KullĦadd_26.04.2020

Page 1

L-AKBAR STIMA GĦALL-ANNIMALI ANKE FI ŻMIEN IL-PANDEMIJA

www.kullhadd.com

Rapport f’paġna 11

Ħarġa Nru 1,398

Prezz €1

IL-KAŻI ATTIVI DAQS FIL-BIDU 193 TAX-XAHAR Wara li lbieraħ tħabbru 26 każ ieħor ta’ fejqan, l-għadd ta’ każi ta’ persuni pożittivi bil-COVID-19 f ’pajjiżna llum ilaħħaq il-195. Dan in-numru hu simili għal dak li konna bdejna bih dan ix-xahar, qabel ukoll ilħaqna l-ogħla rata rreġistrata fil-pajjiż nhar il-15 t’April. Anke jekk ilbieraħ ġiet irreġistrata r-raba’ mewta fostna bil-virus, l-imxija baqgħet tmajna b’każ wieħed biss pożittiv ġdid u ammont ieħor ta’ nies imfejqa. Tkompli f’paġna 6

02/04

351

352 195

11/04

15/04

25/04

Wara l-aħħar bulettin mediku, l-għadd ta’ każi attivi llum hu daqskemm kien fil-bidu tax-xahar

SITT XHUR IKTAR ĊANS GĦALL-ĦAJJA L-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun ħabbret li qed testendi b’sitt xhur iċ-ċans lil dawk in-nisa li kien se jiskadilhom iż-żmien biex jikkwalifikaw għat-trattament talfertilità li jingħata b’xejn mill-Istat. Peress li t-trattament mhux jingħata bħalissa fiċċirkostanzi tal-COVID-19, b’din id-deċiżjoni issa mhux se jintilef iż-żmien li persuna kienet tikkwalifika bit-tama li tinqabad tqila u effettivament twelled permezz tal-IVF.

SALVATI 88,000 IMPJIEG S’ISSA TQASSMU B’KEMM JISWEW €14.3 MILJUN F’BENEFIĊĊJI MINN ŻEWĠ MINISTERI, B’SOLUZZJONI GĦAL 99% TAL-IMPJIEGI TAĦT THEDDIDA Il-pakkett ekonomiku u soċjali, li l-Gvern nieda x-xahar li għadda biex jilqa’ għall-impatt tal-COVID-19, diġà wassal biex s’issa ġew salvati 88,000 impjieg lokali. Minn ċifri li ġew ippubblikati din il-ġimgħa jirriżulta wkoll li ġew salvati 99 minn kull 100 impjieg li kienu taħt theddida minħabba s-sitwazzjoni li nħolqot bil-pandemija. Minn żewġ konferenzi tal-aħ­ barijiet li ngħataw mill-Minis­tri Michael Falzon u Silvio Schembri, irriżultaw aspetti inkoraġġanti ħafna li juru bl-aktar mod ċar li l-pakkett imniedi mill-Gvern qed jaħdem bil-kbir u qed jilħaq l-għanijiet tiegħu u diġà tqassmu b’kemm jiswew €14.3 miljun.

Fl-ewwel konferenza mogħtija mill-Ministru għall-Familja, Drit­tijiet tat-Tfal u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon u s-Segretarju Permanenti tal-Ministeru Mark Musù, jirriżulta li b’kollox s’issa daħlu 7,605 applikazzjonijiet għall-benefiċċji mħallsin lil ġenituri, persuni b’diżabilità u persuni b’kundizzjonijiet kroniċi li jaħdmu fis-settur privat u li ma jistgħux joħorġu u lanqas jistgħu jaħdmu mid-dar. Ma’ dawn daħlu wkoll 899 talba minn persuni li tilfu l-impjieg. Mit-total ta’ 8,504 applikazz­ jonijiet li daħlu, s’issa jirriżulta li diġà nħadmu 91% minnhom. Tkompli f’paġna 3

Tkompli f’paġna 6

IL-100 JUM FIT-TMEXXIJA Kburi li se jservi lil pajjiżu, Robert Abela kien jaf li l-kariga ta’ Prim Ministru ġġib magħha responsabbiltà kbira, imma qatt ma ħaseb li kien se jiffaċċja l-ikbar sfida mit-Tieni Gwerra Dinjija lil hawn b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19. Fit-tmexxija tal-aktar Kabinett żagħżugħ, l-ewwel 100 jum tiegħu bdew b’riformi li jsaħħu l-istituzzjonijiet, b’deċiżjonijiet li wkoll m’għandhomx preċedenti.

Rapport f’paġni 4 u 5

Ritratt: GARETH DEGIORGIO

Il-Ħadd, 26 ta’ April, 2020


02

26.04.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 22°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 8 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja ta’ pressjoni baxxa minn fuq il-Libja sa fuq iċ-ċentru tal-Mediterran ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Pjuttost imsaħħab Ir-Riħ: Ħafif mix-Xlokk li jsir ħafif u varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn li jsir baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk It-Temperatura tal-Baħar: 18°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR

It-Tnejn

tel: (+356) 2568 2570

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

23°C

UV 9

14°C

Il-Ħamis

23°C UV 10

15°C

23°C

Il-Ġimgħa

UV 7

15°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

24°C UV 10

13°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

23°C UV 10

Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21226281 The Cross Pharmacy, 859, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21227682 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 St. Anne Pharmacy, 24, Misraħ Sant’Elena, Birkirkara – 27441913 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 St. Andrew’s Pharmacy, Triq il-Qasam, Tal-Ibraġġ – 21371062 Wales Pharmacy, 183, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21335492 St. Mary Pharmacy, 2, Triq Antonio Schembri. Ħ’Attard – 21436348 Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira k/m Triq Vitale, L-Imġarr Malta – 21577784 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Maddalena Pharmacy, Shop 2, Binja tal-Faqqani, Dawret it-Torri, Santa Luċija – 21677037 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k/m Vjal ilKottoner, Il-Fgura – 21673811 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consigli, Iż-Żejtun – 21806009 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex – 21563233 Gozo Chemists, Mġarr Road, Ix-Xewkija, Għawdex – 21557278

14°C

21°C

UV 6

15°C

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IL-ĠIMGĦA L-1 TA’ MEJJU

Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, IlFurjana – 21239310 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Rational Pharmacy, 74/75, Triq il-Wied, Birkirkara – 21441513 Tony’s Pharmacy, 100, Triq Sir Patrick Stuart, Il-Ġżira – 21332080 Ta’ Giorni Pharmacy, Shop 2, Triq Lapsi, Ta’ Giorni – 21333886 Mrabat Pharmacy, Triq l-Imrabat, Tas-Sliema – 21313535 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Smiths Pama Pharmacy, 1, Triq iż-Żakkak, Il-Mosta – 21417593 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 St. Philip Pharmacy, Triq iċ-Ċeppun, Ħal Għaxaq – 21808723 Qrendi Pharmacy, 6, Triq il-Kbira, Il-Qrendi – 21683781 Menelo Pharmacy, Triq it-Tabib Nikol Zammit, Is-Siġġiewi – 21462957 Imtarfa Pharmacy, 207 Triq San David, L-Imtarfa – 21451261 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex – 21563017


03

26.04.2020

kullhadd.com

99% TAL-IMPJIEGI SALVATI Tkompli minn paġna 1 Dawk li qed jibbenefikaw minn dawn il-benefiċċji temporanji, li qed jitħallsu mill-Ministeru għall-Familja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali, telgħu għal 5,629. Dawn s’issa tħallsu total ta’ €3.85 miljun bejniethom waqt li tħallsu wkoll €428,106 f ’kontribuzzjonijiet tas-Sigurtà Soċjali biex b’hekk l-ispiża totali issa telgħet għal €4.28 miljun, medja ta’ €760 ras għal ras. Minn dawk li tħallsu din ilġim­għa hemm 4,908 persuni li rċevew il-benefiċċju tal-ġenituri, dak mediku jew tad-diżabi­lità, waqt li żammew l-impjieg. Minbarra hekk, hemm 147 persuna oħra li waqqfu l-benefiċċju u rritornaw għax-xogħol jew taħt xi skema tal-Malta Enterprise inkella għax min iħaddimhom għamlilhom arran­ġament apposta bis-saħħa tal-għajnuna talGvern. Meta wieħed iqis li t-899 li applikaw għall-benefiċċju talqgħad jirrappreżentaw biss

Il-Ministri Falzon (xellug) u Schembri 1% minn dawk kollha li qed jibbenefikaw mill-iskemi tażżewġ Ministeri, jinnota r-rata ta’ suċċess ta’ 99% tal-impjiegi li ġew salvati taħt theddida millCOVID-19. F’konferenza stampa oħra mill-Ministru għall-Ekonomija, l-Investiment u n-Negozji żŻgħar Silvio Schembri u l-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia tħabbar li din ilġimgħa l-Malta Enterprise rċe­ viet mal-2,000 applikazzjoni

oħra għall-COVID Wage Supplement, li jfisser li l-ammont ta’ negozji li applikaw s’issa tela’ għal 18,204. Il-Ministru Schembri qal li l-maġġo­ranza tal-applikazzjonijiet kienu għall-COVID Wage Supplement kollu. Dan ifisser li l-ammont ta’ impjiegi li se jkunu salvati bil-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku hu ta’ 83,000. Permezz tal-għajnuna amministrata mill-Malta Enterprise, negozji u self-employed tħallsu aktar minn

€10 miljun għall-COVID-19 Wage Supplement. “Il-Malta Enterprise qed taħdem bla waqfien biex tipproċessa kemm jista’ jkun applikazzjonijiet bil-għan li jkun hemm mal-50% tal-applikazzjonijiet ipproċessati sal-ġimgħa d-dieħla,” qal il-Ministru, waqt li tenna li x-xogħol fi ħdan il-Ministeru issa qed jiffoka fuq modi dwar kif terġa’ tiġi stimulata l-ekonomija meta l-miżuri tassaħħa jibdew jitneħħew b’mod gradwali. “Il-miżuri ta’ appoġġ ekonomiku mhumiex se jitwaqqfu malli n-negozji jerġgħu jinfetħu, iżda se jibqgħu hemm biex jirkup­raw b’mod sostanzjali. Hu kruċjali li tul it-tranżizzjoni mill-ħruġ għal strateġija ta’ bidu, kulħadd jimxi id f ’id biex l-ekonomija tagħna terġa’ tiġi fuq saqajha,” qal il-Ministru Schembri. Il-Kap Eżekuttiv tal-Malta Enterprise Kurt Farrugia żied li rridu wkoll nirriko­noxxu lill-kumpaniji li jkunu reżiljenti u r-rwol tal-Gvern jibqa’ dak li

jsostni lil dawk li jeħtieġu assistenza b’mod ġust u f ’waqtu. Hu spjega li mit-18,204 applikazzjoni li waslu għand il-Malta Enterprise s’issa, 7,641 ġew ipproċessati, waqt li 5,537 ġew approvati. L-applikanti approvati se jkunu qed jirċievu lCOVID Wage Supplement datat b’lura. €215m. approvati mill-UE Sadanittant il-Kummissjoni Ew­ropea approvat l-iskemi ta’ appoġġ ekonomiku talGvern biex jipproteġi l-impjiegi u n-negoz­ji, waqt li tkun ippreservata l-ekonomija. IlGvern qal li l-aktar sinifikanti kienet l-approvazzjoni tal-pakkett ta’ €215-il miljun biex jipprovdi s-Suppliment tal-Paga COVID-19 b’salarju ta’ €800. L-UE ddeskriviet il-miżuri talGvern Malti bħala neċessarji, xierqa u proporzjonati biex tirrimedja l-impatt fuq l-ekonomija ta’ stati membri f ’konformità mar-regoli Ewropej.


04

26.04.2020

kullhadd.com

ROBERT ABELA:

100 JUM PRIM MINISTRU 100 jum meqjusa bħala privileġġ li jservi lil pajjiżu, lill-Maltin u lill-Għawdxin. Dan huwa kliem il-Prim Ministru Robert Abela, f’diskors li għamel lin-nazzjon proprju f’għeluq l-ewwel 100 jum minn meta nħatar biex iservi bħala l-14-il Prim Ministru mill-1921 ‘l hawn. Messaġġ qawwi. Messaġġ li jenfasizza l-“aħna mhux il-jiena – li hija r-ruħ tan-nazzjon tagħna”. Prim Ministru li wiret pajjiż ekonomikament u soċjalment b’saħħtu, imma li kien għadu kif ħa xokk istituzzjonali qawwi. Madankollu, sa mill-bidu bdiet ħidma biex tinkiseb lura n-normalità b’riformi li jsaħħu l-istituzzjonijiet u li jġibu bidla favur it-tisħiħ tas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba. Fil-messaġġ tiegħu għalhekk il-Prim Ministru jinnota kif għall-ewwel darba fl-istorja inħatar Prim Imħallef bi qbil unanimu flimkien mal-Oppożizzjoni u sar qbil dwar ilħatra tal-ġudikanti. Qal li din hija ħidma li se tkompli fuq ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, filwaqt li bi proċess trasparenti, wara sejħa pubblika u skrutinju Parlamentari, dalwaqt se jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija. Deċiżjonijiet bla preċedent u ttieħdu għaliex il-prinċipji ta’ governanza tajba u tas-sewwa, imexxu lil dan il-Gvern.

Infrastruttura Il-messaġġ fetaħ fuq id-diversi fronti li għaddejjin fil-pajjiż. Il-Prim Ministru spjega kif baqa’ għaddej ix-xogħol fuq proġetti infrastrutturali, bini u manutenzjoni ta’ skejjel u saħansitra qed isir xogħol fuq sistemi alternattivi fl-immaniġġjar tal-iskart biex mill-iskart tinħoloq l-enerġija. Dan sar filwaqt li ġie salvat l-għajxien tal-bdiewa fl-inħawi billi ġiet salvata medda t’art daqs 25 grawnd tal-futbol f ’art agrikola. Impenn ukoll fil-Housing Soċjali, tant li fl-ewwel 100 jum tiegħu dan il-Gvern baqa’ jinvesti ’l fuq minn €100 miljun f ’housing soċjali u affordabbli, filwaqt li qed jingħataw sussidji talkera lill-ommijiet u lill-familji fil-bżonn. Kabinett Żagħżugħ u Sfidi Il-Prim Ministru tkellem dwar xogħol sfiq tal-kabinett żagħżugħ u dinamiku li għandu madwaru. Fi kliemu: “Il-ħidma tal-aktar kabinett żagħżugħ u dinamiku

fl-istorja tagħna kienet ta’ suċċess. Il-fiduċja fost in-negozji u l-familji tagħna, skont il-kejl tal-Kummissjoni Ewropea, telgħet f ’xahar wieħed bl-akbar persentaġġ osservat fi kważi 15-il sena.” Imma hemm ukoll l-isfidi li ġejjin miċ-ċirkostanzi. Fil-messaġġ huwa rrefera għal dak li għaddejjin minnu bħala pajjiż, bħall-kumplament tad-dinja. Huwa tenna li huwa kburi li jservi lil pajjiż, kien jaf li l-kariga ta’ Prim Ministru ġġib magħha piż ta’ responsabilità, imma qatt ma ħaseb li kien se jaffaċċja l-ikbar sfida mit-Tieni Gwerra Dinjija ’l hawn. Bl-isfond tal-imxija tal-COVID-19, il-Prim Ministru qal li d-deċiżjonjiet diffiċli li kellu jieħu fl-aħħar ġimgħat xejn ma kienu faċli. Imma d-deċiżjonijiet ittieħdu bla biża’ għall-ġid komuni u biex jitħares l-interess nazzjonali – tal-familji Maltin u Għawdxin, u ta’ dawk kollha li qed jgħixu f ’pajjiżna. Sfida li ġabet magħha żmien diffiċli u sagrifiċċji, li l-pajjiż se jkompli jaffaċċjaha bi sforz kollettiv. Il-Prim Ministru spjega li l-investiment għaqli tat-tkabbir ekonomiku biex tkun irdoppjata l-ispiża fuq is-saħħa pubblika u jkunu miżjuda kważi 2,000 ħaddiem, fosthom it-tkabbir ta’ 50% tan-numru ta’ infermiera, wassal biex pajjiżna telaq jiġri qabel bdiet it-tellieqa. Imma l-ħidma tal-Gvern kienet rikonoxxuta fuq livell internazzjonali tant li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għażlet lil Malta bħala l-mudell ta’ kif għandha tiġi kkontrollata l-pandemija. Fil-messaġġ lin-nazzjon il-Prim Ministru fakkar kif Malta għalqet l-ajruport u l-portijiet u għamlitha ċara mal-Unjoni Ewropea u oħrajn li f ’din is-sitwazzjoni bla preċedent, pajjiżna ma jistax jilqa’ aktar immigranti. Imma saħaq li hemm min nissel il-qtigħ il-qalb fost dawk li qed jagħtu servizz lil pajjiżna. Biex tmexxi pajjiż trid tkun tħobbu

Ritratti: GARETH DEGIORGIO

Spikka wkoll messaġġ ta’ mħabba lejn pajjiżna. Il-Prim Ministru stqarr: “Lil Malta, inħobbuha. U biex tmexxi lil pajjiżek trid tkun tħobbu”. Irrimarka li lil Malta dan il-Gvern qatt ma għamlilha ħsara, u lanqas se jagħmlilha. “Il-biża’, il-qtigħ il-qalb, li hemm min irid inissel fina billi jipprova jixħetna għomorna l-ħabs, mhix se twaqqafna milli nkomplu niddefendu lil pajjiżna u lin-nies tagħna.” Huwa fakkar kif f ’dawn iċ-ċirkostanzi dan il-Gvern kiseb patt soċjali storiku u bla preċedent mal-imsieħba soċjali u nieda pakketti finanzjarji mill-aktar b’saħħithom f ’għajnuna lin-negozji. Messaġġ li kien lill-ħaddiema kollha li jinsabu fuq quddiem tal-ġlieda kontra l-virus li laqat lid-dinja. Imma


05

26.04.2020

kullhadd.com

Din hija r-ruħ tan-nazzjon tagħna. L-aħna mhux il-jiena. Il-Maltin u l-Għawdxin dejjem konna kuraġġużi u bi qlubija dejjem iddefendejna lil xulxin. U pajjiżna dejjem rebaħ. Jiena fiduċjuż u ottimist għall-jum li se jisbaħ dalwaqt, għal dinja aħjar. Ninsab ottimist li żmien isbaħ għal pajjiżna se jasal ma jdumx, fejn se nkomplu mexjin aktar ’il quddiem, u fejn il-ġid li jinħoloq, ikompli jilħaq lil kulħadd

wkoll messaġġ għan-nazzjon għaliex tenna l-kburija tiegħu bil-poplu Malti li qed isegwi d-direttivi tal-awtoritajiet tassaħħa. “Din hija r-ruħ tan-Nazzjon tagħna. L-aħna mhux il-jiena. Il-Maltin u l-Għawdxin dejjem konna kuraġġuzi u bi qlubija dejjem iddefendejna lil xulxin. U pajjiżna dejjem rebaħ. Jiena fiduċjuż u ottimist għall-jum li se jisbaħ dalwaqt, għal dinja aħjar. Ninsab ottimist li żmien isbaħ għal pajjiżna se jasal ma jdumx, fejn se nkomplu mexjin aktar ’il quddiem, u fejn il-ġid li jinħoloq, ikompli jilħaq lil kulħadd,” temm il-messaġġ tiegħu l-Prim Ministru Robert Abela. 100 jum ta’ sfidi u deċiżjonijiet diffiċli Sa mill-ewwel diskors tiegħu bħala Mexxej tal-Partit Laburista, Robert Abela wera li ried jgħaqqad: Għadu jidwi dak li qal: “Partit wieħed, pajjiż wieħed, poplu wieħed. Aħna lkoll ulied familja waħda.” Kien it-Tnejn 13 ta’ Jannar meta Robert Abela ħa l-ġurament tal-ħatra bħala Prim Ministru ta’ Malta. Jumejn wara ħabbar il-membri tal-Kabinett il-ġdid, b’ħames uċuh ġodda li tul il-leġiżlatura servew bħala deputati. Kabinett b’demm ġdid, b’enerġija ġdida, bil-ħatra tal-element żagħżugħ kollu fil-Grupp Parlamentari. Il-ħidma bdiet mill-ewwel. Ħabbar li beda proċess biex jinħatar Kummissarju tal-Pulizija b’metodu ġdid u trasparenti, bi proposta dwar il-metodu ġdid tal-għażla li huwa xieraq għaż-żminijiet tal-lum. Ta wkoll eżempju kif tkun persuna tal-poplu, meta apparti li fl-ewwel jiem tiegħu bħala Mexxej Laburista żar bosta lokalitajiet f ’Malta, f ’Għawdex u f ’Kemmuna, għall-ewwel darba bħala Prim Ministru ta’ Malta, flimkien

ma’ martu Lydia, ġera mis-Saqqajja sal-Belt fil-11-il edizzjoni tal-Fun Run tal-President. Dan urieh f ’bosta ċirkostanzi, fosthom meta sema’ l-karba tal-bdiewa fil-Magħtab u ltaqa’ magħhom u stedinhom għal laqgħa f ’Kastilja. Fit-28 ta’ Jannar Robert Abela kellu l-ewwel impenn barra minn xtutna bħala Prim Ministru fi Brussell. F’nofs Frar indirizza l-ewwel konferenza ġenerali tal-Partit Laburista bħala Mexxej u Prim Ministru. Robert Abela ħa sehem f ’laqgħa straordinarja tal-Kunsill Ewropew bi 28 siegħa ta’ diskussjonijiet intensivi dwar il-qafas finanzjarju għall-baġit Ewropew għas-seba’ snin li ġejjin. It-2 ta’ Marzu kellu jum iswed, mhux għalih biss imma għall-pajjiż kollu meta ġġarrfet dar fil-Ħamrun fi traġedja li fiha nħasdet il-ħajja ta’ mara, ta’ omm. Minnufih ħabbar li ħatar kumitat tekniku biex jagħmel rakkomandazzjonijiet b’mod urġenti dwar ir-regolamentazzjoni fis-settur tal-kostruzzjoni. L-ewwel 100 jum ta’ tmexxija ta’ Robert Abela qed ikun deskritti minn opinjonisti politiċi bħala magħmudija tan-nar, bit-tfaqqigħa tal-pandemija COVID-19 li poġġiet lil pajjiżna f ’sitwazzjonijiet li riedu deċiżjonijiet mhux daqstant faċli. Imma hawnhekk wera kif kien lest biex imexxi. Beda jħabbar il-miżuri li jirriflettu l-pariri tal-awtoritajiet tas-saħħa. L-aktar waħda diffiċli għalih, kienet dik tal-għeluq tal-iskejjel. Ħabbar ukoll numru ta’ miżuri mmirati biex itaffu l-effetti negattivi tal-Coronavirus fuq in-negozji u l-impjiegi f ’pajjiżna. F’Jum il-Ħelsien spikka l-mument meta l-Mexxej Laburista tela’ fuq l-għolja tal-ħelsien jixgħel it-torċa waħdu. Imma anki hawn, Robert Abela kellu messaġġ ta’ tama fi

żmien meta l-pajjiż kien qed jissielet għal ħelsein differenti. Imma fost l-isfidi li ħoloq il-Coronavirus, intlaħaq qbil bla preċedent bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni dwar il-ħatra ta’ Prim Imħallef. Bir-riżorsi kollha f ’pajjiżna ffukati biex jiġġieldu l-pandemija tal-Coronavirus, il-Prim Ministru ħa deċiżjoni b’rabta mal-immigrazzjoni fl-aħjar interess tal-poplu. Imma anki f ’din ma kienx hemm kooperazzjoni minn fazzjoni tal-Oppożizzjoni Nazzjonalista. Il-Kelliem għall-Ġustizzja tal-Partit Nazzjonalista Jason Azzopardi għamel denunzja lill-Pulizija biex il-Prim Ministru Robert Abela, il-Brigadier Jeffrey Curmi u l-Armata jiġu investigati bi qtil volontarju ta’ immigranti. Imma hawn ukoll spikkat id-determinazzjoni ta’ Prim Ministru li jrid il-ġid u li verament iħobb lil pajjiżu. Fi kliemu stess: “Lil min irid jibgħatna l-ħabs inweġbuh li se nibqgħu naħdmu sabiex inħarsu s-saħħa tal-poplu Malti u Għawdxi, inkluż is-saħħa ta’ min għamel dan ir-rapport kontrina.” 100 jum ta’ sfidi u deċiżjonijiet diffiċli, imma 100 jum ukoll li l-Prim Ministru Robert Abela kiseb il-fiduċja u l-ammirazzjoni ta’ bosta. Ma kinitx magħmudija faċli Opinjonista u veteran fil-qasam politiku ta’ pajjiżna, Felix Agius, jgħid li l-ewwel 100 jum ta’ Robert Abela bħala Mexxej tal-Partit Laburista u Prim Ministru ta’ Malta ma kinux magħmudija faċli. Agius jgħid li l-ewwel 100 jum kienu 100 jum li fihom kellu jieħu deċiżjonijiet diffiċli ħafna imma fl-ewwel jiem wera li huwa bniedem li kapaċi jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi. Fost dawn id-deċiżjonijiet isemmi l-għażla tal-Kabinett, u l-miżuri mediċi u ekonomiċi b’rabta mal-pandemija tal-Coronavirus. Agius isostni li fl-opinjoni tiegħu f ’dan kollu l-Prim Ministru wera kemm huwa mexxej li lest li jikkonsulta. Jikkonsulta mhux biss mal-kollegi tiegħu fil-Kabinett u fil-Grupp Parlamentari, imma mal-istakeholders kollha li eventwalment iwasslu għal deċiżjonijiet u passi konkreti. U dan kollu jawgura tajjeb ħafna għall-futur ta’ Robert Abela għax wera li huwa Prim Ministru li jikkonsulta u jiddeċiedi fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi. Felix Agius jgħid li l-Prim Ministru għandu kuraġġ biżżejjed biex dak li verament iħoss li jkun fl-interess talpajjiż, iwettqu.


06

26.04.2020

kullhadd.com

KAŻI POŻITTIVI

COVID-19: KAŻI ATTIVI 1

118

2

126

5

150

16

165

44

204

82

223

91

249

KAŻI LI FIEQU

351 346352 332 331337 328324 319 314 306302 290 288282 276

46 51

62

71

88

249

FATALITAJIET

241 221

236 222 211 200 186193

99 28 36

448

195

147149154 137 132 127 105108

12 12 17 19 1 2 3 4 5 7 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25 26 27 28 29 30

4

*skont l-aħħar aġġornament mediku

1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 12 13 14 15 16 17 18 19 20 21 22 23 24 25

APRIL

MARZU

RITMU KOSTANTI TA’ FEJQAN Tkompli minn paġna 1 Dan ifisser ukoll li l-ammonti ta’ każi pożittivi li ġew irreġistrati mit-2 t’April li għadda (dakinhar kellna 193 każ attiv) ’l hawn ġew irriversjati kważi kollha fuq perjodu ta’ 23 ġurnata. Matul l-istess perjodu wkoll ilħaqna dak li s’issa jidher li kien l-apiċe tal-imxija lokali nhar il-15 t’ April b’total ta’ 352 każ attiv. Dan kollu hu riżultat tal-għadd ta’ każi mfejqin, 249 b’kollox, li bdew f ’nofs Marzu (l-ewwel każ nhar it-13 tax-xahar) u qabdu ritmu kostanti fl-aħħar ġimgħa u nofs (ara t-tabella). Mis-16 t’April lil hawn kuljum ġew irreġistrati numri konsiderevoli ta’ persuni li kellhom il-virus imma issa t-testijiet li kienu qed isirulhom bdew jiġu negattivi. Fl-aħħar jiem, il-każi ta’ fejqan terġa’ kienu kostanti ferm akbar mill-każi li kienu qed jinqabdu pożittivi, anke jekk naqas drastikament in-numru ta’ swab tests. Minn nhar l-Erbgħa ’l hawn ġew irreġistrati biss ħames każi ta’ infezzjoniji-

et ġodda, waqt li lbiraħtlula wkoll il-każi ta’ dawk imfejqin kien qabeż għall-ewwel darba l-għadd ta’ dawk li kienu għadhom attivi. Fil-bulettin mediku tagħha ta’ kuljum, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika l-Professur Charmaine Gauci lbieraħ waranofsinhar bdiet biex turi s-sogħba tagħha li kellna każ ieħor ta’ persuna li ma rnexxilhiex tegħleb il-virus u, b’riżultat ta’ kumplikazzjonijiet oħrajn li kellha, spiċċat tilfet ħajjitha u saret ir-raba’ vittma lokali. Bħalma għamlet fil-każi preċedenti, hi wkoll tat il-kondoljanzi tagħha lill-qraba tal-vittma. Ir-raba’ vittma hi anzjana ta’ 96 sena, li ġiet rikoverata f ’Mater Dei fejn instabet pożittiva fis-16 t’April. Il-Professur Gauci spjegat li fl-aħħar sigħat saru 559 test, u ħareġ biss każ wieħed li kien pożittiv – raġel ta’ 52 sena li beda bis-sintomi nhar il-Ħamis li għadda. It-total ta’ persuni s’issa li rriżultaw pożittivi f ’Malta laħħaq l-448. Ir-raġel, li lbieraħ ġie rreġistrat pożittivi, kellu kuntatt ma’ xi membri tal-familja

tiegħu u għalhekk qed isir il-contact tracing hemmhekk. Fil-konferenza tal-aħbarijiet, is-Supre­ tendent tas-Saħħa Pubblika qalet li, millat pożittiv, kien hemm 26 persuna oħra li fiequ, biex b’hekk it-total f ’dan ir-rigward laħħaq il-249. Hi saħqet li l-għadd tal-imfejqin qiegħed dejjem jiżdied, speċjalment fost pazjenti ta’ età żgħira, li huma l-akbar faxxa ta’ persuni li ġew infettati. Dan ukoll hu sforz tal-ħidma tajba ħafna li qiegħda ssir mill-awtoritajiet konċernati li għadhom jiksbu t-tifħir mhux biss lokali, imma b’mod speċjali wkoll fuq livel­l internazzjonali. Minkejja li l-każi ġodda ta’ COVID-19 huma baxxi, il-Professur Gauci xorta saħqet li rridu nżommu kull kawtela neċessarja, waqt li nżommu l-istess miżuri tal-aħħar jiem, partikolarment id-distanza bejn persuna u oħra, għajr dawk mill-istess l-familja. Din il-ġimgħa fil-Parlament, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne indika li ninsabu qrib li jib-

dew jiġu merħijin b’mod gradwali l-miżuri drastiċi li kellhom jiddaħħlu biex tiġi salvagwardjata s-saħħa tal-poplu inġene­rali. “Jekk nibqgħu nimxu b’mod respon­sabbli ftit tal-ġranet oħra nkunu f ’pożizzjoni li nibdew inħarsu biex innaqqsu l-miżuri. Qegħdin f ’pożizzjoni li jekk in-numri li kellna fl-aħħar ftit ġranet inmantnuhom għal li ġej u nibqgħu ffukati, dixxiplinati u determinati bħala pubbliku inġenerali, ftit tal-jiem oħra jkollna leeway fejn innaqqsu xi wħud mill-miżuri.” Il-Ħamis filgħaxija fuq TVM il-Prim Ministru Robert Abela wkoll tenna li dan jista’ jsir b’mod gradwali. “It-tentazzjoni hi li ngħaġġlu. Kulħadd irid imur lura għan-normalità, kulħadd irid imur lura għall-ħajja normali ta’ kuljum, imma jkun żball li aħna ngħidu li għax għandna wieħed jew żewġ infezzjonijiet iżjed għal numru ta’ ġranet, mela ejjew inneħħu r-restrizzjonijiet kollha f ’daqqa u jiġri dak li għandu jiġri. Dik tkun deċiżjoni mhux prudenti u li nissograw li nħassru dak kollu li għamilna s’issa.”

MESSAĠĠ TA’ KURAĠĠ GĦAŻ-ŻMIEN LI ĠEJ Tkompli minn paġna 1

F’“ittra mill-qalb” iffirmata minn Simone Attard, id-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità responsabbli mis-servizzi tal-proċeduri medikament assistiti, u indirizzata lil dawk li kienu qed jistennew din il-kura, jingħad li “d-diffikultajiet kollha li jġib miegħu dan it-trattament, mhux faċli fi żminijiet meqjusin normali, aħseb u ara kemm hu aktar diffiċli għalikom f ’dan iż-żmien bla preċedent, żmien diffiċli għal kulħadd għax qed ipoġġi quddiemna sfidi kbar.” Grazzi għal dan is-servizz, li beda jingħata bla ħlas flIsptar Mater Dei mill-2015, twieldu mijiet ta’ trabi f ’pajjiżna. Sa dak iż-żmien, koppja infertili kienet obbligata li tirreferi għand il-privat f ’Malta stess jew saħansitra barra bi spiża ta’ eluf kbar ta’ ewro. Id-Direttur Eżekuttiv tal-Awtorità wasslet messaġġ ta’ kuraġġ lil dawk kollha li kienu qed jippjanaw li jagħmlu

t-trattament. “Ħsiebi speċjalment imur lejn dawk li kellhom it-trattament imwaqqaf jew saħansitra mħassar u pospost għal data indefinita. Nixtieq inserrħilkom raskom li d-deċiżjoni li t-trattamenti jieqfu ttieħdet bl-aktar serjetà u res­ponsabbiltà minn dawk kollha involuti fis-settur tal-infertilità. “Din id-deċiżjoni meħuda se tkun qed timpatta lil kulħadd għax kollha nafu li kull ġurnata tiswa mitqlu deheb għalikom. Kien għalhekk ukoll li l-Awtorità għallProtezzjoni tal-Embrijun ħasset il-bżonn li testendi l-età massima għan-nisa li kienu se jilħqu dan it-tragward sa Diċembru 2020 b’sitt xhur,” qalet Attard. “Nitlobkom biex tagħmlu kuraġġ u tibqgħu b’saħħitkom ħalli meta jasal il-mument li nerġgħu nibdew it-trattamenti, tkunu lesti għal din it-triq. Żommu kuntatt kontinwu mal-Awtorità għal dak kollu li għandkom bżonn fuq in-numri 25951650 jew 25951651,” ikkonkludiet id-Diret-

tur Eżekuttiv tal-Awtorità. Sadanittant, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne fil-bidu ta’ din il-ġimgħa poġġa fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rappreżentanti r-rapport annwali (2019) tal-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijun (EPA). Minnu joħroġ li l-Awtorità approvat total ta’ 513-il applikazzjoni għal proċeduri varji s-sena l-oħra. Minn dawn saru 124 ċiklu sħiħ tal-IVF, 80 f ’Mater Dei u 44 fil-qasam privat, li wasslu għal 28 tqala u 6 trabi mwelldin lil ħames koppji, għax waħda kellha tewmin. 18-il mara għadhom qed jistennew tarbija. Jirriżulta wkoll li mill-koppji li resqu għal trattamenti talIVF, il-problema ta’ infertilità kienet ilha għaddejja bejn 3 xhur u 15-il sena. Fost il-proċeduri li saru fl-2019 kien hemm 88 proċedura fejn ġiet ippriservata l-isperma, inkluż ta’ raġel li għaddej mill-proċess biex isir mara.


07

26.04.2020

kullhadd.com

MALTA MFAĦĦRA MILL-ĠDID BĦALA L-AĦJAR EŻEMPJU Wara l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO), issa kien is-sit Investment Migration Insider li saħaq li Malta hi l-aħjar pajjiż li qed jiffaċċja l-imxija tal-Coronavirus fost dawk milqutin u tenna li din il-gżira hi eżemplari għall-bqija. Skont is-sit, sal-21 ta’ April, Malta kienet l-iktar pajjiż li għamlet testijiet għallCOVID-19, iżjed minn 59,000 swab test għal kull miljun persuna b’mod proporzjonat. Dan hu l-ekwivalenti għal test fuq persuna minn kull 20. Ir-rapport internazzjonali jgħid li, għalkemm wieħed irid iħalli iżjed żmien jgħaddi biex ikollu stampa iktar ċara ta’ min kien l-iktar imħejji, jidher ċar li Malta qed tkun ta’ eżempju għal pajjiżi oħrajn. Is-sit jinnota wkoll li

globalment, kienu biss tliet pajjiżi oħrajn li għandhom rata ogħla ta’ testijiet – l-Iżlanda, il-Gżej­jer Faeroe u l-Emirati Għarab Magħquda, li kważi lkoll għandhom popolazzjonijiet iżgħar minn ta’ Malta. Investment Migration Insider jisħaq li r-rata baxxa ta’ mwiet f ’Malta kawża tal-Coronavirus hija biss mertu għall-ħidma tajba tal-awto­ ritajiet tas-saħħa li qed jagħmlu daqstant testijiet. Ftit tal-ġranet ilu wkoll ilWHO għażlet lil pajjiżna bħala l-iżjed wieħed li kulħadd għandu jitfa’ ħarstu fuqu ħalli jaraw il-miżuri li ttieħdu mill-awtoritajiet tas-saħħa u kif inhu mħejji biex jikkura lil dawk li jiġu infettati fil-pandemija li wkoll niżżlet diversi pajjiżi għarkupptejhom.

KONTRA L-IIP WAQT LI PAJJIŻNA JGAWDI MILL-FROTT TIEGĦU Waqt li pajjiżna qed jagħmel l-aħjar użu mill-miljuni mġemm­għin mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment (IIP), il-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjo­nalista Roberta Metsola ma tilfitx l-okkażjoni fil-Parlament Ewropew biex tattakka lil Malta li qed tagħmel użu minn dan il-programm. Permezz tal-IIP, miljuni ta’ ewro ġew investiti fis-settur tas-saħħa fl-ewwe l filliera

fil-ġlieda kontra l-pandemij­a, fl-edu­ kaz­z­joni u l-housing soċjali, fost l-oħrajn. Minkejja dan, l-MEP tal-PN ħasset li għandha tibqa’ tagħfas fuq is-suġġett, li wkoll hu adottat minn diversi stati oħrajn Ewropej, anke meta d-dinja qed tiġġieled kontra l-COVID-19. Fil-kumitat fejn isiru dis­kuss­jonijiet dwar is-saltna tad-dritt, Metsola ħasset li kellha ssemmi l-programm biex tara fejn waslu l-passi Ewropej kontra Malta, anke jekk diġà hu magħruf li deċiżjonijiet simili jibqgħu fid-diskrezzjoni tal-pajjiżi membri nfushom. Saħansitra l-MEP Unge­riża Klára Dobrev ikkritikatha li donnu hi dejjem l-istess u stednitha biex jekk trid iżżur l-Ungerija, ħa dduq saltna taddritt li ma teżistix, anke jekk dan ilpajjiż ma tantx jiġi mċanfar minn Metsola.


08

26.04.2020

kullhadd.com

“JUM IŻ-ŻGĦAŻAGĦ SOĊJALISTI” JFAKKAR DAK LI QED INGAWDU Bħal nhar it-Tlieta li ġej, 62 sena ilu, fit-28 t’April 1958 kienet “inxtegħlet ħuġġieġa li dawlet il-qlub u l-imħuħ taż-żgħażagħ u ta’ dawk kollha li kienu jemmnu bis-sħiħ u jitħabtu bla heda għall-ħelsien ta’ arthom u għall-missjoni tal-Partit Laburista. Il-ħidma taż-żgħażagħ, fi prova ta’ qlubija u determinazzjoni fil-mument meta arthom kienet teħtieġhom l-aktar, tibqa’ mfakkra f ’dan il-jum iddedikat liż-żgħażagħ Soċjalisti.” Maria Ellul mill-Forum Żgħażagħ Laburisti (FŻL) hekk riedet tfakkar dan l-anniversarju meta 100 żagħżugħ intefgħu l-Ħabs wara li kienu minn ta’ quddiem fl-irvellijiet li seħħew kontra l-Gvern kolonjali ta’ dak iż-żmien b’sagrifiċċju għall-ħelsien tagħhom u ta’ ġensna. “Aħna ngawdu dak kollu li għandna llum frott tal-ħidma ta’ dawk ta’ qabilna. Filfatt, l-istorja taż-żgħażagħ Soċjalisti turi diversi avvenimenti fejn dawn ma beżgħux jitkellmu dwar dak li kienu jemmnu fih. Wieħed minn dawn l-avvenimenti, li għadu magħruf sal-lum il-ġurnata bħala ‘Jum iż-Żgħażagħ Soċjalisti’, hu l-istrajk nazzjonali t’April 1958 – ġest mimli għadab u qawwa fejn iż-żgħażagħ kienu protagonisti biex jiddefendu d-dinjità tagħhom u isem pajjiżna,” saħqet Ellul. Hi kompliet li, minkejja li ż-żmien inbidel, ir-rieda għall-bidla kif ukoll l-element ta’ kburija f ’dak li temmen fih għandu jibqa’ jixgħel f ’kull wieħed u waħda miż-żgħażagħ Soċjalisti tal-lum. “Tul is-snin, f ’diversi okkażjonijiet konna fuq in-naħa t-tajba tal-istorja, u xhieda ta’ dan huma d-diversi kisbiet li ġibna tul iż-żmien kemm fl-aħħar snin kif ukoll storikament. B’hekk, għandna ħafna biex inkunu kburin.” F’Jannar li ġej il-fergħa taż-żgħażagħ fi ħdan il-Partit Laburista se tagħlaq 70 sena mit-twelid tagħha. Dan il-jum wasal 30 sena biss wara t-twaqqif tal-Partit Laburista nnifsu u juri kemm minn kmieni l-Partit tal-Ħaddiema għaraf li ż-żgħażagħ kellhom ikunu fiċ-ċentru tal-ħidma politika tiegħu, xi ħaġa li għadha ta’ importanza sal-ġurnata tal-lum. “Kienu ż-żgħażagħ stess, sa mit-twaqqif tal-Labour League of Youth, li ħadmu qatigħ biex iwasslu l-messaġġ tal-Partit Laburista f ’kull raħal u belt. Minkejja li ż-żgħażagħ ġew emarġinati, iddiskriminati u mkasbrin f ’dawk iż-żminijiet u wara, xorta ma beżgħu qatt mill-preġudizzji soċjali. Sodi fit-twemmin tagħhom, stinkaw favur il-valuri tagħhom fejn kulħadd hu ħieles li jħaddan it-twemmin li jrid. Sal-lum il-ġurnata nibqgħu kburin,” kompliet iż-żagħżugħa, waqt li nsistiet li l-attakki personali mmirati lejn it-twemmin politiku m’għadhomx f ’posthom illum il-ġurnata. “Iż-żebliħ tat-twemmin politiku ta’ persuna ma jistax jibqa’ jiġi ttollerat u aħna nemmnu li permezz ta’ din il-bidla fil-mentalità, ħa jkun hemm aktar nies li jersqu lejn il-politika.” Dawn il-ġrajjiet u oħrajn li ġew wara huma l-istorja ħajja tal-ħafna żgħażagħ li permezz tal-ħidma tagħhom rawmu u kattru l-prinċipji Laburisti li sawru l-ideali li għadhom jitħaddnu llum. Ellul temmet tgħid mal-KullĦadd li “b’aktar grinta u determinazzjoni nħarsu ’l quddiem biex inkomplu nibnu fuq dak li sar s’issa. Iż-żgħażagħ mhumiex biss mera tal-passat, iżda wkoll il-futur ta’ dan il-Partit, li sa mill-bidu tiegħu ta widen u importanza lill-ħidma żagħżugħa.”

Kienu ż-żgħażagħ stess, sa mit-twaqqif tal-Labour League of Youth, li ħadmu qatigħ biex iwasslu l-messaġġ tal-Partit Laburista f’kull raħal u belt. Minkejja li ż-żgħażagħ ġew emarġinati, iddiskriminati u mkasbrin f’dawk iż-żminijiet u wara, xorta ma beżgħu qatt mill-preġudizzji soċjali. Sodi fit-twemmin tagħhom, stinkaw favur il-valuri tagħhom fejn kulħadd ħieles li jħaddan it-twemmin li jrid. Sal-lum il-ġurnata nibqgħu kburin


09

26.04.2020

kullhadd.com

FIL-BIDU TAL-2020 TĦAWLU 3,123 SIĠRA …AVOLJA FL-2019 INSTERQU 68 SIĠRA B’VALUR TA’ €2,416

li

hu

Wieħed mill-fatturi li jgħollu l-livell tal-benesseri tas-soċjetà huwa bla dubju l-ambjent ta’ madwarna. B’rabta ma’ livell tajjeb ta’ għajxien, poplu li jgħix f ’ambjent nadif u ambjent xieraq huwa poplu kuntent. U dan huwa rifless fil-Manifest Elettorali tal-Partit Laburista li l-ambjent jingħata prijorità għaliex dan il-qasam huwa wieħed li jagħmel qabża fil-kwalità f ’pajjiżna. Hawnhekk fejn tidħol Infras­ tructure Malta li qed tagħmel ħilitha kollha biex issebbaħ ilpajjiż bit-taħwil ta’ siġar indi­ġeni. Minn meta nediet il-prog­ramm nazzjonali ta’ taħwil ta’ siġar fl2019, l-aġenzija s’issa żiedet aktar minn 11,800 siġra indiġena fi 80 post differenti fil-ġnub tat-toroq u f ’siti oħrajn urbani u rurali f ’Malta. Fl-2019 biss, ħawlet 8,719-il siġra indi­ġena ġdida f ’40 post differenti madwar Malta. Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena diġà tħawlu 3,123 siġra f ’40 post f ’Malta. Infrastructure Malta qed timmira li fix-xhur li ġejjin testendi din l-inizjattiva għal diversi nħawi oħrajn biex taqbeż it-total ta’ 8,719 siġra li ħawlet is-sena li għaddiet. Fl-2019, Infrastructure Malta ħawlet aktar siġar f ’Malta minn kull organizzazzjoni governattiva, volontarja jew privata oħra. Permezz ta’ dan l-impenn ambjentali u investiment ta’ miljuni, l-aġenzija kkuntrattat ukoll is-servizzi meħtieġa biex tibqa’ ssaqqi u tieħu ħsieb dawn is-siġar għal diversi snin, sakemm jaqbdu sew fl-ambjent ġdid tagħhom. Jekk ikun hemm xi siġar ġodda li jmutu jew issirilhom xi ħsara, Infrastructure Malta tibdilhom permezz ta’ programm ta’ ħarsien u manutenzjoni. Madwar is-siġar li tħawlu din is-sena, tħawlu wkoll mal-1,800 arbuxell ta’ speċi differenti, li wħud minnhom jistgħu anke jiġu kkurati biex jikbru f ’siġar. Ħafna mit-taħwil tas-siġar ġodda matul l-aħħar tliet xhur sar f ’żoni li huma msebbħin bissiġar u l-pjanti u nħawi oħrajn imħaddrin tul toroq arterjali u sekondarji eżistenti jew f ’toroq ġodda li qed jinbnew permezz tal-proġetti li qed twettaq l-aġenzija. Fost oħrajn, fi Frar u Marzu, Infrastructure Malta żiedet 84 siġra tul Triq Ħal Qormi u Triq San Tumas, fir-rotta bejn Ħal Qormi u Ħal Luqa, wara li bniethom mill-ġdid. Żiedet ukoll 196 u 120 siġra oħra fil-ġnub tat-

Mis-sena l-oħra Infrastructure Malta żiedet 11,800 siġra indiġena fi 80 post

triq fit-Telgħa t’Alla u Ommu, fin-Naxxar u fi Triq l-Imdina, Ħal Qormi. Aktar siġar tħawlu f ’siti li ġew proposti mill-pubbliku wara li wieġbu għall-appell li sar mill-aġenzija aktar kmieni din is-sena biex jagħmlu suġġerimenti simili. Meta varat din l-inizjattiva fis-sajf tal-2019, l-aġenzija kienet stiednet ukoll lill-Kunsilli Lokali, Għaqdiet Mhux Governattivi u entitajiet oħrajn biex jipproponu nħawi differenti li setgħu jiġu msebbħin b’siġar u arbuxell ġodda. Permezz ta’ din is-sejħa, Infrastructure Malta issa qed taħdem ma’ diversi Kunsilli lokali u organizzazzjonijiet volontarji biex tidentifika postijiet ġodda għat-taħwil tas-siġar. F’Santa Luċija, din is-sena l-aġenzija ħawlet aktar minn 1,000 siġra fi 11-il triq. Permezz ta’ kollaborazzjonijiet simili, l-aġenzija żiedet ukoll mal-145 siġra f ’Ħ’Attard u f ’Ħal Balzan. Infrastructure Malta qed tħawwel ukoll 580 siġra oħra f ’dawn iżżewġ lokalitajiet u f ’Birkirkara, matul ir-rotta ta’ toroq arterjali li qed ittejjeb bħalissa permezz tas-Central Link Project. L-arboristi ta’ Infrastructure Malta qegħdin jagħżlu s-siġar għal kull sit minn varjetà ta’ 30 speċi ta’ siġar indiġeni, li jinkludu l-bruka, iż-żebbuġ, iċ-ċipress, il-ġummar, id-deru, il-ballut, iż-żnuber, ir-riħan, tal-Għargħar (is-siġra nazzjonali), il-ħarrub u speċi oħrajn. Anke meta jkunu qed jippjanaw toroq ġodda, il-periti tal-aġenzija qegħdin jagħmlu l-almu tagħhom biex jiddedikaw kemm jistgħu spazju għal żoni ta’ tisbiħ bis-siġar u l-pjanti jew

għall-afforestazzjoni. F’dan kollu mhux biss qed isir tajjeb għal dawk is-siġar li jkun hemm bżonn jiġu mħawlin xi mkien ieħor jew jitneħħew minħabba proġetti ġodda imma qegħdin jiżdiedu ammonti b’mijiet aktar ta’ siġar, biex dawn l-inħawi jitħaddru aktar milli kienu qabel, u l-infrastruttura tkun ħafna aktar sostenibbli. B’dan l-impenn, u permezz tat-titjib fil-kwalità tal-ajra b’investimenti oħrajn fosthom il-Marsa Junction Project u l-Grand Harbour Clean Air Project, Infrastructure Malta qed tistabbilixxi ruħha bħala l-entità governattiva li qed twettaq l-aktar pjan ta’ benefiċċju u effettiv għal ambjent aħjar f ’Malta. Infrastructure Malta tistieden ukoll individwi u organizzazzjonijiet li jkunu jridu jissuġġerixxu spazji pubbliċi biex jiġu kkunsidrati mill-arboristi tagħha ħalli jitħawlu fihom siġar ġodda biex jinfurmawha permezz ta’ email fuq sigar.im@infrastructuremalta.com. Intant, mhux kulħadd japprezza x-xogħol li qed isir. Fosthom dawk li tikolhom idejhom u jaraw kif jagħmlu u jaqilgħu siġar li jkunu tħawlu f ’postijiet pubbliċi. Fil-fatt fl-2019, mit-8,719-il siġra indiġena ġdida f ’40 post differenti madwar Malta, insterqu 68 siġra ta’ speċi differ­enti minn sitt postijiet varji li jammontaw għal €2,416. Dawn insterqu minn żewġ postijiet fil-Mosta, minn Ħal Safi, mir-Rabat, minn Birżebbuġa u miż-Żejtun. Is-sitt każi ta’ serq ġew irrappurtati lill-Pulizija waqt li Infrastructure Malta reġgħet ħawlet siġar oħrajn flok dawk li nsterqu.



11

26.04.2020

kullhadd.com

STIMA KBIRA LEJN L-ANNIMALI IL-KONFERMA MIS-SUPRETENDENT TAS-SAĦĦA PUBBLIKA LI L-GROOMING JISTA’ JIBQA’ JINGĦATA NTLAQGĦET B’MOD POŻITTIV ĦAFNA MIS-SIDIEN TAL-PETS DAQSKEMM MINN MIN JOFFRI S-SERVIZZ Wara diversi jiem ta’ inċertezza b’riżultat ta’ interpretazzjonijiet konflinġenti, l-annimali fid-djar u s-sidien tagħhom ħadu nifs ta’ solliev hekk kif ġie kkonfermat li s-servizz ta’ grooming, partikolarment għall-klieb u l-qtates, jista’ jibqa’ jingħata sakemm jittieħdu l-miżuri neċessarji ta’ prekawzjoni. Din il-gazzetta talbet ukoll ir-reazzjoni ta’ waħda mill-aktar groomers imfittxijin f ’pajjiżna, li saħqet li din kienet prova ta’ kemm l-awtoritajiet tassew għandhom stima u rispett lejn “l-akbar ħbieb tal-bniedem”. Fil-bulettin mediku tagħ­ha ta’ nhar it-Tlieta li għadda, is-Supretendent tas-Saħħa Pubbli­ ka l-Professur Charmaine Gauci ntalbet mill-ġurnalista ta’ ONE News biex tiċċara jekk dawk li joffru servizzi ta’ grooming humiex qed jiksru xi liġi meta jagħmlu dan mingħajr ma jiftħu l-ħwienet tagħhom għall-pubbliku. Il-Professur għamlitha ċara li t-tali servizz jista’ jibqa’ għaddej: “Il-grooming servi­ces ma kinux fost dawk is-servizzi li twaqqfu permezz tal-avviż legali allura hemmhekk jistgħu jibqgħu għaddejjin.” Minkejja dan, għamlet enfasi li dawn iridu jos­servaw xorta waħda r-regolamenti bażiċi li jiġu rakkomandati ripetutament, partikolarment il-miżura ta’ distanza minn persuna għal oħra. Fil-ħanut tagħha f ’Ħal Qor­ mi, iltqajna mal-groomer Maria Jenkins imfittxija minn ħafna li għandhom għal qalbhom il-pets tagħhom. “Mhux biss ħadt pjaċir meta l-affarijiet ġew iċċarati għallġid tal-annimali u ħassejt li, bid-deċiżjoni tagħhom, l-awto­ ri­tajiet għand­hom rispett lejn l-annimali. Ħassejt li din kienet prova li fl-aħħar qegħdin jiġu kkalkulati d-drittijiet tal-anni­ mali,” saħqet Jenkins. Hi bagħtet ukoll messaġġ lil dawk ix-xettiċi li ma jemmnux li dan huwa xi servizz essenzjali, forsi għax ma jrabbux annimali fi djarhom. “Jien nisħaq kontinwament li, għall-annimali, il-grooming mhux kapriċċ, mhux biss kwistjoni ta’ sbuħija. Fuq kollox hi kwistjoni ta’ iġje­

Il-groomer Maria Jenkins tisħaq li s-servizz li jingħata wkoll jevita tbatija lil ċerti annimali, partikolarment fid-dwiefer u l-ġilda (xellug), każi li tiltaqa’ regolarment magħhom fix-xogħol tagħha ne. Ma nistax ngħid li m’hawnx sidien ta’ pets tar-razza li jfittxu s-servizz tagħna għad-dehra, bi mxit, ħasil u tnixxif professjo­ nali u qtugħ bl-imqass biex jiġu qishom tal-istampi. Minkejja dan, hemm dawk ukoll il-klieb u qtates li jbatu b’kundizzjonijiet tal-ġilda u li allura jkollhom imorru regolarment għand il-groomers biex ma jkollhomx problemi bl-għoqiedi u/jew pil maħmuġ. Id-dwiefer tagħhom ukoll jeħtieġu l-kura, għax jekk ma jiġux ittrimmjati, jidħlulhom fil-pali ta’ saqajhom u faċilment jiġu bżonn vet minħabba materja li titrabbielhom b’konsegwenza t’hekk. “Fil-ħajja tal-lum nirringrazzjaw li teżisti kuxjenza akbar u ħafna nies tgħallmet kif għandha tistma tajjeb lill-pets u ma tħallihomx maħmuġin, fgati fl-għoqiedi jew inkella agħar bilbriegħed u l-qurdien,” kompliet

ra­t għall-Ħarsien tal-Annimali, magħruf ukoll bħala l-Animal Welfare, li mhux biss ma qatgħet xejn, imma kompliet tespandi fis-servizzi. Dwar ix-xogħol tad-Direttorat fis-sitwazzzjoni attwali tlabna lid-Direttur Noel Montebello biex jelabora. Hu stqarr li d-Direttorat tiegħu jaħdem kontinwament biex joffri servizz effiċjenti u qed jara wkoll kif iwassal kull informazzjoni u għajnuna li l-poplu Malti u Għawdxi jistenna f ’dak kollu li għandu x’jaqsam mal-ħarsien tal-annimali f ’pajjiżna, mhux l-inqas fiċ-ċirkostanzi tal-lum. “Iż-żminijiet diffiċli li għad­ dej­jin minnhom, bħall-kumpla­ ment tad-dinja, ma waqqfux Servizz speċjali lid-Direttorat milli jissokta mill-Animal Welfare bil-ħidma normali tiegħu, anzi Ħidma oħra importanti b’risq saħansitra qed jgħin ukoll lil l-annimali f ’pajjiżna baqgħet dawk il-persuni li jintlaqtu diretgħaddejja wkoll mid-Diretto- tament minħabba l-COVID-19.

tgħidilna Jenkins, waqt li saħqet li għandna dejjem inkunu l-leħen biex inkomplu nqajmu kuxjenza għall-ħarsien tal-annimali kollha kemm huma. “Għalhekk, inqis li s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika tat eżempju ċar ta’ kemm huma stmati l-annimali. Żgur m’għandix kliem biex nirringrazzja lilha u lill-awtoritajiet kollha talli ma warrbux fil-ġenb il-bżonn tal-kura ta’ dawn il-ħbieb ta’ eluf ta’ familji, partikolarment dawk fi bżonn ta’ kura speċjaliz­zata. “Jien nista’ ngħid u nikkonferma x’nara ta’ kuljum u kemm hi bżonjuża din il-kura,” temmet tgħidilna l-groomer.

“Fil-fatt id-Direttorat nieda inizjattiva biex ikun ta’ appoġġ lil dawk is-sidien ta’ xi kelb jew qattus u li jgħixu f ’darhom waħedhom. F’każ li dawn il-persuni jeħtiġilhom li jiġu rikoverati fl-Isptar minħabba l-virus inkwistjoni, id-Direttorat qed joffri li jżomm u jieħu ħsieb dawn l-annimali, b’mod temporanju, sakemm il-persuna tirritorna lura f ’darha. Għal aktar informazzjoni dwar dan is-servizz wieħed jista’ jagħmel kuntatt direttament mal-uffiċjali tad-Direttorat billi jċempel fuq in-numru 1717,” tenna Montebello. Is-servizz telefoniku, li jin­ għa­ta 24 siegħa kuljum, se jkom­ p­li jaqdi l-funzjoni ta’ one stop shop b’mod regolari u jista’ wkoll jintuża biex wieħed jitlob informazzjoni jew jgħaddi rapporti marbutin mal-ħarsien tal-annimali f ’pajjiżna.


12

26.04.2020

kullhadd.com

Il-Gvern Malti permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol kien minn tal-ewwel li ħares lejn is-settur tal-edukazzjoni fl-isfond tal-imxija tal-COVID-19 u ra li jittieħdu l-miżuri meħtieġa mhux biss biex tkun imħarsa saħħet l-istudenti wliedna u l-edukaturi, imma wkoll biex jiżgura li t-tagħlim jibqa’ jingħata, skont ic-cirkostanzi. Mal-ewwel ġimgħa li l-Awtoritajiet tasSaħħa bdew jimplimentaw miżuri biex jilqgħu t-tixrid tal-Coronavirus, il-Ministeru għalaq mall-ewwel l-iskejjel. Imma dan il-pass kien immedjatament segwit bil-formazzjoni ta’ Grupp ta’ Ħidma magħmul minn rappreżentanti mit-tliet setturi: l-Istat, il-Knisja u l-iskejjel indipendenti, flimkien mal-Malta Union of Teachers (l-MUT). Ħidma sfiqa ta’ dan il-grupp wasslet għal koordinament bla preċedent kemm mill-imsieħba kollha imma wkoll midDipartimenti kollha fil-Ministeru biex illum l-istudenti kollha ta’ kull livell qed ikomplu bit-tagħlim tagħhom b’sistemi online. Biex jagħmlu dan, l-istudenti qed jagħmlu użu mit-tablets, miżura li ttieħdet minn dan il-Gvern meta ta tablets b’xejn lill-istudenti. L-edukaturi wkoll mill-ewwel intefgħu b’ruħhom u b’ġisimhom biex permezz tat-teknoloġija tal-informatika jkomplu għaddejjin bil-lezzjonijiet, assessments, xogħol u tagħlim. Kien hemm pakkett sħiħ ta’ miżuri li ttieħdu u wkoll sistemi li ġew implimentati, fosthom Pjan Nazzjonali li tpoġġa quddiem l-istudenti u l-edukaturi mill-ewwel u li jindirizza mistoqsijiet dwar kif se tkompli s-sena skolastika u li għandha twassal għall-ftuħ tas-sena skolastika li jmiss. Dan il-Pjan Nazzjonali jħares lejn l-aspetti kollha tas-settur edukattiv, inkluż kif se jsiru l-eżamijiet, kif se jsir id-dħul fl-istituzzjonijiet edukattivi u wkoll kif student se jitla’ minn sena għal oħra fis-sistema edukattiva. Il-miżuri meħuda mill-Ministeru għall-Edukazzjoni kien imfaħħar minn kulħadd u huwa frott ta’ diskussjoni mal-imsieħba kollha fis-settur li rat il-ġid tal-istudent fuq quddiem nett. Lezzjonijiet onlajn It-tagħlim onlajn f ’pajjiżna għaddej ġmielu. Dan għandu l-appoġġ ta’ għajnuna kontinwa kemm għall-edukaturi li stembħu f ’atmosfera differenti ta’ tagħlim – ferm differenti mit-tagħlim tradizzjonali fi klassi – u wkoll għall-istudenti u l-ġenituri tagħhom. Siti differenti qed ikunu aġġornati kuljum biex kemm l-edukaturi u wkoll l-istudenti jkollhom sors ta’ informazzjoni li jikkumplimenta l-kurrikulu skolastiku. Hemm repożitorju tar-riżorsi edukattivi li wkoll qed jiġi aġġornat kontinwament. L-użu ta’ mudell ta’ tweġibiet u skemi ta’ mmarkar, speċjalment għal studenti kbar fl-età, huwa għodda ta’ valur biex l-istudenti jkunu jistgħu jagħmlu

Ritratt: JEREMY WONNACOTT / DOI

MINN TAL-EWWEL F’TEĦID TA’ MIŻURI FAVUR L-EDUKAZZJONI

evalwazzjoni huma stess ta’ xogħolhom. Għalhekk it-taqsima Exam Papers fuq www.curriculum.gov.mt tipprovdi wkoll ammont kbir ta’ karti tal-passat u skemi ta’ mmarkar għall-eżamijiet nazzjonali annwali tal-iskejjel statali. Dawn huma disponibbli b’xejn għall-istudenti kollha mis-setturi kollha. Imma biex dejjem ikompli jingħata servizz mill-aqwa, anki dan is-sit qed jiġi aġġornat. Inħoloq ukoll helpline dedikat, 25981000, li qiegħed hemm għal dawk kollha li jkollhom bżonn għajnuna, li tingħata minn esperti u professjonisti.

ikunu provduti kompjuters, laptops jew tablets lil dawk l-istudenti vulnerabbli li m’għandhomx u għalhekk b’din l-għajnuna dawn ikunu jistgħu jkomplu bittagħlim tagħhom onlajn. Kien hemm ukoll kumpaniji privati li għenu. Spikkaw ukoll għotja ta’ xahar mill-onorarja tiegħu tal-Kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Justin Schembri li flimkien ma’ xahar paga tal-Ministru Owen Bonnici stess marru għal dawk it-tfal fi bżonn. Fiċ-ċirkostanzi li ninsabu fihom ilMinisteru ried jara li l-ebda tifel jew tifla ma jbatu intortament fis-settur edukattiv.

Tablets, laptops u kompjuters

Miżuri fir-Renju Unit

Fiċ-ċentru ta’ dan kollu hemm ovvjament it-teknoloġija tal-informatika. Imma anki hawn il-miżuri meħuda mill-Ministeru għall-Edukazzjoni kienu immedjati fejn jidħlu studenti li ġejjin minn familji vulnerabbli. Mhux biss ittieħdu passi biex dawn l-istudenti jkunu provduti b’servizz ta’ internet b’xejn, imma l-Ministeru ra wkoll li dawn ikollhom mezz teknoloġiku biex ikunu fuq l-istess livell ta’ sħabhom l-istudenti u ma jħossuhomx anqas minnhom. Ovvjament il-Ministeru ried li t-tagħlim onlajn jasal għand kull wieħed u waħda mill-istudenti. Hawnhekk, il-Ministeru mhux biss għamel ħiltu kollha, imma ġabar miegħu wkoll kumpaniji privati u wkoll individwi li għenu f ’din il-ħidma. Tajjeb jingħad li fost dawn, kien hemm donazzjoni mill-Programm ta’ Ċittadinanza b’Investiment li marret ukoll biex

Il-miżuri meħuda f ’pajjiżna ttieħdu mill-ewwel u bdew il-frott tagħhom mill-ewwel. Pajjiżi oħra bdew jieħdu dawn il-miżuri ġimgħat sħaħ wara li tpoġġew f ’posthom il-miżuri fis-settur edukattiv Malti. Proprju din il-ġimgħa aħbar prinċipali fir-Renju Unit kienet li fis-settur edukattiv kienu se jiddaħħlu eżatt il-miżuri li daħħal il-Gvern Malti ġimgħat ilu. Il-BBC jirrapporta li d-Dipartiment tal-Edukazzjoni fir-Renju Unit proprju tard din il-ġimgħa ħareġ b’miżura biex jgħin lill-ġenituri fit-tagħlim fid-djar, li f ’Malta ttieħdet mal-ewwel jiem li faqqgħet il-COVID-19. Imma bil-kontra ta’ kif ġara f ’pajjiżna, l-għajnuna għal studenti vulnerabbli mhix daqstant mifruxa. Se jingħataw b’self laptops jew tablets lil studenti ta’ 15-il sena li m’għandhomx dawn il-mezzi. M’hemm l-ebda numru speċifikat ta’

laptops li huma disponibbli imma se jkun fuq għażla tal-iskejjel jew l-awtoritajiet lokali li jagħżlu liema studenti se jingħataw din l-għajnuna. Bħalma għamel il-Gvern Malti, fir-Renju Unit ukoll se jingħataw numru limitat ta’ routers biex jgħinu familji ħalli jaċċessaw l-internet. Paul Whiteman, li jmexxi l-Assoċjazzjoni Ingliża tal-Kapijiet tal-Iskejjel qal li għad hemm sfidi loġistiċi sinifikanti dwar din l-iskema ta’ sapport, fuq quddiem nett id-dewmien previst fl-akkwist u l-ikkonsenjar tal-apparat lill-istudenti. F’Malta dan mhuwiex il-każ. B’hekk tispikka ferm l-azzjoni immedjata tal-Gvern Malti permezz tal-Ministeru għall-Edukazzjoni, li wasslet biex is-settur edukattiv ikompli għaddej skont iċ-ċirkostanzi, u kull student u studenta u kull edukatur u edukatriċi f ’kull livell isibu l-appoġġ u s-sostenn kontinwu f ’din l-esperjenza skolastika straordinarja.

Il-miżuri meħudin mill-Ministeru għall-Edukazzjoni ġew imfaħħrin minn kulħadd u huma frott ta’ diskussjoni mal-imsieħba soċjali fis-settur


13

26.04.2020

kullhadd.com

€95 MILJUN F’CHILDCARE B’XEJN S’ISSA Sal-aħħar ta’ Frar li għadda l-Gvern kien ħallas bi ftit aktar minn €95 miljun biex jingħataw is-servizzi ta’ childcare b’xejn lill-familji Maltin u Għawdxin mindu s-servizz ġie introdott f ’April ta’ sitt snin ilu. L-iskema, li kienet ġiet imwiegħda fil-manifest elettorali Laburista tal2013, tipprovdi servizzi b’xejn lil dawk il-ġenituri jew persuni b’kustodja ta’ tfal li jinsabu f ’impjieg jew qed jissoktaw bl-edukazzjoni tagħhom. Għaldaqstant l-iskema, li tiġi pprovduta minn aktar minn 150 childcare centres li jeżistu llum, għandha l-għan li tgħin lill-familji jiksbu l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja. Waqt li nhar it-Tlieta li għadda kien qed iwieġeb mistoqsija Parlamentari mid-Deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo, il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici elenka l-ispejjeż li l-Gvern kellu jagħmel taj­ jeb għalihom kull sena f ’dan ir-rigward. Fis-sena li għaddiet waħedha t-tali ħlasijiet, li baqgħu jiżdiedu sena wara oħra ladarba d-domanda baqgħet dej­jem tiżdied, ammontaw għal xejn inqas minn €26,450,000. Mill-ewwel indikazzjonijiet, jidher li t-tali ammont għandu jerġa’ jinqabeż din is-sena li ninsabu fiha, tant li l-ispiża mill-bidu tas-sena sal-aħħar ta’ Frar kienet ta’ ftit inqas minn €5 miljun. Hawn taħt hi l-lista kollha kif ippre­ żentata mill-Ministru fil-Parlament:

SENA

SPIŻA

2014* €5.2m. 2015 €10m. 2016 €12.6m. 2017 €15.6m. 2018 €20.47m. 2019 €26.45m. 2020** €4.73m. * mill-1 t’April sal-31 ta’ Diċembru **mill-1 ta’ Jannar sad-29 ta’ Frar

€30 MILJUN FI TRASPORT TAL-ISKEJJEL Fi tweġiba għal mistoqsija oħra Parla­ mentari tad-Deputat Ivan Bartolo, il-Ministru Owen Bonnici żvela li matul is-sena skolastika 2018/2019 il-Gvern nefaq ftit iżjed minn €30 miljun biex l-iskejjel kollha fil-pajjiż ikollhom ittras­port b’xejn għall-istudenti tagħhom. Waqt li skejjel statali minn dejjem kell­hom tali servizz għal studenti li joqogħdu iżjed minn kilometru bogħod mill-iskola, mill-2018 dan beda jingħata wkoll lil dawk li jattendu skejjel tal-Knisja u indipendenti, fejn ġenituri kienu jħallsu sa €700 kull wild.

F’nofs il-Kolossew “Malti”, waħda mix-xeni famużi fil-blockbuster, li se jagħlaq 20 sena mindu ħareġ għall-wiri

IMPRESSJONATA BIS-SETT F’MALTA L-ATTRIĊI CONNIE NIELSEN, FOST IL-PROTAGONISTI FI GLADIATOR, GĦADHA BIN-NOSTALĠIJA TAL-ĠBID FOSTNA TAL-FILM TA’ RIDLEY SCOTT FL-20 ANNIVERSARJU MILL-ĦRUĠ TIEGĦU FIS-SWALI ĊINEMATOGRAFIĊI

Waqt li l-film ċelebri Gladiator ix-xahar li ġej se jkun qed jagħlaq 20 sena mindu ħareġ għall-wiri l-ewwel darba, l-attriċi Connie Nielsen, li kienet fost il-protagonisti flimkien ma’ Russell Crowe, Joaquin Phoenix u Oliver Reed, irrakkontat kif l-isbaħ mument tagħha kien fuq is-sett ta’ Malta u proprju mindu rifset l-għatba tal-Forti Rikażli fil-Kalkara. F’intervista li tat riċentement, l-attriċi ta’ 54 sena, li fil-film kellha l-parti ta’ Lucilla, bint l-Imperatur Marcus Aurelius, stqarret li appena rat dak li d-direttur Ridley Scott kien irnexxielu joħloq f ’Malta, ħalliha bla kliem. “L-isbaħ memorja li għandi hi meta wasalt fil-Forti f ’Malta. (Ridley Scott) kien ġej jiltaqa’ miegħi f ’nofs din il-pjazza, li kienet quddiem ir-riproduzzjoni tal-Kolossew. Bħas-soltu kien qed igerrem is-sigarru tiegħu, jitbissem u jidher kuntent ħafna f ’nofs din l-istruttura ġganteska. Hu beda jurini x’kienu qed jagħmlu, imma jien ma stajtx nitkellem u kont ixxukkjata bis-sbuħija ta’ dak li hu u t-tim tiegħu rnexxielhom joħolqu.” Gladiator, li kien inġibed f ’Malta fl-1999 u kien wieħed mill-akbar produzzjonijiet li qatt inġibdu hawnhekk, ħalla marka fuq l-industrija lokali. Mitlub mill-KullĦadd biex jikkummenta dwar dan, il-Kummissarju tal-Films

L-attriċi Connie Nielsen wiċċ imb wiċċ mal-attur prinċipali Russell Crowe Johann Grech stqarr: “Ninsab kburi li Malta ospitat il-partijiet prinċipali ta’ dan il-blockbuster fejn għal darb’oħra wrejna l-versatilità li joffri pajjiżna fl-industrija talfilms, kif ukoll il-livell mill-aqwa li noffru bħala crew u nies ta’ kostruzzjoni tas-settijiet tal-films.” Minbarra x-xeni li nġibdu fil-Belt Valletta u l-Birgu, fil-Forti Rikażli nbnew settijiet kemm tal-Kolossew kif ukoll ta’ palazz tipikament Ruman u l-iskola tal-glad­jaturi.

Anke jekk il-film inġibed ukoll fl-Ingilterra, fil-Marokk u fl-Italja, il-partijiet prinċipali nġibdu fostna fuq perjodu ta’ madwar 10 ġimgħat fejn intużaw ’il fuq minn 7,000 extra. Minbarra hekk, il-ġbid f ’Malta tax-xeni ta’ dan il-blockbuster ta’ iżjed minn $460 miljun mill-box office se jibqa’ magħruf għall-mewt tal-attur famuż Oliver Reed, waqt li kien qed jixrob f ’pub fi Triq l-Arċisqof fil-Belt.


14

26.04.2020

kullhadd.com

IL-ĦARSIEN TAL-AĦJAR UŻU TAL-FONDI EWROPEJ L-Avukat Stefan Zrinzo Azzopardi għandu 46 sena, miżżewweġ u missier ta’ żewġ ulied. Huwa ilu attiv fil-Partit Laburista mis-snin 90 meta beda jieħu sehem fi programmi fuq l-istazzjonijiet tal-Partit. Tul dawn is-snin kollha, Stefan Zrinzo Azzopardi ra lill-Partit Laburista jevolvi fil-ħidma tiegħu u fil-mod kif jorganizza lilu nnifsu biex sar partit li kiseb appoġġ b’saħħtu ħafna u li rebaħ elezzjoni ġenerali wara l-oħra, elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u elezzjonijiet lokali b’marġni ta’ voti li qatt ma rajna bħalhom fl-istorja politika Maltija. Fis-sena 2008 kien fdat bil-proċess ta’ aġġornament tal-istatut tal-Partit. Fis-snin preċedenti l-elezzjoni ġenerali ta’ Marzu 2013, Stefan Zrinzo Azzopardi kien President tal-Partit Laburista fejn ħadem fuq ir-riformi kbar li saru fi ħdanu kif ukoll fit-tfassil tal-viżjoni politika tal-Partit, l-istrateġija u t-tħejjijiet kollha għal meta l-Partit ikun fil-gvern. Stefan Zrinzo Azzopardi kkontesta l-elezzjoni ġenerali tal2017 u ġie elett mill-ħames distrett elettorali. F’Jannar li għadda huwa nħatar mill-Prim Ministru Robert Abela bħala Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej fi ħdan il-Ministeru tal-Affarijiet Barranin u Ewropej immexxi minn Evarist Bartolo. Bħala Membru Parlamentari okkupa l-kariga ta’ Chairman tal-Kumitat li jikkunsidra l-Abbozzi ta’ Liġijiet. Huwa membru fil-Kumitat Parlamentari dwar l-Affarijiet Barranin u nħatar ukoll membru tad-delegazzjoni Parlamentari Maltija għall-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa.

X’kienu l-ewwel passi li ħadt hekk kif dħalt għallewwel impenji tiegħek f ’dan is-Segretarjat Parlamentari? L-ewwel passi kienu li ngħarbel x’inhi s-sitwazzjoni tal-użu tal-fondi Ewropej li kienu ġew allokati u li nara li l-miri mfassla jintlaħqu kollha. Minkejja li l-baġit tal-Unjoni Ewropea li għandna bħalissa jiskadi fl-aħħar ta’ din is-sena, il-Kummissjoni Ewropea tagħti ċans lill-pajjiżi membri biex jutilizzaw il-fondi li jkunu ngħataw sa tmiem l-2023. Għalhekk f ’dawn is-sentejn għandna prijorità ewlenija li nsegwu mill-qrib l-andament ta’ kull proġett li qed isir f ’Malta u f ’Għawdex, kemm mill-Gvern, l-entitajiet tiegħu u anke mill-privat u organizzazzjonijiet mhux governattivi biex ikun żgurat li l-proġetti qed javvanzaw kif mistenni ħalli jitlestew fil-ħin u kemm jista’ jkun kif ippjanat. Kien għalhekk li bdejna ħidma mat-taqsimiet kollha ta’ dan id-dekasteru u anke mal-ministeri li qed iwettqu proġetti fejn hemm involuti fondi Ewropej

biex flimkien naraw li dak li ġie pjanat u programmat iseħħ. Qiegħed jitwettaq proċess biex naraw li fejn hemm diffikultajiet jew sfidi fl-implimentazzjoni dawn jiġu megħluba. It-taqsimiet diversi tad-dekasteru tiegħi jaħdmu bla heda biex jaraw li l-fondi Ewropej qed jintużaw tajjeb, fil-ħin u skont ir-regolamenti. Is-sorveljanza fuq kif qed jintefqu l-flus tal-Unjoni Ewropea fil-proġetti Maltin hija proċess kontinwu għaliex l-Unjoni Ewropea għandha mekkaniżmu mill-aktar rigoruż ta’ kif tagħmel l-awditjar ta’ dawn il-proġetti. Għalhekk il-proċessi ta’ sorveljanza huma importanti ferm li jkunu ta’ livell għoli. Hekk kif inħatar il-Gvern il-ġdid immexxi minn Robert Abela fil-15 ta’ Jannar, il-Gvern mill-ewwel beda ħidma biex iniedi sensiela ta’ riformi istituzzjonali biex tissaħħaħ il-governanza u s-saltna tad-dritt f ’pajjiżna. X’kien is-sehem tiegħek f ’dan kollu?

Il-Prim Ministru Robert Abela poġġa t-tisħiħ tal-governanza f ’pajjiżna bħala waħda mill-aktar miri importanti fil-ħidma talGvern. Mill-ewwel ġranet ħatar kumitat tal-kabinett li tiegħu jiena membru li qed jittratta fuq bidliet li ilhom meħtieġa. Bdejna mill-ewwel naħdmu f ’dan il-Kumitat biex inressqu ’l quddiem ir-riformi istituzzjonali li pajjiżna għandu bżonn. Riformi meħtieġa li qed jiġu implimentati issa. Iddiskutejna r-riforma dwar il-ħatra tal-Kummissarju u llum għaddiet liġi mill-Parlament li permezz tagħha l-Kummissar-

ju tal-Pulizija se jibda jinħatar wara sejħa pubblika mill-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku u skrutinju mill-Kumitat dwar il-ħatriet tal-Parlament. Ħdimna wkoll fuq l-implimentazzjoni ta’ aktar riformi kif suġġeriti mill-Kummissjoni Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa u għall-ewwel darba wassalna għal qbil unanimu taż-żewġ naħat tal-Kamra tad-Deputati. Hemm ukoll proposti li ntbagħtu lill-Kummissjoni Venezja dwar il-Ġudikatura. Dawn ir-riformi issa qed jiġu abbozzati f ’liġi li se titressaq fil-Parlament. Sadanittant,

il-Gvern u l-Oppożizzjoni, irnexxielna naqblu unanimament dwar il-ħatra tal-Imħallef Mark Chetcuti bħala Prim Imħallef tal-Qrati Maltin. Din kienet okkażjoni storika bla preċedent fl-istorja ġudizzjarja ta’ Malta. Fiż-żmien li ġej se naraw il-Parlament jiddiskuti aktar liġijiet li jimplimentaw riformi importanti ferm.

Bħalma ġara f ’oqsma oħra tal-ħidma tal-Gvern żgur li anke fil-ħidma tiegħek dwar il-Fondi tal-UE kellek iddawwar l-attenzjoni tiegħek għal dak li kienet qed tagħmel l-Unjoni Ewropea dwar il-kriżi kbira li laqtet lid-dinja bil-pandemija tal-Coronavirus. X’għamlet Ewropea f ’din Il-Kummissjoni Ewropea l-Unjoni is-sitwazzjoni li żviluppat?

ressqet proposti li permezz tagħhom ġew mibdula r-regolamenti li jirrigwardaw l-għajnuna li l-Gvern jista’ jagħti lill-kumpaniji privati magħrufa bħala state aid kif ukoll inbidlu r-regolamenti biex tingħata aktar flessibbiltà fil-mod kif jistgħu jintużaw fondi tal-Unjoni Ewropea

Dawn huma żminijiet diffiċli, u minħabba f ’hekk jirrikjedu deċiżjonijiet li mhumiex faċli li jittieħdu fuq livell nazzjonali imma anke fl-istrutturi tal-Unjoni Ewropea. Fil-bidu tal-inkarigu tiegħi kont involut fid-diskussjoni dwar il-proposti għall-baġit il-ġdid tal-Unjoni


15

26.04.2020

kullhadd.com

Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin li dwaru ma kien hemm l-ebda ftehim. Sa mill-bidu tal-pandemija kien evidenti li l-istituzzjonijiet Ewropej kellhom jieħdu diversi deċiżjonijiet peress li l-pandemija laqtet lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea ressqet proposti li permezz tagħhom ġew mibdula r-regolamenti li jirrigwardaw l-għajnuna li l-Gvern jista’ jagħti lill-kumpaniji privati magħrufa bħala state aid kif ukoll inbidlu r-regolamenti biex tingħata aktar flessibbiltà fil-mod kif jistgħu jintużaw fondi tal-Unjoni Ewropea. Dan wassal biex il-Gvern iniedi pakkett finanzjarju robust biex negozji, self-employed u ħaddiema jingħataw l-għajnuna meħtieġa ħalli jingħelbu l-isfidi li ġabet magħha l-pandemija COVID-19. Il-flessibbiltà fil-fondi Ewropej hija mezz biex fondi li kienu diġà mogħtija mill-Unjoni Ewropea fil-programm 2014-2020 ikunu jistgħu jintużaw fil-ġlieda kontra l-pandemija. F’dawn iż-żminijiet ukoll ipparteċipajt f ’Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali kif ukoll laqgħat oħra ma’ Ministri għall-Affarijiet Ewropej li matulhom iddiskutejna ir-realtajiet varji tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-pandemija. Matul dawn id-diskussjonijiet saret enfasi kbira dwar il-ħtieġa li l-Unjoni Ewropea tfassal miżuri biex l-ekonomiji tal-Unjoni Ewropea toħroġ b’saħħitha wara l-pandemija.

tkompli tiżdied. Insistejt li din l-istrateġija hija ta’ ispirazzjoni biex nibnu relazzjonijiet tajba mal-ġirien tagħna u nkunu nistgħu nagħmlu aktar kummerċ ma’ dawn il-pajjiżi biex ngħinuhom idawru aktar investiment ħalli jkunu jistgħu jiżviluppaw aktar lil pajjiżhom. Kif qed tara li tiżvolġi l-politika tal-Unjoni Ewropea u partikolarment dwar il-fondi tagħha għall-ġimgħat u x-xhur li ġejjin?

Fiż-żmien li ġej l-Unjoni Ewropea se tkompli tħabbat wiċċha ma’ sfidi kbar. Il-Kummissjoni Ewropea trid turi bil-fatti li qiegħda hemm biex tgħin lill-Istati Membri kollha jqumu fuq saqajhom mill-kriżi ekonomika kbira li qiegħda ġġib magħha il-pandemija tal-COVID-19

Il-baġit preżentat tal-Unjoni Ewropea qed joqrob lejn it-tmiem tiegħu u fl-aħħar seba’ snin, Malta rċeviet fondi sostanzjali mill-Baġit Ewropew. Kif ibbenefikaw il-Maltin u Għawdxin minn dawn il-fondi? Il-Baġit Ewropew li għandna preżenti kien wieħed importanti ferm għal Malta. Il-Kummissjoni Ewropea nnotat li sa tmiem l-2019, Malta kienet diġà rnexxielha tonfoq parti sostanzjali mill-fondi ta’ koeżjoni allokati għaliha u l-Kummissjoni Ewropea nnutat dan pożittivament. Dawn jinkludu fondi użati għal tkabbir ekonomiku fosthom għajnuniet lill-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju, u anke għal trasport sostenibbli. Rajna diversi oqsma f ’Malta li gawdew mill-fondi Ewropej. B’fondi mill-Fond Soċjali Ewropew kien hemm aktar minn 16,000 persuna li rċevew taħriġ jew appoġġ. 1,200 persuna bi bżonnijiet speċjali u aktar minn 1,600 persuna qiegħda nstabilhom impjieg permezz ta’ programmi speċjali ta’ JobsPlus imħaddma b’fondi Ewropej. Saħħaħna l-infrastruttura tal-iskejjel tagħna filwaqt li komplejna l-proġett tal-kampus tal-

MCAST. Sar ħafna investiment fl-oqsma tal-Biedja u s-Sajd filwaqt li fondi oħra mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ERDF) intefqu minn mijiet ta’ intrapriżi privati bi proġetti ta’ innovazzjoni u tkabbir tal-operat tagħhom. B’fondi Ewropej ukoll saru proġetti kbar fit-toroq tagħna fosthom il-Junction tal-Kappara filwaqt li għaddej b’ritmu qawwi x-xogħol fuq il-Junction tal-Marsa. Tlestew l-isptar tal-Onkoloġija u r-restawr taċ-Ċittadella f ’Għawdex, il-fortifikazzjonijiet fil-Belt Valletta, l-Imdina u l-Birgu. Proġett kbir ieħor huwa dak tar-riġenerazzjoni tan-naħa t’Isfel tal-Belt, proġett li kont responsabbli għalih qabel inħtart Segretarju Palamentari. €24 mil-

jun qed jiġu investiti f ’binjiet ta’ postijiet ta’ abitazzjoni, għajnuna lin-negozji ż-żgħar tal-inħawi fil-qasam tat-turiżmu u l-attivitajiet kulturali u anke l-protezzjoni, żvilupp u promozzjoni tal-patrimonju kulturali ta’ din in-naħa tal-Belt Valletta. Dawn huma biss uħud mill-proġetti li saru u li qed isiru b’fondi Ewropej. Saru wkoll proġetti ewlenin fil-qasam ambjentali fosthom il-kampanji edukattivi dwar is-separazzjoni taliskart u l-konservazzjoni tal-ilma tax-xorb, it-titjib fil-kwalità tal-ilma għax-xorb, u fit-tisfija tal-ilma tad-drenaġġ għall-użu fil-biedja. Qabel faqqgħet il-kriżi tal-pandemija, kien hemm xi temi oħra li kienu qed jiġu

diskussi fuq livell Ewropew? Fl-aħħar ta’ Frar, attendejt għall-Kunsill tal-Affarijiet Ġenerali fi Brussell. F’ din il-laqgħa bħala Stati Membri qbilna fuq il-mandat tal-Kummissjoni Ewropea biex jibdew in-negozjati ta’ BREXIT mal-Ingilterra. Dawn in-negozjati kienu se jiddiskutu l-arranġament bejn pajjiżi tal-UE u l-Ingilterra biex jiġu stabbiliti regoli ta’ kif se jibda jsir il-kummerċ bejniethom. Il-pożizzjoni Maltija dejjem kienet li nassiguraw li l-kumpaniji Maltin ma jiġux żvantaġġati u li jkun hemm kompetizzjoni ħielsa. F’din il-laqgħa sħaqt ukoll fuq l-istrateġija ta’ bejn l-UE u l-Afrika, li f ’dawn iż-żminijiet l-importanza tagħha dejjem qed

Fiż-żmien li ġej l-Unjoni Ewropea se tkompli tħabbat wiċċha ma’ sfidi kbar. Il-Kummissjoni Ewropea trid turi bil-fatti li qiegħda hemm biex tgħin lill-Istati Membri kollha jqumu fuq saqajhom mill-kriżi ekonomika kbira li qiegħda ġġib magħha il-pandemija talCOVID-19. Fix-xhur li ġejjin importanti li jiġu konklużi n-negozjati bejn l-Istati Membri kollha fuq il-baġit tal-Unjoni għas-seba’ snin bejn l-2021-2027. Sa qabel faqqgħet il-pandemija diġà kien hemm diffikultajiet dwar kemm se jkun dan il-baġit u kif se tkun l-allokazzjoni finanzjarja skont il-prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea. Issa, l-Unjoni Ewropea trid li bil-baġit li se tħejji tindirizza l-isfidi ekonomiċi u finanzjarji ġodda li qed iġġib magħha l-COVID-19 fejn din is-sena se naraw li l-ekonomija Ewropea, minflok tikber bħalma kienet qed tagħmel tiċkien b’madwar 10% bħala medja. Dan se jwassal biex il-pajjiżi kollha jonqsilhom bil-kbir iddħul tagħhom mit-taxxi filwaqt li l-ispiża tagħhom f ’benefiċċji soċjali u ta’ sostenn għal miljuni ta’ nies li qed jitilfu l-impjieg tagħhom se jiżdiedu b’mod qawwi. Din hija sfida kbira għal kulħadd mhux inqas għal pajjiżna. Jeħtieġ ħafna rieda tajba millpajjiżi kollha membri tal-Unjoni Ewropea biex flimkien naslu għall-aqwa soluzzjonijiet li jgħinu lil kulħadd. Jeħtieġ pjan b’saħħtu biex negħlbu l-isfidi talCOVID-19 u jkollna qawmien ekonomiku b’saħħtu. Huwa importanti f ’dan l-istadju, soluzzjonijiet li ġabu t-tbatija fl-imgħoddi, fosthom miżuri kbar ta’ awsterità li rajna fl-Ewropa wara l-kriżi finanzjarja tal-2008, ma nerġgħux nirrikorru għalihom. L-Ewropa għandha bżonn stimulu qawwi ta’ investiment ħalli jerġa’ jibda jitkattar ix-xogħol, jonqos il-qgħad u b’hekk terġa’ tikber l-ekonomija. Din tkun il-vera solidarjetà li temmen fiha l-Unjoni Ewropea. B’hekk biss inkunu nistgħu nergġħu naqbdu t-triq lejn tkabbir ekonomiku. Irridu li nsostnu l-pożizzjoni tagħna li l-ġid għandu jitqassam b’ġustizzja bejn kulħadd.


16

26.04.2020

kullhadd.com

MIN-NIFS ARTIFIĊJALI GĦAL NIFS ĠDID Kurt Farrugia Kap Eżekuttiv Malta Enterprise

Is-sitwazzjoni tal-COVID-19 mhijiex waħda li ġiet fuqna minħabba xi deċiżjoni ħażina, jew nuqqas ta’ deċiżjoni ta’ xi ħadd fil-Gvern. Imma l-mod kif bħal leħħa ta’ berqa, bħala Gvern, trid tirreaġixxi malajr għal ċirkostanzi li ma għandekx kontroll fuqhom jiddefinixxu kif l-amministrazzjoni pubblika se tibqa’ mfakkra għal ġenerazzjonijiet sħaħ. Il-mod kif il-Gvern Malti ħa f ’idejh ir-riedni ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza ta’ saħħa pubblika b’mod immedjat kien ir-raġuni għalfejn xahar u nofs wara qed nitkellmu fuq numri żgħar ta’ persuni infettati b’dan il-virus li ħalla ħerba mad-dinja kollha. Bl-istess mod, bl-istess aġilità, il-Gvern aġixxa b’mod immedjat fuq l-ekonomija u fi ftit jiem ħabbar sensiela ta’ miżuri li jibqgħu jinjettaw iddemm fl-ekonomija li mil-lum għall-għada kellha titwaqqaf biex l-imxija tal-virus ma tinfettax iktar nies. Analiżi ta’ dak li ġara madwar id-dinja juri kif l-ekonomiji għotru hekk kif in-nies, prattikament madwar id-dinja kollha, intalbu jissakkru fi djarhom. F’Malta l-istess. In-negozji li sa jiem ilu kienu għaddejjin gass mal-pjanċa kellhom jagħlqu ħabta u sabta. Id-demm li kien jippompja fl-ekonomija Maltija. Il-konsum domestiku ta’ prodotti, ta’ postijiet tad-divertiment, minn restoranti u kafetteriji sa barijiet kellhom jagħlqu l-bibien. Il-ħwienet f ’kull belt u raħal kellhom iniżżlu x-shutters. L-iskejjel kellhom jaqflu l-kanċelli. Lit-turisti kellna nagħlqulhom il-portijiet. Dak kollu li kien iżomm l-ekonomija ta’ Malta, bil-fiduċja li nbniet fl-aħħar snin, kellu jieqaf ħesrem. Dik il-fiduċja mhux biss ġabet pajjiżna

f ’sitwazzjoni li kien hawn xogħol iktar minn kemm għandna nies biex jaħdmu, iżda wasslet lin-negozji li flok irekknu l-ewro fil-banek, kienu qed jinvestu. Għalhekk, il-virus li qatel tant nies mad-dinja kollha, għafas fuq il-pajp tan-nifs tal-ekonomija ta’ pajjiżna kif għamel f ’kull ekonomija madwar id-dinja kollha. Din hija sitwazzjoni li rridu noħorġu minnha mhux biss bħala pajjiż, iżda globalment. Madankollu, l-intervent talGvern ta’ Malta biex iżomm ħajjin eluf ta’ impjiegi llum huwa kkonfermat b’numri konkreti. Il-miżuri ekonomiċi eċċezzjonali li ħabbar il-Gvern qed jagħtu nifs tal-ħajja lin-negozji sabiex jibqgħu jżommu lill-impjegati f ’impjieg anke fi żmien meta kollox wieqaf u mhu dieħel l-ebda introjtu. Il-Malta Enterprise ntalbet tmexxi dawn il-miżuri ekonomiċi straodinarji u f ’temp ta’ ftit jiem kellna nittrasformaw entità pubblika li kienet tamministra skemi ta’ stimolu ekonomiku fi sptar ekonomiku li qed jagħti mediċina kruċjali sabiex in-negozji jgħixu. Fl-aħħar tliet ġimgħat applikaw iktar minn 18,000 negozju u self-employed għas-sussidju fuq il-pagi li se jasal għand iktar minn 80,000 persuna. Dan ifisser sussidju ta’ iktar minn €50 miljun fix-xahar. Dawn

huma biss il-miżuri ekonomiċi. Il-miżuri soċjali jammontaw għal miljuni kbar oħra. Dan kollu kien xokk kbir għal kull min ħadem fi rwol jew ieħor fl-amministrazzjoni pubblika fl-aħħar snin. Dan għax ma konniex imdorrijin bin-negozji jitolbu għall-għajnuna. Jew bil-ħaddiema jitolbu għax-xogħol. Għal darb’oħra iżda, il-mod kif il-Gvern irreaġixxa u ħoloq sistemi fi żmien qasir, wassal biex minn din il-ġimgħa stess eluf ta’ negozji rċevew fil-kont tagħhom miljuni fi flus mill-Gvern sabiex iħallsu lill-ħaddiema tagħhom. Malta hija fost l-ewwel pajjiżi fid-dinja li bdiet timplimenta b’mod konkret il-miżuri ekonomiċi tagħha. Pajjiżi oħra ħabbru t-triljuni f ’pakketti ta’ stimoli għall-ekonomija, iżda sal-lum għadhom ma bdewx iħallsu. Il-Gvern jista’ jagħmel dan għax żamm ritmu ekonomiku b’saħħtu ħafna u li allura wassal biex il-finanzi tal-pajjiż ikunu jifilħu perjodu fejn jippompja l-flus. Dan filwaqt li l-Gvern stess waqqaf il-ġbir tat-taxxi li tant huma importanti biex ilpajjiż jibqa’ jagħti servizzi essenzjali bħall-ħlasijiet lit-tobba, lill-infermiera, lill-forzi tal-ordni u lill-edukaturi tagħna fost oħrajn. B’hekk in-numri kbar li qed nikkwotaw, li fis-sitwazzjoni huma inevitabbli, mhumiex

numri li għandna nieħdu gost bihom. Anzi iġri jasal dak ilwaqt li l-briefings mal-Ministru tal-Ekonomija li bħala entità qed nagħtu kull ġimgħa jibdew ikunu fuq kif iktar negozji qed jerġgħu jiftħu u allura kif inqas ħaddiema qegħdin jiddependu mit-€800 tal-Gvern. L-ebda pajjiż fid-dinja ma jiflaħ sitwazzjoni hekk għal xhur sħaħ. Huwa għalhekk li anke f ’pajjiżi fejn il-virus talCOVID-19 għamel ħerba, diġà bdew iħabbru meta se jerġgħu jiftħu n-negozji bil-mod ilmod. Bħala pajjiż sa issa mmaniġġjajna din is-sitwazzjoni mil-lat mediku u ekonomiku b’mod tajjeb ħafna għax ittieħdu azzjonijiet f ’waqthom, iżda bi ħsieb. Bl-istess mod wasal iż-żmien li nibdew naħsbu biex inżommu s-sitwazzjoni ta’ saħħa pubblika f ’kontroll kif irnexxielhom jagħmlu l-awtoritajiet tas-saħħa fl-aħħar ġimgħat, filwaqt li bl-istess mod nerġgħu nibdew inbexxqu l-bibien u t-twieqi tan-negozju biex l-ekonomija ma tibqax tieħu nifs artifiċjali imma bil-mod terġa’ tibda tieħu nifs naturali. Il-mod kif immaniġġjajna s-sitwazzjoni sa issa kien wieħed eżemplari. Iżda l-mod kif se nimmaniġġjaw il-mod kif nerġgħu nagħtu l-ħajja lill-ekonomija se jkun daqstant kruċjali.

Il-Gvern jista’ jagħmel dan għax żamm ritmu ekonomiku b’saħħtu ħafna u li allura wassal biex il-finanzi tal-pajjiż ikunu jifilħu perjodu fejn jippompja l-flus Bħal meta titla’ minn qiegħ il-baħar, in-nifs ma tistax tieħdu f ’daqqa. Iżda lanqas tista’ tibqa’ f ’qiegħ il-baħar għal wisq żmien. Għalhekk nemmen li x-xogħol tagħna bħalissa għandu jkun iffukat fuq kif in-negozji jerġgħu jibdew jiftħu l-bibien tagħhom waqt li jibqgħu jingħataw għajnuna sakemm jerġgħu jibdew jieħdu l-ħajja normali li kellhom sa ftit jiem ilu. Dak li qed nagħmlu huma miżuri biex inżommu l-qalb tal-ekonomija tħabbat. Iżda l-miżuri tal-lum huma maħsubin sabiex inżommu l-pazjent ħaj għal ftit żmien u mhux biex ngħixu fuq nifs artifiċjali. Għalhekk qegħdin minn issa naħsbu kif il-politika ekonomika tal-Gvern tkun waħda li tagħti ħajja ġdida lin-negozji. L-għaqal, il-prudenza u l-ħsieb ma jonqsux. Iżda, id-deċiżjonijiet iridu jkunu f ’waqthom sabiex l-ekonomija tirpilja mill-koma li poġġejnieha fiha sabiex insalvaw il-ħajjiet.


17

26.04.2020

kullhadd.com

IPPREPARATI U DETERMINATI Chris Fearne Deputat Prim Ministru

Pajjiżna, bħal kull pajjiż ieħor fid-dinja, għadu jinsab fi gwerra kontra għadu inviżibbli, imma li għandu isem, Coronavirus (COVID-19). Għadu li ħalla u għadu qiegħed iħalli ħerba sħiħa warajh. B’eluf kbar mejtin u miljuni infettati. Madankollu, b’sodisfazzjon kbir ngħid li lilna, Malta u Għawdex, il-Coronavirus sabna preparati u determinati għax fejn tidħol saħħet il-poplu tagħna ma joqgħod xejn. Sa minn meta lejn tmiem is-sena li għaddiet bdew ħerġin l-ewwel aħbarijiet ta’ din l-imxija ġdida,

anke jekk f ’pajjiż tant imbiegħed minna, fiċ-Ċina, imma fl-istess ħin konxji li llum mkien mhu ’l bogħod, xegħelna bozza ħamra lilna nfusna. Għax wara kollox il-globalizzazzjoni hija riflessa f ’kollox, inkluż fit-tifrix tal-mard. Minn kmieni din is-sena bdejna bit-tħejjijiet għall-eventwalità li konna ċerti minnha – pajjiżna ma kienx se jeħlisha minn din il-pandemija. U għax konna konxji u konvinti minn dan stajna nibdew nippjanaw strateġija maqsuma f ’diversi fażijiet. Bil-vantaġġ li għax konna kmieni f ’dan kollu ma nqbadniex f ’sitwazzjoni ta’ paniku. Aġixxejna, u għadna qegħdin naġixxu, bi trasparenza. Lill-poplu tagħna żammejnieh, u qegħdin inżommuh, aġġornat kontinwament dwar is-sitwazzjoni. Il-poplu seta’ u għadu jista’ jsegwi kif fi ftit aktar mit-tliet xhur li għaddew laħħamna s-sistema tas-saħħa ta’ pajjiżna għal din l-eventwalità. Lill-poplu spjegajnielu pass pass kif konna qegħdin naraw is-sitwazzjoni tiżviluppa aktar u aktar meta l-Coronavirus laqat bil-kattiv lill-pajjiż ġar tagħna, tefgħa ta’ ġeb-

la ’l bogħod, l-Italja. F’temp ta’ ftit jiem il-Coronavirus rajnieh jinxtered mal-Ewropa kollha. Sadattant, konna għaddejjin bil-proċeduri neċessarji għal xiri ta’ numru kbir ta’ tagħmir għall-ħaddiema tagħna fis-settur tas-saħħa kif ukoll xiri ta’ tagħmir mediku bħalma huma l-ventilaturi biex l-isptarijiet tagħna jkunu lesti għal kull eventwalità. Fl-istess ħin bdejna bi trasformazzjoni kbira primarjament fl-Isptar Mater Dei biex noħolqu spazji għal mijiet ta’ sodod għal pazjenti li jistgħu jintlaqtu minn dan il-virus qerriedi. Ħloqna aktar spazji fit-Taqsima tal-Kura Intensiva. Attrezzajna l-Isptar Boffa għall-istess għan u dħalna fi ftehim ma’ sptar privat u sadattant ippreparajna wkoll biex ikollna sptar temporanju li jkun jista’ jinbena u jkun attrezzat f ’numru żgħir ta’ ġimgħat. Għaddejna għall-fażi li nibdew nagħmlu t-testijiet fuq min ikollu s-sintomi indikattivi tal-Coronavirus. Bdejna biċ-Ċentru tat-Testijiet f ’Ħal Luqa, segwit minn dak tal-Luxol u l-ieħor fix-Xewki-

ja, Għawdex. Minn ftit għaxriet ta’ testijiet kuljum f ’temp ta’ ftit ġranet tlajna għal mijiet minnhom kuljum. Xogħol kbir u f ’qasir żmien, imma qatt taħt paniku, għax konna preparati. Fl-istess żmien bdejna bil-miżuri preventivi, b’mod gradwali għax pjanati. Miżuri ta’ ċerta portata. Mhux ċajta li tagħlaq il-portijiet. Mhux ċajta li twaqqaf it-tijiriet kollha lejn u minn Malta. Mhux ċajta li tagħlaq l-iskejjel. Mhux ċajta li tagħlaq ir-restoranti, il-ħwienet tax-xorb u kwantità ta’ negozji oħrajn. Mhux ċajta li tiġġammja kompletament lis-settur turistiku. Mhux ċajta li jingħalqu l-knejjes. Mhux ċajta li tillimita n-numru ta’ kemm jistgħu jiltaqgħu nies f ’daqqa. Mhux ċajta tara l-postijiet tax-xogħol jingħalqu u jitwaqqfu l-ħaddiema. Imma anke hawn il-pajjiż kien preparat ekonomikament biex jilqa’ kemm jista’ għal daqqiet bħal dawn. Il-miljuni fuq miljuni ta’ ewro li qed joħroġ il-Gvern f ’għajnuniet ta’ kull forma huma strumentali biex il-pajjiż ma jogħtorx. Spikka l-għaqal ta’ erfa’ u sorr għal

meta tiġi bżonn. Anke jekk b’umiltà, ma nistax ma nesprimix il-kburija li għandu jkollna bħala pajjiż bis-sistema tas-saħħa tagħna li f ’din is-siegħa ta’ prova tant qawwija qed toħroġ bl-unuri. Mhux ta’ b’xejn l-Organizzazzjoni tas-Saħħa Dinjija (WHO) identifikat lil Malta u x-xogħol li sar mill-awtoritajiet tassaħħa tagħha bħala eżempju għal pajjiżi oħrajn madwar id-dinja. Kif tista’ ma tirringrazzjax mill-qalb lil tant eluf ta’ ħaddiema fil-qasam tas-saħħa u mhux, imma partikolarment lil dawk fuq il-fruntiera li saħansitra nfirdu mill-familji tagħhom b’risq saħħet il-poplu Malti u Għawdxi kollu. Ħaqqhom fuq li ħaqqhom l-apprezzament tal-poplu, apprezzament li għandu jkun rifless primarjament billi nkomplu nsegwu l-miżuri preventivi. Kemm kienet f ’lokha l-għajta ta’ dawk l-eroj: Għinuna biex ngħinukom. Grazzi mill-qalb talli flimkien qegħdin nuru kemm konna, għadna u nibqgħu preparati u determinati li fejn tidħol saħħet il-poplu ma joqgħod xejn.

’il quddiem il-kuxjenza dwar valuri miġbura. Kienet waħda mill-avvenimenti rari fejn anki neħħiet il-fruntieri politiċi, klassi soċjali, il-ħaddiem u min iħaddem. Fost il-liġijiet li ġew influwenzati minn dik il-ġrajja kien hemm l-Environment Education Act, il-liġi tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Clean Air Act. Wara ftit tas-snin kien hemm ukoll l-introduzzjoni tal-leġiżlazzjoni Clean Water Act, Endangered Species Act u Federal Insecticide, Fungicide, and Rodenticide Act. Dawn il-liġijiet kollha għenu biex jipproteġu miljuni ta’ nisa, irġiel u tfal minn mard kroniku u mwiet filwaqt li taw protezzjoni lil għadd ta’ speċi. Fl-1990, grupp ta’ ambjenta­ listi reġgħu ngħaqdu ma’ Denis Hayes biex jerġgħu jwasslu messaġġ, din id-darba madwar 141 pajjiż u fost 200 miljun persuna, fejn l-għarfien fuq is-sitwazzjoni sar globali. F’din is-sena ngħatat prijorità l-importanza tar-riċiklaġġ, li kompla jiġi enfasizzat is-sena ta’ wara fil-United Nations Earth Summit organizzat f ’Rio de Janeiro. Kien f ’dan iż-żmien li l-Presi­ dent Bill Clinton irrikonoxxa lis-Senatur Nelson bil-Presidential Medal of Freedom, l-ogħla

unur rikonoxxut mill-Istati Uniti, b’turija t’apprezzament biex twaqqaf il-Jum tad-Dinja. Kif beda riesaq il-millennju lġdid, Hayes reġa’ beda jiffoka kif se jerġa’ jqajjem kuxjenza ambjentali globali. Din id-darba ħass li kien il-mument li jibda jiffoka fuq it-tisħin globali u l-importanza ta’ ambjent nadif. B’aktar minn 5,000 grupp ta’ attivisti, b’rekord ta’ aktar minn 184 pajjiż, Earth Day 2000 tat bidu għall-kontroversji globali u lokali. 30 sena mill-bidu tal-Earth Day, reġa’ ntbagħat messaġġ qawwi lill-mexxejja dinjin. Messaġġ li ċ-ċittadini tad-dinja jridu azzjoni effiċjenti u effettiva biex jiġi mitigat it-tisħin globali u l-bżonn ta’ enerġija nadifa. Earth Day 2010 kienet ambiz­ zjuża fejn gruppi ambjentali riedu jagħmlu pressjoni fuq komunitajiet diversi li kienu għadhom qed jiċħdu l-ħsara ambjentali peress li kienu qed jagħmlu gwadann finanzjarju fosthom mill-industrija taż-żejt. Hawnhekk inħoloq Earth Day Network, fejn għal darba oħra l-Earth Day reġgħet kienet ta’ benefiċċju biex titkompla titqajjem kuxjenza ambjentali. Matul is-snin Earth Day Network ġab flimkien mijiet ta’ miljuni ta’ nies f ’movimenti ambjentali, ħoloq opportunitajiet għall-volontarjat f ’dan il-qasam

f ’193 pajjiż. Earth Day, kull sena ġġib flimkien ’il fuq minn biljun attivist. Illum kull pajjiż tista’ tgħid li jikkommemora din il-ġurnata, fejn biljuni ta’ nies jingħaqdu flimkien bl-iskop li jkun hemm bidla kemm fil-mod li bih aħna ngħixu kif ukoll tibdil leġiżlattiv li jipproteġi aktar l-ambjent. Il-ġlieda għall-ambjent nadif tkompli aktar meta l-bdil fil-klima dejjem qed jidher aktar l-effett tiegħu. Dilużjoni għal livell baxx ta’ ambizzjoni wara li ġie adottat Paris Agreement fis-sena 2015 u l-frustrazzjoni ta’ telqa ambjentali internazzjonali għaldaqstant iċ-ċittadini qed jitlobu aktar minn qatt qabel azzjoni immedjata. Dak li d-dinja rat fis-sena 1970, qed nerġgħu narawh illum fejn ġenerazzjoni ġdida qed tuża l-midja soċjali biex twassal dan il-messaġġ u l-iskop ta’ Earth Day huwa li tagħti għodda, informazzjoni u li twassal messaġġ lill-komunitajiet li hemm bżonn li naġixxu u li nkunu l-bidu tal-bidla. Is-sena 2020 immarkat il-50 sena anniversarju ta’ Earth Day. Għaldaqstant Earth Day Network ikkomunika miri bl-iskop li jingħataw aktar poter u saħħa lill-gruppi ambjentali matul is-seklu 21.

JUM ID-DINJA

Mario Fava President Sezzjoni Kunsilliera PL

Ta’ kull sena, nhar it-22 t’April jiġi mfakkar Jum id-Dinja. Din il-ġurnata tfakkar l-anniversar­ju ta’ twaqqif tal-moviment modern ambjentali, li jmur lura għal 50 sena ilu. Fis-sena 1970 ingħata bidu għall-għarfien fuq l-istat tal-pjaneta tagħna. Għal għexieren ta’ snin, l-Amerikani kienu jikkunsmaw ammont kbir ta’ leaded gas minħabba l-użu eċċessiv ta’ vetturi li ma kinux effiċjenti. Ittniġġis tal-arja kienu meqjusa bħala n-norma għall-pass li jmiss u għall-futur. Filwaqt li min-naħa l-oħra bdew iqumu ħsibijiet u preokkupazzjonijiet dwar kif dan it-tniġġis ser ikollu impatt fuq issaħħa tal-bniedem. Il-ktieb Silent Spring ippubblikat fl-1962 mill-awtriċi Rachel

Carson qajjem l-akbar kuxjenza ambjentali. Is-Senatur Gaylord Nelson kien wieħed minn ta’ quddiem li kien tħasseb fuq id-deterjorament tal-ambjent fl-Istati Uniti. F’Jannar 1969 kien hemm l-aċċident f ’Santa Barbara, California, bi ħruġ massiv ta’ żejt. Nelson ried iqajjem aktar kuxjenza fuq it-tniġġis tal-arja u tal-ibħra u flimkien ma’ Pete McCloskey u Denise Hayes organizzaw sessjo­ nijiet ta’ informazzjoni. Il-ġurnata li ntagħżlet għal din l-inizjattiva kienet it-22 t’April biex tattira aktar żgħażagħ li kienu fuq vaganzi. Minn hawn ’il quddiem Hayes xtaq li jaspira aktar Amerikani u rnexxielu jgħaqqad grupp ta’ madwar 85 membru, bl-iskop li jippromwovu u jagħtu spinta lil dan il-moviment f ’diversi pajjiżi. Minn hemm ’il quddiem nibtet lEarth Day. L-okkażjoni ispirat mal-20 miljun Amerikan, 10% tal-popo­ laz­zjoni ­­ dak iż-żmien, li niżlu fit-toroq u postijiet pubbliċi biex jipprotesaw kontra l-impatt tal-iżvilupp industrijali fuq issaħħa tal-bnie­dem. Il-bidu tal-Jum tad-Dinja fl1970 ra l-unjoni bejn gruppi li kienu ilhom jissieltu individwalment kontra t-tniġġis ambjentali. Għaldaqstant, l-Earth Day ġabet


18

26.04.2020

kullhadd.com

L-ANNIMALI PRIJORITÀ WKOLL

Anton Refalo Ministru

L-annimali minn dejjem kienu xi ħaġa li ngħożż hekk kif jien dejjem trabbejt imdawwar bl-annimali domestiċi d-dar tiegħi. Ilqajt bi ħġari din il-kariga bħala Ministru għall-Agrikoltura, Sajd u Drittijiet tal-Annimali. Infatti wieħed mis-setturi li jaqgħu fil-portafoll tiegħi huwa d-Direttorat tal-Animal Welfare li jinkludi l-ħarsien tal-ikbar ħbieb tal-bniedem. L-għan prinċipali tad-Direttorat għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Promozzjoni u Servizzi huwa l-ħarsien tal-annimali b’mod partikolari dawk li jinsabu mitluqa barra. Matul iż-żmien, stinkajna biex jissaħħaħ l-operat tiegħu sabiex ikun jista’ jlaħħaq mat-talbiet li jsi-

ru u tingħata għajnuna f ’waqtha lill-annimali li jkunu abbandunati jew li jkunu mweġġa’. Matul is-sena 2019, is-servizz ta’ emerġenza bl-ambulanza tal-annimali, li jopera 24 siegħa kuljum, irċieva 6,100 talba għall-għajnuna. Talbiet għall-assistenza jistgħu jsiru fuq il-freephone 1717 jew permezz tal-mobile app. Barra minn hekk, il-mobile app tinkludi informazzjoni dwar annimali li jinsabu fil-kwartieri tad-Direttorat u jistgħu jingħataw għall-adozzjoni kif ukoll informazzjoni oħra relatata. L-annimali kollha li jinġabru jittieħdu l-isptar APH għal checkup u sussegwentement

għal kull tip ta’ kura li jkollhom bżonn. L-ispiża għal dan isservizz matul is-sena 2019 kienet ta’ €316,883.91. Wara li jiġu kkurati, l-annimali jiġu riabilitati u miżmuma ġewwa l-Għammieri sakemm jiġu addottati. Matul is-sena 2019 ġew addottati 465 kelb u 253 qattus. Matul is-sena, irċevejna 805 rapporti dwar moħqrija tal-annimali u wettaqna 775 spezzjoni u madwar 334 spezzjoni oħra ta’ follow up li matulhom ġew ikkonfiskati 78 annimal fosthom 70 kelb, 6 ifniek u 2 żwiemel. L-ispezzjonijiet ivarjaw minn djar privati, irziezet, pet shops sa proprjetajiet privati oħra bħal

garaxxijiet, postijiet tax-xogħol u mħażen. Fil-każijiet fejn jinstabu xi irregolaritajiet, l-uffiċjali tad-Direttorat jitolbu lis-sid rispettiv sabiex, fi żmien stipulat, jirregola ruħu skont il-ligi. F’każijiet aktar gravi jittieħdu wkoll passi legali permezz ta’ kwereli mal-Pulizija. Fis-sena 2019, id-Direttorat ipproċeda b’25 kwerela sabiex il-Pulizija jieħdu passi kriminali kontra l-persuni li jkunu kisru l-liġi. Kien hemm ukoll 6 każijiet fejn rappreżentanti tad-Direttorat ġew imħarrka biex jiddefendu każijiet imtella’ minn għases tal-Pulizija. Parti ewlenija mir-responsabbiltajiet ta’ dan id-Direttorat hija

l-promozzjoni tal-addozzjonijiet. Fis-sena 2019 ingħataw €75,950 bħala fondi għall-addozzjonijiet li saru matul is-sena 2019. Ħdimna wkoll biex nipprovdu informazzjoni dwar l-għarfien għall-ħarsien tal-annimali fost is-setturi varji tas-socjetà Maltija u Għawdxija. Biex jintlaħaq dan il-għan, saru żjajar regolari f ’diversi skejjel tul is-sena skolastika 2019 kif ukoll matul Skola sajf. B’kollox saru total ta’ 26 laqgħa informattiva. Ikun hemm diversi stediniet fuq programmi li jittellgħu fuq stazzjonijiet tat-televixin u r-radju f ’pajjiżna biex jingħata tagħrif meħtieg rigward l-għarfien dwar il-ħarsien tal-annimali. Matul is-sena 2019, l-Animal Welfare ħadu sehem f ’attivitajiet ewlenin fosthom l-Animal Awareness Day, l-Imnarja, il-Virtu Ferries Open Day u l-Għammieri Open Day. F’dawn l-attivitajiet, id-Direttorat jipprovdi informazzjoni u materjal relatat mal-ħarsien tal-annimali. Aħna bħala Ministeru tal-Agrikoltura, s-Sajd u d-Drittijiet tal-Annimali nassiguraw li ħa nkomplu naħdmu id f ’id mad-Direttorat tal-Animal Welfare biex b’hekk aħna nassiguraw li nkomplu nagħtu prijorità lill-annimali tagħna.

META D-DAR MA TOFFRIX SERĦAN

Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew

“Ibqgħu d-dar. Fejn tistgħu, toħorġux” – probabbli l-iktar frażi komuni li smajna mill-awtoritajiet tagħna f ’dan l-aħħar xahar. U bir-raġun, għaliex il-qerda tal-imxija talCOVID-19 hi forsi l-ikbar sfida li qatt ikkumbattejna, almenu għalina, il-ġenerazzjonijiet li qatt ma għexu fi gwerra. Bl-att sempliċi li nibqgħu fil-kumdità ta’ djarna, qegħdin innaqqsu r-rata tal-imxija, u qed nagħtu ċans lis-servizzi tas-saħħa tagħna sabiex ilaħħqu mal-pazjenti li jeħtieġu l-kura. Skumdità żgħira, u temporanja, għal ħafna minna.

Għal mijiet oħrajn, iżda, tista’ tfisser ġimgħat ta’ abbuż, vjolenza, u n-nuqqas ta’ aċċess għall-iktar qraba viċin tagħhom. Ir-realtà tal-vjolenza domestika għadha fostna, minkejja l-isforzi kollha tagħna. Hu fatt li l-vjolenza tibqa’ problema f ’kull perjodu, u li tista’ taffettwa lil kulħadd. Il-vjolenza la hi problema tan-nisa biss, u lanqas ma hi problema tal-miżżewġin biss. Kulħadd jista’ jkun vittma, u kulħadd jista’ jkun aggressur. Fi żmien fejn kulħadd hu mħeġġeġ li jibqa’ d-dar, għandek sitwazzjoni fejn il-vittmi qegħdin iqattgħu jiem sħaħ mal-aggressur tagħhom. Minbarra ż-żieda fil-ħin li wieħed ikun qiegħed iqatta’ ġewwa b’dan il-mod, iż-żieda fl-ansjetà u fl-istress minħabba l-imxija tal-virus iżżid ukoll il-possibbiltà ta’ episodji vjolenti. Bl-istess mod li jbatu l-vittmi diretti ta’ vjolenza, l-esperjenza tgħallimna wkoll kemm ibatu t-tfal, speċjalment meta jispiċċaw għodda bejn il-ġenituri, f ’każijiet fejn l-aċċess ikun maqsum bejniethom. Din ukoll hi forma ta’ vjolenza, din

id-darba psikoloġika: kemm fuq il-wild, li jispiċċa ballun bejn il-ġenituri, iżda wkoll fuq dak il-ġenitur li jkollu joqgħod għal li jgħid l-ieħor. Diffiċli immens li wieħed ikejjel il-ħsara li ssir b’dan ilmod. Hemm ġenituri li jitkissru, u li jispiċċaw bi problemi ta’ saħħa mentali serji. Hemm tfal li jikbru u jsiru huma stess aggressuri, u b’hekk jitkompla ċ-ċiklu vizzjuż tal-vjolenza. Fi żmien uniku u diffiċli bħal dan li qed ngħixu fih bħalissa, faċli immens li vittma tħossha iżolata, u inviżibbli f ’għajnejn is-soċjetà, minkejja l-uġigħ u t-tbatija li tkun għaddejja minnhom. Sa ċertu punt, kultant dan ikun minnu, u fil-fehma tiegħi, in-nuqqas ta’ attenzjoni lejn dawn il-vittmi hija, fiha nnifisha, forma ta’ vjolenza oħra li aħna lkoll ħatja tagħha, u li rridu nikkumbattu konxjament. Iżda nixtieq inkun ċara: waħdek, m’intix. Is-servizzi kollha li qabel kienu jeżistu, għadhom jiffunzjonaw. Il-helplines kollha għadhom attivi; l-aġenziji tal-appoġġ, il-pulizija, is-servizzi tas-saħħa, ix-xelters,

l-NGOs fil-qasam – kollha kemm huma lesti biex jgħinuk. B’żieda ma’ dak li kien jeżisti qabel, il-Gvern nieda numru ta’ miżuri li jistgħu jiffaċilitaw numru ta’ ostakli fit-triq lejn il-libertà personali f ’dawn iż-żminijiet. Fosthom, neħħa ħlasijiet ta’ miżati sabiex tiftaħ il-qorti b’urġenza relatati ma’ kawżi tal-familja bħal rikorsi fuq il-kustodja u l-aċċess tat-tfal jew vjolenza domestika. L-għajnuna, kemm legali u kemm dik soċjali, qiegħda hemmhekk għal kull min ikollu bżonnha. Il-liġijiet tagħna fuq il-vjolenza huma b’saħħithom, iżda mhux dejjem inkunu nafu biżżejjed dwar id-drittijiet tagħna. Fuq kollox, il-liġi hi flessibbli, u tirrifletti, kemm jista’ jkun, il-varjetà ta’ każijiet li wieħed jista’ jkollu. Kull storja hija unika, u għalhekk, il-liġi trid tħares lil kulħadd. Ejja nżommu ruħna infurmati dwar id-drittijiet tagħna stess – kemm bħala individwi li jista’ jkun nisfaw vittma tal-vjolenza, iżda wkoll bħala ġenitur bl-obbligi u d-drittijiet tagħna. L-abbuż jeqred lill-persuna.

Jekk il-politika tiegħi ma tiġġilidx l-abbuż ma tkun tfisser xejn. Għax nemmen fid-dinjità rajt li fir-rispons għall-pandemija aħna s-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew nenfasizzaw is-sofferenza tal-vittmi u naħdmu għal rimedji b’saħħithom. Rajt li r-riżoluzzjoni importanti tal-aħħar seduta plenarja tidħol fuq l-abbuż, l-aktar dak fil-familja. Bħala soċjetà, anke f ’dan iżżmien ta’ iżolament, minkejja li hu iktar diffiċli li nagħrfu l-vjolenza, għandna d-dmir li nieħdu ħsieb xulxin. Ejja neqirdu l-isterjotip li vittma trid tkun bilfors dgħajfa jew żgħira, u ejja nagħrfu li l-vjolenza tolqot b’numru ta’ modi, minn dik psikoloġika għal dik ekonomika. Il-pandemija li għaddejjin minnha bħalissa ser tieħu numru ta’ ħajjiet – ejja ma nżidux magħhom ħajjiet ta’ vittmi ta’ vjolenza. Ejja nappoġġjaw lill-professjonisti li jaħdmu mingħajr waqfien f ’dan il-qasam, u fuq kollox, ejja nżommu għajnejna miftuħin għal kull sinjal ta’ abbuż.


19

26.04.2020

kullhadd.com

META NERĠGĦU NIFTĦU R-RIXTELLU

Felix Busuttil Galea

“Gating” hi l-kelma li qegħdin jużaw l-Amerikani meta jiddeskrivu l-perjodu meta nerġgħu ngħaddu għal ħajja normali wara t-tibdil fil-ħajja mondjali minħabba dan l-imbierek virus li jkun hemm pjan serju u effettiv sabiex niftħu bil-mod ir-rixtellu soċjali u ekonomiku. U dan żgur mhux se jkun faċli għall-ebda amministrazzjoni. Dan mhux se jkun xi mudell spontanju jew immedjat. Kollox se jkun f ’ħinu u f ’waqtu u kollox bil-għaqal u bil-galbu. Għax assolutament ma nixtiqux nerġgħu nibdew mill-bidu u l-virus jattakka f ’mewġa doppja jew trippla. U naqgħu kif jgħid il-Malti koppi. 1. Meta l-Gvern iħoss li wasal il-mument sabiex inħollu ftit mir-restrizzjonijiet nazzjonali, dan ser jagħmlu bil-mod u bl-ikbar attenzjoni. Id-distanza soċjali żgur ser tibqa’ għall-inqas għal żmien twil prijorità. Ma nistgħux bħal leħħa ta’ berqa niġu naqgħu u nqumu minn din ir-regola. Żgur li jekk nibdew bil-mod il-mod noħorġu minn darna, folol kbar bħal dawk tal-festi, festivals u avvenimenti sportivi jibqgħu mhux permessi sakemm ikun hemm l-eżistenza ta’ xi vaċċin. Jew l-ineżistenza assoluta tal-COVID-19. Ristoranti u forsi ċ-ċinema jkunu jistgħu joperaw imma jkollhom restrizzjonijet bħalma għandhom bħalissa s-supermarkets. Id-distanza soċjali tibqa’ operattiva. Il-ħwienet u l-businesses iż-żgħar ikunu jistgħu jiftħu però dejjem jirrispettaw ir-regoli tas-sens komun. Ir-restrizzjoni li nkunu nistgħu nżuru lill-ġenituri jew lin-nanniet tagħna ma tibqax. U dan żgur u mhux forsi ser ikun nifs kbir. Nimmaġina li l-iskejjel akkademiċi u vokazzjonali, u l-gyms ikunu tal-aħħar li jiftħu bħalma kienu tal-ewwel li għalqu. Però bilmod il-mod u bil-paċenzja naslu. 2. Testing u tracing isir aktar aċċessibbli. Sar ħafna testing Malta, u fuq skala demografika ikbar u pajjiżi sinjuri u ħafna aktar b’saħħithom minna kellhom ħafna inqas testing. Hekk inkunu nafu mill-ewwel min hu infettat u jitpoġġa fi kwarantina. 3. €81 biljun huwa l-valur tal-pakkett ekonomiku li fassal il-Gvern biex l-ekonomija ta’ Malta tegħleb l-isfida tal-effetti negattivi tal-Coronavirus u terġa’ tissaħħaħ għall-ġid tal-familji u n-negozji ta’ pajjiżna. Fost oħrajn, ingħatat likwidità lin-negozji ta’ €1.6 biljun, €150 miljun f ’garanziji bankarji bis-saħħa tal-Fond Nazzjonali għall-Iżvilupp Soċjali u għotja ta’ €350 lin-negozji talli ħallsu l-leave tal-kwarantina lill-impjegati tagħhom. Miżura oħra hija leave addizzjonali ta’

xahrejn imħallas bir-rata ta’ €800 fix-xahar għal 12,000 familja fejn il-ġenituri jaħdmu t-tnejn f ’impjieg fejn ma jistax isir teleworking u allura xi ħadd irid jieħu ħsieb it-tfal. U għalhekk importanti wkoll li l-iskejjel jiftħu mill-aktar fis ( imma bl-ikbar kawtela) sabiex il-ġenituri jistgħu jirritornaw lejn ix-xogħol. Ħidmet il-Gvern ser tistimula n-negozji. L-analista finanzjarju Steve Ellul jemmen li ħidmet il-Gvern partikolarment fl-aħħar ġimgħat bil-pakketti finanzjarji li ħabbar, se tistimula n-negozji l-iktar milquta. Qed naraw li Malta tirkupra mas-7% fi tkabbir annwali fl-2021 ikkumparat mal-4.7% fiż-żona Ewropea. Fl-2020 skont dawn il-projections tal-IMF, Malta ser ikollha l-aktar ekonomija li ser tiċkien l-inqas fl-Ewropa. Fl-2020 jidher li l-impatt negattiv f ’Malta se jkun ferm inqas mill-pajjiżi l-oħra tal-Unjoni Ewropea. 4. Meta nkunu kważi ġejna għan-normal f ’pajjiżna u qabel ma niftħu l-pajjiż għall-elementi aljeni, il-kliem ta’ Mintoff ser ikunu iktar relevanti minn qatt qabel meta nerġgħu niftħu r-rixtellu. “Malta l-ewwel u qabel kollox.” Nieħdu ħsieb tagħna qabel ma niftħu l-ajruporti u l-portijiet. Nibbukkjaw vaganzi fil-lukandi tagħna. Nonfqu flusna fir-ristoranti, fil-bars u filħwienet tagħna. Nifqgħu t-teatri tagħna – nixtru prodotti Maltin. Nieħdu ħsieb l-artisti, il-fashion designers, il-manifattura u l-prodott Malti. Immorru btala Għawdex u mhux Sqallija għalissa. Ta’ Malta jiġi qabel ta’ barra. 5. U fl-aħħar meta jgħaddi kollox nidħlu fil-katidrali u l-knejjes tagħna u flimkien f ’talba waħda nroddu ħajr lil Alla u nkantaw l-allelulja tar-rebħa universali. Norganizzaw sfilata fit-toroq prinċipali Maltin u Għawdxin. Lit-tobba tagħna, lill-infermiera, lis-sewwieqa tal-ambulanzi, lill-pulizija, lill-ħaddiema tal-protezzjoni ċivili, lill-voluntiera, lill-armata, lill-cleaners, lill-Gvern u lill-Ministeru għas-Saħħa. Inċapċpulhom b’qalb kbira. U nibnu monument kbir u nagħmlu mumenti ta’ silenzju għal dawk li tilfu l-battalja speċjalment jekk tobba u infermiera. Flimkien għax Malta magħquda u Malta soda naslu u naslu żgur.

Dan mhux se jkun xi mudell spontanju jew immedjat. Kollox se jkun f’ħinu u f’waqtu u kollox bil-għaqal u bil-galbu. Għax assolutament ma nixtiqux nerġgħu nibdew mill-bidu u l-virus jattakka f’mewġa doppja jew trippla

Mid -Dj arju t a’

Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 16 ta’ April Min hu l-akbar Nazzjonalist f ’pajjiżna, naf, għax huwa jien. Imma min jiġi warajja, ma nafx. Imma kieku jkolli nagħżel jien, l-għażla tiegħi tkun Robert Arrigo, il-Viċi Kap li kien se jirriżenja fl-interessi tal-partit darba glorjuż tagħna, imbagħad ma rriżenjax ukoll fl-interess tal-partit darba glorjuż tagħna. Saħansitra, fetaħ ħanut tal-grocer fidDar Ċentrali biex nieħdu ftit vantaġġ mis-sitwazzjoni li għaddejjin minnha u naqilgħu xi ftit ċenteżmi għall-partit. Ħasra li ma nistax noħroġ għax kieku minn ta’ quddiem kont inkun biex inbigħu t-ton taż-żejt, is-salamun, il-fażola, il-bajd u z-zalzett. Anke jekk Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna ma tanx kien jieħu gost! Il-Ġimgħa, 17 ta’ April Ma nafx x’qiegħed jistenna l-Kap Adrian Delia biex jieħu passi kontra Jason Azzopardi. Anke sieħbi tal-Istamperija jaqbel miegħi li Jason Azzopardi telaq għal rasu u qiegħed jagħmel dak kollu li jrid bla ebda konsultazzjoni mal-Kap. Dan kollu ħareġ fil-beraħ illum. Kellna lill-Kap iżur il-Forzi Armati ta’ Malta u jfaħħar lill-Brigadier u lill-membri tal-armata għax-xogħol li qegħdin jagħmlu, imbagħad fuq in-naħa l-oħra kellna lil Jason Azzopardi jmur għand il-pulizija u jgħidilhom biex jixħtu l-ħabs lill-istess brigadier, u lill-membri tal-armata, flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela. Li kont jien naqtagħlu rasu llum qabel għada, għax ħsara kbira qiegħed jagħmel lill-partit darba glorjuż tagħna. Is-Sibt, 18 ta’ April Erġajna koppi, man! Huwa ċar li qiegħda tgħaddi ta’ Jason Azzopardi, il-Kap tas17-il eroj, jew 17-il traditur. U miskin ilkap tal-partit darba glorjuż tagħna, Adrian Delia, waqt li jipprova jgħatti r-realtà, jaqa’ għaċ-ċajt, biex ma ngħidx għar-redikolu. Ma nafx kif tista’ takkuża lill-Prim Ministru Robert Abela li qiegħed jinqeda bix-xandir pubbliku biex jifred il-partit tagħna, meta huwa aktar minn evidenti li l-partit tagħna ilu mifrud kważi tliet snin, jiġifieri minn meta ħadna l-akbar tkaxkira elettorali fl-aħħar elezzjoni ġenerali. Jekk mhux qabel ukoll, għax qabel l-elezzjoni kellna lil min kien qiegħed jakkuża lil deputati minn tagħna li kienu qegħdin ifixklu lil Simon Busuttil. Il-Ħadd, 19 ta’ April Qiegħed naħsibha nibgħatx għat-tabib tiegħi biex nara jekk il-fatt li qiegħed ikolli noqgħod ġewwa, hux jaffettwani mentalment. Ir-raġuni hija li qiegħed nitħawwad bil-kbir b’dak li nara u nis-

ma’. Illum, għal darb’oħra smajt lill-Kap tal-partit darba glorjuż tagħna, Adrian Delia, isellem lill-membri tal-Armata għas-sehem li qegħdin jagħtu lil pajjiżna. Imbagħad, fl-istess ħin, iddefenda lil Jason Azzopardi li jrid li membri tal-Armata jintefgħu għomorhom il-ħabs. Għalija dan ma jagħmilx sens. U naħseb li mhux għalija biss ma jagħmilx sens, imma ma jagħmilx sens għal kull min għandu rasu fuq għonqu. It-Tnejn, 20 ta’ April Jason Azzopardi, il-boċċa, Pawlu Borg Olivier, u Manuel (mhux Adrian) Delia ħasbu li se jġibuha żewġ għax minn jeddhom qabdu u marru quddiem il-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem, imma marru żmerċ, għax fl-Ewropa lilna ħadd mhu jagħti kasna. Qabel kont naħseb għax Joseph Muscat kien jiekol il-kirxa ma’ Juncker, imma issa t-tnejn m’għadhomx hemm, u milli jidher Robert Abela diġà qiegħed ikun stmat aħjar minn Adrian Delia fl-Unjoni Ewropea, anke jekk segretarju ġenerali tal-Partit Popolari Ewropew hemm Simon Busuttil. Imma dak żgur li mhu se jagħmel xejn biex jaġevola lill-Kap tagħna Adrian Delia. Lanqas biss is-sejħa tiegħu biex jiddiskutu l-problema tal-immigranti, ma ta kas. It-Tlieta 21 ta’ April Dan x’taħwid hu, man! Mela filli jagħmlu kwerela biex jibagħtu l-ħabs lil membri tal-armata, flimkien mal-Prim Ministru u mal-Kap Kmandant tal-Armata, u filli jgħidu li l-provi li għandhom huma l-kuntrarju u li l-membri tal-Armata ma għamlu xejn ħażin. Insomma ilu jħawwad Jason Azzopardi, u aktar ma jħallih il-Kap Adrian Delia, aktar se jħawwad u aktar jagħmlilna ħsara. Ili ngħid li jmissu jaqtagħlu rasu għax ħlief ħsara mhuwiex jagħmlilna. Fuq kollox għandu fejn imur għax Manuel (mhux Adrian) Delia jilqgħu b’idejh miftuħin. L-Erbgħa, 22 ta’ April Mela issa Jason Azzopardi se jirtira minn avukat ta’ Repubblika li fost affarijiet oħra ilha tgħid li Adrian Delia għandu jirriżenja minn Kap tal-partit darba glorjuż tagħna. Jien għalija din mhi xejn għajr ammissjoni minn Jason Azzopardi nnifsu li għamel froġa sħiħa meta talab lill-Pulizija, jew lill-Qorti, (għax jien kwerela ma nafx eżatt xi tfisser) biex jinvestigaw lil membri tal-armata bla ma kellu l-iċken prova li għamlu xi ħaġa ħażina. Sieħbi tal-Istamperija qalli li ħafna mid-deputati huma tal-fehma li Jason Azzopardi kien irresponsabbli għall-aħħar u li għandu jirriżenja, imma aċċertani li mhux se jirriżenja.


20

26.04.2020

kullhadd.com

IL-KARATTRI TAL-FANTASIJA MALTIN mill-Ħares għar-Ruħ

Illum il-ġurnata l-Maltin tant għandhom fiex jedhew, li warrbu għalkollox u nsew dak li l-ġenerazzjoni ta’ qabilhom kienet għaddiet minnu jew kienet tesperjenza u temmen bl-akbar qawwa. Uħud jirreferu għal ċerti esperjenzi bħala fantasija tal-moħħ, iżda fl-istess waqt jogħxew meta jaraw u jisimgħu b’dak li għarfu jikkultivaw pajjiżi oħra. F’din l-intervista, ma’ Ġużi Gatt, folklorista ewlieni se nittrattaw ħwejjeġ li ntesew għalkollox fostna l-Maltin, u kif jgħid hu, jixtieq li jarahom jingħataw il-ħaqq tagħhom kemm għall-folklor nazzjonali kif ukoll biex ma jintesewx għalkollox, qishom qatt ma eżistew. Minn CHARLES B. SPITERI Ġużi, taqbel li l-aktar karattru kulturali Malti li baqa’ jissemma’ fostna hu dak ta’ Ġaħan, u l-oħrajn intesew?

jbeżżgħu lit-tfal, biex l-aktar kienu jagħmlu dan? Liema kienu l-karattri l-oħra li tista’ tgħid intnesew?

Għandna l-kelma ‘Għafrit’, li dari kienet komuni ħafna u llum qed tintnesa. L-‘Għul’ diġà ntnesa, iżda dari kien magħruf ħafna, kemm hu u kemm in-‘Nanna Għula’. Il-Ħares, l-Għafrit, il-Għul, l-Ors tal-Gandlora, it-Tork tatTaraġ, il-Waħx, ir-Ruħ, il-Fatat, il-Belliegħa, il-Ġganti, il-Gawgaw, is-Serp tas-Seba’ Rjus, irRaġel tat-Tiben u l-Mingħul u l-Mniegħel - f ’dawn l-aħħar snin qed isiru sforzi biex forsi jirnexxielna naħtfu lil dawn il-karattri minn xifer l-abbiss tal-estinzjoni, u minflok jintilfu għal dejjem, jitlibbsu libsa ġdida li tgħodd għal żmienna. Nagħmluha ċara Semmejt il-Ħares: kif li aħna ma nemmnux bil-Ħares għandna nħarsu lejh? Bħala u bl-Għefieret, iżda nafu li dawn xi ħaġa li twerwirna? huma wirt kulturali tagħna wkoll, Il-Ħares hi kelma li tfisser u m’għandhomx jintremew. “gwardjan/għassies” – xi ħadd li qed iħares xi mkien jew xi ħaġa Għadna nsibu xi tagħrif (mhux veru li ġejja mill-kelma fuq dawn il-karattri? Latina Lares, iżda minn għerq ta’ verb Malti, bħal meta ngħidu Fis-sena 2002, Anton F. Attard, “Alla jħarisna” jew “Alla ħares”). Alla jaħfirlu, folklorista Għawdxi Mela l-Ħares hu għassies u hu li ħadem ħafna b’risq l-ilsien differenti minn Ruħ jew Fatat; u Malti, ħareġ il-ktieb Mid-Dinl-istejjer tal-Ħares li nafu bihom, ja tas-Seħer u l-Folklor. Fil-ktieb u li huma tassew stejjer tal-Ħares hemm ġabra ta’ tagħrif siewi u mhux stejjer tal-erwieħ, juruk ferm, u fih deskrizzjoni qasira li l-Ħares hu persunaġġ differenti ta’ mhux inqas minn 78 karattru tal-fantasija, oġġetti tas-seħer, u minn ruħ jew fatat. mkejjen tal-għaġeb li jeżistu biss fil-ħrejjef Maltin. Kien dan ilJiġifieri meta fl-antik kienu Fostna, Ġaħan spiċċa karattru daqsxejn taż-żuffjett u m’għandux il-ħakma fuq moħħ in-nies li għandhom karattri ta’ ġnus oħra. Il-Ħares ukoll spiċċa jagħmel parti mid-dinja tan-nanna Gerit u llum ftit hawn min għadu jagħti kasu. Ħaddieħor għandu l-fairies u l-pixies; lil Superman, u Batman; lil Father Christmas u lil La Befana; lil Pinokkjo, u lil Dracula u lil Frankenstein, u aħna kuntenti nilludu ruħna li dawn il-karattri huma tagħna, meta fil-fatt mhumiex, għax lil tagħna nagħtuh bis-sieq.

ktieb, fost l-oħrajn, li liehem lili u lil Mikiel Galea biex nibdew noħorġu dawk li sejjaħnielhom Il-Komiks tas-Sikkina, u nistgħu ngħidu wkoll li kien hu li liehem lil Stephan D. Mifsud biex joħroġ il-ktieb tiegħu. Fil-ktieb ta’ Anton F. Attard sar sforz żgħir biex titpinġa s-sura ta’ xi karattri, iżda nħossu li l-isforz li sar ma kienx biżżejjed. Il-ktieb ta’ Stephan D. Mifsud x’kien jittratta u meta ħareġ? Kien jismu The Maltese Bestiary, u ħareġ fl-2014. Fih ġabar il-karattri kollha ta’ qabel, u kompla żied magħhom. Il-ktieb inħataf għax fil-fatt mela vojt kbir fil-qasam kulturali ta’ pajjiżna. Din id-darba, it-tpinġijiet fil-ktieb kienu ferm aħjar. Bejn Ottubru u Novembru tal-2016, l-artist Joseph Bugeja għamel il-wirja ‘Hotel Babaw’ fil-Belt Valletta u kellu rappreżentazzjoni ta’ ħafna karattri tal-fantasija Maltin.

Kif saru t-tpinġijiet jekk ma nafux lil dawn il-karattri?

li għandna, ħalli ngħadduhom lil uliedna.

Kien ippruvat għall-ewwel darba, li lil dawn il-karattri tingħatalhom l-ikonografija tagħhom stabbilita fuq bażi soda. Billi aħna nħossu li din l-ikonografija s’issa ma teżistix, u billi l-letteratura Maltija u l-folklor Malti mhux dejjem jgħinuna b’deskrizzjonijiet ċari tad-dehra u s-sura ta’ dawn il-karattri Maltin tal-fantasija, kellna bilfors nieħdu ħafna liċenzja artistika, u nippruvaw nimlew il-vojt li jeżisti billi nfittxu u noħolqu minn żniedna biex insibu mod kif inpinġu lil dawn il-ħlejjaq. Qgħadna ħafna fuq l-istħajjil, iżda fittixna dejjem li nibnu fuq dak li hu magħruf, u dak li hu tagħna, megħjuna mit-trobbija ‘Maltija’ li kellna fi tfulitna. It-tama tagħna hi li din l-ikonografija li qed noħolqu aħna, tiġi aċċettata mill-Maltin, u jibda jkollna mod ta’ kif inpinġu lill-Ħares, lill-Gawgaw, lill-Belliegħa u l-bqija tal-karattri

Ġużi, kemm tħoss li l-illustrazzjonijiet fihom impatt f ’pubblikazzjoni?

Personalment nista’ nifhem il-fittaġni ta’ Charles Dodgson għax jien ukoll kelli ħafna problemi ma’ artisti li ma tawnix dak li xtaqt. Dendilt il-geddum u sewwidt qalbi meta deher li s-soċjetà Maltija ma kellhiex fiha t-talent li tagħtini dak li ħassejt li hu meħtieġ

Fil-qasam tal-kitba tal-fantasija, l-istampi huma indispensabbli. Biex nieħdu eżempju: tista’ int timmaġina l-ktieb Alice in Wonderland mingħajr dawk l-illustrazzjonijiet sublimi ta’ John Tenniel? Impossibbli. Jgħidu li Tenniel kellu struzzjonijiet preċiżi mingħand l-awtur tal-ktieb (Charles Dodgson li mbagħad ħa l-isem ta’ Lewis Carol) dwar x’għandu jpinġi, u jingħad li Dodgson kważi ġennu lil Tenniel bil-fittaġni u bl-insistenza tiegħu. Personalment nista’ nifhem il-fittaġni ta’ Charles Dodgson għax jien ukoll kelli ħafna problemi ma’ artisti li ma tawnix dak li xtaqt. Dendilt il-geddum u sewwidt qalbi meta deher li s-soċjetà Maltija ma kellhiex fiha t-talent li tagħtini dak li ħassejt li hu meħtieġ. Allura kif wasalt għallillustrazzjonijiet tiegħek? B’xorti tajba, għamilt kuntatt ma’ John Spiteri Gingell u ma’ Richard Bartolo. Bartolo hu membru tal-Malta Modelling Society, u jagħmel statwetti żgħar ta’ fost l-oħrajn, suldati tal-epoka u karattri mitoloġiċi. Dan ħa paċenzja bl-istruzzjonijiet tiegħi u tani xogħol aċċettabbli ferm.


21

26.04.2020

kullhadd.com

reffiegħa! Iżda l-Ħares kellu sura? Kien jidher?

Kienet tgħidhomli ommi, Alla jaħfrilha, u kienet temminhom bla ma qatt kien jgħaddilha minn rasha li setgħu ma kinux minnhom L-istatwetti ta’ Bartolo mbagħad għaddew għand Spiteri Gingell, li ħa ritratti minn kull angolu tagħhom u bil-maġija tiegħu, bidel ix-xbihat bil-mezzi li tipprovdi l-Informazzjoni Teknoloġika ta’ żmienna. Iżda b’xorti ħażina, ir-ritratti tal-istatwetti mhux dejjem irnexxew. Mhux kollha kellhom dik is-saħħa u l-attrazzjoni fiżika li biha setgħet tinħabb u titħaddan mill-pubbliku tagħna llum. Mela allura kellek issib lil ħaddieħor biex jgħinek? B’xorti tajba ltqajt mal-artist grafiku Eric Leone u, bejn billi qara l-kitba tiegħi fuq kull karattru, bejn billi ra l-istatwetti li kienu diġà saru, bejn bl-ispjegazzjonijiet tiegħi wiċċ imb wiċċ, iżda l-aktar b’ħafna sabar u rieda tajba min-naħa tiegħu, wasalna fi stat li nistgħu noħorġu fil-pubbliku dan it-tagħrif u din l-ikonografija. Ħabib indispensabbli f ’din ilbiċċa xogħol kien Mikiel Galea, li kien jimxi pass pass miegħi sa mill-bidu nett. Tajjeb li nerġa’ ngħid li t-tama tagħna hi li dawn l-istampi, jiġifieri l-ikonografija li qed nippruvaw noħolqu, jiġu aċċettati mill-poplu Malti, u li l-għalliema u l-kittieba jużawhom u jinvestu t-talenti tagħhom fihom biex il-fenomenu jikber u tkompli tistagħna l-kultura Maltija. Nittamaw li tal-anqas il-kitba tliehem lil ħaddieħor jagħmel xi ħaġa aħjar milli għamilna aħna. Nixtiequ li, x’aktarx għall-ewwel darba

fil-kultura tagħna, nagħtu d-dettalji li hemm bżonn, biex ħafna mill-karattri tal-fantasija moħbija fis-subkonxju tagħna jingħataw sura li tingħaraf. Liema hu l-ewwel karattru li tixtiequ ssalvaw? Bla dubju hu l-‘Ħares’. Il-Ħares mhux l-istess ħaġa bħal ‘Ruħ’. Diġà għidna li mhux minnu li l-kelma Ħares ġejja mil-Latin Lares. ‘Ħares’ tfisser ‘gwardjan’. xi ħadd li qed ‘iħares’, jiġifieri jipproteġi xi mkien jew xi ħaġa. U hu preċiż dan li jagħmel il-Ħares fl-‘istejjer tal-Ħares’: Int tidħol f ’dar u ssib li l-Ħares diġà qiegħed hemm; diġà daħal fiha qablek. Dan jew għandu pjaċir bik, jew m’għandux. Jekk għandu pjaċir bik, ħafna drabi jagħtik imqar ilflus. Il-Ħares kien magħruf li kellu ħafna flus, u kien iżommhom dejjem f ’muniti tad-deheb. Iżda jekk jagħtik xi ħaġa, il-Ħares kien jagħmillek ħafna kundizzjonijiet. U jekk m’għandux pjaċir bik, ħoll xagħrek u ġib iż-żejt. Ġużi, qabel inkomplu, x’kienet ir-raġuni li int affaxxinat daqshekk f ’dan il-qasam? Dawn l-istejjer trabbejt nismagħhom minn tfuliti. Kienet tgħidhomli ommi, Alla jaħfrilha, u kienet temminhom bla ma qatt kien jgħaddilha minn rasha li setgħu ma kinux minnhom. Innies imdaħħlin f ’dawn l-istejjer, kienet issemmihomlok bil-laqam,

u tgħidlek ukoll fejn kienu joqogħdu. Ngħidu aħna lil wieħed jgħidulu l-‘Labak’, li kien joqgħod qrib ħafna ta’ Karmnu l-Barbier, iż-Żejtun, il-Ħares kien fawru bilflus, iżda qallu: “Jekk tiekol biċċa ġobon noqtlok!” U hekk kien, għax kiel il-ġobon u miet! Jew inkella lill-Farruwwa kien ukoll taha ħafna flus, iżda qalilha: “Titkellem ma’ ħadd”. Tkellmet, u l-flus sarulha qxur tal-bebbux. Imbagħad omm Lonzu tal-baqar kienet daħlet f ’dar u l-Ħares qalilha: “Jekk ma toħroġx, joħorġuk erbgħa!” U bil-qatgħa li ħadet mietet u ħarġet mid-dar imkeffna f ’tebut merfugħ minn erba’

Minbarra li kien ikrah, ftit li xejn nafu. Nafu li hu raġel. Lill-mara tiegħu jgħidulha l-‘Ħaddiela’. Nafu li kellu erbat iswaba’ u mhux ħamsa. Ma kellux behem (thumb), allura ma setax, ngħidu aħna, jifgak; u ma setax jagħfas il-grillu u jispara xkubetta. Iżda xorta kien kapaċi jagħtik xebgħa tajba. Ngħidu aħna lil Flora, oħt Ninu ta’ Menzju, il-Ħares kien taha xebgħa u baqgħet b’ħalqha mgħawweġ u wiċċha mfattar għomorha kollu! Nafu wkoll li l-Ħares seta’ jieħu s-sura ta’ kelb iswed u ikrah; jew qattus kbir, iswed ukoll; jew anke sura ta’ serp iswed. Meta tħares lejn sieq ta’ kelb jew ta’ qattus u tifliha sewwa, issib li l-erbat iswaba’ u l-erba’ dwiefer ta’ quddiem jidhru ferm iktar u huma ikbar mill-ħames wieħed. Il-ħames subgħa, il-behem, qiegħed hemm ukoll, iżda jkun moħbi fuq wara jew fil-ġenb tas-sieq; żgħir u kważi bla użu. Il-Ħares ukoll għandu erbat iswaba’, u billi kemm-il darba rawh f ’sura ta’ kelb, iżda rawh ukoll f ’sura ta’ bniedem, ħsibna li nagħtu lill-Ħares wiċċ b’fattizzi ta’ annimali li jiġu minn qabil ilkelb. It-tifsila ta’ ġismu għamilnieha tixbah lil dik tal-bniedem, iżda saqajh u idejh bħal tal-klieb. LillĦares ġieli rawh liebes ta’ Tork, iżda l-Maltin kienu jsejħu ‘Torok’ lil ħafna nies li fil-fatt ma kinux Torok. Meta ġejtu biex tagħtu lbies, xi ngħażel? Billi xtaqna nħallu l-libsa ta’ Tork biss għat-Tork tat-Taraġ, lillĦares tajnieh kabozza – bħal kowt tradizzjonali Malti, bil-barnuża fir-ras, li jixbah ferm lill-ilbies li jintlibes fil-Magħreb. Importanti li kull karattru jkollu

s-simbolu tiegħu, simbolu li minnu jingħaraf minn karattri oħra. Is-simbolu tal-Ħares hu xkora mimlija liri tad-deheb. Jista’ jkun hemm ukoll serp. X’differenza hemm bejn Ħares u Ruħ? Fl-istejjer fejn jissemmew id-dehriet tal-erwieħ, dejjem jidħlu nies li tkun saritilhom xi inġustizzja u f ’mewthom baqgħu ma sabux mistrieħ. Ngħidu aħna; xi mara tinqatel kiesaħ u biered minn raġel li qabel ikun abbuża minnha, difinha u kaħħalha ġo xi ħajt. Jew xi raġel ikun ħalla fit-testment xi kemxa flus biex biha jitħallas il-quddies li kellu jsir b’suffraġju għal ruħu u dawn il-flus jittieħdu u jintużaw għal skop ieħor. Jew xi ħadd jiġi mixli fil-Qorti, ikkundannat għall-mewt, u mgħallaq bla ħtija. Fl-immaġinazzjoni tal-poplu, dawn kollha jibqgħu jfittxu l-ġustizzja u jibqgħu jidhru u jwerwru lin-nies. Iżda dawn għandhom jissejħu ‘erwieħ’ mhux ‘iħirsa’. Nifhmu li l-kelma ‘Ruħ’ għandha tifsira wiesgħa ħafna u tidħol f ’aktar minn qasam wieħed. Allura ma naraw xejn ħażin jekk lil dawk l-erwieħ li baqgħu jidhru u jdejqu lin-nies insejħulhom ‘Fatati’. Din hi kelma oħra li fi lsienna qed tiġi żvalutata u qed tibki biex tingħata tifsira aktar fissa. L-iħirsa huma dawk il-ħlejjaq tal-fantasija li jidħlu fi djar vojta, u lil dawk l-imsejkna li jmorru joqogħdu fihom, jew jagħtuhom il-flus tad-deheb, jew jagħtuhom qatgħa jew xebgħa kbira, dejjem skont kif jiftlilhom. L-iħirsa jistgħu jkunu wkoll f ’xi għar mudlam, jew bini mwaqqa’ u diżabitat, l-aktar jekk ikunu jafu li hemm xi teżor moħbi. Il-fatati, mill-banda l-oħra, huma l-erwieħ ta’ nies li mietu u baqgħu jidhru, għax baqgħu ma sabux mistrieħ. Il-kelma ‘Spettru’ u ‘Fantażma’ wkoll ifissru Fatat. (Jitkompla)


22

26.04.2020

kullhadd.com

PAJJIŻNA SE JGAWDI MINN PASS GĦAQLI FIL-QASAM TAL-IMMANIĠĠJAR TAL-ISKART Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

MINISTRU GĦALL-AMBJENT, IT-TIBDIL FIL-KLIMA U L-IPPJANAR AARON FARRUGIA Smajna u rajna li se jsir investiment qawwi fl-immaniġġjar tal-iskart. Dan b’rabta wkoll mal-miżbla tal-Magħtab li kienet diversi drabi fiċ-ċentru ta’ kontroversji fil-passat fejn kien ikun hemm kliem fieragħ u dak li kien isir, qajla kien jinħass mill-pubbliku, speċjalment mir-residenti tan-Naxxar. X’ħa jkun qed isir din id-darba? Kif se jaffettwa lill-pubbliku inġenerali? Kif għidt tajjeb int, kwalunkwe investiment li kien jiġi propost fil-passat fiż-żona talMagħtab kien jinqabad f ’nofs kontroversji. B’dan il-proġett, rajna li nindirizzaw it-tħassib ta’ kulħadd u rajna li l-proġett jinkorpora fih elementi ta’ sostenibbiltà ambjentali u modal-shift kif pajjiżna ma jibqax iħares lejn l-iskart bħala t-tmiem ta’ proċess, iżda bħala riżorsa ġdida għal pajjiżna. Ridna proġett li jieħu l-ambjent fil-livell li jmiss. L-art li se tkun qed tintuża biex isir dan l-investiment se tkun qed titnaqqas b’mod drastiku wara li bħala Gvern u bħala Ministeru smajna t-tħassib li ressqu l-Kunsilli Lokali tan-Naxxar, il-familji li jgħixu fl-inħawi u l-bdiewa li jaħdmu art agrikola viċin tal-kumpless immaniġġjat mill-Wasteserv. Din hija l-vera definizzjoni ta’ Gvern li jisma’. Ma webbisniex rasna għal soluzzjoni waħda, iżda rajna li nsibu soluzzjonijiet li jirrispettaw lill-bdiewa u lir-residenti tal-madwar filwaqt li nimplimentaw il-viżjoni tagħna. Dan il-proġett se jsir fuq medda ta’ 82,000m2, u mhux 279,000 m2 kif kien oriġinarjament propost. Apparti t-tnaqqis ta’ art li se tkun użata, se nkunu qegħdin inroddu lura art f ’Marsaskala, fiż-Żurrieq u fix-Xagħra f ’parks għall-familji Maltin u Għawdxin. Fl-istess ħin se nunu qegħdin inwettqu pjan ħolistiku li se li jieħu l-ambjent f ’pajjiżna għal-livell li jmiss. L-għan aħħari ta’ dan ilproġett huwa proprju li titnaqqas id-dipendenza ta’ pajjiżna fuq il-landfilling, dan ma jfissirx li pajjiżna se jmur għal zero land-

filling. Irridu niftakru li sas-sena 2035 irridu nilħqu l-miri tad-direttivi tal-UE (Circular Economy) fejn l-ammont ta’ skart li jidħol fil-landfill jammonta biss għal 10% ta’ dak iġġenerat. L-impjant Waste to Energy waħdu se jittratta madwar 40% tal-iskart mhux riċiklabbli filpajjiż. Apparti dak se jkollna l-impjanti l-oħrajn għall-iskart organiku, l-iskart riċiklabbli u dak kliniku li se jwasslu għal ħafna inqas landfilling f ’pajjiżna. Għaliex se tintuża inqas minn terz tal-art li ppropona l-Gvern primarjament? U kif l-iskart ser ikun qed jissarraf f ’riżorsa f ’pajjiżna? Il-Gvern kien għaqli fil-mod kif ippjana dan il-pjan. Filpjan oriġinali l-art iddedikata għal-landfilling kienet se tkun ta’ 150,000m2. Dan mhux qed jiġi kkunsidrat f ’dan l-istadju, u se nkunu qegħdin naħdmu b’mod iktar qawwi biex pajjiżna ma jiġix bżonn aktar art għal-landilling billi nippromwovu bidla ikbar fil-mentalità ta’ kif il-poplu Malti u Għadwxi jiddisponi mill-iskart tiegħu. Pajjiżna se jkun f ’pożizzjoni li jwaqqaf id-dipendenza tiegħu fuq il-landfilling u jibda jdawwar l-iskart f ’riżorsa f ’forma ta’ enerġija elettrika permezz tal-impjant Waste-to-Energy, kompost għall-agrikoltura mill-impjant organiku u mill-prodotti riciklati mill-impjant li se jkun qiegħed jittratta l-karta, il-plastik u l-metall. Dawn kollha se jkunu qed jgħinu biex nimxu lejn ekonomija iktar ċirkolari f ’pajjiżna. Semmejt il-bini ta’ impjanti ġodda, fosthom dak biex skart organiku jintuża għall-produzzjoni ta’ kompost għall-agrikoltura. Kemm se jinbnew impjanti ġodda b’kollox u fuq kemm numru ta’ snin sabiex dawn il-proġetti li jappartjenu għal proġett wieħed ikunu lesti? Ser ikunu qed jinbnew erba’ impjanti differenti li se jassiguraw is-sostenibbiltà ambjentali ta’ dan il-proġett. Kull wieħed minn dawn l-impjanti se jkun

qed jittratta waste stream differenti. L-impjant għar-riċiklaġġ ser ikun jilqa’ skart riċiklabbli li llum jinġabar fil-borża l-griża ġġenerata mir-residenzi, kif ukoll minn azjendi kummerċjali u industrijali. L-impjant se jkun jilqa’ wkoll skart riċiklabbli miġbur minn Bring-in- Sites. Wara li jkun trattat, dan jinbiegħ lill-kumpaniji li minnu jipproduċu prodotti ġodda. L-impjant għall-ġbir separat tal-iskart organiku ser ikun jilqa’ l-iskart organiku, dak talborża l-bajda. Għaldaqstant, azjendi kummerċjali u industrijali li jiġġeneraw skart organiku, eventwalment ser ikunu obbligati wkoll li jisseparaw dan l-iskart għalih. L-impjant tal-Waste-to-Energy mistenni jopera żewġ linji b’kapaċità bejniethom ta’ 192,000 tunnellata fis-sena. Ser jittratta skart domestiku u kummerċjali mħallat li mhux riċiklabbli, bulky, rejects mill-impjant tal-Malta North, injam imħallat, u l-materjal mill-knis tat-toroq u tal-bajjiet. Dan se jkun qiegħed jiġġenera enerġija biżżejjed biex tixgħel l-ammont meħtieġ għal Għawdex u l-Mellieħa. Apparti minn hekk, il-fdalijiet mill-impjant, jingħaqdu ma’ dak organiku, fi proċessar ta’ kompost għall-bdiewa Maltin u Għawdx-

in.

L-impjant ta’ trattament termali għandu jipproċessa l-iskart perikoluż permezz ta’ trattament termiku, prinċipalment ta’ inċinerazzjoni. Dan l-impjant se jkun qiegħed jittratta skart mediku u kliniku, fost l-oħrajn. Fuq skadenzi, il-Gvern dejjem sostna li hemm bżonn sitt snin biex l-impjant jinxtara, jiġi installat u jibda jopera. Il-Ministeru għall-Ambjent, flimkien mal-Wasteserv se nkunu qegħdin nagħmlu dak kollu possibbli biex ix-xogħol isir tajjeb u fl-inqas żmien għall-gwadann tal-poplu Malti u Għawdxi. Apparti minn hekk, se nkunu qegħdin naraw li bħala pajjiż nilħqu l-miri ambjentali u tarriciklaġġ. Il-Magħtab fil-passat ingħatat anke titli u frażijiet fiergħa bħal li ‘l-Magħtab se twarrad’. Semmejtu li l-impjanti u l-miżbliet se jiddawru fi spazji miftuħa għall-familji. Kif se jsir dan? Dak li jiddistingwi lil dan ilGvern huwa li dak li jwiegħed iwettqu. Fil-passat smajna ħafna kliem fieragħ rigward proġetti li qatt ma twettqu, inkluż fil-qasam ambjentali. Dan il-Gvern qed juri biċ-ċar li

huwa kommess li jieħu deċiżjonijiet kuraġġużi b’rispett sħiħ lejn ir-residenti u l-komunitajiet sabiex jilħaq l-aqwa riżultati għal pajjiżna fl-oqsma tal-ambjent u l-immaniġġjar tal-iskart. Dan il-pjan ħolistiku fl-immaniġġjar tal-iskart u ċ-ċentralizzazzjoni ta’ erba’ impjanti fiż-żona tal-Magħtab se jippermetti wkoll li l-Gvern iżomm mal-wegħda elettorali tiegħu li jagħlaq l-impjant ta’ Sant’Antnin f ’Marsaskala darba għal dejjem. Iktar minn hekk, kif imwiegħed fil-manifest elettorali, il-Gvern għandu l-interess li jagħti artijiet ħodor lill-familji Maltin, u mhux jiehu. Dan il-Gvern jagħraf l-importanza ta’ zoni ħodor fil-pajjiż u jrid jipprijoritizza l-kwalità ta’ ħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. B’hekk se nkunu qed nagħtu meded konsiderevoli ta’ art lura lill-poplu f ’forma ta’ green areas, inkluż Wied Fulija fiż-Żurrieq, il-Qortin f ’Għawdex u Sant’Antnin f ’Marsaskala. It-total ta’ art li se tkun qed tingħata lura lill-pubbliku tammonta għal 184,000m2. Allura, il-Gvern se jkun jagħti lura iktar mid-doppju tal-art li se jkun qed juża għall-faċilitajiet tal-Wasteserv. Bħala Ministru, sostnejt kemm-il darba li hija inaċċettabbli li l-familji jridu joħorġu


23

26.04.2020

kullhadd.com

mill-ibliet u l-irħula tagħhom biex igawdu n-natura ta’ pajjiżna. Din ir-riġenerazzjoni ta’ żoni li kienu jintużaw mill-Wasteserv fil-passat mhux biss ser iġġib magħha kundizzjonijiet ta’ ħajja aħjar lir-residenti tal-madwar, iżda ser tressaq in-natura aktar viċin l-ibliet u l-irħula tagħna. Il-Ministeru għall-Ambjent huwa kommess li jagħmel dan ix-xogħol biex iħalli ambjent aħjar għal pajjiżna. Ministru x’taħseb fuq ir-riċiklaġġ f ’pajjiżna? Il-poplu dara sew issa jew għad hemm intoppi f ’xi oqsma? Ir-riżultati li ksibna s’issa fir-rigward tar-riċiklaġġ tal-iskart huma inkoraġġanti ħafna imma hemm bżonn li bħala pajjiż nagħmlu ferm iktar. Kemm mill-Gvern kif ukoll mill-familji u min-negozji. Bħala Gvern u permezz ta’ dan il-proġett, ser inkunu qed inġeddu l-infrastruttura tagħna u nagħmlu aktar kampanji edukattivi fuq dan is-suġġett. Nemmen li bi sforz komuni mill-Gvern, mill-poplu u mis-settur privat inkunu nistgħu nibdew naħdmu biex jintlaħqu l-miri Ewropej b’mod serju.

tagħha. Deħlin għal biċċa xogħol kbira li ser twassal għal ħafna ġid imma li ġġib magħha responsabiltajiet kbar. Għalhekk, diġà saru preparamenti kbar u x-xogWasteserv ġiet mogħtija ħol intensifika sew fil-ġimgħat dan il-mandat li tmexxi li għaddew u mistenni li jkomx-xogħlijiet relatati ma’ dan pli jiżdied. Ix-xogħol fuq l-impl-investiment kbir. Kif qed jant Waste-to-Energy hu l-iktar tipprepara għalih u x’sar sa wieħed avvanzat. L-istudji ambissa? jentali waslu biex jitlestew u issa Dan huwa żmien eċitanti ħafna anke beda l-proċess tax-xiri fuq għall-WasteServ u l-ħaddiema il-park internazzjonali. Rigward

CEO WASTESERV RICHARD BILOCCA

l-impjanti l-oħra, ser jibdew ukoll l-istudji ambjentali fil-jiem li ġejjin. Meta ssemmu fil-konferenzi, li l-għan ta’ Wasteserv huwa li tilħaq l-ambizzjonijiet ambjentali tas-soċjetà Maltija, xi tfisser? X’inhuma dawn l-ambizzjonijiet? Il-poplu Malti għandu ambizzjonijiet għoljin u jistenna l-aħjar affarijiet għalih. L-ekonomija

kibret b’saħħa liema bħalha u attirat ukoll setturi ferm avvanzati. L-infrastruttura tal-pajjiż qed tiġi mkabbra u aġġornata għaż-żminijiet moderni u dan il-proġett hu ħolqa minn katina ferm ikbar. Is-sostenibbiltà hi essenzjali u l-immaniġġjar tal-iskart mhux eċċezzjoni. Il-poplu jistenna l-aħjar. Bi pjacir ninnota li sar hawn aspettattivi li ambjentalment immorru għall-aħjar soluzzjonijiet u hekk se nkunu qed nagħmlu. Flok narmu l-iskart ser inkunu qed naraw kif kull materja tiġi użata bl-aħjar mod possibbli. Hekk ser ikunu qed jiżdiedu l-ħaddiema fi ħdan Wasteserv? Ser ikun hemm opportunitajiet ġodda waqt li dan il-proġett ambizzjuż se jibda jiġi implimentat? M’hemmx dubju li biex tħaddem u timplimenta proġetti ta’ dan il-kobor, il-kumpanija Wasteserv ser jirnexxilha tressaq lejha numru ta’ ħaddiema speċjalizzati fis-settur li kapaċi jgħinu fil-kostruzzjoni u fl-operat ta’ dan il-proġett. Huwa żmien eċitanti ħafna għalina bħala Wasteserv u nħarsu ’l quddiem sabiex nilħqu l-ambizzjonijiet ambjentali tal-poplu Malti u Għawdxi.


24

26.04.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

MONUMENTI U BUSTI fil-gżejjer Maltin

Din il-ġabra ta’ monumenti u busti fil-gżejjer Maltin turi l-għamliet differenti tagħhom filwaqt li qed ifakkru persuni, avvenimenti jew xi post ta’ importanza għal grupp ta’ nies. Dawn l-opri tal-arti qegħdin jgħinu biex iżommu ħajja l-memorja ta’ dawn il-personaġġi jew avvenimenti fil-ġejjieni. Din il-ġabra hi wkoll tifkira tal-artisti li ħasbuhom u xi minn daqqiet ħadmuhom ukoll. Fihom jiġbru l-ħila tal-artisti Maltin u Għawdxin, li għalkemm użaw materjali differenti, ħolqu monument jew bust li jsebbaħ l-ambjent ta’ fejn qiegħed. Huma jgħollu ġieħ in-nazzjon u jkabbru ismu f ’għajnejn il-barranin. Huma wkoll turija ta’ gratitudni min-nazzjon lejn dawk l-ulied li kkontribwew biex art twelidhom titħalla aħjar minn kif sabuha. B’hekk, fis-skiet tagħhom, qed jgħidu storja li mhux ta’ min jinsieha. “Il-monumenti u busti huma kollha illustrati u fuq kull wieħed minnhom hemm it-tagħrif li wieħed jixtieq, jiġifieri, il-lokal, id-deskrizzjoni, l-awtur, id-data u kull informazzjoni oħra essenzjali. Il-mertu ewlieni ta’ din l-opra jinsab fil-fatt li tiġbor fiha għall-ewwel darba kull figura kommemorattiva li tiltaqa’ magħha meta ddur kull parti ta’ dawn il-gżejjer. Għalhekk, dan ix-xogħol viżwali hu talaqwa ġieħ. Hu tal-akbar sodisfazzjon li wara kważi żewġ sekli Malta sabet, permezz tax-xogħol ta’ Anton Camilleri, kollezzjoni kemm hu possibbli kompluta tal-monumenti mhux moħbija li jsebbħu l-gżejjer ta’ Malta u Għawdex.” – Albert Ganado

Mistoqsija: Dawn l-opri tal-arti x’qegħdin jgħinu biex iżommu ħaj? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb MONUMENTI U BUSTI FIL-GŻEJJER MALTIN. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 3 ta’ Mejju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb FUQ KAXXA TAL-BIRRA RASHA ’L ISFEL huwa: J. DEBONO BRIFFA - XEMXIJA

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

04

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm kien il-persentaġġ ta’ persuni li nstabu ħatja fuq reati ta’ serq?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

26.04.2020

kullhadd.com

SFUMATURI TA’ VERSAILLES IT-TIENI PARTI

Kitba ta’ MARY CHETCUTI

Il-Palazz ta’ Versailles – splużjoni ta’ lwien u sfumaturi, tlellix u ġmiel imma kultant ftit dellijiet ukoll li joskuraw l-istorja ta’ dan il-ġojjel arkitettoniku Franċiż. Ġo Versailles kollox kien isir skont il-moda saħansitra l-ikel. Nistħajlek bħalissa qed iġġib quddiem għajnejk festini bi mwejjed twal ma jispiċċaw qatt mgħobbijin b’kull xorta ta’ ikel ippreparat mill-aqwa kokijiet tal-Ewropa. Ma jonqsux l-inbejjed fini u x-xampanja, il-ħelu mżejjen bi kremi delizzjużi u frott ta’ kull lewn u togħma; fi kliem ieħor ikla ta’ re. Iżda dik li kienet tisboq kwalunkwe ħaġa oħra u kien isir għaġeb kbir dwarha kienet ix-xarba taċ-ċikkulata – iva sewwa qrajt, dik li aħna nafuha bħala kokotina u nixorbuha fix-xitwa kienet fil-quċċata tat-tendenzi fi żmien ir-Re Louis XIV, irRe mqabbel mad-dija tax-xemx. Iċ-ċikkulata kienet ilha li daħlet fil-palazzi rjali ta’ Franza sa mill-1615 meta nxtorbot għall-ewwel darba waqt il-festin tat-tieġ tar-Re Louis XII u Anna tal-Awstrija fil-belt ta’ Bayonne. Kienu l-esploraturi u l-konkwistaturi Spanjoli li daħħluha fl-Ewropa min-naħa t’isfel tal-kontinent il-ġdid Amerikan. Però kif diġà għedt, kien ir-Re Louis XIV li bidilha fi sfumatura oħra sinonima ma’ Versailles. Jingħad li l-kokotina tant kienet saret favorita mar-Re li ħafna drabi kien iħobb jippreparaha hu personalment u saħansitra kellu riċetta li vvintaha hu li għadha tiġi ppreparata l-istess sal-lum. Nissuġġerilek li jekk trid kikkra kokotina kif jaf jagħmilha Louis XIV imxi mal-istruzzjonijiet tiegħu hawn taħt: Poġġi fi kwantitajiet ugwali biċċiet taċ-ċikkulata u kikkri ta’ ilma fi stanjata tal-kafè u ħallihom fuq nar baxx sakemm jagħli. Meta tara li ż-żewġ ingredjenti tħalltu sew ixħet isfar ta’ bajda, fil-pro-

Il-Palazz ta’ Versailles huwa mogħni bi ġmiel ta’ libreriji mifruxin minn ħajt sa ħajt iddisinjati bi lwien li jserrħu l-għajn u sfumaturi dehbin u tal-fidda

porzjon ta’ isfar għal kull erba’ kikkri, u ibqa’ ħawwad mingħajr ma tħalli x-xarba terġa’ tagħli. Ikun aħjar jekk tipprepara t-taħlita jum qabel. Dawk li jixorbuha kuljum jistgħu jwarrbu ftit minnha biex isaħħu t-togħma tat-taħlita li jmiss. Ma setax jonqos li n-nisa favoriti tar-Re, mhux b’inqas Madame de Mondespan, kienu jiġġennu għal kikkra kokotina u jippreferuha fuq kull xarba oħra iktar u iktar meta kellhom il-konvinzjoni li ladarba ċ-ċikkulata kienet prodott eżotiku bilfors ried ikollha effetti afrodisijaċi għal ħajja sesswali enerġetika. U la qiegħda fuq is-suġġett tal-pjaċiri sesswali ngħidlek li mhux kulħadd kien ixxurtjat bħar-Re u l-aristokratiċi residenti ġewwa Versailles. Dawn kienu jfittxu l-avventuri bejn erba’ ħitan fi kmamar tas-sodda meraviljużi u kennin. Imma ġol-palazz kien hemm nies oħrajn li ma kellhomx il-privileġġi tas-sinjuri. Ħaddiema tal-id, qaddejja u nies tassengħa li kienu jqattgħu ġimgħat u xhur ġo Versailles jaħdmu fuq it-tisbiħ tal-palazz u l-ġonna tiegħu ġibdu l-attenzjoni ta’ għadd kbir ta’ prostituti li tħajru javviċinaw Versailles għax kif jgħid il-Malti kien il-post fejn jagħmlu xelin xogħol sew. Il-prostituti kienu jħajru lill-klijenti u jeħduhom fil-medda enormi ta’ foresta li għandu Versailles. Ir-Re Louis XIV bdiet iddejqu din il-biċċa xogħol u biex tgħaxxaqha x-xogħol ta’ tisbiħ beda jaqa’ lura minħabba li ħaddiema f ’oqsma differenti bdew ta’ spiss ikunu ma jifilħux minħabba mard trażmess mis-sess.

Għall-ewwel ipprojbixxa l-prostituzzjoni imma ma nbidel xejn. Meta ra hekk, ir-Re Louis XIV iddeċieda li jħarrax illiġi u ddetta li min jinqabad jipprostitwixxi ruħu fil-foresta tar-Re jaqla’ swat bin-nerv fil-pubbliku. Jekk fl-istess ħin tal-arrest jinqabad ukoll il-klijent dan jinqatgħulu mnieħru u widnejh it-tnejn. F’kemm trodd salib il-foresta ta’ Versailles tbattlet min-nisa tal-pjaċir li eventwalment mexxew xogħolhom għal ġo lukandi ‘apposta’ fil-qrib. Il-Palazz ta’ Versailles huwa mogħni bi ġmiel ta’ libreriji mifruxin minn ħajt sa ħajt iddisinjati bi lwien li jserrħu l-għajn u sfumaturi dehbin u tal-fidda. Hemm il-Librerija ta’ Madame Victoire li kienet bint ir-Re Louis XV. Hemm ukoll il-Librerija tar-Reġina li saret għal Marie Antoinette fl-1781, u librerija oħra għal żewġha, ir-Re Louis XVI, li fuq l-insistenza tiegħu tqiegħdet fl-istess sular talkmamar privati użati minnu. L-uniċi affarijiet neqsin minn dawn il-libreriji storiċi huma l-kotba. Dak li tara fuq l-ixkafef wara bibien tal-ħġieġ meta tittawwal f ’dawn il-libreriji rjali huma l-qxur ta’ barra ta’ kotba għax il-kollezzjoni ta’ manuskritti u kotba oriġinali, li għandha valur storiku kbir,

ittieħdet kollha fl-Arkivju Nazzjonali ta’ Pariġi fl-1970. Meta lewn is-sema jibda jisfuma u jiskura ngħidu ġej il-maltemp. Hekk ġara bejn il-25 u s-26 ta’ Diċembru 1999 meta Versailles ġarrab tnejn mill-agħar maltempati tar-riħ fl-istorja tiegħu, b’buffuri li laħqu l-210 kilometri fis-siegħa. F’temp ta’ sagħtejn riefnu spjetat ħalla ħerba sħiħa. Inkiser ħafna ħġieġ tat-twieqi u l-bibien tal-palazz u taru partijiet mis-soqfa, iżda l-aktar li ġarrab ħsara kien il-ġnien meraviljuż ta’ Versailles. Tqaċċtu jew inqalgħu mill-għeruq xejn inqas minn 10,000 siġra, li magħhom qalgħu wkoll il-pavimentar tal-passaġġi. B’xorti ħażina, din il-maltempata qerdet siġar li kienu ilhom fil-ġnien sa mil-1793. B’investiment ekwivalenti għal żewġ miljuni euro reġgħu tħawlu 50,000 siġra ġdida. Barra minn hekk, kif kienu għaddejin bix-xogħol ġew restawrati għall-istat oriġinali tagħhom il-ġardini ta’ Grand Trianon u Petit Trianon. Ir-restawraturi marru lura għall-pjanti oriġinali sabiex il-ġonna kollha ta’ Versailles ingħataw lura lid-dinja fil-glorja kollha tagħhom kif kien immaġinhom u ppjanhom Louis XIV.


26

26.04.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

26.04.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 326

A. GARAS - ĦAMRUN

Bi 3 Numri 021 022 126 197 215 219 224 245 264 279 328 420

464 482 626 677 712 920 B’4 Numri 0137 0731 0743 1399 2310

2419 2609 4840 4992 5136 5385 5444 5862 6164 6242 6661 6900 8823

8950 9111 9127 9568 9742 9839 B’5 Numri 03520 05800 12738 18714 20493

23923 50153 65650 74606 80900 81880 89897 B’6 Numri 082586 449052 455911 646683

715038 889130 Bi 8 Numri 20793764 25706760 B’9 Numri 479804558 669549184

1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16,18. 18. 19.

Mimdudin: Waqfa (5) Noqogħdu fihom (4) Idoqqu fil-festi (5) Ara 7 Posthom fl-infern (6) Il-festa tagħha l-Ġimgħa ta’ qabel il-Ġimgħa l-Kbira (6) Tapprofitta minn testment (5) Ara 16 Tajjeb ferm

20. 21. 23. 24.

mal-ħobż biż-żejt (3) Taqa’ fuq il-ħamrija (5) Ara 13 Issodd bih (4) Jixtiequ (5)

tlieta! (3) 6,11. Jitmexxa minn re jew reġina (5) 8. Jgħinu dawn? (9) 11. Ara 6 12,22. Jintuża għall-ilbiesi (5) 13,21M. Isem (6) 14. Ma jirnexxix (6) Weqfin: Bejn Malta u 1. Kompli l-qawl: 15 Għawdex (6) Il-........ iwiegħed 17. Ara 2 u jagħti (6) Mhux jien (3) 2,17. Iżommu l-ilma (6) 21. 22. Ara 12 wieqfa 3. Aldo Borg Xuereb (1,1,1) 5. Jitlef l-aħħar

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: Weqfin: 1.Ħabsi, 4.Xuxa, 7,15.Trapjant, 9,16. 1.Ħaxixa, 2,21M. Balala, 3,23.Ittanta, Xalata, 10.Teftif, 12.Wettam, 18.Ra, 5,21W. Urtata, 6,22.Asfalt, 8.Restaw19.Imp, 20.Suwed, 24.Tebut rat, 11,12W.Tewa, 12.TRU, 14.Midneb, 17.Tul


28

26.04.2020

kullhadd.com

STAĠUN L-ISTUPIDAĠNI … JEW?! Editorjal

Sadanittant, kif qed naraw ta’ kuljum, miżura wara oħra qed ikomplu jagħtu n-nifs lill-poplu u lin-negozji li ntlaqtu ħażin immens deċiżjonijiet drastiċi u bla preċedent li kellhom jittieħdu biex tiġi salvagwardjata s-saħħa ta’ kulħadd

Jekk iċ-ċirkostanzi attwali, b’riżultat tal-pandemija talCOVID-19, wasslu lil ħafna minna biex jesperjenzaw xi ftit ta’ ansjetà u stress, ikollna nammettu li dawn ħallew riperkussjonijiet ferm aktar gravi fuq il-Partit Nazzjonalista fl-Oppożizzjoni. Hu ċar li, bħasserje komika ta’ “Dad’s Army”, ir-reġiment ta’ Dr Adrian Delia qed jogħxa jagħżaq r-roqgħa tiegħu fl-għalqa politika. B’ċuċata wara l-oħra, donnu qed jitħabat biex jippersonifika l-bluha kollha li hu magħruf għaliha dan ix-xahar t’April. M’għandna l-ebda dubju, lanqas, li iżjed ma l-pajjiż ikompli f ’din it-triq it-tajba u noħorġu minn dan l-għawġ bl-inqas ġrieħi possibbli, aktar se nisimgħu u naraw kif ilPN ikompli jiddispra u jispara f ’saqajh, waqt li jitlef iżjed ilkredibbiltà li diġà tinsab fix-xfar tagħha. La ma twelidniex ilbieraħ u għandna xogħfa biżżejjed ta’ x’sarraf fl-imgħoddi, l-ebda persuna f ’sensiha llum ma temmen il-ġenwinità fid-

dikjarazzjonijiet li jiġu sparati ta’ kuljum mid-Dar Ċentrali. Konxji lkoll kif, qabel ilpandemija, l-istess ċorma riedet tfarrak l-ekonomija nazzjonali u tostakola kull investiment li jersaq lejn xtutna. Bħall-ħrafa tal-lupu, l-għajjat tiegħu llum ma sar jiġbed l-attenzjoni ta’ ħadd. Iżjed u iżjed jekk ikompli jċedi quddiem elementi ħżiena diġà skreditati mill-poplu, iżda li donnu għadhom jiddominawh. Min se jieħdu bis-serjetà meta jgħaddi suġġerimenti varji u jippretendi li l-Gvern Laburista għandu jdaħħalhom bilġri, anke jekk ma jkunux ikkalkulati? Ovvjament it-tali pariri ma jaslux iktar minn metru bogħod minn fejn jiġu sparati, speċjalment meta wkoll jikkontradixxu dikjarazzjonijiet riċenti mħaddna minnp Delia nnifsu jew il-predeċessuri tiegħu. Ma tistax ma tqisx bħala bluha nfisha kull proposta ta’ tqassim ta’ flus minn xi ħadd li salbieraħ kien għadu jistaqsi “fejn hu s-surplus?”. Meta f ’dawn il-jiem irreġistrajna r-raba’

surplus konsekuttiv fil-finanzi nazzjonali, il-poplu jaf eżatt blgħaqal ta’ min qed igawdi l-frott illum anke f ’ċirkostanzi diffiċli. Kif trid ma titbissimx meta issa tal-PN jisħqu biex il-miljuni mill-Programm ta’ Investiment b’Ċittadinanza (IIP) imorru għal kawża jew oħra, meta li kien għalihom dan il-pjan kellu jiġi abortit qabel it-twelid. Miljuni kbar minnu diġà qed jgħinu biex isalvaw il-ġurnata għal eluf ta’ familji u negozji, jiġu offruti servizzi mediċi ulterjuri u anke jinvestu fil-ġejjieni tal-familji tagħna. Inkella kif tista’ ma tinkorlax meta jiġi Delia stess jgħidilna li għandhom jitraħħsu bin-nofs il-kontijiet tad-dawl u l-ilma jew saħansitra jingħataw tliet xhur gratis. Dan wara li mill-poter ivvutaw “bil-qalb kollha” biex ma jitnaqqas l-ebda ċenteżmu mill-agħar kontijiet fl-istorja u jħeġġuna biex nidrawhom kif kienu. Aktar reċenti ppruvaw itambrulna li t-traħħis ta’ 25% mill-2014 kien biss gimmick Laburista. Sadanittant, kif qed naraw

ta’ kuljum, miżura wara oħra qed ikomplu jagħtu n-nifs lillpoplu u lin-negozji li ntlaqtu ħażin immens mid-deċiżjonijiet drastiċi u bla preċedent li kellhom jittieħdu biex tiġi salvagwardjata s-saħħa ta’ kulħadd. Waqt li ġnus oħrajn għadhom jittewbu jistennew li jirċievu xi għajnuna, il-Ministeru għallFamilja, Drittijiet tat-Tfal u Solidarjetà Soċjali ta’ Michael Falzon u l-Malta Enterprise taħt il-Ministeru għall-Ekonomija ta’ Silvio Schembri qed jissuperaw kull aspettattiva u fl-iqsar ħin possibbli diġà qassmu l-għajnuna neċessarja biex eluf ta’ familji u negozji jibqgħu jżommu fil-wiċċ u eluf ta’ impjiegi jiġu salvati. Biex ninsabu fejn aħna llum u fejn qed nimmiraw li mmorru wkoll, ħadd ma stenna jew kellu bżonn li jisma’ r-rakkomandazzjonijiet ta’ min lanqas kien kapaċi jżomm f ’ordni daru stess, aħseb u ara kemm jista’ jkun kapaċi jindokra l-pajjiż b’mod ġenerali. Għalhekk maġġoranza akbar tal-poplu temmen li l-pajjiż jinsab f ’idejn tajbin ħafna.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.