ĦAMES BAĠITS B’IŻJED MINN COLA DOPPJA LILL-PENSJONANTI Il-Ħadd, 24 ta’ Ottubru, 2021
L-IŻJED FL-UE LI GĦANDNA JIEM F’LEAVE Pajjiżna bl-akbar għadd ta’ leave mħallas fl-UE kollha wara l-miżura biex jintraddu lura l-festi fi tmiem il-ġimgħa Bid-deċiżjoni politika tiegħu erba’ snin ilu li jreġġa’ lura l-emenda fil-liġi li kienet neħħiet il-kumpens ta’ ġurnata leave għal kull festa li taqa’ fi tmiem il-ġimgħa, Gvern Laburista tella’ l-ammont minimu ta’ leave annwali mħallas f’pajjiżna għall-aħjar li jeżisti fl-Unjoni Ewropea kollha. Stħarriġ mill-Eurofound, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib fl-Għajxien u l-Kundizzjonijiet tax-Xogħol, sab li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin illum igawdu mill-ogħla ammont ta’ leave mħallas anke f’dawk is-snin li jinzertaw bl-inqas ammont (2) ta’ festi fi tmiem ilġimgħa. Meta jkun hekk biss (kif se jinzerta fl2023), xorta naqsmu l-ewwel post mal-Lussemburgu b’26 ġurnata leave għal kull ħaddiem. Mill-bqija fis-snin l-oħrajn naqbżu lil kull pajjiż ieħor fl-għadd minimu ta’ leave annwali statutorju. Fis-snin bl-akbar għadd (6) ta’ festi fi tmiem il-ġimgħa, kif se tkun l-2024, allura l-Maltin u l-Għawdxin igawdu minn għaxart ijiem iżjed leave mill-bqija tal-ħaddiema fil-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej.
L-istħarriġ ta’ Eurofound jgħid eżatt bil-kontra tas-sitwazzjoni li pprova jpinġi Bernard Grech Dan jikkontradixxi l-impressjoni li pprova jagħti l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech, fir-replika tiegħu għall-Baġit 2022 it-Tnejn li għadda, fejn indika li l-ħaddiema Maltin u Għawdxin ma jgawdu mill-ebda ħin ta’ mistrieħ għalihom infushom jew biex iqattgħuh mal-familji tagħhom. Fl-istudju tagħha, Eurofound qalet li d-Direttiva tal-Ħin tax-Xogħol tistabbilixxi li “stati membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jassiguraw li kull ħaddiem ikun intitolat għal leave imħallas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat kull sena”, li “m’għandhomx ikunu mibdulin minn benefiċċju in lieu”. Waqt li l-maġġoranza tal-pajjiżi membri – 19 minn 27 – jintitolaw il-minimu ta’ 20 jum fis-sena, skont kif indikat fid-Direttiva, Malta għandha mill-inqas 24 ġurnata, l-ekwivalenti ta’ 192 siegħa, bi ħlas, li jiżdiedu mal-ammont ta’ festi li jinzertaw fi tmiem il-ġimgħa u li jvarjaw minn minimu ta’ tnejn għal massimu ta’ sitta. Ma’ dawn pajjiżna jgawdi wkoll minn festi pubbliċi fost il-ġimgħa, li flimkien jammontaw għal 14 kull sena.
Tkompli f’paġna 7
Ħarġa Nru 1,476
Prezz €1
Rapport f’paġni 6 u 7
ID-DIFFERENZA POLITIKA ĊARA Ħarsa analitika tad-diskorsi li saru mill-mexxejja politiċi din il-ġimgħa b’reazzjoni għall-Baġit 2022 … il-fatti li jnisslu fiduċja mill-Gvern kontra l-iżbalji u l-provokazzjoni mill-Oppożizzjoni
Diversi fatturi kkontribwixxew għal differenza ċara li ħarġet bejn id-diskors tal-Prim Ministru Ro bert Abela u dak tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech meta fil-bidu ta’ din il-ġimgħa t-tnejn kienu qegħdin jirreaġixxu fil-Parlament għall-preżentaz zjoni tal-Baġit għas-sena d-dieħla, ġimgħa qabel. F’analiżi dettaljata li għamilna taż-żewġ messaġġi, li twasslu nhar it-Tnejn u t-Tlieta li għadda, ħriġna wħud mid-differenzi li spikkaw.
Minn din stajna nisiltu b’mod faċli r-riżultati pożittivi u l-fatti, li qegħdin jitgawdew illum, u l-isfidi u l-viżjoni għall-ġejjieni ta’ pajjiżna, li fuqhom ibbaża l-argumenti kollha tiegħu l-Mex xej Laburista. U bil-maqlub, mid-diskors partiġjan tal-Kap Nazzjonalista sibna li dan iżjed kien ikkaratterizzat, b’mod speċjali, minn żbalji banali u provokazzjoni kontinwa min-naħa tiegħu kontra għadd ta’ membri tal-Gvern.
Rapport f’paġni 4 u 5
02
24.10.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 25°C L-Inqas Temperatura: 21°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni baxxa ser tkun fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Imsaħħab li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ftit qawwi mill-Grieg il-Lvant li jsir ħafif għal moderat min-Nofsinhar il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 24°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
23°C UV 4
KUNTATT ĠENERALI
18°C
Il-Ħamis
23°C UV 2
17°C
23°C UV 4
Il-Ġimgħa
17°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
23°C
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
UV 2
17°C
23°C UV 1
17°C
24°C UV 4
17°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary,29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Thomas’ Pharmacy, 796, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238018 Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487311 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Naxxar Pharmacy, Vjal il-21 ta’ Settembru, In-Naxxar – 21411438 St. Paul’s Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar – 21575276 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzopardi, Is-Siġġiewi – 21461681 St. Anthony Pharmacy, 18 Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21454187 Għawdex Abela Pharmacy, Bellavista Court, Triq George Borg Olivier, Ir-Rabat – 21556170 Pisani Pharmacy, Bini Ġdid, Triq Sannat, Ta’ Sannat – 21564447 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
24.10.2021
IL-BELT GĦALL-WIKKIELA Il-Belt Valletta ġiet ikklassifikata fil-5 post belt hemm ristoranti li joffru ikel veġetarjan. minn 30 belt Ewropea għal dawk li jħobbu Fl-ewwel post Ateni, l-Kapitali Griega. jieklu platt tajjeb, bi prezz mhux esFit-tieni Sofia, il-Kapitali Bulgara. Imaġerat u b’għażla vasta ta’ platti bagħad wara Belgrad, il-Kapitali offruti. Serba u l-Kapitali tal-Albanija, Dan ġie rrappurtat misTirana, il-Belt Valletta. sit U switch, li jgħid li Belt B’punteġġ ta’ 78.73 minn Belt Ewropea li Ewropea li toffri ikel bnin, 100 u bi prezz medju ta’ bi prezz li ma jħarbatlekx €23.47 għal ikla, is-sit jgħid toffri ikel bnin, bi il-but, tista’ tkun fattur li l-Kapitali Maltija hija prezz li ma jħarbatlekx żgur għażla tajba. Terġa’, ilimportanti għal turist li jkun qed jgħarbel fejn se il-but, tista’ tkun fattur Belt Valletta tiġi mbagħad jsiefer għal vaganza. fit-tieni post għall-platti importanti għal turist veġetarjani. U f ’dan, il-Belt Valletta Fuq il-Belt Valli jkun qed jgħarbel letta għal punt wieħed biss, tieħu l-unur tal-5 post minn 30 belt oħra Ewropea. fejn se jsiefer għal Belgrad. L-istħarriġ janalizza il-prezz Il-Belt Kapitali Maltija wkoll vaganza ta’ ikla, l-għażla ta’ postijiet ta’ fir-4 post minn 30 belt għal dawk ikel f ’dik il-belt, kemm hemm ħwienet li forsi jdumu ftit ma’ jqumu filgħodu, oħra bħal ħwienet li joffru kafè u xorb ieħor imma jaqbahom il-ġuħ qabel nofsinhar u jriu wkoll fattur determinanti – kemm f ’din il- du dak li bl-Ingliż jissejjaħ Brunch.
Request for Call For Offers (CFO) Invitation to submit proposals to manage the present bar located on the first floor at the Partit Laburista Club in Mgarr on behalf of PL Mgarr Committee. CFO document to be collected from Centru Nazzjonali Laburista, Triq Mile-End, Hamrun. Monday to Friday 9:00 till 17:00 hrs Closing date for submissions 1st November 2021 at 12pm
04
24.10.2021
DISKORSI FIL-PARLAMENT JIXHDU Fil-bidu ta’ din il-ġimgħa għajnejn ħafna Maltin u Għawdxin kienu fuq il-Parlament fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Prim Ministru kellhom jagħtu r-reazzjoni tagħhom għallBaġit tas-sena d-dieħla. Immedjatament wara li tressaq il-Baġit mill-Ministru għall-Finanzi, mill-ewwel bdew joħorġu r-reazzjonijiet tażżewġ mexxejja. Ir-reazzjoni ta’ Prim Ministru li l-Baġit tfassal fuq il-viżjoni tiegħu għal ġustizzja soċjali u Kap tal-Oppożizzjoni li fl-ewwel kummenti kien ħareġ qatta bħal ħabel kontrih, għax fi kliemu dan kien stil ta’ gvern li tilef il-kontroll tal-finanzi u li fuq kollox ma kien xejn għajr wieħed ta’ ħela. Iżda l-Parlament dejjem jagħti l-lok fejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni jesponu fid-dettall l-argumenti tagħhom u kienu dawk is-sagħtejn li reġgħu wrew id-differenza bejn iż-żewġ mexxejja. Differenza fl-istil, fil-kontenut u fuq kollox fit-twemmin. Il-Prim Ministru kien realistiku. Pożittiv, iżda fl-istess ħin elenka l-isfidi li għandu pajjiżna u kif jemmen li Malta għandha tiffaċċjahom. Il-Kap tal-Oppożizzjoni kien partiġjan. Mela d-diskors tiegħu b’aġġettivi maħsubin biex jipprovokaw lin-naħa talGvern, li min-naħa tagħha ma
waqajniex għal-logħba tal-par tiġjaniżmu. Il-Prim Ministru seta’ jidħol fid-dettall fil-proposti tal-Baġit fejn għal kull waħda hemm costings spjegati. Il-Kap tal-Oppożizzjoni, minnaħa tiegħu, filli jargumenta li dak li ppropona l-Gvern hu tberbiq tal-flus u filli jagħmel numru ta’ wegħdi tiegħu li ma jikkwantifikax kemm jiswew u kif kien jiffinanzjahom li kellu jirbaħ il-fiduċja tal-poplu. Dan ma ngħiduhx aħna, iżda jgħiduh l-ekonomisti u dawk li waqgħetilhom żokorthom jirrapportaw f’ċirkostanzi bħal dawn. Saħansitra nnotat dwar dan analiżi tal-ġurnalist James Debono li iktar kmieni din ilġimgħa elenkat l-inkonsistenzi tal-Kap tal-Oppożizzjoni li, minn naħa, jgħid li f’pajjiżna hawn riċessjoni u l-agħar sitwazzjoni ta’ finanzi pubbliċi u fl-istess ħin jipproponi li fl-ewwel Baġit tiegħu, jekk isir Prim Ministru, jgħin lis-sinjur u lil min jiflaħ l-iktar u mhux liżżgħir. Bl-elezzjoni fid-diskors ta’ Bernard Grech tielgħa u nieżla, l-istess analiżi staqsiet kif jista’ l-Kap tal-Oppożizzjoni jwiegħed tant meta ħareġ il-billboards jgħid li għandna l-agħar sitwazzjoni li qatt kien fiha l-pajjiż. Il-Prim Ministru nnifsu wkoll ħa dan l-argument fil-
IL-FATTI LI JNISSLU FIDUĊJA Id-diskors tal-Prim Ministru elenka wkoll taż-Żona Ewro; ● L-inqas nies fuq il-waiting list għall-aknumru ta’ kisbiet li għamel pajjiżna. Dawn li ġejjin huma wħud mill-kisbiet immarka- komodazzjoni soċjali – inqas minn 1,800 ti bil-fatti, u mhux b’xi opinjoni, li jnisslu kontra aktar minn 3,300 fl-2013; ● L-inqas nies jiddependu mill-assissens ta’ fiduċja u ottimiżmu: tenza soċjali – 6,400 f’Settembru ta’ din ● L-aktar pajjiż fl-UE li żied l-investi- is-sena kontra kważi 10,000 fl-2013; ● L-akbar numru ta’ nies jaħdmu fl-isment fis-saħħa – erba’ darbiet il-medja Ewropea mill-2013 sal-lum; torja – 255,000 persuna kontra 170,000 ● L-akbar numru ta’ Għawdxin jaħdmu fl-2013; ● L-akbar riformi fil-governanza u fis-settur privat f’Għawdex stess – 10,056 full-timer fl-2020 kontra 5,869 fl-2013; fis-saltna tad-dritt – f’sena waħda għad● L-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja – 3.2% dew liġijiet daqskemm għaddew fi tliet kontra 6.1% fl-2013; f’leġiżlaturi preċedenti; ● Il-familji f’Malta bl-orħos kontijiet tad● Rata ta’ tkabbir ekonomiku wara dawl fiż-Żona Ewro – ftit aktar min-nofs pandemija d-doppju ta’ dik bejn l-2003 u il-prezz li jiffaċċjaw familji Ewropej; l-2012 – skont l-IMF World Economic Out● Malta bl-orħos prezz tad-diesel look, pajjiżna se jikber b’6%, mentri bejn fiż-Żona Ewro – 20% orħos mill-medja l-2003 u l-2012 kien jikber bi 2.7%. Parlament u staqsa x’se jiġri mill-proposti tal-Gvern, jekk skont Grech dan huwa ħela? “La dan kollu ħela u tberbiq, tista’ tgħidli liema minn dawn il-mediċini kont tnaqqas inti?” staqsa l-Prim Ministru wara li elenka numru ta’ servizzi ġodda fil-qasam tas-saħħa. L-istess eżempju ngħata fuq setturi oħrajn, sakemm il-Prim Ministru kkonkluda: “La dak
kollu li semmejt illejla huwa nfiq u ħela, għall-Kap tal-Oppożizzjoni dan ifisser ħaġa waħda – ħadd ma jista’ jieħu xejn for granted!” L-attakk bit-tgħajjir u bl-iżbalji M’hemmx dubju li waħda mill-aktar raġunijiet għaliex dan id-dibattitu jkun segwit huma l-battuti politiċi. Dejjem
hekk kien u hekk se jibqa’ jkun. Iżda, hawn l-istil kien differenti. Iż-żewġ mexxejja kellhom mumenti fejn kienu ibsin, iżda dan għamluh b’tattika totalment differenti. Il-Kap tal-Oppożizzjoni mar fuq il-personal, b’tgħajjir u aġġettivi. Qal lin-naħa talGvern imdejqin u lid-Deputat Prim Ministru sejjaħlu impotenti. Saħansitra uża aġġettivi
05
24.10.2021
L-GĦAXAR ŻBALJI TA’ GRECH X’QAL “Illum jien ġejt hawn biex nitkellmu fuq il-finanzi u l-ekonomija tal-pajjiż. Kif rajna f’dan il-Baġit dawn qed jidhru inkwetanti immens.” “imsieħba soċjali illi qalu bl-aktar mod ċar li stennew aktar perspettiva għallfutur u aktar viżjoni millGvern dwar kif ser tasal it-triq għall-ġejjieni.”
IL-FATTI IMF: tbassir li r-rata ta’ tkabbir ta’ Malta tkun darbtejn dik li kienet bejn l-2003 u l-2012. IMF: “With the economic recovery, the expiration of most COVID-19 related measures, and the containment of spending growth, the fiscal deficit is projected to narrow rapidly from 2022 onward, and debt to fall steadily over the medium term.” Malta Chamber: “A Budget Which Acknowledges Present Realities: Incentivises employment and investment in environmental sustainability.” Malta Chamber of SMEs: “A Budget that leaves more funds in people’s pockets, encourages work and investments”
“Tiftakar Prim Ministru meta ddikjarajtu b’tant pompa li Malta se ssir il-blockchain island? Kien hemm ħafna studenti li bdew jistudjaw dan is-suġġett u issa, wara li applikaw 19-il kumpanija għallicenzja u ħallewhom imdendlin, il-ħolma li wellidtu intom stess ġibtuha suf.”
“Hemm bżonn li nwaqqfu s-serq minn fuq il-kontijiet tad-dawl.”
DIFFERENZA oħrajn bħal dijaboliku, Prim Ministru jistordi, steroids u serq. U jekk stenna li l-għada l-Prim Ministru kien se jaqa’ fillivell tiegħu, arralu bil-kbir. Minflok, Robert Abela wieġeb billi elenka numru kbir ta’ żbalji li ħa l-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu. U biex nużaw lingwaġġ tat-triq, għalkemm aktar rispettuż minn ta’ Grech, ngħidu li “malajr neħħielu l-qżież”. Kien hemm minn tal-inqas 10 okkażjonijiet (lemin) fejn dan ħareġ ċar kristall, bħal meta ħareġ jgħid li l-ekonomija hi f’sitwazzjoni inkwetanti u l-Prim Ministru ppreżentalu rapporti ta’ esperti internazzjonali li jgħidu mod ieħor. Lanqas kien jaf il-Kap tal-Oppożizzjoni li l-proġett ta’ €700 miljun biex isiru t-toroq ta’ Malta kollha huma fil-maġġoranza assoluta fondi nazzjonali, bħalma ma kienx jaf li l-fondi li pajjiżna ġab mill-Pjan ta’ Rkupru tal-Unjoni Ewropea huma għotja u mhux self. Iżda, l-iktar li l-membri talGvern bdew isabbtu b’sens ta’ approvazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru kien kull darba li beda jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni li lanqas il-Baġit ma qara sew. Fil-fatt, meta tkellem fuq proprjetajiet f’żoni ta’ konser vazzjoni urbana (UCA) u l-inċentivi marbutin max-xiri u
l-irranġar tagħhom, Bernard Grech qal li kieku kien ineħħi l-kundizzjoni li jkunu ilhom seba’ snin battala. Iżda, lanqas induna li fil-Baġit din il-kundizzjoni ma kinitx hemm. Anke fil-qasam tan-negozji għamel żewġ “proposti” li diġà jeżistu fil-Baġit jew inkella saħansitra ilhom jiġu implimentati anke b’mod iktar qawwi u pożittiv minn dak li ppropona hu. “Prova ċara kif bil-Kap tal-Oppożizzjoni n-negozji jmorru lura u mhux ’il quddiem,” qal il-Prim Ministru meta kien qed jispjega fid-dettall l-iżbalji fattwali tal-Kap tal-Oppożizzjoni.
Bernard Grech filli argumenta li dak li ppropona l-Gvern kien biss tberbiq u filli għamel numru ta’ wegħdi mingħajr ma kkwantifika kemm se jiswew u kif kien biħsiebu jiffinanzjahom li kieku kellu jirbaħ il-fiduċja tal-elettorat
Sa Settembru kien hemm 14-il virtual financial assets agent reġistrat u 11-il virtual financial asset service provider. Skont l-NSO fi tmien snin kien hemm żieda ta’ kważi 1,500 full-timer jaħdem bħala computer programmer u 560 parttimer. Kważi kull jum taħt Gvern Laburista persuna ġdida bdiet taħdem f’dan is-settur.
Għall-ewwel darba fl-istorja l-familji f’pajjiżna għandhom l-orħos kontijiet tad-dawl fiż-Żona Ewro. Fi żmien Gvern Nazzjonalista l-kontijiet kienu telgħu bi tliet darbiet il-medja Ewropea. Taħt Gvern Laburista l-kontijiet roħsu b’25% mentri fl-Ewropa żdiedu b’5%. Taħt Gvern Nazzjonalista ta’ qabel l-2013 il-pensjonanti kienu jieħdu ż-żieda tal-COLA biss.
“iż-żieda miżera li tajtu lill-pensjonanti”
Taħt Bernard Grech jieħdu d-doppju tal-COLA. Biż-żidiet tal-Baġit 2022, il-pensjonanti l-aktar vulnerabbli se jieħdu kważi disa’ darbiet tal-COLA, mentri kull pensjonant ser jieħu tliet darbiet tal-COLA.
“infaqtu €700 miljun fit-toroq minn fondi tal-Unjoni Ewropea”
Ħafna minn dawn il-proġetti saru minn fondi nazzjonali, u anke kieku ma kienx hekk huwa fatt bażiku li jaf kulħadd li l-Unjoni Ewropea qatt ma tħallas proġett kollu. Minn tal-anqas 15% jiġi minn fondi lokali.
“Aħna nneħħu din ilkundizzjoni minnufih u nestendu din il-miżura għad-djar kollha f’urban conservation area li jżommu l-karattru sabiħ talirħula Maltin u Għawdxin.”
Id-diskors tal-Baġit 2022 jgħid: “Għal proprjetajiet li ilhom mibnija għal aktar minn 20 sena u huma vakanti għal aktar minn seba’ snin, għal proprjetajiet li huma f’UCA u għal dawk il-proprjetajiet ġodda li jinbnew bi stil u arkitettura tipika u tradizzjonali Maltija, ser inkunu qed inneħħu t-taxxa tal-Capital Gains u t-taxxa tal-boll b’mod komplut fuq l-ewwel €750,000 tal-prezz tal-proprjetà.” Grech ivvinta din ir-restrizzjoni.
“Bi Gvern ġdid Nazzjonalista jinħoloq fond ta’ garanzija tal-Istat li jidħol jagħmel tajjeb għas-self tal-bank li jkopri minn 10% sa 25% tal-prezz tal-bejgħ tal-proprjetà.”
Din l-iskema diġà teżisti. Sa issa gawdew kważi 300 koppja minnha.
“Se naraw ukoll li jkun hemm eżenzjoni sħiħa talVAT ikkappjata sa €10,000 fuq l-ispejjeż kollha relatati mal-finishing u furnishings tad-djar u appartamenti li jinxtraw ġebel u saqaf jew unfurnished.” “qegħdin naħdmu fuq sistema li sakemm ilprofitt f’kumpanija ma jiġix imqassam f’dividends imma jiġi investit fuq ħaddiema, riċerka jew investimenti oħrajn, dan ma jibqax jiġi intaxxat.”
Din l-iskema diġà teżisti u tagħti sa kważi €7,000. F’Baġit 2022 il-Gvern ser jintroduċi skema addizzjonali ta’ għotja fuq il-valur tal-VAT imħallas sa massimu ta’ €54,000. Barra minn din hemm għotja ta’€15,000 jew €30,000 lill-first time buyers ta’ proprjetajiet f’UCA, proprjetajiet vakanti u dawk bi stil tradizzjonali Malti. F’Baġit 2022 diġà hemm miżura fuq profitti li mhumiex rinvestiti. Barra minn hekk Grech jidher li ma jafx bl-iSkills Development Scheme li permezz tagħha ngħataw mhux tax credits imma anke għotjiet għal ammont ta’ aktar minn €3 miljun fl-aħħar sena u nofs biss.
06
Ritratt: OMAR CAMILLERI / DOI
Il-Baġit għas-sena d-dieħla se jkun il-ħames wieħed infila li fih il-pensjonanti Maltin u Għawdxin se jkunu qed igawdu minn żidiet li jaqbżu l-Cost Of Living Adjustment (COLA) bid-doppju jew saħansitra b’iżjed. Kontra l-bqija tal-poplu, dawk il-persuni f’pajjiżna intitolati għall-pensjoni ilhom mill-2018 jingħataw iżjed minn dak intitolat lilhom skont il-COLA, jiġifieri dak stabbilit kull sena fil-mekkaniżmu maqbul bejn l-imsieħba soċjali. Dan seħħ anke meta l-COLA kienet tlaħħaq kważi t-€3.50. Dawn ukoll kienu parti mis-seba’ żidiet addizzjonali li pensjonanti ilhom jirċievu sa mill-2016 u bis-saħħa tagħhom esperjenzaw titjib sinifikanti fl-għajxien. Il-Gvern għadu kemm ħab bar li ż-żieda lill-pensjonanti għas-sena d-dieħla se tkun ta’ €5, ftit inqas minn tliet darbiet il-€1.75 intitolati bil-COLA. Minkejja dan, f’waħda miżżelqiet kbar tiegħu f’diskors ta’ sagħtejn bħala tweġiba għall-Baġit 2022, il-Kap talOppożizzjoni Bernard Grech nhar it-Tnejn wiegħed li, jekk ikun Prim Ministru, lest “jikkunsidra sistema fejn iż-żieda tal-pensjonijiet kull sena tkun assigurata b’mekkaniżmu separat li jassigura bħala bażi li l-anzjani jiżdiedu d-doppju taż-żieda tal-ħaddiema.” Għal dan inġibditlu l-atten zjoni b’mod dirett fil-kontro-replika mill-Prim Ministru Robert Abela l-għada t-Tlieta meta qallu li, bi Gvern Nazz jonalista, il-pensjonanti se jiġu degradati. “Il-pensjonanti se jiġrilhom l-istess bħan-negozjanti … mhux pass ’il quddiem, imma lura se jmorru miegħek!” Fil-fatt, minn riċerka talKullĦadd jirriżulta li l-pensjonanti lokali bdew jieħdu d-doppju tal-COLA jew iżjed, minn tliet snin ’l hawn, b’dik li żdiditilhom fil-bidu ta’ din is-sena kienet ir-raba’ waħda. Waqt li l-ħames waħda infila se tkun saħansitra t-tripplu s-sena d-dieħla, il-pensjonanti ħadu d-doppju taż-żieda ta’ €3.49 tal-COLA s-sena l-oħra, anke jekk din kienet ikkaratterizzata mill-agħar pandemija li ffaċċjat id-dinja. Il-Prim Ministru wkoll fakkar li, minbarra din iż-żieda diretta, il-pensjonanti se jgawdu minn numru ta’ miżuri oħrajn ta’ fejda, li ġew imħabbrin fid-diskors tal-Baġit mill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana u li se jkomplu jiggarantulhom iżjed titjib f’ħajjithom. “Dak kollu li se nagħtu lill-pensjonanti se jżommuh … se niżguraw li jibqa’ f’buthom. Se nagħmluh billi ngħollu s-ceiling taxxabbli dwar dħul minn pensjonijiet, biex iż-żidiet li qed nagħtu ma jkunux
24.10.2021
Il-Prim Ministru jindirizza lill-Parlament dwar il-miżuri fl-aktar Baġit soċjali li għadu kemm ġie ppreżentat
IL-ĦAMES BAĠIT INFILA BID-DOPPJU TAL-COLA U IŻJED LILL-PENSJONANTI Din iż-żieda oħra abbun- għu nitkellmu b’ottimiżmu intaxxati. Anzi, għamilna pass €6.50 fil-ġimgħa … lir-romol se ieħor biex inżidu dak li jibqa’ nagħtuhom €5 oħra fil-ġim danti lill-pensjonanti kienet fuq il-ġejjieni tagħna, iżda fil-but tal-pensjonanti: b’effett għa. L-aktar pensjonanti vul- biss waħda mill-miżuri f’dak fuq kollox fuq il-ġejjieni tatmis-sena d-dieħla, u fuq med- nerabbli jistgħu jaraw żidiet sa deskritt minn Dr Abela bħala tfal tagħna, ta’ wliedna. Biex is-sagrifiċċji li għamilna da ta’ ħames snin, dawk kollha flimkien bħala il-pensjonanti li għandnazzjon wieħed jissarraf hom xi dħul ieħor, bħal b’mod aħjar issa ġejna mix-xogħol, id-dħul li b’dan il-Baġit realistiku, għandhom mill-pensjoni iżda b’saħħtu u ambizzmhux se jitqies bħala L-aktar pensjonanti vulnerabbli jistgħu jaraw już.” dħul taxxabbli. B’hekk se żidiet sa €15 fil-ġimgħa … bil-Kap tal-Oppożizzjoni Huwa rrefera għalljiġu intaxxati inqas fuq ftehim tas-sena l-oħra l-ammont kumplessiv bħala Prim Ministru kienu jieħdu €3.50, mal-imsieħba soċjata’ dħul tagħhom,” tenkważi ħames darbiet inqas! li u kif dan wassal biex na l-Prim Ministru f’disinħolqot l-aħjar tarka kors li elenka ħafna mill-miżuri soċjali tal-Baġit €15 fil-ġimgħa. Aħna lill-aktar “Baġit li nkiteb min-nies għan- għall-familji u għan-negozji. “Il-mod kif irnexxielna nasvulnerabbli tajniehom żieda sa nies”. għas-sena d-dieħla. It-Tlieta li għadda l-Prim lu għall-patt soċjali s-sena Hu kompla jgħid li saħan- €15 fil-ġimgħa. Bil-Kap tal-Opsitra “ħafna pensjonanti se pożizzjoni bħala Prim Ministru Ministru tenna li “għax kon- li għaddiet, dak il-patt li bisjgawdu minn titjib fl-Għajnu jieħdu €3.50, kważi ħames dar- na flimkien, bħala Għawdxin saħħa tiegħu stajna nniedu u bħala Maltin, illum nist- l-aqwa għodda li kellna biex na Supplimentari, b’żidiet ta’ biet inqas!”
07
24.10.2021
nipproteġu lin-nies, il-Wage Supplement biex nipproteġu l-impjiegi, hi xi ħaġa li nibqa’ ngħożżha. Niftakar li meta poġġejna fi ħdan l-MCESD l-ewwel darba konna qbilna fuq ħaġa waħda. “Nifhmu li fuq dik il-mejda hu normali li jkollna diverġenzi fil-ħsieb, iżda dakinhar qbilna fuq ħaġa waħda … li ma konna se nħallu lill-ebda pandemija tkisser lil Malta. “Għedna wkoll li ebda prezz finanzjarju ma kien għoli biżżejjed biex insalvaw il-ħajjiet u l-għajxien tan-nies. Ridna nsalvaw ukoll il-bidla pożittiva li wettaqna fil-qasam tax-xogħol, bidla li rat eluf ta’ nisa jirbħu l-indipendenza ekonomika tagħhom. Trasformazzjoni li rat eluf ta’ persuni joħorġu mid-dipendenza fuq il-benefiċċji soċjali u jaqsmu għad-dinja tax-xogħol.” Dr Abela għamel eloġju dwar is-sitwazzjoni tal-ħaddiema sal2013, inklużi dawk Għawdxin. “Il-Kap tal-Oppożizzjoni qalilna li nsejna l-kapitlu t’Għawdex. Mhux hekk tgħid! Għawdex għalina qiegħed hemm mill-bidu sat-tmiem ta’ kull konsiderazzjoni u deċiżjoni li nieħdu għallpajjiż. Minn gżira fejn fi żmienkom kollox kien iffriżat – u tafuh dan – għal gżira fejn sena wara l-oħra t-tkabbir ekonomiku beda jisboq lil dak ta’ Malta. Dik hi l-kobor ta’ trasformazzjoni li għamilna f’Għawdex. Minn gżira li tħalliet f’realtà ta’ nuqqas t’opportunitajiet, għal waħda li fl-aħħar snin, kull ġurnata, kważi żewġ Għawdxin sabu xogħol f’Għawdex stess. Qatt daqs illum m’hemm Għawdxin jaħdmu fis-settur privat f’Għawdex stess.” Hu fakkar kif, bħal dan iżżmien sena, kien irrefera għallBaġit li kien tħabbar bħala l-akbar wieħed b’investiment fil-qasam soċjali, l-infrastruttura, is-saħħa, l-edukazzjoni u l-ambjent. “Is-sena d-dieħla, bis-saħħa tal-Baġit li ressaqna issa, se jkollna l-akbar investiment fis-sigurtà soċjali fl-istorja – kważi darbtejn minn dakinhar li l-aħħar kien imexxi l-Partit Nazzjonalista f’dan il-pajjiż! Se jkollna wkoll l-akbar investiment fl-ambjent u fl-infrastruttura fl-istorja – kważi darbtejn ta’ meta s-Sinjuri ta’ faċċata tiegħi kienu ministri tal-Kabinett! U se jkollna l-akbar fissaħħa u fl-edukazzjoni fl-istorja – kważi tliet darbiet meta l-ħbieb tagħna kienu ministri tal-Kabinett!” esklama fil-kontro-replika tiegħu għad-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni b’referenza għall-aħħar Gvern Nazzjonalista. “Dan Baġit ta’ poplu wieħed li ma jħarisx lejn uċuħ, anzi jwitti t-triq biex inkomplu ngħaqqdu lil dan il-pajjiż fejn dawk li mexjin ’il quddiem ninkoraġġuhom
jibqgħu jaħarbu jiġru, imma lil min waqa’ lura ma ninsewhx, jew lil min miexi bil-mod iżżejjed irridu nimbuttawh biex jimxi ’l quddiem biex dak il-gap dejjem nagħlquh. Is-saħħa, l-ambjent, il-ġlieda kontra l-faqar, l-ekonomija b’saħħitha, ix-xogħol, l-edukazzjoni aħjar għal kulħadd, il-ġustizzja vera u wiesgħa, dawn huma l-bażi tal-prosperità ġdida biex nibnu flimkien il-futur ta’ pajjiżna,” kompla l-Prim Ministru. Hawnhekk fakkar li l-ebda istituzzjoni internazzjonali ma qalet lil pajjiżna li qed jaddotta politika ekonomika żbaljata, anzi kollha ġew u qalulna b’mod konsistenti li ħdimna tajjeb. “Se nikkwota fil-qosor x’qal il-Fond Monetarju Internazzjonali dwar pajjiżna: The authorities’ swift and bold policy response helped mitigate the impact, preventing large-scale layoffs, bankruptcies and credit disintermediation,” insista l-Prim Ministru. “In-nies jafu x’qabża fil-kwalità tal-ħajja għamlu f’dawn l-aħħar snin. Bħalma aħna nafu li ma nistgħux nieqfu nistrieħu fuq dawk il-kisbiet, u rridu noffru dejjem kwalità ta’ ħajja aħjar. Minflok aktar minn 50,000 persuna qiegħda li kienu bassrulna li se jkollna f’Marzu 2020, illum għandna inqas minn 1,400 persuna qiegħda.” Hu kompla jgħid li meta tjieb il-qasam tax-xogħol, tjiebet il-qagħda ta’ dawk l-aktar filbżonn. “Imqabbel ma’ qabel il-pandemija naqsu dawk li jiddependu mill-benefiċċji tal-assistenza soċjali. Fl-2008 ġara bil-kontra. Sakemm jibqa’ mqar individwu wieħed li jeħtieġ l-appoġġ tagħna, aħna rridu nibqgħu naħdmu u nirsistu. “Sa Diċembru 2020 konna naqqasna bin-nofs il-persuni fuq dipendenza soċjali meta mqabbel mal-2013 … b’sodisfazzjon nista’ ngħid li f’Ottubru erġajna rreġistrajna tnaqqis ieħor ta’ persuni fuq id-dipendenza soċjali. Minn 14,000 fl2013 għal 6,400, l-inqas ammont ta’ nies dipendenti li qatt kellu pajjiżna. Ifisser li lil eluf ta’ nies tajniehom id-dinjità.” Dwar il-qasam soċjali, ilPrim Ministru qal ukoll li “f’dan il-Baġit għall-2022 tajniehom risposta erġajna. Dan hu Baġit bl-akbar ammont ta’ miżuri soċjali fl-istorja,” waqt li l-benefiċċji li se jingħataw se jibqgħu fil-but tal-benefiċjarji, differenti minn dak li kien jiġri sal-2013 fejn il-Gvern Nazzjo nalista kien jagħti b’id u jieħu ferm aktar bl-oħra. “Irridu pajjiż ġust, pajjiż ġust soċjalment, ekonomikament u ambjentalment. Ġust minn kull aspett. Pajjiż fejn kulħadd iħoss li għandu l-opportunità li jimxi ’l quddiem,” qal Dr Abela f’parti mill-kummenti konklussivi tiegħu.
Fost il-ħaddiema kollha fl-Unjoni Ewropea, il-Maltin u l-Għawdxin illum qed igawdu mill-akbar ammont ta’ ġranet għall-mistrieħ bi ħlas
GVERN TAL-PN SERAQHOM MAL-ERBAT IJIEM FIS-SENA Tkompli minn paġna 1
tinzerta s-Sibt jew il-Ħadd. Dan fisser li, fil-perjodu li l-proċedura kienet Dawk li huma qrib Malta huma l-Lussemburgu assenti bejn l-2005 u l-2018, kull ħaddiem Malti (26 leave annwali), l-Awstrija, Franza, id-Dani- u Għawdxi nsteraq b’aktar minn 50 ġurnamarka u l-Iżvezja (b’25 kull wieħed). Dan ifisser ta leave. Din il-gazzetta hi infurmata li meta li, mingħajr l-intervent erba’ snin ilu ta’ Gvern dan jiġi multiplikat bin-numru ta’ ħaddiema Laburista biex jibda jrodd lura dak misruq f’pajjiżna u l-paga li kienu jirċievu, is-somma lill-ħaddiema, kieku llum il-Maltin u l-Għawdx- totali misruqa minn ħalq il-ħaddiema probabbli in jinsabu s-sitt l-aħjar fost il-pajjiżi Ewropej u li kienet taqbeż it-€300 miljun. mhux fil-quċċata tal-klassifika. Hu kkalkulat li kull sena ikun Ta’ min ifakkar li fl-2005 hemm medja ta’ erba’ btajjel pubGvern Nazzjonalista, immexxi bliċi li jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa, minn Lawrence Gonzi, kien bidel kultant inqas u kultant iżjed ukoll, il-Liġi biex iċaħħad lill-ħaddiGvern Laburista li jfisser ukoll li l-medja tal-leave em minn ġranet ta’ mistrieħ, annwali f’pajjiżna hi ekwivalenbeda jreġġa’ lura ti għal 28 ġurnata, tmienja iżbl-iskuża li dan kellu jżid il-produttività fil-pajjiż. Id-deċiżjoni d-deċiżjoni li kien jed minn dak li jitolbu r-regoli kienet wasslet għal kundanna Ewropej. ħa l-Gvern ta’ immedjata mill-Organizzazzjoni Din is-sena hemm tliet btajjel Lawrence Gonzi pubbliċi fi tmiem il-ġimgħa, l-1 Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) u meta, sena wara l-oħra, xorta fl-2005 … b’għaqal ta’ Mejju, il-15 t’Awwissu u l-25 ta’ ma kienx hemm ċaqliq fil-proDiċembru. Għaldaqstant, il-ħadil-leave żdied duttività nazzjonali, il-miżura diema se jgawdu minn tlett ijiem b’mod gradwali u addizzjonali ta’ leave mal-24 ġurbaqgħet imposta. Kellu jkun Gvern Laburista li, din is-sena nbidlet nata li jgawdu bil-liġi. Is-sena wara wegħda fil-manifest eletto d-dieħla se jerġgħu jkunu erbil-liġi biex jiżdied għa l-btajjel pubbliċi li jaqgħu fi rali, jibda jżid bil-mod il-leave annwali kull sena mill-2018. Minn tmiem il-ġimgħa, waqt li fl-2023 mill-ewwel dakinhar żdiedet ġurnata oħra se jkun biss tnejn. leave biex tpatti għall-festi fi tmiem il-ġimgħa. In-numru jiżdied għal sitta fl-2024, fejn alluB’għaqal, intgħażel dan il-metodu gradwali biex ra l-ħaddiema se jgawdu minn 192 siegħa normin iħaddem ma jkunx mgħobbi b’piżijiet żejda mali u 48 siegħa oħrajn magħdudin magħhom, li ma jkunx jiflaħ għalihom. għal total ta’ 240 siegħa jew 30 ġurnata. Eventwalment imbagħad mill-bidu ta’ din Fil-fatt, b’kollox hemm 14-il btala pubblika, li is-sena li ninsabu fiha ddaħħlet l-emenda fl-Att minnhom bejn tnejn u sitta jaqgħu fi tmiem ildwar il-Festi Nazzjonali u l-Btajjel Pubbliċi biex ġimgħa, u llum huma lkoll garantiti li jitgawdew awtomatikament tikkumpensa għal kull festa li mill-ħaddiema Maltin u Għawdxin.
11
24.10.2021
IR-RIĊIKLAR TAL-PLASTIK ITTRIPPLA L-akbar investiment fl-immaniġġjar tal-iskart lokali se jissokta bil-Baġit 2022 It-titjib li kompla jsir f’dawn l-aħħar snin fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna, partikolarment mill-WasteServ, qed iħalli l-frott tiegħu hekk kif din is-sena mistennija tkun l-aqwa sena fejn jidħol materjal riċiklabbli pproċessat. Il-WasteServ riċentement ħadet id-deċiżjonijiet neċessarji u għamlet it-tibdil meħtieġ biex tkompli ittejjeb l-operat tagħha fejn jidħol l-ipproċessar tal-boroż griżi u ħodor. Meta wieħed iħares lejn dawn l-aħħar tliet snin jara żieda konsiderevoli fil-materjal riċiklabbli li qed jiġi pproċessat. Skont mistoqsijiet Parlamentari mweġbin din il-ġimgħa mill-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia, stimi għas-sena 2021 juru kif il-WasteServ se tkun qed tirritorna fl-ekonomija madwar 18,000 tunnellata ta’ materjal riċiklabbli, li jinkludu madwar 5,500 tunnellata ta’ kartun u karti, 3,500 tunnellata ta’ metall, 7,000 tunnellata ta’ ħġieġ u 2,000 tunnellata ta’ plastik. Fil-fatt, jekk wieħed iħares lejn il-plastik, li qed jiġi sseparat, imballat u mibjugħ fis-swieq lokali u Ewropej għal trattament ulterjuri, isib li sa Awwissu biss ta’ din is-sena diġà ġie pproċessat u mibjugħ 1,186 tunnellata ta’ plastik. Tweġiba għal mistoqsija Parlamentari mid-Deputat Laburista Anthony Agius Decelis, uriet li dan qed jissarraf f’żieda ta’ tliet darbiet aktar meta mqabbel ma’ 404 tunnellati ta’ plastik ipproċessati fl-2019. Iċ-ċifra mistennija tkompli tiżdied ladarba wieħed ikollu f’idejh il-figuri li jkopru sal-aħħar ta’ din is-sena. L-ipproċessar tal-plastik kien ukoll is-suġġett tar-rapport ppubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika (NAO), li ġie ppubblikat iktar kmieni din is-sena. Għalkemm il-WasteServ kienet proattiva u kienet diġà bdiet timplimenta numru konsiderevo-
Din hi prova ċara li dan il-Gvern hu determinat li jwassal ambjent aħjar għal ġenerazzjonijiet futuri, kif ikkonfermat saħansitra fil-Baġit 2022 li ta’ rakkomandazzjonijiet elenkati f’dan ir-rapport, f’dawn l-aħħar snin kompliet timpenja ruħha biex ittejjeb iżjed ir-rata ta’ riċiklaġġ, kif fil-fatt qed juru l-aħħar figuri. Dan it-titjib seta’ jkun possibbli bis-saħħa tal-investmenti li saru fil-WasteServ, inkluż bil-linja rudi-
mentali ġdida li bdiet topera f’Lulju tal-2019 fejn qed jiġu magħżulin manwalment ilborża l-griża u dik ħadra, flimkien ma’ titjib ieħor fil-prestazzjoni tal-operat. Din hi prova ċara li dan il-Gvern hu determinat li jwassal ambjent aħjar għal
ġenerazzjonijiet futuri, kif ikkonfermat saħansitra filBaġit 2022, b’aktar ħidma biex jitwassal l-akbar investment li qatt sar fl-immaniġġjar tal-iskart f’pajjiżna. Dan l-investiment multimiljunarju se jkun qed jieħu lil Malta fuq binarju ġdid u jagħmilha
l-aqwa fl-Ewropa f’dan is-settur. Sakemm dan il-proġett jitlesta, sorsi mill-Ministeru għall-Ambjent qalulna li l-Wasteserv hi determinata li tkompli taħdem biex tilħaq il-miri stabiliti tal-immaniġġjar tal-iskart.
12
24.10.2021
IL-MALTIN MAL-AKTAR ĠENERUŻI FID-DINJA
IL-PROGRAMM LABURISTA LEAD B’SEJĦA ĠDIDA Il-Partit Laburista ħabbar sejħa ġdida għall-programm LEAD, bil-ħsieb li jkompli jżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika. Waqt konferenza tal-aħbarijiet ilbieraħ filgħodu, il-President tal-PL, Ramona Attard, flimkien mal-kordinatriċi tal-programm LEAD, Miriam Dalli, tkellmu dwar il-ħtieġa ta’ vuċi aktar b’saħħitha tal-mara fis-soċjetà u kif il-Partit Laburista se jibqa’ jkun katalista bħalma kien fil-passat għal dan. Miriam Dalli spjegat kif “LEAD hu opportunità għal dawk it-tfajliet u nisa akbar fletà biex ikunu parteċipi fil-politika. Is-sabiħ ta’ dan il-programm hu li tara lil kulħadd jiġi flimkien. Ħafna nisa qed jirrealizzaw li l-PL qed jiftaħ
il-bibien lil kulħadd. Partit li qed jiġġedded u jirriforma ruħu. LEAD jixtieq li jara aktar nisa li jkunu parti mit-teħid tad-deċiżjonijiet.” Hi qalet kif dan juri b’mod ċar kif il-PL qed jisma’ u jilqa’ aktar nies, partikolarment nisa. “Dan għax il-Partit verament jemmen li għandna bżonn aktar parteċipazzjoni ta’ nisa, kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell Ewropew,” tenniet Dalli. Waqt li rreferiet għall-ħidma Laburista biex ikun hemm rappreżentanza ugwali fil-Parlament Malti bejn is-sessi, liema mekkaniżmu se jibda jitħaddem mill-elezzjoni ġenerali li jmiss, Ramona Attard saħqet kif “il-politika qiegħda hemm biex tbiddel il-ħajjiet tan-nies bil-politika li twettaq. Il-programm LEAD hu opportunità
oħra ta’ tiġdid u pass importanti biex in-nisa jkunu fuq quddiem nett fit-teħid tad-deċiżjonijiet.” Fil-konferenza tkellmu wkoll l-Inġ. Abigail Cutajar u Melanie Debattista, żewġ parteċipanti li għadhom kemm temmew b’suċċess il-programm LEAD. It-tnejn indikaw kemm il-programm kien ta’ għajnuna f’ħajjithom, anke biex jimxu pass ’il quddiem li qatt ma ħolmu li jagħmlu. L-applikazzjonijiet ta’ LEAD jistgħu jitniżżlu minn fuq issit elettroniku uffiċjali tal-PL (www.partitlaburista.org), waqt li għandhom jiġu sottomessi lill-Partit sas-Sibt 6 ta’ Novembru li ġej.
Dan għax il-Partit verament jemmen li għandna bżonn aktar parteċipazzjoni ta’ nisa, kemm fuq livell lokali kif ukoll fuq livell Ewropew
Il-prosperità li qed jgħixu fiha l-Maltin u l-Għawdxin ġiet innutata wkoll mis-sit internazzjonali Kindred li, minn stħarriġ dinji li għamel, ipoġġi lil pajjiżna fir-raba’ post bħala l-poplu li ma jiddejjaqx jiftaħ idejh meta jiġi biex jagħti l-karità. Illum il-ġurnata x-xiri online ħa spinta kbira, bil-Maltin iqallbu s-siti, ifittxu ħwienet ta’ kull tip, iqabblu l-prezzijiet u jixtru prodotti anke mittarf l-ieħor tad-dinja. Is-sit Kindred għandu sistema li permezz tagħha joffri opportunità lix-xerrejja li mill-flus li jkunu ffrankaw, jagħtu xi ħaġa għall-karità. Dan is-sit jagħmilha aktar faċli biex dawk interessati jixtru minn siti rinomati u popolari. Fi stħarriġ mifrux mad-dinja kollha, instab li l-Irlandiżi huma l-aktar li, minn dawn ilflus li jiffrankaw, jagħtuhom lil min għandu iżjed bżonn. Fil-fatt, instab li l-Irlandiżi jagħtu 75% tal-flus iffrankati lill-għaqdiet fosthom lil Cancer Research UK, Dogs Trust u Macmillan Cancer Support. Wara l-Irlanda, l-Istati Uniti, bi 73% tal-flus iffrankati jagħtuhom għotja lil dawn l-għaqdiet, imbagħad jiġu l-Ġermaniżi bi 68%. Ix-xerrejja f’pajjiżna jagħżlu li jagħtu 63% tal-flus iffrankati għal għaqdiet filantropiċi. Warajna fil-klassifika, l-Ingliżi b’57%. Imma l-istħarriġ juri fatt interessanti ferm. L-aktar żewġ pajjiżi li l-inqas li jaħsbu f’dawk li għandhom bżonn,
f’din l-iskema ta’ dan is-sit, huma l-aktar żewġ pajjiżi li għandhom poplu b’saħħtu finanzjarjament. Monaco, magħruf li hu wieħed mill-iktar pajjiżi sinjuri fid-dinja u magħruf ukoll bħala l-mekka tal-miljunarji, hu l-inqas pajjiż li għandu xerrejja f’dan is-sit li jagħtu flus li jmorru għal għan filantropiku. Warajh tiġi l-Iżvizzera, pajjiż ieħor li bil-fatti m’għandux xi poplu ħafi. Huma biss 1.7% tax-xerrejja ta’ Monaco u 3.2% tax-xerrejja Żvizzeri li mill-flus li jiffrankalhom issit Kindred fuq xiri li jagħmlu, jagħtuh għal għan filantropiku. Aaron Simpson, fundatur u Ċermen Eżekuttiv ta’ Kindred, irrimarka li “d-data tagħna turi li l-Irlanda tkompli bir-reputazzjoni tagħha li hi nazzjon ta’ nies ġenerużi. Bħala medja, ix-xerrejja Irlandiżi li jużaw Kindred qed jagħżlu li jagħtu lill-karità tliet kwarti tal-flus li niffrankawlhom.” Imma jgħid ukoll kif “hu straordinarju li wħud mill-aktar pajjiżi sinjuri fid-dinja huma wkoll l-inqas li jagħtu għall-karità. Ir-residenti ta’ Monaco u l-Iżvizzera, sinjuruni, żgur li jistgħu jagħtu ftit iktar mill-flus li aħna niffrankawlhom għal kawżi tajba. Aħna kburin li qed ngħaddu dawn il-flus għall-karità kull darba li xerrej jiffranka l-flus, u qed nittamaw li din is-sena niġbru miljuni ta’ ewro għal kawżi ġusti.”
24.10.2021
13
STUDENTI U GĦALLIEMA GĦAWDXIN SE JIFFRANKAW IMNEDIJA L-ISKEMA EDU FAST FERRY LI SE TIRRIFONDI SA €250 LIL DAWK LI JAGĦMLU UŻU MILL-FAST FERRY Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana ħabbret inċentiv monetarju ieħor, sa massimu ta’ €250 fis-sena, li se jingħata lill-edukaturi u lill-istudenti Għawdxin li ta’ kuljum ikollhom jaqsmu bejn iż-żewġ gżejjer. Il-miżura, li tħabbret fil-Baġit, se tkompli ttaffi l-ispejjeż addizzjonali lil 1,300 Għawdxi li jkollhom iħallsu biex jgħallmu u/jew isegwu t-tagħlim. Dan il-benefiċċju se jingħata bla ma jintmissu inċentivi oħrajn li bdew jingħataw fl-aħħar snin mill-Ministeru għal Għawdex, waqt li din l-iskema hi maħsuba biex tħeġġeġ aktar trasport nadif b’inqas ħin ta’ vvjaġġar. Dawk l-istudenti li jsegwu xi kors fil-Junior College, l-Università jew fl-MCAST, flimkien mal-għalliema Għawdxin li jgħallmu f ’xi istituzzjoni edukattiva f ’Malta, huma eliġibbli għal dan l-inċentiv. Ir-rimborż se jingħata lil kull min juża s-servizzi taż-żewġ operaturi tal-fast ferry. Biex ikun eliġibbli, wieħed irid japplika online fuq il-website tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-applikazzjonijiet jagħlqu ġimgħa u nofs oħra, fit-3 ta’ Novembru. L-operaturi tal-fast ferry se jagħtu EDU Fast Ferry Card lil kull minn hu eliġibbli biex tintuża meta wieħed ikun se jagħmel użu tas-servizz mat-
ul sena skolastika. Il-ħlas isir bi tliet xhur b’lura u l-vjaġġaturi m’għandhomx għalfejn iżommu l-biljetti, għax il-verifika ssir b’mod elettroniku. Fit-tnedija tal-iskema, il-Ministru Caruana semmiet kif “dan il-baġit ikompli jibni fuq ta’ qablu, jinvesti bissħiħ fl-istudent u fl-edukatur. U dan għax l-istudent hu l-futur ta’ pajjiżna, filwaqt li l-edukatur qed jindokra lill-istudent biex b’mod ħolistiku jkun iċ-ċittadin ta’ Malta t’għada. Kien għalhekk li f ’dan il-baġit qed ninvestu €800 miljun fil-qasam edukattiv. Dan hu l-mod konkret kif dan il-Gvern qed jaħdem għal Malta li rridu għal uliedna.”
Dan il-benefiċċju se jingħata bla ma jintmissu inċentivi oħrajn li bdew jingħataw fl-aħħar snin mill-Ministeru għal Għawdex
€800 MILJUN INVESTIMENT FL-ISTUDENTI U L-EDUKATURI IMPRESSJONI ARTISTIKA TAL-ISKOLA TAL-IMSIDA
Dan huwa Gvern li jemmen bissħiħ fil-ġenerazzjonijiet futuri, kif rifless fit-tema magħżula għallbaġit tas-sena d-dieħla: Malta li rridu għal uliedna. Uliedna li huma l-istudenti tal-lum, imma dawk li se jmexxu s-soċjetà ta’ għada. Il-futur ta’ pajjiżna. U dan se jkun possibbli grazzi għad-dedikazzjoni u l-impenn sħiħ ta’ dawk li qed jindukrawhom – l-edukaturi. B’wiċċi minn quddiem ngħid li qatt daqs illum ma kien hemm investiment fis-settur edukattiv daqs dan il-baġit. Baġit li jkompli fuq ta’ qablu, jinvesti bis-sħiħ fl-istudent u l-edukatur. Qed naraw baġit li qed jinvesti xejn anqas minn €800 miljun f’settur li jitqies bħala wieħed mill-pilastri ewlenin fost dawk li jixprunaw it-tkabbir ekonomiku. Għaliex edukazzjoni b’saħħitha twassal għal soċjetà futura li tkun dik li għandha l-ħiliet kollha meħtieġa, għall-bżonnijiet tal-pajjiż. Imma wkoll ċittadini li jkunu mrawma bħala ċittadini attivi. Baġit li juri kemm dan il-Gvern jagħti prijorità lil dan is-settur. Fih hemm nefqa fuq investiment kapitali fl-edukazzjoni ta’ €93 miljun – tliet darbiet aktar minn dik tal-2012 u nefqa rikorrenti ta’ €704 miljun, aktar mid-doppju tan-nefqa tal-2012. Jekk tanalizza dawn il-figuri tara li fl-2012 in-nefqa kapitali fuq kull student f’dik is-sena skolastika kienet ta’ €560 u dik tal-2022 hija ta’ €1,670 fuq kull student. Fl-2012 in-nefqa rikorrenti fuq kull student f’dik is-se-
na skolastika kienet ta’ €5,800, filwaqt dik tal-2022 hija ta’ €12,645 fuq kull student. Għalhekk l-investiment massiċċ fl-edukazzjoni. Dan l-investiment huwa maħsub b’għaqal. Mhuwiex biss investiment fl-infrastruttura edukattiva. Dik, iva, se nkomplu għaddejjin biha biex dejjem aktar nersqu lejn ambjenti skolastiċi li huma denji għal-lum. Hemm programm sħiħ ta’ riġenerazzjoni, immodernizzar u wkoll bini ġdid kemm f’Malta u wkoll f’Għawdex. Imma għal dan is-settur tħabbru wkoll għadd ta’ miżuri li se jkomplu jtejbu l-qagħda ta’ wliedna u tal-edukaturi. Miżuri li huma intiżi biex jagħtu aktar kuraġġ u opportunitajiet lill-istudenti fil-ħajja skolastika tagħhom. U anki lill-edukaturi. Se tkompli tissaħħaħ l-istatus tal-professjoni tal-edukaturi billi se tidħol fis-seħħ il-liġi li tirregola l-professjoni tal-edukaturi. Din għandha twassal biex tagħti status aktar professjonali lill-edukaturi tagħna kollha, irrispettivament f’liema livell ta’ edukazzjoni jgħallmu. U se nkomplu ninvestu fit-taħriġ tagħhom ukoll. L-istudenti rridu nkomplu ninkoraġġuhom. Għalhekk qed inżidu l-istipendji b’10%. Mhux hekk biss, imma qegħdin ukoll niżguraw li l-istipendju jingħata lill-istudenti anke jekk jaħdmu sa massimu ta’ 25 siegħa fil-ġimgħa, flok il-massimu ta’ 20 siegħa tal-lum. B’hekk min jaħdem ma jkunx qed jiġi kkas-
tigat. Aħna Gvern li nippremjaw lil min huwa bieżel. Huma miżuri li jaħsbu f’kulħadd. Kull Kap ta’ Skola talIstat minn Kinder sa’ Sekondarja se jingħata għotja medja ta’ €10,000 fis-sena, b’nefqa ta’ miljun ewro, biex naraw li t-tfal taħt is-superviżjoni tal-Kapijiet tal-Iskejjel tagħhom ma jkunux neqsin minn affarijiet bażiċi. Aħna nagħtu inċentivi biex ngħinu lill-istudent u l-edukatur. Għalhekk il-miżura li toħroġ minn dan il-baġit, li minnha se jgawdu 1,300 student u edukatur Għawdxi li ta’ kuljum jaqsmu bejn il-gżejjer biex jitgħallmu jew jgħallmu u li issa se jkunu eliġibbli għall-‘EDU Fast Ferry Scheme”. Din l-iskema taħseb biex l-istudenti li qed isegwu xi kors tal-Junior College, l-Università ta’ Malta u l-MCAST, u l-edukaturi Għawdxin li jaħdmu Malta jingħataw, rimborż meta jużaw il-fast ferry, irrispettivament ma’ liema operatur jivvjaġġaw. Dawk eliġibbli jridu japplikaw online fuq il-website uffiċjali tal-Ministeru għall-Edukazzjoni. L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-3 ta’ Novembru 2021. L-operaturi tal-fast ferry se
jagħtu ‘EDU Fast Ferry Card’ li tkun trid tintuża meta wieħed jagħmel użu tas-servizz. Ir-rimborż jingħata għal kull vjaġġ li jsir bil-fast ferry waqt il-ġranet fejn jingħata tagħlim matul is-sena skolastika. Il-ħlas isir b’lura, kull tliet xhur. Dawn huma biss uħud mill-miżuri li hemm fil-baġit, li tħabbru u li wkoll tkellimt dwarhom din il-ġimgħa. Hemm l-estensjoni tasservizz taċ-Childcare, hemm investimenti fir-riċerka, investiment f’aktar opportunitajiet ta’ apprendistat, investiment biex ikun hemm aktar skejjel fejn l-istudenti se jagħmlu l-eżamijiet tas-SEC fl-istess skejjel li kienu jattendu l-iskola. Se nsaħħu t-tagħlim tax-xjenza, settur li ma kienx jingħata l-importanza u l-investiment li jixraqlu. Għalhekk, se nibdew programm ta’ mmodernizzar u investiment f’apparat modern f’180 laboratorju tax-xjenza li jinsabu fl-iskejjel tagħna. Imma wkoll se nkomplu ntejbu l-infrastruttura tan-netwerk diġitali fl-iskejjel tal-istat. L-impenn tagħna huwa li nkomplu nantiċipaw l-isfidi tal-futur waqt li ma ninsew qatt lil dawk l-iktar vulnerabbli b’mod li niżguraw li ħadd ma jibqa’ lura f’pajjiż li dejjem sejjer ’il quddiem. Għalina l-edukazzjoni hija l-pern tal-politika soċjali u ekonomika tal-Gvern, għodda biex intejbu l-ħajja tan-nies. Għax flimkien qed inkomplu naħdmu biex verament ikollna Malta li rridu għal uliedna.
16
24.10.2021
DIFFERENZA FID-DISKORSI, DIFFERENZA FL-ATTITUDNI
JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew
Il-ġimgħa li għaddiet ilkoll assistejna għar-replika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għad-diskors tal-Baġit, u l-kontro-replika tal-Prim Ministru l-għada t-Tlieta. Id-differenza bejn iż-żewġ diskorsi, m’urietx biss id-differenza bejn il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni, imma wkoll id-differenza bejn l-attitudni tagħhom it-tnejn. Fuq naħa għandna Prim Ministru b’attitudni pożittiva li jmexxi Partit li lest li jkompli jiġġedded, u fuq in-naħa l-oħra għandna Oppożizzjoni negattiva, li spiċċat tgħid kollox biex tipprova tolqot lil kulħadd. Jiddispjaċini ngħid, li
l-unika xeħta ta’ kreattività li għandu Bernard Grech, hija fejn tidħol in-negattività u l-inkonsistenza tiegħu. L-ewwel reazzjoni tiegħu għall-Baġit kienet li jgħid li dan hu Baġit tal-ħela, li se jżid id-dejn. Imbagħad madanakollu, il-ġimgħa li għaddiet, qal li jrid jonfoq iżjed, filwaqt li jnaqqas it-taxxi fuq dawk l-aktar li jaqilgħu wkoll. Tajba din – mela ma jridx jiddejjen, imma jrid jonfoq iżjed, u dan kollu filwaqt li jnaqqas id-dħul tal-Gvern! Wieħed irid jistaqsi: Il-flus minn fejn ser jiġu? Ngħiduha kif inhi, ma tantx naħseb li ser joħroġhom minn butu għaliex bħalma qal il-Prim Ministru lanqas biex iħallas it-taxxa ma’ kien kapaċi. Imbagħad, allura kif jista’ jipprova jipprietka dwar il-moralità fiskali u l-greylisting tal-Financial Action Task Force? Irrid insemmi fuq dan l-aħħar punt, li l-FATF tatna tliet suġġerimenti li skonta għandna nagħmlu biex ma nibqgħux fuq il-lista l-griża. Tnejn minn dawn it-tliet suġġerimenti, iduru mal-evażjoni tat-taxxa, u allura, il-mistoqsija relatata li jmiss tiġi waħidha: Kif jista’
l-Kap tal-Oppożizzjoni serjament jipproġetta ruħu bħala soluzzjoni għall-problemi fiskali tal-pajjiż? Hekk jew b’hekk, l-istorja tiegħu tgħid li hu parti mill-problema. Biss min-negattività, issa mmorru għall-pożittività, u għaldaqstant għar-risposta xierqa u f’waqtha tal-Prim Ministru. Fil-fatt, nhar it-Tlieta assistejna għal diskors ta’ statista, li jħares ’il quddiem, u li aktar minn hekk kien diskors ta’ Prim Ministru. Irrid ngħid li aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar din il-bidla qed tidher fil-messaġġ komunikattiv taż-żewġ mexxejja. Fuq naħa għandna Prim Ministru li jitkellem fuq miżuri li jgħinu l-mobbiltà soċjali, miżuri li anke jgħinu lil dawk li jinsabu fl-aktar saffi baxxi tas-soċjetà, u fuq in-naħa
l-oħra għandna Kap tal-Oppożizzjoni li jwiegħed affarijiet kontradittorji lil kulħadd. Fuq naħa għandna Prim Ministru li jġib l-interess nazzjonali l-ewwel u qabel kollox, u fuq in-naħa l-oħra għandna Kap tal-Oppożizzjoni li l-unika interess tiegħu huwa li jerġa’ jġib il-poter għalih u għall-partit tiegħu. Ngħiduha kif inhi, sirna nistennewha li l-Partit Nazzjonalista u l-Kap tiegħu joħorġu fuq l-attakk. Ma ninsewx li ftit tax-xhur ilu, dawn kienu l-istess nies li neħħew lil Adrian Delia minn Kap, u bidluh b’Bernard Grech. Raġuni wara dan kienet li l-Partit Nazzjonalista kien sejjer ħażin fis-sondaġġi li bdew jiġu ppubblikati. Fejn jidħlu issondaġġi, jidher li lanqas
Ngħiduha kif inhi, sirna nistennewha li l-Partit Nazzjonalista u l-Kap tiegħu joħorġu fuq l-attakk. Ma ninsewx li ftit tax-xhur ilu, dawn kienu l-istess nies li neħħew lil Adrian Delia minn Kap
tant inbidel, għalkemm inbidel il-Kap. Għaldaqstant, aktar ma jgħaddi ż-żmien, dejjem għandek nies li qegħdin jistaqsu, mela allura wara li tneħħa Adrian Delia? Forsi wasal iż-żmien li Bernard Grech jitlaq ukoll? Nemmen li huwa sforz din l-iskuntentizza, li Bernard Grech għamel diskors partiġjan, bil-mira tiegħu tkun il-partitarji l-aktar ħorox tal-Partit Nazzjonalista. Min-naħa l-oħra imbagħad, għandna Prim Ministru, li għamel diskors għal kulħadd. Kemm jekk inti Laburist, kemm jekk inti Nazzjonalist, jew ma tappartjenix għal partit politiku, żagħżugħ, anzjan, ħaddiem jew negozjant. Il-messaġġ kien wieħed: Int min int, ġej minn fejn ġej, ser tiġi megħjun biex timxi ’l quddiem minn Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela. Nikkonkludi madanakollu b’mistoqsija: Filwaqt li Gvern Laburista joffri garanzija li kulħadd jista’ jimxi ’l quddiem, temmnu li Gvern immexxi minn Bernard Grech joffri l-istess garanzija? Inħalli l-kuxjenza tagħkom biex tirrispondi. Il-Ħadd it-tajjeb lil kulħadd.
BIDLA B’VIŻJONI
MARIA ELLUL Segretarju Ġenerali ŻL
Fl-isfond ta’ diversi diskussjonijiet relatati mal-Baġit 2022, laqtitni frażi ironikament ġejja mill-Kap tal-Oppożizzjoni – Bidla b’Viżjoni. Il-politika li għandha tmexxi ’l quddiem il-ħidma kollettiva ta’ diversi setturi f’pajjiżna għandhom ikunu imsejsa fuq dan l-istess ħsieb. Fl-istess waqt, hija ironika ferm
li l-Partit Nazzjonalista lissen dan il-kliem għaliex għal darb’oħra stajna ninnutaw in-nuqqas ta’ din il-viżjoni li tant jitkellmu dwarha. Lil hinn minn hekk però, dan il-pajjiż għandu bżonn imur ’il bogħod mill-argumenti partiġjani u jaħseb verament fil-bidla li jixtieq jara fil-Malta t’għada. Sfortunatament mhux dejjem faċli ninjoraw din ir-retorika li kontinwament qed tokkupa d-diskursati ta’ kuljum li jkollna. Iżda sabiex wieħed ikun jista’ janalizza dak li jixtieq, irid jibda mill-premura li dan il-pajjiż li ngħixu fih huwa tiegħi daqskemm hu tiegħek u dak li ħa tagħmel inti jista’ jimpatta lili bl-istess mod li jimpatta lilek. Issa dan ma jfissirx li nagħlqu għajnejna għall-ħażin qisu xejn mhu xejn – anzi, għandna ningħaqdu b’vuċi waħda favur dak li hu tajjeb u kontra
l-affarijiet li huma ta’ detriment għalik u għalija. Għaliex huwa irrelevanti min hu wara l-azzjoni li qed iġġib il-ħsara – il-ħażin jibqa’ ħażin u t-tajjeb huwa tajjeb. Wara li naslu sabiex nifhmu dan il-kunċett, inkunu f’pożizzjoni li nibdew niddiskutu din il-bidla. Bidla li ma tiġix fuq spekulazzjoni ta’ elezzjoni, li ma tiġix sabiex jintrebħu l-voti iżda tkun mibnija b’viżjoni lejn fejn nixtiequ li dan il-pajjiż jasal. Riċentement kelli l-opportunità nattendi attività fi Strasburgu b’diskussjonijiet ma diversi żgħażagħ oħra Ewropej. Ħadt gost niddiskuti diversi ideat progressivi dwar il-futur li nixtieq ngħix fih, ħadt gost niddiskuti ma’ żgħażagħ li lil hinn minn argumenti partiġjani joffru soluzzjonijiet u ideat dwar is-soċjetà li flimkien nixtiequ ngħixu fiha.
Għaliex fuq kollox, irridu nibqgħu dejjem b’moħħ miftuħ. Saru diversi avvanzi matul is-snin u huwa għalhekk li huwa Gvern Laburista li għandu l-kredibilità meħtieġa biex imexxi ’l quddiem il-finanzi u l-ekonomija tal-pajjiż. Affaċċjajna diversi sfidi flimkien, iżda dan il-Partit baqa’ ta’ sostenn kemm għall-familji kif ukoll għan-negozji. Fil-verità, dan in-nies jafuh. Jafu li fil-Partit Laburista, il-ħaddiema ħa jkollhom il-protezzjoni li jixirqilhom, li l-istudenti huma prijorità kif ukoll li ma jagħlaq għajnejh għall-ebda inġustizzja u ma jħalli lil ħadd ifendi waħdu. Ir-risposta tal-Baġit mogħtija mill-Prim Ministru aktar kmieni din il-ġimgħa tkompli ssawwar kuraġġ fil-poplu Malti u Għawdxi. Wera biċ-ċar li huwa Gvern Laburista li għandu viżjoni
tanġibbli dwar Malta li naspiraw li ngħixu fiha, Malta li rridu preżentament kif ukoll Malta li nixtiequ għal uliedna. Għaliex politiku jara biss sal-elezzjoni li ġejja, iżda statista jżomm f’moħħu l-ġenerazzjonijiet futuri ta’ dan il-pajjiż. Għalhekk, ma rridux naraw biss il-miżuri bħala kitba jew diskors f’konferenza stampa iżda l-valur u d-differenza li dawn ħa jagħmlu f’ħajjitna. Flimkien, irridu nkomplu niddiskutu dwar il-futur li nixtiequ naraw. Flimkien irridu nibqgħu moħħna miftuħ għas-soċjetà li nixtiequ ngħixu fiha. Għaliex bidla b’viżjoni ssir minn dawk li għandhom l-interess li jħarsu lil pajjiżna. Bidla msejsa fuq il-prinċipji li l-Partit Laburista f’pajjiżna, grazzi għax-xogħol siewi li għamlu ta’ qabilna, irnexxielu biha verament inissel differenza.
17
24.10.2021
GVERN TAS-SOLUZZJONIJIET
CLYDE CARUANA Ministru
Meta l-istorja ser tinkiteb, ir-rakkont fuq il-pandemija ser jippreżenta stampa ta’ pajjiż differenti li ħa varjetà sħiħa ta’ deċiżjonijiet differenti. Dawk il-pajjiżi li mxew bir-razzjonalità ser imorru tajjeb f’dan ir-rakkont. Pajjiżi oħra li ma mxewx hekk, u li għadhom sal-lum jbatu l-konsegwenzi, ser jingħad kif ilpopli tagħhom soffrew ferm iżjed. Il-pandemija ma ġabitx biss għawġ fil-qasam tas-saħħa, iżda anke fl-ekonomiji. Ċerti pajjiżi mxew bil-għaqal u salvaw kemm setgħu l-ekonomija tagħhom, oħrajn qed jaraw kollass ekonomiku sħiħ.
F’Malta nemmen li, bħat-Tieni Gwerra Dinjija, pajjiżna bbrilla l-iktar fl-iktar mumenti diffiċli. Poplu li wera reżiljenza u ma ċediex. Għax fis-snin ta’ qabel konna bil-għaqal stajna nkunu f’pożizzjoni li ngħinu. Apparti n-nefqa biex jingħata l-vaċċin lil kulħadd, fejn hemmhekk għedna lill-awtoritajiet onfqu kemm hemm bżonn, il-Gvern nefaq €1.5 biljun oħra fuq issaħħa u fuq miżuri ta’ sapport lill-ħaddiema u lill-intrapriżi sabiex illum iktar minn sena u nofs wara, għandna inqas qgħad u aktar nies jaħdmu minn qatt qabel. Ġaladarba l-ħajja tan-nies ġiet salvagwardjata b’kull mezz u l-ekonomija tagħna baqgħet fuq saqajha, ma narahomx flus fil-ħela, anzi. Il-pandemija għadha magħna. L-isfidi ekonomiċi għadhom preżenti. Biżżejjed wieħed jara x’qed jiġri fil-bqija tal-Ewropa, u fil-prezzijiet tal-energija. L-irkupru minn din il-pandemija mhux se jkun wieħed qasir iżda nemmen li l-mod kif mexa s’issa dan il-Gvern jista’ jagħti serħan il-moħħ. Eventwalment l-affarijiet ser jistabbilizzaw iżda l-għaqal tal-Gvern irid jibqa’
kostanti biex inkunu lesti għal kull eventwalità. Il-Baġit iffoka fuq l-importanza tal-iżvilupp ekonomiku permezz ta’ investiment fl-akbar riżors li għandu pajjiżna - il-kapital uman - in-nies. L-iżvilupp ekonomiku jmur lil hinn mill-konfini tat-tkabbir ekonomiku. L-iżvilupp għandu x’jaqsam mat-tkabbir tal-kapital uman, tnaqqis fil-figuri tal-inugwaljanza, u bidliet strutturali li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tal-popolazzjoni. Indikaturi jinkludu li n-nies ikunu jistgħu jgħixu ħajja twila u b’saħħitha, li jiksbu għarfien aħjar u li jkollhom aċċess għar-riżorsi meħtieġa għal standard ta’ għejxien deċenti. Bħala Gvern Laburista li jemmen fil-mobbiltà soċjali, huwa d-dover tagħna li naqsmu l-ġid sabiex dawn l-opportuni-
tajiet ikunu iktar disponibbli. Għalhekk, dan il-Baġit ħabbar fost l-ikbar numru ta’ miżuri soċjali u l-akbar pakkett finanzjarju li qatt kellu l-Gvern fil-qasam tal-ambjent u s-sostenibbiltà. Fost il-miżuri ta’ min isemmi żidiet fil-pensjonijiet, stipendji, trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd u tnaqqqis fittaxxa għall-part-timers u fuq l-overtime. Ser noħolqu Buskett fin-Nofsinhar ta’ Malta, proġett ambjentali ambizzjuż u ħabbarna inċentivi favur first-time buyers u dawk li ser jirriġeneraw propjetajiet diżabitati. Iġġib qalbek sewda tgħaddi minn ċerti żoni f’pajjiżna u tara djar sbieħ abbandunati. Fhimna li dik il-propjetà tiswa ħafna biex tirranġa, għalhekk rajna kif għinna lil dawn il-persuni li
Il-Baġit iffoka fuq l-importanza tal-iżvilupp ekonomiku permezz ta’ investiment fl-akbar riżors li għandu pajjiżna - il-kapital uman - in-nies
jidħlu għaliha permezz ta’ tneħħija tat-taxxi fuq ix-xiri u l-bejgħ, rifużjoni tal-VAT sa €54,000 u grant ta’ €15,000 għall-first time buyers. Jekk il-propjetà tkun f’Għawdex din titla’ għal €30,000. L-għoli tal-ħajja hija realtà għal ħafna. Kif għidt waqt il-Baġit ser naraw li din tiġi indirizzata. Il-mekkaniżmu tal-Cola hu li hu. Il-familji ma jistgħux jistennew li jkun hemm riforma f’dan il-mekkaniżmu meta l-għoli tal-ħajja u l-inflazzjoni qed jgħollu rashom illum. In-nies iridu politika matura u jifhmu li l-biża’ u d-dlam huma esaġerazzjoni, ma nistgħux lanqas ngħidu li m’hawnx sfidi. Ma nibżgħux nirrikonoxxu l-isfidi bħal tal-għoli tal-ħajja, li fuq kollox ġejja minħabba żidiet barra minn xtutna, għax kapaċi noffru soluzzjoni għalihom. Kemm hawn min ilu jbeżża’, sadanittant ma ħariġx b’soluzzjoni waħda biex jgħin lill-familji. Aħna nirrikonoxxu din l-isfida u diġà spjegajna fil-Baġit kif ser jinħoloq mekkaniżmu ġdid biex jirrispondi għall-isfida tal-għoli tal-ħajja u jgħin lil dawk il-familji l-iktar vulnerabbli għal dawn iż-żidiet.
PROSPERITÀ ĠDIDA
DEO DEBATTISTA Segretarju Parlamentari
Il-ġdid dejjem sabiħ. Mar-realtajiet ġodda ġisimna jinbidel u jirrilaxxa ormoni bħad-dopamina u l-endorfina. Meta l-ġdid ikun imlaqqam malgħerf li nisiltu mill-esperjenza noħolqu xi ħaġa straordinarja. Madwar 10 snin ilu kont tkellimt fil-konferenza Ġenerali tal-Partit Laburista u kont enfasizzajt kif in-nies jixirqilhom stabbiltà, unità u futur aħjar. Din il-ġimgħa kelli opportunità nirrifletti fuq il-ħidma tas-Segretarjat li mmexxi fil-kuntest tax-xewqa li kelli għall-pajjiż meta
ddeċidejt noħroġ għall-politika u mal-viżjoni tal-Prim Ministru Robert Abela. Viżjoni li noħolqu prosperità ġdida. Prosperità sabiex ikollna ġid li jissodisfa l-progress f’armonija man-natura. Jistà jkollna verament prosperità li tilħaq lil kulħadd jekk meta l-konsumatur jiltaqa’ ma’ xi intopp, isib l-għajnuna neċessarja b’mod indipendenti u imparzjali. Il-proċess tar-rimedju alternattiv joffri soluzzjoni innovattiva biex f’każ ta’ diżgwid tinstab soluzzjoni bi qbil bejn il-partijiet interessati b’mod volontarju lil hinn mill-Qorti u Tribunali eżistenti. Din is-sena l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u l-Affarijiet tal-Konsumatur (MCCAA), li taqa’ taħt id-dekasteru tiegħi, wettqet miżura f’dan ir-rigward. Qed naraw li l-prosperità ġdida se tkun iktar diġitali. F’dan il-kuntest, l-MCCAA waqqfet funzjoni ġdida ffukata fuq l-infurzar tal-liġi tal-konsumatur fuq is-suq elettroniku. Permezz ta’ dan l-Awtorità qiegħda f’pożizzjoni aħjar li tagħmel moniteraġġ li jwas-
sal għal swieq li jaħdmu aħjar għall-konsumatur. Sabiex il-miżura tibqa’ jkollha effetti fit-tul, sar tisħiħ talkapaċità biex is-servizz ikun mibni fuq kompetenzi tekniċi neċessarji. Barra minn hekk, l-Awtorità organizzat taħriġ akkreditat dwar l-infurzar tal-liġi lil madwar 30 impjegat involut fl-ispezzjonijiet u l-infurzar tal-liġi. Inxtara apparat elettroniku ġdid u ġew introdotti proċeduri interni sabiex is-servizz jingħata b’mod konsistenti. Bħalissa għaddejjin b’kampanja ta’ informazzjoni fuq mezzi tax-xandir kemm tradizzjonali kif ukoll soċjali sabiex dawn is-servizzi jkunu
iktar aċċessibbli. Nifraħ lill-Awtorità li dawn il-proġetti b’valur ta’ €270,000, kellhom kofinanzjament ta’ 50% mill-Unjoni Ewropea. Prosperità ġdida iktar soċjali. Bis-saħħa tal-Awtorità dwar il-Mediċini b’ħidma konġunta mal-Awtorità tal-Konsumatur, sar roħs fuq 308 tipi ta’ mediċini u żdiedu fuq is-suq 226 mediċina ġenerika. Ġie introdott xogħol ġdid u impenjattiv li għandu x’jaqsam direttament mal-ħarsien ta’ apparat mediku, kemm apparat mediku dijanjostiku In-Vitro kif ukoll apparat li jvarja minn sempliċi siringa għal apparat ħafna aktar sofistikat
Viżjoni li noħolqu prosperità ġdida. Prosperità sabiex ikollna ġid li jissodisfa l-progress f’armonija man-natura
bħal PET scan. Ħa nkomplu ninvestu fi proġetti li jinkludu studju ta’ fattibilità biex jitwaqqaf laboratorju nazzjonali ta’ analiżi, hekk imsejjaħ OMCL, biex jikkontrolla l-kwalità tal-mediċini. Prosperità ġdida iktar ħadra. Flimkien mad-Diviżjoni tat-Tindif u l-Manutenzjoni varajna proċess biex nintroduċu kontenituri taliskart magħrufa bħala smart litter compacting bins. Permezz ta’ pannelli fotovoltajċi li jkollhom magħhom, id-Diviżjoni li llum għandha impjegati magħha 24 siegħa kuljum, tkun taf meta jkunu waslu biex jimtlew u jitbattlu. Proġett ieħor hu li l-introduzzjoni ta’ public convenience li jitnaddfu b’mod awtomatiku. Permezz ta’ dawn l-inizjattivi qed inkunu minn ta’ quddiem fl-Ewropa biex nintroduċu sistemi innovattivi li jgħinu lis-servizz jibqa’ relevanti. Il-ġdid huwa isbaħ meta naħdmu f’unità. Kburi li lkoll qegħdin b’vuċi waħda u qalb tħabbat iktar minn qatt qabel biex ikollna Malta li rridu għal Uliedna.
20
24.10.2021
OPPOŻIZZJONI BLA KREDENZJALI
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsillier PL
Miżura li se tkun qed tidħol fis-seħħ mis-sena d-dieħla hija dik ta’ trasport b’xejn lil kulħadd. Miżura li minbarra li hija waħda li se tgħin lil dawk li diġà jagħmlu użu mit-trasport pubbliku, ser tkun ukoll qed tħajjar u tiġbed klijenti ġodda biex jibdew jagħmlu użu minn dan is-servizz. Hija wkoll miżura ambjentali għaliex b’mod dirett se tkun qed tindirizza problema oħra tat-traffiku, għalkemm wieħed irid jara kemm se jkun hawn min hu lest li jitlaq id-drawwiet u kulturi antiki u jagħmel bidla fil-mentalità. Hawn ukoll, l-Oppożizzjoni sabet x’tikkritika. Kemm fuq din il-miżura kif ukoll fuq il-ħsieb tal-Gvern li jibda jaħseb bis-serjetà fuq il-proġett tal-metro ġewwa pajjiżna. Iżda, xi kredibbiltà jew kredenzjali għandha l-Oppożizzjoni biex titkellem fuq it-trasport pubbliku f’pajjiżna? Mhux se ngħid dak li naħseb jien imma se nagħmel referenza għal dak li qal l-Eks Kap Eżekuttiv tal-Arriva. F’intervista mal-ġurnal The Times lura f’Mejju tal-2016, dan qal li s-sistema li kien ħoloq il-Gvern tal-ġurnata kienet destinata li tfalli. Sejħilha ‘Diżastru mistenni li kien se jseħħ’. Qal li kien hemm xufiera ħżiena, konsulenti ‘parassiti’. Huwa kompla qal li d-deċiżjoni tal-kumpanija Arriva li tiġi f’pajjiżna kienet mill-bidu turi li se tfalli. Tkellem kif il-Gvern ta’ dak iż-żmien, kien wiegħed ħafna affarijiet li iżda ma wettaq xejn minnhom, fosthom numru ta’ bus lanes u li jkun hemm lay-bys apposta għal ċerti vetturi tagħhom. Semma kif qatt ma kienu infurmati bil-konġestjoni tat-traffiku li kien hawn f’pajjiżna u Id-deċiżjoni ta’ Gvern tal-PN li jġib l-Arriva f’pajjiżna kienet destinata li tfalli mill-bidu.
kif il-Pulizija ma kinux jgħinu fil-kontroll tat-traffiku. Tenna kif kemm huma kif ukoll ix-xufiera tagħhom, kellhom jiffaċċjaw sfidi kbar biex iżommu mal-istandards meħtieġa għaliex kien hawn drawwiet u użanzi li ħadd qatt ma ried jikkontrolla. Kien hawn fejn għamel referenza għall-konsulenti li kellu l-Gvern u li għamel referenza għalihom bħala ‘parassiti’. Fil-management, dan ifisser li l-konsulent li jkun tqabbad biex jagħti pariri sabiex il-proġett ikun vijabbli, ekonomikament effiċjenti u fuq kollox jaħdem b’sistema effettiva, jispiċċa biex bil-pariri tiegħu jagħmel l-oppost u joħloq kjass u frakass sħiħ. Hekk irrefera għall-konsulenti li kellu miegħu l-Gvern Nazzjonalista, f’bidla tant kbira għal pajjiżna. U llum jitkellmu fuq meritokrazija u li x-xogħol għandek tagħtih lil min jaf jagħmlu. Kien ikun tajjeb kienu prattikaw dak li jippritkaw meta kienu fil-Gvern. Kieku l-frakass tal-Arriva ma kienx iseħħ. Segwenti qed nikkwota kelma b’kelma dak li qal dan l-Eks Kap Eżekuttiv fuq il-konsulenti li kellu l-Gvern Nazzjonalista; “They probably spent a huge amount of money on some exceedingly parasitic consultants who certainly charged an awful lot for their services and created something that was absolutely, totally, unworkable.” “Going somewhere completely cold and new and attempting in one go to change everything, with a poor partnership approach, is doomed to failure.” Bla dubju ta’ xejn, li dawk li ftit tassnin ilu kienu r-raġuni ewlenija li fallew sistema sħiħa ta’ trasport pubbliku ġewwa pajjiżna fuq livell ferm iżgħar minn metro, ċertament li m’għandhom l-ebda kredenzjali biex imqar jibdew jifhmu sistema ta’ metro... aħseb u ara jikkritikawha. Bl-ebda mod mhu qed ngħid li dak preżentat mill-Gvern illum fuq il-metro huwa perfett imma kien l-istess Gvern li qal li dan huwa l-ewwel abbozz ta’ studju u se jikkonsulta mal-istakeholders kollha biex jisma’ x’għandhom xi jgħidu. Dan huwa l-oppost ta’ dak li għamel Gvern Nazzjonalista, fejn impona sistema li mill-bidu nett kienet destinata li tfalli, kif fil-fatt sar. Il-Malti jgħid: Min jidħak l-aħħar jidħak l-aħjar.... Mhux l-istess jista’ jingħad f’din iċ-ċirkostanza.
Sur Editur, Ħa, ngħidlek jien, Sur Editur. In-Nazzjonalisti daqt jgħidu li l-partit tagħna qed iħallas lill-Pellegrin jew xiż-żikk jismu, li hemm bħala strateġista ma’ Bernard Grech. Għax tant qed joħroġ b’ideat imkazzin, li se jkun il-perċimes għat-telfa u t-tkaxkira nobis li se jieħdu n-Nazzjonalisti fl-elezzjoni li jmiss. Hekk għedtilha lil Melda tiegħi, hi u tħawwad il-borma tal-kawlata. Għedtilha ixgħel xemgħa għal qaddisu lil dan, għax qed jiżgura li r-rebħa tagħna se terġa’ tkun. Għax Marija tal-Ħniena kawlata aktar imħawra minn ta’ Melda tiegħi u froġa wara l-oħra qed jagħmlu dawn l-intamati. Mela l-ewwel kellna d-diskors tal-baġit tal-kap tagħhom. U x’diskors dak Alla jbierek! Emminni Sur Editur, ma flaħtx nisimgħu. Stoċċ minn dawk tal-ħruq tal-istonku ġibtu ragħad. Imma kif jibqa’ jippersisti li dan huwa baġit fl-arja? Mela ma jaqrax gazzetti dan jew? Mela l-In-Tagħhom biss jaqra? X’kull waħda wkoll! Meta kien hemm dawk il-kummenti pożittivi ta’ kulħadd fuq il-baġit? Imma hu jaf. Jagħmel hu. Jibqa’ jitgħaqqad fix-xibka mkebba sew tal-għanqbuta tan-negattività u politika partiġjana. Hu jaf, nerġa’ ngħid. U mbagħad din il-ġimgħa l-partit tagħhom qal li jrid li l-qasam tas-saħħa sesswali jingħata prijorità. U skont huma kif se jingħata prijorità? Billi Gvern ġdid mimli wċuħ tal-passat se jqassam il-kondoms u l-pillola ta’ wara s-sess b’xejn. Issa jien ta’ ffissat li jien, niftakar li l-Partit Nazzjonalista fl-2016 kien qal li l-politiċi m’għandhomx jidħlu fiha din tal-Morning After pill, għax din hija xi ħaġa f’idejn l-esperti mediċi. Imma issa se jidħlu. Issa saru esperti mediċi mela wkoll. U le! Aħjar jilbsu kondom minn rashom sa saqajhom naħseb, biex ma jinfettawx aktar lill-poplu bl-ereżijiet li qed jgħidu. Mhux ereżija li fid-diskors tiegħu l-kap tagħhom ikkwota l-baġit b’mod ħażin? Sewwa qallu l-Prim tagħna. Qallu lanqas biss qrajtu l-baġit. Qed taqra biss dak li qalulek biex tgħid. Ara x’serjetà dik li tikkritika xi ħaġa meta ma tkunx qrajtha sew. U ’kk ma tridx mar Brussell il-Bernie. U taf x’qalu li qal tan-NET? Li se jmur Brussell għax irid imexxi messaġġ b’saħħtu favur Malta. Aħħ! Jien nibża’ minnhom il-messaġġi ta’ dan fuq Malta. Qas jiswew kafè morr il-messaġġi ta’ dan l-għaref. Qal li se jmexxi l-każ ta’ Malta u r-reputazzjoni ta’ pajjiżna. What the Duck? X’każ hu ta’ Malta? Li għandna Oppożizzjoni defiċjenti? Li għandna kap tagħha li jfajjar bl-addoċċ mingħajr ma jara l-affarijiet sew? Kemm qiegħed sew dan l-ożberċ ukoll! Dan il-madre ta’ Grech qal li se jitkellem dwar pajjiżna b’mod pożittiv, għax qal li Malta hija ħafna aħjar minn kif qed tiġi deskritta fix-xena internazzjonali. Staqsi lil Metsola u dak il-Casa! Dawk jafu kif jiddeskrivu lil Malta fix-xena internazzjonali. Mhux hekk Sur Editur? Kollha mħabbtin ma’ ħajt dawn. U mbagħad il-favorit tiegħi. Jason Qabar ta’ Kristu Azzopardi. Ummi ma! Mela l-ewwel daħħal lill-Ministru tagħna fil-hold-up tal-Ejċ Ess Bi Si. Issa dil-ġimgħa fil-qorti qal, le ta, eks politiku kien kompliċi fil-hold-up tal-HSBC. Ċissss ħej! L-ewwel iħammeġ bil-goff imbagħad idoqq l-irtirata. Dan żgur ħabat rasu sew mat-tustiera tas-sodda tal-kamra tal-lukanda li mar fiha flok fuq il-qabar. U mbagħad tisma’ lill-Prim tagħna, Sur Editur. Paxxieni nisim għu jitkellem biex jirrispondi lill-Kap tagħhom. Anzi kien mode rat. Għax kieku jien kont naqlagħlu aktar. Mhux għax ma dam dmux ta! Prosit Prim. Ħallihom jgħiru għalik u għall-baġit li tajtna. Dik għoġbitni li għedt li għandna Oppożizzjoni tal-bieraħ! Jien bħala pensjonant infaħħrek żgur. Grazzi talli rġajt ħsibt fina. U n-neputi qallek grazzi wkoll taż-żieda fl-istipendju. U t-tifla ta’ ħija qaltlek grazzi għall-miżuri li hemm għall-koppji. U Melda tiegħi qaltek għall-erwieħ nhar it-Tlieta, għax ħelset sagħtejn minni u għamlithom fil-kwiet. Għad-dieħla!
22
24.10.2021
IT-TORRI TAL-AĦRAX FIL-MELLIEĦA It-Torri tal-Aħrax, imsejjaħ ukoll White Tower, Ta’ Ħoslien, D’Espinasse, Ta’ Eslien u Torre Bianca, inbena fl-1658 bi spiża ta’ 589 skud li ma kinux jinkludu l-ispejjeż tal-aperturi tal-injam. Strateġikament jinsab fuq l-għoljiet bejn Daħlet ix-Xmajjar u Daħlet ta’ Eslien (jew Ħoslien) li issa jissejjaħ Daħlet it-Torri. Il-plakka oriġinali biex tfakkar il-bini tat-torri għadha teżisti. L-Università ta’ Notabile ħallset għas-salarju tal-bumbardier u t-tliet suldati tal-milizzja lokali. Kien armat b’żewġ kanuni tal-bronż, erba’ musketti, 16-il balla tal-kanun, balal talmuskett u għaxart irtal (madwar 8kg) porvli. Dan hu tagħrif minn studju li sar mit-Tabib Stanley Farrugia Randon, Uffiċjal Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa. Minn CHARLES B. SPITERI
Semmejt il-plakka. X’hemm miktub fuqha? FRA DON MARTINO DE REDIN MAGNO S.R.H. MAGISTRO SEXTAM SPECVLAM PRO CARINARVM AC IN COLARVM TVRIORI STAT ILERIGENTI, MELITEN POPVLVS PRINCIPI SVO CLEMENTI PROVT F’CORDE, SIC FIL-GRILI L RIDE DEBITAS REDDEBAT. AN. 1658 Fuqha kien hemm l-arma tal-Gran Mastru iżda issa postha hu okkupat minn arma kbira sproporzjonata, li saret matul il-perjodu Ingliż. Jingħad li t-torri serva bħala residenza tas-sajf tal-Gvernatur Ingliż. It-torri mibni mill-Gran Mastru De Redin kien jikkonsisti f’żewġ sulari, il-pjan terran użat għall-ħażna tal-balal tal-kanuni u porvli, u s-sular ta’ fuq, li kien jintuża bħala postijiet fejn jgħixu l-kmandant tat-torri, tliet suldati u bumbardier. Is-saqaf tas-sular t’isfel hu sostnut minn tliet arkati, filwaqt li ta’ fuq għandu saqaf b’aktar arkati li jippermetti artillerija tqila ta’ żewġ kanuni. Hu għandu turretta f’kantuniera waħda u parapett mad-dawra kollha. Il-gwardjani kienu jitilgħu fis-sular ta’ fuq permezz ta’ sellum tal-ħabel u għall-bejt b’taraġ spirali tal-ġebel. Fil-pjan terran kienu jitilgħu b’sellum tal-ħabel jew skaluni tal-metall minn toqba fl-art. Madankollu l-ebda xhieda ta’ dan ma fadal. Il-ħajt ta’ barra hu mqaxxar sal-kurdun, u fin-naħa tal-Lvant tiegħu nsibu fdal ta’ fortifikazzjonijiet Medjevali li magħhom jidher li ntefgħu likwidi jaqbdu fuq l-attakkanti. U xi tgħidli fuq il-kamra li nbniet ħdejh?
Dik saret fl-1715 biex issaħħaħ it-torri, li kien protett aktar bil-bini ta’ ħitan b’toqob tal-muskett li minnhom baqa’ biss parti waħda. Dawn il-ħitan kienu għadhom jeżistu sal-1918 u pjan imħejji mill-Awtorità Navali f’dik is-sena juri l-għamla u l-pożizzjoni tal-ħajt. Foss li kien armat bi tmien kanuni, iżda mingħajr toqob għall-isparar, kompla jipproteġi s-sit kollu. Dan jidher f’mappa ta’ Don Felice Cutajar, datata 1833. Xi kemm swew il-kamra u l-batterija dak iż-żmien? Swew 544 skud, 11-il tari, 10 grani, u tliet żgħar. Dawn intefqu fuq il-ħitan tal-kontrokarpa, livellar tal-blat, xogħol ta’ tħaffir, trasport ta’ materjal, bini ta’ erba’ arkati tal-kamra, u ftuħ tal-feritori (li f’termini militari tfisser embrasuri jew toqob tal-muskett). F’rapport dwar il-kundizzjoni tad-difiżi kostali datat 11 ta’ Frar 1829, miktub mill-Kurunell George Whitmore, li mexxa l-Uffiċċju
Rjali tal-Inġiniera bejn l-1811 u l-1829, insibu li l-batterija kienet magħluqa b’ħajt b’toqob u dan jikkonferma li l-feritori msemmija fil-prezz tal-batterija kienu fil-fatt lakuni u mhux embrasuri fil-ħajt taz-zuntier tal-foss. Dan ifisser li l-kanun jintuża biex jispara barbette. Peress li l-batterija kienet mibnija fuq art għolja u l-ħajt taz-zuntier kien baxx, ma kien hemm l-ebda ħtieġa għal embrasuri biex il-kanun jimmira lejn flotta li tinvadi. Kienu jsiru xi spezzjonijiet lil dawn it-torrijiet? Fil-fatt insibu li wara l-aħbar li l-pesta kienet laqtet Messina lejn Ġunju 1743, il-Gran Mastru Pinto bagħat spetturi magħmulin minn erba’ ġurati (uffiċjali), wieħed mill-Università ta’ Notabile u wieħed minn kull Università tal-bliet tal-Belt Valletta, il-Birgu u l-Isla, biex jirrappurtaw fuq il-kundizzjonijiet tat-torrijiet kostali.
Sa dak iż-żmien kienu tilfu r-rwol militari tagħhom iżda assumew irwoli oħra daqstant importanti kontra l-kuntrabandu u biex iwaqqfu lil individwi milli jinżlu mingħajr permess, speċjalment għal raġunijiet ta’ sigurtà u sanitarji. Minn din l-ispezzjoni nafu li t-torri kien immexxi minn kmandant (torriero) li rċieva salarju ta’ żewġ skudi u sitt tari kull xahar; tliet suldati b’salarju ta’ żewġ skudi kull xahar u bumbardier li jaġixxi bħala rinforz. Huma tħallsu mill-Università ta’ Notabile u kienu taħt il-kmand tas-Senescalco fil-Belt. Ġie nnutat li t-torri ma ngħatax qanpiena u li l-bir kien madwar 30 pass bogħod (bir li jikkorrispondi għal din id-distanza għat-torri għadu jeżisti iżda hemm ukoll wieħed wara t-torri. Dan ifisser li l-bir wara t-torri nbena aktar tard, possibbilment matul il-perjodu Ingliż). It-torri kien f’kundizzjoni tajba u kien imbajjad ftit tal-ħin qabel l-ispezzjoni. It-torri kien armat b’żewġ ka-
nuni tal-bronż. B’kemm-il kanun setgħet kienet armata l-batterija? Fl-1770, kien hemm 10 kanuni tal-ħadid u ġie ssuġġerit li tlieta minnhom ikunu sostitwiti bi tliet kanuni oħra, flimkien mal-għodda meħtieġa biex jisparawhom. Ammont ta’ porvli nżamm fit-Torri l-Aħmar (it-Torri ta’ Santa Agata) f’każ ta’ bżonn. Fl-1800 il-Gżejjer Maltin waqgħu taħt il-ħakma Ingliża. Fl-1801 iffurmaw żewġ kumpaniji - l-Artillerija tal-Kosta tal-Milizzja Maltija u dawn kienu stazzjonati f’San Pawl ilBaħar u f’Marsaxlokk. Fl-1802 it-Trattat ta’ Amiens iddikjara li mill-inqas nofs il-gwarniġjon f’Malta kellu jikkonsisti fi truppi Maltin uffiċjalizzati mill-Maltin. Matul din is-sena l-Infanterija Maltija, il-Milizzja Maltija u l-Artillerija Kostali tal-Milizzja Maltija ġew organizzati mill-ġdid fil-Battaljuni Provinċjali Maltin, l-Artillerija Kostali ta’ Malta u l-Battaljun
23
24.10.2021 tal-Veterani Maltin. Wara l-Battalja ta’ Waterloo fl-1815, meta l-armata Franċiża taħt il-kmand ta’ Napuljun ġiet megħluba, il-Battaljuni Provinċjali Maltin, il-Malta Coast Artillery u l-Battaljun tal-Veterani Maltin ġew xolti u ġie ffurmat reġiment tal-infanterija msejjaħ The Royal Malta Fencible Regiment. Il-Logutenent Kurunell, il-Konti Francis Rivarola ġie fdat biex jgħolli r-reġiment. Sa miż-żmien li nbena u għadda f ’idejn l-Ingliżi, qatt ma kellu bżonn tiswijiet? F’Marzu 1828 il-Konti Rivarola rrapporta li t-Torri l-Abjad, li kien okkupat mir-Reġiment kien jeħtieġ attenzjoni, partikularment wara t-temp ħażin li laqat lill-gżejjer fix-xitwa. Interessanti wieħed jinnota li fir-rapport irrefera għat-torri bħala Tower Biancha. L-isem Taljan jista’ jfisser li t-torri kien jissejjaħ hekk anke matul il-perijodu tal-kavallieri u aktar tard kien imsejjaħ it-Torri l-Abjad. Rivarola rrapporta wkoll li t-torri kien jeħtieġ tikħil, xogħol ta’ mastrudaxxa, provvista ta’ siġġijiet, imwejjed u lampi taż-żejt. Minn meta bdew jonqsu l-karigi ta’ difiża minuri li kienu jeżistu sa minn żmien il-Kavallieri? Fl-1830 ittieħdet deċiżjoni mill-Uffiċċji Militari tad-Difiża tal-gżira biex dawn il-karigi jkunu ttrasferiti lill-Gvern Ċivili. Ħafna minnhom tilfu r-rwol militari tagħhom u kien ikkunsidrat li jiswa wisq biex jirrestawrawhom u jżommuhom. Il-biċċa l-kbira tal-batteriji u tar-ridotti ġew abbandunati, iżda ħafna torrijiet kostali kienu għadhom miżmumin taħt ir-responsabbiltà tal-awtoritajiet militari u kienu mgħassin mir-Roy-
al Malta Fencible Regiment, primarjament biex jissorveljaw kontra l-kuntrabandu u biex iwaqqfu lil xi ħadd milli jinżel mingħajr permess għal raġunijiet sanitarji u ta’ sigurtà. X’rabta nsibu bejn ir-Reġina u l-bdil ta’ isem Royal Malta Fencible Regiment? Bħala favur irjali, fl-1861, ir-Reġina Vitorja bidlet ir-Reġiment għal korp ta’ artillerija u għalhekk bidel ismu għal The Royal Malta Fencible Artillery. L-Artillerija baqgħet teżisti sal-1889. Sa dak iżżmien inbnew numru ta’ fortizzi bħall-Forti Delimara, il-Forti Leonardo, il-Forti Chambray, il-Forti Campbell, il-Forti Madliena u l-Forti Mosta waqt li l-postijiet difensivi iżgħar tilfu l-importanza tagħhom. Fil-mappa ta’ Don Felice Cutajar, li tagħtina l-ismijiet tat-torrijiet kostali, batteriji, ridotti u trunċieri, bil-kwantità ta’ pistoli li jinsabu fid-difiżi kostali, ninnutaw li t-torri kien għadu armat b’żewġ kanuni u l-batterija kellha tmien kanuni. Sal-1918, meta t-torri għadda lill-Awtorità Navali, hu kien għadu mħaddem mill-Awtorità Militari biex jipprevjeni l-kuntrabandu u l-iżbark illegali ta’ persuni mhux awtorizzati għal kwistjonijiet ta’ difiża u saħħa. Serva għal xi ħaġa oħra dan it-torri? Fil-15 ta’ Frar 1918, wara offerti li ntalbu mid-Direttur tal-Kuntratti, saret talba biex jingħata f’kera twila lill-Awtorità Navali. L-Awtorità talbet ukoll li jitpoġġa cable mal-baħar u li tinbena triq li twassal għat-Torri. It-trasferiment mill-Militari għall-Awtorità Navali sar b’termini ta’ encroachment peress li t-tor-
ri kellu jinbidel fi Stazzjon tal-Istrumenti Navali. Għalhekk, it-torri ġie trasferit u mibdul f’dan l-istazzjon. Inbena sular ieħor u żdiedu xi kmamar fuq il-bejt. Ħafna mill-ħitan imżerżqin u parti biss mill-ħajt tat-Tramuntana tħalliet. Il-ġebel tal-bqija tal-ħajt tat-Tramuntana kif ukoll il-ġebel tal-ħajt tan-Nofsinhar intużaw biex tinbena l-kamra fil-foss kif ukoll kamra żgħira wara t-torri. Kamra maġenb il-blokka li ma tidhirx fil-pjanta tal-1918 iżda tidher fi pjanta datata fl-1946 setgħet tinbena wkoll minn ġebel riċiklat. Iżda dawn iż-żewġ żidiet m’għadhomx jeżistu. Kif inbnew sewwasew it-torri u l-kamra tal-1715? Inbnew biswit xulxin matul il-perjodu tal-Kavallieri iżda baqgħu żewġ binjiet indipendenti. Il-fatt li r-rapport Whitmore isemmi l-ħtieġa ta’ sellum ta’ 22 pied, ifisser li l-uniku aċċess għat-torri mibni minn De Redin kien għadu mill-bieb li jwassal għas-sular ta’ fuq tat-torri. Madankollu, aktar tard, l-Awtorità Navali niffdet dawn iż-żewġ binjiet permezz ta’ passaġġ li ħalla l-binjiet separati u b’aċċess indipendenti. Saru xi talbiet minn Maltin biex jikru dan it-torri? F’Lulju 1922 talba minn ċittadin Malti biex jieħu t-torri u l-art kontigwa b’kera, ġiet rifjutata għax kienet għadha qed tintuża mill-Awtoritajiet Navali. Dak iż-żmien it-torri kien ‘f’manutenzjoni perfetta’. Fi żmien meta bosta mit-torrijiet tal-kosta ġew trasferiti lill-Gvern Ċivili, mikrija lil individwi privati, mibdulin fi kjoskijiet jew għases tal-pulizija, it-Torri l-Abjad kompla jaqdi r-rwol
militari tiegħu billi l-qagħda tiegħu kienet importanti wisq biex ikun abbandunat. Fil-bidu tat-Tieni Gwerra Dinjija, l-Awtorità Marittima ħadet il-kontroll tat-torri iżda ftit wara l-gwerra, is-sorijiet tal-Kunvent tal-Qalb ta’ Ġesù f’San Ġiljan u t-tfal li jattendu l-iskejjel tagħhom użaw it-torri regolarment. Fl-1951 is-sorijiet kellhom ukoll pjani biex jikru t-torri għal 99 sena u jissottomettu pjani għal numru ta’ titjib fl-istruttura tiegħu. Madankollu l-applikazzjoni ġiet irtirata mill-Madre Superjura fl1953. Aktar tard it-torri reġa’ nkera lil individwi differenti. Fis-snin 80 wieħed mill-inkwilini tiegħu, bena kamra illegalment biswit il-kamra l-antika u garaxx wara t-torri, li parzjalment qered il-ħajt imżerżaq li kien fadal. It-Torri kien abbandunat f’madwar l-2004 u f’Ġunju 2009 għadda lill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa. Nafu li dan it-torri għadda f ’idejn Din l-Art Ħelwa. Kif ġara dan?
rit rinfurzat, u soqfa tal-konkrit tal-kamra fil-foss kienu kollha żidiet matul il-perjodu Ingliż. Ġie deċiż li dawn il-karatteristiċi kollha jiġu kkonservati u restawrati billi jiffurmaw parti integrali mill-istorja tat-torri. Għandkom xi xogħlijiet ippjanati? Hemm il-waterproofing tal-istruttura kollha, xogħol tal-plumbing, elettriku u drenaġġ. Xogħlijiet ta’ toroq, tisbiħ u xogħlijiet ta’ tiswija fuq l-art tal-konkrit li jdawru t-torri ġew inklużi filproġett. Żewġ strutturi illegali li ntużaw bħala garaxx u maħżen kellhom jitwaqqgħu qabel ma nbdew xogħlijiet ta’ restawr. Il-ħitan u fuq ġewwa talfoss tal-madwar kienu mimlijin siġar, fosthom xi siġar tal-frott. Dawn saru biex joffru aktar privatezza lill-inkwilini tat-torri u żgur mhux għal raġunijiet militari u difensivi! Din l-Art Ħelwa kellha tapplika għand l-awtoritajiet rilevanti biex tnaddaf il-foss, li sofra ħsara mill-għeruq tassiġar. It-torri u strutturi relatati kienu skedati bħala Grad 1 mill-Awtorità tal-Ippjanar fl-1995 u għalhekk it-torri oriġinali kellu jiġi rrestawrat mingħajr ebda modifika. Din l-Art Ħelwa qed tuża l-post għal inizjattivi edukattivi u akkademiċi, faċilitajiet ta’ taħriġ fl-iskejjel jew iż-żgħażagħ, wirjiet, ċentru tal-għadis u studju tal-baħar, wirjiet artistiċi u animazzjoni, żjajjar iggwidati u lectures, funzjonijiet korporattivi u filantropiċi u fil-futur qrib, għall-akkomodazzjoni talwirt.
F’Novembru 2016, Din l-Art Ħelwa ngħatat il-proprjetà u l-art kontigwa b’self ta’ 10 snin għar-restawr, konservazzjoni u użu, mill-Kunsill Lokali. L-ewwel inizjattiva mill-assoċjazzjoni kienet is-sigurtà taz-zona. Partijiet mill-bini kienu qed jikkrollaw u l-post kien perikoluż ħafna. Il-ħadid kien issaddad u s-saqaf tal-kamra fil-foss iġġarraf. Il-ġebla tal-franka tal-korallina ta’ fuq, użata biex jinbena t-torri fl-1658 probabbilment inkisbet billi nqatgħet minn siti fil-viċinanza, kif muri mill-blat maqtugħ mill-garigue li jdur mat-torri. Travi tal-injam li jsostnu ċ-ċangaturi tal-franka Globiġerina (xorok), travi Il-pubbliku jkun jista’ jżur tal-azzar li jsostnu ċangaturi dan it-torri? tal-franka Globiġerina, konkFil-preżent qed jinfetaħ kull nhar ta’ Ħadd bejn l-10am u l-5pm fix-xhur tas-sajf sal-31 ta’ Ottubru, u mill-10am sal4pm minn Novembru sas-27 ta’ Marzu. Minn fejn takkwista l-fondi l-organizzazzjoni tagħkom?
L-armamenti li kien hemm fil-batterija fl-1770
Din l-Art Ħelwa tirrikonoxxi l-għajnuna finanzjarja mill-isponsor ewlieni, l-HSBC Malta Foundation u mill-isponsor korporattiv Atlas Insurance PCC Ltd, mill-Malta Community Chest Fund Foundation, mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Organizzazzjonijiet Volontarji, mill-Ministeru għall-Finanzi u Lotteriji Nazzjonali Fond għall-Kawżi Tajba u mill-Ministeru għall-Ambjent, Żvilupp Sostenibbli u Tibdil fil-Klima u mill-Awtorità Maltija għatTuriżmu.
26
24.10.2021
CHILDREN DREAMS
FESTA TA’ MĦABBA LEJN IT-TFAL FIŻ-ŻMIEN TAL-MILIED Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Wasal żmien il-Milied. Żmien sabiħ għal bosta imma daqstant ieħor żmien iebes għal oħrajn. Kemm huwa sabiħ li naħsbu f ’xulxin; mhux biss f ’dan iż-żmien imma f ’dan il-perjodu, iżjed b’mod partikolari. Żgur li smajtu biċ-Children Dreams! Tkellimna ma’ Remenda Grech, Direttur għall-Kura Alternattiva fid-Direttorat tat-tfal u ż-żgħażagħ fi ħdan l-FSWS. Kif bdiet l-idea taċ-Children dreams? X’inhu l-irwol tiegħek fi ħdan l-FSWS? Children Dreams Malta beda fl-2012 meta s-sinjura Lina Pecorella mill-Goodwill Ambassadors Foundation, kienet avviċinatni u proponiet li din l-inizjattiva tinbeda f ’Malta. Niftakar li dak iż-żmien kont naħdem fis-servizz tal-Komunità talFSWS ġewwa l-Kottonera u konna bdejna b’100 ħolma ta’ tfal li konna nsegwu. Kien ta’ sodisfazzjoni kbir meta rajna li dawn il-100 ħolma kienu twettqu b’mod immedjat u minn hemmhekk flimkien mal-FSWS ittieħdet id-deċiżjoni li mis-sena ta’ wara din l-inizjattiva tinfetaħ għas-servizzi kollha fi ħdan l-FSWS. L-FSWS tiġbor fi ħdanha diversi aġenziji u direttorati, li jinkludu l-Aġenzija Sedqa, l-Aġenzija tal-Komunità u Prattika Terapewtika, id-Direttorat Protezzjoni Minuri, l-Aġenzija Appoġġ u d-Direttorat Kura Alternattiva. Dan jagħmel lill-Fondazzjoni minn ta’ quddiem fl-għoti tas-servizzi soċjali, servizzi li matul iż-żmien speċjalizzaw fid-diversi setturi tagħhom u llum il-ġurnata jħaddnu fost l-aqwa prattiċi ġewwa Malta. Għaliex tħossu li hawn ħtieġa ta’ attività bħal din fuq skala nazzjonali? Fiż-żminijiet tal-lum huma l-maġġoranza tat-tfal li huma mdawrin b’familja li tħobbhom u li tinsab f ’pożizzjoni li taqsam magħhom il-ferħ
tal-Milied permezz ta’ rigali materjali. Però, kull soċjetà jkollha sitwazzjonijiet ta’ minuri li minkejja li jkollhom ħafna mħabba, mhux neċessarjament ikollhom il-mezzi finanzjarji sabiex iferrħu lil uliedhom fiż-żmien tant għażiż tal-Milied. L-FSWS taħdem ma’ dawn il-familji sabiex tassigura mhux biss li jkollhom il-ħtiġijiet bażiċi iżda li jkollhom biżżejjed għodda sabiex ikunu jistgħu jsostnu lilhom infushom. B’hekk qed naraw iktar nisa li qed jidħlu fid-dinja tax-xogħol, grazzi wkoll għall-iskemi bħall-Inwork Benefit li jagħmluha iktar faċli sabiex dan isir. Madanakollu, dejjem jifdal sitwazzjonijiet ta’ tfal li m’għandhomx familjari li jistgħu jferħħuhom, oħrajn li jgħixu f ’kura alternattiva u oħrajn li minkejja li jgħixu mal-familja, m’għandhomx il-mezzi li jkollhom rigal fil-Milied. B’hekk, l-FSWS filwaqt li
tagħmel ħidma matul is-sena kollha ma’ dawn il-familja, tieħu sehem f ’din l-inizjattiva sabiex tara li minuri f ’sitwazzjonijiet vulnerabbli, ikollhom huma wkoll ftit mumenti ta’ ferħ fi żmien il-Milied. Kemm jikkonkorru n-nies?
ħolma ta’ tfal f ’sitwazzjonijiet varji. Kull ħolma dejjem ġiet pleġġjata u finalment anke mwettqa mill-varji sponsors u l-pubbliku inġenerali li ta’ kull sena jikkonkorri bi ħġaru għal din l-inizjattiva.
Kif irnexxielkom tagħmluha xorta anke fi żmien Dawn l-aħħar snin, dejjem il-pandemija? Is-suċċess kien hemm madwar 2,000 tagħha anke f ’dan iż-żmien,
xi jfisser għalikom? Tara messaġġ ta’ tama warajh? Is-sena l-oħra kienet l-ewwel sena li konna qed norganizzaw din l-inizjattiva proprju f ’pandemija. Però kienet tassew sena rekord għaliex f ’temp ta’ għaxart ijiem ilħolm kollu kien ġie pleġġjat. Dan huwa sinjal, l-ewwel nett li l-FSWS tgawdi l-fiduċja tal-pubbliku kif ukoll l-altru-
Però kull soċjetà jkollha sitwazzjonijiet ta’ minuri li minkejja li jkollhom ħafna mħabba, mhux neċessarjament ikollhom il-mezzi finanzjarji sabiex iferrħu lil uliedhom fiż-żmien tant għażiż tal-Milied
27
08.11.2020 24.10.2021
wiżmu tal-pubbliku inġener- hem l-għafsa ta’ qalb li jħosali li ta’ kull sena jikkonkorri su t-tfal li mhux neċessarjabi ħġaru għal din l-attività. ment ikunu għaddew minn l-istess esperjenzi pożittivi. X’qed tistennew din is-sena? Għaldaqstant huwa fid-dover tagħna wkoll li nkunu Bla dubju din is-sena ser sensittivi lejn it-tfal tagħna tkun sena oħra ta’ suċċess u filwaqt li huma għandhom hekk kif diversi persuni diġà id-dritt li jgawdu minn dak li qed jagħmlu kuntatt magħ- l-familja kapaċi tipprovdilna u jistennew li huma wkoll hom, għandhom ikunu senjagħtu l-kontribut tagħhom. sittivi lejn realtajiet varji u Ikollna wkoll diversi kump- nnisslu fihom ukoll sens ta’ anji li flimkien bħala imp- altruwiżmu li għandu jkollna jegati jwettqu l-ħolm ta’ di- lejn realtajiet diffiċli. versi tfal, anke bħala parti mill-Corporate Responsibili- Messaġġ u appell ty tagħhom. mingħandek. Xi jkunu l-iżjed ħtiġiet tat-tfal minn sena għal oħra? U kif jilqgħu dawn ir-rigali? Ħafna drabi jkun ħolm bażiku bħal ġugarelli, l-esperjenza li jixtru ħwejjeġ għalihom, li jmorru ġo restorant mal-familja u apparat li jaf jgħinhom fl-iskola bħal laptops. Ta’ kull sena nkunu impattati mill-ferħ ġenwin espress minn dawn it-tfal meta jingħatalhom ir-rigal. Ferħ li diffiċli biex wieħed jesprimih, u li jidher fl-għajnejn jiddu meta jiftħu r-rigal u jkunu jafu li dak huwa rigal esklussivament għalihom. Temmen li f ’Malta hawn għarfien biżżejjed dwar kif mhux kulħadd ikollu l-istess festi? Lil fejn miexja s-soċjetà li qed ngħixu fiha? Naħseb li kampanji bħal tagħna jwasslu messaġġ importanti li mhux kulħadd jgħix bl-istess mod. Finalment ma ninsewx li dawn ittfal ipoġġu fuq l-istess bank tal-iskola ma’ tfal oħra u nif-
Nappella lil kulħadd sabiex iżur is-sit tagħna www.childrendreams.org u hemmhekk, min jogħġbu, nistiednu li jagħżel ħolma ta’ tifel jew tifla li jixtieq li jwettaq. Kull min huwa interessat, għandu jagħfas fuq il-ħolma li jagħżel, iħalli d-dettalji tiegħu u fil-mument li jħalli dawn id-dettalji, dik il-ħolma tisparixxi minn fuq il-website u tkun kompletament f ’idejn il-persuna li tixtri r-rigal u jwasslu ġewwa l-uffiċini tagħna fil-Mosta. Nappella li kull min iħalli d-dettalji verament iwassal ir-rigali fil-ħin għaliex tkun għafsa ta’ qalb jekk xi rigal ma jilħaqx jasal fil-ħin qabel il-Milied. Finalment nirringrazzja lil dawk il-mijiet ta’ sponsors li ta’ kull sena jagħmlu att verament karitattiv permezz tal-ġest tagħhom u nilqa’ lil dawk id-diversi persuni li ser ikunu qed jingħaqdu f ’din l-inizjattiva għall-ewwel darba. Żgur li l-ġest tagħhom ikun ferm apprezzat mill-minuri li naħdmu magħhom.
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
28
24.10.2021
MARK ANDREW TABONE
ĦOLOQ IL-KARATTRU TA’ MARKU THE MALTESE FROM GOZO Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Minn dejjem ħadt gost nintervista u nsir naf personalitajiet Maltin li jgħixu barra minn xtutna. Din id-darba, sirt naf b’artist li għamel xi żmien jgħix f’Għawdex, iżda dan l-aħħar snin qed jgħix fl-Awstralja. Ma marx jgħix għatba ’l bogħod, iżda ’l bogħod ħafna bħal xi Maltin oħra li għażlu din l-istess triq. Grazzi għat-teknoloġija moderna tal-lum, għamilt kuntatt miegħu bl-internet, u nista’ ngħid li fi ftit minuti bagħatli lura, allavolja l-ħinijiet ta’ Malta u tal-Awstralja jvarjaw sewwa. F’kemm ili ngħid, aċċetta din l-istedina b’idu miftuħa u ssetiljajna ġurnata u ħin sabiex din l-intervista tkun possibbli. Qed nirreferi għall-artist Mark Andrew Tabone. Għandu 55 sena, u jgħix f’Sunshine Queensland, fl-Awstralja. Jaħdem full-time bħala artist, kantant u attur. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna easy-going. Huwa litteralment persuna tal-poplu. Għal 20 sena sħaħ kien jagħmel ix-xagħar tan-nies, filwaqt li llum il-ġurnata jieħu
gost jinterpreta l-karattru interessanti u simpatiku li ħoloq huwa stess ta’ Marku the Maltese from Gozo. L-interess tiegħu fir-reċtar, fil-kant u li jinterpreta diversi karattri nibet minn mindu kien għadu tifel ċkejken. Illum jinterpreta ħafna rwoli fil-qasam tal-entertainment. Huwa attur, jikteb il-mużika, Elvis performer u missier ta’ erba’ wlied. “Ili nagħmilha ta’ Elvis għal dawn l-aħħar 25 sena. Qabel ma bdiet il-Covid kont
ninterpretah madwar erba’ jew ħames darbiet f’ġimgħa. Illum il-ġurnata għadni għaddej b’mod regolari wkoll. Nieħu gost ħafna nagħmel dan ix-xogħol, speċjalment meta nara konkorrenza qawwija u nies li jħobbu jipparteċipaw,” beda jgħidli dwaru.
hawn Malta, u Mark Andrew mar jgħix f’Għawdex fis-sena 1975. Kien jattendi l-iskola primarja tan-Nadur, kif ukoll is-Seminarju. B’hekk qatta diversi snin tajba jgħix f’Għawdex u żgur li lil Malta ħadha miegħu f’qalbu fl-Awstralja. Ridt inkun naf bil-konnessjoni tiegħu ma’ Malta. Trabba u għex tfulitu “Missieri mwieled in-Nadur f ’Għawdex Għawdex, u ommi mwielda Birżebbuġa Malta. Ommha Fatt interessanti dwaru huwa kienet tiġi l-kuġina prima ta’ li l-ġenituri tiegħu twieldu missieri. Meta mietet ommi
Ili nagħmilha ta’ Elvis għal dawn l-aħħar 25 sena. Qabel ma bdiet il-Covid kont ninterpretah madwar erba’ jew ħames darbiet f’ġimgħa. Illum il-ġurnata għadni għaddej b’mod regolari wkoll. Nieħu gost ħafna nagħmel dan ix-xogħol, speċjalment meta nara konkorrenza qawwija u nies li jħobbu jipparteċipaw
fis-sena 1974, kont inżilt Malta u domt sas-sena 1983, u tlajt lura l-Awstralja flimkien ma’ ħija l-kbir.” Mark Andrew iħobb iżur lil Malta. Fil-fatt, ġie vaganzi f’Malta fis-snin 1988, 1994, 1998, 2001, 2010, 2011, 2016 u 2018, Fatt interessanti dwar Mark Andrew huwa li dan l-aħħar beda jinterpreta l-karattru li ħoloq huwa stess ta’ Marku the Maltese from Gozo. “Marku huwa l-verżjoni vera tiegħi nnifsi. Kont bdejt dan il-karattru sabiex nippromwovi Festival Malti fl-Awstralja fi Frar 2020. Marku huwa nannu, missier li jittrasmetti messaġġi pożittivi u tad-daħq u li jħobb iżomm it-tradizzjonijiet ħajja. Tant hu hekk li jippromwovi l-lingwa Maltija u jittama li l-ġenerazzjoni żagħżugħa tibqa’ ġġorr din it-tradizzjoni,” stqarr miegħi. Jilqa’ diversi opportunitajiet ġodda Malli mar lura l-Awstralja fis-sena 1983, Mark Andrew deher fuq disa’ networks tal-
08.11.2020 24.10.2021
29
SKEDA ONE Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 23:30
ONE Sports & Temp ONE News Primetime The Romans ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved X’Taf X’qed Jgħidu The Big Step Country Jamboree ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00
15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp
ERBGĦA 19:30 ONE News 27-10 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:15 Ondroad 22:45 Mill-Chcina ta’ Dari 23:30 ONE News
06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30
Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza
19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30
Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reebot ONE News
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00
15:30 15:35 15:50 16:00 16:20 16:50 17:20 17:30 18:30 19:15
ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Filler Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari
19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30
ONE Sports & Temp ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News
06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:15 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:05 The Local Traveller 10:50 Dak Li Jgħodd
11:30 11:58 12:30 12:35 13:00 14:15 15:30 15:35 16:30
What’s Cooking Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Mqades l-Istorja ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:35 23:30
Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News
06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30 11:25
11:55 12:30 12:35 13:05 13:30 15:30 15:35 16:30 17:00 18:00
Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Telebejgħ Ondroad Arani Issa ONE News Arani Issa Country Jamboree Mqades l-istorja L-Argument
19:20 One Sport 31-10 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:30 Min Imissu?! 22:50 The Local Traveller 23:30 ONE News
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up
TLIETA 26-10
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
ĦAMIS 28-10
ent show ‘New Faces’, fejn infetħulu diversi opportunitajiet. Bħala attur ħa sehem f’diversi produzzjonijiet bħas-sensiela popolari Neighbours. Għamel xi reklami għat-televixin ukoll. Barra minn hekk, Mark Andrew huwa ffukat ħafna fejn tidħol teknika tar-reċtar u jkun għal qalbu wisq meta jkun quddiem il-kamera waqt xi filming. L-istudji ta’ snin twal sabiex seta’ jasal sa fejn wasal illum il-ġurnata wassluh sabiex ikollu sehem ukoll fuq TV shows Awstraljani bħal Blue Heelers, Rush, Secret Life of Us u anke kellu sehem f’film hekk imsejjaħ Horseplay. Fis-sena 1998, nieda Elvis Leave His Mark u llum il-ġurnata huwa wieħed mill-aqwa Tribute Shows minn madwar id-dinja, fejn spiċċa jokkupa l-ħames post mid-dinja kollha ġewwa Memphis fis-sena 2002. “Ridt li noħroġ lil Elvis b’saħħtu u rnexxa għax kont ġejt irrakkomandat sabiex nipparteċipa waqt
festival fl-Awstralja. Kont ukoll ġejt mistieden fuq diversi programmi televiżivi Maltin. Spiċċajt ukoll inkanta fil-Kanada waqt festival hemm, fejn irnexxieli nakkwista kuntatti ġodda oħra minn hemmhekk u l-lista ta’ kuntatti ma waqfet qatt. Għal dawn l-aħħar snin, Mark Andrew kien ġie mistieden għal erba’ snin infila għal The Parkes Elvis Festival, fejn kien jinterpreta diversi kanzunetti mill-verżjonijiet li ħoloq għal Elvis Leaves His Mark. “Suċċess kbir għalija li sena wara sena kont inkun mistieden nerġa’ nipparteċipa.” Lejn l-aħħar tal-intervista, Mark Andrew ħalla messaġġ għall-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta. “‘Follow That Dream’ hija waħda mill-aktar kanzunetti t’Elvis sbieħ. U hekk għamilt jien stess, u int li qed taqra din l-intervista tista’ tagħmel l-istess – kulma trid tagħmel huwa li temmen fik innifsek,” temm jgħid Mark Andrew.
TNEJN 25-10
13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15
06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35
ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita
SIBT 30-10
ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Sabiħa l-Ħajja
ĠIMGĦA 29-10
ĦADD
30
24.10.2021
‘THE OTHER BATON ROUGE KILLER’ Sean Vincent Gillis jiddeskrivi lilu nnifsu bħala raġel ħażin Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
IL-KANAL FEJN INSTAB IL-KATAVRU TA’ DONNA BENNETT JOHNSTON Sean Vincent Gillis huwa qattiel tal-massa, stupratur, kannibalu u nekrofili. Gillis kien isus wara n-nisa, jaħtafhom, jistuprahom u wara li joqtolhom kien ibiċċirhom. B’kollox qatel tmien nisa minn Louisiana bejn l-1994 u l-2004. Il-vittmi kollha sabhom mill-Baton Rouge Metro u l-madwar. Gillis ġie arrestat fid-29 ta’ April tal-2004 mixli bi tliet akkużi ta’ qtil tal-ewwel grad u tliet akkużi ta’ atti ritwali. Il-vittmi kienu Katherine Hall ta’ 29 sena, Johnnie Mae Williams ta’ 45 sena u Donna Bennett Johnston ta’ 43 sena. Gillis mhux talli ammetta għal dawn it-tliet delitti, iżda wkoll ammetta li qatel ħames nisa oħra.
billi qalet li binha huwa l-iktar persuna li tħobb fid-dinja. Ir-rekord kriminali ta’ Gillis beda meta kellu biss 17-il sena. Għall-bidu beda b’affarijiet żgħar iżda mbagħad dawn l-offiżi nbidlu għal ċitazzjonijiet tat-traffiku, pussess tal-ħaxixa u anka wera nuqqas ta’ rispett fil-qrati. Id-delitti
Place. F’Mejju tal-1999, Gillis beda jsus wara mara li kien raha tiġri fin-Nofsinhar ta’ Baton Rouge. Hu għamel tliet ġimgħat jistenna biex jerġa’ jaraha iżda kien kollu ta’ xejn. Fit-30 ta’ Mejju tal-1999, għall-ħabta tal-5.30 a.m., Gillis ra lil Hardee Schmidt ta’ 52 sena tiġri f’Quail Run Drive. Gillis qal li taha daqqa ta’ karozza, niżel, għamlilha wire ma’ għonqha u ġegħelha tidħol fil-karozza. Wara saq lejn ġnien pubbliku, stupraha, qatilha u poġġa l-katavru tagħha fil-bagoll tal-karozza tiegħu, tal-għamla Chevy Cavalier. Il-katavru tagħha nstab bla ħwejjeġ wara jumejn f’għadira f’St James Parish. Gillis għamel ħames snin oħra joqtol u l-aħħar vittma tiegħu kienet Donna Bennett Johnston ta’ 43 sena. Fi Frar tal-2004, Bennett Johnston
ġiet stuprata u fgata b’ċinturin tal-plastik. Wara li qatilha, hu biċċrilha ġisimha. Il-katavru tagħha nstab fis-27 ta’ Frar tal-istess sena f’kanal taddrenaġġ ħdejn Triq Ben Hur, qrib il-Louisiana State University.
L-arrest Gillis qal li beda joqtol għax kien ikun anzjuż. Hu ammetta Waqt l-arrest ta’ Gillis, il-publ-ewwel qtil tiegħu wara li ġie lizija kienu qegħdin ifittxu tliet arrestat. Gillis irrakkonta kif qattiela li kienu qegħdin isegwu daħal għand Ann Bryan ta’ 81 u joqtlu n-nisa f’Baton Rouge. sena fl-1994. Qal li daħal għandWieħed minnhom ġie arrestat ha bl-intenzjoni li jistupraha iżda l-pulizija ma bdewx jaraw iżda nħasad bl-għajjat tagħha xebh bejn id-delitti li wettaq u u spiċċa biex ħanxrilha għond-delitti mhux solvuti ta’ vittmi qha. Apparti dan, hu taha 50 Min kien Sean Vincent Gillis nisa. Fil-fatt, il-pulizija bdew daqqa b’oġġett bil-ponta. Gillis jiġbru evidenza kemm jistgħu Sean Vincent Gillis twieled ħalla l-ġisem bla ħajja ta’ Brybiex jakkużaw lil Gillis b’ċerti fl-24 ta’ Ġunju tal-1962 f’Ba- an fil-kamra tagħha f’St James ton Rouge u trabba fin-Nofsinhar ta’ Louisiana. Wara ftit mit-twelid tiegħu, missieru, Norman Gillis, abbandunah u spiċċat trabbih ommu, Yvonne Gillis, bl-għajnuna tal-ġenituri tagħha. Hekk kif beda jitfarfar, l-imġiba ta’ Gillis bdiet tiggrava hekk kif beda jkun vjolenti u mimli rabja. Waħda mill-ġirien irrakkontat kif darba semgħet tisbit kbir fit-3.00 a.m. u xħin ħarġet tittawwal rat lil Gillis jagħti fuq il-bramel taż-żibel. Waqt il-ġuri tiegħu fl-2004 b’rabta mal-qtil ta’ Donna Bennett Johnston, ommu Yvonne xehdet favur binha u qalet li binha minn dejjem kien bravu TLIETA MILL-VITTMI. MIX-XELLUG GĦAL-LEMIN - DONNA BENNETT u bil-għaqal. Saħqet li fil-fatt JOHNSTON, JOHNNIE MAE WILLIAMS U ANN BRYAN kienet issejjaħlu l-anġlu b’għajnejn żoroq tagħha. Għalqet
omiċidji li ma kinux solvuti. Il-pulizija sabu 45 ritratt fuq il-kompjuter ta’ Gillis li rabtuh mad-delitti fosthom tal-ġisem imbiċċer ta’ Johnston, il-katavru tagħha fil-bagoll tal-karozza tiegħu u ta’ vittmi oħrajn. Apparti r-ritratti, il-pulizija sabu wkoll fdalijiet ta’ ċerti vittmi f’daru li kien żammhom bħala ‘tifkira’ ta’ dak li wettaq. Mill-evidenza kollha li ġabru, il-pulizija waslu għall-konklużjoni li Gillis qatel tmien nisa b’kollox. Gillis ammetta li qatel lil Ann Bryan ta’ 81 sena, Katherine Ann Hall ta’ 29 sena, Hardee Schmidt ta’ 52 sena, Joyce Williams ta’ 36 sena, Lilian Robsinon ta’ 52 sena, Marilyn Nevils ta’ 38 sena, Johnnie Mae Williams ta’ 45 sena u Donna Bennett Johnston ta’ 43 sena. Waqt li kien qiegħed jistenna l-ġuri, ħabiba ta’ Johnston bagħtitlu xi ittri u hu weġibha lura. Fl-ittri, Gillis kiteb li kien jiddispjaċih ta’ dak li għamel, speċjalment it-tbiċċir tal-katavri. Fl-ittra stqarr li huwa kien raġel ħażin u li xi kultant lanqas kien jaf għalfejn qatel. Dawn l-ittri ntużaw waqt il-ġuri kontrih. Minkejja li ammetta li qatel tmien nisa, Gillis tressaq il-qorti mixli bil-qtil ta’ Katherine Hall, Johnnie Mae Williams u Donna Bennett Johnston biss. Fil-21 ta’ Lulju tal-2008, hu nstab ħati u weħel għomru l-ħabs. Gillis qiegħed jiskonta s-sentenza tiegħu fil-Louisiana State Penitentiary.
32
24.10.2021
reċensjoni tal-ktieb
L-INKJESTA L-inkompetenza konjugali tan-Nutar Anton Cini wasslitu jmur għall-kura għand sessologu wara li martu kellha iben mingħand ħaddieħor. Din ħalliet il-frott mixtieq bi tliet ulied oħra. L-iskop tan-Nutar Cini kien pjan tabilħaqq imxajtan b’vendikazzjoni minn martu Ġuditta talli kienet ittradietu. L-artist famuż Albert Cini, il-wild illeġittimu, jiltaqa’ ma’ kantanta famuża li ssir tħobbu bi mħabba sinċiera. Imma Albert ħaseb ħażin fuqha billi kemm-il darba resqu nisa oħra lejh għall-flus u xejn aktar! Tant kiddu dan il-ħsieb lil Albert, li wasal biex jiżżewwiġha biex jagħmel vendikazzjoni minnha bi tpattija lin-nisa kollha li kienu jieħdu vantaġġ minnu. Wara li jwettaq il-pjan malinn tiegħu, Anton jispiċċa biex ineħħi ruħu b’idejh. Ħuh Lino, avukat l-Ingilterra, jiġi lura Malta biex jiftaħ inkjesta fuq il-każ biex inaddaf isem il-familja nobbli tagħhom wara li ma aċċettax il-verdett tal-Qorti. X’jiġri minn mart Albert u kif tibqa’ wara dan kollu? U Lino jirnexxilu jnaddaf isem il-familja?
Mistoqsija: Min jiġi lura Malta? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-INKJESTA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 31 ta’ Ottubru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb META R-RUĦ TINTBILL FID-DEHEB hija:
N. BONNICI - ŻEJTUN
02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Il-Gvern kemm ħabbar li se tkun iż-żieda tal-pensjonanti għas-sena d-dieħla?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
34
24.10.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
35
24.10.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 403
C. VELLA - MARSAXLOKK
Bi 3 NUMRI 913 120 948 169 187 B’4 NUMRI 306 0178 406 0762 434 1105 591 1120 607 1618 618 1859 773 2175 869 2226 873 2652
2679 2801 2808 2916 2948 3125 3421 3605 3819 3822 3834 4276 4538
4676 4810 5512 6231 6688 6727 6853 7139 7169 7392 7907 8642 9259
9658 B’5 NUMRI 03466 04654 08737 09162 15714 16000 18285 22663 29181 41286
47646 60737 61162 62166 62663 63006 68810 70177 70588 72820 78572 84755
B’6 NUMRI 129631 308813 587404 626407 658828 783308 806714 814812 B’7 NUMRI 2284171 2316713
MIMDUDIN: 12. Frott (6) 1. Kejl tal-antik (5) 16,21W. Mhux komuni (6) 4. Ġebel? (4) 18. Anno Domini (1,1) 7,9. Inżommu 19. ...... Culpa (3) l-għasafar fiha (5)20. Tkun fil-kannoli (5) 23. 10,23. Waqa’ totalment (10) 21. Riklam li ġieli 24.
jidher fuq ilflokkijiet tat- timijiet tal-futbol (1,1,1) Ara 10 Kunjom (5)
WEQFIN: 6,11. 1. Kompli l-qawl: 8. Frar ..... lil kulħadd id-dar (6) 11. 2,5. Bini tal-PL 12,17. f’Bormla (6) 3. Aldo Gonzalez 13. Inglott (1,1,1) 14. 5. Ara 2
Il-kapitali Franċiża (6) Ara 12 wieqfa Ara 16 Talba għall-għajnuna (1,1,1)
Traskuraġni (5) Tista’ tkun ta’ xi sports (9) Ara 6 Ma tiħux gost jekk tmissek fil-baħar (5) Jaħraq (3) Isem (6)
15. 17. 21. 22.
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Froġa, 4.Xjuħ, 7,21M.Stivi, 9,11. Żatat, 10.Sammar, 12.Studja, 16.Att, 19.Tut, 20.Fatat, 24.Widna.
WEQFIN: 1.Fażola, 2.Ort, 3.Ass, 5.Jum, 6,18. Ħarta, 8.Taddattaw, 12,13.Stuta, 14.Attard, 15.Stanga, 17,23.Tivvota, 21.IAV, 22.Int
36
24.10.2021
KLIEM TAL-FOMM, AZZJONI TAL-QALB Editorjal
Il-miżuri li wasslu għaċ-ċirkostanzi tal-lum u l-qagħda pożittiva li ninsabu fiha wkoll kienu b’sehem ineżistenti mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li bil-maqlub għamlet ħilitha biex tfixkel. Dan jafu kulħadd
Ir-reazzjonijiet politiċi għallBaġit 2022 mill-Kap tal-Oppo żizzjoni Bernard Grech u l-Prim Ministru Robert Abela kienu l-attrazzjoni din il-ġimgħa, anke għax ġabru fl-istess ħin il-viżjonijiet taż-żewġ partiti bl-akbar rappreżentanza elettorali. F’żewġ messaġġi ta’ madwar sagħtejn kull wieħed fl-ogħla istituzzjoni ħarġet kristall id-differenza bejn dak li wassal il-Kap Nazzjonalista, li ma kien xejn inqas minn manifest elettorali bl-istess retorika ta’ wegħdi fiergħa tal-passat, u l-viżjoni ħolistika ’l quddiem mibnija fuq dak li nkiseb fl-aħħar snin u li tista’ tmexxi lill-pajjiż u l-poplu għal aktar suċċessi, kif indikata mill-Mexxej Laburista. Din id-diskrepanza netta kienet dovuta għal ħafna raġu nijiet. Mhux biss jekk meta tanalizza d-diskorsi teħodhom għalihom infushom u tqis fatturi bħal-lingwaġġ użat u l-konvinzjoni tal-kliem u mill-kliem, imma anke jekk bi ftit għarfien u esperjenza tevalwa r-rekords rispettivi taż-żewġ mex xejja f’din is-sena jew ftit aktar
kemm ilhom fil-pożizzjonijiet rispettivi u anke l-kredibbiltà tagħhom u tal-partiti tagħhom. Oċeani ’l bogħod! Minbarra li ħadd jew ftit se jibilgħu l-lixka li l-PN jew Grech huma ġenwini meta jibdlu t-ton biex jidhru u jinstemgħu xi ftit inqas negattivi, wisq inqas se jeħduhom bis-serjetà meta dawn jisparaw wegħdi ’l hawn u ’l hinn biex jiġbru ġieħhom fl-istatistiċi tal-istħarriġ tal-opinjoni pubblika u jipprovaw jattiraw sezzjonijiet tal-poplu li forsi wkoll huma mdarrsin mill-esperjenza ta’ amministrazzjonijiet Nazzjonalisti. Fil-fatt, kien evidenti li Grech ma tax piż lil ħsibijietu u lanqas lil diskorsu, għax kieku żgur ma kienx jaqa’ fil-bassezzi li niżel fihom. Wisq inqas ikkontempla fit-tfassil tal-wegħdi grotteski li bihom għoġbu jżejjen ir-replika tiegħu. Bi ftit riflessjoni kemm minnu kif ukoll mill-istrateġisti tiegħu kienu malajr jintebħu li dawn ma kinux se jinżlu minn griżmejn il-poplu. Minbarra hekk, il-kliem ulterjuri minn fomm Grech, li se jmexxi barra minn xtutna
messaġġi b’saħħithom favur Malta u messaġġi favur il-mod pożittiv kif pajjiżna mexa matul il-pandemija, ma jistgħux jekk mhux jittieħdu b’sarkażmu mill-maġġoranza tal-poplu, inklużi Nazzjonalisti sinċieri. Mhux għax dak l-istess kliem mhux mixtieq, imma li ġej millKap tal-PN hu biss daħqa filwiċċ għal kulħadd li hu konxju biżżejjed u żżejjed tal-ħsara li xtaq u għamel hu stess jew l-esponenti ewlenin tal-Partit tiegħu, ukoll bil-barka tiegħu stess. Kif ngħidu l-azzjonijiet jis wew u jgħidu iżjed mid-diskors. Kien għalhekk li l-messaġġ pożittiv tal-Prim Ministru u Mexxej Laburista mess aktar il-ħajja u l-għajxien tal-poplu inġenerali. F’diskors mill-aktar realis tiku, Abela għafas fuq l-esper jenza tal-aħħar xhur u kif, minkejja l-agħar pandemija li ffaċċjat id-dinja fi 80 sena, xorta ksibna riżultati mill-iżjed pożittivi, bħall-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja u wieħed mill-aħjar irkupri fl-ekonomija fid-dinja, kontra kull tbassir
tal-esperti fil-bidu tas-sena l-oħra. Dan kollu ma seħħx b’kumbinazzjoni u huwa biss il-frott tal-għaqal tal-Gvern u l-ispalla soda li dan sab fil-ħaddiema, il-familji u n-negozji Maltin u Għawdxin li tawh l-appoġġ sħiħ tagħhom. Il-miżuri li wasslu għaċċirkostanzi tal-lum u l-qagħda pożittiva li ninsabu fiha, għalkollox differenti minn dik ta’ ħafna pajjiżi oħrajn, ukoll kienu b’sehem ineżistenti millOppożizzjoni Nazzjonalista, li bil-maqlub għamlet ħilitha biex tfixkel. Dan jafu kulħadd. L-istess storja kienet riflessa wkoll fl-aħħar tmien snin. L-uniċi li ma jistgħux jieħdu kredtu għar-riżultati impressjonanti li tejbu l-ħajja u l-għaj xien ta’ ġensna f’dan il-perjodu huma l-PN u t-tliet kapijiet li mexxewh mill-2013 lil hawn. Minkejja dan, il-Partit Labu rista xorta se jibqa’ jmexxi mill-Gvern b’din l-azzjoni li ġejja mill-qalb, għax, kif wera diġà, dan huwa Gvern tan-nies u għan-nies. Mhux bil-paroli, imma bil-fatti.