawlu Zammit, sid l-istamperija Palprint ta’ Bir Mill-esperjenza naf li bosta id-Deheb, u Pawlu aċċetta li studenti li kellhom kuntatt jistampahieli. Swietli mal- mat-traduzzjonijiet tiegħi 4,000 liri Maltin, li bdejt ta’ Shakespeare, mill-kotinħallas 50 lira fix-xahar ba u mid-drammi tradotti mill-pensjoni żgħira li kel- li ttellgħu mill-Kumpanija li dak iż-żmien, peress li kif Talenti fit-Teatru Manoel xi għedtlek diġà, fl-1987 kont snin ilu, kollha qaluli li sabu irtirajt mix-xogħol. għajnuna kbira, għax fehmu Mal-pubblikazzjoni, it-tra- aħjar bosta mill-Ingliż antik duzzjoni sabet l-istess taħli- ta’ Shakespeare. ta ta’ interess, indifferenza u xettiċiżmu, bħal meta kont Tagħżel minn qabel xi ħabbart li x-xogħol kien lest tkun se tittraduċi, jew u kont qed nara kif se nip- taqbad l-ewwel ktieb li pubblikah, l-aktar minħab- ssib? U meta tħejji ba kwistjoni ta’ finanzi. Iżda għat-traduzzjonijiet, lejn meta finalment irnexxieli liema sezzjoni ta’ qarrejja nippubblika t-traduzzjoni, tħares u tindirizza? fi tliet volumi mdaqqsa, din bdiet tingħoġob u tinbiegħ; L-ewwel ma nħares hu lejn u ftit ftit bdiet tingħata l-im- il-kobor tax-xogħol innifsu portanza li kien jistħoqqil- u s-siwi letterarju, intellettha, mhux biex jien nagħmel wali, edukattiv, soċjali, diisem għalija, iżda biex pajjiż- vertenti tiegħu u x’naf jien,

biex b’hekk, ħajr għat-traduzzjoni, inkompli nseddaq ukoll l-ilsien Malti. Dejjem nara wkoll li x-xogħol li nkun se nittraduċi jkun se jolqot diversi kategoriji ta’ nies, kemm lil dawk intellettwali u studjużi kif ukoll lil dawk li jħobbu l-letteratura barranija u jkunu jridu jgawduha bil-lingwa tagħhom. Xi kemm iddum ittella’ u tniżżel biex issib il-kelma ideali Maltija, ladarba llum kważi kulħadd jaqbad kliem Ingliż u jiktbu bil-Malti? Sinċerament, meta xogħol letterarju jogħġobni u nkun irrid nittraduċih, naqrah darba darbtejn u t-traduzzjoni tasal bla taħbit. Imbagħad insib mezz kif nevita kemm nista’ kliem li esenzjalment ma jkunx Malti. Nevita wkoll kemm nista’ li nikteb kliem Ingliż bil-Malti, u fejn meħtieġ nuża l-korsiv, iżda mhux kelma Ingliża mgħawġa bħala waħda Maltija, li kważi dejjem tidher ridikola. Nerġa’ lura għad-Divina Commedia. Kif intlaqgħet f ’pajjiżna? Ironikament, it-traduzzjoni tiegħi tad-Divina Commedia aktar kisbet għarfien u rikonoxxximent mit-Taljani, milli mill-intelletwali Maltin. Hawn insemmi b’ħajr lill-Dottor Marino Fleri, li kien Ambaxxatur Taljan f ’Malta fl-1991, is-sena li fiha stampajt id-Divina Commedia. Wara, mid-diversi diretturi tal-Istituto Italiano di Cultura u fl-2008 ġejt mistieden, mal-kritiku let-

terarju ħabib tiegħi Patrick Sammut, biex nitla’ Ravenna għas-serata Dante nel Mondo, li fiha qrajt bil-Malti Canto II tal-Purgatorju u ngħatajt il-Lauro Dantesco. Alfred, ngħid sew li anki n-nazzjon Malti tak rikonoxximent? Fl-2009 ngħatajt il-Medalja tal-Qadi tar-Repubblika, u sewsew fl-2020 inħtart Cavaliere di Sicilia mis-Soċjetà Esperantista ta’ Sqallija. Dawn l-unuri taffew bil-bosta l-weġgħat kbar li ġarrabt matul il-karriera letterarja tiegħi, minħabba għira u indifferenza. Sinċerament, l-unuri qatt m’għamlu bija. L-iskop ewlieni tiegħi minn dejjem kien li nseddaq ilsien art twelidi u nxerred il-kultura fi żminijiet meta din tinsab mhedda serjament mill-kaos, mill-filistiniżmu u mill-materjaliżmu li issa kważi ħakmuha għalkollox. Illum nista’ ngħid b’idi fuq qalbi li qed inġarrab il-katarsi li tnessi l-feriti, għad li ma tneħħix ittbajja’ tagħhom. It-traduzzjoni tiegħi tad-Divina Commedia ġiet rikonoxxuta uffiċjalment bħala l-unika waħda kompluta u rrimata bil-Malti, u jekk Alla jrid, aktar tard din is-sena se terġa’ tkun stampata t-tieni edizzjoni f ’volum wieħed u b’inċiżjonijiet ta’ Gustave Dorè, ħajr għall-AZAD u l-Istituto Italiano di Cultura. Illum li ninsab fix-xitwa ta’ ħajti, niżżi ħajr lil Alla li tani dejjem is-saħħa u għeni, u sakemm jibqa’ jgħini Hu nibqa’ naħdem jien!


20

24.01.2021

RODERICK PACE

IL-COMICS U L-FILMS ISPIRAWH BIEX ISIR ARTIST FL-ARTI DIĠITALI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

L-arti minnha nnifisha hija xi ħaġa li jew tolqtok jew le. Hawn ħafna li jħarsu lejha minn perspettiva unika, filwaqt li hawn oħrajn li forsi ma tantx japprezzawha biżżejjed. Dan l-aħħar sirt naf b’individwu li llum huwa artist, li ispira ruħu mill-comics u l-films. Qed nirreferi għall-artist fl-Arti Diġitali Roderick Pace. Għandu 30 sena, mill-Mellieħa u jaħdem bħala graphic designer. Għandu għal qalbu l-arti diġitali, il-qari tal-comics, films, kollezzjonist tal-figuri tal-comics u films u t-tisjir. Iħobb josserva ħafna l-affarijiet u n-nies ta’ madwaru, għall-fatt li l-arti speċjalment il-cartoons, iġġiegħlu jara kollox mill-aspett umoristiku, id-difetti u anke s-sbuħija. Roderick minn dejjem kien dilettant tal-comics u l-films, tant li ispirawh sabiex jaħdem bħala illustrator. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar din in-namra tiegħu. “In-namra tiegħi bdiet minn età żgħira, fejn flimkien mal-familja tiegħi minn dejjem konna dilettanti taċ-ċinema, speċjalment films tal-biża’ fosthom; Halloween(1978), The Nightmare on Elm Street (1984) u riċentement il-films tal-univers ta’ The Conjuring (2013 - ). Apparti minn dawn dejjem kelli mħabba infinita għall-films ta’ Star Wars u tas-superheroes fejn għadni s’issa ma nkunx nista nara xi ħaġa tagħhom li ma nakkwistahiex. Fi tfuliti fid-disgħiniet, Scooby Doo, Looney Tunes u Tom & Jerry kienu l-qofol ta’ ispirazzjoni biex bdejt inpinġi l-cartoons, li kompliet tikber bil-mod ilmod sal-ġurnata ta’ llum,” beda jirrakkontali. Bil-prattika stess żviluppa iktar teknikament Mistoqsi fejn żviluppa t-talenti tiegħu u fejn tgħallem, Roderick stqarr miegħi li meta kellu 14-il sena kien daħal l-iskola tal-arti ġewwa l-Belt Valletta għall-Fine

Arts fejn żviluppa iktar it-teknika ta’ tpinġija tradizzjonali: still life drawing u anke l-figura bil-lapes, linka u bl-acrylic, fejn iktar tgħallem fuq l-aspett ta’ dwal u riflessjonijiet, l-użu tal-ku-

luri, perspettiva u l-istorja tal-arti. “Iktar ma bdejt nara cartoons u tutorials fuq l-internet, iktar bdejt nipprattika u bil-prattika stess li żviluppajt iktar teknikament.” Mistoqsi jekk it-tpinġija

saritx ħajtu u l-ħobża ta’ kuljum tiegħu, Roderick weġibni: “Dan huwa passatemp li nagħmel wara l-ħin tax-xogħol, u għadni qed niżviluppa t-talent tiegħi fil-ħin liberu tiegħi. Bħala xogħol naħdem

Dan huwa passatemp li nagħmel wara l-ħin tax-xogħol, u għadni qed niżviluppa t-talent tiegħi fil-ħin liberu tiegħi. Bħala xogħol naħdem bħala graphic designer u huwa xogħol kompletament differenti. Ġieli jkun hemm xogħol li t-tpinġija tgħin speċjalment fejn jiġi pjanat logo jew anke saħansitra użu ta’ cartoon/tpinġija ta’ karattru għax-xogħol innifsu

bħala graphic designer u huwa xogħol kompletament differenti. Ġieli jkun hemm xogħol li t-tpinġija tgħin speċjalment fejn jiġi pjanat logo jew anke saħansitra użu ta’ cartoon/tpinġija ta’ karattru għax-xogħol innifsu.” Rigward is-sodisfazzjon personali li tagħtih l-arti, Roderick stqarr miegħi li meta jara biċċa xogħol, iħares lejha u jaħseb u jhewden kif saret u nbniet mill-ewwel sal-aħħar daqqa li għamel l-artist innifsu. Il-kompożizzjoni ta’ kif ġiet imqassma jew aħjar pjanata wkoll. Joħloq u jipprattika l-karikaturi Dan l-aħħar sirt naf li qed jiffoka u jispeċjalizza fuq arti unika. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora aktar dwar dan u għaliex fuq kollox għażel


21

24.01.2021

din it-tip. “Kont ilni ngħid ser nibda nipprattika l-karikaturi, imma dejjem żammejt lura. L-iktar minħabba li mhux faċli għax meta tagħmel karikatura trid tħares lejn dik il-persuna fir-ritratt u trid ixxebbaha kemm tista’, iżda fl-istess ħin trid tesaġera l-fattizzi ta’ dak li jkun... kemm dawk li mhux daqshekk kuntenti bihom u anke dawk tajbin,” żvela miegħi. Mistoqsi x’mezzi normalment juża sabiex ipinġi, Roderick stqarr miegħi li qabel kien juża l-lapes u l-linka sewda għad-disinn u mark-

ers professjonali għall-kulur. Illum il-ġurnata jpinġi kważi kollox diġitali. Qabel ma mort għal din l-intervista, kont naf ukoll li jiffoka fuq diġital illustrations. Fi kliem ieħor dawn huma tpinġijiet li jsiru blużu tat-teknoloġija, fosthom drawing screen tablet u pinna apposta għat-tablet stess. Mistoqsi jekk jaħsibx li hawn Malta hawn fejn jimraħ biżżejjed fuq il-linja tiegħu, Roderick weġibni: “Ma naħsibx li hawn biżżejjed opportunitajiet fejn tidħol din it-tip ta’ arti,

speċjalment il-karikatura.” L-arti qed tikber iktar permezz tal-midja soċjali Staqsejtu wkoll jekk minn dak li jinnota b’mod ġenerali, kemm qed tiġi apprezzata arti bħal tiegħu lokalment. “Bil-mod il-mod qed tikber iktar permezz tal-midja soċjali. Riċentement produċejt karikaturi għall-programm televiżiv L-Erbgħa Fost ilĠimgħa fosthom tal-Prim Ministru Robert Abela.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, stedintu jgħaddi messaġġ personali lill-qarrejja

ta’ din il-gazzetta. “Min hu interessat f ’din l-arti, ma jiddejjaq xejn milli jipprattika u jsegwi iktar cartoons. Barra minn Malta, hawn opportunitajiet kbar u bil-mod qed jikbru wkoll lokalment. L-industrija tal-cartoons u l-comics qed tikber immens

ma’ kull ġurnata. Lokalment issir il-Malta Comic Con darba fis-sena, fejn ilha tiġi ċċelebrata tul dawn l-aħħar 12-il sena. Apparti minn hekk, il-kritika hija kollox, titgħallem iktar u tagħraf x’jista’ jitranġa f ’xogħlok stess,” temm jgħid Roderick.


22

24.01.2021

IN-NISA FIL-PARLAMENT – TWIEĠEB L-ONOR. ROSIANNE CUTAJAR

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Is-Segretarju Parlamentari għall-Ugwaljanza u r-Riformi Rosianne Cutajar kienet protagonista fi żvilupp storiku għal pajjiżna li se jara aktar rappreżentanza ta’ nisa fl-ogħla istituzzjoni ta’ pajjiżna; il-Parlament. Tkellimna magħha dwar ir-riforma l-ġdida li qed tipproponi. Permezz tar-riforma l-ġdida li ressaqt inti, se tiżdied ir-rappreżentanza tan-nisa fil-Parlament sa minn wara l-elezzjoni ġenerali li jmiss. Spjegalna ftit x’inhi din ir-riforma? Is-sitwazzjoni ta’ żbilanċ fir-rappreżentanza tal-ġeneru fil-Parlament, la hi waħda sostenibbli u lanqas ma hi waħda li hi aċċettabbli. F’aktar minn 70 sena r-rappreżentanza femminili baqgħet waħda kostanti – dik ta madwar 13%. Irridu nitilqu mill-punt li l-mekkaniżmu li qed nipproponu mhuwiex assolut u għalhekk mhux dejjem jiskatta. Il-mekkaniżmu jiskatta meta wieħed mis-sessi jkollu rappreżentanza ta’ anqas minn 40% fil-Parlament. Wara li jintemm il-proċess elettorali kif nafuh illum, inkluż jekk ikun il-każ il-byelections ta’ dawk il-kandidati li jkunu telgħu minn żewġ distretti, il-Kummissjoni tikkalkula l-perċentwali tan-nisa u rġiel fil-Parlament. Jekk nieħdu bħala eżempju l-aħħar Elezzjoni Ġenerali, in-numru ta’ nisa eletti fil-Parlament kienu disgħa. Dan ifisser li l-perċentwali ta’ nisa fil-Parlament kien ta’ 13.43%. Jekk kellna nżidu s-siġġijiet biex nersqu għal kważi 40%, l-ammont ta’ siġġijiet addizzjonali kellhom ikunu 28. Iżda peress li l-emendi Kostituzzjonali proposti jipprovdu għal massimu ta’ 12-il siġġu addizzjonali, allura dak it-28 irid jinżel għal 12. Dawk it-12-il siġġu wara jinqasmu b’mod ugwali bejn il-partiti, kemm-il darba jkunu eletti żewġ partiti politiċi fil-Parlament. Ir-raġuni li jinqasmu b’mod ugwali hija l-fatt li d-differenzi fis-siġġijiet bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni tkun diġà ġiet stabbilita bil-Mekkaniżmu Korrettiv tal-Maġġoranza u mhix l-intenzjoni tal-Mekkaniżmu Korrettiv tal-Ġeneru li jiddisturba dik id-differenza. Din hi riforma għal kulħadd.

Fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, ibbażat fuq l-aħħar riżultat tal-elezzjoni ġenerali se jkunu n-nisa li jgawdu direttament minn din ir-riforma, għax huma n-nisa li mhumiex u qatt ma kienu rappreżentati. Iżda man-nisa li se jkunu eletti, se tgawdi s-soċjetà kollha kemm hi.

waħda rivoluzzjonarja. Filfatt, jekk dan l-abbozz jiġi approvat, l-elezzjoni ġenerali li jmiss se twassal għal sitwazzjoni fejn fil-Parlament se jkun hawn rappreżentanza aktar bilanċjata. F’dawn l-aħħar snin, pajjiżna għamel passi ta’ ġgant fejn jidħol it-tisħiħ tad-demokrazija u l-governanza. Jien narguGħaliex dan il-pass qed menta li din ir-riforma wkoll ikun meqjus storiku? hi parti minn dan il-pakkett ta’ bidliet storiċi, għas-sempliċi Mingħajr l-ebda esaġerazz- raġuni li rappreżentanza ekwa joni ngħid li din ir-riforma hi fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż

hija tant ieħor kruċjali għal se titlef postha. Id-deċiżjoni demokrazija rappreżentattiva tal-elettorat tibqa’ suprema b’saħħitha. u se nirrispettawha. Proprju għalhekk morna għas-sisteInti wkoll spjegajt li l-abbozz ma korrettiva li żżid is-siġġijita’ liġi se jwassal biex et biex nilħqu bilanċ, minflok iż-żewġ partiti jkunu jistgħu ma nimponu kwoti. jtellgħu sitt deputati nisa kull Din ir-riforma mhijiex wieħed li ma jkunux ġabu diskriminatorja kontra l-kwota elettorali. Xi jfisser l-irġiel. Tant hu hekk, li kif dan biex jifhem sew il-poplu? diġà għidt, jista’ jkun li jkunu l-irġiel li jużaw din is-sistema, Nixtieq nikkjarifika li dan l-ab- minkejja l-fatt li kif diġà spbozz ma joħloqx kwoti. L-ebda jegajt, l-ostakli li nsibu qudpersuna, raġel jew mara, elet- diemna aħna n-nisa mhumiex ta b’mod demokratiku, mhi ftit. Din ir-riforma ma tippremjax lil min ma rnexxilux jikkonvinċi lill-elettorat. Il-mekkaniżmu ser jeleġġi lil dawk il-kandidati nisa li kienu “next in line” fid-distretti rispettivi tagħhom. Kandidati li jkunu ħadmu u stinkaw bħal kulħadd.

Fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, ibbażat fuq l-aħħar riżultat tal-elezzjoni ġenerali se jkunu n-nisa li jgawdu direttament minn din ir-riforma, għax huma n-nisa li mhumiex u qatt ma kienu rappreżentati. Iżda man-nisa li se jkunu eletti, se tgawdi s-soċjetà kollha kemm hi

Temmen li din hija mixja fid-direzzjoni t-tajba għal aktar ugwaljanza? Kif diġà għidt, din hi riforma storika u ċerta li se twassal għal rappreżentanza aktar ugwali. Imma ara biss naħs-


08.11.2020 24.01.2021 bu li bih se nkunu qed insolvu l-isfidi kollha li għad għandna quddiemna. Irridu nħarsu iktar fittul mill-elezzjoni ġenerali li jmiss, u nkunu proattivi għallbidliet soċjali, u mhux reattivi. Il-kmiem se jibqgħu mxammra. Flimkien ma’ din il-bidla kostituzzjonali, irrid nara ħidma lejn iktar nisa fl-ogħla livelli tal-partiti politiċi. Il-Partit Laburista dan ix-xogħol diġà bdieh bil-programm LEAD. Irrid nara aktar ħidma biex niġġieldu l-mentalità li żżomm lill-mara lura, jew li tħares lejha daqslikieku kienet inqas mir-raġel, u nħeġġeġ lill-professjonisti fil-midja biex jaħdmu għal iktar viżibilità tal-mara minn kull qasam tal-ħajja. X’taħseb fuq kritika li ssir li n-nisa jistgħu xorta joħorġu għall-politika imbagħad sta għall-poplu biex jeleġġihom? Ir-realtà hi li s-soċjetà timponi li l-mara trid għal xi raġuni jew oħra tipprova lilha nnifisha qabel ma nagħtuha ċ-ċans. B’hekk, permezz ta’ dan l-Abbozz se nkunu qed nagħtu ċ-ċans lin-nisa juru l-kapaċitajiet tagħhom u b’hekk se nkomplu niġġieldu l-mentalità patrijarkali li ilha taħkem lis-soċjetà tagħna għal snin twal. Kif ninsabu fl-istatistika meta kkumparati ma’ pajjiżi oħra Ewropej? Ngħixu f’dinja fejn minn 193 pajjiż, huma biss madwar 20% mmexxija min-nisa. Waħidhom, dawn diġà huma figuri li jinkwetawni. Ninkwieta iktar meta nara li bħala pajjiż ir-rappreżentanza femminili tagħna hi waħda baxxa ħafna. Fl-Ewropa skont ir-Rapport tal-EIGE, l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn ilĠeneri, huma Ċipru u l-Ungerija li għandhom anqas rappreżentanza femminili minna. Jien irrid nara lil pajjiżna fost l-aqwa pajjiżi fid-dinja, fost pajjiżi li bil-fatti, jemmnu u jaħdmu għal soċjetà iktar ugwali. Inti personali, kellek diffikultà biex tagħmel pass u tidħol fil-politika? X’kienu l-opportunitajiet li ltqajt magħhom jew bibien magħluqa? U kif b’determinazzjoni wasalt fejn wasalt illum? Li kieku ma kienx hemm min emmen fija u tani opportunità wisq probabbli ma kont qatt nikkontesta u saħansitra niġi eletta. Niftakar kif kien proprju l-Eks Prim Ministru Joseph Muscat li emmen fil-kapaċitajiet tiegħi u ħeġġiġni nikkontesta l-elezzjoni għal Kunsill Lokali. Suċċessivament il-Par-

23 tit Laburista, lejlet l-ewwel elezzjoni tiegħi, bagħatni nirrapreżentah fuq programm televiżiv segwit immens u hemmhekk il-poplu seta’ jiġġudika l-prestazzjoni tiegħi. L-ambjent politiku mhuwiex xi wieħed faċli biex taħdem fih speċjalment għalina n-nisa. Personalment, it-tragward tiegħi fil-politika ma kienx wieħed faċli, mhux biss għax jien mara, iżda għax dak iż-żmien kont relattivament ta’ età żgħira, l-iżgħar sindku mara qatt eletta f’pajjiżna. Dawn iż-żewġ fatturi kkombinati flimkien kienu jitfgħu pressjoni fuqi biex nuri l-kapaċitajiet tiegħi speċjalment fejn jidħlu oqsma assoċjati mal-irġiel bħal pereżempju l-infrastruttura. Mhux l-ewwel darba kienu jgħiduli “inti ma tifhimx”, “inti għadek żgħira”. Ħafna mid-drabi, mara fil-politika tesperjenza wkoll tgħajjir u kliem sessist li dan bla dubju ma jgħinx – u hawn nibqa’ nsostni li l-ebda mara m’għandha taċċetta dan it-tip ta’ diskors u aġir. Kien proprju għalhekk li ddeċidejt li niftaħ żewġ libelli kontra persuni li użaw kliem ta’ dan it-tip fil-konfront tiegħi, liema libelli rbaħthom. Għalija kien dejjem ta’ kuraġġ u motivazzjoni l-fatt illi bil-ħidma tiegħi qiegħda b’mod konkret intejjeb il-ħajja tan-nies. Bħala Sindku fuq livell lokali u bħala Segretarju Parlamentari fuq livell nazzjonali permezz ta’ liġijiet u riformi storiċi li qegħdin ibiddlu wiċċ pajjiżna. Kif se tkun qed tissaħħaħ id-demokrazija ta’ pajjiżna? Din mhijiex kwistjoni ta’ numri għalina. Ma rridux iktar nisa sempliċiment biex nilħqu persentaġġ, niċċelebrawh u nieqfu hemm. Dan hu biss pass importanti biex nibnu demokrazija iktar sostenibbli. Il-punt li jkollna iktar nisa fil-Parlament imur lil hinn minn kwistjonijiet direttament relatati mal-mara. Bħala nisa, ma nistgħux inħallu lilna nfusna niġu mitfugħa f’kantuniera, u nitkellmu biss fuq ‘is-suġġetti tan-nisa’, kif iħobbu jgħidulna. Dawk huma importanti, iva, u konvinta li b’iktar nisa, se nimxu ’l quddiem fejn jidħlu suġġetti direttament relatati man-nisa. Iżda l-perspettiva femminili daqstant ieħor hi importanti f’oqsma oħra. Ir-riċerka turina li meta n-nisa jingħataw portafolli li tradizzjonalment huma kkunsidrati maskili, il-proposti u miżuri li jressqu jkunu iktar inklussivi u wesgħin. B’hekk nemmen li din ir-riforma se tkun qed twassal għal demokrazija aktar sostenibbli li taċċerta rappreżentazzjoni aħjar.

SKEDA ONE TNEJN ONE Sports & Temp 25-01 ONE News Prime Time Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja Music Legends ONE News

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 22:50 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso

12:30 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30

ONE News Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up

17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 #Pajjiżi 18:30 Pjazza

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 26-01

ĦAMIS 28-01

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ERBGĦA 19:15 ONE 27-01 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Reboot 23:30 ONE News

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt

18:00 18:30 19:15 19:30 20:10 20:30 21:05 22:40 23:24 23:30

Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Twenty One Ilsien in-Nisa Ondroad Teżori ONE News

13:15 13:20 15:30 15:35 15:55 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30

ONE News Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Maratona Missjoni Indhouse

18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:30 23:30 23:45

Pjazza 29-01 ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Kick OFF Maratona Missjoni ONE News Night Transmission

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Maratona Missjoni

11:50 12:30 12:40 15:30 15:35 17:30 18:00 18:40

Telebejgħ ONE News Maratona Missjoni ONE News Maratona Missjoni Il-Kelma Pink Panther Ondroad

19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Maratona Missjoni 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 Maratona Missjoni 15:30 ONE News 15:35 Maratona Missjoni 16:15 Gladiator 17:30 L-Argument 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20

08:30 08:45 09:30 10:00 12:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference: Covid-19

SIBT 30-01

ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Maratona Missjoni 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission

ĠIMGĦA

ĦADD 31-01


24

24.01.2021

reċensjoni tal-ktieb

L-GĦERIEN TAL-KATAVRI

L-EWWEL KTIEB

Dan ir-rumanz ilaqqagħna ma’ Susanna, serva f’dar il-Konti u l-Kontessa De Serra. Kemm il-Konti kif ukoll il-Kontessa kienu jarawha bħala bniedma misterjuża. Kienu jitħassbu fuqha u jiddejqu minnha. Leopoldo, il-Lupu tal-Muntanji, kap tal-briganti tal-Għerien talKatavri li kulħadd kien jibża’ minnu, ma kien jipprendi lil ħadd u b’ras stinata u akkost ta’ kollox kien iwettaq dak kollu li jkun irid. L-imsejken Maurizio, l-iben waħdieni tal-familja De Serra jiġi mdaħħal innoċentament f’ħafna intriċċi u misteri tant kbar li bdew ikissruh. Minn ġuvni nobbli, ferrieħi u bla ebda ħsibijiet jispiċċa donnu bniedem bla ħajja. Rumanz li jħalli lill-qarrej fuq ix‑xwiek sabiex jagħraf l-intriċċi kbar u misterjużi li jsawruh.

Mistoqsija: X’jismu l-iben waħdieni tal-familja De Serra? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-GĦERIEN TAL-KATAVRI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 31 ta’ Jannar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ĠISKU ĦBIEB ĠODDA hija:

P. CARUANA - MSIDA

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’kienet l-imxija li tissemma fil-vjaġġ virtwali ta’ Heritage Malta?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

24.01.2021

PETER WILLIAM SUTCLIFFE – IL-YORKSHIRE RIPPER

KIEN JATTAKKA LIN-NISA VULNERABBLI BILLEJL... IR-RABA’ PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO L-arrest ta’ Sutcliffe Fit-2 ta’ Jannar tal-1981, Sutcliffe twaqqaf minn żewġ uffiċjali tal-pulizija minħabba li kellu l-pjanċi tal-karozza foloz. Miegħu kien hemm mara tax-xogħol, Olivia Reivers, li tista’ tgħid ħelsitha ħafif. Sutcliffe ttieħed fl-għassa ta’ Dewsbury u l-uffiċjali nnotaw li Sutcliffe kien jixbah ħafna t-tpinġija li ddeskriviet waħda mill-vittmi tiegħu. Huwa ġie mistoqsi dwar il-Yorkshire Ripper u l-għada l-pulizija marru jinvestigaw l-akkwata fejn arrestawh. Hemmhekk sabu sikkina, martell u ħabel. Wara din is-sejba nħareġ permess biex ikunu jistgħu jfittxu fid-dar tiegħu u ħadu wkoll lil martu l-għassa biex jinterrogawha. Wara jumejn interrogazzjoni, Sutcliffe ammetta li huwa kien il-Yorkshire Ripper. Dan ġara fl-4 ta’ Jannar tal-1981. L-għada qal b’kollox lill-pulizija fejn qalilhom ukoll li ‘Alla’ qallu biex joqtol lin-nisa. Qal ukoll li n-nisa li kien joqtol kienu ‘ħmieġ’ u li hu beda “jnaddaf ftit it-toroq mill-prostituti li kienu qegħdin iħammġu t-toroq”. Din l-istqarrija ma tantx daqqet lill-pulizija għax Sutcliffe ma kienx joqtol biss lill-prostituti. Il-ġuri Fil-5 ta’ Jannar tal-1981, Sutcliffe ċaħad l-akkużi li wettaq 13-il delitt iżda ammetta li hu ħati talli qatel għax kellu r-responsabbiltà li jagħmel hekk. Hu qal li hu kien ‘għodda’ ta’ Alla u li sema’ l-ilħna li qalulu li jrid joqtol il-prostituti. Sutcliffe nstab ħati wkoll ta’ seba’ attentati ta’ qtil. Il-prosekuzzjoni kienet se taċċetta t-talba ta’ Sutcliffe wara li erba’ psikjatri qalu li Sutcliffe kien ibati minn skizofrenija. L-imħallef ried id-dettalji kollha tal-prosekuzzjoni u wara li ngħatawlu rrifjuta t-talba ta’ Sutcliffe u tal-psik-

jatri u insista li l-każ jidher quddiem il-ġurija. Kien għalhekk li l-ġuri proprju ta’ Sutcliffe beda fil-5 ta’ Mejju tal-1981. Il-ġuri dam għaddej ħmistax u Sutcliffe nstab ħati għal kull delitt li wettaq u ngħata 20 sentenza ta’ għomor il-ħabs. Il-ġurija ma laqgħetx l-evidenza tal-psikjatri u l-imħallef qal li Sutcliffe m’għandu qatt joħroġ mill-ħabs. Huwa rrakkomanda wkoll li Sutcliffe jrid jagħmel 30 sena ħabs qabel ma jingħata ċans għal parole. Fis-16 ta’ Lulju tal2010, il-Qorti Suprema ħarġet bis-sentenza ta’ għomor il-ħabs u li Sutcliffe ma kellu qatt joħroġ mill-ħabs. X’ġara mill-Yorkshire Ripper ta’ wiċċu. Sentejn wara ġie ddikjarat li Sutcliffe seta’ joħroġ minn Broadmoor Hospital. Fl-2010, Sutcliffe appella biex jingħata ċ-ċans għal parole iżda l-Qorti Suprema ddeċidiet li Sutcliffe m’għandu qatt joħroġ mill-ħabs. F’Diċembru tal-2015, Sutcliffe ġie ċċertifikat li m’għadux ‘mentalment marid’ u f’Awwissu tal-2016 ittieħed flHM Prison Frankland f’Durham f’County Durham. Sutcliffe miet fil-University Hospital of North Durham fit-13 ta’ Novembru tal-2020 wara kumplikazzjonijiet tassaħħa kawża tal-COVID-19. Jidher li Sutcliffe tah attakk tal-qalb ħmistax qabel miet u kellu problemi tas-saħħa li ma kienx jaf bihom. Hu kellu 74 sena. Min kien verament ir-raġel li bagħat it-tape u l-ittri Rigward it-tape u l-ittri, fl-2005 saru testjiet tad-DNA minn fuq l-envelopes

u din qablet ma’ ċertu John Samuel Humble, raġel alkoħoliku u li ma kienx jaħdem. Hu kien jgħix f’Ford Estate f’Sunderland, ftit mili ’l bogħod minn Castletown. Fl-20 ta’ Ottubru tal-2005, Humble nstab ħati fuq xkiel fl-investigazzjoni u weħel tmien snin ħabs.

John Sa

mu el H

u e bl

Wara li beda jiskonta s-sentenza tiegħu, Peter Sutcliffe beda juża kunjom xbubiet ommu, dak ta’ Coonan. Hu ttieħed fl-HM Prison Parkhurst fit-22 ta’ Mejju tal-1981. Waqt li kien il-ħabs, Sutcliffe ġie attakkat minn ħabsi ieħor b’daqqiet ta’ vażett imkisser tal-kafè f’wiċċu. Hu kellu bżonn li jsirulu 30 punt biex jingħalqu l-erba’ ġerħiet li sarulu. Sena wara, Sutcliffe ntbagħat fi Broadmoor Hospital taħt l-Att tasSaħħa Mentali tal-1983. Hawnhekk ukoll ġiet attakkatt minn ħabsi ieħor fejn prova jgħallqu b’wajer tal-headphones. Fl-1997, Sutcliffe ġie attakkat minn ħabsi ieħor b’pinna u f’dan l-attakk tilef il-vista minn għajnu x-xellugija. Fl-2003, Sutcliffe sar jaf li kien dijabetiku u sena wara miet missieru. Fis-17 ta’ Jannar tal-2005, Sutcliffe ngħata permess biex iżur il-Grangeover-Sands fejn kien tferrex l-irmied ta’ missieru. Fit-22 ta’ Diċembru tal-2007, Sutcliffe reġa’ ġie attakkat minn ħabsi ieħor u qala’ daqqa ta’ sikkina fil-warda

m

PETER SUTCLIFFE

L-ARREST TA’ SUTCLIFFE U N-NIES LI NĠABRET QUDDIEM IL-QORTI


26

24.01.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

24.01.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 365

M. CALAFATO - QORMI

MIMDUDIN: 9,16. 1. Post ta’ tagħlim (5)10. 4. Kompli l-qawl: Fid-diqa u fil12. għaks tkun taf 16. tajjeb id-....... (4) 18,19. 7. Ara 5

Bi 3 NUMRI 768 020 794 062 873 108 260 B’4 NUMRI 302 0466 414 0530 466 0624 478 0840 530 0890 614 0931 615 1002 654 1307

2137 2336 2520 2574 2707 3024 3116 3472 3611 3828 4494 4993 5040

5056 5140 5466 5782 6058 7275 7345 7414 7718 8531 8741 9194 9603

B’5 NUMRI 64810 02256 66653 08116 67324 08664 70667 14136 71964 15755 75719 24257 77884 32552 78868 34406 86720 37740 51744 B’6 NUMRI 54902 038933 56812 046367

074543 087330 099075 153730 190778 341577 631307 688402 809074 924428

WEQFIN: 1. Din u Qaddisa jagħmlu talba lill-Madonna (6) 2. Annimal (3) 3. Ilmaħ (3) 5,7. Kif tikteb

Kattoliċi? (6) 19. Jista’ jkun 20. bil-forza fiżika (6)21. Saħħara Taljana (6) Ara 9 23. Nitla’ fl-ajruplan (5) 24.

għamara kif tinħass (5) 15 6,11. Waqaf (5) 17. 8. Provi? (9) 21. 11. Ara 6 12,17. Ħuta (5) 22. 13. Rest in Peace (1,1,1) 14. Kunjom (6)

Ara 18 Xewqa? (5) Inġorru affarijiet żgħar fih (3) Suġġett kulturali? (4) Isem (5) ........ trakki (6) Ara 12 wieqfa Jgħatti s-sider (3) Frott (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Mejda, 4.Frar, 7,23.Krakar, 9.Kif, 10.Kaħħal, 12.Tursin, 16,18.Renee, 20.Idneb, 24.Titfa

WEQFIN: 1.Maktur, 2,5.Jifraħ, 3,22.Akkuża, RAL, 8.Rassenjat, 11,21M. Furtu, 12,19.Tniet, 13,17.Redent, 14.Nibtet, 15.Stenna , 21.RMA


28

24.01.2021

F’ĠIEĦ L-INDEĊIŻJONIJIET Editorjal

Dawn mhumiex karatteristiċi li għandu jkollu wieħed li jitqies mexxej, xi ħadd li qed jippretendi li jkollu l-fiduċja tal-kotra biex timxi warajh

Id-deċiżjoni ta’ din il-ġimgħa tal-Kap tal-Oppożizzjoni biex ma jiddeċidix fuq il-pjani tiegħu fit-tfassil tax-Shadow Cabinet tatna ċertifikat ta’ garanzija tal-inċertezzi u t-taħwid li għadu jin­sab fih il-Partit Nazzjonalista. Għax jekk f’dawn l-ewwel passi tiegħu l-Kap Nazzjonalista sab dawn it-tip ta’ intoppi u nuqqas ta’ koperazzjoni anke fl-aktar ħaġa bażika – dik li jfassal il-qafas ewlieni li fuqu jrid jibni kull deċiżjoni politika tiegħu u jindika ’l fejn irid jieħu lill-Partit – allura ma neħtieġu l-ebda fantażija straordinarja biex nifhmu x’tip ta’ riperkus­ sjonijiet se jkun hemm fuq affarijiet interni iżjed serji jew deċiżjonijiet li jrid jieħu ’l quddiem mingħajr ma joqgħod jistenna xi 100 jum ieħor għal kull waħda. Żgur li l-aħħar jiem għenuna nifhmu ferm aħjar għal xiex Grech baqa’ mdendel bejn għażla u oħra f’temi importanti li tqanqlu dan l-aħħar. Jew kif l-għażliet li għamel hu stess snin ilu, spiċċa qalibhom ta’ taħt fuq ftit wara, bħal fil-

każ tad-dritt tad-divorzju jew saħansitra jekk kellux iħallas it-taxxi, bħal kull ċittadin onest ieħor fil-pajjiż, qabel ikkontesta għal Kap Nazzjonalista. Dawn mhumiex karatteris­ tiċi li għandu jkollu wieħed li jitqies mexxej, xi ħadd li qed jippretendi li jkollu l-fiduċja talkotra biex timxi warajh. L-ebda indeċiżjoni mhi sintomatika għal mexxej proprju u kemm-il darba jinqabad f’waħda minn dawn jista’ jitqies biss mument ta’ dgħufija. X’jagħmlu minn Bernard Grech istanzi simili ripetuti, kapaċi jasal għaliha kulħadd! Mur ġib minn xiex kien ikollu jgħaddi minnu pajjiżna li kieku xi darba dan il-“magħżul” ikun hu l-Prim Ministru li suppost jiggwidana lejn futur aktar prosperu billi suppost jaspira anke sens ta’ stabbiltà. Kien ikun ċertifikat ta’ garanzija tad-diżastru politiku li konna nkunu fih illum, kemmil darba l-establishment Nazzjonalista, li ħoloq lil Grech, baqa’ għaddej fit-tmexxija talpajjiż wara l-2013. Waqt li Malta kienet f’xifer ta’ falliment, kif

konna dak iż-żmien, mhemmx dubju li s-soluzzjoni faċli għal “mexxej” simili kienet tkun dik li jintroduċi aktar taxxi u piżi­ jiet fuq dahar il-poplu. Jekk xejn, hi l-istess linja li kienu jitimgħuna ta’ kuljum mill-Gvern Nazzjonalista. Kienu jenfasizzawlna jum wara ieħor li mhemmx soluzzjonijiet oħrajn jekk mhux li nidraw it-toqol talpiż esaġerat, b’riżultat tal-ineffiċjenzi tagħhom. Kienet ukoll l-istess linja li pinġew bil-moħbi lill-Kummissjoni Ewropea f’rapport lejlet elezzjoni ġene­ rali dwar il-ġejjieni tal-Maltin u l-Għawdxin li kieku reġgħu ġew fdati. Il-fatt li, fi tmien snin, inbidel ir-raba’ Kap Nazzjonalista u għadhom sal-lum mhux kapaċi joffru alternattiva adegwata għall-Partit Laburista fil-Gvern jgħid iżjed minn biżżejjed biex nifhmu u nkejlu lill-Oppożizzjoni, issa anke taħt it-tmexxija ta’ wieħed li hu wkoll indeċiż kemm għandu jkun Malti. B’din l-istess formula ta’ Grech, kienu jkunu żminijiet ta’ tnewwiħ biss fiċ-ċirkostanzi li waqgħu ħesrem fuq art-

na kawża tal-pandemija talCOVID-19. Id-deċiżjonijiet, jew aħjar indeċiżjonijiet simili, kienu jaqbduna mhux ippreparati biex nikkuraw lil ġensna. Ma konniex naħsbu minn qabel għal kull tagħmir mediku neċessarju u fi kwantitajiet biżżejjed fil-ġlieda kontra l-virus. Ma konniex inkunu fost l-ewwel pajjiżi li jaslilhom ilvaċċin approvat, kieku bqajna nittitubaw bħalu. Jitqanżħu kemm jitqanżħu mid-Dar Ċentrali biex jagħtu impressjoni għal kollox diffe­ renti, din il-ġimgħa Grech inqabad b’idejh marbutin u aktar. Anzi deher ristrett iżjed milli qatt konna naħsbu li kien il-predeċessur tiegħu, Adrian Delia, b’armata sħiħa ta’ ribelli maħlufin kontrih fil-pubbliku. Qabel jibda jippontifika dwar kif l-aħjar niffaċċjaw problemi fil-pajjiż, kien ikun aktar għaqli għal Grech li jidher li m’għandu l-ebda ktajjen b’interessi varji li qed iċaħħduh milli jindirizza l-problemi fid-dar tal-ħġieġ tiegħu. Minflok il-maġġoranza konvinta li se jibqa’ maqbud bejn l-irwiefen li jiċċirkondawh.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.