KullĦadd_25.04.2021

Page 1

MULTA TA’ €160,000 MILL-MFSA Il-Ħadd, 25 ta’ April, 2021

Ħarġa Nru 1,450

Prezz €1

Rapport f’paġna 3

16-IL LINJA TAL-AJRU JRIDU JIRRILOKAW LEJN PAJJIŻNA IS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI MALTI JKOMPLI JIKSEB IS-SUĊĊESS TAL-AĦĦAR SNIN, INKLUŻ MATUL IL-PANDEMIJA Attwalment l-awtoritajiet Maltin għandhom quddiemhom 16-il applikazzjoni għal Ċertifi­kat ta’ Operatur tal-Ajru (AOC) minn linji tal-ajru barranin li jixtiequ jirrilokaw il-bażi u l-ħidma tagħhom kompletament f’pajjiżna. Erba’ kum­ paniji ta’ taħriġ ukoll qed jitolbu li tinħarġilhom il-liċenzja meħtieġa bħala operaturi Maltin (AOL). Id-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili (CAD) fi ħdan Transport Malta (TM) ikkonferma mal-KullĦadd li dan l-interess internazzjonali fis-settur lokali hu riżultat tar-reputazzjoni u s-suċċess miksub fl-aħħar sitt snin, inkluż f’oqsma li sa ftit ilu pajjiżna lanqas biss seta’ jikkunsidrahom. Matul l-2020, l-avjazzjoni globali ħadet l-akbar daqqa possibbli, b’mod speċjali fejn jidħol il-ġarr tal-passiġġieri. Minkejja dan, b’riżultat ta’ Brexit, ħafna bdoti, inġi­nieri, membri tal-ekwipaġġ u kumpaniji kellhom bżonn iħallu r-Renju Unit għal xi pajjiż tal-Unjoni Ewropea u Malta kienet protagonista f’dan kollu. F’kummenti lil din il-gazzetta, id-Direttur Ġenerali tas-CAD il-Kaptan Charles Pace qalilna li “dawk kollha li riedu jaqilbu kellhom jissodisfaw kompletament il-kriterji mitluba mill-UE u ħafna faħħru lil Malta għall-proċess effiċjenti u spedit. Mijiet ta’ liċenzji qalbu għal Malta u ħafna oħrajn qed jipprovaw, sakemm qed nitkellmu. Il-COVID-19 kienet ħolma kerha għall-industrija, iżda nittamaw li naraw xi sinjali pożittivi ma ndumux. Għandna tkabbir minn ħafna kum­ paniji li qed jaqilbu l-mudell tagħhom għall-ġarr tal-merkanzija jew jets iżgħar biex jilħqu d-domanda l-ġdida. Is-sena l-oħra rreġistrajna ajruplan kull jumejn, li kien rekord.”

Tkompli f’paġna 7


02

25.04.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 9 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja ser tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit jew wisq imsaħħab li jsir ftit imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mit-Tramuntana li jsir mill-Punent Majjistru Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Moderat għall-ewwel, li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Baxx mill-Grieg il-Lvant It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

20°C UV 9

KUNTATT ĠENERALI

15°C

Il-Ħamis

21°C UV 9

14°C

Il-Ġimgħa

21°C UV 10

15°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

21°C UV 10

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

16°C

23°C UV 10

16°C

23°C UV4

16°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 St. Luke’s Pharmacy, Triq San Luqa, Tal-Pietà – 21241293 Brown’s Medical Plaza Dispensing Chemists, Cass-i-Mall Buildings, Vjal ir-Riħan, San Ġwann – 21372195 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Distinction Pharmacy, 32, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21693412 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 San Ġwakkin Pharmacy, 1 Triq Sant’Anna, Marsaskala – 21637994 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Pasteur Pharmacy, Triq it-Tellerit, Ħal Safi – 21689944 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

25.04.2021

MULTA TA’ €160,000 MILL-MFSA WIEĦED MILL-PALADINI TAL-ESTABLISHMENT NAZZJONALISTA HU DIRETTUR TA’ KUMPANIJA LOKALI ĦATJA TA’ NUQQASIJIET VARJI U KSUR TAR-REGOLI FL-ISKEMA GĦAL PENSJONIJIET PRIVATI Il-kumpanija MC Trustees (Malta) Ltd instabet ħatja mill-Awtorità għasServizzi Finanzjarji (MFSA) ta’ nuqqasijiet varji, inkluż ksur tar-regolamenti marbutin mal-liċenzja tagħha taħt il-Liġi tal-Pensjoni tal-Irtirar Kapitlu 514 tal-Liġijiet ta’ Malta. Għaldaqstant, fl-aħħar ġranet inħarġitilha multa ta’ €160,000, li tista’ tiġi appellata. L-Eks Deputat u Ambaxxatur Malti Noel Buttigieg Scicluna hu direttur tal-kumpanija, flimkien ma’ żewġ Brittaniċi. Buttigieg Scicluna, li hu wkoll wieħed mill-paladini tal-establishment Nazzjonalista, jidher bħala rap­ pre­­żentant legali u ġudizzjarju ta’ MC Trustees

Noel Buttigieg Scicluna

(Malta) Ltd fir-reġistru tal-kumpaniji. Fi stqarrija uffiċjali, l-MFSA sabet li MC Trustees kisret numru ta’ liġijiet u rego­lamenti, partikolarment il-Liġi tal-Pensjoni tal-Irtirar u l-Liġi tatTrusts u t-Trustees u l-kodiċi ta’ kondotta tat-trustees. Imqassmin f’sitt punti, dawn l-irregolaritajiet inkludew li l-kumpanija naqset milli taġixxi fl-aħjar interess tal-iskema għal pensjonijiet privati u l-benefiċjarji tagħha; kisret l-obbligazzjonijiet fiduċjarji tagħha bħala trustee; naqset milli timplimenta proċeduri ta’ kontrolli interni biex tipproteġi l-klijenti minn telf finanzjarju; u naqset milli tagħti rimedju għall-ilmenti li rriżultaw minn inkonsistenzi tal-kumpa­nija f’diskrepanzi fiż-żamma tar-rekords relatati. Buttigieg Scicluna, li spiss intuża mill-midja Nazzjonalista u partikolarment taħt it-tmexxija ta’ Lawrence Gonzi u Simon Busuttil biex suppost jagħti l-lezzjo­ni­jiet tar-rettezza u jattakka lill-Partit Laburista, fl-aħħar snin kien ukoll involut fi skandlu relatat mal-intriċċi u l-abbużi ta’

Isabel dos Santos, l-aktar mara sinjura fl-Afrika u t-tifla tal-Eks Dittatur tal-Angola, Josè Eduardo dos Santos, li ħakem il-pajjiż bejn l-1979 u l-2017. L-Eks Deputat Nazzjonalista bejn l-1982 u l-1987 instab li hu involut f’mill-inqas disa’ kum­paniji minn 14 li Dos Santos fetħet f’pajjiżna, inkluża Wise Intelligence Solutions li nħolqot fi żmien Gvern Nazzjonalista biex bint id-dittatur tiffroda l-kum­ panija taż-żejt tal-Istat tal-Angola. Wise Intelligence Solutions twaqqfet mid-ditta legali Ganado Ad­vocates, li esponenti tagħha kienu jkunu ta’ quddiem fil-protesti ta’ Repubblika u Occupy Justice. Dos Santos, li issa qiegħda tiġi investigata f’pajjiżha fuq korruzzjoni, ukoll użat il-kumpaniji lokali Victoria Holding u Winterfell biex minnhom tgħaddi miljuni ta’ flus ħalli takkwista kumpa­niji fil-Portugall u fl-Iżvizzera. Ix-xahar li għadda, il-Kummissarju tat-Taxxi Interni żvela li kumpanija oħra ta’ Dos Santos, Kento Holding, kellha tagħti lil Malta aktar minn €200,000 f’taxxi u penali.


04

25.04.2021

Id-depożiti tal-kumpaniji Maltin u Għawdxin żdiedu b’mod konsiderevoli minkejja l-pandemija. Dan joħroġ minn risposta għal domanda parlamentari li ngħatat din il-ġimgħa mill-Ministru għall-Finanzi. Dawn id-depożiti sa tmiem Frar li għadda saru jlaħħqu aktar minn €3423 miljun, jew żieda ta’ kważi €312-il miljun fuq l-istess xahar sena qabel. Dan ifisser li minkejja li l-prodott gross nazzjonali naqas b’7%, in-negozji f’pajjiżna żiedu t-tfaddil tagħhom b’10%. +€87.5 L-aktar settur li żied id-depożiti kien dak tal-manifattura b’żieda ta’ kważi €88 miljun, miljun biex issa l-operaturi f’dan is-settur għandhom aktar minn €312-il miljun depożitat ma’ banek lokali. Dan il-qasam, minbarra s-sostenn li ngħata mill-Gvern, wera reżiljenza qawwija, fejn diversi kumpaniji biddlu l-operat biex jieħdu vantaġġ minn ċerti opportunitajiet ġodda speċjalment fil-qasam farmaċewtiku u dak mediku. It-tieni settur li l-aktar żied depożiti kien dak tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni, bi tkabbir ta’ €73 miljun. Minkejja l-pandemija dan is-settur kellu sena ta’ attività tajba, b’żieda fil-valur miżjud u fin-numru ta’ ħaddiema. It-tielet l-akbar żieda kienet fost negozji tal-bejgħ bl-ingrossa (wholesale) u dak bl-imnut (retail). Minkejja li kienu magħluqin għal numru ta’ xhur, id-depożiti ta’ dawn l-azjenSetturi di żdiedu bi kważi €67 miljun. B’hekk dan is-settur għandu l-ogħla ammont ta’ depożiti mal-banek lokali, b’aktar minn €626 miljun flaħħar ta’ Frar. Manifattura Minbarra dawn is-setturi kien hemm żieda Ilma; Dawl; Gass, Arja kkundizzjonata, fid-depożiti wkoll fis-settur tal-ilma, dawl u Drenaġġ u Mmaniġġjar tal-Iskart, eċċ. immaniġġjar tal-iskart, fl-agrikoltura u s-sajd, Agrikoltura u Sajd fis-settur li jinkludi l-online gaming, il-kostruzzjoni u l-barrieri, fis-saħħa u fl-edukazzjoni Akkomodazzjoni u Attivitajiet ta’ Servizzi tal-Ikel privata. Arti, Divertiment u Rikreazzjoni* B’kuntrast, kien hemm tnaqqis fid-depożiKostruzzjoni ti ta’ kumpaniji ta’ proprjetà, dawk involuti Attività fil-Barrieri fit-trasport, f’ċerti servizzi, u fil-lukandi u ristoranti. Ta’ min jinnota li filwaqt li mindu bdiet Attivitajiet ta’ Proprjetà il-pandemija, it-turiżmu ħa daqqa enormi, filInformazzjoni u Komunikazzjoni waqt li għal diversi xhur ir-restoranti kellhom Trasport u Ħażna jaħdmu biss bit-take-away, id-depożiti ta’ dan Saħħa u Xogħol Soċjali is-settur naqsu biss b’inqas minn €10 miljun. Edukazzjoni Dan jindika kemm kien qawwi s-sostenn finanzjarju tal-Gvern li għen biex ipproteġa Wholesale u Retail; Tiswijiet ta’ Vetturi u Muturi l-likwidità ta’ dawn l-azjendi. Permezz talIl-bqija tal-Industrija tas-Servizzi wage supplement, id-differiment tat-taxxi kif ukoll self mill-Bank tal-Iżvilupp dawn l-azjendi TOTAL ma kellhomx daqstant bżonn inaqqsu d-depożiti tagħhom. * jinkludi s-settur tal-online gaming Ir-riżultati matul il-pandemija jikkuntras­taw bil-kbir ma’ dak li kien seħħ wara l-kriżi ekonomika tal-2009. Dakinhar id-daqqa eko­nomika kienet għaxar darbiet inqas minn dik tal-pandemija u t-turiżmu ma kienx daqstant milqut. Iżda dakinhar il-Gvern Nazzjonalista ftit li xejn kien ta appoġġ lin-negozji u dawn spiċċaw kellhom jieklu minn ġewwa biex ikampaw. Tant li minn depożiti mal-banek lokali ta’ €1,460 miljun f’Settembru 2008, dawn naqsu għal €1,246 miljun f’April 2009. Dan kien ifis+€14.6 ser tnaqqis ta’ kważi €215-il miljun, jew 15%. miljun Biex dawn il-fondi kienu rkuprati, in-negozji kellhom jistennew sa Marzu tal-2010.

+€66.7 miljun

IL-KUMPANIJI JŻIDU D-DEPOŻITI FIL-BANEK MINKEJJA PANDEMIJA Depożiti sa tmiem

Tibdil bejn Frar ’20 u

Frar ’21 (€ miljuni)

Frar ’21 (€ miljuni)

312.0

87.5

59.1

14.8

93.3

60.9

116.8

-9.8

412.6

34.9

264.3

12.2

11.0

7.1

301.8

-16.9

259.4

73.2

295.2

-29.6

40.9

14.6

38.8

2.2

626.2

66.7

591.8

-5.9

3,423.2

311.9

+€34.9 miljun


05

25.04.2021

Kontra dak li kien seħħ fl-2009 fejn, bla appoġġ mill-Gvern, il-kumpaniji u s-setturi lokali kellhom iduru għal tfaddil li kellhom, fil-pandemija attwali l-affarijiet qed jirriżultaw għalkollox bil-maqlub.

+€60.9 miljun

+€73.2 miljun

+€14.8 miljun

IL-MIŻURI FEJJIEDA TAL-GVERN SALVAW IS-SUQ TAL-PROPRJETÀ Is-suq tal-proprjetà f’pajjiżna rnexxielu jagħmel irkupru qawwi, grazzi għall-miżuri mħabbrin mill-Gvern, partikolarment ilpjan ta’ rkupru ekonomiku ta’ €900 miljun f’Ġunju tas-sena l-oħra. Dawn wasslu biex il-konvenji jiżdiedu b’madwar sitt darbiet fuq April tas-sena l-oħra, waqt li l-kuntratti ta’ bejgħ bi kważi 90% fuq Marzu 2020 u sal-lum hemm rekord fis-settur, anke jekk il-bejgħ lill-barranin jinsab prattikament wieqaf. Fl-aħħar xhur kien hemm diversi indikazzjonijiet li wara li l-pandemija kienet laqtet ħażin ħafna s-suq tal-proprjetà, permezz ta’ diversi miżuri li ħa l-Gvern issuq tal-proprjetà rkupra. Fost l-oħrajn ġieli nħarġu stqarrijiet mill-Malta Developers Association (MDA) fuq l-ammont tal-konvenji, iżda issa ċifri maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) ikkonfermaw kemm il-pandemija kienet tat xokk lill-qasam tal-proprjetà u kemm kienu fejjieda l-miżuri tal-Gvern f’dan il-qasam. Analiżi tas-sitwazzjoni madwar id-dinja indikat mill-bidu li l-pandemija kienet se twassal għal tnaqqis drastiku fil-bejgħ tal-proprjetà, b’mod partikolari bl-għeluq tal-fruntieri u t-trażżin tal-ekonomiji. Terġa’ f’pajjiżi li, kontra Malta, ma sostnewx jew ma setgħux isostnu l-industriji u l-impjiegi tagħhom biex ma jisplodix ilqgħad, is-sitwazzjoni kienet ferm agħar u din wasslet lil ħafna biex ikunu ferm iżjed kawti milli jagħmlu l-akbar investiment f’ħajjithom – jixtru dar. Waqt li pajjiżi oħrajn anke sal-lum għadhom qed jistennew li jitnaqqsu l-miżuri restrittivi li ġew imposti biex is-swieq tal-proprjetà jibdew jirkupraw, is-sitwazzjoni f’pajjiżna hi totalment differenti. F’Malta l-2019 kienet sena tajba fejn jidħlu kuntratti ta’ bejgħ ta’ proprjetà residenzjali, tant li ġew iffirmati ftit aktar minn 14,000 kuntratt. Bħala medja fl-aħħar kwart ta’ dik is-sena kienu ffirmati xi 1,200 fix-xahar. Dan kollu nbidel malli bdiet il-pandemija. F’Marzu l-kuntratti tal-bejgħ kienu diġà naqsu għal 925, waqt li s-sitwazzjoni kompliet tmur għall-agħar f’April meta dawn niżlu għal 590 u mbagħad għal minimu ta’ 551 f’Mejju. Il-kuntratti tipikament ikunu preċeduti minn konvenji almenu bi tlieta jew erba’ xhur. Jiġifieri dawk il-kuntratti li kienu ffirmati f’Mejju kienu frott ta’ konvenji f’Jannar jew Frar, li kienu medja ta’ 850, jew darba u nofs il-kuntratti li ġew iffirmati f’Mejju. Dan huwa indikazzjoni li ħafna minn dawk li kienu għamlu konvenju fl-aħħar tal-2019 jew il-bidu tal-2020 ma kinux qed jaslu biex jiffirmaw kuntratt finali. Dan billi jew bdew jikkanċellaw il-konvenju jew inkella billi talbu posponiment tal-bejgħ. Dan fid-dawl li l-pandemija kienet ħolqot sens qawwi ta’ inċertezza fuq il-prospett ta’ xogħol, b’żieda fil-qgħad u tnaqqis fil-pagi. It-tħabbir tal-pjan ta’ riġenerazzjo­ni­ eko­nomika fil-bidu ta’ Ġunju wassal għal bidla radikali fis-sitwazzjoni eko­no­mika. Fil-fatt, il-qgħad beda nieżel, filwaqt li s-sentiment ekonomiku fost in-negozji

Il-miżuri tal-Gvern wasslu għal rekord fil-bejgħ tal-proprjetà, anke matul il-pandemija

beda jirpilja. Minbarra hekk il-miżura tat-tnaqqis fil-boll ukoll daħlet inċentiv ċar biex konvenju ffirmat iwassal għal kuntratt finalizzat. Diġà f’Ġunju l-ammont ta’ kuntratti żdied għal 746. Dan imbagħad aċċellera għal 938 f’Lulju u għal 978 f’Awwissu. Dan juri kif dawk li kienu għamlu konvenji f’xhur preċedenti reġgħu kellhom il-fiduċja u l-mezzi biex jaslu għal xiri ta’ proprjetà. Ma’ dan, l-istatistika tal-NSO tindika li wara Ġunju d-domanda għal proprjetà residenzjali żdiedet b’mod qawwi. Filwaqt li f’April kienu ffirmati 269 konvenju biss, f’Ġunju l-ammont tela’ għal 958, jew kważi erba’ darbiet aktar. Id-domanda għal proprjetà kompliet tiżdied sakemm f’Marzu li għadda kienu ffirmati rekord ta’ 1,650 konvenju għal proprjetà residenzjali. Ta’ min ifakkar li meta jqabbel dawn il-figuri ma’ dawk ta’ snin oħra wieħed irid jiftakar li filwaqt li fil-passat ammont sostanzjali ta’ proprjetajiet kienu jinxtraw minn barranin, dan issa ma jistax iseħħ għax ftit huma f’pożizzjoni li

joqogħdu jiġu Malta biex jiffirmaw konvenji. Jiġifieri r-rekords qed jinkisbu minkejja li sezzjoni tas-suq – il-bejgħ lill-barranin – għadha wieqfa. Filwaqt li kien hemm żieda għal proprjetà f’Għawdex, joħroġ ċar ukoll kif kien hemm żieda kbira f’żoni bħan-Nofsinhar ta’ Malta. Żoni bħall-Fgura, Raħal Ġdid, Santa Luċija u Ħal Tarxien raw żieda ta’ 52% fl-ammont ta’ konvenji meta mqabbel ma’ qabel il-pandemija. Li f’żoni residenzjali bħal dawn ikun hemm żieda tant qawwija fix-xiri ta’ proprjetà huwa l-aqwa indikazzjoni kemm il-Gvern irnexxielu jkun ta’ tarka għall-ħaddiema u għad-dħul tagħhom. Is-soltu fi kriżi ekonomika, il-bejgħ ta’ proprjetà jieħu daqqa kbira. Pereżempju fil-kriżi tal-2009, minkejja li, f’termini ekonomiċi, kienet għaxar darbiet inqas, kien hemm tnaqqis ta’ xi 20% fil-bejgħ ta’ proprjetà. S’issa fl-ewwel kwart tal-2021 inbiegħu 3,213-il proprjetà residenzjali għall-valur ta’ kważi €650 miljun. Dan hu €86 miljun aktar mill-istess perjodu fl-2020. Fix-xhur li ġejjin dan it-titjib mistenni jaċċellera għax l-ammont ta’ konvenji li ġew iffirmati fl-ewwel tliet xhur tal-2021 laħaq rekord ta’ 3,980, jew aktar minn darba u nofs l-ammont ta’ konvenji fl-2020.



07

25.04.2021

SITT SNIN TA’ SUĊĊESS FL-AVJAZZJONI Tkompli minn paġna 1 Ġimagħtejn ilu l-KullĦadd irrapportat kif il-kumpanija VistaJet, li diġà hi stabbilita f’Malta, se tkun qed tkabbar il-flotta tagħha għal 90 ajruplan sa sentejn oħra, b’riżultat ta’ domanda akbar fis-servizzi speċjalizzati tagħha li kellha tul il-pandemija. Ix-xahar li għadda wkoll żvelajna kif żewġ linji tal-ajru Ingliżi – Titan Airways u Jota Aviation – qalu pubblikament li qed jistennew lill-awtoritajiet lokali biex jirrilokaw f’pajjiżna minħabba l-“burokrazija żejda” li qed tifgahom b’riżultat talproċess ta’ Brexit. Skonthom, ir-regoli l-ġodda li ġew imposti fuq linji tal-ajru Brittaniċi wasslu għal telf kbir ta’ klijenti, li jlaħħaq mas-70% tan-negozju kollu tagħhom. Waqt li spjega li 5 mis-16-il applikazzjoni tal-linji tal-ajru li għandha quddiemha l-Awtorità diġà jinsabu fil-fażi ta’ proċess, Pace ma riedx jikkonferma jew jagħti ismijiet ta’ dawk involuti, għalkemm indika li l-linja tal-ajru mill-Iżlanda Air Atlanta Icelandic u JetClub, li topera titjiriet chartered b’ajruplani u ħelikopters, diġà għamlu stqarrijiet pubbliċi f’dan is-sens. “Il-proċess jieħu bejn tlieta u sitt xhur biex jitlesta u ma jagħti l-ebda garanzija li l-AOC Malti se jingħata,” enfasizza l-Kaptan Pace. Il-proċess rigoruż hu maqsum f’sitt stadji differenti minn meta kumpanija tapplika l-ewwel darba u jinkludi spezzjoni-

Il-Kaptan Charles Pace, Direttur Ġenerali tad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili (CAD) jiet fil-kwartieri u abbord l-ajruplani tagħha minn uffiċjali ta’ TM. Kumpaniji jridu jipprovaw li għandhom il-ħaddiema ideali, is-sostenn finanzjarju neċessarju għall-vjaġġar ippjanat u pjan ta’ negozju b’saħħtu. Jekk kollox jimxi kif mistenni ċ-ċertifikazzjoni tinħareġ mid-Direttur Ġenerali tas-CAD. Ma’ dan hemm ukoll proċess parallel meħtieġ mill-UE, li jwassal lill-kumpanija interessata biex tinħarġilha Liċenzja ta’ Operatur tal-Ajru (AOL). Għal dan hu meħtieġ li l-kumpanija jkollha mill-inqas 50%+1 tal-

ishma li huma proprjetà ta’ ċittadini tal-Unjoni Ewropea u tkun formalment stabbilita f’pajjiżna, b’uffiċini u staff adegwat biex joperaw il-linja tal-ajru. Mistoqsi x’jattira lejn Malta linji tal-ajru jew setturi oħrajn fl-industrija, il-Kaptan Pace qal li fl-aħħar sitt snin Malta kienet estremament popolari u ta’ suċċess fis-settur tal-avjazzjoni. “Dan grazzi għal awtorità regolatorja li tifhem lill-operaturi u tgħinhom fil-miri tagħhom, waqt li għadd ta’ kumpaniji legali, li kisbu esperjenza fis-set-

tur, huma pedini importanti ħafna meta niġu biex nattiraw kumpaniji ġodda. L-użu tal-ilsien Ingliż, il-fatt li l-liġijiet huma bbażati fuq is-sistema Ingliża u r-reġim fiskali favorevoli jagħmluna wkoll attraenti,” qalilna d-Direttur Ġenerali tasCAD, li attwalment għandha lista twila ta’ ajruplani li se jkunu qed jingħaqdu ma’ flotot eżistenti. Il-Kaptan Pace tenna li fost dawn hemm ajruplani tal-baħar u Boeing 747s, li għal pajjiżna huma ġodda. “Is-CAD investiet ukoll fit-taħriġ tal-ħaddiema

tagħha fejn jidħol ċertifikazzjoni ta’ flight simulators, waqt li introduċejna wkoll ċertifikazzjoni u liċenzjar għall-ħelikopters li sa ftit tas-snin ilu lanqas biss kienu jiġu kkunsidrati. Ukoll qed naħdmu biex nattiraw lejn pajjiżna attivitajiet bi drones kbar. L-interess qiegħed hemm u nittamaw li dan ikun mibdul f’talbiet konkreti fil-futur qrib,” temm jgħidilna l-Kap tad-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili. Mitlub jikkummenta dwar dan ukoll, il-Ministru responsabbli Ian Borg qalilna li hu minnu li l-pandemija COVID-19 kellha impatt qawwi fuq l-industrija tal-avjazzjoni, però min-naħa l-oħra l-pandemija kienet sitwazzjoni li ġabitna aktar konxji tal-fatt li d-dipendenza tagħna fuq is-settur tal-avjazzjoni ma tistax tiġi sottovalutata. “L-avjazzjoni se tkompli tkun pilastru fundamentali għall-ekonomija Maltija u dan għax hi l-iktar mod ta’ trasport dinamiku u konvenjenti li jgħaqqadna mal-bqija tad-dinja. Is-suċċess li qed ikompli jinkiseb hu frott il-perseveranza ta’ Gvern magħqud b’tim warajh iddedikat u attiv li jara li dan is-settur ikompli jagħmel passi ta’ ġgant u li r-reġistru 9H jibqa’ wieħed ta’ reputazzjoni għolja u mfittex minn bosta linji tal-ajru li jagħżlu li jinvestu f’pajjiżna. Dan il-fatt ikompli jinċentivana biex bħala Gvern inkomplu niftħu l-bibien ta’ pajjiżna għal aktar diskussjonijiet, investiment u tkabbir ekonomiku,” temm jgħid il-Ministru Borg.


08

25.04.2021

IL-GVERN SE JIDĦOL GĦALL-KARITÀ MITLUFA Il-Prim Ministru Robert Abela ta l-impenn tiegħu li l-Gvern jassisti lit-tliet organizzazzjo­ nijiet filantropiċi li sofrew telf sostanzjali fi ġbir ta’ fondi li saru ftit tax-xhur ilu kawża ta’ problema teknika mill-kumpanija GO. Waqt żjara li għamel fid-Dar tal-Providenza, fejn ukoll iltaqa’ ma’ rappreżentanti ta’ dawn l-organizzazzjonijiet u sema’ kif din il-

1 2 3 4 5

proble­ma affettwat ħażin il-pjani tagħhom, Dr Abela saħaq li l-Gvern iħoss l-obbligu li ċerti proġetti tagħhom li kienu ppjanati ma jaqgħux lura. Għaldaqstant tenna li se jkun qed jassigura li jkun hemm inizjattivi biex kemm jista’ jkun l-għanijiet ta’ dawn l-għaqdiet jintlaħqu xorta waħda. Fuq kollox, spjega l-Prim Ministru,

dawn huma inizjattivi li fiċ-ċentru tagħhom hemm persuni li jeħtieġu l-għajnuna u l-appoġġ. Għad-Dar tal-Providenza deher id-Direttur Fr Martin Micallef, waqt li għall-Malta Community Chest Fund attendiet iċ-Chairperson Marlene Mizzi u għall-Caritas id-Direttur Anthony Gatt.

BASTIMENTI FULL-TIME Marsaxlokk 141 San Pawl il-Baħar 20 In-Nadur 14 Għajnsielem 13 Iż-Żurrieq Il-Mellieħa 11 BASTIMENTI PART-TIME

1 2 3 4 5 6 7 8 9 10

Marsaxlokk Il-Mellieħa L-Imġarr Ir-Rabat San Pawl il-Baħar Ir-Rabat (Għawdex) Iż-Żurrieq/B’Buġa Iż-Żejtun Għajnsielem Ħaż-Żebbuġ In-Naxxar Is-Siġġiewi San Ġiljan/M’Skala/ Birkirkara

40 31 19 18 17 16 15 14 12 11

RAĦAL IS-SAJJIEDA, BIR-RAĠUN! Bħala pajjiż żgħir imdawwar bil-baħar faċli jitqies li s-sajd kien u għadu wieħed mill-mestieri li għal eluf ta’ snin sostna b’mod abbundanti l-għaj­xien ta’ ġensna, kemm b’mod finanzjarju kif ukoll biex jimla l-istonku battal. Minħabba l-iżviluppi kollha, l-industrijalizzazzjoni u mezzi oħrajn ta’ introjtu, dawk li juru interess li jkomplu f’din is-sengħa iebsa u ta’ strapazz baqgħu jonqsu mal-milja taż-żmien, imma Marsa­xlokk baqa’ sal-lum iżomm it-titlu lokali tar-“raħal tas-sajjieda”, bil-fatti. Statistika ppubblikata fl-aħħar jiem tixhed kif il-lokal f’tarf il-pajjiż mhux biss għandu l-akbar għadd ta’ bastimenti professjonali rreġistrati fi ħdanu, iżda wkoll m’hemm l-ebda kompetizzjoni li xi darba jidher li tista’ b’xi mod thedded li teħodlu dan it-titlu. Fil-fatt Marsaxlokk, li wkoll inzerta f’ħalq il-forma tal-“ħuta” li nqabb­lu lil artna magħha, għandu l-akbar għadd ta’ bastimenti professjonisti rreġis­trati fil-kategoriji tal-full-time u anke talpart-time fil-pajjiż, b’total ta’ 181. L-eqreb ta’ dan jiġu l-Mellieħa u San

Pawl il-Baħar, fit-tarf l-ieħor tal-pajjiż, li għandhom 42 u 37 reġistrazzjoni rispettivament. Żewġ lokali­tajiet oħrajn rinomati għas-sajd, iż-Żurrie­q u Birżebbuġa, jinsabu aktar ’l isfel fil-klassifika, b’29 u 26 f’bastimenti full-time u part-time. Fil-lista, li ġiet ippreżentata, jirriżul­ taw ukoll lokalitajiet, bħal Victoria, Għawdex (21), Birkirkara (15), in-Nax­xar (14), il-Mosta (13) u Raħal Ġdid (3) li s-sajd­ żgur mhux is-sengħa jew il-professjoni li jiġu assoċjati magħha. Il-lista, li ngħatat dan l-aħħar fil-Parlament mill-Ministru responsabbli Anton Refalo bi tweġiba għal mistoqsija tad-Deputat Laburista Jean Claude Micallef, tinkludi total ta’ bastimenti li jitħaddmu b’mod sħiħ (full-time) u dawk irreġistrati fil-kategorija li jaħdmu okkażjonalment (part-time), flimkien mal-lokalitajiet fejn huma rreġistrati l-bastimenti tas-sajd. Micallef talab l-informazzjoni dwar “kemm għandna sajjieda rreġistrati f’pajjiżna b’kollox, minn liema lokalitajiet ġejjin u x’inhi l-età tagħhom, waqt li kemm huma l-baħħara rreġistrati

fuq xogħol relatat mas-sajd u ta’ liema nazzjonalità?” Iżda l-Ministru għallAgrikoltura, is-Sajd, l-Ikel u d-Drittijiet tal-Annimali wieġbu li fid-Dipartiment tas-Sajd u l-Akkwakultura ma jinżammux rekords ta’ sajjieda rreġistrati, iżda ta’ bastimenti tas-sajd irreġistrati. “Ninsab infurmat li fil-pre­żent in-numru ta’ bas­­ti­menti tas-sajd reġis­ tra­ti fil-ka­tegoriji pro­fessjonali hu ta’ 380 bastiment full-time (MFA) u 459 bastiment part-time (MFB), rispet­ti­v­a­ ment. L-età tas-sidien tvarja minn 19 sa 78 sena fil-kategorija MFA u minn 18 sa 88 fl-MFB,” saħaq il-Ministru Refalo, filwaqt li ppubblika tabella bil-lokalitajiet minn fejn joriġinaw is-sidien. Il-Ministru Refalo tenna wkoll li, avolja r-reġistrazzjoni ta’ xogħol ma taqax taħt ir-responsabbiltà tal-Mi­nisteru tiegħu, jirriżultalu li hemm 40 bastiment tas-sajd professjonali li għandhom kaptan addizzjonali barrani rreġistrat fuqhom – 38 ta’ nazzjo­nalità terza u tnejn ta’ nazzjonalità Ewropea. Tweġiba għal mistoqsija oħra Parlamentari li saret lill-Ministru għat-Tra-

sport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg, żvelat li f’pajjiżna b’kollox hawn 3,451 opra tal-baħar irreġistrata ma’ Transport Malta. Il-Ministru ta din iċ-ċifra meta f’nofs dan ix-xahar wieġeb lid-Deputat Ivan Bartolo dwar kemm hawn dgħajjes irreġistrati fuq sajjieda, dawk għal skop ta’ divertiment u oħrajn għal raġunijiet kummerċjali, bħall-ġarr ta’ turisti. Minbarra dan, elenka lista ta’ opri rreġistrati mal-Awtorità li jinkludu 17,557 jott, f’settur lussuż tad-divertiment li baqa’ jikber maż-żmien, inkluż bl-introduzzjoni ta’ diversi marinas filpajjiż. Il-lista tinkludi wkoll 729 dgħajsa tal-passiġġieri, mill-katamarani li jġorru mijiet ta’ passiġġieri u sa dgħajjes tradizzjonali tal-pass magħrufin li jaqsmu l-Port il-Kbir. Minn dawn talaħħar jir­riżulta li hawn 28 irreġistrati b’mod kummerċjali u 23 persuna li joperawhom. Il-Ministru tenna li hawn ukoll 656 opra, li ma jitħaddmux b’mutur, 149 opra bħal pilot boats, bunker barges u work boats, u 108 jet skis.


09

25.04.2021

SCOPE RATINGS TFAĦĦAR IR-RIFORMI TAL-GVERN MALTI Waqt li kkonfermat mill-ġdid ir-rating ta’ A+ għal pajjiżna, l-aġenzija Ġermaniża Scope Ratings bassret li l-finanzi u l-ekonomija nazzjonali għandhom jirkupraw is-sena d-dieħla, grazzi għall-pożizzjoni b’saħħitha li ngawdu, anke meta jiġu kkunsidrati l-effetti u d-diffikultajiet kollha tal-pandemija. Fil-fatt, fir-rapport tagħha, l-aġenzija ssostni li pajjiżna għandu “potenzjal qawwi ta’ tkabbir”, “tbassir fiskali fuq terminu medju san” u “pożizzjoni esterna qawwija ħafna”. Minbarra hekk, b’referenza għall-iżviluppi bla preċedent li wettaq il-Gvern immexxi minn Robert Abela, l-aġenzija nnotat “it-titjib fl-isfidi istituzzjonali relatati ma’ ħarsien u superviżjoni fil-qasam finanzjarju”. L-analisti Ġermaniżi jbassru li “l-ekonomija nazzjonali ta’ Malta u l-livelli fiskali tagħha mistennija jirkupraw fl-2022, bid-dejn li jirritorna għal tendenza ta’ tnaqqis.” Fl-istess ħin enfasizzaw li, anke waqt il-pandemija, numru ta’ setturi importanti, fosthom tal-informatika, baqgħu jikbru. Minbarra s-suċċess fl-ippjanar ekonomiku, l-esperti barranin jilqgħu l-ħidma tal-Gvern fil-qasam tal-governanza tajba, tant li r-rapport isostni li “l-amministrazzjoni kurrenti għamlet progress sostanzjali f’termini ta’ kon-

troll fuq il-korruzzjoni u s-saltna taddritt b’emendi kostituzzjonali u riformi fil-qasam ġudizzjarju.” F’dan ir-rigward, l-esperti internazzjonali wkoll irrimarkaw il-ħidma biex jissaħħu r-regolaturi finanzjarji u r-riformi proposti mill-Moneyval u millFATF. Fil-fatt, b’mod globali, ir-rapport jinnota li kien hemm “pass kostanti ta’ riforma pożittiva taħt l-amministrazzjoni preżenti”. Ir-rapport ifaħħar ukoll il-pakkett ta’ sostenn finanzjarju li wettaq il-Gvern Laburista u li b’riżultat tiegħu, skont Scope Ratings, il-pajjiż diġà mis-sena d-dieħla se jerġa’ jaqbeż il-livell ta’ ġid nazzjonali li kellu qabel il-pandemija. Fattur ewlieni ieħor hu s-suċċess tal-programm ta’ vaċċinazzjoni, l-aqwa fl-Ewropa u li għandu jwassal malajr għal żieda fid-domanda domestika. Ir-rapport isemmi l-importanza talpjan għal riġenerazzjoni ekonomika, speċjalment l-investiment ta’ mijiet ta’ miljuni ta’ ewro f’infrastruttura industrijali ġdida. Ma’ dan, Scope Ratings ukoll jisħqu li element ieħor importanti se jkun żgur il-pakkett kbir ta’ fondi Ewropej li rnexxielu jakkwista l-Gvern Malti u bis-saħħa tagħhom se jiġu ffinanzjati ħafna proġetti essenzjali li jiġġeneraw aktar tkabbir ekonomiku qawwi fissnin li ġejjin.

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

L-AĠENZIJA TA’ KREDITU TIKKONFERMA R-RATING TA’ A+ GĦAL PAJJIŻNA U TBASSAR IRKUPRU FL-2022


10

25.04.2021

AKTAR FONDI F’RIĊERKA FUQ ENERĠIJA/ILMA Aktar minn €700,000 huma disponibbli fit-tieni sejħa għal proġetti ta’ riċerka u innovazz­ jo­ni fl-oqsma tal-ener­ġija u l-ilma. Il-proġetti fis-sejħa tal2021 mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma mistennija jipproduċu riżultati tanġibbli, li jtejbu l-immaniġġjar ta’ dawn ir-riżorsi fil-pajjiż waqt li jikkontribwixxu għal tkabbir tal-ekonomija l-ħadra lokali. Għal dan il-għan il-Gvern qed jinvesti fondi f’riċerka speċifika fi żmien kruċjali, hekk kif ilpajjiż qed jaħdem biex jibda jir­ kupra mill-effetti tal-COVID-19. Fl-2020, tnediet l-Istra­teġija Nazzjonali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni fl-Enerġija u l-Ilma u warajha tħabbret l-ewwel sej­ħa għal proposti ta’ proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni flener­ġija u l-ilma. Wara l-ewwel suċċess issa tnedie­t it-tieni sejħa b’żieda fil-fondi. Applikazzjonijiet qed jintlaqgħu bħalissa u hi oppor­ tunità għal akkademiċi, settur privat, entitajiet tal-Gvern u NGOs. L-għotjiet ivarjaw minn €60,000 sa massimu ta’ €120,000 għal kull proġett li jridu jitlestew­fi żmien bejn 18 u 24 xahar. Qed jiġu inkoraġġuti proġetti minn oqsma differenti, minn inġinerija u xjenzi na­ turali sa xjenzi soċjali, big data u intelliġenza artifiċjali. Il-Ministru respon­sab­b­l­i Miriam Dalli inkoraġġiet lil aktar xjenzati u riċerkaturi biex jagħmlu użu mill-fondi. “Nin­ sabu kommessi li nkomplu ninvestu fil-qasam, bir-riżultati jkollhom impatt dirett fuq ilħajja tal-familji, kif jista’ jidher mill-proġetti li ġew magħżula fl-ewwel sejħa,” sostniet Dalli. Se ssir laqgħa ta’ informazzjoni biex tindirizza mistoqsijiet u diffikultajiet nhar it-Tlieta li ġej. Ir-reġistrazzjonijiet u aktar tagħrif jinsabu fuq is-sit tal-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma (energywateragency.gov. mt).


11

25.04.2021

IŻRAEL QED JISTUDJA L-POSSIBBILTÀ TA’ IŻJED BENEFIĊĊJI MILL-KANNABIS Waqt li s-sena li għaddiet beda l-proċess biex jillegalizza l-użu rikreattiv tal-ħa­ xixa, bi qbil anke tal-Parlament, Iżrael beda wkoll jistudja l-possibbiltà li jieħu aktar benefiċċji mill-pjanta bis-sehem ta’ professur fil-mediċina magħruf bħala “missier ir-riċerka tal-kannabis”. Skont il-liġi, li qed tiġi promossa f’dan il-pajjiż tal-Lvant Nofsani, se jkun permess xiri minn ħwienet speċjalizzati lil persuni ta’ 21 sena ’l fuq meta jippreżentaw karta tal-identità. Il-ħwienet infushom mistennija jitħallew jagħmlu tqassim f’residenzi u postijiet oħrajn, iżda mhux ibigħu prodotti li jittieklu u jixbhu l-ħelu. Mhux se jkunu permessi lanqas l-esportazzjoni jew l-importazzjoni tal-kannabis. Il-pajjiż mistenni jassigura li jkun hemm “prezzijiet raġonevoli” fil-bejgħ biex jiġi evitat li l-konsumaturi jduru għas-swieq illegali, anke jekk se jkun miċħud kull tipjip tal-kannabis f’postijiet pubbliċi. Jidher li għad trid tiġi deċiża jekk ikunx permess tkabbir tal-pjanti fid-djar mingħajr liċenzja speċifika għal dan. F’pajjiżna bħalissa għandna l-White Paper dwar l-Użu Rikreattiv tal-Kannabis bil-għan li jintlaqgħu r-reazzjonijiet ġenerali tal-pubbliku u għaqdiet inte­ ressati qabel tiġi ppreżentata l-liġi fejn hu propost, fost oħrajn, li adult, li jinsab fil-pussess ta’ seba’ grammi kannabis għall-użu esklussiv tiegħu, ma jkun qed iwettaq l-ebda reat. Proposta oħra tgħid li adult li jin­sab

fil-pussess ta’ aktar minn seba’ grammi, iżda inqas minn 28 gramma, għallużu esklussiv tiegħu, jitressaq quddiem il-Kummissarju għall-Ġustizzja, u jista’ jingħata multa amministrattiva li ma tlaħħaqx iżjed minn €100. F’din il-White Paper qed jiġi propost ukoll li kull abitazzjoni residenzjali tkun tista’ tkabbar sa massimu ta’ erba’ pjanti għall-istess abitanti u mhux għall-bejgħ. Se titwaqqaf ukoll, awtorità governattiva ġdida biex tissorvelja kwistjonijiet relatati mal-kannabis għall-użu personali u tkun inkarigata biex tikkummissjona studji u tipproponi linji gwida. Sadanittant il-ġurnal Jerusalem Post

din il-ġimgħa rrapporta li l-Professur Raphael Mechoulan, li fis-snin 60 kien l-ewwel xjenzat li rnexxielu jiżola l-ingredjent prinċipali tat-Tetrahydrocannabinol (THC), qed jaħdem fuq proġett ġdid ta’ riċerka dwar acids li kapaċi tipproduċi l-pjanta tal-kannabis, magħrufa wkoll bħala marijuana. Is-sejbiet preċedenti tal-Professur Mechoulan kienu fundamentali għad-dinja tar-riċerka medika relatata mal-kannabis u għaldaqstant il-pajjiż qed jagħti piż kbir lil dan il-proġett ġdid tiegħu li qed imexxi ma’ kumpanija żgħira Iżraeljana, EPM, li mistennija tirreġistra fil-Borża ta’ Tel Aviv lejn l-aħħar

ta’ din is-sena. Il-Kap Eżekuttiv tal-EPM, in-negozjant Iżraeljan Reshef Swisa qal li r-riċerka dwar l-acids tal-kannabis hi triq ġdida u eċitanti, għax “waqt li l-industrija kollha kemm hi qed taħdem fuq il-komponenti li joħorġu mill-pjanta wara li tibda tinxef, aħna iżjed interessati x’jiġri fil-pjanta nnifisha.” Hu qal li s-saħħa tal-acids hi ferm akbar mill-cannabinoids: “Dawn huma instabbli ħafna, li jfisser li jinqasmu f’cannabinoids malajr u jekk tip­prova tifridhom mill-pjanta jew tipprova tik­kunsmahom, is-sħana tal-ġisem taqsamhom.” Fl-istess ħin tenna li mhumiex faċilment riprodotti, ladarba jiddependu fuq forom ikkumplikati ta’ estrazzjoni li teħtieġ kundizzjonijiet speċifiċi ħafna li fihom titrabba l-pjanta. Bil-għan li jdur ma’ dawn l-ostakli, it-tim ta’ Mechoulan qed jissintesizza l-molecules f’laboratorju biex jikkopja l-istrutturi tal-acids tal-kannabis, iżda ma jinqasmux malajr f’cannabinoids u allura jippermettu li jiġu riprodotti fuq skala kbira mingħajr il-ħtieġa ta’ pjanti ħajjin. “S’issa żviluppajna 14-il molecule differenti, tmienja minnhom li huma kompletament ġodda fid-dinja xjentifika,” kompla Swisa. “Kull waħda minn dawn il-molecules għandha l-potenzjal li tiġi żviluppata f’diversi mediċini, waqt li ħafna kumpaniji kapaċi jagħmlu affarijiet inkredibbli anke b’molecule waħda.”


12

25.04.2021

IL-BIDLA DANIEL MICALLEF

Deputat Mexxej għall-Affarjiet tal-Partit

Il-bidla kontinwa; l-aġenda riformista; il-kuraġġ li dak li ilu jistenna, dak li jista’ jkun kontroversjali, naffaċċjawh u nimplimentaw ir-riformi meħtieġa. Huwa dak li dejjem kkaratterizza lill-Partit Laburista minn forzi politiċi oħrajn, u huwa dak li ser jibqa’ juri d-distinzjoni netta fl-għażliet li l-poplu jkollu quddiemu. Li tbiddel mhux faċli kultant. Kull attentat ta’ bidla ħa jsib reżistenza, ħa jġib miegħu kritika, speċjalment meta t-tali bidliet ikunu mmirati għal sezzjoni żgħira tal-popolazzjoni. Riċentement ġejt mistoqsi dwar is-sondaġġi, u kif dawn għandhom jintużaw biex partit politiku jifforma l-politika tiegħu. Assolutament ma naqbilx. Kieku kellna nimxu mas-sondaġġi, l-omosesswalità għadha reat kriminali f’pajjiżna. Il-politika u l-bidliet iridu jkunu mnebbħin minn prinċipji, xejn aktar. Il-bidla fil-kompożizzjoni parlamentari u l-mekkaniżmu li jiggarantixxi rappreżentanza ekwa tas-sessi wkoll ġabu ċerta kritika. Din hija riforma kuraġġuża ħafna, u storika wkoll. Hija riforma li ser tiġġieled dak li kien normali għal aktar minn 70 sena. Ir-riforma titfa’ piż kbir fuq il-partiti politiċi sabiex jassiguraw li jkun hemm kandidatura femminili aktar b’saħħitha. Ngħid jien ukoll, titfa’ responsabilità kbira wkoll fuq dawk il-ħafna nisa li għandhom ħafna x’joffru lill-pajjiż. Ma jistgħux jibqgħu lura u jitkellmu biss dwar ugwaljanza u parteċipazzjoni femminili fid-demokrazija tagħna. Iridu jkunu huma l-protagonisti. Iridu jgħaddu ftit snin, elezzjoni oħra jew tnejn, u ngħidu l-mekkaniżmu ħadem biex ta xokk lis-sistema, u issa lanqas għandna bżonnu aktar. Mhux l-ewwel darba li pronunzjajt ruħi fuq diskussjonijiet oħrajn meħtieġa fejn tidħol is-sistema elettorali ta’ pajjiżna. Jien, f’għajnejja – nara ħafna lok għal titjib. Iżda dan huwa pass

pożittiv ’il quddiem fil-kuntest tas-sistemi li nħaddmu preżentement. Il-forżi konservattivi dejjem jirreaġixxu bl-istess mod prevedibbli għall-bidliet. Qatt mhuwa l-ħin addattat għalihom. Dejjem hemm affarijiet aktar importanti. L-iżvilupp li nqis pożittiv iżda fl-aħħar snin huwa li meta riformi kontroversjali jiġu proposti, il-forzi konservattivi saħansitra jpinġuhom bħala populisti, jew paraventu. Pereżempju; sa ftit snin ilu kienet xi ħaġa ta’ barra minn hawn li politiku jitkellem fuq il-legalizzazzjoni tal-kannabis. Lanqas tgħaddilek minn rasek. Illum għandna Gvern immexxi minn Robert Abela li ressaq white paper għad-diskussjoni proprju fuq dan is-suġġett. Ir-reazzjoni ta’ Bernard Grech x’kienet? Lanqas nista’ nsejħilha prevedibbli, għax issorprendieni biex inkun onest – li din

il-white paper il-Gvern għamilha biex jaljena ż-żgħażagħ, u rnexxielu, għax skont hu s-sondaġġi hekk urew. Kelli nismagħha tliet darbiet biex inkun ċert li qed nisma’ tajjeb. Aparti li skont Grech riformi diffiċli iżda meħtieġa bħal din huma xi għodda populista, qed jgħidilna wkoll li ż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin ċwieċ. Interessanti kif qed jgħidilna dan l-istess persuna li kien fuq quddiem nett tal-kruċjata kontra l-introduzzjoni tad-divorżju f’pajjiżna 10 snin ilu. Li nara pożittiv f’dan kollu huwa li meta wieħed jieqaf u jaħseb jirrealizza li f’dan ilpajjiż saret trasformazzjoni kbira fl-aħħar ftit snin. Dan kien mertu tal-aġenda riformista kontinwa li ġabet bidla wara l-oħra u li fissru kwalità tal-ħajja u dinjità għal ħafna aktar nies f’pajjiżna. Dan iżda, jrid ikompli. Lil hinn mill-kannabis, li jiena

personali nemmen li mhux biss għandha tkun dekriminalizzata iżda legalizzata, hemm diskussjonijiet oħrajn li ilhom għaddejjin f’pajjiżna. L-importanti li mhux biss id-diskussjonijiet ikomplu, iżda li dawn iwasslu għal deċiżjonijiet. Riforma oħra kruċjali hija fejn jidħlu l-kirjiet protetti. Suġġett li Gvern wara ieħor tefa’ taħt it-tapit, b’riformi kosmetiċi matul is-snin li ma wasslu biex jissolva xejn. Ta’ min wieħed jgħid, li apparti l-kuraġġ politiku mnebbaħ minn prinċipji ċari ta’ solidarjetà soċjali u ġustizzja, kemm mas-sidien kif ukoll mal-inkwilini, dan kollu qed isir f’nofs panedmija. F’sena fejn il-Gvern ra n-nefqa tiegħu tisplodi, u d-dħul tiegħu jinxef. Għalhekk nirrikonoxxi li hawnhekk il-kuraġġ huwa doppju. Bħalissa faċli ħafna għall-Gvern li jgħid – ‘mhux iż-żmien’, jew li ‘ilhom tant hekk l-affarijiet, jistennew

Li nara pożittiv f’dan kollu huwa li meta wieħed jieqaf u jaħseb jirrealizza li f’dan il-pajjiż saret trasformazzjoni kbira fl-aħħar ftit snin. Dan kien mertu tal-aġenda riformista kontinwa li ġabet bidla wara l-oħra u li fissru kwalità tal-ħajja u dinjità għal ħafna aktar nies f’pajjiżna

ftit ieħor’. Minflok qed naraw attitudni dijametrikament opposta għal dan, bi Prim Ministru determinat li dak kollu li jeħtieġ jinbidel, jinbidel bla dewmien. Għal ħafna snin kellna soċjetà li qed tinbidel, u amministrazzjonijiet suċċessivi Nazzjonalisti li baqgħu staġnati. Baqgħu jaħsbu li jafu kollox, u dan wassal għal staġnar totali fejn jidħlu riformi soċjali. Gvern Laburista dejjem kien differenti f’dan l-aspett. Storikament jekk iddur il-100 sena storja tal-Partit Laburista, bid-difetti u bin-nuqqasijiet kollha, l-aġenda riformista u l-bidliet soċjali dejjem kienu l-punt b’saħħtu tiegħu. U kommessi li hekk jibqgħu. Pajjiżna qed jipprepara sabiex flimkien mal-kumplament tad-dinja jabbraċċja r-ritorn għal normalità gdida. Fejn nistgħu ngawdu lil xulxin, noħorġu, insiefru – dak kollu li sa ftit xhur ilu kien jagħtina gost u li qatt ma ħsibna li jista’ jittieħed. Issa huwa l-mument li nibqgħu ffukati biex naraw lil pajjiżna tassew ikun fuq quddiem f’din ir-rankatura globali għall-irkupru ekonomiku. B’mod kawt, pajjiżna qed jaffronta dan il-perjodu bl-unuri, b’għajnuniet kbar għas-setturi kollha milqutin, u bl-ogħla rata ta’ vaċċinazzjoni fl-Ewropa. Fiduċjuż li quddiemna għandna żmien eċitanti ħafna li ser ikompli jara lil pajjiżna miexi ’l quddiem.


13

25.04.2021

WEGĦDI MWETTQA BIEX INĦARSU L-AMBJENT TAGĦNA

CARMELO ABELA Ministru

Fil-jiem li għaddew flimkien mal-kollega l-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia, organizzajna numru ta’ clean-ups fl-okkażjoni ta’ Earth Day. B’kollox ġbarna ammont ta’ 505kg ta’ skart riċiklabbli kif ukoll skart imħallat u skart goff fosthom plastik, polystyrene, gerbub tal-injam

u loqom tas-sigaretti fiż-żoni tan-Natura 2000 f’Wied Qirda, Delimara, Buskett, Dwejra, u Għar Ħasan. F’dan it-tindif tawna daqqa t’id ukoll is-Segretarjat tal-Ministeru tiegħi fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru kif ukoll rappreżentanti mill-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA), WasteServ u Ambjent Malta. Azzjoni li permezz tagħha ngħaqadna ma’ miljuni ta’ nies oħra madwar id-dinja li għamlu attivitajiet u inizjattivi simili biex ngħinu ntejbu l-klima u nħarsu n-natura ta’ madwarna. Dan l-isforz mhu xejn straordinarju imma dmirna. Jekk xejn huwa ispirat mill-eżempju mill-isbaħ li jagtuna għexjieren ta’ NGOs li jagħmlu azzjonijiet simili matul is-sena kollha. Imma xorta waħda kien dmirna li nagħtu daqqa t’id u nfakkru l-International Earth Day b’azzjoni tanġibbli.

Li hu żgur hu li f’dawn il-clean-ups naddafna millħmieġ li sfortunatament iħallu warajhom nies, ngħid jien irresponsabbli, li wara li joħorġu jgawdu s-sbuħija tal-ambjent iħallu l-ħmieġ warajhom. M’hemmx għalfejn ngħid li dan l-aġir huwa irresponsabbli u kundannabbli. Mhux biżżejjed li noħolqu postijiet fejn il-familji jistgħu jqattgħu flimkien il-ħin liberu tagħhom f’arja nadifa u sabiħa, imma rridu noħolqu kuxjenza li dak li għandna nżommuh fl-istat nadif li kien. Jiena nemmen li għandna nagħmlu dak kollu possibbli biex intejbu l-ambjent għaliex dinja b’saħħitha mhux għażla iżda bżonn bażiku. U għal dan il-għan fl-ambitù tat-twettiq tal-manifest elettorali il-Gvern wettaq diversi miżuri biex ikompli jkun imħares l-ambjent fl-aħħar snin.

Bħala Ministru responsabbli mit-Twettiq tal-Manifest Elettorali kien ta’ sodisfazzjon kemm li nara dawn il-proġetti mexjin ’il quddiem, kif ukoll flimkien mal-uffiċjali tal-Ministeru tiegħi ngħinu biex il-ħidma tal-Ministeri varji tkun ikkordinata tajjeb flimkien. Fejn għandu x’jaqsam l-ambjent, bdejna biex daħħalna fil-kostituzzjoni tal-obbligu mill-istat li jisssalvagwardja l-pajsaġġ u l-patrimonju storiku ta’ pajjiżna. Biex dan ikun tassew imqiegħed fil-prattika waqqafna l-Environmental Resources Authority biex tassigura li jkun hemm sorveljanza. Għamilnieha obbligu li l-Gvern jassigura l-impatt tal-politika u l-proġetti tiegħu fuq l-ambjent. Dan apparti l-proġetti tal-green walls u t-tħawwil ta’ għexieren ta’ eluf ta’ siġar - iżjed minn 52,000 siġra bejn l-2018 u l-2020 - kif

ukoll it-tħawwil ta’ siġra għal kull wild ġdid. Minbarra dawn il-miżuri li twettqu kompletament, fadal iżjed xogħol għaddej bħat-tnedija tal-istrateġija tallow carbon development 2050 marbuta mat-tibdil fil-klima kif ukoll ir-riġenerazzjoni u t-tisbiħ ta’ postijiet pubbliċi. Dan apparti proġetti kruċjali u emblematiċi bħall-għeluq tal-Impjant ta’ Sant’Antnin. Nemmen wkoll li għall-futur ilGvern irid jaħseb biex jindirizza l-effetti tat-tibdil fil-klima b’ mod speċjali livell ogħla talbaħar li jaffettwa gżejjer bħal Malta. Il-bżonn li nitrattaw l-pjaneta tagħna b’mod aħjar se jkompli jieħu iżjed importanza fl-operat kollu tal-Gvern. Dan bil-ħsieb li dinja b’saħħitha twassal għal ħajja aqwa kemm għalina kif ukoll għall-ġenerazzjonijiet futuri.

em il-Partit Laburista. Għaliex din il-ħidma? Għax hu mbassar li l-Ewropa jonqosha 60 sena biex tilħaq ugwaljanza ta’ veru bejn il-ġeneri. U għalhekk neħtieġu passi determinanti biex ikollna soċjetà ugwali li tħalli lil kulħadd jikber. Soċjetà b’saħħitha hija soċjetà li tagħti l-opportunità lil kulħadd. Din l-istqarrija hija minsusa fuq il-fatti li qed ngħixu: Mhux in-nisa kollha huma ekonomikament indipendenti; in-nisa mħallsin inqas mill-irġiel; hemm ħafna inqas nisa f’karigi għoljin li jiddeċiedu; ħafna aktar vittmi ta’ vjolenza domestika. Fil-Parlament Ewropew komplejt, u se nkompli, nagħmel ħilti favur ugwaljanza sħiħa. Bħala membru tal-Gender Mainstreaming Network f’isem il-Kumitat tal-Industrija jiena responsabbli li nassigura li l-proċessi parlamentari jħarsu l-ugwaljanza u l-integrazzjoni tal-ġeneru. Aħbar sabiħa oħra din il-ġimgħa kienet proprju li dossier li nnegozjajt f’isem is-Soċjalisti u Demokratiċi dwar id-dimensjoni tal-ġeneru fil-politika ta’ koeżjoni, ġie approvat b’suċċess mill-Kumitat għall-Politika Reġjonali u fih irnexxieli ndaħħal elementi importanti favur l-ugwaljanza li partiti politiċi oħra opponew bil-qawwa. Imma xtaqt nerġa’ lura għalliġi storika li għadha kemm

għaddiet mill-Parlament Malti. L-importanza ta’ iktar nisa fl-ogħla livell ta’ deċiżjonijiet, mhix biss biex ikollna wċuħ ġodda fil-Kamra tar-Rappreżentanti. Dak ukoll huwa importanti, għaliex nies ġodda jġibu ideat friski; imma iktar importanti minn hekk, għandna bżonn aktar nisa fil-Parlament biex insaħħu d-demokrazija tagħna. U kien għalhekk li fl-2018, kont aċċettajt bil-qalb li nkun parti mill-kumitat tekniku li kellu l-mandat xejn faċli li jippubblika dokument għall-konsultazzjoni pubblika u li jipproponi soluzzjonijiet għad-defiċit demokratiku fil-Parlament, li issa se jiġi indirizzat. Dan ifisser li wara l-elezzjoni li jmiss, se jkollna Parlament li verament jirrappreżenta s-soċjetà tagħna. Dan il-pass importanti niċċelebrawh kif xieraq imma ma rridux ninsew li baqa’ ħafna xi jsir. Il-ħidma tiegħi fil-Parlament Ewropew irrid li twassal biex naslu għal tibdil leġiżlattiv u miżuri li jassiguraw qsim aħjar bejn il-ħin tax-xogħol u tal-familja biex il-koppji jkunu liberi jagħżlu għalihom u ma jibqgħux sfurzati mit-tradizzjoni. Irrid li jkun hemm trasparenza sħiħa minn min iħaddem fil-klassijiet tas-salarji biex nassiguraw li kull mara u raġel li jagħmlu l-istess xogħol jitħallsu ndaqs. Din hija l-aqwa arma

biex niġġieldu d-diskriminazzjoni fid-dħul. Se nkomplu nagħmlu pressjoni biex jintlaħaq qbil fuq Direttiva li tintroduċi numru minimu ta’ nisa fil-bordijiet ta’ entitajiet fis-settur pubbliku u fis-settur privat. L-istudji juruna li aktar nisa f’karigi li jiddeċiedu jiftħu l-bieb għal aktar nisa. U rridu naslu biex ikun hemm għarfien aħjar tal-forom kollha t’abbuż u vjolenza u tisħiħ adegwat tas-servizzi t’appoġġ kollha li jeżistu. Fuq nota differenti, imma ħolqa ma’ dan ukoll, din ilġimgħa n-Nazzjonijiet Magħquda fakkret dik li tissejjaħ ‘Girls in ICT Day’. Jum li jħares lejn it-tfajliet u n-nisa fid-dinja tal-Informazzjoni tat-Teknoloġija u l-bżonn li madwar id-dinja jkun hemm aktar nisa u tfajliet f’dan is-settur tat-teknoloġija. Hawnhekk ukoll irid ikun hemm ħidma biex aktar tfajliet jidħlu f’dan is-settur. Rajna waqt il-pandemija kemm it-teknoloġija kienet importanti ferm biex ir-rota tibqa’ ddur. Bl-edukazzjoni u l-għarfien jeħtieġ inkissru l-isterjotipi. Il-ħidma tiegħi biex nara ugwaljanza reali, se tibqa’ għaddejja biex nara aktar passi ’l quddiem, bħal dak li ġġieled għalih Manwel Dimech u bħall-passi li għamel - u għadu qed jagħmel - il-Partit Laburista.

PRINĊIPJI SODI

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Illum xtaqt nikteb dwar żewġ avvenimenti importanti ferm għalina bħala poplu Malti u Għawdxi. Żewġ episodji li t-tnejn li huma jiffurmaw ħolqa importanti fil-mixja ta’ prinċipji sodi li dejjem ħaddan il-Partit Laburista. Il-ħidma lejn l-ugwaljanza u d-drittijiet ċivili. Meta nitkellmu dwar dan, irridu bilfors insemmu avveniment li jmur lura 100 sena. Proprju ftit ġranet ilu fakkarna l-100 sena mill-mewt ta’ Manwel Dimech: Soċjalista, Filosfu, Ġurnalista, Kittieb, Poeta u wkoll Riformista fil-qasam soċjali, b’ideali politiċi u tagħlim li ħallew marka fuq l-istorja tagħna lkoll - ġgant fl-istorja Maltija. Ħadem għall-iżvilupp soċjali, ekonomiku u politiku tal-Maltin fi żmien meta l-madmad tal-barrani kien ixekkel lill-poplu u jħallih fl-injoranza.

Manwel Dimech huwa Malti li emmen f’pajjiżu u n-nies tiegħu bi prinċipji sodi soċjalisti. Nislet dan il-kliem minn ‘Il-Bandiera tal-Maltin’ tal-1902, mill-ħafna kitbiet ta’ Dimech: L-omm Maltija donnha mhix fid-dinja ħlief biex issajjar, tiekol hi u titma’ lil ulieda, u tagħmel hi u dderri lil ulieda jagħmlu x-xogħol taddar. U wkoll mill-istess pubblikazzjoni imma tal-1911: Il-Mara trid tgħix daqs ir-raġel, u l-ħlas ikun ta’ kulħadd xorta waħda. Xhieda kemm ilha għaddejja t-taqbida favur l-ugwaljanza, l-edukazzjoni tal-mara u l-irwol attiv tal-mara fis-soċjetà. Inħossni kburija li jiena parti minn dan il-Partit li dejjem mexxa ’l quddiem politika li tħares lejn l-ugwaljanza. Kif rajna wkoll fil-ġimgħa li għaddiet bil-pass politiku storiku li kellna fil-Parlament. Bl-inizjattiva u r-rieda kontinwa tal-Partit Laburista fil-Gvern għaddiet liġi mill-Parlament li se twassal għal rappreżentanza iktar ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Kif qalet Ramona Attard, President tal-Partit Laburista, irridu nkomplu nħarsu ’l quddiem lejn il-bidliet għax ir-responsabilità fuqna hija ħafna, għaliex f’dan il-pajjiż dejjem kien il-Partit Laburista li rriforma u wettaq il-bidliet. Bidliet li huma parti intrinsika f’xogħli bħala Membru Parlamentari Ewropew f’is-


14

25.04.2021

Il-Horseshoe Bend Kiosk f’St James’s Park, l-aħħar gabbana ddisinjata minn Mizzi Studio li ġiet installata taħt il-Palazz ta’ Buckingham

GABBANI “MALTIN” ISEBBĦU L-PARKS IRJALI TA’ LONDRA Bħala parti minn proġett sinifikanti ta’ titjib fil-parks irjali ta’ Londra, il-kumpanija Maltija tal-arkitettura u d-disinn Mizzi Studio għadha kemm rat l-installazzjoni taħt il-Palazz ta’ Buckingham tal-aħħar gabbana minn disgħa, li ġew iddisinjati minnha. Erba’ snin ilu Mizzi Studio ġew ikkummissjonati, f’isem il-marka rinomata Colicci, biex jiddisinjaw dawn il-gabbani għall-bejgħ tal-ikel u kafetterija qrib il-Lag Serpentine f’Hyde Park. Il-kumplament huma mqassmin fi Green Park u St James’s Park fil-qalba tal-kapitali Ingliża u qrib postijiet prominenti bħar-residenza ewlenija rjali u l-Parlament Ingliż. L-installazzjonijiet bdew f’Ottubru tal-2018 u ntemmu dan ix-xahar bl-aħħar waħda f’St James’s Park. F’dan l-akbar rinnovar li l-parks irjali kienu ilhom ma jaraw għal mill-inqas 14-il sena, il-kumpanija

Maltija kellha l-impriża prestiġjuża li tibdel il-gabbani antiki li kien hemm ma’ oħrajn moderni u ddisinjati biex jikkumplimentaw l-ambjent tal-akkwati. Il-parks irjali huma klassifikati tal-ogħla livell patrimonjali u li jiġu ffrekwentati minn eluf ta’ persuni kuljum. Filwaqt li l-ewwel tmien gabbani huma magħ­ mulin mill-injam u ġew żviluppati b’kollaborazzjoni mad-disinjatur Ingliż Tom Raffield, l-aħħar gabba­na installata taħt il-Palazz ta’ Buckingham hi magħmula minn tubi tar-ram biex jirriflettu wkoll il-metalli prezzjużi tal-monument tar-Reġina Vittorja ta’ Sir Thomas Brock li jinsab fil-qrib. Mizzi Studio, li għandhom ukoll uffiċini f’Lond­ ra, ħadmu ma’ Colicci fuq numru ta’ proġetti tul is-snin, fosthom il-kafetterija fiċ-ċentru tax-xiri ta’ West­field Stratford f’Londra u l-Pheasantry Café filBushy Park.

IL-GABBANI KOLLHA FIL-PARKS IRJALI 1. Triangle Car Park Kiosk, Hyde Park 2. Playground Kiosk, Hyde Park (lemin) 3. Hyde Park Corner Kiosk, Hyde Park 4. Ritz Corner Gateway Kiosk, Green Park 5. Canada Gate Gateway Kiosk, Green Park 6. Horseshoe Bend Kiosk, St James’s Park 7. St James’s Playground Kiosk, St James’s Park 8. Marlborough Gate Kiosk, St James’s Park 9. Artillery Memorial Kiosk, St James’s Park


15

25.04.2021

BUŻŻIEQA OĦRA LI NFAQGĦET

(Ritratti: LUKE HAYES) RODRICK ZERAFA

2

Tlift il-count! Insejt kemm-il storja jew narrattiva l-Partit fl-Oppożizzjoni prova jaqbad u jmexxi ’l quddiem u wara ftit żmien din tispiċċa bħal bużżieqa li tinfqa’ f’wiċċu. Donnu ma jitgħallmux li qabel tagħmel argument trid tivverifika l-fatti kollha għax inkella ser tkun qed toħroġ ta’ mażetta kif jgħid il-Malti. Każ klassiku rajnieh din il-ġimgħa. Tiftakruhom lil Simon Busuttil, Jason Azzopardi u Therese Comodini Cachia li filli kienet ħa ssir Kap tal-Partit u f’daqqa waħda warrbuha, jagħmlu plejtu li l-Gvern Laburista kiser xi liġijiet kostituzzjonali bil-mod ta’ kif kien qed jappunta l-membri tal-ġudikatura wara r-riforma li għamel fl-2016. Kemm qajmu paniku u daqqew trombi! Tant kemm kienu konvinti minn din in-narrattiva li bdew imexxu ’l quddiem, li ħaduha quddiem il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja. Imma, għal darb’oħra kienet bużżieqa oħra li nfaqgħet f’wiċċhom. Il-Qorti Ewropea f’sentenza ta’ 15-il paġna qalet li Malta qatt ma ħadmet kontra s-saltna tad-dritt u l-liġi Ewropea. Mhux talli hekk, qalet ukoll li l-Prim Ministru Robert Abela anki mar pass ’il quddiem u reħa l-poter minn idu fl-għażla tal-persuni li jpoġġu fuq il-bank tal-ġudikatura. Jekk din mhix risposta ċara daqs il-kristall, mela ma nafx. Iżda, naħseb ħadu nota ta’ dak li qalet il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja għax minn Tal-Pietà skiet perfett biss smajna. Immaġinaw kieku s-sentenza qalet mod ieħor kemm kienu jdoqqu

trombi u jagħmlu protesti. Iżda, dawn id-Deputati tal-PN u aktar minn hekk Eks Kap tal-PN li għażlu li jagħmluha ta’ avukati għall-NGO ‘mhux partiġjana’ Repubblika f’din il-kawża, iridu jgħallmu lil kulħadd fejn tidħol is-saltna tad-dritt u l-ġustizzja f’dan il-pajjiż. Dawn huma l-istess nies li għall-aħħar erba’ snin qabdu diska u baqgħu jirrepetuha biex forsi xi darba tiġihom waħda tajba. Imma r-rapporti indipendenti minn bosta istituzzjonijiet Ewropej u anke internazzjonali qegħdin darba wara l-oħra juruhom li m’għandhomx raġun. Qegħdin jirrepetu d-diska li l-istituzzjonijiet f’pajjiżna ma jaħdmux. Fl-istess ħin rajna Pulizija u Qrati tal-Ġustizzja li ma jħarsu lejn wiċċ ħadd bil-provi u mhux bil-paroli biss. Dik hija d-differenza bejn Gvern Laburista u Gvern Nazzjonalista, għaliex dak li jkun fuq il-karta nġibuh għar-realtà. Inkun qed nigdeb jekk ngħid li kollox sar tajjeb u ma kellniex problemi, iżda jkun nuqqas ukoll jekk ma nirrikonoxxux il-bidliet. Jekk xejn, il-Gvern ta’ Robert Abela se jibqa’ mfakkar bħala l-Gvern tar-Riformi għaliex f’sena u ftit xhur saru riformi li mhux ftit snin ilhom jistennew biex isiru imma nazzarda ngħid aktar minn deċennju. Kellu jkun dan ilGvern li b’kuraġġ imidd idu għax-xogħol u jagħmel il-bidliet li hemm bżonn sabiex is-saltna tad-dritt tibqa’ tirrenja f’dan ilpajjiż. Ħafna minna jinsew, imma ta’ min infakkru x’inhuma r-riformi li għamilna. Ir-riforma fl-għażla tal-Ġudikatura, ir-riforma fl-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija, ir-riforma fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, ir-riforma tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni u l-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali u tal-Avukat tal-Istat fost ħafna aktar. Fuq kollox dan jgħiduh in-nies fil-kwiet ta’ djarhom meta jsegwu l-argumenti politiċi taż-żewġ partiti kbar. Fuq naħa għandek partit negattiv u mhux konsistenti li jixxejjer mar-riħ u jgħid narrattiva li jkun jaqbilu, iżda fuq in-naħa l-oħra għandek partit bi track record fattibbli, konsistenti u li ġab bidla għall-aħjar f’dan il-pajjiż.


16

25.04.2021

LEJN RAPPREŻENTANZA AKTAR UGWALI FIL-PARLAMENT

MARIA ELLUL Segretarju Ġenerali FŻL

Bħala mara li tinteressani l-politika iżda wisq aktar bħala żagħżugħa intiża fuq dan is-suġġett, spiss tkellimt dwar il-ħtieġa li jkollna rappreżentanza aktar ugwali fil-Parlament Malti. Dan fl-isfond, li l-Partit Laburista kien dejjem dak il-Partit li ta vuċi u imbotta l-mara Maltija fis-soċjetà permezz tal-miżuri riformisti li hu magħruf għalihom. Gvern Laburista wasal ukoll sabiex mexxa d-diskussjoni li eventwalment ser twassal għall-introduzzjoni ta’ miżuri temporanji favur din ir-rappreżentanza aktar ugwali. Bla dubju, bħal kull riforma oħra,

dan qajjem dibattitu bejn dawk favur u oħrajn kontra. Jiena, bħala mara ma nħossx li din il-miżura hija ta’ insult għalija u wisq anqas iġġegħelni nħossni inferjura għallirġiel. L-argument li n-nisa jistgħu jiġu eletti mingħajr għajnuna mhux korrett fl-intier tiegħu. Allura dan jimplika li sal-lum il-ġurnata ftit nisa kienu kapaċi jagħmlu dan? Li għandna biss 8 nisa kapaċi jirrappreżentawna fil-Parlament? Il-fatt li dan il-pajjiż fuq medda ta’ aktar minn 70 sena, naqas milli jikseb rappreżentanza ugwali b’mod naturali jfisser li hemm bżonn ta’ miżuri addizzjonali. F’dinja utopika wieħed bla dubju jkun jixtieq li jara ammont suffiċjenti ta’ nisa kapaċi jkunu eletti fil-Parlament. Tul is-snin sfortunatament iżda, rajna kif bqajna ma wasalniex għal dan. Dan huwa mekkaniżmu li ħadem f’pajjiżi oħra - l-elettorat jeħtieġ li jara aktar nisa fil-Parlament u jarahom jeċċellew fl-irwoli li jingħataw. Ħafna jgħidu li għandna bżonn aktar edukazzjoni – bla dubju li naqbel ma’ dan iżda

l-edukazzjoni dwar dan issuġġett ilha ssir u ftit li xejn rajna bidla tanġibbli. B’miżuri addizzjonali li jiżguraw aktar nisa fil-Parlament ser naraw bidla fil-mentalità kurrenti fejn dawn in-nisa ġodda jkunu jistgħu jservu wkoll ta’ mudell għal nisa oħra. Eżempju ta’ dan huwa l-programm Lead li nieda l-Partit Laburista sabiex iħajjar aktar nisa jersqu lejn ix-xena politika. Dan wera biċ-ċar li hemm diversi nisa interessati iżda li forsi mhux dejjem kellhom il-kuraġġ jagħmlu dak il-pass. Statistika dwar ir-riżultalti fl-elezzjonijiet ġenerali f’Malta turi kif ir-rata ta’ suċċess tan-nisa f’dawn l-elezzjonijiet hija waħda pożittiva. B’hekk ikompli joħroġ biċ-ċar,

li għandna nuqqas ta’ nisa fil-Parlament Malti mhux minħabba li dawk li jikkontestaw ma jiġux eletti iżda għaliex għandna bżonn aktar nisa li jagħmlu dak il-pass. Din mhix kwistjoni politika. Nemmen li l-Partit Nazzjonalista qed ikun ipokrita ferm meta fil-Parlament jivvota favur dawn il-miżuri mbagħad joħroġ hemm barra jikkritikahom. Dawn il-kummenti misshom saru fl-isfond tad-diskussjoni politika sabiex verament iż-żewġ partiti jiġbdu ħabel wieħed fuq suġġett ta’ interess nazzjonali li fl-aħħar mill-aħħar ser jaffettwa leġiżlaturi futuri ta’ dan il-pajjiż. Il-fatt li l-Parlament preżenti kważi magħmul es-

B’miżuri addizzjonali li jiżguraw aktar nisa fil-Parlament ser naraw bidla fil-mentalità kurrenti fejn dawn in-nisa ġodda jkunu jistgħu jservu wkoll ta’ mudell għal nisa oħra

klussivament għall-irġiel jagħmilha ferm iktar diffiċli għan-nisa biex jiksbu siġġu fil-Parlament. Statistika turi wkoll li minn kull tliet siġġijiet disponibbli, tnejn minnhom ser jittieħdu minn dawn li hemm preżenti, li fil-maġġoranza l-kbira tagħhom bħalissa huma rġiel. B’hekk, dan ftit li xejn iħalli spazju għal uċuħ ġodda sakemm ma jiġux stabbiliti miżuri speċjali. Ejjew ma ninsewx li dawn huma biss miżuri temporanji kif ukoll miżuri favur rappreżentazzjoni ugwali bejn iż-żewġ sessi. Inkunu realistiċi jekk ngħidu li fl-elezzjoni ġenerali li jmiss, dan il-mekkaniżmu ser jintuża favur in-nisa iżda jalla jiġi żmien fejn dawn il-miżuri ma jkollniex bżonnhom aktar jew li jintużaw favur is-sess sottorappreżentat maskili. Gvern Laburista dejjem assikura vuċi għall-mara Maltija u persważa li din il-miżura ser tkun megħjuna b’aktar inizjattivi li jħeġġu aktar nisa jersqu lejn ix-xena politika. Ejjew naħsbu lil hinn mit-tokeniżmu. Din hija kwistjoni ta’ ekwità u ġustizzja.

L-ABORT U L-ISTIGMA LI JĠIB MIEGĦU

MARIAH MELI Parteċipanta LEAD

L-istigma li jġorr miegħu t-terminu ‘abort’ hawn Malta jikkawża biża’ sabiex ġenituri prospettivi jfittxu l-għajn­ uniet meħtieġa sabiex jissalvagwardjaw il-qagħda mentali u fiżika tagħhom. Għandna nevitaw milli jsiru aborti barra minn pajjiżna u b’hekk ma nxekklux il-ħajja prospettiva tal-ġenerazzjoni futura tagħna. Filwaqt li l-opinjoni tiegħi hi li għandhom ikunu priservati d-drittijiet tat-trabi

għaliex ladarba l-qalb tinsab tħabbat fil-ġuf ifisser li hemm il-ħajja, insibu diversi individwi li ma jaqblux ma’ din l-opinjoni. Sabiex jintlaħaq l-għan li nippriservaw il-ġenerazzjoni futura, huwa essenzjali li nappoġġjaw u nedukaw lin-nisa tqal tagħna. F’artiklu ppubblikat f’Jannar tal-2018 minn Healthy Families BC, jidher li fl-ewwel seba’ ġimgħat tat-tqala, l-embrijun ikun diġà fforma diversi partijiet tal-ġisem li huma fundamentali. Wara din il-fażi tant bikrija iżda li fiha jseħħ progress importanti, mit-tmien ġimgħa, it-tarbija tibda tissejjaħ fetu. Hawnhekk il-qalb tibda tiffunzjona, l-organi jkunu kollha ffurmati u l-għadam jibda jifforma wkoll. Huwa għalhekk li anke minn żmien tant bikri tat-tqala m’għandux isir abort. B’diskussjonijiet adegwati fuq l-abort u l-ħajjiet prospettivi għandna naslu sabiex intejbu l-għarfien u l-aċċessibbiltà għas-sapport li dawn

il-ġenituri jkollhom bżonn sabiex naslu għal għan ewlieni. Dak li t-trabi jibqgħu jingħataw id-dritt li jgħixu minflok jirrikorru għall-abort barra minn xtutna. F’pajjiżna lanqas jekk ikun hemm ċerti anomaliji serji bħal meta l-omm tkun marida serja m’hemm id-dritt t’abort. Minflok, insibu l-liġi tad- “double-effect” li tipproteġi lis-saħħa tal-omm. Li kieku kellna ningħataw id-dritt għall-abort inkunu qed nikkontradixxu l-fatt li jiġu mogħtija d-drittijiet tan-nisa, filwaqt li jiġu injorati d-drittijiet tal-bniet li għadhom trabi b’potenzjal fil-futur tagħhom. B’hekk, inkunu qegħdin immorru kontra dak li bħala pajjiż ilna tant naħdmu għalih; l-ugwaljanza ta’ ħajja xierqa għal kulħadd. B’mod pożittiv, f’Malta għamilna progress rapidu fl-edukazzjoni u fl-appoġġ kemm tan-nisa kif ukoll talirġiel rigward relazzjonijiet u attakki sesswali meta mqabbla ma’ pajjiżi oħra. Fosthom

insibu li fl-iskejjel tagħna l-edukazzjoni fuq is-sess qed tinkludi informazzjoni mhux biss fuq il-kontraċezzjoni iżda wkoll fuq STDs, ir-rispett personali u temi oħra li mhux bilfors jirrelataw direttament mal-att sesswali. Fl-2017 twaqqfet ukoll is-CVSA f’Mater Dei li toffri kura għall-vittmi t’aggressjoni sesswali. Ir-rapport annwali tal2019 mis-Sistema Nazzjonali tal-Informazzjoni Ostretika jgħid li tul is-snin kien hemm tnaqqis konsistenti fin-numru tal-ħlas minn ommijiet taħt l-età ta’ 18-il sena. Skont il-WHO, l-edukazzjoni u l-appoġġ kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel rigward relazzjonijiet u attakki sesswali huma fatturi li jnaqqsu l-persentaġġ ta’ tqala mhux mixtieqa fost iż-żgħażagħ, flimkien ma’ benefiċċji soċjali oħra li jgħinu f’sitwazzjonijiet bħal dawn. Ladarba tiġi mogħtija l-għajnuna meħtieġa lit-trabi u l-ġenituri tagħhom, hija aħbar pożittiva li dawn it-tra-

bi salvati se jiffurmaw parti mill-ġenerazzjoni futura tagħna. Aħna nistgħu nagħżlu li nipproteġu l-ħajja l-ġdida waqt li nissalvagwardjaw, nappoġġjaw u nedukaw lill-ġenerazzjoni preżenti. B’hekk, ma nkunux qegħdin inċaħħdu lit-trabi milli jkollhom ċans jesperjenzaw ilħajja bħalna. Nemmen li irrispettivament mill-isfond jew il-pożizzjoni tagħna, fl-aħħar ta’ dak li jista’ jidher mina sewda, żgur li se joħroġ iddawl li se jdum tul ħajjitna kollha. It-tfal jagħtu perspettiva ġdida lill-ħajja filwaqt li joffru l-potenzjal tagħhom stess li jwassal għal affarijiet kbar li jistgħu jsiru flimkien mal-adulti. M’iniex qed ngħid li dejjem se tkun faċli, iżda l-mumenti kollha se jkunu prezzjużi. Bħala poplu hemm bżonn li naħdmu qatigħ sabiex l-istigma preżenti fuq l-abort tonqos u b’hekk iktar ġenituri jfittxu l-għajnuna meta tkun meħtieġa.


17

25.04.2021

PJAN T’AZZJONI DWAR IT-TIBDIL FIL-KLIMA

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Fl-aħħar ta’ Marzu li għadda, ġie ffirmat ilPjan ta’ Azzjoni konġunt 2021-2022 bejn il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni (KtR) u l-Under2 Coalition. Dan il-ftehim se jsaħħaħ il-koperazzjoni għall-promozzjoni tal-azzjoni dwar il-klima fil-livell reġjonali, iżid it-trasparenza u l-iżvelar tad-data dwar il-klima, u jsaħħaħ il-governanza f’diversi livelli fi ħdan il-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-Patt Ekoloġiku Ewropew. Għan ewlieni huwa li jiġi żgurat li l-irkupru mill-COVID-19 jimbotta l-aġenda dwar il-klima ’l quddiem b’reżiljenza ambjentali, ekonomika u soċjali akbar ħalli jiġu indirizzati aħjar kriżijiet futuri. Il- KtR – l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti lokali u reġjonali – iffirmat dan il-pjan ta’ azzjoni ġdid mal-Under2 Coalition, grupp globali ta’ ’l fuq minn 220 gvern li jinsabu impenjati li jżommu ż-żieda tat-temperatura globali ferm taħt iż-2°C, bi sforzi biex jilħqu 1.5°C. Il-ftehim ta’ sħubija l-ġdid jikkonsolida u jsaħħaħ il-kooperazzjoni biex jippromwovi azzjoni dwar il-klima aktar ambizzjuża fil-livell reġjonali, u se jikkontribwixxi għall-implimentazzjoni b’suċċess tal-ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew permezz ta’ governanza effettiva f’diversi livelli. Apostolos Tzitzikostas, Kap tar-reġjun Grieg tal-Maċedonja Ċentrali u President tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, stqarr li dan il-Pjan ta’ Azzjoni jsaħħaħ is-sħubija li ilha teżisti bejn il-KtR u l-Under2 Coalition. Dan jipprovdi l-qafas ġust biex napprofondixxu l-koperazzjoni tagħna biex immexxu ’l quddiem l-aġenda globali dwar il-klima filwaqt li nappoġġjaw reġjuni ambizzjużi biex niksbu n-newtralità klimatika. Flimkien, nistgħu niddefendu aħjar il-governanza f’diversi livelli bħala l-mod biex inwettqu l-Ftehim ta’ Pariġi dwar il-Klima u l-Patt Ekoloġiku Ewropew f’kull territorju, u nagħtu lir-reġjuni vuċi aktar b’saħħitha fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima tal-2021 (COP26) fi Glasgow Novembru li ġej. Franz Untersteller, Ministru għall-Ambjent, il-Protezzjoni Klimatika u s-Settur tal-Enerġija ta’ Baden-Württemberg u Ambaxxatur Globali tal-Under2 Coalition, qal li b’aktar minn 220 membru fid-dinja, l-Under2 Coalition issa hija waħda mill-akbar u l-aktar alleanzi importanti għall-protezzjoni tal-klima fid-dinja. Parti konsiderevoli mill-membri tagħha ġejjin mill-UE. Għalhekk, laqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Under2 Coalition u l-Kumitat tar-Reġjuni laħqu ftehim dwar l-objettivi u l-attivitajiet konġunti. Flimkien, se jżidu l-viżibbiltà u l-effettività tal-livell sottonazzjonali fil-qasam tal-protezzjoni klimatika, kemm globalment

kif ukoll fl-UE. Juan Espadas (ES/PSE), Sindku ta’ Sivilja u President tal-Kummissjoni ENVE tal-KtR u l-Grupp ta’ Ħidma dwar il-Patt Ekoloġiku fil-Livell Lokali tal-KtR, iddikjara li l-ħidma mill-qrib mal-Under2 Coalition se jkollha impatt kbir għall-membri tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni. Dan għaliex il-moviment globali tal-gvernijiet lokali u reġjonali huwa essenzjali biex titwettaq azzjoni dwar il-klima u tinkiseb tranżizzjoni sostenibbli. Dan il-Pjan ta’ Azzjoni se jgħin sabiex jissaħħaħ ir-rwol tal-gvernijiet lokali u tinħoloq governanza f’diversi livelli li tkun effettiva, b’mod partikolari fid-dawl tal-COP26. Il-KtR u l-Under2 Coalition huma impenjati li jaħdmu flimkien abbażi tat-tliet objettivi kondiviżi li ġejjin: • L-għoti ta’ appoġġ reċiproku u l-koperazzjoni fir-rigward tal-attivitajiet ta’ interess komuni b’rabta mal-implimentazzjoni talFtehim ta’ Pariġi dwar il-Klima; • Il-promozzjoni, fil-livell tal-gvernijiet reġjonali, tal-kunċett tat-trasparenza u d-divulgazzjoni annwali tal-miri u d-data dwar il-klima; • It-trawwim tal-parteċipazzjoni tal-gvernijiet reġjonali f’attivitajiet ikkunsidrati bħala prijorità, pereżempju b’appoġġ għall-implimentazzjoni rapida ta’ komponenti ewlenin tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u proġetti li jgħinu lill-gvernijiet reġjonali jiżviluppaw “perkors” lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet bilgħan li tinkiseb in-newtralità klimatika. Il-Pjan ta’ Azzjoni jiddefinixxi oqsma speċifiċi ta’ koperazzjoni, inkluż irkupru ekoloġiku mill-COVID-19, filwaqt li jiżgura tranżizzjoni ġusta u jżid it-trasparenza klimatika. Is-sħubija l-ġdida tinkludi wkoll il-promozzjoni konġunta tal-klima, il-komunikazzjoni u l-attivitajiet f’avvenimenti internazzjonali bħall-Ġimgħa Ewropea tar-Reġjuni u l-Bliet li jmiss (11-14 ta’ Ottubru 2021) u s-summit dwar il-klima tal-COP26 tan-NU fi Glasgow (1-12 ta’ Novembru 2021). Sfond L-Under2 Coalition hija grupp ta’ gvernijiet statali u reġjonali ambizzjużi minn madwar id-dinja impenjati biex iżommu ż-żidiet fit-temperatura globali ferm taħt iż-2°C. Il-koalizzjoni hija magħmula minn aktar minn 220 gvern minn madwar id-dinja, li jaħdmu fuq id-divulgazzjoni annwali tad-data u t-trasparenza dwar il-klima, l-adozzjoni tal-politiki reġjonali u l-iżvilupp ta’ perkorsi għall-2050. Bi 43 gvern reġjonali u 12-il Stat Membru talUE li taw l-approvazzjoni tagħhom, l-Ewropa hija l-akbar kostitwent tal-Under2 Coalition. Il-koalizzjoni tirrappreżenta popolazzjoni ta’ 182 miljun u PDG ta’ USD 7,4 triljun li huwa ekwivalenti għal 35% u 36% tal-popolazzjoni u l-ekonomija tal-UE, rispettivament. Il-Grupp dwar il-Klima huwa s-Segretarjat għall-Under2 Coalition u jaħdem mal-gvernijiet biex jaċċellera l-azzjoni dwar il-klima. Il-mandat tal-Ministru Franz Untersteller jiskadi f’Mejju ta’ din is-sena, iżda se jkompli jappoġġja lill-Under2 Coalition bħala Ambaxxatur Globali għas-sentejn li ġejjin. Fir-rwol il-ġdid tiegħu dan se jkun responsabbli biex jirrappreżenta lill-Under2 Coalition esternament flimkien mal-Eks Gvernatur ta’ California Jerry Brown u se jippromwovi azzjoni sottonazzjonali dwar il-klima.

Tajba wkoll. L-editur waħħaluli aktar minn Dun Viċenz meta xi 55 sena ilu staqsieni, “Stiefnu tieħu lil Melda b’martek u twegħedha li żomm ruħek fidil lejha, fir-risq, tajjeb u l-ħażin, fil-mard u fis-saħħa, u li tħobbha u tirrispettaha tul ħajtek kollha?” Iva hux, għax il-kunjatu, Alla jagħtih il-mistrieħ ta’ dejjem, kien erba’ piedi warajja. Mela qed naqra x’bgħattlu lill-editur il-ġimgħa li għaddiet, u nsib li tefa’ linja, li se nkompli d-dieħla! Tajjeb ‘qq l-ożbreċ. Mela ħa nkompli, Sur Editur. Kemm hu ħelu Alla jbierek dak li jaħseb li jmexxi lill-PeNe, il-Bernie! Ara vera ma nafx minn fejn iġibhom l-argumenti tiegħu dan. Kont qed naqra fit-taparsi gazzetta tagħhom x’qal fuq ir-riforma tal-użu responsabbli tal-ħaxixa. Issa jien naqraha biex lil sħabi li niltaqgħu fuq iz-zuntier inkun nista’ nirrispondihom ta! Għax ma tiswiex il-karta li tiġi stampata fuqha. Issa ħalliha li minħabba din l-istra pandemija m’għadniex nintefgħu fuq it-taraġ taz-zuntier, imma nsomma. Ġie jħarbex li r-riforma saret biex jaljena liż-żgħażagħ. U patpat li minħabba din ir-riforma ż-żgħażagħ resqu aktar lejn il-partit tagħna u b’hekk ġie r-riżultat tas-servej. Kif kont qed naqra, kelli nibla’ tnejn tal-pressjoni qabel il-ħin. X’ma titlax il-pressjoni! Naħseb minħabba din ir-riforma resqu lejn il-partit tagħna ż-żgħażagħ, x’kull waħda. Imur jistaqsihom daż-żikk ta’ Bernie ħalli jara għalfejn iżżgħażagħ huma wara l-partit tagħna. Mhux se jagħmilha ta, għax jaqa’ għan-nelħ. Mela ħa ngħidlek jien, Sur Editur. Liż-żgħażagħ dejjem warrabhom il-partit ta’ Sajmin. U iva, billi hemm Grech, mela mhux xorta Sajmin, il-bozza tal-elf, imexxih lil dan il-partit u l-paġġi tiegħu jew! Il-partit tagħna, liż-żgħażagħ dejjem emmen fihom. Ara kemm saru riformi li messew liż-żgħażagħ. Illum grazzi għall-partit tagħna, iż-żgħażagħ għandhom dritt li jivvutaw, żgħażagħ ta’ 16-il jistgħu jikkontestaw għall-elezzjoni tal-kunsilli u jkollhom sehem dirett fid-deċiżjonijiet tal-pajjiż. Daqshekk jemmen fihom il-Lejber. U l-għajnuna li dejjem tahom? Eżamijiet b’xejn, trasport tal-iskola b’xejn, stipendji, niftakar fil-Garanzija Żgħażagħ. Dik li toffri għajnuna għal impjiegi, edukazzjoni, apprendistat u taħriġ. Fejn qatt kellhom din l-għajnuna kollha ż-żgħażagħ? U ftit jiem ilu l-Gvern tagħna ħabbar il-politika nazzjonali taż-żgħażagħ għall-10 snin li ġejjin. U kien hemm iż-żgħażagħ involuti fiha, kif qrajt. Ma semax biha din Bernie? U dawn affarijiet diretti ta. Ma ninsewx l-għajnuna għal dawk li se jixtru dar għall-ewwel darba u riformi tad-drittijiet ċivili u x’naf jien, għax nibda ninsa mbagħad, daqskemm sar xogħol mill-Gvern tagħna għaż-żgħażagħ. Opportunitajiet bla rażan. Daqshekk jemmen fiż-żgħażagħ il-partit tagħna, Bernie. Nitħassru miskin. Kemm ibellgħulu affarijiet u hu ta’ pupazz li hu jibla’ kollox u jmur ipatpat mingħajr ma jara s-sustanza. Fih assenza ta’ politiku wkoll! Bernie, iż-żgħażagħ ilhom iħossuhom parti minn ġenerazzjoni rebbieħa, mhux issa! Għall-erwieħ żvugajt. Għall-inqas hemm min iħallini niżvoga, għax id-dar ma tantx għandi ċans, ngħidha kif inhi. Biex niżvoga d-dar noħroġ dawra l-kelb u noqgħod niżvoga waħdi. Min jaf kemm jgħidu “telaqna Stiefnu ta’ Melda, jaħasra!” Jaħsbu li jridu, x’jimpurtani. Daqskemm jimpurtah li jkun ftit konsistenti Bernie. U fejn naf! Nitħassarhom lil dawn in-Nazzjonalisti jien, Sur Editur. Nistħajjilhom il-ħmar il-magħkus. Aktar ma jinsabu mfarrkin u mitlufin u mħawdin, aktar imsieken kellhom attakk. Jien ħsibtu qabdu xi attakk nervuż Jason Azzopardi li ddikjara li m’għandux għalfejn jiġi riabilitat u se jibqa’ fil-partit tagħhom. Imma kellhom attakk virtwali, dejjem kif qalu. Kelli nċempel lin-neputi biex nara xi jkun dan il-virtwali. Spjegali li xi ħadd daħal fis-sistemi teknoloġiċi tal-partit u heddew li wara ċertu żmien jibdew joħorġu xi dokumenti ta’ valur. Ejja, se joħorġu d-dokumenti tal-famużi ċedoli mela! Ħa niktibha jien illum, Sur Editur, ħa nwaħħlu lili nnifsi – inkompli d-dieħla.


18

25.04.2021

Torri Mamo minn ġewwa

TORRI PRIVAT BI STORJA MOVIMENTATA FERM Malta hi mogħnija b’binjiet ta’ torrijiet kostali u oħrajn, li nbnew mijiet ta’ snin ilu. Huma lkoll ġawhar arkitettoniċi u kulturali, li jekk ma jsibux min jieħu ħsiebhom jafu jitmermru u jitħassru darba għal dejjem mill-eżistenza tagħhom. Forsi hu ta’ inkoraġġiment li f’pajjiżna nsibu lil Din l-Art Ħelwa, organizzazzjoni volontarja u non governattiva, imwaqqfa fl-1968, li sa mill-bidu tagħha rsistiet biex tingħata l-permess għall-ħarsien ta’ siti storiċi u ambjentali. Illum se nittrattaw torri li nbena bi skop speċifiku – Torri Mamo, li ilu fil-kura ta’ Din l-Art Ħelwa sa mill-2003. L-intervistat hu t-Tabib STANLEY FARRUGIA RANDON, membru tal-Eżekuttiv tal-Organizzazzjoni. Minn CHARLES B. SPITERI Dott, fl-introduzzjoni jien semmejt li t-torri nbena bi skop speċifiku. Tista’ jekk jogħġbok tagħtina aktar informazzjoni fuq hekk? Ħafna mit-torrijiet madwar il-Gżejjer Maltin inbnew mill-Gran Mastri tal-Ordni ta’ San Ġwann. Xi wħud minnhom, bħal dawk ta’ żmien il-Gran Mastri Alof de Wignacourt u Martino De Redin inbnew bl-istess fondi tal-Gran Mastri, li tawhom bħala rigal lill-poplu Malti. Oħrajn, bħal dawk mibnijin fi żmien il-Gran Mastru Lascaris, inbnew mit-taxxi tal-poplu. Madankollu, kien hemm familji privati li kienu sinjuri biżżejjed li jibnu torrijiet biex jiddefendu lill-famija tagħhom u lil dawk ta’ madwarhom. Spiss il-Gran Mastru kien jagħti eżenzjoni lill-familja biex jipparteċipaw fid-dejma, li kienet id-difiża tal-pajjiż. Il-fatt li familja kienet tibni struttu-

ra li sservi bħala difiża kien ġest biżżejjed, biex fil-bżonn, dan il-bini jagħti l-kontribut tiegħu biex jiddefendi l-madwar. Mela, dan it-torri ma nbeniex mill-Ordni ta’ San Ġwann. Kien proprjetà tal-familja Mamo u bnietu bħala fortifikazzjoni għaliha fit-triq bejn iż-Żejtun u Marsaskala. Insibu li Gregorio u Giorgio Mamo kienu missier u iben, it-tnejn kienu kapimastri tal-bini mal-Kavallieri. Ftit metri ’l bogħod l-istess familja bniet kappella li ddedikatha lil San Gejtanu. Kif nistgħu ngħidu li dan itTorri bidel l-idejn minn sid għal ieħor u għal xiex serva?

mill-Kavallieri biex jiddefendu lill-gżira Maltija. Dan ir-Reġiment kellu taħt il-ħarsien tiegħu u ried jindokra l-batteriji ta’ Mansel u ta’ Xrobb l-Għaġin, kif ukoll il-batterija ta’ Marsaskala u t-Torri bil-batterija ta’ San Tumas flimkien mattrunċieri minn Marsaskala sa Forti Rikażli. Aktar tard dan it-torri għadda għand il-familja Sciberras Bologna u fil-bidu tas-seklu 20 bidel l-idejn biex sar proprjetà tal-familja Strickland. Wara nsibu li t-Torri nkera lill-familja Galea (Tal-Matru) miż-Żejtun. Imbagħad, fl-1940 ittieħed mill-Forzi Armati Ingliżi li bnew pill-box fuq il-bejt tiegħu, fejn insibu li kien ikun sparat machine gun. Jiġfieri minn dejjem baqa’ jservi għad-difiża ta’ pajjiżna?

Qabel l-invażjoni talFranċiżi t-torri kien okkupat mir-Reġiment tal-Milizzja taż-Żejtun u ta’ Ħaż-Żabbar, wieħed mis-sitt Reġimenti ta’ Malta li kienu ffurmati Le,

wara

l-gwerra

waqa’ f ’idejn ċertu Desira miż-Żejtun, li kien jużah bħala residenza għas-sajf. Madankollu, snin wara, l-inkwilin għaddieh lill-Gvern. Hu għalhekk li l-Għaqda ‘Din l-Art Ħelwa’ setgħet tieħu f ’idejha dan it-torri biex tirrestawrah. Kif tista’ tiddeskrivilna l-mod li bih hu mibni dan it-Torri?

il-kamra tagħti għal erba’ kmamar oħra żgħar li jiffurmaw l-idejn u s-saqajn tal-forma tas-salib. Fuq ix-xellug hemm taraġ li jagħti għall-bejt, minn fejn il-viżitatur jista’ jgawdi veduta panoramika sabiħa immens. Fuq il-lemin hemm bir u xaft li jwassal għas-saqaf biex ir-residenti tat-Torri jkunu jistgħu jieħdu l-ilma minnu. Imbagħad, fuq l-istess naħa hemm taraġ ieħor li jagħti għal kamra bissaqaf baxx ħafna fuq waħda mill-erba’ kmamar imsemmija. Ma tridx tkun tbati mill-artrite tal-irkoppa għax it-taraġ kollha huma tassew għoljin! Għal min ma jafx fejn jinsab, nistgħu ngħidu li hu qrib ta’ xatt, biex intuża bħala difiża għal pajjiżna?

It-Torri Mamo għandu forma tas-salib ta’ Sant’Andrija u għandu mhux inqas minn 16-il faċċata. Inbena fin-nofs tas-Seklu 17 biex iservi ta’ difiża kontra l-inkursjonijiet Ottomani. Dan it-theddid kien reali ħafna u b’mod partikulari mid-direzzjoni tal-Bajja ta’ San Tumas eżatt taħt is-sit tat-torri. Meta wieħed jidħol millbieb prinċipali, isib ruħu f ’kamra kbira u sabiħa bis- It-torri mhux viċin il-baħar saqaf forma ta’ koppla li iżda mis-saqaf, wieħed xort-torri nbniet b’sengħa kbira. Din ta jista’ jara l-Bajja ta’ San


19

25.04.2021

Naħseb li peress li din hi binja qadima, bħala manutenzjoni tkunu tinħtieġu li tagħmluha fuq bażi regolari? U peress li intom għaqda volontarja, x’tagħmlu biex almenu tiġbru l-ispejjeż li tkunu għamiltu?

Il-Faċċata ta’ Torri Mamo

Tumas u f ’dan is-sens xorta huwa meqjus bħala torri kostali. Kuntrarju għal torrijiet tal-għassa oħrajn, għandu sular wieħed biss u dan jagħmilha tidher iktar qisha ridotta, għalkemm mingħajr toqob tal-musketterija. Mis-saqaf ta’ dan it-torri, l-abitanti jistgħu jikkomunikaw ma’ torrijiet oħrajn li kienu proprjetà privata. Tabilħaqq, fit-triq miż-Żejtun għall-Bajja ta’ San Tumas, hemm numru ta’ torrijiet żgħar, mibnijin minn familji privati, li servew bħala postijiet ta’ għassa u kenn għall-familji u d-dipendenti tagħhom. Allura x’torrijiet oħra nsibu fil-qrib?

‘Tal-Mozz’, li ġie modifikat biex jaqdi l-ħtiġiet residenzjali tal-okkupanti tiegħu, iżda jista’ jkun identifikat b’mod ċar mill-Kappella ta’ San Gejtanu. Dak iż-żmien l-attakki mill-baħar kienu komuni u spiss inqatlu familji sħaħ u l-irġiel kienu jintbagħtu biex jaħdmu bħala lsira fuq iġfna Ottomani. Għalhekk, familji li kienu sinjuri kienu jibnu djar bil-ħsieb li setgħu jiddefendu ruħhom mill-attakki tal-furbani Torok. Għalhekk dawn it-torrijiet residenzjali huma armati b’galleriji talmisġun li minnhom setgħu jitfgħu ilma jew żejt jagħli. Il-bibien u t-twieqi huma żgħar u l-bini hu għoli. Meta nsibu li Din l-Art Ħelwa Mhux ’il bogħod mill-kappel- xeħtet għajnejha fuq Torri la Medjevali ta’ San Girgor, Mamo biex tindukrah? hemm torri magħruf bħala t-Torri ta’ Ġomu tal-Gardiel Kien fl-1979 li t-Trust Naz(Girolamo Bonnici). Qrib, zjonali ‘Din l-Art Ħelwa’ ħdejn il-kappella ta’ Santa wriet interess f ’dan il-post, Marija ta’ Ħal Tmiem, wieħed minħabba li barra li hu Torjista’ jara torri ieħor, li hu ri storiku, hu wkoll uniku. l-proprjetà tal-Markiż Sci- Meta ntwera dan l-interess, cluna, li akkwista l-laqam il-proprjetà kienet tinsab fi tal-eks kerrej tagħha ‘Ta’ stat ħażin ferm. Iżda disa’ Qies’. Iktar ’l isfel, meta snin wara, sewwasew fl-1988, wieħed iħares lejn Marsas- it-Torri ngħata lil Din l-Art kala, pjuttost viċin il-Kap- Ħelwa mill-Ministeru repella ta’ Sant’Anton, hemm sponsabbli għall-artijiet taltorri ieħor, magħruf bħala Gvern.

Insibu xi ħaġa li hi eqdem mit-Torri nnifsu fl-istess inħawi? Madwar Torri Mamo hemm foss ta’ xi żewġ metri fond, li jista’ jkun li kellu pont. Meta l-foss kien qiegħed jitħaffer, instabu oqbra li x’aktarx huma ta’ żmien il-Feniċi. Dawn l-oqbra għandhom post għall-ġisem tal-mejjet kif ukoll għar-ras. Hemm ukoll toqba fuq kull naħa għall-imsiebaħ. F’Jannar tal-1988 sar studju fuq ir-restawr li kien hemm bżonn fuq il-ħitan ta’ barra. Inbidel xi ġebel u nbniet kolonna fuq kull naħa tal-entratura biex jitwaħħal rixtellu tal-injam. Issewwa wkoll il-ħajt tas-sejjieħ madwar il-foss. Il-kamra ta’ fuq il-bejt li kienet inbniet fi żmien it-Tieni Gwerra kellha tinħatt għax kienet qiegħda tagħmel ħsara lill-bqija tal-bini. Fuq ġewwa tat-torri saru xi tibdiliet? Ir-restawr tal-ħitan tlesta lejn tmiem l-1994 u l-1995. Ġie installat l-elettriku u nbniet kamra tal-banju biex it-torri jkun jista’ jintuża għal funzjonijiet żgħar. F’nofs it-taraġ, li jagħti

It-Torri Mamo għandu forma tas-salib ta’ Sant’Andrija u għandu mhux inqas minn 16-il faċċata. Inbena fin-nofs tas-Seklu 17 biex iservi ta’ difiża kontra l-inkursjonijiet Ottomani

għal fuq il-bejt, insibu kamra żgħira li nbidlet fi kċina. Ġew installati lampi biex idawlu l-kmamar, il-faċċata u l-foss, waqt li l-art inksiet biċ-ċangaturi. Fl-1995 ir-Round Table Malta One offra flus lil Din l-Art Ħelwa biex il-proġett ikun jista’ jitlesta. Post antik li jibqa’ ma jintużax, żgur li jispiċċa abbandunat u jiġġarraf maż-żmien. Għalhekk hu essenzjali li wieħed isib użu tajjeb għalih mingħajr ma jbiddel il-karatteristika tal-post u t-tibdiliet li jsiru jkunu riversibbli. Il-materjal li jintuża għar-restawr irid ikun ukoll riversibbli u għalhekk għadda ż-żmien fejn il-ħitan kienu jinksew bil-konkos, li fl-aħħar millaħħar jagħmel aktar deni milli ġid. Jiġifieri mbagħad, aktar tard saru xi kuntratti mal-Gvern għat-tul ta’ żmien li dan it-Torri kellu jibqa’ jkun imħares minnkom? Bis-saħħa tal-artiklu 48 tal-Att tal-2002 għall-Wirt Kulturali, is-Suprintendent tal-Wirt Kulturali, ingħata s-setgħa li b’att pubbliku jidħol f ’kuntratt ta’ tutela ma’ organizzazzjonijiet mhux governattivi, wara li jkun ġie debitament awtorizzat għal dawn l-iskopijiet mill-Ministru responsabbli għall-wirt kulturali u bil-kunsens tal-ministru responsabbli għall-artijiet. Kien fil-21 ta’ Frar tal-2003 li b’kuntratt tan-Nutar Dr. Franco Pellegrini, Din l-Art Ħelwa ngħatat is-setgħa li tħares dan il-post għal 10 snin. Dan il-perjodu reġa’ kien imġedded fl-2013.

Din l-Art Ħelwa ġiet imwaqqfa 37 sena ilu, bl-iskop li tipproteġi l-wirt naturali, storiku u kulturali ta’ Malta. Din l-Art Ħelwa twaqqfet fl-1965, ftit xhur wara li Malta saret indipendenti. Ħadet isimha mill-ewwel kliem tal-innu nazzjonali Lil Din l-Art Ħelwa. L-ewwel membri riedu li jitħares l-artikolu 9 tal-Kostituzzjoni ta’ Malta, li jgħid li l-Istat għandu jħares il-pajsaġġ u l-patrimonju storiku u artistiku tan-nazzjon. Għalhekk hu ferm diffiċli li nżommu l-postijiet f’kundizzjoni kif jixraq lill-istorja ta’ pajjiżna. Madankollu, insibu ħafna għajnuna minn kumpaniji u xi drabi napplikaw għal xi fondi li jkunu offruti minn entitajiet lokali jew Ewropej. Hu aktar faċli li ssib kumpanija li toffri l-fondi biex nirrestawraw post mill-bidu milli biex nagħmlu manutenzjoni regolari tiegħu. Għandna ħafna postijiet storiċi żgħar li huma prezzjużi għalina. Xi wħud jinstabu fil-qalba ta’ xi raħal, iżda oħrajn huma mwarrbin u mitluqin u għalhekk jispiċċaw vittmi tal-vandaliżmu. Din l-Art Ħelwa dejjem kienet lesta li tieħu ħsieb postijiet bħal dawn. Kull 10 snin, il-faċċati ta’ barra jkollhom bżonn dawra sew, għax l-elementi jagħmlu tagħhom u t-tikħil, li hu bażi ta’ ġir, jitfarfar. Il-ħitan tassejjieħ madwar il-foss spiss jiġġarrfu bil-maltemp u hi tassew spiża żejda li jkollna nagħmlu kważi kull xahar. Il-bejt ukoll ikollu bżonn manutenzjoni regolari. Tassew il-bejt hu l-aktar post importanti f’kull post storiku għax l-ilma jagħmel l-aktar ħsara. Dan l-aħħar kien hemm proposta ta’ cinema drivein fuq l-għelieqi li jdawru t-Torri Mamo. L-art għal dan il-proġett kien jestendi mit-Torri Mamo sal-kmamar tad-dgħajjes li hemm madwar il-bajja. Din il-proposta sabet oġġezzjoni kbira minn Din l-Art Ħelwa kif ukoll minn għaqdiet oħra u l-Kunsill Lokali ta’ Marsaskala. Din l-Art Ħelwa tiftaħ ilpost regolarment u fih jistgħu jkunu organizzati wkoll xi funzjonijiet privati żgħar. Għalkemm il-binja hi ta’ nofs is-seklu 17, il-post jilqa’ ferm lil dak li jkun u joħloq ambjent uniku. Min jixtieq aktar informazzjoni jista’ jikkuntattja lill-uffiċċju ta’ Din l-Art Ħelwa jew jibgħat ittra elettronika fuq info@dinlarthelwa.org.


20

25.04.2021

TOBIAS BRIFFA

TELAQ MINN MALTA U LLUM JGĦIX U ĦOLOQ BIRRA FIL-VJETNAM Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Ngħid għalija mhux tant faċli li nħalli lil art twelidi għal tul ta’ żmien, aktar u aktar jekk ikolli ngħix f’pajjiż ieħor. Iżda min-naħa l-oħra nammira lil kull min jagħmel dan il-pass. Dan l-aħħar sirt naf b’Malti li telaq għalkollox u mar il-Vjetnam fejn illum anke fetaħ in-negozju tiegħu tal-birra. Qed nirreferi għal Tobias Briffa. Għandu 33 sena, u huwa sid ta’ negozju bbażat ġewwa Saigon, il-Vjetnam. Huwa wkoll wieħed mill-fundaturi u sid tal-birra Tê Tê Craft Beer u riċentement ukoll tal-produzzjoni ta’ ġobon veġeterjan imsejjaħ Kashew Cheese. Il-passatempi tiegħu jinkludu l-qari, vjaġġar, għawm, ġiri, tixbit ma’ għoljiet, yoga, kif ukoll ikel u birra tajba. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem kurjuż, avventuruż u free spirit. Minn dejjem kellu x-xewqa li jdur mad-dinja u jesperjenza kulturi differenti. Xi minn daqqiet jikkunsidra lilu nnifsu bħala bniedem ftit riservat, determinat u persistenti. Jinteressa ruħu fix-xjenza, tant li jħobb jaqra dwarha. Tobias ilu nieqes minn Malta mis-sena 2012. Telaq kollox u mar il-Vjetnam b’bagalja waħda sabiex jibda ħajja ġdida. Fil-fatt kien sab xogħol ma’ aġenzija ġewwa l-belt ta’ Ho Chi Minh. Iżda ma tantx kien qed ikollu motivazzjoni u ried ifittex xi ħaġa oħra. Kien hawn li ltaqa ma’ tlett iħbieb oħra (żewġ aħwa Spanjoli u ieħor Amerikan) u bdew jibnu relazzjoni ta’ xogħol bejniethom. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Proprjament ili nieqes minn Malta mis-sena 2009. Kelli 21

sena meta tlaqt minn Malta biex ngħix u niskopri l-Indja. Fil-fatt għext l-Indja għal sentejn u nofs. Sakemm kont hemm kont għamilt xogħol ta’ volontarjat għal NGO, u anke ħdimt għal aġenzija tar-reklamar – Ogilvy & Mather. L-Indja kienet il-bidu tal-avventuri tiegħi. Għallmitni kif inkun persuna b’saħħti u kif għandi nkampa kull ġurnata u nkompli għaddej b’ħajti. Hawn ukoll tgħallimt ħafna dwar il-valuri tal-kreattività u l-persistenza. Fl-2012 tlaqt ix-xogħol tiegħi fl-Indja u ddeċidejt li niskopri kultura u pajjiż ieħor. Mort

il-Vjetnam u bdejt naħdem f’aġenzija tar-reklamar, iżda wara xi żmien ħassejtni bla motivazzjoni. Bnejt aġenzija tiegħi flimkien ma’ żewġt iħbieb, u wara sitt xhur l-istess rajna li ma tantx għamilna xi progress qawwi. Kien hawn li ġiet il-motivazzjoni bejnietna sabiex nitfgħu għajnejna fuq il-birra u nibdew nipproduċuha aħna stess. B’hekk investejna xi flus fuq proġett ġdid ta’ birrerija flimkien. Bdejna l-proċess ta’ ttestjar tar-riċetta, disinn u l-isem ta’ Tê Tê. Bdiet tiġri l-kelma u l-bejgħ qabad ġmielu, tant

Bdiet tiġri l-kelma u l-bejgħ qabad ġmielu, tant li llum il-ġurnata għandna klijentela ta’ ’l fuq minn 300 stabbilimenti. Minn passjoni ġie xogħol għalina, u kbirna flimkien

li llum il-ġurnata għandna klijentela ta’ ’l fuq minn 300 stabbiliment. Minn passjoni ġie xogħol għalina, u kbirna flimkien,” beda jgħidli Tobias. Taħlita ta’ riżorsi u ideat ilkoll flimkien

sħabu damu madwar seba’ xhur jaħdmu u jesperimentaw bil-birra li ħolqu flimkien. Meta wasal iż-żmien li l-istess birra tagħhom tidħol fis-suq tal-Vjetnam, bdew jattendu festivals, avvenimenti u laqgħat b’konnessjoni mal-birra u d-domanda għaliha bdiet tikber. Tant li l-birra tagħhom bdiet tinbiegħ ukoll fi bliet fil-Vjetnam bħal Hanoi, Danang, Dalat u Nha Trang. Minn passjoni żviluppat f’xogħol ta’ kuljum tagħhom. Litteralment avventura fuq oħra u naturalment xi intoppi ma naqsux ukoll. Esperjenza li ġrat u żviluppat f’temp qasir wisq. Filli fis-sena 2015 ma kontx issib birra craft f’Saigon u filli fis-sena 2021 infirxet mal-erbat irjieħ tal-Vjetnam. “Għadni niftakar is-sensazzjoni ta’ kull filgħodu malli nqum kollni ħeġġa sabiex immur għax-xogħol li ħloqt u żviluppajt jien flimkien ma’ sħabi. Nammetti li mhux dejjem kienet ward u żahar.”

Mistoqsi minn fejn ġiet din l-idea li joħolqu birrerija tagħhom personali, stqarr miegħi li din kienet taħlita ta’ riżorsi u ideat ilkoll flimkien. Riedu jgħaqqdu t-talenti kollha tagħhom flimkien sabiex joħolqu l-prodott tagħhom. Fil-fatt, l-isem li ħolqu għall-birra li bdew jipproduċu hija Tê Tê li hija kelma Vjetnamiża u allura setgħet tisraq l-attenzjoni tal-Vjetnamiżi malajr. Ridt inkun naf bħala riċetta minn fejn oriġinat u kemm kien faċli jew diffiċli dan il-proċess sakemm bdewh. “Minħabba l-fatt li kollha ngħixu l-Vjetnam, ridna kunċett li jattira lil Vjetnamiżi. Qed nitkellmu fuq suq li jrid jattira madwar 93 miljun persuna. Kellu jmidd idejh għal diversi Ta’ min jgħid li Tobias u rwoli li kellha tinvolvi din


21

25.04.2021

l-avventura Fil-fatt sakemm din l-avventura bdiet tikber, Tobias fost l-oħrajn kellu jmidd idejh għal diversi rwoli li kellha tinvolvi din l-avventura. Kien iqatta’ ħafna ħin il-birrerija jaħsel il-magni, jimla l-fliexken bil-birra u anke jqassam, kif ukoll jara l-kalkoli ta’ ħruġ u dħul. Interessanti l-fatt ukoll li Tobias stqarr miegħi li l-pro-

duzzjoni tal-birra tinkludi fiha xjenza, arti u konnessjoni mal-kultura. “Il-birra hija kimika. Hija taħlita ta’ ingredjenti flimkien ma’ temperaturi, ħin u trasformazzjoni li finalment tgħaqqad persuni u ħbieb flimkien waqt avvenimenti soċjali. Il-birra hija wkoll tip ta’ arti għaliex jidħol fiha kunċett ta’ stimulazzjoni. Fiha wkoll element ta’ kultura. F’kull tip ta’ okkażjoni tidħol il-birra b’xi mod jew ieħor.

Assoċjata wkoll mal-kafè u t-te li jirrikjedu avvenimenti soċjali.” Ta’ min jgħid li meta Tobias kien jgħix Malta, ma kellu l-ebda negozju. Konxja millfatt li sabiex wieħed jibni negozju fil-Vjetnam mhux faċli, għaliex il-banek ma jsellfu l-ebda flus lill-istranġieri, staqsejtu kif tħajjar u rnexxielu jibni dak li qatt ma bena f’Malta. “L-aħbar it-tajba hija li Ho Chi Minh fil-Vjetnam

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

hija belt mdawra b’negozji, u n-nies t’hemm huma kreattivi immens. Meta kont Malta kont wisq iżgħar, bla kapital u wisq aktar mhux konxju ta’ dan. Kienet fażi oħra ta’ ħajti.” Fatt interessanti huwa li minn Vjetnam issa l-birra Tê Tê tinsab ukoll f’Malta. Filfatt dawk interessati li jippruvawha faċilment jistgħu jsibuha ġewwa Beer Head fin-Naxxar. Fil-fatt grazzi għalihom kelli x-xorti li nduq żewġ tipi

ta’ Tê Tê – tal-lumi u tal-larinġ. Nista’ ngħid li hi xarba friska u li żgur tinżel għasel ma’ min japprezza l-birra. Fl-aħħar nett, Tobias xtaq iħalli messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Jekk għandek tagħmel xi ħaġa, għamilha, taħsibiex darbtejn. Qatt taħseb l-impossibbli. B’dedikazzjoni u mħabba kollox jista’ jkun possibbli filħajja. Il-kumplament jiġi waħdu,” temm jgħid.


22

25.04.2021

IT-28 T’APRIL TAL-1958 X’KIEN SEĦĦ? 63 sena ilu kien hemm l-istrajk ġenerali ordnat mill-General Workers’ Union u bdew l-irvellijiet li wasslu għal

stat t’emerġenza ddikjarat minnha nfisha, għaliex saret u mill-ħakkiema Ingliżi. Ta’ x’ħareġ minnha. kull sena, din hija ġrajja li tiġi L-inkwiet kien ilu jberraq rrakkuntata għaliex fiha valur meta fil-bidu tal-1958 għaddi-

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

et il-Break with Britain Resolution, riżoluzzjoni li gawdiet l-appoġġ tal-parlament. Mintoff kien ried ukoll, li l-Ingliżi jiżguraw titjib fl-istandards ekonomiċi ta’ pajjiżna fi żmien 12-il sena u li l-livell jitla’ daqs dak Brittaniku. B’din ir-riżoluzzjoni l-Gvern responsabbli Malti li xorta kien taħt il-kolonja Ingliża ried jinħall minn mal-Ingliżi wara li fallew in-negozjati tal-integration fejn Malta kienet se tibda tgawdi mill-istess livelli u drittijiet li kellhom iċ-ċittadini fir-Renju Unit. Meta mbagħad il-Gvern Ingliż beda jkeċċi l-ħaddiema mit-Tarzna qam l-inkwiet. Mintoff irriżenja minn Prim Ministru, jiem qabel l-irvellijiet. Irridu nżommu f’moħħna li wara t-Tieni Gwerra Dinjija l-qagħda madwar id-dinja kienet damet ftit ma kkalmat, apparti t-traġitt li kull pajjiż prova jagħmel biex jieħu r-ruħ u jagħti direzzjoni lil niesu. Kien hemm il-Gwerra Bierda, kien hemm il-problema talKanal tas-Swejz u bosta u bosta problemi oħrajn. Dan kien ifisser instabbilità kontinwa u fit-tul. Madankollu, meta s-sitwazzjoni kienet tikkalma, l-unika triq għall-Maltin kienet tkun l-emigrazzjoni u għaliex? Għax ix-xogħol kien jonqos f’Malta u jiżdied il-faqar b’mod awtomatiku. Pajjiżna kien jid-

dependi ħafna minn dak li l-Ingliżi għamlu minna; bażi navali fil-Mediterran. Wara li xi ħaddiema ddeċidew li jipprotestaw, dawn sfaw attakkati u b’hekk qam l-inkwiet nhar it-28 t’April tal-1958. Issejjaħ strajk ġenerali mill-GWU kontra s-sensji mit-tmexxija Ingliża, liema strajk kien suċċess kbir għax dakinhar Malta tassew waqfet kompletament. Mhux biss in-nies tas-servizzi u n-nies tal-gvern waqfu mix-xogħol, imma anki tal-ħwienet u dawk tat-trasport. Iżda għalkemm l-istrajk kien suċċess, ma ġiex bi prezz irħis għax il-ġrajjiet ta’ dakinhar tniżżlu fl-istorja ta’ Malta. Il-pulizija mmexxija mill-ħakkiem barrani ħarġu jikkontrollaw lil dawk li ħarġu jipprotestaw. Iżda, intqal minn persuni li għexu dan iż-żmien huma nfushom, li numru ta’ pulizija ġabu ruħhom ta’ ġentlomi waqt dawk il-ġrajjiet, għalkemm mhux kollha. Dak iżżmien kien hemm il-Kummissarju Vivien De Gray li kien iddikkjara li kien serv tar-reġina. Iżda De Gray ma kienx kapaċi jiffaċċja l-folla u għalhekk bagħat lill-Assistent Kummissarju J Bonnici Soler minfloku. Jingħad li dan kien bniedem selvaġġ. Id-dimostranti ma kienu qed jagħmlu l-ebda ħsara. Imma l-protesti li kienu


08.11.2020 25.04.2021

23

SKEDA ONE 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:35 Liquorish 22:45 Stejjer wara t-Tmienja 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 17:05

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Country Jamboree Ħabrikt

17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:15 Xanna 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:30 Follow Up 21:30 Music Legends 22:00 Distintivi 23:00 Ħabrikt 23:30 One News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Fish On 18:30 Pjazza

19:15 Xanna ERBGĦA 19:20 ONE 28-04 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:35 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:35 Country Jamboree 23:05 Ieqaf 20 minuta 23:30 ONE News

08:50 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ftit Ħin għal saħħtek 12:40 Teftif 12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News

15:35 Liquorish Daytime 15:45 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Żona Sport 17:00 Il-Kostruzzjoni 17:40 Teżori 17:50 Mhux kemm taf 18:30 Pjazza 19:15 Xanna

19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty ONE 21:00 Ilsien in-Nisa 22:40 Fish On 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30

13:15 ONE News 13:20 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Kalamita 16:05 Liquorish Daytime 16:15 Telebejgħ 16:30 Telebejgħ 16:45 Prime Time Preview 17:00 Duurella 17:30 Indhouse 18:30 Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:00 23:30 23:45

Xanna ĠIMGĦA ONE Sports 30-04 & Temp ONE News Prime Time L-Awla Kick Off ONE News Liquorish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Il-Kelma 10:15 Il-Kostruzzjoni 10:57 Indhouse

11:53 12:30 12:35 12:35 13:10 13:40 14:10 14:50 15:30

Telebejgħ ONE News Maratona Missjoni Żona Sport Country Jamboree Liquorish Omnibus Fish On The Local Traveller ONE News

15:35 16:30 17:30 19:22 19:30 20:05 23:30

Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy Programm Speċjali l-1 ta’ Mejju ONE Sport & Temp ONE News Programm Speċjali l-1 ta’ Mejju ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55

12:30 12:35 15:30 15:35 16:00 17:30 19:15

ONE News Arani Issa ONE News Arani Issa L-Awla L-Argument ONE Sport & Temp

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:15 Mija 22:30 Distintivi 23:30 ONE News

TLIETA 27-04

Wara li xi ħaddiema ddeċidew li jipprotestaw, dawn sfaw attakkati u b’hekk qam l-inkwiet nhar it-28 t’April tal-1958 qed isiru ta’ kuljum kienu qed jiġu rrappurtati fil-ġurnali, anki f’dawk internazzjonali u l-Gvern Ingliż ta’ dak iż-żmien beda jirrabja għal dan l-aġir. Immexxija minn Bonnici Soler, il-pulizija u l-kavallerija ntefgħu fuq il-poplu bil-lembubi, jagħtu bl-addoċċ, u b’ċerta vendikazzjoni. Qam l-inkwiet, partikolarment f’Raħal Ġdid u fil-Marsa, bl-agħar episodju jiġri fit-telgħa ta’ Kordin. Spiss jissemma mutur li ngħata n-nar u tawh in-niżla. L-Ingliżi arrestaw madwar 100 ruħ, b’ħafna minnhom intbagħtu l-ħabs għaliex iġġieldu għall-ħelsien ta’ pajjiżna fejn fost dawn kien hemm Agatha Barbara li kienet issentenzjata għal 43 jum ‘hard labour’; xogħol iebes. Magħha wkoll, Patrick Holland li kellu impost fuqu l-interdett reliġjuż u għaldaqstant ma setax jirċievi s-sagramenti. Niftakru li f’dak iż-żmien, ir-reliġjon Kattolika f’pajjiżna kellha saħħa kbira u li ma tirċevix is-sagramenti kien diżunur u għajb kbir. Holland kien attenda wkoll laqgħat tas-Socialist International fejn spjega l-pjanijiet tal-Partit Laburista Malti kontra l-kolonjalizmu u l-atti antidemokratici tal-Knisja Kattolika f’Malta. Ma’ Barbara u Holland kien hemm oħrajn li ġew arrestati u mibgħuta l-ħabs; dejjem akkużati li xewxu lin-nies biex jaqalgħu l-inkwiet u li kissru l-paċi pubblika. Wara l-irvellijiet tat-28

t’April, il-Gvernatur Sir Robert Laycock ordna li għat-tliet xhur li kien imiss, ħadd ma seta’ jorganizza meetings, dimostrazzjonijiet jew marċi la f’Malta u lanqas f’Għawdex. Fil-fatt, niftakar li f’dik is-sena, il-Partit Laburista kien iċċelebra l-1 ta’ Mejju fl-Empire Stadium filmagħluq. Il-Gvernatur Robert Laycock ta parir lill-Prim Ministru Ingliż biex jissospendi l-Kostituzzjoni u hekk ġara. Dan neħħa kull dritt t’awtonomija li kellhom il-Maltin. Il-Prim Ministru Ingliż kien Harold MacMillan. Din kienet it-tielet darba li ġiet sospiża l-kostituzzjoni mill-Gvern Ingliż. Bla dubju din il-ġrajja storika timmarka l-mixja ta’ pajjiż li kien għadu maħkum mill-madmad tal-barrani iżda wlied dan il-pajjiż iġġieldu għas-sovranità li llum għandna b’sisien tant sodi. Il-Maltin qatt ma qatgħu qalbhom u fil-fond ta’ qalbhom, riedu li Malta tkun f’idejhom. Riedu juru li huma kapaċi u li mhuma tapit ta’ ħadd. Dan il-mument wera wkoll l-għaqda bejn il-Maltin. Kien mument li witta t-triq biex ilMaltin jieħdu dinjità anke fl-isfera politika. Għalkemm, kellek figuri b’saħħithom bħal Mintoff, irridu nammettu wkoll li l-Ingliżi ġieli kien jgħaddu ż-żmien bina u jaħsbu li mingħajrhom aħna se mmutu bil-ġuħ. Illum, dan nafu li arralhom bil-kbir. Kien ukoll il-mument li beda t-triq biex Malta tibda titlob l-Indipendenza tagħha.

TNEJN 26-04

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 29-04

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso PRESS CONFERENCE: COVID 19

SIBT 01-05

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ

ĦADD 02-05


24

25.04.2021

reċensjoni tal-ktieb

L-AĦĦAR SAJF TA’ BERLIN Berlin, is-sajf tal-1936. Waslu l-Olimpjadi, u kollox lest biex id-dinja titħalla ċċassata quddiem il-qawwa tar-Reich. Fil-quċċata tal-organizzazzjoni kumplessa u ambizzjuża, hemm raġel … anzi suldat: Wolfgang Fürstner. Ftit ġimgħat qabel iċ-ċerimonja tal-ftuħ, però, gazzetta tikxef in-nisel Lhudi tiegħu u jispiċċa jitneħħa mill-kariga. Minn kap bil-poteri kollha, Fürstner isib ruħu f’rokna: għalkemm rispettat mill-veterani li kienu miegħu fittrunċiera fl-Ewwel Gwerra Dinjija, għandu jħabbat wiċċu mal-umiljazzjoni tażżgħażagħ Nażisti, u huwa biss l-intervent ta’ kollega tiegħu li jħallih fil-Villaġġ Olimpiku, anki jekk bi rwol sekondarju. Fürstner, li organizza l-Olimpjadi tista’ tgħid hu, ikollu jgħix l-umiljazzjoni li jservi taħt bniedem li sa ftit jiem qabel kien wieħed mill-assistenti tiegħu. Intant, Berlin timtela ġurnalisti minn madwar id-dinja, u l-kameras li riedu Hitler u Leni Riefenstahl ixandru l-Olimpjadi għall-ewwel darba. U filwaqt li Jesse Owens jidħol fl-istorja bl-erba’ medalji tad-deheb tiegħu, il-maratoneta Korean Son Kitei jiġi mġiegħel jikkompeti u jirbaħ għall-Ġappun, u Awstrija-Perù ssir l-aktar logħba futbol emozzjonanti li qatt kienet intlagħbet, Fürstner idur qisu fatat ma’ Berlin, imżejna għal din il-festa kbira. M’għadux jagħrfu l-pajjiż li tant iħobb, lanqas il-mara li żżewweġ, u forsi lanqas lilu nnifsu. Dan l-episodju, tant atroċi daqskemm familjari, seħħ tassew. Huwa episodju storiku li jgħaqqad fih tant elementi li għadna nagħrfu u naraw madwarna sal-lum: il-ħdu-

ra li twassal għar-rovina ta’ reputazzjoni ta’ bniedem, il-leaks fil-media u l-krudeltà assoluta tar-razziżmu, bl-ironija ta’ meta l-attakk razzist idur ’il ġewwa u jattakka lil min sa lejliet kien fil-quċċata tal-ġerarkija. Dan, u ħafna aktar, huwa rrakkontat fir-rumanz L-aħħar Sajf ta’ Berlin, miktub mill-ġurnalist magħruf Federico Buffa flimkien mal-awtur Paolo Frusca, u ppubblikat oriġinarjament minn Rizzoli bit-Taljan. Ir-rumanz jirrakkonta l-ġrajja inkredibbli li tgħaqqad l-isport, il-passjoni u l-krudeltà u feroċja assoluta tar-Reich. Kollox fuq l-isfond tal-Olimpjadi ta’ Berlin tal-1936. Ir-rumanz L-aħħar Sajf ta’ Berlin issa ġie addattat għall-Malti minn Mark Vella u ppubblikat mill-Merlin Publishers. Mal-istorja ta’ Fürstner, l-awturi jirrakkontaw ukoll storja ta’ ġurnalist Amerikan, Dale Warren - did-darba karattru frott l-immaġinazzjoni tal-awturi - li jasal Berlin biex jirrapporta dwar l-Olimpjadi għall-media Amerikana. Id-destin ta’ Warren u ta’ Fürstner fir-rumanz jimxu b’mod parallel u jingħaqdu biex jirrakkontaw storja emozzjonanti, li tittrasporta lill-qarrej fil-Berlin surreali tal-1936, belt imżejna għall-festi u ċ-ċelebrazzjonijiet, ftit biss qabel ma għaddew il-liġijiet ta’ Norimberga li mbagħad wasslu ineżorabbilment għat-Tieni Gwerra Dinjija. L-aħħar Sajf ta’ Berlin huwa rumanz differenti bil-Malti, li żgur mhux se jħallik indifferenti. Il-ktieb jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew direttament online minn merlinpublishers.com

Mistoqsija: Mal-istorja ta’ Fürstner, l-awturi jirrakkontaw ukoll storja ta’ ġurnalist Amerikan. X’jismu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-AĦĦAR SAJF TA’ BERLIN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 2 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb ELENA hija:

K. FALZON - IMQABBA

01 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Min għandu l-akbar għadd ta’ bastimenti professjonisti rreġistrati fil-kategoriji tal-full-time u anke tal-part-time fil-pajjiż?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: F. DEBONO - MARSASKALA


25

25.04.2021

IL-BLACK WIDOW TA’ NEW YORK JIRNEXXILHA TOQTOL DARBTEJN U TIPPROVA TITFA’ L-ĦTIJA FUQ BINTHA L-EWWEL PARTI Stacey Ruth Castor kienet qattiela Amerikana minn Weedsport fi New York fl-Istati Uniti. Fl-2009 instabet ħatja fuq ivvalenar tat-tieni raġel tagħha billi ħalltitlu l-antifreeze mal-luminata u fuq l-attentat ta’ qtil ta’ bintha Ashley billi ħalltitilha pilloli mfarrkin mal-vodka, meraq tal-larinġ u luminata. Castor kitbet ittra suwiċidali f’isem bintha fejn qalet li hi kienet li qatlet lil David Castor iżda l-pjan sfaxxalha hekk kif bintha ma mititx. Il-kobba kompliet titħabbel hekk kif waqt l-investigazzjoni sar magħruf ukoll li l-ewwel raġel li kellha Stacey Castor miet b’attakk tal-qalb. L-ewwel żwieġ ta’ Stacey Ruth Castor Stacey Ruth Castor kienet it-tifla ta’ Jerry Daniels u Judie Eaton. Fl-1985, meta kellha 17-il sena, iltaqgħet mal-ewwel raġel tagħha, Michael Wallace. Huma żżewġu u flimkien kellhom żewġt ibniet, Ashley fl-1988 u Bree fl-1991. Castor kienet tgħid li Wallace kellu preferenzi ma’ binthom iż-żgħira u b’hekk hi saret ‘ħbieb kbar’ ma’ binthom il-kbira. Minkejja dan, il-koppja ma kinux kuntenti flimkien u kien hemm qlajja’ li t-tnejn li huma kellhom relazzjonijiet barra miż-żwieġ. Fl-1999, Wallace beda jħossu ma jiflaħx u s-sintomi li kellu ma setgħux jgħaddulu. Wara ħafna insistenza mill-membri tal-familja, Wallace aċċetta li jmur jara tabib iżda laħaq miet fil-bidu tas-sena l-ġdida. It-tifla l-kbira, Ashley, kienet miegħu meta miet u bdiet twaħħal fiha nnifisha li missierha miet għax kienet ratu ma jiflaħx imma ma tatx daqshekk kas. Skont it-tobba, Wallace miet b’attakk tal-qalb u minkejja li oħt Wallace riedet li ssir awtopsja, Stacey qaltilha li m’hemmx bżonn la t-tobba taw ir-raġuni tal-mewt tiegħu. It-tieni żwieġ ta’ Stacey Ruth Castor Fl-2003, Stacey iżżewġet lil David Castor. Dan tal-aħħar kien sid ta’ kumpanija tal-installazzjoni tal-arja kundizzjonata u t-tiswija ta’ dan l-apparat. F’Awwissu tal-2005, Stacey ċemplet il-pulizija u qaltilhom li żewġha nqafel fil-kamra tas-sodda tagħhom u ma riedx joħroġ. Qalet li kien ilu ġurnata maqful hemm ġew u li ma bediex iwieġeb il-mobile. Fuq il-post wasal is-Surġent Robert Willoughby li xħin ra li Castor ma bediex iwieġeb,

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO ta daqqa ta’ sieq il-bieb u fetħu beraħ. Willoughby sab lil Castor mejjet fuq is-sodda u fost l-imbarazz li kien hemm jiġri sab landa tal-antifreeze u tazza nofsha mimlija b’likwidu aħdar, li wara l-analiżi sar magħruf li kien antifreeze. Għall-bidu ħasbu li Castor neħħa ruħu b’idejh billi xorob l-antifreeze iżda xħin il-pulizija sabu l-marki tas-swaba’ ta’ Stacey fuq it-tazza u sabu pipetta bil-bżieq ta’ David Castor u bi qtar aħdar ġewwa fiha mormija fil-kċina, il-pulizija bdew jissuspettaw ħażin fi Stacey. Il-pulizija bdew jaħsbu li Stacey ivvalenat lil żewġha billi ħalltitlu l-antifreeze mal-luminata l-lejl ta’ qabel li mar imtedd fis-sodda. Bdew jissuspettaw li xħin rat lil żewġha bla saħħa fis-sodda, hi tatu jixrob iktar antifreeze u xħin rat li ma bediex jibla’, qabdet pipetta, melietha bl-antifreeze u kompliet tisqih biha. Id-detectives li kienu fuq il-każ bdew jaraw kif se jsibu iktar evidenza konkreta biex ikunu jistgħu jarrestaw lil Stacey Castor bl-omiċidju ta’ żewġha. Kien għalhekk li xħin saru jafu li l-ewwel raġel tagħha miet b’attakk tal-qalb, ġabu permess biex jittella’ l-ġisem mill-qabar ħalli ssir awtopsja. Mill-awtopsja rriżulta li Wallace nqatel bl-istess mod, jiġifieri bl-ivvalenar permezz tal-antifreeze. It-tobba li wettqu l-awtopsja sabu frammenti f’forom ta’ stilel tal-antifreeze fil-fwied ta’ Wallace għax dawn jibqgħu fil-ġisem minkejja li jkun mejjet.

MAL-EWWEL RAĠEL TAGĦHA, MICHAEL WALLACE

Tipprova twaħħal f’bintha Ashley Kif Castor saret taf li l-pulizija wettqu awtopsja fuq l-ewwel raġel tagħha u bdiet tara l-evidenza li qed tinġabar kontriha, hi ħasbet fi pjan ieħor biex tevita li tiġi arrestata u akkużata bil-qtil tażżewġ irġiel.

STACEY CASTOR MA’ WLIEDHA

Kien għalhekk li xħin saru jafu li l-ewwel raġel tagħha miet b’attakk tal-qalb, ġabu permess biex jittella’ l-ġisem mill-qabar ħalli ssir awtopsja

MAT-TIENI RAĠEL TAGĦHA, DAVID CASTOR Tkompli l-ġimgħa d-dieħla


26

25.04.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

25.04.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 378

L. VELLA - ŻEJTUN

MIMDUDIN: 10. 1,11. Ta’ kuljum (8) 4. Kompli l-qawl: 12. Il-bajtar tax-xewk 16. ma jagħmilx ..... (4) 7,20. Minn Madrid (7) 18. 9,12W. Sing (5)

Bi 3 NUMRI

041 049 111 126 130 133 163 171 352 399 445 611

619 763 855 893 927 931 B’4 NUMRI

0988 1158 1670 2049 2194

2199 2366 2953 4060 4436 4727 4911 5292 5489 5494 5626 6210 6811

6838 7213 8104 8134 8546 8701 9057 9620 9697 9842 9881 9968

B’5 NUMRI

00292 09684 10604 12625 16214 17006 21269 31316 36390 38573 40217 49956

51957 53413 54150 54682 63133 64380 71630 73021 73972 74607 79610 85844

B’6 NUMRI

060859 156409 157874 191182 197443 306314 338864 672972 719267 823090 849418 995998

Ma tħallikx titkellem (6) Jieħu gost (6) Linja tal-ajru Amerikana (1,1,1) Intelliġenza Artifiċjali

19. 20. 21. 23. 24.

WEQFIN: 6,17. Itejbu l-ikel (6) 1. Bla ebda 8. Iħobb lil pajjiżu (9) 15. suċċess (6) 11. Ara 1 mimduda 2,21W. Ronnie (6) 12. Ara 9 17. 3. Jaqa’ fil-logħob 13. Fanatiku 21. tal-karti (3) mqassar (3) 22. 5. Ħabib Franċiż (3) 14. Hekk għamel

bl-Ingliż (1,1) Isem Għarbi (3) Ara 7 Nofs tond (3) Ombra (4) Arditi (5)

wara li xtara (6) Ħallelin tal-baħar (6) Ara 6 Ara 2 Ikkonsma (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Pilha, 4.Tjur, 7,16.Rtiri, 9.Rib, 10.Krafes, 12.Mansab, 18,21W. Offra, 20.Feels, 23.Ajru, 24.Maqru

WEQFIN: 1.Periti, 2,22.Librar, 3.Ark, 5.Jaf, 6.Ras, 8,19.Trasferiment, 11,21M. Safar, 12,17.Mirja, 13.Noe, 14.Beslaq, 15.Ittiru


28

25.04.2021

GĦADDEJJIN, MINKEJJA KOLLOX! Editorjal

Kieku l-ħsara u s-sabutaġġi kienu ġejjin minn persuni b’rekord nadif, ukoll kienu ta’ min jistmerrhom, aħseb u ara ġejjin minn karattri dubjużi f’Partit li hu maħmuġ iżjed minnhom. Ħadd u xejn ma jista’ jiġġustifika għemilhom kontra pajjiżna u, meta jasal il-ġudizzju universali tal-poplu, il-PN se jkollu jerġa’ jwieġeb

Is-sentenza tal-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja nhar it-Tlieta li għadda fil-kawża miftuħa mill-organizzazzjoni Nazzjona­ lista Repubblika kontra Malta ma ngħatatx l-attenzjoni, li deċiżjoni ta’ dan il-livell kien jimmeritaha b’mod xieraq. Ovvjament il-fatt li s-sentenza ffavoriet lill-Gvern Laburista, ma daqq l-ebda melodija fludit ta’ dawk li jagħmlu kapital minn kollox, anke minn affarijiet frivoli, sempliċiment biex jissodisfaw il-kilba tagħhom għall-attakki fuq l-amministrazzjoni fil-pajjiż. Wara xhur u snin itambru kif, skonthom, il-Gvern kien qed jimmanipula l-bankijiet tal-ġudikatura b’dannu għas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba, issa ġew irredikolati mill-ogħla Qorti Ewropea. Dan avolja kienu konxji mill-bidu nett li s-sistema Maltija, kif emendata l-ewwel darba fl-2016 minn Gvern Laburista, kienet aħjar minn dik adottata fi stati membri oħrajn tal-Unjoni Ewropea. Ma kinux interessati lanqas mit-titjib ulterjuri li seħħ wara li s-sena l-oħra l-Prim Ministru Robert Abela neħħa minn idejh

il-poter tal-għażla finali minn lista ta’ kandidati skrutinati minn kumitat apposta indipendenti. Dawk li kienu wara l-proċe­ duri ġudizzjarji biex jikkontes­ taw il-ħatra tal-ġudikatura f’pajjiżna, fosthom deputati li jiġbdu l-ispag fl-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech, bħal Jason Azzopardi, issa malajr abbandu­ naw din il-missjoni … mhux biex jistaħbew frott il-mistħija, imma biex jiggranfaw ma’ tibna oħra bit-tama li ssalvalhom wiċċhom. F’Diċembru li għadda, meta kienet ġiet ippubblikata rakko­ mandazzjoni simili tal-Avukat Ġenerali Ewropew, Gerard Hogan, kienu pprovaw jimminimizzaw id-danni u qalu li “laħqu l-iskopijiet tagħhom”. Issa meta jkun imiss lill-Qorti Maltija li tagħti l-ġudizzju finali tagħha, ibbażat fuq x’qalet din il-ġimgħa l-Qorti Ewropea, abbli jerġgħu jsemmgħulna l-istess diska u jippretendu li kulħadd jeħodhom bis-serjetà. Fil-verità, ilkoll konxji llum daqs ilbieraħ li, fil-kilba bla limiti li għandhom biex jaslu għall-poter, kienu u se jibqgħu

jimmiraw biss għad-demm talpajjiż. Il-Gvern, ġustament, qal li d-deċiżjoni ta’ din il-ġimgħa “tikkonferma li Malta hi pajjiż fejn il-prinċipji tas-saltna taddritt jitħaddmu u jiġu implimentati. Dan kontra l-ħafna allegazzjonijiet u kampanji li jsiru fl-oqsma internazzjonali biex Malta titpinġa bħala pajjiż fejn id-demokrazija u s-saltna tad-dritt ma jaħdmux.” Issa dan kien biss każ singu­ lari, anke jekk żgur hu fost l-akbar provi tal-intenzjonijiet ħżiena li għandhom tal-Partit Nazzjonalista. Intenzjonijiet li fl-aħħar snin inkludew kull tentattiv biex isallbu lil pajjiżna fil-fora Ewropej u dinjin; li jsibu lill-Prim Ministru, il-Kap Kmandant u membri oħrajn tal-Forzi Armati ta’ Malta ħatja ta’ omiċidju volontarju u allura kkundannati għallħabs; u li jagħmlu sabutaġġi tas-sistemi regolatorji nazzjo­ nali fil-finanzi pubbliċi, fost biżibilju ta’ każi oħrajn. Intenzjonijiet li xebbgħu lill-poplu sa xfar għajnejh. Għax kieku ġejjin minn persuni b’rekord nadif, ukoll kienu ta’ min

jistmerrhom, aħseb u ara ġejjin minn karattri dubjużi f’Partit li hu maħmuġ iżjed minnhom. Ħadd u xejn ma jista’ jiġġustifika kull għemil tagħhom kontra pajjiżna u meta jasal il-ġudizzju tal-poplu, li hu universali dej­­jem f’kull demokrazija sana, il-PN irid jerġa’ jwieġeb għal dan. Fl-isfond ta’ dan kollu, ilpajjiż xorta jinsab amministrat tajjeb ħafna, inkluż meta jiġu kkunsidrati l-effetti tal-pande­ mija. U jekk hawn min jaħseb li l-Partit Laburista fil-Gvern qed jirnexxilu biss iġaħġaħha, allura ma fehem xejn jew inkella assolutament ma jridx jifhem. Il-ġid li nħoloq s’issa u se jibqa’ jinħoloq biex minnu jgawdu l-pajjiż u ġensna, flimkien mal-fatt li, bl-akbar umiltà, nirrikonoxxu li m’aħniex perfetti, u li nagħtu provi ta’ iżjed sforzi biex intejbu fejn stajna għamilna aħjar, jagħtina kredtu akbar f’għajnejn dawk kollha ta’ rieda tajba. Fl-ostakli kollha li għad irridu niffaċċjaw – b’mod naturali jew intenzjonati – se nibqgħu għaddejjin … se nibqgħu għad­ dejjin b’saħħitna!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.