Il-Ħadd, 25 ta’ Ottubru 2020
Ħarġa Nru 1,424
Prezz €1
Fil-lejl li għadda qlibna għall-ħin tax-xitwa … għaldaqstant tinsiex li trid tmexxi l-arloġġ siegħa lura!
€90M FIR-ROTTA TAN-NOFSINHAR Rapport f’paġni 8 u 9
€4,000 ŻIEDA LIL FAMILJA TIPIKA F’ĦAMES BAĠITS ANALIŻI TA’ ERBA’ KAŻI TIPIĊI TURI KIF MILL-BIDU TA’ DIN IL-LEĠIŻLATURA D-DĦUL GLOBALI GĦAL ĦAFNA FAMILJI LOKALI SE JKUN ŻDIED DRASTIKAMENT B’MIŻURI RIKORRENTI SAL-2021 Il-Baġit għall-2021, li se jkun qed jagħmel l-akbar nefqa li qatt ra pajjiżna fuq is-servizzi soċjali, fost oħrajn, se jkompli jinċentiva lil dawk fl-inqas faxex tas-soċjetà b’miżuri u inċentivi li jissarrfu f’żieda ta’ eluf ta’ ewro għalihom f’din il-leġiżlatura waħedha. Eżerċizzju minn din il-gazzetta, li janalizza erba’ każi tipiċi ta’ familji differenti, imma li għandhom ċerti restrizzjonijiet jew limitazzjonijiet, juri kif il-miżuri mħabbra nhar it-Tnejn li għadda mill-Ministru Edward Scicluna jimxu fl-istess triq ta’ prosperità tal-aħħar snin, anke minkejja l-għafsa tal-pandemija tal-COVID-19. B’dawn l-eżempji prattiċi joħroġ mhux biss kif se jintlaqtu familji simili s-sena li ġejja, iżda wkoll kif kienu inċentivati sa mill-bidu ta’ din il-leġiżlatura, jiġifieri total ta’ erba’ baġits li diġà ġew attwati u l-aħħar wieħed li jitwettaq matul is-sena d-dieħla.
Minnhom skoprejna kif benefiċċji, li huma rikorrenti minn sena għal oħra, għollew id-dħul globali ta’ familja b’żewġt itfal b’iżjed minn €4,000 f’ħames snin u b’mhux inqas minn €3,000 fil-każ ta’ koppja anzjana b’pensjoni minima. Dawn ilaħħqu għal żieda medja ta’ madwar €800 u €600 kull sena rispettivament. Dan jirriżulta anke jekk konna pjuttost konservattivi fl-istess analiżi u ċ-ċifri faċilment setgħu jkunu ferm ogħla. Pereżempju, anke jekk indikajniehom, evitajna li ninkludu żidiet indiretti bħall-eluf li qed jiġu ffrankati minn childcare b’xejn fil-każ ta’ familji bi tfal żgħar u/jew is-sussidju, li hu wkoll abbundanti, fejn tidħol kirja ta’ residenza mill-privat u li jolqot lil ħafna oħrajn.
Tkompli f’paġni 3-7
02
25.10.2020
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 23°C L-Inqas Temperatura: 19°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja testendi minn fuq l-Istrett ta’ Ġibiltà sal-Libja It-Temp: Imsaħħab li jsir xemxi Ir-Riħ: Ftit qawwi mill-Majjistral li jsir moderat għal ftit qawwi Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 24°C
email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570
KUNTATT ĠENERALI
23°C UV 4
17°C
Il-Ħamis
21°C UV 3
13°C
20°C UV 3
Il-Ġimgħa
16°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI
21°C UV 4
KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1 182
15°C
21°C UV 2
16°C
21°C UV 4
15°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Royal Pharmacy, 271, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21252396 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Collis Williams St. Venera Pharmacy, 532, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera – 21238625 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier k/m Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 St. Julian’s Pharmacy, 24, Triq G. Borg Olivier, San Ġiljan – 21369426 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 Il-Mehrież Pharmacy, 31, Triq Giovanni Curmi, L-Iklin – 21435567 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Hompesch Pharmacy, 207/2011, Triq Hompesch, Il-Fgura – 21807503 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Safi Pharmacy, St. John Street c/w Bieb il-Ġarra Street, Ħal Safi – 21649552 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274 Għawdex Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat – 21556170 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
25.10.2020
ĠID LI JKOMPLI JITKATTAR Tkompli minn paġna 1 Waqt li pajjiżi oħrajn qed jirrikorru għal miżuri kbar ta’ awsterità, il-benefiċċji kbar fil-Baġit għall-2021, li ntlaqgħu b’mod pożittiv mill-imsieħba soċjali kollha u bir-raġun, jistgħu jitwettqu, għax illum għandna pajjiż b’saħħtu u b’ekonomija reżiljenti. Wara seba’ snin ta’ ġid ma kienx hemm dubju li l-Gvern Laburista kien se jaħseb ukoll fil-familji f’dan iż-żmien ta’ sfida. Bħala l-akbar Baġit li qatt ġie ppreżentat f’pajjiżna, mingħajr ma tnaqqsu mill-benefiċċji passati, anzi żdiedu ħafna oħrajn, kulħadd jista’ jifhem li l-amministrazzjoni Laburista tal-Prim Ministru Robert Abela tassew temmen fil-potenzjal tal-Maltin u l-Għawdxin kollha u kapaċi tieħu l-aħjar deċiżjonijiet biex jissaħħu n-negozji, jiġu salvati l-impjiegi, waqt li l-kwalità tal-ħajja tal-pensjonanti u l-familji tibqa’ titjieb. Dan il-Baġit jaħseb biex ikompli jagħti għajnuna xi-
erqa lil kull faxxa tas-soċjetà. Nibdew bil-pensjonanti, li kien dan il-Gvern li reġa’ tahom spinta b’diversi għajnuniet u wkoll żieda fil-pensjoni. Dan hu Baġit li jkompli b’din il-kontinwità u jara li jkompli jgħin lill-anzjani tagħna. Għajnuna li se tmur dirett fil-bwiet tagħhom biex ikunu jistgħu jgħixu aħjar. Ma ninsewx li l-anzjani, permezz ta’ ħidma ta’ dan il-Gvern, qed jibbenefikaw minn għadd ta’ miżuri li ttieħdu matul din il-leġiżlatura, fosthom aktar mediċini b’xejn u aktar mediċini disponibbli, waqt li sa ftit tas-snin ilu kienu obbligati jixtruhom minn buthom u mill-ispiżeriji meta jkunu out of stock mill-Gvern, ħafna drabi anke jiċċaħħdu minn affarijiet oħrajn essenzjali biex jagħmlu dan. Apparti dan, ma ninsewx l-inċentivi li ngħataw matul dawn l-aħħar snin u li b’mod indirett ukoll qed jibbenefikaw minnhom il-pensjonanti, bħall-inċentivi lil dawk li jagħżlu li jibqgħu jgħixu f’dar-
hom u jkunu jeħtieġu carer li jieħu ħsiebhom. Din hi parti żgħira mill-kontinwità li l-anzjani gawdew flaħħar snin, għax jekk tieħu l-għajnuna kollha, jekk tanalizza t-titjib fid-dħul tagħhom, issib li altru milli twarrbu jew intesew mill-Gvern. Anzi kienu prijorità kbira u mistħoqqa wara snin kbar ta’ ħidma. Ma ninsewx li fl-2013 kellu jkun ukoll Gvern Laburista li ħareġ lill-anzjani minn nixfa ta’ kwart ta’ seklu li fiha mhux biss kienu minsijin, iżda wkoll fost l-aktar imjassrin. Għaldaqstant, illum iħossu din il-qabża kbira fil-kwalità tal-għajxien tagħhom. Minbarra hekk, dan hu Baġit li se jkompli jgħin lill-familji. L-analiżi tagħna f’dan ir-rigward tħares lejn il-fatturi kollha li ddaħħlu u li qegħdin hemm biex jagħmlu l-ħajja tal-familji tagħna ħafna aħjar, kemm bil-miżuri diretti, kif ukoll indiretti li jkomplu jħallu aktar flus filbut tal-familji. Minn dawn hemm lista
sħiħa ta’ miżuri li mhux kollha kkwotajna – l-in-work benefit, l-għajnuna supplimentari, żieda fil-paga, sussidji fuq ilkera, rifużjoni tat-taxxa, żidiet fiċ-children’s allowance, l-eliminazzjoni tal-miżati fuq l-eżamijiet tal-MATSEC, tal-linja card b’xejn, trasport tal-iskejjel u pubbliku b’xejn, bonus addizzjonali, childcare b’xejn, mediċini b’xejn, bidla fit-tax credit għal spejjeż relatati ma’ skejjel privati, lezzjonijiet b’xejn għall-istudenti li kellhom jagħmlu r-resits tal-eżamijiet u internet b’xejn għall-istudenti li jkomplu jistudjaw wara s-Sekondarja. Il-lista tissokta. Għax ikun inutli li tikber l-ekonomija, ngħidu kemm sejrin tajbin, imma mbagħad il-kwalità tal-ħajja li ngħixu tibqa’ ma tavvanzax. Il-Maltin jemmnu li pajjiżna miexi fid-direzzjoni t-tajba u li l-qagħda tagħhom u tal-familji tagħhom miexja għall-aħjar minn sena għall-oħra. Qed jgħixu ħajja aħjar u iktar stabbli, b’kundizzjonijiet ta’ xogħol
aħjar u pensjoni li tissaħħaħ minn sena għall-oħra. Partikolarment hu dan il-Gvern li jista’ jindirizza u joffri serħan il-moħħ lill-familji, lill-ħaddiema u lin-negozji f’dan il-mument delikat. Biex pajjiżna jkompli miexi fid-direzzjoni t-tajba, il-Baġit għall-2021 se jkun qed jindirizza tliet prinċipji ewlenin biex inkomplu nsaħħu pajjiżna u nimxu ’l quddiem – ir-ruħ soċjali li kkaratterizzat lill-Gvernijiet Laburisti fl-aħħar seba’ snin; it-tisħiħ tax-xogħol u favur klima ta’ investimenti ġodda; u li l-ekonomija tibqa’ tikber, iżda bl-aktar mod sostenibbli possibbli. Fi klima internazzjonali ta’ inċertezza mill-pandemija, dan il-Gvern qed jippreżenta baġit li jgħin lil min qed jaqa’ lura minħabba l-pandemija, iwieżen lil dawk li l-iktar għandhom bżonn waqt li jipproteġi s-saħħa u l-għajxien ta’ kulħadd.
Tkompli f ’paġni 4 u 5
04
25.10.2020
DIFFERENZA MINN KIF AĠIXXA Tkompli minn paġna 3 Tama għall-futur u viżjoni ta’ ekonomija iktar sostenibbli, għalhekk jista’ jingħad li bħala Maltin nimxu ’l quddiem b’saħħitna. Bir-raġun, fil-preżentazzjoni tal-Baġit 2021, ġie mfakkar kif kien irreaġixxa Gvern Nazzjonalista fi kriżi oħra, dik finanzjarja tal-2009, meta dan ta biss vouchers ta’ ħames bozoz energy-saving, waqt li l-wegħda tat-tnaqqis fit-Taxxa tad-Dħul baqgħet qatt ma twettqet (jekk mhux wara l-bidla filGvern fl-2013), il-pensjonanti kellhom jikkuntentaw biss biż-żieda tal-għoli tal-ħajja, waqt li żdiedu l-kontijiet taddawl u l-ilma, il-prezz tal-fuel u taċ-ċilindri tal-gass, fost oħrajn. Fir-reazzjoni tiegħu f’konferenza stampa nhar it-Tnejn stess, il-Prim Ministru Robert Abela sostna li din l-amministrazzjoni rnexxielha tagħmel dak li qabel l-ebda amministrazzjoni ma rnexxielha tagħmel u meta ffaċċjata minn kriżi ekonomika bla preċedent u minflok għamlet bħalma kienu għamlu amministrazzjonijiet qabilha, li qagħdu lura u ħadu miżuri ta’ awsterità, dan il-Gvern ippreżenta l-aqwa baġit fl-istorja ta’ pajjiżna. Il-Prim Ministru qal li dan il-Baġit qed jagħmel l-ikbar nefqa fuq is-saħħa, isservizzi soċjali u fuq l-investiment pubbliku. “Mhux biss ma morniex lura minn kelmtna, talli dak li konna wegħedna, saħansitra tajna aktar minnu”, qal il-Prim Ministru waqt li nnota kif il-Gvern Nazzjonalista, meta ffaċċjat bi kriżi internazzjonali ferm iżgħar minn dik li qed jaffronta l-Gvern b’suċċess, kien mar lura mill-wegħda li jnaqqas ittaxxa tad-dħul. “Aħna mhux talli tajna t-tax refunds li konna wegħedna, talli żidniehom b’aktar minn terz ta’ dak li konna wegħedna,” qal Dr Abela. Irrimarka wkoll li dan ilGvern, quddiem il-pandemija, ta lill-pensjonanti żieda tliet darbiet tal-għoli tal-ħajja mwiegħda minn Gvern Nazzjonalista. Sostna li l-poplu jaf fejn qiegħed ma’ dan il-Gvern. Qal li b’onestà kbira u b’responsabbiltà, qed iwettaq dak li wiegħed. Sostna li dak kollu mħabbar fil-Baġit jista’ jsir għax għandna pajjiż b’saħħtu, b’ekonomija reżiljenti li fleqqel ta’ pandemija ilha erba’ xhur toħloq l-impjiegi, tant li
Baġit għall-2017: Grazzi għall-bidliet fittaxxa fil-leġiżlatura li għaddiet din il-koppja qed tħallas mijiet ta’ ewro anqas f’income tax
john u lucy
Baġit għall-2018: Ħadu tax refund bejniethom ta’ €104. Wieħed minn uliedhom ingħata tal-linja card b’xejn.
Koppja middle class, b’żewġt itfal, wieħed fi skola privata u l-ieħor s-sixth form.
Baġit għall-2019: Reġa ngħata tax refund. Grazzi għall-estensjoni tal-iskema tat-trasport b’xejn jiffrankaw mas-
l-qgħad naqas b’aktar minn elf ruħ. Sa minn qabel it-twettiq tal-ewwel miżuri tal-Baġit 2021, ħafna draw jagħmlu l-mistoqsija: “Int, il-familja tiegħek jew in-negozju tiegħek iħossu differenza llum minn seba’ snin ilu?”. Bil-provi r-risposta hi: “Iva, illum bil-wisq aħjar”. Familji • Kumpens għall-għoli talħajja – €1.75 kull ġimgħa għal kulħadd (total ta’ €91 fis-sena) inkluż impjegati, dawk fuq benefiċċji soċjali, pensjonanti kif ukoll studenti biż-żieda tal-istipendju pro rata. • Jum ieħor ta’ leave għall-ħaddiema kollha biex jagħmel tajjeb għall-btajjel pubbliċi li kienu ttieħdu minn amministrazzjoni preċedenti meta jaqgħu fi tmiem il-ġimgħa.
sena.
€700 fi spejjeż. Bil-bidla fit-tax credit għal spejjeż relatatima’ skejjel privati jieħdu €105 aktar. Għax ifaddlu fi skema ta’ pensjoni privata jirċievu tax refund ta’ €500. Baġit għall-2020: Ser jieħdu mill-ġdid tax refund u għal sena bonus addizzjonali. Minħabba li John jaħdem overtime, it-taxxa tiegħu ser tonqos b’€50. Baġit għall-2021: Ser jieħdu tax refund ta’ €150 bejniethom. Billi
B’kollox f’ħames Baġits: Mingħajr ma tikkunsidra l-COLA, din il-familja ser tkun rat titjib fid-dħul tagħhom ta’ €3,467. Bil-COLA ż-żieda titla’ għal €4,043. Dan ifisser żieda fid-dħul ta’ 13%.
jibbenefikaw madwar 5,000 pji f’unjoni ċivili jew f’koabifis-sena. tazzjoni.
• Titjib fiċ-children’s allowance – €70 għal kull wild Pensjonanti għal familji sa dħul medju u €50 għal kull wild għall-bqija • Żieda fil-pensjoni ta’ €5 filtal-familji. ġimgħa (inkluż il-COLA) – 93,000 anzjan se jibbenefikaw • Titjib fl-in-work benefit – minn żieda ta’ €260 fis-sena. reġgħu ġew estiżi t-thresholds biex iktar familji jkunu • Ħelsien ta’ aktar taxxa eliġibbli għal dan il-benefiċċ- għall-pensjonanti – iffrankaju. ti sa €279 meta mqabbel ma’ sena ilu u sa €744 meta mqab• Żieda fil-foster carer allow- bel ma’ qabel l-2013. ance – €520 għal kull wild. • Titjib fl-għajnuna suppli• L-għotja għall-addozzjoni mentari – bejn €70 u €108 tingħata wkoll għall-addozz- fis-sena għal 29,000. jonijiet lokali – sa massimu ta’ €1,000. • Is-suppliment addizzjona• Titjib fl-inċentivi fiskali li ta’ €150 se jibda jitħallas għall-pensjonijiet privati - se lil kull persuna ta’ 65 sena jitwessa’ b’€1,000 fis-sena jew akbar li jkunu f’riskju ta’ l-ammont ta’ investiment faqar. finanzjarju annwali li fuqu hemm eżenzjoni ta’ taxxa, • Żieda ta’ €50 fil-bonus mogħbiex naslu għal €3,000 fis-se- ti lill-anzjani li ma jikkwalina. fikaw għall-ebda pensjoni.
• Tax refund ogħla – 219,000 ħaddiem se jibbenefikaw • Aċċess għall-internet b’xejn, minn ċekk ta’ €45 sa €95. għal sena sħiħa, lill-istudenti li jagħżlu li jkomplu jistud• Voucher ieħor ta’ €100 għal jaw wara li jtemmu l-istudji kull persuna ’l fuq minn 16-il tagħhom fis-sekondarja –
t-tnejn ifaddlu f’pensjoni privata, ser jieħdu tax credits ta’ €750 t-tnejn li huma. Ser jieħdu żieda fiċ-children’s allowance ta’ €50, vouchers ta’ €300, u internet b’xejn għattifel fis-sixth form (tiswa minimu ta’ €300)
•Ser jiżdied b’€200 l-ammont ta’ pensjoni tas-servizz li mhux se jiġi kkunsidrat għall-assessjar tal-pensjoni tas-sigurtà soċjali. • Titjib fl-iskema tal-Carer-atHome – L-anzjani li għażlu li jibqgħu jgħixu fi djarhom u jimpjegaw persuna biex tieħu ħsiebhom se jieħdu żieda massima ta’ €700 biex l-iskema titla’ għal €6,000. • Aktar minn €9 miljun oħra biex jiġu indirizzati inġustizzji tal-passat - se jibbenefikaw madwar 5,500 persuna inkluż eks membri tal-korpi li daħlu fis-servizz jew fis-settur pubbliku u eks ħaddiema tax-xatt. • Kumpens għal eks ħaddiema tat-Tarzna li sofrew il-kundizzjoni tal-asbestosis.
• Tal-Linja Card b’xejn għall-Anzjani 70+ - mad-19,000 • Ġustizzja ma’ persuni li ħall- anzjan se jibdew igawdu minn su bolol qabel l-età ta’ 19-il trasport pubbliku b’xejn. sena. • Government Savings Bonds • Pensjoni tar-romol għal kop- għall-pensjonanti - madwar
05
25.10.2020
L-GVERN 11-IL SENA ILU 6,000 anzjan ġdid se jkunu eliġibbli għall-ħruġ ta’ Bonds fejn ir-rata ta’ mgħax tkun ferm ogħla mir-rati ta’ mgħax li jingħataw minn banek kummerċjali.
gozju - fi tliet snin il-Gvern • Programm ta’ investiment għen lin-negozji tal-familja ta’ €450 miljun fuq medda b’aktar minn €23 miljun fi ta’ 7 snin li se jbiddel il-wiċċ frankar ta’ taxxi. tal-infrastruttura industrijali ta’ pajjiżna u joħloq spazji u Negozji / Ekonomija uffiċċji ġodda għal negozji.
Diżabilità
• Wage supplement estiż sa Marzu 2021 – din il-miżura se tkun immodifikata biex l-akbar għajnuna tkun indirizzata lil min l-aktar għandu bżonn. L-investiment se jlaħħaq sa €40 miljun fix-xahar.
• Twessigħ tal-kriterji ta’ eliġibilità għal benefiċċji tal-carer – persuni rtirati issa jistgħu jikkwalifikaw għal dan il-benefiċċju. • Introduzzjoni ta’ Għotja għal Carer - benefiċċju ġdid ta’ €300 fis-sena għall-ġenituri li jkollhom jieqfu mix-xogħol biex jikkuraw wild b’diżabilità ta’ aktar minn 16-il sena.
• Użu tal-fondi Ewropej wara li l-Prim Ministru wassal biex pajjiżna jikseb allokazzjoni ta’ aktar minn €2 biljun.
• Skemi tal-Malta Enterprise għal SMEs innovatPropjetà tivi - miftuħa għal perjodu definit ta’ sena u tkopri sa • Żieda fl-iskema tal-First 50% tal-ispiża sa massimu ta’ Time Buyers - se jkunu eżenti €200,000 għal kull kumpanimit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel ja. €200,000 minflok fuq l-ewwel €175,000. • Żieda fit-threshold tal-VAT exempt – se tiżdied mill-ġdid • Estensjoni ta’ skemi tat-tn- it-threshold tal-VAT exempt aqqis fit-taxxa għas-Second minn €20,000 għal €30,000 Time Buyers, għal xiri ta’ biex tingħata spinta lill-opepropjetà vakanti fl-Urban raturi żgħar u self employed. Conservation Areas, xiri ta’ propjetà f’Għawdex, kif ukoll skemi ta’ rifużjoni ta’ spejjeż fuq xogħol ta’ restawr.
• Fond mill-Gvern li se jkun investit f’Fondi ta’ Venture Capital immirati li jattiraw lejn pajjiżna start-ups li jixtiequ li joperaw fl-Ewropa. • Sostenn għan-negozji fuq bejgħ online – għajnuna biex negozji jkunu attrezzati biex ibigħu online u jamalgamaw is-sistemi tagħhom ma’ sistemi oħra ta’ distribuzzjoni. • Se tiġi mnedija l-Politika tal-Avjazzjoni bit-twaqqif ta’ Stakeholders Forum ħalli pajjiżna jattira kumpaniji li joperaw f’dan il-qasam filwaqt li dawk li diġà qegħdin hawn ikomplu jespandu l-operat tagħhom.
• Titkompla l-implimentazzjoni ta’ proġetti tal-Artificial Intelligence f ’oqsma bħall-edukazzjoni, saħħa u trasport. • Tnaqqis fit-taxxa lill-awturi ta’ kotba - kull qligħ li awtur idaħħal bħala royalties fuq bejgħ ta’ kotba li tagħhom huwa awtur jew ko-awtur se jibda jiġi intaxxat bir-rata ta’ taxxa finali ta’ 15%.
Carbon Neutral’ billi tibda tiġġenera biżżejjed enerġija minn sorsi nodfa filwaqt li tnaqqas il-konsum permezz ta’ investimenti f ’teknoloġiji innovattivi. Għawdex
• Inċentivi għall-ħolqien ta’ impjiegi f ’Għawdex - bl-introduzzjoni tat-tieni fibre optic cable, l-Innovation Hub tax-Xewkija u t-tkomplija Turiżmu tax-xogħol fuq l-Osservatorju Astronomiku Nazzjonali • Għajnuna għall-Air Mal- fil-Qortin fin-Nadur. ta biex il-kumpanija tirkupra parti mit-telf li għam- • Se jiġu estiżi l-Employment let minħabba l-pandemija Refund Scheme, Teleworkbilli ssir talba ta’ State Aid ing Scheme, l-iskemi fil-qamal-Kummissjoni Ewropea. sam tal-MICE, u se jkunu qed jitjiebu l-Back Office Em• Strateġija aġġornata għat- ployment Refund Scheme u Turiżmu li twassal sas-sena skemi ta’ sapport promozz2030 ibbażata fuq il-prinċip- jonali lill-intrapriżi Għawdxji ta’ bidu ġdid tal-industrija in li joperaw b’mod speċjali tat-turiżmu tagħna msejsa fis-settur tal-innovazzjoni fuq sisien aktar sostenibbli diġitali, tat-teknoloġija u kompetittivi u li jimmiraw tal-internet u fis-settur turgħal aktar kwalità. istiku.
• Strateġija Diġitali ġdida f’ħidma mal-korp konsultattiv ‘Digital Economy Think Tank’ biex pajjiżna jkompli jikkonsolida l-investiment kapitali fis-set- • Pjan biex l-Industrija tattur diġitali. Turiżmu timxi lejn ‘Net Zero
Tkompli f ’paġni 6 u 7
• Estensjoni tat-tnaqqis tattaxxa tal-boll sa tmiem l-2021 – it-tnaqqis imħabbar f’Ġunju fir-rata tal-boll fuq xiri ta’ propjetà minn 5% għal 1.5% fuq l-ewwel €400,000 tal-valur tal-propjetà se jibqa’ fisseħħ għall-konvenji rreġistrati sal-31 ta’ Marzu 2021 u li jissarrfu f’kuntratt li jsir mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2021. • Traħħis ta’ taxxa fuq propjetà li tingħata b’donazzjoni – se jkun estiż minn €200,000 għal €250,000 l-ammont li hu eżentat mit-taxxa meta propjetà tingħata b’donazzjoni mill-ġenituri għall-ulied. • Għajnuna biex issir sid ta’ darek u benefiċċji tal-kera – se jkomplu l-iskema tal-Equity Sharing għal dawk li huma taħt l-40 sena u dawk li għalqu l-40 sena, kif ukoll il-benefiċċji tal-kera fuq iddjar soċjali u djar affordabbli. • Ir-rata ta’ taxxa finali ta’ 15% li titħallas fuq qligħ jew profitti li jsiru mill-assenjazzjoni ta’ kwalunkwe dritt miksub f’terminu ta’ wegħda ta’ bejgħ se tiġi estiża fuq l-ammont kollu. • Tkompli r-rata mnaqqsa ta’ boll fuq trasferiment ta’ ne-
ĠorĠ u Maria Koppja anzjani (75+) fuq pensjoni minima u jbatu minn mard kroniku. Jieħdu l-għotja lil dawk li jgħixu f’darhom u jużaw tal-linja b’xejn (valur ta’ €104 fis-sena kull persuna). Dan barra li ma jħallsux taxxa fuq il-pensjoni tagħhom, jibqgħu intitolati għall-Benefiċċju tal-Enerġija u l-Karta Roża.
Baġit għall-2017: Ingħatat żieda fil-pensjoni minima u għajnuna supplimentari ta’ €410 fissena. Baġit għall-2018: Żieda oħra fil-pensjoni ta’ €104. Baġit għall-2019: Il-koppja terġa’ tieħu żieda ta’ €104. Ibbenefikat mit-titjib fl-Għajnuna Medika mhux kontributorja li għoliet b’€260. Baġit għall-2020: Il-koppja rat żieda filpensjoni minima u għajnuna
supplimentari ta’ €233. Baġit għall-2021: Il-koppja se tara żieda filpensjoni minima u għajnuna supplimentari (mhux inkluża COLA) ta’ €277 fis-sena. Se jingħataw €100 voucher ittnejn li huma. Barra minn hekk, ser jikkwalifikaw għal suppliment ta’ €150. B’kollox fl-aħħar ħames Baġits: Mingħajr ma tikkunsidra l-COLA, ser ikunu raw tijib fid-dħul tagħhom ta’ €2,546. Bil-COLA ż-żieda titla’ għal €3,122. Dan ifisser żieda fid-dħul ta’ 44%.
06
25.10.2020
MILL-MIŻURI LI GAWDEW L-IŻJED Tkompli minn paġna 5 • Se jitkompla x-xogħol fuq il-bini taċ-Ċentru Akkwatiku, se jsiru l-istudji meħtieġa biex eventwalment jiġi implimentat il-Mużew kulturali taħt il-baħar u se jitkompla x-xogħol fuq iddar għall-anzjani f ’Dar San Ġużepp f ’Għajnsielem. • Se jsir ukoll il-proġett ta’ Virtual Reality fiċ-Ċittadella u proġett ta’ akkomodazzjoni għall-istudenti Għawdxin f ’Villa Lauri, Birkirkara. • Konnettività bejn iż-żewg gżejjer – isir il-proġett tal-Fast Ferry, se jidħol isservizz tar-raba’ vapur fuq bażi permanenti u jintgħażel il-konċessjonarju biex jiddisinja, jibni, jiffinanzja, jopera u jieħu ħsieb il-mina. Ambjent • Tissaħħaħ il-ħidma fuq il-viżjoni biex pajjiżna jintegra t-tkabbir ekonomiku ma’ prinċipji ambjentali, u li jimmira li jilħaq il-mira ta’
pajjiż newtrali mill-karbonju torna l-kontenituri vojta. sal-2050. • It-twaqqif tal-importazzjoni • Tkompli r-reviżjoni tal-Pjan ta’ prodotti Single-Use PlasStrateġiku għall-Ambjent u tics mill-1 ta’ Jannar tas-sena l-Ippjanar (SPED) u tkompli d-dieħla. Is-sena ta’ wara, fll-ħidma dwar I-Istrateġija 2022, se jkun qiegħed jieqaf Nazzjonali Ambjentali (NSE) il-bejgħ ta’ dawn l-istess pro2050 aġġornata u msejsa fuq dotti. il-kunċett ta’ well-being. • Jitkompla l-proġett tal-bini • Inċentivi għal finanzja- tal-Park Nazzjonali f ’Ta’ Qali, ment fl-Ekonomija l-Ħadra li huwa l-akbar proġett amb- il-Borża ta’ Malta se tkun jentali li qatt sar fil-pajjiż u qed toffri pakkett attraenti li se jagħti lill-familji Maltin lill-investituri biex joħorġu spazju kbir ta’ rikreazzjoni. “Green Bonds” li jiffinanzjaw proġetti li jippromwovu en- • Tnedija ta’ skemi biex resierġija rinnovabbli. denzi privati u ħwienet fl-urban ikunu jistgħu jinstal• Pjan ġdid għall-Immaniġġ- law Green Walls mal-faċċati jar tal-Iskart sal-aħħar ta’ tagħhom. din is-sena. • Għotja ta’ massimu ta’ • Għall-ewwel darba nindi- €7,000 fuq l-iskemi fuq skrizzaw is-separazzjoni tal- rappjar ta’ vetturi li ilhom iskart fis-settur kummerċ- fiċ-ċirkolazzjoni ’l fuq minn jali. 10 snin, u li minflokhom jinxtraw vetturi li jniġġsu anqas. • Matul is-sena d-dieħla titpoġġa f ’postha l-infras- • Se jitkompla l-installar truttura neċessarja inklużi ta’ taħlita ta’ 130 ta’ “medil-magni li fihom il-pubbliku um-fast” u “fast-charging ġenerali se jkun jista’ jirri- pillars” għall-vetturi elettriċi
MARIO U JOSEPHINE Koppja anzjani (75+) fejn ir-raġel bilpensjoni massima u dħul iehor ta’ €4,000 mentri l-mara bla pensjoni għax ma ħalsitx biżżejjed bollol. Jieħdu l-għotja għax joqogħdu d-dar, is-sussidju għal-live-in carer u jgawdu minn trasport pubbliku b’xejn.
li se jkunu disponibbli li tinċentiva x-xiri ta’ muturi, għall-pubbliku inġenerali. scooters u roti assistiti b’mutur tal-elettriku għal mas• Sejrin inkomplu nestendu simu ta’ €400. għal sena oħra, dawk il-miżuri marbutin ma’ xiri ta’ vet- • L-għotja għal min jaqleb turi elettriċi, liema miżuri il-vettura biex taħdem bilhuma intiżi biex inkomplu gass minflok bil-petrol se titnżidu n-numru ta’ vetturi li la’ għal €400 jekk it-tnaqqjniġġsu inqas. is tal-emissjonijiet tas-CO2 tal-vettura msemmija jonqos • Estiżi l-miżuri li ma jkunx b’25%. hemm taxxa ta’ reġistrazzjoni u eżenzjoni mill-ħlas • Se tonqos minn €65 għal tal-liċenzja annwali tat- €25 il-liċenzja taċ-ċirkolatriq għal perjodu ta’ ħames zzjoni annwali għal muturi snin mid-data tal-ewwel b’kapaċità kubika bejn 125cc u reġistrazzjoni, għal vetturi 250cc, meta tkun waslet biex elettriċi u vetturi elettriċi tiġi rinnovata għal sena oħra plug-in. matul is-sena d-dieħla. • Se tibqa’ fis-seħħ ir-rata speċjali applikabbli għal djar residenzjali biex individwi li għandhom vettura li taħdem bl-elettriku u matul il-lejl ikunu jridu jiċċarġjaw il-batterija.
• Għotja ta’ €10,000 mar-reġistrazzjoni ta’ vettura ta’ taxi ġdida li tkun aċċessibbli għassiġġu tar-roti.
• Sidien ta’ vetturi u muturi użati biss fi tmiem il-ġimgħa u festi pubbliċi se jibbenefikaw • Se terġa’ tiġi estiża l-iskema minn tnaqqis ta’ 35% talfejn tingħata għotja ekwiva- ħlas annwali tal-liċenzja lenti għal rifużjoni sħiħa tal- taċ-ċirkolazzjoni. VAT fuq roti u roti elettroniċi. L-istess jgħodd għall-iskema • Jibqgħu fis-seħħ skemi li jinċentivaw l-investiment f’sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fosthom għall-installazzjoni Baġit għall-2017: €50. Taxxa frankata titla’ għal ta’ pannelli fotovoltajċi solari, Josephine tieħu bonus ta’ €250 €300. heat pump water heaters, sogħax ma tikkwalifikax għalllar water heaters u batteriji pensjoni. Grazzi għall-miżura li Baġit għall-2021: għall-ħażna tal-enerġija rinbihom il-pensjonijiet jinħelsu Żieda oħra fil-pensjoni ta’ novabbli. mit-taxxa qed jiffrankaw mal€169. Il-bonus ta’ Josephine €120. jitla’ b’ €50. Taxxa frankata • Programm ta’ tibdil ta’ patitla’ għal €540. Se jingħataw jpijiet u mains tal-ilma, tisħiħ Baġit għall-2018: €100 voucher it-tnejn li huma. ta’ pumping stations u tkabbir Żieda fil-pensjoni ta’ €104. Is-sussidju tal-live-in carer li fil-kapaċità ta’ produzzjoni Taxxa frankata titla’ għal €195. jħaddmu se jitla’ għal €700. tal-impjanti tar-reverse osmosis biex iwasslu biex tittejjBaġit għall-2019: B’kollox f’ħames Baġits: eb il-kwalità tal-ilma tal-vit. Żieda oħra fil-pensjoni ta’ €104. Mingħajr ma tikkunsidra Taxxa frankata titla’ għal €225. l-COLA, ser ikunu raw titjib fiddħul tagħhom ta’ €3,158. BilInfrastruttura Baġit għall-2020: COLA ż-żieda titla’ għal €3,734. Żieda oħra fil-pensjoni ta’ €183. Dan ifisser żieda fid-dħul ta’ • It-tlestija ta’ proġetti maġġuIl-bonus ta’ Josephine jitla’ 26%. ri, bħas-Central Link Project u l-junction ġdida li tinsab bejn Pembroke u High Ridge, fis-Swieqi. • L-aħħar tħejjijiet biex eventwalment jingħata bidu għallGrand Harbour Clean Air Project biex il-Port il-Kbir ikollu sistema ta’ shore side electricity li tnaqqas it-tniġġis tal-arja ġġenerata mill-cruise liners. • Proġetti ġodda fuq il-mini ta’ Ħal Kirkop u l-Airport Intersection Project, il-Luqa Junction Project u l-Imsida Creek Junction. • Tlestija tar-restawr tal-Iskola tal-Arti, tkomplija ta’ iktar xogħlijiet fuq il-bini ta’
07
25.10.2020
MINNHOM DAWK VULNERABBLI żewġ skejjel ġodda - tal-Iskola Primarja fir-Rabat Għawdex u dik tal-Imsida - u xogħol maġġuri ta’ mmodernizzar tal-Iskola Sekondarja ta’ Santa Luċija u l-Iskola Primarja ta’ San Ġorġ ta’ Ħal Qormi.
ra.
•
Tingħata
prijorità
fuq • Ikun introdott l-ewwel Pjan
• Fis-social housing se jitkompla l-programm ta’ 500 appartament minn fondi tal-Bank tal-Investiment Ewropew u l-Bank ta’ Żvilupp tal-Kunsill Ewropew, u bini ta’ 700 appartament, fejn parti mill-investiment ġej mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali. • Se titwaqqaf l-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni biex din l-industrija topera b’aktar professjonalità u jitnaqqas ir-riskju ta’ inċidenti. • Riabilitazzjoni ta’ siti abbandunati u żdingati bi sħab mas-settur privat biex ikomplu jikkontribwixxu b’mod attiv fl-iżvilupp ekonomiku tal-pajjiż. • Se titkompla r-riġenerazzjoni f ’Marsamxett fil-Belt u jitlestew il-proġetti f ’Marsaxlokk u tal-Ġnien tal-Mall fil-Furjana. Se jibda xogħol simili fil-Kottonera, liema proġetti sejrin jinkludu xogħol l-Isla, il-Kalkara, il-Birgu u bini ta’ promenade ġdid f ’dawn l-inħawi.
Baġit għall-2017: Permezz tal-bidliet fl-inwork benefit u l-għajnuna supplimentari ħadu żieda ta’ €564. Ingħataw żieda fil-paga ta’ €3 filġimgħa u s-sussidju tal-kera żdied b’€2,028 fis-sena.
MARk u ritienne Koppja żagħżugħa, it-tnejn bil-paga minima u fuq is-sussidju tal-kera. Għandhom żewġt itfal, wieħed imur iċ-childcare b’xejn u l-ieħor riesaq għall-MATSEC.
• Jitkompla x-xogħol fuq l-estensjoni tax-xtajta ramlija tal-Bajja tal-Għadira u t-tkomplija tal-parkeġġ fl-Għadira u Birżebbuġa. • Se jidħlu mediċini psikjatriċi ġodda fuq il-Formu• Restawr tal-Palazz tal-Pres- larju tal-Gvern, li se jikkumident fil-Belt Valletta. plimentaw il-firxa ta’ servizzi ta’ kura mentali fil-komunità • Ikompli l-investiment u bl-investiment fi Sptar ġdid fir-restawr tat-Teatru Mano- tal-Kura Psikjatrika Akuta. el u impenn sħiħ biex jitwettaq il-proġett tal-Carnival • Jinfetaħ iċ-Ċentru San MikExperience. iel - faċilità li tipprovdi għajnuna paljattiva professjonSaħħa ali. Dan il-proġett se jkun possibbli permezz ta’ sħubija • Bini mill-ġdid tal-Outpa- bejn il-Gvern u Hospice Maltients u l-parkeġġ taħt l-art ta. fl-Isptar Mater Dei, jitkompla l-immodernizzar tas-swa- Governanza u Sigurtà li tal-Isptar Monte Karmeli, jinbena Ċentru Reġjonali • Jitkomplew id-diskussjoniĠdid fit-Tramuntana ta’ Mal- jiet fil-Konvenzjoni Kostita u jsir immodernizzar ta’ tuzzjonali li qed imexxi Ċentri tas-Saħħa. l-President tar-Repubblika, ibbażati fuq l-Opinjoni • Malta se tkun minn tal-ew- tal-Kummissjoni Venezja. wel li tixtri l-vaċċin kontra l-COVID-19 malli joħroġ fis- • Fil-qasam tal-Ġudikatura, suq sabiex b’hekk jissalvag- se tiġi proposta l-estensjoni wardja s-saħħa pubblika fl-età tal-irtirar tal-Imħallfin tal-poplu Malti u Għawdxi u l-Maġistrati, u jsiru ħatriet kollu. ġodda fil-bank tal-Ġudikatu-
Baġit għall-2020: Din il-familja reġgħet ħadet tax refund u bonus addizjonali.
Baġit għall-2018: Żieda fil-paga minima ta’ €3 filġimgħa, suppliment ta’ €1, u €64 tax refund.
Baġit għall-2021: Din il-familija ħadet suppliment ta’ €250 u żieda fl-in-work benefit ta’ €110. It-tax refund ser jitla’ għal €90. Iċ-children’s allowance ser titjieb b’€140. Sejrin jieħdu €200 vouchers. L-għajnuna supplimentari ser tiżdied b’€70.
Baġit għall-2019: It-tnejn mill-ġdid ħadu suppliment ta’ €1 fil-ġimgħa u tax refund. Żieda fiċ-childrens’ allowance ta’ €105. Bil-bidla fis-sussidju tal-kera, l-għajnuna telgħet b’€1,000. Bit-tneħħija tal-miżati tal-MATSEC iffrankaw €300, filwaqt li t-tifel jieħu tallinja card (tiswa €312).
B’kollox f’ħames Baġits: Mingħajr ma tikkunsidra l-COLA, ser ikunu raw titjib fid-dħul tagħhom ta’ €3,063. Bil-COLA ż-żieda titla’ għal €3,639. Żieda fid-dħul ta’ 21%. Dan mingħajr ma nsemmu li l-għajnuna biex iħallsu l-kera se tkun żdiedet b’aktar minn €3,000, iċ-childcare b’xejn li jiffranka lil din il-koppja madwar €4,000 fis-sena.
• Ikompli l-proċess ta’ diġi- il-prevenzjoni tal-wasliet talizzazzjoni tal-atti notarili. tal-immigranti u l-ġlieda kontra l-kriminali li jpoġġu • Se jkompli jinfirex il-proġett tant ħajjiet fil-periklu. U se tal-pulizija tal-komunità biex jinħoloq unit tal-pulizija li issa jibda jindirizza wkoll lo- jaħdem speċifikament fuq kalitajiet bi sfidi ikbar, fosth- ir-ritorn ta’ immigranti li om il-Marsa, il-Ħamrun, San ma jkunx ħaqqhom l-ażil Pawl il-Baħar u San Ġiljan. f ’pajjiżna.
ta’ Azzjoni Nazzjonali Kontra r-Razziżmu u x-Xenofobija u titkompla l-ħidma fuq riformi oħra fosthom tal-kannabis.
• Se jitwaqqaf Ċentru għall-komunità LGBTIQ li għandu l-għan li jġib taħt saqaf wieħed numru ta’ • Titlesta l-għassa ġdida • Qed tiġi żviluppata sistema servizzi provduti mill-Gvern f ’Wied il-Għajn u jibda x-xog- informatika biex jinżamm re- u mis-Soċjetà Ċivili lill-koħol fuq għases oħra, fosthom kord ta’ kull persuna li tidħol munità LGBTIQ. dawk tal-Imsida u l-Ħamrun. jew toħroġ minn pajjiżna. • Malta se tkompli bil-laqgħat mal-Membri tan-Nazzjonijiet Uniti sabiex nuru l-kredenzjali rilevanti li Malta għandha x’toffri bħala membru tal-Kunsill tas-Sigurtà Waqt li pajjiżi oħrajn qed jirrikorru tan-Nazzjonijiet Uniti.
għal miżuri kbar ta’ awsterità, il-benefiċċji kbar fil-Baġit għall-2021, li ntlaqgħu b’mod pożittiv mill-imsieħba soċjali kollha u bir-raġun, jistgħu jitwettqu, għax illum għandna pajjiż b’saħħtu u b’ekonomija reżiljenti
• Aġġornament tal-programmi ta’ Residenza b’Investiment u dak ta’ Ċittadinanza bi kriterji aktar rigorużi. • Introdotti r-riformi meħtieġa biex niżguraw rappreżentanza ugwali fil-Parlament.
08
25.10.2020
IL-POTENZJAL SĦIĦ TAL-FLYOVERS FIL-QRIB Wara li Infrastructure Malta fetħet tliet flyovers ġodda mis-sebgħa tal-Marsa Junction Project u l-mini li bniet taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija, issa hawn stennija biex fi ftit ġimgħat oħra nibdew nużaw il-flyovers kollha f’daqqa tul ir-rotta ewlenija lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta. Dawn iż-żewġ proġetti flimkien jammontaw għal €90 miljun u jagħmlu parti mill-investiment fit-tul li qed isir fir-rotta prinċipali bejn innaħa t’isfel u ċ-ċentru ta’ Malta, li testendi minn Pembroke u San Ġiljan sa Birżebbuġa. Dan il-pjan jinkludi titjib f’toroq arterjali oħrajn tul din ir-rotta, bħalma huwa l-bini mill-ġdid ta’ Triq Diċembru 13 u l-Marsa-Ħamrun Bypass fl2018, il-bini mill-ġdid ta’ parti minn Triq Reġjonali, il-Pont tal-Wied tal-Imsida u Triq Ħal Luqa fl-2019, kif ukoll il-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas aktar kmieni din is-sena. Dan in-netwerk ta’ toroq arterjali se jkompli jissaħħaħ bi proġetti oħrajn maħsuba għaż-żmien li ġej, fosthom ilmini ġodda ta’ Pembroke-St. Julian’s Connections Project, Msida Creek Project, Kirkop Tunnels and Airport Intersection Project (KTAIP) fil-Gudja, u Luqa Junction Project. It-tliet strutturi ta’ flyovers li nfetħu bħal-lum ġimgħa qed jipprovdu konnessjonijiet diretti ġodda minn Triq Aldo Moro, il-Marsa, għal żewġ rotot ewlenin lejn in-Nofsinhar li jingħaqdu f’din il-junction. L-ewwel tnejn mit-tliet strutturi ta’ flyovers magħqu-
din flimkien jeħduk mill-Marsa lejn Vjal Santa Luċija, li dan l-aħħar reġgħet infetħet fid-direzzjoni tan-Nofsinhar lejn Santa Luċija u Triq Tal-Barrani, Ħal Tarxien. Ittielet struttura ta’ flyover tgħaqqad Triq Aldo Moro ma’ Triq Giuseppe Garibaldi, fid-direzzjoni ta’ Ħal Luqa, il-Gudja, l-Ajruport u l-Mini ta’ Ħal Kirkop. Bil-ftuħ tat-tliet flyovers ġodda lejn in-Nofsinhar, Infrastructure Malta se tkun tista’ tuża t-tliet flyovers l-oħrajn, li tlestew is-sena l-oħra, fid-direzzjoni proprja tagħhom lejn it-Tramuntana. Sal-Ħadd li għadda dawn kienu qed jintużaw fid-direzzjoni opposta, bħala rotot lejn in-naħa t’isfel tal-pajjiż. Dawn il-flovers issa huma magħluqin għal ftit ġimgħat sabiex il-kuntratturi tal-proġett jiksuhom bl-aħħar saff t’asfalt, jinstallawlhom l-expansion joints u jagħmlulhom il-marki tal-linji u t-tabelli meħtieġa biex jindikaw id-direzzjoni finali tagħhom. Aktar tard dan ix-xahar, l-aġenzija se tiftaħ ukoll il-karreġġjata tat-Tramuntana ta’ Vjal Santa Luċija, minn Santa Luċija lejn il-Marsa. Imbagħad tkun tista’ tiftaħ ukoll is-seba’ (u l-aħħar) struttura ta’ flyover tal-junction ġdida tal-Marsa. Din il-flyover, li tlestiet ftit ġimgħat ilu, se tgħaqqad il-karreġġjata tat-Tramuntana ta’ Vjal Santa Luċija maċ-Ċimiterju tal-Addolorata u l-inħawi fejn se ssir l-faċilità ta’ park and ride bħala parti mill-istess proġett, lejn Triq il-Gvern Lokali fid-direzzjoni lejn Ħal
Qormi (fejn hemm iċ-Ċimiterju tat-Torok). It-tliet flyovers jinsabu fil-livell tan-nofs tal-junction il-ġdida, bit-tliet flyovers li nbnew is-sena l-oħra seba’ metri ’l fuq minnhom, u diversi toroq ġodda għaddejjin mal-art seba’ metri u nofs taħthom. Il-Marsa Junction Project jinkludi aktar minn 12-il kilometru ta’ korsiji ġodda li se jgħaddu b’mod separat minn fuq xulxin fi tliet livelli differenti, biex joħolqu konnessjonijiet diretti kemm lejn it-Tramuntana kif ukoll lejn in-Nofsinhar bejn it-toroq arterjali li jingħaqdu f’din ilħolqa. B’hekk, jispiċċa l-ħin ta’ stennija li kien ikun hemm bis-sistema ta’ traffic lights tul din ir-rotta prinċipali lejn in-naħa t’isfel ta’ Malta u jonqos it-tniġġis tal-arja mill-konġestjoni fil-Marsa u lokalitajiet oħrajn fil-madwar. Il-Ġimgħa filgħodu, Infrastructure Malta fetħet ilmini taħt ir-roundabout ta’
Santa Luċija u b’hekk ħolqot konnessjoni diretta bejn Vjal Santa Luċija ma’ Triq Tal-Barrani. Dawn il-mini ġodda qegħdin inaqqsu l-ħin tal-ivvjaġġar b’aktar minn 30%, kif ukoll it-tniġġis mill-emissjonijiet minħabba l-konġestjoni li kien ikun hemm f’din ir-roundabout, li fiha kienu jiltaqgħu u jaqsmu kontra xulxin diversi rotot traffikużi, fosthom tliet toroq arterjali u tliet toroq oħrajn li jagħtu għal Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Bil-junction ġdida fuq żewġ livelli, l-iżjed rotta li tintuża f’dan is-salib it-toroq, bejn Triq Tal-Barrani u Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata), issa qed tgħaddi minn korsiji separati minn ġolmini. B’hekk saret ukoll eħfef biex tivvjaġġa b’mod aktar sigur bejn il-konnessjonijiet l-oħrajn tar-roundabout. Fuq il-mini, il-kuntratturi tal-aġenzija issa qed jerġgħu jibnu r-roundabout b’disinn ġdid li jtejjeb l-aċċess
Aktar tard dan ix-xahar, l-aġenzija se tiftaħ ukoll il-karreġġjata tat-Tramuntana ta’ Vjal Santa Luċija, minn Santa Luċija lejn il-Marsa. Imbagħad tkun tista’ tiftaħ ukoll is-seba’ (u l-aħħar) struttura ta’ flyover tal-junction ġdida tal-Marsa
għar-residenti ta’ Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Il-proġett tal-mini taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija jinkludi wkoll il-bini millġdid tal-mogħdija għall-ġiri (jogging track) li kien hemm fil-viċinanzi, kif ukoll passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti li se jgħaqqad Santa Luċija mal-Marsa. Infrastructure Malta qed tibni mill-ġdid ukoll is-subway ta’ Triq tal-Barrani, b’disinn aktar komdu għaċċiklisti, u b’passaġġi aċċessibbli għal kulħadd. Il-passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti ta’ madwar kilometru ta’ dan il-proġett jifforma parti minn rotta ferm itwal u sigura li se jkun hemm għar-roti f’din iż-żona, u li se tgħaqqad Ħal Luqa, Santa Luċija, Ħal Tarxien, Raħal Ġdid, il-Marsa u Ħal Qormi. L-ewwel parti minn din ir-rotta fiż-żewġ direzzjonijiet saret fl-2019 bħala parti mill-proġett tal-bini mill-ġdid ta’ Triq Ħal Luqa, biswit Ġnien is-Serenità f’Santa Luċija. Bil-proġett tal-mini f’Santa Luċija, Infrastructure Malta issa estendiet din ir-rotta tul il-karreġġjata tat-Tramuntana fi Vjal Santa Luċija sal-Marsa, fejn qed tibni korsiji oħrajn għar-roti maqtugħin mit-triq u mina (underpass) għall-mixi u r-roti bħala parti mill-Marsa Junction Project. Il-Marsa Junction Project huwa kofinanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa tal-Unjoni Ewropea. Il-proġett talmini ta’ Santa Luċija wkoll huwa parzjalment finanzjat mill-Fond ta’ Koeżjoni.
25.10.2020
09
10
25.10.2020
MALTA B’AMBJENT SAN GĦALL-INVESTIMENTI Stħarriġ Ewropew dwar il-prattiċi tax-xogħol fil-privat jindika l-potenzjal qawwi li għandhom il-ħaddiema lokali, il-livell għoli ta’ taħriġ kontinwu u l-paċi industrijali Stħarriġ dwar il-prattiċi tax-xogħol fost kumpaniji privati fl-Unjoni Ewropea, li ġie ppubblikat din il-ġimgħa, elenka diversi fatturi li pajjiżna jispikka fihom. Fost dawn jiddominaw l-iżjed il-potenzjal u l-flessibbiltà tal-ħaddiema lokali min-naħa u t-taħriġ tal-impjegati u t-tiġdid kontinwu fl-apparat użat, inklużi sistemi moderni, min-naħa tat-tmexxija tal-kumpaniji. Ma’ dan jissemma saħansitra n-nuqqas ta’ azzjonijiet industrijali fejn il-ħaddiem hu rappreżentant minn trejdjunjins. Dawn flimkien ma’ riżultati oħrajn pożittivi jixhdu li pajjiżna għandu vantaġġ fuq stati oħrajn membri, anke ikbar minna, biex jattiraw investimenti ġodda, simili għal dak li rajna jseħħ fl-aħħar seba’ snin taħt amministrazzjoni Laburista. L-istħarriġ, li sar mill-Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kundizzjonijiet tal-Għajxien u x-Xogħol, magħrufa bħala Eurofound, b’kollaborazzjoni maċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (CEDEFOP), jidħol ukoll fuq kif inhuma mqassmin settorjalment il-kumpaniji fil-pajjiżi membri, inkluż ir-Renju Unit. Mal-250 kumpanija lokali ġew intervistati fl-istħarriġ. Minn hawn joħroġ li, b’14% tal-kumpaniji kollha tagħha, Malta għandha l-akbar settur tas-servizzi finanzjarji fl-UE kollha kemm hi. Dan ukoll jiġġustifika r-raġuni għal xiex kultant isiru tentattivi minn pajjiżi oħrajn biex jimminaw dan is-settur lokali jew jattakkaw is-sistema tattaxxi tagħna. L-impenn tal-Gvern Laburista fl-aħħar snin biex jindirizza l-abbużi fuq kuntratti definiti u kwalità ta’ xogħol aħjar, ġie ppremjat ukoll f’dan l-istħarriġ fejn Malta għandha l-inqas minn dawn it-tip ta’ kuntratti b’terminu fiss (8%). Dan it-tibdil ħoloq aktar sigurtà tax-xogħol u serħan talmoħħ lill-ħaddiema inġenerali. Aktar minn hekk, dan seta’ kien rifless ukoll fil-fatt li
l-kumpaniji Maltin li ħadu sehem fl-istħarriġ irrapportaw l-ogħla persentaġġ fl-UE kollha (89%) fejn il-ħaddiema tagħhom lesti jaħdmu anke wara l-ħin tax-xogħol, jekk ikun meħtieġ. Ġie rrapportat ukoll li Malta għandha persentaġġ massimu ta’ 100% fejn il-ħaddiema lesti jgħinu lill-kollegi tagħhom fuq il-lant tax-xogħol. L-imġiba diskrezzjonali ta’ għajnuna hi importanti ħafna u minn hawn joħroġ punt ieħor importanti fejn ħaddiem Malti lest li jagħmel xogħol li mhux deskritt firrwol tiegħu biex jgħin lill-kollegi. Min-naħa l-oħra, is-sehem tal-kumpaniji privati f’Malta kien irreġistrat b’qawwa wkoll fl-istħarriġ, inkluż fejn jidħol it-taħriġ u l-iżvilupp tal-ħiliet tal-ħaddiema ingaġġati diġà magħhom. Fil-fatt, 90% tal-kumpaniji Maltin qalu li taw it-taħriġ lil aktar minn 20% tal-impjegati tagħhom. Minn dawn, 20% tal-kumpaniji taw taħriġ lil iżjed minn 80% ta’ dawk ingaġġati magħhom. Minbarra hekk, instab li Malta għandha l-ogħla persentaġġi fejn il-kumpaniji joffru proċess ta’ opportunitajiet ta’ taħriġ selettiv jew tagħlim (67%), u fejn jidħlu attivatijiet ta’ żvilupp bl-iskop li jimmotivaw lill-ħaddiema (80%). Il-kumpaniji, iżda, irreġistraw nuqqas ta’ ħaddiema b’ħiliet speċifiċi meta jiġu biex jingaġġaw lil xi ħadd magħhom. Il-kwistjoni, li bdiet tiġi indirizzata aktar fl-istituzzjonijiet edukattivi fl-aħħar snin, turi r-raġuni għal xiex jinġiebu wkoll ħaddiema barranin f’ċerti setturi partikolari. L-istess stħarriġ Ewropew, iżda, jindika li l-maġġoranza tal-maniġers f’Malta (67%) qed jistennew tkabbir prospettiv fl-impjiegi. Il-kumpaniji Maltin kisbu l-aqwa punti u tifħir fejn jidħlu d-diġitalizzazzjoni, l-innovazzjoni u l-użu tal-kompjuters. Ġie rrapportat li 68% tal-ħaddiema mal-privat jagħmlu użu mill-kompjuters, rata ogħla
mill-medja fl-UE. Aktar minn hekk, il-kumpaniji Maltin ikklassifikaw fost l-aqwa fix-xiri ta’ software personalizzat (72%) u fl-użu ta’ tagħmir robotiku (12%). Fejn tidħol l-innovazzjoni, l-istħarriġ juri kif Malta rrapportat l-aktar prodotti ġodda introdotti għall-kumpaniji (33%) u l-aktar metodi ġodda ta’ kummerċ (34%). Għaldaqstant, is-settur privat
f’pajjiżna rrapporta l-aktar persentaġġ ta’ innovazzjoni b’45% u 100% fil-kompetittività. L-istħarriġ jitkellem ukoll dwar azzjonijiet industrijali mill-ħaddiema fejn f’Malta hi kważi assenti għalkollox u l-kumpaniji joperaw f’paċi industrijali u stabbilità ekonomika. Riżultati bħal dawn juru l-għaqal tat-tmexxija tal-Gvern li għaraf jinvesti mhux biss
fil-ħaddiem, l-unika riżorsa li għandu l-pajjiż, iżda anke biex jiffaċilita l-operat tal-kumpaniji privati li jagħżlu li jinvestu fostna. Għal dan il-għan ukoll filBaġit li tħabbar din il-ġimgħa, il-Gvern se jkun qed jalloka xejn inqas minn €450 miljun biex fuq is-seba’ snin li ġejjin jirranġa l-oqsma industrijali u joħloq spazji ġodda għal negozji.
11
25.10.2020
FIDUĊJA QAWWIJA FIL-GVERN ANKE MATUL IL-PANDEMIJA SKONT L-AĦĦAR STĦARRIĠ TAL-EWROBAROMETRU, MILL-2013 ’L HAWN, KIEN HEMM ŻIEDA TA’ 24% TAL-POPLU LI JAFDAW FL-AMMINISTRAZZJONI NAZZJONALI
STORJA TA’ MOVIMENT
Stħarriġ tal-Ewrobarometru li sar fit-tieni nofs ta’ Lulju li għadda u ppubblikat din il-ġimgħa jikkonferma kif, minkejja l-pandemija, f’pajjiżna flaħħar xhur xorta hawn livell tajjeb ta’ ottimiżmu u fiduċja. Fil-fatt, minn dan l-istħarriġ tal-Kummissjoni Ewropea ħareġ li 58% tal-poplu llum jafda fil-Gvern Laburista, li hu 24% iżjed mill-appoġġ li kien igawdi l-aħħar Gvern Nazzjonalista. Dan hu wkoll ferm iżjed mill-40% medja li ntlaħaq fil-kumplament tal-Unjoni Ewropea. Qabel il-bidla fl-amministrazzjoni fl-2013, il-fiduċja fil-Gvern Malti kienet tlaħħaq l-34% biss. Minbarra hekk, iżda, dan il-persentaġġ ta’ Maltin u Għawdxin li jafdaw fil-Gvern żdied b’7 punti mqabbel mal-istħarriġ li kien sar f’Novembru tal-2019. Min-naħa l-oħra, l-Ewrobarometru jindika li l-fiduċja tal-poplu Malti fil-midja kompliet tonqos biex illum tinsab fil-livell ta’ 21%, l-inqas wieħed fl-UE kollha. L-istħarriġ juri wkoll kif 92% tal-poplu qalu li huma kuntenti bil-miżuri li
ħa l-Gvern Laburista biex jikkumbatti l-pandemija. Il-medja fl-UE kienet ta’ 62%. Kien biss il-Gvern Daniż b’riżultat aħjar. Bi 52%, Malta hi waħda mill-ftit stati Ewropej fejn il-maġġoranza tal-intervistati jemmnu li l-pajjiż jinsab fid-direzzjoni t-tajba, b’kuntrast mar-rata medja ta’ 36% fl-istati membri kollha. Dan il-persentaġġ ta’ Lulju 2020 kien kważi d-doppju ta’ dak fi tmiem l-2012 u 13% aktar mill-istħarriġ ta’ Novembru tas-sena l-oħra. Minkejja l-pandemija, 60% ta’ dawk intervistati f’Malta qalu li l-ekonomija sejra tajjeb, kontra l-34% fl-UE. Ottimiżmu simili kien inħass fl-ewwel xhur wara l-bidla fil-Gvern lura fl-2013. Dan kien rifless ukoll fit-73% tal-familji f’pajjiżna li sostnew li l-qagħda finanzjarja tagħhom hi tajba, bi 53% jemmnu li l-qasam tal-impjiegi hu pożittiv. Dak li fl-2012 kien jammonta għal terz tal-familji, illum il-proporzjon ta’ dawk inkwetati fuq l-ekonomija niżel għal 18%. Waqt li fl-2012 24% ta’
dawk intervistati kienu inkwetati fuq id-dejn nazzjonali, dan issa saħansitra naqas għal 2%. F’pajjiżna llum ukoll hawn l-inqas rata ta’ biża’ dwar ilqgħad fl-UE kollha – 4% kontra l-medja Ewropea ta’ 28%. Ir-riżultati tal-Ewrobarometru jikkonfermaw kemm hawn sens ta’ fiduċja fost il-familji f’pajjiżna. Dan hu wkoll rifless fost l-investituri barranin, li kif iddikjara l-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri nhar il-Ġimgħa din is-sena ġew attirati iżjed kumpaniji ġodda mis-sena l-oħra. Minkejja l-pandemija u minkejja li l-2020 fadlilha xahrejn oħra, ġew attirati 35 kumpanija ġdida kontra t-32 fl-2019. Hu ovvju wkoll li l-qagħda ekonomika, li twerwer lill-familji madwar l-Ewropa, mhux qed tbeżża’ wisq lill-familji f’pajjiżna. Fattur ewlieni huma r-riżultati li diġà nkisbu mill-Gvern biex jipproteġi l-għajxien tal-familji. Bil-miżuri li ttieħdu fil-Baġit għall-2021, dan issuċċess se jkompli jissaħħaħ ferm aktar.
LEAD JISSAĦĦAĦ BI 33 MARA OĦRA Il-programm LEAD tal-Partit Laburista kompla jissaħħaħ bi 33 mara oħra li ngħaqdu fih bil-għan li jkompli jiżdied is-sehem tal-mara fil-politika. F’konferenza tal-aħbarijiet bil-parteċipanti l-ġodda fl-isfond, il-kordinatriċi tal-programm, Miriam Dalli, spjegat kif il-parteċipanti ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja u għandhom ukoll etajiet differenti. “Konvinta li bis-sehem tagħhom mhux biss se jgawdi l-PL, iżda wkoll il-pajjiż,” qalet Dalli li spjegat li l-għan tal-Partit jibqa’ li jħarriġhom u jrawwimhom bħala
politiċi ġodda li jkunu kapaċi jindirizzaw il-polz tal-elettorat. Il-President ta’ Nisa Laburisti, Nikita Zammit Alamango, ukoll innotat kif dan il-programm hu totalment ibbażat fuq il-parteċipazzjoni prattika tal-parteċipanti u b’esperjenza diretta tal-ħajja politika. Fakkret fil-mira tal-PL biex fuq żewġ leġiżlaturi, 50% tal-kandidati jkunu nisa. Din kienet ir-raba’ sejħa u l-ħames grupp tal-programm LEAD.
Inħarsu lejn l-imgħoddi biex nagħrfu l-preżent tagħna fil-futur tiegħu. Għalkemm dejjem infittxu fl-imgħoddi dak li seta’ jkun inevitabbli u previdibbli, ebda preżent, la tal-imgħoddi u lanqas t’issa, ma qatt iħaddan ġejjieni inevitabbli jew xi wieħed għalkollox prevedibbli. Meta aħna nifhmu l-imgħoddi, dejjem nifhmu lilna nfusna issa ħalli nilmħu bi ftit il-ġejjieni possibbli. Għax, bħalma kien fl-imgħoddi, hekk issa u għal dejjem, il-ġejjieni mhu xejn għajr li nassumu responsabbiltà quddiem l-iżvantaġġi, ir-riskji u l-probabbiltajiet. Dawn huma xi wħud mill-prinċipji li qed jiggwidaw l-istorja tal-Partit Laburista li qed tiġi ppubblikata bħalissa. It-tieni volum, li jżur is-snin 1940−1960, jirrakkonta dak li għadda mill-partit kemm wara l-kwinti kif ukoll fil-qasam pubbliku. Minn bidu tabilħaqq umili, dan il-partit ta’ 100 sena maż-żmien kiseb is-saħħa ta’ moviment qawwi. Il-Partit Laburista beda fl-1920 mill-ħtiġijiet ta’ xi ħaddiema tat-Tarzna biex itejbu ħajjithom. Is-sħubija tagħhom ġibdet l-attenzjoni ta’ għadd ta’ professjonisti mill-klassi tan-nofs biex flimkien, fil-15 t’Ottubru ta’ dik is-sena, waqqfu l-Camera del Lavoro. Dan il-bidu kwiet spiċċa biex malajr irbombja madwar il-klassi tal-ħaddie ma u beda jiġbor is-saħħa tagħha f’leħen politiku qawwi. Fi ftit snin, dan il-leħen beda jikkumplimenta d-driegħ industrijali, li kien il-General Workers’ Union. Flimkien, il-politiku u l-industrijali, biddlu wiċċ il-politika Maltija u n-nazzjon. Bit-tieni volum tar-riċerkatur storiku Francis Galea, L-Istorja tal-Partit Laburista, ippubblikat mill-SKS, qed jiġi mfakkar il-100 anniversarju mittwaqqif tal-Partit. L-ewwel volum, li żar is-snin 1920−1940, kien ġie ppubblikat tliet snin ilu. Naturalment, volumi oħrajn għandhom ikomplu bl-istorja tal-partit wara l-1960. Dan it-tieni volum hu għall-bejgħ mill-ħwienet ewlenin u miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun għall-prezz ta’ €15.
12
25.10.2020
X’MA RAJTX F’DAN IL-BAĠIT pli jipproteġi l-impjiegi filwaqt li jixpruna l-konsum u li fuq kollox joffri viżjoni ekonomika ġdida għal ekonomija aktar moderna u aktar sostenibbli. Tnaqqis fl-miżuri soċjali
STEVE ELLUL
Dak li assistejna għalih matul din il-ġimgħa kien Baġit uniku. Dan mhux biss minħabba li ġie mfassal proprju waqt l-għar sitwazzjoni ekonomika li d-dinja qatt esperjenzat minħabba l-pandemija. Huwa verament Baġit uniku għaliex minkejja dan kollhu li għaddejjin minnu, il-Gvern irnexxielu jipproduċi Baġit soċjalment f’saħħtu, li jkom-
Minn lenti ekonomika huwa pjuttost normali li f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi ekonomika, il-gvernijiet inaqqsu l-ispejjeż marbuta mas-servizzi soċjali biex jagħmlu tajjeb għannuqqas ta’ dħul mit-taxxi. Normalment l-ewwel li jintlaqtu huma proprju l-pensjonanti u l-ħaddiema hekk kif l-għoli tal-ħajja tibda tnaqqar mis-saħħa tal-pensjonijiet waqt li l-gvernijiet ikunu kostretti jżidu l-età tal-irtirar. Din kienet proprju s-sitwazzjoni li kellna f’Malta wara l-kriżi tal2008 hekk kif il-Gvern ta’ dak iż-żmien ma setax iżid il-pensjonijiet minkejja li kien żied l-età tal-irtirar. Dan il-Baġit uniku ma żam-
mx lura milli jqassam il-ġid ma’ min lanqas jiflaħ iżda grazzi għat-tkabbir ekonomiku li rajna fl-aħħar snin żied il-pensjonijiet u numru ta servizzi soċjali oħra bħaċ-children’s allowance u l-għajnuna supplimentari. Miżuri li fi żminijiet oħra kienu jkunu l-apice tal-Baġit illum drajniehom bħala xi ħaġa ta’ kull sena. Żieda fit-taxxi
VAT fuq is-self-employed li jaqalgħu anqas minn €30,000. Fl-istess ħin il-Gvern għolla l-massimu ta’ dħul mill-pensjonijiet li mhux se jkun intaxxat sabiex il-pensjonanti ma jiġux intaxxati fuq iż-żidiet li ngħatawlhom. Aktar minn hekk pensjonanti miżżewġin li għandhom dħul ieħor mhux se jiġu intaxxati fuq l-ewwel €3,600. Dan iffiser li dan ilBaġit se jnaqqas it-taxxa lil dawn il-persuni b’aktar minn €700 fis-sena. Anke iż-żgħażagħ se jibbenefikaw minn dan it-tnaqqis ta’ taxxi hekk kif żdied il-valur tal-propjetà li tista’ tinxtara għal ewwel darba mingħajr ma titħallas ebda taxxa tal-boll. L-istess qed iseħħ għal propjetà li tingħata b’donazzjoni mill-ġenituri.
Fi żminijiet bħal dawn ħafna gvernijiet madwar id-dinja qed iżidu t-taxxi biex ikunu jistgħu jlaħħqu mal-ispejjeż ekonomiċi tal-pandemija u fl-istess ħin iħallsu lura d-djun li akkumulaw matul is-snin. Anke hawnhekk, b’mod sorprendenti dan il-Baġit ma żied l-ebda taxxa, la fuq Wegħdi mhux miżmuma il-ħaddiema u lanqas fuq min iħaddimhom. Minflok tħab- Niftakar fi żminijiet oħra fejn bret eżenzjoni mit-taxxa tal- il-kriżi finanzjarja tal-2008
kienet tintuża bħala skuża għal kull wegħda li l-Gvern ma kienx lest iwettaq. L-aktar waħda ċara f’moħħi hija l-wegħda tat-tnaqqis fl-income tax li ħafna jaħsbu kienet raġuni ewlenija għar-rebħa Nazzjonalista fl-elezzjoni tal-2008. Il-Ministru għall-finanzi ta’ dak iż-żmien baqa’ jittratieni sena wara sena u fl-aħħar spiċċa biex minflok, l-income tax tnaqqset fl-ewwel Baġit ta’ Gvern Laburista fl-2013. Fil-Manifest Elettorali tal-2017 il-Partit Laburista kien wiegħed żieda ta’ €8 fil-ġimgħa wara l-COLA. Din il-wegħda mhux talli inżammet, talli sal-lum iż-żidiet li ngħataw diġà qabżu l-€11. Sospensjoni ta’ proġetti importanti li kienu mħabbra Madwar l-Ewropa kollha speċjalment f’pajjiżi bħall-Greċja fejn l-ammont ta’ dejn tal-pajjiż huwa għoli immens, qed naraw li numru ta’ proġetti infrastrutturali li kienu ġew mħabbra qegħdin jiġu kkanċellati sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż tal-Gvern. Dan ma ġarax f’pajjiżna hekk kif il-Baġit qiegħed jerġa’ jikkometti mijiet ta’ miljuni ta’ ewro fuq proġetti fit-toroq u l-iskejjel tagħna kif ukoll fuq infrastruttura industrijali biex il-pajjiż ikun jista’ jattira setturi ġodda fil-futur partikolarment fis-settur teknoloġiku. Nuqqas ta’ viżjoni Fis-sitwazzjoni preżenti, wieħed jistenna li l-Gvern juża l-Baġit biex jipprova jsolvi l-problemi tal-pandemiija u jħalli affarijiet oħra meqjusin mhux urġenti għal Baġits oħra. Dan huwa eżattament dak li ma rajtx f’dan il-Baġit. Il-maġġoranza tal-miżuri mħabbra fil-fatt jorbtu ma’ viżjoni ekonomika b’saħħitha li għandu l-Gvern Malti. L-idea ta’ ekonomija ħadra, li timbotta ’l quddiem proġetti sostenibbli u li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent hija l-pern ċentrali ta’ dan il-Baġit. Flimkien ma’ dan, il-Gvern jidher li se jkun qed ikompli jimbotta ’l quddiem proġetti biex l-ekonomija tagħna ssir aktar diversifikata u nattiraw lejna setturi fil-qasam tad-diġitalizzazzjoni. Din il-viżjoni ekonomika se tkun iċ-ċavetta ta’ aktar progress u mobiltà soċjali hekk kif l-ekonomija tagħna tkompli tersaq lejn setturi u industriji li jżidu l-valur miżjud u fuq kollox jiggarantixxu kwalità ta’ ħajja aħjar għall-Għawdxin u għall-Maltin kollha.
13
25.10.2020
GĦALIEX MALTA?
ALEX MUSCAT Segretarju Parlamentari
Din il-ġimgħa l-Kummissjoni Ewropea nediet proċeduri kontra pajjiżna minħabba l-Programm tal-Investitur Individwali (IIP) jew il-Programm ta’ Ċittadinanza, kif inhu magħruf ukoll. Magħna nbdew proċeduri kontra Ċipru, li tħaddem programm simili. L-azzjonijiet ittieħdu biss wara pubbliċità ħażina u kampanji orkestrati, fejn fil-każ ta’ Malta kien hemm snin sħaħ ta’ akkużi infondati u konġenturi, inkluż mill-Membri Parlamentari Ewropej tal-Partit Nazzjonalista Roberta Metsola u David Casa, kif jaf kulħadd.
Ninsab konvint minn dan l-argument sempliċiment, għax kieku l-programm innifsu hu fil-mira, allura l-proċeduri kienu jinkludu wkoll stati oħrajn membri, bħall-Ġermanja, Spanja, l-Irlanda, il-Bulgarija, l-Awstrija u l-Portugall. Inċidentalment dawn ilkoll għandhom il-programmi tagħhom ta’ ċittadinanza b’investiment. Dawn ukoll mhumiex differenti minn dak li kien qed iħaddem pajjiżna sa ftit taż-żmien ilu u li, bis-saħħa tiegħu, fl-aħħar seba’ snin il-poplu kollu gawda minn investimenti ta’ fejda ta’ miljuni kbar ta’ ewro. Nistaqsi biss kif it-tħassib tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-programm Malti, wieħed mill-aktar rigorużi fid-dinja, ma japplikawx l-istess għal dawk imħaddmin minn dawn il-pajjiżi wkoll? X’jagħmel differenti jew inqas il-programm Malti biex iżid ir-riskji ta’ ħasil ta’ flus, korruzzjoni, evażjoni ta’ taxxa jew saħansitra l-infiltrazzjoni ta’ gruppi ta’ kriminalità organizzata fl-Unjoni Ewropea?
Minn dawn il-programmi oħrajn hemm minnhom li ilhom jitħaddmu għal dawn l-aħħar 30 sena. Minbarra hekk, kull darba li jqum l-argument, l-istati membri l-kbar li jippermettu l-akbar għadd ta’ ċittadinanzi b’investiment fl-UE qatt ma jissemmew u minflok issir enfasi fuq l-iżgħar stat, li hi Malta. Hu fatt magħruf li kull sena fl-UE jingħataw mijiet ta’ eluf ta’ ċittadinanzi, li fosthom, huma biss 1,000 dawk li ġejjin direttament minn programmi simili għal ta’ Malta. Qabelxejn, kif kien diġà mħabbar mill-Gvern ta’ Malta, l-IIP se jkun qed jintemm, waqt li l-aġenzija responsabbli minnu ilha minn Awwissu li waqfet tirċievi iżjed applikazzjonijiet ġodda. Sussegwentement, Malta se tkun qed timplimenta regolamenti ta’ residenza ġodda li jistgħu jwasslu għaċ-ċittadinanza u li jqisu r-rakkomandazzjonijiet mogħtija. Ta’ min jirrimarka li, anke meta kien għadu jopera l-IIP, kull applikazzjoni kellha tgħaddi minn proċess ta’ verifika mill-Pulizija u
s-servizzi tas-sigurtà u intelliġenza, fost oħrajn, li jgħarblu l-identità tal-persuna u s-sors tal-flus tal-applikant u d-dipendenti tiegħu. Kieku l-Kummissjoni Ewropea kienet tassew serja u tassew imħassba dwar is-sigurtà, allura kienet tistaqsi l-mistoqsijiet dwar il-maġġoranza tal-programmi fejn il-proċessi lanqas huma daqstant rigorużi bħal ta’ Malta u jingħataw ċittadinanzi minn pajjiżi meqjusin b’riskju ogħla, bħall-Afganistan, l-Iraq u l-Iran. Il-problemi ta’ kredibilità fil-proċeduri Ewropej kontra pajjiżna ma jiqfux hemm lanqas. Meta l-Kummissjoni Ewropea qed tippretendi li tinforza waqfa minima f ’pajjiż bħala ħtieġa għall-għoti ta’ ċittadinanza tkun qed tmur kontra wieħed mill-aktar drittijiet fundamentali tagħha, il-moviment ħieles. L-istess UE tilqa’ persuni minn pajjiżi terzi biex jivvjaġġaw b’mod ħieles permezz tal-iskema tagħha msejħa Blue Card, li għalkemm tagħti permess ta’ xogħol u residen-
za f ’pajjiż partikolari, tippermettilhom li jivvjaġġaw minn u lejn kważi kull pajjiż Ewropew. Mhux diffiċli timmaġina li dan ukoll jista’ jiġi abbużat għar-reati li semmejt aktar qabel u li qed jintużaw bl-iskuża biex jiġi attakkat pajjiżna. Meta jingħad dan kollu, il-fatt jibqa’ li d-dritt tal-awtorizzazzjoni taċ-ċittadinanza jibqa’ f ’idejn l-istat relatat, bħala parti mill-poteri sovrani tal-pajjiżi membri. Għaldaqstant, kif iddikjara wkoll il-Prim Ministru Robert Abela nnifsu nhar it-Tnejn li għadda, Malta se tkun qed tagħmel id-difiża tagħha bl-iżjed mod qawwi f ’dawn il-proċeduri li qed jittieħdu mill-Kummissjoni Ewropea. Mhux l-inqas għax nemmnu li m’għandu jkun hemm l-ebda privileġġi għal pajjiż fuq ieħor fl-istess familja Ewropea. Fl-aħħar mill-aħħar, konvinti li l-iskema mħaddma minn pajjiżna hija onesta u ġusta, li minnha finalment gawdew il-Maltin kollha, inkluż waqt din il-pandemija attwali.
f ’pajjiżna. Kieku fil-Gvern forsi mhux bozza tad-dawl jew tnejn jagħtina imma forsi jagħtina pakkett ta’ ħamsa. Forsi minflok vouchers li nistgħu ngawdu sabiex iddur l-ekonomija waqt dawn iż-żminijiet ħorox jagħtina vouchers li jistgħu jissarrfu għand l-Arms sabiex l-enerġija li nużaw tkun ekwivalenti matul il-ġurnata għal ftit sigħat bħal dik ta’ matul il-lejl. U ommi tkun tista’ taħsel il-ħwejjeġ f ’nofsinhar minflok f ’nofsillejl. Kieku jgħidilna: “Issa ħudu nifs qawwi!” Għax l-arja speċjalment dik ta’ madwar is-South jew il-Marsa tajba għall-pulmuni. Speċjalment il-pulmuni tat-tfal u l-anzjani tagħna. Il-heavy fuel oil hu ekwivalenti għall-ossiġnu li ssib fuq muntajna l-Iżvizzera. Kieku m’hemmx għalfejn intejbu l-infrastruttura speċjament tat-toroq. Imma li nimluhom bil-patches, tajjeb għas-suspension tal-karozza tiegħek.
U nkomplu nżidu r-roundabouts u t-traffic lights għax kif għedna qabel id-duħħan tal-karozzi tajjeb għall-pulmuni wkoll. Kieku taħt Gvern Nazzjonalista kieku l-Covid ma teżistix Malta u ma teżistix f ’Malta biss. Imdawrin b’pajjiżi li mifqugħin bil-Covid u Malta Covid-free. Tal-ġenn. Lanqas titwemmen. Kieku għamilna lockdown twil. Ħadd ma tilef sold. Ħadd ma ngħata wage supplement għax flus m’hemmx extra fit-teżor Malti – u ħaġa tal-iskantament ħadd Mater Dei u ħadd id-dar bil-Covid. Mhux ta’ b’xejn Malta ġenna tal-art. Bernard Grech bil-kummissjoni l-ġdida li ħoloq issa ser jisparixxi kull virus. U ajruport miftuħ. Lukandi mimlijin. Il-Belt Valletta mimlija nies u ħadd ma jilbes maskra barra. Kieku kien ikollna baġit fejn minn kaxxa vojta bla flus, Bernard Grech iħabbat bħal Harry Potter fuq l-ekonomija Maltija u l-flus
jibdew jaqgħu mis-sema bħall-borra li m’għandniex. Kieku min hu gay, gay biss baqa’, la jista’ jkun protett, la jista’ jipproteġi mħabbtu, la jista’ jħobb fl-apert u jilbes ċurkett u lanqas jista’ jaddotta. Kieku taħt Gvern Nazzjonalista għadna bla deċiżjoni fuq il-mina t’Għawdex. Bla trattamenti IVF li joffru xaqq ta’ tama fuq familji li ma jistgħux ikollhom tfal. Kieku għadna bl-Arriva. Il-pensjonjiet friżati. L-ekonomija fjakka u fqira. Child Care Centres trid tħallas għalihom. It-trasport għall-istudenti bil-ħlas. It-taxxi żdiedu. Fost ruxxmata benefiċċji oħrajn li kieku żġur lanqas biss noħolmuhom. U kieku l-elezzjoni li jmiss jirbħu n-Nazzjonalisti, nistgħu qatt ikollna moħħna mistrieħ? Pajjiż sinjur? Lanqas farka korruzzjoni? Xejn żbalji u jekk ikun hemm xejn apoloġiji? Imma kieku dan kollu, kieku waqa’ u kiser siequ.
KIEKU...
FELIX BUSUTTIL GALEA Kandidat
Kieku ma rebaħx il-Partit Laburista fl-aħħar elezzjoni kieku għadna taħt Gvern Nazzjonalista. Dan kieku l-Partit Nazzjonalista rebaħ ukoll l-elezzjoni ta’ qabel u ma tilifx siġġu fil-Parlament Ewropew. Għax kieku matul il-ħames snin preċedenti, l-eletti Nazzjonalisti fil-Parlament Ewropew kienu jħobbu tassew lil Malta u ma jagħmlux ħsara billi jkasbruha, iwaqqgħu ġieħha u jżebilhuha. Kieku ma kinux
ikomplu jaqgħu maskri u membri eletti bħal Metsola u Casa juru tassew il-kuluri tagħhom u jieħdu deċiżjonijiet ġusti fil-konfront ta’ pajjiżi oħra fejn is-saltna tad-dritt kienet qiegħda tiġi kkalpestata. Kieku forsi kienu jkunu onesti u etikament korretti u juru disprezz lejn dawk fl-Unjoni Ewropea li tassew ma kienu qed jagħmlu xejn sabiex dawk li kienu taħt investigazzjoni jiġu mressqa l-Qorti u l-poplu Bulgaru jieħu dak li ħaqqu. Għax lil Malta qatt ma faħħruha meta Gvern Laburista ħadem tassew sabiex inkunu konformi ma’ tibdiliet kbar meta ġejna fid-dmir li nagħmlu dan u tirrenja bl-ikbar unur is-saltna tad-dritt f ’pajjiżna. Kieku fl-elezzjonijiet li għaddew fil-Parlament Ewropew kienu jżommu s-siġġu li kellu l-Partit Nazzjonalista. Kieku l-Gvern Nazzjonalista nsejħulu għaref. U Gvern perfett, bla ebda żball. Li qatt ma jgħid li jeżisti ħafna ġid
14
25.10.2020
25.10.2020
15
16
25.10.2020
PROVA TA’ TAMA, KURAĠĠ U SERĦAN IL-MOĦĦ
JULIA FARRUGIA PORTELLI Ministru
Il-Baġit għas-sena 2021 preżentat fil-Parlament nhar it-Tnejn li għadda huwa prova konkreta li l-mod kif kien jiddeskrivih il-Prim Ministru Robert Abela sa lejlet it-tħabbira, Baġit ta’ tama, kuraġġ u serħan il-moħħ, ma kinitx sempliċement deskrizzjoni. Ma kienx diskors għall-gallarija. Ir-ruxxmata benefiċċji biex ikun assigurat li l-livell ta’ għajxien ikompli jittejjeb flimkien mal-viżjoni għall-irkuprar ta’ kull settur iridu jittieħdu fiċ-ċirkostanzi tas-sitwazzjoni maħluqa mill-pandemija COVID-19.
F’ċirkostanzi bħal dawn x’aktarx li kien ikun ġustifikat li l-aktar li setgħu jittieħdu kienu jkunu miżuri ta’ konsolidament. Il-Baġit 2021 imur lil hinn minn hekk. Huwa baġit li jaħseb biex ikompli jdawwar ir-rota. Biex meta d-dinja toħroġ mis-sitwazzjoni iebsa u diffiċli maħluqa mill-pandemija ma nkunux irridu nibdew mill-ġdid kompletament. Issibna għaddejjin u lesti biex nerġgħu nidħlu fir-ritmu. Il-paraguni huma odjużi imma mhux dejjem ikun possibbli li ma tagħmilhomx. Meta l-aħħar Gvern Nazzjonalista nqabad fi kriżi ekonomika, li għalkemm kbira imma mhux diżastruża bħal dik ikkawżata mill-COVID-19, ħataf l-okkażjoni biex dak li kien wiegħed fir-rigward tat-tnaqqis fit-taxxa tad-dħul ma jimplimentahx. Malajr sab skuża biex jiġġustifika li ma jwettaqx. Mhux hekk aħna. Aħna dak imwiegħed qed jitwettaq u se jkompli jitwettaq. Seta’ jsir hekk għax fis-snin li għaddew wettaqna dak li għallmuna missirijietna: erfa’ u sorr għal meta tiġi bżonn. Apparti dak kollu li għalih jaħseb
attwalment il-Baġit, jirrifletti wkoll l-għaqal, il-bżulija u r-riżultati miksubin fis-snin preċedenti ta’ amministrazzjoni Laburista minn Marzu 2013 ’l hawn. Li ma kienx hekk ma kienx ikun possibbli tagħti dak li jaħseb biex jagħti l-Baġit 2021. Ma tistax tagħti minn dak li ma jkollokx. Il-Baġit 2021 irid jiġi kkunsidrat ukoll fl-isfond ta’ dak li għamel il-Gvern tul ix-xhur li għaddew wara li d-dinja twaqqfet u litteralment tniżżlet għarkupptejha mill-COVID-19. L-injezzjonijiet finanzjarji bla preċedent, miljuni kbar, li ngħataw fix-xhur li għaddew kienu strumentali biex ġew salvati eluf kbar ta’ impjiegi. Wara kull impjieg tista’ tgħid li hemm familja. Titkellem ma’ kull min titkellem mis-settur ekonomiku ta’ pajjiżna jgħidlek illi li ma kienx għal dawn l-għajnuniet finanzjarji min-naħa tal-Gvern kieku kien ikollna kollass totali. L-għajnuna talGvern serviet mhux biss biex ir-rota tkompli ddur, anke jekk mhux bl-istess ritmu ta’ qabel il-pandemija, imma serviet ukoll ta’ stimulu għal tama u kuraġġ. Serviet biex l-isfida tid-
dawwar f’opportunità. Dan iwassalni għall-isfidi kbar li għandu s-settur responsabbli għalih jiena, is-settur turistiku. Settur li qala’ daqqa sew mill-COVID-19. Qegħdin u se nkomplu naħdmu bla waqfien biex nirkupraw kemm nistgħu minn dak li tlifna, bħalma tilef ħaddieħor. Għalhekk, l-isfidi quddiemna huma kbar. Qegħdin u se nkunu qegħdin nikkompetu għal numru ferm iżgħar ta’ vjaġġaturi globali. Imma mhux se naqtgħu qalbna. Ir-reazzjonijiet pożittivi ta’ dawk involuti direttament fl-industrija tat-turiżmu għal dan il-baġit jitkellmu waħedhom. Miżuri bħat-tkomplija tal-għoti tal-wage supplement u tal-vouchers se jkunu ta’ għajnuna kbira għat-turiżmu, inkluż dak intern, partikolarment Għawdex. Fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin invaraw strateġija aġġornata għall-iżvilupp tat-turiżmu tagħna bbażata fuq il-prinċipji ta’ bidu ġdid imsejjes fuq sisien aktar sostenibbli u kompetittivi u li jimmiraw għal aktar kwalità. Strateġija li taħseb mhux biss
għall-preżent imma mifruxa għall-10 snin li ġejjin, sas-sena 2030. Dan jinkwadra perfettament fil-pjan ta’ implimentazzjoni fit-tul sabiex l-industrija tatturiżmu taqleb l-operat tagħha għal ‘net zero, carbon neutral’. Il-viżjoni tagħna hi li kull stabbiliment turistiku f’pajjiżna, żgħir jew kbir, jibda jiġġenera biżżejjed enerġija minn sorsi nodfa, filwaqt li jnaqqas il-konsum permezz ta’ investimenti f’teknoloġiji innovattivi. Se nkunu qegħdin naħdmu biex naħtfu l-opportunità li toffri d-diġitalizzazzjoni biex in-negozji jkomplu jespandu l-firxa tas-swieq tagħhom, iżidu t-tkabbir, itejbu l-effiċjenzi fl-operat, u jkabbru l-vantaġġ kompetittiv tagħhom. Dan se jkun sinkronizzat ma’ pakkett ta’ inċentivi ta’ promozzjonijiet internazzjonali biex nattiraw lit-turisti tul is-sena kollha u b’hekk innaqqsu l-istaġjonalità. Se nkunu qegħdin naħdmu wkoll biex nerġgħu nistimulaw is-settur tant importanti tal-Konferenzi u Inċentivi. Il-Baġit 2021 verament jimla lill-poplu bit-tama u bil-kuraġġ filwaqt li jserraħlu moħħu.
MALTIN B’SAĦĦITNA ’L QUDDIEM!
JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew
Dan huwa Baġit li juri governanza serja, jikkonferma li pajjiżna għandu Gvern li jħares fit-tul bi sfond ta’ ekonomija b’saħħitha. Dan il-Baġit mhux biss ikompli jwieżen lill-familji Maltin u Għawdxin f’ċirkostanzi ddettati mill-imxija tal-pandemija, imma riżultat ta’ ppjanar tajjeb, Baġit li jkompli jibni fuq il-prijorità ta’ dan ilGvern li l-Maltin u l-Għawdxin ikollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.
Kif qal il-Prim Ministru Robert Abela, din l-amministrazzjoni rnexxielha tagħmel dak li qabel l-ebda amministrazzjoni ma rnexxielha tagħmel u meta ffaċċjata minn kriżi ekonomika bla preċedent, minflok għamlet bħalma kienu għamlu amministrazzjonijiet qabilha, li qagħdu lura u ħadu miżuri t’awsterità, dan il-Gvern ippreżenta l-aqwa Baġit fl-istorja ta’ pajjiżna. Iva, b’mod konkret f’dan ilBaġit li għadu kemm tressaq nara approċċ realistiku. Realistiku fis-sens li l-Gvern qed jifhem sew l-isfidi ewlenin ta’ gruppi partikolari fis-soċjetà minħabba ċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom u qed jindirizzahom, apparti li qed ikompli miexi ’l quddiem biex itejjeb is-setturi kollha, fuq quddiem dawk l-aktar li għandhom bżonn. Hemm diversi miżuri li se jagħmlu tajjeb għaċ-ċirkostanzi: tiġdid tas-sussidju tal-pagi; fejn kien possibbli tnaqqsu l-ispejjeż
għan-negozji ż-żgħar; ħruġ ta’ vouchers oħrajn; u hemm miżuri li permezz tagħhom il-Baġit qed jagħmel l-ikbar nefqa fuq is-saħħa, isservizzi soċjali u fuq l-investiment pubbliku. Baġit li juri biċ-ċar ukoll li dan huwa Gvern pro-market. Fih tħabbru skemi ġodda ta’ għajnuniet għall-industrija, l-aktar fil-manifattura. U dawn huma skemi addizzjonali għal dawk imħabbra fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika. Innotajt ukoll li lil hinn mill-ikbar investiment fl-infrastruttura industrijali, il-Malta Enterprise se tibqa’ ssaħħaħ l-iskemi intiżi lejn il-manifattura fosthom b’self b’rati ta’ interess preferenzjali u flessibbiltà fl-użu ta’ krediti ta’ taxxa. Aktar minn hekk, jekk ikun hemm il-bżonn ta’ aktar għajnuniet, il-Gvern għandu l-mezzi biex ikun ta’ spalla għan-negozji. Baġit li jista’ jsir għax għandna pajjiż b’saħħtu, b’ekonomija reżiljenti li fleqqel ta’ pandemija ilha erba’
xhur toħloq l-impjiegi, tant li l-qgħad naqas b’aktar minn elf ruħ – sitwazzjoni li ma tarahiex f’pajjiżi oħra tal-Unjoni. Huwa wkoll Baġit li jħares lejn il-futur. Minħabba x-xogħol tiegħi fil-qasam diġitali fl-Ewropa nieħu gost ukoll nara li huwa Baġit li jirrifletti direzzjoni ċara ta’ dan ilGvern fil-qasam diġitali. Għalhekk, sodisfatta nara miżuri mħabbra li juru li l-Gvern se jimplimenta l-AI fl-edukazzjoni, fit-trasport u fis-saħħa; se jara li jattira intrapriżi li jiżviluppaw logħob diġitali, imma fuq kollox jara kif se jitħarrġu żgħażagħ Maltin f’qasam daqstant kreattiv u innovattiv; jinvesti fil-ħiliet taċ-ċittadini ta’ kull età; u fuq kollox jgħin lin-negozji jsaħħu l-preżenza tagħhom online. Dawn huma passi ferm importanti u wkoll qed jittieħdu fil-ħin propizju - għaliex anke l-Unjoni Ewropea miexja f’dik id-direzzjoni. Fil-fatt din il-ġimgħa stess, fl-Unjoni Ewropea ksibna riżultat pożittiv ħafna fuq
ix-xogħol li għamilna biex nassiguraw suq diġitali ġust li jipproteġi bl-aħjar mod lill-konsumatur. Hawn nirreferi għall-qafas propost li se jagħmilha possibbli li tintrefa’ r-responsabbiltà u li nassiguraw rimedju għal danni kkawżati minn prodotti li jinkludu l-Intelliġenza Artifiċjali, kif ukoll għall-Att dwar is-Servizzi Diġitali fejn se nirregolaw il-pjattaformi diġitali li nużaw il-ħin kollu ħalli l-konsumaturi fuq dawn l-apps igawdu minn aktar sigurtà u trasparenza. Kull Baġit ta’ Gvern Laburista jġedded il-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi, għax anke f’mument li għad-dinja kollha hu iebes, anke minħabba l-inċertezza li ġġib magħha l-pandemija, Gvern Laburista xorta jibqa’ sod fil-prinċipji tiegħu; u b’qalb soċjali tħabbat jieħu ħsieb lill-pensjonanti, lill-ġenituri biċ-children’s allowance miżjuda, u lill-persuni b’diżabilità u lill-ġenituri tagħhom li se jassigurahom minn dħul aktar diċenti.
17
25.10.2020
KUNSILLI LOKALI AKTAR B’SAĦĦITHOM
IT-TIENI PARTI
Komunikazzjoni Esterna
MARIO FAVA
President Sezzjoni Kunsillier PL
Kapitlu ġdid Dan huwa kapitlu ġdid fl-istorja talGvern Lokali. Irridu naraw li jkollna viżjoni li l-Gvern Lokali jilħaq l-aspettattiva tal-aspirazzjonijiet tar-residenti għal kwalità ta’ ħajja aħjar. Irridu naraw li l-mira tagħna tkun dik illi nilqgħu għall-problemi b’mod proattiv aktar milli nirreaġixxu għax tinqala’ emerġenza. Is-servizzi offruti jridu jkunu minsuġa skont il-ħtiġijiet tar-residenti tagħna liema servizzi jridu jwasslu biex itejbu l-ħajja tal-individwu, tal-familji u tal-komunitajiet billi nipprovdu postijiet aħjar li wieħed jista’ jgħix fihom. Komunikazzjoni Din il-viżjoni hija possibbli jekk il-messaġġ tagħna jkun sinkronizzat u mwassal b’ mod tajjeb. Huwa hawn fejn l-involviment tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali, ir-Reġjuni u l-Kunsilli Lokali huwa imperattiv. Għaldaqstant, qabelxejn iridu naraw illi ntejbu s-sistemi ta’ komunikazzjoni interni kif ukoll esterni. Jiena nemmen illi trid tmexxi b’eżempju biex twassal il-bidla. Biex nimmarkaw dan il-proġett flimkien, irridu ninvestu f’eżerċizzju estensiv fejn inwasslu l-messaġġ li għandu jenfasizza min aħna u għalfejn qegħdin hawn. Irridu nwasslu l-messaġġ ta’ moviment, ta’ Gvern Lokali wieħed li joħloq l-għaqda, li jagħtina identità, li juri unità. Il-konsistenza fil-komunikazjoni għandha tirrifletti l-kwalità fil-ħidma tagħna lejn ir-residenti. Aktar ma l-messaġġ ikun wieħed konsistenti aktar nistgħu nikkomunikaw aħjar. Dan jista’ jsir f’diversi forom, kemm bi kliem, kemm b’disinn kif ukoll bil-perspettiva. Irridu nimpenjaw ruħna u naħdmu biex ikun hemm għarfien, fiduċja u lealtà mal-Kunsilliera kollha, mal-impjegati, mal-istakeholders u mar-residenti. Komunikazzjoni Interna F’livell ta’ Gvern Lokali l-ħtieġa li jkun hemm ħaddiema motivati, infurmati u li jikkollaboraw hija waħda mill-aktar affarijiet kruċjali. Il-fatt li l-ħaddiema tal-Kunsilli Lokali huma responsabbli mill-komunikazzjoni ta’ kuljum mar-resident huwa importanti li dawn ikollhom aċċess għall-informazzjoni korretta u aġġornata dwar is-servizzi offruti lill-pubbliku. Dan sabiex huma jkunu jistgħu jipprovdu livell ta’ servizz u assistenza mill-aktar effettiv lir-residenti u l-istakeholders. Dan sabiex permezz t’hekk ikunu qegħdin jgħinu lill-Kunsill Lokali jilħaq l-oġġettivi tiegħu.
Ir-residenti għandhom id-dritt li jkunu infurmatti bil-ħidma u bl-attivitajiet tal-Kunsill Lokali rispettiv. F’demokrazija li tkun qed tiffunzjona b’mod tajjeb, il-Gvern jipprovdi informazzjoni ċara, f’waqtha u trasparenti għall-pubbliku. Aktar minn qatt qabel il-kredibilità tal-Gvern Lokali u l-mod kif jintlaqgħu policies’maħruġa mill-Kunsill Lokali jiddependi ħafna fuq ilmod ta’ kif dawn jiġu kkomunikati. Irridu nassiguraw li mmexxu b’eżempju qabel ma nkunu f’pożizzjoni sabiex nassistu lir-residenti tagħna. Dan billi l-ewwel nassiguraw komunikazzjoni interna professjonali u effiċjenti. Il-Kunsilli Lokali jridu jagħmlu rivoluzzjoni fis-sistemi ta’ komunikazzjoni esterni. Trid issir organizzazzjoni mill-ġdid tal-pjattaforma tal-midja soċjali tal-Kunsilli u magħhom jiżdiedu pjattaformi oħra diġitali bħal Instagram, Linkdin, Twitter u Channel fuq Youtube. Dwar dan nitkellmu f’aktar dettall ’il quddiem.
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 15 ta’ Ottubru Ikolli nammetti li qiegħda tiżdiedli l-fiduċja f’Bernard Grech, għax intelliġenti r-raġel, man! Jien kont naħseb li l-inkwiet jeżisti biss fil-partit darba glorjuż tagħna. Imma mhuwiex il-każ u kont naħseb hekk għax jien mhux bħal Bernard Grech, ninnota u nanalizza kollox. Saħansitra joqgħod jinnota lix-xufiera tal-ministri, jinnota x’jagħmlu u x’ma jagħmlux, tant li induna li x-xufiera tal-ministri mhux kollha jitkellmu bejniethom u hemm uħud li ma jkellmux lil xulxin. Kollha xquq fil-Partit Laburista, għalkemm ikolli nammetti li l-problemi li għandna aħna mhumiex xquq, imma gandotti.
Dak li jridu n-nies
Il-Ġimgħa, 16 ta’ Ottubru
Inutli naħdmu u naħlu l-enerġija fuq dak li naħsbu li jridu n-nies. Irridu naħdmu u ninvestu fuq dak li jridu n-nies. L-ambjent urban huwa tal-ikbar importanza, l-aktar meta wieħed jiftakar li Malta hija fis-seba’ post ta’ pajjiżi li għandhom densità ta’ popolazzjonijiet l-iktar għolja. Għalhekk, il-lokalitajiet tagħna jrid ikollhom influwenza diretta u bl-aktar mod wiesa’ fuq l-impatt li dan iġib fil-ħajja tagħna u fuq l-ambjent inġenerali, ifisser li l-lokalitaijiet tagħna għandhom ikunu aktar sostenibbli. Il-Kunsilli Lokali jifhmu l-irwol illi għandhom sabiex il-lokalitajiet ikunu parti importanti biex itejbu l-ħajja tar-residenti tagħhom u għalhekk huma kommessi li jaħdmu fuq din il-materja. Irridu niftakru li l-Kunsilli Lokali flimkien mal-Gvern Ċentrali għandhom l-obbligu li jipprovdu livell ta’ kwalità ta’ ħajja għolja u opportunitajiet illi permezz tagħhom iċ-ċittadin ikun jista’ jaħdem, jinnegozja u jinvesti fihom. Bla dubju ta’ xejn hija sfida għalina l-Kunsilli Lokali sabiex nassiguraw illi policies relatati ma’ żoni urbani jkunu koerenti u jilqgħu għal dawn l-isfidi. Istituzzjonijiet governattivi jistgħu jkollhom għanijiet diversi minn xulxin u dawn ħafna drabi jiġu implimentati b’ mod indipendenti imma b’ effetti negattivi, huwa għalhekk li l-irwoli tal-Kunsilli Lokali u dawk Reġjonali, li jassiguraw koordinament effettiv f’ kull direzzjoni u f’ kull livell. L-ambizzjoni tal-Gvern hija li joħloq pajjiż aktar kompetittiv, sostenibbli u inklussiv f’dinja li qed issir dejjem aktar globalizzata. Il-Kunsilli Lokali jridu jaħdmu lejn lokalitajiet aktar atrajenti, vibranti u b’saħħithom sabiex jipprovdu lill-ġenerazzjonijiet tal-lum u t’għada, spazji atrajenti li jistgħu jgħixu, jaħdmu u jirrilassaw fihom. Din hija ċ-ċavetta biex tassigura tkabbir ekonomiku sostenibbli fit-tul. Minkejja dan kollu, irridu napprezzaw li m’hemmx soluzzjoni waħda ta’ ‘one size fits all’ biex jintlaħaq dan l-għan. Dan id-dokument qed isir biex ikun hemm viżjoni koerenti u direzzjoni ġenerali għall-Kunsilli Lokali b’mod individwali biex ikun hemm skambju ta’ ideat u eżempji prattiċi ta’ suċċess bejn il-Kunsilli, biex ikun hemm titjib fil-ħajja tar-residenti. Fl-artiklu li jmiss nagħtu ħarsa lejn il-parti amministrattiva u kif din għandha tissaħħaħ.
Repubblika. Occupy Justice. Manweldelia.com. Tliet għaqdiet differenti, suppost, li jingħaqdu f’kull manifestazzjoni li ssir biex tagħmel ħsara lill-Gvern. Imma milli jidher dawn mhuma xejn għajr għaqda waħda mmexxija minn Manuel (mhux Adrian) Delia. Sa fejn naf jien Repubblika hija mmexxija minn Manuel (mhux Adrian) Delia, manueldelia.com hija ovvjament tal-istess Manuel (mhux Adrian) Delia, u Occupy Justice huma l-istess nies li jiffurmaw parti minn Repubblika. Insomma, f’kelma waħda tliet għaqdiet f’persuna waħda. Huma x’inhuma l-importanti li l-għan tagħhom huwa simili: li jfixklu lill-Gvern ta’ Robert Abela. Is-Sibt, 17 ta’ Ottubru Erġajt qbadt ir-rutina u kull nhar ta’ Sibt filgħodu qed nerħilha għall-Istamperija ngħaddi siegħa żmien ma’ sieħbi, nieħdu grokk flimkien, u b’hekk inkun naf sewwa x’inhu għaddej fil-partit darba glorjuż tagħna. Minn dak li qalli sieħbi, jidher li l-Kap Bernard Grech daħħalha f’moħħu, u f’moħħ kulħadd, li l-elezzjoni tinsab fil-qrib ħafna aktar milli konna qegħdin naħsbu. Tistaqsinix għaliex qiegħed jgħid hekk, għax jien ma nafx u ma tinżillix. Imma skont sieħbi hija xewqa tal-Kap il-ġdid li l-elezzjoni ssir malajr kemm jista’ jkun, għax jekk nitilfu jkollu skuża tajba biex jibqa’ fejn hu għax jgħid li ma kellux żmien biżżejjed biex juri xi jsarraf. Il-Ħadd, 18 ta’ Ottubru IIlum spiċċajt waħdi għax Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna xejn ma kien jiflaħ. Il-każin tista’ tgħid li ma kien hemm ħadd għajr Ċensu l-barman, u kulma ħadt żewġ flixken birra għax iddeċidejt li mmur nagħmel mixja fil-kampanja. Xorta ma ħadtx gost, avolja l-mixi nħobbu, anki jekk
m’għadnix niflaħ daqs qabel. Imma dan ir-riħ sar idejjaqni wisq, u ħlief riħ mhuwiex jagħmel. Jien ir-riħ nobgħodu, kemm jekk ikun riħ isfel, u kemm jekk ikun riħ fuq. Jien riħ wieħed biss inħobb - ir-riħ tal-bidla, imma dan ir-riħ m’hemmx li jasal, anke jekk qegħdin jgħidu li l-elezzjoni għal Marzu. It-Tnejn, 19 ta’ Ottubru Kemm mort żmerċ, man! Jien kont qiegħed naħseb li se nisma’ lill-Ministru Edward Scicluna jagħmel sensiela ta’ bikjiet biex jinfurmana għala l-baġit ta’ din is-sena kellu jkun differenti minn tas-soltu u li minflok żidiet lil kulħadd, kien se jkollu jirrikorri għal żidiet fit-taxxi. Imma ħej għamilt siegħa quddiem it-televixin u ħlief jgħid li se jżid lill-familji kollha ma smajtux jgħid. Lanqas flaħt inkompli nisimgħu sal-aħħar għax ħass ħażin kien se jagħtini. Mur oqgħod bi lsien Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna għax il-Bambin biss jaf kemm se jdum jgħid lill-klijenti tiegħu li dan l-aqwa Bagit li qatt sar. It-Tlieta, 20 ta’ Ottubru Mhux Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna biss faħħru l-baġit. Minn dak li qrajt fil-ġurnali llum, kulħadd kelma waħda. Baġit mill-aqwa li kkuntenta lil kulħadd, kemm jekk huma trade unions, kemm jekk huma employers, kemm jekk huma fil-qasam tatturiżmu, kemm jekk huma żviluppaturi. Insomma, kulħadd kuntent, kulħadd ferħan. Imma jien, anke jekk ma nifhimx, u l-importanti għalija huwa li żiedli l-pensjoni, xorta waħda ma ngħidx li huwa baġit tajjeb għax qabel nikkummenta nkun irrid nisma’ d-diskors tal-Kap tagħna, u din id-darba aktar minn qatt qabel għax se jkun l-ewwel diskors tal-Kap ilġdid Bernard Grech. L-Erbgħa, 21 ta’ Ottubru Din li joqogħdu jwebbluni b’elezzjoni bikrija, xejn mhi togħġobni. Għax jien, meta tkun qiegħda toqrob elezzjoni ġenerali, moħħi jaħseb biss kif se nġibu l-voti, kif se niksbu l-maġġoranza biex nerġa’ nidħol Kastilja, kif kont nagħmel fi żmien Lawrence Gonzi u fi żmien il-kbir Eddie. Għalhekk ma rridx li nibda nimla rasi minn issa, għax jgħidu x’jgħidu, jien għadni m’iniex konvint li se jkollna elezzjoni bikrija. Aktar u aktar għax fl-istess ħin qegħdin jgħidu li mistennija bidla radikali fil-kabinett tal-ministri. Ngħid jien se jagħmel bidla radikali fil-kabinett għal ftit ġimgħat biss, mingħajr ma jagħti ċ-ċans lill-ministri l-ġodda juru xi jsarrfu!
18
25.10.2020
IT-TAQBIL FOLKLORISTIKU F’BORMLA U TAGĦRIF FUQU L-għeruq Maltin għall-kant tal-għana f’pajjiżna, imorru lura għal żmien is-seklu 18. Dan jirriżulta minn tagħrif li nsibu bil-miktub. Ġeneralment, il-kant tal-għana kien ikun akkumpanjat bil-mużika. Insibu tagħrif li jsostni li l-aktar li kienet tit-
kanta l-għana, kien ikun min-nisa waqt ix-xogħol tad-dar u minn ħaddiema oħra waqt li jkunu għaddejjin bix-xogħol tagħhom. Maż-żmien, l-għana evolviet biex saru regoli għar-ritmu u r-rima. Minkejja dan, l-għana xorta baqgħet
marbuta mal-klassijiet tal-ħaddiema. Fuq dan is-suġġett, illum se nippreżenta intervista ma’ Angelo Dougall, li ħalliena f’Diċembru tal-2017. Minn CHARLES B. SPITERI
Angelo, fil-folklor tagħna nsibu żewġ kelmiet: TAQBIL u GĦANA. Dawn jirreferu għall-istess ħaġa? U jekk le, x’għandhom differenti? Kien hemm daqsxejn ta’ nuqqas ta’ ftehim fuq dan. Fost l-istudjużi tal-folklor kien hawn min kellu l-idea li huma l-istess ħaġa. Kellna wkoll xi studjużi u kittieba li ħalltuhom flimkien. Irridu ngħidu mill-ewwel li la qatt kienu u lanqas mhuma xorta. L-għana, kif kulħadd jaf, hu dak folkloristiku li jinstema’ f’kull rokna tal-gżejjer tagħna mill-għannejja. It-taqbil kien l-aktar jingħad fit-Tlett Ibliet (iI-Kottonera), u l-aktar f’Bormla. Issa tassew ħasra li nqata’ u m’għadekx tisimgħu aktar. Bid-differenza li t-taqbil kien fil-forma ta’ rakkont li drabi kien jintqal bil-kantaliena u kien ikun ukoll deklamat. Ħafna drabi kien jintqal bħal speċi ta’ makkjetta, jew minn xi ħadd li jrid juri l-ħila tiegħu għattaqbil. Nistgħu nsejħulu għana bla mużika. Illum il-ġurnata m’għadniex nisimgħuh. Dan it-taqbil isemmuh il-barranin? Xi kittieba barranin innutawh u semmewh fil-kotba tagħhom, għalkemm bħal George Percy Badger, filktieb tiegħu Description of Malta and Gozo, 1838, isemmi li kemm it-taqbil u kemm l-għana huma xorta waħda u l-istess. Badger ma daħalx fl-ispirtu tat-taqbil fih innifsu, waqt li ħallat it-taqbil mal-għana, jew ma fehemx il-metodu folkloristiku tiegħu l-aktar fost il-ħaddiema tal-Kottonera. Il-Kavallier Saint Priest ħallielna għanja bil-Malti filktieb tiegħu bil-Franċiż dwar Malta Malte Par un Voyageur, 1791, iżda lanqas ma tana ħjiel jew xi tagħrif dwar it-taqbil. Badger semmieh biss u qal “.. this the natives call ‘Taqbel’.
The subjects vary according to the circumstances, sometimes partaking of the nature of epic poetry . . . ” (. . . dan il-Maltin isejħulu “taqbil, issuġġett ivarja skont iċ-ċirkustanzi, kultant jieħu l-forma ta’ poeżija epika...”) . Iżda fost kollox, Badger jgħid li l-Maltin iħobbu jqabblu għall-gost. Kif tista’ tgħid li t-taqbil ra l-bidu tiegħu, f ’Bormla? It-Tlett Ibliet, barra li kellhom il-folklor tagħhom, kienu l-benniena tal-mestier talbaħar, u għal dan Malta kienet magħrufa mad-dinja. Iżda l-folklor marittimu kemxejn ma ntilifx meta n-nies ta’ dawn l-ibliet ġew evakwati u tferrxu ma’ Malta kollha flAħħar Gwerra Dinjija. Meta Napuljun Bonaparte ħakem lil Malta u keċċa lill-Kavallieri, barra li kien
l-ewwel bniedem li sejjaħ lill-Birgu, lill-lsla u lil Bormla bħala Le Trois Cités (It-Tlett Ibliet), hu nnifsu, b’digriet tat-13 ta’ Ġunju 1798 (Arrête du 25 Prairal An VI) ifforma l-Muniċipju tal-Lvant tal-Belt ta’ Malta. Il-flotta tal-Ordni waqgħet taħt idejh u għall-invażjoni u l-ħakma tal-Eġittu, ħa miegħu lill-baħħara Maltin li l-parti l-kbira tagħhom kienu minn dan il-lokal; u b’hekk ukoll min jaf kemm folklor marittimu Malti ntilef! Iżda xi ftit minn dak il-folklor marittimu baqa’ jintqal għal bosta snin wara. Bħalma l-għana jaqa’ taħt ħafna forom, it-taqbil l-istess? Iva. Jien insejjaħlu “taqbil la Bormliża” għax l-aktar li smajtu jingħad kien f’Bormla. Ħafna drabi, in-nies kienu
jitgħallmu t-taqbil bl-amment u kienu bosta dawk li jiddilettaw bih. Is-sabiħa mbagħad kienet li l-anzjani
kienu jgħadduh minn ġenerazzjoni għal oħra. Kienu jgħiduh bil-lajma, wisq drabi jiddeklamawh waqt xi serata,
It-Tlett Ibliet, barra li kellhom il-folklor tagħhom, kienu l-benniena tal-mestier tal-baħar, u għal dan Malta kienet magħrufa mad-dinja. Iżda l-folklor marittimu kemxejn ma ntilifx meta n-nies ta’ dawn l-ibliet ġew evakwati u tferrxu ma’ Malta kollha fl-Aħħar Gwerra Dinjija
19
25.10.2020 jew jingħad minn fuq ir-ribalta tal-palk f’xi intervall waqt it-tibdil tax-xeni. Ġieli wkoll kienu jgħiduh għad-delizzju, waqt xi laqgħa soċjali, biex jedhew u biex juru ħilithom fit-taqbil. It-taqbil kien ikun tgħarbil il-moħħ għas-sejba ta’ kliem li jaqbel. Mhux magħruf jekk qattx inkiteb xi taqbil jew xi tagħrif fuqu. Kien hemm waqtiet li fihom l-aktar li kien isir taqbil? L-aktar fejn ix-xogħol kien monotonu. Kienu jqabblu fuq ħafna suġġetti, il-fjuri, l-għamara, id-dar, l-ikel, il-kċina, il-ħut, u affarijiet oħra. Kien isir taqbil fuq is-snajja’: il-ħaddieda, il-mastrudaxxi, l-ebbanisti, is-sajjieda, is-sillara, l-iskrapan, eċċ. It-taqbil kien isir ukoll waqt it-tħaddim tal-argnu fit-tarzna, meta jkun qed jiddaħħal xi bastiment filbaċir. Kien xogħol iebes u waqt li l-ħaddiema kienu jdawru l-manwelli tal-argnu, kien ikun hemm nies apposta magħrufa għat-taqbil. Fost l-oħrajn jissemma Leli Casha, il-Bronk, raġel mibni b’saffejn, Bormliż, li kien gwapp għal dan it-taqbil. Kellu sens ta’ umoriżmu qawwi, ferrieħi, idaħħak u dħuli. Jiġifieri nistgħu ngħidu li t-taqbil kien serħan għal bosta ħaddiema f ’xogħol tedjanti, hux hekk? Hekk hu. Fl-antik, wieħed kien isib ukoll ix-xogħol talbrim tas-sigarri. Dan ukoll kien xogħol monotonu u metodiku, u biex iderru waqt ix-xogħol, il-barrama kienu jħobbu jqabblu bejniethom. L-aktar waħda li niftakar fost il-barrama tas-sigarri, kienet Zolli Bajada tasSajjied. Kienet min-naħa ta’ San Ġwann t’Għuxa. Niftakar ukoll lil Ċikka l-Kalora, li mingħalija kienet min-naħa tal-Bastjun. Daqskemm Zolli kienet tbeżżagħni bil-bixra ta’ wiċċha, daqshekk kienet tiġbidni bil-manjieri twajba tagħha. Kuġinti, Ġulja (Busuttil nee Dougall) fakkritni f’nisa oħra barrama tas-sigarri: Ċikka tal-Bastjun, Mananni l-Kokka mill-Bastjun ukoll, u Ċensa li kienet toqgħod qrib is-Suq il-Ġdid ta’ Bormla. Dawn in-nisa kienu kollha għannejja tajbin, li kienu jinfexxu f’xi għanja spirtu pront jew La Bormliża, barra li kienu jagħtuha wkoll għattaqbil. Nannti Vitor li kienet, biex ngħid hekk, il-prinċipala tal-fabbrika, mhux talli kienet tħallihom, talli kienet tieħu pjaċir bihom, għax kienu nisa twajba u tal-familja, basta l-għana u t-taqbil ikun nadif.
Angelo, iż-żminijiet jinbidlu u jibdlu wkoll id-drawwiet. Kif tara d-differenza? Daż-żmien jitwaħħlu loudspeakers fil-ħwienet tax-xogħol u fl-uffiċini, li minnhom tixxandar mużika u kant, u l-ħaddiem jinżamm aljenat. Sas-snin ta’ qabel it-Tieni Gwerra Dinjija (1939-1945) tas-seklu l-ieħor ma kienx hekk. Waqt li xi persuna jew tnejn iqabblu bejniethom, il-ħaddiema l-oħra kienu joqogħdu jisimgħu u jsegwu t-taqbil u l-‘Għana’ li jingħad. F’żgħoriti niftakru hekk u l-aktar li sirt naf fuqu meta kont inkun għand nannieti Bormla fil-fabbrika tagħhom tat-tabakk u l-manifattura tas-sigarri fi Strada Nuova qrib il-mina ta’ Santa Liena. Il-ħaddiema tat-tarzna kellhom it-taqbil tas-snajja’ tagħhom u kellhom id-dilettanti tat-taqbil fuq is-sengħa tagħhom. Kif semmejna aktar ’il fuq, it-taqbil kellu l-forom differenti tiegħu. Forsi tista’ tgħidli x’kienet l-aktar forma li tintqal? Kienet dik ta’ meta persuna tqabbel waħidha. Kien hemm ukoll meta tnejn iqabblu bejniethom u jalternaw il-versi u l-kwartini. Apparti mit-taqbila “Il-Ftila u l-Mila” li kienet bl-immaljar tal-kliem imqabbel, ittaqbil kien ta’ A-A, B-B, l-ewwel żewġ versi A-A li kienu b’taqbil moħfi, u t-tielet u r-raba’ versi B-B bit-taqbil tronk. Ma kienx hemm wisq metrika fil-vrus, iżda t-taqbil kien l-importanti. Tħoss li t-taqbil, li kien parti importanti mill-folklor Malti, ġie injorat? Mhux injorat biss, iżda kważi ntesa. It-taqbil kien inħoloq kemm għall-passatemp u kemm sabiex iderru mill-monotonija tax-xogħol. Il-folklor Malti ssawwar tagħna f ’tagħna, fl-iżolament tal-gżejjer tagħna u ma kellu influwenza minn imkien. Sar bla imbuttar, bla ndħil barrani, bla kkupjar u bla sfurzar. Il-poplu inġenerali kien bla skola, nieqes mit-tagħlim u b’edukazzjoni limitata. Kulma għamel kien għalih, għad-delizzju tiegħu u għall-mogħdija taż-żmien. Jekk kien hemm xi xebh u xi paralleliżmu ma’ xi mkien ieħor, kien aċċidentali. Jiġifieri nistgħu ngħidu li t-taqbil hu tagħna biss bħala poplu? Ngħidlek din, għax mhux sew li nieħdu l-mertu aħna biss. Xi emigranti xjuħ Maltin li marru Detroit fl-ewwel snin
It-taqbil mhu xejn ġdid fil-folklor. Donnha qiegħda f’demmhom il-ġnus u t-tribujiet Semitiċi fosthom kienu l-Kangħanin (il-Feniċi) li kienu jħobbu jgħarblu moħħhom għal dan. Fit-Testment il-Qadim tal-Bibbja Mqaddsa it-taqbil jissemma ħafna drabi u kien differenti mill-għana u meqjus differenti
ra li kiteb is-Salmi, kien ukoll għannej u ħalla 1,005 għanja, u kiteb ukoll it-taqbil. Biss ma jidhirlix li fil-Bibbja nsibu taqbila waħda biss minnhom! Fi żmienna m’għadux isir taqbil folkloristiku? Isir, iżda l-aktar b’tgħajjir (għanjiet niggieża) fl-ibliet u l-irħula bejn il-partitarji ta’ każini rivali. Dan ilu ħafna jsir; niftakru minn qabel il-Gwerra Dinjija (1939-1945) tas-seklu l-ieħor. Insibu bħal: “Ta’ ———- ħallelin, Serqu tazza mill-każin!” Jew
tas-seklu 20, qaluli li kienu raw ħafna xebh fil-folklor u fid-drawwiet tagħna ma’ dawk ta’ emigranti minn pajjiżi oħra. Dan kien paralleliżmu aċċidentali fil-folklor ta’ ġnus oħra tax-xtut tal-Mediterran u ssawwar minnhom l-aktar minn ħtieġa tal-ħajja li kienu jixbhu lil dawk tagħna. Dwar it-taqbil jista’ jinkiteb ħafna. Niftakarhom sewwa l-barrama tas-sigarri fil-fabbrika ta’ nannieti f ’Bormla, li waqt li jkunu qed jobormu l-faxex tat-tabakk biex jagħmluhom sigarri, xogħol li hu metodiku, ripetittiv u jdejjaq, kienu jżommu ruħhom okkupati, allerti u medhijin bit-taqbil. Ġieli tkun waħidha Zolli tqabbel b’mod reċitattiv u bil-lajma, taħdem waqt li taħseb x’se tqabbel. Ġieli kienu jkunu tnejn iqabblu bejniethom; Zolli ma’ Ċikka l-Kalora; iżda tabilħaqq li l-barrama kollha jkunu għassa ta’ xulxin għal kulma jkun qed jingħad ħalli la jitfixklu u lanqas jirrepetu ruħhom. Tiftakar li kien hemm xi taqbil ta’ sengħa? Kien hemm dak li nsejjaħlu ‘mmaljat’ u li kien jinħtieġ ħsieb u sengħa kbira. Lil Zolli kultant kont nitlobha tgħidli t-taqbila ‘Ftila u l-Mila’ u din l-imbierka kienet tgħidli l-verżjoni l-qasira ta’ dik it-taqbila. Fiha tidher id-differenza bejn taqbila ‘sempliċi’ u taqbila ‘mmaljata’. Din kienet popolari ħafna u n-Nutar Vincenzo Maria Pellegrini (1911-1997) poeta, li kien bniedem magħruf ħafna għal-letteratura, darba kien qalli li jiftakar lil ommu (Evangelista nee Aquilina) tgħid din it-taqbila folkloristika sikwit. Mill-Gwerra Dinjija (1929-1945) ’l hawn ma smajthiex aktar! Kien hemm ħafna verżjonijiet ta’ din it-taqbila mmaljata u ħafna drabi
“Magħna ma tagħmlu xejn, kienu jibqgħu sejrin biha Għax aħna daqskom ġranet sħaħ. Niftakar li darbtejn!” kienet tispiċċa b’terminoloġija tabilħaqq maritti- U taqbil ieħor li jsir wisq drama: bi waqt il-marċi tal-festa, u jsir tgħajjir imqabbel bejn Il-ħabel mhuwiex stoppa, każini tal-banda, u wkoll Pruwa ’l fuq u riħ in poppa! bejn il-partitarji tal-futbol. Baqa’ tabilħaqq wieħed xi L-għada, il-barrama kienu jsib dwar dan is-suġġett tatjkomplu t-taqbila mnejn taqbil folkloristiku. ħallew il-ġurnata ta’ qabel. Bħala eżempju ta’ kif kien Naraw li fit-taqbil kollox isir it-taqbil bejn tnejn hemm hu fin-negattiv bil-kliem: it-taqliba “Il-Ħaddied”, li mhux, ma hux, ma hix, mhix, għalkemm kien qalhieli mhuwiex, mhumiex u lema. Mikiel Agius, il-versi kienu Għalkemm bosta vrus minn- jalternaw fit-taqbil tagħhom hom huma mfasslin b’ritmu, mill-barrama tas-sigarri Zolimma biss jitqabblu u mhux li tas-Sajjied (Z) u Ċensa l-Kapoeżija. lora (Ċ). It-taqbil mhu xejn ġdid Din it-“Taqbila” kien qafil-folklor. Donnha qiegħ- lhieli Mikiel Agius, Bormliż da f ’demmhom il-ġnus u fl-1971. Għall-bidu tas-snin t-tribujiet Semitiċi fosthom 50 kien emigra lejn Detroit, kienu l-Kangħanin (il-Feniċi) Michigan (l-Amerka). F’din li kienu jħobbu jgħarblu it-taqbila kien għen ukoll moħħhom għal dan. Fit-Test- ħuh Neriku. Mikiel kien ħadment il-Qadim tal-Bibbja diem it-Tarzna Rjali ta’ MalMqaddsa it-taqbil jissemma ta fejn kien ħaddied u masħafna drabi u kien differ- trudaxxa. Mikiel kien qalli enti mill-għana u meqjus taqbiliet oħra, fosthom waħdifferenti. Ġieli kemm it- da fuq ‘Id-Dar’, taqbila twila li taqbil u kemm l-għana jis- kienet tgħidha ommu. Meta semmew flimkien. Naqraw kien ikun bil-burdata u kien f ’wieħed mill-kotba tas-Slat- jiftakar b’xi taqbila, kien joen kif darba s-Sultan David qgħod jgħidhieli bil-paċenzja stqarr li jibża’ li jekk jitlef kollha. il-battalja “jqabblulna xi Taqbila oħra, din id-dartaqbila u jwaqqgħuna għaż- ba ta’ xeħta marittima kien żuffjett…” It-taqbil kienu qalhieli missieri, John Doujeħduh tabilħaqq bis-ser- gall, Bormliż, fl-1949. Fiha jetà! Naqraw ukoll fil-Ktieb naraw l-element tal-baħar tal-Profeta Ħabaqquq, li u tissemma terminoloġigħex fis-seklu 7 qabel Kris- ja marittima, ta’ partijiet tu, li għamel referenza għat- tad-dgħajsa Maltija. Fiha taqbil. Skont it-traduzz- kliem li kien użat l-aktar joni ta’ Zammit (Ħabaqquq mill-barklori, il-baħħara 2.6) kiteb: “… ma jqabblux u l-mastrudaxxi bennejja dawn kollha għalih taqbila tal-qxur tal-baħar. Donnha li iwaqqgħuh għaċ-ċajt?..” u din it-taqbila kienet tintqal skont Saydon “… ma jqabblux l-aktar mix-shipwrights dawn kollha għalih taqbi- fil-boathouse ta’ taħt Korla u jgħidulu għanja nig- din fit-Tarzna Rjali ta’ Malgieża? …” Fil-Ktieb tal-Pro- ta. Għandu mnejn li kienu feta Mikah, (Mikea 2.4) li jitgħallmuha bl-amment. wkoll għex fis-seklu 7 qabel X’aktarx li din it-taqbila folkKristu nsibu: “F’dak il-jum loristika, bħal bosta oħrajn, iqabblulkom taqbila, (skont kienu jgħiduha b’deklamar, it-traduzzjoni ta’ Saydon)”. ukoll f ’xi intervalli minn fuq Fil-Ktieb tas-Slaten II 4.32 ir-ribalta tal-palk waqt ilhemm li s-Sultan David, bar- bdil tax-xeni.
20
25.10.2020
DARIO GENOVESE
WARA SNIN FI GRUPP MUŻIKALI, ISSA GĦAL RASU BĦALA SOLIST Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Wara diversi snin, hemm tendenza li persuna taf tiddejjaq tagħmel l-istess ħaġa. Aktar u aktar meta tkun trid tesperimenta aktar f’ħajjitha. Fid-dinja tal-mużika din il-bidla saret komuni, kemm għall-ġid tal-artist u anke sabiex tissaħħaħ u tvarja l-mużika. Riċentement sirt naf b’artist lokali li wara diversi snin membru fi grupp mużikali lokali, ddeċieda li jfendi għal rasu u jibda jipprattika bħala solist. Qed nirreferi għal Dario Genovese. Għandu 28 sena u joqgħod l-Iklin. Ħajtu tista’ tgħid li ddur mal-mużika għax apparti d-daqq, filgħodu huwa għalliem tal-mużika ġo skola primarja. Passatempi oħra jinkludu l-isports u s-safar. Ilu jdoqq minn mindu kien tifel u tista‘ tgħid li ilu fix-xena aktar minn 10 snin. “Meta kont żgħir kont immur l-Ischool of Music ġewwa l-Belt u riċentement komplejt l-istudju tiegħi fuq il-mużika. Gradwajt mill-Università ta‘ Malta fil-liġi, però qatt ma kelli intenzjoni li naħdem f’dik il-linja,” beda jgħidli dwaru Dario. Ma kinitx deċiżjoni faċli, però ċert li kienet id-deċiżjoni t-tajba għalih. Dan l-aħħar ftit xhur, Dario proprju telaq minn mal-band tiegħu The Busker. Mistoqsi kemm kien diffiċli li jagħmel dan il-pass f’ħajtu u jibda bħala solist, Dario weġibni: “Li nitlaq mill-grupp The Busker ma kinitx deċiżjoni faċli, però ċert li kienet id-deċiżjoni t-tajba għalija. Kont wasalt f’punt fejn ma bqajtx insib ispirazzjoni u r-rutina kienet qed issib aktar spazju mill-eċitament. Nemmen li fil-ħajja l-bidla hija importanti ħafna. Minħabba din ir-raġuni u kif ukoll il-viżjoni artistika differenti mill-bqija tal-grupp, jien iddeċidejt li nibda l-proġett solist biex ikolli anke aktar libertà ta’ liema stil nixtieq nesplora bħala artist.” Proprju fuq post li tella’ hu stess fuq Facebook, dan l-aħħar innutajt li qal li kull meta kienu jdoqqu bħala band dejjem kien jintroduċi
lil sħabu tal-band u lilu nnifsu le. Però għall-kuntrarju dan l-aħħar introduċa lilu nnifsu bħala solista għall-ewwel darba. Ħallejt f’idejh sabiex jgħaddi l-kummenti. “Kull meta konna nkunu waqt xi show kienet qisha tradizzjoni li nintroduċi lil kulħadd u dejjem ninsa nsemmi lili nnifsi għax dejjem rajt issaħħa tal-grupp aktar milli dik individwali, qatt ma interessani li nidher bħala Dario. Illum għall-ewwel darba nista’ nintroduċi lili nnifsi mingħajr ħafna ħsibijiet.” Kompla jgħidli fuq l-ispirazzjonijiet u fuq kif jgħaqqadhom mad-dinja tallum. “L-ispirazzjonijiet tiegħi bħala Dario Genovese insibhom minn artisti tas-snin
60 bħal Bob Dylan, Johnny Cash u gruppi bħal The Beatles u Beach Boys. Probabbilment din ġejja mill-fatt li meta kont żgħir fil-familja dejjem smajna dik il-mużika
kull nhar ta’ Sibt fuq l-istereo tas-salott. Minħabba li llum il-ġurnata l-mużika nbidlet ħafna, ġieli nsib naqra diffikultà biex nimplimenta dawk l-ispirazzjonijiet b’mod li
jagħmlu sens fis-sena 2020. Flimkien mal-producer, però dejjem jirnexxili nsib kompromess bejn dak li huwa vintage u dak li jaħdem għad-dinja tal-lum.”
Nemmen li fil-ħajja l-bidla hija importanti ħafna. Minħabba din ir-raġuni kif ukoll viżjoni artistika differenti mill-bqija tal-grupp, jien iddeċidejt li nibda l-proġett solist biex ikolli anke aktar libertà ta’ liema stil nixtieq nesplora bħala artist
21
25.10.2020
Id-diska l-ġdida tiegħi jisimha Wildflower u titkellem dwar id-differenza bejn in-nies li jgħixu l-ħajja b’mod pożittiv minflok negattiv. Tinvolvi ħafna element naturali kemm fil-lirika kif ukoll fil-mużika u hi ispirata minn Paul Simon, speċjalment fl-album tiegħu ‘Graceland’
Mistoqsi dwar id-differenza minn meta jdoqq Malta għal meta jdoqq barra minn Malta, Dario saħaq miegħi li meta jdoqq Malta dejjem iħossu qed jilgħab home. “In-nies jiġu apposta għallgigs tiegħek u jsiru tista’ tgħid fans. Mill-banda l-oħra meta daqqejt barra dejjem sibt nies li ma jafux min jien. Minħabba dan il-fatt tkun naqra aktar skomdu sakemm tibda ddoqq. Però nista ngħid li dejjem sibt udjenza attenta ħafna li lesta tisma’ kull stil mingħajr preġudizzju.” Jemmen li kull artist għandu storja x’jirrakkonta. Tkellimt miegħu wkoll dwar il-kollaborazzjonijiet ma’ artisti differenti. “Il-kollaborazzjonijiet narahom parti importanti fil-mużika. Nieħu gost ħafna naħdem ma’ kantanti u ma’ mużiċisti oħra li jdoqqu fuq id-diski tiegħi. Nemmen li kull artist għandu storja x’jirrakkonta u kull meta naħdem ma’ xi ħadd ġdid dejjem insib ispirazzjonijiet ġodda. Naħseb l-aktar żewġ kollaborazzjonijiet li huma għal qalbi mill-karriera s’issa huma dawk ma’ Freddie Portelli u Alex Alden“. Ridt inkun naf ukoll naturalment dwar it-tip ta’ proġett li ser jibda jaħdem fuqu bħala solist. Fil-fatt
stqarr miegħi li l-proġett il-ġdid tiegħu jixtieq li ma jkollux irbit u restrizzjonijiet. “Jien inħoss li l-mużika tinkiteb għax tiġi naturali u mhux bi sforz. Allura ma nista’ neskludi l-ebda stil jew direzzjoni għax dan jiddependi mid-diski li nikteb fil-futur. Madankollu, ninsab ċert li l-ħoss vintage dejjem ħa jibqa’ parti minni.” “Id-diska l-ġdida tiegħi jisimha Wildflower u titkellem dwar id-differenza bejn in-nies li jgħixu l-ħajja b’mod pożittiv minflok negattiv. Tinvolvi ħafna element naturali kemm fil-lirika kif ukoll fil-mużika u hi ispirata minn Paul Simon, speċjalment fl-album tiegħu ‘Graceland’. Min hu interessat jisma’ d-diska jista’ jsibha fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħi u fuq kull pjattaforma oħra tal-midja soċjali. Kull min jixtieq isir jaf aktar fuq din l-avventura mużikali ġdida jista’ jagħfas like fuq il-paġna ta‘ Facebook tiegħi fejn ikun hemm updates regolari.” Finalment xtaq jgħid grazzi kbira lil ħafna nies li wrewh sapport wara li ħarġet l-aħbar. “Ir-rispons li rċevejt u l-ammont ta’ messaġġi sbieħ li wasluli jagħtuni s-saħħa biex nibqa’ nagħmel dak li dejjem ħabbejt,” temm jgħidli.
22
25.10.2020
L-ABORT LI MA SEĦĦX... Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Fid-dawl tat-tema tal-abort li minn żmien għal żmien titqajjem f ’pajjiżna ħsibt li fl-artiklu tiegħi tal-lum inwasslilkom l-esperjenza ta’ tfajla ta’ 28 sena li sirt naf ftit tas-snin ilu, u li hija l-wild ta’ attentat ta’ abort li ppjanaw il-ġenituri bijoloġiċi tagħha, imma b’fortuna ma seħħx. Melissa tkellmet miegħi dwar dawk il-mumenti diffiċli li tiftakar li ħasset li kienet ħafret lill-omm li kienet ippruvat tabortiha. (Melissa huwa isem fittizju li qed nużaw waqt din l-istorja). “Kont ili sena biss miżżewġa. Kont qed naħseb dwar kemm xtaqt insir omm u jkolli familja. Kont qed nimxi fit-triq fir-raħal fejn ngħix, u f ’daqqa waħda bdejt ngħid lili nnifsi: Jien m’iniex differenti minn dak li kienet ommi żgur. Żgur li anke hi kienet qed taħseb f ’dawn l-affarijiet kollha, meta saret taf li kienet tqila bija. Dak ilħin irraġunajt li għalkemm ma kinitx differenti minni ħadet deċiżjoni differenti minn tiegħi.” Kien l-1993 meta l-omm bijoloġika ta’ Melissa, studenta universitarja, ippruvat ittemm it-tqala ta’ sitt xhur tagħha permezz ta’ abort. Ilpjan falla u Melissa baqgħet ħajja. Wara li twieldet, ma damitx ma ġiet addottata u, minkejja li t-tobba pedjatriċi tagħha emmnu li setgħet kellha xi diżabilità, minn dan kollu ma seħħ xejn.
Illum, Melissa hija omm hi stess, titkellem dwar l-esperjenza tagħha, dwar il-ġenituri bijoloġiċi u adottivi tagħha u dwar it-tifla tagħha stess, ma’ persuni li huma favur ilħajja. Melissa tixtieq tagħti wiċċ u vuċi lil dawk it-tfal li esperjenzaw l-abort u ma baqgħux ħajjin bħalha. “Hemm bżonn li s-soċjetà tagħna tirrifletti fuq ir-realtà vera ta’ x’inhu l-abort u l-konsegwenzi tiegħu fuq it-tarbija mhux imwielda, l-omm li tabortixxi u s-soċjetà inġenerali. Nemmen li l-Mulej salvali ħajti, biex inkun il-vuċi ta’ ħuti li ma twildux. “ Meta nitkellem ma’ ommijiet li għamlu abort u ma’ qraba tagħhom, nanniet, zijiet, u aħwa, u jgħiduli l-istorja tagħhom kollha jsemmu kemm jibqgħu mweġġgħin minħabba l-abort li jkun
seħħ anke numru ta’ snin ilu. Jibqgħu jimmissjaw il-preżenza ta’ dik it-tarbija li jkunu tilfu f ’ħajjithom. ” Illum Melissa għandha tifla ta’ sentejn jisimha Olivia. L-isem ġie f ’moħħha meta kienet għadha biss ftit jiem tqila u rat għalqa mimlija siġar taż-żebbuġ. Baqgħet taħseb u thewden dwar dawk il-friegħi taż-żebbuġ u r-rabta tagħhom mal-paċi u Melissa temmen tassew li l-paċi tibda fil-ġuf. Olivia twieldet fl-istess jum bħal ommha Melissa, li qatt ma kienet titwieled kieku ommha rnexxielha twettaq il-pjan li kellha biex tagħmel abort. Għal Melissa dan kien kollu parti mill-pjan ta’ Alla li kellu sehem ukoll fil-fejqan tagħha. Wara snin ta’ riċerka u tfittxija fir-rekords mediċi, Melissa wara preżentazzjoni ta’ petizzjoni formali
Ħadu liema deċiżjoni ħadu fir-rigward ta’ ħajti, xorta jibqgħu l-ġenituri bijoloġiċi tiegħi, u għalhekk parti minni. Jekk nirrifjutahom inkun qed nirrifjuta lili nnifsi u jekk nobgħodhom inkun qed nobgħod lili nnifsi
25.10.2020
23
SKEDA ONE 07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf
17:30 18:30 19:15 19:30 20:15 23:30 23:45
07:15 Paperscan 07:15 ONE News 07:30 ONE News 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pjazza 09:15 Telebejgħ 09:30 Better Living 10:30 Espresso
12:30 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30
ONE News Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Teżori
16:45 Dak li Jgħodd 17:45 Pjazza 18:30 Budget 2021 21:00 Programm Speċjali 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:00 08:00 08:30 08:50 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40 12:45
13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 19:15 19:30
Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Pink Panther Pjazza ONE Sports & Temp ONE News
20:10 Prime Time 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Pink Panther 09:15 Telebejgħ 09:30 Reboot 10:30 Espresso 12:30 ONE News
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35
Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Teżori Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt - Reel 8
18:00 18:30 19:15 19:30 20:15 20:35 21:00 22:30 23:30 23:45
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 09:15 09:30 10:30 12:30 12:40
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Flimkien ma’ Nancy Espresso ONE News Teftif
12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30 18:30 19:15
Telebejgħ Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Indhouse Pjazza ONE Sports
& Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Min Imissu?! 22:00 Kick OFF 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:30 Reboot 10:30 Popcorn 11:00 Indhouse
11:55 12:30 12:35 13:05 14:45 15:00 15:30 15:35 16:30
Telebejgħ ONE News Mhux kemm taf Kick Off Ħabrikt The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy
17:30 Il-Kelma 18:00 Pink Panther 18:40 Ondroad 19:15 ONE Sport & Temp 19:30 ONE News 20:15 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Arani Issa 23:30 ONE News 23:45 Night Transmission
07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:10 10:30 11:25 11:55
12:30 12:35 13:00 15:30 15:35 16:15 17:30 19:15 19:30
ONE News Popcorn Arani Issa ONE News Duurella Mija L-Argument One Sport & Temp ONE News
20:15 Ieqaf 20 Minuta 20:45 Attività Politika 21:15 Min Imissu?! 22:30 Distintivi 23:30 ONE News
TLIETA 27-10
Paperscan Quddiesa tal-jum Duurella Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Dak li Jgħodd Espresso ONE News Teftif Telebejgħ
ĦAMIS 29-10
Naf li kien it-talb ta’ ħafna, li fil-kwiet u mingħajr ma jafu huma stess, salvawli ħajti. U issa jien irrid nipprova nagħmel l-istess ....
fil-qorti, irnexxielha ssir taf min kienu l-ġenituri naturali tagħha. Qatt ma ltaqgħet magħhom fiżikament iżda rnexxielha tagħmel kuntatt ma’ diversi qraba ta’ missierha, li kien diġà mejjet kif ukoll man-nannu matern tagħha. Fl-istess żminijiet hija bdiet ħidma fuqha nnifisha biex tasal għall-maħfra, iżda r-rabja u l-biża’ spiss jerġgħu jitfaċċaw u mhux dejjem issibha faċli. Iżda Melissa taf li ma tistax tibqa’ rrabjata mal-ġenituri tat-twelid tagħha u anqas ma tista’ tiġġudikahom. “Ħadu liema deċiżjoni ħadu fir-rigward ta’ ħajti, xorta jibqgħu l-ġenituri bijoloġiċi tiegħi, u għalhekk parti minni. Jekk nirrifjutahom inkun qed nirrifjuta lili nnifsi u jekk nobgħodhom inkun qed nobgħod lili nnifsi. Huma umani, u l-bnedmin
jagħmlu żbalji b’konsegwenzi terribbli, iżda li mhux neċessarjament jagħmel lilhom li jagħmluhom terribbli.” Fil-fatt, Melissa tgħid li permezz tal-grazzja u l-gwida ta’ Alla, tħoss niket għall-ġenituri bijoloġiċi tagħha. “Nista’ nimmaġina biss l-ammont ta’ wġigħ u tbatija li għaddew minnha f ’ħajjithom b’riżultat tad-deċiżjoni li ħadu. Nemmen li t-tbatijiet tagħhom huma ħafna akbar minn tiegħi.” Melissa tgħid li sforz l-esperjenza tagħha, il-grazzja ta’ Alla qarrbitha lejn il-Knisja. Għalija din l-esperjenza kienet verament konverżjoni f’kull sens tal-kelma. Illum il-ġurnata nħoss konnessjoni u komunikazzjoni profonda ma’ Alla. “Naf li kien it-talb ta’ ħafna, li fil-kwiet u mingħajr ma jafu huma stess, salvawli ħajti. U issa jien irrid nipprova nagħmel l-istess ....”
Flimkien TNEJN ma’ Nancy 26-10 Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Programm Speċjali ONE News Night Transmission
12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Pjazza Telebejgħ Indhouse Espresso ONE News
SIBT 31-10
ONE News ONE News Duurella Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ħabrikt Attività Politika Il-Kelma Telebejgħ
ERBGĦA 28-10
Mhux kemm taf Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Prime Time Dirett Ilsien in-Nisa Reboot ONE News Night Transmission
ĠIMGĦA 30-10
ĦADD 01-11
24
25.10.2020
reċensjoni tal-ktieb
SISTER CLARA IL-MARA MIDINBA
Min jista’ jifhem kif abbuż fit-tfulija jista’ jbiddel ħlejqa f’żewġ personalitajiet ka u traġika ta’ mħabba ġenwina, emozzjoni mqanqla, għira għamja, ħbiberija differenti: mara midinba u soru altruwista; mara li tħobb sesswalment b’għi- sinċiera u tama ġdida. ra li twassal għal att kodard, u soru li tikkastiga lil ġisimha b’mod aħrax biex Dan huwa rumanz li fih jintwerew id-dgħufija u l-kobor tal-ħlejqiet umani titnaddaf minn ħtijietha u twettaq l-aktar att altruwist? Din hi ġrajja romanti- fit-tajjeb u fil-ħażin, fil-waqgħat u fil-qawmien tagħhom.
Silta mill-ktieb Wara l-ikla ta’ filgħaxija li dejjem tittiekel fi skiet perfett, daħlu fl-Oratorju għall-aħħar talb kollettiv tal-jum qabel jirtiraw fiċ-ċelel rispettivi tagħhom. Dik il-lejla ħassitha mħawda u l-kuxjenza kienet qed tniggiżha aktar mis-soltu. Ta’ sikwit kienet tħossha hekk. Iżda dak l-aħħar żmien it-tqanqil kien qed jagħmel biha u jkiddha bla heda. Talbet fuq li talbet u għakkset lil ġisimha aktar milli kien meħtieġ minnha. B’danakollu, xorta ħassitha l-istess. Qatgħetha li t-talb u t-tgħakkis ma kinux biżżejjed fil-għadd u fl-intensità tagħhom. Kien hemm ħtieġa li titlob aktar u tgħakkes lil ġisimha iżjed. Għaldaqstant, għamlet il-ħsieb li tagħmel hekk. Min ifixkilha ma kienx hemm għax is-sorijiet ikunu diġà nġabru fiċ-ċelel tagħhom u t-tfal ikunu ilhom li ddaħħlu fid-dormitorju biex jorqdu. Ixxuttat l-aħħar ftit platti, sellmet lil tnejn minn sħabha li baqgħu jitnikkru ftit u ħarġet fil-kuritur. Fit-tarf tiegħu lemħet lill-Madre Superjura ħierġa mill-uffiċċju tagħha u waqfet biex issellmilha. “Benedizzjoni, Madre Superjura!” “Tkun imbierka, Sister Clara u itlob lill-Mulej itik lejl ta’ mistrieħ!” weġbitha l-Madre Superjura tibda titbiegħed lejn iċ-ċella tagħha. Sister Clara ħaffet l-aħħar ftit passi sakemm waslet biswit dik tagħha u daħlet ġewwa. Marret tintasab għarkupptejha fuq il-ġinokkjatur taħt kurċifiss imdendel mal-ħajt u xegħlet ix-xemgħa li kien hemm taħtu. Fetħet il-ktieb tat-talb u bdiet titlob bil-ħrara kollha. Damet titlob u tinvoka kurunelli ta’ qaddisin sakemm għajnejha bdew idem-
mgħu mill-qari u d-dawl dgħajjef tax-xemgħa. Iżda xorta waħda ma ħassitx ruħha tissaffa mill-ħtija li kienet qed tħoss. It-toqol kien għadu jaħkem fuqha. Aktar ma rat id-dell sewdieni tagħha mifrux mal-art, aktar ħasbet li dak kien id-dell tax-xitan. Qamet bilwieqfa, imxiet lejn nofs iċ-ċella u bil-ħeffa bdiet tinża’ sakemm ġiet bla għata minn żaqqha ’l fuq. Ħasset mill-ewwel regħxa friska taħkimha iżda ma tatx kas. Resqet lejn il-komodina, fetħet kexxun u minn ġewwa nett tiegħu, ħarġet ħabel b’ħafna għoqiedi ħoxnin fih. Imxiet lejn il-kurċifiss, għalqet għajnejha u qalet talba oħra. Imbagħad bdiet tagħti daqqiet qawwija fuq spallejha u daharha, għall-ewwel bil-mod, imbagħad bdiet iżżid fir-ritmu u fl-intensità waqt li titla’ fuq ponot is-swaba’ ta’ riġlejha tingħi bluġigħ li kienet qed tħoss. Aktar ma kienet qed tweġġa’ lilha nfisha, atkar tat daqqiet bis-saħħa waqt li talbet. “Aħħ ... aħfirli Mulej ... jien mara ħażina ... aħħ ... jien midinba mill-kbar ... ma jistħoqqlix maħfra mingħandek ... aħħ ... irrid inpatti għal dnubieti ... għall-ħażen li għamilt fl-imgħoddi. Mulej ... fittex aħfirli! Ħalli dan is-swat isaffini minn ħtijieti!” Aktar ma talbet bil-ħrara, aktar sawtet lilha nfisha. Issa fi spallejha u daharha ħarġu snug ħomor minfuħin li wara ftit sekondi nfaqgħu u beda jtir id-demm minnhom. Meta Sister Clara ma felħitx iżjed, niżlet mal-art kiesħa taċ-ċella u ntilfet minn sensiha mill-uġigħ u mid-deni li beda jaħkimha mis-swat.
Mistoqsija: X’sabet fil-kexxun tal-komodina? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb SISTER CLARA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 1 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-kotba KIF ISSIR SUPEREROJ U SORPRIŻA GĦAL LINDORA hija:
G. CUTAJAR - BUĠIBBA
05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Minn seba’ flyovers tal-Marsa Junction Project kemm infetħu s’issa? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
25.10.2020
PEGGY CARR U FAMILTHA – VITTMI TA’ VVALENAR KAŻ LI NBIDEL F’WIEĦED TA’ OMIĊIDJU WARA LI NSTABU TRAĊĊI TAT-TALLJU FIL-MEMBRI TAL-FAMILJA Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
IT-TIENI PARTI
George Trepal u Diana Carr
Wara s-sejba tat-tallju fil-fliexken tal-luminata, il-pulizija tefgħu ħarsithom fuq il-ġirien tal-familja Carr wara li dawn tal-aħħar ftakru f ’tilwima li kellha l-omm mal-ġirien tagħhom, koppja ta’ xejra pjuttost stramba. Kienu tlewmu mal-familja Carr għax it-tfal kienu jagħmlu ħafna storbju u jdoqqu mużika għolja. Il-pulizija saru jafu li l-koppja, George Trepal u Diana Carr (ma kinitx tiġi mill-familja Carr), kienu midħla sew fil-kimika u kienu intelliġenti ħafna, tant li kienu mseħbin fi grupp tal-iktar nies intelliġenti bl-isem ta’ Mensa. Apparti t-tilwima, ir-raġel ta’ Peggy ftakar li kienu rċevew ittra anonima b’theddida iżda ma tax kas għax ħasibha ċajta. It-theddida kienet qed tavża lill-familja Carr biex jitilqu mir-raħal inkella kulħadd kien se jisma’ b’aħbarhom. Hekk kif il-pulizija bdew ifittxu fuq il-passat ta’ Trepal u Carr, huma saru jafu li Trepal kien arrestat fuq it-tmexxija ta’ wieħed mill-akbar laboratorji tad-droga f ’South Carolina. Saru jafu wkoll li Trepal kien iħobb isegwi programmi tad-delitti u kien iqis lilu nnifsu bħala kriminologu. Apparti hekk, Trepal kien joqgħod għad-deskrizzjoni tal-qattiel – dak ta’ raġel ta’ karnaġġjon ċar, ta’ mezzetà, intelliġenti ħafna u li ma kienx jaffaċċja lil dawk li kel- saret taf li Trepal u martu lu kunflitt magħhom b’mod kienu sejrin imorru jgħixu f ’Sebring fi Florida. Hi ħadet dirett. l-opportunità u mill-ewwel kriet id-dar li kienu jgħixu George Trepal – fiha, tant li l-koppja ma kiĠenju Bla Kuxjenza nitx għadha ġarret kollox. u s-Suspettat Ewlieni Il-pulizija daħlu jinvestigaw Il-pulizija fasslu pjan biex u fil-garaxx tad-dar sabu jiġbru l-evidenza li kellhom ħafna kimika iżda ma sabux bżonn għall-arrest ta’ Tre- tallju. It-traċċi tat-tallju pal. Huma saru jafu li Trepal sabuhom fi fliexken vojta kien se jorganizza ‘Mensa li kienu qegħdin jiġru malMurder Mystery Weekend’ u art fil-garaxx. Mir-riżultati b’hekk qabbdu l-investiga- sar magħruf li t-tallju kien triċi Susan Goreck biex tmur tal-istess tip li ntuża fuq bħala msieħba tal-grupp u il-familja Carr. Fid-dar sabu tindiehes ma’ Trepal. Goreck wkoll ħafna kotba li kellirnexxielha tagħmel ħbieb hom x’jaqsmu mad-delitti ma’ Trepal iżda dan ma u mal-valeni. Fil-fatt, il-pukienx iblah u ma qal xejn li lizija sabu ħafna kotba fuq seta’ jorbtu mal-ivvalenar id-delitti u kimiċi u anke artikli fuq it-tipi differenti tal-familja Carr. Wara sentejn tilgħabha ta’ valeni u artikli fuq delitta’ ħabiba ta’ Trepal, Goreck ti veri li seħħew. Wieħed
mill-artikli fuq il-valeni kien sewwasew fuq it-tallju. L-arrest ta’ Trepal Hekk kif il-pulizija ġabret din l-evidenza kollha, huma marru f ’Sebring u arrestaw lil George Trepal fuq il-qtil ta’ Peggy Carr u l-ivvalenar ta’ familtha. F’Jannar tal1991, George ġie akkużat bi
15-il attentat, fosthom dak ta’ qtil tal-ewwel grad, ta’ qtil tal-qraba tal-familja, bi vvalenar ta’ ikel jew ilma u fuq tbagħbis ta’ prodotti ssiġillati. Bħala difiża, George qal li l-evidenza li nstabet kienet biss ċirkostanzjali u l-unika evidenza li kellhom kienet tat-traċċi tat-tallju fil-fliexken tal-ħġieġ fil-garaxx
tad-dar li kellu, li ma kienx imsakkar. Hu qal li l-fliexken seta’ tefagħhom xi ħadd ieħor. Apparti hekk, id-difiża qalet li anke Diana Carr setgħet tiġi akkużata b’dan kollu. Minkejja dan, l-evidenza li nstabet kienet iktar tipponta lejn Trepal milli lejn Diana Carr, għaliex din talaħħar kienet tqatta’ sigħat twal ix-xogħol mentri Trepal bilkemm kien joħroġ middar. Wara xahar sħiħ li fih tressqet l-evidenza kollha, George nstab ħati wara sitt sigħat biss mill-ġurija fuq kull attentat u ngħata l-piena tal-mewt. Ħames snin wara din is-sentenza, Diana Carr iddivorzjat lil George Trepal, minkejja li kienet waħda mix-xhieda prinċipali tiegħu. Trepal appella kemm-il darba u ried li l-evidenza tal-fliexken tiġi mwarrba minħabba ‘xogħol ta’ kafkaf ’ li sar fil-laboratorju forensiku. L-ebda appell ma ġie milqugħ u Trepal għadu jistenna li jingħata l-piena kapitali, wara kważi 30 sena l-ħabs.
26
25.10.2020
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
25.10.2020
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 352
C. FAVA - KALKARA
MIMDUDIN: 1. L-għodwa t-tajba (5) 4. Jista’ jkun tal-karti tal-logħob (4) 7,16. Wiċċu ħmar! (5) BI 3 NUMRI
068 134 188 300 337 553 563 632 656 752 803 832
847 872 901 953 B’4 NUMRI
0242 0332 0589 0670 1180 1204 2038 2278
2297 2336 2694 3184 3260 3290 3297 3298 3461 3715 3758 4023 4253 4902
4920 4960 5010 5636 5920 6498 6720 7345 7733 7777 8015 8235 8448 8981
9051 9076 9221 9711 B’5 NUMRI
01095 02064 02745 11846 16792 17266 19776 20380
23843 23863 28498 31352 42092 45060 58561 70546 73371 81373 86029 86201 93141 97750
B’ 7 NUMRI
9146385 9181798 1544187 4682683 6102601 6319290 7269602 9070446
9,21M. 10. 12. 16. 18. 19.
Ma naqbilx (6) Frotta tal-baħar? (6) Ittaqqab bih (6) Ara 7 Ara 12 wieqfa Ara 12 wieqfa
20. 21. 23. 24.
WEQFIN: 5. Kilt bl-Ingliż (3) 13. 1. Kompli l-qawl: 6,23. Jisserva 14. F’Ġunju ..... fl-English għarqana u Breakfast (7) 15 wċuħ daħkana (6) 8. L-isptar isiru (9) 17,22. 2,3. Iddejqek 11,21W. Hekk jgħajtu lil 21. bil-gdim (6) Grace (5) 22. 3. Ara 2 12,18,19. Minn Ruma din (7)
Inpoġġu l-ikel fih (5) Ara 9 Ara 6 Stedina (5)
Kulħadd Ingliż (3) Ikun imwieled fil-post? (6) Kunjom (6) Ilmaħt? (6) Ara 11 Ara 17
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Tibda, 4.Qalb, 7,12 mimduda. Nakasawa, 9,22.Tankra, 10.Attent, 16.Lia, 20.Niket, 24.Torok
WEQFIN: 1.Titwal, 2,3.Banana, 5,11.Arena, 6,15.Battibekk, 8.Attakkant, 12,18. Kark, 13,23.Sriedak, 14.Arthur, 17,19. Iġerri, 21.Tre
28
25.10.2020
GĦAJJENIN FIL-POLITIKA Editorjal
Ġurnata bogħod milli nisimgħu t-tweġiba tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Baġit 2021 u l-ewwel messaġġ prominenti tiegħu mindu daħal fiż-żarbun ta’ dan ir-rwol Kostituzzjonali nistgħu biss nantiċipaw biex ħiereġ. Mill-ewwel reazzjoni tiegħu t-Tnejn li għadda stess wara l-elenku ta’ miżuri mħabbrin mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna, stona l-aktar ilkliem li dan l-akbar eżerċizzju finanzjarju kien biss il-“frott ta’
Gvern li għeja”. Meta għamel dikjarazzjoni ambigwa bħal din, mhux biss beda fuq is-sieq il-ħażina u indirettament ammetta li allura fl-aħħar seba’ snin kellna Gvern mimli enerġija li patta għal-laxkezzi kollha ta’ qabel, iżda wkoll għażel li jkejjel bl-istess riga negattiva u distruttiva tal-predeċessuri tiegħu. Dan hu l-imrar ta’ riċetta li għaġnet lil xi ħadd li ma jafx eżatt x’laqtu u/jew inkella qed iħalli lil ħaddieħor imexxih minn imnieħru, kif diġà indikaw esponenti prinċipali tal-establishment Nazzjonalista meta sfaċċatament qalulu li għandu jqis lilu nnifsu ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista bħala għasfur tal-passa biss u, agħar minn hekk, li ma jaħsibx li hu xi ħaġa iżjed minn pupazz f’idejhom li jista’ jinbidel meta jidhrilhom huma. Min mhux aljen għall-gżejjer tagħna fl-aħħar 10 snin, jew imqar għal din is-sena biss, żgur tqarras meta sema’ diskors simili minn xi ħadd li, għalkemm
novizz fil-politika, ma jista’ qatt ibellagħhielna li ma kienx jaf x’kien jiġri sa ftit ta’ snin ilu. Bħal, pereżempju, fi żmien l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. Din bdiet billi tonfoħ kriżi insinifikanti ħdejn il-COVID-19, biex tevita wegħdi elettorali u tintroduċi l-agħar piżijiet fuq il-poplu, waqt li l-Kabinett ħataf l-akbar żieda bil-moħbi. Biex imbagħad spiċċat tgħakkes poplu sħiħ, fejn 4 minn kull 10 fis-soċjetà kienu laħqu ftaqru. Illum kulħadd hu konxju biżżejjed tal-għaqal amministrattiv li jiddistingwina anke minn pajjiżi ferm akbar minna u li spiċċaw jiddispraw għax ma jistgħux jagħmlu kemm jix tiequ għal ġnushom biex ipattu għall-effetti devastanti tal-pandemija. Bid-differenza, Gvern Laburista, taħt it-tmexxija talPrim Ministru Robert Abela, għaraf kif jisfrutta bl-aħjar mod l-akbar karus nazzjonali li nħoloq f’perjodu relattivament qasir għall-ġid tal-faxex kollha,
partikolarment dawk l-aktar vulnerabbli u dawk l-iżjed li ntlaqtu ħażin. Dan twettaq ukoll grazzi għall-programm ta’ investiment individwali li aktar ma jgħaddu snin, aktar nindunaw għal xiex sħab il-Kap Nazzjonalista stinkaw fuq li stinkaw biex joqtluh sa mill-konċepiment tiegħu. Bis-saħħa tagħhom u tal-gideb tagħhom, illum il-Kummissjoni Ewropea nediet proċeduri kontra pajjiżna f’dan ir-rigward, avolja jekk fuq premessa żbaljata, ladarba jeżistu pajjiżi oħrajn li jadottaw programmi ta’ ċittadinanza simili u saħansitra inqas rigorużi minn tagħna. Din l-azzjoni, li pajjiżna lest jiddefendi, fissret li l-establishment Nazzjonalista kien irnexxielu jressaq il-boċċa eqreb tal-likk biex iċaħħad lil Malta minn fond b’saħħtu u skont il-liġi, anke jekk kull surplus fl-aħħar erba’ snin kienu jinkisbu xorta waħda mingħajr tali dħul. Sal-lum imissna tgħallimna, li aktar ma jkunu abbundan-
ti l-baġits Laburisti, aktar se jkunu ħarxin l-attakki tal-establishment Nazzjonalista. Aktar ma jkunu prosperi l-miżuri mħabbrin aktar se jiżdiedu s-sabotaġġi minn dawk li llum reġgħu ħatfu l-Oppożizzjoni f’idejhom. Iżjed ma jogħla l-livell tal-għajxien tal-poplu, aktar se jiddispraw l-avversarji tiegħu li jixtiequ jarawh jittallab fit-toroq. Għal għajn in-nies, il-Kap il-ġdid Nazzjonalista għada jista’ jipprova joħroġ minn din in-nassa li tefgħuh fiha dawk li jqis bħala “sħabu”, imma bħal kulħadd se jiskopri li ma jistax u jkollu jirrepeti retorika li ma waslet mkien u li l-poplu rrifjutaha kemm-il darba. Se jurina li hu issa l-vetrina tal-għeja proprja fil-politika. Bħall-maġġoranza tal-poplu, għada se jkun inutli li nistennew lil Bernard Grech jipprova jiġġustifika argumenti pwerili li ġab s’issa kontra l-Baġit għall-2021, sempliċiment għax kulħadd jaf li ma jistax u l-fatti kollha jgiddbuh.