KullĦadd_24.11.2019

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 24 ta’ Novembru, 2019

Ħarġa Nru 1,376

Prezz €1

QED ISSIR L-IKBAR INVESTIGAZZJONI FL-ISTORJA TA’ MALTA Il-Pulizija qed tmexxi dik li mkejjen fil-Kwartieri Ġenerali tal-Korp tal-Pulizija fissru bħala l-ikbar investigazzjoni kriminali fl-istorja ta’ pajjiżna. Fl-aħħar sigħat intensifika bil-kbir l-istħarriġ bil-għan li l-Pulizija jkollha l-provi kollha f’idejha biex tkun tista’ tmur ilQorti bil-mandant tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Sa 50 jum wara l-qtil, il-Pulizija diġà kienet ressqet l-allegati eżekuturi taddelitt u issa għandha f’idejha lil dawk li huma suspettati li huma l-middleman u l-mandant fil-każ. Għalkemm kif mistenni, f’investigazzjoni ta’ dan it-tip ikunu diversi l-iżviluppi li anke jikkumplikaw ix-xogħol tal-investigaturi. Ara paġni 3, 4 u 5

SIMILI FIL-KUMMENTI, DIFFERENTI FIN-NEGOZJATI Analiżi ta’ kif mexa fl-aħħar jiem il-Prim Ministru Joseph Muscat meta mqabbla ma’ każi kbar oħra li ġraw f’pajjiżna fl-istorja riċenti juru li filwaqt li Joseph Muscat żamm l-istil ta’ komunikazzjoni talEks Prim Ministru Eddie Fenech Adami, warrab għalkollox il-mod kif Fenech Adami kien innegozja Maħfra Presidenzjali. Bħal Fenech Adami, Muscat għażel li jżomm il-poplu infurmat bil-fatti ta’ każ sensittiv, iżda differenti minnu qed joqgħod fuq ilpariri tal-awtoritajiet u mhux jinnegozja direttament hu Maħfra Presidenzjali kif Fenech Adami għamel ma’ Żeppi l-Ħafi meta kien jiltaqa’ miegħu regolarment. Ara paġna 6

IL-PN JIBBOJKOTTJA INVESTIMENT TA’ €35 MILJUN

CREDIT REFORM ITTEJJEB IL-ĦARSA FUQ MALTA

KARMENU VELLA FI TMIEM IL-MANDAT

Ara paġna 28

Ara paġna 7

Ara paġni 10 u 11


02

24.11.2019

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 17°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa ser testendi minn fuq il-Baħar Tirren lejn il-Libja. It-Temp: Imsaħħab bix-xita li jsir ftit jew wisq imsaħħab bil-ħalbiet tax-xita li jkunu bir-ragħad u bil-buffuri kultant Ir-Riħ: Ftit qawwi min-Nofsinhar għal-Lbiċ li jsir qawwi għal qawwi ħafna mill-Majjistral Il-Viżibilità: Tajba li ssir moderata għal ħażina fix-xita Il-Baħar: Moderat li jsir qawwi L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 21°C

Editur ALEANDER BALZAN email: aleander.balzan@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

18°C

Indirizz Postali KullĦadd

UV 2

14°C

Il-Ħamis

19°C

UV 3

14°C

20°C

Il-Ġimgħa

UV 3

15°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

20°C

UV 3

14°C

20°C

UV 3

15°C

19°C

UV 3

14°C

kullhadd.com

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21226281 National Pharmacy, 17, Triq Santa Marija, Il-Ħamrun – 21225539 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 The Economical Dispensary, 86/87, Triq Sir Adrian Dingli, Tas-Sliema – 21330376 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri, Ħ’Attard – 21436348 St. Joseph Pharmacy, 1, Triq iż-Żakkak, Il-Mosta – 21417593 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Mqabba Central Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Għawdex

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat – 21557819 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur – 21563589

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888

Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.

Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182


03

24.11.2019

kullhadd.com

YORGEN FENECH IDDAĦĦAL L-ISPTAR Ilbieraħ Yorgen Fenech iddaħħal l-isptar isofri minn uġigħ f ’sidru. Fenech hu negozjant ewlieni f ’pajjiżna suspettat li kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Xi ħaġa li qed ikun irrapportat li hemm sensar li jista’ jikkonfermaha u għal dan talab proklama lill-Gvern. Il-fatt li Fenech ittieħed l-isptar wassal biex għal diversi sigħat kellhom jieqfu l-interrogazzjonijiet u se jkunu jistgħu jissoktaw biss iktar tard illum. Kien il-Korp tal-Pulizija li tard ilbieraħ waranofsinhar ikkonferma kif waqt li kien qed jiġi mitkellem fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, is-Sur

Fenech ilmenta minn xi wġigħ. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei taħt sigurtà stretta tal-Pulizija fuq ordni tat-tabib. Mal-ħin il-Pulizija kienet infurmata mill-Isptar Mater Dei li minnħabba l-kundizzjoni medika tiegħu Fenech ma setax ikun interrogat għal 24 siegħa. “Il-Pulizija ġiet ukoll infurmata li din hija prattika normali tal-isptar wara li pazjent jingħata t-tip ta’ kura li ngħata s-Sur Fenech,” qal il-Korp fi stqarrija. Kien spjegat kif skont il-liġijiet ta’ Malta, is-Sur Fenech se jingħata l-police bail fejn se jinżamm taħt sigurtà stretta tal-Pulizija. Ilbieraħ kien irrapportat ukoll

li Yorgen Fenech ukoll talab il-proklama. Yorgen Fenech kien arrestat nhar l-Erbgħa kmieni filgħodu wara li deher ħiereġ bil-jott minn Portomaso. Huwa ġie interċettat mill-Forzi Armati ta’ Malta fuq il-baħar viċin Pembroke u minn hemm ttieħed lura fejn wara ttieħed lejn id-Depot għall-interrogazzjoni. Fil-ħin ta’ qabel skadew l-ewwel 48 siegħa, Fenech ingħata l-police bail taħt superviżjoni stretta tal-Pulizija. Imbagħad il-Ġimgħa filgħodu, Yorgen Fenech reġa’ nġabar mill-Pulizija għal aktar interrogazzjonijiet.

IL-PN RIED ILAQQA’ L-PARLAMENT WARA LI TELAQ ’IL BARRA Il-Partit Nazzjonalista lbieraħ talab li jlaqqa’ l-Parlament b’urġenza. Dan wara li erbat ijiem qabel ħareġ ’il barra mill-Parlament. Dlonk wieġeb il-Gvern li qal li t-talba tal-Oppożizzjoni turi l-konfużjoni li tinsab fiha. “Filli tgħid li l-Prim Ministru m’għandux jitkellem dwar il-każ u filli trid li jitlaqqa’ l-Parlament b’urġenza biex jiddiskuti l-każ tal-assassinju ta’ Daphne Caruana Galizia. Din it-talba ġejja minn Oppożizzjoni li din il-ġimgħa stess, minflok qagħdet fil-Parlament biex tagħmel dmirha, telqet ’il barra. L-Oppożizzjoni tagħmel sew jekk tħalli l-istituzzjonijiet li tant ilha tikkritika li ma jagħmlux xogħolhom, li jwettqu, kif qed jagħmlu, dmirhom,” qal il-Gvern. Intant, fl-aħħar sigħat ukoll Adri-

CARDONA JIĊĊARA SPEKULAZZJONI Bħala parti mill-investigazzjoni li qed tagħmel il-Pulizija, il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Intrapriżi Żgħar Chris Cardona ntalab jiċċara xi affarijiet relatati wkoll ma’ spekulazzjonijiet li saru fuqu

fil-passat. Il-Ministru Cardona qal li kif dejjem għamel, ikkopera mill-ewwel mal-Pulizija u jibqa’ dispost jikkopera sabiex jiċċara kwalunkwe punti jew mistoqsijiet li jista’ jkun hemm fil-

proċess ta’ din l-investigazzjoni. Fiċ-ċirkostanzi, l-appell imur lill-mezzi tax-xandir biex f ’mument daqshekk sensittiv ta’ din l-investigazzjoni ma jżidux l-ispekulazzjonijiet, li jistgħu biss itellfu milli ssir ġustizzja.

an Delia kompla bil-kummenti politiċi kontinwi tiegħu minkejja li l-investigazzjonijiet kienu jinsabu fl-aqwa tagħhom. Għal dan irreaġixxa l-Partit Laburista li qal kif wara snin jattakka l-istituzzjonijiet, il-Partit Nazzjonalista issa donnu mhux kuntent li l-poplu Malti u Għawdxi qed jerġa’ jara li dawn l-istituzzjonijiet qed jiksbu r-riżultati. “Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista lanqas f ’mumenti sensittivi mhu kapaċi jqum għall-okkażjoni u jaġixxi ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. F’mumenti delikati jrid biss jagħmel argumenti politiċi partiġjani u li jistgħu jfixklu l-investigazzjonijiet. Dan filwaqt li ma jridx lill-Prim Ministru jkellem il-mezzi tax-xandir. Adrian Delia għandu jifhem li ma jkunx leġit-

timu min m’għandux l-appoġġ tal-poplu warajh. Il-Gvern għandu l-appoġġ tal-poplu warajh anke għax jirrispetta l-istituzzjonijiet u jħarishom biex iwettqu xogħolhom f ’pajjiż fejn il-ġustizzja ma tħares lejn wiċċ ħadd,” qal il-Partit Laburista.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista lanqas f’mumenti sensittivi mhu kapaċi jqum għall-okkażjoni u jaġixxi ta’ Kap tal-Oppożizzjoni


04

24.11.2019

kullhadd.com

X’SEĦĦ MILL-QTIL TA’ DCG?! Dati sinifikanti mill-jum tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia sal-iżviluppi tal-aħħar jiem

16 TA’ OTTUBRU

2017

Il-Gvern ikkonferma li kien qed joffri għotja ta’ miljun ewro għal min jersaq ’il quddiem b’għajnuna u b’informazzjoni importanti. Fi stqarrija ntqal li “l-Gvern huwa impenjat bis-sħiħ biex il-każ tal-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia jiġi riżolt u min kien responsabbli jiġi identifikat u mressaq quddiem il-qrati. Il-Gvern hu kommess li ssir ġustizzja.”

21 TA’ OTTUBRU

2017

14 TA’ NOVEMBRU

2017

Fl-ewwel ħinijiet ta’ għodwa ġdida, fl-ajru fuq il-Port il-Kbir kien qed jidher ħelikopter u ajruplan tal-Forzi Armati ta’ Malta. Fil-Marsa kien hemm preżenza qawwija ta’ suldati u pulizija. Kienet qed tiġri xi ħaġa mhux tas-soltu. Ftit qabel l-10.00 kien il-Prim Ministru Joseph Muscat li ta l-ewwel dettalji. Żvela li kienet saret operazzjoni kbira ta’ sigurtà u tmien persuni kienu arrestati f ’operazzjoni b’suspett raġonevoli dwar il-qtil ta’ Caruana Galizia. Mal-ħin l-arrestati telgħu għal 10.

Il-Parlament Ewropew iddiskuta s-saltna tad-dritt f ’pajjiżna wara dibattitu instigat ukoll mill-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u l-insistenza ta’ min ried juża dan il-qtil biex jagħmel ħsara lil pajjiżna. Ma naqsitx il-kritika ta’ ċerti MEPs minn pajjiżi li ilhom jimmiraw li jdgħajfu lill-Malti, kompetitur tagħhom b’mod partikolari fisservizzi finanzjarji. Il-Ministru Estonjan Matti Maasikas qal: “Malta wriet kif l-istituzzjonijiet fi ħdanha qed jaħdmu u qed jaħdmu sew, u qed jirrispondu għall-isfidi li ġab miegħu l-att barbaru tal-qtil tal-bloger Daphne Caruana Galizia.” Dikjarazzjoni ċara għamilha wkoll il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Franz Timmermans li filwaqt li wera l-appoġġ lejn l-investigazzjonijiet f ’pajjiżna, qal li qtil bħal dan ma kellux ikun politiċizzat.

4 TA’ DIĊEMBRU

2017

5 TA’ DIĊEMBRU

2017

Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit tiddikjara li prima facie kien hemm biżżejjed provi biex it-tliet akkużati jitqiegħdu taħt att ta’ akkuża.

Ftit wara t-3.00pm ġriet l-aħbar li b’karozza bomba fil-Bidnija nqatlet il-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Ftit tal-ħin wara li seħħ il-każ, il-Prim Ministru Joseph Muscat indirizza konferenza tal-aħbarijiet f ’Kastilja. Tkellem dwar l-impenn tal-Gvern li jwassal għall-ġustizzja. Iktar tard għamel stqarrija ministerjali fil-Parlament fejn żvela għall-ewwel darba li l-investigazzjonijiet kienu se jkunu megħjuna minn esperti minn pajjiżi barranin fosthom l-Istati Uniti bl-FBI u nġiebu wkoll esperti forensiċi mill-Olanda.

Tliet persuni tressqu l-Qorti akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Vince Muscat magħruf bħala l-Koħħu, George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż u ħuh Alfred Degiorgio magħruf bħala l-Fulu kienu mressqa l-Qorti akkużati li wettqu l-qtil. Huma wieġbu mhux ħatja.

21 TA’ DIĊEMBRU

2017

23 TA’ MEJJU

2018

Wara li kien sar magħruf li l-laptop li kienet qiegħda tuża Daphne Caruana Galizia ma kienx mgħoddi lill-investigaturi u xhur fejn l-investigaturi ma kellhomx aċċess għalih sar magħruf li f ’dawk is-sigħat il-familja għaddietu lill-pulizija Ġermaniża.


05

24.11.2019

kullhadd.com

Alfred u George Degiorgio talbu laqgħa mal-MEPs Ana Gomes u David Casa fil-preżenza ta’ ġurnalisti barranin. Huma m’aċċetawx u lanqas il-Qorti ma laqgħet it-talba.

6 TA’ ĠUNJU

2019

16 TA’ LULJU

2019

L-avukati tal-akkużati bdew iqajmu kwistjonijiet dwar l-interċezzjonijiet tat-telefonati interċettati. Dan wara li l-avukati bdew jitolbu li l-warrants jitressqu quddiem il-Qorti.

12 TA’ AWWISSU

2019

20 TA’ SETTEMBRU

2019

George Degiorgio daħħal każ kostituzzjonali fejn fejn talab li t-telefonati jitneħħew mir-rekords.

Wara rapporti fil-midja dwar dan ikkummenta l-Prim Ministru Joseph Muscat. Fost oħrajn iddikjara: “Nhar il-Ħamis il-Pulizija għamlu operazzjoni kkordinata miftiehma flimkien mal-Interpol fejn arrestaw persuni li waħda minnhom hija suspettata li kienet, tramite, il-middleman fil-każ tal-qtil tas-Sinjura Daphne Caruana Galizia. L-operazzjoni kienet relatata ma’ ħasil ta’ flus, money laundering. Il-persuna li ġiet targeted uriet l-intenzjoni li wara xi ħin ta’ interrogatorju mal-Pulizija li tista’ tikkollabora u li setgħet kellha f ’idejha xi evidenza biex tikkorrabora x-xhieda li tkun qed tagħti.” “Għalhekk jien tajt mandat lill-Avukat Ġenerali u nnegozjajna flimkien mal-avukati ta’ din il-persuna biex nagħmlu pass li naħseb li huwa bla preċedent, jiġifieri dik li ffirmajt ittra li permezz tagħha tajt l-assigurazzjoni li flimkien mal-awtoritajiet kompetenti li kemm–il darba jingħataw l-informazzjoni kollha li l-persuna jista’ għandha u tagħti l-provi kollha u dan kollu jista’ jiġi kkorraborat fil-Qorti, jien se nkun qiegħed nirrakkomanda lil din il-persuna l-Maħfra Presidenzjali, ukoll suġġett li tikkorrabora fil-każijiet l-oħra li jista’ jkollha.”

Ħareġ l-att ta’ akkuża kontra t-tliet persuni akkużati bil-qtil ta’ Caruana Galizia.

Il-Gvern iħabbar li se jżomm inkjesta pubblika u ħatar lill-Imħallef Emeritu Michael Mallia biex imexxiha. Wara d-diskussjonijiet mal-familja ta’ Daphne Caruana Galizia kien hemm qbil li l-membri tal-inkjesta jkunu l-Imħallef Emeritus Joseph Said Pullicino u l-Imħallef Abigail Lofaro.

9 TA’ OTTUBRU

2019

14 TA’ NOVEMBRU

2019

19 TA’ NOVEMBRU

2019

20 TA’ NOVEMBRU

2019

Sar magħruf li kien hemm arresti b’rabta ma’ ħasil ta’ flus u dawn waslu biex persuna tkun identifikata bħala l-middleman fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia. Eventwalment kien identifikat bħala Melvin Theuma.

Sar magħruf li l-Forzi Armati ta’ Malta waqqfu l-jott ta’ Yorgen Fenech milli joħroġ mill-pajjiż. Minn hemm bdiet investigazzjoni intensiva u Yorgen Fenech kien arrestat. Iktar tard il-Prim Ministru reġa’ tkellem u appella biex ikun hemm prudenza għal diversi raġunijiet. “Filwaqt li nirrispetta l-libertà tal-espressjoni u l-libertà tal-istampa, irid ngħid li lbieraħ kont imġiegħel li nagħmel stqarrija għax ma stajtx ma nagħmilx stqarrija, imma liema rapporti u stqarrijiet, setgħu alertjaw persuni li kienu persuni ta’ interess u li kieku dalgħodu l-istituzzjonijiet m’għamlux li kellhom jagħmlu u li lbieraħ filgħaxija stess kont infurmat u tajt struzzjonijiet biex jiżdiedu bil-kbir ir-riżorsi, kieku dalgħodu qegħdin nitkellmu dwar persuna jew persuni ta’ interess fl-investigazzjoni li setgħu ħarbu millpajjiż. Naħseb kontu tkunu qed tippontaw subgħajkom lejja li b’xi mod jew ieħor tajt xi early warning biex persuna taħrab mill-pajjiż, jew persuni jaħarbu mill-pajjiż.” Minn hemm ’il quddiem l-investigazzjonijiet tal-pulizija dwar dan il-każ intensifikaw u daħlu fi stadju delikat li dwaru qed nirrapportaw f ’paġni oħra tal-gazzetta.


06

24.11.2019

kullhadd.com

MILL-ĦAFI U L-IMĦALLFIN SAL-LUM Waħda mill-iktar Maħfriet Presidenzjali li tibqa’ tissemma kienet dik li ngħatat fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru Eddie Fenech Adami wara l-attentat ta’ qtil fuq l-assistent personali tiegħu, Richard Cachia Caruana. Il-maħfra kienet ingħatat lil Joseph Fenech magħruf bħala l-Ħafi, persuna b’rekord kriminali. Dakinhar Eddie Fenech Adami għażel li jinnegozja personalment mal-kriminal. F’moħħ ħafna tibqa’ magħrufa l-laqgħa sigrieta taħt il-

pont ta’ San Ġiljan. Iżda, ma kienx il-każ. L-ewwel laqgħat fil-fatt kienu bdew fir-remissa tax-xufier ta’ Fenech Adami, is-Sunnara, biex wara Fenech Adami kompla jilqa’ f ’daru lil Żeppi l-Ħafi għal diversi laqgħat. Imbagħad waslet il-famuża laqgħa tas-7 ta’ Mejju tal-1996 meta taħt il-pont ta’ San Ġiljan, Fenech Adami informa lill-Ħafi li kien se jagħtih il-Maħfra Presidenzjali anke jekk ma talabhiex Fenech innifsu. Kien imbagħad xi għaxart ijiem wara li

l-Pulizija bagħtet għal Fenech biex kif ftiehem qabel mal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien jagħti l-verżjoni tiegħu tal-fatti li spiċċat mhux emmnuta. Ġimgħa wara Fenech Adami reġa’ ltaqa’ mal-Ħafi. Bħallikieku dan ma kienx biżżejjed, fis26 ta’ Ġunju ta’ dik is-sena Fenech Adami kien iltaqa’ ma’ Carmel Attard iż-Żambi. Dan fid-depot fl-uffiċċju tal-Kummissarju tal-Pulizija u xahar wara li l-istess iż-Żambi kien akkużat b’attentat fuq ħajjet Richard Cachia Caruana.

Totalment differenti l-mod kif il-Prim Ministru ta’ pajjiżna qed jaħdem illum. Din il-ġimgħa informa lill-poplu li persuna suspettata middleman fil-każ ta’ Daphne Caruana Galizia talbet li l-ewwel tingħata Maħfra Presidenzjali. “Din it-talba ġiet akonjizzjoni tiegħi u tkellimt mal-investigaturi u tkellimt ukoll mal-Avukat Ġenerali u qbilna li wieħed ma jistax jagħti ‘a blanket immunity’ mingħajr ma jkun jaf żgur il-każijiet fejn setgħet kienet involuta din il-persuna mingħajr ma jkun hemm l-aċċertazzjoni li l-affarijiet li setgħet tgħid din il-persuna jistgħu jiġu kkorraborati fil-Qorti. Għalhekk jien tajt mandat lill-Avukat Ġenerali u nnegozjajna flimkien mal-avukati ta’ din il-persuna biex nagħmlu pass li naħseb li huwa bla preċedent, jiġifieri dik li ffirmajt ittra li permezz tagħha tajt l-assigurazzjoni li flimkien mal-awtoritajiet kompetenti li kemm–il darba jingħataw l-informazzjoni kollha li l-persuna jista’ għandha u tagħti l-provi kollha u dan kollu jista’ jiġi kkorraborati fil-Qorti. Jien se nkun qiegħed nirrakkomanda lil din il-persuna l-Maħfra Presidenzjali, ukoll suġġett li tikkorrabora fil-każijiet l-oħra li jista’ jkollha. Din l-ittra jien iffirmajtha u allura l-persuna għandha assikurazzjoni li jekk tikkollabora mal-Pulizija u l-informazzjoni li tagħti jkunu bizzejjed biex naslu għall-prosekuzzjoni tal-mandat għal dan id-delitt, din il-persuna se tingħata l-Maħfra Presidenzjali,” qal il-Prim Ministru. Min tkellem mal-midja? Każ ieħor li xxokkja lil pajjiżna fl-istorja riċenti tiegħu kien dak tat-tixħim tal-imħallfin. Każ li seħħ fl-2002 u l-ewwel komunikazzjoni

dwaru ma kinetx mill-Pulizija iżda mill-Eks Prim Ministru Fenech Adami meta fl-1 ta’ Awwissu saret konferenza tal-aħbarijiet. Fit-Times of Malta Fenech Adami kien ikkwotat jgħid li tant kien każ importanti li kien jimmerita li jitkellem hu. Dakinhar ukoll it-Times of Malta rrapportat jekk kienx korrett li l-Prim Ministru kien tkellem f ’dak l-istadju u kkwotat sorsi legali li kienu qalu: “Dr Fenech Adami had taken the bull by the horns and stemmed any potential speculation.” Fi kliem ieħor qalu li għamel sew li dakinhar tkellem. Iktar minn hekk, fis-sigħat ta’ wara kienu kkwotaw sorsi jgħidu fil-Kabinett li l-iktar ħaġa importanti kienet li jkun hemm iċ-ċarezza. Saħansitra fil-5 ta’ Awwissu t-Times of Malta kkwotat lill-Prim Imħallef ta’ dak iż-żmien Joseph Said Pullicino jgħid li apprezza l-mod trasparenti u korrett li Fenech Adami kien mexa fil-każ. Eventwalment l-imħallfin tressqu l-Qorti u kien hemm li tkellem l-ewwel darba l-Kummissarju tal-Pulizija,dakiż-żmienJohnRizzo. Bl-istess stil miftuħ mal-poplu għażel li jaġixxi l-Prim Ministru flaħħar jiem fejn kuljum ta dettalji li seta’ jagħti, b’sorsi legali jsostnu li fil-każ ta’ Joseph Muscat kien hemm iktar kawtela u attenzjoni biex żgur ma jkunx preġudikat ilkors tal-ġustizzja.

Fenech Adami informa lil Ħafi li kien se jagħtih il-Maħfra Presidenzjali anke jekk ma talabhiex Fenech innifsu


07

24.11.2019

kullhadd.com

MINN STABBLI GĦAL POŻITTIV L-aġenzija internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-kreditu, Creditreform, żiedet l-outlook tar-rating ta’ pajjiżna minn stabbli għal pożittiv. Dan filwaqt li kkonfermat rating ta’ A+ għal Malta. It-titjib fl-outlook għal pajjiżna kien dovut għal numru ta’ fatturi. Fost oħrajn l-esperti Ġermaniżi qalu li pajjiżna se jibqa’ b’saħħtu. “Malta will continue to show a strong growth performance,” qalu dawn l-esperti. Żiedu wkoll li “the debt-to-GDP ratio will remain on its firm downward path.” Ir-rapport ta’ Creditreform isostni li minkejja l-klima internazzjonali kajmana, it-tkabbir ekonomiku ta’ pajjiżna se jibqa’ ogħla mill-medja Ewropea. Ingħad li dan se jkun “well above the euro area average, buttressed by robust domestic demand and a well-performing labour market.” Skont l-esperti Ġermanizi dan it-tkabbir qed iwassal biex il-Prodott Domestiku Gross ras għal ras ta’ pajjiżna qed jaqbeż il-medja ta’ pajjiżi b’rating ta’ A u li kważi sar jilħaq dak tar-Renju Unit u Franza.

Fis-snin li ġejjin it-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna mistenni jibqa’ ferm ogħla minn dak f’pajjiżi ġirien

Dan qed iwassal biex il-konsum tal-familji laħaq livelli rekord minn mindu bdiet tinġabar l-istatistika mill-Eurostat fuq il-konsum f ’Malta. Fis-snin li ġejjin it-tkabbir ekonomiku f ’pajjiżna mistenni jibqa’ ferm ogħla minn dak f ’pajjiżi ġirien. Waħda millkawżi ewlenin se tkun iż-żieda qawwija fl-investiment kemm mis-settur privat kif ukoll dak pubbliku. L-esperti Ġermanizi nnutaw ukoll li mistennija żieda qawwija fl-użu ta’ fondi Ewropej, kważi d-doppju meta mqabbel mas-sena preċedenti. Ir-rapport tal-Creditreform jirrimarka wkoll li “by EU Commission forecasts, Malta will record the highest potential growth in the EU-28 over 2019-21.” Rigward il-finanzi pubbliċi, l-esperti Ġermanizi jbassru li dawn se jibqgħu f ’surplus kif ukoll li se jkompli jonqos id-dejn minkejja ż-żieda fl-ispiża kapitali tal-Gvern. Ir-rapport jilqa’ wkoll id-diversi miżuri li qed jieħu l-Gvern biex jitqassam aħjar il-ġid nazzjonali. Fil-fatt, ir-rapport jgħid li “the budgetary impact of measures to address housing affordability, pension adequacy, aiding vulnerable individuals…is estimated at approximately 0.4% of GDP in 2019/20.” Dan minbarra diversi miżuri soċjali oħrajn, fosthom diversi proġetti finanzjati mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali. Filwaqt li faħħru l-ekonomija Maltija, l-esperti tal-Creditreform jgħidu wkoll li “we continue to assess Malta’s institutional quality as generally high.” Huma jirrimarkaw li bil-kejl tal-governanza magħmul mill-Bank Dinji joħroġ li “Malta’s institutional setup is broadly aligned with the median of our A-rated sovereigns.” Ir-rapport jinnota l-ħidma tal-Gvern biex jissaħħu l-istituzzjonijiet u jiżdiedu

r-riżorsi tal-awtoritajiet regolatorji f ’pajjiżna. L-esperti Germanizi jikkonkludu li “we assume that …macroeconomic performance, institutional

structure, fiscal sustainability and foreign exposure are likely to improve over the next 12-24 months.” Dan hu ċertifikat pożittiv li jindika li l-fiduċja f ’pajjiżna

qed tkompli tissaħħaħ. Fiżżmien li ġej se tkompli l-ħidma biex l-ekonomija ta’ pajjiżna tibqa’ tissaħħaħ u twassal għallġid akbar għall-familji tagħna.


08

24.11.2019

kullhadd.com

IL-FAMILJI MIDDLE CLASS L-IKTAR LI RAW ŻIEDA FID-DĦUL Stħarriġ li għamel il-Bank Ċentrali fost il-familji f ’pajjiżna jikkonferma kif it-tkabbir ekonomiku kien mifrux fost il-faxex kollha fis-soċjetà tagħna. Filfatt, fl-2016 id-dħul tal-familja medja f ’pajjiżna kien tela’ għal €25,417. Din tfisser żieda ta’ kważi €2,700 meta mqabbel mal-2013. Fi tliet snin ta’ qabel l-2013, it-tkabbir kien ta’ madwar €2,150 biss, jew kważi 20% anqas. Barra minn hekk, minn figuri ppubblikati mill-Bank Ċentrali jirriżulta li filwaqt li bejn l-2010 u l-2013 l-akbar żieda fid-dħul kienet fost dawk bl-ogħla dħul, bejn l-2013 u l-2016 kienu familji tal-middle class li raw l-akbar rati ta’ żidiet. B’kuntrast, dawk bl-ogħla dħul kellhom l-anqas żieda fid-dħul. Dan jindika li kontra ta’ dak li ssostni l-Oppożizzjoni, it-tkabbir ekonomiku mar l-aktar lejn il-middle class. It-titjib fid-dħul tal-familji fil-fatt jidher li kien dovut għall-qasam tax-xogħol. Minnaħa ħafna familji tal-middle class raw żidiet tajba fil-pagi. Imbagħad kien hemm ukoll l-effett pożittiv taż-żieda qaw-

wija fil-parteċipazzjoni fis-suq tax-xogħol min-nisa, it-tnaqqis fil-qgħad kif ukoll fid-dipendenza fuq benefiċċji soċjali. Dan wassal biex f ’ħafna familji minflok paga waħda bdew jidħlu tnejn. Filwaqt li hemm min iħobb isostni li mill-2013 ’l hawn dawk fuq dħul baxx marru għall-agħar, iċ-ċifri tal-Bank Ċentrali jindikaw li r-rata ta’ titjib fid-dħul ta’ dawk bl-anqas dħul kienet id-doppju ta’ dik qabel l-2010. Meta wieħed iħares lejn it-tieni faxxa ta’ dħul – dawk li huma taħt il-medja imma mhux bl-aktar dħul baxx – wieħed jinnota li ż-żieda bejn l-2013 u l-2016 kienet kważi disa’ darbiet aktar. L-istħarriġ tal-Bank Ċentrali jindika li fl-2016, 45.6% tal-familji qalu li kienu f ’pożizzjoni li jfaddlu. Dan kontra 36.6% fl-2013 u 23.7% biss fl-2010. Ta’ min jinnota li skont il-Bank Ċentrali fost dawk bl-anqas livell ta’ dħul, kien hemm kważi kwart li kienu f ’pożizzjoni li jfaddlu. Statistika interessanti oħra li toħroġ mill-istudju tal-Bank Ċentrali hija li filwaqt li fl-2013

FAMILJI KOLLHA

ŻIEDA

DĦUL MEDJU 2010

20,562

2013

22,718

+2,156

2016

25,417

+2,699 ASSI NETTI

2010

204,908

2013

212,067

+7,159

2016

236,529

+24,462

kien hemm 80.1% tal-familji li kienu sidien ta’ darhom, dan il-proporzjon żdied għal 80.6% fl-2016. Għal darba oħra dan ixejjen il-propaganda li l-familji ġodda mhumiex jirnexxilhom jixtru l-proprjetà tagħhom. Barra minn hekk, l-istudju jġib fix-xejn ukoll id-diskors li l-piż fuq il-familji biex jixtru dar qed jogħla. Fil-fatt, il-proporzjon tad-dħul li dawk li ddejnu biex jixtru dar jonfqu biex jiffinanzjaw id-dejn tagħhom baqa’ stabbli. B’kuntrast, iż-żieda fil-prezz tal-proprjetà flimkien mal-effett pożittiv ta’ aktar tfaddil wasal għaż-żieda ferm qawwija fl-assi tal-familji f ’pajjiżna. Bħala medja, wara li tneħħi d-djun, il-valur tal-assi tal-familji Maltin u Għawdxin fl-2016 laħaq il-

L-istudju tal-Bank Ċentrali huwa evidenza ċara ta’ kemm il-familji f’pajjiżna gawdew bis-sħiħ mit-tkabbir ekonomiku

€236,529. Din kienet żieda ta’ 11.5% fi tliet snin, kontra 3.4% fit-tliet snin preċedenti. L-istudju tal-Bank Ċentrali huwa evidenza ċara ta’ kemm il-familji f ’pajjiżna gawdew bissħiħ mit-tkabbir ekonomiku. L-eluf ta’ postijiet ta’ xogħol, flimkien maż-żidiet fil-pagi,

wasslu biex naqas id-distakk bejn familja middle class u familja bl-aktar dħul. L-andament pożittiv tas-suq tal-proprjetà wassal biex għola l-livell tal-assi tal-familji tagħna, filwaqt li aktar familji rnexxielhom jakkwistaw proprjetà tagħhom.


kullhadd.com

09

24.11.2019

1,600 TELEFONATA IKTAR MIS-SENA L-OĦRA DWAR IL-BAĠIT

Bi kważi 3,200 telefonata din kienet waħda mill-iktar snin riċenti B’hekk mhix fejn il-baġit qajjem interess ta’ Maltin sorpriża u Għawdxin li staqsew dwali kien hemm ru. Dan ifisser tant interess fuq 1,600 telefonata ikil-miżuri soċjali tar mis-sena tal-baġit hekk kif dan l-oħra. Iktar minn kien deskritt bħala 51% tal-miswieħed mill-iktar toqsijiet li saru dwar il-baġit baġits soċjali kienu marbuta mal-miżuri soċjafl-aħħar snin li. Turi dan statistika li tirriżulta mill-budget helpline fejn madwar 5 telefonati minn kull 10 3 5 % kienu marbuta mal-Ministeru għall-Familja, it-Tfal u s-Sol- oħra tat-telefonati kienu maridarjetà Soċjali. Fuq quddiem buta mal-kwistjonijiet finanznett kien hemm għadd kbir ta’ jarji bħal bidliet fit-taxxa u intelefonati marbuta mad-diversi ċentivi oħra. Saru wkoll numru pensjonijiet. Mhux biss il-pen- ta’ domandi fuq inizjattivi marsjoni li jieħdu l-anzjani li rat buta mal-Ministeru għat-Tra€7 żieda fil-ġimgħa, iżda wkoll sport u l-Infrastruttura. Dak għas-sena d-dieħla kien pensjonijiet oħra bħall-pensjonijiet tar-romol u d-diżabil- baġit ieħor mingħajr taxxi u li ità fost oħrajn. B’hekk mhix ħabbar ukoll bonus flimkien sorpriża li kien hemm tant in- maż-żieda għall-għoli tal-ħajja. teress fuq il-miżuri soċjali tal- Kien hemm ukoll bonus għal baġit hekk kif dan kien deskritt kull tarbija li titwieled jew tiġi bħala wieħed mill-iktar baġits addottata u tnaqqis fir-rata ta’ taxxa fuq l-overtime. soċjali fl-aħħar snin.


10

24.11.2019

kullhadd.com

FI TMIEM IL-MANDAT iffukat fuq l-ibħra?

Fi tmiem il-mandat tiegħu bħala Kummissarju Ewropew il-gazzetta KullĦadd tkellmet mal-Kummissarju Ewropew, il-Perit Karmenu Vella.

B’mod ġenerali, tul dawn l-aħħar snin f’Malta rajna bidla sinifikanti fil-mod ta’ kif qed jiġu indirizzati kwistjonijiet ambjentali. Qed tingħata iktar prominenza politika lill-ambjent, u riżultat ta’ hekk se nkunu qed naraw progress f’ħafna mill-oqsma ambjentali

Wasalt lejn l-aħħar tal-mandat tiegħek. Kif tiddeskrivi l-esperjenza tiegħek ta’ Kummissarju Ewropew? Bla dubju ta’ xejn din kienet esperjenza sabiħa, li żgur mhux se ninsa. Tul il-karriera professjonali u politika tiegħi nista’ ngħid li doqt ftit min kollox, ħdimt għar-rasi ta’ perit, ħdimt u mexxejt kumpaniji privati, tajt il-kontribut tiegħi fil-politika hawn Malta għal kważi 40 sena, u komplejt tul dawn l-aħħar 5 snin nagħti kontribut politiku tiegħi liċ-ċittadini Ewropej, inkluż dawk Maltin, permezz tal-ħidma tiegħi fil-Kummissjoni Ewropea. Minkejja l-fatt li dan il-mandat wasal fi tmiemu, xorta waħda għadna għaddejjin b’ħafna xogħol biex niżguraw li l-‘momentum’ u x-xogħol li sar fl-oqsma tal-ambjent, is-sajd u l-affarijiet marittimi jkun jista’ jitkompla mill-Kummissjoni l-ġdida li se tibda fl-1 ta’ Diċembru. Flimkien mat-timijiet tiegħi kif ukoll iż-żewġ direttorati li jaqgħu taħti, għamilna ħafna xogħol biex niżguraw li jkun hemm bażi soda li fuqha tista’ tkompli tibni l-Kummissjoni l-ġdida, kemm fuq livell Ewropew kif ukoll fuq livell internazzjonali. Però kull Kummissjoni tipproponi affarijiet ġodda u forsi tħalli affarijiet li ma jkunux tlestew fuq il-karta? Tul dawn l-aħħar snin li servejt ta’ Kummissarju Ewropew mhux biss ipproponejt u ħdimt fuq liġijiet ġodda bħall-pjan t’azzjoni għall-ekonomija ċirkulari, li fost l-oħrajn tinkludi l-liġi dwar l-użu tal-plastik li nużaw darba u narmuh. Imma rajt ukoll li jkun hemm implimentazzjoni tal-liġijiet eżistenti. Dan għamilnieh permezz tal-Environmental Implementation Review, l-EIR. Permezz talEIR issa nistgħu nidentifikaw problemi fl-impli-

mentazzjoni tal-liġijiet Ewropej f ’kull Membru Stat. Filwaqt li nippruvaw insibu soluzzjonijiet sabiex sfidi ambjentali li qed jiffaċċjaw l-Istati Membri ma jkomplux jikbru. Dan qed isir permezz ta’ djalogu kontinwu bejn l-esperti fil-Kummissjoni Ewropea u l-awtoritajiet ikkonċernati fl-Istati Membri kollha. Sodisfatt ħafna wkoll bil-ħidma li saret fuq il-kwalità tal-arja. Sentejn ilu, sfortunatament ressaqna 9 Stati Membri l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Dan wara li rajna li għal numru twil ta’ snin, minkejja l-għajnuna u l-pressjoni li l-Kummissjoni kienet qiegħda tagħmlilhom, dawn il-pajjiżi ma kinux qed inaqqsu biżżejjed it-tniġġis fl-arja f ’uħud mir-reġjuni tagħhom. Tul dawn l-aħħar 5 snin inkoraġġejt ukoll lill-Parlament u lill-Kunsill Ewropew biex jaġġornaw il-liġijiet relatati mal-iskart; nedejt pjan t’azzjoni biex innaqqsu t-telf tal-bijodiversità fl-Ewropa; tajt spinta politika dwar il-ħarsien, l-immaniġġjar u l-użu aktar sostenibbli fir-rigward tal-oċeani; kif ukoll rajt li jkun hemm progress sostenibbli fl-ambjent ekonomiku u soċjali fis-settur tas-sajd, mhux biss fl-Ewropa imma anke madwar id-dinja. Meta nħares lejn dawn is-setturi ħames snin ilu, b’paragun ma’ dawn is-setturi llum, inħossni

sodisfatt li mexxejt ’il quddiem politika Ewropea u inizzjattivi li wasslu għal titjib kemm fl-ambjent kif ukoll fil-qasam tas-sajd u l-affarijiet marittimi. L-Ewropa llum il-ġurnata tinsab minn ta’ quddiem nett, jekk mhux l-ewwel f ’dak li għandu x’jaqsam mal-ekonomija ċirkulari u l-ħarsien tal-oċeani. Pajjiżi oħra madwar id-dinja qed iħarsu lejn il-politika ambjentali Ewropea biex itejbu s-sitwazzjoni ambjentali tagħhom. Kif qed jiġu riflessi l-avvanzi tal-politika ambjent Ewropea f ’Malta? L-evalwazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea taħt ir-rapport tal-Environment Implementation Review, l-EIR li ħriġna iktar kmieni din is-sena, tindika li mill-ewwel evalwazzjoni li kienet saret fl-2017 sar progress, però xorta waħda baqa’ ħafna xogħol xi jsir. Hemm bżonn li ntejbu l-immaniġġjar tal-iskart u hemm bżonn li nżidu l-ammont ta’ skart li nirriċiklaw. Biex intejbu l-ġestjoni tal-iskart, u anke biex innaqqsu l-ammont ta’ skart magħmul mill-plastik, jeħtieġ impenn kollettiv mill-poplu, mis-settur privat u mis-settur pubbliku. Il-Gvern Malti qed juri impenn lejn din il-problema u qed jinvesti biex

tittejjeb is-sitwazzjoni. Il-proġetti u l-kampanji relatati mal-iskart li bħalissa għaddejjin madwar Malta u Għawdex huma xhieda ta’ dan l-impenn politiku. Jeħtieġ ukoll li nkomplu naħdmu biex intejbu l-kwalità tal-arja, b’mod speċjali f ’żoni urbani. Hawnhekk il-Gvern ukoll beda jaħdem, billi jimplimenta soluzzjonijiet sistematiċi għall-konġestjoni tat-trasport. Il-viżjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli ta’ Malta għall-2050 tirrikonoxxi li din il-kwistjoni għandha tiġi indirizzata. Miżuri li jinċentivaw użu aħjar tat-trasport pubbliku u l-inizjattivi biex nimxu lejn trasport aktar nadif huma essenzjali. U għal darb’oħra l-Gvern qiegħed ukoll jaħdem f ’dan ir-rigward. Hemm bosta modi li bihom l-awtoritajiet Maltin qed juru impenn biex jindirizzaw l-isfidi ambjentali. Riċentement rajna kif il-Gvern se jkun qed jiżgura li l-miżuri li ħabbar fil-baġit għas-sena d-dieħla se jkunu qed jgħinu sabiex jintlaħqu l-miri għall-iżvilupp sostenibbli. B’mod ġenerali, tul dawn l-aħħar snin f ’Malta rajna bidla sinifikanti fil-mod ta’ kif qed jiġu indirizzati kwistjonijiet ambjentali. Qed tingħata iktar prominenza politika lill-ambjent, u riżultat ta’ hekk se nkunu qed naraw progress f ’ħafna mill-oqsma ambjentali. Tul dawn l-aħħar 5 snin ħdimt ħafna fuq il-protezzjoni, l-immaniġġjar u l-użu sostenibbli tal-oċeani. Għaliex kellek mandat daqshekk

Irridu nirrikonoxxu li l-oċeani jiffurmaw 70% tal-wiċċ tal-pjaneta tagħna. Meta ħadt il-portafoll tiegħi 5 snin ilu, kienet l-ewwel darba li Kummissarju wieħed kien responsabbli għall-ambjent, l-affarijiet marittimi u s-sajd. Il-loġika tad-deċiżjoni tal-President Juncker li jgħaqqad dawn iż-żewġ setturi kienet tagħmel sens. Il-baħar li jdawwarna huwa parti mill-ambjent tagħna u għalhekk kien jeħtieġ li mmexxu ’l quddiem politika sostenibbli li mhux biss tħares lejn l-aspett soċjali u ekonomiku ta’ dan is-settur imma li tipproteġi wkoll l-ambjent naturali li nsibu fl-ibħra. Minn dakinhar bdejt naħdem fuq strateġija politika li tirrifletti proprju dan. Tul dawn l-aħħar snin, għamilna progress sostanzjali f ’dan is-settur. Grazzi għall-istrateġija tal-ekonomija ċirkulari, li nedejna 4 snin ilu, illum fl-Ewropa għandna l-ewwel liġi fid-dinja, immirata speċifikament biex tnaqqas l-iskart li jispiċċa fil-baħar, fosthom il-plastik u x-xbieki tas-sajd. Konna wegħedna li sas-sena 2020, se nassenjaw 10% millibħra li jdawru l-Ewropa, bħala żoni protetti. Illum, sena qabel, diġà għanda kważi 11% mill-ibħra tagħna li huma protetti. Hemm l-isfida tas-sajd u s-sostenibbiltà tas-settur. Hemm id-deċiżjonijiet mhumiex faċli però... Ħdimna wkoll biex intejbu s-settur tas-sajd, billi applikajna sistemi aktar sostenibbli fil-mod u fl-ammont ta’ ħut li jinqabad. Sitt snin ilu kellna biss 20 speċi differenti ta’ ħut li kien qed jinqabad f ’ammonti sostenibbli, illum dak l-ammont żidnieh għal 54. Fil-baħar Baltiku 95% tal- ‘fish stocks’ li nsibu f ’dan il-baħar qed jinqabad f ’ammonti sostenibbli. Fil-Mediterran, grazzi għad-dikjarazzjoni li ffirmajna f ’Malta fl-2017, qegħdin nersqu lejn ġestjoni ta’ sajd iktar sostenibbli. Barra min hekk permezz tal-ewwel Multiannual Management Plan fil-Baħar Mediterran qed nittamaw li niksbu livell ta’ sajd aktar sostenibbli u li jħalli aktar frott għas-sajjieda tagħna matul is-snin li ġejjin. Proponejna wkoll baġit aktar sempliċi u flessibbli għal dan is-settur fi ħdan il-baġit tal-Unjoni Ewropea għassnin 2021 sa 2027. Sentejn ilu nedejna wkoll komunikazzjoni konġunta dwar il-governanza internazzjonali tal-oċeani. Illum sentejn wara, grazzi għal din il-komunikazzjoni qed naraw progress inkoraġġanti f ’dan il-qasam. Il-50 azzjoni għal oċeani sig-


11

24.11.2019

kullhadd.com

tiegħi. Din il-konferenza poġġiet lill-Unjoni Ewropea u lil pajjiżna fuq ix-xena globali dwar il-protezzjoni tal-oċeani. Għall-konferenza attendew u pparteċipaw bosta mexxeja fosthom anke l-Prim Ministru Malti, personalitajiet magħrufa madwar id-dinja għall-ħidma tagħhom favur il-protezzjoni tal-oċeani bħall-Prinċep ta’ Wales, ir-Reġina Noor tal-Ġordan, il-Prinċep Albert II ta’ Monako u l-Eks Segretarju tal-Istati Uniti, John Kerry, flimkien ma’ bosta riċerkaturi, NGOs u imprendituri. Ilkoll flimkien ikkommettejna u impenjajna ruħna sabiex niżguraw li iktar protezzjoni u sostenibbiltà fl-immaniġġjar tal-oċeani tagħna. Ir-riżultat ta’ din il-konferenza kien mingħajr preċedent. Ġew kommessi ’l fuq minn 430 impenn tanġibbli għall-protezzjoni u l-użu sostenibbli tal-oċeani. Ġew komSikwit tirreferi għal-Our messi investimenti li jammontaw Ocean Conference li l-KE għal aktar minn €7 biljun, filwaqt organizzat f ’Malta f ’2017. li ġew identifikati żoni ta’ aktar Għalfejn kienet daqshekk min żewġ miljuni u nofs kilometru importanti din il-konferenza? kwadru ta’ żoni marittimi protetti, Ir-raba’ edizzjoni tal-Our Ocean addizzjonali madwar id-dinja. Conference li organizzajna f ’Malta f ’Ottubru tal-2017, kienet Riċentement il-Gvern Malti waħda mill-aktar konferenzi mexxa għall-ewwel darba importanti li kelli tul il-mandat l-Presidenza tal-Kunsill uri, nodfa u sostenibbli fl-Ewropa u madwar id-dinja qed jiġu implimentati b’suċċess. L-UE qed tuża b’mod konsistenti s-saħħa ekonomika u politika tagħha biex tiżgura li r-regoli eżistenti jiġu implimentati anke minn pajjiżi barra mill-UE. S’issa investejna €590 miljun taħt il-politika tal-iżvilupp tal-UE biex nippromwovu governanza aħjar tal-oċeani ma’ pajjiżi li mhumiex fl-UE. Bis-saħħa tal-politika Ewropea kontra sajd illegali, 14–il pajjiż irriformaw b’suċċess is-sistemi tal-kontroll biex jiġġieldu s-sajd illegali fit-territorji tagħhom. L-UE rnexxielha wkoll iġġib kunsens internazzjonali biex ma jkun hemm l-ebda sajd fil-Baħar Artiku qabel ma jkun hemm pjan ibbażat fuq parir xjentifiku.

Ewropew. X’titfakar min dawk is-sitt xhur? Matul l-ewwel Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew kelli ċ-ċans naħdem mill-qrib mal-Gvern Malti. Prinċipalment mal-Ministeri responsabbli mill-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, kif ukoll il-Ministri responsabbli mit-Trasport u l-Affarijiet Barranin. Filwaqt li Malta kienet fit-tmun ta’ waħda mit-tliet istituzzjonijiet tal-UE, ġew negozjati numru ta’ leġiżlazzjonijiet Ewropej. Fosthom, il-ftehim tal-erba’ proposti leġiżlattivi dwar l-iskart li jagħmlu parti mill-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari; il-ftehim tal-Kunsill dwar miżuri tekniċi għas-sajd; is-sistema ta’ kontroll tas-sajd tal-UE; il-pjan multiannwali għal-baħar tat-Tramuntana; l-immaniġġjar sostenibbli tal-flotot tal-UE li jistadu f ’ibħra barra l-UE; kif ukoll id-Dikjarazzjoni MedFish4Ever biex nipproteġu l-ħut fil-Mediterran, u fuq kollox biex intejbu l-għajxien tas-sajjieda tagħna. Ir-riżultat tal-ftehim milħuq matul dawn is-sitt xhur, ħalla u għadu qed iħalli impatt pożittiv fil-ħajja taċ-ċittadini Ewropej u ċertament

qed jagħmel differenza pożittiMatul il-mandat tiegħi ħdimt va fil-proġett Ewropew, li Malta biex niżgura li l-ħarsien tal-ambtagħmel parti minnu. jent u tal-oċean jieħdu prominenza mhux biss fuq l-aġenda politika X’tistenna mill-KE l-ġdida tal-UE imma anke fuq fora infil-qasam li kont responsabbli ternazzjonali. Filwaqt li żgurajt li minnu int? l-UE tkun ta’ eżempju għall-pajjiżi u kontinenti oħra madwar id-dinMatul il-mandat tiegħi rajna biċ- ja fl-azzjoni u l-implimentazzjoni. ċar li ma nistgħux nipproteġu Dan huwa speċifikament dak li l-ambjent naturali tagħna mingħa- qed jitolbu ċ-ċittadini. Din l-għajr ma nieħdu inkonsiderazzjoni jta għall-azzjoni tidher biċ-ċar l-oċean. Dak li jiġri fuq l-art jaf- fl-istudji ppubblikati mill-Eurofettwa l-ibħra tagħna. U dak li barometer, mill-voti fl-elezzjoninagħmlu fl-ibħra ta’ madwarna, jiet tal-Parlament Ewropew, kif ukoll mill-eluf ta’ ċittadini li qed iħalli impatt fuq l-art. Bħall-President Juncker, il-Pres- jipprotestaw dwar it-telf tal-bijoident eletta von der Leyen tifhem diversità u t-tibdil fil-klima. L-ambjent, l-oċeani, it-tibdil l-importanza li dawn iż-żewġ setturi jinżammu u jitmexxew ’il qud- fil-klima u l-protezzjoni tal-bidiem taħt kappa waħda. Fil-fatt, jodiversità se jibqgħu fost il-priil-Kummissjoni l-ġdida se żżomm joritajiet politiċi tal-Kummissjoni l-ambjent u l-oċeani taħt porta- Ewropea permezz tal-European foll wieħed – taħt Kummissarju Green Deal li se jiġi mniedi fl-ewwieħed. Dan minħabba l-fatt li wel 100 jum tal-Kummissjoni flimkien dawn iż-żewġ oqsma l-ġdida. Dan il-pjan huwa pjan joħolqu sinerġiji akbar u aktar ef- ambizzjuż iżda mhux impossibbli. Ngħid dan b’kunfidenza fettivi. Kif diġà tħabbar, waħda mill-ew- għaliex l-ambizzjoni ta’ Von der wel azzjonijiet tal-Kummissjoni Leyen hija mibnija fuq pedamenl-ġdida se tkun it-tnedija tal-Eu- ti sodi ħafna. Pedamenti mibnija ropean Green Deal, ftehim kemm mill-Kummissjoni Juncker speċifikament immirat biex iħares kif ukoll minn kummissjonijiet preċedenti. l-ambjent u l-ibħra tagħna.

SITTA FIL-QOSOR IDDESKRIVI LILL-PRESIDENT JEAN CLAUDE JUNCKER? Irnexxielu jżomm warajh tim ta’ Kummissarji magħquda u ffukati. Bniedem ta’ kariżma kbira, realistiku, deċiżiv u li jaf fejn irid jasal.

L-IKTAR MUMENT EĊITANTI BĦALA KUMMISSARJU EWROPEW? L-Our Ocean Conference organizzata f’Malta fl-2017, kienet avveniment importanti li poġġa lillUE kif ukoll lil pajjiżna fix-xena internazzjonali dwar il-protezzjoni tal-oċeani.

X’SE TIMMISSJA L-IKTAR MINN BRUSSELL?

X’SE TFITTEX L-IKTAR LURA MALTA?

Lil sħabi l-Kummissarji kif ukoll lil dawk kollha li ħdimt magħhom tul dawn l-aħħar ħames snin.

Aktar ħin mal-familja, speċjalment mal-ħames neputijiet, kif ukoll aktar ħin mal-ħbieb.

L-EWWEL KTIEB LI SE TAQRA FIL-ĦIN TA’ RILASSAMENT? The World is Blue: How Our Fate and the Ocean’s are One ta’ Sylvia A. Earle. Sylvia hija magħrufa madwar id-dinja għallħidma tagħha favur il-protezzjoni u l-immaniġġjar sostenibbli tal-ibħra.

SE TIBQA’ INVOLUT FIL-ĦAJJA PUBBLIKA? Nispera li nkun nista’ nuża l-esperjenza li ksibt għall-ġid taċ-ċittadini Maltin, Ewropej u globali.


12

24.11.2019

kullhadd.com

KAMPANJA TA’ SENA FAVUR IL-PROFESSJONI TAN-NURSING • DIĠÀ NBDEW ATTIVITAJIET GĦAL TFAL FI SKEJJEL PRIMARJI

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ma’ grupp ta’ infermieri ġodda f’Settembru li għadda L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) tikkalkula li sas-sena 2030 globalment se jkunu meħteġin disa’ miljun infermier/a u qwiebel ma’ dawk li hawn bħalissa bil-għan li jkunu salvagwardati l-prevenzjoni, it-trattament u l-kura kontra l-mard biex b’hekk il-popli jkunu jistgħu jgħixu ħajja sana f ’kull stadju ta’ ħajjithom. Fl-okkażjoni tal-200 anniversarju mit-twelid tal-ikona tal-infermieri, Florence Nightingale, il-WHO se tiddedika s-sena 2020 lill-infermieri u l-qwiebel – is-Sena tal-Infermieri u l-Qwiebel. Fl-isfond ta’ dan l-anniversarju tnediet kampanja internazzjonali mmirata biex tattira aktar żgħażagħ lejn dawn il-professjonijiet billi ttejjeb kemm tista’ l-mod ta’ kif wieħed għandu jħares lejn l-infermieri, titkattar l-influwenza tagħhom u timmassimizza l-kontribut tagħhom biex ikun assigurat li kulħadd ikollu, u kullimkien ikun hemm, aċċess għall-kura tas-saħħa. Malta, permezz tad-Direttorat għas-Servizzi tan-Nursing (NSD) fi ħdan il-Ministeru għas-Saħħa, se tkun, u fil-fatt diġà bdiet, tieħu u tagħti sehem f ’din il-kampanja dinjija. Tul din il-kampanja mifruxa fuq sena sħiħa l-NSD se tkun qed tinvolvi entitajiet governattivi, universitajiet, lillUnion tal-Qwiebel u l-Infermieri (MUMN), Kunsilli Lokali u s-settur privat. Mitlub jikkummenta dwar din

il-kampanja, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal lil dan il-ġurnal: “Aħna, bħal ħafna pajjiżi oħrajn ukoll suġġetti għall-bżonn ta’ aktar infermieri u qwiebel. B’sodisfazzjon ngħid li s-settur tas-saħħa f ’pajjiżna huwa wieħed tajjeb ħafna, ninsabu fost l-aqwa 10 pajjiżi fid-dinja għas-servizz tassaħħa. Dan huwa dovut mhux biss għall-infrastruttura tajba ħafna li għandna f ’kull fergħa tal-qasam mediku, imma wkoll grazzi għall-professjonisti u l-ħaddiema kollha ta’ dan is-settur, fosthom l-infermieri u l-qwiebel. Aktar ma nżidu s-servizzi tas-saħħa aktar ikollna bżonn ħaddiema, fosthom infermieri. Dan huwa evidenti ħafna mill-fatt li f ’dawn l-aħħar sitt snin u nofs in-numru ta’ infermieri żdied b’madwar 700, tant li fis-sena 2013 kien hemm 2,900 infermier u llum għandna 3,600 u xorta għad għandna bżonn. Konxji minn dan kollu ma niqfux minn ħidmietna biex nattiraw aktar żgħażagħ lejn din il-professjoni, fosthom b’kampanji bħal din li embarka fuqha d-Direttorat għas-Servizzi tan-Nursing, li nawgura li tħalli l-frott.” Id-Deputat Prim Ministru żied jgħid: “Fuq it-tliet snin li ġejjin se jkunu meħteġin aktar minn 400 infermier ieħor u għalhekk huwa importanti li nħajru aktar żgħażagħ lejn din il-professjoni nobbli u li tagħti sodisfazzjon. B’riżultat ta’ ftehim settorjali

milħuq mal-MUMN f ’Novembru tas-sena li għaddiet il-professjoni tal-infermier għandha rikonoxximent aħjar mil-lat finanzjarju u xi ħaġa importanti ħafna hija li nħolqot struttura li permezz tagħha l-infermier jista’ jibqa’ jispeċjalizza.” Il-kampanja li se jkun qed jagħmel id-Direttorat għasServizzi tan-Nursing għandha ħames għanijiet prinċipali: • Li tgħolli l-istatus u l-profil tal-professjoni tan-nursing. • Li ssaħħaħ post l-infermieri fil-qalba tal-ħidma meħtieġa għall-isfidi li qed joffri s-seklu 21 fil-qasam tas-saħħa.

jnuna tal-Ministeru għall-Edukazzjoni permezz tan-National School Support Services (Career guidance Section) u d-Directorate for Learning and Assessment (Health & Social Care Section) qed jagħmel għal studenti talĦames Sena fil-Livell Primarju fi skejjel kemm statali u mhumiex. Il-ħsieb wara dawn l-attivitajiet huwa li jintbagħat messaġġ pożittiv lill-istudenti minn età żgħira dwar l-importanza tal-kura tassaħħa mhux biss fuq livell individwali imma wkoll biex minn età żgħira jinħoloq għarfien u perċezzjoni pożittiva dwar il-karrieri f ’dan is-settur.

B’sodisfazzjon ngħid li s-settur tas-saħħa f’pajjiżna huwa wieħed tajjeb ħafna, ninsabu fost l-aqwa 10 pajjiżi fid-dinja għas-servizz tassaħħa • Li tkun ta’ appoġġ lill-infermieri biex imexxu, jitgħallmu u jsaħħu l-professjoni tagħhom. • Li tissieħeb ma’ dawk involuti biex tkun żviluppata l-kampanja. • Li tattira żgħażagħ lejn il-professjoni filwaqt li żżomm fl-impjieg lill-infermieri attwali. L-NSD diġà beda jattwa din il-kampanja b’attivitajiet li bl-għa-

Kelliem għall-NSD qal lil dan il-ġurnal li fil-kampanja tul is-sena skolastika 2019-2020 se jkunu qegħdin jieħdu sehem 23 skola u s’issa diġà saret attività f ’erbgħa minnhom. L-attività, li tieħu madwar siegħa, tkun tikkonsisti, fost affarijiet oħrajn, minn preżentazzjoni ta’ madwar 10 minuti dwar il-professjoni

tan-nursing ibbażata fuq ir-relazzjoni tal-infermier mal-pazjent kif ukoll dwar il-post tax-xogħol, bħalma huma sptarijiet u kliniċi. Dan ikun segwit minn tliet workshops, li jkunu jinkludu l-għarfien tal-ġisem uman, fejn l-istudenti jkunu mistoqsija dwar il-funzjoni ta’ organi differenti bl-istudenti jpoġġu l-organi fil-post korrett filġisem uman, il-bini ta’ ambulanza billi jgħaqqdu l-biċċiet provduti u twaħħil ta’ stickers fuqha flimkien mal-importanza tas-Servizz 112 u finalment kif jeżaminaw il-polz u n-nifs tal-individwu. L-attività tinkludi wkoll il-parteċipazzjoni ta’ żewġ infermieri li permezz ta’ pupazzi jenfasizzaw l-importanza tal-ħasil tal-idejn bit-tfal jieħdu sehem dirett u attiv. Bil-għan li jintlaħqu l-istudenti kollha tal-Ħames Sena fl-iskola partikolari l-attività ssir darbtejn jew aktar, skont il-ħtieġa. Sadanittant bil-għan li jinħoloq aktar għarfien dwar il-professjoni u fl-istess ħin issir aktar promozzjoni għaliha, studenti tal-Għaxar Sena fl-istess kulleġġ u li jkunu qegħdin jistudjaw issuġġett Health and Social Care, flimkien mal-għalliema tagħhom, ikunu mistednin jassistu lill-infermieri fil-workshops u fl-istess ħin huma stess ikunu qegħdin ikattru t-tagħlim tagħhom dwar din il-professjoni/karriera għalihom. L-attivitajiet qegħdin jitmexxew minn membri tad-Direttorat għas-Servizzi tan-Nursing flimkien ma’ infermieri li jaħdmu kemm fil-qasam nazzjonali tassaħħa kif ukoll fis-settur privat. Fir-rigward tal-kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali l-NSD qal lil dan il-ġurnal li saru diversi laqgħat mat-taqsima tal-Gvern dwar il-Kunsilli Lokali. Il-Kunsilli Lokali ġew mistednin jidentifikaw u jressqu ’l quddiem l-oqsma fil-komunitajiet rispettivi tagħhom li dwarhom iħossu li għandhom bżonn għajnuna. Potenzjalment, imma mhux biss, dawn l-oqsma jinkludu d-dijabete; id-dimensja; il-perinatal mental health; is-saħħa mentali; l-aspetti konnessi mal-qwiebel bħall-kura ta’ tfal tat-twelid u l-ippjanar tal-familja; l-anzjanità attiva u l-eżerċizzji. Fuq il-bażi tal-informazzjoni miġbura l-NSD tkun tista’ tippjana u timplimenta l-attivitajiet tagħha skont il-ħtiġijiet tal-Kunsilli Lokali għas-sena li ġejja, 2020.



14

24.11.2019

kullhadd.com

ARTI MINN ŻMIEN BIŻA L-ikonografija tmur lura għal żmien Biżantin, fil-bidu taż-żmien imsejjaħ il-Medjuevu. Ħa ismu minn post fit-Turkija fejn l-Imperatur Kostantinu bena l-belt ta’ Kostantinopli, illum Istanbul. L-ikona hi xbieha li niltaqgħu magħha fil-knejjes Biżantini, speċjalment fil-Lvant tal-Ewropa, Iżrael u l-Eġittu. Bi xbihat Biżantini nifhmu kemm dawk Ortodossi, kif ukoll Kattoliċi. Iltqajt m’ Vincent Mangani, ikonografu Malti li ftit żmien ilu ta wirja tax-xogħlijiet tiegħu fir-Razzett tal-Markiż. Minn CHARLES B. SPITERI

Vincent, kif bdiet l-ikonografija? Il-bniedem minn dejjem kien affaxxinat li jħares madwaru u jara l-forom u l-kuluri fin-natura. Għalhekk ipprova jimitahom. Dan jidher mill-figuri l-aktar antiki li nstabu s’issa, impinġija bil-ħamrija u kuluri naturali. Dawn l-immaġini saru sa minn 30,000 sena Qabel Kristu u ħafna drabi kienu jkunu annimali bi ftit li xejn nies. Tant li meta 150 sena ilu l-Ingliżi marru l-Awstralja, lill-aboriġini kienu jqisuhom bħala annimali u nies slavaġ, jistmawhom t’annimali u sa jorbtuhom bil-ktajjen. Iżda mbagħad skoprew l-arti kbira li kellhom, li tmur għal 26,000 sena Qabel Kristu. L-ikonografija taf il-bidu tagħha mill-arti li nsibu fl-Eġittu ta’ żmien il-Farawni. Dan influwenza lill-Insara meta ġew biex jipproduċu ċerti xbihat. Meta ngħidu l-Knisja Kopta nfissru l-Knisja kemm Kattolika kif ukoll dik Ortodossa li hemm fl-Eġittu. Ħafna jaħsbu li l-ikonografija bdiet mill-influwenza ta’ din l-arti Eġizzjana. Fl-ikonografija Kopta l-wiċċ ikun aktar fit-tond u bħall-għajnejn u x-xufftejn ikunu kbar ħafna.

ix-xbihat kollha, jgħidulu ‘ikonoklażmu’, San Ġwann Damaxxenu kien wieħed minn dawk li ddefenda x-xbihat u ta r-raġunijiet għaliex kienu importanti. L-ikona ssir lingwa li ma tistax titkellimha mingħajr il-fidi u mingħajr għaqda mal-Knisja, għax l-ikona mhix tiżjin. U dan hu wieħed mill-iżbalji li nagħmlu aħna. Nixtru ikona sabiħa biex inżejnu biha. Proprjament ikona mhix qiegħda biex tagħmel wirja biha, iżda fil-knisja għat-talb quddiemha. Interessanti li fid-djar Ortodossi dejjem ikollhom rokna bl-ikoni u suppost xħin jidħlu f ’dar, mhux isellem lil sid id-dar, iżda lill-ikoni li jkun hemm u li ġeneralment ikunu l-ikoni tal-membri tal-familja tagħhom, li l-ewwel darba jagħtuhielhom fil-magħmudija u tibqa’ miexja magħhom anki fiż-żwieġ. Il-ġenituri jbierku lil uliedhom bl-ikona tal-qaddis tagħhom u anki meta jmutu jpoġġuhomlhom fuq it-tebut waqt iċ-ċerimonja, iżda ma jidfnuhiex bħalma aħna ma nidfnux il-Kurċifiss. Terġa’ l-venerazzjoni ssir lill-ikoni u mhux il-materja: jiġifieri l-injam jew iż-żebgħa, jew l-affresk. Permezz tal-ikona tingħata qima lill-persuna miktuba (ie mpinġija) fuqha. Kif jgħid San Bażilju: “L-unur mogħti lix-xbieha jgħaddi lil min qiegħed jirrappreżenta.” Jiġifieri l-ikoni ma jintirtux? Jekk tkun tal-qaddis mhux suppost li tintiret. Jekk hi fil-familja tkun inxtrat għax tirrappreżenta lil qaddis partikulari. Fost l-Ortodossi ma ssibx min isemmi tfal b’isem li mhux ta’ Qaddis. Fil-fatt, flok jagħmlu t-tifkira ta’ għeluq sninhom, jagħmlu t-tifkira tal-qaddis tagħhom: dak li ngħidulu l-onomastiku. Kif tagħraf id-differenza bejn ikona u oħra, ta’ qaddisin differenti? Faċli ferm. L-ewwel ħaġa importanti hi li l-isem tal-persunaġġ jew ġrajja jrid jinkiteb. Tagħraf ukoll is-simboliżmi, id-dettalji u wkoll il-kuluri li jintużaw fl-ikona.

Iżda l-kelma nnifisha ‘ikona’ xi tfisser?

U hemm xi aspetti biex jgħinu lill-ikonografi?

Hi kelma Griega li tfisser xbieha u jekk inħarsu lejn l-ikonografija qisu dejjem għandna tliet tipi. Hemm dawk impinġijin fuq l-injam, kif inhuma l-biċċa l-kbira tal-ikoni li wieħed jixtri, iżda qabilhom kienu jsiru l-affreski u wara l-mużajk. Ħa nibdew mill-mużajk. Dan hu l-iżjed sempliċi. Wara li kienu jagħmlu d-disinn, jagħmlu t-tikħila u jwaħħlu l-biċċiet ta’ rħam jew ħġieġ. Fil-każ tal-ħġieġ, kull fejn jidher id-deheb ikun taħt il-ħġieġ biex ma jitqaxxarx. Il-ħġieġ iwaħħluh ftit immejjel, biex meta jaħbat fuqhom id-dawl, ma jirriflettix fl-għajnejn u b’hekk tibqa’ tara x-xbieha. Iż-żewġ mużajċi fil-Katidral tal-Imdina magħmulin b’dan il-mod, iżda taħsibhom pittura għax mhux magħmula kif titlob it-teknika tal-mużajk. Meta nitkellmu fuq affresk, kienu jagħmlu tikħila, fejn jinkludu fiha t-trab tal-irħam u sakemm tkun għadha ratba kienu jagħmlu d-disinn u jpinġu bil-kuluri naturali imħallat mal-isfar tal-bajd u ftit ħall biex iqabbad.

Iva, hemm tliet aspetti, li huma dak artistiku, jiġifieri l-kif tkun saret; l-aspett spiritwali, jiġifieri x’qed jimmotiva lil dak li jkun biex jagħmilha u l-aspett teoloġiku, jiġifieri l-ħsieb warajha.

It-tpinġija ta’ ikona kif issir? L-ikona ma tpinġihiex, iżda tiktibha. Ir-raġuni hi sempliċi ħafna u nsibu dawn referenza meħudin mill-kitbiet tas-Santi Padri: “Lil min jaf jaqra, għandu l-Kelma t’Alla miktuba bil-linka fuq il-karti; lil min ma jafx jaqra se nagħtuh il-Kelma t’Alla mpinġija bil-kulur.” L-oħra: “Il-Kelma miktuba hi għal dawk li jafu jaqraw, l-ikona hi għal dawk li ma jafux jaqraw, u fejn id-diskors hu għall-widna, l-ikona hi għall-għajnejn.” Allura fil-knejjes Russi u dawk Griegi, ma ssibx statwi? Assolutament le. Fl-ikonografija tal-pajjiżi Ortodossi, speċjalment fil-knejjes, issibha kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra u hemm differenzi bejn l-ikoni fir-Russja u dawk fil-Greċja. Jintużaw ukoll fil-purċissjonijiet, għax kif għedt m’għandhomx statwi. Fi żmien il-persekuzzjoni tal-Knisja, x’ġara mill-ikoni? Insibu li fi żmien San Ġwann Damaxxenu, jiġifieri minn Damasku, fis-Seklu Tmienja u Disgħa, kien hemm moviment li pprova jeqred

Tista’ tispjegali? L-aspett artistiku. Insibu li l-kelma ikonografi hi magħmula minn żewġ kelmiet li jfissru xbieha u kitba. L-ikonografi kien ikollhom bosta manwali ta’ kif tippreżenta persunaġġ. Allura jkollok l-isem tal-qaddis, kif tirrappeżentah, x’kuluri tpoġġi, xi jkollu f ’idu u x’tista’ tiktiblu barra ismu. Jiġifieri hemm regoli li bilfors trid timxi magħhom u ma tiċċaqlaqx minnhom. Pereżempju teżisti ikona b’156 Madonna li huma aċċettati biex wieħed jagħmel bħalhom. Jiġifieri meta ikonografu jkun irid jagħmel Madonna, jagħżel waħda minnhom, għax l-ikonografija baqgħet bl-istess stil, bl-istess ħwejjeġ u bl-istess kuluri. Jiġifieri ikona tat-tmien seklu u waħda tallum, suppost jixxiebhu ħafna. Tinħtieġ xi ħaġa qabel tikteb ikona? Iva, trid titlob u ssum. U nieħu gost nisma’ tip ta’ mużika tal-meditazzjoni, għax iddaħħlek fl-atmosfera bla ma trid. Jidher ukoll li l-ikoni qatt ma jkollhom xenarju. Sewwa qed tgħid. Flok xenarju dejjem jintuża d-deheb. Eżempju ċar hu li meta jkunu jridu juru li l-ġrajja tkun fuq ġewwa, ikun hemm speċi ta’ żewġ binjiet fil-ġnieb u bħal velu jgħaqqadhom min-naħa għall-oħra. Għaliex fuq ikona ma tarax isem l-artist? Dik ħaġa oħra fuq ikona. Ħadd ma jniżżel ismu fuq il-faċċata tagħha, iżda fuq wara. Ir-raġunijiet huma dawn: biex ħadd ma jassoċja s-suġġett ma’ individwu; għax min jagħmilha jkun qed jimxi skont tradizzjoni u għalhekk id-disinn mhux tiegħu u mhux oriġinali u t-tielet għax jemmnu

li min jagħmel l-ikona jkun is

Naturalment ukoll, l-ikona

Ikona suppost tressaq lill-pe fl-inkarnazzjoni – li Kristu s Ġesù, li jirrappreżenta lil Alla kinux jagħmlu ikoni ta’ Alla ma sarx bniedem. Kienu jsir setgħu jsirulu x-xbihat. Dak

Xi tgħidli fuq it-teknika ta

Ġeneralment tintuża t-temp kbira. Tuża l-isfar tal-bajd, tr ġebel misħuq u l-ħall abjad. I għaż-żebgħa u wkoll biex jg peress li jkollok l-isfar tal-baj sigħat. U ċerti kuluri huma jekk wara tagħti daqqa fuq lil-kulur jibqa’ abjad. Liema kulur isir l-ewwel?

L-ewwel ma jingħata hu d-de lur skur u dejjem tiċċarah u jaf ikollok seba’ passati ta’ k Hu xogħol laboruż ħafna.

Iżda l-kuluri użati x’tifsira

Ħa ngħidlek. Fl-antik l-abjad għall-kefen. Fl-ikoni jirrappr lur u hu qrib id-dawl. Ifisse l-għajn. Hu wkoll il-kulur ta jfisser ukoll innoċenza, ħelsie L-ikħal hu kulur spiritwali Jintuża għall-mantell ta’ Ġes ttrasfigurat. L-aħmar hu l-lewn li jispir għalkemm hu kulur li tħoss għall-martri kif ukoll għall-ilb tar aħmar minn Pilatu. Il-vjola jispira l-għana. Hu u saċerdotali. Ġeneralment j l-idea li s-setgħa hi aktar f ’id L-aħdar fih aspett ta’ ħajja. mal-aħmar għall-ilbies tal-ma L-isfar ma jintużax minħa mqiegħed fil-qabar għax jirri Il-kannella jintuża f ’kull ħa aktar ċar u safrani. Il-kanne u l-ħajja ta’ faqar u ċaħda ta hemm ħajja monastika. Fl-aħħar nett l-iswed. Lewn zju Universali, kif ukoll għa il-kurċifiss fl-ikona tal-Kurċi d-dnub, il-mewt u l-ilbies talwwi daqs l-abjad, iżda l-effet

X’hemm differenti bejn ik

Fl-ikoni jkun hemm isem il-q em imqassar bil-Grieg u war li jixhdu li Kristu hu dejjem ħ tlieta jkunu jmissu simbolu ta Alla u bniedem fl-istess ħin. jfissru li l-Madonna kienet ve

Meta nħarsu lejn Kristu, g nofs wiċċ mhux bħan-nofs


15

24.11.2019

kullhadd.com

ANTIN Il-Kelma miktuba hi għal dawk li jafu jaqraw, l-ikona hi għal dawk li ma jafux jaqraw, u fejn id-diskors hu għall-widna, l-ikona hi għall-għajnejn

spirat mill-Ispirtu s-Santu.

a jkollha aspett teoloġiku.

ersuna lejn Alla, iżda b’mod speċjali, il-fidi sar Bniedem. Barra minn hekk, ikona turi lil a li ma jidhirx. Fil-bidu u għal ħafna snin ma l-Missier jew tat-Trinità, għax Alla l-Missier ru biss ta’ Ġesù, għax la ġie bħala bniedem, hu l-argument.

al-kuluri?

pra tal-bajd (egg temper). Fiha biċċa xogħol trab naturali mill-ħamrija jew irħam u blat u Il-ħall jintuża kemm biex l-insetti ma jdurux għin lill-kulur ma jagħqadx mill-ewwel, għax jd, jekk ma tużahx mill-ewwel, jinxiflek fi ftit għaljin sew fil-prezz. Li jkollok sabiħ hu li -ikona b’kulur ieħor, bħal abjad fuq l-iswed,

eheb, bil-folji. Imbagħad tibda mill-aktar kutqiegħed fuqu. Jiġifieri jekk tħares lejn wiċċ, kulur, wieħed iktar ċar mill-ieħor fuq xulxin.

a fihom?

d kien jintuża għall-allat. Kien jintuża wkoll reżenta d-Divinità għax nieqes minn kull kuer purità u kalma, iżda fl-istess ħin jiġbidlek a’ dawk mimlija bid-‘dawl’ t’Alla. Hu kulur li en mill-ħtija u ferħ. u jirrappreżenta l-misteru tal-Ħajja Divina. sù, l-ilbies tal-Madonna u fl-isfond ta’ Kristu

ra dinamiżmu u dija. Ġieli jintuża fl-isfond, su jersaq lejk. Hu lewn id-demm u jintuża bies ta’ Ġesù, li wara kollox ġie mlibbes man-

simbolu tas-setgħa u l-konsagrazzjoni: irjali jintuża jxaqleb lejn l-aħmar skur biex jagħti dejn Alla. Hu kulur kalm u newtrali. Hu użat flimkien artri. Użat ukoll għall-profeti u r-rejiet. abba d-deheb. Tarah biss fl-ikona ta’ Kristu ifletti d-dwejjaq. aġa tad-dinja, bħall-blat. F’ikoni festivi, jidher ella skur jirrifletti lbies il-patrijiet u s-sorijiet al-ferħ mondan. Għalhekk jintuża fejn ikun

n li jintuża għall-indannati fl-ikona tal-Ġudizall-infern, il-qabar ta’ Lazzru, l-għar ta’ taħt ċifissjoni u l-għar tan-Natività. Jissimbolizza -monaċi li mietu għad-dinja. Fl-għajn hu qatt li joħloq hu l-kontra.

kona ta’ Ġesù u tal-qaddisin?

qaddis, iżda fil-każ ta’ Kristu jkun hemm l-isra rasu, fir-raġġiera jkollu s-salib u t-tliet ittri ħaj. Interessanti wkoll is-swaba’, fejn l-ewwel at-Trinità u l-aħħar tnejn ’il fuq ifissru li kien Fir-rigward tal-Madonna naraw tliet stilel, li erġni qabel, fit-twelid ta’ Ġesù u wara.

għaliex ikollu s l-ieħor?

Dik hi xi ħaġa li ssir apposta mill-ikonografi. L-interpretazzjoni li tingħata hi biex juru li nofs wiċċ jirrappreżenta lil Alla u n-nofs l-ieħor lill-bniedem, għax fl-ikoni joqogħdu attenti ferm għad-dettall. Insibu wkoll għajnejn kbar, għax jara affarijiet divini ’l bogħod minnu; il-widnejn dejjem mikxufin, imqar biċċa, għax iridu jisimgħu. Imbagħad hemm l-imnieħer, daqsxejn tawwali iżda rqiq, għax mhux ixomm affarijiet ta’ din id-dinja; ix-xufftejn dejjem żgħar u magħluqin, għax biex tisma’ trid tiskot, u raġġiera tad-deheb, għax kif semmejna hu bniedem f ’għaqda mad-divin. Fl-ikoni qisu qatt ma jidher Kristu bil-kuruna tax-xewk. Qed ngħid sew? Iva, u maż-żmien l-ikoni ta’ Kristu msallab bdejna narawhom b’wiċċ dejjem kalm, id-demm jinsab biss fejn għandu l-pjagi, mingħajr kuruna tax-xewk u dejjem iħares lejn il-lemin. Anki meta jroddu s-salib, l-Ortodossi jagħmlu tlett iswaba’ ma’ xulxin, għax jirrappreżentaw lit-Trinità u wara li jmissu moħħhom u żaqqhom, itellgħu idhom lejn il-lemin u mhux lejn ix-xellug, bħalna. Naraw ukoll li jekk fl-ikona jkun hemm il-Madonna, din ukoll, dejjem tkun fuq in-naħa tal-lemin, għax Kristu kellimha. Anki jekk fil-kurċifissjoni jkun hemm il-ħallelin, dak tajjeb ikun fuq il-lemin. Fl-ikoni ta’ Kristu msallab dejjem nilmħu għar u ras ta’ mewt. Xi jfissru? Dik hi tradizzjoni meħuda minn kitba li hi fl-istil tal-Bibbja iżda mhumiex fil-Bibbja, li ngħidulhom l-Apokrafi, fejn hemm leġġenda li tgħid li taħt fejn sallbu lil Ġesù, kien hemm Adam midfun ġo għar. Min mar l-Art Imqaddsa u daħal fejn hemm l-Għar ta’ Kristu, fuq ix-xellug hemm dak li jgħidulu l-Għar ta’ Adam u hemm konsentura kbira. Dan jiġi eżatt taħt fejn kien twaqqaf is-salib. Fil-fatt, għalhekk il-Vanġelu jsemmiha bħala l-Qorriegħa, mhux biss għax kienet għolja baxxa, iżda b’referenza għal ras Adam. Allura l-ewwel persuna li ġiet mifdija mid-demm li ċarċar minn Kristu kien Adam. Dak hu s-simboliżmu. Għalhekk hemm l-għar u ċ-ċarċir tad-demm.


16

24.11.2019

kullhadd.com

M’HEMMX KEJL GĦALL-ĦSARA LI TĦALLI L-VJOLENZA

Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew

Bħal kull sena, għada l-Ġnus Magħquda tfakkar il-jum internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa. Dan iljum jimmarka l-bidu ta’ 16–il jum ta’ attiviżmu kontra l-vjolenza, bit-tema ta’ din is-sena ffukata fuq il-ġlieda kontra l-istupru, wieħed mill-iktar atti degradanti li jista’ jsir fuq bniedem. Spiss jistaqsuna għalfejn niffukaw daqshekk fuq vjolenza kontra n-nisa. In-numri jitkellmu għalina: madwar id-dinja, madwar waħda minn kull tliet nisa esperjenzaw xi forma ta’ vjolenza sesswali

jew domestika. Fil-maġġoranza tagħhom, dawn l-attakki vjolenti jsiru minn persuni li jkunu qrib tal-vittma, persuni li l-vittma tafda jew tħobb. Wara dawn in-numri, hemm ommijiet, nanniet, aħwa, u ħbieb tagħna stess li fis-skiet, wara l-bieb ta’ darhom, ikunu qegħdin ibatu ta’ kuljum minn kwalunkwe forma ta’ abbuż. Huwa possibbli li inti, li qed taqra dan l-artiklu, qiegħda tbati mill-vjolenza f ’darek stess. Dik hi l-isfortuna tal-vjolenza: tista’ tiġri lil kull persuna u tieħu forom li rari naħsbu fuqhom. Il-vjolenza fiżika ħafna drabi hi dik li l-iktar tidher, u forsi l-iktar li nitkellmu fuqha, imma xi ngħidu għall-vjolenza psikoloġika, li wkoll tittrawmatizza u tbeżża’ lil dak li jkun? Jew il-vjolenza ekonomika, li ċċaħħad lill-vittma mill-indipendenza tagħha, u ssakkarha f ’ċiklu ta’ vjolenza li ma jintemmx? Fil-Parlament Ewropew, qed nirrikonoxxu wkoll li l-vjolenza tista’ sseħħ kullimkien – inkluż il-Parlament stess! Miżura pożittiva li ħa l-Parlament hu li joffri

lilna l-Membri Parlamentari taħriġ dwar il-fastidju fuq il-post tax-xogħol, li jiffoka fuq kif wieħed jagħrfu, iżda wkoll kif nipprevenuh. Aktar kmieni dis-sena, il-Membri Parlamentari kkommettew ruħhom ukoll li dawk il-membri li japplikaw għal pożizzjonijiet importanti fi ħdan il-Parlament, bħal rapporteurs jew rappreżentanti f ’delegazzjonijiet uffiċjali, iridu jiddikjaraw bil-miktub l-impenn tagħhom kontra l-fastidju. Pajjiżna wkoll ħa din il-kwistjoni bis-serjetà li jixirqilha, u addotta sett ta’ liġijiet biex iħarsu l-vittma u ssir ġustizzja magħha. Bil-mod il-mod, qegħdin naraw l-effett ta’ din il-bidla legali fis-soċjetà tagħna wkoll. Ir-rappurtar tal-vjolenza, pereżempju, qiegħed jiżdied – dan juri li qed tiżdied ukoll il-fiduċja fil-liġi u fl-awtoritajiet, għaliex il-vittmi qegħdin ifittxu l-għajnuna tal-entitajiet u tal-qrati. Wasalna? Dażgur li le. Irridu nkomplu naħdmu biex il-kultura patrijarkali li tippermetti u kważi kważi tinnormalizza l-vjolenza tinqered. Irridu nibdlu t-ton tal-konverżazzjoni minn wieħed

li jipprova jwaħħal fl-aġir tal-vittma, għal wieħed li jirrikonoxxi li l-vjolenza qatt ma hi reazzjoni aċċettabbli, fl-ebda sitwazzjoni. Iżda, il-konverżazzjoni trid tinbidel fl-Ewropa wkoll, fejn għadna ferm lura milli nkunu ġusti mal-vittmi ta’ vjolenza. Għad għandna pajjiżi li ma rrattifikawx il-Konvenzjoni ta’ Istanbul – trattat internazzjonali kruċjali għall-ġlieda kontra l-vjolenza fuq in-nisa. Ħadt gost meta Ursula von der Leyen, il-President eletta tal-Kummissjoni Ewropea, semmiet din il-kwistjoni direttament fil-prijoritajiet tal-Kummissjoni l-ġdida. Iżda rridu naraw kif din il-prijorità se tissarraf f ’ħidma tanġibbli. Ser nagħmlu l-pressjoni neċessarja fuq l-Istati Membri f ’dan il-qasam? U fuq kollox, l-Unjoni Ewropea meta se taddotta dan it-trattat hi stess, biex b’hekk il-prinċipji tal-Konvenzjoni jsiru ħaġa waħda mal-prinċipji Ewropej? Konvinta li nistgħu nagħmlu ferm iktar għall-vittmi ta’ vjolenza fil-kontinent tagħna. Fil-Parlament Ewropew, se nkompli

nenfasizza l-bżonn ta’ politika u strateġija Ewropea komuni, li joffru direzzjoni ċara għal kull stat membru. Mingħajr direzzjoni li torbot lil kull pajjiż, il-vittmi se jibqgħu suġġetti għal liġijiet nazzjonali li jaf ikunu arkajċi, u ma jirriflettux il-perspettiva u bżonnijiet tal-vittma. Pereżempju, għad għandna pajjiżi – iva, pajjiżi Ewropej – li ma jikkunsidrawx l-element ta’ kunsens fir-reat ta’ stupru, jew li saħansitra ma jikkunsidrawx l-istupru fiż-żwieġ bħala reat kriminali. Din hi sitwazzjoni inaċċettabbli, u jekk l-Unjoni hi verament istituzzjoni li temmen fid-drittijiet tal-bniedem, mela allura ma nistgħux nibqgħu siekta meta nkunu nafu b’dawn is-sitwazzjonijiet. Il-jum internazzjonali għall-eliminazzjoni tal-vjolenza fuq in-nisa għandu jfakkarna f ’dak li qegħdin naħdmu għalih; soċjetà li ma tittollerax il-vjolenza bil-fatti, permezz ta’ qafas legali b’saħħtu, u entitajiet li għandhom biżżejjed riżorsi u l-empatija neċessarja biex ikunu verament ta’ kenn għal min għadu qed ibati fis-silenzju.

LIVELL T’GĦAJXIEN AĦJAR FIL-KOMUNITAJIET

Mario Fava President Sezzjoni Kunsillier PL

Meta jiġi kreat ambjent ħadrani u li jkun iddisinjat tajjeb fil-lokalitajiet tagħna, dan jirriżulta f ’livell ta’ ħajja aħjar għar-residenti li jkunu qegħdin jgħixu f ’dik il-komunità. Il-ħdura fl-ambjent tagħna tista’ tieħu diversi forom bħal playing fields, landscaping fi spazji miftuħa, siġar f ’toroq urbani u oħrajn. Hi x’inhi l-forma ta’ proġetti li jippermettu fihom il-komunitajiet mill-att infrastrutturali jibqa’ l-fatt li dawn l-aspetti jagħtu ħajja naturali fil-madwar. Jgħinu wkoll biex ikun hemm bijodiversità fiż-żoni urbani, li f ’pajjiżna għandna ħafna tant li Malta hija meqjusa bħala gżira

urbana. Mhix sorpriża għalhekk li l-ambjent naturali li ngħixu fih huwa wieħed mid-disa’ indikaturi suġġeriti mill-Kummissjoni Ewropea li jkejlu l-livell t’għajxien. Il-ħdura fi spazji miftuħa u t-toroq tagħna għandhom livelli differenti ta’ bijodiversità. Dan billi jipprovdu forom differenti ta’ flora u fawna. Diversi studji juru bl-aktar mod ċar li hemm korrelazzjoni bejn l-impatt fuq is-saħħa tal-bniedem u l-preżenza tan-natura f ’ambjent urban. Dan għaliex jingħata lok għal aktar kreattività u innovazzjoni anki f ’żoni dominati mill-bini. B’aċċess dirett u b’konnessjoni tajba għan-natura jiżviluppaw komunitajiet aktar b’saħħithom li b’effett ta’ dan, l-istess komunitajiet isiru aktar soċjali u armonizzati fiż-żona fejn jgħixu. B’komunitajiet sostenibbli fuq bażi lokali, u hawn fejn jidħlu l-Kunsilli Lokali, jaspiraw li jipprovdu sostenibbiltà soċjali, ekonomika u ambjentali. Din għandha tkun il-viżjoni fit-tul tal-Kunsilli Lokali. Il-politika u l-istrateġiji magħżula għandhom b’mod simuntanju jippromovu

opportunitajiet ekonomiċi u soċjali sabiex tiġi mtejba l-kwalità tal-ambjent, l-inklużjoni soċjali u l-benesseri fil-komunitajiet. Dan iwassal biex wieħed jifhem li l-istil ta’ ħajja f ’ambjent ħadrani għandu benefiċċji ferm akbar fit-tul milli miżuri t’emergenza li jagħtu soluzzjonijiet għal perjodu qasir. Dan għaliex li jkun sar ma jkunx sar b’viżjoni fit-tul iżda għax niġu daharna mal-ħajt u nħossu li rridu nagħmlu xi ħaġa. Meta jiġri hekk aktar iva milli le nispiċċaw biex dak li jkun sar b’dan il-metodu jkollu jerġa’ jsir mill-ġdid meta xi ħadd jiddeċiedi li jagħmel xi ħaġa fuq pjan fit-tul. Irridu nifhmu li d-deċiżjonijiet meħuda llum ser iħallu impatt negattiv jew pożittiv fil-ġejjieni. L-istess fl-għażliet li nagħmlu fejn jidħol il-konsum ta’ kuljum ta’ servizzi ta’ enerġija u modi ta’ kif innaqqsu l-użu tal-ilma u l-użu tal-plastik fil-mod kif ngħixu. Anki hawn, il-Kunsilli Lokali huma mistennija jipparteċipaw b’kollaborazzjoni ma’ stakeholders ewlenin fil-qasam. Dan sabiex b’azzjoni konġunta jibdlu l-kultura u l-mod ta’ ħsieb li sallum ir-residenti tagħhom għad-

hom iħaddnu. Il-Kunsilli Lokali għandhom jagħtu wkoll eżempju anki fl-għażliet li jagħmlu huma f ’dan ir-rigward pereżempju billi jaraw illi l-bini amministrattiv tal-Kunsill ikun qed jaħdem b’mezzi sostenibbli u enerġija rinnovabbli kif ukoll ma jsirx użu minn materjal li jagħmel ħsara lill-ambjent. B’dan il-mod, il-messaġġ tal-Kunsill ikun aktar kredibbli mar-residenti fil-lokalità. Il-pass li jkun imiss huwa li l-Kunsilli Lokali jpoġġu lir-residenti fiċ-ċentru ta’ kull strateġija li jkun qed jaħdem biha l-Kunsill. Hawnhekk jidħlu l-istakeholders kollha fil-lokalità sabiex huma wkoll jgħinu biex id-deċiżjonijiet meħuda u l-proċess ta’ implimentazzjoni mhux biss jitwettqu bl-aħjar mod imma jkunu inklussivi u jinkludu l-ħtiġijiet tar-resident. Huwa għal dan il-għan li l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali ser tkun qed tippubblika linji gwida dwar materji u kunċetti ambjentali biex iservu bħala l-ewwel pass għall-bliet u l-irħula sostenibbli fit-tul. Dan bla dubju ta’ xejn għandu imbagħad iwassal biex ikun hemm livell ta’ għajxien

sostenibbli f ’kull lokalità. Dawn il-linji gwida ser ikunu qegħdin jaraw ukoll illi jinkoraġġixxu lill-Kunsilli Lokali jimplimentaw prinċipji u prattiċi sabiex jippromwovu tisħiħ ta’ relazzjoni bejn l-istakeholders kollha u r-residenti biex ikun hemm approċċ ħolistiku f ’kull fażi ta’ implimentazzjoni. Ser inkunu qed naraw ukoll modi differenti u innovattivi biex indaħħlu aktar bijodiversità fl-ispazji li ngħixu fihom. Fattur ieħor importanti li aktar ma jikbru l-lokalitajiet tagħna aktar irridu nżidu l-isforzi tagħna biex ikollna pjan ta’ mmaniġġjar ta’ skart aktar sostenibbli u lokalitajiet u reġjuni ndaf din issa saret materja urġenti. Anki hawn ser ikunu qegħdin ngħinu lill-Kunsilli Lokali biex jifhmu aħjar dak li għandu jsir f ’dan ir-rigward. Flaħħar nett, wieħed ma jistax ma jsemmix l-infurzar li nemmnu li bi sforz kollettiv għandu jkun aktar effettiv. Huwa b’dan il-mod li Kunsilli Lokali jistgħu jilħqu l-milja tal-irwol tagħhom fil-lokalitajiet rispettivi fejn l-ewwel u qabel kollox iridu jżommu quddiem għajnejhom il-kwalità tal-ħajja tar-residenti.


17

24.11.2019

kullhadd.com

INKOMPLU NSAĦĦU L-KUNTATTI DIPLOMATIĊI TAGĦNA

Carmelo Abela Ministru

Din il-ġimgħa attendejt għall-inawgurazzjoni tal-Uffiċċju tar-Rappreżentanza Ungeriża f ’Malta ġewwa l-Belt Valletta, wara 40 sena minn meta waqqafna relazzjonijiet diplomatiċi mal-Ungerija. Qabel l-inawgurazzjoni, kelli taħditiet ukoll mal-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ Ungeriż Peter Szijjártó. Hemmhekk tkellimna fuq kif il-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju ġdid juri l-impenn u l-valuri qawwija marbuta mar-relazzjonijiet Malta-Ungerija kemm issa kif ukoll fil-futur. Dan l-iżvilupp jiġi bħala riżultat tal-frott ta’ skambji politiċi, edukattivi u kulturali konsistenti. Malta għandna madwar 3,000 Ungeriż residenti fiha, apparti l-fatt li fl-2018 madwar 27,000 turist mill-Ungerija żaru Malta. Dan il-fatt wassal għal żieda flgħadd ta’ servizzi konsulari, u din hija waħda mill-affarijiet li żżid il-ħtieġa ta’ dan l-uffiċċju. Apparti l-ftuħ ta’ dan l-uffiċċju, flimkien mal-Ministru Szijjártó qsamt ukoll fehmiet dwar l-iżviluppi attwali fil-Mediterran, partikolarment fis-Sirja u filLvant Nofsani. Il-migrazzjoni u l-iżviluppi preżenti fl-Unjoni Ewropea ġew ukoll diskussi. Iffirmajna wkoll Ftehim Amministrattiv dwar il-Kooperazzjoni Diplomatika li jkompli jsaħħaħ ir-relazzjonijiet bilaterali. Seminars konġunti, konsultazzjonijiet bilaterali regolari dwar aspetti ta’ interess reċiproku, skambji u taħriġ tal-persuni fil-kamp diplomatiku huma fost l-inizjattivi li dan il-ftehim se jipprovdi. Malta fit-tmexxija fiddiplomazija ta’ żgħażagħ Ewro-Mediterranji Il-ġimgħa li għaddiet Malta ospitat ukoll it-tieni minn serje ta’ tliet fora ddedikati għallħolqien ta’ ġenerazzjoni ġdida ta’ mexxejja Ewro-Mediterranji. Il-21 parteċipant huma mexxejja żgħażagħ minn 16-il pajjiż,

li huma diġà attivi ħafna fil-komunitajiet tagħhom stess. Matul il-ġimgħa li għaddiet ħadmu fuq l-iżvilupp ta’ rakkomandazzjonijiet ta’ politika madwar it-tema tal-azzjoni dwar il-klima. Meta żort lil dawn iż-żgħażagħ, ħeġġiġthom biex ikomplu jiżviluppaw il-ħiliet tagħhom biex mhux biss jagħtu leħen lit-tħassib tagħhom iżda wkoll ikunu jistgħu joffru soluzzjonijiet konkreti għal ħafna sfidi fir-reġjun. Il-ġenerazzjoni taż-żgħażagħ tagħna mhijiex biss il-mexxejja ta’ xi futur imbiegħed, iżda wkoll il-mexxejja tal-lum. L-impenn taż-żgħażagħ tagħna huwa tassew essenzjali biex jiġu indirizzati l-isfidi lokali, nazzjonali, reġjonali u globali. Għalhekk, huwa dmir għalina l-politiċi li nisimgħu liżżgħażagħ u nassiguraw l-ispazju meħtieġ għall-parteċipazzjoni politika attiva tagħhom. Iż-żgħażagħ mhumiex biss strument pożittiv u indispensabbli biex iwasslu għall-bidliet u għar-riformi tant meħtieġa, iżda huma wkoll element ewlieni fil-proċessi tal-bini tal-paċi fir-reġjun tagħna. It-triq ’il quddiem tal-Gvern li qed tiġi implimentata hija li tagħti s-setgħa liżżgħażagħ permezz ta’ tagħlim interkulturali u interreliġjuż, edukazzjoni ċivika u l-promozzjoni tar-rispett reċiproku. F’dan ir-rigward fakkart lil dawn iż-żgħażagħ kif riċentement sar skambju informali bejn il-mexxejja żgħażagħ u l-Ministri għall-Affarijiet Barranin tad-Djalogu fil-Mediterran tal-Punent. Dan sar matul il-5+5 li ġie organizzat hekk kif iltaqgħu f ’Malta għall-15-il laqgħa tagħhom, taħt il-kopresidenza ta’ Malta u l-Alġerija. Dik il-laqgħa ppermettiet lil dawk il-mexxejja żgħażagħ l-opportunità unika li jqajmu t-tħassib tagħhom direttament ma’ politiċi ewlenin mill-pajjiżi tagħhom stess. Iż-żieda fil-kuntatti bejn in-nies, speċjalment fost iż-żgħażagħ, jistgħu jwasslu għat-tkissir ta’ ostakli u perċezzjonijiet u jistgħu jservu wkoll bħala miżura ta’ bini ta’ kunfidenza, li tiffaċilita l-paċi u s-sigurtà filviċinat tagħna. Għaldaqstant dan l-avveniment huwa xi ħaġa pożittiva, mhux biss għaliex iżżgħażagħ qegħdin jiġu mħarrġa permezz ta’ workshops diversi, imma għaliex apparti t-tagħlim li jingħata, iż-żgħażagħ ikunu jistgħu jagħmlu kuntatti ma’ nies minn kulturi differenti, liema fatt jgħinhom iħarsu lejn id-dinja b’moħħ miftuħ.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 14 ta’ Novembru Ħadt gost immens nara lillKap Adrian Delia ma’ Saviour Balzan, għalkemm mhux għalkollox. Mhux għalkollox għax f ’ħin minnhom qagħad ifaħħar lil Simon Busuttil, forsi biex mingħalih ma jibqax jagħtih il-gambetti. Imma jekk qiegħed jaħseb hekk se jgħarralu mhux ftit. Ikolli ngħid li l-Kap ma jafux sew lil Simon Busuttil. Dak jidher najxu najxu, kif kienet tgħid in-nanna, imma mbagħad għandu rasu iebsa aktar mill-blat. Jekk idaħħal xi ħaġa f ’moħħu, ħadd u xejn ma jneħħihielu u ladarba daħħalha f ’moħħu li jagħti l-gambetti lill-Kap, hekk se jibqa’ jagħmel. Li kien raġel imissu irriżenja mill-Parlament u mhux biss minn Kap. Il-Ġimgħa, 15 ta’ Novembru Qiegħed nitħawwad fuq li nitħawwad, man! Jien ma kontx biħsiebni mmur il-protesta li Manuel (mhux Adrian) Delia se jorganizza għada, għax qiegħed nibża’ li se jattakkaw anke lill-Kap tagħna Adrian (mhux Manuel) Delia. Imma wara li attendejt il-laqgħa ma’ Clyde Puli, u smajtu jgħidilna biex nattendu għall-protesta, qiegħed naħsibha mmurx jew le. Imma nsomma, jien qatt ma mort kontra l-kelma tal-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, u la se jattendi anke l-Kap, allura jkolli mmur. Għalkemm f ’qalbi qiegħed nitlob li jkun maltemp kbir biex jitħassar kollox u b’hekk kollox jgħaddi b’wiċċ il-ġid. Is-Sibt, 16 ta’ Novembru. Għalxejn tlabt għall-maltemp, u ladarba l-maltemp baqa’ ma ġiex, kelli mmur il-protesta, anke jekk kontra qalbi. U sewwa bsart man! Il-protesta serviet biss biex tkompli tikxef il-qasmiet

kbar li għandna fil-partit darba glorjuż tagħna. Stennejt li kulħadd kien se jimxi id f ’id mal-Kap Adrian Delia, imma Simon Busuttil u sħabu ppreferew li jimxi id f ’id ma’ Manuel Delia u mhux ma’ Adrian Delia. Ma nafx għalfejn ma jaqbdux u jitilqu u jagħmlu partit għalihom. Jistgħu jingħaqdu mad-demokratiċi ta’ Godfrey u Marlene Farrugia, u jistgħu jingħaqdu mar-Repubblikani ta’ Manuel Delia. Il-Ħadd, 17 ta’ Novembru Kelli nibdel il-programm u, minflok mort għall-birra ma’ sieħbi tal-Istamperija dalgħodu, erħejtilha lejn ilkażin tagħna ta’ Tas-Sliema biex nisma’ lill-Kap Adrian Delia. Diskors ieħor memorabbli, anke jekk ħlief isem Keith Schembri tiela’ u isem Keith Schembri nieżel, ma smajtx. Imma qal waħda importanti ħafna, man! Qalilna li l-Gvern tilef il-leġittimità. Ngħid iddritt, bilkemm fhimt x’ried jgħid, imma meta ċempilt lil sieħbi tal-Istamperija, qalli li l-Gvern m’għadux leġittimu. Pront staqsejtu jekk allura huwiex se jaqa’ l-Gvern u ssir elezzjoni issa. Imma t-tweġiba kienet: “Fejn sejjer b’rasek, Naz!” It-Tnejn, 18 ta’ Novembru Mela x’inhu, man! Mhux biss il-Kap Adrian Delia għandu dritt li jingħata kopja tar-rapport tal-inkjesta dwar Egrant, imma, kif qal il-Kap tagħna, il-poplu kollu. Inkluż jien, u mhux għax jien l-akbar Nazzjonalist li hawn fil-pajjiż, nibqa’ ma ningħatax kopja tar-rapport. U meta ngħid li għandi dritt li jkolli kopja, infisser li għandi dritt li ningħata kopja stampata għax jien toqgħodx tgħidli li qiegħed online, fuq Facebook, jew Twitter, għax jien lanqas biss naf xi jfiss-

ru dawn. Mank jaħasra kelli qabda flus, għax kieku bħallKap kont nagħmel. Kont niftaħ kawża l-Qorti għax jien lest li nagħmel kollox għad-drittijiet tiegħi. Imma flus m’għandix u fil-partit tagħna ma sibt l-ebda avukat lest jaħdimli b’xejn u jħallas kollox hu. It-Tlieta, 19 ta’ Novembru Tgħidx kemm domt nitlob illejla forsi fl-aħħar insibu soluzzjoni għall-inkwiet li għandna. Tlabt għax sirt naf li l-Kap Adrian Delia, il-Viċi Kap David Agius u s-Segretarju Ġenerali Clyde Puli marru Zagreb biex jattendu l-kungress tal-Partit Popolari Ewropew u magħhom, jew tal-inqas f ’Zagreb se jkun hemm ukoll l-Ewroparlamentari David Casa. Staqsejt lil sieħbi tal-Istamperija jekk hemmx xi ċans li waqt li jkunu Zagreb, jiltaqgħu forsi ma tafx kif ma nibqgħux sejrin bl-inkwiet li qiegħed jifnina, imma ma tantx jidher li hemm ċans, għax minn dak li smajt lanqas biss se jkunu fl-istess lukanda. L-Erbgħa, 20 ta’ Novembru Milli jidher xejn ma sewa t-talb tiegħi, għax David Casa lanqas biss deher mal-Kap meta tkellem dwar dak li ġara llum. Anzi naħseb li mill-ħażin sejrin għall-agħar għax illejla Simon Busuttil kien qisu hu l-Kap tal-partit. Fl-opinjoni tiegħi Simon Busuttil, Manuel Delia u l-bella kumpanija ilhom jaħmu xi ħaġa u jkolli ngħid li issa qiegħed jirnexxilhom. Hekk interpretajtha l-mossa li għamel Simon Busuttil mal-bini ta’ Kastilja. Donnu jrid jgħidilna li għad jasal iż-żmien meta xi darba jkun hu li jidħol Kastilja u mhux Adrian Delia. Minnaħa l-oħra, kultant nibda niddubita li l-immaġinazzjoni qiegħda tiġri bija.


18

24.11.2019

kullhadd.com

ISTITUZZJONIJIET LI QED JAĦDMU

Owen Bonnici Ministru

Jekk kien hemm bżonn prova li l-istituzzjonijiet fil-pajjiż qed jaħdmu, u qed jaħdmu kif suppost bl-awtonomija kollha tagħhom, żgur li din il-prova, ingħatat fil-jiem li għaddew. F’dan il-pajjiż demokratiku, ħadd mhu ’l fuq mil-liġi, ħadd ma jgawdi minn impunità. Dan huwa Gvern li ma jħares lejn wiċċ ħadd biex tinġieb u ssir il-ġustizzja. Minkejja l-għajjat u wkoll il-kritika - jiddispjaċini ngħid - xejn kostruttiva u xejn veritiera minn sezzjoni tal-Oppożizzjoni, li f ’pajjiżna l-awtoritajiet huma maħtufa minn dan il-Gvern, bil-fatti rajna kif dan il-Gvern ta

r-riżorsi kollha meħtieġa lill-awtoritajiet biex dawn ikunu jistgħu jwettqu xogħolhom. Ma tahomx biss riżorsi, imma wkoll l-għodda kollha meħtieġa li għandhom bżonn. U altru li dawn mhux qed jitħallew iwettqu xogħolhom. F’dawn il-jiem ukoll, ħarġet il-verità dwar x’raġuni kien hemm wara ċerti azzjonijiet min-naħa ta’ wħud mill-Membri Parlamentari tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Ilna, minn kemm ilna li l-poplu fdana bil-fiduċja li mmexxu dan il-pajjiż, nisimgħu mingħand sezzjoni tal-Oppożizzjoni li l-Kummissarju tal-Pulizija ma jrid jagħmel xejn, li l-Avukat Ġenerali tar-Repubblika mhux jagħmel xogħlu, li l-ġudikanti tagħna maħkuma mill-Gvern. Oppożizzjoni li ma ħallitx il-kors tal-ġustizzja jaħdem u ppruvat iddaħħal f ’moħħ il-poplu li min-naħa talGvern għandna x’naħbu. Imma dak li rajna jiġri f ’dawn l-aħħar jiem, juri bil-fatti li dan kollu mhux veru. Fejn l-istituzzjonijiet kellhom jaħdmu, iva qegħdin jaħdmu. Fejn deċiżjonijiet kellhom jittieħdu, iva ttieħdu. Bħala Gvern qed nagħtu l-massimu tagħna, bil-provi, biex issir

ġustizzja. Tajjeb li nkunu kawti wkoll. Bħalissa - sal-ħin li qed nikteb dan l-artiklu - għaddejja investigazzjoni delikata, u filwaqt li rridu ngħinu lill-istituzzjonijiet biex jagħmlu xogħolhom, imma għandna wkoll inħalluhom jagħmlu xogħolhom. Irid ikun hemm kawtela f ’dak li jingħad. U hawnhekk niskanta kif membri tal-Oppożizzjoni li apparti li huma Membri Parlamentari, għandhom il-mestier professjonali tagħhom, u messhom jafu ħafna aħjar, qed jisparlaw fuq dan il-każ. Wieħed minnhom hu Karol Aquilina li tgħidx kemm immutettja u kkummiedja quddiem il-Parlament għax ra erba’ kostitwenti quddiemu, iddeċieda li jinseġ storja u jibqa’ jirrepetiha sakemm jemminha hu stess u jipprova jbellagħha lil ħaddieħor. Il-Gvern jaħdem mod ieħor għax għandu fiduċja fl-istituzzjonijiet tal-pajjiż. Aħna noqogħdu fuq dak li jgħidu l-istituzzjonijiet li m’għandna ebda dubju li qed jagħmlu xogħolhom u għalhekk nagħtuhom l-appoġġ tagħna. Jien ma noqgħodx fuq li jgħid Simon Busuttil jew Karol Aquilina jew

Jason Azzopardi. Jien noqgħod fuq li jgħidu l-Qrati tagħna u l-istituzzjonijiet tagħna. Ta’ min ifakkar li f ’dawn l-aħħar sitt snin, kien dan il-Gvern li daħħal miżuri, daħħal liġijiet, li ressqu dejjem aktar ’il quddiem id-demokrazija, taw nifs ġdid lill-qasam tal-ġustizzja u saħħu s-daltna tad-dritt f ’pajjiżna. Dan huwa rikonoxxut minn istituzzjonijiet barranin, minn istituzzjonijiet Ewropej, li konna aħna stess li tlabniehom jagħtuna parir dwar fejn nistgħu nitjiebu f ’dan il-qasam. U l-parir ħadnieh, qed nimplimentaw u se nkomplu nimplimentaw. Dak li huwa tajjeb għal pajjiżna se nkomplu nagħmluh. Xejn mhu se jżommna milli nkomplu ntejbu u nsaħħu. Sfond għal dan kollu huwa kumment li smajna f ’dawn il-jiem u li joħroġ il-verità kollha dwar l-isforzi tal-Oppożizzjoni biex tiskredita dak li qed jagħmel dan il-Gvern, sempliċement għax jaħsbu li għandhom dritt sagrosant li huma biss jiggvernaw lil dan il-pajjiż. Min jaf jagħmel il-kontijiet, se jifhem dak li se nikteb. Fil-protesta li saret, il-Membru Parlamenta-

ri Jason Azzopardi nstema’ jgħid li kien ilu sitt snin jistenna biex ikun hemm dawk ix-xeni quddiem il-Parlament. Sitt snin. Is-Sinjura Daphne Caruana Galizia ma nqatlitx bruttalment sitt snin ilu. Allura wieħed bilfors jistaqsi, x’hemm eżatt wara stqarrija bħal din? Iż-żejt dejjem jitla’ f ’wiċċ l-ilma. U għad tinkiteb l-istorja dwar il-verità li hemm wara l-kritika anki f ’istituzzjonijiet Ewropej li qed issir kontra Malta u l-istituzzjonijiet għolja ta’ dan il-pajjiż. Dan il-Gvern huwa l-iktar Gvern fl-istorja ta’ pajjiżna li għamel ġid. U huwa wkoll ġid li qed jinħass. U bla tlaqliq ngħid li d-dover tagħna huwa li nkomplu nagħmlu dan ilġid, kif se nkomplu nagħmlu. Sadanittant, hu fid-dover tagħna li nkunu magħqudin mija fil-mija wara l-Prim Ministru tagħna li qed jagħti l-massimu tiegħu. Dr Muscat qed iżomm kelmtu bħalma jagħmel dejjem - jaħdem kemm jiflaħ biex issir ħaġa li qatt ma ġrat qabel f ’pajjiżna. Ċoè li omiċidju maġġuri jiġi riżolt u l-ġustizzja sseħħ bil-fatti matul l-istess amministrazzjoni li jkun sar id-delitt. Malta f ’qalbna.

proġetti infrastrutturali f ’pajjiżna. It-toroq qegħdin kollha jingħataw l-attenzjoni moderna mixtieqa sabiex jiġu evitati bottlenecks u wieħed iniġġes l-arja inqas għax jasal aktar malajr. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet serji sabiex nibdew naraw kif se nwettqu l-wegħda tagħna li għamilna bħala pajjiż fil-Konferenza ta’ Pariġi tal-2015 dwar it-tibdil fil-klima. Il-Gvern sema’ mill-poplu speċjalment mill-ġenituri għax lit-tfal tagħna u lill-familji tagħna tajniehom arja iktar nadifa – ma jeżisix iktar heavy fuel oil, l-iktar żejt maħmuġ li qatt ġie prodott. Kissirna ċumniji tal-kankru li kienu ta’ periklu nazzjonali għas-saħħa tagħna. Faqar? Ġustizzja soċjali? Il-Gvern ta’ Joseph Muscat hu Gvern suċċess. Hu Gvern li qiegħed iġemma’ u mhux jonfoq biss mingħajr l-ebda rispett lejn il-ġenerazzjonijiet futuri. Jaqsam il-ġid għax il-valuri soċjalisti jibqgħu l-qofol tal-politika tiegħu. Ħaseb f ’kulħadd speċjalment f ’dawk li l-aktar għandhom bżonn – baġits mingħajr taxxi miżjuda. Baġits li żiedu l-pensjonjiet – mhux darba. Mhux darbtejn. Imma tliet darbiet u se jerġa’ jżidhom fil-futur. Gvern li ta widen għall-opinjonijiet pubbliċi – bħal rassenjazzjoni umli lejn proposti li setgħu ma kinux

perfetti – bħal tibdil fil-ħsieb ta’ kumpens għal dawk li jixtiequ jaddottaw klieb u annimali mis-santwarji u mill-Għammieri. Tibdil fil-ħsieb ta’ riformi edukattivi. Il-Gvern hu ġust. Ma jibżax jaffaċċja kalunnji u gideb – Prim Ministru li ma twerwix mill-Qrati. Prim Ministru li akkost li hemm min qatt ma jemmnu kapaċi jaffronta kull deċiżjoni ġudikatorja u jieħu deċiżjonijiet kbar waħdu bħal fil-konfront tas-soluzzjoni li jinstab min kien il-mastermind wara d-delitt ikrah ta’ Caruana Galizia. Il-ġustizzja teħtieġ u trid issir u dan il-Prim Ministru jafu u jafu bl-ikbar ċertezza. Dan hu Gvern suċċess għax Gvern li jisma’. U l-Oppożizzjoni hi oppożizzjoni mfarrka, imħawda, imwarrba għax tagħmel l-oppost. Hi aljenata fin-nuqqas ta’ direzzjoni, ta’ għaqda li tidwi anke fil-kurituri tad-Dar Ċentrali fil-Pietà. Il-Gvern preżenti – il-Gvern taħt l-emblema tat-torċa – il-Gvern ta’ Joseph Muscat hu qrib il-qalb ta’ kull ċittadin Malti u Għawdxi kif ukoll qrib dawk li jgħixu magħna, iħallsu t-taxxi bħalna u jaħdmu bieżla bħal kull ħaddiem lokali - u jobdu l-liġijiet tagħna. Dan hu Gvern konxju. Jimxi mhux quddiem il-poplu imma maġenbu u warajh.

GVERN LI JISMA’

Felix Busuttil

Nafu u nafu sew l-importanza ta’ Gvern li jisma’ lill-poplu. Lill-poplu ma tistax tkun qribu qabel l-elezzjonijiet u wara tagħmel fattik u qisu qatt ma eżista. Lill-poplu ma tistax tinjorah. Lill-poplu ma tista’ qatt twarrbu. Sempliċi. Għax iwarrbek hu. Nisimgħu ħafna lil hinn minn xtutna u riċentement li meta poplu jintesa jista’ saħansita jirvilla jekk dak li kien imwiegħed ma jiġix mogħti jew dak li kien miktub ma jkunx imwettaq. Ottubru 2018. Franza, prinċipalment Pariġi. Jitwieled l-moviment tal-Ġkieket Sofor – moviment populist saħansitra rivoluzzjonarju li jiġġieled anke jekk mhux dejjem paċifikament għall-ġustizzja soċjali u ekonomika – u sal-ġurnata tal-lum għalkemm mhux daqshekk b’saħħtu bħal

kif kien fil-bidu tiegħu għadu jiltaqa’ fit-toroq ta’ Pariġi jkisser, jipprotesta u joħloq konfużjoni. Hong Kong. Bħalissa. Il-poplu speċjalment żagħżugħ jipprotesta kontra drittijiet demokratiċi li kienu l-bażi fundamentali taħt kolonja Ingliża imma li qegħdin bil-mod il-mod jitmermru taħt amministrazzjoni Ċiniża. Dawn il-protesti ilhom għaddejjin xhur sħaħ u sa din il-ġimgħa inħoloq ġlied vjolenti qrib l-Università bejn il-pulizija u studenti universitarji. L-Olanda. Ottubru 2019. Bdiewa Olandiżi bblokkjaw l-arterji tat-toroq li jagħtu għall-Parlament sabiex joħolqu konfużjoni. Din il-protesta saret għax ilbdiewa ħassew li l-Gvern Olandiż qiegħed jagħti wisq tort lill-industrija agrikola għall-emissjonijiet li qegħdin jikkawżaw tibdil fil-klima. U xi ngħidu għall-protesti kbar favur il-protezzjoni tal-pjaneta? Protesti enormi sabiex kull pajjiż jipproklama emerġenza politika biex jitwettqu tibdiliet serji fil-mod kif ngħixu u fil-liġijiet biex b’hekk nevitaw katastrofu mondjali. Il-poplu meta jixba’, jinżel fit-toroq u jitkellem b’vuċi waħda anke b’mod irrabjat għax jesiġi li jinstema’. Nemmen li ħafna ideoloġiji populisti jinsabu fil-poter għax il-ġens kien imxebba’ minn politika aljenata li ma

kinitx konxja tal-qalb u l-moħħ ta’ kull individwu. Immigrazzjoni, ġustizzja soċjali, konġestjoni fit-toroq, arja maħmuġa, nuqqas kbir ta’ azzjoni sabiex nikkontrollaw is-sħana li dejjem tiżdied – faqar, drittijiet ċivili, drittijiet tal-annimali, demokrazija mittiefsa, żieda fil-prezzijiet, nuqqas ta’ xogħol jew staġnar ta’ salarji, gvernijiet li ma jsaħħux kontinwament is-saltna tad-dritt jew jibżgħu jaffaċċjaw il-Qrati sabiex kull min hu responsabbli jidher quddiem imħallef u jingħata l-ħelsien jekk ma jkunx ħati jew jingħata sentenza xierqa jekk żbalja. Jekk tħares lejn kull suġġett li ġeneralment joħloq protesta dan il-Gvern indirizzah. Indirizza l-immigrazzjoni. Indirizza l-immigrazzjoni bl-iktar mod uman u bl-iktar mod delikat. Ma ħasilx idejh. Insalvaw lil dawk fil-periklu tal-mewt imma wara li nagħtuhom kenn noffrulhom kenn permanenti f ’pajjiżi oħra. Illiġi Maltija qiegħda hemm kemm għall-Malti kif ukoll għal dawk li mhumiex Maltin. Il-pajjiż ma jistax jagħti aktar kenn permanenti lill-immigrati illegali. Aħna pajjiż żgħir. Min jikser il-liġi, Malti jew barrani, irid jerfa r-responsabilità. Konġestjoni tat-traffiku? Bħalissa għaddej wieħed mill-ikbar


19

24.11.2019

kullhadd.com

ISTITUZZJONIJIET B’SAĦĦITHOM Jidher li l-awtoritajiet Maltin qegħdin dejjem eqreb li jsolvu għalkollox il-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Qtil li dwaru diġà hemm tliet persuni l-Qorti akkużati li wettquh. F’dan l-istadju ngħidu jidher għax ċerti investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u għalhekk wieħed, jekk responsabbli, irid ikun kawt. Iktar minn kollox m’għandux jagħmel kummenti li jistgħu jippreġudikaw il-kors tal-ġustizzja. Però żgur li hemm ċerti konklużjonijiet li f ’dan l-istadju diġà nistgħu naslu għalihom. Fosthom dawk li jirriflettu fuq l-Oppożizzjoni u fuq il-membri partikolari tagħha. Persuni li saħansitra fl-aħħar sigħat donnhom aġixxew b’mod li jibda jqanqal dubji dwar kemm iridu ġustizzja f ’dan ilkaż. Qiegħed joħroġ biċ-ċar li kull darba li l-Istat jidher qed L-aħħar jiem urew li jasal dejjem eqreb għal dak li l-istituzzjonijiet kulħadd ried, u saħansitra dak f’pajjiżna jaħdmu li huma ilhom jitkellmu dwaru,

Editorjal

jibdew jaraw ma xiex ġdid jistgħu jaqbdu. Donnu hemm min fl-Oppożizzjoni qed jinkwieta li narrattiva politika li tatu skop għall-eżistenza tiegħu u xi ftit relevanza fl-aħħar snin donnu se tibda tisfuma fix-xejn. Però żgur li l-ikbar riflessjoni f ’dan il-mument trid issir fuq l-istituzzjonijiet u l-awtoritajiet Maltin li għal darb’oħra qed jiksbu r-riżultati. Mhux ta’ b’xejn il-fiduċja fihom mill-maġġoranza tal-Maltin u tal-Għawdxin kull darba li jsir xi stħarriġ tal-opinjoni pubblika. U dan minkejja l-attakki kontinwi fil-konfront tagħhom. Ċerti li l-aħħar sentejn ma kinux mumenti faċli għal dawk li jaħdmu fi ħdanhom għax filwaqt li kienu qed jirsistu biex iwettqu ġustizzja kienu kontinwament suġġetti għall-kritika u xi minn daqqiet għaż-żufjett. Nies li suppost jafu aħjar attakkaw personalment lil kull min hemm fit-tmexxija ta’ dawn l-istituzzjonijiet u fis-silenz-

ju dawn wieġbu b’aktar ħidma biex iwettqu dak li ħalfu li jagħmlu meta ħadu l-ġurament tal-ħatra. L-aħħar jiem urew li l-istituzzjonijiet f ’pajjiżna jaħdmu. L-aħħar jiem urew li meta deputati Nazzjonalisti, li jħobbu l-poter iktar minn pajjiżhom, marru jxerrduha barra minn xtutna li Malta ma tridx ġustizzja kienu qed jagħmlu hekk biss biex ifixklu l-istituzzjonijiet bit-tama li dawn ma jaslux. Bħalma kultant ifixkel, anke jekk mhux b’intenzjoni malizzjuża, is-sensazzjonaliżmu żejjed u l-ġiri biex inkunu l-ewwel bl-aħbar mingħajr lanqas biss nivverifikaw il-fatt. Għax persuna inħarġet mid-depot għal iktar investigazzjoni malajr kien hemm min qal li nħelset u l-pajjiż xegħel. F’mumenti oħra ssemmew persuni li ġew arrestati u li ma kienu arrestati xejn. X’ġid tagħmel f ’dawn il-mumenti delikati din l-irresponsabbiltà?

Fuq kollox ma tistax tonqos riflessjoni dwar l-irwol li ħa l-Prim Ministru fl-aħħar jiem. Kostrett jitkellem għax dak li kienu qed jagħmlu l-investigaturi u t-talba li kellu quddiemu għall-maħfra kienu żvelati fil-midja, il-Prim Ministru wera ruħu aċċessibbli ħafna għall-mezzi tax-xandir. Rajna Prim Ministru seren li ħass l-obbligu li f ’mument delikat u importanti jżomm lill-poplu mgħarraf bl-informazzjoni li kellu hu. Waqaf kull darba jwieġeb id-domandi tal-ġurnalisti, Maltin u barranin, u għalkemm bil-kawtela li jitlob il-mument għal darb’oħra wera sens ta’ leadership li f ’mument bħal dan pajjiżna għandu bżonn. Għalkemm dan hu mument sensittiv, huwa wkoll mument li juri pajjiż b’saħħtu. Issa rridu nuru wkoll li aħna poplu matur u b’saħħtu. Poplu li jibqa’ magħqud u li janalizza u jaħseb dwar dak li qed jiġri bl-ikbar kalma, b’serenità.


20

ARTI WARA ARTI 24.11.2019

kullhadd.com

Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI

“Fid-diversi forom tagħha nemmen li b’xi mod jew ieħor l-arti lil kulħadd tinteressa.” Hekk jemmen Alan Pace, kreattiv lokali li jħaddan relazzjoni unika mal-arti. Ix-xogħol tiegħu jiffoka fuq l-arti viżiva, u għalkemm isservi ta’ lok għall-gost u s-sodisfazzjon, l-arti għalih tinvolvi diversi aspetti u faċċati differenti għalkollox minn xulxin, li kollha kemm huma jeħtiġuk taffaċċjahom b’attitudni u mġiba partikolari. Hawnhekk, Alan jitkellem dwar minn fejn u kif tnisslet din ir-relazzjoni tiegħu mad-dinja kreattiva, kif ukoll jaqsam uħud millopinjonijiet tiegħu dwar dan il-qasam tant vast b’mod ġenerali. Minn fejn ġiet l-imħabba tiegħek għall-arti? Minn età żgħira kont immur il-lezzjonijiet privati tal-arti, u missieri kien ipinġi l-qxur tal-albums fuq il-cassettes. Minn hemm naħseb nibtet aktar il-ħajra lejn id-dinja tal-arti. Però minħabba esiġenzi oħrajn saret sekondarja, speċjalment il-fatt li kien hemm ferm inqas opportunitajiet kif toħloq karriera minnha. Kif bdejt tinvolvi ruħek b’mod aktar prattiku fl-arti? Kont bdejt naħdem mal-General

Ix-xogħol fl-aħħar mill-aħħar trid tarah stampat: li tarah fuq l-iscreen sabiħ, u li tarah stampat, inkwadrat u mdendel fuq il-ħajt isbaħ. Jeħtieġ ċerta teknika wkoll ta’ kif se tesibixxi l-prodott finali, u b’hekk tagħtih xejra kompluta

Workers’ Union, u minħabba li d-dinja tal-pubblikazzjoni l-ħin kollu madwari l-interess tal-arti reġa’ beda jitla’ fil-wiċċ. Għaldaqstant, peress li jien bniedem li niddejjaq malajr, tlaqt minn dan ix-xogħol u qbadt karriera fid-dinja tal-gyms. Ħassejt li l-pass li jmiss kien li nibda n-negozju tiegħi stess, iżda dan kellu jfalli. Daħalli l-ilma qabel ma ftaħt: tlift ħafna flus, ħafna ħin, u fuq kollox, ħafna saħħa psikoloġika. Filli narmi u nbigħ issaħħa, u filli ftit snin ilu qabditni kundizzjoni rari li ħallietni f ’siġġu tar-roti. Minn kull żvintura jiena nara opportunità. It-tabib tiegħi saħaq fuq l-importanza li nsib xi ħaġa li tirrilassani u tikkalmani, u kien għalhekk li erġajt bdejt indur lejn l-arti. Kien għadda ħafna żmien, allura kelli nitgħallem mill-ġdid ftit mit-teknika. F’dan il-proċess bdejt ninvolvi lil binti wkoll, li ħadet interess u bdejna npittru flimkien. Nixtieq inrawwem fiha mod ta’ ħsieb li ma kellix jien: l-arti, tista’ taqla’ x’tiekol minnha. X’sodisfazzjon tagħtik l-arti li toħloq?

sodisfazzjon materjali: li rajtha u għoġbitek titla’ grad, li rajtha, għoġbitek, u xtrajtha ttellgħek grad ieħor. Ma nafx niddeskriviha, imma li wieħed lest iħallas flus għal xogħli, fih innifsu huwa att imprezzabbli. Fl-istess ħin, tagħtini opportunità wkoll li nqatta’ ħin mat-tifla – mhux għax m’għandniex ħin flimkien xi nqattgħu, imma f ’mumenti hekk inkunu aħna t-tnejn u hemm sens ta’ konnessjoni u unjoni. X’inhuma t-temi rikurrenti fix-xogħol tiegħek? Bħalissa għaddej minn fażi kemxejn “kummerċjali” – ma nħossx li qed nesprimi lili nnifsi ġenwinament. Naħseb kull artist f ’punt jew ieħor jasal għal fażi bħal dik. In-nies tidentifika ruħha aktar mal-orizzonti, il-veduti sbieħ, il-bini lokali… huma affarijiet li taf u tagħraf, allura l-prosit tasal aktar. Jien nesprimi ruħi id f ’id mal-mużika, u l-mużika li nisma’ nħobb ninterpretaha fuq tila, sikwit mużika kemxejn melankonika jew imnikkta (Però m’iniex persuna mdejqa, pjuttost kontra!) Dik il-mużika twassal fik tip ta’ għajta: biex turi ’l ħaddieħor li dak ix-xogħol missek, tħoss ilbżonn li tesprimiha. Fil-verità lanqas għandek bżonn tifhimha: mhuwiex xogħol biex ifiehem, imma biex tesprimi ruħek b’sens ta’ libertà. Dik hija t-tip ta’ arti li nħobb nagħmel fuq kollox, iżda diffiċli mmur lura lejn dik it-tip ta’ arti bl-impenji li għandi issa.

L-arti fuq kollox tagħtini sens ta’ libertà. Jien ma nħoss il-bżonn li nispjega xejn minn dak li nagħmel. Jekk il-biċċa togħġbok mela nirringrazzjak; jekk ma togħġbokx, nirringrazzjak ukoll. Min-naħa l-oħra, nammetti li jekk biċċa togħġbok tant li tixtriha, is-sodisfazzjon ikun ħafna akbar. Mhux għaliex se naqla’ xi kemxa flus – lanqas inqisni xi artist li nitlob l-eluf – fl-aħħar mill-aħħar m’iniex nitkellem fuq Online tesibixxi xogħol bi

stil partikolari fejn tinterpreta pajsaġġi differenti b’disinji ta’ ċrieki. Xi tgħidilna dwar dak allura? Dak huwa tip ta’ arti diġitali li riċentement bdejt nagħmlu. Jiena nħobb nesperimenta b’affarijiet li jkunu disponibbli minn qabel bħal applikazzjonijiet u filtri. Dan l-istil huwa aktar aċċessibbli u jinftiehem fil-pront; huwa taħlita ta’ suġġett, ilwien, angoli u fotografija. Il-prodott aħħari huwa xi ħaġa li kulħadd jagħraf, tajjeb għat-tiżjin u biex iddendlu mal-ħajt. Ma nqishiex arti espressiva tal-mod kif naħseb jiena jew ta’ x’qiegħed ngħaddi minnu, għaliex hija interpretazzjoni ta’ x’hemm diġà. Meta nuża l-istess stil ta’ ċrieki f ’kuntest astratt, ninduna għaliex in-nies ma tirreaġixxix u ma tifhimhiex; kważi kważi tistħi tistaqsi, u nistaqsi bejni u bejn ruħi hijiex xi ħaġa li togħġob lili

biss. Id-dinja tal-lum hija rregolata mill-midja soċjali u kollox iddettat skont kemm taqla’ likes, u l-bniedem faċċol jgħid li dawn ma jaffettwawhx. Lili jaffettwawni wkoll, però kif semmejt, minħabba dak is-sens ta’ libertà li semmejt, tirrealizza li l-likes mhumiex kollox. Taħseb li dak li huwa aċċessibbli huwa inferjuri meta tikkumparah ma’ dak li huwa aktar awtentiku? B’mod personali, iva. Ma nafx in-nies tarahx bħali, però jiena meta mill-bidu sal-aħħar inkun esprimejt dak li għaddej minnu, dak ix-xogħol mhux ta’ min jagħtih prezz jew valur monetarju. Anki jekk xi ħadd ipitter “interpretazzjoni” ta’ xena li tingħaraf fil-pront, xorta waħda ma tkunx qed tesprimi min inti veru, għaliex tkun qiegħed tinterpreta


21

24.11.2019

kullhadd.com

ħaġ’oħra. Kull artist u kull persuna kreattiva għamluha din, infatti jekk wieħed jagħti daqqa t’għajn lejn l-istorja tal-arti jintebaħ kif minn dejjem kienet interpretattiva l-arti. Diffiċli ssib xi ħaġa astratta ta’ żmien ir-Rumani. Meta n-nies bdiet tistaqsi aktar, bħalma sar fl-istorja tal-arti aktar riċenti, imbagħad bdiet tieħu dimensjoni totalment differenti. Nieħdu artisti bħal Kandinsky jew Mondrian: dawn linji kkuluriti. Illum nistaqsu x’għamlu ta’ barra minn hawn, però li kieku narawha fil-kuntest, huma marru kontra l-istatus quo ta’ dak iż-żmien, ċoè l-arti interpretattiva ta’ dak madwarek. Aktarx kienet tkun aktar stmata u apprezzata aktar ma tkun realistika. Din id-dimensjoni ġdida li ħadet, dik li hija inqas realistika, personalment insibha eħfef nidentifika ruħi magħha. Taħseb li jista’ jkun hemm punt fin-nofs fejn jiltaqgħu l-espressjoni awtentika tiegħek u xi ħaġa li tinftiehem faċilment u hija aċċessibbli? Nista’, però fl-istess waqt ma tantx naf kemm nixtieq inżewwiġhom. Nixtieq inżommhom separati: waħda naraha bħala l-laqta kummerċjali, dak li huwa popolari u aktarx ħa tintgħoġob mill-maġġoranza tan-nies. Imbagħad hemm arti oħra li hija tiegħi, jien, fejn qed nesprimi xi rrid. Il-branding hija għal qalbi, u għalhekk nara li waħda minnhom nista’ nqisha bħala ditta u l-oħra hija jiena. Dak li huwa kummerċjali u aktar ta’ “ditta”, taħseb li xorta jista’ jkun fih l-identità tiegħek stess?

in-nies fuqi. Għalkemm jiġu mumenti fejn inkun nixtieq nimraħ għal ħaġ’oħra, dan l-istil jagħtik ħafna opportunitajiet. Ix-xogħol fl-aħħar mill-aħħar trid tarah stampat: li tarah fuq l-iscreen sabiħ, u li tarah stampat, inkwadrat u mdendel fuq il-ħajt isbaħ. Jeħtieġ ċerta teknika wkoll ta’ kif se tesibixxi l-prodott finali, u b’hekk tagħtih xejra kompluta. Jekk tħoss li dan ix-xogħol aktar kummerċjali assoċjat miegħek mhuwiex l-aktar xogħol li tieħu gost tagħmel, x’jimmotivak tkompli tesibixxih b’mod konsistenti? Naħseb hemm ħafna fatturi: inqis il-fatt li minnha nista’ noħloq xi ħaġa lukrattiva, però aktar minn hekk naħseb li jiġi wkoll mir-ripons tan-nies. Min-naħa l-oħra, għalkemm b’mod artistiku ma nidentifikax ruħi ma’ dan ix-xogħol, huwa xogħol li miegħu ħafna nies oħrajn jidentifikaw ruħhom minfloki. Qatt ma kien il-ħsieb, iżda kif semmejt, ir-rispons tannies ħa xejra mhux mistennija. Flaħħar irrid inqis li opportunità li naqbad tila u pinzell m’għandix, allura l-mod diġitali huwa ideali għal meta jkolli xi nofstanhar ċans nesperimenta u nkun kreattiv. Huwa sodisfaċenti u mhux. Dejjem jibqa’ l-fatt li l-proċess huwa kreattiv, li fih innifsu huwa mezz ta’ ħarbien. X’riżultat ikolli huwa irrelevanti, imma dawk is-sagħtejn, tliet siegħat li nagħmel xi ħaġa huwa dak li jimpurtani minnu: mort minn punt ta’ tluq u wasalt xi mkien ieħor permezz ta’ proċess kreattiv. Nista’ naqbad flixkun kwalunkwe u ninterpretah kreattivament: il-prodott finali huwa tiegħi. Kemm domt, kif sar, it-triq ta’ kif issawwar: kollox irrelevanti u n-nies ma jinteressahiex, imma l-proċess xorta jibqa’ wieħed kreattiv, u dak huwa s-sodisfazzjon.

Iva, mija fil-mija. In-nies mal-ewwel tagħrfu dak it-tip ta’ xogħol, u jsir rikonoxxibbli bħala arti tiegħek. Għalkemm iċ-ċrieki mhumiex xi ħaġa oriġinali li vvintajt jiena, xorta waħda qed jiġu assoċjati miegħi. Mhuwiex dak Bħala artist, sikwit tuża li l-aktar nieħu pjaċir nagħmel, t-terminu “Art after Art”. imma ma nistax inbiddel x’taħseb Dan x’inhu eżattament?

Ma ninsewx li oġġett kwalunkwe, bħal flixkun, ikun diġà ddisinjat u maħsub minn ħaddieħor. Għalih huwa biċċa arti. Il-mod ta’ kif ninterpretah jiena huwa arti wkoll: għalhekk, hija arti ġdida mfassla minn arti diġà eżistenti. Jekk inti taqbad ix-xogħol tiegħi u tagħmel xi ħaġa oħra bih, bilproċess kreattiv tiegħek ukoll tkun qed toħloq arti ġdida. Ilproċess tal-arti ma fihx tmiem.

Minħabba l-isfond tiegħi fl-istampar, kont niddokumenta biċċa arti hija u titlaq mit-tila bajda sakemm tasal sal-prodott aħħari: huwa dak il-proċess kreattiv li jiena biss narah. Minn biċċa arti waħda, tista’ tgħid li tkun ħloqt sitt biċċiet differenti. Kull pass u stadju tinvolvi interpretazzjoni ġdida. Ngħidu li xogħol artistiku jinvolvi 10 saffi xogħol: it-tielet stadju jew is-sitt stadju, ngħidu

aħna, l-ispettatur mhux ħa jarah. Inti tara biss l-10 stadju. Jien inħobb niddokumenta dawn l-istadji differenti u nipprintjahom. B’hekk toħloq u tara arti li qatt mhi se terġa’ ssir imma li hija ddokumentata, u tifforma parti minn proċess sħiħ. Dawk il-mumenti rispettivi, saħansitra nista’ nimmanipulahom u noħroġ affarijiet totalment differenti minnhom ukoll.


22

24.11.2019

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

ITTRI MILL-MITĦNA TIEGĦI Ittri mill-Mitħna Tiegħi hi traduzzjoni ta’ Lettres de Mon Moulin, ġabra ta’ novelli, il-parti l-kbira ambjentati fi Provenza miktubin mill-awtur Franċiż Alphonse Daudet (1840 – 1897) li dehret fl-1869. Daudet, ftit wara li kiteb l-ittri, kien sar l-aktar rumanzier popolari fi Franza. Alphonse Daudet kien għadu żgħir u kien diġà xaba’ mis-swidija u l-istorbju ta’ Pariġi, meta beda jgħaddi s-sjuf fil-mitħna tiegħu f ’Fontvielle, “wieqfa qisha farfett kbir” fuq l-għolja fost il-fniek. F’din il-mitħna mitluqa, taħt ix-xemx tiżreġ, fil-wied tar-Rhone, twieldu dawn il-ħrejjef immortali li żguraw il-fama tiegħu. Fid-distanza, nisimgħu il-ħoss tat-tromba ta’ Monsieur Seguin isejjaħ il-mogħża bajda sabiħa tiegħu; fl-imsaġar żgħar tal-ballut tas-sufri, is-sottoprefett tmur għajnu bih waqt li jikteb il-poeżija; fuq il-muntanji ragħaj jagħti kenn lill-isbaħ tfajla li qatt ra li tistaqsih jekk l-istilel jiżżewġux lil xulxin; il-kappillan ta’ Cucugnan jistaqsi ’l San Pietru dwar il-parruċċani żvinturati tiegħu. Din il-mitħna antika u abbandunata Daudet jagħmilha r-ruħ u l-ispirtu ta’ Provenza; fis-silenzju tal-Alpilles jew qalb l-istorbju taż-żrażar u tat-tanburlini, dawn il-ħrejjef mimlijin emozzjoni, ferħ u dmugħ, jibqgħu friski għal dejjem. Fihom nistgħu insibu wkoll xi xebh mas-soċjetà Maltija. F’Id-Diliġenza ta’ Beaucaire, il-furnar u l-lavrant li jagħġinlu jiġġieldu fuq iż-żewġ madonni, patruni tal-parroċċi tagħhom. F’Camargue

il-gwardjan tal-kaċċa u l-gwardjan taż-żwiemel ma jitkellmux. “Minħabba l-fehmiet tagħna... Hu aħmar, u jien abjad.” Forsi huma dawn l-affarijiet flimkien mas-siġar tal-arżnu, iż-żrażar, ix-xemx tiżreġ fuq toroq bit-trab. Malta kif konna nafuha, li tant jagħmluha naturali t-traduzzjoni Maltija. Matul ħajtu Daudet qatt ma tilef ir-rabta ma’ Provenza u dawn l-istejjer tar-reġjun, li jvarjaw ħafna huma miktubin b’ċerta delikatezza, xewqa għall-ħajja tar-reġjun u ironija ċajtiera. Hemm fosthom li huma fantasiji komiċi, miktubin f ’għamla ta’ ħrejjef folkloristiċi, bħal L-Eliżir ta’ Patri Gaucher fejn patri joħloq dan l-eliżir delizzjuż, tant deskritt tajjeb li kważi tista’ ttiegħmu, li l-povru patri jaqa’ vittma tiegħu, jew Il-Bagħla tal-Papa fejn bagħla mfissda minn sidha l-Papa għal seba’ snin iżżomm f ’qalbha insult ta’ wieħed li jindiehes miegħu bis-saħħa tagħha. Dawn it-tnejn għamilhom films Marcel Pagnol fil-ħamsinijiet. Hemm traġedji memorabbli f ’inqas minn elfejn kelma, qishom l-isfond ta’ xi storja f ’gazzetta antika: Iż-Żewġ Dverni fejn dverna taqa’ fir-rovina minħabba l-mewt tat-tfal fil-familja, L-Agunija tas-Sémillante fejn jegħreq bastiment mimli suldati sejrin il-Krimea. F’L-Arleżjana raħli żagħżugħ imut bl-imħabba għal tfajla Arleżjana kollha bellus u bizzilel. Din l-istorja Daudet espandieha fi dramm sħiħ (maqlub għal-Malti mill-Professur Toni Aquilina) u Bizet ikkompona l-mużi-

ka għalih. Oħrajn huma fl-istil tal-istejjer tal-Milied ta’ Dickens imma bit-togħma qawwija ta’ lewż morr fil-ġelu, bħal Il-Portafoll ta’ Bixiou fejn ġurnalista li kien iżeblaħ ’il kulħadd jinkixfulu s-sentimenti veri tiegħu. Imbagħad hemm ukoll rakkonti mingħajr trama mimlijin bl-atmosfera tal-post (u x’sens ta’ atmosfera!): Il-Mistral ivenven u jħabbat il-bibien f ’Camargue fix-xitwa, ix-xita traxxax fuq belt Alġerina matul il-Ħadd waranofsinhar mimli dwejjaq, il-mewġ iħabbat mal-blat tal-ġzira tas-Sangwinarji, iċ-ċimiterju biċ-ċint baxx u l-grada msadda fuq il-ġżejjer ta’ Lavezzi, l-istazzjon miżeru tad-dwana bin-numru fuqu qisu beritta tal-uniformi. U fuq kollox hemm l-intensità ta’ ħarstu – il-pjaċir tiegħu jara l-larinġ fuq is-siġar, l-eċitament fl-elementi – il-gost tiegħu jimxi għal tliet sigħat fix-xita nieżla fi gliegel biex imur jara l-ħabib tiegħu Mistral, il-ħlewwa tiegħu, li ma tistennihix f ’wieħed hekk żagħżugħ – meta jżur il-ġenituri xjuħ tal-ħabib tiegħu jew meta jħares lejn il-gwardjan ta’ Camargue jiġbor iż-żwiemel. Mingħajr ma jxekkel il-ħajja talpost joqgħod attent li l-affarijiet ordinarji jagħtihom l-importanza li tistħoqqilhom. L-istil ta’ Daudet hu mexxej u vivaċi (infatti f ’ħajtu kienu jmaqdruh li kien aktar ġurnalista minn rumanzier). F’din it-traduzzjoni mirquma, it-traduttur tassew jirnexxilu jirriproduċi dan l-istil ħaj, kważi ġurnalistiku tal-oriġinal.

Mistoqsija: X’jisimha s-silta fejn ġurnalista li kien iżeblaħ ’il kulħadd jinkixfulu s-sentimenti veri tiegħu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb ITTRI MILL-MITĦNA TIEGĦI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 1 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba PASKAL U META MMUR GĦAND SIEĦBI CARLOS huwa: MARYROSE GIORDMAINA - IR-RABAT

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

02

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Skont l-istħarriġ tal-Bank Ċentrali, kemm kienu l-familji li qalu li kienu f’pożizzjoni li jfaddlu fl-2016?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:



24

24.11.2019

kullhadd.com

Stejjer Qosra

MINN MARY CHETCUTI

IL-KOMPROMESS Monika telqet kmieni mix-xogħol peress li nqalgħet ħsara fis-sistema tad-dawl, u peress li ma kienx hemm ħaġ’oħra x’tagħmel, hi ħatfet l-okkażjoni biex tmur tagħmel xirja mis-supermarket qabel tibqa’ sejra lejn id-dar avolja tilfet l-overtime. Meta waslet id-dar, hi u tiftaħ il-bieb ta’ barra bdiet tisma’ leħen ir-raġel tagħha, John, u leħen ta’ mara tidħak. Baqgħet dieħla fil-kċina minn fejn kienu ġejjin l-ilħna u ssib tfajla ta’ xi 25 sena bilqiegħda fuq il-banketta għolja tal-mejda tal-kolazzjon u żewġha, John, għarkupptejh quddiemha jaqflilha s-sandli u fl-istess ħin jimmassaġġjalha l-għaksa u l-pexxul b’idu tielgħa bil-mod il-mod ’il fuq lejn il-koxxa għerja tat-tfajla. Bil-ħasda Monika telqet iż-żewġ basktijiet tax-xirja minn idejha. Mal-ħoss tal-basktijiet jaqgħu, John dar bil-ħasda u ra lil martu fil-bieb tħares lejh b’miljun espressjoni f ’għajnejha u fuq wiċċha li kienu jvarjaw minn sorpriża, għal rabja, għal diżappunt, li kollha flimkien kienu qed jissajru fi splużjoni. Tħawwad, qam jiġri u ġie quddiem it-tfajla qisu jrid jaħbiha minn Monika. “Monika! Ħa nispjegalek… taħsibx ħażin…lanqas biss naf min hi…” laqlaq John. Fl-istess ħin it-tfajla, li Monika qatt ma kienet ratha qabel, iżżerżqet inkiss, inkiss minn fuq

il-banketta u minn wara John, u lebbtet tiġri ’l barra. “Xi spjegazzjoni trid ittini John?! Li issa qed iġġib il-qħab tiegħek ġo dari!” qaltlu Monika b’leħinha jitriegħed. “M’hemmx x’tispjega. M’iniex se naċċetta li tkornini f ’dari wkoll. Issa xbajt, XBAJT, qed tisma’!?” hija għajtet. Minn hawn ’il quddiem inqalgħet ġlieda kbira bejn Monika u

huma qishom dubbien. Monika kienet l-unika mara li John ġera warajha sakemm rebaħha – forsi għax hi kienet mara sabiħa wkoll. Iżda biż-żmien aktar bdiet tissuspetta li ġera warajha għax hi ma kenitx taf x’inhu u hu kien jaf li hi ġejja minn familja tat-tajjeb. Kieku kellha tiddeskrivi lil żewġha, Monika kienet tgħid li John huwa bniedem affaxxinanti imma dgħajjef u

Ma baqagħlekx rispett lejn ħadd biex tasal tagħmel hekk, lanqas lejn uliedek stess

John, b’ Monika tkeċċih ’il barra mid-dar u John jitkarrab bil-ħniena biex tikkalma ftit ħalli jispjegalha….. …..u terġa’ tirrepeti ruħha x-xena ta’ dawn l-aħħar tliet snin minn meta Monika kienet indunat għall-ewwel darba li kien qed jittradiha. John raġel sabiħ ta’ 38 sena, twil u dejjem iżomm ruħu eleganti. Ma kellux bżonn jiġri wara n-nisa għax dawn jaqbdu miegħu

kultant b’moħħ ta’ tifel li jagħmel affarijiet mingħajr ma jara l-konsegwenzi. Però, l-imħabba li juri lejn uliedhom hija ġenwina. Anzi, John huwa missier iffissat fuq iżżewġ uliedu, Martina ta’ 10 snin u Mattie (Matthew) ta’ 8 snin. U l-biża’ tiegħu kienet li martu għad tkeċċih ’il barra u ma tħallihx jarahom iżjed – li ngħiduha kif inhi kellha kull dritt għax hu nesa kemm-il darba taha kelmtu

li joqgħod bil-għaqal u wara ftit jerġa’ jaqa’ koppi. Din kienet xi ħaġa li lanqas John stess ma seta’ jispjegaha li meta jinduna li xi tfajla jew mara tibda turi interess fih, din tibqa’ tiġri warajh u hu ma jirreżistix! S’issa Monika kienet tilfet ilkont ta’ kemm–il darba qabdet lil żewġha jittradiha, u ma setgħetx timmaġina kemm kienu jammontaw id-drabi fejn ma qabditux! Kemm–il darba keċċietu ’l barra iżda mbagħad tant kien jagħmel ruħu tal-ħniena li hi kienet traqqad il-biċċa xogħol f ’ġieħ uliedhom biss għax il-ħajja konjugali kienet ilha li spiċċat bejniethom, u hi kienet tħossha aktar komda hekk milli juriha wiċċ b’ieħor. Mill-banda l-oħra Martina u Mattie jadurawh lil missierhom. Monika xi kultant timmeravilja ruħha b’din ir-rabta daqshekk profonda li wliedha għandhom ma’ missierhom u viċi versa. U xi drabi tħossha tgħir xi ftit ukoll għall-fatt li huma jagħtuh daqstant attenzjoni, avolja lilha jħobbuha ħafna wkoll. Din id-darba l-ġlieda ħadet vers kemxejn gravi aktar minn tas-soltu peress li kienet l-ewwel darba li John ġab mara oħra ġewwa d-dar meta kien mingħalih u moħħu mistrieħ li martu qiegħda x-xogħol. Monika qaltlu: “Ma baqagħlekx rispett lejn ħadd biex tasal tagħmel hekk, lanqas lejn uliedek stess.”

Din is-sentenza nifditu fil-fond ta’ qalbu u induna li din id-darba għaxxaqha bil-kbir. John kien ilu xi xahar u nofs li tilef ix-xogħol minħabba li l-kumpanija li kien jaħdem magħha naqqset in-nies. Issa kien jinsab f ’sitwazzjoni aktar prekarja peress li Monika kienet qed taħdem hi biss għall-familja. B’leħen sod u rrabjat martu qaltlu, “John, issa qbiżt il-limiti kollha. Ma tfajtekx ’il barra minn dari minħabba li t-tfal għadhom żgħar u għandhom bżonnok u mhux għax nitħassar lilek! Imma li ġġib waħda miċ-ċrieċer li tiġbor minn barra f ’dar uliedek, mela veru ma baqagħlekx żejt f ’wiċċek! BARRA!” Monika qabdet tistiva x-xirja minn ġol-basktijiet għal ġol-bank tal-kċina, u ssabbat il-bibien biex tagħlaqhom, filwaqt li baqgħet tgħajru u tneħħi dak kollu li kellha fuq l-istonku tagħha. John baqa’ bilwieqfa ħdejn il-banketta vojta jħares lejn l-art u ma jitkellem xejn. Minn ġewwa kien iddisprat u seħet is-siegħa u l-mument li għen lil dik it-tfajla li ntlewiet minn fuq is-sandli għoli tagħha hi u għaddejja minn quddiemu. Laqagħha f ’dirgħajh biex ma taqax u stedinha ġewwa biex jirranġalha s-sandli. L-okkażjonijiet kienu sempliċement jaqgħu f ’idejh! Imma lil Monika ma kienx se jgħidilha kif ġraw l-affarijiet għax wisq beża’ li tgaralu bott minn dawk li


25

24.11.2019

kullhadd.com

kienet qed tistiva b’tant enerġija u tiftaħlu rasu ktieb. Sabbtet l-aħħar bieba, ħarġet mill-kċina u marret f ’kamritha u sabbtet il-bieb warajha. John ma kienx jidħol fil-kamra tas-sodda ta’ martu mindu bdew jorqdu fi kmamar separati għax dak kien it-territorju privat tagħha u hu kien jirrispettah. Wara xi siegħa ħarġet biex tmur iġġib it-tfal mill-iskola u sabitu bilqiegħda fl-art ħdejn kamritha. “Għadek hawn?” qaltlu b’ton li kien jidher li kien aktar ikkontrollat issa. John qam fuq irkupptejh quddiemha u qalilha, “Monika, mhux se ngħidlek biex taħfirli. Naf li żbaljajt bl-ikrah din id-darba, imma ismagħni….itlobni kwalunkwe ħaġa….kwalunkwe ħaġa, imma ċċaħħadnix mit-tfal.” Monika ħarset lejh u indunat li kien inkwetat bil-kbir u qaltlu: “Allura x’nagħmel John? Nibqa’ qisu ma ġara xejn? Min jaf kieku rawk it-tfal flok jien tiċċaċċra ma’ dik? Ara taħseb li jien qed ninkedd għalija. Tajtek żmien u ħfirtlek u rġajt ħfirtlek u mis-saba’ ħadt l-id kollha. Ma tarax li inti bniedem tan-nejk u kelmtek tan-nejk aktar minnek!” John straħ lura fuq irkupptejh, baxxa rasu u ma qal xejn. Monika kompliet: “Biex tgħaxxaq id-dinja issa m’intix taħdem ukoll u qed nagħmel kollox jien – naħdem ix-xogħol, naħdem iddar u mat-tfal u inti ma taħdimx u titnejjek!” Monika qabdet miexja biex tmur lejn il-bieb ta’ barra, b’John jimxi warajha. Daret fuqu u bl-akbar serjetà qaltlu: “Insomma, sakemm niġi lura ma rridx insibek hawn, u din id-darba mhux se nerġa’ lura minn kelmti John….lit-tfal insibilhom skuża ta’ xi ħaġa u mbagħad ’il quddiem ngħidilhom bil-mod. Tgħidx li ma kontx avżajtek li oħra u titlaq ’il barra, imma mid-dehra taħseb li jiena ma nasalx. Għandek żball John!” John beda jippanikkja, “Monika naħliflek….naħlef fuq l-għeżież uliedi….nagħmel kulma tgħidli….kollox basta nibqa’ nara t-tfal. Tgħidilhomx li missierhom huwa pulċinell. Mona! Itlobni li trid. Li trid! Kelmti qatt ma żammejtha veru, imma qatt ma ħlift fuq uliedi lanqas u nassigurak li mhux se nerġa’ lura fuq ħalfa bħal din ta’ raġel li jien.” U reġa’ tenna: “Itlob minni li trid Monika!” Monika ħarset sew f ’għajnejh u fil-verità qatt qabel ma kienet rat lil żewġha serju u determinat daqs dakinhar apparti li qatt ma ħalef fuq xejn għax jibża’ mill-ħalf. *** Kienu d-disgħa u nofs ta’ filgħaxija u kien kważi sar il-ħin biex jiltaqa’ magħha. John ħareġ ir-ritratt li kellu fil-but tal-ġlekk biex jerġa’ jagħti daqqa ta’ għajn tal-aħħar lil wiċċha ħalli kif jaraha jagħrafha mill-ewwel.

John kien qiegħed fil-piano bar ta’ lukanda b’ħames stilel. Kien liebes ġlekk u qalziet tal-istess lewn u t-shirt minn taħt li jikkumplimenta l-figura ta’ mudell li kien għadu jgawdi. Ma kienx nervuż, anzi kien iħossu rilassat għallaħħar għax skont ir-ritratt, imniżżel minn fuq l-internet, il-mara Amerikana li kellu appuntament magħha kienet tidher li hi mara sabiħa ferm, avolja kienet xi għaxar snin akbar minnu. Kif ħares ’il fuq mir-ritratt jaraha titfaċċa fl-entratura tal-bar. Huwa qam u mar lejn id-direzjoni tagħha, u hi kif ratu tbissmet u mxiet lejn id-direzjoni tiegħu. Kienet mara twila kważi daqsu u fil-verità kienet isbaħ mir-ritratt, għalkemm mad-daqqa ta’ għajn, John ikkalkula li għandha daqsxejn aktar żmien milli fil-fatt stqarret li kellha. Però għal John dan ma kienx importanti. Stedinha tpoġġi bilqiegħda u introduċew ruħhom ma’ xulxin. John qalilha bi tbissima li tħollok: “Jiena John, għandi pjaċir.” Hi ħarset f ’ għajnejh u mbagħad ħarsitha mxiet lejn xufftejh u baqgħet nieżla ’l isfel u qaltlu: “Jiena Lesley u l-pjaċir kollu tiegħi.” Staqsieha jekk riditx tixrob xi ħaġa miegħu, u hekk għamlu. Minn hemm ’il quddiem is-serata kompliet b’mod pjaċevoli, tant li min ma jafhomx u jħares lejhom jispiċċa jgħid li huma koppja sabiħa li ma jaqilgħux għajnejhom minn fuq xulxin huma u jitkellmu. Jitkellmu b’ton trankwill minn taħt l-ilsien u kultant hi tidħak b’mod seduċenti u senswali b’xi ħaġa li jgħidilha hu. Kienet tinħass ċerta intimità bejniethom. Wara ftit ħin li kienu ilhom hemm Lesley resqet daqsxejn oħra lejn John u poġġiet idha fuq irkopptu. Hu tbissem u poġġa idu fuq idha u hi trekknet ftit ieħor biex tkellmu f ’widnejh: “Dan is-sufan komdu kemm tridu, imma wisq nibża’ li jarrestawna jekk nibda nneħħilek ħwejġek minn fuqek hawnhekk.” It-tnejn daħku b’dak il-mod sottili li jinftiehem bejn żewġ maħbubin, qamu minn posthom u ħarġu mill-bar. Tellgħetu fil-kamra spazjuża tagħha li kienet alloġġjata fiha għal ġimgħa sħiħa. Daħlu u għalqu l-bieb warajhom. Offrietlu drink iżda hu rrifjuta għax kien jaf eżatt x’riedet minnu. Għaddew lejl mimli passjoni, jinħabbu u jorqdu għal ftit sabiex jerġgħu jqajmu lil xulxin biex jgħaddu għal siegħa oħra ta’ dellirju ta’ sess u orgażmi sfrenati. Sa sbieħ il-jum it-tnejn li huma kienu eżawsti, iżda John kien kuntent li dak kollu li talbitu hu wettqu sabiex jaqtgħalha kull xewqa u fantasija li kellha u jħalliha sodisfatta bħalma qatt kienet f ’ħajjitha. Kien għadu ma sebaħx sew imma hu qam mis-sodda, libes u kitbilha nota fejn qalilha li kien se jerġa’ jiltaqa’ magħha dik il-lejla stess fid-disgħa u nofs

bħall-ewwel darba. Ħares lejha, ra li kienet għadha rieqda u ħareġ bil-mod mill-kamra tagħha. Rikeb il-karozza tiegħu li kien ħalla filparkeġġ tal-lukanda u rħielha lejn id-dar.

rridekx toqgħod tieħu ħafna xogħol għalija, naf nirranġa xi ħaġa biex niekol filgħodu u inti jkollox il-qadi tiegħek x’tagħmel….grazzi Monika.” John ma setax jieqaf milli jħos-

John għaddielu ftit suspett li dan il-pjan kien ilu xi ftit żmien li faqqsilha f’moħħha lil Monika u fl-aħħar hu stess taha l-opportunità li kien jonqosha

Kif wasal id-dar, daħal f ’kamartu, ħa doċċa, biddel ħwejġu u ntefa’ fuq soddtu. Raqad mill-ewwel. Meta stenbaħ kienu għadhom l-għaxra ta’ filgħodu. Monika kienet diġà wasslet lit-tfal l-iskola u semagħha għaddejja bix-xogħol fil-kċina minn fejn kienet ġejja riħa tfuħ ta’ ikel warrab minn hemm. Qam mis-sodda u mar lejn il-kċina. Monika kienet lestietlu kolazzjon ġmielu – għax kemm ilu li reġa’ beda jaħdem hu, martu waqfet mix-xogħol ħalli tkun tista’ tqatta’ aktar ħin mat-tfal u tara li ħadd ma jonqsu xejn fid-dar, lanqas hu! Monika semgħetu, ħarset lejh u tbissmet: “Bonġu John, għandek xejn ġuħ?” John poġġa fuq il-banketta mal-mejda u qalilha: “Bonġu Mon, ġuħ għandi, imma ma

su grat u obbligat lejn martu talli kienet ħallietu jgħix f ’darha u aktar minn hekk jibqa’ jgħix ma’ wliedu wara dik il-ġlieda finali li kellhom u li bidlitilhom ħajjithom kompletament. Qatt ma kien jobsor li martu kienet mara daqshekk intelliġenti u kapaċi tasal tagħmillu proposta daqstant astuta, u għamlithielu f ’mument meta kienet ċerta li kien lest jagħmel kollox għax kien ħalef fuq uliedu li kien lest jgħid iva għal kulma titolbu. John għaddielu ftit suspett li dan il-pjan kien ilu xi ftit żmien li faqqsilha f ’moħħha lil Monika u fl-aħħar hu stess taha l-opportunità li kien jonqosha. Għall-ewwel ħasibha li qed tiġġennen meta qaltlu xi trid minnu biex ma jiġġildux aktar u jkunu kuntenti t-tnejn. Imma aktar ma beda

jaħseb fuq il-proposta ta’ martu aktar beda jara kemm fil-fatt hi vantaġġuża għat-tnejn! Monika newlitlu platt imfawwar u reġgħet tbissmet u qaltlu: “Grazzi ta’ xiex? Talli sibtlek xogħol? Fid-dinja trid titgħallem tisfrutta r-riżorsi li jkollok għall-vantaġġ tiegħek!” Għolliet spallejha u qaltlu bissinċerità kollha: “Kulm’għamilna kien li sibna t-triq tan-nofs – kompromess – li bih jien u int kuntenti u t-tfal sa jtiru bil-ferħ għax m’għadhomx jisimgħu ġlied u għajjat bejnietna.” John qabel magħha u mbagħad ftakar f ’ xi ħaġa: “Hemm bilħaqq, jiena għandi sal-ġimgħa bbukkjat hux? Mela mbagħad nieħdu t-tfal weekend ir-razzett ta’ Peter għax mejjet biex jarahom u Martina u Mattie jiġġennu fuq il-pony ġdid li xtara, xi tgħid?” Monika daret fuq il-laptop li kien hemm miftuħ fuq il-bank tal-kċina u dehret tiċċekkja xi ħaġa, daret fuq John u bl-aktar mod professjonali spjegatlu: “Dan il-weekend naqbżuh John għax għandek appuntament ma’ sinjura Taljana li offriet u diġá ħallset €5,000 għal żewġ iljieli fil-kumpanija tiegħek, però l-weekend ta’ wara sa nħallihulek free u tista’ tavża lil Peter minn issa li nkunu nistgħu mmorru dakinhar.” John ħares lejha, xengel rasu b’sodisfazzjon u ammirizzjoni u qalilha: “Qatt ma ħdimt ma’ manager eċċellenti daqsek Mon!” “Kul qabel jiksaħlek John,” qalet Monika b’daħka żgħira. “U strieħ sew għal-lejla ħi.”


26

24.11.2019

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

24.11.2019

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 304

M. VELLA - ĦAL KIRKOP

Bi 3 Numri 046 069 159 179 181 186 217 222 276 308 327 382 425 522 523

532 540 557 650 670 680 709 744 749 882 921 B’4 Numri 0052 0334 0566

1298 1610 1664 1724 1820 2770 2825 2833 3429 3452 3765 3923 4017 4953 5045 5736

5964 6768 6797 7152 7276 7744 7855 8217 8403 8406 8557 8572 9618 B’5 Numri 11645

12755 15612 20128 23820 26171 36780 41303 60669 65082 67051 68838 77111 78495 79603 84234

B’6 Numri 222814 294717 867834 904237 B’7 Numri 4954295 6652545 8679028 8784695 B’10 Numri 2678865268 5020676702

Mimdudin: 1. Kompli l-qawl: Meta jibda jaqa’ l-weraq nistennew ir-ragħad u l-............ (5) 4. Fidil (4) 7,21M. Ir-raba’ xahar (5) 9. Ara 3 10. Raħal Malti (6) 12. Saħħaħ (6) 16. Kontra le (3) 18. Ara 6 19. Nofs tond (3)

20. 21. 23. 24.

Voti Ingliżi (5) Ara 7 Isem (4) Isem ieħor (5)

11,21W. Hawn ħafna jaħdmu f ’Malta (5) 12,22. Qiem? (5) 13. Draw Weqfin: bil-Malti? (3) 1. Tużani? (6) 14. Xerred? (6) 2,15. Użu għal aktar 15. Ara 2 minn darba? (9) 17. Val Muscat 3,9. Timlieh biex Inglott (1,1,1) tieklu (6) 21. Ara 11 5. Isem (3) 22. Ara 12 wieqfa 6,18. Isem (5) 8. Jipproduċi (9)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Xahar, 4.Ħajt, 7,19.Iltim, 9,22. Induna, 10.Ġurati, 12.Irkant, 16.Ida, 18,21W. Snini, 20.Bidla, 24.Rbatt

Weqfin: 2.1.Xwieni, 2,17.Hedded, 3,21 mimduda. Riġidu, 5,6.Adatti, 8.Lukandier, 11,23.Privat, 12.IA, 13.KSI, 14.Ttanta, 15.Imlejt


28

24.11.2019

kullhadd.com

DEPUTATI NAZZJONALISTI BBOJKOTTJAW IL-FTUĦ TA’ BARTS Il-Partit Nazzjonalista bbojkottja l-ftuħ tal-iskola medika Barts. Dan meta ħadd mir-rappreżentanti tiegħu m’attenda l-ftuħ li sar nhar il-Ħamis li għadda minkejja li kienu mistiedna l-Kap tal-Oppożizzjoni u d-deputati tal-Partit Nazzjonalista f ’isem Għawdex. B’hekk, l-Oppożizzjoni kompliet tagħti daharha lill-investituri li f ’dan il-mument qed jagħżlu lil pajjiżna u li f ’dan il-każ jinkludu l-Università ta’ Barts li hi fost l-aqwa skejjel mediċi fid-dinja u li diġà ġibdet studenti internazzjonali lejn Għawdex. Waqt ilftuħ uffiċjali tkellmu wkoll studenti, rappreżentanti ta’ Queen Mary University of London, kif ukoll rappreżentanti ta’ Barts. Iżda, il-PN xorta waħda ħass li m’għandux jattendi. Dan hu investiment ta’ €35 miljun f ’dik li qed tkun deskritta bħala l-isbaħ u l-aqwa skola medika fir-reġjun.

Investiment li mhux biss fl-ekonomija ta’ Għawdex imma anke fil-komunità Għawdxija. Ix-xogħol ta’ kostruzzjoni fuq dan is-sit tlesta fi 17–il xahar biss. Meta kien qed jinawgura din l-iskola l-Prim Ministru appella lill-istudenti li qed jieħdu l-edukazzjoni f ’dan l-istitut mediku biex meta jiggradwaw, iħarsu lejn Għawdex biex jibqgħu jaħdmu u jgħixu fil-komunità. Hu fisser li għall-Gvern kull student li jinsab jieħu l-edukazzjoni tiegħu f ’Għawdex mhuwiex numru. L-uffiċjali ta’ Steward Healthcare li bnew din l-iskola għal Barts tkellmu fuq il-vantaġġ li sptar ġenerali jkollu skola medika u kif ir-riċerka turi li dan iżid il-kwalità tal-kura. Tennew l-impenn tagħhom ukoll li jagħmlu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wieħed ta’ eċċellenza, li hu prijorità issa li lestew ix-xogħol fuq din l-iskola medika.

Il-PN ASSENTI DWAR IL-MINA • L-GĦAWDXI KEVIN CUTAJAR MA JWEĠIBX • SIMON BUSUTTIL KIEN QAL LI PROĠETT PRIJORITÀ Il-Partit Nazzjonalista qed jevita għalkollox li jiddiskuti l-proġett ta’ link permanenti bejn Malta u Għawdex. Saħansitra, meta din ilġimgħa l-partiti politiċi kellhom stedina fuq il-programm Stat ta’ Fatt kien il-Partit Nazzjonalista l-uniku partit li m’attendiex anke jekk kien avżat ferm qabel b’din l-istedina. Biex fil-programm iddibattew il-Ministru Ian Borg u ċ-Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Caccopardo. Iktar minn hekk, spikka l-mod kif id-Deputat Għawdxi ma weġbux għall-mistoqsijiet tal-programm. Hu u dieħel fil-Parlament Kevin Cutajar qal li għandu opinjoni dwarha iżda jgħidha darb’oħra. Il-produzzjoni tal-pro-

gramm stennietu ħiereġ u għal darb’oħra reġa’ ma weġibx il-mistoqsijiet. “Iktar tard,” reġa’ qal id-Deputat Għawdxi li tela’ fil-Parlament ftit ilu. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li jista’ jasal il-mument fejn kulħadd ikun kontra u deputati oħra tefgħu dubji kbar dwar ilproġett. Iżda, dawk li kkontestaw mal-Partit Nazzjonalista kollha għamlu dan bil-wegħda li ssir il-mina. Mhux biss kienet fil-manifest elettorali, iżda Simon Busuttil kien iddikjara: “Qed nagħmilha ċara li Gvern Nazzjonalista se jiffoka darba għal dejjem u immedjatament dwar il-proġett kbir u importanti tal-permanent link bejn

Qed nagħmilha ċara li Gvern Nazzjonalista se jiffoka darba għal dejjem u immedjatament dwar il-proġett kbir u importanti tal-permanent link bejn Malta u Għawdex Malta u Għawdex,” kien qal Simon Busuttil f’Mejju 2017 għaċ-ċapċip tal-udjenza Għawdxija. Dakinhar żied ukoll iktar minn hekk. “Biex il-proġett jgħaqqad lil Malta u Għawdex b’mod permanenti, imbagħad addijo l-baħar imqalleb, addijo ċ-channel ta’ baħar bejn iżżewġ gżejjer. Dan il-proġett jinbeda mill-iktar fis possibbli. Ħbieb din hija ħolma,”qal Simon Busuttil.

Is-siġġu vojt jixhed il-pożizzjoni tal-PN


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.