KullĦadd_25.07.2021

Page 1

MARSALFORN: IT-TLESTIJA TA’ PROĠETT TA’ €3 MILJUN Il-Ħadd, 25 ta’ Lulju, 2021

Ħarġa Nru 1,463

Prezz €1

Rapport f’paġna 10

ATTUR IEĦOR ĊELEBRI GĦAL FILM MALTI L-attur Frank Grillo (ritratt), protagonist fis-saga ta’ Captain America, se jkun qed jaħdem il-parti prinċipali f’film ieħor Malti, b’kollaborazzjoni internazzjonali. Dan ilfilm ġdid mistenni jibda jinġibed f’pajjiżna minn tmiem din is-sena. Wara s-sehem taż-żewġ ġganti Harvey Keitel u Malcolm McDowell fil-film dwar is-Sette Giugno, Blood On The Crown, l-istess kumpanija lokali rnexxielha tassigura lil Grillo fil-cast tal-produzzjoni l-ġdida tagħha, b’distribuzzjoni minn Electric Entertainment (Independence Day: Resurgence). Rapport f’paġna 3

SIĠAR TAL-PANDEMIJA: Biswit il-Marsa Junction, dawn huma biss ftit mis-siġar ġodda mħawlin flaħħar xhur f’pajjiżna kemm biex jikkumplimentaw proġetti kapitali massiċċi bħalma kien dan, kif ukoll biex isebbħu spazji miftuħa mferrxin mal-pajjiż li kienu mneżżgħin minn tali ħdura. Minn tagħrif mogħti fil-Parlament jirriżulta li fis-sena tal-pandemija, pajjiżna investa f’iżjed minn 38,000 siġra ġdida u eluf oħrajn ta’ arbuxelli. Kollox jindika li, f’din is-sena li ninsabu fiha, aktarx ikollna rekord ta’ siġar ġodda li jaqbżu anke dawk li tħawlu matul ħames snin sħaħ fl-aħħar leġiżlatura Nazzjonalista. Rapport f’paġna 9

IL-VIŻJONI TAGĦNA TIBQA’ ’L QUDDIEM U B’OTTIMIŻMU Id-diskors tal-Prim Ministru Robert Abela fi tmiem il-Konferenza Ġenerali Laburista jindika t-triq ċara lejn iżjed ġid fil-pajjiż, tkabbir ekonomiku aktar sostenibbli u l-aħjar tqassim ġust u ekwu fost il-poplu Malti u Għawdxi F’messaġġ xprunat mill-esperjenza tal-aħħar żminijiet u fuq il-bażi tal-viżjoni tal-Partit Laburista permezz tal-100 Idea tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela nhar il-Ġimgħa kien kategoriku ħafna dwar l-għażliet li l-poplu inġenerali jrid jagħmel bil-għan li l-iżvilupp tal-pajjiż mhux biss jissokta, imma jissaħħaħ, biex l-għajxien u l-ħajja jagħmlu qabża fil-kwalità u nkomplu nkattru l-ġid, li jkun jista’ jitqassam b’mod ekwu.

“L-għażla lil min se tafda ’l-pajjiż f ’dan iż-żmien kruċjali qatt ma kienet aktar ċara. Għalhekk hemm bżonn l-esperjenza fit-tmexxija li tagħti enerġija u tkun onesta biex dan il-pajjiż dejjem immexxuh ’il quddiem u, flimkien, nibnuh aħjar għal-lum u għal għada,” qal Dr Abela lill-Konferenza Ġenerali Laburista, li saret fil-Forti Manoel, f ’Manoel Island. Tkompli f’paġna 4


02

25.07.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 33°C L-Inqas Temperatura: 23°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq il-Libja sa fuq il-Baħar Jonju It-Temp: Xemxi u sħun Ir-Riħ: Ħafif mil-Lbiċ li jsir minn Nofsinhar Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 26°C

KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

31°C UV 11

KUNTATT ĠENERALI

25°C

Il-Ħamis

31°C UV 11

24°C

Il-Ġimgħa

31°C UV 11

25°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

31°C UV 11

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

24°C

30°C UV 11

24°C

30°C UV 11

24°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Floriana Dispensary, 29, Triq Vincenzo Dimech, Il-Furjana – 21233034 Lister Pharmacy, 678, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21245627 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 Retail Outlet, Level 0, 135, Central Business Centre, Spinola Bay, San Ġiljan – 21333886 Remedies Pharmacy, 144, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21344722 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 21676263 St. Catherine Pharmacy, Plot 3, Triq il-Qadi, Iż-Żejtun – 21678039 Chrysantemum Pharmacy, Triq San Nikola, Il-Qrendi – 21680828 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Għawdex Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21551841 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala – 21555348 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

25.07.2021

ĠEJ FILM MALTI IEĦOR BI STILLA TA’ HOLLYWOOD L-attur Amerikan ta’ dixxendenza Taljana Frank Grillo se jkun il-protagonist f’film ġdid b’kitba u produzzjoni Maltija, li mistenni jibda jinġibed millaħħar ta’ din is-sena f’pajjiżna stess. L-aħbar li l-istilla ta’ Hollywood qed jaħdem fuq proġett ġdid diġà bdiet tqanqal ċertu interess fi ċrieki ċinematografiċi internazzjonali. Grillo, li għandu 56 sena, kiseb l-akbar fama tiegħu s’issa fid-dinja tal-ispettaklu bis-sehem fis-saga ta’ films tal-kumpanija Marvel, Captain America: The Winter Soldier (2014), Captain America: Civil War (2016) u Avengers: Endgame (2019), fost oħrajn. Il-film ġdid ta’ azzjoni, li mistenni jingħata l-isem ta’ Hounds of War, għandu kitba ta’ Jean Pierre Magro. Dan mistenni jirrepeti s-suċċess internazzjonali li kisbet l-ad­ dattament ċinematografiku ta’ script ieħor ta’ Magro, Blood On The Crown, li hu bbażat fuq il-ġrajja storika lokali tal-irvellijiet fl-1919 kontra l-ħakma Ingliża, dik li baqgħet magħrufa bħala Sette Giugno. F’dan tal-aħħar ħadu sehem

iż-żewġ ġganti ta’ Hollywood Harvey Keitel u Malcolm McDowell, fil-partijiet ta’ uffiċjali militari Brittaniċi. Dik kienet l-ewwel darba għal pajjiżna li atturi ta’ fama dinjija jaċċettaw li jaħdmu fi produzzjoni lokali. Il-premiere ta’ dan il-film f’pajjiżna għadu jrid iseħħ, anke jekk dan oriġinarjament kien ippjanat għax-xahar li għadda, proprju fisSette Giugno. Minkejja dan, ir-restrizzjonijiet imposti kawża tal-pandemija ħarbtu kompletament il-pjani u issa għad trid titħabbar data ġdida. Dan il-film kien pass importanti għall-istorja ċinematografika Maltija u kien il-moħħ tal-Fondazzjoni Ċelebrazzjonijiet Nazzjonali, bl-intenzjoni li jagħtu l-ħajja lill-istorja Maltija, f’dan il-każ b’enfasi partikolari fuq problemi li l-antenati tagħna ffaċċjaw f’perjodu speċifiku. Il-film il-ġdid, li wkoll se jkollu koproduzzjoni Maltija permezz tal-istess Magro, Pedja Miletic u Aaron Briffa mill-kumpanija Jaggurnaught, se jdur mal-istorja fittizja ta’

Grillo (lemin) mal-attur Chris Evans li kellu parti ewlenija f’Captain America grupp ta’ merċenarji li jiġu ingaġġati f’missjonijiet meqju­ sin impossibbli. Wara li ope­ razzjoni simili tmur ħażin frott tradiment, wieħed biss jibqa’ ħaj (parti interpretata minn Grillo), li jaħlef li jivvendika ruħu. Id-direzzjoni tal-film se tkun f’idejn Lowell Dean, li dderieġa Wolf Cop (2014), waqt li d-distribuzzjoni internazzjonali se tkun f’idejn il-kumpanija Electric Entertainment ta’ Dean Devlin, li kienet responsabbli għal Independence Day: Resurgence (2016). Il-ftehim mal-attur Amerikan, li wkoll se jkun fost il-pro-

dutturi eżekuttivi, kien innegozjat minn Nolan Pielak, Viċi President ta’ Electric Entertainment, u Shayne Putzlocher minn Trilight Entertainment. “Grillo sar stilla internazzjonali u bl-aptit kontinwu għal films t’azzjoni, proġett bħal Hounds of War għandu jkun imfittex f’diversi territorji madwar id-dinja,” qal Pielak. Min-naħa l-oħra, Putzlocher tenna li “nista’ ngħid, f’isem ittim kollu, li ninsabu entużjasti li se jkollna lil Frank bħala l-istilla tal-film tagħna. L-impenn tiegħu għall-iscript u l-esper-

jenza kbira li jgawdi fil-ġeneru ta’ films t’azzjoni se jagħtu trattament tajjeb lill-udjenzi.” Fir-rwol tal-kattiv f’Captain America, Grillo ħadem maġenb ruxmata ta’ artisti oħrajn kbar hemmhekk, fosthom Robert Downey Jr., Chris Evans, Scarlett Johansson, Bradley Cooper u Gwyneth Paltrow. Minbarra hekk, preċedentement ħadem ukoll ma’ Liam Neeson (The Grey, 2012), Jason Statham (Homefront, 2013), Jamie Alexander (Collision, 2013) u Jackie Gyllenhaal (End of Watch, 2012), fost oħrajn.


04

25.07.2021

BAŻI SODA BIEX NAVVANZAW Tkompli minn paġna 1 Il-Mexxej Laburista, li stqarr li llum m’għadux żmien li nikkuntentaw billi nilħqu l-medja, imma nikkuntentaw biss meta nilħqu l-quċċata, semma kif anke fl-agħar żmien li qatt iffaċċjat id-dinja, pajjiżna rnexxielu jibbrilla, fost oħrajn bl-ogħla rata ta’ tilqim globali u bl-inqas rata ta’ qgħad fl-istorja lokali. Hu wkoll indika aktar ġid għall-pajjiż fiż-żmien li ġej, kemm permezz ta’ investimenti kbar mill-privat, kif ukoll frott l-għaqal fit-tmexxija u Baġit ieħor li, bħal ta’ qablu, ma jimponix taxxi ġodda. Fl-istil umli tiegħu, Dr Abela beda d-diskors billi qal li “meta 18-il xahar ilu indirizzajt din il-Konferenza Ġenerali għall-ewwel darba bħala Mexxej tal-Partit Laburista, kont naf li qed nieħu t-tmexxija fi żmien delikat ħafna. Emmint u hekk għadni nemmen, li kien sar ħafna tajjeb, imma li kien hemm fejn ridna nkunu onesti magħna nfusna u ngħidu li kellna nbiddlu d-direzzjoni.” Minkejja dan, stqarr li xorta kellu jbiddel il-prijoritajiet tiegħu kawża tal-pandemija, li ħadd ma kellu ħjiel ta’ kif jista’ jilqa’ għaliha u bl-esperti jbassru li setgħu jmutu l-eluf fostna, waqt li jkollna mal-50,000 persuna bla xogħol. “Flimkien ma’ tim inkredibbli ta’ nies fil-Gvern ħadna d-deċiżjonijiet il-kbar li kellna nieħdu biex ħadna ħsieb issaħħa u l-kwalità tal-ħajja tal-Għawdxin u tal-Maltin. Aħna pajjiż li kkontrolla l-pandemija, filwaqt li salvajna l-għajxien tal-ħaddiema u żammejna l-ekonomija ħajja,” kompla l-Prim Ministru, waqt li enfasizza li hawn fejn innies trid tagħżel bejn il-kompetenza u d-dilettantiżmu, b’referenza għall-mod kif aġixxiet l-Oppożizzjoni Nazzjonalista ta’ Bernard Grech. “F’nofs pandemija, minflok Oppożizzjoni soda li tappoġġja lil pajjiżna kellna u għad għandna Partit maqsum. Konna ħsibna, anke jien ittamajt, li l-Kap il-ġdid forsi se jifhem il-gravità

tal-mument straordinarju li kien għaddej minnu l-pajjiż. Minflok, il-PN beda jilgħab logħob partiġġjan tal-politika tal-passat. Għax bid-deni jieħdu gost, mhux bis-sewwa u l-ġid. Ma fehmux ħaġa waħda, iżda, li fid-dinja tal-lum innies jaraw minn ġol-politiku!” Il-Mexxej Laburista tenna li, fl-aħħar mill-aħħar, dik hi l-għażla: bejn min wera dilettantiżmu f’mument daqstant kruċjali u min mexxa bil-għaqal u b’mod bilanċjat fl-aktar mumenti diffiċli. Bl-eżempju ta’ persuna li qaltlu li kienet impressjonata bit-tmexxija amministrattiva matul il-pandemija, Dr Abela qal li, ladarba jkomplu jikkalmaw “l-ilmijiet”, il-Gvern se jkompli juri t-triq li twassalna għal pajjiż sabiħ, li tgħix ħajja tajba fih. “Il-bażi li bnejna flimkien se nkomplu nsaħħuha. Għax għandna viżjoni, l-enerġija u l-kuraġġ biex dan il-pajjiż inkomplu ntejbuh u mmexxuh ’il quddiem biex, fuq kollox, il-familji tagħna, it-taxpayers, il-ħaddiem u l-klassi medja l-ġdida jħossuhom mexjin ’il quddiem. “U anke fil-progress u fil-ġid, ta’ min nieqfu nirriflettu x’pajjiż irridu għal għada. Kellna żminijiet tajbin ħafna. Ilkoll rajna ġid kbir fl-aħħar snin fejn l-ekonomija mhux biss imxiet ’il quddiem – imma kisret rekord wara l-ieħor. Il-kisbiet tafuhom għax bħala poplu ngħixuhom kuljum. Dawk il-kisbiet tawna bażi soda biex illum nistgħu nirriflettu. “Filwaqt li m’hemmx dubju li l-progress u l-ġid ekonomiku jrid ikompli, nistaqsi: wasal il-waqt li nirriflettu kif dan il-progress issa jkun iżjed iffukat lejn it-titjib fil-kwalità tal-ħajja tagħna? U b’mod konkret xi jfisser dan? Ifisser li rridu nibdew naraw kif insibu bilanċ aħjar. Fejn naraw li jkollna żvilupp li jista’ jirrendi l-miljuni lill-pajjiż, imma wkoll proġetti li, forsi vera mhux se jrendu miljuni kbar, imma li jkunu jistgħu jitgawdew minn aktar nies,” kompla l-Mexxej Laburista, waqt li elenka numru ta’ proġetti ta’ dan it-tip.

Fost dawn semma dawk ta’ Wied tal-pensjonanti, tal-anzjani u tal-perFulija, tal-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali u suni fi żvantaġġ,” kompla Dr Abela, tal-park f’Bengħajsa, li diġà ġew inves- li wkoll irrefera għall-fatt li pajjiżna titi miljuni kbar ta’ ewro fihom, u żvi- tpoġġa fuq lista ta’ osservanza millluppi oħrajn fiż-żmien li ġej bħala parti FATF. mir-riġenerazzjoni tal-impjant tal-ħaż“Saħħaħna l-istrutturi tal-pajjiż u na tal-fjuwil fil-qalb ta’ Birżebbuġa u l-liġijiet li wassluna biex istituzzjonijiż-żona tal-eks power station fil-Marsa. et internazzjonali li kienu kritiċi ħafna “Nemmen li l-ħajja m’għandhiex ta’ Malta, bħall-Kummissjoni Venezja, tkun ġlieda mal-ħin. Irid ikollna l-ħin li il-Kunsill tal-Ewropa u l-Moneyval, irnaħdmu u nkomplu nkunu dak il-pop- rikonoxxew il-progress kbir li għamillu bieżel kif aħna tant magħrufin, na fl-istess żmien li konna qed nilqgħu imma fl-istess waqt nifhmu li l-bilanċ wkoll għall-isfidi kbar tal-pandemija. jinħoloq billi jkollna wkoll il-ħin għali- Din il-ħidma kollha ma kinitx biżżejjed na nfusna, li nqattgħuh waħedna jew għall-FATF, avolja nemmen li din ma mal-familja.” kinitx deċiżjoni ġusta u li jistħoqqilna Biex jenfasizza l-element ħafna aħjar. Imma ejjew nirdemokratiku sabiħ talrikonoxxu wkoll li dan ifisPL, il-Mexxej Laburista ser li rridu nikkonvinċu rrefera għall-proċess aktar,” hu qal waqt li miftuħ u kritiku talwera ruħu fiduċjuż Se nibqgħu “100 Idea”, li jirrili dan l-iskrutifletti kif il-Partit nju fuq pajjiżna nħarsu ’l quddiem kapaċi janalizza se jsaħħaħna b’ottimiżmu u ma u jixtarr is-sitiżjed u mhux wazzjoni tal- nħallux lil min jaqtgħalna idgħajjifna. pajjiż u l-pop“Għalhekk se qalbna. Għaddejna minn nibqgħu nħarlu ħalli jindika t-triq ’il quddisu ’l quddiem mumenti ibsin fl-aħħar b’ottimiżmu em, fl-istess ħin u li jżomm lill-Gvern 18-il xahar, imma qatt ma nħallux lil min fuq ponot subgħajh. jaqtgħalna qalbma qtajna qalbna na. Kemm għaddejna “Irrid nibqa’ nisħaq li l-Gvern jinżamm acminn mumenti ibsin flcountable. Jien wieħed minn aħħar 18-il xahar, imma ma dawk li dejjem emmint li l-pajjiż qtajna qalbna qatt. Irridu nkunu għandu jgawdi minn Oppożizzjoni flimkien fiż-żmien li ġej biex inwettqu soda. Waħda li ma tinbeniex billi tib- din il-ħolma li għandna ta’ pajjiż li jkoldel persuna jew tnejn, jew billi ddaħħal lu l-ogħla standards ta’ tmexxija tajba, lil xi ħadd ġdid. Oppożizzjoni soda tiġi ta’ infrastruttura, ta’ ambjent isbaħ minn politika ta’ konvinzjoni, fejn tkun u ta’ livell ta’ għajxien aħjar għal kull iebsa fil-kritika tal-Gvern, imma b’mod min jgħix f’pajjiżna,” temm il-messaġġ li toffri alternattiva politika. Minflok tiegħu l-Prim Ministru. illum għandna Oppożizzjoni medhija Il-Konferenza Ġenerali ġiet indfil-logħob partiġġjan biss u mhux tgħid irizzata wkoll mid-Deputat Mexxej x’temmen hi. Ara aħna, magħna taf għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Mifejn qiegħed … Tħallu lil ħadd jgħidil- callef, il-President Ramona Attard, kom li din hi għażla bejn xi ħadd ħażin il-Ministri Byron Camilleri u Julia Faru xi ħadd agħar! Perfetti m’aħniex, rugia Portelli, u ż-żewġ kandidati ġodimma qed naħdmu ta’ kuljum biex da għall-elezzjoni ġenerali li jmiss Raintejbu l-ħajja tan-nies, ta’ wliedna, chel Scicluna u Andy Ellul.


05

25.07.2021

DANIEL MICALLEF

Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit Sena ilu ġejt quddiemkom bi tliet punti: li nġeddu l-istrutturi ta’ dan il-Partit, li nsaħħu l-kunċett ta’ moviment u li nfasslu l-futur ta’ pajjiżna. Kont, għadni u nibqa’ nemmen li dawn huma l-ingredjenti biex nibqgħu l-aktar forza politika relevanti fil-pajjiż. Ħdimna fuq it-tliet aspetti u fadlilna ħafna aktar x’nagħmlu dwarhom. L-aġenda riformista trid tibqa’ fiċ-ċentru tal-politika tagħna. Is-suċċess tal-Gvern iħoll u jorbot ma’ kemm il-ġid jasal għand kulħadd, anke t-tfal.

RAMONA ATTARD

President tal-Partit Laburista

B’sens t’umiltà, il-Partit Laburista mhuwiex moħħu biex jirbaħ il-punti politiċi, u meta jiġi l-mument tal-għażla għall-poplu Malti, il-Partit lest li jiġi ġġudikat. Aħna l-elezzjonijiet ma jdejquniex. Ma jdejquniex għax aħna se mmorru quddiem ilpoplu b’manifest b’saħħtu xprunat mill-100 Idea, u b’kandidatura b’saħħitha u għalhekk b’umiltà mmorru quddiem il-poplu Malti u Għawdxi. Ejjew ma nagħmlux l-iżball tal-PN, aħna l-Partit tal-umiltà!

BYRON CAMILLERI

Ministru għall-Intern, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi Storikament kull darba li ħdimna bħala poplu wieħed għamilna kisbiet kbar u nemmen li nistgħu nkomplu niksbu aktar. Dan hu żmien eċċitanti ħafna għallPartit u għall-pajjiż. Diġà ħattejna ħitan konservattivi li żammew lis-soċjetà milli timxi ’l quddiem. Hu d-dmir ta’ kull wieħed u waħda minna li naraw lil dan il-pajjiż javvanza. Iżda biex nagħmlu hekk, irridu nibqgħu niġġeddu aħna wkoll. Xogħolna hu li dawk il-ħitan inkomplu nwaqqgħuhom, b’aktar riformi u aktar drittijiet.

JULIA FARRUGIA PORTELLI

Ministru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja

Dan hu l-akbar Gvern riformista fl-istorja ta’ pajjiżna. Għexna u għadna qed ngħixu l-aktar mumenti storiċi f’dan il-pajjiż. Għad tasal ġurnata fejn lit-tfal tagħna, lit-tfal tagħkom, li għadhom se jitwieldu, tgħidulhom: aħna, f’dawk iż-żewġ leġiżlaturi, konna hemm. Aħna għexna dawk il-mumenti. Ħlomna u attwajna flimkien. Ilħolma Maltija li tkellmet dwar li nieħdu ħsieb il-familji ta’ kull wieħed u waħda minnkom. Hekk għamilna u hekk se nibqgħu nagħmlu fiż-żmien li ġej!

RACHAEL SCICLUNA

Kandidata Laburista għall-elezzjoni ġenerali L-opportunità ma tinħoloqx mix-xejn, iżda hi l-bażi ta’ prinċipji u valuri Soċjalisti li jagħmlu pajjiż u soċjetà moderna u inklussiva – hekk kif inhi Malta. Pajjiż li xpruna b’determinazzjoni u b’konvinzjoni l-ugwaljanza u d-drittijiet tal-bniedem; li, b’mixja qalbiena u progressiva kompla jwarrab il-preġudizzji f’isem il-ġustizzja soċjali. Dawn il-kisbiet għażiża għandhom jittieħdu bl-akbar serjetà, għax l-inġustizzja soċjali qatt mhi aċċettabbli u lanqas tollerabbli.

ANDY ELLUL

Kandidat Laburista għall-elezzjoni ġenerali

Aħna dejjem konna l-Partit tal-bidla. Il-bidla kienet proprju s-suċċess ta’ dan ilPartit, jew aktar minn hekk il-kuraġġ li nbiddlu. Huwa permezz tal-karattru politiku tagħna li l-Partit Laburista fil-Gvern qed jibqa’ jkun ta’ ġid għall-familji Maltin u Ghawdxin. Kburi li kont parti mit-tim li introduċa diversi ligijiet li kienu ilhom għal aktar minn 30 sena fuq l-ixkaffa. X’differenza minn dawk li għadhom fuq il-bankijiet tal-Oppożizzjoni … mur ara kieku kienu qed imexxu fil-pandemija.


06

25.07.2021

IS-SAĦĦA TAN-NEGOZJI MALTIN TRODD ĦAJR LIT-TMEXXIJA ATTWALI L-investimenti lokali matul il-pandemija kienu tmien darbiet iżjed minn dawk fi żmien ir-riċessjoni tal-2008 L-investiment lokali żamm ritmu tajjeb ħafna matul is-sena li għaddiet, minkejja ċ-ċirkostanzi straordinarji li ġabet magħha l-pandemija. Ċifri tal-Malta Enterprise juru li t-tkabbir jew l-investiment ġodda approvati lin-negozji lokali kienu saħansitra aħjar mis-sena ta’ qabel u kien hemm baħar jaqsam meta mqabblin ma’ investimenti simili rreġistrati matul il-kriżi finanzjarja tal-2009, avolja din kienet ferm iżgħar. Fil-fatt, meta wieħed iqabbel l-andament lokali ta’ investiment bejn is-sena tal-pandemija 2020 u s-sena tar-riċessjoni tal-2009, jara differenza kbira. L-effett tar-riċessjoni tal-2009 baqa’ jkarkar għal snin twal wara. Id-differenza ewlenija bejn iż-żewġ sitwazzjonijiet hi l-mod kif ħadmu l-gvernijiet tal-ġurnata. Filwaqt li Gvern Nazzjo­ nalista kien ħa miżuri ta’ awsterità li komplew kissru mhux biss il-fiduċja fl-ekonomija, iżda wkoll il-ħajra għall-investimenti, Gvern Laburista għen bilkbir bi skemi ta’ appoġġ li kienu l-forċina soda li kellu bżonn l-investitur Malti f’mument ta’ kriżi. Jekk tħares lejn in-negozji tal-famija, issib li matul il-pandemija dawn żdiedu b’aktar minn 40%, waqt li oħrajn għarfu jiddiversifikaw l-attività. Statistika ppubblikata fl-aħħar xhur turi li matul l-2020 l-ammont ta’ negozji tal-familja rreġistrati kien ta’ 188, żieda ta’ kważi 80 negozju meta mqabbel man-numru ta’ negozji tal-familja li kienu rreġistrati s-sena ta’ qabel. 75% tan-negozji f’Malta huma negozji tal-familja, u bejniethom jimpjegaw mal-40,000 ħaddiem. Anki fejn jidħol investiment lokali, naraw li kien hemm total ta’ 125 investiment lokali fl-2020 meta mqabbel ma’ 15-il investiment lokali fl-2008. Dan ifisser investiment ta’ tmien darbiet iżjed. Il-qagħda finanzjarja tal-fa­ milji Maltin u wkoll tal-investitur lokali fil-pandemija baqgħet tajba. Matul il-pandemija kien hemm diversi stħarriġ biex l-awtoritajiet tal-pajjiż ikunu jafu kif il-COVID-19 kienet qed tolqot l-ekonomija, apparti wkoll statistika li toħroġ perjodikament li hija wkoll indikatur xjentifiku dwar dan. F’Lulju tas-sena 2020, ħames xhur wara l-bidu tal-pandemija, ċifri tal-Bank Ċentrali indikaw li

Investimenti ġodda jew tkabbir approvati mill-Malta Enterprise

2008

15

2009

10

2010

22

2011

27

2012

38

2013

55

2014

21

2015

78

2016

85

2017

97

2018

106

2019

114

2020

125

l-qagħda finanzjarja tal-familji u n-negozji f’pajjiżna baqgħet ferm tajba. Fil-fatt, id-depożiti tal-familji mal-ba­nek lokali laħqu s-somma rekord ta’ €13.7 biljun sa tmiem Mejju ta’ dik is-sena. Nofs biljun ewro aktar minn Frar ta’ qabel, meta l-pandemija kienet għadha ma faqqgħetx. Apparti dan, dejjem fuq ċifri ppubblikati mill-Bank Ċentrali fl-2020, fi tliet xhur il-familji faddlu erba’ darbiet aktar milli kienu faddlu fl-aħħar sena sħiħa taħt Gvern Nazzjonalista, meta la kien hemm riċessjoni u lanqas kien hemm xi ostaklu għal tkabbir ekonomiku, għajr id-defiċjenza amministrattiva. Aktar minn hekk, meta fl-2009 pajjiżna kien għaddej minn riċessjoni iżgħar, depożiti tal-familji fil-banek kienu naqsu bi €83 miljun fl-istess tliet xhur (Frar-Mejju). Din ix-xejra pożittiva, meta wieħed iqis l-effett tal-pande­ mija, baqget għaddejja wkoll matul din is-sena. Mit-tweġibiet Parlamentari ħareġ li d-depożiti tal-kumpaniji lokali żdiedu b’mod konsiderevo­­li fil-pandemija. Sa tmiem Frar li għadda dawn laħħqu aktar minn €3.4 biljun, żieda ta’ kważi €312-il miljun fuq l-istess xahar sena qabel. Ifisser li, minkejja li l-Pro­dott Gross Domestiku (PGD) naqas b’7%, in-negozji f’pajjiżna żiedu t-tfaddil tagħhom b’10%. L-ak-

tar settur li żied id-depożiti kien dak tal-manifattura b’żieda ta’ kważi €88 miljun, biex sażżmien li ngħatat l-informazzjoni, l-operaturi f’dan is-settur kellhom aktar minn €312-il miljun depożitat ma’ banek lokali. Is-settur tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni kien it-tieni settur li l-aktar żied depożiti bi tkabbir ta’ €73 miljun u t-tielet l-akbar żieda kienet fost negozji tal-bejgħ bl-ingrossa (wholesale) u dak bl-imnut (retail). Hawnhekk wieħed irid jikkunsidra wkoll li dawn kienu magħluqin għal numru ta’ xhur, imma d-depożiti ta’ dawn l-azjendi żdiedu bi kważi €67 miljun. B’hekk dan is-settur għandu l-ogħla ammont ta’ depożiti mal-banek lokali, b’aktar minn €626 miljun fl-aħħar ta’ Frar. Anki hawn wieħed jara d-differenza mal-andament li kien hemm wara l-kriżi ekonomika tal-2009. Dakinhar id-daqqa ekonomika kienet 10 darbiet inqas minn dik tal-pande­mija, imma dakinhar il-Gvern Nazzjonalista ftit li xejn kien ta appoġġ lin-negozji. Dak iż-żmien id-depożiti mal-banek lokali ta’ €1.460 biljun f’Settembru 2008, naqsu għal €1.246 biljun f’April 2009 – tnaqqis ta’ kważi €215-il miljun jew 15%. Dan jikkuntrasta bil-kbir mal-mod kif il-Gvern tal-ġurnata qed jimmaniġġja s-sitwazzjoni. Filwaqt li Gvern Nazzjonalista kompla kabbar

l-inċertezza li kellu dan is-settur, Gvern Laburista ippompja l-miljuni biex dan is-settur ma jintilifx. Mhux l-għajnuna tal-Gvern Laburista biss għenet. Il-fiduċja, li beda jiżra’ mill-bidu, kienet katalist biex il-ħaddiem Malti u Għawdxi jibda jħossu komdu jinvesti u jistinka fil-ħidma tiegħu. Stħarriġ dwar prattiċi taxxo­għol fost kumpaniji privati fl-Unjoni Ewropea f’Ottub­ru li għadda elenka diversi fatturi li pajjiżna jispikka fihom. Fost dawn jiddominaw il-potenzjal u l-flessibbiltà tal-ħaddiema lokali minn naħa u t-taħriġ tal-impjegati u t-tiġdid kontin­ wu fl-apparat użat, inkluż sis­temi moderni, min-naħa tal-kumpaniji. Dawn flimkien ma’ riżultati oħrajn pożittivi jixhdu li pajjiżna għandu vantaġġ fuq stati membri oħrajn, anke ikbar minna, biex jattira investimenti ġodda. Il-kwalità tal-ħaddiem Malti tispikka wkoll minn dawk ta’ ħaddiema fil-bqija tal-UE. Il-kumpaniji lokali rrapportaw l-ogħla persentaġġ (89%) fejn il-ħaddiema tagħhom lesti jaħdmu anke wara l-ħin tax-xogħol, jekk ikun meħtieġ. Malta għandha persentaġġ massimu ta’ 100% fejn il-ħaddiema lesti jgħinu lill-kollegi tagħhom fuq il-lant tax-xogħol. L-imġiba diskrezzjonali ta’ għajnuna hi importanti ħafna

u minn hawn joħroġ punt ieħor importanti fejn ħaddiem Malti lest li jagħmel xogħol li mhux deskritt fir-rwol tiegħu biex jgħin lill-kollegi. Interessanti wkoll kif 90% tal-kumpaniji Maltin irrappur­ taw li taw it-taħriġ lil 20% tal-impjegati tagħhom. Minn dawn 20% tal-kumpaniji taw taħriġ lil iżjed minn 80% ta’ dawk ingaġġati magħhom. Jir­ riżulta wkoll li Malta għandha l-ogħla persentaġġi fejn il-kumpaniji joffru proċess ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ selettiv jew tagħlim (67%), u fejn jidħlu attivitajiet ta’ żvilupp bl-iskop li jimmotivaw lill-ħaddiema (80%). Dawn huma kollha riżultati pożittivi. Hemm dejjem aktar ħidma li trid issir, l-aktar f’dak li hu taħriġ u titjib tal-livell tal-ħaddiema. Fl-era diġitali fejn tiddomina l-informazzjo­ ni tat-teknoloġija, huma ftit il-ħaddiema li għandhom dan l-għarfien. Li hu pożittiv anke hawn hu, li qed jikber in-numru ta’ żgħażagħ li qed jiggradwaw mill-Università f’dawn l-oqsma. Riżultati bħal dawn jixhd­u l-­ għaqal tal-Gvern illum li għaraf jinvesti mhux biss fil-ħaddiem, l-unika riżors li għandu l-pajjiż, imma anke biex jiffaċilita l-operat tal-kumpaniji lokali u barranin mhux biss waqt li kollox kien miexi b’ritmu qawwi, imma wkoll fi żmien meta dawn kellhom bżonn l-iżjed sostenn.


07

25.07.2021

“REPUBBLIKA” MILL-ĠDID IPOKRITA U SELETTIVA FIL-KRITIKA TAGĦHA Avolja ma kien hemm bżonn joni fil-Korp, li qiegħda ssir inzerta ħuh huwa l-unika l-ebda konferma, il-fergħa taħt it-tmexxija tal-Kummis- Deputat attwali li bħalissa fil-Qorti jiffaċċja Nazzjonalista ta’ Repubblika sarju tal-Pulizija attwali, u kif, jinsab kriminali dwar reġgħet inqabdet fl-ilwien pro- mis-sena l-oħra, daħlet liġi biex proċeduri prji tagħha meta aktar kmie- uffiċjali fil-Korp ikunu jistgħu sewqan perikoluż fejn anke ni din il-ġimgħa organizzat jirrapportaw b’mod anonimu poġġa l-ħajja ta’ uffiċjali talPulizija f’riskju, qal kif issa protesta kontra l-Kummissarju abbużi fil-Korp stess. m’għandhiex Dakinhar stess filgħaxija, Repubblika tal-Pulizija Angelo Gafà quddiem id-Depot fil-Furjana, fl-ist- iżda, Repubblika ħarġet tat- fiduċja lanqas fil-Kummissarju ess jum li l-Kummissjoni Ewro- takka lill-Kummissarju tal-Pu- attwali. Għall-protesta quddiem pea faħħret il-ħidma attwali lizija u qalet li, fiż-żmien li dan ilu fil-kariga, m’għamel xejn, id-Depot minn Repubblika, li tal-istess korp dixxiplinarju. Din ma kinitx l-ewwel dar- għalkollox kontra r-rapport wkoll jingħad li llum għandha ba – u konvinti li mhux se tkun uffiċjali tal-Kummissjoni Ewro- uffiċċju fid-Dar Ċentrali, kien tal-aħħar lanqas – li tali orga- pea dwar is-saltna tad-dritt preżenti wkoll ħu d-Deputat nizzazzjoni, immexxija minn f’pajjiżna li jirrikonoxxi t-tisħiħ Nazzjonalista Beppe Fenech Adami, Michael, li jitqabbad ħu d-Deputat Nazzjonalista fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni. F’diskors li kien fl-istess lin- jieħu ħsieb l-organizzazzjoni Karol Aquilina, u l-Eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt, inqabdet ja tal-PN, il-kap ta’ Repubblika ta’ attivitajiet simili. Fi tmiem tegħreq fl-ipokrisija tagħha st- Robert Aquilina (ritratt) keless u tikxef l-għan proprju għal lu l-ardir jiddikjara li l-Kumxiex twaqqfet, dak li tattakka missarju tal-Pulizija ntagħżel lill-Partit Laburista fil-Gvern mill-Prim Ministru Robert Abela, meta anke l-Kummissakkost ta’ kollox. Fl-istess ġurnata tat-Tlieta, joni Ewropea stess faħħret kif rapport dwar is-saltna tad- Gafà kien l-ewwel Kummissardritt mill-Kummissjoni Ewropea enfasizza li r-riformi li seħħew taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Robert Abela s-sena l-oħra kkontribwew għat-tisħiħ għallL-ipokrisija ta’ din indipen­denza fis-sistema ġudizzjarja ta’ pajjiżna. Dan il-fergħa Nazzjonalista b’mod partikolari r-riformi reġgħet ħarġet fil-protesta fis-sistema tal-ħatriet ta’ nhar it-Tlieta fl-istess tal-ġudikanti u fid-dixxiplina tal-ġudikanti, li wkoll jum li l-Kummissjoni kienu mfaħħrin mill-KumEwropea faħħret missjoni Ve­nezja. lill-Kummissarju Jingħad ukoll li huwa sinifikanti kif 69% taltal-Pulizija Malti Maltin illum jemmnu li l-Qrati Maltin huma indipen­ denti, rata ferm aktar mill-

44% li kienet ħames snin ilu. Stħarriġ tal-Ewrobarometru, li sar f’April li għadda, wera żieda fil-fiduċja tal-Maltin flin­dipendenza tal-qrati tal-ġustizzja. Fil-fatt, meta mistoqsijin biex jiddeskrivu l-indipendenza tal-qrati f’Malta, 69% talMaltin qalu li hi tajba ħafna u 27% qalu li hi ħażina. Dawn iċ-ċifri fissru żieda ta’ 17% fil-fiduċja fil-Qrati fuq is-sena li għad­diet. Il-Kummissjoni nnotat ukoll il-pro­ċess rivedut għat-tneħħija tal-ġudi­kanti li issa hu f’idejn il-Kummissjo­ni għall-Amministrazzjoni tal-Ġus­tiz­zja u mhux iżjed f’idejn il-politiċi fil-Parlament, waqt li faħħret kif ċerti prosekuzzjonijiet li kienu taħt il-Pulizija issa għaddew għand l-Avukat Ġenerali, hekk kif dan tal-aħħar qabel kien imexxi biss każi fil-Qorti Suprema. Ir-rapport jinnota wkoll l-istrateġija għat-trasformazz-

ju f’pajjiżna li nħatar bil-proċedura l-ġdida li rat l-eliminazzjoni ta’ kull indħil politiku, kompletament differenti minn kif kien isir taħt l-amministrazzjonijiet preċedenti, mhux l-inqas dawk Nazzjonalisti. Fil-fatt Gafà nħatar wara sejħa pubblika u skrutinju mill-Kumitat Parlamentari għall-Ħatriet Pubbliċi, fejn l-Oppożizzjoni rrifjutat li tieħu sehem. Dwar iż-żmien li fih il-Korp tal-Pulizija rnexxielu jagħlaq każijiet kbar u ressaq quddiem il-ġustizzja numru ta’ persuni mixlijin b’korruzzjoni u ħasil ta’ flus, għall-għaqda Repubblika dan kien biss bis-saħħa tagħhom. Robert Aquilina, li

il-ġimgħa li għaddiet dan talaħħar ukoll ġie kkonfermat fl-eżekuttiv Nazzjonalista. Sadanittant ir-rapport dwar is-saltna tad-dritt mill-Kummissjoni Ewropea wkoll innota titjib fil-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, waħda mir-rakkomandazzjonijiet implimentati tal-Kummissjoni Venezja, waqt li saret referenza għall-emendi li ressaq il-Gvern fil-Kostituzzjoni biex l-awtoritajiet Maltin ikunu jistgħu joħorġu multi ogħla lil min ma jkunx konformi malliġi fl-operat tiegħu. Fuq dawn l-emendi, li kienu jeħtieġu żewġ terzi appoġġ fil-Parlament, sar vot il-ġimgħa l-oħra fejn l-Oppożizzjoni għażlet li tivvota kontra u allura tmur kontra rakkomandazzjoni tal-Financial Action Task Force (FATF). Fuq dan il-vot, il-Prim Ministru nnota li l-Oppożizzjoni ta’ Bernard Grech falliet test ieħor favur l-interess nazzjonali u vvutat kontra t-trasparenza. Ovvjament l-ebda kelma mingħand Repubblika

f’dan ir-rigward! Aktar kmieni dan ix-xahar enfasizzajna kif Repubblika tuża l-istess double standards li jużaw il-Membri Parlamentari Ewropej Nazz­jo­nalisti Roberta Metsola u David Casa meta dawn jagħżlu li jiddefendu pajjiżi mifnijin b’akkużi ta’ korruzzjoni u mminar tassaltna tad-dritt, bħalma huma l-Bulgarija, l-Ungerija, il-Polonja u s-Slovenja. Waqt li fil-bidu ta’ dan ix-xahar, Repubblika faħħret litTimes li m’aċċettatx reklam mill-Gvern Ungeriż ta’ Viktor Orbàn dwar il-liġi kontroversjali tiegħu kontra d-drittijiet umani, qatt ma lissnet kelma dwar l-azzjonijiet tar-rappreżentanti tal-PN fil-fora Ewropej. Casa u Metsola qabżu għallGvern tal-istess Orbàn u għal dak tal-Bulga­rija, li sa ftit ilu kien immexxi minn Boyko Borisov. L-appoġġ tagħhom kien anke qajjem ferment sħiħ fiżżewġ pajjiżi rispettivi. Fil-Bulgarija Metso­la kienet saħansitra tlaqq­met “Mrs Mafia” wara li din ħarġet tidde­fendi lil Borisov u akkużat lill-eluf ta’ dimostranti favur il-libertà tal-espressjoni u d-demokrazija fil-Bulgarija b’affiljazzjoni Mafjuża. Kartelluni bir-ritratt tagħha u ta’ Manfred Weber, il-Kap talPPE fil-Parlament Ewropew, li llum għandu lil Simon Busuttil bħala Segretarju tiegħu, dehru fil-protesti li damu iżjed minn tliet xhur għaddejjin fit-toroq ewlenin Bulgari kontra l-Gvern ta’ Borisov. Fil-każ tal-Ungerija, iż-żewġ MEPs kienu saħansitra qagħdu lura milli jiffirmaw ittra formali ta’ pressjoni biex il-Partit Fidesz ta’ Orbàn jitkeċċa mill-PPE. L-ittra, datata t-2 ta’ April 2020 kienet indirizzata lill-President tal-PPE Donald Tusk, iffirmata mid-delegazzjonijiet fi ħdan l-istess Grupp, iżda mhux dawk Nazzjonalisti. Fl-istess ħin li ma ssibhomx b’nemes f’każi bħal dawn, Repubblika jħambqu kontinwament kontra l-Gvern Laburista Malti. Kienu wkoll pronti biex wara li l-FATF ħabbret il-pjan t’azzjoni fil-konfront ta’ pajjiżna, fejn tliet miżuri minn 58 kienu meqjusin mhux effettivi biżżejjed, ipproponew li l-Gvern, li ġie elett demokratikament bl-akbar maġġoranza storika, jirriżenja minnufih biex minfloku tidħol amministrazzjoni teknokratika, li tibqa’ tmexxi sal-elezzjoni li jmiss.


08

25.07.2021

GĦADD TA’ MILJUNI F’INJEZZJONI ĦADRA

IT-TITJIB FIT-TBASSIR EKONOMIKU TAL-IMF INISSEL FIDUĊJA IKBAR Il-fiduċja fit-tmexxija governattiva Maltija kompliet tissaħħaħ wara li fl-aħħar jiem l-esperti talFond Monetarju Internazzjonali (IMF) irrevedew sew ’il fuq it-tbassir tagħhom għal pajjiżna. Waqt li f’April li għadda kienu qalu li l-ġid nazzjonali Malti kien se jikber b’4.7%, issa qed ibassru tkabbir ta’ 5.8% din is-sena u 6% għall-2022. Din ir-reviżjoni ’l fuq ta’ aktar minn 1% u 0.5% rispettivament hi saħansitra akbar minn dik riċenti tal-Kummissjoni Ewropea. Fir-raġunijiet tiegħu wara l-irkupru mgħaġġel ta’ pajjiżna fil-pandemija, ir-rapport tal-IMF jisħaq li l-miżuri ta’ sostenn kienu frott l-għaqal tal-Gvern Laburista fl-aħħar snin, tant li jħeġġeġ jerġa’ jibni r-riżorsi fiskali tal-pajjiż appena tgħaddi l-kriżi tal-COVID-19. L-IMF faħħar il-programm ta’ tilqim u nnota kif il-fiduċja fost il-familji u n-negozji diġà laħqet il-livelli tal-2019, qabel il-pandemija. Waqt li jsemmi numru ta’ fatturi li jistgħu jaffettwaw

ir-rata ta’ rkupru, il-Fond jenfasizza li kontra dawn hawn domanda domestika ferm qawwija. L-esperti internazzjonali ħeġġew lill-Gvern Malti biex, waqt li jibda jagħmel tapering ta’ xi miżuri ta’ sostenn, jaqleb oħrajn fi programmi li jgħinu t-tkabbir sostenibbli tal-ekonomija. Ir-rapport iħeġġeġ ukoll biex l-amministrazzjoni lokali ma toqgħodx lura milli tkompli tgħin lin-negozji kif diġà għamlet. Ir-rapport jinnota wkoll it-tisħiħ fl-aħħar sen­ tejn tal-qafas fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu (AML/CFT) . Fl-aħħar nett, l-esperti jbassru li Malta għandha tibqa’ fost l-aktar pajjiżi avvanzati diġitalment, flimkien mal-pjan ambizzjuż biex jitnaq­ qas it-tniġġis, bħala l-aqwa garanzija ta’ tkabbir akbar u aktar sostenibbli. Il-Gvern laqa’ dan l-aħħar ċertifikat pożittiv u kkonferma d-determinazzjoni li tinbena prospe­ rità ġdida għal pajjiżna b’riformi kontinwi.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

Kontra l-istampa qarrieqa li l-Partit Nazzjonalista u l-affiljati tiegħu jipprovaw jagħtu dwar l-ambjent naturali li jiċċirkondana, il-Gvern qed ikompli jinvesti bl-akbar mod possibbli f’dan ir-rigward, mhux biss bit-tħawwil ta’ iżjed siġar u arbuxelli endemiċi (ara wkoll lemin), iżda wkoll billi joħloq spazji ġodda miftuħin billi jikkonverti żoni abbandunati jew saħansitra kkundannati. Din l-aħħar ġimgħa kienet eżempju tipiku għal dan. Wara l-inawgurazzjoni ta’ ftit jiem biss qabel tal-proġett ta’ €4.5 miljun f’Wied Fulija, fil-limiti taż-Żur­­rieq, fejn miżbla ta’ 42 sena nbidlet f’żona mnaddfa u sigura li tilqa’ lil kulħadd, nhar l-Erbgħa ngħataw dettalji ġodda dwar proġetti oħrajn massiċċi, fin-Nofsinhar u fiċ-Ċentru tal-pajjiż, li se jkunu qed joffru spazji miftuħa. Dawn ukoll se jinvolvu l-konverżjoni ta’ eluf ta’ metri kwadri ta’ art żdingata b’investiment ta’ madwar €25 miljun oħra biex fis-snin li ġejjin ikunu jistgħu jibdew jitgawdew mill-pubbliku inġenerali. Nhar l-Erbgħa, il-Ministru għat-Tras­port, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg żar il-Malta National Park f’Ta’ Qali fejn bħalissa għaddej ix-xogħol fuq tliet żoni ta’ dan il-proġett ambjentali b’investiment ta’ €20 miljun. Minn spazju dilapidat u mitluq, li kien jinkludi wkoll eks fabbrika tal-konkos, dan l-investiment il-ġdid se jkun qed jagħti lura lill-familji Maltin l-akbar park nazzjonali fuq medda ta’ 450,000 metru kwadru jew daqs 60 grawnd tal-futbol. B’hekk il-post li kien għadu mhux aċċessibbli se jibda joffri nifs ħadrani u pulmun nadif. Iż-żona se tinkludi t-tħawwil ta’ 80,000 siġra ġdida, it-tneħħija ta’ Nissen huts u l-bini ta’ ġibjuni ġodda għall-ħażna tal-ilma tax-xita, fost oħrajn. Fl-istess jum, il-Ministru għall-Ener­ġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u l-Ministru għat-Turiżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Clayton Bartolo ħabbru proġett ta’ €4 miljun li bih se jkun qed jiġi rriġenerat il-Park tal-Familja Bengħajsa, fl-akkwati ta’ Birżebbuġa. Dan il-proġett, li jkopri medda ta’ art ta’ 60,000 metru kwadru, mistenni jitlesta salaħħar tal-2023, minħabba l-ammont konsiderevoli ta’ xogħol li hemm bżonn. Hu mistenni li dan il-park joffri spazju miftuħ lir-residenti tal-lokal u l-madwar għal skop ta’ rikreazzjoni f’ambjent sigur. Wara li diġà tħawlu fih ammont konsiderevoli ta’ siġar, il-park se jkompli jiġi afforestat minn Parks Malta b’żieda ta’ mhux inqas minn 1,000 siġra indiġena oħra, inklużi tal-Ħarrub u ċ-Ċip­ ress. Il-park se jkun mgħammar ukoll b’diversi attrazzjonijiet oħrajn, fosthom camping site, picnic area, passaġġi, żona għall-attività fiżika, żona għat-tfal u kafetterija. Dawn iż-żewġ proġetti huma konferma oħra tal-impenn talGvern attwali Laburista li jrodd lura l-art li kien ħa lill-poplu, bil-maqlub ta’ dak li għamlu amministrazzjonijiet Nazzjonalis­ ti, bir-razzjonalizzazzjoni tal-2006 u l-mentalità tal-miżbliet.


09

25.07.2021

MAT-38,000 SIĠRA TĦAWLU FL-2020 Fis-sena tal-pandemija l-Ministeri għall-Ambjent u għat-Trasport l-aktar li ħaddru l-ambjent … din is-sena r-rata ta’ tħawwil qed taċċellera iżjed u abbli twassal biex l-ammont jaqbeż dak ta’ leġiżlatura sħiħa tal-PN Fl-2020 il-Gvern ħawwel aktar minn 38,340 siġra, minbarra numru qawwi ta’ arbuxelli u pjanti oħrajn. Fil-maġġoranza assoluta dawn tħawlu mill-Ministeru għall-Ambjent u dak għat-Trasport, li l-għadd ta’ proġetti kapitali taħtu lkoll involvew tħawwil fuq skala impressjonanti. Taħt l-amministrazzjoni Nazzjonalista preċedenti l-aktar li kienu tħawlu siġar kien fl-2008 meta kienu tħawlu 20,108 bejn siġar u arbuxelli. Sal-2012, iżda, il-Gvern Nazzjonalista kien naqqas l-ammont annwali ta’ tħawwil għal 3,000 biss. B’kollox dik l-amministrazzjoni ta’ GonziPN ħawlet 50,860 siġra u arbuxell, waqt li f’inqas minn sena u nofs l-amministrazzoni mmexxija millPrim Ministru Robert Abela diġà ħawlet aktar minn 56,974 bejn siġar u arbuxelli. Fl-ewwel xhur ta’ din is-sena tħawlu kwazi 18,500 siġra u arbuxell ġodda. Jekk tinżamm din ir-rata fil-bqija ta’ din is-sena, hu pproġettat li jerġa’ jinkiseb rekord ġdid f’dan il-qasam bl-ammont imħawwel jilħaq kważi 45,000, jew 15-il darba l-ammont imħawwel taħt amministrazzjoni Nazzjonalista fl-2012. F’sena waħda, il-Gvern Laburista abbli se jispiċċa jħawwel aktar siġar u arbuxelli milli kienu tħawlu matul ħames snin sħaħ tal-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. Iċ-ċifri relatati mas-sena l-oħra joħorġu minn tweġibiet għal mistoqsijiet Parlamentari magħmula mid-Deputat Glenn Bedingfield lil diversi Ministeri. Il-Ministru Aaron Farrugia informa lill-Kamra li fl-2020 l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu ħawlu 21,808 siġra u arbuxell. Dan kien numru rekord, li huwa aktar minn 7 darbiet aktar minn kemm kienu tħawlu siġar fl-2012 taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Ian Borg ikkonferma li minn meta fis-sajf tal-2019 ġie mniedi programm nazz­

jonali ta’ tħawwil ta’ siġar, Infrastructure Malta żiedet 29,840 siġra u 19,654 arbuxell f’diversi postijiet kemm urbani kif ukoll rurali madwar Malta. Matul l-ewwel tliet xhur tal-2021, l-aġenzija ħawlet 9,908 siġriet ġodda f’lokalitajiet differenti. B’hekk, diġà laħqet 88% tat-total ta’ 11,213-il siġra li ħawlet fi 93 post diffe­renti matul l-2020. Dan ifisser li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, Infrastructure Malta ħawlet madwar 110 siġriet kuljum, kważi erba’ darbiet aktar mill-medja ta’ 30 siġra kull ġurnata fl-2020. Fost oħrajn dawn kienu jinkludu x-xogħlijiet ta’ tisbiħ u tħawwil ta’ siġar fiż-żoni mħaddrin ġodda madwar il-flyovers tal-Marsa Junction Project, fil-Marsa u f’Raħal Ġdid. L-aġenzija ħawlet 7,770 siġra f’dawn l-inħawi, li jinkludu żnuber, ballut, deru, ċipress, żebbuġ, siġar ta’ Ġuda u ħarrub. Madwarhom, ħawlet ukoll

10,495 arbuxell, fosthom klin, difla (olejandru) u żebbuġija. Taħt il-gwida tal-arboristi kif ukoll t’esperti u awtoritajiet ambjentali oħrajn, il-kuntratturi tal-aġenzija ser jibqgħu jsaqqu u jieħdu ħsieb dawn issiġar għal diversi snin, sakemm jikkonfermaw li jkunu qabdu sew fl-ambjent ġdid tagħhom. Infrastructure ser tibdel ukoll dawk is-siġar li jmutu, issirilhom xi ħsara jew jinsterqu. Fil-fatt, fl-2020 reġgħet ħawlet 1,041 siġra flok dawk li ntserqu minn 14-il post differenti ftit wara li kien għadhom kemm tħawlu. Il-valur totali tal-investiment li sar minn Infrastructure Malta għal dan il-programm nazzjonali ta’ tħawwil ta’ siġar, li jinkludi l-ispejjeż biex dawn jissaqqew u tinżamm kura tagħhom fis-snin li ġejjin, huwa stmat li jammonta għal €5 miljun. Dan l-impenn ambjentali mill-aġenzija se jissokta

fix-xhur li ġejjin b’ħafna aktar postijiet urbani u rurali li diġà huma mmarkati għat-tħawwil t’eluf ta’ siġar u arbuxelli ġodda. Minbarra l-Ministeri ta’ Aaron Farrugia u Ian Borg, ministeri oħrajn irrapportaw li ħawlu aktar minn 5,300 siġra matul l-2020, biex b’hekk l-2020 kienet l-aktar sena meta entitajiet tal-Gvern wettqu proġetti ta’ tħawwil ta’ siġar u arbuxelli. Minn tweġibiet Parlamen­tari pre­ċe­ denti joħroġ li l-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar kien responsabbli biex f’perjodu ta’ tliet snin – bejn l-2017 u l-bidu tal-2020 – ħawwel xejn inqas minn 44,000 siġra u arbuxell waħdu f’diversi lokalitajiet fil-pajjiż, partikolarment fuq il-gżira ta’ Kemmuna. Fil-fatt, jirriżulta li din l-iżgħar gżira abitabbli fl-arċipelagu Malti rat ftit inqas minn 10,000 siġra u arbuxell, li jammontaw għal kważi kwart is-somma sħiħa. Minbarra eluf ta’ siġar u arbuxelli endemiċi mħawlin minn diversi mi­nisteri oħrajn, dawk imħawlin mill-Ministeru għall-Ambjent mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura f’Ġunju 2017 u Settembru tal-2020 jikkwantifikaw għal iżjed minn 14,500 kull sena. Jirriżultalna li din is-sena Infrastructure Malta diġà ħaw­let 11,485 siġra bejn Jannar u Ġunju li għadda, biex b’hekk, sa minn meta bdiet din l-inizjattiva fl2019, ħawlet 31,417-il siġra u mal-20,000 arbuxell f’iżjed minn 100 post differenti madwar il-pajjiż. Iż-żieda ta’ siġar mal-pajjiż kollu tikkumplimenta wkoll diversi miżuri u deċiżjonijiet oħrajn politiċi millGvern biex, min-naħa l-oħra, inaqqsu t-tniġġis. Fost dawn hemm l-eliminazzjoni tal-heavy fuel oil, it-titjib fl-inf­ rastruttura tat-toroq, l-inċentivar ta’ vetturi li jaħdmu bil-gass jew bl-elettriku u l-provvista ta’ elettriku għal cruise liners u bastimenti fil-Port Ħieles.


10

25.07.2021

IT-TISBIĦ TA’ €3M F’MARSALFORN It-tlestija tal-proġett estensiv tax-xatt ta’ Marsalforn b’investiment ta’ €3 miljun, fissret li ċ-ċittadini llum jistgħu jgawdu żona pedonali mill-isbaħ f’lokalità mfitt­ xija kontinwament. Il-waterfront tal-post ra bidla millqiegħ u tisbiħ estensiv biex ikun jista’ jitgawda minn kulħadd, inkluż b’iżjed protezzjoni fi żmien il-maltemp, bi storm water culverts ġodda. Sar ukoll pavimentar tat-toroq prinċipali kollha, żdiedet l-għamara tat-triq, ġiet irranġata l-latrina pubblika fil-Menqa (taħt) u ż-żona issa hi mdawla b’sistema moderna. Il-proġett, li ġie inawgurat it-Tlieta filgħaxija mill-Prim Ministru Robert

Abela u l-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri (xellug), hu wieħed f’kullana ta’ investimenti massiċċi li qed isiru f’Għawdex stess u fil-pajjiż inġenerali. F’dan il-kuntest, il-Prim Ministru rrimarka li f’Għawdex jeħtieġ li jibqa’ jinħoloq ix-xogħol u tissaħaħ l-ekonomija bil-għan li jsiru iżjed proġetti ta’ dan it-tip. Min-naħa tiegħu, il-Ministru Camilleri qal li l-Gvern ta lill-poplu proġett li jtejjeb u jsaħħaħ ilkwalità tal-ħajja tar-residenti, iżda wkoll joffri żjara aktar pjaċevoli f’din iż-żona pittoreska. Hu fakkar ukoll kif għaddej il-proċess biex jinbena mill-ġdid il-breakwater filbajja, li jkun jista’ jipproteġiha aħjar.


11

25.07.2021

GĦAQDIET IGAWDU MINN SKEMA ĠDIDA GĦAL FOTOVOLTAJĊI DIĠÀ TQASSMU KWART TA’ MILJUN EWRO F’ŻEWĠ SEJĦIET PREĊEDENTI LI MINNHOM IBBENEFIKAW 62 NGO Għaqdiet volontarji bbenefikaw minn investiment ta’ €250,000 grazzi għal żewġ skemi maħruġa mill-Gvern biex ikunu jistgħu jinstallaw sistemi fotovoltajċi fuq il-proprjetà tagħhom mingħajr ħlas. Dan is-suċċess qanqal id-deċiżjoni li titnieda t-tielet skema simili. Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli u s-Segretarju Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Għaqdiet Volontarji Clifton Grima lbieraħ qassmu kuntratti lil 22 rappreżentant tal-għaqdiet volontarji li se jkunu qed jibbenefikaw mit-tieni sejħa ta’ din l-iskema b’investiment ta’ €95,000. 7 għaqdiet ibbenefikaw minn 12-il pannella ta’ 3.6kWp u 15-il għaqda b’sistemi ta’ 24 pannella ta’ 7.2kWp. Fl-ewwel sejħa kienu bbenefikaw 40 għaqda volontarja oħra. L-iskema tippermetti lil dawn l-għaqdiet li jgawdu minn roħs fil-kontijiet tagħhom, filwaqt li se jkunu qed jgħinu biex il-pajjiż igawdi minn enerġija iktar nadifa. F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru Dalli qalet li “qed inħarsu lejn is-settur privat u lejn iċ-ċittadini inġenerali biex inkomplu nagħtu spinta ’l quddiem lill-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli. Dan qed nagħmluh mhux biss għax għandna mira Ewropea li sal-2030 nilħqu il-11.5% ta’ ġenerazzjoni simili, imma għax dan il-Gvern jemmen f’din il-qalba għall-enerġija nadifa.” Hi fakkret kif għaqdiet volontarji jħallu impatt fil-ħajja

Qed inħarsu lejn is-settur privat u lejn iċ-ċittadini biex inkomplu nagħtu spinta lill-ġenerazzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli

tal-komunitajiet Maltin. Is-Segretarju Parlamentari Grima aċċenna kif il-ġid komuni fis-soċjetà permezz ta’ din l-inizjattiva rdoppja. “Fuq naħa għandek il-preservazzjoni tas-settur ambjentali u fuq in-naħa l-oħra għandek iktar riżorsi li se jibqgħu fis-set-

tur tal-volontarjat, u allura se jkun hemm iktar ħidma li b’mod tanġibbli tagħmel differenza fil-ħajja tan-nies.” Hu semma kif, b’mod tanġibbli, il-Gvern kien u għadu ta’ spalla għall-NGOs f’pajjiżna, fosthom b’din l-inizjattiva u oħrajn fil-passat.


12

25.07.2021

MIŻINFORMAZZJONI PERIKOLUŻA FI ŻMIEN TA’ PANDEMIJA

SILVIO GRIXTI Membru Parlamentari

Illum, għeżież qarrejja, xtaqt naqsam magħkom ftit ħsibijiet dwar il-pandemija talCOVID-19 u dwar il-ħafna ansjetà żejda li qed tinħoloq minn ċerti individwi li b’mod irresponsabbli jitfgħu kummenti, artikli, posts, u anke news items li jidhru kemm fuq mezzi tal-midja soċjali kif ukoll waqt bullettini tal-aħbarijiet fuq diversi stazzjonijiet tar-radju u tat-televixin. Toħroġ il-għaġeb, imma l-ħsara li toħroġ minn dawn l-artikli, kummenti u posts fuq il-midja soċjali hi inkredibbli. U jien inħabbat wiċċi mal-effett ta’ din il-ħsara fuq bażi ta’ kuljum. Bħalissa kulħadd sejjer

bl-istess diska. Kulħadd jgħid li imbasta “l-Gvern ħeġġeġ lil kulħadd sabiex imur jitlaqqam kontra l-COVID-19 permezz ta’ kampanji ta’ informazzjoni kontinwi, biex issa l-każijiet tal-COVID-19 xorta qegħdin jiżdiedu bil-mijiet kuljum. Mela t-tilqima ta’ kontra l-COVID-19 għalxejn qed neħduha, mela kollu għalxejn… mela it-tilqima kontra l-COVID-19 inutli u mhux effettiva.” Possibbli li ħafna għadhom ma fehmux li t-tilqima mhux qed tingħata biex tevita li dak li jkun li taqbdu l-COVID-19, imma qed tingħata biex f’każ li persuna taqbada l-COVID-19, l-effetti fuq il-persuna ma jkunux daqshekk devastanti. Possibbli li hawn min għadu ma ntebaħx li minn mindu l-maġġoranża tal-poplu tlaqqmet bit-tilqima kontra l-COVID-19, il-każijiet tal-imwiet konsegwenza tal-COVID-19, għall-grazzja tal-Kbir u Ħanin Alla naqsu b’mod drastiku? Possibbli ma indunajniex li anke l-każijiet li qed jiġu rikoverati l-isptar huma baxxi, dejjem għall-grazzja tal-Kbir u Ħanin Alla? Possibbli li ma ndunajniex li anke l-każijiet li qed jispiċċaw ġewwa l-ITU naqsu b’mod drastiku? Allura

meta naraw dan kollu possibbli ma nindunawx li bis-saħħa tat-tilqima kontra l-COVID-19, qed jirnexxilna nnaqqsu l-effetti devastanti li taf tħalli l-COVID-19 fuq il-persuna? Allura dan mhux suċċess ukoll? Possibbli li fis-sena 2021 għadna nirraġunaw b’dan il-mod? Hawnhekk nixtieq insemmi wkoll il-kantaliena l-oħra li għaddejja bħalissa. Kantaliena li issa ilha sejra mhux ħażin u li mid-dehra qed taqbad l-art mhux ħażin u jkolli nistqarr li qed iddejjaqni ħafna. Din tikkonċerna r-restrizzjonijiet imposti mill-awtoritajiet tassaħħa fuq is-safar minn u lejn Malta inkuż dik il-liġi li kull min ikun ser isiefer minn jew lejn Malta jeħtieġ li jippreżenta jew ċertifikat, maħruġ mill-awtoritajiet tas-saħħa li juri li tkun ħadt il-COVID-19 jew riżultat ta’ PCR Test negattiv li jkun sar sa mhux aktar kmieni minn 72 siegħa qabel it-tluq minn Malta jew il-wasla lura f’Malta. Xbajt naqra ħmerijiet li dawn ir-restrizzjonijiet huma kollha tentattivi mill-Gvern sabiex jikkontrolla liċ-ċittadini Maltin. U ejjew inkunu serji… bħal dak li qallu l-Gvern għandu xi interess li jikkontrolla d-dħul u l-ħruġ tan-nies minn

Malta b’dan il-mod li kieku mhux għax hemm periklu ċar għas-saħħa pubblika jekk ma jagħmilx hekk. Bħal dak li qallu li kieku mhux aktar faċli għal kull Gvern fid-dinja, li kieku l-affarijiet jerġgħu jirritornaw għal kif kienu qabel ma faqqgħet din il-pandemija? Ejjew nimmaturaw ftit u ma noqogħdux nippostjaw u nparlaw fil-vojt fuq il-midja soċjali. Il-ħsara li qed issir b’dawn il-kummenti żejda qed tkun kbira ħafna. Jien insostni u nibqa’ nsostni li dan mhux sew. Din il-miżinformazzjoni kollha fuq dan is-suġġett daqshekk delikat u jaħraq, qed toħloq ħafna ansjetà u diżgwid u biża’ fost il-poplu. Però nixtieq ukoll nagħmel appell lill-poplu. Iva nixtieq nagħmel appell minn qalbi lill-poplu Malti u Għawdxi. Temmnux kulma tisimgħu. Imxu b’moħħkom. Ħaddmu moħħkom. Użaw moħħkom. L-informazzjoni fittxuha minn sorsi li huma affidabbli. Fuq is-suġġett tal-COVID-19 fittxu l-istqarrijiet u l-informazzjoni li hemm disponibbli online fuq is-sit tad-Dipartiment tasSaħħa ta’ Malta u tal-World Health Organisation (WHO) u wkoll tal-European Centre for

Disease Prevention and Contol (ECDC) li hi l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea inkarigata milli tmexxi u tikkordina l-ġlieda kontra l-mixja u l-firxa ta’ din il-marda. U ħallikom mill-ħafna websites u bloggs u paġni ta’ Facebook li ma jagħmlu xejn ħlief ixerrdu l-biża’ u l-ansjetà. Hawn nixtieq nieħu l-okkażjoni sabiex nerġa’ nappella biex kulħadd jibqa’ josserva d-direttivi tal-Awtoritajiet tas-Saħħa Maltin. Importanti li nibqgħu nagħtu importanza kbira lill-iġene tal-idejn u naraw li nibqgħu naħslu jdejna ta’ spiss. Nibqgħu nilbsu l-maskra u /jew il-visor meta hu meħtieġ u nibqgħu nżommu d-distanza soċjali u nevitaw il-folol tan-nies. Importanti li nibqgħu nżommu mal-bubble tagħna. U flaħħar nett nixtieq li nfakkar fl-importanza li kull min jista’ jitlaqqam. Ma hemmx kliem biżżejjed sabiex nenfasizza kemm hu importanti li aħna bħala poplu nibqgħu nimxu ma’ dawn id-direttivi għax hekk biss nistgħu nittamaw li fl-aħħar mill-aħħar noħorgu minn din is-sitwazzjoni. Insellmilkom u ħudu ħsieb ta’ xulxin.

ġid komuni tas-soċjetà kollha u allura huwa meħtieġ li jkun imħares u jkun indukrat bl-aħjar mod possibbli. Il-futur ta’ wliedna, saħħitna, il-qafas demokratiku ta’ Malta, l-ugwaljanza, Għawdex bħala destinazzjoni ta’ kwalità, l-irwol ta’ Malta fil-Mediterran, l-Ewropa u fid-dinja u Kunsilli Lokali aktar b’saħħithom huma temi oħra prinċipali. Dawn huma 100 idea li jinbtu mill-prinċipji fundamentali tal-Partit Laburista, filwaqt li jżommu l-għatx tar-riforma li kellhom missirijietna. Il-Partit Laburista minn dejjem kien il-Partit tax-xogħol filwaqt li dejjem spikka fi Gvernijiet Laburisti l-għaqal li l-Gvern jaħdem bih biex meta jiġu l-isfidi, il-pajjiż ikun kapaċi jkompli miexi ’l quddiem u fl-aħħar u żgur mhux l-inqas it-tqassim ekwu tal-ġid. Dawn kienu tliet prinċipji fundamentali li l-Partit wiret mingħand dawk li ġew qablu u li ssottolinja l-Prim

Ministru Robert Abela waqt id-diskors tiegħu. Il-100 idea li huwa proċess ta’ kontinwazzjoni u proċess ta’ tisħiħ, juri l-impenn tal-Partit Laburista li jibqa’ jisma’ filwaqt li qiegħed fil-pożizzjoni tat-tmexxija. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni għandu jwassal għal tisħiħ li jwitti t-triq għal aktar kisbiet, mhux biss għall-Partit Laburista, iżda kisbiet fl-interess ta’ pajjiżna, fl-interess tan-negozji tagħna, fl-interess tal-familji u l-ħaddiema tagħna. Dan għandu jkun biss il-bidu ta’ diskussjonijiet li tinħass il-ħtieġa tagħhom f’pajjiżna. Il-Partit Laburista għandu jkompli jħares lejn il-futur ta’ dan il-pajjiż b’aġenda riformista u jibqa’ xhieda ta’ impenn lejn il-bidla. Ilkoll kemm aħna rridu naħdmu kemm nifilħu sabiex din il-bidla tibqa’ tissarraf f’aktar ġid għall-familji Maltin u Għawdxin.

TIĠDID KONTINWU

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Il-Partit Laburista kien sa mittwaqqif forza politika li ma ankratx ruħha mal-passat, iżda li fiss ħarset ’il quddiem. Li ma tankrax mal-passat ma jfissirx li ssir qasba tixxejjer mar-riħ. Prinċipji jrid ikun hemm dejjem. Il-Partit, u lkoll kemm aħna, għandna t-twemmin u l-valuri tagħna, li dawk għandhom jibqgħu magħna dejjem, anzi

jservu ta’ gwida għall-bidliet li nkunu qed nixprunaw u nimbuttaw ’il quddiem. Il-valuri tal-ġustizzja soċjali, tal-ugwaljanza, tal-emanċipazzjoni soċjali bis-saħħa tal-edukazzjoni u ħafna aktar. Dawk huma l-bażi tagħna. Li ma nħallu lil ħadd jaqa’ lura, hu min hu, ġej minn fejn ġej, jemmen x’jemmen u irrelevanti minn fejn hu ġej, mill-kulur tal-ġilda, l-orjentazzjoni sesswali u r-reliġjon li jħaddan. Kif kien qal tant tajjeb u b’mod mirqum il-mibki Ġużè Ellul Mercer, “dan il-Partit huwa mibni fuq it-twemmin li kull min twieled bniedem, għandu jgħix ta’ bniedem, kull min jitwieled jeħtieġ li jitgħallem ta’ bniedem, jaħdem ta’ bniedem, u jiekol ta’ bniedem, tant jekk twieled bin il-għana u kemm jekk twieled bin ilfaqar.” Proprju sena wara li l-Partit Laburista ċċelebra l-100 sena mit-twaqqif, kienu mnedija

100 IDEA – il-bażi li fuqhom trid tkompli tiżvolġi l-politika tal-Partit Laburista. Dawn l-ideat huma maqsuma taħt diversi temi ta’ prijorità li fuqhom irid isir dan it-tfassil. Ġid li jasal għand kulħadd, fejn ix-xogħol u l-andament ekonomiku ta’ pajjiżna huma l-istrumenti għat-tkattir tal-ġid. Pari passu ma’ dan hemm soċjetà fejn kulħadd jimxi ’l quddiem, fejn mill-ġid ekonomiku li jinħoloq, insostnu stat soċjali modern li jwieżen lil min għandu l-aktar bżonn. Mhux biżżejjed li jkollna ekonomija li tipprovdi xogħol għal kulħadd. Nemmnu f’kundizzjonijiet ta’ xogħol tajba u fi ħlas ġust li jirrifletti l-ħtiġijiet tal-ġurnata. Il-familja, fid-diversità tagħha, tibqa’ l-benniena tas-soċjetà tagħna, pedament sod għall-formazzjoni ta’ kull wieħed u waħda minna. L-ambjent hija tema oħra importanti, ambjent li huwa


13

25.07.2021

BIBIEN MIFTUĦIN BERAĦ

JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru

Malta tas-Seklu 21 hija xxurtjata fl-għoti ta’ servizzi u benefiċċji soċjali li jitwasslu lil min jeħtieġhom permezz tas-sistema tal-welfare state li llum hija realtà pożittiva fis-soċjetà tagħna. Iżda l-esperjenza tul l-għexieren tassnin uriet li kien ikun hemm ħafna minn fost il-benefiċjarji li kienu sfortunatament jinqabdu fil-labirint tal-burokrazija bir-riżultat ovvju ta’ frustrazzjoni, dewmien bla bżonn u ħela ta’ ħin prezzjuż. Il-ħtieġa li l-aċċess għal

dawn is-servizzi u benefiċċji ma jibqax komplikat jew imrażżan kienet ilha tinħass, iżda kellu jkun dan il-Gvern, konvint mir-rwol tiegħu bħala gvern għan-nies, li ħass li għandu jieħu l-inizjattiva meħtieġa biex, fi proċess kordinat, jaċċerta li jibda jinħoloq aċċess aktar sempliċi u effettiv. Mill-kliem għall-fatti. Nhar it-Tlieta li għadda, l-Ministru Michael Falzon u jien introduċejna miżura ta’ simplifikazzjoni għal persuni b’diżabilità severa bil-ħsieb waħdani li jkun evitat ħafna ġiri bla bżonn minn uffiċċju għal ieħor, jintemm it-taqtigħ il-qalb ta’ dehriet ripetittivi quddiem bordijiet mediċi u tkarkir burokratiku ieħor. Fi ftit kliem, sistema biex dak li jkun jinqeda u jkollu kwalità ta’ ħajja aħjar. Hija miżura waħda minn ħannieqa ta’ miżuri oħra li Gvern għan-Nies diġà ħa u qajla jista’ jieqaf jieħu filproċess ta’ simplifikazzjoni. Iżda hija miżura li turi kif sfida tista’ tingħeleb u dak li

forsi fl-imgħoddi kien hemm min qata’ qalbu minnu, illum qegħdin narawh u nibdluh biex noffru mogħdijiet aktar diretti għalih. Se jibbenefikaw minn din il-miżura madwar 90% ta’ persuni b’diżabilità severa li mhux se jkollhom aktar għalfejn jidhru quddiem il-bord mediku meta jagħlqu s-16-il sena. Dan għaliex issa persuni bid-Down Syndrone, jew b’diżabilità severa oħra, lanqas mhuma se jkunu mitluba li jgħaddu minn means testing għat-tieni darba. Nafu li, bħal fil-każ ta’ kundizzjonijiet mediċi oħra, tarbija li titwieled bid-Down Syndrome se tibqa’ tgħix b’din il-kundizzjoni għall-bqija ta’ ħajjitha. Il-pass prattiku li ħadna joħroġ lill-persuni b’diżabilità u l-familji tagħhom mil-labirint. Madankollu huwa importanti li jingħad li miżura bħal din, ma setgħetx tittieħed mingħajr konsultazzjoni mal-istakeholders fil-qasam, ibda mill-persuni b’diżabilità nfushom u l-familji tagħhom

u spiċċa bl-għaqdiet volontarji, l-esperti u l-professjonisti fi ħdan l-aġenziji tagħna, settur dinamiku u ħawtiel fl-appoġġ u s-sapport tiegħu. F’Novembru tas-sena l-oħra, bħala Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja konna nidejna proċess ta’ konsulazzjoni biex tabilħaqq titnaqqas kemm jista’ jkun il-burokrazija. Ta’ min ifakkar ukoll li issa dawk il-persuni b’diżabilità li ma jistgħux jaħdmu, qed jirċievu l-ekwivalenti għall-paga minima nazzjonali, filwaqt li kien hemm numru ta’ inċentivi oħra maħsubin biex iktar persuni b’diżabilità jidħlu fid-dinja tax-xogħol. F’Marzu li għadda konna ħabbarna l-intenzjoni tagħna li nintroduċu miżura ta’ simplifikazzjoni għal persuni b’diżabilità severa, biex tliet xhur biss wara, f’Ġunju, bdejna nattwaw il-proċedura ġdida billi għarrafna dwarha lil dawk il-persuni li jbatu minn diżabilità severa u li jkunu laħqu jew se jilħqu l-età ta’ 16-il sena bejn Jannar 2021

u Awwissu 2021 (madwar 60 persuna) u li huma eliġibbli għal Għajnuna għal Diżabilità severa. Matul Awwissu li ġej, se jkunu qed jiġu notifikati madwar 40 persuna oħra li se jilħqu l-età ta’ 16-il sena bejn Settembru u Diċembru li ġejjin. It-twettiq ta’ din il-miżura jikkonferma kemm ilGvern jinsab lest jagħti widen għall-proposti u l-pariri li jingħata, bil-għan li minflok ma jingħalqu l-bibien, kif sfortunatament ġara fl-imgħoddi minħabba politika u metodi ta’ awsterità, dawn jinfetħu beraħ u minnhom jingħata l-aċċess għal kull min ġenwinament jeħtieġu. Marbutin mat-twettiq ta’ din il-miżura hemm il-prinċipji tal-ugwaljanza, l-inklużjoni u l-impenn tagħna kemm fl-isfond nazzjonali u dak internazzjonali b’risq il-persuni b’diżabilità biex nassiguraw li ħadd mhu minsi jew imwarrab. Proċess ta’ ugwaljanza u inklużjoni li matulu l-Gvern jibqa’ dispost li jisma’ u jwettaq mingħajr preġudizzju.

inkella jkun aktar għaqli li nsibu bilanċ kif suppost biex it-tfal ikollhom iċ-ċans jipprattikaw it-talenti tagħhom – anke sportivi – u forsi jimirħu f’karriera professjonali fihom? Nemmen li filwaqt li għandna edukaturi tal-ogħla livell u dedikati, f’dan is-settur irridu nimirħu ’l quddiem biex naraw li kulħadd ikollu opportunità u prospett millaqwa. Dawn huma ftit mid-diskussjonijiet li m’għandix dubju li jqanqlu dibattitu sħiħ. L-isbaħ ħaġa – li dawn mhumiex xi manifest, imma ideat miftuħin għal aktar diskussjoni. Matul din il-ġimgħa

tal-Konferenza Ġenerali li għalqet il-Ġimgħa li għadda bid-diskors tal-Prim Ministru, komplejna niddiskutu dawn il-proposti. Bl-istess mod se nkomplu fil-ġimgħat u x-xhur li se jsegwu. Partit ħaj, huwa partit miftuħ għad-diskussjoni. Partit ħaj mhux dak li b’mod kożmetiku jipprova jikkonvinċi li qed jidħlu nies ġodda fi ħdanu. Dan mhux konkors ta’ wċuħ, iżda arena fejn jitħabbtu u jiġu diskussa l-ideat. Għalhekk qed inħares bil-quddiem ukoll biex f’Ottubru li ġej nospitaw il-Kungress taż-Żgħażagħ Soċjalisti Ewropej f’Malta għall-ewwel darba. Dan ukoll għandu l-għan li joħloq diskussjoni dwar x’futur irridu nagħtu lill-pajjiżi Ewropej u kif aħna bħala żgħażagħ nistgħu ninfluwenzaw dan l-istess futur. Bħala Viċi President tal-istess organizzazzjoni Ewropea jien nemmen li ħafna pajjiżi Ewropej iridu jitgħallmu minna l-Maltin ta’ kif iż-żgħażagħ għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-politika, jekk tassew irridu Ewropa solidali u li jkollha futur b’saħħtu.

100 IDEA BISS?

GEORVIN BUGEJA President FŻL

Waqt business breakfast organizzat mill-Partit Laburista b’rabta mal-100 Idea li ġew imnedija f’Ġunju, kont mistoqsi dwar kemm iż-żgħażagħ huma lesti biex jikkontribwixxu aktar bidliet fis-soċjetà tagħna. Ir-risposta awtomatika? Retorika, imma vera - kif qatt tista’ tieqaf tbiddel?! Matul dawn l-aħħar snin rajna bidliet kontinwi. L-uniku element li ma nbidilix kien l-approċċ tagħna lejn il-bidla. Il-bidla nħaddnuha, għax nemmnu fiha. Fis-soċjoloġija dejjem għallmuni li soċjetà ħajja tinbidel kontinwament.

Għaldaqstant irridu nkunu kapaci li bħala Partit Politiku, u – kif iqis dan il-Partit anke d-Deputat Mexxej Laburista Daniel Micallef stess – bħala stakeholder – inkunu relevanti biss, jekk kemm-il darba dan il-Partit jinbidel mal-kumplament tas-soċjetà. Dawn il-100 idea, ħarġu wara proċess ta’ konsultazzjoni – l-istess konsultazzjoni kienet irrimarkata mill-imsieħba soċjali. Bla dubju li ma kienx hemm 100 idea biss li ħarġu, għax meta jkun hemm djalogu – ikun hemm taħlit ta’ ideat, perspettivi u informazzjoni. Minn perspettiva jew suġġeriment wieħed – jekk tħallathom ma’ oħrajn, tkun kapaċi li toħloq ferm iktar. Għalhekk nemmen li dawn il-100 idea, li jaffermaw mill-ġdid il-prinċipji soċjal-demokratiċi tagħna, jagħtu stampa ċara ta’ fejn dan il-Partit jixtieq li jieħu lil dan il-pajjiż fis-snin li ġejjin. B’soċjetà fejn kulħadd jimxi ’l quddiem, jien nifhem lok fejn kull waħda u wieħed minna, irrispettivament minn int, jew modesta kemm tkun

modesta l-ħajja li tgħix, ikollok kull ċans biex tipprogressa fil-ħajja. Bl-istess mod, kulħadd ikollu opportunità li jitqies b’mod ugwali. B’dan ilmod nassiguraw li l-futur ta’ wliedna jkun wieħed b’saħħtu. Meta qrajt dawn il-proposti, waqt li konna qed niddiskutuhom fuq livell ta’ Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista, u anke eventwalment meta kont qed naqra d-dokument drabi oħra, dan id-dokument iġegħelni naħseb u nistaqsi lili nnifsi – x’sistema edukattiva nixtieq li nadottaw fis-soċjetà tagħna? Irridu nibqgħu neżaminaw lill-istudenti bil-homework? Jew

Bl-istess mod, kulħadd ikollu opportunità li jitqies b’mod ugwali. B’dan il-mod nassiguraw li l-futur ta’ wliedna jkun wieħed b’saħħtu


14

25.07.2021

MASTERPIEC

SIMBOLI U STEJJER MISTURA T Minn DANIELA ATTARD BEZZINA, Uffiċjal għall-Komunikazzjoni, Heritage Malta Żgur li f’ħajtek ġew fuqek waqtiet, imqar jekk kienu twal ftit sekondi biss, li ma kontx ippjanajthom iżda li tibqa’ tiftakarhom għal dejjem. Bħalma jien se nibqa’ niftakar il-mument meta waħda mill-kuraturi ta’ MUŻA ġibdet pannella kbira u żerżqitha sa quddiemi biex tintroduċini ma’ tlieta minn tlettax-il kapolavur artistiku li dak iż-żmien kienu għadhom qed jistennew biex jinħarġu għall-wiri. Fis-skiet ta’ dik is-sala, għajnejja straħu għall-ewwel darba fuq Ġesù u San Ġwann Battista għadhom trabi jinbxu ’l xulxin fil-ferħ safi tat-tfulija, Pietro Soderini jagħtini ħarsa profonda daqslikieku kien taddemm u l-laħam, u ġemgħa nies imwerwrin fuq blata jħarsu lejn bastiment jitbandal malmewġ f’nofs maltempata. Jekk qatt kien hemm mument maġiku fejn smajt l-arti tkellem lil qalbi, kien dan. Din l-esperjenza jista’ jgħaddi minnha kull min iżur il-wirja ‘Masterpieces at MUŻA’, fejn sa tmiem Ottubru li ġej it-tlettax-il kapolavur se jkunu esebiti flimkien fis-sala magħrufa bħala Camerone fis-sular t’isfel tal-Mużew Nazzjonali tal-Arti, il-Belt. Wara, il-pitturi – li ġejjin minn kollezzjoni privata – se jibqgħu mislufin lil MUŻA għall-ħames snin li ġejjin u possibbilment għall-ħames snin ta’ wara wkoll. Il-pitturi fil-wirja jmorru lura għal bejn tmiem is-seklu 15 u nofs is-seklu 18 u jixhdu l-influwenza ta’ artisti kbar bħal Raffaello, Michelangelo, Rubens u Leonardo da Vinci. Jinkludu wkoll xogħlijiet ta’ Giovanni Baglione, Claude-Joseph Vernet u François Boucher. Huma mqassmin f’sezzjonijiet skont it-temi rispettivi tagħhom, jiġifieri Quddiem ir-Ritratti (portraits), L-Omm u t-Tarbija, Passjoni u Devozzjoni, Il-Mitoloġija Griega fl-Arti, u In-Natura Qerrieda. Għalkemm l-ismijiet tal-artisti involuti f’dawn il-pitturi minnhom infushom iqanq-

lu interess immedjat, l-istejjer misturin taħt id-daqqiet tal-pinzell ukoll huma ta’ min jismagħhom. Stejjer marbutin mas-simboliżmu aktar minn kull ħaġa oħra, iżda mhux biss. Jekk nieħdu, ngħidu aħna, “Ritratt ta’ Tfajla Żagħżugħa”, pittura attribwita lil Giovanni Bellini u ċ-ċirku tiegħu, niskopru li minn studji xjentifiċi li saru fuq dan il-kwadru nstab li fuq in-naħa ta’ wara tal-pittura hemm tpinġija ta’ tfajjel. Dan jindika li din il-biċċa xogħol aktarx li fil-bidu kienet maħsuba li tkun ritratt doppju. Fatt ieħor interessanti dwar ir-ritratt tat-tfajla hu li jidher li din hi rappreżentazzjoni idealizzata, jiġifieri l-artist ipprova jtejjeb fuq dak li kien qed jara quddiemu. Fil-fatt, bosta storiċi tal-arti jaraw f’din il-pittura rappreżentazzjoni allegorika tal-kastità kif simbolizzata mill-kuruna ta’ perli li t-tfajla liebsa madwar rasha. Wieħed irid iżomm f’moħħu li fiż-żmien meta tpittru ħafna minn dawn ix-xogħlijiet, bosta nies ma kinux jafu jaqraw u jiktbu u għalhekk l-artisti spiss kienu jinkludu fil-pitturi tagħhom fjuri, għasafar, annimali u ħlejjaq jew oġġetti oħra biex permezz tagħhom jalludu għal ġrajjiet lil hinn mill-pitturi nfushom. It-tondo “Il-Madonna u l-Bambin ma’ San Ġwann Battista Żgħir u Anġlu f’Pajsaġġ”, li jista’ jkun il-frott ta’ kollaborazzjoni bejn Maestro Tommaso u Lorenzo di Credi, huwa miżgħud b’simboliżmu bħal dan. It-tapit ta’ fjuri taħt riġlejn il-Madonna, kif ukoll il-mazz fjuri f’idejn l-anġlu, huma referenzi għall-verġinità, ilvirtù u l-imħabba materna tagħha. L-orkidea li l-Bambin qed iżomm f’idu l-leminija hija referenza sottili għall-mewt u s-sagrifiċċju tiegħu fuq is-salib aktar ’il quddiem f’ħajtu. Is-salib twil tal-qasab miżmum minn San Ġwann Battista wkoll jissimbolizza l-kruċifissjoni ta’ Kristu. Simboliżmu simili nsibuh f’pittura oħra


15

25.07.2021

CES AT MUŻA

TAĦT ID-DAQQIET TAL-PINZELL esebita fejn għal darba oħra jidhru dawn ittliet personaġġi tant importanti għal kull min iħaddan il-fidi Nisranija. Din hija “Il-Madonna u l-Bambin ma’ San Ġwann Battista Żgħir”, attribwita lil Leonardo da Vinci u ċ-ċirku tiegħu. Ħlew ta’ pittura fejn il-Madonna, b’ħarsa ta’ mħabba liema bħalha fuq wiċċha, tidher tindokra liżżewġt itfal b’idha fuq ras kull wieħed minnhom, filwaqt li huma jidhru medhijin fil-logħob ħdejn riġlejha, mingħajr l-iċken ħsieb tat-tbatija li għad iridu jgħaddu minnha. Il-lewn blu skur tal-mantell li liebsa l-Madonna fuq libsa ħamra huwa simbolu tal-purità u l-istat irjali tagħha bħala r-Reġina tas-Sema, filwaqt li l-aħmar ifakkarna fil-maternità u l-imħabba tagħha kif ukoll fid-demm u l-passjoni ta’ Kristu. Il-gardell f’id il-Bambin, u l-ħaruf mgħannaq mill-Battista, huma t-tnejn simboli tat-tbatija futura ta’ Kristu. Il-gardell, li l-Bambin qed juri lil kuġinuh, skont il-leġġenda għandu rabta qawwija mal-passjoni ta’ Kristu għax spiċċa mtebba’ bid-demm meta ġibed xewka minn ras Ġesù biex jipprova jtaffilu t-tbatija fi triqtu lejn il-kalvarju. Il-ħaruf, min-naħa l-oħra, ifakkar fl-innoċenza u s-safa tal-Bambin kif ukoll fir-rwol ta’ Kristu bħala l-ħaruf t’Alla u s-sagrifiċċju aħħari tiegħu bi tpattija għad-dnubiet tal-bnedmin. Simbolu ieħor tal-passjoni ta’ Kristu f’din il-pittura, li forsi wieħed bilkemm jintebaħ bih, huwa l-fjura waħdanija tal-peprin li titla’ minn fost il-weraq folt wara dahar San Ġwann Battista. Dan il-qaddis huwa protagonist ewlieni fil-wirja ‘Masterpieces at MUŻA’, tant li fi tnejn mill-pitturi l-attenzjoni kollha hija ffokata fuq il-figura tiegħu biss – waħda ffirmata minn Giovanni Baglione, fejn jidher fl-adolexxenza tiegħu, u l-oħra attribwita liċ-ċirku ta’ Le­ onardo da Vinci, fejn naraw lil San Ġwann bħa-

la żagħżugħ fl-aqwa tiegħu, b’ħarsa nibbiexa f’għajnejh u tbissima misterjuża fuq fommu. F’tal-ewwel nilmħu simboli ta’ kif żvolġiet ħajjet il-qaddis aktar ’il quddiem: il-ġilda tal-annimali li tfakkar il-perjodu li qatta’ fid-deżert, l-iskutella li biha aktar tard għammed lil Kristu, u s-salib b’messaġġ li jistieden lil min iħares lejn il-pittura għall-penitenza u t-talb. Fil-pittura l-oħra, hu u jmejjel rasu b’ċerta grazzja, San Ġwann Battista jidher jipponta ’l fuq is-saba’ l-werrej ta’ idu l-leminija biex jindika b’mod simboliku l-eżistenza tal-ġenna. Is-salib li qed iżomm fl-id l-oħra jirreferi simbolikament għall-kruċifissjoni ta’ Kristu għas-salvazzjoni tal-bnedmin, li l-Battista kien bassar. Dawk li tinteressahom il-mitoloġija Griega wkoll għandhom fejn ipaxxu għajnejhom, biżżewġ pitturi ta’ daqs kbir “Leda u ċ-Ċinju” u “Pan u Syrinx”. Warajhom it-tnejn hemm rakkonti li ntirtu mill-ġenerazzjonijiet u li ħjiel tagħhom, jekk tħares sewwa, għandek issibu fi wħud mill-elementi li jikkomponu ż-żewġ kapolavuri. Iżda toqgħodx fuq kliemi biss! Fil-Camerone ta’ MUŻA bħalissa hemm dinja sħiħa x’tiskopri, għexieren ta’ simboli x’tiddeċifra qalb l-ilwien vibranti ta’ tlettax-il pittura, u esperjenza li żgur se tqanqlek biex lura d-dar tkompli tfittex dwar dak li rajt. M’għandekx għalfejn tinkwieta – ħdejn kull pittura se ssib tagħrif dwarha, ikkumplimentat minn informazzjoni aktar dettaljata provduta kemm f’audio guide u anke fil-katalgu tal-wirja. Għal aktar tagħrif dwar il-ħinijiet tal-ftuħ u l-prezzijiet tad-dħul, kif ukoll għal dawra virtwali mal-wirja, idħol fis-sit www.muza.mt . MUŻA huwa proġett parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea bħala parti mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali – Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej 2014-2020.


16

25.07.2021

PARTIT ŻAGĦŻUGĦ LI BAQA’ UMLI OLIVER DE GAETANO KANDIDAT GĦAT-8 DISTRETT

MIN HU OLIVER DE GAETANO? Oliver de Gaetano huwa bin il-mibki veteran Laburista Maurice de Gaetano li kien ilu jimmilita fil-Partit tal-Ħaddiem għal aktar minn 50 sena, u kien ukoll wieħed millewwel Kunsilliera Laburisti. Oliver ukoll huwa Kunsillier Laburista u Minority Leader f’Ħal Balzan fen huwa magħuf bħala l-Avukat. Oliver hu avukat żagħżugħ li jsib il-kuntentizza f’affarijiet mill-iżjed sempliċi bħalma huma n-natura u l-annimali. Oliver għandu għal qalbu ħafna l-politika u jaraha bħala mezz li permezz tiegħu, wieħed jista’ joħloq kambjament għallaħjar fil-ħajja ta’ kulħadd, mill-kbir saż-żgħir, għax Oliver jemmen li fis-soċjetà kulħadd għandu rwol importanti x’jilgħab. PROFESSJONI - Avukat

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Imrawwem minn ċkuniti biex ngħin liż-żgħir u l-batut, inħoss li jekk il-politika tikkunsidraha kif għandha tkun tassew, jiġifieri bħala servizz għall-poplu, din toffrilek fejn timraħ u twettaq l-għan tiegħek. Speċjalment meta tħaddan politika b’ruħ soċjalista. Il-fatt li missieri, Alla jaħfirlu, kien ilu membru attiv fil-Partit għal iżjed minn 50 sena u dejjem jeħodni miegħu għall-attivitajiet tal-Partit, xi ftit jew wisq kebbes fija l-imħabba għall-Partit Laburista. Hu proprju għalhekk li nikkontesta mal-Partit

STAT – Għarus LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Ħal Balzan IKEL FAVORIT – Għaġin PASSATEMP – Nikteb, niltaqa’ man-nies, ngħin kull fejn nista’ u mmur xi mixja twila fil-kampanja. KTIEB FAVORIT – Confessions of a European Maltese ta’ Dr Alfred Sant. ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Dejjem imxi skont ilkuxjenza, tħallix min jiskoraġġik, u jekk int konvint li qed taghmel is-sew, tħalli lil ħadd ibiddillek iddirezzjoni jew il-pjanijiet tiegħek.

Laburista kienet l-għażla naturali l-akbar kisbiet li għamel il-Gvern Latiegħi. burista f’dawn l-aħħar snin. Dan biex ma nsemmix l-introduzzjoni tal-IVF Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet u l-inklużjoni tan-nisa f’bosta karigi li għamel Gvern Laburista għoljin fosthom li għandna Kummisfl-aħħar snin? sarju mara fl-Istituzzjonijiet Ewropej. Kisbiet relatati mal-infrastrutWaħda mill-akbar kisbiet ta’ Gvern tura ta’ Malta li għamlet passi ta’ Laburista kienet il-qabża ’l quddiem ġgant. Saru ħafna toroq ġodda snin li għamilna fil-qasam tad-drittijiet ta’ żdingar, kif ukoll il-bini ta’ flyċivili kif ukoll miżuri b’ruħ soċjalis- overs fl-arterji ewlenin sabiex tittaffa ta bħalma huma ċ-child care b’xejn, l-problema tat-traffiku. trasport b’xejn għat-tfal tal-iskola u L-umanità tal-Gvern Laburista għall-istudenti tal-Università, iż-żie- laħqet il-quċċata tagħha fid-drittida fil-lista ta’ mediċini fuq il-for- jiet li qed nagħtu kif xieraq lin-nies molarju tal-Gvern kif ukoll il-fatt li b’diżabilità, fejn twassal messaġġ l-Gvern baqa’ sena wara l-oħra jżid li kulħadd jixraqlu l-istess dinjità. lill-anzjani fil-pensjonijiet kienu fost Fejn qatt rajna dawn il-liġijiet kollha ta’ eżempju għad-dinja, li għadhom kif għaddew mill-Parlament ta’ Malta?! U l-Prim Ministru żgur li għandu dan kollu għal qalbu għax saħansitra ħatar ukoll Membru Parlamentri b’abbiltajiet differenti.

li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur?

Dejjem emmint li l-ħiliet ta’ Dr Abela qatt ma kienu xi ħaġa f ’diskussjoni, għax dejjem kont narah bħala żagħżugħ enerġetiku u promettenti. Ikolli ngħid li Dr Abela mhux talli laħaq, talli eċċeda l-aspettattivi tiegħi, speċjalment fid-dawl tal-fatt li ma waqafx jagħmel riformi sabiex itejjeb il-ħajjiet tal-poplu Malti u Għawdxi, anke jekk affaċċja sitwazzjonijiet li ma kienu faċli xejn bħalma hija l-imxija tal-COVID-19. Robert Abela impressjonani bl-istamina u d-determinazzjoni tiegħu mindu laħaq Prim Ministru u ma rax ħlief għawġ. Wera reżiljenza tal-għaġeb u qatt ma ċeda quddiem il-kritika distruttiva. Fuq kollox, ilPrim Ministru tagħna dejjem għażel li jieħu dawk id-deċiżjonijiet li huma fl-aħjar interess tal-pajjiż bla ma jibża’ li t-tali deċiżjonijiet setgħu jaffettwaw il-popolarità tal-Partit. Kif baqa’ jiġġedded il-Partit Nemmen li l-poplu b’mod ġenerali Laburista tul is-snin? japprezza l-ħidma fejjieda u s-sens ta’ rieda tajba ta’ Dr Abela, kif jixhdu Il-fatt li bħala Gvern ma nqtajniex wkoll ir-riżultati tas-sondaġġi li ġew min-nies għax bqajna nisimgħu ippubblikati fil-ġimgħat li għaddew. l-weġgħat taċ-ċittadin kif ukoll il-vantaġġ li l-Partit għandu ammont X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? sabiħ ta’ żgħażagħ f’karigi għoljin fi ħdanu wasslu għal iżjed tiġdid. Bħal- Il-ħolma tiegħi tixbah ftit lil dik ta’ ma nafu, fejn ikun hemm iż-żgħażagħ Martin Luther King, fis-sens li rrid hemm l-idealiżmu u fuq kollox ideat nara pajjiż magħqud mingħajr mi­ friski u dinamiċi. begħda u segregazzjoni. Fuq kollox Barra minn hekk, l-umiltà għandi l-ħolma li pajjiżna jkompli tal-mexxejja li kellu l-pajjiż tul dawn jattira l-investiment barrani u jibqa’ l-aħħar tmien snin, jiġifieri l-ewwel miexi bir-ritmu li kien qabad qabel Dr Joseph Muscat u l-lum Dr Rob- ma ġiet l-imxija u li jkompli jkun ert Abela, ukoll ikkontribwixxew l-għira tad-dinja f ’diversi oqsma għal iżjed tiġdid. Meta ngħid umiltà, bħalma huma d-drittijiet ċivili, il-fiqiegħed nirreferi għall-kapaċità li nanzi u kemm jiffunzjonaw tajjeb wieħed jisma’ ’l dak li jkun u li jqis l-istituzzjonijiet tagħna. bħala prijorità, l-interessi taċ-ċittaNoħlom ukoll li pajjiżna jibqa’ din. Nemmen li dawn il-fatturi, flim- meqjus bħala destinazzjoni fejn kien ma’ oħrajn simili, kienu r-riċet- wieħed jista’ jiġi sabiex isib ftit ta tas-suċċess fit-tiġdid tal-Partit serħan, f ’ambjent Mediterranju u Laburista, anke jekk issa ilu tmien b’nies akkoljenti, lil hinn mill-ħamsnin jiggverna. ba u l-ħajja mgħaġġla li wieħed isib fl-ibliet ewlenin Ewropej u f ’postijiet X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet oħrajn madwar id-dinja.


17

25.07.2021

PRIM MINISTRU BI TMEXXIJA EŻEMPLARI RACHAEL SCICLUNA

KANDIDATA GĦAT-2 U D-9 DISTRETT MIN HI RACHAEL SCICLUNA? Jiena antropologa jiġifieri esperta fl-atteġjament tal-bniedem f’kulturi u f’soċjetaijiet moderni. It-taħriġ u l-ispeċjalizzazzjoni tiegħi huma fl-ambjent mibni, l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u l-housing. Il-professjoni tiegħi laqqgħatni ma ħafna nies differenti u minn kulturi differenti. L-esperjenza tiegħi barra minn Malta għenitni nifhem li kollox fil-ħajja huwa bbażat fuq relazzjonijiet li l-bniedem jifforma ma’ aspetti diversi tal-ħajja bħal relazzjonijiet ma’ lokalità, mal-annimali, malikel, man-nies u anke ma’ oġġetti. Għalija dawn ir-relazzjonijiet joħloqu sens ta’ umanità u djalogu mal-madwar. Fl-2018 bdiet il-mixja tiegħi fid-dinja tal-politika fejn għall-ewwel darba ħdimt bħala Konsulent tadDjar, l-Iżvilupp u l-Istrateġija fi ħdan il-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u l-Awtorità tad-Djar. Ħdimt ukoll fuq sistema nazzjonali għall-Housing f’Malta u mmexxejt ir-riċerka kwalitattiva li fuqha qiegħda tiġi żvillupata l-istrateġja nazzjonali talarti u l-kultura. Jien ukoll Lettur fi ħdan il-Fakultà tal-Ambjent

Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista?

Mibni ġewwa l-Università ta’ Malta fejn ngħallem lill-periti jużaw metodoloġija kwalitattiva f’ambjent soċjali u urban. PROFESSJONI - Antropologa STAT – Single LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Marsaxlokk IKEL FAVORIT - L-għaġin bil-frott tal-baħar PASSATEMP – Pickleball KTIEB FAVORIT – Għandi aktar minn ktieb favorit, iżda naħseb li Conversations of Cow u In a Different Place: Pilgrimage, Gender, and Politics huma żewġ kotba li baqgħu miegħi. ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Nemmen li l-bidla hija possibbli permezz ta’ passi żgħar. U frażi li nimxi ħafna fuqha hija: Qis mitt darba u aqta’ darba.

Kif semmejt fir-risposta ta’ qabel, nemmen li l-Partit Laburista baqa’ jiġġedded billi kompla jkun relevanGħażilt li ningħaqad ma’ dan il-par- ti għal trasformazzjonijiet soċjali u tit għaliex il-viżjoni tiegħi personali r-realtajiet moderni tal-ħajja ta’ kulgħal Malta u Għawdex hija bbażata jum. fuq prinċipji ta’ ġustizzja soċjali li hija għal qalbi immens. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet It-tmexxija tal-Partit Laburis- li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? ta hija bbażata fuq inklussività fejn l-inġustizzja soċjali mhix aċċettabbli L-impressjoni li ħadt fuq il-Prim u lanqas tollerabbli. Hija governan- Ministru Robert Abela hija waħda za li tipproteġik kemm legalment u pożittiva ħafna. L-esperjenza tiegħi materjalment fejn kulħadd - kbir, waqt it-tmexxija tiegħu hija waħda żgħir, LGBTIQ, eterosesswali, anzjan, mibnija mil-lenti ta’ ċittadina fejn minoranzi etniċi, persuni b’diżabbil- osservajt u għext id-deċiżjonijiet li ità - għandhom l-opportunità li jif- ħa waqt pandemija globali. fjorixxu. Min din il-pożizzjoni jien rajt mexxej li żamm l-identità tiegħu Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet stabbli f ’sitwazzjoni nazzjonali u li għamel Gvern Laburista globali fejn il-ħajja ta’ kuljum minn fl-aħħar snin? ordinarja saret straordinarja. Li tmexxi pajjiż waqt pandemija fejn L-akbar kisbiet li għamel il-Gvern trid iżżomm s-saħħa u l-benesseri Laburista f ’dawn l-aħħar snin huma tas-soċjetà l-ewwel mingħajr ma relatati mal-legiżlazzjoni progres- twaqqa’ l-ekonomija lura mhijiex siva fejn il-ħajja ta’ kuljum u d-dar faċli. L-istat soċjali ta’ Malta huwa Maltija kienu fiċ-ċentru ta’ bidliet bbażat fuq mudell politiku ta’ welimportanti biex tinkiseb ugwaljanza fare. bbażata fuq drittijiet tal-bniedem. Robert Abela żamm ma’ dawn Qed nirreferi għal liġijiet u emendi il-prinċipji soċjalisti biex mexxa li saru bħar-ratifikazzjoni tal-Kon- l-pajjiż f ’sitwazzjoni bħal din. Għalija venzjoni t’Istanbul (2014), l-Att dwar din hija tmexxija eżemplari. l-Identità tal-Ġeneru, l-Espressjoni tal-Ġeneru u l-Karatteristiċi tas-Sess X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? (2015), l-Att tal-Koabitazzjoni (2016), iż-żwieġ indaqs (2017), l-Att dwar Il-ħolma tiegħi hija waħda mibnija il-Kirjiet Residenzjali Privati (2019), fuq viżjoni unika għal Malta u Għawu l-Att li jemenda l-liġijiet relattivi dex. Din hi viżjoni għal sistema nazgħall-kirjiet residenzjali protetti zjonali li tpoġġi n-nies fiċ-ċentru (2021). b’mod proattiv u bi tmexxija t’empatija fejn il-bżonnijiet, ix-xewqat Kif baqa’ jiġġedded il-Partit u l-aspirazzjonijiet tagħhom ikunu Laburista tul is-snin? fil-qalba ta’ kull politika fis-setturi

tal-gvern. Nixtieq li flimkien noħolqu djalogu ma’ kulħadd biex nirrappreżentaw il-vuċijiet u l-perspettivi diversi tas-soċjetà Maltija. L-għan huwa li permezz ta’ din it-tip ta’ politika tinħoloq soċjetà b’saħħitha, reżiljenti, u kuntenta.

L-akbar kisbiet li għamel il-Gvern Laburista f’dawn l-aħħar snin huma relatati mallegiżlazzjoni progressiva fejn il-ħajja ta’ kuljum u d-dar Maltija kienu fiċ-ċentru ta’ bidliet importanti biex tinkiseb ugwaljanza bbażata fuq drittijiet tal-bniedem


18

25.07.2021

TIĠDID LI JKOMPLI JSAĦĦAĦNA U JGĦAQQADNA

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Spiss nirrifletti għaliex il-PL kollox jindika li kien, għadu u mistenni jibqa’ l-partit li jiġbed il-fiduċja tal-elettorat Malti u Għawdxi. Apparti li l-partit infetaħ u stabbilixxa ruħu bħala moviment li jilqa’ b’umiltà u mneżża mis-suppervja kull idea magħmula b’rieda tajba u b’intenzjonijiet li jkattru l-ġid ekonomiku u soċjali tal-poplu Malti u Għawdxi, dan il-partit jibqa’ dejjem għatxan u entużjast għar-riformi, għat-tibdil. Qatt mhu biżżejjed, dejjem sfida l-istatus quo. Qatt ma bżajna mit-tiġdid fil-ħsibijiet tagħna, qatt ma bżajna niltaqgħu mad-destin tagħna, ma nibżgħux ninfetħu għall-isfidi ta’ ideat ġodda, ma nibżgħux nimbuttaw ’il quddiem u nrawmu talent ġdid fil-partit u dan nagħmluh b’konvinzjoni u mhux b’konvenjenza, b’tibdil sfurzat bħalma għamlu f’dawn l-aħħar jiem l-Oppożizzjoni... tibdil kożmetiku għax l-elezzjoni qed jarawha wara l-bieb u wara snin u snin bl-istess uċuħ fl-amministrazzjoni tal-partit issa donnu qabadhom l-aptit biex ibiddlu xi ftit uċuħ. Il-PL ma jemminx f’dawn l-istunts imma jwettaq bidliet b’konvinzjoni, fejn kulħadd jingħata l-opportunità sabiex jaħdem b’libertà fi ħdan il-Partit Laburista, fejn il-membri tal-amministrazzjoni mill-Mexxej ’l isfel huma kollha mimlija entużjażmu biex jaħdmu bis-sħiħ b’mod volontarju sabiex dan il-partit jibqa’ joffri l-aqwa ideat, l-aqwa proposti, jipproponi l-aqwa riformi u jkun wieħed mill-istakeholders ewlenin. M’hemmx klassi, m’hemmx fazzjonijiet, m’hemmx familji u kunjomijiet imma hemm biss il-lealtà, l-imħabba lejn dan il-partit u l-konvinzjoni fit-twemmin soċjal-demokratiku. U dan kollu jsir fi fraternità sħiħa, f’għaqda u djalogu bħalma seħħ din il-ġimgħa bil-Konferenza Ġenerali li saret il-Ġimgħa 23 ta’ Lulju. Id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit il-Perit Daniel Micallef waqt business breakfast organizzat mill-PL qal: “li hija konferenza li ħa tibgħat messaġġ politiku anki fl-isfond tal-eżerċizzju tal-100 idea bħala direzzjoni ’l quddiem, aħna bħala partit minkejja li qiegħed fil-Gvern huwa partit li huwa ffukat fuq il-viżjoni tiegħu għall-ġejjieni ta’ dan il-pajjiż.” Il-Konferenza Ġenerali kienet l-għeluq ta’ ħidma

sħiħa, ta’ xhur ta’ preparamenti f’laqgħat ma stakeholders, f’ħolqien ta’ 10 fora li sawru l-proġett ta’ 100 Idea, laqgħat fl-amministrazzjoni, fl-Eżekuttiv Nazzjonali, laqgħat interni mad-delegati biex jiġi diskuss id-dokument ta’ 100 Idea u kif ukoll diskussi l-emendi neċessarji fl-istatut sabiex dan il-partit tassew jibqa’ jiġġedded u jkun relevanti maż-żminijiet. Il-qofol jintlaħaq fil-Konferenza Ġenerali nnifisha, l-ogħla organu tal-partit hekk kif dan kollu jiġi ppreżentat l-ewwel permezz ta’ workshops interni mad-delegati u fl-aħħar nett is-sezzjoni plenarja fejn jiġu ppreżentati u jitressqu għall-approvazzjoni tad-delegati t-tibdiliet u l-emendi. Flaħħar nett, id-delegati jistennew l-indirizz tal-Mexxej tagħna Dr. Robert Abela. U hawn ukoll niddistingwu ruħna mill-Oppożizzjoni. Il-PL hu mmexxi minn Mexxej u mhux minn Kap. Kap jiġi deskritt bl-Ingliż bħala “Head”. Il-PL imexxi l-Mexxej, il-“Leader”. Kemm hi aktar attitudni amministrattiva sabiħa u umli ta’ mexxej, ta’ ragħaj li jmexxi b’viżjoni l-partit tiegħu. U min huwa l-partit? Aħna lkoll li nimmilitaw, li nservu, li nemmnu fil-prinċipji soċjal-demokratiċi u aktar minn hekk li nwettquhom. Inwettquhom kemm fuq bażi ta’ partit, b’policies, ideat u proposti imma aktar minn hekk fl-implimentazzjoni tagħhom fil-gvern fil-manifest elettorali u f’Baġit wieħed wara l-ieħor. Biżżejjed naraw li fil-qasam tas-soċjal għadu kif ġie mħabbar li diġà twettaq 95% tal-manifest elettorali f’dan is-settur. Dan hu ċertifikat ta’ kemm tassew dan hu l-partit tan-nies, il-partit li jagħti xprun u tama lill-batut, il-partit li ma jarmi lil ħadd u jaħseb f’kulħadd, il-partit tal-ġustizzja soċjali u promotur katalist tal-mobbiltà soċjali. Mal-PL taf fejn int. Ma’ Gvern Laburista taf li għandek garanzija li ħadd mhu se jibqa’ lura jew minsi.

Il-PL ma jemminx f’dawn l-istunts imma jwettaq bidliet b’konvinzjoni, fejn kulħadd jingħata l-opportunità sabiex jaħdem b’libertà fi ħdan il-Partit Laburista

Sur Editur, Ma nafx jien! Għandna mutur imexxi lil dan il-Gvern. Ma tgħaddix ġurnata li hi ġurnata li l-Prim tagħna ma jinawgurax xi proġett, ma jħabbarx xi investiment, jew xi skema jew oħra. Bla nifs qed iħallihom, Sur Editur. U nisma’ u naqra li l-Bank Ċentrali nnota l-irkupru tal-ekonomija Maltija. U nisma’ u naqra li waqt il-pandemija kien hemm kumpanija f’Malta li espandiet u żiedet 50 ħaddiem, u l-Prim tagħna inawgura lukanda ġdida f’San Pawl ilBaħar b’investiment ta’ €24 miljun, u li s’issa ntefqu €16-il miljun f’vouchers tal-Gvern u li l-IMF irrevediet ’il fuq it-tbassir ekonomiku għal Malta, u li inawgura l-Iskola tal-Arti b’investiment ta’ €5 miljun u li l-Viċi Kap tagħhom, David Agius, għax ma għoġbitux mistoqsija ta’ ġurnalist – mhux tal-ONE ta – qal­ lu “Tkunx Laburist.” X’kull waħda wkoll! U s-soltu e! Ma qrajt xejn mill-għaqdiet u l-gruppi kollha li s-soltu jiftħu ħalqhom anki jekk sempliċement xi Laburist jgħatas, fuq din ta’ Agius. Ara kieku kien xi wieħed minn tagħna tal-Labour qal hekk lil xi ġurnalist, “Tkunx Nazzjonalist”, malajr tisma’ għajta ta’ “rreżenja” minn xi erba’ pċielaq li hemm iduru ma’ saqajn Delia. Mhux Adrian ta, Delia l-imbaċċaċ li ħataf lill-Partit tagħhom u għamlu tiegħu, għax li jgħid hu u l-parrinu Arr Si Si biss jgħodd. Iva, hekk issaħħaħ il-ħidma tal-ġurnalisti, b’dan l-aġir David li jikkopja Agius! Għax qas temmen ta, imbagħad bi prominenza kbira fuq l-istazzjon tagħhom, ġabu lil Bernie waqt laqgħa mal-istitut tal-ġurnalisti u faħħar il-ħidma tal-ġurnalisti u saħaq li dawn jistħoqqilhom ħafna rispett. Qed tisma’ David Agius ħi, ikkopja għal darba lil Bernie u ara li tirrispettahom lill-ġurnalisti u mhux għax ma taqbilx ma’ li jistaqsuk tgħidilhom “Tkunx Laburist!”. Imma mbagħad fuq kollox, jien neħodha wkoll bħala pożittiva din li qal David Agius ta, Sur Editur. Għax il-ġurnalisti tagħna vera bravi u qed jagħtu servizz vera tajjeb, ngħid jien. Għalhekk naħseb qallu lil dak, “Tkunx Laburist”, jiġifieri tkunx intelliġenti aktar minni, għax hawn ma nistax nikkopja, biex inwieġbek. Għandna ġurnalisti vera bravi aħna, Sur Editur. Dak idejjaqni biss jien il-Lucas. Mhux għax mhux bravu u tajjeb ta! Imma għax ħaqq l-ożbreċ meta jaqra l-aħbarijiet hu, dejjem niġġieldu jien u Melda tiegħi. Għax għandha grazzja miegħu. U waqt l-aħbarijiet ħlief ‘kemm hu ħelu’ tielgħa u ‘kemm hu tajjeb’ nieżla ma nismax, aktar ma nkun irrid kwiet waqt l-aħbarijiet jien! Ara baqgħalhiex żmien din ukoll! Fi xjuħitna, sirna qisna l-gwardarobba u s-setteman. Imbagħad taf meta għaxxaqni dan Bernie wkoll? Meta kien qed jitkellem ma nafx fejn u qal li l-fatt li s-Servizzi Finanzjarji saru wieħed mill-pilastri tal-ekonomija Maltija, grazzi għall-Partit Nazzjonalista. Kollox grazzi għalihom dawn in-Nazzjonalisti. Tarax ħej! Imnalla kienu huma f’kollox, jaħasra. U morru saqqu l-ħass tal-Marsa, ftit ’l isfel mill-flyovers li qatt ma rajtu bħalhom, jekk għadu jikber hemm il-ħass! Imbagħad qabeż fuq il-madre lista l-griża u qal li din tort tal-Labour. Nesa li kitbilhom hu biex jagħmilha tal-ħelu. Nesa li kitbilhom hu biex jinstiga li Malta titpoġġa fuq il-lista l-griża. Nesa li ħadem kontra pajjiżu dan l-imniefaħ. Tort tal-Labour ħej! Imbagħad il-Ġimgħa mingħalija kien, dan il-gustuż Bernie wiegħed li jerġa’ jpoġġi lil Malta fuq il-Lista l-Bajda fi żmien 3 xhur. Ma nafx kif se jagħmilha din. Forsi jerġa’ jiktbilhom u jgħidilhom: “Hawn jien, Suq”. Le stenna, dik Eddie! Eddie! Eddie! Kien qalha. Dan probabbli jgħidilhom: “Hawn jien, fuq il-bajda issa ħi!” U jpoġġi bilqiegħda qisu qroqqa jistenna li minn Griża tiġi Bajda. Ma jafx li l-Prim tagħna diġà ilu jaħdem żmien biex ibiddel is-sitwazzjoni li ġab b’idu Bernie l-ewwel wieħed! Għad-dieħla!


19

25.07.2021

IAIN GIORDMAINA

JISPIRA L-KREATTIVITÀ U L-FANTASIJA F’ĦADDIEĦOR Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Jaffaxxinawni ħafna dawk iż-żgħażagħ u persuni oħra li tista’ tgħid mix-xejn joħolqu oġġetti utli għall-ħajja. Il-kreattività hija minnha nnifisha apprezzabli speċjalment dawk li jafu japprezzawha biżżejjed. Dan l-aħħar sirt naf b’żagħżugħ li dak li joħloq jispira l-kreattività u l-fantasija f’ħaddieħor. Qed nirreferi għal Iain Giordmaina. Għandu 32 sena, jgħix u jaħdem il-Mosta. Jaħdem fil-qasam tal-artiġjanat. Meta ma jkunx qed inaqqax xi biċċa injama faċli ssibu qed jaqdef fuq ir-rota, idoqq il-pjanu jew jgħum. Iħobb jivvjaġġa u dan normalment jagħmlu fit-tliet xhur tax-xitwa biex imur f’postijiet fejn hemm is-sħana. Iain ilu għal dawn l-aħħar 12-il sena joħloq affarijiet bl-injam. Dak li beda bħala passatemp – jew aħjar, ossessjoni – issa huwa x-xogħol tiegħu. Mistoqsi fejn tgħallem, stqarr miegħi li tgħallem ħafna meta kien jara lil missieru jibni xi biċċa għamara meta kien iżgħar. “Minn dejjem kont inħobb nilgħab bl-injam. Komplejt inżid l-imħabba tiegħi għal dan ix-xogħol meta qattajt ftit xhur nitgħallem n­iskolpixxi l-injam għand artist ġewwa l-Indja fl-2011,” beda jgħidli. Kont naf ukoll li meta kellu madwar 20 sena beda jitgħallem id­ oqq id-didgeridoo. Għal min mhux familjari miegħu, dan huwa instrument aboriġinu Awstraljan li jindaqq bin-nifs. Meta beda jitgħallem ftit, mill-ewwel beda jiskolpixxi l-ewwel didgeridoo u minn hemm ’il quddiem, qatt ma waqaf jaħdem bl-injam. Ħallejt f’idejh sabiex jelabora aktar. “Meta kont naħdem fuq xi didgeridoo, kien jibqagħli ħafna biċċiet tal-injam li minnhom kont nagħmel xi ċurkett jew brazzuletta. Meta oħrajn kienu jarawni b’xi ċurkett tal-injam, kont nieħu gost meta jistaqsuni nagħmlilhom xi wieħed. Kien madwar sitt snin ilu li dan il-passatemp sar xogħli. Kont għadni ġej lura Malta wara qattajt sitt xhur ġewwa Nikaragwa. Ma kontx qed naħdem u kelli ħafna ħin f’idejja. Kont għedt lili nnifsi, “Jekk mhux ser nibda xi ħaġa issa, qatt mhu se nibda.” Minn hemm ’il quddiem qatt ma ħarist lura.” Maż-żmien ukoll beda jħallat materjali oħrajn flimkien mal-injam, prinċipalment mar-reżina u malweraq nexfin tal-kaktus endemiku Malti – dak tal-bajtar tax-xewk. Ħallejt f’idejh sabiex fi kliem sempliċi jispjega l-proċess li jimxi fuqu minn meta jaqta’ l-bajtar tax-xewk sakemm jasal għall-prodott finali. “Il-weraq tal-bajtar ma nnixfux jien. Immur filkampanja, infittex weraq li jkunu diġà mietu u nixfu b’mod naturali fix-xemx. Il-fibri ta’ dawn il-weraq inġibom lura fil-workshop, innaddafhom u ġieli anki niżbogħhom b’kuluri differenti.

Dawn inħallathom flimkien mal-injam ti fundamentali tal-identità tiegħu. u ngħaqqad kollox bir-reżina,” spjegali L-arti hija waħda mill-isbaħ affarijiet Iain. li l-bniedem jista’ joħloq. Il-kreattività hija dik li tagħmilna umani. Ma kien Proċess twil, imma li ikun hemm ebda progress mingħajr jieħu gost ħafna jagħmel kreattività. Fi kliem ieħor l-arti hija ħajtu. Mistoqsi jimmaġinahx jagħmel Mistoqsi kif joħloq l-immaġini eżatt xi xogħol ieħor f’xi uffiċċju pereżemptal-affarijiet li joħloq, Iain weġibni, ju, Iain stqarr miegħi li fil-passat “Meta jkolli ‘l-ingredjenti’ kollha nfer- kien jaħdem f’uffiċċju. “U kieku ra r-reżina fuqhom biex noħloq blokok ċ-ċirkostanzi iġegħluni nsib xi forma kbar magħmulin mill-injam, il-kaktus oħra ta’ xogħol, dan ikolli nagħmlu. u r-reżina. Wara 48 siegħa, ir-reżina Imma sakemm nista’, ser inkompli tkun ibbieset daqs l-injam u mbagħad napprezza din l-opportunità li għandi inkun nista’ naqta’ biċċiet minn dawn li nmantni lili nnifsi permezz ta’ xo­ il-blokok biex noħloq dak li jkol- għol li nħobb nagħmel.” li bżonn. Huwa proċess twil, imma li nieħu gost ħafna nagħmel.” Jittrażmetti x-xewqa li joħloq Fil-fatt, fost affarijiet oħra, joħloq xi ħaġa b’idejh lil persuna oħra strumenti tal-kitba bħal ball-point u fountain pens, kif ukoll ġojjellerija Bla dubju ta’ xejn, parti mis-sodisvarja. Fl-isfond oriġinali tagħhom, im- fazzjon ta’ dan ix-xogħol jiġi milli jara maġinajt li dawn ma jkunux idduplika- li dak li joħloq jispira l-kreattività u ti u fil-fatt hekk hu. “Le, kull prodott, l-fantasija f’ħaddieħor. Li jittrażmetti jekk hux pendent, pinna, jew kwalunk- x-xewqa li joħloq xi ħaġa b’idejh lil perwe oġġett ieħor huwa magħmul b’mod suna oħra. Probabbilment kwalunkwe individwali. Meta nkun f’xi fiera, ħaf- persuna fid-dinja tal-arti taqbel ma’ na josservaw li fost il-ħafna affarijiet dan. Mistoqsi jekk ikollux prodotti li li jkolli esposti, ma jkolli l-ebda pro- tant joħroġu għal qalbu, li ma jkunx dott identiku għal ieħor. Naturalment irid jitlaqhom minn taħt idejh, Iain nagħmel forom li huma simili għal stqarr miegħi: “Iva ġieli nagħmel xi xulxin. Imma qatt ma jkolli żewġ pro- ħaġa u tant togħġobni li nżommha dotti identiċi. Kollha huma uniċi. Dan jien jew nagħtiha lil xi ħadd tal-familja inħobb inqabblu mas-snowflakes. jew ħbieb.” Tfittex kemm tfittex, qatt mhu se ssib Minbarra dan kollu u minbarra tnejn l-istess,” stqarr miegħi. l-użu ta’ jdejh, Iain jeħtieġ li jaħdem Iain jistqarr ukoll li għalkemm dan b’ċertu makkinarji bħal torn. Filhuwa xogħlu, sar iqisu bħala par- fatt, prinċipalment juża t-torn, sega

elettrika biex jaqta’ l-injam u buffer għall-polishing tal-prodott. Il-bqija tax-xogħol isir b’idejh. Lura għas-sena 2019, Iain kien rebaħ Premju tal-Artiġjanat Malti permezz ta’ żewġ fountain pens li kien ħadem. Fi kliemu stess jinsab kuntent ħafna b’dan il-premju. “Li wieħed ikun rikonoxxut f’xogħlu hu dejjem ta’ sodisfazzjon. Dan ikompli jżidli x-xewqa li nitgħallem u ntejjeb dak li nista’ noffri.” Qabel ma bdiet il-pandemija, Iain kien ukoll idur id-dinja jesponi xo­ għlu, fosthom ġewwa fiera tal-artiġjanat f’Milan, l-Italja. Kellu wkoll l-opportunità jieħu sehem f’fieri fil-Ġermanja u fi Spanja. “Naħseb kieku jkolli niddeskrivi l-esperjenza tal-fieri b’kelma waħda, din tkun motivazzjoni. Meta tieħu sehem f’fieri kbar titgħallem ħafna. Tiltaqa’ ma’ ħafna artisti li għandhom snin t’esperjenza u dan iġegħelni nirrealizza kemm għandi x’nitgħallem.” Għal dawk interessati jaraw dak li joħloq Iain tistgħu tidħlu fuq is-siti www.wearablewoodart.com jew www. instagram.com/wearablewood. Fl-aħħar ta’ din l-intervista ħalla messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Kun kreattiv! Hemm ħafna modi li bihom tista’ tissodisfa dan il-bżonn bażiku. Tibżax tistaqsi għall-għajnuna fejn ikollok bżonn. Qatt tieqaf tkun kurjuż u iktar importanti minn hekk, qatt tieqaf titgħallem affarijiet ġodda,” temm jgħid.


20

25.07.2021

IL-FAR TA’ DELIMARA 15-il minuta sewqan mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lejn il-Ponta ta’ Delimara, filQibla (jew in-Nofsinhar) ta’ Malta, insibu bini monumentali ta’ importanza kbira għallistorja marittima Maltija. Dan hu l-far ta’ Delimara, li għalih tgħaddi mill-villaġġ pittoresk ta’ Marsaxlokk. Illum jinsab indukrat minn Din l-Art Ħelwa u fuqu tkellimt mat-Tabib STANLEY FARRUGIA RANDON, eżekuttiv tal-Għaqda. Minn CHARLES B. SPITERI X’tgħidli fil-qosor fuq il-fari?

proviżjonali ta’ dwal għal bil-lejl f’Tal-Ġurdan. Riflettur kien idur madwar lanterna kbira taż-żejt u jipproduċi leħħ ta’ dawl f’intervalli ta’ ftit sekondi. Dawn inbidlu erba’ snin wara, bil-bini tal-far li naraw illum, u li dak iżżmien kien jarmi d-dawl minn 21 bozza tal-gass.

L-ewwel far magħruf elenkat bħala wieħed mis-seba’ għeġubijiet tad-dinja tal-qedem inbena fil-port ta’ Lixandra fl-Eġittu fit-tielet seklu qabel Kristu. Kien jissejjaħ Pharos, li minnu joħorġu l-ekwivalenti Taljan u Malti faro u far rispetId-dawl iġġenerat tivament. Dan il-far tal-qedem miż-żejt meta nbidel? inqered f’terremot fis-seklu 14 wara Kristu. Ir-Rumani talDak l-apparat inbidel ma’ qedem ukoll użaw sors ta’ dawl wieħed tal-elettriku li sar biex jiggwidaw lill-bastimenmid-ditta Franċiża Barbier ti lejn il-port. Il-fari tagħhom Bernard et Turenne ta’ Pariġi f’Malta huma parti importanti fl-1963 u pprovda qawwa ta’ mill-wirt industrijali maritdawl ta’ 895,000 xemgħa. Iltimu tal-gżira u bħal kullimlum il-ġurnata dan il-far isinstallat beacon elettroniku li ervi bħala l-Għassa prinċipali kien fid-dinja, jitqiesu b’ħidma ta’ bumbardamenti. Francesco Laparelli inkluda serva għall-bastimenti resqin għall-Istazzjon straordinarja ta’ inġinerija. Atmosferiku l-far fil-pjani għall-bini tal-belt lejn il-Port il-Kbir. F’iljieli ċari, Globali għaċ-Ċentru tal-Mediil-ġdida Valletta fl-1566. Fl-1832, kien viżibbli minn aktar minn terran. Tħaddem fl-1994 u jarmi Insibu xi tagħrif fuq il-far ta’ Sant’Iermu, li sa dak 16-il mil nawtiku. Minħabba li dawl abjad kull 7.5 sekondi, l-ewwel far f’Malta? iż-żmien kien jaħdem bl-illu- dam espost sew għall-elemen- viżibbli minn 20 mil nawtiku. Le, xejn. Madankollu hemm xi minanti taż-żejt, issewwa u ġie ti, it-torri tal-metall tneħħa Fl-1850, il-Gvernatur Sir ismijiet ta’ postijiet li jafu jind- modifikat biex jinkorpora lam- fil-bidu tas-seklu 21 u beacon Richard More O’Ferrall ikkumikaw li kien hemm xi dawl biex pi Argand u rifletturi li ppro- elettroniku ġdid kien instal- missjona bini ta’ far ieħor f’Dejiggwida lill-baħħara. Xebb- duċew dawl abjad viżibbli minn lat fuq gunpost fil-qrib. Dan limara, iżda la tgħammar u ir-Ras, li hu l-promontorju li distanza ta’ madwar 15-il mil. il-beacon għadu jaħdem sal- lanqas tħaddem qabel ħames fuqu nbniet il-Belt Valletta, Il-lenti Fresnel ma ntużatx dak lum. Hu jitfa’ leħħ ta’ dawl kull snin wara. Il-ftuħ tal-Kanal tfisser ‘id-dawl tal-promontor- iż-żmien għax kienet għadha 15-il sekonda. tas-Swejż kellu jwassal għal Ma nsibu ebda referenza ta’ żieda fit-traffiku marittimu ju’. L-istess isem Delimara, jaf teknoloġija ġdida ħafna u poshu terminoloġija żbaljata għal sibbilment kien għadu riskjuż xi far ieħor fuq il-gżira qabel mill-Kosta ta’ Barbarija u kien ‘dejr l-imnara’, li litteralment u jiswa wisq biex ikun adottat. is-seklu 17. Ir-raġuni setgħet meħtieġ li jkun hemm beacon tfisser ‘id-dar tal-lanterna’. Fuq Il-far ta’ Sant’Iermu twaqqa’ kienet li d-dwal kienu jiġbdu fil-Qibla ta’ Malta biex jiggwida Kemmuna hemm post imsejjaħ eżatt qabel il-bidu tat-Tieni Gw- lejhom lill-pirati u xwieni Mu- b’sigurtà lill-bastimenti lejn ilil-Ponta tal-Imniera, li tirreferi erra biex ma jservix bħala punt sulmani fil-Mediterran. Kien Port il-Kbir. Il-far ta’ Delimara għal dawl li probabbilment ta’ referenza għall-ajruplani wara l-1667 li l-attakki tal-kur- hu 24 metru għoli, b’raġġ ta’ tal-għadu. sari saru inqas frekwenti u li dawl aħmar u abjad li jilħaq twaqqaf hemm. Fra Henry de Gourdan, Kavalli- firxa ta’ 15-il mil. Dan waqaf L-eqdem tifkira ta’ far fuq er tal-Ilsien ta’ Averna, installa jaħdem fl-1985. gżiritna tmur lura għall-bidu Dan reġa’ nbena? beacon żgħir fuq għolja li tħares tas-skelu 15. Inbena minn Don Sussegwentement twaqqfu Gonsalve de Cordova, li dak iż- Fil-bidu tas-sebgħinijiet inbe- fuq Wied il-Għasri f’Għawdex li numru ta’ sorsi oħra ta’ dawl. żmien kien il-Viċirè ta’ Sqallija. na torri tal-metall ta’ 35 pied saret magħrufa bħala l-Għolja Fl-1858 twaħħlet lanterna ħamKien fl-ogħla parti tal-promon- fuq torri tal-azzar, fl-istess Tal-Ġordan. ra fil-Forti Rikasli, qrib il-KalkaF’Marzu tal-1853 il-Gvernatur ra, waqt li fl-1885 inbena far torju ta’ Xebb-ir-Ras, fejn aktar post fejn kien hemm il-far ta’ tard inbena post ta’ difiża u kien Sant’Iermu. Fil-quċċata kien Sir William Reid waqqaf servizz ċkejken fl-Imġarr Għawdex, dedikat lil San Telmus (Forti Sant’Iermu). Dan San Telmus kien qaddis Dumnikan u l-protettur tal-baħħara. Il-forti kien rinfurzat ferm aktar fl-1552 mill-Gran Mastru D’Homedes, minħabba li ġarrab ħsarat sostenibbli mill-attakki ripetuF’Marzu tal-1853 il-Gvernatur Sir William Reid waqqaf servizz ti tal-Ottomani. Fl-1565, dan ilproviżjonali ta’ dwal għal bil-lejl f’Tal-Ġurdan. Riflettur kien far, flimkien mal-forti li dawru, kienu involuti fl-Assedju l-Kbir idur madwar lanterna kbira taż-żejt u jipproduċi leħħ u għalkemm it-truppi Ottomani kienu kważi mirbuħin, ta’ dawl f’intervalli ta’ ftit sekondi Sant’Iermu waqa’ wara 29 jum

li ħa post sors żgħir ta’ dawl li kien jiggwida t-tħaddim tad-dgħajjes tal-passiġġieri li jaqsmu bejn Malta u Għawdex. Dan kien rilokat fl-1929 meta tkabbru l-inħawi għall-irmiġġ. Imbagħad reġa’ tneħħa fl-1969 meta kienu disinjati mill-ġdid il-moll u l-port. Insemmu wkoll li fl-1859 inbena far fil-Ponta ta’ Tignè, iżda ma baqax jitħaddem fis-seklu 20. Meta nbena l-breakwater x’għamlu għan-navigazzjoni? Il-breakwater il-ġdid inbena fl1908 fid-daħla tal-Port il-Kbir. Hu kien jeħtieġ it-tqegħid ta’ dawl ta’ navigazzjoni fuq kull driegħ, biex juri d-dħul. Iżda dawn aktar jitqiesu bħala dawl ta’ navigazzjoni milli fari. Fl2012 saru repliki tal-lanterni oriġinali. Dik fuq id-driegħ ta’ Sant’Iermu bdiet tarmi dawl aħdar, waqt li l-oħra fuq Rikasli, dawl aħmar. Fis-snin 70 sors ta’ dawl miżbugħ bi strixxi orizzontali ħodor u bojod kien jinsab fittarf tal-breakwater tat-Tramuntana tal-Imġarr, il-port fit-tarf tal-Punent ta’ Għawdex. Kien iteptep aħdar kull 5 sekondi. Fis-snin 70, fuq il-breakwater prinċipali, fl-Imġarr, inbena sors ieħor ta’ dawl miżbugħin b’faxex orizzontali ħomor u bojod, li jarmi leħħ aħmar kull erba’ sekondi. 20 sena wara nbena dawl fil-Marina ta’ Portomaso, fuq in-naħa tal-Punent ta’ San Ġiljan. Iteptep dawl aħmar biex jimmarka d-daħla għall-marina, waqt li fl-1999 inbena dawl fuq il-Forti Manoel, fil-port ta’ Marsamxett, biex jiggwida lill-baħħara li jidħlu jew joħorġu mill-port. Xi nsibulu uniku għal Malta l-far ta’ Delimara? Hu uniku għax hu mgħammar b’lentijiet ta’ Fresnel. Dan kien xjenzjat Franċiż li fl-1823 ivvinta sistema ta’ lenti biex jirrifletti b’mod effiċjenti l-biċċa l-kbira tas-sorsi tad-dawl ’il barra mill-baħar. Wara din l-invenzjoni, ilFranċiżi kienu l-fornituri ew-


21

25.07.2021 lenin tal-lentijiet tal-fari. Imbagħad il-fabbrika tal-ħġieġ Brittanika Chance Brothers Ltd., adottat disinn rivoluzzjonarju. James Timmins Chance kellu l-idea li jiffissa l-lenti Fresnel fuq pjattaforma li ddur, li fiċ-ċentru tagħha poġġa s-sors tad-dawl. Ir-rotazzjoni tal-lentijiet madwar id-dawl ipproduċiet raġġi li, minn fuq il-baħar dehru bħal leħħiet ħfief minflok id-dawl fiss tradizzjonali. Bl-użu ta’ lentijiet trasparenti u kkuluriti u bl-użu ta’ veloċitajiet differenti fir-rotazzjoni, kull far beda jkollu l-mudell tad-dawl distintiv tiegħu. Il-far ta’ Delimara jiddawwar b’mekkaniżmu simili ħafna għal dak ta’ arloġġ, li huwa mmexxi minn piż imdendel mill-parti ta’ fuq nett tal-far u meta jiġi rilaxxat jinħall iddrum tal-mekkaniżmu u jdawwar il-gerijiet. Il-fari ta’ Sant’Iermu u tal-Ġordan jużaw sistema kompletament differenti minn dik ta’ Delimara. Dijagramma skematika li tinsab fil-kamra tal-kustodju f’Tal-Ġordan turi li kienet tikkonsisti f’21 riflettur immuntati fuq bażi trijangulari li ddur (b’seba’ rifletturi fuq kull naħa) b’kull riflettur ikollu l-lampa taż-żejt tiegħu kompluta bit-tank. Il-far ta’ Delimara ġie kkummissjonat mill-Gvernatur O’Ferrall fl-1850 iżda x-xogħol beda għall-ħabta tal1854. Hu tħaddem sena wara. Kien jikkonsisti fi blokka rettangolari ta’ żewġ sulari u torri ottagonali ċentrali. Il-kamra ta’ fuq ix-xellug fiha taraġ għal fuq u mbagħad sellum li jwassal sal-lanterna. Fl-1984 kien deċiż li dan is-sellum jinbidel minħabba s-sadid. X’ġebel intuża biex inbena l-far? Għall-parti t’isfel tal-far intużat il-ġebla tal-franka Globiġerina iżda fil-parti ta’ fuq nett sar użu mill-ġebla tal-qawwi. Bħala far sofra ħsarat matul it-Tieni Gwerra Dinjija u sal-lum, fuq il-faċċata għadhom jidhru d-daqqiet tax-shrapnels. Meta l-far ta’ Delimara tlesta u tħaddem fl-1855, kellu dawl aħmar statiku. Fl-1896 dan is-sors tad-dawl ġie sostitwit minn lampa tal-gasolina aktar qawwija li titħaddem minn mekkaniżmu bl-idejn li pproduċiet raġġi ta’ dawl aħmar u abjad li jalterna f’intervalli ta’ 30 sekonda. Il-viżibbiltà tiegħu kienet twassal minn 19-il grad sa 295 grad, b’raġġ li jinfirex sa 15-il mil. Fl-1956 kien rappurtat li l-mekkaniżmu kien difettuż u li kellu tendenza jieqaf. Iżda dik il-ħabta ma setax ikun aġġustat. Fl-istess sena kien deċiż li d-dawl ikun sostitwit b’dawl abjad fiss viżibbli biss f’ċerti setturi u distanzi. Kien

hemm ukoll lentijiet neqsin li wasslu għal far żbilanċjat. Il-baħħara lmentaw li mal-ġurnata ma setgħux isibu l-pożizzjoni tal-far. Għal viżibbiltà aħjar, fl-1950 kien deċiż li l-faċċata ta’ barra tat-torri tinżebagħ bi strixxi suwed u bojod. F’madwar l-1989-90 il-far kien dekummissjonat. Tpinġija idrografika datata 1984 indikat li l-far ipproduċa żewġ leħħiet ta’ dawl kull 12-il sekonda f’għoli ta’ 35 metru u viżibbli minn 18-il mil. Meta l-far ġie dekummissjonat, sors ta’ dawl awtomatizzat tqiegħed fuq bini ta’ żewġ sulari biex jarmi żewġ leħħiet bojod kull 12-il sekonda b’medda ta’ 18-il mil nawtiku. Meta għadda f’idejn l-organizzazzjoni tagħkom, dan il-far? Sas-sajf tal-2005, il-Far kien ilu ma jintuża numru ta’ snin u kien fi stat ta’ abbandun. Din l-Art Ħelwa rrikorriet lejn l-Awtorità Marittima, illum Transport Malta, u offriet li tirrestawrah. It-talba ntlaqgħet u l-far ingħatalha uffiċjalment ftit wara. Fis-16 ta’ Frar 2006, il-President Eżekuttiv ta’ Din l-Art Ħelwa, Martin Scicluna u s-Segretarju Ġenerali Edward Xuereb, iffirmaw ftehim storiku ma’ Marc Bonello, President talMMA, li jippermetti lill-organizzazzjoni tagħna l-privileġġ li tieħu ħsieb wieħed mill-uniċi żewġ fari eżistenti f’Malta. Il-membri tal-Kunsill involuti fi stadji differenti fir-restawr kienu jinkludu lill-Perit David Mallia, Ian Camilleri, Maria Grazia Cassar, Josie Ellul Mercer u Stanley Farrugia Randon. Il-post remot tal-far u t-toroq fi stat ħażin, għamlu dan diffiċli għal kulħadd. Il-Ministru għall-Komunikazzjoni u l-Kompetittività Ċensu Galea f’isem l-Awtorità Marittima, ippreżenta fondi inizjali lil Din l-Art Ħelwa biex għen fir-restawr. Kif inqasam ix-xogħol li kellu jsir għar-restawr tal-far? L-organizzazzjoni kienet taf li kien jeħtieġ ħafna xogħol u għalhekk qasmitu fi tliet fażijiet. Il-far dejjem kellu kustodju u l-familja tiegħu jgħixu fih. Għalhekk, l-iskop finali ta’ Din l-Art Ħelwa kien li tikri l-far għall-akkomodazzjoni lill-familji jew dawk li jixtiequ biex jesperjenzaw xi ħaġa differenti f’ħajjithom billi jqattgħu xi ġranet jgħixu fih. B’hekk, l-organizzazzjoni ddaħħal xi flus li jagħmlu tajjeb għall-manutenzjoni. L-ewwel fażi kienet tinvolvi r-restawr ta’ barra u t-tiswija fil-ħitan, lis-saqaf u lit-torri.

Inqala’ s-siment kollu antik u minfloku ngħatat kisja ġir idrawliku. L-aperturi saritilhom manutenzjoni sħiħa u l-miksurin inbidlu. It-tieni fażi involviet xogħlijiet interni bħat-tindif talart tal-konkrit, il-plumbing u l-elettriku, il-manutenzjoni ta’ aperturi interni u l-installazzjoni ta’ kċejjen u kmamar tal-banju. L-ewwel żewġ fażijiet tlestew fl-ewwel xhur tal-2008. It-tielet u l-aħħar fażi, forsi l-aktar delikata, inkludiet ir-restawr tal-mekkaniżmi tad-dawl u tal-fari u l-akkomodazzjoni tagħhom, inkluża s-sistema kumplessa tal-priżmi tal-ħġieġ. Din il-parti kruċjali tal-proġett kellha tittardja minħabba nuqqas ta’ finanzi. Kien permezz ta’ għajnuna finanzjarja ġeneruża minn GasanMamo Insurance Ltd, li b’kumbinazzjoni tuża far bħala l-logo tagħha, li setgħet titkompla l-ħidma. Ilproċess iltaqa’ ma’ aktar dewmien għar-restawr tal-kanopew tar-ram u x-xogħol tal-ħadid li kien kumpless u diffiċli. Nimmaġina, kien xogħol skabruż ċertu xogħol li ried isir fil-far?

Il-mod kif id-dawl jiġi amplifikat

Tant hu hekk li ma tantx sibna ħaddieda lesti jieħdu impenn bħal dan, speċjalment f’sit espost bħall-promontorju ta’ Delimara u x-xifer tal-irdum tiegħu. Madankollu, konna xxurtjati li Anthony Spiteri ta’ JMS Art Metal Craft Ltd aċċetta jidħol għall-isfida. Il-ħġiġiet tneħħew waħda waħda b’diffikultà, peress li ħafna kienu miksurin. Imbagħad kien meħtieġ li tinħeles l-istruttura tal-kanopew millbażi tagħha tal-ġebel, li kienet imwaħħla miegħu b’ċirku tal-ħadid u boltijiet li jżommuh ’l isfel fuq ġewwa. Sfortunatament ħafna mill-ġebel kien imxaqqaq mill-boltijiet imsaddin u ċ-ċirku kien fi stat ħażin ta’ preservazzjoni. Dawn kienu sostitwiti. Biex tniżżel il-mekkaniżmu bil-lentijiet prezzjużi, intuża krejn. Meta tneħħiet iż-żebgħa bajda antika minn fuq il-ħadid fondut u mill-partijiet tar-ram, sibna problemi oħra fl-istruttura li ma kinux evidenti qabel. Il-qafas kien magħmul minn ħadid fondut li min-natura tiegħu hu fraġli, u nqasam f’bosta partijiet. Iżda finalment u bi tbatija, wasalna biex tajna ħajja ġdida lill-far ta’ Delimara.


22

25.07.2021

“SE JKUN HEMM KONSEGWENZI FUQ IL-FESTA MALTIJA” Nitkellmu ma’ Dr Noel Camilleri mill-Għaqda Nazzjonali tal-Każini tal-Banda Kitba ta’ CLIFFORD GALEA Bla dubju, il-pandemija laqtet kollox u lil kulħadd. Bidlitilna l-mod ta’ kif ngħixu. Mhux inqas il-festi. Tħobbhom jew le, dawn huma parti integrali mill-identità u l-kultura tagħna bħala poplu Malti. Pari passu jew aħjar id f’id magħhom, huma l-baned fl-ibliet u l-irħula tagħna. X’inhu l-futur tagħhom? Dr. Noel Camilleri; President tal-Għaqda Nazzjonali tal-Każini tal-Banda weġibna.

ju ta’ pajjiżna, kif inhu l-aspett liturġiku li jibqa’ l-fonti taċ-ċelebrazzjoni tal-festa, il-marċi tal-baned u l-ħoss tal-banda fit-toroq tagħna, kif inhuma d-daqq tal-qniepen, il-piroteknika tradizzjonali tagħna u l-armar fit-toroq tagħna. Li huwa żgur li dan il-patrimonju għandna nipproteġuh. Fejn hemm l-eċċessi dan huwa meħtieġ li niżbruħ, fejn hemm lok li ntejbu l-aċċessibilità ma hemmx dubju li dan jista’ wkoll isir bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna ta’ kulħadd, anke fejn jidħu l-ħsejjes tal-piroteknika; anke hawn sar titjib. Dan sar għaliex kull min hu involut fil-festi għaraf li dejjem hemm bżonn titjieb. Sta għalina involuti fil-festi li naħdmu kollettivament biex dan il-patrimonju nipproteġuh

Kif qed ikunu affettwati l-festi u l-baned mill-bidu tal-pandemija sa issa? M’hemmx dubju li l-festi u anke l-komunitajiet qegħdin jiġu affettwati għaliex huwa fatt li l-festi huma ċelebrazzjoni komunitarja fejn l-aspett reliġjuż huwa marbut intrinsikament mal-fidi popolari. Mela dan in-nuqqas qed jinħass għaliex parti importanti mill-identità kulturali ta’ pajjiżna twaqqfet minħabba raġunijiet ta’ saħħa pubblika u aktar ma jdum dan in-nuqqas aktar jikber ir-riskju li s-sabiħ tal-festi jiġi anqas apprezzat jekk mhux addirittura minsi. Is-soċjetajiet tal-banda ħassew l-effetti tal-pandemija kif ħassha s-settur tal-volontarjat kollu u l-pajjiż kollu. Ħafna jaħsbu li x-xogħol fis-soċjetajiet tal-banda waqaf imma dan huwa ferm ’il bogħod mir-realtà. Il-ħidma volontarja kompliet u dan sabiex il-ħidma favur il-komunità tkompli anke b’ħafna diffikultajiet. Dan qed jingħad għaliex il-volontarjat huwa essenzjali f’kull pajjiż. Jidher li s-soċjetajiet tal-banda, u l-festi qegħdin jiġu kkunsidrati bħala kif jgħid l-Ingliż “children of a lesser god.” Dan qed ngħidu mhux għaliex l-Għaqda Nazzjonali tal-Każini tal-Banda u l-membri tagħha m’għandhomx bħala l-ewwel prijorità, is-saħħa taċ-ċittadini imma huwa ċar li mhux qegħdin ningħataw widen anzi pjuttost qegħdin jiġu applikati b’mod verament strett, ir-regoli maħruġa mis-Saħħa Pubblika kuntrarju għal dak li jidher li qed jiġri f’setturi oħra.

konsegwenzi għaliex segment mhux żgħir ta’ żgħażagħ ser jinsew xi jfisser li tagħmel ħidma volontarja fis-soċjetà tal-banda. Ser jintesa verament xi jfisser is-sabiħ tal-festa Maltija, mhux it-tbaħrit u l-eċċessi li ma jagħmlux ġieħ lil min jagħmilhom imma agħar minn hekk li jagħmlu ħsara li dawk il-mijiet ta’ volontieri li tant jaħdmu biex dan il-patrimonju nazzjonali u dak reliġjuż jitħares. Dak li hu sabiħ għandna nsaħħuħ u dak li ma jagħmilx ġieħ għandna niżbruh. Taħsbu li b’effett tal-pandemija, il-festi u s-soċjetajiet mużikali ħa jieħdu daqqa jew inkella jerġgħu jippromettu kif konna mdorrijin bihom qabel?

u mhux individwalment jingħataw rikonoxximent xieraq marbut mhux biss mal-fatt li s-soċjetajiet tal-banda huma l-eqdem fost l-għaqdiet volontarji li ħadmu u jaħdmu favur il-komunitajiet tagħna imma favur it-tradizzjonijiet kulturali li jagħtu identità Maltija. B’dan ir-rikonoxximent materjali s-soċjetajiet tal-banda jistgħu jkomplu jsaħħu l-ħidma tagħhom ħalli d-daqqa li għal xi wħud tista’ tkun mortali, tiġi mtaffija b’mod trasparenti u mifruxa fuq ħidma sostenibbli favur il-komunitajiet. Spiss nisimgħu kritika fuq festi, ikun hemm minnha li tkun ġusta għaliex jinkisru xi regoli minn xi wħud iżda jkun hemm min jieħu vantaġġ għaliex m’għandux grazzja mal-festi. X’taħseb dwar dan?

Dan ser jiddependi minn ħafna affarijiet. L-ewwel ħaġa ser tkun jekk is-soċjetajiet Taħsbu li l-konsegwenzi ser tal-banda b’mod kollettiv perjinħassu aktar ’il quddiem? mezz tal-Għaqda Nazzjonali Ir-realtà hi li se jkun hemm tal-Każini tal-Banda (GĦNKB) Il-festi

huma

patrimon-

mingħajr ħafna superlattivi li xi drabi jintużaw u li ma jagħmlux ġid imma aktar ħsara. Is-soċjetajiet mużikali qed isibu biżżejjed għajnuna? Kif diġà għedt, hemm bżonn li tiġi mfassla għajnuna lis-soċjetajiet tal-banda fuq żewġ livelli - dik immedjata fejn tingħata għajnuna finanzjarja sabiex, ma jkomplux iħossu l-piż tan-nuqqas ta’ attivitajiet, titjib fir-regolamenti marbuta mal-għaqdiet volontarji fis-sens li filwaqt li l-GĦNKB u l-membri tagħha dejjem lesti li jgħollu l-livell ta’ governanza korretta ma jistax ikun li l-vo-

lontarjat jiġi mgħobbi b’ħafna miżuri u penali amministrattivi li qegħdin u ser ikomplu jbiegħdu lin-nies biex jagħmlu ħidma volontarja. Ma jistax ikun jkun hemm regolamenti ta’ ‘one size fits all.’ Imbagħad hemm bżonn ta’ pjan fit-tul sabiex is-soċjet­ajiet tal-banda jingħataw għotjiet annwali biex jgħinuhom fil-ħidma ġenerali tagħhom kif ukoll għajnuniet oħra meta jwettqu proġetti ta’ ġid komunitarju. Kien fi żmien Gvern Laburista li ftit wara t-Tieni Gwerra Dinjija ġie maħluq id-Dipartiment tal-Lottu u ta banka tal-lottu lil kull każin flimkien ma’ impjegat biex iħaddem dik il-banka. Dan sar għaliex għaraf l-importanza tal-każini tal-banda. Hemm bżonn illum qabel għada li jkun hemm titjib u tiġdid kif tingħata l-għajnuna lis-soċjetajiet tal-banda. Dan qed jintalab jekk verament hemm rieda li dan il-patrimonju hekk importanti fil-komunitajiet tagħna jibqa’ verament ħaj u mhux jiġi imbuttat biex jagħlaq. . Kif l-Għaqda Każini talBanda għenet u qed tgħin lil dawn is-soċjetajiet fil-preżent? L-GĦNKB kontinwament taħdem sabiex tara kif tgħin lill-membri tagħha biex ikunu jistgħu jwettqu proġetti favur il-komunitajiet fejn joperaw imma wkoll biex jgħollu l-livell amministrattiv u dak edukattiv billi torganizza korsijiet bl-għajnuna tal-fondi tal-MCVS. Fost l-iskemi ta’ għajnunjiet li l-GĦNKB tamministra flimkien mal-Kunsill Malti tal-Arti hemm dawk dwar proġetti biex itejbu oġġetti ta’ valur fil-każini, proġetti ta’ tagħlim ta’ strumenti mużikali li kienu qegħdin jintilfu fil-baned tagħna, fondi (dan anke flimkien mal-Arkivji Nazzjonali) biex jiġu diġitalizzati dokumenti, ritratti u mużika oriġinali li għandhom is-soċjetajiet tal-banda, fondi għal titjib fl-aċċessibilità, u anke fondi għat-tagħlim tal-mużika liż-żgħażagħ flimkien mal-Aġenzija Żgħażagħ. Dawn huma ftit mill-fondi li ġabet u tamministra l-GĦNKB. Dan mhux biss għaliex


08.11.2020 25.07.2021 l-GĦNKB ħadmet flimkien mal-Għaqda Piroteknika biex il-ħlas tal-iskorti tat-trasport tal-piroteknika jkun imħallas mill-Gvern. Il-ħidma ma waqfitx għaliex saru laqgħat ma’ diversi entitajiet fosthom l-MBR u anke mal-Awtoritajiet tas-Saħħa Pubblika biex l-interessi u l-operat tas-soċjetajiet tal-banda jkomplu jitjiebu. Imma nistqarr li l-GĦNKB tħoss li hemm bżonn li jkun hemm aktar diskussjonijiet konkreti mal-awtoritajiet konċernati biex filwaqt li nibqgħu nħarsu saħħet iċ-ċittadini, li tibqa’ l-ogħla prijorità, ningħataw l-opportunitajiet li jiġu organizzati attivitajiet ħalli l-ispirtu komunitarju ma jintilifx. X’sar ukoll mill-Għaqda filkonfront tas-soċjetajiet talbaned anke qabel iż-żmien ta’ pandemija?

23 F’Ottubru li ġej jerġa’ jiġi mniedi kors universitarju blisem ‘Diploma in Wood Wind Studies’ imfassal speċifikament għall-baned tagħna. Dan ukoll sar b’inizjattiva tal-GĦNKB ħalli nkomplu ntejbu d-direzzjoni tal-baned tagħna u nkomplu ngħollu l-livell tagħhom. Nispera li din id-diploma tiġi segwita minn ‘degree course’ f’dan il-qasam. Huwa importanti li dawk li jridu jkomplu jtejbu l-kapaċitajiet mużikali tagħhom jinkitbu f’dan il-kors u mhux iwarrbuh għaliex it-tagħlim huwa dejjem bżonjuż. Flimkien mal-Fondazzjoni Kottonera mmexxija millOnor­evoli Glenn Bedingfield, l-GĦNKB qed torganizza festival tal-baned li nisperaw li jittella’ lejn l-aħħar ta’ din is-sena u konkors għall-kompożituri Maltin b’ġurija internazz­jonali. Dan kollu sar wara assenza twila ta’ kważi 30 sena biex nagħtu spazju akbar lill-baned u lill-kompożituri Maltin. Is-sena 2022, l-GĦNKB tiċċelebra 75 sena mit-twaqqif tagħha u qed ikunu mħejjija attivitajiet sabiex dan l-anniversarju jiġi ċċelebrat kif jixraq. Jien persuna fiduċjuża imma realistika. Jekk l-GĦNKB u l-membri tagħha jingħataw ir-rikonoxximent li jixraq u għajnunjiet b’mod kollettiv allura m’għandix dubju li kif baqgħu jaħdmu anke f’dawn iż-żminijiet hekk diffiċli, allura b’dik l-għajnuna, is-soċjetajiet tal-banda u l-GĦNKB jerġgħu jkunu fuq quddiem biex permezz tal-impenn tagħhom favur il-kultura popolari Maltija jerġgħu jagħtu lill-poplu Malti dak li verament iħobbu, il-festa Maltija.

Inħoss li din għandha tiġi mwieġba mill-membri talGĦNKB. Li huwa żgur li s-soċjetajiet tal-banda saru aktar viżibbli fuq l-aġenda nazzjonali kulturali. Dan għaliex saret aktar ħidma biex jiżdied ir-rik­ onoxximent. Biżżejjed wieħed jgħid li fl-2017, l-GĦNKB u allura l-membri tagħha, mhux biss ingħatat ir-rikonoxximent mill-Parlament Ewropew imma fi stħarriġ pubbliku xjentifiku rriżulta li kważi 70% mill-poplu Malti jorbot il-kultura popolari mas-soċjetajiet tal-banda u l-festi. Dan ir-riżultat ġie kkonfermat minn stħarriġ pubbliku xjentifiku li sar ftit tal-ġimgħat ilu fil-Konferenza Nazzjonali fuq l-Identità Maltija organizzata mill-E.T il-President ta’ Malta. L-GĦNKB żammet kuntatt kontinwu mal-membri tagħha u kompliet taħdem favur tagħhom, minkejja li xi Appell lil min jikser ir-regoli... drabi sabet il-bibien magħluqa. Bħala GĦNKB, il-membri tagħMinn issa ’l quddiem... x’qed na jagħrfu li tmexxija b’mod ikun ippjanat? Kif qed tħarsu serju, dixxiplinat u b’governanlejn il-futur? za trasparenti tgħin biex l-isem tajjeb li għandhom jissaħħaħ. L-GĦNKB għadha kif lestiet Huma kontra dawk li jabbużaw xogħol intensiv fuq proġett u ma jaċċettawx min itebba’ ambizzjuż. Dak li l-festa Ma­ l-isem u l-ħidma li jagħmlu ltija tiġi rikonoxxuta bħala wirt fil-komunitajiet tagħhom. intanġibbli dinji mill-UNESCO. L-appell tal-GĦNKB huwa Dan sar bl-appoġġ tal-Minis- wieħed maqsum fi tnejn; tru Josè Herrera, id-Diretto- lill-membri ngħidulhom biex rat tal-Kultura u l-Konferenza nibqgħu naħdmu kollettivaEpiskopali Maltija. ment għaliex b’hekk biss jistBħalissa qed issir ħidma biex għu jiksbu dak li jixirilqhom. jiġi mniedi kurrikulum komu- L-individwaliżmu qatt ma ni fil-mużika li jiġi mgħallem rrenda frott fit-tul. It-tieni fl-iskejjel tal-mużika fis-soċ- parti tal-appell hu lill-awtorjetajiet tal-banda li b’ħidma u itajiet biex jagħtu rikonoxxib’għajnuna materjali u finanz- ment meħtieġ ħalli s-soċjetajarji mill-Ministeru tal-Edu­ jiet tal-banda jibqgħu jagħtu kazzjoni mmexxi mill-Ministru l-kontribut tant importanti Justyne Caruna nispera li jit- mhux biss mil-lat komunitarju wettaq fl-interess tas-soċjetà biss imma anke dak kulturainġenerali. Dan ikun ifisser li li u patrimonijali ta’ pajjiżna. x-xogħol kbir li jsir mill-iskejjel Flimkien, bħala soċjetà għandtal-mużika jingħata rikonoxxi- na nirrikonoxxu l-importanza ment formali mill-awtoritajiet tal-volontarjat li jibqa’ parti esedukattivi ta’ pajjiżna. senzjali fil-fibra tal-poplu Malti.

SKEDA ONE 12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:15 15:23 15:30 15:35 17:30

ONE News Teftif Telebejgħ Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta Teżori Primetime Preview ONE News Espresso Flimkien ma’ Nancy

18:30 19:17 19:20 19:30 20:07 20:15 20:30 21:00 22:29 23:30

Pjazza TNEJN Tentufiet 26-07 ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Dak kien żmien?! Cash Ride Division 7 ONE News

06:15 ONE News 06:47 Moda l-istorja 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 10:00 Il-kostruzzjoni 10:30 Mad-Daqqa t’Ghajn 11:20 Tentufiet 11:50 Durella

12:10 12:30 12:40 12:45 13:00 13:55 14:47 15:30 15:35 17:37 18:10

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta

18:30 19:14 19:16 19:30 20:07 20:15 21:00 22:00 22:29 23:30 23:45

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Fish on Follow Up Niftakru Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:36 12:14

12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:35 18:07 18:30

ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Ħabrikt Pjazza

19:13 Tentufiet ERBGĦA 19:20 ONE Sports 28-07 & Temp 19:30 ONE News 20:08 Primetime Preview 20:18 Pajjiżi 20:30 Melodija Taljana 21:00 Tonight 22:23 Division 7 23:40 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Tul il-Kosta Maltija 07:15 ONE News 07:30 Durella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:31 Pjazza 09:16 Telebejgħ 10:08 The Local Traveller 10:45 Pink Panther 11:30 Ħabrikt

12:07 12:30 12:35 12:48 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00

Ulied Maltin ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Moda L-Istorja

18:30 19:15 19:20 19:30 20:10 20:20 20:30 22:17 22:00 23:30 23:45

Pjazza Tentufiet ONE Sports & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Pirotekniċi Tentufiet Division 7 ONE News Division 7 - ikompli

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30 12:10

12:30 12:35 12:45 13:00 14:00 15:00 15:30 15:35 17:30 18:00 18:30

ONE News Teftif Teżori Fredu l-Fra Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Espresso Telebejgħ Il-Kostruzzjoni Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:15 20:30 21:00 22:00 22:30 23:30

ĠIMGĦA Tentufiet ONE Sports 30-07 & Temp ONE News Primetime Preview Pajjiżi Country Jamboree Mad-Daqqa t’Għajn Tentufiet Division 7 ONE News

06:15 ONE News 06:45 Melodija Taljana 07:15 ONE News 07:30 Durella 07:55 Teftufiet 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Ħabrikt

10:00 10:30 11:30 12:30 12:35 12:45 14:00 15:00

Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Mad-Daqqa t’Ghajn ONE News Teftif Klassi Għalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta

15:30 15:35 16:45 17:00 19:20 19:30 20:15 21:00

ONE News Tonight Fish on Pirotekniċi ONE Sport & Temp ONE News Music Legends Hazzzard

06:15 06:45 07:15 07:30 07:39 08:00 08:40 10:00 10:45

11:55 12:30 12:35 12:45 14:00 15:00 15:30 15:35 16:20

Reboot ONE News Teftif Klassi Ghalina Telebejgħ Ieqaf 20 Minuta ONE News Ondroad Arani Issa

19:15 19:30 20:15 20:35 21:20 23:30

One Sport & Temp ONE News Nifatkru Attivita’ Politika Cash Ride ONE News

06:15 06:45 07:15 07:30 08:00 08:30 09:15 10:00 10:30 11:30 11:50

ONE News Il-Kostruzzjoni ONE News Durrella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Country Jamboree Better Living Tul il-Kosta Maltija Ulied Maltin

TLIETA 27-07

ONE News Country Jamboree ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Dak Kien Żmien?! Flimkien ma’ Nancy Moda L-Istorja Ulied Maltin

ĦAMIS 29-07

ONE News Niftakru ONE News Durella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Melodija Taljana Indhouse Taste & Travel Ulied Maltin

SIBT 31-07

ONE News Dak kien Żmien ONE News Duurella Ħabrikt Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Attivita’ Politika Indhouse

ĦADD 01-08


24

25.07.2021

reċensjoni tal-ktieb

EASEFUL DEATH Dan huwa rumanz qasir jew rakkont twil li jtul ftit iktar minn 70 paġna. Għandu Daħla mit-traduttur stess, patri Mark Montebello. Huwa rakkont li ismu jfakkar f’bosta affarijiet, fosthom versi mill-poeżija Ode to a Nightingale ta’ John Keats: “Darkling I listen; and, for many a time/ I have been half in love with easeful Death…” Dan tal-kittieba minn Katalonja, Spanja, imma li tgħix f’Għawdex, Marta Obiols Fornell, huwa xogħol li għandu mill-filosofiku, mill-ispiritwali, mill-erotiku, mir-reliġjonijiet Orjentali, min-niħiliżmu, u l-bqija. Amanda hija l-personaġġ ċentrali u n-narratur, tfajla ta’ 20 sena li għadha kemm tiggradwa fil-Filosofija u ssir tħobb lill-għalliem tagħha Martin, 40 sena ikbar minnha. Hemm ukoll is-saċerdot Michael li jisma’ u jieħu ħsieb lil Amanda f’waqtiet ta’ turment eżistenzjali, inċertezza u solitudni, karattru li fl-aħħar jixxokkja billi fuq is-sodda tal-mewt jirrifjuta valuri bħall-kastità, il-faqar u l-ubbidjenza. Dan hu rakkont profond li jittratta ħwejjeġ differenti: id-differenza bejn il-ħajja (meta tgħixha kif irid ħaddieħor u skont regoli prestabbiliti) u l-Ħajja (meta tgħixha kif tixtieq int), mela d-differenza bejn li tgħix imjassar bil-ktajjen u li tgħix ħieles minn kull irbit li jxejjen il-‘jien’; ix-xewqa għallmewt, bl-imħabba bħala l-unika forza kontra din ix-xewqa; il-ħajja bħala suwiċidju mħabbar sa mit-twelid; l-uġigħ tas-solitudni u l-bżonn ta’ xi ħadd li jisimgħek u jserrħek minnu; il-bżonn li

wieħed jikber minn ġewwa u ma jiddependi fuq ħadd; it-taqbida bejn użanzi u tradizzjonijiet li ilhom ikaxkru għal sekli sħaħ, u mġiba, ħsibijiet u aġir li jkisser l-iskemi riġidi tal-ġenerazzjonijiet l-antiki; il-ġlieda bejn il-kuxjenza li tumilja l-‘jien’ u l-passjonijiet li jsaħħu u jimlew lil dak li jkun bil-ħajja; in-nar li jdawwal u li jemana minn Alla u n-nar tal-passjoni karnali; u l-firda bejn li tgħix il-ħajja kif jixtieq Alla u tgħixha kif tiddetta l-Knisja bħala istituzzjoni. Easeful Death jista’ jinqara bħala djarju intimu jew għajta silenzjuża ta’ ruħ żagħżugħa li qed tfittex it-tifsiriet u r-raġunijiet għal ħwejjeġ differenti. Dan huwa xogħol li jista’ jinqara fi ftit sigħat u f’nifs wieħed, daqslikieku nqbadt f’kurrent li jaħkmek, jinkwetak u jagħtik pjaċir fl-istess waqt. Xogħol bħal dan ifakkar fil-Being and Nothingness ta’ Sartre jew f’The Unbearable Lightness of Being ta’ Milan Kundera. Kulma hu huwa ġabra ta’ 70 paġna, imma huma ftit paġni li jġorru piż kbir u li jisfidaw lill-qarrej iħares ’l isfel – jew ġewwa fih stess – u bħal jirriskja jixxabbat biex jara b’għajnejh abbiss bla qiegħ li donnu huwa d-destin ta’ kull bniedem li jwarrab it-twemmin. Hu rakkont dwar il-mewt tal-imħabba; dwar il-mewt tal-ħajja nnifisha; dwar l-imħabba li tirrendi l-mewt esperjenza inqas iebsa; dwar l-għarfien li l-bniedem – u mhux kull bniedem – jikseb qabel ma jintefa’ b’ruħu u b’ġismu għal isfel f’dan l-abbiss… Hu rakkont qasir li jħalli warajh eku li jibqa’ jidwi għat-tul f’ruħ min jaqrah.

Mistoqsija: Kif jista’ jinqara dan il-ktieb? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb EASEFUL DEATH. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 1 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IS-SEBA’ TRONĠIET MEWWIJA hija:

M. VELLA - ŻABBAR

04 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm ħawwel siġar il-Gvern fl-2020?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

25.07.2021

IL-‘CROSS COUNTRY KILLER’ Il-ħajja kriminali ta’ Tommy Lynn Sells iT-TIENI PARTI

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

Diversi persuni spiċċaw maqtula sakemm Sells kien għadu jħuf minn post għal ieħor ifittex il-vittmi tiegħu. Minkejja li Sells ammetta li qatel ħafna nies, hu nstab ħati ta’ żewġ omiċidji. Apparti dawn iż-żewġ każi li huma kkonfermati, Sells allegatament qatel lill dawn il-vittmi wkoll:

F’MEJJU TAL-1987 jinstab il-ġisem bla ħajja ta’ Suzanne Korcz fi New York

F’DIĊEMBRU TAL-1999 tisfa stuprata u maqtula Kaylene Jo ‘Katy’ Harris, tfajla ta’ 13-il sena. Sells tressaq il-qorti u nstab ħati ta’ dan l-omiċidju

Kien hemm każ f’Novembru tal-2015 fejn Melissa DeBoer ikkuntattjat lill-pulizija wara li rat episodju televiżiv fuq Sells u qalet li hu kien li qatel lil ommha. Fl-1982, omm DeBoer, JoAnne Tate, inqatlet fid-dar tagħha f’St Louis u DeBoer, li kellha biss seba’ snin, kienet ġiet stuprata fl-attakk. DeBoer kienet identifikat lil Rodney Lincoln bħala l-qattiel. Bissaħħa tal-episodju televiżiv, DeBoer irrealizzat li ma kienx Lincoln li qatel lil ommha u fl2018 inħeles mill-ħabs. L-aħħar omiċidju ta’ Sells Fil-31 ta’ Diċembru tal-1999, Sells qatel lil Kaylene Jo ‘Katy’ Harris, li kellha 13-il sena, waqt li kienet rieqda fid-dar tagħha. Qabel qatilha b’diversi daqqiet b’oġġett bil-ponta, Sells abbuża minnha sesswalment. Magħha kien hemm Krystal Surles ta’ 10 snin, li spiċċat b’għo­ nqha mħanxar minn Sells. Minkejja l-attakk, Surles ma mititx u marret tiġri għall-għajnuna għand il-ġirien. Sells ġie arrestat wara li Surles tat deskrizzjoni tad-dehra tiegħu lill-pulizija. Sells instab ħati għall-qtil ta’ Kaylene Jo ‘Katy’ Harris u weħel il-piena kapitali. Sells ittieħed f’Allan B. Polunsky Unit qrib Livingston f’Texas sakemm fit-8 ta’ Novembru

F’NOVEMBRU TAL-1987 jinqatlu erba’ membri mill-familja Dardeen f’Illinois

F’MEJJU TAL-1999 tisfa stuprata u maqtula Haley McHone f’Lexington f’Kentucky

F’SETTEMBRU TAL-1988 jinstab il-ġisem bla ħajja ta’ Melissa Tremblay f’Lawrence f’Massachusetts

FL-1988 iseħħ il-qtil ta’ kollega tiegħu f’Texas

F’APRIL TAL-1999 iseħħ il-qtil ta’ Mary Beatrice Perez, tifla ta’ disa’ snin, f’San Antonio f’Texas. Wara l-arrest tiegħu, Sells instab ħati ta’ dan l-omiċidju

tal-2000 intbagħat fit-Texas ena kapitali jitilqu mill-istat. Department of Criminal JusSells ammetta wkoll li hu tice. ħataf u qatel lil Mary Beatrice Perez, tifla ta’ 10 snin. Perez Sells jgħid li qatel iktar nies kienet ma’ familtha qiegħda tiċċelebra waqt festa. Għal dan L-avukat tal-istat ta’ Jefferson l-omiċidju, Sells weħel għomor County f’Illinois ma riedx jak- il-ħabs fl-2003 iżda hu diġà kuża lil Sells bil-qtil tal-mem- kien qiegħed jistenna li jingħabri tal-familja Dardeen għax ta l-piena kapitali. qal li ma bediex jaqbel mal-fatFl-2004, Sells ammetta li fitti. Hu qal li Sells kien qed jagħti 13 ta’ Ottubru tal-1997 hu daħal biss informazzjoni li xxandret f’dar, ħa sikkina mill-kċina u fil-midja u ma kienx qed jaqbel ta daqqiet biha lit-tifel li kien ma’ ċerti affarijiet li ma ntqa- joqgħod hemm filwaqt li ssilux lill-pubbliku. elet ma’ omm il-vittma. Id-detSells biddel il-verżjoni tliet talji li ta Sells kienu jaqblu darbiet biex jipprova jikkon- mal-istqarrija tal-omm, Julie vinċihom li hu qatilhom. L-in- Rea Harper, li kienet instabet vestigaturi riedu jieħdu lil ħatja għall-qtil ta’ binha Joel, Sells fin-Nofsinhar ta’ Illinois li kien għad kellu 10 snin, u li biex jaraw kienx qiegħed jgħid għall-ewwel weħlet il-piena il-verità iżda l-istat ta’ Texas kapitali u mbagħad dis-senirrifjuta t-talba għax kien ipp­ tenza nbidlet għal waħda ta’ 65 rojbit li ħabsin li ngħataw il-pi- sena ħabs. Sentejn wara mill-

Minkejja l-attakk, Surles ma mititx u marret tiġri għall-għajnuna għand il-ġirien. Sells ġie arrestat wara li Surles tat deskrizzjoni tad-dehra tiegħu lill-pulizija

F’OTTUBRU TAL-1997 jinqatel Joel Kirkpatrick, tifel ta’ 10 snin, f’Lawrenceville f’Ilinois

F’NOVEMBRU TAL-1997 tinqatel Stephanie Mahaney qrib Springfield f’Missouri

ist­qarrija ta’ Sells, Harper in- ta’ April tal-istess sena bħala għatat il-ħelsien. d-data tal-eżekuzzjoni ta’ Sells. Sells ingħata l-injezzjoni letaIl-piena tal-mewt li fit-Texas State Penitentiary f’Huntsville. Waqt l-eżekuzzFit-3 ta’ Jannar tal-2014, joni kien hemm Krystal Surles, imħallef ta’ Del Rio ffissa t-3 il-qraba ta’ Harris u ta’ Perez.


26

25.07.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

25.07.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 391

D. PANTALLERESCO - MARSAXLOKK

Bi 3 NUMRI 793 039 811 129 818 201 858 386 902 426 444 B’4 NUMRI 481 0329 608 0371 652 0981 672 1088 694 1823 747 1930

2377 2453 2609 3269 3659 3686 4187 4981 4987 5169 5628 5694 5737

5820 5925 6020 6288 6858 6881 7492 7641 8231 8407 8486 8515 8917

9006 9201 9727 9849 B’5 NUMRI 00960 00979 04380 10050 13209 17902 18019

23217 25951 51258 64316 64993 71189 76301 81905 86330 89312 93096 93587

B’6 NUMRI 062851 065290 097882 230428 385585 543892 595608 744042 893482 938825 967782 972210

MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: 9. F’Marzu, il-fart 10. ........ il-bard minn 12. qarnu (5) 16. 4. Plural ta’ ġilda (4) 7,21M. Minfuħ bih 18,

innifsu? (5) Nimxu fuqha (3) Nofs tond (6) Insorr (6) Inħobb bit-Taljan (3) Tingħad flok

19. 20. 21. 23. 24.

hello (2) Ara 3 Ma rnexxiex (5) Ara 7 Ara 2 Hekk nagħmlu jekk infittxu (5)

WEQFIN: 1. Iħott (6) 2,23. Xi ħaġa fin-nofs? (7) 3,19. Ħarab (6) 5,12W. Isem (5)

Doris Muscat Azzopardi (1 1 1) Bħal Pelé (9) Ciao (5) Ara 5 Ara 11

14. 15. 17,22. 21. 22.

Inkabbar (6) Żvujtah (6) Għasfur (6) Ma ħalliex qiegħed? (3) Ara 17

6. 8. 11,13. 12. 13.

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Ħanek, 4.Sbul, 7,9.Abdul, 10.Narċis, 12.Fallut, 18.IE, 20.Marda, 21.Pan, 23. Tajn, 24.Anita

WEQFIN: 1.Ħaddan, 2,19.Nilbes, 3,16.Kannol, 5.Biċ, 6,11.Lesta, 9.Ballerina, 12,17. Flora, 13.Lia, 14.Tbatti, 15.Psaila, 21.Pet, 22.Nej


28

25.07.2021

MIN IĊAFLAS, MIN ITERRAQ Editorjal

Żgur li l-inklużjoni fil-Partit ta’ “strateġista”, li jaħsibha (jew kien sa ftit ilu) kontra nuqqasijiet ċiviċi u legali, mhijiex biżżejjed biex tirranġa s-sitwazzjoni jew treġġa’ lura l-kredibbiltà mitlufa

Il-laqgħat tal-akbar organi tażżewġ partiti ewlenin fi spazju ta’ ftit jiem reġgħet kienet okkażjoni tajba biex kull ċittadin janalizza u jixtarr fl-interess tiegħu u talgħeżież tiegħu dwar dak kollu li ngħad (u li ma ngħadx). Dan bil-għan li jkun iżjed għaref biex jagħżel x’pajjiż jixtieq jara fiżżmien li ġej u liema tmexxija hi idonea li teħodna lil hemm. Mill-kliem waħdu taż-żewġ mex­xejja wkoll toħroġ differenza enormi: mhux biss il-messaġġ ta’ ottimiżmu minn Robert Abela kontra n-negattività mlissna minn Bernard Grech, iżda anke l-ħsibijiet imċajprin mid-dlami­ jiet ta’ dan tal-aħħar għall-viżjoni illuminanti tal-Prim Ministru li jara biex sal-inqas ċittadin igawdi minn għajxien tal-ogħla kwa­ lità. Il-Konferenza Ġenerali millPar­tit Laburista nhar il-Ġimgħa, mogħnija mill-pjan ta’ “100 Idea” mniedi fl-aħħar ġranet, kienet mera ta’ miri ambizzjużi li l-Partit fil-Gvern għadu joħlom biex iwettaq. Fuq il-bażi tas-suċċessi tal-aħħar tmien snin, ukoll qed jagħraf l-affarijiet li setgħu saru

aħjar, u ma jiddejjaqx li jibqa’ joffri verżjoni aħjar tiegħu nnifsu. Min-naħa l-oħra, il-Kungress Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista ma off­ra xejn aħjar mir-retorika tas-soltu u wegħdi ta’ suppost tiġdid li – kif issa drajna – jibqa’ ma jasal qatt. Agħar minn hekk, bl-arroganza tipika tal-establishment, jipprovaw ipinġu l-isbaħ stampa tagħhom infushom li m’għandha xejn mill-verità, kif jaf Ċikku l-Poplu. U għax qatt ma jitgħallmu mill-qawl li min jgħix f’dar talħġieġ ma jistax jippretendi li joq­ għod jitfa’ l-ġebel, din il-ġimgħa wkoll kellhom l-ardir li jiddikjaraw li huma s-soluzzjoni biex joħorġu lill-pajjiż mil-lista l-griża tal-Financial Action Task Force (FATF). Iżda lkoll nafu li b’Kap, li għal 12-il sena sħaħ ħarab mittaxxi dovuti u ma rregolax ruħu qabel iddeċieda li jikkontesta għall-pożizzjoni li jokkupa llum, flimkien ma’ “paladini tal-gover­ nanza t-tajba”, li wkoll iġorru dubji serji fuqhom, u Partit sħiħ, li aġixxa ta’ Mafjuż fl-imgħoddi, żgur ma jaspirawx bħala l-kandidati ideali għal dan.

B’nies bħal Jason Azzopardi, Karol Aquilina u Beppe Fenech Adami, li għal ġieħna huma l-Kel­ liema Ewlienin tal-Oppożizzjoni mill-kompetittività, għas-sigur­tà nazzjonali u l-ġustizzja, l-aħjar li jafu hu kif jevitaw it-taxxa, jisfidaw il-forzi tal-ordni jew jonfħu l-kont bankarju b’xi miljun ewro li ħadd ma jaf minn fejn ġie. Ovvjament ħadd ma nesa l-JS List, li biha l-PN sfrutta lista twila ta’ negozjanti u heddidhom li ma jieħdu l-ebda kuntratt ieħor talGvern jekk ma jgħaddulux parti mill-flus imħallsin mit-taxxi tal-poplu. Hemm ukoll is-sistema attiva taċ-ċedoli, li ddur malLiġi tal-Finanzjament tal-Partiti u tqanqal dubji serji dwar evażjoni ta’ taxxa u ħasil ta’ flus illeċiti. Dawn żgur mhux kredenzjali ta’ politika nadifa. Li aħna konvinti minnu hu li bl-inklużjoni ta’ “strateġista”, li jaħ­sibha (jew forsi kien) kontra nuqqasi­jiet ċiviċi u legali, mhux biżżejjed biex tirranġa s-sitwaz­ zjoni jew treġġa’ lura l-kredibbil­ tà mitlufa. Daqskemm dan jista’ jir­ranġa żelqiet ripetuti b’riżultat tal-arroganza endemi­ka, li

m’għand­hom xejn min-norma­ lità u huma wkoll għalkollox bil-maqlub ta’ dak li tirrifletti l-verità. Tipikament bħal meta Bernard Grech iddikjara li “l-Partit Laburista qed imexxi Gvern ta’ minoranza”. Chris Peregin, li għadu kemm ingħata salarju abbundanti biex jieħu ħsieb l-istrateġija tal-PN, żgur għandu ego kbir biżżejjed bħal min ingaġġah biex jittama li wasal iż-żmien li l-Partit filGvern inaqqas is-saħħa elettorali tiegħu, meta kulħadd fis-soċjetà għadu jduq il-ġid kbir mit-tmex­ xija tiegħu. M’għandniex dubju li issa se jibda joħlom ukoll, bħal Grech, li kull stħarriġ tal-opinjoni pubblika li joħroġ ikun żbaljat. Fil-verità kull ġurnata moħlija mill-Oppożizzjoni biex timpen­ ja ruħha bis-serjetà ħalli tibda tibni kredibbiltà ġdida u anke titkellem b’lingwaġġ li jagħmel sens għal kulħadd, tfisser biss li trid tibqa’ staġnata fejn hi. Għal­ xejn tippretendi li kulħadd jieqaf magħha. Għall-pajjiż u l-poplu dan hu ħela ta’ ħin. Għalihom, il-vjaġġ lejn prosperità ġdida jissokta.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.