KullĦadd_26.01.2020

Page 1

www.kullhadd.com Il-Ħadd 26 ta’ Jannar, 2020

Ħarġa Nru 1,385 Prezz €1

PROPOSTA TRASPARENTI U LI TAĦDEM • IKTAR REAZZJONIJIET POŻITTIVI GĦALL-BIDLA FIL-ĦATRA TA’ KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA Il-bidla li propona l-Gvern għall-mod kif jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija qed tkun deskritta bħala waħda interessanti. Il-Professur u Kriminologu, Saviour Formosa, qal li l-bidla li propona l-Gvern hi interessanti. Żied ukoll li din il-bidla “qisha parti mill-ingranaġġ ta’ dan it-tibdil kbir filKorp u r-riforma li issa hemm bżonn li tiġi segwita u implimentata”. Ikkummenta wkoll l-Avukat ta’ esperjenza kbira Joe Brincat li qal li l-proposta kuntrarja mill-Oppożizzjoni hija “logħob tal-bżallu”. ara paġna 7

200 PERSUNA APPLIKAW GĦALL-ISKEMA TAL-EQUITY SHARING Kien hemm iktar minn 200 persuna li applikaw għall-iskema tal-Equity Sharing. Din hi skema li tapplika għal persuni li għandhom iktar minn 40 sena u li kawża ta’ realtajiet speċifiċi sabu diffikultà jixtru r-residenza tagħhom. Dan għax minkejja li kellhom xi ħaġa mfaddla ma kinetx biżżejjed biex il-bank jgħinhom jixtru proprjetà u għalhekk jintervjeni l-Gvern. Dawn id-dettalji tahom il-Ministru għall-Housing Roderick Galdes, f’intervista ma’ din il-gazzetta f’paġni 12 u 13.

IL-PM B’IKTAR ŻJARAT FOST IN-NIES

ara paġna 28

IL-CORONAVIRUS JIDĦOL FL-EWROPA... MALTA TIEĦU L-PREKAWZJONIJIET KOLLHA MEĦTIEĠA ara paġna 4


02

26.01.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 13°C L-Indiċi UV: 3 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni għolja testendi fuq iċ-Ċentru u l-Lvant tal-Mediterran. It-Temp: Ftit imsaħħab li jsir pjuttost imsaħħab tard waranofsinhar Ir-Riħ: Moderat min-Nofsinhar ix-Xlokk, li jsir ħafif u mbagħad idur min-Nofsinhar il-Lbiċ mallejl Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570 It-Tnejn

Kuntatt Ġenerali KullĦadd

It-Tlieta

L-Erbgħa

email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

16°C

kullhadd.com

11°C

Il-Ħamis

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd

UV 3

17°C

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

UV 3

16°C

UV 3

12°C

17°C

Il-Ġimgħa

10°C

16°C

UV 3

UV 3

10°C

Is-Sibt

10°C

16°C

UV 3

11°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21226281 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7, Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 St. George’s Pharmacy, 21, Triq il-Kbira, Ħal Qormi – 21443045 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Grognet Pharmacy, 41, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21432038 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Brown’s Paola Square Pharmacy, 64/65, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21821646 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq il-Lampuka, Marsaskala – 27023322 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consigli, Iż-Żejtun – 21806009 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Spiżerija Ħal Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Ħaż-Żebbuġ – 21461693 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat – 21454274

L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000

Għawdex

L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600

Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Fontana – 21566979 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000

Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

26.01.2020

kullhadd.com

IL-MAGĦŻUL TA’ FENECH ADAMI ĊENTRALI FIL-LUANDA LEAKS • WIEĦED MINN DAWK LI TKELLEM ĦAFNA FUQ IL-PANAMA PAPERS B’ISMU FI SKANDLU LI QED JIDDOMINA L-AĦBARIJIET

F’dawn l-aħħar jiem fix-xena in- taħt, mhux anqas minn 715,000 ternazzjonali issemmiet bi prom- dokument kunfidenzjali, fl-Aninenza kbira Isabel dos San- gola bdiet investigazzjoni intentos, u magħha ssemmew ukoll siva biex ikunu mistħarrġa r-relabi prominenza Noel Buttigieg zzjonijiet kummerċjali ta’ dos Scicluna, Ganado Advocates u Santos u r-raġel tagħha Sindika Dokolo. Skont il-Luanda Leaks, tal-inqas 10 kumpaniji f ’Malta. Isabel dos Santos hija bilju- l-aħħar investigazzjoni kkoordinarja u t-tifla ta’ José Eduardo nata mill-Konsorzju Internazzdos Santos li kien il-President jonali tal-Ġurnalisti Investigattal-Angola, fl-Afrika t’Isfel, tivi (ICIJ), il-koppja nefqet €50 magħruf għall-mod dittatorjali miljun biex tixtri appartament lussuż f ’Moli kien imexxi naco. bih dan ilU hawn pajjiż. il-konnessjoni Noel ButtMaltija. igieg ScicluDan ir-rapport Meta l-kopna huwa Eks pja dos SanDeputat Nazjgħid ukoll li tos Dokolo zjonalista, mid-data daħħlu f ’rataħt gvernijiet shom li jixtru Nazzjonalismsemmija, dan l-apparti serva bħala Buttigieg Scicluna tament lusambaxxatur u suż, ħolqu bħala membru ma wiġibx aktar “kumpanija”, ta’ numru kbir Athol Limta’ bordijiet mistoqsijiet ited f ’Malta tal-Gvern. tal-konsorzju u biex jużawha Il-konnesssempliċement joni bejn Isas-sħab tagħha għal dan l-inbel dos Santos vestiment. u Noel ButtiIl-“kumpanigieg Scicluna, ja” nħolqot fi għalkemm ġiet irrappurtata lokalment, ma tantx żmien Gvern Nazzjonalista fit-8 ingħatat prominenza, forsi għal ta’ Novembru, 2012. Biex jamministrawha poġġew lill-qarib raġunijiet ovvji. Wara li kienu ppubblikati minn tagħhom il-Portugiż Jorge Man-

uel de Brito Pereira u lil Noel Buttigieg Scicluna – li rapporti li dehru fil-midja internazzjonali jiddeskrivuh bħala “avukat Malti li jispeċjalizza fil-qasam finanzjarju u kumpaniji offshore u wkoll Eks Ambaxxatur ta’ Malta” u jsemmi li Buttigieg Scicluna kien ukoll Eks Ambaxxatur għad-Danimarka. Interessanti li l-ġurnal jgħid li d-Danimarka huwa wieħed mill-pajjiżi frekwentati sew mir-raġel ta’ dos Santos Sindika Dokolo. Din ma kinetx l-unika kumpanija mwaqqfa f ’Malta minn dos Santos. Fil-Luanda Leaks jissemmew 10 kumpaniji. Intant Buttigieg Scicluna huwa mniżżel bħala direttur ta’ diversi kumpaniji. Jissemma li huwa direttur ta’ Victoria Holding, Victoria Limited, Finisantoro Holding, Kento Holding, Piccadilly Holdings, Soho Global Management Solutions, Wise Intelligence Solutions Holding u Athol Limited. Hemm diversi stħarriġ li għaddej fuq uħud minn dawn

il-kumpaniji. Wise Intelligence Solutions Limited: “kumpanija” li nħolqot fl-2010 taħt Gvern Nazzjonalista biex “tgħin” lill-kumpanija Nazzjonali taż-żejt tal-Angola tqum fuq saqajha, u ngħatat kuntratt ta’ €8.5 miljun. Imma jidher li l-vera għan ta’ Wise Intelligence Solutions Limited kienet biex tixrob il-flus mill-kumpanija statali taż-żejt u jidħlu f ’but dos Santos u r-raġel tagħha. Il-kumpaniji Victoria Limited u Victoria Holding, intużaw biex jippumpjaw miljuni biex dos Santos/Dokolo jakkwistaw 75 % ta’ de Grisogono, kumpanija lussuża tal-ġojjelli Żvizzera. L-investiment tal-Angola f ’kumpanija tal-ġojjelli jista’ jiġi ttraċċat lura għal serje ta’ tranżazzjonijiet fl-2012, li permezz tagħhom għaddew miljuni permezz ta’ “kumpaniji” f ’Malta u fil-British Virgin Islands. Mitlub jikkumenta minn ġurnal lokali, Buttigieg Scicluna qal li ma jistax jikkummenta u li ma kienx konxju tal-allegazzjonijiet li kienu qegħdin isiru.

Rapport fuq ġurnal internazzjonali jgħid li mistoqsi mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi, fl-20 ta’ Diċembru li għadda, Buttigieg Scicluna rrikonoxxa li huwa d-direttur ta’ “numru” ta’ kumpaniji ta’ dos Santos u r-raġel tagħha. Ġie rrappurtat li qal ukoll li: “M’hemm ebda struttura kumplessa u assolutament ebda attentat biex jinħeba l-fatt li dos Santos hija l-propjetarja ta’ dawn il-kumpaniji.” Ġie rrappurtat ukoll li qal li dos Santos kienet u għad għandha ishma f ’banek li huma regolati mill-Bank tal-Portugall u wkoll mill-Bank Ċentrali Ewropew. “Qed jintefa’ ħafna dawl ikrah fuq dos Santos u r-raġel tagħha, imma sa fejn naf jien, qatt ma ttieħdet azzjoni,” ġie rrappurtat li qal Buttigieg Scicluna lill-Konsorzju. Dan ir-rapport jgħid ukoll li mid-data msemmija, Buttigieg Scicluna ma wiġibx aktar mistoqsijiet tal-konsorzju u s-sħab tagħha. Sadanittant fl-Angola l-amministrazzjoni tal-President Joao Lourenço qed tagħmel minn kollox biex tirkupra madwar €890 miljun li tgħid li huma dovuti minn Isabel dos Santos u l-assoċjati tagħha.


04

26.01.2020

kullhadd.com

MALTA TĦEJJI KONTRA L-CORONAVIRUS • L-EWWEL KAŻIJIET FL-EWROPA • IKTAR TWISSIJIET BIEX WIEĦED JEVITA R-RISKJI Pajjiżna qed jieħu l-prekawzjonijiet kollha li hemm bżonn fil-każ tal-Coronavirus. Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, l-Professur Charmaine Gauci, qalet li qed isir ukoll moniteraġġ kontinwu dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċina filwaqt li qed ikunu wkoll segwiti l-pariri kemm tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa u wkoll taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard. Is-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika tgħid li r-riskju li f ’Malta jkollna każi tal-virus huwa baxx, imma xorta qed jittieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa. Fost xogħol li sar, twaqqfu timijiet apposta, fosthom Tim ta’ Koordinament għal Rispons Nazzjonali li qed jitmexxa mis-Supretendenza tas-Saħħa Pubblika. Apparti minn hekk, Malta qed ikollha komunikazzjoni kostanti maċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard u l-Kumitat tas-Saħħa tal-Unjoni Ewropea. Il-Kunsill Ewropew minnaħa tiegħu qed jorganizza telekonferenzi regolari mal-istati membri kollha, li fihom qed jipparteċipaw ukoll l-awtoritajiet tas-saħħa Maltin. F’dawn it-telekonferenzi l-Istati Membri qed jinżammu aġġornati b’dak kollu li jkun qed jiġri u wkoll jingħataw pariri dwar azzjonijiet li għandhom jittieħdu. Apparti dan, kemm l-Isptar Mater Dei kif ukoll iċ-Ċentri tas-Saħħa huma preparati f ’każ li l-virus ifeġġ f ’pajjiżna. Qed ikun hemm ħidma partikolari fil-laboratorji tal-Isptar Mater Dei li hija koordinata ma’ laboratorji f ’pajjiżi barranin. Kif maħsub li beda l-virus Rapporti ta’ każi ta’ gruppamenti ta’ pnewmonja fil-muniċipalità ta’ Wuhan fiċ-Ċina fi tmiem Diċembru tas-sena li għaddiet. Wara stħarriġ li sar, kien identifikat il-coronavirus. S’issa kienu rrappurtati madwar 500 infezzjoni fiċ-Ċina u kkonfermati wkoll każi li ħarġu miċ-Ċi-

na, fosthom il-Vjetnam, in-Nepal, Singapore, il-Ġappun u l-Korea t’Isfel, it-Tajwan, it-Tajlandja u l-Istati Uniti tal-Amerka. Fl-Istati Uniti tal-Amerka kien ikkonfermat it-tieni każ. Huwa maħsub li l-virus feġġ minn suq kbir ta’ ikel tal-baħar u tal-annimali, imma s’issa għad m’hemmx konferma tas-sors ta’ din l-infezzjoni. Qed isir dak kollu possibbli u wkoll investigazzjonijiet f ’sitwazzjoni li qed tiżviluppa b’mod mgħaġġel.

fit-3 ta’ Frar. Il-Virus fl-Ewropa Franza għadha kemm irrappurtat tliet każi ta’ dan il-virus. Dan ifisser li l-virus issa daħal fl-Ewropa wkoll. It-tliet każi rappurtati huma ta’ żewġ persuni li daħlu Franza miċ-Ċina u t-tielet każ huwa ta’ qarib ta’ wieħed minn dawn il-persuni. Persuna qed tingħata l-kura fl-Isptar ta’

Bordeaux, filwaqt li ż-żewġ każi l-oħra jinsabu fi sptar f ’Pariġi. Il-Ministru għas-Saħħa ta’ Franza Agnes Buzyn mhux qed teskludi li jistgħu jfeġġu każi oħra. Qed isiru wkoll investigazzjonijiet dwar presuni li setgħu kienu f ’kuntatt ma’ dawn it-tliet persuni infettati, biex kemm jista’ jkun il-marda ma tinfirixx. B’hekk Franza huwa l-ewwel pajjiż fl-Ewropa li fih feġġ dan il-virus.

Il-Virus fiċ-Ċina S’issa hemm ikkonfermati 41 mewta fiċ-Ċina u hemm 237 persuna infettata serjament, filwaqt li hemm madwar 1,300 każ irrappurtat madwar id-dinja kollha. L-awtoritajiet fiċ-Ċina ordnaw sigurtà kbira u restrizzjonijiet ta’ vjaġġar fil-provinċja ta’ Hubej, li affettwat 10 bliet b’33 miljun persuna iżolati f ’attentat biex dan il-virus ma jinfirixx. Hemm ukoll restrizzjonijiet fuq attivitajiet tal-massa, speċjalment meta bħalissa fiċ-Ċina hemm festeġġjamenti għas-Sena l-Ġdida tal-Qamar. F’Beijing hemm proċeduri sħaħ u dawk kollha li jgħaddu minn ajruporti, portijiet u wkoll stazzjonijiet maġġuri tat-tren u mezzi oħra ta’ trasport pubbliku qed ikunu skrinjati minħabba l-virus. Is-Sibt, l-awtoritajiet Ċiniżi ħabbru li qed jibnu sptar ġdid ta’ 1,000 sodda biex jingħataw il-kura dawk infettati. L-isptar li ngħad li se jinbena fi żmien sitt ijiem biss, se jkun lokalizzat f ’Wuhan stess. Din m’għandhiex tittieħed bħala sorpriża, għaliex 17–il sena ilu meta feġġet l-epidemija SARS, iċ-Ċina kienet għamlet l-istess. Fil-fatt l-isptar li qed jinbena f ’Wuhan se jkun mibni fuq l-istess pjan kif kienet inbniet il-faċilità fi żmien isSARS f ’Beijing. Makkinarju tal-bini kien fuq sit f ’Wuhan il-Ħamis billejl, f ’ħidma ma taqta’ xejn biex il-faċilità l-ġdida tibda topera

KIF TOQGĦOD BOGĦOD MINNU? Bħal f’kull każ ta’ mard jew infezzjonijiet, il-prevenzjoni hija dejjem aħjar mill-kura. Dan il-virus jista’ jittieħed b’kuntatt ma’ persuna infettata. Għalhekk is-suġġerimenti tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika huma li jekk wieħed isiefer: Għandu jżomm lura milli jiffrekwenta swieq tal-ikel fejn ikun hemm annimali mejtin u anki ħajjin; Għandu jiġi evitat kuntatt ma’ persuni morda b’mod partikulari dawk li għandhom mard respiratorju; Għandha tinżamm l-indafa personali, partikolarment għandhom jinżammu nodfa l-idejn; Għandha tinżamm indafa fejn jidħol il-konsum tal-ikel; Għandu jiġi evitat kuntatt mal-annimali, speċjalment malħmieġ tagħhom. Apparti dan, dawk kollha li se jivvjaġġaw lejn iċ-Ċina, apparti injezzjonijiet oħra li jittieħdu, għandhom jieħdu wkoll l-injezzjoni tal-influwenza staġjonali tal-inqas ħmistax qabel ma jsiefru lejn dan il-pajjiż. Dawk li fi żmien 14–il ġurnata minn mindu setgħu żaru l-belt ta’ Wuhan fiċ-Ċina u li issa għandhom mard respiratorju akut u sintomi ta’ rjiħat (deni, qtugħ ta’ nifs, sogħla, u uġigħ fil-griżmejn) għandhom jagħmlu kuntatt mat-tabib tagħhom u wkoll mal-awtoritajiet tas-saħħa pubblika fuq in-numru 21324086.


05

26.01.2020

kullhadd.com

260 PANEW TAL-KONKOS GĦALL-ĦITAN TAL-MINI TA’ SANTA LUĊIJA Minn din il-ġimgħa, bdew jitpoġġew f ’posthom l-ewwel minn total ta’ 260 panew tal-konkos (wall panels) li se jiffurmaw il-ħitan taż-żewġ mini li Infrastructure Malta qed tibni taħt ir-roundabout ta’ Santa Luċija. B’hekk, f ’temp ta’ ftit aktar minn xahrejn biss minn meta beda jsir it-tħaffir għalihom, diġà qegħdin naraw il-mini jieħdu l-forma. Il-panewijiet tal-konkos li qed jinbnew il-ħitan bihom ivarjaw fid-daqs, bl-iżjed għoljin fihom mat-tmien metri. Dawn qegħdin jiġu manifatturati b’disinn apposta għal dan il-proġett ġewwa impjant lokali u 40% tagħhom diġà huma lesti. Fil-jiem li għaddew, il-panewijiet bdew jinġarru u jitqiegħdu f ’posthom fuq is-sit tal-proġett fejn diġà tkun tħejjijiet il-bażi għalihom magħmula mill-azzar. Wara li jitpoġġa l-panew imbagħad ikun imiss li l-bażi tingħata l-konkos biex l-istruttura tal-ħitan tingħaqad mal-pedamenti. L-użu tal-panewijiet tal-konkos flok il-ġebla biex isiru l-ħitan tal-mini mhux biss iħaffef ix-xogħol u jieħu ħafna inqas spazju, imma jagħmel l-istruttura aktar effiċjenti u tkun iżjed reżistenti għall-elementi fosthom dawk sismiċi. Dan il-proġett qed isir b’investiment ta’ €20 miljun biex tkompli tittejjeb is-sigurtà u l-effiċjenza tar-rotta ewlenija lejn diversi lokalitajiet fin-naħa

Ix-xogħol għaddej b’ritmu tajjeb tant li diġà tlesta 20% tal-iskavar kollu li hemm bżonn għall-mini. Fl-ogħla post, taħt fejn hemm ir-roundabout, se jitħaffer fond ta’ bejn tmienja u disa’ metri

t’isfel tal-pajjiż. Il-mini ta’ żewġ korsiji kull waħda se jkun fihom tul ta’ 90 metru biex jgħaqqdu direttament iż-żewġ karreġġjati ta’ Vjal Santa Luċija (it-Telgħa tal-Addolorata) ma’ Triq Tal-Barrani. Fuq kull naħa, se jinbnew rampi ta’ 130 metru kull waħda biex jgħaqqdu l-mini ma’ dawn iż-żewġ toroq. It-tħaffir tal-mini beda f ’nofs Novembru li għadda mit-tarf ta’ Vjal Santa Luċija, qabel tingħaqad mar-roundabout. Ix-xogħol għaddej b’ritmu tajjeb tant li diġà tlesta 20% tal-iskavar kollu li hemm bżonn għall-mini. Fl-ogħla post, taħt fejn hemm ir-roundabout, se jitħaffer fond ta’ bejn tmienja u disa’ metri. Fuq il-mini, imbagħad se terġa’ tinbena r-roundabout b’disinn ġdid li jipprovdi aċċess eħfef u aktar sigur lir-residenti ta’ Santa Luċija, Raħal Ġdid u Ħal Tarxien. Ir-roundabout ġdida se tingħaqad ma’ Vjal Santa Luċija u Triq Tal-Barrani permezz ta’ erba’ tlajja’ u nżul ġodda (slip roads) li se jsiru għal ġo fihom. Il-proġett jinkludi wkoll il-bini mill-ġdid b’disinn imtejjeb tal-mogħdija għall-ġiri (jogging track) li hemm fil-viċinanzi, titjib tas-subway ta’ Triq tal-Barrani biex tkun aċċessibbli wkoll għaċ-ċiklisti u persuni b’diżabilità, kif ukoll korsija ġdida għar-roti li se tgħaqqad Santa Luċija mal-Marsa. Taħt il-mogħdija għall-ġiri parti minn mina doppja taħt (walk-through culvert) twila 1.1 kilometru li minnha jgħaddu cables ħoxnin tal-elettriku ġodda minflok dawk li bħalissa jinsabu mirdumin taħt l-asfalt fit-toroq eżistenti tal-inħawi. Din il-mina tibda minn Triq Tal-Barrani u tingħaqad ma’ mini simili li qed isiru taħt il-flyovers tal-Marsa Junction Project. Tul l-istess rotta mill-Marsa lejn Santa Luċija, Infrastructure Malta qed tibdel ukoll medda ta’ pajpijiet wesgħin aktar minn nofs metru għad-distribuzzjoni tal-ilma, li hemm għaddejja taħt l-art, kif ukoll diversi kilometri ta’ pajpijiet għas-servizzi tal-Internet, sistemi elettroniċi għal-immaniġġjar tat-traffiku u servizzi oħrajn ta’ telekomunikazzjoni. Bħala parti mill-proġett se jinbnew ukoll ġibjun u jitpoġġew 2.7 kilometri ta’ katusi għall-ġbir tal-ilma tax-xita.


06

26.01.2020

kullhadd.com

BIDLA OĦRA GĦAL SISTEMA WIRT TAL-PN • IL-ĦATRA TA’ KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA HIJA RIFORMA OĦRA MINN SENSIELA LI QED IWETTAQ DAN IL-GVERN

• XAMMA TA’ OPPORTUNIŻMU POLITIKU FIL-KRITIKA LI KIEN HEMM Il-proposta mressqa din il-ġimgħa mill-Prim Ministru Robert Abela u li taħseb biex ikun hemm sistema ġdida għall-ħatra ta’ Kummissarju tal-Pulizija hija riforma oħra li se tibdel wirt li ħalla l-Partit Nazzjonalista f ’25 sena jmexxi l-pajjiż. Kwart ta’ seklu li matulhom l-istituzzjonijiet servew b’mod fin lil • L-ewwel se ssir SEJĦA PUBBLIKA (public call) maħruġa mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku min kien qed imexxi, b’dan tal-aħħar intebaħ bil- (Public Service Commission). bżonn li jkunu modernizzati biss meta ma kienx • Il-PSC hija organu tal-Istat, imwaqqfa mill-Kostituzzjoni u l-membri tagħha huma maqbula bejn għad għandu l-poter. il-Prim Ministru u l-Kap tal-Oppożizzjoni. Dan qed iseħħ sabiex jiżdied il-livell ta’ skrutinju minn Kienu wkoll 25 sena li matulhom il-Kummis- istituzzjonijiet indipendenti li huma rispettati miż-żewġ naħat tal-Kamra. sarji tal-Pulizija ma kinux maqtugħa mill-kon- • Wara li tagħlaq din is-sejħa, il-Kummissjoni se tirrevedi l-applikazzjonijiet u tagħmel short list ta’ troversja, xi drabi kbira, anke jekk salvaw sforz żewġ kandidati. id-difiża li sabu minn min kien ħatarhom. Il-Prim Ministru Abela żamm kelmtu u • Din is-short list se tiġi riferuta lill-Kabinett, li se jkun responsabbli li jagħżel l-aqwa kandidat f ’waħda mill-ewwel riformi li għamel flimkien fosthom. mal-Ministri Byron Camilleri u Edward Zammit • Meta jingħażel il-kandidat, il-Ministru tal-Intern u Sigurtà Nazzjonali jmur quddiem il-Kumitat Lewis kienet proprju dik li jibdel il-mod kif jint- Parlamentari tal-Ħatriet Pubbliċi biex jistaqsi għall-approvazzjoni tal-Kumitat. Hawn il-kandidat għażel l-iktar bniedem importanti fil-Korp tal-Pu- se jkollu joqgħod għall-iskrutinju tal-istess kumitat. lizija. Mar għal sistemi li jnaqqsu l-poter esklussiv • Il-konferma tal-Kummissarju tal-Pulizija ssir mill-Prim Ministru wara dan il-proċess u wara tal-politiku. Poter li jżommu għalkollox il-politiku li tkun saret konsultazzjoni mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, skont artiklu 92(4) talli kieku tgħaddi l-proposta tal-Partit Nazzjonalista. Kostituzzjoni. Iżda, x’qed jipproponi l-Gvern?

IL-PROPOSTA

IL-PN INKONSISTENTI

X’QALET IL-KUMMISSJONI VENEZJA? Smajna bosta bil-Kummissjoni Venezja fl-aħħar ġimgħat. Il-Partit Nazzjonalista tgħidx kemm semmieha u jekk wieħed jaqra r-rapport tagħha kienet ċara kristall. Fir-rakkomandazzjonijiet tagħha, il-Kummissjoni Venezja qalet li f ’demokrazija b’saħħitha, huwa kruċjali li l-Kummissarju tal-Pulizija igawdi mill-fiduċja tal-pubbliku u li jkun meqjus bħala politikament newtrali. Għaldaqstant, il-Kummissjoni rrakkomandat li jkun hemm public competition għal din il-kariga importanti sabiex il-proċess ikun aktar trasparenti u mingħajr indħil politiku. Il-Kummissjoni saħqet li l-Prim Ministru għandu jkun marbut bir-riżultati ta’ din il-public competition sabiex ikun hemm aktar separazzjoni bejn l-eżekuttiv u l-pulizija. Għalkemm tatu d-dritt talVETO, xi ħaġa li Robert Abela ddeċieda li jċedi. Din ukoll mhix l-ewwel darba li l-Gvern ha r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja tant li għamel dan anke fuq ilprosekuzzjoni. Dan meta fired l-irwoli tal-Avukat Ġenerali minn dak tal-Avukat tal-Istat.

Il-proposta tal-Partit Nazzjonalista dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija mhi ċara xejn u nbidlet kemm–il darba. Fl-2015 il-PN ta’ Simon Busuttil ħareġ dokument dwar il-good governance li tgħidx kemm ftaħar bih. Li kieku tela’ fil-gvern ried iwettaq lilu. Fih qal li l-Kummissarju tal-Pulizija kellu jkun maħtur b’2/3 tal-Kamra tar-Rappreżentanti. Però, qal ukoll li jekk ma jkunx hemm qbil darbtejn il-ħatra tal-Kummissarju ma ssirx b’żewġ terzi tal-Kamra u maġġoranza sempliċi tkun biżżejjed. Dan għax kien konxju tar-riskji kostituzzjonali fi proposta bħal din, speċjalment meta jkollok xi oppożizzjoni opportunista li ma taqbilx mal-gvern anke b’kapriċċ. Dan juri wkoll kemm il-proposta li qed iressaq il-Gvern illum hi aħjar għax se taħdem żgur u b’iktar skrutinju. Fuq kollox il-proposta tal-Partit Nazzjonalista trid deċiżjoni esklussivament tal-politiċi. Bil-bidla proposta mill-Gvern se jkun organu kostituzzjonali li se jmexxi l-proċess tal-ħatra. B’hekk se jkun hemm aktar trasparenza. Fuq kollox tant il-PN ma kienx konvint minn dak li qal qabel, li f ’Diċembru li għadda, ftit tal-jiem biss ilu ma reġax irrepetieha. Minflok qal li għandu jinħatar kumitat ta’ esperti mhux politiċi bil-kunsens tażżewġ naħat tal-Kam-

ra, li jirrapporta dwar il-passi meħtieġa biex tkun assigurata l-indipendenza u l-effettività tal-Pulizija u l-Armata b’enfasi fuq il-mod kif jinħatru l-Kap Kmandant tal-Armata u l-Kummissarju tal-Pulizija. Iżda, din il-proposta remieha fi ftit ġimgħat. Dan għax meta ra li l-Gvern se jwettaq il-bidla, f ’Jannar tal-2020, il-PN ressaq abbozz ta’ liġi ta’ malajr fil-Parlament fejn reġa’ sostna li jkun hemm qbil bejn żewġ terzi tal-Kamra. Iżda, quddiemu l-Parlament issa għandu wkoll il-bidla hekk kif proposta mill-Gvern. Bidla li se tbiddel wirt ieħor ta’ Gvern Nazzjonalista.


07

26.01.2020

kullhadd.com

TIBDIL INTERESSANTI • IL-PROFESSUR SAVIOUR FORMOSA DWAR IL-MOD ĠDID KIF JINĦATAR IL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA • L-AVUKAT JOE BRINCAT ITENNI LI L-PROPOSTA TAŻ-ŻEWĠ TERZI MA TAĦDIMX Il-Kriminologu u Akkademiku, il-Professur Saviour Formosa ddeskriva bħala interessanti ħafna t-tibdil proposta mill-Gvern għall-metodu ta’ kif jinħatar Kummissarju tal-Pulizija ġdid. Kif spjegat f ’paġna sitta din ilġimgħa l-Ministru għall-Intern, Sigurtà Nazzjonali u Infurzar tal-liġi ressaq fil-Parlament l-ewwel qari tal-emendi fil-liġi li jaħsbu biex il-Kummissarju jinħatar wara sejħa pubblika. Il-Professur Formosa qal: “Dan huwa tibdil interessanti ħafna għal diversi raġunijiet. Sentejn ilu diġà saret bidla drastika fil-liġi, fejn hemm introduċejna diversi tibdil fir-remits f ’dak li għandu x’jagħmel il-Kummissarju, introduċejna l-bord tal-governanza u anke s-CEO. It-talba tal-lum li ssir public call bil-PSC b’kollox huwa pass ieħor.” Il-Professur Formosa kien skjett ħafna meta kkummenta dwar it-talbiet li għamlet il-Kummissjoni Venezja. Semma kif ir-rakkomandazzjoni unika u ewlenija kienet is-sejħa pubblika. “Il-Venice Commission qed tgħid li mill-affarijiet kollha li raw fil-Korp biex ikun iktar unbiased, ir-rakkomandazzjoni unika kienet li għandha ssir public call. Mela għali-

na wkoll din il-public call tiġi eżatt qisha parti mill-ingranaġġ ta’ dan it-tibdil kbir fil-Korp u r-riforma li issa hemm bżonn li tiġi segwita u implimentata,” qal il-Professur Formosa li nnota wkoll kif il-Prim Ministru Robert Abela qal li se jċedi l-poter li jkollu veto fuq l-għażla. “Hemm item ieħor fejn issemmi li l-Prim Ministru għandu d-dritt tal-veto. Dik ir-rakkomandazzjoni għandha tidħol parti mil-liġi, il-fatt li l-Prim Ministru għażel li jirtira minnha huwa punt interessanti ħafna. Turi li se jħalli l-eżitu li ħareġ mill-PSC, id-dibattitu tal-Parlament u minn hemm joħroġ li jkun hemm ftehim,” kompla

jgħid il-Professur u Krimino- sarju jkollu r-rispett ta’ kulħadd. “Għandi problema bil-mod kif logu magħruf. il-post ta’ Kummissarju ġie attakkat fl-aħħar snin,” kompla “Iż-żewġ terzi jgħid Brincat li insista li filwaqt ma teżisti mkien” li jkun hemm sejħa pubblika L-avukat ta’ esperjenza Joe għandha tkun irrispettata l-kunBrincat kien xettiku ħafna dwar fidenzjalità ta’ dawk li applikaw. il-proposta tal-Oppożizzjoni “Japplika minn japplika m’għanli l-Kummissarju tal-Pulizija dux ikun hemm, kif ġara fil-każ jinħatar biż-żewġ terzi tal-Par- tal-Imħallfin, li tapplika biex lament. “Tistgħu turuna xi issir Imħallef imbagħad ħarġu pajjiż fejn jagħżlu l-Kummis- l-ismijiet ta’ dawk li ġew esklużi. sarju tal-Pulizija biż-żewġ ter- Għax lil dawk il-persuni tkun zi? L-ebda pajjiż fl-Ewropa ma għamiltilhom ħsara enormi,” qal jagħżel il-Kummissarju tal-Pu- Brincat li nnota kif l-Oppożizzlizija biż-żewġ terzi,” iddikjara joni diġà qed tagħmel minn koll-Avukat Brincat li meta kkum- lox biex tkisser. Hawn għadda biex tkellem menta dwar is-sistema l-ġdida qal li huwa tajjeb li l-Kummis- dwar kif il-proposta taż-żewġ

TINFETAĦ RESIDENZA GĦAL ŻGĦAŻAGĦ BLA DAR Is-Sibt filgħodu infetħet uffiċjalment ir-residenza “Marvelli”, li se tkun qed tilqa’ żgħażagħ bla dar (homeless) u eventwalment tgħinhom jiksbu indipendenza fuq medda ta’ żmien. Dan huwa b’hekk kunċett ferm proattiv u li jgħin lil dawn iż-żgħażagħ jibnu ħajjithom mill-ġdid. Se jingħata wkoll servizz ta’ mentoring, biex b’hekk dawn il-persuni jidħlu fid-dinja tax-xogħol jew inkella lura fis-sistema edukattiva. Din ir-residenza ġiet inawgurata fil-preżenza tal-Arċisqof Charles Scicluna u l-Ministru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali Michael Falzon. Il-Ministru Michael Falzon stqarr li dan il-ftehim soċjali huwa l-ewwel wieħed għal din is-sena, u li huwa xhieda tas-sinerġija li teżisiti

bejn l-Istat u l-Knisja. Il-Ministru Michael Falzon stqarr li jifhem l-impenn kbir li l-għaqdiet mhux governattivi jagħtu lil nies fil-bżonn, jispikkaw fosthom għaqdiet tal-Knisja, li fil-fatt huma l-maġġoranza tal-ftehimiet soċjali li hemm fil-preżent. Il-Ministru Michael Falzon stqarr li ħadd ma għandu jintilef mis-soċjetà, kulħadd huwa relevanti, u għandhom ikunu inizjattivi bħal dawn li jkomplu jibnu soċjetà b’saħħitha. Is-siġill ta’ dan il-ftehim se jfisser li l-Gvern se joħroġ l-allokazzjoni ta’ €70,000 fuq perjodu ta’ tliet snin. Min-naħa tiegħu, l-Arċisqof Charles Scicluna faħħar is-sehem ta’ dawk kollha involuti f ’dan ilproġett u tenna li l-Knisja se tkom-

pli taħdem mill-qrib mal-Istat flaqwa interess tal-komunità. Fil-preżent, il-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, għandu 44 ftehim soċjali ma’ organizzazzjonijiet u entitajiet soċjali, b’allokazzjoni ta’ €17–il miljun. Dan il-proġett soċjali innovattiv se jkun immexxi minn tliet għaqdiet volontarji: il-Federazzjoni Nazzjonali tal-Past Pupils u Ħbieb ta’ Dun Bosco, l-Assoċjazzjoni Maltija tal-Ordni ta’ Malta u Dar Osanna Pia. L-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali se tkun qed tassigura li s-servizz mogħti huwa skont l-istandars stabbiliti.

terzi għalkemm jaf tidher sabiħa fuq il-karta, tagħti riżultat ieħor fil-prattika. Kumment li għamel ukoll l-Avukat Roberto Montalto li qal ma’ The Malta Independent kif din hi proposta li ma taħdimx. Xi ħaġa simili kellu xi jgħidha l-Avukat Brincat. “Din taż-żewġ terzi kull fejn issir hija farsa. It-Taljani meta jagħżlu l-President jibdew biżżewġ terzi u meta ma jġibhom ħadd jagħmlu maġġoranza sempliċi. Allura mhux logħob tal-bżallu. X’se jiġri mhux l-istess? Il-Gvern tal-ġurnata jiddeċiedi hu,” qal Brincat li tenna kif fl-aħħar mill-aħħar irid ikun hemm is-sens komun li tagħżel bniedem kompetenti.


08

26.01.2020

kullhadd.com

IL-‘LIBERTÀ’ TAR-REĠINA ELIŻABETTA F’MALTA ... U MEGHAN

Għal dawk li jsegwu dak li jkun għaddej fil-Familja Rjali Ingliża, bħalissa għandhom xalata. Storja li tlaqqmet Mexit - il-ħruġ ta’ Meghan u Harry mill-Familja Rjali - fl-isfond tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, ilfamuża Brexit. Il-kriżi Mexit għalissa hija

Perjodu li matulu daqet ftit ‘libertà’, xi ħaġa li qatt ma kienet esperjenzat

konkluża b’kompromess. Harry u Meghan se jgħaddu minn perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu jaqsmu ħinhom bejn il-Kanada u r-Renju Unit. Mhix daqstant sempliċi għaliex għad hemm ħafna x’jiġi diskuss u wkoll deċiżjonijiet x’jittieħdu. Imma r-Reġina Eliżabetta espremiet, tal-anqas fil-pubbliku, li tifhem dik li hija x-xewqa tan-neputi. U l-aktar persuna mill-Familja Rjali kollha li tista’ tifhem lil Harry u Meghan hija proprju r-Reġina Eliżabetta. Immorru lura 71 sena, lejn l-1949. Il-Prinċipessa Eliżabetta mir-restrizzjonijiet kollha tal-palazz tiġi Malta biex tkun viċin ir-raġel tagħha l-Prinċep Filippu li ngħata l-impenn bħala uffiċjal tar-Royal Navy stazzjonat f ’Malta. Meta ġiet Malta l-Prinċipessa Eliżabetta kienet

diġà welldet lillPrinċep Karlu. Huwa fatt magħruf li r-Reġina Eliżabetta tistqarr li wieħed mill-aktar perjodi li tgħożż huwa proprju dak li matulu hija kienet f ’pajjiżna. Perjodu li matulu daqet ftit ‘libertà’, xi ħaġa li qatt ma kienet esperjenzat. F’Villa Guardamangia f ’Tal-Pietà, Eliżabetta setgħet tgħix ħajja totalment differenti minn kif kienet imdorrija. Kważi kważi, kienet tgħix ħajja komuni, tippassiġġa fit-toroq Maltin, issuq il-vettura tagħha waħedha mingħajr serbut ta’ sorveljanza, toħroġ u tiddeverti. Għalhekk taf tajjeb xi tfisser ‘libertà’. U dan il-perjodu seta’ kien, forsi, fattur deċiżiv li wassal lir-Reġina Eliżabetta taċċetta dan il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ Harry

u Meghan, perjodu li jista’ jtawwal għal snin. Perjodu li huwa viċin ħafna tat-tliet snin li għexet f ’Malta r-Reġina Eliżabetta, minkejja li hija qatt ma abbandunat id-dmirijiet tal-Kuruna Rjali. Perjodu li kellu jintemm ħesrem mal-mewt ta’ missierha r-Re Ġorġ VI fl-1952. Mhux ta’ b’xejn li r-Reġina Eliżabetta għandha post speċjali fil-memorji tagħha għal pajjiżna. Anki fl-aħħar żjara li għamlet f ’pajjiżna fl-2015 meta attendiet għal-laqgħa tal-pajjiżi tal-Commonwealth, iċ-CHOGM, es-

primiet li tqis lil Malta bħala t-tieni dar tagħha! Ir-Reġina Eliżabetta għamlet seba’ żjarat f ’Malta, fosthom erba’ żjarat statali. Imma anki hawn hemm xebh ma’ Meghan. Bużbuż nannitha Mary twieldet proprju f ’Malta fl-1862. Meghan ukoll żaret lil pajjiżna fl-2015 u kienet stqarret li ssaħħret bil-ġmiel tiegħu, apparti li ħassitha komda ħafna żżur lil pajjiż l-antenata tagħha. Kienet qalet ukoll li x-xewqa tagħha kienet li terġa’ żżur lil pajjiżna. Min jaf, forsi għad naraw lil Harry u Meghan u lil Archie jippassiġġaw f ’triqatna bħala turisti ‘komuni’.


09

26.01.2020

kullhadd.com

ID-DOWNLOADS L-IKTAR LI JĦASSBU LILL-MALTIN • WIEĦED MINN KULL ERBA’ EWROPEJ JEVITAW LI JIPPROVDU INFORMAZZJONI PERSONALI FUQ IS-SOCIAL NETWORKS, MINĦABBA L-BIŻA’ Wieħed minn kull erba’ ċittadini Ewropej evitaw li jipprovdu tagħrif personali fuq netwerks soċjali jew professjonali u dan riżultat tat-tħassib dwar sigurtà. Anke l-Maltin jitħassbu dwar is-sigurtà tagħhom online u skont l-istħarriġ l-iktar ħaġa li kienu attenti minnha kienet meta ġew suġġeriti biex iniżżlu xi materjal bħal mużika, filmati, logħob jew applikazzjonijiet oħra. 20% tal-Maltin intervistati qalu li llimitaw l-attività tagħhom online meta ġew għal dan. 19% qagħdu lura milli jipprovdu tagħrif personali u daqstant ieħor kien hemm min beża’ jordna prodotti online.

16% qalu li għalihom l-ikbar problema kienet li jafdaw il-WIFI u l-internet provdut f ’postijiet pubbliċi. Il-Maltin iħossuhom l-iktar komdi jikkomunikaw mal-banek u ma’ entitajiet pubbliċi b’9% u 8% rispettivament biss jgħidu li llimitaw l-attività tagħhom online b’rabta ma’ dawn is-servizzi. B’mod globali fl-2019 kien hemm 44% taċ-ċittadini Ewropej li qalu li f ’xi stadju jew ieħor illimitaw l-użu tal-internet. Fl-Ewropa, differenti minn Malta, kienet it-talba għall-informazzjoni personali l-iktar li dejqet lin-nies u wara l-użu tal-internet provdut f ’postijiet

pubbliċi. Kien hemm 34% tal-Ewropej li qalu li fl-aħħar 12–il xahar iffaċċjaw problemi meta ġew biex jużaw l-internet għal skop

privat. 26% tal-popolazzjoni Ewropea rrapportat li rċeviet informazzjoni frodulenti, fost oħrajn talba għal usernames biex jidħlu f ’email accounts jew

saħansitra fl-e-banking. Kien hemm 13% li qalu li esperjenzaw sitwazzjoni fejn spiċċaw f ’websites foloz li wkoll jitolbu l-informazzjoni.

L-ITS KRUĊJALI GĦAT-TURIŻMU Fi żjara li l-Ministru għatTuriżmu u Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli għamlet fl-Istitut tal-Istudji għat-Turiżmu, l-ITS, hija faħħret ix-xogħol kollu li qed jagħmel dan l-istitut sabiex iħarreġ lil dawk l-istudenti li għada pitgħada se jkunu qed jaħdmu fi ħdan l-industrija tat-turiżmu u tal-ospitalità. Dan qed ikun rifless fin-numru ta’ studenti kemm Maltin kif ukoll barranin li rdoppja matul is-sena li għaddiet b’żieda ta’ kważi 90% fl-applikazzjonijiet tal-istudenti l-ġodda. Il-Ministru Farrugia Portelli nnutat l-importanza li dan l-istitut jagħti fejn jidħol riżorsi umani tant li din l-istituzzjoni ħasbet ukoll għall-istudenti b’diżabilità bl-installazjoni ta’ kċina attrezzata u mgħammra b’dak kollu neċessarju. “Jeħtieġ li nibqgħu noħolmu u ninvestu sabiex

inkomplu nattiraw iktar studenti u potenzjalment ħaddiema f ’dan is-settur li kulma jmur qed ikompli dejjem jiżdied,” sostniet il-Ministru Farrugia Portelli. Il-Kap Eżekuttiv tal-ITS Pierre Fenech semma numru ta’ proġetti li din l-istituzzjoni se tkun qed taħdem fuqhom fiż-żmien li ġej fosthom il-ħsieb ta’ dormitorju li mistenni jakkomoda mal-175 student. Huwa esprima wkoll il-viżjoni tiegħu li minn Ottubru li ġej jibdew joffru l-ewwel degree tax-xorta tiegħu mmirat għal dawk li jixtiequ jieħdu ħsieb ċentri ta’ taħriġ tal-għadis. Il-Ministru Julia Farrugia Portelli temmet tgħid li tħares ’il quddiem sabiex tara lil din l-istituzzjoni tkompli timraħ u tipprepara lill-ħaddiema ta’ għada fis-settur turistiku. Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll iċ-Ċermen tal-Bord

tal-Gvernaturi fi ħdan l-ITS, Carlo Micallef, u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru, Ronald Mizzi.

Dan qed ikun rifless fin-numru ta’ studenti kemm Maltin kif ukoll barranin li rdoppja matul is-sena li għaddiet b’żieda ta’ kważi 90% flapplikazzjonijiet tal-istudenti l-ġodda


10

26.01.2020

kullhadd.com

PROĠETT PILOTA F’MALTA LI QED JIĠBED L-GĦAJN

MALTA PARTI MINN STRATEĠIJI TA’ TKABBIR Il-Kumpanija NetGaming qed tħares lejn tkabbir internazzjonali wara li ħabbret li fetħet uffiċċju ġdid f ’pajjiżna. Dan kien rifless f ’rapporti ta’ siti speċjalizzati fis-settur. Il-faċilità stateof-the-art f ’Tas-Sliema se sservi biex il-Kap Eżekuttiv tagħha,

Pallavi Deshmukh u t-tim tagħha jaħdmu bis-sħiħ biex ifasslu l-istrateġiji tal-kumpanija f ’dawk li huma strateġiji tal-marketing, strateġiji kummerċjali u wkoll strateġiji regolatorji. Deshmukh tgħid li l-ftuħ tal-uffiċċju f ’Malta sar bi ħsieb.

Malta hija l-post ideali għaliex pajjiżna huwa ġurisdizzjoni kritika għal din l-industrija. Huwa għalhekk li għażlet lil pajjiżna għall-operat ambizzjuż ta’ tkabbir internazzjonali ta’ NetGaming. Il-ħidma ta’ din il-kumpanija diġà bdiet mill-uffiċċju f ’Malta, u kien hemm ukoll akkwisti. NetGaming għamlet ftehim kummerċjali mal-kumpaniji Relax Gaming u BetConstruct li qed jitqiesu bħala ftehim importanti ferm għall-kumpanija. Importanti f ’dan kienet il-pożizzjoni tal-uffiċċju proprju f ’pajjiżna, li minnu jistgħu faċilment jintlaħqu kumpaniji oħra li jaħdmu fir-reġjun. Tant li apparti minn amministrazzjoni, l-uffiċċju f ’Malta huwa maħsub ukoll biex ikun il-katina ta’ NetGaming għal swieq emerġenti f ’dan is-settur, fosthom dawk fl-Afrika. F’dawn is-snin li għaddew f ’pajjiżna rajna interess kbir minn kumpaniji li raw il-potenzjal ta’ Malta. Dan l-interess wassal biex Malta ssir hub f ’dan il-qasam fuq l-istess livell tar-Renju Unit. Permezz ta’ innovazzjoni kontinwa f ’dan is-settur, Malta rnexxielha tkun fit-tmun kemm fid-dinja tallogħob tradizzjonali kif ukoll f ’dak imsejjaħ igaming. Din l-istrateġija ħolqot eluf ta’ impjiegi f ’dan is-settur multibiljunarju li qed jiġġenera miljuni fl-ekonomija Maltija. L-investiment bla preċedent f ’diversi oqsma, fosthom anki fl-igaming, wassal l-ekonomija Maltija fejn proprju tinsab illum. Ekonomija li wasslet biex l-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Fitch tikkonerma r-rating ta’ Malta A+. Tgħid ukoll li l-andament ekonomiku mistenni jibqa’ wieħed pożittiv riżultat ta’ tkabbir ekonomiku li pajjiżna baqa’ jirreġistra fl-aħħar snin.

Proġett pilota mniedi mill-Malta Public Transport b’kollaborazzjoni mal-kumpanija Slovena TAM qed jiġbed l-għajn f ’pajjiżi Ewropej, tant li huma bosta ġurnali li qed jirrapportaw dan il-proġett u qed isegwuh mill-qrib. Jekk dan il-proġett jaħdem f ’pajjiżna, bil-karatteristiċi tipiċi tiegħu, allura jkun prova tajba għal bliet oħra Ewropej. Il-proġett huwa innovattiv u mhux biss iħares lejn dak li se jkun il-futur tat-trasport pubbliku, imma huwa wkoll proġett li jieħu ħsieb l-ambjent. Karozza tal-linja li taħdem bl-elettriku bħalissa ngħaqdet mal-flotta ta’ 440 u qed taħdem bi prova fit-toroq Maltin. Waqt dan il-perjodu li se taħdem fuq rotot differenti se jkun mistħarreġ kif din taħdem fl-ambjent tat-trasport ta’ pajjiżna bħala karozza tal-linja bl-elettriku. Fost dan hemm it-toroq partikulari ta’ pajjiżna, speċjalment fil-partijiet antiki tal-bliet u l-irħula, b’toroq iserrpu u dojoq u wkoll id-distanza pjuttost qasira bejn waqfiet tal-istages ta’ tal-linja. Matul dan il-perjodu se jkunu kkunsidrati wkoll kummenti mhux biss mis-sewwieqa tal-karozza, imma wkoll mill-pubbliku li jkun għamel użu minnha. Il-futur tat-trasport pubbliku se jkun proprju dan – li l-karozzi użati mistennija jkunu jaħdmu bl-elettriku. U kien għal dan il-għan li l-Malta Public Transport varat l-ewwel waħda tat-tip tagħha f ’Malta. Din hija tal-għamla Vero, għandha tul ta’ disa’ metri u nofs u ma hemm ebda emiss-

joni meta tintuża. Meta ġiet varata din il-karozza tal-linja li taħdem bl-elettriku, iċ-Ċermen tal-Malta Public Transport, Felipe Cosmen qal li l-flotta li għandha l-kumpanija hija meqjusa bħala mill-iktar nodfa fl-Ewropa. Pass importanti għax qed jitħares l-ambjent. Il-kumpanija tħares lejn soluzzjonijiet innovattivi wkoll f ’dak li huwa ħarsien tal-ambjent u dejjem tanalizza u tħares lejn kif tnaqqas l-emissjonijiet mill-karozzi tat-trasport pubbliku. Mhux hekk biss, imma anki fl-operat tagħha tara li tnaqqas l-impatt fuq l-ambjent. Il-materjal kollu li ma jibqax bżonnu jiġi riċiklat, fosthom żjut, partijiet tal-magni u wkoll it-tajers. Hija prijorità għall-Malta Public Transport li tagħti lura lis-soċjetà u f ’dan il-każ qed tara li tagħti lura kemm jista’ jkun possibbli, ambjent aktar nadif minkejja l-użu talkarozzi tat-trasport pubbliku.

Il-kumpanija tħares lejn soluzzjonijiet innovattivi wkoll f’dak li huwa ħarsien tal-ambjent u dejjem tanalizza u tħares lejn kif tnaqqas l-emissjonijiet mill-karozzi tat-trasport pubbliku


11

26.01.2020

kullhadd.com

€141M F’XIRI TA’ PROPJETÀ PERMEZZ TAL-PROGRAMM IIP • KWAŻI €160M INVESTIMENT FI STOKKS TAL-GVERN B’mod globali, meta tkun ikkunsidrata l-propjetà kollha li nxtrat mit-tnedija tal-programm IIP – 144 – intefqu f ’Malta €141,374,459.33, medja ta’ €981,767.08 kull propjetà. Fl-aħħar rapport li ħareġ dwar dan il-programm, ir-regolatur Carmel De Gabriele jagħti ħarsa lejn statistika marbuta ma’ dan il-programm li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta’ Lulju 2018 u t-30 ta’ Ġunju 2019. F’dan il-perjodu inxtraw 17–il propjetà għall-ammont ta’ €13,747,186, medja ta’ €808,658 kull propjetà. Ir-regolatur jgħid li din il-medja hija b’mod sinifikanti ogħla mit-treshold minimu ta’ €350,000 kif jistipulaw ir-regolamenti talIIP. Jekk wieħed iħares lejn propjetà mikrija b’kuntratt ta’ ħames snin, b’mod globali sa mit-tnedija tal-programm, inkrew 910 propjetajiet għal €89,718,085.11, medja ta’ €98,591.30 kull waħda. Matul il-perjodu li jkopri r-rapport, inkrew 204 propjetajiet b’valur ta’ renta b’kuntratt ta’ ħames snin li huwa proġettat li se jkun ta’ €19,150,136, jew aħjar medja

ta’ €93,873 kull kuntratt. Fis-sena dan ifisser medja ta’ €18,775 kull kutratt. Anki hawn, ir-regolatur jgħid li l-medja hija b’mod sinifikanti ogħla minn dik stipulata fir-regolamenti – dik ta’ threshold minimu, €16,000 fis-sena. Għal darb’oħra bħala lokalitajiet, San Ġiljan kien l-aktar popolari bħala post fejn inxtrat il-propjetà, filwaqt li Tas-Sliema l-aktar popolari għall-kirjiet. Ir-regolamenti jistipulaw ukoll li applikant irid jagħmel investiment minimu ta’ €150,000 fl-istokks tal-Gvern. Fil-perjodu tar-rapport kien hemm investiment ta’ €33,751,826.03 u b’mod globali minn mindu tnieda l-programm investiment ta’ €159,767,368.53. Minn mindu tnieda l-programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment magħruf aħjar bħala IIP, pajjiżna daħħal madwar tmien mija, erbgħa u tletin miljun u seba’ mitt elf f ’kontribuzzjonijiet. Din iċ-ċifra hija sal-aħħar ta’ Ġunju tas-sena li għaddiet. Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali, Aġenzija tal-Gvern ta’ Malta, ġie stabbilit f ’Jannar tal2015 u twaqqaf apposta marbut

Minn mindu tnieda l-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment magħruf aħjar bħala IIP, pajjiżna daħħal madwar tmien mija, erbgħa u tletin miljun u seba’ mitt elf f’kontribuzzjonijiet

ma’ dan il-programm. Il-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali jamministra 70% tal-kontribuzzjonijiet li jidħlu mill-Programm tal-Investitur Individwali. Huwa prattikament fond ta’ investiment tal-istat li jinvesti l-flus biex ikollu dħul ieħor għalih waqt li jippreserva l-kapital. Tajjeb li jingħad li minn dan il-fond isiru wkoll investimenti biex jinħoloq sors ieħor ta’ dħul u l-fond, kif jgħid il-Malti, ma jikolx biss minn ġewwa meta jiġi biex iwettaq inizjattivi ta’ dimensjoni soċjali, li flimkien mal-iżvilupp ekonomiku, huma l-għanijiet tal-fond. Mill-fond igawdi l-pajjiż – igawdu s-setturi li qegħdin hemm biex jgħinu lill-familji kollha. Jekk inħarsu lejn l-ewwel proġett li sar iffinanzjat minn dan il-fond, naraw li lejn l-aħħar tas-sena 2018 kien inawgurat propju l-ewwel proġett iffinanzjat mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali. Ilfond ħareġ ftit inqas minn miljun ewro għal titjib ta’ żewġ cardiac cath suites fid-dipartiment tal-qalb fl-Isptar Mater Dei. Tagħmir li permezz tiegħu jsiru interventi aktar kumplessi u aktar preċiżi fl-arterja tal-qalb. B’hekk, dawn it-tip ta’ interventi ma jibqgħux isiru barra minn Malta, imma jsiru f ’pajjiżna stess. U b’hekk permezz ta’ dan il-fond gawda l-pazjent Malti, il-qraba tiegħu u wkoll il-professjonist mediku. Biex inkomplu fuq is-settur mediku – il-qasam tas-saħħa jorbot mat-tema ċentrali tal-kwalità tal-

L-ammont ta’ applikazzjonjiet approvati wara proċess ta’ skrutinju kien jammonta għal 237 applikazzjoni ħajja tal-poplu – f ’Mejju tas-sena li għaddiet sar ftehim li permezz tiegħu tmien ċentri tas-saħħa u 54 berġa se jgawdu minn €10 miljun. Fosthom iċ-ċentri tas-saħħa tal-Gżira li b’madwar miljun u nofs se jkun hemm xogħol ta’ rinovazzjoni. Iċ-ċentru tal-Gżira jkopri servizzi mediċi għal 10 lokalitajiet b’popolazzjoni ta’ madwar 72,000 – il-Gżira, l-Imsida, Pembroke, San Ġwann, il-Kappara, Tas-Sliema, San Ġiljan, is-Swieqi, Tal-Ibraġġ u Ta’ Xbiex. Minn dan il-fond il-familji mhux qed igawdu biss fis-settur tassaħħa, imma anki f ’dak li huwa housing soċjali. Fi Frar li għadda wkoll ftehim ieħor jipprovdi għal 500 unit tal-housing soċjali b’investiment ta’ €50 miljun. Units imqassmin f ’22 sit differenti, mifruxa ma’ 12–il lokalità, fosthom Raħal Ġdid, Ħal Kirkop, ir-Rabat, Ħaż-Żabbar, il-Mellieħa, Ħal Luqa, iż-Żurrieq, Ħaż-Żebbuġ, Ħal Qormi, is-Siġġiewi, il-Qrendi u Marsaskala. Intant l-istatistika f ’dan l-aħħar rapport turi wkoll li bejn l-1 ta’ Lulju 2018 sal-aħħar ta’ Ġunju 2019 kien hemm 311–il applikazzjoni, jiġifieri 19–il applikazzjoni inqas mit-12–il xahar ta’ qabel meta daħlu 330 applikazzjoni. L-ammont ta’ applikazzjonijiet approvati wara proċess ta’ skru-

tinju kien jammonta għal 237 applikazzjoni. Matul dan il-perjodu, l-għadd ta’ applikazzjonijiet li ġew irrifjutati jew irtirati kienu jammontaw għal 115. Mindu tnieda l-programm, l-għadd ta’ applikazzjonijiet irrifjutati għaċ-ċittadinanza Maltija tela’ għal 23%, żieda ta’ 3.5% miċ-ċifra rreġistrata fir-rapport tal-2018. Minn meta tnieda l-programm, ġew approvati 1,054 applikazzjoni – 58.6% tal-massimu ta’ applikazzjonijiet li jista’ jkollu l-programm, dak ta’ 1,800. Ta’ min jinnota wkoll li r-rapport jindika li matul is-sena li għaddiet kompliet ix-xejra ’l isfel fl-applikazzjonijiet, li hija riżultat ta’ kompetizzjoni minn programmi bħal dak ta’ Malta li bdew joperaw pajjiżi oħrajn fl-aħħar xhur. Dwar dan, ir-regolatur jgħid fix-xhur li ġejjin, l-applikazzjonijiet mistennija jerġgħu jibdew jiżdiedu f ’livelli aħjar minn dawk li waslu bejn Lulju tal-2017 u Ġunju tal-2019. Carmel De Gabriele jgħid li permezz tal-kontribuzzjonijiet tagħhom, l-investiment dirett li qed jagħmlu fl-istokks tal-Gvern, ix-xiri u l-kirjiet ta’ propjetajiet, dawk li qed jixtru l-passaport Malti qegħdin jikkontribwixxu bil-kbir fl-iżvilupp ekonomiku u soċjali ta’ pajjiżna.


12

26.01.2020

kullhadd.com

MINISTERU GĦALL-HOUSING WARA 25 SENA Wara tliet snin fil-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes inħatar Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Minkejja dan, il-ħidma u l-prijoritajiet ta’ dan il-Ministeru huma aktar wiesgħa minn hekk bil-għan li jiġu indirizzati l-bżonnijiet ta’ familji li għandhom realtajiet differenti. Minn housing affordabbli għal housing speċjalizzat, minn liġi tal-kera għal skemi ta’ home ownership – il-gazzetta KullĦadd iddiskutiet dan mal-Ministru Roderick Galdes. Minn Segretarju Parlamentari għal Ministru tal-Akkomodazzjoni Soċjali. Għalfejn il-bżonn ta’ Ministeru speċifiku fuq dan is-settur? Mill-2017, meta ġejt fdat bħala Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni soċjali kelli viżjoni għal dan is-settur u assigurajt li flimkien mat-tim tiegħi tas-Segretarjat inwettaqha. Xhieda ta’ dan huma l-inizjattivi, l-iskemi u l-proġetti li għamilna. Wessajna jdejna biex ma nindirizzawx biss l-akkomodazzjoni soċjali, iżda biex nindirizzaw issuq tal-housing minn kull aspett. Introduċejna skemi ta’ home ownership, fassalna u ħabbarna proġett ta’ housing affordabbli, iddiskutejna u kkonsultajna biex illum għandna liġi tal-kera ġdida li biddlet dan is-suq f ’wieħed li joffri alternattiva lill-familji tagħna, biddilna drastikament kif jitħaddem dak li kien magħruf bħala s-sussidju tal-kera biex illum għandna aktar minn 1,400 benefiċjarju. Dan filwaqt li introduċejna l-kunċett ta’ housing speċjalizzat għal faxex speċifiċi. Parallel ma’ dan kollu, komplejna bil-ħidma fuq il-units il-ġodda ta’ housing soċjali li qegħdin nibnuhom permezz tal-akbar investiment li qatt sar fuq l-akkomodazzjoni soċjali. Għalhekk, il-Prim Ministru għaraf il-ħidma wiesgħa li

wettaqna u ħass il-ħtieġa li għal dan is-settur, il-pajjiż minn Segretarjat ikollu Ministeru. Dan biex inkomplu nwettqu din l-istrateġija li bdejna biex verament nagħmlu d-differenza fil-ħajja tal-familji tagħna. X’inhuma l-prijoritajiet li l-Ministeru tiegħek se jkun qiegħed jaħdem fuqhom? Il-prijorità tiegħi tibqa’ dejjem il-ġustizzja soċjali. Kull deċiżjoni li nieħu dejjem tkun ibbażata fuq il-valuri tal-ġustizzja soċjali li nħaddan. Għalhekk, il-prijoritajiet tiegħi huma li nkomplu nwessgħu l-housing soċjali, il-housing affordabbli, niffaċilitaw li aktar nies isiru sidien ta’ darhom filwaqt li s-suq tal-kera jibqa’ joffri l-istabbiltà u s-serħan il-moħħ lill-familji u lis-sidien. Bla dubju, l-akkomodazzjoni soċjali tibqa’ prijorità assoluta għal dan il-Gvern. Irridu nkunu aħna wkoll l-eżempju għas-suq privat u għalhekk se nkomplu naħdmu biex dik li sal-lum hija proprjetà dilapidata, terġa’ tieħu l-ħajja u tintuża għal skopijiet soċjali filwaqt li se nkomplu nirriġeneraw il-blokok eżistenti ta’ housing soċjali biex ikunu aċċessibbli sabiex jibqgħu joffru għajxien dinjituż lill-familji li jgħixu fihom filwaqt li nsebbħu wkoll iż-żona. Se nkomplu wkoll il-ħidma fuq il-proġett ta’ housing b’kirjiet affordabbli li se nkunu qegħdin nagħmlu fil-Fgura. Semmejt il-housing affordabbli. X’differenza hemm bejn il-proġett li se jitwettaq fil-Fgura u l-proġetti tal-bini ta’ housing soċjali? Il-proġett ta’ housing affordabbli li hu pjanat li jsir fil-Fgura huwa proġett immirat għal

Il-prijorità tiegħi tibqa’ dejjem il-ġustizzja soċjali. Kull deċiżjoni li nieħu dejjem tkun ibbażata fuq il-valuri tal-ġustizzja soċjali li nħaddan persuni li ma jikkwalifikawx għal housing soċjali iżda li xorta waħda qed isibuha xi ftit diffiċli biex iħallsu l-kera. Dan il-proġett se jkun qed iwassal għal 118-il appartament ġdid li se jkunu qed jinkrew bi prezzijiet ferm aktar baxxi minn dawk tas-suq privat. Il-prezzijiet se jkunu ta’ madwar €300 għal post b’kamra tas-sodda waħda, €400 għal post b’zewġ kmamar tas-sodda u €500 għal post bi tliet kmamar tas-sodda. Dawn il-prezzijiet se jkunu affordabbli għal persuni li se jkunu eliġibbli jibbenefikaw minn dan il-proġett.

buġ u Ħal Kirkop ukoll għaddej b’ritmu tajjeb ix-xogħol tal-ġebla. Proġett ieħor li se jkun qiegħed ukoll iżid l-istokk ta’ housing soċjali huwa dak li matulu qegħdin nirriġeneraw proprjetà tal-Gvern li tħalliet snin twal fi stat dilapidat filwaqt li permezz tal-iskema Nikru biex Nassistu qegħdin inġibu wkoll stokk ta’ akkomodazjoni soċjali mill-privat. Ressaqt ’il quddiem il-liġi tal-kera u r-riforma bdiet minn din is-sena. Il-bidu inkoraġġanti?

Il-kritika ma tonqosx, l-investiment ta’ aktar minn €100 miljun għal bini ta’ aktar minn 1,700 appartament Il-bidu huwa inkoraġġanti u għal skopijiet soċjali meta se pożittiv. F’dawn l-ewwel tliet naħsdu l-frott tiegħu? ġimgħat li fihom l-Awtorità tadDjar bdiet twettaq ir-riforma, Nista’ ngħid li minn din is-sena aktar minn 800 kuntratt ġew irse jibdew jitqassmu l-ewwel ap- reġistrati filwaqt li madwar 900 partamenti. Ix-xogħlijiet fis-siti oħra bdew il-proċess ta’ reġista’ Ħ’Attard u Birkirkara mexjin trazzjoni. Kienu l-eluf li għamġmielhom tant li issa beda tiela’ lu kuntatt mal-Awtorità f ’dawn t-tielet sular f ’xi blokok. F’di- l-ewwel jiem li fil-maġġoranza versi siti oħrajn, fost l-oħrajn is- tagħhom apprezzaw li r-reġisSiġġiewi, iż-Żurrieq, Ħaż-Żeb- trazzjoni jistgħu jagħmluha on-

line mill-kumdità ta’ darhom u li qegħdin jifhmu l-benefiċċji ta’ kuntratt reġistrat mal-Awtorità. L-Awtorità tad-Djar għandha biżżejjed riżorsi biex timplimenta din il-liġi? L-Awtorità tad-Djar qiegħda twettaq ħidma kbira u sodisfatt li anke din id-darba qiegħda tagħmel biċċa xogħol tajba ħafna. Fi ftit xhur, mhux biss tfasslet is-sistema ta’ reġistrazzjoni online li taħdem bil-blockchain bil-għan li r-reġistrazzjoni tkun aktar trasparenti iżda għamlet ukoll il-preparamenti u xogħlijiet neċċessarji biex waqqfet unit ġdid. Pożittiv li l-Awtorità tad-Djar bħala regolatur tas-suq tal-kera, b’mod tanġibbli, se tkun qiegħda timplimenta din il-liġi b’mod professjonali. Kif, b’eżempji tanġibbli, din ir-riforma qiegħda tibdel issuq tal-kera? Permezz ta’ durata minima u


13

26.01.2020

kullhadd.com

tar-reġistrazzjoni tal-kuntratti din il-liġi qiegħda għall-ewwel darba toffri l-istabbiltà u s-serħan il-moħħ lill-familji filkera u lis-sidien li jkunu għamlu investiment f ’din il-proprjetà. Bid-depożitu dikjarat u bl-inventarju tal-mobbli kollha tal-proprjetà qiegħda ukoll issaħħaħ ir-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet, bil-konsultazzjoni wrietna li ħafna mir-relazzjonijiet li kienu qegħdin jispiċċaw fuq nota negattiva kienu fuq kwistjonijiet żgħar marbuta mad-depożitu u l-istat tal-proprjetà. Relazzjoni li se nkomplu nsaħħu wkoll bittwaqqif tal-panel ta’ arbitraġġ fi ħdan l-Awtorità li se jkun qiegħed isolvi tilwim żgħir marbut ma’ kwistjonijiet ta’ mhux aktar minn €5,000. Kunfidenti li permezz ta’ din il-liġi bdilna dan is-suq għal wieħed li jissalvagwardja l-investiment tas-sidien u li joffri alternattiva fit-tul lill-familja tagħna. L-iskema ta’ Equity Sharing, immirata għal dawk li għandhom aktar minn 40 sena biex isiru sidien ta’ darhom. Kemm ibbenefikaw minn din l-iskema u se naraw aktar skemi ta’ home ownership? Din kienet skema mistennija ħafna u li diġà applikaw għaliha aktar minn 200 persuna. Skema li qiegħda tindirizza l-vakum li kien hemm fis-suq tal-housing f ’pajjiżna. Dan hekk kif qabel ma introduċejna l-iskema ta’ Equity Sharing dawn il-persuni, li għandhom 40 sena jew aktar u li għandhom ammont ta’ assi, ma

kellhomx alternattiva oħra ħlief li jikru minħabba d-diffikultà li jieħdu loan mill-bank. Illum lil din il-faxxa tas-soċjetà qegħdin noffrulha l-opportunità li ssir sid ta’ darha. Kif ħabbarna fil-baġit, fil-ġimgħat li ġejjin se nkunu qegħdin nintroduċu skema għal żgħażagħ li jkunu se jixtru l-ewwel residenza tagħhom u li minkejja li jistgħu jieħdu loan qegħdin isibuha diffiċli jħallsu l-10% tal-bidu fuq il-valur tal-proprjetà, jew kif inhu magħruf aħjar id-depożitu. Nisimgħuk titkellem fuq ilmobbiltà soċjali. X’qiegħed isir biex persuna ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha u verament timxi ’l quddiem? L-ideoloġija tagħna tmur lil hinn mill-idea li nagħtu kollox b’xejn lil kulħadd. Aħna qed noħolqu strateġija li permezz tagħha nassistu lill-persuni li għal xi raġuni jkollhom diffikultà ta’ akkomodazzjoni. L-approċċ li qed nieħdu huwa wieħed li joffri għajnuna tailor-made, u mhux b’sistema ta’ one-size-fits-all sabiex verament inkunu nistgħu ngħinu lil kulħadd skont il-bżonnijiet tiegħu, bil-għan li kulħadd jimxi ’l quddiem.

għalfejn naħdem qatigħ u nistinka ta’ kuljum hija sabiex nara l-familji tagħna jimxu ’l quddiem. Liema kienet l-aktar skema ta’ suċċess mill-aħħar baġit u liema temmen li se tkun l-aktar waħda tas-suċċess mill-Baġit 2020?

Bla dubju, l-aktar skema ta’ suċċess kienet dik tal-benefiċċju tal-kera li għall-ewwel darba ħolqot relazzjoni bejn idIs-settur soċjali huwa dħul tal-persuna u n-nefqa wieħed sensittiv u li jmiss tagħha fuq il-kera. Benefiċċju ma’ realtajiet diffiċli. Kemm li fil-maġġoranza qiegħed ikoikun ta’ sodisfazzjon għalik pri bejn il-50% u s-60% tal-kirmeta tara familja ttejjeb isja. Nemmen li l-aktar skema ta’ sitwazzjoni tagħha? suċċess tal-Baġit 2020 se tkun dik Sodisfazzjon assolut. Is-sodis- immirata li tassisti ż-żgħażagħ fazzjon tal-ħidma tiegħi jiġi minn isiru sidien ta’ darhom billi tgħindawn il-mumenti. L-akbar raġuni hom iħallsu d-depożitu tal-bidu.

Pożittiv li l-Awtorità tad-Djar bħala regolatur tas-suq tal-kera, b’mod tanġibbli, se tkun qiegħda timplimenta din il-liġi b’mod professjonali


14

26.01.2020

kullhadd.com

L-AKTAR BNIEDEM BL-ITWAL SERVIZZ TA’ MAZZIER Minn CHARLES B. SPITERI

Ftit huma dawk in-nies li llum għadhom iwettqu xogħol siewi fil-knejjes Maltin. Iżda Joseph Debono minn Birkirkara, mhux talli serva għal snin twal bħala abbati, iżda għal snin twal oħra kien persunaġġ mistenni fil-Bażilika ta’ Birkirkara, mlibbes fl-abitu ta’ Mazzier, bil-mazza fuq spalltu u bix-xabla ma’ qaddu. Iltqajt ma’ Joseph fil-knisja ta’ Santa Elena biex insiru nafuh aħjar. Joseph, ngħid sew li int ilek tagħti servizz fil-Bażilika ta’ Birkirkara għal numru sew ta’ snin?

Isaija Kap disgħa, vers sitta. Imbagħad kienet tkompli: “Sagri Ministri, Reverendissimu Kapitlu, Insara devoti.”

Jien ili nagħmel parti minn din il-Bażilika għal 65 sena. Minn kif għamilt il-Preċett niftakarni dħalt abbati u bqajt dejjem attiv.

Issa xi affarijiet li nqatgħu mill-Bażilika, x’tiftakar?

X’tiftakar li maż-żmien, fil-kors ta’ abbati, tbiddel mhux ħażin? Illum irridu nammettu li l-familji naqsu sew. M’għadekx issib il-familji ta’ meta konna qed nitrabbew aħna, b’sebat itfal u aktar, fejn is-subien kien il-gost tagħhom li barra minn ħuthom ikollhom ħbieb oħra abbatini. Illum il-familji jaf ikollhom tarbija waħda jew tnejn. Barra minn hekk, fil-preżent, ittfal għandhom ferm aktar affarijiet xi jtellfuhom. Naf ħafna li jgħidu li jkunu jridu jistudjaw jew imorru għal xi taħriġ. U b’familji kbar, l-abbatini kienu jkun f ’numru qawwi? Dażgur. Jien niftakar is-sagristija mimlija bl-abbatini. Ukoll meta kien ikun hawn ilqrar, kien ikun hawn erba’ jew ħames saċerdoti biex ilaħħqu mal-abbatini, u subien biss. X’għadek tiftakar miż-żmien li kont abbati? Il-funzjonijiet. Konna nieħdu ferm gost nippreparaw għall-funzjonijiet, speċjalment tal-Ġimgħa Mqaddsa. Niftakar il-prietka ta’ tliet sigħat, minn saċerdoti barra mill-Bażilika. Fuq l-artal maġġur kien jintrama speċi ta’ taraġ, li fuqu kien ikun hemm il-Kurċifiss il-kbir. Imbagħad kienu jitilgħu żewġ kanoniċi biex iniżżluh u wara l-prietka, tibda l-adorazzjoni tas-salib. Ma kinitx issir il-funzjoni kif issir illum. Niftakar ukoll meta għamilt il-prietka tal-Milied fil-bażilika. L-ewwel darba li għamiltha kienet ma’ tal-MUSEUM quddiem il-każin tal-Bagri u ħadna tixriba nobis, għax faqqgħet ix-xita. Imbagħad, fil-Bażilika kont għamiltha b’idi fil-ġibs, għax kont waqajt u ksirtha. Qed nerġa’ narani nipprietka fuq il-pulptu b’idi fil-ġibs! Kienet il-prietka ta’ nofsillejl. L-għada, fl-erbgħa ta’ filgħodu ħaduni biex nerġa’ nagħmilha San Ġwann, għand il-Patrijiet.

Kien jintrama t-tubru għall-Ġimgħa l-Kbira. Kienu speċi ta’ tliet tarġiet tqal, li konna ntellgħuhom mill-kannierja. Kienu jintramaw f ’nofs il-korsija u fuqhom iqiegħdu majjilla, kienu jgħidulha. X’kienet din? Speċi ta’ reċipjent li fuqu jitqiegħed il-katavru tal-qassis, għax kienet tintuża fil-funerali tal-kanoniċi. Imbagħad, wara li ssir il-quddiesa praesente cadavere, u wara li jsir it-tberik, lill-katavru jqegħduh fit-tebut u jeħduh għad-difna jew iniżżluh fil-kannierja. Taħt it-tebut kienet tinfirex faldrappa sewda b’ras ta’ mewt. Imbagħad, kienu jintramaw erba’ gandlieri bix-xemgħa twila. Allura t-tubru kien jintuża għas-saċerdoti biss? Le, fl-antik anki għal-lajċi kien jintuża. Dari, fil-funerali kien joħroġ il-Kapitlu għal dawk li jmutu. Kienu jmorru bil-mixi fid-djar tagħhom. Jekk kien ikun hemm xi mejjet l-Isptar, kienu jwassluh fil-knisja ta’ San Pawl tal-Wied, imbagħad jinżel il-Kapitlu għalih. Il-funerali ta’ filgħodu kienu jsiru fis-sebgħa u nofs, u ta’ filgħaxija fl-erbgħa u nofs. Meta tgħid li jinżel il-Kapitlu, jinżlu l-qassisin kollha? Le, dawk li jiġu jew ikunu hawn. Iżda dak iż-żmien ma tantx kienu jfallu.

Tara differenza bejn il-prietki tal-antik u dawk tal-lum? Dażgur, differenza kbira. Il-prietka li għamilt jien kien fiha 22 paġna ta’ pitazz. Kienet iddum u kull tant paġni kien hemm strofa bil-Latin. Pereżempju niftakar li kienet tibda: Parvarus natus est nobis, et filius datus est obis.

Joe Debono jidher it-tielet mix-xellug. Dan ir-ritratt ittieħed fil-Bażilika ta’ Birkirkara

Minn din niġu għad-dfin. Fejn kienu jindifnu l-mejtin? Lill-kanoniċi u lil-lajċi kienu jidfnuhom fil-kannierja. Id-dfin baqa’ jsir hawnhekk sal-bidu tas-snin 70. Joseph, hawn tissemma ħafna l-ġrajja ta’ meta l-Bażilika ġiet imbarrata bil-ġebel. Tiftakar dak l-episodju? Niftakar li kien hawn kwistjoni fuq id-drittijiet tal-Kolleġġjata, li ħallew il-fundaturi Dun Perin u Dun Filippu Borgia, li kienu nżammu mill-Kurja. Fi żmien liema Arċisqof kien sar dan l-inċident? Kien beda fi żmien l-Arċisqof Mauro Caruana u ntemm fi żmien l-Arċisqof Mikiel Gonzi. Minħabba f ’dan l-inċident, il-festa tal-patruna Santa Elena damet ma toħroġ għal 18–il sena. Allura fl-aħħar, il-parruċċani rrabjaw għal dan il-fatt u mbarraw il-knisja. Ta’ tifel niftakar li bil-ġebel ingħalqu t-tliet bibien tal-faċċata sal-għoli tal-loġġ. U fil-knisja ma kien jidħol ħadd? Kienu jidħlu l-kanoniċi minn bieb fil-ġenb tal-kannierja, għall-kor. Fl-antik kien hawn passaġġ li jmiss mal-kannierja, għax it-triq kienet magħluqa, u n-nies ukoll kienu jidħlu minn dan il-bieb. Mela xorta kien hemm aċċess għall-knisja. Allura għaliex għalqu biss il-faċċata? L-iskop li jimbarraw il-bibien prinċipali kien biex juru li l-poplu Karkariż ipprotesta għad-deċiżjonijiet. Il-knisja damet imbarrata

hekk xi 15–il ġurnata. Kienet kwistjoni taħraq għal dak iż-żmien, tant li niftakar żewġ fillieri ta’ pulizija malġenb tal-knisja, fejn hemm il-bini magħruf bħala Tas-Sinjura Dinda. Jiġifieri bejn il-Karkariżi nfushom kien hemm min jaqbel u min ma jaqbilx mal-għeluq tal-knisja? Dażgur. L-irjus kien jisħnu. Fil-fatt anki l-arma tal-Isqof kienet tniżżlet minn postha minn bniedem b’rasu mgħottija u tkissret minn dawk li pprotestaw. Il-Kapitlu tal-Bażilika kien qabel mal-għeluq tal-knisja? Le, kienu l-parruċċani li wettqu dan kollu għax ħassew li d-drittijiet tagħhom kellhom jibqgħu bla mittiefsa. Għalhekk riedu juru li qed jipprotestaw kontra d-deċiżjoni tal-Kurja u favur il-Kapitlu li wkoll minnaħa tiegħu kien qed jinnegozja għall-istess drittijiet. Iżda mhux hu kien li ħeġġeġ linnies għall-protesta. Meta tneħħa l-ġebel, x’sar? Meta nħatt, l-istess ġebel intuża biex inħadem iz-zuntier tal-Bażilika. Ix-xogħol sar fil-maħżen fi żmien Dun Viċenz Saliba. Matul il-ġimgħa kienu jimtlew xi 20 forma tal-ħadid bil-konkos u b’dan il-ġebel, imbagħad jaqilgħuhom is-Sibt mill-ħadid u l-għada, fil-maħżen, nogħrkuhom bi xkupilja tal-ħadid, biex joħroġ dak id-daqsxejn wiċċ. Jien ukoll, flimkien ma’ ċertu Lewis, konna mmorru nogħrku, ta’ tfal li konna. Kien ikun hemm ukoll irġiel maturi jagħmlu l-istess xogħol. U b’hekk sar iz-zuntier kollu. Meta ġew biex iqegħduh, kien hawn pampalun – illum mejjet – Alla jaħfirlu wkoll, li


15

26.01.2020

kullhadd.com

kien jippretendiha ferm. Kien proprjetarju ta’ lukanda f ’San Ġiljan, li b’ċertu ton ta’ kuljunar beda jgħid: “Issa jqegħduh, issa jqegħduh,” u Dun Viċenz li kien ħdejh, ħallieh jgħid. U wasal biex tqiegħed. L-istess bħalma kienu għamlu lil Lippu l-Lupu meta ġie biex itella’ l-qanpiena l-kbira fil-kampnar. Kienu jlissnu: “Issa jtellagħha hemm fuq mingħajr armar.” Għax dak iżżmien, meta ġiet il-qanpiena ma kienx hawn l-armar tal-lum u għalhekk riedu bilfors itellgħuha bil-ħbula. U biex Lippu jurihom li laqa’ l-isfida tagħhom, meta l-qanpiena bdiet tiela’, ħareġ mill-ewwel ċinta u baqa’ tiela’ mal-qanpiena sa ma waslet f ’postha. B’hekk wera li kien sod l-armar li għamel.

L-iskop li jimbarraw il-bibien prinċipali kien biex juru li l-poplu Karkariż ipprotesta għad-deċiżjonijiet. Il-knisja damet imbarrata hekk xi ħmistax–il ġurnata

Meta niġu għall-Vjatku int ilħaqtu wkoll? Ilħaqtu bħala abbati. Konna noħorġu mas-saċerdot, li jmur iqarben lill-moribond fid-dar tiegħu. Il-Vjatku kien isir sa ma tagħlaq il-knisja, f ’xi s-7.30 p.m. Niftakar issir ukoll l-agunija, għax dari, ħafna nies kienu jmutu d-dar. Kien jiġi l-kjeriku Karmenu Bonavia u jagħmel l-adorazzjoni waħdu fil-kappella, jitlob sa ma tiġi biex tagħlaq il-knisja, għal ruħ min ikun qed imut. Għall-Vjatku kien j oħroġ il-Kapitlu kollu? Le, mhux kulħadd, iżda skont kemm jinżertaw ikun hawn kanoniċi fil-knisja. Iżda dejjem kien ikun hawn aktar minn wieħed fis-sagristija. Xogħolkom bħala abbatini x’kien? Konna nimxu quddiem il-kanoniċi u quddiem is-saċerdot li jkun bis-Sagrament. Is-saċerdot jidħol għand il-moribond u abbati minna jidħol miegħu b’qisha ġilandra żgħira, li jżommha f ’idejh, iqegħidha fuq mejda. Is-saċerdot iqiegħed is-Sagrament, jagħmel il-Griżma tal-Morda lill-moribond u jqarbnu. Hu minnu li tul it-triq ta’ Vjatku, in-nies kienu jinżlu għarkupptejhom? Iva, u kien ikun hemm pulizija quddiem kull Vjatku, għalkemm traffiku ma kienx hawn bħal-lum. Ġeneralment, il-mejjet kien jinġieb fil-knisja l-għada li jmut, għalkemm kien hawn każi fejn il-familjari ma kinux jixtiequ jżommu lill-mejjet id-dar u għalhekk kienu jittrasportawh mill-ewwel fil-knisja.

niġri min-naħa għall-oħra biex insibhom. Illum kemm fadal kanoniċi? Preżentement hawn sitta. Bħala gradi f ’kapitlu, xi nsibu? Terġa’ fl-antik, hawn kien hawn tliet sagristani. Kienu jiftiehmu bejniethom biex tnejn minnhom jorqdu hawn: wieħed ħdejn il-bieb tal-qanpiena l-kbira u l-ieħor fil-bieb in-naħa ta’ San Ġużepp. Għaliex iżda kienu jorqdu hawn? Biex jekk jinqala’ l-bżonn ta’ agunija billejl, il-moribond ikun jista’ jinqeda, għax xħin jasal is-saċerdot il-knisja kienu jiftħulu. Kien hawn servizz tat-telefon fil-bażilika? Le, fil-knisja ma kienx hawn. Għalhekk il-familjari kienu jiġu javżaw lis-sagristani u xi ħadd minnhom javża lil saċerdot. Ara jien, għall-funerali kont indur lill-kanoniċi kollha, bħala mazzier, biex insib min se jqaddes, għax dak iż-żmien il-kanoniċi biss kienu jqaddsu. Għalhekk kont nibda mill-Prepostu u jekk ma jkunx jista’ jqaddes, indur għad-Dekan, għall-Kanċellier u nibqa’ nieżel wieħed wieħed sakemm insib kanoniku dispost. Kif kien jinħatar il-Mazzier? Fil-każ tiegħi kien inqara avviż waqt il-quddies, li kien jitlob lil min jixtieq japplika biex jibgħat l-applikazzjoni. Applikajt, ingħażilt u kif għedt diġà domt nokkupa l-kariga għal 56 sena. Kelli nċedi kontra qalbi, għax qabditni infezzjoni f ’sidri u qattajt xahar flisptar. Inzerta kien iż-żmien tal-funzjonijiet tar-Randan, bi tħejjija għall-Ġimgħa l-Kbira u għalhekk bilfors riedu sostitut biex jieħu sehem fil-funzjonijiet. Allura wara dan iż-żmien kollu ta’ abbati bdejt bix-xogħol ta’ Mazzier. U fiex jikkonsisti dan ix-xogħol? Bdejt b’din il-ħidma fl-1961. Ix-xogħol tal-Mazzier beda fi żmien is-Senaturi, fejn kien iġorr il-mazza (maze) bħala turija ta’ awtorità. Illum narawh iservi fil-House of Lords fl-Ingilterra, fejn jimxi quddiem ir-Reġina bil-mazza fuq spalltu. Fil-kolleġġjati, apparti mill-awtorità, il-Mazzier jirrappreżenta l-għaqda bejn il-kanoniċi. U bħala kariga ta’ Mazzier hi xi ħaġa

ċerimonjali biss? Iva, għalkemm iservi wkoll bħala messaġġier bejn il-kanoniċi tal-lokal. Ma jidħolx la għal xogħol fi knejjes oħra u lanqas iservi ta’ messaġġier f ’affarijiet tal-Kurja. Kont immexxi dik li konna ngħidulha ċ-ċedola ta’ meta jkun se jiltaqa’ l-Kapitlu. U l-kanoniċi kollha kienu minn Birkirkara? Kien hemm Dun Ġużepp Aquilina, li kien joqgħod il-Ħamrun u maż-żmien laħaq Dun Karm Calleja, li kien joqgħod San Ġiljan. L-oħrajn kollha kienu residenti f ’Birkirkara. Għax lill-Mazzier issibu biss fil-kolleġġjati? Iva. U kemm kellna kolleġġjati f ’Malta sakemm servejt int? Kellna sitta. Ta’ Birkirkara, ta’ San Pawl tar-Rabat, ta’ San Pawl tal-Belt, tal-Isla, ta’ Bormla u tal-Birgu. Illum żdiedu. Min kien l-ewwel minnhom? L-ewwel Bażilika kolleġġjata kienet ta’ Birkirkara, li tmur lura għall-1630. U prinċipalment fiex jikkonsisti x-xogħol tal-Mazzier? Kif għedtlek: irid jieħu parti fil-funzjonijiet u jkun speċi ta’ messaġġier tal-Kapitlu. Dari kien ikollhom sessjoni tal-Kapitlu darba fix-xahar u xogħli kien li jkolli l-aġenda, indur lill-kanoniċi kollha biha, jaqrawha u jiffirmawha, fid-dar jew fejn ikunu, biex ma jkunux jistgħu jgħidu li ma kinux mgħarrfin. U dak iż-żmien li qed tirriferi għalih ma kienx hawn il-kanoniċi li hawn illum, mhux hekk? Fl-1961 kien hawn 18–il kanonku. Iżda ġeneralment il-Kanċellier kien joħroġ l-aġenda s-Sibt, biex il-Ħadd, meta jkunu hawn għallkor, jarawha u b’hekk jien ma noqgħodx

Għandek lill-Prepostu, lid-Dekan, lill-Kantur, lill-Kanċellier u lill-kanoniċi, fosthom il-penitenzier. Tiftakar xi funeral mhux bħall-oħrajn? Ta’ zijuwi, Sir Anthony Mamo, li kien l-ewwel President ta’ Malta, iżda ma kienx sar hawn f ’Birkirkara. Is-servizz sar fil-Konkatidral ta’ San Ġwann għax kien funeral statali, iżda okkażjonijiet kbar hawn f ’Birkirkara kienu jkunu l-funerali tal-Preposti, fejn innies kienet tattendi bi ħġarha. L-aħħar kanoniku li ndifen fil-kannierja min kien? Illum, biex tidfen fil-kannierja trid tikseb il-permessi. Iżda l-aħħar li ndifen hawn kien Dun Anton Mallia Borg. Bħala armar fil-knisja, liema tara l-isbaħ, dak li jsir għall-Milied jew tal-Ġimgħa l-Kbira. Personalment aktar jogħġobni l-armar u t-tiżjin tal-Ġimgħa l-Kbira, għax jintrama s-Sepulkru bil-ġmiel kollu tiegħu. Rikordju ta’ meta sirt Mazzier, x’għandek? Niftakar li meta sirt Mazzier, l-ewwel funeral kien il-Laqxija, u jien minn dawk l-inħawi. Allura xħin telgħin, u peress li anki l-qassisin joqogħdu jitħaddtu bħalma jitħaddtu l-abbatini, kif wasalna quddiem il-ħanut Ta’ Karla, li huma z-zijiet tiegħi, Dun Manwel Grech (tal-bżar), li kien warajja lissen: “Tlajna hawn biex tarah ommu!” Kienet ċajta. Sadanittant Joseph: kemm ilek hawn, kemm–il Prepostu lħaqt? Jien ilħaqt sebgħa. Lil Dun Manwel Vella, Dun Naz Sciberras Psaila, Dun Ġużepp Mifsud Bonnici bħala Arċipriet, Dun Anton Vella, Dun Anton Cassar, Dun Vincenz Cachia u issa l-Monsinjur Paul Carmel Vella. Illum, li la għadek abbati u lanqas Mazzier, x’tagħmel fil-Bażilika ? Nagħti daqqa t’id lis-sagristan fejn nista’, u nieħu ħsieb il-ġbir.


16

26.01.2020

kullhadd.com

KONTINWITÀ Carmelo Abela Ministru

Din il-ġimgħa tistaqsi lil min tistaqsi, kulħadd l-istess kliem: kemm beda tajjeb il-Prim Ministru l-ġdid Robert Abela. Forsi wħud ma ħasbux li kien ser ikun daqshekk effettiv mill-ewwel. Oħrajn forsi ħasbu li l-ħażin li sar ma kienx ser jiġi rranġat. It-tnejn kellhom jibilgħu kliemhom. Kien hemm ħafna li l-messaġġ ta’ kontinwità li mexxa ’l quddiem Robert Abela tul il-kampanja għall-mexxej tal-Partit

Laburista, ma fehmuhx. Il-messaġġ ta’ Robert ma kienx ifisser li hu kien ser ikun photocopy, inkella li ma jbiddel xejn. Allura nistaqsu, x’kienet it-tifsira vera tal-kontinwità? Ngħid għalija, jiena din il-frażi nifhem biha li dan il-Partit, li għomru u żmienu jibdel fil-pożittiv lil pajjiżna, hekk ser jibqa’ jagħmel. Naturalment f ’dan ir-rigward il-kontinwità tfisser ukoll li rridu nkomplu ntejbu lilna nfusna u nimxu ’l quddiem flimkien. Għaldaqstant biex nimxu ’l quddiem irridu niftakru li l-elementi ħżiena li infiltrawna rridu nitnaddfu minnhom. Robert wera li f ’dan ir-rigward kien lest u sa mill-ewwel mumenti tiegħu fil-kariga beda jbiddel. Ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet iebsa, li jista’ jkun ma niżlux tajjeb ma’ kulħadd. Biss id-direzzjoni ta’ fejn aħna mixjin hija waħda ċara. Hawnhekk irridu nżommu f ’moħħna li f ’dan l-istadju l-aktar ħaġa importanti għal pajjiżna, apparti r-reputazzjoni internazzjonali tagħna, hija r-rikonċiljazzjoni nazzjonali.

Dekasteru ġdid

sħiħ. Għalija, din hija kemxejn sfida ġdida. Sfida, li flimkien mat-tim tiegħi qiegħed nidħol għaliha bi ħġari. Sfida hija wkoll ir-responsabbiltà li ngħataw numru ta’ Ministri u Segretarji Parlamentari Żgħażagħ ġodda. Mhix ċajta li jkollok politiċi żgħażagħ li bilkemm għandhom 30 sena u li għandhom l-ogħla karigi filpajjiż. Biss għalkemm din hija xi ħaġa li barra minn xtutna ftit li xejn narawha, f ’Malta qed issir komuni. Qed issir komuni għaliex il-Partit Laburista investa fiż-żgħażagħ tiegħu, għall-kuntrarju ta’ ħaddieħor. Allura hija ovvja li dawn iż-żgħażagħ meta pajjiżhom sejħilhom, kienu lesti biex iwieġbu għal din is-sejħa ta’ responsabbiltà, u hekk għandu jkun. F’dan il-qasam il-kontinwità mhix biss għażla iżda neċessità, jekk irridu nkomplu nimxu ’l quddiem.

Flimkien ma’ Prim Ministru ġdid, għandna wkoll Kabinett ġdid. Jien ingħatajt id-dekasteru ta’ Ministru fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru responsabbli mil-Iżvilupp Sostenibbli, id-Djalogu Soċjali u l-Implimentazzjoni tal-Manifest Elettorali. Ikolli ngħid li dan huwa dekasteru differenti għalkollox mit-tnejn li kelli qabel (l-Intern u l-Affarijiet Barranin) minħabba l-fatt li jiġi b’responsabbiltà partikolari ħafna, peress li jmiss mal-Ministeri u d-dekasteri kollha. Dan b’mod speċjali fejn jidħol l-iżvilupp sostenibbli. Irridu naraw li l-affarijiet li jsiru, isiru għat-tul. Issib min jgħidlek li Malta mhux dejjem kienu jimxu hekk l-affarijiet, u veru. Imma bħala Ministru responsabbli minn dan l-inkarigu ninsab determinat li nara li kull inizjattiva li tittieħed mill-Gvern Malti tkun inizjattiva fattibbli, kemm fil-preżent u kif ukoll fil-futur. Din għandha tkun Il-fiduċja tal-poplu il-mira tagħna mhux biss bħala Ministeru imma bħala Gvern Il-ġimgħa li għaddiet rajt diver-

si kummenti fuq il-midja soċjali. Kien hemm min faħħar lill-Prim Ministru l-ġdid u kien hemm min maqdru. Kumment partikolari saħaq li l-fiduċja ma tiġix waħidha, iżda trid tintrebaħ. Ma’ dan il-kumment tal-aħħar naqbel mija fil-mija, u ninsab persważ li wara ġimgħa fit-tmun ta’ pajjiżna, Robert Abela diġà beda jirbaħ il-fiduċja tal-Maltin u ta’ dawk kollha li b’xi mod huma kkonċernati bil-futur ta’ pajjiżna.

Ittieħdu numru ta’ deċiżjonijiet iebsa, li jista’ jkun ma niżlux tajjeb ma’ kulħadd. Biss id-direzzjoni ta’ fejn aħna mixjin hija waħda ċara

INSAĦĦU L-AĠENZIJI U L-ISTITUZZJONIJIET TAL-UE

Alex Agius Saliba Membru Parlamentari Ewropew

Wara li matul il-ġimgħa l-oħra fil-Parlament Ewropew kellna sessjoni plenarja b’numru ta’ diskussjonijiet importanti fuq l-aġenda, din il-ġimgħa l-ħidma kompliet b’ritmu mgħaġġel ħafna u għalija personali kienet ġimgħa oħra mimlija daqs bajda. Din kienet ġimgħa importanti għaliex bdejt bil-ħidma tiegħi bħala Koordinatur tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Kumitat tal-Petizzjonijiet, u f ’sessjoni li kienet imqassma fuq jumejn trattajna madwar 50 petizzjoni ġejjin minn ċittadini madwar l-Ewropa kollha u li laqtu temi

vasti. Dan l-eżerċizzju verament juri l-fibra demokratika u l-valur tal-kontabilità li għandhom l-Istituzzjonijiet Ewropej, u għalija huwa ta’ unur li nista’ nservi f ’dan il-livell u nista’ nagħti sehmi sabiex nassiguraw responsabbiltà u rispett massimu għal-liġijiet Ewropej. Perà l-qofol ta’ din il-ġimgħa kienet il-laqgħa tal-Kumitat tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, fejn għall-ewwel darba kont responsabbli mill-koordinazzjoni tal-pożizzjoni li ħa l-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fuq sitt rapporti dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta’ aġenziji u fondazzjonijiet Ewropej importanti, u kif ukoll dwar ilbaġit ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea. F’dawn in-negozjati kont fdat biex immexxi ’l quddiem il-pożizzjoni tal-Grupp politiku tiegħi u ninnegozja mal-gruppi politiċi l-oħra sabiex naslu għal qbil aċċettabbli. Fil-proċess irnexxieli wkoll nikseb appoġġ b’saħħtu fuq diversi proposti u emendi li ressaqt ’il quddiem sabiex naraw li dawn ir-rapporti jwasslu messaġġ ċar dwar l-importanza u

l-bżonn ta’ ħidma ta’ kwalità għolja mill-aġenziji Ewropej, kif ukoll dwar il-ħtieġa li jkun hemm ingaġġ ta’ nies denji u li l-aġenziji jingħataw riżorsi adegwati għall-kompiti u l-isfidi futuri li dawn l-aġenziji u fl-aħħar mill-aħħar l-Unjoni Ewropea ser ikunu qed jaffaċċjaw. Dan huwa kruċjali biex nassiguraw li jkollna Unjoni li qiegħda tiffunzjona bl-aktar mod effettiv, għaliex fl-aħħar mill-aħħar il-ħidma tal-aġenziji hija importanti u tagħmel differenza għall-partijiet interessati involuti. Fost id-diversi punti importanti li ħarġu min-negozjati ta’ dawn ir-rapporti hemm dak dwar il-bżonn li tiġi ssalvagwardjata l-għajnuna mill-programm FEAD li jassigura li jkun hemm tqassim ta’ ikel lil dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjetajiet tagħna. Il-fatt li fl-Unjoni għad għandna realtà fejn aktar minn persuna waħda minn kull ħames persuni u wieħed minn kull erbat itfal għadhom fir-riskju tal-faqar jew tal-esklużjoni soċjali, jurina li rridu nibqgħu impenjati biex nagħtu l-għajnuna koll-

ha neċessarja u ntaffu l-agħar forom ta’ faqar, bħall-privazzjoni alimentari, in-nuqqas ta’ akkomodazzjoni, u l-faqar fost it-tfal. Punt ieħor huwa dak dwar il-bżonn li tingħata aktar għajnuna finanzjarja lill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol sabiex b’hekk ikun jista’ jiżdied it-tagħlim u l-infurzar tal-liġijiet li qegħdin hemm biex jiġu evitati aktar fatalitajiet u inċidenti waqt il-ħin tax-xogħol. F’rapporti oħra imbagħad qbilna u vvutajna flimkien fuq il-bżonn li tingħata aktar għajnuna lil Aġenziji u Fondazzjonijiet Ewropej relatati mat-taħriġ, ix-xogħol u t-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja sabiex ngħinu lill-ħaddiema tagħna billi ntuhom l-għodod kollha neċessarji biex ikollhom l-aqwa impjiegi, bl-aqwa kundizzjonijiet u fl-aħħar millaħħar ikollhom livell t’għajxien aħjar. Inħares lura lejn din il-ġimgħa b’sodisfazzjon għall-fatt li ksibt riżultati pożittivi u appoġġ fuq dawn ir-rapporti. Dan jagħtini aktar kuraġġ biex flimkien mal-kollegi tiegħi fil-Parlament

Ewropew inkompli naħdem għal aktar progress. Għalija huwa ferm inkoraġġanti l-fatt li permezz tal-ħidma leġiżlattiva u politika tagħna nkunu nistgħu nagħtu liċ-ċittadini tagħna dak li tant ikun jistħoqqilhom u b’mod konkret nagħmlu impatt pożittiv fuq il-ħajja tan-nies.

Dan jagħtini aktar kuraġġ biex flimkien malkollegi tiegħi fil-Parlament Ewropew inkompli naħdem għal aktar progress


17

26.01.2020

kullhadd.com

IR-RESPONSABBILTÀ Editorjal

U fil-konfront ta’ dawn il-każi, Adrian Delia ma’ għamel assolutament xejn, minkejja li jipprietka kif għandu jimxi ħaddieħor bil-governanza tajba

Din il-ġimgħa l-Eks Ministru għal Għawdex Justyne Caruana ħadet pass li mhux biss wera s-sens ta’ dover tagħha iżda kompliet iċċekken, iktar milli diġà kienet ċkejkna, l-istatura tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Din ir-riżenja ddominat l-aħbarijiet fl-ewwel jiem ta’ din ilġimgħa u l-ftuħ tal-ewwel seduta Parlamentari wara l-btajjel tal-Milied. Kien hemm reazzjonijiet ċari ħafna għal din id-deċiżjoni. Fuq quddiem nett kien innotat is-sens ta’ responsabbiltà ta’ Justyne Caruana li għażlet li ma tħallix il-kritika fil-konfront tagħha tfixkel ħidmet il-Gvern u refgħet hi l-piż ta’ ċirkostanzi li wara kollox ma kinux marbuta mal-ġudizzju jew l-għemil dirett tagħha. Ħafna jsegwu l-politika Maltija li qed iqabblu bir-raġun dan l-episodju ma’ episodji fi ħdan il-Partit Nazzjonalista. Partit Nazzjonalista li llum il-ġurnata huwa magħruf li pront pront jipponta sebgħu lejn il-Gvern Laburista u l-esponenti tiegħu, mingħajr ma jara t-travu f ’għajnejh.

Fl-aħħar snin Gvern Laburista diġà għamel riformi kbar favur is-sewwa. Fl-aħħar jiem ingħata mbagħad sinjal qawwi li fejn forsi ma konniex wasalna sal-lum irridu naslu. U fejn hemm bżonn li ssir bidla se ssir. Biex hawn kompliet tinħoloq problema kbira ta’ kredibbiltà għall-Oppożizzjoni speċjalment meta mqabbel mal-Gvern. Għax il-Kap tal-Oppożizzjoni jitkellem fuq responsabbiltà iżda ma jasalx ferm iktar mill-paroli. Biżżejjed insemmu kif ċeda meta ġie biex jitlob responsabbiltà minn min bena kampanja fuq firem foloz u frame-up politiku. Kulħadd jiftakar kif wara l-eżitu tal-inkjesta Egrant kien hemm l-ewwel każ minn sensiela fejn mhux rebħet ir-responsabbiltà, iżda tilef Adrian Delia li kien wiegħed mod ġdid li baqa’ ma wasal qatt. Dakinhar rebaħ Simon Busuttil u tilef is-sewwa. Hemm ukoll Adrian Delia versus d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Il-każi ta’ Azzopardi marbuta mal-ħidma tiegħu meta kien fil-Gvern il-Par-

tit Nazzjonalista fosthom il-każi tal-Löwenbräu u tal-Fekruna huma magħrufa sew. Fil-każ tal-Löwenbräu l-Qorti kienet ikkonfermat li Jason Azzopardi għandu jerfa’ r-responsabbiltà politika dwar l-iskandlu tal-art tal-Löwenbräu. Magħhom nistgħu nsemmu każi bħal ta’ Capital One u Beppe Fenech Adami. F’dan il-każ kien hemm investigazzjoni li waqfet wara li tfaċċa isem xi ħadd fil-politika. Xi spjegazzjoni talab dwar dan Adrian Delia? X’responsabbiltà talab li tintrefa’? Hemm każi oħra, inkluż ta’ laqgħat ta’ nies qrib tiegħu ma’ min jissemma bi prominenza filkaż tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. U fil-konfront ta’ dawn il-każi, Adrian Delia ma’ għamel assolutament xejn, minkejja li jipprietka kif għandu jimxi ħaddieħor bil-governanza tajba. Iżda, fuq kollox wieħed ma jridx jinsa li hemm ukoll allegati każi marbuta ma’ Adrian Delia nnifsu. Imdendla fuqu Adrian Delia għandu akkużi mill-iktar serji.

Daphne Caruana Galizia kienet kitbet dwaru u każi ta’ ħasil ta’ flus, prostituzzjoni u allegati attivitajiet kriminali oħra. Mhux talli ma’ rriżenjax Delia iżda lanqas biss sab il-kuraġġ jitlob investigazzjoni dwarhom. Ħarab għal darba wara oħra mill-isfida li jmur jitlob inkjesta maġisterjali biex wara investigazzjoni birreqqa kulħadd ikun jaf min qal il-verità. Meta wieħed jara li lanqas sa hawn ma kien kapaċi jasal allura japprezza iktar kemm ftit seta’ jitħaddet fil-Parlament wara li l-Prim Ministru ħabbar il-pass li ħadet Justyne Caruana li wriet sens ta’ responsabbiltà kbira li ħaqqha kull apprezzament. L-ewwel passi tat-tmexxija ta’ Robert Abela komplew juru kif f ’dan il-pajjiż anke min irid sens ta’ responsabbiltà fil-politika, jista’ jħares biss lejn il-Partit Laburista. Ma konniex perfetti, iżda żgur li l-aħħar li jistgħu jagħtu xi tip ta’ eżempju huma tal-Partit Nazzjonalista. Fiż-żmien li ġej irridu nkomplu naħdmu u nieħdu l-passi biex din id-differenza tidher dejjem iktar.


18

26.01.2020

kullhadd.com

IL-WIRT NAZZJONALI, L-ARTI U L-KULTURA

José Herrera Ministru

L-arti, il-kultura u fuq kollox ilWirt nazzjonali kienu minn dejjem suġġetti li mhux biss huma ta’ interess partikolari għalija b’mod personali, imma wkoll oqsma li wara l-2013 kont fdat bir-responsabbiltà sabiex immexxi u nixpruna ’l quddiem bħala Segretarju Parlamentari. Illum hekk kif bħala pajjiż għandna fit-tmexxija lill-Prim Ministru Robert Abela, ġejt fdat bir-responsabbiltà ta’ Ministru fuq dan il-qasam kif ukoll dak tal-Gvernijiet Lokali. L-arti u l-kultura bla dubju ta’ xejn huma elementi ħajjin, u għaldaqstant, tista’ tgħid li f ’dawn issnin rajna lil dan il-qasam jimxi

’l quddiem b’mod konsiderevoli. Pajjiżna b’mod partikolari, wettaq b’suċċess fost l-oħrajn żewġ inizjattivi importanti fuq livell Ewropew bħalma huma l-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017 fejn hemmhekk rajna jitwettaq programm artistiku u kulturali estensiv kemm f ’pajjiżna kif ukoll barra minn pajjiżna. Bla dubju ta’ xejn Valletta 2018 kienet suċċess u għaldaqstant iridu naraw li l-legat ta’ Valletta 2018 ikompli jissarraf f ’investiment dirett filBelt Kapitali ta’ pajjiżna permezz tal-Valletta Cultural Agency. Kien ta’ pjaċir għalija li l-ewwel attività pubblika proprju minn mindu ġejt fdat bir-responsabbiltà ta’ Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali, kienet il-Premju tal-President għall-Kreattività 2019. Premju fejn il-Kunsill Malti għall-Arti flimkien mal-uffiċċju tal-President jirrikonoxxu organizzazzjonijiet li jkunu qegħdin iwettqu programmi kulturali u artistiċi li jixprunaw l-kreattività bil-għan li noħolqu soċjetà waħda aktar inklussiva. Il-Premju tal-President għall-Kreattività stimula għadd

ġmielu ta’ kollaborazzjonijiet bejn is-settur kulturali u s-settur soċjali, u sarraf dawn l-istess kollaborazzjonijiet f ’opportunitajiet u esperjenzi ġodda biex ikollna aktar soċjetajiet inklussivi. Il-patrimonju u l-wirt ta’ pajjiżna huma element essenzjali li jagħti l-identità lil pajjiżna... lilna bħala Maltin. Ser inkun qiegħed permezz tal-ħidma tiegħi nassigura li dan il-patrimonju u l-wirt tagħna bħala poplu mhux biss ikun protett billi wieħed jassigura l-preservazzjoni ta’ dan il-patrimonju, imma aktar importanti naraw kif il-wirt u l-patrimonju jitwassal aktar viċin il-pubbliku ġenerali. Għaliex huwa permezz ta’ dan illi l-wirt u l-patrimonju tagħna jista’ jigi aktar apprezzat u għaldaqstant ippreservat. Il-ħidma ta’ Heritage Malta kif ukoll dik tad-Direttorat tar-Restawr hija waħda li wieħed għandu jkun kburi. Xogħol li rridu nkomplu naraw li jitwettaq billi noffru r-riżorsi adekwati. Fl-aspett artistiku u kulturali, il-ħidma hija sostanzjali. Il-programm kulturali għall-2020 huwa wieħed kemm ta’ livell, kif ukoll mifrux sew fuq oqsma differenti.

Programm li ċert li ser ikompli jolqot lil soċjetajiet u lil komunitajiet differenti. Ser inkun bħala Ministru responsabbli minn dan il-qasam nara li nkomplu nħejju sabiex tiġi identifikata l-politika ġdida kulturali li tkopri mill-2021 sal-2025 hekk kif dik eżistenti “Create2020” għandha tiġi fi tmiemha proprju din is-sena. Permezz tal-istrutturi tal-Arts Council Malta, ser inkun qed niżgura l-implimentazzjoni ta’ din il-politika, u dan bil-għan li nagħtu nifs lis-settur artistiku u dak kulturali, b’enfasi partikolari fuq l-aspetti ta’ globalizzazzjoni u anke biex naraw aktar materjal artistiku jikber f ’aspett u f ’kuntest internazzjonali. Il-Valletta Design Cluster se jservi bħala hub għall-komunità tal-Belt Valletta, għall-NGOs lokali u bħala post adattat għall-artisti. Dan il-hub se jkun l-ewwel cluster tat-tip tiegħu f ’Malta, fejn ser noffru opportunitajiet ġodda lill-gradwati ġejjin mill-industriji tal-grafika u tad-disinn biex anke nkomplu nixprunaw l-industrija kreattiva f ’Malta. Dan il-proġett huwa importanti wkoll anke mill-aspett ta’ innovazzjoni.

F’soċjetà multikulturali li qegħdin ngħixu fiha, id-diversità u l-inklużjoni kulturali qegħdin jikbru fl-importanza. Il-kultura għandha tkun ekwa u inklużiva, maħsuba għaċ-ċittadini kollha. Permezz ta’ dan l-irwol ser inkun qed nagħmel ħilti sabiex flimkien mal-imsieħba ewlenin, mal-għaqdiet volontarji, kif ukoll mal-artisti niżguraw li nies minn komunitajiet differenti u minn kull qasam tal-ħajja jsiru aktar parteċipanti fl-oqsma kulturali u artistiċi. Għal dan il-għan ukoll ser inkun qiegħed nibda diskussjonijiet sabiex naraw kif nistgħu nagħmlu l-programmi ta’ fondi aktar flessibbli biex b’hekk ma nkunux aħna stess li noħolqu elementi li forsi jistgħu jfixklu l-kreattività jew l-espressjoni artistika. Il-prijoritajiet f ’dan il-qasam huma kbar u mhux faċli li tiddistingwi liema huwa l-aktar importanti. Irridu però nibdew il-ħidma fuq l-identifikazzjoni ta’ sit sabiex f ’pajjiżna jkollna sala għall-kunċerti nazzjonali kif ukoll tkompli d-diskussjoni dwar il-possibbiltà li Pjazza Teatru Rjal tiġi msaqqfa.


19

26.01.2020

kullhadd.com

IL-POPLU JAFDA GVERN LABURISTA

Catherine Fenech Membru fl-Eżekuttiv Nazzjonali PL

Meta tħares x’inhu jiġri madwarna, tinnota li hawn fazzjoni ta’ nies li jippretendu li jiddettaw x’għandu jiġri f ’pajjiżna. Tajjeb li ssemma leħnek, tajjeb li tkun voċiferu fuq dak li taħseb li hu sewwa. Imma li tagħmel ilħsara, timmina u tkun arroganti, għaliex dawk li l-poplu għażel biex imexxu l-pajjiż mhumiex tal-gosti tiegħek, mhumiex azzjonijiet aċċettabbli u li jikkondividwu mal-ideali tas-saltna taddritt u tad-demokrazija li tant jiftaħru li hi għal qalbhom. Dawn huma l-istess nies li f ’25 sena ma għamlu xejn biex isaħħu s-saltna tad-dritt u jiġġieldu l-korruzzjoni. Dawn in-nies għażlu l-Avukat Ġenerali, l-imħallfin, il-maġistrati, il-Kummissarji tal-Pulizija u l-persons of trust huma waħidhom għal 25 sena sħaħ. Qatt ma tniffsu u qalu li dawn għandhom jintgħażlu biż-żewġ terzi. Issa f ’daqqa waħda stenbħu u indunaw li l-Prim Ministru u l-Eżekuttiv għandhom wisq poteri f ’idejhom u jridu li jitneħħewlhom dawn il-poteri. Iridu ż-żewġ terzi f ’kollox. Fi ftit kliem iridu li jibqgħu jiddettaw u jiggvernaw huma billi jintgħażlu persuni li jidhrilhom huma. Il-Kabinett ippropona proċess ta’ għażla tajjeb ħafna għall-Kummissarju tal-Pulizija, konformi ma’ dak rakkomandat mill-Kummissjoni Venezja. M’għoġbithomx għax iridu ż-żewġ terzi, sistema li esperti fil-liġi jaqblu li toħloq instabbiltà u inċertezza, sistema li wara kollox ma ġietx rakkomandata mill-Kummissjoni Venezja. Imma la ma togħġobhomx mela skont huma għandha tiġi skrappjata. Dawn huma persuni li jippretendu li huma ’l fuq mis-saltna tad-dritt, anzi jħossu li għandhom id-dritt li jsaltnu u jiddettaw huma kif għandu jitmexxa l-pajjiż, li jagħżlu huma min imexxi l-istituzzjonijiet, u l-libertà tal-espressjoni tgħodd meta

jidhrilhom huma, bid-dritt li jgħajru u joffendu lil min iridu. Eżempju ċar huwa din il-ġimgħa stess meta kellna l-għaref Dr Andrew Borg Cardona jgħid li l-libertà tal-espressjoni tagħti d-dritt ukoll li tkun “pastaż, insulenti u vulgari”. X’arukaża. Dan iridha tal-elite u tal-alta societa? Dan sar fil-konfront ta’ kawża fil-Qorti miftuħa mis-Segretarju Parlamentari Rosianne Cutajar waqt li Borg Cardona kien qed jiddefendi lil Godfrey Leone Ganado fejn fuq Facebook kien għajjar lil Cutajar prostituta. Borg Cardona fil-Qorti kellu l-ardir li jgħid li Leone Ganado għamlilha pjaċir li għajjarha hekk għax bis-saħħa t’hekk ħadet promozzjoni għal Segretarju Parlamentari. Tal-mistħija u tat-tqalligħ dawn in-nies. Dawn huma n-nies li jridu jiddettaw l-aġenda tagħhom u bil-wiċċ tost kollu jħossu d-divinità mogħtija lilhom mis-sema biex lil min jidhrilhom huma jgħajruh u jżebilħuh u mbagħad allaħares min jipprova jgħid nofs ta’ kelma fuqhom għax jiddemonizzawk u joħorġu jkissruk bi kliemhom u b’għemilhom vendikattiv. Diskors xokkanti u dispreġġjattiv u kundannabbli fil-konfront tas-sess femminili fejn qed jalludi li l-mara tieħu l-promozzjonijiet mhux għax jistħoqqilha u bil-kapaċitajiet tagħha, imma għax jitħassruha jew għax tiġi aġevolata. Tassew qed jagħti eżempju moqżież lis-soċjetà tal-lum, meta hawn aktar tfajliet li jiggradwaw milli ġuvintur u hawn għatx kbir sabiex dan l-investiment fir-riżors uman ma jibqax jintilef u tikber il-parteċipazzjoni tal-mara f ’livelli ta’ xogħol u f ’pożizzjonijiet importanti bħal CEOs, Diretturi, f ’bordijiet u tiżdied ir-rappreżentanza politika femminili fuq livell leġiżlattiv. Dan l-istess Borg Cardona kien stqarr li għandu DNA differenti minna l-Laburisti. Naqbel miegħu. Allaħares għandi d-DNA tiegħu. Alla jilliberani. Il-poplu huwa konsapevoli li m’hawnx alternattiva. Il-poplu jistenna mill-Partit Laburista sabiex ikompli jiggverna lil Malta. Huwa tassew kliem tad-deheb tal-Prim Ministru Robert Abela meta f ’dawn il-ġranet iddikjara li l-Partit Laburista huwa fil-gvern u Gvern Laburista se jkun qed jieħu d-deċiżjonjiet tal-pajjiż għax il-poplu afda lill-Partit Laburista bit-tmexxija.

Mid-Djarju ta’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 16 ta’ Jannar Ikolli ngħid li l-Kap tagħna, (Adrian mhux Manuel) Delia qiegħed isibha diffiċli biex jikkummenta fuq dak li qiegħed mhux biss jgħid, imma jagħmel il-Prim Ministru l-ġdid Robert Abela. Għax waqt li sal-ġimgħa l-oħra tista’ tgħid li kien jgħaddilna messaġġ kważi kuljum, f ’dawn l-aħħar jiem ma smajna xejn mingħandu. Sieħbi tal-Istamperija qalli biex ma ninkwetax dwar dan, għax bħalissa l-Kap u dawk ta’ madwaru moħħhom biss biex jiċċelebraw it-tluq ta’ Simon Busuttil. Qalli wkoll biex ma ninkwetax li post Simon jista’ jieħdu David Thake, għax dak, ħin jew ieħor, ikollu jibla’ kliemu għax l-aqwa li jkun fil-Parlament. Il-Ġimgħa, 17 ta’ Jannar Sewwa qalli sieħbi tal-Istamperija li David Thake, ħin jew ieħor, kien se jkollu jibla’ kliemu. Għax illum hekk għamel. Qal li t-tmexxija tal-partit darba glorjuż tagħna nbidlet, u issa jħossu komdu li jerġa’ jkun minn ta’ quddiem fil-partit, ovvjament għax għandu l-possibbiltà li jkun deputat. Mhux billi jgħid sieħbi tal-Istamperija, din lili tinkwetani, għax kif qalli Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, dan ma jfisser xejn ħlief li David Thake qiegħed jgħid li l-Kap tagħna għamel kutrumbajsa. Veru li l-kutrumbajsi fil-partit tagħna saru ħaġa regolari f ’dawn l-aħħar snin, imma veru wkoll li minħabba dawn il-kutrumbajsi, ħadna tkaxkira wara oħra! Is-Sibt, 18 ta’ Jannar Bħas-soltu, dalgħodu stennejt bil-ħerqa, imma ngħid il-verità ħriġt ftit iddiżappuntat. Ħriġt iddiżappuntat għax jekk qiegħed nifhem sew, il-Kap tagħna Adrian Delia qiegħed jagħti wisq

pariri lill-Gvern Laburista, tant li saħansitra qal li lest li jpoġġi mal-mejda u jkollu diskussjoni kif għandhom isiru l-affarijiet. Jien missieri dejjem kien jgħidli biex lil tal-Labour ma nafdahom qatt, u hekk għamilt tul ħajti kollha, u hekk se nkompli nagħmel. Sa fejn niftakar jien, l-ebda Kap ieħor, inkluż il-kbir Eddie, ma kien jagħtihom pariri. Meta qsamt dalħsieb ma’ Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna, kien pront qalli: bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti. Il-Ħadd, 19 ta’ Jannar Erħejtilha lejn in-Naxxar biex nisma’ d-diskors talKap Adrian Delia, imma anke llum ħriġt xi ftit iddiżapuntat. Qabel il-Kap tkellmu wkoll Maria Deguara, Robert Cutajar u Claudette Buttigieg. It-tlieta li huma qalulna li l-Prim Ministru l-ġdid Robert Abela għandu jieħu d-deċiżjonijiet li pajjiżna għandu bżonn. Kliemhom fakkarni fl-istorja tax-xadini, li la riedu jaraw, la riedu jismgħu u lanqas riedu jxommu. Għax jien naħseb li Robert Abela diġà qiegħed jieħu d-deċiżjonijiet li hemm bżonn. Imma jien, min jien biex immerihom? Aktar u aktar meta magħhom qabel anke l-Kap Adrian Delia! It-Tnejn, 20 ta’ Jannar Hekk le, ħej! Li ta’ Fitch, ta’ Standard and Poors, u l-oħrajn ma jagħtux kas dak li jgħid il-Kap tagħna Adrian Delia hija kbira, imma li ma jagħtux kasu tal-Kamra tal-Kummerċ lokali, hija ferm u ferm akbar. Mela sewwa! Il-Kap tagħna jgħid li ma nbidel xejn, il-Kap tagħna jgħid li kulma kien hemm, kien hemm bidla kosmetika li allura ma tfisser xejn, u toħroġ il-Kamra tal-Kummerċ tgħid li d-deċiżjonijiet li ttieħdu minn Robert Abela, fl-ewwel ġranet tiegħu bħala Prim Ministru, jaw-

guraw tajjeb għall-ġejjieni. Dawn jafu x’qegħdin jgħidu, jew!? Niddubita jekk hux qegħdin jgħixu f ’Malta. It-Tlieta, 21 ta’ Jannar Kont ma’ sħabi l-każin u flimkien rajna l-aħbarijiet. Ħadd minna ma seta’ jifhem kif il-partit tagħna ħareġ jgħid li l-għażla tal-Kummissarju tal-Pulizija se tibqa’ f ’idejn il-Prim Ministru. Sa fejn naf jien, illum ilPrim Ministru, ikun min ikun, kien jagħżel persuna u jaħtarha Kummissarju, bla ma jikkonsulta ma’ ħadd. Imma issa se jkun hemm xi kummissjoni, x’jisimha insejt, li se tkun hi li tagħżel tnejn min-nies u tirrakkomandahom lill-Prim Ministru. U l-Prim Ministru, irid jew ma jridx, ikollu jagħżel wieħed minn dawn it-tnejn. Hekk fehemnieha jien u sħabu u għalhekk ma stajniex nifhmu kif il-partit tagħna ħareġ jgħid li ma nbidel xejn... U jekk fhimt sew, fuq din il-Kummissjoni, hemm tnejn minn tagħna! L-Erbgħa, 22 ta’ Jannar Papa Pawlu reġa’ semmiena. Tiskanta kemm jiftakarha l-istorja tal-miġja ta’ San Pawl f ’pajjiżna, għax anke ġimagħtejn ilu kien semmieha, u la semma l-istorja ta’ San Pawl semma lil pajjiżna u lilna l-Maltin u l-Għawdxin. Kemm nixtieq li jkun jaf aktar dwar dak li qiegħed jiġri bħalissa f ’pajjiżna forsi xi darba jgħid xi ħaġa kontra l-Gvern Laburista għax kultant naħseb li trid tkun xi ħaġa hekk biex il-partit darba glorjuż tagħna jinġabar u nerġgħu nitilgħu fil-gvern u nidħlu Kastilja. Mill-bqija se nibqgħu fl-Oppożizzjoni nittamaw li l-Gvern jagħmel dak li ngħidulu aħna, kif qegħdin nagħmlu dwar il-Kummissarju tal-Pulizija. Kif kienet tgħid in-nanna Gerit qed ngħixu bit-tama imma se mmutu bil-piena.


20

26.01.2020

kullhadd.com

IS-SIGARETTI HUMA BĦAD-DROGA LI JISTGĦU JOQTLU FTIT FTIT Ħafna jaħsbu li għax ipejpu jew jixorbu ma jagħmlux ħsara kbira. Jekk wieħed jaħseb ftit, issigaretti wkoll huma bħad-drogi li mingħajrhom, kważi tħossok ħa tiġġennen jekk ikollok il-vizzju. Tkun trid sigarett għal kull skuża: kemm jekk tinsab fi żmien stressanti u anki f’xi attività ta’ ferħ biex tissoċjalizza. Allura mhux aħjar tirrifletti ftit u tara x’tixtieq tagħmel biex ittejjeb ħajtek? Jingħad li jekk taqta’ s-sigaretti żżid madwar 10 snin oħra ta’ ħajja. Tkellimna ftit ma’ Joseph Grech mid-Dipartiment Regolatorju tas-Saħħa. Kitba ta’ CLIFFORD GALEA VELLA MASLENNIKOV

Kif għandu jibda bniedem li jrid jieqaf mis-sigaretti? X’inhu l-ewwel pass?

għalih.

Kemm hu diffiċli li jżomm ’il bogħod minnhom ġaladraba L-ewwel pass li persuna li tix- jieqaf ? tieq tieqaf mit-tipjip għandha tieħu hija li tagħmel il-ħsieb jew L-ingredjent attiv ta’ dan il-vizzaħjar ssib mument biex tagħmel ju huwa n-nikotina, droga naturiflessjoni fuq il-vizzju u fuqha rali li tinstab f ’forom differenti nnifsha. Id-deċiżjoni li tieqaf tat-tabakk. Il-proċessi fiżjoloġiċi tpejjep hija waħda li min ipejjep u tal-imġiba kkawżati mill-vizzbiss jista’ jeħodha. Ikun hemm ju tat-tabakk huma simili bħal bosta persuni, qrib il-persu- dawk ta’ drogi oħrajn, bħall-erona li tpejjep, li jkunu jixtiquha ina u l-kokaina. Għalhekk meta li tieqaf, però l-impenn irid jiġi wieħed jieqaf mit-tipjip jaf faċilment jgħaddi minn ċerta mill-persuna nnifisha. Jekk il-persuna li tpejjep sintomi bħal xewqat intensi, antagħmel il-ħsieb li tixtieq tieqaf, sjetà, dipressjoni, uġigħ ta’ ras, huwa importanti li tagħmel żieda fil-ġuħ u diffikultà biex jikftit mumenti ta’ riflessjoni billi konċentra. Jekk wieħed ma jiħux ħsieb l-immaniġġjar ta’ dawn twieġeb dawn il-mistoqsijiet: 1. Inkwetat/a li nista’ jkolli is-sintomi, tkun iktar diffiċli li jżomm ’il bogħod mit-tipjip. mard/a kkawżat/a mit-tipjip? 2. Nemmen li l-benefiċċji meta Spjegalna ftit il-proċess nieqaf inpejjep, jistgħu jisbqu tal-għajnuna. ‘l-benefiċċji’ jekk inkompli Hemm persuni li waqfu mit-tipnpejjep? jip mingħajr ma użaw xi wieħed 3. Naf xi ħadd li kellu problemi mit-trattamenti rrakkomandati għal waqfien mit-tipjip. Madanta’ saħħa minħabba t-tipjip? kollu, is-sapport huwa parti 4. Lest li nagħmel prova serja essenzjali tal-pjan biex wieħed jieqaf ipejjep. Programmi jew biex nieqaf ? sessjonijiet individwali minn Hija wkoll imporanti li t-tweġi- persuni professjonali mħarbiet għal dawn il-mistoqsijiet rġa biex jgħinu lin-nies jiefqu jiġu miktuba u mħarsa f ’ċerta mit-tipjip, il-linja tat-telefown ħinijiet tal-ġurnata, bħal filgħo- Quitline, u materjal ieħor bħal du kmieni u qabel l-irqad. Mill- kotba jew fuljetti, kollha jistgħu ħsieb tiġi l-azzjoni. Malli wieħed jkunu ta’ għajnuna. Il-familja, ikun lest li jagħmel prova serja il-ħbieb u l-kollegi tax-xogħol biex jieqaf, il-pass li jmiss huwa ukoll jistgħu jkunu ta’ għali jistabbilixxi ġurnata meta jnuna. Kemm il-professjonisti, beħsiebu jieqaf u jagħmel pjan kif ukoll il-familja, il-ħbieb u

l-kollegi jistgħu jagħtu l-għanuna u l-ikoraġġament, li jżidu r-rata ta’ suċċess. Mandanakollu, jingħad li għajnuna professjonali tirdoppja r-rata ta’ suċċess! Professjonisti li jaħdmu fil-qasam tal-waqfien mit-tipjip jgħinu lil min jixtieq jieqaf ipejjep jagħmel pjan u jipprovdulu l-għajnuna matul dan il-vjaġġ. Jekk wieħed jieħu t-terapija ta’ sostituzzjoni tan-nikotina jew mediċina fuq parir tat-tabib, li lkoll jgħinu fl-immaniġġjar tas-sintomi kkawżati mill-waqfien tat-tipjip, ir-rata ta’ suċċess tiżdied. Kull persuna hija l-istess? Jew kull bniedem għandu l-modi tiegħu kif jieqaf ?

esperjenza verament sabiħa meta kultant tiltaqa’ ma’ eks klijent u j/tgħidlek li għadu/ha wieqaf/wiefqa. X’tissuġġerixxu li jagħmel bniedem wara li jieqaf ?

5. Jevita x-xorb. Ix-xorb alkoħoliku hu marbut mat-tipjip. Huwa importanti li għall-bidu wieħed jevita kemm jista’ sitwazzjonijiet fejn jista’ jitlef xi ftit il-kontroll.

6. Ma jiddejjaqx jistaqsi għall-għajnuna. Min jistaqsi u Il-waqfien mit-tipjip huwa jaċċetta l-għajnuna jkollu rata vjaġġ u opportunità għal stil ta’ aħjar ta’ suċċess. ħajja aħjar. Huwa importanti li 7. Ma jasalx jemmen li jista’ jieħu wieħed: 1. Jieħu paċenjza bil-proċess. sigarett. Il-ħsieb iwassal għal It-tipjip huwa vizzju li jaf per- azzjoni u sigarett wieħed ħafna suna kellu għal kważi tul ħajtu drabi jwassal għal ħafna oħrajn. kollha. Il-kambjament jirrikjedi Jekk hemm il-ħsieb fittex tajru. ftit paċenzja. 8. Ma jinsiex xi ddeċieda u 2. Ma joqgħodx jinkwieta għal x’għamel. Maż-żmien ir-raġunidejjem. Huwa tajjeb li l-persuna jiet għal xiex wieħed ikun waqaf taħseb ġurnata b’ġurnata. Maż- jaf jiċċajpru, però jerġgħu jsiru kritiċi jekk wieħed jerġa’ jpejjżmien id-diffikultajiet jonqsu. ep. Wieħed qatt m’għandu jinsa 3. Ma jkunx negativ. Huwa im- għalfejn ikun waqaf. Il-waqfien mit-tipjip huwa portanti li wieħed jitgħallem mill-esperjenzi, jieħu l-pożittiv vjaġġ. Jekk wieħed jieħdu ġurnaminnhom (fejn jista’) u jkom- ta b’ġurnata jibda jinduna li dak pli miexi ’l quddiem. Ħsibijiet li kien impossibbli sar possibbli negattivi jwasslu għal azzjoniji- u jkun kburi bih innifsu mażżmien. et negattivi.

Żewġ għażliet hemm sabiex wieħed jieqaf ipejjep, jew billi jnaqqas l-użu tal-prodotti tat-tabakk gradwalment bi pjan li jieqaf f ’ġurnata partikolari fil-qrib jew billi jieqaf ħabta u sabta. Għaldaqstant kull individwu huwa uniku u għalhekk jaf jieħu passi jew modi differenti sabiex jasal għal din 4. Ma jittraskurax lilu nnifsu. id-deċiżjoni. Iż-żmien ta’ meta wieħed jieqaf mit-tipjip huwa żmien ta’ fejqan, fejn huwa imporKellkom stejjer ta’ suċċess? tanti li wieħed jieħu ħsieb lilu Iva. Kellna ħafna nies li nnifsu, kemm mentalment u bbenefikaw mis-servizzi kemm fiżikament, ħalli jħossu tal-waqfien mit-tipjip (mill-użu għall-aħjar malajr. Hu mistental-linja tat-telefown Quitline u ni li wieħed ikollu xi ġurnata mill-programmi u sessjonijiet ħażina u f ’dan il-każ wieħed individwali minn persuni pro- għandu jużaha bħala skuża biex fessjonali mħarrġa biex jgħinu jieħu ftit ħin għalih innifsu għax lin-nies jiefqu mit-tipjip) kif ġeneralment l-għada l-affarijiet ukoll li waqfu mit-tipjip. Hija ikunu ftit għall-aħjar.

Kif jista’ wieħed jibda jnaqqas? Xi pariri biex tnaqqas mill-użu tat-tabakk, bil-pjan li tasal tieqaf għalkollox, huma dawn: 1. Tiħux nifsijiet fil-fond u naqqas l-ammont ta’ nifsijiet meta tpejjep 2. Dejjem pejjep barra 3. Tpejjipx is-sigarett kollu


21

26.01.2020

kullhadd.com

4. Tpejjipx meta qed tagħmel xi Għalhekk wieħed jaf iħossu attività. Ieqaf minn dak li qed vojt meta jagħmel dawn l-affarijiet mingħajr ma jpejjep. tagħmel jekk tixtieq tpejjep Għaldaqstant, bi ftit paċenzja, 5. Ħalli ta’ lanqas siegħa bejn il-kambjament fir-rutina ta’ kulsigarett u ieħor u kompli żid il- jum jindara, bħal ħaddieħor li ma jpejjipx. ħin 6. Tiħux sigarett mal-kafè jew mat-te. Kisser l-assoċjazzjoni. Jekk din issibha diffiċli biddel ix-xarba tiegħek ma’ waħda li mhix assoċjata mat-tipjip, jew naqqas il-konsum. 7. Tixtrix sigaretti bil-grossa. Ixtri biss pakkett wieħed u ixtri ieħor meta jispiċċa biss. 8. Aħsel snienek sikwit jew uża mouthwash u fakkar lilek innifsek kemm qed ikunu iktar nodfa 9. Iġġorrx sigaretti miegħek, agħmilhom aktar difficli biex issibhom Temmen li min ipejjep, jista’ jħoss vojt ġo fih wara, bħal meta bniedem ikun ħa d-droga? Il-vizzju tat-tipjip, apparti li hu vizzju minħabba n-nikotina, li kif semmejt hija droga bħal drogi oħrajn, huwa vizzju minħabba li jidħol fir-rutina ta’ kuljum ta’ min ipejjep, ġeneralment fl-affarijiet u l-attivitajiet li wieħed jagħmel. Pereżempju, it-tipjip jiġi assoċjat mal-kafè, wara l-ikel, bejn biċċa xogħol u oħra, mad-divertiment, eċċ.

Huwa minnu li t-tipjip żdied f ’pajjiżna? Il-prevalenza tat-tipjip fost dawk li għandhom 15–il sena ’il fuq naqset bejn l-ewwel studju nazzjonali fl-2002, fejn il-prevalenza ta’ min ipejjep regolari kienet 23.4%, għal 20.3% fl-aħħar studju fl-2014. Għalkemm rajna tnaqqis fir-rata tat-tipjip, sfortunatament kien hemm żieda fost in-nisa f ’dawn l-aħħar snin, bejn l-aħħar studju nazzjonali, fl2008 u dak tal-2014. Bażikament il-prevalenza tan-nisa li jpejpu b’mod okkażjonali naqset, fejn dik tan-nisa li jpejpu regolari żdiedet. Madanakollu, din iż-żieda ma seħħitx f ’Malta biss imma anke fil-pajjiżi Ewropej. Ir-rata ta’ tipjip fost l-irġiel xorta hija iktar għolja minn dik tan-nisa, bħalma qiegħda f ’pajjiżi oħra. Il-passive smoking huwa perikoluż daqslikieku qed tpejjep int? Jew dak hu riklam televiżiv? It-tipjip passiv huwa perikoluż ukoll. Fil-fatt, m’hemm l-ebda livell ta’ espożizzjoni li huwa bla riskju. Id-djar tan-nies li jpejpu huma l-iktar postijiet fejn l-adulti

Id-deċiżjoni li tieqaf tpejjep hija waħda li min ipejjep biss jista’ jeħodha. Ikun hemm bosta persuni, qrib il-persuna li tpejjep, li jkunu jixtiquha li tieqaf, però l-impenn irid jiġi mill-persuna nnifisha u t-tfal jistgħu jiġu esposti. Tipjip fil-karozza huwa wkoll ħazin. L-uniku mod li wieħed li jpejjep jista’ jagħmel biex jissalvagwardja lil min ma jpejjipx hu li ma jpejjipx maġenbu. Li wieħed jiftaħ tieqa, ipejjep f ’kamra oħra, juża xi tip ta’ ventilazzjoni, air conditioner jew fann ma jissalvagwardjax lil ħaddieħor. Ovjament l-aħjar mod li wieħed jista’ jagħmel biex jipproteġi lil dawk qrib tiegħu hu li jieqaf ipejjep. Jekk ma jixtieqx jieqaf, l-aħjar ipejjep dejjem barra.

Appell tiegħek lill-pubbliku. professjonali sabiex wieħed jieqaf ipejjep. Dawn isiru Jekk inti tpejjep, li tieqaf fiċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, hija l-aħjar ħaġa li qatt tista’ tal-Furjana u ta’ Raħal Ġdid. tagħmel. Kulħadd, ta’ kull età Għajnuna sabiex wieħed jieqaf jista’ jibbenefika billi jieqaf ip- ipejjep tiġi pprovduta wkoll fl-Isptar Ġenerali t’Għawejjep. Id-Direttorat għall-Promozz- dex. Għal iktar informazzjoni joni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni ċempel fuq 2326 6000 jew fuq tal-Mard jipprovdi għajnuna Quitline 8007 3333.

AVVIŻ IKUN jaf kulħadd illi b’rikors ippreżentat fil-Qorti talMaġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Volontarja fissebgħa (7) ta’ Novembru tas-sena elfejn u dsatax (2019) (Rikors numru 122/2019BS) minn Antoinette Mangion, intalbet l-apertura tas­-SUĊĊESSJONI ta’ Emanuel Borg, ġia irtirat, bin il-mejtin Anthony u Mary nee’ Cini, imwieled Żebbuġ, Għawdex u ġia residenti Żebbuġ, Għawdex, miet f’Tal-Qroqq, Msida, Malta, fl-erbgħa (4) ta’ Jannar tas-sena elfejn u dsatax (2019), intestat, liema apertura għandha ssir a favur martu Concetta Borg fis-sehem ta’ nofs indiviż (1/2) u favur l-ħames uliedu ċioe favur Antoinette Mangion fis-sehem ta’ parti waħda minn għaxar partijiet (1/10) indiviżi, favur Miriam Borg fis-sehem ta’ parti waħda minn għaxar partijiet (1/10) indiviżi, favur Joseph Borg fis-sehem ta’ parti waħda minn għaxar partijiet (1/10) indiviżi, favur Michael Borg fissehem ta’ parti waħda minn għaxar partijiet (1/10) indiviżi, favur Paul Borg fis-sehem ta’ parti waħda minn għaxar partijiet (1/10) indiviżii, ġie ordnat ilħruġ ta’ dan il-bandu biex jigi mgħarraf kull min jista’ jkollu x’jaqsam fih. Għaldaqstant kull min jidhirlu Ii għandu interess huwa b’dan imsejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b’nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il ġurnata Ii jibda jgħaddi minn dak il-jum Ii fih jiġi mwaħħal il-bandu. Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Volontarja lllum 13 ta’ Novembru 2019 Dorianne Cordina Għar-Reġistratur, Qrati u Tribunalo (Għawdex)


22

26.01.2020

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Għalkemm l-Awstralja hawn diversi opportunitajiet mużikali u bosta jgħidu li hawn ħafna aktar opportunitajiet minn Malta, ilpajjiż huwa kbir wisq u għal kull opportunità hawn ukoll numru akbar ta’ mużiċisti

kullhadd.com

TRABBIET U TGĦALLMET TKANTA F’MALTA, IŻDA LLUM TKANTA L-AWSTRALJA Il-bniedem ħafna drabi ma jkunx jaf bid-destin li jkun hemm miktub għalih. Hemm min jiġih kollox ward u żahar u hemm oħrajn li jkunu inqas ixxurtjati. Fil-każ tal-intervista tal-lum, id-destin tal-protagonista tiegħi kien li minn Malta sabet ruħha fl-Awstralja, fejn jidher li sabet postha tajjeb ħafna. Qed nirreferi għall-kantanta Stacey Saliba. Għandha 31 sena. Għalkemm twieldet Adelaide, fin-Nofsinhar tal-Awstralja, kienet trabbiet il-Mosta sal-età t’14–il sena, meta l-familja ddeċidiet li temigra l-Awstralja. Tħobb ħafna l-mużika, partikolarment il-kant. Matul il-ġimgħa ta’ sikwit issibha bil-kitarra f ’idejha d-dar tipprattika xi kanzunetta ġdida, waqt li fi tmiem il-ġimgħa tieħu pjaċir ħafna tkanta fit-tiġijiet, fil-festivals u f ’attivitajiet oħra organizzati minn lokalitajiet differenti kemm fin-Nofsinhar tal-Awstralja u kemm fi stati oħra tal-Awstralja. Barra l-kant, hija taħdem bħala Digital Producer ma’ kumpanija li tispeċjalizza fil-Live Productions. Xogħolha flimkien mat-tim ta’ madwarha huwa li jipproduċu video screen content għal-live events, festivals, kunċerti, presentations, award nights, online videos u reklami. Bħala kantanta għandha għal qalbha l-mużika klassika, iżda l-aktar li tkanta huwa l-pop. Kemm ix-xogħol tal-producing kif ukoll il-mużika huma għal qalbha ħafna. “It-tnejn li huma jaħdmu id f ’id u jitolbu sigħat

twal u dedikazzjoni kbira, iżda bis-saħħa u s-sapport tal-familja tiegħi dejjem jirnexxili nlaħħaq mat-tnejn. Meta ma nkunx xogħol, normalment xorta nsib lili nnifsi nkanta u nipprattika xi kanzunetti ġodda. Meta tagħmel dak li tħobb, ma ssibhiex diffiċli biex taħdem kuljum u jiena nemmen li trid tieħu kull opportunità li tiġik u ma taqta’ qalbek qatt biex tikseb il-ħolm tiegħek,” bdiet tgħidli Stacey. Għaliha l-mużika hija ħafna aktar minn passatemp. Kien permezz tal-mużika li ltaqgħet ma’ ħafna nies li issa saru ħbieb tagħha ġewwa l-Awstralja u kien ukoll permezz tal-kant li kellha ċ-ċans li tipparteċipa f ’ħafna avvenimenti, kemm lokali u kemm nazzjonali u żżur postijiet differenti ġo dan il-kontinent kbir. Huwa wkoll permezz tal-kant tradizzjonali Malti, li tista’ tagħti s-sehem żgħir tagħha biex tgħallem il-lingwa Maltija lill-ġenerazzjonijiet iż-żgħar u tkompli taqsam it-tradizzjonijiet tagħna l-Maltin ma’ nazzjonalitajiet oħra. Barra minn hekk, il-mużika hija lingwa universali li permezz tagħha tista’ tgħaqqad ħafna nies flimkien u ġġib tbissima fuq ħafna wċuħ. Proprjament Adelaide twieldet meta ommha u missierha kienu l-Awstralja fuq vaganza jżuru lill-familja tagħhom stess. Wara xahar tgħammdet u l-ġenituri tagħha ddeċidew li jirritornaw lura lejn ħajjithom ġewwa Malta. Meta kellha 11–il sena, ommha u missierha ddeċidew li jieħdu

lilha u lil ħutha lura l-Awstralja biex jerġgħu jżuru lil qrabathom. Kien proprju waqt din il-vaganza li l-ġenituri tagħha ddeċidew li Adelaide tassew togħġobhom u ddeċidew li jemigraw għalkollox. Wara din il-vaganza Stacey tiftakar li niżlu lura Malta u bdew il-preparamenti meħtieġa biex jirritornaw lura lejn l-Awstralja. Kien proprju tliet snin wara, ta’ 14–il sena li bdew triqthom lura lejn l-Awstralja. Illum b’kollox ilha tgħix l-Awstralja 17–il sena. Dwar jekk tħossx in-nuqqas ta’ Malta, Stacey stqarret miegħi: “Bla ebda dubju lil Malta nimmissjaha ħafna. Il-ħajja fl-Awstralja hija sabiħa, iżda differenti ħafna mill-gżira ta’ Malta. Barra minn hekk, Malta għandna familja kbira u kelli wkoll ħafna ħbieb li mal-emigrazzjoni jkollok tħallihom warajk. Wara sentejn l-Awstralja, ħija l-kbir, Shawn kien iddeċieda li jirritorna lura lejn Malta, fejn għadu jgħix sallum. Kemm lilu, lill-qrabat u lill-ħbieb u s-sajf sabiħ ta’ Malta nħoss in-nuqqas tagħhom ħafna u għalhekk ta’ sikwit ninżel lura għall-vaganzi. Ta’ min jgħid, li Stacey minn ċkunitha kienet bdiet tinteressa ruħha fil-kant. Fil-fatt ta’ ħames snin bdiet tistudja l-pjanu u aktar tard kienet ingħaqdet mal-kor tal-knisja tal-Mosta, Shalom, fejn bdiet tinteressa ruħha aktar, tant li riedet tkompli tiżviluppa b’lezzjonijiet tal-kant. Fil-fatt bdiet tattendi għand Doreen Galea u kienet issieħbet fil-kor tagħha u

aktar tard fil-kor ta’ Mark Doneo. Ħallejt f ’idejha sabiex tirrakkontali aktar dwar tfulitha u l-bidu lejn it-triq tal-kant. “Minn meta kont żgħira dejjem kelli ġibda kbira għall-mużika. Għandi ħafna kuġini u zijiet li jdoqqu l-istrumenti, ikantaw jew jiżfnu u għalhekk il-mużika kienet dejjem parti kbira mill-familja tagħna. Ħija l-kbir kien beda l-ewwel jitgħallem il-pjanu u ta’ ħames snin kont ikkonvinċejt lill-ġenituri li ridt immur il-lezzjonijiet miegħu. Mil-lezzjonijiet tal-pjanu bdejt ninġibed aktar lejn il-kant u ommi ddeċidiet li ddaħħalni mal-kor tal-Mosta, Shalom. Kont tgħallimt ħafna ma’ dan il-kor taħt id-direzzjoni ta’ Rita Vassallo li kellha u għad għandha dedikazzjoni u paċenzja kbira mal-membri kollha, speċjalment mat-tfal iż-żgħar. Kont inkun dejjem ħerqana biex nattenti ir-rehearsals kull nhar ta’ Ġimgħa, imbagħad il-quddiesa kull nhar ta’ Sibt ġewwa l-Mosta, li għadha sal lum titkanta minn dan il-kor,” bdiet tirrakkontali Stacey. Nista’ nikkonferma dan peress li jiena kumbinazzjoni ġejja mill-lokalità tal-Mosta. Il-kant u l-esperjenzi jfissru ħafna aktar minn sempliċement passatemp. Kompliet tgħidli li barra l-kanzunetti li kienet tipprattika mal-kor Shalom, kienet xtaqet li jkollha ċ-ċans li titgħallem kanzunetti oħra u tiffoka aktar fuq vocal training u għalhekk bdiet il-lezzjonijiet tal-kant ma’


23

26.01.2020

kullhadd.com

Doreen Galea. “Doreen kienet tgħallimna ħafna dwar l-użu tal-vuċi u kif tippreżenta ruħek fuq il-palk, u minn hemm bdejt nieħu sehem fil-festivals u f ’attivitajiet oħra mużikali bħal iljieli Maltin, televixin u radio shows u anke festini. Li kont ninvolvi ruħi f ’attivitajiet simili ma kienx biss minħabba interess fil-kant, iżda wkoll minħabba l-ħbieb ġodda li tagħmel u l-esperjenzi interessanti li jkollok iċ-ċans tkun parti minnhom. Apparti minn hekk, li titgħallem il-mużika minn età tant żgħira tħalli impatt kbir fuq il-kunfidenza tiegħek innifsek. Għalhekk għalija, il-kant u l-esperjenzi li ġabu magħhom kienu jfissru ħafna akar minn sempliċement passatemp.” Immaġinajt li tifla tgħaddi minn bidla kbira f ’ħajjitha, meta minn pajjiż żgħir tmur tgħix u tibda ħajja ġdida ġo pajjiż ferm ikbar, immaġinajt li xi ftit jew wisq taffettwalha ħajjitha din il-bidla. Fil-fatt ikkonfermat miegħi li temigra ġo pajjiż ġdid ta’ 14–il sena ma kinitx faċli. “Malta kelli ħafna ħbieb kemm mill-Mosta, kif ukoll mill-iskola sekondarja ta’ Pembroke li kont attendejt sal-Form 3, iżda meta wasalt l-Awstralja ma kont naf lil ħadd. Dan il-fatt ma tantx kien għeni wisq sakemm issetiljajt sewwa. Għalkemm l-Awstralja jużaw l-Ingliż, l-aċċent u l-pronunzja huma differenti ħafna minn kif konna tgħallimna l-iskola u għall-ewwel ftit xhur sibtha diffiċli ħafna biex nitkellem mannies u nifhem lil ħaddieħor. Din ovvjament kienet problema biex jirnexxilek tagħmel ħbieb ġodda u ġo skola ġdida. Għall-grazzja t’Alla, kont iltqajt ma’ waħda l-iskola li kellha missierha Malti u għalkemm ma kinitx titkellem bil-Malti, kellha idea sewwa

tal-esperjenzi li jgħaddu minnhom l-emigranti, u għalhekk kienet għenitni ħafna biex nissetilja l-iskola u nagħmel ħbieb ġodda. Minn hemm imbagħad bdejt nidra bil-mod il-mod u għal darb’oħra, kienet il-mużika wkoll li għenitni nissetilja ġo skola u f ’komunità ġdida, għax permezz ta’ dan kelli ċ-ċans li niltaqa’ u nkanta ma’ diversi nies u nattendi attivitajiet barra l-iskola.” Ftit ftit, irnexxielha tidħol fix-xena mużikali tal-Awstralja. Kompliet tgħidli li meta bdiet l-iskola sekondarja ġewwa Adelaide mill-ewwel daħlet fil-Music Group fejn kienet tmur kuljum waqt il-lunch break biex idoqqu u jkantaw ma’ studenti oħra. “Kien proprju minn hemm li komplejt nistudja l-mużika l-Awstralja u komplejt bil-kant. Meta l-komunità Maltija tan-Nofsinhar tal-Awstralja indunaw li kont inkanta bil-Malti, bdew jistidnuni biex inkanta kanzunetti tradizzjonali Maltin waqt il-festi li jorganizzaw f ’Adelaide. Peress li l-Awstralja hawn ħafna ġenerazzjoniet Maltin u mhux kollha jafu jitkellmu jew jifhmu l-Malti, bdejt mhux biss inkanta bil-Malti iżda wkoll bl-Ingliż. Minn festa għalloħra, bdejt niltaqa ma’ ħafna nies mhux biss Maltin, iżda Awstraljani li bil-mod il-mod bdew jistidnuni biex inkanta waqt attivitajiet oħrajn, bħal tiġijiet, kunċerti, theatre shows, dinner dances, u attivitajiet oħra.” Magħha ddiskutejt u ridt inkun naf minn dak li tosserva fid-dinja mużikali Maltija għal dik fl-Awstralja, x’tip ta’ kambjament tosserva, u jekk fuq kollox sabitx aktar opportunitajiet għaliha bħala kantanta fl-Awstralja. “Għalkemm l-Awstralja hawn diversi opportunitajiet mużikali u bosta jgħidu li hawn ħafna aktar

Kemm il-kwalità tal-mużika Maltija u anke l-live productions inħoss li avvanzaw sew fil-Gżejjer Maltin, u għal dan għandna għal xiex inkunu kuntenti. It-talent Malti huwa kbir u m’għandux għalfejn ma jikkompetix ma’ dak ta’ barra opportunitajiet minn Malta, ilpajjiż huwa kbir wisq u għal kull opportunità hawn ukoll numru akbar ta’ mużiċisti, għalhekk inħoss li kull artist, hu x’inhu, irid jaħdem ħafna aktar iebes ġo dalpajjiż u jaħtaf kull opportunità li tiġih biex jirreklama lilu nnifsu u jimxi ’l quddiem fil-karriera tiegħu,” stqarret ġenwinament miegħi Stacey. Fil-fatt l-opportunitajiet mużikali li kellha u għadu jkollha mal-komunitajiet Maltin tal-Awstralja huma importanti għaliha, għax kien permezz tagħhom li setgħet tistabbilixxi l-karriera tagħha u timxi ’l quddiem fix-xena mużikali ġewwa l-Awstr alja. “Kien proprju fil-komunità Maltija ta’ Adelaide li kelli l-ewwel opportunità li nuri lili nnifsi bħala kantanta u niltaqa’ ma’ nies oħra li stidnuni nkanta u nipparteċipa ġo shows oħra fin-Nofsinhar tal-Awstralia. Bis-saħħa tal-komunitajiet Maltin ta’ Adelaide, kelli wkoll l-opportunità li nipparteċipa f ’shows mużikali ġo stati oħra bħal Sydney, Melbourne, Brisbane u anke Perth, fejn mort inkanta għall-ewwel darba x-xahar li għadda,” żvelat miegħi. Illum il-ġurnata, Stacey ma tkantax f ’post wieħed partikolari, iżda f ’diversi avvenimenti bħal tiġijiet, parties, dinner dances, festivals, community shows, festi

Maltin, u attivitajiet oħra. Dwar jekk ħarġitx xi CDs s’issa, Stacey ikkonfermat miegħi li s’issa ħarġet album wieħed jismu “Memory”, li huwa kollezzjoni ta’ kanzunetti kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż. Tixtieq ħafna li toħroġ album ieħor u qed tispera li s-sena li ġejja jkollha ċans li tirrekordja kanzunetti ġodda. Inħoss li l-opportunitajiet mużikali ġewwa Malta kibru ħafna dawn l-aħħar 10 snin. Ma’ Stacey iddiskutejt ukoll jekk għadhiex taġġorna ruħha fuq il-mużika Maltija u kif tħares lejha. “Għalkemm huwa diffiċli biex tisma’ mużika Maltija fl-Awstralja, jiena dejjem nipprova nibqa’ aġġornata minn fuq l-internet. Jien inħoss li l-opportunitajiet mużikali f ’Malta kibru ħafna dawn l-aħħar 10 snin u b’hekk il-mużiċisti Maltin għandhom ħafna aktar ċans u mezzi kif jaqsmu u jippromwovu t-talenti tagħhom. B’hekk qed nismgħu ħafna aktar minn qatt qabel, kanzunetti moderni u oriġinali minn artisti Maltin. Kemm il-kwalità tal-mużika Maltija u anke l-live productions inħoss li avvanzaw sew fil-Gżejjer Maltin u għal dan għandna għal xiex inkunu kuntenti. It-talent Malti huwa kbir u m’għandux għalfejn ma jikkompetix ma’ dak ta’ barra.” Rigward jekk għadhiex tipprat-

tika u tkanta bl-ilsien Malti, Stacey ikkonfermat miegħi li minn mindu marret l-Awstralja, kemm hi personali kif ukoll il-familja tagħha baqgħu kollha jitkellmu bil-Malti bejniethom. “Il-lingwa Maltija hija tant prezzjuża għalina u għalhekk inħoss unur kbir li għandi l-opportunita li nuri lil ħaddieħor il-lingwa tagħna permezz tal-mużika u l-kant Malti. Fejn jista’ jkun, speċjalment waqt attivitajiet tal-komunitajiet Maltin tal-Awstralja, il-maġġoranza tal-kanzunetti tiegħi jkunu dejjem bil-lingwa Maltija. Jiena nħoss li huwa ta’ importanza kbira li nkomplu nużaw u ngħallmu lil ħaddieħor il-lingwa tagħna u nkomplu naqsmu mal-ġenerazzjonijiet żgħar it-tradizzjonijiet tagħna,” stqarret miegħi. Dwar jekk għandhiex ħsieb li tiġi lura Malta jew almenu għal ftit żmien biex tkanta, Stacey ikkonfermat miegħi li għalissa m’għandhiex pjanijiet konkreti biex tiġi lura Malta, għalkemm l-ewwel ċans li jkollha jew fl-ewwel waqfa li tkun tista’ tieħu mix-xogħol żgur li Malta terġa’ tmur. “Nixtieq li jkolli ċ-ċans li nerġa’ nkanta Malta speċjalment ma’ dawk il-bosta artisti Maltin li ltqajt u kantajt magħhom waqt ittours tagħhom fl-Awstralja.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista miegħi, Stacey xtaqet tirringrazzja lill-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta, speċjalment lil dawk kollha li ħadu l-ħin li jsegwu dan l-artiklu. “Inħeġġeġ lill-Maltin kollha biex ikomplu jagħrfu l-lingwa u l-mużika Maltija u jissapportjaw lill-mużiċisti lokali. L-aqwa sapport li wieħed jista’ jkollu huwa minn pajjiżu stess. It-talent Malti huwa kbir u għandna nagħmlu minn kollox biex inħeġġu lil xulxin u naħdmu flimkien,” temmet tgħid.


24

26.01.2020

kullhadd.com

IL-KATAVRU FIL-KANTINA Kitba ta’ MARY CHETCUTI

Hawley Harvey Crippen kien it-tabib Amerikan li fl-1900 mar jgħix l-Ingilterra flimkien ma’ martu Cora, imma għaxar snin wara qabad vapur lura lejn il-kontinent Amerikan flimkien mal-maħbuba tiegħu Ethel. Affarijiet li jiġru hux hekk – ħlief għall-fatt li ġie akkużat bilqtil ta’ martu u arrestat f ’nofs ta’ baħar qabel seta’ jixħet riġlejh u jgħib minn għajn il-ġustizzja fuq l-art Kanadiża; imma ħa nibda r-rakkont tal-lum mill-bidu. Fl-1893, Hawley Crippen iżżewweġ it-tieni mara tiegħu, Cora Turner, li ma’ sħabha kienet magħrufa wkoll bħala Belle Elmore; l-isem li bih riedet tikseb suċċess bħala kantanta lirika jew fit-teatru għalkemm ma kellha l-ebda talent biex twettaq dan. Kif diġà għedt, mal-bidu tas-seklu 20 iddeċiedew li jmorru jgħixu l-Ingilterra fejn Crippen kompla jaħdem ta’ tabib u anki dentist filwaqt li Belle bdiet iddur it-teatri ta’ Londra imma kulma rnexxielha takkwista kien xogħol bħala Teżoriera mal-Music Hall Ladies’ Guild. Fl-1905, Dr Crippen u martu daħlu joqogħdu fid-dar numru 39, Hilldrop Crescent, Holloway, ġewwa Londra. Kien f ’dan iżżmien li Crippen daħħal lil Ethel Le Neve, xebba ta’ 17–il sena, taħdem miegħu bħala tajpista minħabba x-xogħol kbir li kellu. Bejn Crippen u Le Neve nibtet attrazzjoni li kibret u ssawret f ’relazzjoni passjonali tant li ma setgħux jgħaddu mingħajr xulxin.

Mill-banda l-oħra, ir-relazzjoni tal-konjuġi Crippen kienet waħda ta’ dominatur u sottomess. Belle kienet dominanti fuq żewġha u hu kien litteralment joqgħod għal kollox anki li jiġi umiljat minnha meta tgħolli leħinha miegħu quddiem ħbiebhom. Hekk ġara fil-lejla tal-31 ta’ Jannar 1910 meta Dr Crippen u Belle stiednu xi ħbieb id-dar għall-ikel u hi għal darb’oħra ċanfritu quddiem kulħadd fuq ċuċata. Dik il-lejla kienet l-aħħar darba li Cora jew aħjar Belle Elmore dehret fil-pubbliku. Xi jiem wara, ġirien u konoxxenti bdew jistaqsu lil Dr Crippen dwar martu għax ma kienu qed jarawha mkien. Crippen, l-ewwel wieġeb li martu telqet lura lejn l-Istati Uniti, u meta għadda aktar żmien beda jgħid li ma kenitx qed toħroġ għax marida ħafna biex finalment stqarr ma’ kulħadd li martu kienet mietet. Il-ħbieb ta’ martu kienu ddispjaċuti ferm b’din l-aħbar, iżda imbagħad bdew jissusspettaw ħażin meta lejn l-aħħar ta’ Frar saru jafu li Ethel Le Neve kienet qed toqgħod mat-tabib fl-istess

dar ta’ martu. Mhux hekk biss, innutaw li kienet qed tilbes xi ġojjelli li kienu ċerti li jappartjenu lil Belle. Għaldaqstant, sar rapport lill-pulizija. Fit-8 ta’ Lulju 1910, l-Ispettur tal-pulizija Walter Dew, mar iħabbat fuq il-bieb tad-dar f ’Hilldrop Crescent u fetħitlu Ethel. Dew qal lil Crippen għalfejn kien ġie jżuru u t-tabib stiednu jdur id-dar minn fuq s’isfel filwaqt li tah verżjoni oħra tal-għajbien ta’ martu. Din id-darba t-tabib qal li kien jinsab ċert li Belle abbandunatu biex ħarbet ma’ ċertu Bruce Miller, Amerikan li kienet ilha tafu sa mill-1903. L-Ispettur ta’ Scotland Yard Walter Dew, kellu reputazzjoni li ma jħalli xejn u lil ħadd bi kwietu qabel isib dak li jkun qed ifittex għalkemm ma setax jgħid l-istess meta kien qed jinvestiga d-delitti ta’ Jack the Ripper u baqa’ bil-piena sakemm miet li ma qabadx min kien. L-għada, fid-9 ta’ Lulju, Crippen ittrasforma x-xbieha tiegħu u ġiegħel lil Ethel tilbes ta’ tifel biex qasmu għall-Brussell u komplew jivvjaġġaw lejn Antwerp mnejn qatgħu passaġġ

Hekk ġara fil-lejla tal-31 ta’ Jannar 1910 meta Dr Crippen u Belle stiednu xi ħbieb id-dar għall-ikel u hi għal darb’oħra ċanfritu quddiem kulħadd fuq ċuċata

fuq il-bastiment SS Montrose li kellu jwassalhom il-Kanada. Ivvjaġġaw bħala missier u ibnu. Kif kien basar Dr Crippen, l-Ispettur Dew reġa’ ġie f ’Hilldrop Crescent u meta sab li t-tabib u l-maħbuba tiegħu kienu abbandunaw id-dar, Dew sejjaħ għal aktar pulizija u għamlu tfixxija intensiva fid-dar. Dew innota li l-art tal-kantina kellha xi ċangaturi jiċċaqilqu malli rifes fuqhom. Ordna li jinqalgħu dawk iċ-ċangaturi u taħthom għamlu sejba tal-waħx. Sabu katavru mingħajr idejn u saqajn kif ukoll bla ras, bla għadam u bla organu ġenitali. Minn hawn bdiet il-kaċċa għat-tabib qattiel. Il-gazzetti ħarġu bl-ewwel dettalji ta’ tkexkix – il-vittma aktarx li l-ewwel ġiet iddrogata jew ivvalenata u wara mqatta’ biċċiet u midfuna fil-kantina. L-identifikazzjoni kienet kważi impossibbli li ma kinitx għal ċikatriċi fin-naħa t’isfel taż-żaqq simili għal waħda li kellha Belle Elmore. Sadanittant, il-kaptan tal-SS Montrose, waslitlu din l-aħbar permezz tal-invenzjoni ġdida fjamanta tat-telegrafu abbord. Il-Kaptan Kendall bagħat messaġġ lil Scotland Yard li kellu żewġ passiġġieri suspettużi fuq il-bastiment tiegħu li għalkemm kienu qed jilagħbuha tal-missier u ibnu kien ovvju ħafna li t-‘tifel’ kienet mara u l-imġiba wisq intima ta’ bejniethom ma kinitx tagħmel sens mal-gidba li ppruvaw ibellgħu lill-passiġġieri l-oħrajn. Ma’ din l-aħbar, l-Ispettur Dew

salpa fuq l-SS Laurentic, bastiment modern u jivvjaġġa b’aktar ħeffa fuq l-ilma. Fil-31 ta’ Lulju, Dew u l-uffiċjali tiegħu telgħu abbord l-SS Montrose hekk kif kien diġà qed ibaħħar f ’territorju Kanadiż u arrestaw lil Dr Harvey Crippen u Ethel Le Neve bl-akkuża tal-qtil u żmembrament ta’ Cora Crippen alias Belle Elmore. Tliet ġimgħat wara, il-koppja twasslet lura l-Ingilterra biex tiffaċċja l-ġustizzja. Għaddewhom ġuri separatament. L-ewwel li tressaq quddiem l-imħallef kien Dr Crippen fit-18 ta’ Ottubru 1910 u f ’ħamest ijiem instab ħati tal-qtil ta’ martu wara deliberazzjoni ta’ inqas minn 30 minuta. Fil-25 ta’ Ottubru 1910 bdiet għaddejja ġuri Ethel Le Neve fejn instabet mhux ħatja. Dr Crippen tilef saħansitra l-appell li ressaq u fit-23 ta’ Novembru 1910, fl-età ta’ 48 sena ngħata l-mewt bit-tgħalliq. Għaddew aktar minn 100 sena minn meta dan il-każ ħoloq sensazzjoni u spettaklu liema bħalu imma l-kontroversji dwaru ma waqfux. Min jgħid li Dr Crippen sinċerament ma kienx jaf fejn kienet tinsab martu, Cora; min jgħid li wettaq eżamijiet fuq id-DNA tal-provi li għadhom ippriservati sal-lum u skopra li l-katavru kien ta’ raġel; u min jgħid li jrid inaddaf isem it-tabib għax huwa antenat tiegħu. Huma ħafna d-dubji li tqajmu dwar il-każ ta’ Dr Crippen u huma ħafna l-mistoqsijiet li saru, imma l-verità ġarrewha magħhom sal-qabar hu u l-maħbuba ta’ ħajtu Ethel.


25

26.01.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

DIFREJN IL-FALKUN Reċensjoni ta’ MARICA MIZZI Il-ktieb għandu bidu tajjeb immens li mal-ewwel paġni li taqra jdaħħlek mill-ewwel f ’tensjoni li tkun trid tfittex tqalleb ilpaġni biex tara kif se tiżvolġi l-istorja. Nammetti li meta bdejt naqrah lili mill-ewwel ħakimni peress li s-suġġett hu wieħed ta’ interess għalija… nipprova nifhem u nempatizza kemm hi iebsa li persuna jew familja tagħżel li taħrab mill-post li twieldet fih b’tama ta’ futur iktar seren u kalm. Imma dak li wieħed jittama, jew joħlom, mhux dejjem ikun reali. Il-pinna ta’ Richard Attard, l-awtur, hija mexxejja immens u juża Malti mirqum u aġġornat bl-aħħar deċiżjonijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti… u tibqa’ tqalleb il-paġni u b’suspans tara x’se jġib miegħu kapitlu ġdid. Hemm mumenti saħansitra stħajjiltni qed nara kwadru frisk, bil-pittur ipitter ix-xeni, għax litteralment jieħdok fi vjaġġ ikkulurit, b’deskrizzjoni qisek qed tara awdjoviżiv. Nista’ ngħid ukoll li filwaqt li għandek storja interessanti għaddejja, l-awtur ħa l-intrigu wkoll li jirriċerka dwar l-istorja ta’ pajjiżna u jagħti dettall sabiħ ta x’toffri din il-gżira Maltija u bl-istorja li għaddiet minnha. Sakemm taqra l-ewwel tmien kapitli, kull wieħed jagħtik bidu ta’ storja, li filli qed taqra dwar is-Sirja, f ’daqqa waħda ssib ruħek ma’ turist iddur ma’ Malta, fil-ħin tispiċċa fil-palazz tal-President il-Verdala u f ’sekonda ċ-ċimiterju u l-Isptar Monte Carmeli… u tibqa’ tiltaqa’ ma’ iktar karattri ġodda, personalitajiet qawwija, f ’postijiet li int u taqra tibda tistaqsi kif dawn il-karattri

bi stejjer differenti se jintegraw flimkien. Il-ktieb jintrigak, u meta tkun wasalt f ’nofsu tkun għadek qed tipprova tgħaqqad l-istorja u tkun għadek ferm ’il bogħod fejn se jwasslek l-awtur fi tmiem ir-rumanz. Richard Attard, l-awtur, jiddeskrivi f ’dettall x’jgħaddi minn persuna li tħalli art twelidha biex tfittex kenn u refuġju f ’pajjiż ieħor u hawn nixtieq nikkwota silta mill-ktieb dwar persuna li trabbiet Malta u kif iddeskrivieha l-mumenti ta’ kif sab ruħu hawn mill-Eritrea: “Missieri kompla jeħodha qatta bla ħabel kontra l-gvern. Ingħaqad ma’ grupp t’attivisti u darba minnhom, billejl, ħarġu jwaħħlu posters bi propaganda kontra l-gvern malbelt kapitali kollha. Tistgħu timmaġinaw kemm irrabjaw l-awtoritajiet! Imbagħad, dawk li kienu fil-grupp bdew jisparixxu wieħed wieħed! Darba waħda, f ’nofs ta’ lejl, ħabbtulna l-bieb u missieri induna li kienu ġew għalih. Tlajna fuq il-bejt, qbiżna għal għand il-ġirien u ħrabna b’ta’ fuqna senduqna. Wara xhur sħaħ niġġerrew minn post għall-ieħor, ommi u missieri ddeċidew li jaħarbu lejn l-Ewropa, bit-tama li jkollna ħajja aħjar.” “U spiċċajtu Malta?” staqsietu Illy. “Jien u missieri ...” weġibha Osman filwaqt li deher kemxejn kommoss. “U ommok,” kompliet tistaqsih il-kollega tiegħu, “ma ġietx?” “Id-dgħajsa ma kinetx kbira wisq,” spjegalhom Osman, “imma dawk li kienu jorganizzaw il-vjaġġi kienu nies krudili u bla qalb. Tant għabbew nies li, meta tlaqna, fil-port ukoll beda jidħol l-ilma, aħseb u ara hekk kif sibna ruħna bejn sema u ilma. Imbagħad il-baħar tqawwa u d-dgħajsa nqalbet. Ix-xena kienet tal-biża’! Kien dlam

ċappa. Kulħadd iwerżaq. Tfal jibku. Jien ma kontx naf ngħum. Lanqas ommi! Bdejt nibla’ l-ilma filwaqt li kont tiela’ u nieżel taħt l-ilma. Imbagħad ħassejt lil xi ħadd jiġbidni ’l fuq. Kien missieri. Ressaqni lejn biċċa njama u qalli biex niggranfa magħha sakemm imur ifittex lil ommi. Beda jgħajtilha u jwerżaq qisu miġnun! Imma ommi baqgħet ma weġbitux! Bil-mod il-mod, l-għajjat u t-twerżiq beda jispiċċa. Minflok, ħadlu postu l-biki u l-ilfiq. Xħin sebaħ, id-dehra kienet tal-waħx! Il-baħar kien miksi katavri! Fil-bogħod stajt nara lil missieri jgħannaq ilġisem bla ħajja tal-għażiża ommi.” Mhux li kien, dawk li jqisu lilhom infushom razzisti – anki jekk mhux bilfors jammettu – jaqraw ir-rakkont u jippruvaw jifhmu t-tbatijiet u s-sofferenzi li jgħaddu minnhom dawn ħutna. Nifraħlek, Richard... pittirt il-kwadru b’ħafna daqqiet tal-pinzell fejn iddiskrivejtilna realtà ta’ umani li għandhom dritt li jgħixu bid-dinjità kollha li jixirqilhom, ’il bogħod mill-gwerer u t-tixrid ta’ demm li qed iġibu dawk fil-poter. Il-ktieb jgħinek tifhem ukoll l-estremiżmu u t-terrur li jgħaddu minnu persuni li jkunu f ’postijiet partikolari, għal btala jew ħaġa oħra, meta terroristi jip-

pjanaw kif se jħallu marka bi mwiet ta’ ħafna vittmi, saħansitra anki jekk it-terrorist jaf li se tintemm il-ħajja tiegħu għax dan ifisser li se jkun iddikjarat eroj. In-nisġa ta’ karattri, kollha bil-personalità tagħhom, taffaxxinak kif bħal meta għandek jigsaw puzzle, meta tibda tqalleb fil-paġni minn kapitlu għall-ieħor dawn jitnissġu flimkien biex iħawru storja ferm interessanti bi tmiem li, nista’ ngħid, jaqtagħlek nifsek. L-istorja niddeskriviha bħala thriller ta’ kumplott biex jiġi attakkat il-Vatikan, imma kif spjegajt b’nisġa ta’ karattri li l-favorit tiegħu huwa Salvu, spiżjar fl-isptar Monte Carmeli, magħruf bħala l-Majnas f ’għajnejn sħabu għax kienu jarawh bħala l-persuna baħnana u forsi bla emozzjonijiet, imma jolqotni kif l-awtur jurina dawn il-persuni li anki jkunu bullied fuq il-post tax-xogħol, kemm iweġġgħu u kemm tiġi iktar affettwata s-saħħa mentali tagħhom. Għoġobni immens dan il-karattru kif ikolli dak li bl-Ingliż magħruf bħala t-twist in the tale fl-aħħar tar-rumanz. Jidhirli li dan huwa r-raba’ ktieb ta’ Richard Attard, u jinteressani immens li l-awtur jaqbad suġġetti attwali u reali jew storiċi u jagħġinhom fi storja li għalkemm immaġinattiva faċilment tista’ tkun reali. Jekk int wieħed minn dawk li tgħid “dawn x’qed jiġu jagħmlu f ’pajjiżna?” Għax ma baqgħux fejn kienu?” inħeġġek tixtri l-ktieb u jkollok ir-risposti. Dawk li għandhom sentiment ta’ ospitalità u qalb miftuħa biex jagħtu sapport, għandhom jakkwistaw ilktieb bħala ringrazzjament lejn l-awtur li naqqax bil-pinna realtà li mmissu magħha ta’ kuljum U nixtieq nikkonkludi bi kwotazzjoni fil-bidu tal-ktieb minn diskors tal-Papa Franġisku għamel fis-27 ta’ Lulju 2016, wara l-qtil ta’ saċerdot fi knisja fi Franza: “Il-kelma li qed tiġi ripetuta spiss hi insigurtà, imma l-kelma reali hi gwerra. M’għandniex nibżgħu ngħidu l-verità. Id-dinja tinsab fi stat ta’ gwerra għax tilfet il-paċi.”

Mistoqsija: Fejn kien jaħdem Salvu? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu il-ktieb DIFREJN IL-FALKUN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 2 ta’ Frar. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-kotba FRA MUDEST huwa: E. PACE - IL-QRENDI

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

01

TIRBAĦ €100

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Bejn il-perjodu bejn Lulju 2018 u Ġunju 2019, kemm inxtrat proprjetà permezz il-programm tal-IIP?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:

Rebbieħ: D. VELLA - KALKARA


26

26.01.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

26.01.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 313

J. DEBONO BRIFFA - IX-XEMXIJA

Bi 3 Numri 017 028 029 059 103 155 291 293 490 813 863

996 B’4 Numri 0143 0286 0423 0842 2215 2823 2864 3127 3466

3909 4085 4528 4703 5703 5948 6325 6528 6549 6555 6814 7287

7643 7648 7661 7924 8002 8484 8532 8877 8988 9005 9075

B’5 Numri 06448 07025 15485 16788 35013 42728 B’6 Numri 603522 642413 832291

895321 Bi 8 Numri 35668111 50979191 61348148 64069521 81634230 93607876 95581666 97121545

1. 4. 7,22. 9. 10. 12.

Mimdudin: Kompli l-qawl: Raff b’.......... , ragħad u beraq (5) Ikel bażiku (4) Tixtiequ (5) Jaqa’ fil-logħob tal-karti (3) Fil-Milied jingħataw ħafna (6) Ta’ San Ġorġ jew ta’ San Bastjan (6)

16. Ara 3 18,21W. Tilef ir-ritmu (5) 19. Tv Taljan (1,1,1) 20. Kwiet (5) 21. Ara 8 23. Madum bla ras (4) 24. Jiggwadanja minn testment (5)

Azzopardi (1,1,1) 6,15. Kuntratti (9) 8,21M. Doppja? (12) 11,13. Ħiereġ mill-friġġ? (5) 12. Ara 2 13. Ara 11 14. Isem (6) Weqfin: 15. Ara 6 1. Jinbidel (6) 17. Ġnibru Ingliż (3) 2,12W. Jagħti jixrob (5) 21. Ara 18 3,16. Tifrik (6) 22. Ara 7 5. Omar Muscat

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Iswed, 4.Skur, 9,12W. Xadin, 10.Abbuża, 12.Ibbaża, 16,21 wieqfa. Randan, 18,19.Intir, 20.Ardit, 21.DTL, 23.Noah, 24.Anita

Weqfin: 1,11.Imxarrab, 2,7.Widna, 3.DNA, 5.Kju, 6,22.Realta, 8.Abbanduna, 13.Bir, 14.Atturi, 15.Pravda, 17.Art


28

26.01.2020

PRIM MINISTRU QRIB KULĦADD • IL-PRIM MINISTRU JKOMPLI JILTAQA’ MAN-NIES, IŻUR SAĦANSITRA KEMMUNA U IKTAR LOKALITAJIET F’GĦAWDEX Bejn impenji ma jaqtgħu xejn u l-ħtieġa ta’ deċiżjonijiet fl-interess tal-pajjiż, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela, qed jibqa’ jiltaqa’ man-nies. Filwaqt li tul il-ġimgħa ltaqa’ ma’ iktar imsieħba soċjali u man-negozji fit-toroq tal-Belt Valletta lbieraħ rħielha lejn Għawdex biex hemm kompla jiltaqa’ mal-familji, żgħażagħ u pensjonanti. Iżda, fi triqtu lejn il-gżira tat-tliet għoljiet waqaf anke Kemmuna biex jiltaqa’ mal-familja li tgħix hemm. Sinjal ċar li għall-Prim Ministru kull individwu huwa importanti.

kullhadd.com


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.