www.kullhadd.com Il-Ħadd, 26 ta’ Lulju, 2020
Ħarġa Nru 1,411
Ara paġni 14 u 15 Prezz €1
Ritratt: JOE CAMENZULI
MICALLEF DEPUTAT MEXXEJ Daniel Micallef ilbieraħ kien ikkonfermat bħala d-Deputat Mexxej Laburista għall-Affarijiet tal-Partit b’vot b’saħħtu ħafna wara li 98% tal-voti qablu li għandu jokkupa l-pożizzjoni li ġiet vakata wara r-riżenja ta’ Chris Cardona f’Ġunju li għadda. F’sinjal tad-differenza kbira li teżisti llum il-ġurnata bejn iż-żewġ partiti prinċipali, l-għaqda massiċċa wara l-ħatra ta’ Micallef tindika wkoll ir-rispett u l-fiduċja li l-Perit żagħżugħ igawdi fost l-għeruq tal-Partit, minkejja l-età. Fl-ewwel reazzjoni tiegħu, Micallef qal li se jara li bl-għaqda u l-ħidma kollettiva l-Partit Laburista jkompli jikber, waqt li jkun strumentali biex il-futur ta’ pajjiżna jibqa’ jissaħħaħ. Tkompli f’paġna 4
LEJN IT-TMIEM TAL-ESTABLISHMENT? AKTARX LI L-KAP NAZZJONALISTA SAB IL-FORMULA KIF JEĦLES DARBA GĦAL DEJJEM MILL-AVVERSARJI TIEGĦU FI ĦDAN IL-PARTIT, GĦALKEMM JISTGĦU JIĠUH MA’ WIĊĊU AKTAR B’SAĦĦITHOM FIL-PARLAMENT Ikun xi jkun il-vot fil-Kunsill Nazzjonalista fi tmiem ilġimgħa d-dieħla u tkun xi tkun id-domanda li għaliha jridu jwieġbu t-tesserati Nazzjonalisti lejn l-aħħar t’Awwissu, jidher li l-aktar wieħed sodisfatt mill-iżviluppi ta’ din il-ġimgħa u partikolarment wara l-eżekuttiv il-Ħamis li għadda hu l-Kap attwali nnifsu, Adrian Delia. Fi kliem esponent veteran fil-Partit Nazzjonalista, il-kompromess li rnexxielu jilħaq Delia din il-ġimgħa kien “iċ-ċirasa fuq il-kejk biex nitnaddfu”, b’referenza għall-grupp ta’ deputati, magħrufin bħala l-fazzjoni ta’ Busuttil jew il-fazzjoni tal-establishment, li akkost ta’ kollox iridu jeħilsu mill-Kap u qed juru l-fiduċja
tagħhom fid-Deputata Therese Comodini Cachia minflok. Wara sigħat twal oħra ta’ argumenti jaħarqu l-Ħamis billejl l-eżekuttiv Nazzjonalista kkonkluda li għandu jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali nhar il-Ġimgħa li ġej, 31 ta’ Lulju, u l-għada ssir votazzjoni bejn il-Kunsillieri jekk iridux li fil-Konvenzjoni Ġenerali, li għandha tiġi deċiża data għaliha, it-tesserati jivvotaw biex jikkonfermaw lillKap attwali jew inkella jmorru għal elezzjoni oħra. Nies qrib il-Kap jemmnu li kull vot imsejjaħ għandu jagħti appoġġ komdu lil Delia. Kif indika hu stess fl-aħħar jiem, it-tielet vot favurih fi
żmien daqstant snin se jsaħħaħ idejn Delia biex definittivament jimbotta ’l barra u ’l bogħod mill-Partit lil deputati bħal Jason Azzopardi, Beppe Fenech Adami, Mario Demarco, Chris Said u Karol Aquilina, fost oħrajn. Dawn tal-aħħar, li jagħmlu parti minn 19-il membru fil-Grupp Parlamentari, inklużi ż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej Roberta Metsola u David Casa, li sfiduċjawh fl-ewwel lok ix-xahar li għadda, saħansitra pprovaw bla suċċess li jtajruh mill-pożizzjoni Kostituzzjonali ta’ Kap tal-Oppożizzjoni. Tkompli f’paġna 5
02
26.07.2020
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 32°C L-Inqas Temperatura: 24°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi l-Punent u ċ-ċentru talMediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif mill-Grieg it-Tramuntana li jsir varjabbli Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 27°C
Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR It-Tnejn
tel: (+356) 2568 2570
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
32°C UV 11
22°C
Il-Ħamis
Indirizz Postali KullĦadd
33°C UV 11
22°C
Il-Ġimgħa
33°C UV 11
22°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
32°C UV 11
24°C
32°C UV 11
24°C
32°C UV 11
24°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 St. Gaetan Pharmacy, Triq il-Kappillan Mifsud, Il-Ħamrun – 21234570 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Collis Williams - St. Mark’s Pharmacy, Triq P. Borg Olivier c/w Triq Gianni Vella, Is-Swatar – 21440790 D’Argen’s Pharmacy, 330, Triq D’Argens, Il-Gżira – 21330817 Balluta Pharmacy, 7, Pjazza Balluta, San Ġiljan – 21317888 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 St. Mary Pharmacy, -Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr – 21580711 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 Blossoms Pharmacy, Triq il-Gurgier, Birżebbuġa – 21652226 Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, L-Imqabba – 21683048 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Palm Pharmacy, 2, Triq il-Palma, Ir-Rabat – 21566170 Sokkors Pharmacy, Triq San Girgor, Kerċem – 21553018
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi
Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888
Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
04
26.07.2020
Ritratt: GARETH DEGIORGIO
kullhadd.com
KRIŻIPN: IT-TIELET ĠIMGĦA IS-SIBT 18 TA’ LULJU ● David Thake igiddeb lil Adrian Delia li f ’intervista fuq l-RTK iddikjara li l-konverżazzjoni li kellu ma’ Yorgen Fenech m’għadhiex tidher għax il-profil tiegħu fuq WhatsApp tħassar wara li dan ġie arrestat. Thake jgħid li lilu ma sparixxilux il-messaġġ minn fuq il-mobile “għax ma ħassrux u m’għandux x’jaħbi”.
IL-ĦADD 19 TA’ LULJU ● Fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, Delia jikteb li m’hemmx post għal nies li jwasslu għal stħarriġ bħal dak ippubblikat il-Ħadd mill-MaltaToday. Jgħid li wasal il-mument għad-deċiżjonijiet u li se jaġixxi fil-ġranet li ġejjin. Il-Viċi Kap Nazzjonalista Robert Arrigo wkoll jirreaġixxi b’saħħa kontra r-riżultati li ġabet Therese Comodini Cachia fl-istħarriġ ippubblikat. Jikteb “She fell on the first hurdle. This MaltaToday survey contradicts her statement that she felt that the party is now united.” Min-naħa tagħhom, id-deputati li sfiduċjaw lil Delia jgħidu li f ’ġimgħa biss Comodini Cachia rnexxielha tikseb fiduċja daqs Delia. ● L-Avukat Bernard Grech, li qed jissemma ħafna li fil-futur qrib jista’ jieħu f ’idejh it-tmun tal-Partit Nazzjonalista jibda jdur il-każini, mossa li xejn ma għoġbot lin-nies ta’ Delia.
MISTENNIJA LAQGĦA TAJBA FIR-RIALTO LLUM Tkompli minn paġna 1 Il-votazzjoni, li kienet qiegħda ssir fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u fiċ-Ċentru Laburista tar-Rabat Għawdex, għalqet fit-3:00 p.m. u r-riżultat tħabbar mill-Kummissjoni Elettorali tal-PL għall-ħabta tal-4:00 p.m. Il-Prim Ministru Robert Abela (lemin) xeħet ilvot tiegħu għall-ħabta tas-1:00 ta’ waranofsinhar fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, fejn iltaqa’ wkoll ma’ Micallef, kif ukoll mal-President il-ġdid tal-Partit Ramona Attard. Jirriżulta li minn 759 delegat li kienu eliġibbli li jivvotaw, 86.4% jew 656 xeħtu l-vot tagħhom. Minn dawn, Micallef sab prattikament l-approvazzjoni ta’ kulħadd – 634 vot. Kien hemm biss 2% tal-voti, jew 22, bejn dawk li kienu kontra, astensjonijiet u invalidi. Kien għall-ħabta tal-4:00 p.m. li bdew jinfetħu l-kaxxi u l-voti jitpoġġew wiċċhom ’l isfel, waqt li r-riżultat finali sar magħruf inqas minn siegħa wara. F’kummenti li għadda lill-ġurnalisti preżenti fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista wara li sar magħruf ir-riżultat, Micallef tenna l-impenn tiegħu f ’din il-pożizzjoni l-ġdida u stqarr li din il-fiduċja li ngħata hu kommess li jagħtiha lura b’aktar xogħol. Spjega li t-tema tal-kampanja tiegħu silitha f ’kelma waħda – “flimkien” – u din tfisser l-għaqda u l-ħidma kollettiva. Hu tenna wkoll li qed iħares ’il quddiem biex il-Partit ikompli jiġġedded, isaħħaħ il-kunċett ta’ moviment li bena fl-aħħar snin u anke jissokta bittisħiħ tal-ġejjieni tal-pajjiż. Micallef, li sa ftit ilu kien jokkupa l-kariga ta’ President tal-Partit Laburista, se jkun qed jindirizza l-Konferenza Ġenerali Straordinarja li se titlaqqa’ dalgħodu fir-Rialto, Bormla, mill-10:30 a.m. ’il quddiem. L-istess attività, li mistennija tattira interess kbir, se tara l-ewwel indirizz uffiċjali tal-President il-ġdid
Ramona Attard, kif ukoll l-indirizz tal-għeluq millPrim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela. Il-Partit Laburista fakkar kif Daniel Micallef immilita u serva f ’diversi organi tal-Partit għal numru ta’ snin, tant li beda l-ħidma tiegħu fi ħdan il-kumitati lokali u ħadem ukoll fil-fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Laburista, l-FŻL, waqt li għal dawn l-aħħar seba’ snin serva bħala President tal-Partit. Il-PL jirringrazzja lil Daniel Micallef għall-ħidma tiegħu tul is-snin u jawguralu għal aktar ħidma firrwol il-ġdid tiegħu biex ikun ta’ xprun ħalli l-Partit ikompli jiġġedded u jwettaq il-bidliet meħtieġa fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
IT-TNEJN 20 TA’ LULJU ● Il-Moviment Żgħażagħ Partit Nazzjonalista (MŻPN), fergħa favur il-fazzjoni ta’ Simon Busuttil, iniedi kampanja fuq il-midja soċjali biex Delia jitneħħa minn Kap tal-Partit. F’filmat li tellgħu jitkellmu diversi esponenti tal-MŻPN fi stil ta’ kampanja elettorali, u jgħidu li l-PN jixraqlu tmexxija aħjar.
IT-TLIETA 21 TA’ LULJU ● Fi stqarrija s-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech jikkonferma li membri tal-MŻPN li xerrdu filmat kontra Delia se jidhru quddiem il-Kummissjoni Etika, Dixxiplina u Mezzi Soċjali. Id-deputati kontra Delia joħorġu stqarrija u jiddefendu lillMŻPN. ● Fuq ix-Xandir Nazzjonali, Therese Comodini Cachia tgħid li qatt m’attakkat lil Delia, minkejja li sfiduċjatu tliet darbiet. Tiżvela li fil-laqgħa tal-Eżekuttiv tal-ġimgħa l-oħra pparteċipa l-Eks Kap Simon Busuttil, dak li kien ipprova jġiegħel lil Delia jirtira mill-elezzjoni għal Kap, tliet snin ilu. ● ONE News jirrapporta li r-ribelli fil-PN jistgħu jispiċċaw jiffaċċjaw passi dixxiplinarji.
L-ERBGĦA 22 TA’ LULJU ● Deputati li sfiduċjaw lil Delia jitilqu ’l barra bi protesta minn laqgħa tal-Grupp Parlamentari msejħa mill-Kap stess. Rapporti jgħidu li xħin bdiet il-laqgħa, Comodini Cachia minnufih talbet, f ’isem id-deputati ribelli, biex jiddiskutu l-vot ta’ sfiduċja f ’Delia, li m’aċċettax. ● Gejtu Vella jirriżenja minn Kap tal-Kummissjoni Elettorali tal-PN f ’inqas minn ġimgħa li ngħata l-ħatra. Il-MaltaToday tirrapporta li mkejjen fid-Dar Ċentrali spjegaw li dan ġara wara ġlieda kbira li Vella kellu mal-Kap fuq it-telefown. ● Lejlet laqgħa oħra tal-Eżekuttiv, is-Sindku ta’ San Ġiljan Albert Buttigieg jattakka lil Delia fuq The Times u jgħid li, “bħalma kellu d-diċenza li jirriżenja l-Papa Emeritu Benedittu meta ħass li ma setax jaspira lill-merħla Nisranija, għala Delia ma jagħmilx l-istess?” ● Waqt li kien qed jiġi intervistat fuq l-istazzjon televiżiv FLiving, Delia jammetti li żbalja meta f ’Awwissu tal-2018 mar lura minn kelmtu u ma keċċiex lill-Eks Kap Simon Busuttil mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista.
05
26.07.2020
kullhadd.com
MAT-TESSERATI “N-NUMRI (DEJJEM) FAVUR DELIA” Tkompli minn paġna 1 Wara intervista lbieraħ filgħodu, li iżjed kienet tixbah xi kampanja elettorali personali, stqarrija uffiċjali tal-PN ukoll indikat kif Delia qed iħares ’il quddiem biex inaddaf il-Partit. “Adrian Delia qal li meta jkun hemm ir-riżultat tal-Konvenzjoni minnufih, kull wieħed u waħda minna jrid jaħdem iktar minn qatt qabel biex il-PN jibda l-kampanja nazzjonali b’uċuħ ġodda mimlijin bl-entużjażmu li lesti jagħtu servizz.” Nhar il-Ħamis dawn ir-ribelli akkużaw lil Delia li pprova jilwi id il-Kunsill Ġenerali u jisfurzah jipproponi vot ta’ fiduċja fil-Kap quddiem il-Konvenzjoni. F’ittra lil Ċensu Galea, il-President tal-Kunsill Ġene rali, Delia talab li jinbeda l-proċess biex fi tmiem ilġimgħa d-dieħla jitlaqqa’ l-Kunsill, b’aġenda ddettata minnu bħala Kap, kif jagħtih is-setgħa li jista’ jagħmel l-istatut Nazzjonalista. L-aġenda li ried Delia kienet tinkludi biss żewġ punti: 1) indirizz mill-Kap tal-Partit; u 2) votazzjoni mill-Kunsilliera tal-Kunsill Ġenerali għad-domanda “Inti taqbel li għandha tissejjaħ Konvenzjoni Ġenerali tliet ġimgħat oħra biex it-tesserati tal-PN jikkonfermaw u jagħtu vot ta’ fiduċja lill-Kap tal-Partit Dr Adrian Delia?” Minkejja dan, b’żewġ votazzjonijiet tat-tesserati diġà favur Delia, wieħed akbar mill-ieħor, ir-ribelli fil-PN oġġezzjonaw u fil-laqgħa tal-eżekuttiv ipproponew kontro-proposta biex tintbagħat lill-President tal-Kunsill Ġenerali li tara lil Delia jmur għal elezzjoni diretta ma’ Comodini Cachia. Il-proposta tagħhom kienet tissuġġerixxi l-kliem li jgħid li wara żewġ votazzjonijiet ta’ sfiduċja fil-Kap,
kemm fil-Grupp Parlamentari kif ukoll fl-eżekuttiv, il-Kunsill Ġenerali jirrisolvi li Delia m’għadux igawdi l-fiduċja tiegħu u allura għandha tissejjaħ elezzjoni ġdida għal Kap tal-Partit. Għalkemm jidher li Delia seta’ rtira lura nofs triq u aċċetta li quddiem it-tesserati fil-Konvenzjoni titpoġġa għażla bejn “konferma tal-Kap” jew “elezzjoni għal Kap”, esponenti fid-Dar Ċentrali li tkellmu ma’ din il-gazzetta bil-kundizzjoni tal-anonimità qalu li fil-verità kollox jindika li “n-numri għadhom favur tiegħu (Delia), tkun liema tkun it-triq li jagħżlu l-Kunsillieri” fil-Kunsill Ġenerali fil-votazzjoni li se ssir is-Sibt li ġej.
L-istess sorsi qrib it-tmexxija ta’ Delia kienu sodisfatti bl-aħħar żviluppi u ottimisti li “wara tliet snin se neħilsu … il-Partit fl-aħħar se jkun jista’ jibda jieħu n-nifs u jaħdem mingħajr sabutaġġi interni”. Hu mistenni li fi tmiem il-ġimgħa titħabbar data għat-tielet votazzjoni fost l-eluf ta’ tesserati fuq il-mistoqsija li tiġi deċiża fil-Kunsill Ġenerali. It-tesserati jridu jkunu ilhom aktar minn sentejn membri tal-Partit biex ikunu eliġibbli li jivvotaw. Fl-ittra li bagħat lill-President tal-Kunsill, Delia kien ippropona li d-data tkun fi tmiem il-ġimgħa ta’ bejn
IL-ĦAMIS 23 TA’ LULJU ● Fi stqarrija l-PN jiċħad li Gejtu Vella kellu argument jaħraq mal-Kap li wasslu jirriżenja ġimgħa biss wara li tqabbad imexxi l-Kummissjoni Elettorali tal-PN. ● Stennija għal laqgħa oħra tal-Eżekut tiv li se jitlaqqa’ bl-aġenda tiddiskuti l-qagħda politika u azzjoni konkreta filPN. Fis-sigħat ta’ qabel jiġi rrappurtat li l-fazzjoni ta’ Busuttil qed tipponta li ssejjaħ Kunsill Ġenerali biex Delia jiġi sfiduċjat anke f ’dan l-organu importanti. Jinġabru ammont ta’ Pulizija quddiem idDar Ċentrali qabel jibdew jaslu l-membri tal-eżekuttiv. ● Magħruf li f ’ittra ppubblikata fl-aħħar ħin Delia kiteb lill-President tal-Kunsill Ġenerali Ċensu Galea biex jibda l-proċess ħalli jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali u fih tis-
il-21 u t-23 t’Awwissu, iżda wara l-laqgħa tal-eżekuttiv ma ngħatawx indikazzjoni meta se jkunu qegħdin jivvutaw it-tesserati. Mal-ħatra tiegħu fl-2017, Delia kien kiseb 53% tal-voti tat-tesserati meta kkontesta ma’ Chris Said, anke jekk dan tal-aħħar kien diġà stabbilit fil-Partit. Is-sena li għaddiet, terġa’ l-maġġoranza tiegħu żdiedet għal 67% wara li l-istess grupp ta’ ribelli fil-Partit ittantaw itajruh bl-iskuża tar-riżultati deterjoranti għall-PN fi stħarriġ ieħor tal-opinjoni pubblika. Meħud kont tal-kredenzjali demokratiċi (!) li jħaddnu, jista’ jingħad kważi b’ċertezza li, anke jekk jitilfu vot ieħor fost it-tesserati, id-dissidenti fil-fazzjoni Busuttil mhux se jċedu l-armi faċilment. Nhar it-Tlieta, fi stqarrija mhux iffirmata, ħalfu li “se jibqgħu jaħdmu favur Partit Nazzjonalista rebbieħ immexxi minn persuna onesta u kredibbli,” b’disprezz dirett lejn il-Kap, li wkoll iddeskrivewh bħala wieħed b’attitudni u aġir mhux denji. Ironikament din id-dikjarazzjoni ta’ gwerra kontra l-Kap kienet ukoll ippubblikata fil-ġurnal uffiċjali Nazzjonalista, In-Nazzjon, l-għada l-Erbgħa (inset). Minkejja dan, b’vot ieħor kontrihom issa jkunu iżjed sfurzati li jmorru indipendenti, flok jibqgħu deputati Nazzjonalisti, sakemm ma jilħaqx itajrilhom rashom Delia stess. Se jkunu wkoll sfurzati li joħolqu partit għal rashom jew inkella eħfef jissieħbu mal-Partit Demokratiku ta’ Marlene u Godfrey Farrugia, li fl-aħħar Elezzjoni Ġenerali kienu parti mill-“koalizzjoni ta’ konfużjoni” mal-PN ta’ Simon Busuttil. Minn hemm u kemm-il darba jibqgħu bl-istess grupp ikunu jistgħu jagħmlu l-pass li jerġgħu jitolbu lill-President tar-Repubblika li jaħtar minn ħdanhom Kap tal-Oppożizzjoni, għax ikunu l-akbar partit fl-Oppożizzjoni. Għaldaqstant, il-PN jerġa’ lura għall-punt tat-tluq fil-problemi tiegħu, li mbagħad jibqgħu jkarkru fost il-battibekki dejjiema sa elezzjoni ġenerali oħra. Hawnhekk anke r-ribelli nfushom konxji li se jkunu dawk bl-inqas ċansijiet u allura l-aktar x’jitilfu.
sejjaħ Konvenzjoni Ġenerali fejn it-tesserati jivvutaw f ’vot ta’ fiduċja fil-Kap. ● ONE News jippubblika l-mozzjoni ta’ sfiduċja li dawk kontra Delia jridu jressqu fil-Kunsill Ġe nerali: “Wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Eżekuttiv u mill-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista li bihom esprimew li m’għandhomx fiduċja fil-Kap tal-PN u fil-Kap tal-Oppożizzjoni rispettivament, il-Kunsill Ġenerali issa jirriżolvi li Adrian Delia m’għadux igawdi l-fiduċja tal-Kunsill Ġenerali tal-PN u jiddeċiedi li jibda l-proċess biex jiġi elett Kap mit-tesserati skont il-proċeduri li jipprovdi l-istatut tal-PN.” ● Dawk kontra Delia jisħqu li vot ta’ fiduċja fost it-tesserati ma jeżistix fl-istatut u jitolbu lill-eżekuttiv jirriżolvi li jlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali f ’sessjoni plenarja l-Ġimgħa 31 ta’ Lulju 2020. ● Approvata mozzjoni kif se titressaq fil-Kunsill: “Il-Membri tal-Kunsill Ġenerali jiġu mitluba jagħżlu jekk it-tesserati tal-PN fil-Konvenzjoni
Ġenerali għandhomx jeleġġu Kap ġdid tal-PN jew jikkonfermaw il-Kap.” ● Tinqala’ kommossjoni fost attivisti li kienu qed jistennew barra d-Dar Ċentrali u jħebbu għal Jason Azzopardi waqt li kien ħiereġ mil-laqgħa tal-eżekuttiv.
IL-ĠIMGĦA 24 TA’ LULJU ● F’kummenti lill-ġurnalisti wara l-eżekuttiv, kmieni filgħodu, Delia jsostni li hu ċert li jerġa’ jikkontesta għall-kariga ta’ Kap tal-PN f ’każ li ssir elezzjoni. Id-deputati ribelli jgħidu li d-deċiżjoni tal-eżekuttiv se twassal lill-PN joħroġ mill-perjodu ikrah u diffiċli li sab ruħu fih, grazzi wkoll għal “elezzjoni għal Kap ġdid sal-aħħar tas-sajf ”. ● Fuq il-mezzi soċjali, Jason Azzopardi jxerred il-filmat ta’ ONE News fejn attivisti Nazzjonalisti dehru jħebbu għalih u jikteb “lil dawn l-imsieken” se jarahom fil-Qorti.
“WIN WIN SITUATION”: Alleati tal-Kap Nazzjonalista jemmnu li bil-votazzjoni fil-Kunsill u wisq aktar fil-Konvenzjoni għandhom biss x’jirbħu
06
26.07.2020
kullhadd.com
SODISFAZZJON BL-AKBAR Il-paġna tad-deheb li nkitbet din il-ġimgħa fl-istorja ta’ pajjiżna, partikolarment fis-16-il sena kemm ilna mseħbin fl-Unjoni Ewropea, grazzi għall-akbar pak kett finanzjarju li ġie miftiehem ma’ Brussell intlaqa’ bl-akbar sodisfazzjon mill-maġġoranza assoluta tal-poplu, mhux l-inqas l-imsieħba soċjali. It-trattattivi mmexxijin millPrim Ministru Robert Abela nnifsu waslu fi tmiemhom fissigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu u r-riżultat hu li Malta se tiġi allokata xejn inqas minn €2.25 biljun, maqsumin bejn il-baġit għas-seba’ snin li ġejjin u fondi għall-irkupru mill-pandemija talCOVID-19. Ma’ dawn hemm ammont ieħor ta’ flus li pajjiżna jista’ jikseb permezz ta’ self mill-UE, li s’issa għad trid tittieħed deċiżjoni jekk hux se jkunu qed jintużaw ukoll fit-totalità tagħhom jew b’mod parzjali, meħud kont li s-sitwazzjoni tagħna hi ferm aħjar minn dik ta’ stati oħrajn membri. Din l-allokazzjoni hi aktar minn €1 biljun iżjed minn dak li l-aħħar Gvern Nazzjonalista, immexxi minn Lawrence Gonzi, kien irnexxielu jinnegozja fl-2013, fi żminijiet meta ċ-ċirkostanzi kienu jagħmluha aktar faċli għall-impenji Maltin li jinkisbu t-tali fondi, partikolarment minħabba l-kriżi ekonomika lokali li kienet teżisti. Il-pakkett jisboq ukoll bil-bosta l-ewwel offerta li kienet għamlet il-Kummissjoni Ewropea. Din l-offerta li tant kienu ftaħru biha l-MEPs Nazzjonalisti filfatt kienet se tagħti lil Malta €0.9 biljun, filwaqt li timponi kontribuzzjonijiet ta’ €0.8 biljun. Dan minbarra li kienu proposti taxxi ġodda li kienu jaffettwaw b’mod sproporzjonat lil pajjiżna, fosthom taxxa fuq attività diġitali u tranżazzjonijiet finanzjarji. Għaldaqstant mhux ta’ b’xejn li kienu bosta li baqgħu sorpriżi bir-riżultat tan-negozjati għal Malta. Dan minħabba li mindu sar l-aħħar pakkett finanzjarju Ewropew, l-ekonomija ta’ pajjiżna rdoppjat u l-GDP per capita, li kien għamel diċennji staġnat, spiċċa laħaq il-medja Ewropea f ’leġiżlatura u nofs. Ma’ dan, pajjiżna kellu suċċess qawwi fejn tidħol il-ġlieda kontra l-pandemija tal-COVID-19, tant li kellu l-inqas imwiet u l-inqas użu ta’ kura intensiva madwar l-UE. Ir-rata tal-qgħad baqgħet ukoll ferm inqas il-medja storika. Statistika ppubblikata millKummissjoni Ewropea tindika li anke fejn jidħol id-dħul nett tal-pajjiż, Gvern Laburista kiseb id-doppju fl-aħħar snin meta
L-AKBAR PAKKETT: Il-Prim Ministru jindirizza l-midja t-Tlieta wara li kkonvinċa lill-UE fl-allokazzjoni għal Malta mqabbel ma’ amministrazzjoni preċedenti. Ta’ min jinnota li lil hinn mill-fondi allokati, wieħed irid jikkunsidra dak li fil-fatt jiġi utilizzat. Dan minħabba li l-fondi Ewropej mhumiex għotjiet awtomatiċi, imma jrid ikun hemm proġetti aċċettati u konklużi skont kif maqbul. Minbarra hekk wieħed irid jikkunsidra wkoll il-kontribuzzjoni li trid issir millpajjiż lejn il-baġit Ewropew. Bejn l-2013 u l-2018, pajjiżna rċieva kull sena bħala medja €95 miljun aktar milli kellu x’jikkontribwixxi. Bejn l-2004 u l-2012 il-medja kienet ta’ inqas minn €55 miljun. Fis-sitt snin li għalihom hija ppubblikata l-istatistika jirriżulta li pajjiżna gawda minn kważi €570 miljun aktar milli ħareġ. Fissitt snin preċedenti kien daħħal ftit inqas minn €258 miljun. Anke meta żżid il-flus li ntefqu fis-snin kollha mindu Malta saret
membru ssib li Gvern Laburista kiseb 15% aktar, minkejja li t-tul tal-amministrazzjoni kien 33% inqas. U jekk il-Gvern Malti, illum taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela rnexxielu jġib id-doppju tal-fondi ta’ żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista, fl-aħħar seba’ snin taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Joseph Muscat, Malta rnexxielha tutilizza wkoll id-doppju tal-fondi minn żminijiet ta’ amministrazzjonijiet immexxijin mill-PN. Waqt li nhar l-Erbgħa l-Prim Ministru nnifsu ta stqarrija ministerjali fejn spjega d-dettalji tal-ftehim milħuq u kif dawn il-flus mistennija jintefqu għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Maltija, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija u d-Direttur Ġenerali tal-Assoċjazzjoni Maltija għall-Iżviluppaturi (MDA) ilkoll laqgħu b’mod pożittiv l-aħbar.
Fir-reazzjoni tiegħu, il-Partit Laburista qal li l-pakkett ta’ fondi li rnexxielu jikseb Gvern Laburista mmexxi minn Robert Abela waqt is-Summit Ewropew fi Brussell se jiggarantixxi futur mill-isbaħ għaċ-ċittadini ta’ dan il-pajjiż u l-ġenerazzjonijiet futuri. Waqt li fakkar li l-amministrazzjoni ta’ GonziPN setgħet tinnegozja minn pożizzjoni ferm aħjar seba’ snin ilu, il-PL qal li llum it-tmexxija ta’ Robert Abela fittxet il-persważjoni u l-konvinzjoni f ’negozjati intensivi biex Malta kisbet l-akbar pakkett ta’ fondi fl-istorja ta’ pajjiżna. “Dan kollu jixhed il-mod b’saħħtu u għaqli li nnegozja bih il-Prim Ministru Robert Abela. Fuq kollox dan kollu jikkonferma kemm fil-mumenti kruċjali għal pajjiżna Gvern Laburista jikseb ir-riżultati favur il-poplu Malti u Għawdxi kollu,” ingħad fi stqarrija, li wkoll fakkret kif illum pajjiżna għandu ċertifikati ekonomiċi
eċċellenti minn aġenziji internazzjonali ta’ kreditu u istituzzjonijiet Ewropej. “Filwaqt li ħaddieħor mitluf u medhi jiġġieled il-battalji interni tiegħu, Gvern Laburista qed iwettaq ir-rieda tal-elettorat biex verament iwassal il-ġid għand kulħadd u permezz ta’ dawn il-fondi jkollna għada aħjar,” qal il-PL. Stqarrija mqanżħa mill-Partit Nazzjonalista, iffirmata minn xejn inqas minn seba’ deputati, ipprovat timminimizza l-ammont miksub mill-Gvern Malti, waqt li saħansitra tenniet li l-pakkett għadu mhux finalizzat. Minbarra hekk, waqt li diġà vvota kontra wħud mir-riformi proposti fil-Parlament Malti, fl-istqarrija l-PN qal li “għall-ewwel darba l-fondi li ġew allokati huma marbuta wkoll ma’ dak li se jagħmlu l-gvernijiet b’rabta mal-klima u s-saltna tad-dritt. Dan hu pass ’il quddiem għattisħiħ tad-demokrazija Ewro-
07
kullhadd.com
Ritratt: GARETH DEGIORGIO
PAKKETT
pea kif ukoll għall-protezzjoni u t-tisħiħ tal-klima li tant għandna bżonn, iżda jekk il-Gvern ma jimplimentax inizjattivi li jindirizzaw dawn iż-żewġ oqsma, ikun qiegħed jissogra li jitlef il-fondi.” Min-naħa tiegħu, il-President tal-Kamra tal-Kummerċ David Xuereb qal li l-pakkett li gawda minn pajjiżna baqa’ jikber fuq snin oħrajn u “allura nistennew kif is-sena d-dieħla nibdew norganizzaw biex dawn il-flus jibdew jintefqu b’mod serju u sostenibbli ta’ reżiljenza.” Il-President tal-Kamra tal-Kummerċ Għawdxija Daniel Borg, sorpriż kif pajjiżna rnexxielu jġib dawn il-fondi kollha fi żmien fejn id-dinja kollha kienet fi kriżi, laqa’ b’sodisfazzjon b’mod partikolari l-fatt li 10% ta’ dawn il-flejjes Ewropej se jkunu speċifikament iddedikati għall-“gżira tat-tliet għoljiet”. “Aħna naraw li dawn il-fondi jistgħu jagħtu dik id-direzzjoni
lill-ekonomija Għawdxija biex tkompli tiddiversifika b’setturi oħrajn … tkomplija ma’ proġetti infrastrutturali importanti li saru fl-aħħar snin, bħad-Digital Innovations Hub u l-investiment fit-tieni fibre optic link,” stqarr Borg. Tal-istess sentiment kienet il-Kamra għall-SMEs li, fi stqarrija l-Ħamis, stqarret li tilqa’ bilkbir l-aħbar ta’ ċifra rekord għallbaġit għas-seba’ snin li ġejjin kif ukoll allokazzjoni għall-irkupru mill-pandemija. “Il-Kamra għallSMEs tifraħ lill-Prim Ministru u l-uffiċjali kollha involuti biex kisbu dan ir-riżultat ta’ suċċess. L-ekonomija Maltija hi b’saħħitha u reżiljenti, imma l-appoġġ hu essenzjali biex tibqa’ fuq quddiem.” Min-naħa tagħha, id-Direttur Ġenerali tal-MDA Marthese Portelli fissret il-potenzjal li dawn il-fondi għandhom biex jagħmlu l-industrija tal-iżvilupp u dik tal-ambjent jaħdmu aktar id f ’id. “Definittivament dan il-baġit ukoll se jkun qed jgħin lil Malta biex l-ekonomija tal-pajjiż tkompli timxi ’l quddiem, però bħala industrija ħarisna b’mod speċifiku lejn il-baġit li hu ffokat fuq ir-riċerka u l-innovazzjoni. Hawnhekk naraw potenzjal kbir fejn is-settur tagħna jista’ jiġi megħjun biex ikun aktar ħadrani, favur l-ambjent,” sostniet Portelli. Is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi, li hu responsabbli mill-fondi Ewropej, saħaq ma’ din il-gazzetta li dan is-suċċess mhux meqjus biss mill-ammont ta’ fondi miksuba, iżda jrid jitqies fiċ-ċirkostanzi attwali li fihom intlaħaq dan ilftehim bejn l-istati membri. “Pajjiżna kiseb dan l-ammont minkejja s-suċċess ekonomiku li kellna fl-aħħar seba’ snin u l-inqas rati ta’ qgħad fl-Ewropa kollha. Fin-negozjati nżammet il-pożizzjoni ċara li pajjiżna m’għandux ikun penalizzat għas-suċċess tiegħu. Wieħed irid ifakkar ukoll li dan is-suċċess inkiseb minkejja l-fattur Brexit li wassal biex l-Unjoni Ewropea titlef €75 biljun finanzjament għal dan il-baġit. Ta’ min wieħed jinnota li r-riformi kbar li qed iwettaq pajjiżna biex insaħħu s-saltna tad-dritt ġew innotati pożittivament f ’dawn in-negozjati,” tenna Dr Zrinzo Azzopardi. Hu kompla jgħid li l-pakkett finanzjarju miksub hu mezz biex nibqgħu nwettqu investimenti u proġetti importanti għal pajjiżna. “Immexxu ’l quddiem ħidma għal għada aħjar bit-tisħiħ tal-infrastruttura, l-edukazzjoni, l-agrikoltura u s-sajd, għajnuna lil oqsma varji ta’ negozji u aktar miżuri favur l-ambjent.”
26.07.2020
Stqarrija Parlamentari mill-Prim Ministru dwar il-laqgħa tal-Kunsill Ewropew li saret bejn is-17 u l-21 ta’ Lulju 2020 Dawn in-negozjati wasslu biex il-Gvern kiseb allokazzjoni ta’ fondi għal Malta u Għawdex – l-akbar li qatt kellna. Allokazzjoni li taqbeż sew iż-€2 biljun, bl-ammont ta’ fondi għall-gżejjer Maltin ilaħħaq it-€2.25 biljun. Din is-somma hi madwar aktar minn €1 biljun aktar minn dik li ġiet negozjata fi Frar tal-2013. Jiġifieri aktar mid-doppju tal-allokazzjoni li kellha Malta fil-perjodu 2014-2020 li issa wasal biex jintemm. Fil-fatt din is-somma tinqasam fi tnejn: ● €1,923 miljun fil-baġit tradizzjonali – l-MFF fil-qosor. Din is-somma hi madwar €800 miljun aktar minn dak li Malta ħadet fi Frar 2013; ● Barra minn dawn il-fondi, Malta kisbet ukoll €327 miljun fil-fond tar-reżiljenza u rkupru. Dan is-suċċess ksibnieh billi għamilna argumenti sodi u ma qtajniex qalbna. Ġibna mhux allokazzjoni speċjali waħda għal Malta, iżda sitta u l-parti kbira tagħhom fil-qasam tal-koeżjoni. Dan il-pakkett hu aktar sinifikanti meta wieħed iqis il-fatt li l-Unjoni tilfet it-tieni l-akbar kontributur lejn il-Baġit Ewropew. Qed nirreferi hawn għar-Renju Unit li t-tluq tiegħu mill-UE se jwassal għal telf ta’ madwar €75 biljun mill-Baġit tal-Unjoni Ewropea. Apparti minn hekk, importanti wkoll li niftakru li pajjiżna għamel avvanzi ekonomiċi kbar u għandu fost l-aktar rati ta’ qgħad baxxi. Għalhekk dan hu pakkett ġust u xieraq għal Malta. Fondi li permezz tagħhom se nkunu nistgħu: ● inkomplu nsaħħu l-investimenti fi proġetti kapitali f’pajjiżna speċjalment permezz tal-fondi ta’ koeżjoni; ● ninvestu fil-politika tal-agrikoltura tagħna speċjalment fl-iżvilupp rurali; se ngħinu lis-settur tas-sajd u l-industrija tal-akkwakultura; ● ħa nkomplu nħeġġu lill-istudenti, liż-żgħażagħ u lir-riċerkaturi tagħna biex ikollhom aktar opportunitajiet; opportunitajiet li jieħdu edukazzjoni u taħriġ kemm f’Malta u anke lil hinn minn xtutna; ● se nżidu n-nefqa fi programmi ambjentali kif ukoll f’inizjattivi biex intejbu l-livell ta’ għajxien tagħna permezz ta’ proġetti li jgħinuna nilħqu l-miri tagħna tat-tibdil fil-klima; ● se nagħtu aktar għajnuniet soċjali permezz tal-Fond Soċjali Ewropew; ● se nżidu l-infiq f’investimenti diġitali u innovattivi; ● se nkunu nistgħu ninvestu fis-sigurtà ta’ pajjiżna; ● se nkomplu nirrealizzaw il-potenzjal ta’ Għawdex. L-impenn tal-Gvern hu li jkun hemm ammont ta’ fondi akbar minn dak attwali li jmur lejn investimenti f’Għawdex. F’dan l-istadju l-Gvern ħa deċiżjoni politika li se nirriservaw mill-inqas 10% tal-allokazzjoni mill-fondi ta’ koeżjoni u l-fondi tal-agrikoltura għal Għawdex. Barra l-fondi li semmejt, hemm ukoll il-fondi li ġew innegozjati fl-istrument ta’ rkupru. Dan hu strument ad hoc minħabba ċ-ċirkostanzi mhux normali li ninsabu fihom u biex nassiguraw li l-ekonomija tal-UE tirkupra u ssir aktar b’saħħitha biex nevitaw kriżi ekonomika oħra. Dan l-istrument ser jinqasam fi tnejn: ● fondi f’forma ta’ għotjiet lill-membri stati. Minn dawn Malta se tieħu €327 miljun; ● hemm ukoll possibilità ta’ għajnuna permezz ta’ self. L-ammonti ta’ self li nistgħu nieħdu mhux qed ninkluduhom fit-totali. S’issa, il-Gvern għadu qed jesplora jekk hemmx għalfejn jiġi użat dan is-self. Permezz ta’ dan l-istrument, il-Gvern se jkun jista’ jkompli jinvesti aktar fl-ekonomija ta’ pajjiżna. Investimenti fil-qasam diġitali, fit-tħaddir tal-ekonomija kif ukoll biex it-tkabbir ikun aktar sostenibbli. Biex nikkonkludi, ninsab sodisfatt li wrejna li kapaċi nikkonvinċu b’argumenti sodi sabiex ksibna pakkett ġust u li jagħmel ġieħ lil pajjiżna. L-impenn tal-Gvern hu li issa dan l-investiment f’Malta u f’Għawdex jissarraf fi proġetti konkreti biex il-Maltin u l-Għawdxin igawdu minn din l-allokazzjoni.
08
26.07.2020
kullhadd.com
LAQGĦAT ĠENERALI ANNWALI 2020 TAL-PL Il-Laqgħat Ġenerali Annwali tal-Kumitati Lokali tal-Partit Laburista, li kellhom jiġu sospiżi minħabba l-pandemija talCOVID-19, se jissoktaw minn din il-ġimgħa li ġejja bi 13 bejn il-Ħamis 30 ta’ Lulju u l-Ħadd 2 t’Awwissu. Il-laqgħat tal-lokalitajiet jibqgħu għaddejjin sal-Erbgħa 5 t’Awwissu u fl-istess ġimgħa jibdew dawk tal-Kumitati Distrettwali, li jintemmu l-Ħadd 9 t’Awwissu. Il-laqgħat tal-Kumitati Lokali u Distrettwali se jibdew
fis-6.00 p.m., għajr meta jinzertaw il-Ħadd, li f ’dak il-każ jibdew fid-9.30 a.m. Il-lokalitajiet li għandhom il-Laqgħat Ġenerali Annwali filġimgħa li ġejja, skont id-data, huma dawn: Il-Ħamis – Is-Siġġiewi, Ħ’Attard, Tal-Pietà, il-Birgu u San Lawrenz; Il-Ġimgħa – Pembroke, San Ġwann, Ħal Luqa u Iż-Żebbuġ, Għawdex; Il-Ħadd – San Pawl il-Baħar, Rabat, Birkirkara u Victoria.
LAQGĦA ĠENERALI STRAORDINARJA Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista tal-Imġarr jixtieq javża li nhar l-Erbgħa, 5 t’Awwissu 2020 fis-6:00pm ser issir laqgħa ġenerali straordinarja sabiex jinħatar Segretarju. Nominazzjonijiet sat-3 t’Awwissu 2020.
OFFERTA GĦALL-KIRI TAL-BAR Il-Kumitat taċ-Ċentru Laburista taż-Żejtun jixtieq javża li qiegħed jilqa’ l-offerti għat-tħaddim tal-bar tal-istess lokal għas-sena 2020/2021 mill-21 ta’ Lulju 2020 sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Lulju 2020 sa 6:00pm. Dawk interessati jistgħu jiġbru l-formola tagħhom mingħand isSegretarju Jesmond Baldacchino (79613982) flimkien ma’ €10 għal kull applikazzjoni. Il-Kumitat iżomm id-dritt li jirrifjuta kull offerta anke l-aktar waħda vantaġġuża.
Fil-bidu ta’ jumejn rilassanti fis-sbuħija ta’ Wied iż-Żurrieq, mijiet attendew għall-attivitajiet organizzati mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u l-Ministeru għat-Turiżmu. Waqt li sar użu wkoll tas-servizz dirett tal-karozzi tal-linja mill-qalba tal-lokalitajiet fil-qrib, kien hemm wirjiet ta’ maġija, sparar bil-qaws u logħob tal-boċċi, waqt li ġew organizzati traġitti tradizzjonali bid-dgħajjes tat-turisti b’nofs prezz jew b’xejn għal min jivvjaġġa b’tal-linja. Minbarra hekk, filgħaxija saru wkoll wirjiet kull siegħa ta’ re-enactment tal-In Guardia. L-attivitajiet jissoktaw illum bejn id-9:00 a.m. u l-10:00 p.m.
MELVIN THEUMA JIKKONFERMA LI PPROVA SUWIĊIDJU F’NOTA LILL-MAĠISTRAT INKWIRENTI FL-ISPTAR IS-SENSAR FIL-QTIL TA’ DAPHNE CARUANA GALIZIA JIKKONFERMA L-IPOTESI TAL-PULIZIJA Melvin Theuma, li ngħata l-proklama bħala s-sensar fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li seħħ tliet snin ilu, reġa’ kkonferma li kien hu li pprova jagħmel suwiċidju nhar it-Tlieta filgħaxija u li ħadd ieħor ma kien involut. Theuma, li għadu rikoverat fit-Taqsima tal-Kura Intensiva wara li din il-ġimgħa nstab miksi bid-demm fil-kamra tas-sodda tal-appartament tiegħu fis-Swieqi wara li ta daqqiet ta’ sikkina lilu nnifsu, ma jistax jitkellem proprju għax għamel ħsara fil-kordi vokali wara li ħanxar ukoll għonqu. Minkejja dan, rapport f ’The Times of Malta lbieraħ żvela kif Theuma għamel sinjali u kiteb nota lill-Maġistrat Astrid May Grima, li qed tmexxi l-inkjesta, fl-Isptar Mater Dei stess waqt li kienet maġenbu. Minbarra li kkonferma dak li kien qal lill-Ispettur Keith Arnaud it-Tlieta stess, avolja b’diffikultà, u allura li ħadd aktar ma kien involut u li ma setax kien
hemm ġlied ma’ terzi persuni, Theuma pponta subgħajh ’l isfel biex juri li ma kienx mhedded, skont sorsi li tkellmu ma’ The Times of Malta. Fuq karta hu kiteb b’idu l-leminija li “Yorgen ġabni f ’dan kollu”, b’referenza għan-negozjant Yorgen Fenech, is-suspettat mandant fl-omiċidju, waqt li ta indikazzjoni li kien qed iħoss li x-xhieda tiegħu fil-Qorti ma kinitx qiegħda tiġi emmnuta. L-Erbgħa filgħodu u ftit sigħat wara l-attentat ta’ suwiċidju, ilKummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà ta konferenza tal-aħbarijiet fejn spjega li quddiem il-paramediċi wkoll Theuma kien stqarr li kien hu li weġġa’ lilu nnifsu. Hu ta wkoll daqqa ta’ sikkina fil-kustilji tal-lemin u fuq il-polz tax-xellug. Il-Kummissarju qal ukoll li anke l-fatt li d-dmija kienu f ’żona kkonċentrata, jixhdu kif ma setax kien hemm xi konfront ma’ xi persuna jew persuni oħrajn.
09
26.07.2020
kullhadd.com
MALTA MILL-ĠDID A (high) L-aġenzija internazzjonali ta’ kreditu DBRS ikkonfermat l-aħjar rating tagħha s’issa lil Malta, dak “A (high)” u bi prospettivi (outlook) stabbli. Dan hekk kif mindu faqqgħet il-pandemija, l-istess aġenzija rrevediet ’l isfel għal negattiv il-prospetti tar-ratings ta’ pajjiżi kbar bħal Franza, l-Italja u r-Renju Unit. L-esperti internazzjonali jirrimarkaw li “l-wirja ekonomika u fiskali b’saħħithom tal-aħħar snin ħallew lil Malta f ’pożizzjoni tajba biex tiffaċċja r-riskji kollha li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19”. Fil-fatt ir-rapport jenfasizza li fil-każ ta’ pajjiżna d-daqqa ekonomika se tkun temporanja u li se ssegwi qabża qawwija lura għat-triq li konna fiha qabel faqqgħet ilkriżi globali. L-esperti barranin ta’ DBRS ibassru li l-qagħda fiskali se tirrifletti l-pakkett qawwi ta’ għajnuniet u inċentivi li offra l-Gvern lill-industriji l-iżjed milqutin, tant li waslu għall-konklużjoni li l-ekonomija Maltija se tbati l-inqas fiż-Żona Ewro, fl-istess ħin li d-dejn pubbliku nazzjonali għandu jibqa’ wieħed milliżgħar fl-Unjoni Ewropea kollha kemm hi. It-tim tad-DBRS jemmen li r-rata ta’ tkabbir potenzjali ta’ pajjiżna se tibqa’ b’saħħitha u raġuni ewlenija hi li l-miżuri t’appoġġ mill-Gvern evitaw telf sostanzjali ta’ impjiegi. L-esperti tad-DBRS jemmnu li, b’dan is-sostenn qawwi lill-ekonomija u l-pjan ta’ investiment kbir f ’infrastruttura industrijali, il-baġit tal-pajjiż diġà se jibda jibbilanċja l-kontijiet sa mis-sena d-dieħla. L-esperti internazzjonali huma fiduċjużi dwar is-saħħa tal-ekonomija Maltija u għal dan ifaħħru “t-track record fiskali ta’ Malta u l-impenn tal-awtoritajiet lejn il-mira fiskali fuq perjodu mezzan”. L-aġenzija DBRS issostni li s-settur finanzjarju huwa sod b’livelli tajbin ta’ kapital, likwidità u profitabilità. Tirrimarka li l-qagħda finanzjarja tal-familji hi ferm soda, u dan naqqas l-impatt tal-COVID-19 fuq is-sistema finanzjarja. Fl-analiżi tagħha dwar Malta, l-aġenzija ta’ kreditu nnotat ukoll li “l-awtoritajiet Maltin kienu qed jimplimentaw serje ta’ riformi ambizzjużi favur il-governanza,” biex wasslu lil pajjiżna jitqabbel sew mal-indikaturi tal-governanza kif stipulati mill-Bank Dinji, filwaqt li jfakkru li l-Kummissjoni Venezja laqgħet il-proposti
leġiżlattivi tal-Gvern. Filwaqt li laqa’ dan iċ-ċertifikat ieħor pożittiv għal pajjiżna, il-Gvern tenna r-rieda tiegħu li jżid il-pass ta’ riformi ħalli l-qagħda ekonomi-
ka u soċjali tkompli tissaħħaħ. “Din l-amministrazzjoni hi kommessa li tibni Għada Aħjar għall-benefiċċju tal-familji kollha ta’ pajjiżna,” iddikjara l-Gvern.
10
26.07.2020
kullhadd.com
FL-AĦĦAR FAŻI L-ISKOLA
11
26.07.2020
kullhadd.com
L-ĠDIDA TAL-QAWRA
Għall-ġenituri li t-tfal tagħhom jattendu l-iskola fil-livell primarju u li jgħixu fl-inħawi tal-Qawra, notifika li rċevew fil-jiem li għaddew permezz ta’ SMS żgur li, kif jgħid il-Malti, tellgħathom is-sema. L-SMS kien jgħid li wliedhom minn Settembru li ġej jistgħu jibdew jattendu l-iskola l-ġdida tal-Qawra. Dan il-messaġġ seta’ jintbagħat wara li x-xogħlijiet fuq il-proġett bħalissa jinsabu litteralment fl-aħħar fażi tagħhom. Skola ġdida u moderna, b’investiment ta’ madwar €13il miljun, li hija mifruxa fuq medda ta’ 9,500 metru kwadru u li tant kien hemm bżonnha f ’din iż-żona ta’ pajjiżna. Il-500 tifel u tifla li minn Settembru se jibdew jattendu din l-iskola se jkunu mqassmin f ’39 klassi, kindergarten u wkoll Ċentru għall-Ħarsien tat-Tfal u b’kumdità ta’ lifts biex il-binja tkun aċċessibbli għal kulħadd. F’kumment li għaddielna l-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici qalilna: “Iktar ma jgħaddi ż-żmien qed naraw in-numru ta’ studenti dejjem jiżdied f ’din il-parti tal-pajjiż. B’hekk ħassejna l-bżonn li tinbena skola ġdida f ’dawn l-inħawi fejn l-iktar li rajna żieda fl-istudenti. L-edukazzjoni hija parti essenzjali minn ħajjitna u b’hekk ix-xewqa hija li wliedna jkollhom l-aħjar ambjent possibbli biex jitgħallmu u jikbru fih. Kburi li dan il-proġett qed iseħħ.” L-iskola ġdida hija mgħammra wkoll b’sala li tkun tista’ tintuża għal skopijiet differenti, u b’faċilitajiet sportivi kemm fuq barra kif ukoll fuq ġewwa, b’parkeġġ għal 400 karozza li qiegħed taħt l-iskola. Biex kemm is-sala kif ukoll il-faċilitajiet sportivi jkunu jistgħu jibqgħu jintużaw mill-komunità wara l-ħin tal-iskola, dawn se jkollhom entraturi separati. L-iskola, b’faċilitajiet mill-aqwa fosthom toilets f ’kull klassi u arja kkundizzjonata, hija proġett ambizzjuż li bih il-Gvern se jiftaħ l-ikbar skola primarja f ’Malta. Fil-bini u t-tfassil tal-iskola kien hemm attenzjoni għall-ambjent. Tant li minbarra d-dehra u d-daqs tagħha, din l-iskola ġdida hija maħduma b’rispett lejn l-ambjent bi twieqi apposta (thermal), kif ukoll b’sistema tal-ilma li se jinġabar fi tlett ibjar kbar għall-użu li jkun hemm bżonn. Bħalma sar fl-iskola l-ġdida ta’ Marsaskala, hemm ukoll kodiċi ta’ kuluri li qed jintuża biex jagħti dehra isbaħ, imma fl-istess ħin biex tgħin lit-tfal. Fil-fatt, it-tliet sulari fl-iskola tal-Qawra fejn se jkun hemm il-klassijiet tat-tfal tal-primarja saru b’kuluri differenti apposta, bil-għan li t-tfal ikunu jafu f ’liema sular hija l-klassi tagħhom. Imma dawn il-kuluri jagħtu dehra sabiħa u vivaċi lill-ambjent li se jkunu fih l-istudenti. L-iskola se tiftaħ f ’ħinijiet normali u għal dawk il-ġenituri li jaħdmu, huwa fil-pjan tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi li minn Settembru/Ottubru li ġej jinfetaħ ukoll Klabb 3-16 fil-Qawra stess. Din l-iskola ġdida tikkumplimenta l-iskola eżistenti f ’San Pawl il-Baħar li se tibqa’ topera. Il-bżonn ta’ din l-iskola l-ġdida kien ilu jinħass minħabba li l-popolazzjoni tal-istudenti li kienu jattendu l-iskola primarja ta’ San Pawl il-Baħar kienet telgħet għal aktar minn 1,000 student. Dan l-ammont ta’ tfal fi skola waħda kien insostenibbli għal diversi raġunijiet bl-aktar waħda ovvja hija dik li ma kienx hemm biżżejjed klassijiet. Apparti l-iskola tal-Qawra hemm diversi proġetti għaddejjin millFondazzjoni għall-Iskejjel ta’ Għada, xogħlijiet fuq diversi proġetti maġġuri li flimkien ilaħħqu investiment ta’ €40 miljun.
12
26.07.2020
kullhadd.com
X’JAGĦMILNA LABURISTI? soċjal-demokratiċi.
em ikun stmat u mogħti d-dinjità li jistħoqqlu, u fuq kollox fejn l-ugwaljanza tirrenja suprema. Il-komuniżmu hu fergħa tas-soċjaliżmu?
Oliver De Gaetano Kandidat
Is-soċjaliżmu, jew aħjar kif nafuh l-ideoloġija xellugija f ’pajjiżna, huwa ideoloġija li jħaddan il-Moviment Laburista, partit li sa mill-bidu tiegħu kellu għal qalbu lil min hu vulnerabbli, liż-żgħir u lill-batut, iżda fuq kollox hu partit li l-ewwel u qabel kollox jgħożż id-drittijiet tal-ħaddiem. Tant hu hekk li meta ġie mwaqqaf kien imsejjaħ il-‘Camera del Lavoro’, titlu li meta wieħed jittraduċih għall-Malti, ifisser il-Kamra tax-Xogħol. Is-soċjaliżmu hu deskritt bħala teorija politika u ekonomika ta’ organizzazzjoni soċjali li tiffavorixxi li l-mezzi ta’ produzzjoni, distribuzzjoni, u skambju għandhom ikunu gawduti jew aħjar irregolati mill-komunità fl-intier tagħha. Fi ftit kliem, min m’għandux jaqsam ma’ min għandu. Ħarsa ġenerali lejn l-oriġini tas-soċjaliżmu Is-soċjaliżmu mhux xi kunċett li oriġina lbieraħ iżda jmur lura mijiet ta’ snin, proprju għal tmiem is-seklu 18 meta kien hemm ir-Rivoluzzjoni Franċiża, liema Rivoluzzjoni tirrappreżenta żmien ta’ instabbiltà politika mhux biss fi Franza iżda wkoll fil-kolonji Franċiżi madwar id-dinja. Dan għaliex il-proletarjat, jiġifieri l-ħaddiem, iddeċieda li ma jridx ikompli jibqa’ mgħakkes mill-monarkija li kienet tgħix ħajja lussuża fil-palazzi, u li ftit li xejn kien jimpurtaha mid-drittijiet ta’ dawk li kienu jiffurmaw parti mill-klassi tal-ħaddiem. Ladarba l-monarkija ġiet megħluba, setgħet tinħoloq repubblika. Hawnhekk nistgħu ngħidu li Franza kienet katalista tal-bidla f ’dan ir-rigward, peress li dak li seħħ fi Franza ppreċipita proċessi simili fil-bqija tad-dinja. Il-monarkiji bdew ittriq tan-niżla u flokhom bdew jinħolqu repubbliki li jħaddnu l-kunċett tant importanti tad-demokrazija, fejn il-ħaddi-
Il-Manifest Komunista jiġbor fil-qosor it-teoriji tal-ħassieba u l-filosofi Karl Marx u Friedrich Engels dwar in-natura tas-soċjetà u l-politika, jiġifieri li l-istorja tas-soċjetà sa dak iż-żmien kienet tikkonsisti minn ġlieda bejn il-klassijiet l-għolja u dik tal-ħaddiem. F’dan il-manifest huma jesprimu kif is-soċjetà kapitalista ta’ dak iż-żmien eventwalment bdiet tiġi sostitwita mis-soċjaliżmu. Fl-aħħar paragrafu tal-Manifest, l-awturi jitolbu sabiex jintemmu darba għal dejjem il-kundizzjonijiet soċjali kollha eżistenti. Din kienet interpretata bħala sejħa għal rivoluzzjonijiet komunisti madwar id-dinja, u fil-fatt hekk ġara. Madankollu, wieħed ikun żbaljat jekk jasal għall-konklużjoni li s-soċjaliżmu u l-komuniżmu huma kunċett waħdieni, anka jekk hemm xi similaritajiet bejniethom. Kemm is-soċjaliżmu kif ukoll il-komuniżmu huma essenzjalment filosofiji ekonomiċi li jippromwovu s-sjieda pubblika aktar milli privata, speċjalment tal-mezzi ta’ produzzjoni, distribuzzjoni u skambju ta’ oġġetti f ’soċjetà, jiġifieri li s-sidien jagħmlu l-flus ħalli l-ekonomija tkompli ddur. It-tnejn għandhom l-għan li jirrimedjaw il-problemi li kienu kawża ta’ sistema kapitalista estrema, inkluż l-isfruttament tal-ħaddiema, u li tonqos dejjem aktar il-qasma bejn is-sinjuri u l-foqra. Is-soċjaliżmu kien ir-riżultat tal-bidliet ekonomiċi u soċjali estremi kkawżati mir-Rivoluzzjoni Industrijali, u b’mod partikolari l-ġlidiet tal-ħaddiema. Ħafna ħaddiema żiedu fil-faqar anke meta s-sidien tal-fabbriki u industrijalisti oħrajn żiedu fil-ġid. Il-komuniżmu, xi kultant imsejjaħ ‘soċjaliżmu rivoluzzjonarju’, oriġina wkoll bħala reazzjoni għar-Rivoluzzjoni Industrijali u ġie definit mit-teoriji ta’ Marx, imġebbdin salaħħar estrem tagħhom. Filfatt, il-Marxisti spiss jirreferu għas-soċjaliżmu bħala l-ewwel fażi neċessarja fit-triq mill-kapitaliżmu għall-komuniżmu. Marx u Engels huma stess ma għamlux differenza kostanti jew ċara tal-komuniżmu mis-soċjaliżmu, nuqqas li was-
Il-Partit Laburista hu l-partit tan-nies Fuq kollox, dak li jagħti xejra soċjalista lil moviment politiku hu l-fatt li jħoss il-polz tal-poplu u li jiddefendi lill-ħaddiem, liż-żgħir u lill-minoranzi. Il-Partit Laburista kien il-Partit li f ’pajjiżna ġab bidliet fenomenali f ’dan ir-rigward, ibbażati fuq l-għoti ta’ opportunitajiet indaqs lil kulħadd u t-tqassim tal-ġid b’mod ekwu. Il-Partit Laburista ta d-dritt tal-vot lin-nisa, ta ħlas ugwali għall-irġiel u għan-nisa, introduċa l-kunċett tas-servizzi soċjali f ’pajjiżna u daħħal l-edukazzjoni u s-saħħa b’xejn għal kulħadd, sabiex b’hekk seta’ verament jiġġieled il-faqar. Barra minn hekk, il-Moviment Laburista raħħas il-kontijiet tad-dawl u l-ilma, żied il-pensjonijiet sena wara l-oħra wara li kienu ilhom iffriżati għal iżjed minn kwart ta’ seklu, u bis-saħħa tiegħu pajjiżna għamel ukoll passi ta’ ġgant fil-qasam tad-drittijiet ċivili. Il-Partit Laburista hu dak li f’pajjiżna ġab bidliet fenomenali, Huwa grazzi għall-ideoloġija u l-valuri li jħaddan il-Moviment ibbażati fuq l-għoti ta’ opportunitajiet indaqs lil kulħadd u Laburista li dan sar l-għażla natt-tqassim tal-ġid b’mod ekwu. urali tal-Maltin u l-Għawdxin. sal sabiex tiġi żgurata konfużjoni dejjiema bejn iż-żewġ termini. Biss, tajjeb li hawnhekk nindika li f ’dinja fejn ir-razzjonalità u d-demokrazija saru l-ordni tal-ġurnata, il-komuniżmu bl-ebda mod ma hemm lok għalih, u bħalma nafu, matul is-snin din l-ideoloġija sfumat fix-xejn u llum tinsab biss miktuba fuq il-paġni tal-istorja. Fost id-differenzi ewlenin li jeżistu bejn iż-żewġ kunċetti, wieħed isib li taħt il-komuniżmu, m’hemm l-ebda ħaġa bħal proprjetà privata. Il-proprjetà kollha hija miżmuma b’mod komuni mill-Istat, u kull persuna tirċievi porzjon ibbażat fuq dak li teħtieġ. Il-komuniżmu jemmen fi gvern ċentrali b’saħħtu, fejn l-Istat jikkontrolla l-aspetti kollha tal-produzzjoni ekonomika, u jipprovdi liċ-ċittadini bil-ħtiġijiet bażiċi tagħhom, inkluż ikel, akkomodazzjoni, kura medika u edukazzjoni. Għaldaqstant, nistgħu ngħidu li l-Komuniżmu mhux ħlief ideoloġija radikali u fergħa erratika li ġabet l-istmerrija ta’ ħafna persuni, fosthom tiegħi. Kien proprju dan l-element estremist intrinsiku fih li wassal għall-qerda tiegħu stess, bħalma
ġara fil-każ ta’ ideoloġiji politiċi estremisti oħrajn bħal ngħidu aħna n-Nażiżmu. Għall-kuntrarju, taħt is-soċjaliżmu, l-individwi jistgħu jkollhom proprjetà privata. Taħt din is-sistema, il-produzzjoni industrijali, jew il-mezz ewlieni għall-ġenerazzjoni tal-ġid, hija mmaniġġjata minn gvern elett demokratikament li jħaddan ir-razzjonalità bħala punt bażiku fit-tħaddim tal-politika tiegħu. Differenza ewlenija oħra bejn is-soċjaliżmu u l-komuniżmu hija l-mezz biex dawn jinkisbu. Fil-komuniżmu, rivoluzzjoni vjolenti li fiha l-ħaddiema jitilgħu kontra l-klassijiet tan-nofs u ta’ fuq hija meqjusa bħala parti inevitabbli tal-kisba ta’ stat komunist pur. Is-soċjaliżmu huwa ideoloġija li mhix estrema u tabilħaqq iżjed flessibbli. L-osservanti tagħha jfittxu bidla u riforma, iżda jinsistu li jagħmlu dawn il-bidliet permezz ta’ proċessi demokratiċi fl-istruttura soċjali u politika eżistenti, u mhux li titwaqqa’ dik l-istruttura. Huwa proprju għalhekk li l-Partit Laburista qatt ma jista’ jitqies bħala wieħed li jħaddan prinċipji komunisti. Għall-kuntrarju, il-Partit Laburista hu wieħed li jħaddan il-prinċipji
Apprezzament ċkejken Nixtieq nieħu l-opportunità sabiex inrodd ħajr lill-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit Laburista għall-fiduċja li wera fija meta approva l-applikazzjoni tiegħi għall-kandidatura fuq it-Tmien Distrett għall-Elezzjoni Ġenerali li ġejja. Nixtieq ukoll ngħid grazzi mill-qalb lil dawk kollha, fosthom l-għażiż missieri li sfortunatament tliftu ftit tax-xhur ilu, li kienu miegħi u li tgħallimt ħafna mingħandhom tul is-snin, u li servew sabiex sawru l-formazzjoni tiegħi fil-qasam politiku, minn meta bdejt bħala Uffiċjal taż-Żgħażagħ fil-Kumitat Lokali Laburista ta’ Ħal Balzan; li kienu hemm miegħi fil-kampanja sabiex ġejt elett b’suċċess bħala Kunsillier u Minority Leader fil-Kunsill Lokali ta’ Ħal Balzan; u li komplew iħeġġuni matul il-mixja tiegħi sakemm wasalt biex nieħu d-deċiżjoni li nikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali. Nixtieq fl-aħħar u mhux l-inqas ngħid grazzi lill-Prim Ministru tal-fiduċja li wera fija u talli kompla jkebbes fija l-entużjażmu sabiex nagħmel dan il-pass. Grazzi mill-ġdid.
13
26.07.2020
kullhadd.com
LEJN ĦAJJA PROFESSJONALI LI TILĦAQ L-ASPIRAZZJONIJIET UMANI TAGĦNA
Carmelo Abela Ministru
F’konferenza stampa lejn l-aħħar ta’ Ġunju, ħabbart kif se jidħol Avviż Legali ġdid biex jemenda l-ordni ta’ leave tal-IVF bħala parti mill-Att dwar l-Impjiegi u r-Relazzjonijiet Industrijali. Tħabbira pjuttost teknika li madankollu hi mnaqqxa f ’sens qawwi ta’ umanità. Il-Gvern Laburista l-ġdid ta’ wara l-2013 dejjem ta konsiderazzjoni speċjali lill-aspirazzjoni ta’ individwi u koppji li kellhom jirrikorru għall-IVF sabiex jippruvaw jibnu unità tal-familja li tinkludi t-tfal. Fl-ewwel leġiżlatura tiegħu, il-Gvern Laburista introduċa servizz nazzjonali b’xejn talIVF u fil-manifest elettorali tal-2017 wegħedna li dan isservizz se jitkompla jitwessa’ anke permezz ta’ titjib fil-liġi, biex jirrifletti aħjar l-avvanzi li saru fit-teknoloġija. Fil-fatt, dik il-wegħda elettorali ġiet sodisfatta u f ’Ottubru tal-2018, ġew implimentati emendi ġodda fil-liġi tal-IVF li jespandu s-servizzi pprovduti u b’hekk jiġi pprovdut appoġġ aħjar lil individwi u koppji li joħolmu li jsiru ġenituri. Individwi u koppji li jgħaddu minn dan il-proċess delikat għandhom jgħaddu minn testijiet u proċeduri li jistgħu jżommuhom ’il bogħod mix-xogħol. Fid-dawl ta’ dan, minn Mejju tal-2017 il-Gvern beda wkoll jagħti sa 100 siegħa ta’ leave mħallas lil koppji li kellhom l-intenzjoni li jgħaddu mill-IVF kemm fis-settur pubbliku kif ukoll f ’dak privat. Appoġġ ulterjuri lill-impjegati b’rabta maċ-ċikli tal-IVF Permezz ta’ dawn l-aħħar emendi, ġenituri u persuni waħedhom prospettivi li huma impjegati, u li jissottomettu għall-proċess ta’ prokreazzjoni assistita medikament, issa se
jkollhom id-dritt għal 60 siegħa ta’ leave mħallas, kull ċiklu, sa massimu ta’ tliet proċessi talIVF. Bl-istess mod, meta wieħed mill-ġenituri prospettivi huwa donatur ooċit (oocyte) bil-ġenitur prospettiv l-ieħor ikun il-benefiċjarju, jekk ikun impjegat, dawn il-ġenituri prospettivi se jkollhom id-dritt għal 60 siegħa ta’ leave mħallas sħiħ minn min iħaddem rispettivament. Permezz ta’ dawn l-emendi, anke donatur ta’ ooċit li mhux ġenitur prospettiv għandu jkun intitolat għal 60 siegħa ta’ leave mħallas. L-emendi huma r-riżultat ta’ proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni li kien jinkludi uffiċjali mill-Awtorità għall-Protezzjoni tal-Embrijuni, id-Direttorat tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Integrazzjoni iżda wkoll mal-Bord tar-Relazzjonijiet tal-Impjiegi. Tassew din il-bidla u l-avvanz sabiex dawk li jkunu għaddejjin mill-proċess talIVF jingħataw appoġġ aħjar, huma ferm iktar minn pakkett
ta’ leave aħjar għal grupp partikolari ta’ persuni. Il-Gvern huwa impenjat li jagħti aktar drittijiet lill-ħaddiema li jaffettwa b’mod tanġibbli l-bilanċ bejn il-progress fil-ħajja professjonali u l-aspirazzjonijiet fil-ħajja privata tagħhom. Aħna impenjati wkoll li niżguraw ugwaljanza bejn iċ-ċittadini kollha, u li ntejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol. Aħna nemmnu wkoll li għandna nkunu ta’ appoġġ għall-familji kollha, fid-diversità tagħhom. Iktar minn hekk, permezz ta’ din il-miżura partikolari esprimejna wkoll ir-rikonoxximent mistħoqq lill-individwi li huma lesti jagħtu lil uliedhom l-opportunità li jikbru fl-imħabba u l-affezzjoni li jistħoqqilhom. Sakemm aktar tfal qed jirċievu l-imħabba u l-kura li jistħoqqilhom, aħna dejjem se ngħinu u mhux inkunu ta’ tfixkil. Bħala l-Ministeru responsabbli għall-kundizzjonijiet tax-xogħol aħna nimmiraw li
nimbuttaw il-forza tax-xogħol tagħna lejn ħajja professjonali li tilqa’ u tgħin biex jintlaħqu l-aspirazzjonijiet umani tagħhom. Għax x’inhu xogħol mingħajr l-opportunità li tiċċelebra u dduq il-kisbiet professjonali ta’ wieħed/waħda, fil-ħajja personali tagħhom bil-mod li jidhrilhom li huma tajbin u ma’ kull min jixtiequ jaqsmuhom? L-għoti ta’ aktar spazju u ta’ ħin barra mix-xogħol lill-impjegati involuti f ’ċiklu tal-IVF huwa għalhekk pass loġiku li aħna kburin li nieħdu. Il-Gvern huwa wkoll impenjat li jkompli jtejjeb il-kundizzjonijiet tax-xogħol. Avviż legali ieħor li se jidħol fis-seħħ fl-aħħar ta’ dan ix-xahar jittratta regolamenti dwar l-impjegati stazzjonati f ’Malta. Sakemm id-dħul tagħhom huwa legali u l-attività tagħhom tkun koperta bil-permessi u f ’konformità mal-politiki tagħna, l-impjegati kollha jeħtieġu jiġu salvagwardjati u trattati bir-rispett waqt li jagħtu servizz fostna.
L-għotja ta’ ħajja ġdida lill-MCESD Sadanittant qed nagħtu wkoll lill-MCESD l-għotja ta’ ħajja ġdida fejn nagħmlu disponibbli r-riżorsi tekniċi u akkademiċi kollha meħtieġa għall-membri tagħna biex iwasslu l-livell ta’ dibattitu li jistħoqqlu dan il-pajjiż. Waħda mill-konversazzjonijiet ewlenin li qed tiżviluppa fl-MCESD hija dik għal Liġi dwar l-Impjiegi riveduta li hija rilevanti fir-realtà tallum. Qed inħeġġeġ ukoll għal rispons proattiv u rilevanti li jista’ jgħin biex jiġu ddeterminati opportunitajiet u sfidi futuri li jaffettwaw il-forza tax-xogħol tagħna, ir-relazzjonijiet industrijali tagħna u l-attrazzjoni tagħna bħala post FDI. Fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin se nieħdu deċiżjonijiet u nfasslu pjanijiet li għandhom juru b’mod reali dak li nfissru bi drittijiet, b’kundizzjonijiet tax-xogħol u bi flessibbiltà għall-impjegati tagħna.
14
26.07.2020
LEJLA MAĠIKA FIL-GIRGENTI Nhar l-Erbgħa filgħaxija l-Palazz meraviljuż tal-Girgenti laqa’ serata spettakolari ta’ mużika mill-opri u l-musicals interpretata mill-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, li kienet qiegħda tagħmel l-ewwel dehra tagħha wara l-pandemija. “A Night At The Palace” kien l-ewwel esperjenza fir-residenza taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru Robert Abela u l-familja tiegħu. Avolja l-musicals huma ħafna aktar popolari mill-opra, dawk preżenti għall-kunċert b’xejn setgħu japprezzaw iżjed is-sabiħ taż-żewġ ġeneri mużikali f’atmosfera maġika, b’interventi millkantanti Marvic Monreal, Andriana Yordanova u Joseph Zammit, waqt li l-Orkestra kienet immexxija mis-Surmast Wayne Marshall. Is-serata, ippreżentata minn Keith Demicoli, semmgħet l-interpretazzjonijiet ta’ kapolavuri minn musicals ta’ Leonard Bernstein, Andrew Lloyd Weber, George Gershwin u oħrajn, ma’ siltiet minn opri ta’ Giuseppe Verdi, Georges Bizet u Pyotr Ilyich Tchaikovsky, fost oħrajn. Matul is-serata nġabru donazzjonijiet b’risq għaqdiet mhux governattivi li jaħdmu favur annimali abbandunati. Fit-tnedija tal-kunċert fil-bidu ta’ dan ix-xahar, mart il-Prim Ministru, Lydia Abela, saħqet li din mhux se tkun l-ewwel u l-unika attività fil-Palazz, għax filfutur qrib se tniedi aktar attivitajiet biex tassigura li hi u l-familja tagħha jkunu viċin in-nies.
kullhadd.com
Ritratti: GARETH DEGIORGIO
kullhadd.com 26.07.2020
15
16
26.07.2020
kullhadd.com
BAĦAR JAQSAM BEJN IL-PL U L-PN
Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew
Kull partit politiku jgħaddi minn fażijiet differenti. Imma nista’ ngħid, u naf li miegħi jaqblu saħansitra dawk li fid-dieher jitkellmu b’mod differenti, li hemm baħar jaqsam bejn dak li għaddejjin minnu ż-żewġ partiti politiċi ewlenin, il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista. Fuq naħa għandek partit li qiegħed dejjem jiġġedded u jissaħħaħ. Fuq naħa oħra għandek partit li jinsab imfarrak f ’fazzjonijiet. Fuq naħa għandek partit li b’ħidmietu fil-gvern qed iħares ’il quddiem biex ikompli jtejjeb il-qagħda tal-familji Maltin u Għawdxin. Fuq in-naħa l-oħra lanqas biss għandek Oppożizzjoni.
Huwa awgurju tajjeb għall-Partit Laburista li jinsab iffukat fuq ħidmietu, partit li minn kmieni ilni ninteressa ruħi fih, komplejt b’ħidma meta bdejt nirrappreżentah fil-Kunsill Lokali tan-Nadur, ħidma li kompliet, fosthom, fin-Nisa Laburisti, li minn hawn nieħu l-okkażjoni biex nawgura l-Eżekuttiv il-ġdid mhux biss tan-Nisa Laburisti iżda anke tal-fergħat l-oħra tal-Partit Laburista. Jiena l-ewwel Membru Parlamentari Ewropew mill-gżira Għawdxija, eletta f ’isem il-Partit Laburista u ta’ dan, intenni li ninsab kburija ferm! Partit li dejjem ħdimt għalih jew f ’ismu, li għaddej minn tisħiħ u tiġdid. Fuq quddiem, Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, li qed imexxi tim magħqud b’amministrazzjoni li fil-jiem li għaddew rat ukoll l-ewwel mara ta’ stoffa, Ramona Attard, bħala President tal-Partit Laburista. Insemmi wkoll il-vot li se jkun hemm għall-konferma ta’ Daniel Micallef bħala Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit. Bniedem tal-partit li rajtu tiela’ tarġa tarġa biex illum se jokkupa din il-kariga tant importanti u ffukata, li setgħet tiġi bil-bidla
fl-istatut, li se tfisser tisħiħ tal-istrutturi tal-Partit. Nifraħ lill-amministrazzjoni l-ġdida tal-Partit li f ’din is-sena jiċċelebra l-mitt sena mit-twaqqif tiegħu. Id-differenza bejn iż-żewġ partiti ewlenin qatt ma kienet ovvja daqs illum. U dan ma jixhduhx biss l-istħarriġ ippubblikati fuq il-ġurnali. Qabelxejn hija ħasra. Hija ħasra għaliex kull pajjiż għandu bżonn oppożizzjoni sana u serja, li żgur li f ’dawn l-aħħar tliet snin aħna ma kellniex. Ħasra għaliex nemmen li huwa importanti ferm li l-pajjiż ikollu oppożizzjoni b’saħħitha. Fin-nuqqas ta’ dan, il-Partit Laburista, bħala partit fil-Gvern irid ikun aktar awtokritiku biex jimla dan in-nuqqas tal-Oppożizzjoni. F’dak li għaddej minnu l-Partit Nazzjonalista qed joħroġ dejjem aktar fiċ-ċar minn liema għaġna minn dejjem kien magħmul dan il-partit. Partit li jgħajjat li huwa favur il-ħaddiem, imma minn dejjem kien klassist. Dak li qed jiġri internament f ’dan il-partit huwa wkoll sinjal ċar li huwa partit li ma jħaddanx id-demokrazija li tant jiftaħar li huwa ċ-champion tagħha. Ukoll ta’ min jistmerr li dan
huwa partit li għal skopijiet partiġjani dejjem lest li jittradixxi lil pajjiżu mal-barranin. Kellna eżempji fil-passat u anke issa, minkejja li għaddej minn dan ittaħwid kollu, il-Partit Nazzjonalista sab iċ-ċans li jdeffes isem pajjiżna f ’riżoluzzjoni fl-aħħar plenarja - riżoluzzjoni kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu. Il-Partit Nazzjonalista għal darb’oħra ħa l-opportunità biex jitfa’ dell fuq isem Malta. B’wiċċi minn quddiem ngħid li jien se nkompli naħdem favur pajjiżna, kemm lokalment u wkoll f ’fora ’l barra minn xtutna, speċjalment fil-Parlament Ewropew. Irrid inpoġġi fuq quddiem is-suċċessi u ċ-ċertifikati pożittivi li qed niksbu, fis-settur ekonomiku, fil-ħidma tagħna biex inkomplu nsaħħu s-Saltna tad-Dritt u d-Demokrazija f ’pajjiżna – li konvenjentament il-Partit Nazzjonalista ma jsemmix. L-interess tiegħi huwa li nara li bħala Partit Laburista nibqgħu hemm għaċ-ċittadini kollha. Li nibqgħu nħabbtu l-bibien tan-nies biex nisimgħuhom, u li mmorru fil-pjazez tal-bliet u l-irħula tagħna biex nitkell-
mu bl-iktar mod miftuħ. Irridu niġġeddu u nkomplu nissaħħu. Imma nibqgħu hemm għall-bżonnijiet tal-ħaddiema, tal-vulnerabbli, ta’ dawk li fis-soċjetà Maltija u Għawdxija, huma dawk li l-aktar li għandhom bżonn, ta’ dawk kollha li huma ta’ rieda tajba.
F’dak li għaddej minnu l-Partit Nazzjonalista qed joħroġ dejjem aktar fiċ-ċar minn liema għaġna minn dejjem kien magħmul dan ilpartit. Partit li jgħajjat li huwa favur il-ħaddiem, imma minn dejjem kien klassist
L-GĦAQAL FIT-TMEXXIJA
Ian Castaldi Paris Membru Parlamentari
Pajjiżna għandu Gvern b’saħħtu, iffukat u motivat. Jaf fejn irid ikompli jwassal lil pajjiżna. Dan is-sentiment jinħass fil-poplu Malti u Għawdxi kollu għaliex huwa evidenti ħafna li l-kuraġġ li kull wieħed u waħda minna għandu huwa garanzija tat-twemmin f ’dan il-Gvern. Għaddejna minn ġimgħat fejn id-dinja kollha waqfet, u pajjiżna xejn inqas, b’differenza iżda li minkejja ċ-ċokon tagħna, tajna eżempju lid-dinja kollha għall-mod professjonali kif trattajna l-pandemija u bbrillajna għall-mod kif salvajna
l-impjiegi u sarrafna l-għaqda u l-ġid ta’ dan il-Gvern f ’serħan il-moħħ lill-familji Maltin u Għawdxin. Urejna xi tfisser tkun Gvern iggalbat, li jinvesti u jkabbar l-ekonomija u fl-istess ħin ikollu bażi soda biex meta ġie l-maltemp aħna konna preparati biex nuru l-għaqal tagħna. Il-miżuri li ħabbar il-Gvern kemm waqt il-pandemija (li tagħha ħadd ma kellu formola ta’ x’se jistenna għada jew kif ser tiżviluppa jew kemm ser ittul) kienu miżuri fejn ridna nwasslu l-messaġġ qawwi li aħna Gvern ta’ kulħadd u li naħsbu mill-kbir saż-żgħir. Kulħadd kellu bżonn l-għajnuna u hekk għamilna bħala Gvern. Ma nsejna lil ħadd iżda saħansitra ssorprendejna lil kulħadd għaliex ħadd ma basar li dan il-Gvern kien ser ikun spalla ma’ spalla ma’ kull wieħed u waħda minna. Wassalna l-messaġġ li ma’ dan ilGvern, int moħħok mistrieħ għaliex illum taf bil-provi li aħna kollna miegħek, kif ser nibqgħu għaż-żminijiet li ġejjin.
Kellna Prim Ministru li ma beżax jiddeċiedi. Deċiżjonijiet xejn faċli fil-mument, iżda li llum bil-provi, kienu l-aktar deċiżjonijiet għaqlin u tajbin. Deċiżjonijiet ta’ Mexxej, li ma żbaljax fl-ebda waħda minnhom, u dan sar għaliex għandna Prim Ministru li flagħar sitwazzjonijiet tara fih il-kapaċitajiet kbar li għandu. Fl-agħar mumenti jieħu l-aħjar deċiżjonijiet, b’serenità u b’konvinzjoni. Dawn huma dak li jagħmluk Mexxej eċċellenti. Li tkun kaptan fil-maltemp u li ssalva pajjiż f ’tempesti. Illum il-maltemp għadda u pajjiżna miexi b’ritmu eċċellenti u ser ikompli jikseb riżultati pożittivi. Rajna Oppożizzjoni li ma ferħitx bil-ġid, u għalhekk ippruvat ittellef kemm tiflaħ. Iżda minflok kissret lilna bħala pajjiż, tkissret hi stess għaliex xerrdet velenu li affettwa lilha stess u llum għandna eżempju ċar ta’ Oppożizzjoni maqsuma f ’elf biċċa. Din iżda, hija problema mhux ta’ pajjiż iżda ta’ partit, u
għalhekk tajjeb wieħed jgħid li l-Oppożizzjoni ma tista’ toffri xejn għal pajjiżna ħlief eżempju ta’ kif tkisser minflok tibni, ta’ kif tifred minflok tgħaqqad. X’differenza minn dan ilGvern u x’differenza għallmod kif jimxi bl-eżempju Robert Abela. Gvern li huwa ta’ kulħadd bi Prim Ministru fittmun li jispira fik kuraġġ biex inti tirnexxi, int x’int u int min int. Prim Ministru li jgħaqqad pajjiż u jimla pajjiż bil-ġid u bl-imħabba. Din il-ġimgħa l-Prim Ministru nnegozja pakkett rekord mal-Unjoni Ewropea. Pakkett finanzjarju li se jissarraf f ’ħafna ġid għal pajjiżna biex inkomplu nirnexxu lkoll flimkien għaliex b’għaqda u b’ħafna xogħol u sagrifiċċji, jiġu riżultati li ftit pajjiżi jiksbu bħalhom. Grazzi Prim Ministru li fi ftit żmien li ilek tmexxi pajjiż urejtna l-kapaċitajiet kbar tiegħek li jwasslu għal ħafna suċċessi għalina l-Maltin u l-Għawdxin. Inkomplu naħdmu lkoll flimkien għaliex il-futur ta’ pajjiżna huwa wieħed sabiħ ferm….
Rajna Oppożizzjoni li ma ferħitx bil-ġid, u għalhekk ippruvat ittellef kemm tiflaħ. Iżda minflok kissret lilna bħala pajjiż, tkissret hi stess għax xerrdet velenu li affettwa lilha stess u llum għandna eżempju ċar ta’ Oppożizzjoni maqsuma f’elf biċċa
17
26.07.2020
kullhadd.com
ĠIMGĦA LI TAGĦMILNA KBURIN
Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Ġimgħa sabiħa għall-Partit Laburista fejn barra li l-amministrazzjoni tal-Partit issa kienet imġedda u kompluta permezz talvot għal Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit u kif ukoll l-għeluq tal-Konferenza Ġenerali Straordinarja, kellna wkoll l-aħbar sabiħa li Gvern Laburista rnexxielu jikseb l-akbar u l-aqwa pakkett innegozjat mal-Unjoni Ewropea, pakket li jħallaq mat-€2.25 biljun. Dan hu riżultat ta’ għaqal fit-tmexxija, għaqal fil-persważjoni u għaqal f ’negozzjar li żgur ma kienx faċli. Malta hija pajjiż li ekonomikament għamel suċċessi kbar u qegħdin fost l-aqwa fl-Ewropa. Wieħed kien jistenna li minħabba dan il-fatt u minħabba li l-Ingilterra m’għadhiex tikkontribwixxi fis-senduq tal-UE, konna se nieħdu inqas fondi minn dak innegozjat fl-2012. Imma dan il-Gvern immexxi minn Robert Abela kien determinat li jikseb l-aqwa pakkett possibbli u rnexxielna b’suċċess hekk kif il-pakkett finanzjarju laħħaq il€1.9 biljun, bil-kumplament ikunu grants maħsuba bħala rkupru mill-konsegwenzi li ħolqot il-COVID-19. Dan il-Gvern qed juri biċ-ċar kemm hu kapaċi jkun fuq l-istess livell ta’ pajjiżi ferm ikbar minna fl-UE. Ċertament pajjiżna qed iħalli t-timbru tiegħu fil-fora internazzjonali u huwa emmnut li Malta qed tindirizza bis-serjetà l-governanza tajba u tipproteġi s-saltna tad-dritt. Dawn żgur kienu fuq l-aġenda tal-UE u kienu riga għall-pajjiżi kollha tal-UE sabiex jieħdu l-fondi rispettivi tagħhom. L-Oppożizzjoni f ’mumenti bħal dawn donnha tidħol f ’aktar paniku milli diġà qiegħda fih. Min joħroġ jgħid li ħadna karawett mill-Ewropa u min ħareġ jiftaħar li pakkett tajjeb bħal dan ġie grazzi għall-PN għax kien Gvern Nazzjonalista li daħħalna fl-Ewropa. Mur ifhimhom! Imma lil hinn minn dan. Il-poplu Malti u Għawdxi għandu għal xiex jifraħ li konna perseveranti f ’dawn in-negozjati u issa pajjiżna u l-poplu jistgħu jgawdu minn inizjattivi u proġetti li se jkunu ta’ fejda għal kulħadd. Titwila lejn il-Partit Laburista li qatt mhu kuntent mis-sitwazzjoni li jkun
fiha, dejjem għatxan għall-bidla u t-tiġdid. Dan se jkun sajf ta’ xogħol fejn mill-ġimgħa d-dieħla jiskattaw taħditiet li jwasslu għat-tifsil ta’ policy papers li jagħtuna viżjoni politika għall-futur qrib u wkoll għħal futur aktar ’il bogħod. Din il-ħidma se twassalna wkoll għal tiġdid u tibdil fl-istatut tal-partit. M’hemm bżonn tal-ebda rivoluzzjoni, imma t-tibdil u l-aġġornar isaħħaħna u d-diskussjoni tkabbarna u tgħaqqadna. B’hekk nibqgħu partit ħaj, partit relevanti, partit viċin id-delegati tiegħu, l-attivisti, il-membri, partit viċin in-nies. U dan irridu nagħmluh kuljum u ma ninsew qatt li l-prijorità ta’ partit politiku għandha tkun il-kuntatt kontinwu mal-poplu. Hekk kif nintrefgħu minn mal-poplu, tibda t-triq tan-niżla. Ma mmorrux ’il bogħod. Kemm inħarsu ftit metri ’l bogħod minna u naraw Partit Nazzjonalista frammentat u bla direzzjoni, mifni bi ġlied intern u bi problemi finanzjarji kbar. Dan ġara għax fis-snin li kienu fil-gvern irrilassaw, il-gvern u l-partit saru ħaġa waħda u refgħu rashom. Dan l-iżball tagħhom għandu dejjem jinġieb quddiem għajnejna sabiex naraw li ma naslux li nagħmlu dawn il-passi ħżiena u naqbdu t-triq il-ħażina. L-umiltà u l-entużjażmu huma ċ-ċavetta. Persważa li bit-tim ta’ tmexxija li għandna fil-Partit Laburista se nkomplu mmexxu dan il-partit għal aktar suċċessi elettorali kbar sabiex dan il-partit filgvern jissokta fil-ħidma kbira li qiegħed diġà jwettaq għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Dan il-Gvern qed juri biċ-ċar kemm hu kapaċi jkun fuq l-istess livell ta’ pajjiżi ferm ikbar minna fl-UE. Ċertament pajjiżna qed iħalli t-timbru tiegħu fil-fora internazzjonali u huwa emmnut li Malta qed tindirizza bis-serjetà l-governanza tajba u tipproteġi s-saltna tad-dritt
Mid -Dj arju t a’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 16 ta’ Lulju Illum iddeċidejt li nqatta’ nofstanhar ilBelt, bit-tama li niltaqa’ ma’ xi erbat iħbieb, ngħaddi ftit ħin magħhom u nbiddel il-burdata. Imma rġajt lura agħar milli mort. Il-ħbieb li ltqajt magħhom kollha rashom maqtugħa għax il-ħin kollu jirrepetu li qatt f ’għomorhom ma jiftakru lill-partit darba glorjuż tagħna fis-sitwazzjoni li ninsabu fiha llum. Bilkemm ma ngħidx li tnejn minnhom qabadhom breakdown. X’ma jaqbdikx breakdown man, tara deputati tagħna jitgħajru fuq l-istazzjon nazzjonali biex ipaxxu lil tal-Labour. Ma nafx kif se noħorġu minnha din is-sitwazzjoni. Kuljum nhewden. Dan kollu minħabba Simon Busuttil li llum jinsab paxxut fi Brussell. Il-Ġimgħa, 17 ta’ Lulju Kif iqażżiżni dak David Thake! Bilkemm mhux jippretendi li nagħmlu lilu bħala kap minflok Adrian Delia. U nilgħab imħatra li kieku Adrian Dellia kellu jċedi u ssir elezzjoni għal kap ġdid, David Thake ikun wieħed mill-kontestanti. Imma elezzjoni għal kap ġdid mhix se ssir għax Adrian Delia mhux se jċedi. Anzi flaħħar qiegħed juri snienu u għamel sew li lil Louis Galea wrieh il-bieb ta’ barra. Għax vera ma nafx xi trid tkun biex ilkap jafda f ’idejk ir-riforma fil-partit, u mbagħad taħdem minn wara dahru u saħansitra tgħidlu biex jirriżenja. Kellu bżonn jibqa’ jurihom snienu u jqalfat ’il barra wkoll lil dawk is-17-il traditur. Ma ħaqqhomx jibqgħu jissejħu Nazzjonalisti. Is-Sibt, 18 ta’ Lulju Illum irċevejthom il-vawċers li qiegħed jibgħatilna Robert Abela, imma ma nafx x’se nagħmel bihom. Jekk nużahom biex inqatta’ xi ftit sigħat ma’ dawk li s-soltu niltaqa’ magħhom il-Belt, ma tantx se ngawdihom għax ilkoll kemm huma b’geddum sal-art minħabba dawk il-mniefaħ ta’ 17-il traditur immexxijin minn Jason Azzopardi, għalkemm tidher Comodini Cachia, dik li kienet tippreferi siġġu fi Brussell milli siġġu fil-Parlament Malti. Nista’ ngħid lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna biex immorru nonfquhom flimkien, bil-patt li ma nitkellmux politika, imma dak kelmtu qatt ma jżommha, għax minn hawn jew minn hemm, xi botta jrid jitfagħha. Il-Ħadd, 19 ta’ Lulju Issa sew, man! Mela jekk nibdlu l-kap u minflok Adrian Delia nagħmlu lil Comodini Cachia, li kienet tippreferi siġġu fi Brussell minn siġġu fil-Parlament Malti, xorta waħda m’għandna l-ebda ċans li nirbħu l-elezzjoni li ġejja, tal-inqas skont l-istħarrig tal-Malta Today. Insomma jien
m’iniex wieħed minn dawk li nagħti kas l-istħarriġ tal-gazzetti għax kif dejjem għallimni missieri, Alla jagħtih il-glorja tal-ġenna għax min jaf x’jitqalleb f ’qabru minħabba dak li għaddej minnu l-partit darba glorjuż tagħna, f ’temp ta’ ġimgħa, fil-politika kollox jista’ jinbidel ta’ taħt fuq. U dik hija t-tama tiegħi, forsi ma tafx kif nerġgħu nibdew nieħdu ftit tar-ruħ! It-Tnejn, 20 ta’ Lulju Ma kontx naf li s-Segretarju Ġenerali Francis Zammit Dimech ta ordni biex ħadd ma joħroġ stqarrijiet jattakka lil Adrian Delia f ’dan iż-żmien tant delikat għall-partit darba glorjuż tagħna. Qalhieli sieħbi tal-Istamperija meta ċempiltlu biex nara kif qegħdin inħallu lill-uffiċjali u lill-membri tas-suppost moviment żgħażagħ fil-partit tagħna joħorġu qatta’ bla ħabel kontra l-Kap biex ineħħuh. Għandu jkun dawn iż-żgħażagħ għalhekk biss qegħdin għax jien, ngħid għalija, kont ilni ma nisma’ bihom ma nafx kemm. U dawn min huma biex jiddettawlna x’nagħmlu! Lanqas dawk is-17-il traditur ma jiddettawlna, aħseb u ara dawn, għadhom jitwieldu lbieraħ. It-Tlieta, 21 ta’ Lulju Aktar ma jgħaddi żmien, aktar qiegħed inkompli nikkonvinċi lili nnifsi li Robert Abela fi Brussell għandu ħbieb aktar milli kellu Joseph Muscat. Kieku ma kienx hekk, ma kienx se jġib miljuni kbar lejn pajjiżna. Jien, ngħid għalija, minn dak li naqra fuq il-gazzetti tagħna, u minn dak li nisma’ fuq l-aħbarijiet tal-istazzjonijiet tagħna, kont ħadt l-impressjoni li konna se nieħdu ftit li xejn minħabba l-mniefaħ ta’ saltna taddritt, imma kultant ngħid li minn meta spiċċat Ana Gomez ħadd fl-Unjoni Ewropea m’għadu jagħti kasna. U għal ġieħna fi Brussell hemm Simon Busuttil, għalkemm ilna ma nisimgħu b’aħbaru ma nafx kemm. L-Erbgħa, 22 ta’ Lulju Tgħidli xejn kemm Comodini Cachia ġġib għaqda fil-partit kieku kellha tkun hi li tieħu t-tmexxija tal-partit darba glorjuż tagħna! Diġà qiegħda turi xi ssarraf. Għandha arroganza liema bħalha. Jew isir kif trid hi jew inkella ssabbat saqajha u titlaq ’il barra kif għamlet illum meta ltaqa’ l-grupp parlamentari. Għax il-Kap ma aċċettax li jiddiskutu dak li riedet hi u sħabha t-tradituri, jew ir-ribelli, biex ħadd ma jieħu għalih, qabdet u telqet ’il barra. U din għadha mhi xejn, aħseb u ara kemm tkun aktar arroganti kieku kellha tilħaq Kap tal-partit u Kap tal-Oppożizzjoni. Ma nistax ngħid li kieku xi darba tkun Prim Ministru, għax konvint li qatt m’għandha ċans tidħol Kastilja!
18
26.07.2020
kullhadd.com
JITWAQQAF L-EWWEL DIGITAL ECONOMY THINK TANK TA’ MALTA
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
F’dawn l-aħħar snin smajna ħafna kliem tekniku li forsi mhux ilkoll nifhmu. Ftit ilu twaqqaf l-ewwel digital economy think tank. Tkellimna mal-ewwel Ċermen tiegħu Kearon Bruno fejn spjegalna x’inhu l-iskop tiegħu. X’inhu l-isfond li ġej minnu inti? Bħala professjoni, jien ekonomista u bħalissa jien il-Policy and Strategy Advisor fi ħdan is-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali. Apparti din il-kariga, jien ukoll Ċermen tal-ewwel digital economy think tank ta’ Malta kif ukoll lettur part-time tal-ekonomija fl-Università ta’ Malta. X’kien l-għan li twaqqaf dan it-think tank? Min huma l-membri? Uħud mill-aqwa ekonomisti f ’pajjiżna, ilhom għal dawn l-aħħar snin jisħqu fuq u jelenkaw l-importanza li bħala pajjiż, inkomplu niddiversifikaw il-portafoll ekonomiku tagħna għal żewġ raġunijiet ewlenin: 1) biex inkomplu nikkonsolidaw l-andament ekonomiku b’saħħtu li qiegħed jirreġistra pajjiżna u 2) kif ukoll inkunu aktar reżiljenti għal xokkijiet asimmetriċi. L-importanza tad-diversifikazzjoni ekonomika nħasset ħafna matul din il-pandemija... Rajna numru ta’ setturi, li huma kontributuri ewlenin tal-prodott gross domestiku lokali, li ġew impattati b’mod negattiv. Rajna setturi ewlenin bħat-turiżmu u l-kostruzzjoni li kellhom jieqfu joperaw b’mod ħesrem, minħabba li dan il-virus affettwa l-mobbiltà tar-riżors uman u kif ukoll is-supply u d-demand ta’ ċertu materjal, u meta wieħed jikkunsidra l-importanza ta’ dawn iż-żewġ setturi, wieħed jista’ jimmaġina l-impatt fuq l-ekonomija Maltija. Kien għalhekk li s-Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali, taħt id-direzzjoni eċċellenti tal-Onorevoli Clayton Bartolo, intensifika l-ħidma tiegħu matul din il-pandemija sabiex joħloq struttura u pjattaforma li tkun tista’ tkompli ssaħħaħ u tħejji viżjoni ċara fejn tidħol l-ekonomija diġitali. It-think tank huwa magħmul minn u jinkludi
Huwa importanti li pajjiżna jkompli jattira setturi ta’ valur miżjud bħal eżempju: blockchain, intelliġenza artifiċjali, Internet of Things, Digital Innovation Hubs, High Performance Computing u quantum fost oħrajn.
ekonomisti ewlenin f ’pajjiżna, avukati u kif ukoll esperti fil-qasam diġitali. Dan it-think tank, qiegħed jiltaqa’ fuq bażi regolari u se jkun qiegħed jistieden diversi rappreżentanti kemm mis-settur pubbliku kif ukoll dak privat sabiex janalizza u jħejji direzzjoni u viżjoni ekonomika minn dan l-aspett. Kif tiġi ddiversifikata l-ekonomija ta’ pajjiżna? Id-diversifikazzjoni tintlaħaq billi l-ekonomija ta’ pajjiżna, ma tibqax dipendenti biss fuq numru żgħir ta’ setturi, iżda tkun aktar robusta u reżiljenti bl-introduzzjoni ta’ dawn is-setturi diġitali. Tajjeb li ngħid, li matul il-pandemija, kien hemm numru kbir ta’ setturi diġitali li spiċċaw komplew jissaħħu u jikbru, hekk kif l-operat tagħhom sar aktar bżonjuż waqt din il-pandemija. Rajna wkoll l-użu tat-teknoloġija li saħansitra ppermetta biex numru kbir
ta’ xogħlijiet setgħu jkomplu inkomplu nassiguraw ambjent mill-kumdità ta’ dar il-ħaddi- adekwat biex in-negozji jkomplu jiffjorixxu u kif ukoll nasema. siguraw tkabbir ekonomiku li huwa reżiljenti u sostennibli. Għaliex kien hemm Il-problemi li jaffaċċja il-bżonn li jitwaqqaf pajjiżna, bħal ngħidu aħna dan it-think tank? ċ-ċokon tal-ekonomija u kif L-introduzzjoni ta’ dan it- ukoll l-insularità, ma jibqgħux think tank hija turija ċara ta’ relevanti fil-qasam diġitali u kemm il-Gvern huwa kom- hawn naraw kif bħala pajjiż, mess li jieħu rwol ewlieni billi nistgħu nixprunaw il-benefiċċji li toffri l-ekonomija diġitali. jħejji direzzjoni ekonomika. L-għan ta’ dan it-think tank, Id-dinja globalizzata tallum tpoġġi quddiemna num- fost ħafna affarijiet huwa: 1) li ru ta’ sfidi ġodda speċjalment jsaħħaħ setturi eżistenti, u kif fejn tidħol il-kompetizzjoni ukoll 2) jattira niċeċ ekonomiċi ta’ pajjiżna u huwa għalhekk ġodda. Huwa importanti li li rridu nkunu proattivi sabiex pajjiżna jkompli jattira setturi
ta’ valur miżjud bħal eżempju: blockchain, intelliġenza artifiċjali, Internet of Things, Digital Innovation Hubs, High Performance Computing u quantum fost oħrajn. Minħabba l-limitazzjonijiet fid-daqs u r-riżorsi ta’ pajjiżna, irridu nassiguraw li nkomplu ninvestu fit-talent lokali u kif ukoll nattiraw l-aqwa talent barrani. Diġà ltaqa’ dan it-think tank? U jekk iva x’ġie diskuss? Iva, dan it-think tank iltaqa’ darbtejn. Fl-ewwel laqgħa
19
26.07.2020
kullhadd.com
ddiskutejna l-istrateġija diġitali ta’ Malta, hekk kif l-istrateġija diġitali ta’ issa, tiskadi f ’Diċembru li ġej. Bħala think tank rajna li niddiskutu numru ta’ opportunitajiet ġodda fil-qasam diġitali u nesploraw kif bħala pajjiż nistgħu nixprunaw il-benefiċċji kollha li din l-industrija għandha x’toffri. Apparti minn hekk, iddiskutejna
wkoll il-qasam tal-iGaming, li tajjeb ngħidu li dan is-settur huwa kontributur ewlieni għall-prodott gross domestiku lokali u li jipprovdi numru kbir ta’ xogħlijiet f ’pajjiżna. Iddiskutejna xi limitazzjonijiet li dan is-settur iħabbat wiċċu magħhom bħal eżempju t-talent, speċjalment meta wieħed jikkunsidra d-daqs ta’ pajjiżna. Kif spjegajt qabel,
l-għan tagħna huwa li naraw li ‘no one is left behind’ u nkomplu nsaħħu dawk is-setturi li diġà joperaw lokalment u kif ukoll inħejju qafas sabiex setturi oħra jkunu jistgħu jiġu joperaw f ’pajjiżna. Flimkien u b’mod kollettiv, nistgħu nkomplu nahdmu għal għan wieħed, li hu dak li nkomplu nsaħħu u nassiguraw ekonomija aktar reżiljenti u sostenibbli.
20
26.07.2020
kullhadd.com
MARK VELLA GERA
JIDDOKUMENTA KULL SAFRA SABIEX JAQSAM L-ESPERJENZI MA’ ĦADDIEĦOR Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Is-safar huwa l-aħjar mediċina għall-bniedem, jew biex ngħid l-aqwa pawsa u serħan il-moħħ għal kull bniedem li jagħżel li jżur xi pajjiż ieħor. Ngħid għalija jiena personali nkun qed nistenna kull safra li jkolli ppjanata. Fil-fatt nipprova nsiefer ta’ spiss jew biex ngħid hekk kull meta ż-żmien u l-but jippermettuli. Għall-intervista tal-lum, tkellimt ma’ persuna li ilha ħajjitha kollha affaxxinata mis-safar, u normalment issiefer bejn wieħed u ieħor medja ta’ darba kull xahrejn. Qed nirreferi għal Mark Vella Gera. Joqgħod Ħal Balzan, jaħdem ma’ kumpanija tal-ivvjaġġar u l-passatempi tiegħu huma s-safar u l-ġiri. Fil-fatt jiġri madwar 11-il kilometru għal ħames darbiet fil-ġimgħa, jiġifieri jiġri aktar minn 50 kilometru fil-ġimgħa. Iħobb ix-xjenza tat-tbassir tat-temp ukoll. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna liberali u miftuħ ħafna għal ideat ġodda. Iħobb iżomm persuntu u jsir jaf nies ġodda. Ilu ħajtu kollha affaxxinat mis-safar. Minn mindu kien tifel żgħir, kien isiefer mal-ġenituri tiegħu. Biss, dan l-aħħar snin żied is-safar tiegħu għax inħoss li s-safar jgħinu jistrieħ, jiskopri aktar lilu nnifsu, kif ukoll jiskopri kulturi oħra, ikel differenti minn tagħna u postijiet ġodda li tarahom biss filfilms! Mistoqsi x’sodisfazzjon jieħu mis-safar, Mark stqarr miegħi li jagħtih sens ta’ avventura, libertà u serenità. “Ikolli memorji ġodda u sfidi ġodda li nħossni kuntent li nkun għelibthom.” Ta’ min jgħid li l-ewwel vjaġġ tiegħu kien sar lura għas-sena 1977 meta kien żar Katanja fi Sqallija. Minn dakinhar ’l hawn qatt ma ħares lura. S’issa naf li żar 36 pajjiż differenti. It-tir tiegħu huwa li jmur kull pajjiż fl-Ewropa u jikkalkula li sa tmiem is-sena d-dieħla jkun mar kull pajjiż li hemm fl-Ewropa. Staqsejtu xi kemm jikkalkula li fadallu pajjiżi xi jżur. “Nikkalkula li fadalli mal-10 jew 12-il pajjiż ieħor biex ngħaqqad is-sett! Biss, il-problema hi li hemm xi pajjiżi li jiswew ħafna flus biex iżżurhom bħall-Iżlanda
u n-Norveġja,” stqarr miegħi ti mill-aġenda tiegħu li jsiefer kollox fih it-tajjeb u l-ħażin kull xahrejn. Dan għaliex il- tiegħu, imma li ssiefer waħdek Mark. lum il-ġurnata s-safar sar par- jgħinek tikber u tegħleb l-isfidi ti minnu u jħossu tajjeb ħafna tal-ħajja,” sostna miegħi. Is-safar jagħtih sens ta’ Ridt inkun naf xi jfittex l-akavventura, libertà u serenità kull darba li jmur xi mkien ġdid għalih. Ta’ min jgħid ukoll, li tar meta jżur xi pajjiż ġdid, u Żied jgħidli li wara li jkun żar normalment kull meta jsiefer, xi kemm normalment iqatta’ l-Ewropa kollha, biħsiebu jibda Mark iħobb imur waħdu, imma jiem f ’kull pajjiż li jżur. “Jekk jwessa’ l-firxa tiegħu ta’ pajjiżi, kien hemm drabi li kien imur ikun pajjiż żgħir nagħmel biss għalkemm xi żmien ilu kien ma’ persuni oħra. “Ovvjament, xi jumejn jew tlieta, imma jekk mar l-Amerka diġà. Immaġinajt li ser ikun hemm differenza meta jibda jżur pajjiżi ’l barra mill-Ewropa. “Iva, ser ikun hemm differenza kbira għax nixtieq inżur il-pajjiżi tal-Afrika ta’ Fuq bħall-Marokk u t-Tuneżija, kif ukoll dawk talLvant Nofsani bħall-Ġordan u Ta’ min jgħid li l-ewwel vjaġġ tiegħu l-Libanu. Nixtieq inżur dawk kien sar lura għas-sena 1977 meta kien il-gżejjer kbar tal-Ewropa li għadni ma żortx bħal Korsika u żar Katanja fi Sqallija. Minn dakinhar l-Gżejjer Baleariċi. Għalkemm ‘l hawn qatt ma ħares lura. S’issa naf mhumiex pajjiżi fihom innifishom, xorta waħda nemmen li żar 36 pajjiż differenti. It-tir tiegħu li għandhom ħafna x’joffru.” huwa li jmur kull pajjiż fl-Ewropa mira Mark normalment isiefer bejn wieħed u ieħor medja li mistenni jilħaq sa tmiem is-sena ta’ darba kull xahrejn. Tista’ tgħid li jħoss li din hija pard-dieħla
inkun ser inżur pajjiż kbir jew diversi pajjiżi f ’safra waħda, imbagħad nagħmel bejn ġimgħa u ġimgħa u nofs,” żvela miegħi. Hemm bżonn li napprezzaw biżżejjed is-sbuħija ta’ Malta B’kurżità fuqi, ma’ Mark iddiskutejt, bħala individwu li żar diversi pajjiżi barranin, kif normalment iħares lejn Malta kull darba li jerġa’ jiġi lura. Fil-fatt stqarr miegħi li jħoss għafsa ta’ qalb għall-fatt li għandna pajjiż sabiħ, imma ma napprezzawx biżżejjed is-sbuħija tiegħu u ma niħdux ħsiebu biżżejjed. Ta’ min jgħid ukoll, li Mark iħobb jiddokumenta kollox fuq blogg tiegħu inkluż ritratti u suġġerimenti. Meta jgħid suġġerimenti bħal xħin persuna għandha żżur ċerti postijiet, fejn tipparkja, kemm hu għoli jew irħis il-post, kemm hemm bogħod u kif tasal f ’ċertu post, u mappa tar-rotta li jkun ħa
kullhadd.com
Kollox ma’ kollox, l-għan ewlieni ta’ Mark huwa li kull darba li jsiefer jaqsam l-esperjenzi sbieħ u anke inqas sbieħ ma’ nies oħra biex huma wkoll japprezzaw u jgawdu dak li jista’ jagħtihom is-safar
fost oħrajn. “Hekk hu, għandi sit elettroniku jew aħjar travel blogg www.travellingismypassion.com. Dan qisu djarju tal-ivvjaġġar tiegħi f ’diversi pajjiżi. Kien hemm anke nies li wara li qraw xi artiklu minn tiegħi, ddeċidew huma stess li jżuru dak il-pajjiż partikulari li jkunu qraw fuqu minn fuq issit tiegħi,” stqarr miegħi b’ċertu sodisfazzjon. Kollox ma’ kollox, l-għan ewlieni ta’ Mark huwa li kull darba li jsiefer jixtieq jaqsam l-esperjenzi sbieħ u anke inqas sbieħ ma’ nies oħra biex huma wkoll japprezzaw u jgawdu dak li jista’ jagħtihom is-safar. Aktar minn hekk, Mark jaħseb li l-bloggs tiegħu jistgħu jwasslu s-sbuħija ta’ postijiet oħra lil dawk li forsi ma jistgħux isiefru jew li qed jaraw liema pajjiż ser iżuru. Konxja mill-fatt li hawn min jgħidlek li s-safar huwa sogru tal-ħajja u spejjeż żejda, tlabt lil Mark jikkummenta dwar dan. “Kollox fih is-sogru tiegħu, imma jekk tieħu l-prekawzjonijiet tas-soltu, bħall-assigurazzjoni tal-ivvjaġġar u li toqgħod moħħok hemm fuq flusek u l-credit cards li għandek. Biss, għalkemm l-ivvjaġġar fih l-isfidi tiegħu, fih ukoll ħafna sodisfazzjon.” Min-naħa l-oħra, bilmard li qed ifaqqas dan l-aħħar, speċjalment bħall-Coronavirus, staqsejtu kemm jaħseb li sar riskjuż aktar minn qatt qabel is-safar. “Sakemm wieħed ma jżurx pajjiż fejn hemm dan il-virus, wieħed m’għandux jaqta’ qalbu li jsiefer. Ovvjament, wieħed għandu jieħu wkoll basic first aid kit miegħu għal li jista’ jinqala’.” Fl-aħħar nett, Mark għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Ħadd ma għandu jibża’ jsiefer. Dejjem tista’ tingħaqad ma’ grupp jew tour jekk tħossha diffiċli wisq torganizza safra int. Is-safar jagħtik ħafna esperjenzi ġodda u jiftaħlek moħħok,” temm jgħid Mark.
21
26.07.2020
22
26.07.2020
kullhadd.com
LORENZI: L-AQWA KAPTAN KURSAR TA’ ŻMIEN L-ORDNI Fl-intervista tad-19 ta’ Jannar trattajna l-kaptani kursara minn Zelalich sa Mitrovich li kienu jwettqu l-kors bil-permess tal-Ordni ta’ San Ġwann. Qrajna kif bejn il-kaptani kienet qisha ffurmat għaqda, fejn mhux biss jiżżewġu u jżewġu lil uliedhom flimkien u jagħmluha ta’ parrini tat-tfal ta’ xulxin, iżda jaqbżu wieħed għall-ieħor fl-inqaqar kollha li jinqalgħu. Illum, Liam Gauci, Kuratur talMużew Marittimu, se jagħtina aktar informazzjoni fuq il-Kaptan Guglielmo Lorenzi. Minn CHARLES B. SPITERI Xambekk waqt maltempata. Eks voto fis-Santwarju tal-Ħerba Birkirkara
sar. Il-quddiesa taż-żwieġ saret fil-knisja ta’ San Pawl il-Belt u kellhom żewġt itfal, li mitulhom Kien fl-1745 meta l-Kaptan żgħar. Korsikan Francesco di Natale daħal fil-Port il-Kbir ta’ Malta Jiġifieri Lorenzi baqa’ jgħix b’bastiment itajjar bandiera tar-re fostna wara li żżewweġ? ta’ Sardinja. Miegħu, abbord kellu tifel ta’ 11-il sena, li kien qed Hu kien qed jikseb isem ġmiejammira lil Malta għall-ewwel lu fix-xogħol ta’ kursar u spiss darba. Dan it-tifel ċkejken fl-età kien iżur pajjiżu – Korsika, waqt kien ħuh tar-rispett min-naħa il-fażi Repubblikana qasira, taħt ta’ ommu. Kien jismu appuntu, it-tmexxija ta’ Pasquale Paoli. Jingħad li l-ewwel bastiment li qatt Guglielmo Lorenzi. Ma nafu bl-ebda skop għaliex kellha r-Repubblika Korsikana, Lorenzi ġie Malta, iżda aktarx li ingħata mill-Gran Mastru nnifsu ġie peress li ħutu tar-rispett ak- lil Paoli. L-Ordni kellha bosta inbar minnu, kienu jgħixu hawn u teressi f ’Korsika u għalhekk kien kienu ilhom is-snin jaħdmu bħala jaqblilha żżomm l-aqwa relazzjonijiet. kursara. Meta sfaxxat ir-Repubblika Korsikana u waqgħet f ’idejn l-arX’nafu fuq tfulitu f ’pajjiżna? mati Franċiżi, ħafna Korsikani Ftit li xejn. Aktarx twieled f ’Non- sabu refuġju f ’Malta. Fosthom za, Korsika u bħala ġuvnott, fis- insibu lil Matteo Mattei, Angelo snin 1760, involva ruħu fin-Navy Franceschi, Francesco Franceschi u Guglielmo Lorenzi nnifsu. tar-Repubblika Korsikana. Madankollu, aktar importan- Dik il-ħabta kienet, li Lorenzi ġie ti hu li għalkemm tgħallem is- jgħix Malta għalkollox. Il-ġrajjiet sengħa bħala bniedem tal-baħar, li seħħew f ’Korsika influwenzaw ma damx ma sar kaptan. Il-pro- bil-bosta liż-żagħżugħ Lorenzi u fessjoni tiegħu tgħallimha għax dan kollu hu importanti li nżomminn ċkejken serva ma’ wħud muh f ’moħħna meta nippruvaw mill-aqwa kursari ta’ żmienu, bħal nifhmu d-deċiżjonijiet futuri Hieronymus Preziosi kif ukoll tiegħu. ħutu tar-rispett Giacomo u FranAllura meta nsibu lil Lorenzi cesco Di Natale. Għalkemm kien moħħu fil- bħala kaptan tal-kors? kors, kif stqarr hu stess lill-Kurja ta’ Malta, kif kiber aktar, ried Bejn l-1750 u l-1760, Lorenzi jiżżewweġ. Fil-fatt, fl-1756 iżżew- kiseb esperjenza biżżejjed fuq ilweġ lil Angela Gelfo, bint kur- baħar u probabbilment reputazzFejn insibuh lil dan Lorenzi fl-istorja ta’ pajjiżna?
joni qawwija bħala kaptan. Serva taħt bnadar differenti, waqt li kien għadu jaħdem bħala ħaddiem privat. Fis-snin ta’ wara l-1750 qeda ħidmiet taħt il-bandiera talPrinċep ta’ Monaco u bejn l-1773 u l-1774 serva taħt il-bandiera tar-Re taż-żewġ Siċilji. Dan kollu għamlu waqt li uża lil Malta bħala bażi. Iżda l-aktar ħidmiet ibsin li jissemmew fuq Lorenzi, huma l-vjaġġi b’waqfien temporanji taħt il-bandiera tal-Ordni ta’ San Ġwann u l-bandiera tal-Gran Mastru. Fl-1767, il-Gran Mastru Emmanuel Pinto tah il-kmand taliżgħar, iżda daqstant importanti, vaxxell privat: il-feluka bl-isem ‘La Vittoria’ li titħaddem minn 30 raġel. U b’dan il-vaxxell, wera l-ħila li kellu? Iva, mill-ewwel irreġistra l-qabdiet. Madankollu, b’xorti ħażina kellu jħallas bil-ħajja ta’ sitt membri tal-ekwipaġġ tiegħu, iżda minn hemm naqqax isem mill-aqwa għall-kumplament tal-karriera li sawwar. Minkejja li kienet karriera ħarxa u li tinbidel minn waqt għal ieħor, bdiet tifforma ħajja lussuża għal dan il-Kaptan Korsikan żagħżugħ. Lorenzi tista’ tgħid li qatta’ s-snin ta’ wara l-1770 fuq il-baħar. Il-maġġoranza ta’ ħidmietu tinsab reġistrata kemm fil-volumi
tal-Qrati Maltin, kif ukoll fl-atti u jaħmuhulu f ’ħobż għall-ekwipaġġ. Ivvjaġġa għal Argentiera notarili marbutin mal-kors. fejn niżżel il-qamħ, iżda kellu jaħrab immedjatament hekk kif Insibuh fuq xi qoxra waslet l-aħbar li żewġ xambekki oħra tal-baħar lil Lorenzi? kienu qed ifittxuh u waslu fejn Iva, fl-1777 kien fuq xambekk, kien hu. Salpa lejn Santorini u itajjar il-bandiera tal-Ordni ta’ wara ftit jiem, meta fuq il-kosta San Ġwann. Taħtu kellu ekwi- kollox deher kwiet, reġa’ mar paġġ ta’ mill-inqas 75 baħri. Telaq Argentiera mnejn kiseb il-ħobż mill-Port fis-26 ta’ Diċembru, lejn moħmi. Minkejja dik l-attività Capo Passero fi Sqallija, iżda meta kollha, Lorenzi ma kellu xejn x’jukien f ’nofs ta’ baħar, ix-xambekk ri għall-erba’ xhur li għamel fuq intlaqat mill-borra u riħ qawwi. il-baħar. Tant kien temp ħażin li l-feluka (id-dgħajsa ċkejkna li jkollu l-bas- Jiġifieri kellu jiġi lura timent) intilfet. Fortunatament iżda, ħadd ma tilef ħajtu. Meta l-bastiment qabad ir-rotta ’l fuq lejn Kalabrija, qasam il-Baħar Joniku għal Ċefalonja. L-iskjavitù Hemmhekk ankra, iżda ma setax ikompli jbaħħar minħabba l-maltiegħu ma damx, temp. għalkemm ħadd Kien fit-13 ta’ Jannar li Lorenzi rnexxielu jitlaq minn Ċema jaf meta ġie falonja, iżda deher li kien vjaġġ għalxejn u beda l-garr fost l-ekwilura. Li hu żgur paġġ. Ix-xitwa kienet qalila ferm hu li fl-1773 reġa’ u l-kesħa xxoqq l-għadam, tant li x-xambekk kellu jqatta’ xahrejn beda jaħdem f ’Monte Santo. ’il barra minn Meta t-temp qagħad, Lorenzi rnexxielu jitlaq mill-gżira – biex pajjiżna u applika kellu jerġa’ jirritorna mill-ġdid. għal-liċenzja biex Il-proviżjonijiet abbord naqsu drastikament u xtara 150 kg ta’ ibaħħar żewġ qamħ mhux mitħun. Hu kien jaf bastimenti kbar li l-qamħ mhux maħdum ma kien jiswa għal xejn, iżda mill-kuntatti taħt il-kmand li kellu f ’Argentiera (illum Kimolos) kien jaf li jippreċessawhulu tiegħu
23
26.07.2020
kullhadd.com
Malta b’idu f ’idu? Hekk kien jidher, iżda hu ried jikseb xi priża, u malajr. Kmieni fl-għodwa tal-25 ta’ Mejju, qrib Anatolja, lemaħ żewġ bastimenti. Tahom l-assalt u rnexxielu jaħtafhom. Il-bastimenti kienu qed ibaħħru lejn Jaffa u Acre rispettivament. Il-ħażna tagħhom kienet tikkonsisti f ’ross, melħ u numru kbir ta’ passiġġieri. La Lorenzi u lanqas l-ekwipaġġ tiegħu ma riedu jemmnu lil għajnejhom. Iż-żewġ bastimenti kienu qed iġorru 98 persuna, fosthom numru kbir ta’ nisa u tfal. Din kienet l-akbar qabda li saret, probabbilment l-ikbar waħda tas-seklu. Issa, Lorenzi kellu jaħseb f ’żewġ affarijiet importanti: kif se jbigħ il-priża li kellu, u kif se jżomm lill-iskjavi ħajjin. F’dak iżżmien, kull kursar kien ifittex li jbigħ fil-pajjiżi tal-Lvant lin-nies li jaqbad. Sadanittant, l-iskjavi li kellu Lorenzi kienu jeħtieġu l-ikel u l-ilma, kumdità skarsa fuq l-ewwel bastimenti tad-dinja moderna.
iċ-ċirkustanzi ibsin, hu sab il-ħin jaqbad żewġ bastimenti oħra, u żied erba’ erwieħ mal-iskjavi li kellu. Iżda l-kundizzjonijiet għall-iskjavi abbord kienu ħarxa għallaħħar, tant li tul il-vjaġġ, tmien skjavi mietu. Hawn, Lorenzi beda jibża’ li l-iskjavi setgħu jaħarbu jew iqajmulu rewwixta. Kellu biċċa xogħol iebsa. Dam xejn ma wasal Malta? Ħa xahrejn. Daħal fil-Port fis-26 ta’ Lulju. Issa li kienu Malta, seta’ jibda bl-irkant u hu u l-ekwipaġġ tiegħu bdew jikkalkulaw il-profitti. Statistikament, fl-1778, ilkursara tal-Ordni kienu qabdu 142 skjav tul is-sena. B’hekk, il-95 li qabad Lorenzi tqiesu b’suċċess enormi għall-kursara li jtajru l-bandiera tal-Ordni. Naturalment, issa kiseb fama fostna.
Il-liġijiet tal-Ordni ta’ San Ġwann u n-Navy kienet tesiġi li kull skjav abbord kellu jingħata tliet ħobżiet kuljum li jiżnu 40 uqija (1.13 kg). Issa jekk nikkunsidraw li Lorenzi kellu 98 skjav abbord, kellu jipprovdi mill-inqas 110 kg kuljum għalihom biss. Iżda kaptan ta’ bastiment tal-kursari ma kienx marbut legalment b’dawk il-liġijiet. Madankollu, hu importanti nikkunsidraw l-inkwiet li kien qed jaffaċċja Lorenzi. Iżda hu rħielha għal Jaffa, fejn ippjana li jbigħ il-merkanzija li kellu. Hemm bagħat lil wieħed mir-rais (kaptan) tal-bastiment biex jinnegozja prezz għall-ħelsien tal-iskjavi. Iżda dan ingannah darbtejn u ma reġax lura.
Mhux fostna biss, għax ma’ kullimkien beda jissemma. Tant li lejn tmiem is-seklu 18, kien magħruf sew fid-dinja Mediterranja. Terġa’ sa mill-1769, ħbiebu stess bdew jistqarru li r-reputazzjoni tiegħu kienet ta’ kursar bla qalb. Fost dawn kien hemm il-Kaptan Giuseppe Franceschi, li qal lill-uffiċjali tal-Port f ’Malta li n-nies ta’ Morea stqarrew li kien insultahom meta ħataf vapuri li kienu qed jinnavigaw bil-passaport tagħhom. Tant hu hekk li qabduh skjav. Iżda fl-istqarrija tiegħu lill-awtoritajiet f ’Malta, Franceschi qal li l-kaptan tiegħu u xi nies tal-ekwipaġġ niżlu f ’dgħajsa żgħira u qadfu lejn ix-xatt ta’ Morea biex jiftiehmu fuq il-prezz tal-irkant tal-iskjavi. Hemmhekk, inqabdu skjavi huma stess. Franceschi qal li hu kien baqa’ fuq ix-xambekk u meta ra l-qagħda gravi li kien spiċċa fiha l-kaptan, ħarab lejn Malta bil-kumplament tal-ekwipaġġ.
Allura l-iskjavi baqgħu ma nbigħux?
Jiġifieri dak kien it-tmiem ta’ Lorenzi?
Mela f ’salt wieħed ried jieħu ħsieb aktar mid-doppju talħluq li kellu bħala ekwipaġġ. X’għamel?
Le. L-iskjavitù tiegħu ma damx, għalkemm ħadd ma jaf meta ġie lura. Li hu żgur hu li fl-1773 reġa’ beda jaħdem ’il barra minn pajjiżna u applika għal-liċenzja biex ibaħħar żewġ bastimenti kbar taħt il-kmand tiegħu: frejgata bl-isem ta’ La Vittoriosa u xambekk bl-isem ta’ Il Falcone. Li kaptan kursar ibaħħar b’żewġ bastimenti taħt il-kontroll tiegħu biss hi xi ħaġa li rari kienet issir. X’ġara waqt din l-ispedizzjoni qajla jingħad. Li hemm reġistrat hu li fl-10 ta’ Mejju, 1783, iżżewġ bastimenti taħt il-kmand ta’ Lorenzi ħarġu mill-ibħra Maltin. Ma kienx hemm Fil-ħamsa ta’ filgħaxija tal-5 ta’ min joħroġ jgħinu? Awwissu, ix-xambekk reġa’ lura Mill-istorja jidher li ma kienx fil-Port b’bastiment maqbud. hemm għalfejn, għax f ’dawk Ħamest ijiem wara, il-frejgata Lorenzi telaq minn hemm u baħħar lejn Bejrut biex jipprova jinnegozja l-merkanzija hemm. Il-gvernatur Franċiż offra 15,000 pjastra – ammont qawwi għal dak iż-żmien. Madankollu, Lorenzi emmen li f ’Malta, seta’ jikseb prezz aħjar. Għalhekk iddeċieda li jiġi lura Malta bla telf ta’ żmien. Kien vjaġġ perikoluż għall-aħħar. S’issa kienet xterdet l-aħbar li l-kursar Malti Guglielmo Lorenzi kien qabad numru kbir ta’ skjavi; u kien qed isibha bi tqila biex iwassalhom hawn.
Wara l-1790, il-Kaptan Lorenluti. waslet ukoll bi priża oħra. L-armamenti kollha u n-nies li zi ma reġax lura fuq il-baħar bħaLorenzi ma reġax baħħar qabel is-7 ta’ Settembru, u din id-darba kellu fuq La Fama kienu destina- la kaptan kursar, għalkemm l-inti biex jakkumpanjaw lil Lorenzi volvimenti tiegħu fil-kors Malti ħarġet il-frejgata biss għall-kors. fuq kapitlu ieħor ta’ ħajtu: dak kompla. Fl-1795 insibuh iservi ta’ kursar Russu. Il-kisbiet ibsin bħala eżaminatur għall-Kaptan X’setgħet kienet tiegħu għoġbu ferm lill-Kżarina, Felice Micallef fl-aħħar eżami li ir-raġuni għal dan? li ddekoratu bil-medalja tal-Ordni kellu biex jikkwalifika bħala kapSpjegazzjoni plawsibbli setgħet ta’ San Ġorġ għas-servizzi offruti. tan tal-kursari. kienet li Lorenzi kien sar uġigħ ta’ ras għall-Ottomani, li ħejjew vapur biex isibuh meta jkun fuq ilbaħar, jaħtfuh u jwaqqfu d-dannu li kien qed jikkaġunalhom fin-negozju. Jingħad li fil-fatt, il-bastiment Ottoman irnexxielu jsib lil dawk ta’ Lorenzi u aktarx qamet battalja kbira. Il-bastiment ta’ Lorenzi mhux biss irnexxielu jaħrab issaram kollu, talli rnexxielu jaqbad bi skjavi lill-irġiel li kienu qed jikkaċċjawh. Kien ġera d-demm, tant li 62 pirata Tork inqatlu. Bir-ritorn taż-żewġ bastimenti tiegħu fil-Port, ix-xambekk seta’ kellu ħsara kbira, jew ma kienx hemm biżżejjed nies kapaċi li seta’ jerġa’ joħroġ biż-żewġ bastimenti fuq il-baħar. Il-kuraġġ u l-ħeġġa li wera Lorenzi tul l-ispedizzjoni tiegħu tal1783 kisbitlu l-applaws tan-nies ta’ żmienu. Anki l-Prinċep ta’ Malta, Emmanuel de Rohan, onora lil Lorenzi b’medalja tad-deheb. Minn hawn ’il quddiem, il-karriera ta’ Lorenzi baqgħet tissaħħaħ. Il-qofol tal-karriera ta’ Lorenzi bħala kaptan kursar Malti aktarx intlaħaq fl-1787. Fir-rebbiegħa L-ewwel paġna tal-’Logbook’ ta’ dik is-sena, Lorenzi kien qed miżmum mill-iskrivan ta’ La Fama ilesti l-karti kollha meħtieġa biex ibaħħar fil-Mediterran għall-kors. Il-kaptan beda jarma wieħed mill-akbar u l-aktar bastimenti tal-kursari qawwijin li seta’ jinħadem f ’Malta. Kien il-bastiment li fuqu kellu 54 kanun, bl-isem ta’ La Fama. Id-dettalji fuq dan il-vjaġġ m’ilhomx wisq li nstabu u l-informazzjoni li jagħtu hi immensa. Il-bastiment li ntrama għal din l-okkażjoni kien frejgata. Abbord, il-kaptan għabba kwantità kbira ta’ ikel u armamenti, biex jgħin lin-nies tiegħu jiksbu dak li kien mistenni minnhom. Eventwalment, il-bastiment telaq minn Malta fis-6 ta’ Mejju 1787 u għandna dokument li jagħti l-lista kompluta tan-nies abbord. Jidher li Lorenzi kellu madwar 230 raġel, li minnhom, 146 kienu baħrin Maltin. L-ispedizzjoni kienet suċċess. Il-frejgata baħħret għal Ċefalonja, Zakynthos u mbagħad għal Kreta. Meta ma nstabet ebda priża, il-Kaptan baħħar lejn Rodi, fejn ġera wara xambekk, li ċeda mill-ewwel. Kien ta’ Mahmet Aga, Gvernatur ta’ Rodi, li f ’irkant kien iġib ħafna flus. Għalhekk l-ispedizzjoni inġenerali kienet suċċess kbir u l-profL-armamenti fuq itti miksuba mill-prejjeż f ’Malta il-frejgata La Fama f ’Jannar ta’ wara, ħallew profitt ġeneruż għal dawk kollha invo-
24
26.07.2020
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
QABŻA F’DINJA OĦRA
mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Il-President Amerikan, Donald Trump, għandu jitneħħa? U kapijiet bħall-President Russu Vladimir Putin għandu jintalbu jirriżenjaw? U Theresa May fl-Ingilterra għandha ġġorr ir-responsabbiltà ta’ li qed jiġri bi Brexit u tirriżenja? U l-mexxejja Maltin – huma n-nies it-tajba fil-karigi t-tajba? Dawn, u ħafna aktar mistoqsijiet, huma punti tat-tluq għal diskussjoni f ’rumanz ġdid għat-tfal ippubblikat minn Merlin Publishers. Fil-ktieb Qabża f ’Dinja Oħra mill-Klassi ta’ Miss Ambrożja Pulis Kiftaranipenġini Lukas, Tessa u Selena huma tfal tassitt sena tal-primarja fil-klassi ta’ Miss Ambrożja – l-għalliema ftit mhux tas-soltu, dejjem eċċentrika, li għandha poteri maġiċi. Dil-għalliema għandha l-kapaċità li twassal
lit-tfal jesperjenzaw realtajiet differenti billi jsibu ruħhom maġikament ġo postijiet imbiegħda – dan kollu mingħajr qatt ma jħallu l-klassi tagħhom. U fil-proċess, it-tfal ukoll jitgħallmu lezzjonijiet importanti tal-ħajja. F’dan it-tielet ktieb fis-sensiela, it-tfal jitgħallmu bil-prattika tagħlima dwar il-kwalitajiet li jeħtieġ ikollu mexxej tajjeb. Miss Ambrożja tagħmel il-maġija tagħha u f ’daqqa waħda t-tfal tal-klassi jsibu ruħhom lebsin kuruna fuq rashom u kappa ħamra. Iċċassati b’li ġara, jiġu ttrasportati fir-Renju Telepatos, post kwiet fejn in-nies kollha tiġrilhom xi ħaġa partikolari: kull ftit minuti, jieħdu nagħsa qasira. U għalhekk ir-Renju qiegħed ifittex b’mod iddisprat mexxej li jkun iffukat biżżejjed fuq xogħlu li ma jongħosx!
L-ISPETTAKLU STUPEND ŻANŻAN KELMA L-ispelling bees huma kompetizzjonijiet popolarissimi f ’ħafna pajjiżi madwar id-dinja. It-tfal li qed jikkompetu, tingħatalhom kelma diffiċli biex jispellu. Min jieħu żball, jinqala’ ’l barra mil-logħba. Min jibqa’ sal-aħħar nett, jirbaħ. Sempliċi. Logħba kompetittiva ħafna, li l-element ta’ sfida jagħmilha popolari mat-tfal, u ovvjament popolari mal-ġenituri u mal-għalliema għax hija skuża biex ħelu ħelu t-tfal jipprattikaw l-ispelling. Aħjar minn miljun dettatura fil-klassi! Hawn Malta l-kunċett ta’ spelling bee beda dieħel ftit snin ilu, grazzi għall-Għaqda tal-Malti u tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f ’Malta. Bil-Malti spelling bee tissejjaħ Żanżan Kelma, u ma’ kull edizzjoni annwali qed iżżid
fil-popolarità. Dis-sena saret anki edizzjoni Għawdex. Għalhekk f ’waqtu li jkun hawn rumanz għat-tfal bil-Malti, dwar tifla grazzjuża u kemxejn mistħija li toħlom li tieħu seħem f ’kompetizzjoni Żanżan Kelma. Mhux Malta, imma l-Awstralja, fejn dawn il-kompetizzjonijiet tant huma segwiti li l-finali ta’ din il-kompetizzjoni ssir fuq livell nazzjonali ġewwa s-Sydney Opera House. Din it-tifla jisimha India Wimple. Tant tistħi li ma tkunx trid tieħu sehem, imma l-familja tagħha tant jagħtuha sapport li jagħmlulha l-kuraġġ u tieħu sehem. U fl-ewwel rounds, dejjem tirbaħ u tgħaddi għar-round ta’ wara. U l-ħolma dejjem tersaq ħarira oħra lejn li ssir realtà …
Mistoqsija: X’jisimha t-tifla fil-ktieb L-Ispettaklu Stupend Żanżan Kelma? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-kotba QABŻA F’DINJA OĦRA U L-ISPETTAKLU STUPEND ŻANŻAN KELMA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 2 ta’ Awwissu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb ID-DJARJU L-ISWED huwa: G. BONELLO - IL-MARSA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
02
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm-il klassi ser ikun hemm fl-iskola l-ġdida tal-Qawra? Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
26.07.2020
kullhadd.com
IL-KAŻ MISTERJUŻ TA’ VIRGINIA RIDLEY ŻEWĠHA, ALVIN RIDLEY, ĠIE AKKUŻAT BIL-QTIL TAGĦHA... IŻDA HUWA MINNU DAN? Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Alvin u Virginia Ridley
Virginia Ridley kienet il-mara ta’ Alvin Ridley, magħruf min-nies tal-lokal ta’ Ringgold fl-istat ta’ Georgia fl-Istati Uniti bħala ‘Boo Radley.’ Ridley kien raġel stramb u pezzakustjoni mill-kbar nett. Huwa kien jemmen li kulħadd jixtieqlu d-deni u kien dejjem moħħu biex jiftaħ kawża l-qorti lil dak u lil ieħor. Huwa kien isewwi t-televixins u r-radjijiet u l-ħanut tiegħu kien l-uniku wieħed li joffri s-servizz fir-raħal. In-negozju tiegħu ħa daqqa ta’ ħarta hekk kif ġie akkużat li qatel lil martu u kellu jagħlaq il-ħanut.
lill-emerġenza biex jirrapporta li martu ma kinitx qiegħda tieħu nifs. Min wieġeb lil Alvin baqa’ skantat kif hu ma kellux telefown id-dar u kif Alvin kien kalm waqt li tah l-indirizz tad-dar tiegħu. Dan l-aġir iktar għamel ħsara lir-reputazzjoni ta’ Alvin u n-nies kienet diġà għamlitha fatta li huwa żamm lil martu maqfula fil-kantina ta’ taħt id-dar għal dawn l-aħħar 30 sena u li hu kien qatilha. Il-każ ta’ Virginia Ridley
Mill-awtopsja li saret fuq Virginia mill-Kurunell Vanita Hullender irriżulta li kellha xi vini maqtugħin mad-dawra t’għajnejha Alvin u Virginia żżewġu fl-1966. Martu u li kienet magħluba wisq għat-tul tagħha. qatgħet il-kuntatt minn mal-qraba tagħha Is-sejba tal-vini maqtugħin madwar għagħax kien hemm kwistjoni ta’ ndħil żejjed jnejn il-vittma wasslet lill-kurunell biex min-naħa tagħhom. Huma għexu f ’dar ’il bogħod miċ-ċentru tar-raħal u ma kellhomx ġirien. Virginia kienet tbati minn attakki epileptiċi u bdew jagħtuha iktar ta’ spiss meta waqqfet il-mediċina li kienet tieħu għalihom. Dawn l-attakki wassluha biex tingħalaq ġewwa darha u la baqgħet tmur tgħin lil żewġha fil-ħanut u lanqas baqgħet tmur għall-quddies. Il-koppja Ridley ma kinitx soċjevoli u t-tnejn li huma kienu jbatu minn mard mentali. Tista’ tgħid li Alla xebbahhom qabel laqqagħhom u t-tnejn kienu ta’ wens għal xulxin. Il-ħajja tal-koppja Ridley
temmen li l-vittma ġiet fgata. Meta l-għada eżaminaha l-patoloġista statali, huwa sab li kellha tbenġil f ’għonqha u ddikjara li l-vittma ġiet fgata. Minn hawn il-każ ġie ttrattat bħala omiċidju u Alvin Ridley safa arrestat u akkużat bil-qtil ta’ martu. L-avukat ta’ Ridley, McCracken Poston m’emminx li Ridley qatel lil martu u beda jara biex se jibni l-każ ħalli l-klijent tiegħu ma jeħilx il-ħabs intortament. Poston sabha diffiċli biex jiġbor l-evidenza favur Ridley iżda kollox beda jaqa’ f ’postu hekk kif sab evidenza wara oħra. L-ewwel evidenzi kienu l-ittri ta’ mħabba li sabu fid-dar tal-koppja Ridley. Virginia kienet tikteb l-ittri ta’ mħabba lil żewġha u kienet tikteb xi tkun għamlet matul il-ġurnata. Dawn l-ittri wrew kif Virginia kienet tibqa’ ġewwa għax trid hi u mhux għax kienet maqfula minn żewġha.
Il-ġuri Permezz ta’ din l-evidenza, Alvin Ridley ma nstabx ħati għall-qtil ta’ martu u t-Tabib Dr Braxton Wannamaker ikkonferma li l-mewta ta’ Virginia kienet kawża ta’ attakk epileptiku u dan ġara minħabba l-fatt li waqfet tieħu l-mediċina. Vittmi ta’ attakki epileptiċi ġieli kellhom vini maqtugħin madwar għajnejhom u semma każ partikolari fejn ġara hekk bħala evidenza. It-Tabib Dr Robert Goldberg qal li t-tbenġil fuq għonq Virginia sar mit-teħid tad-demm waqt l-awtopsja u qal li dan ma kellux isir u jmur kontra l-proċedura tal-awtopsja. Dr Goldberg qal li l-kurunelli għandhom bżonn ikollhom iktar għarfien fuq il-proċeduri tal-awtopsja, anke jekk ma jagħmluhomx huma stess.
Qlajja’ fir-raħal Minħabba l-fatt li Virginia ma kinitx toħroġ mid-dar, ħafna nies kienu qalgħu diversi qlajja’ li żewġha qatilha u difinha fl-art li għandhom madwar id-dar. Il-qraba ta’ Virginia wkoll kienu jaħsbu hekk għax qatt ma semgħu mingħandha u ma kinitx twieġeb l-ittri u l-istedini li kienu jibagħtulha. Fl-4 ta’ Ottubru tal-1997, Alvin Ridley saq ’il barra mir-raħal u kif sab telephone box ċempel
Minn dawn l-ittri sar magħruf ukoll li Virginia kienet tbati minn ħafna attakki epileptiċi. Poston sar jaf ukoll li waqt l-ewwel awtopsja ttieħed demm minn għonq il-vittma biex jiġi ttestjat. Dan imur kontra l-proċedura tal-awtopsja u t-tingiża tal-labra setgħet wasslet biex jifforma t-tbenġil fuq għonq Virginia. Apparti dan l-iżball gravi, sar magħruf li l-Kurunell Hullender qalet lill-patoloġista statali li l-vittma kienet maqfula minn żewġha fil-kantina għal 30 sena sħaħ. Dan wassal lill-patoloġista statali biex jikteb li l-kawża tal-mewt kienet li l-vittma nqatlet fgata. Alvin Ridley qal ukoll lil Poston li hu mar iċempel barra mir-raħal għall-għajnuna għax ma kienx jafda lin-nies tar-raħal.
Il-ħbiberija ma’ Poston
Alvin Ridley u McCracken Poston riċentament
F’intervista li saret sena ilu, Poston qal li żamm il-kuntatt ma’ Ridley u darba filġimgħa jmorru jieklu flimkien. Huwa qal ukoll li kull ġimgħa jiltaqgħu ma’ xi ħadd mill-komunità biex jgħin lil Ridley jerġa’ jħossu aċċettat min-nies tal-lokal.
26
26.07.2020
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
26.07.2020
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 339
F. MUSCAT - IL-FURJANA
591 Bi 3 Numri 596 000 654 007 704 125 754 146 810 185 813 199 824 263 830 279 850 410 863 420 434 B’4 Numri 488
0036 0344 1125 1410 1565 1610 2229 2608 3164 3534 4011 4485 4933
5419 5468 5710 6046 6403 6611 6620 7285 7445 7506 7551 8388 8481
8820 9281 9654 9730
81000 85159 89883 95447
B’5 Numri B’6 Numri 14107 011113 35405 404695 42603 606548 49046 611297 50857 664690 69985 677545 719744 71315
745763 746091 804126 804283 953083 B’7 Numri 5037990 6384276
Mimdudin: 1. Tajbin għall-ikel (5) 4. Ġeneralment f ’żaqqek tħossu (4) 7,23. Innaddfu (6) 9,12 W. Jagħmel l-għasel (5) 10. Qishom xemgħa (6) 12. Kiser ir-regoli (6) 16. Ara 2 18,19. Tingħad fl aħħar tat-talba (5)
19. 20. 21. 23. 24.
Ara 18 Ġżira Mediterranja (5) Ara 13 Ara 7 Jixħet (5)
taċ-ċerimonji (3) 6. Qatt bit-Taljan (3) 8. Kwistjonijiet (9) 11. Ara 3 12. Ara 9 13,21M. Rassa f ’daqqa (6) 14. Isem (6) 15 Mogħdrija (6) Weqfin: Ara 1 wieqfa 1,17. Kompli l-qawl: 17. 21. Albert Muscat Fejn ma tafx Haber (1,1,1) ............. (9) L-ewwel tlieta 2,16. Irabbi l-bhejjem (6) 22. tax-xalla (3) 3,11. Ninħall (5) 5. Dan
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA
Mimdudin: 1.Saqsi, 4.Ċnut, 7,21 wieqfa. Trabi, B’10 Numri 9,12W. Ilsna, 10.Taljan, 12.Niffed, 2755473990 16.Iva, 18,17.Rival, 19.Ħut, 20.Banju, 8759849739 21.ALS, 23.Ilma, 24.Arnit
Weqfin: 1.Swieqi, 2,22.Qassam, 3,11.Ittri, 5.Nej, 6.Tin, 8.Raffinata, 13.Fra, 14.Dħulin, 15.Statut
28
26.07.2020
kullhadd.com
MINKEJJA KOLLOX… Editorjal
B’riżultat t’hekk, il-PN u l-fazzjonijiet kollha li ħerġin minnu lanqas biss kellhom kliem jew reazzjoni sura biex iġerrgħu dak li qatt ma kienu qed jistennew u li ħadmu qatigħ biex ma jseħħx
Il-kapaċità ta’ xufier żgur ma titkejjilx kemm hu tajjeb filwita u fid-dritta, fejn kulħadd faċli jsuq, jew fejn vettura tista’ titħalla miexja waħedha u taf tasal biċċa sew mit-triq jekk mhux sad-destinazzjoni. Din l-abbiltà għandha tiġi rikonoxxuta kif jixraq meta wieħed jagħraf jimmanuvra tajjeb l-istess vettura fit-tlajja’, flinżul, fil-liwjiet u mhux l-inqas, fi triq mimlija ostakli u perikli oħrajn. Dak hu t-test proprju li għandu jiddetermina min ħaqqu jkollu liċenzja u min le. Għaldaqstant illum nistgħu faċilment ngħidu, b’idejna fuq il-kuxjenza, li pajjiżna ma jistax ikollu xufier aħjar milli għandu. Meħud kont taċ-ċirkostanzi kollha, il-konklużjoni li jasal għaliha kull min hu sinċier f ’pajjiżna hi li l-Prim Ministru Robert Abela din il-ġimgħa rnexxielu joħroġ ukoll bl-unuri mit-tieni esperjenza diffiċli li kellu jiffaċċja f ’din in-nofs sena kemm ilu jokkupa l-pożizzjoni ta’ kap ta’ gvern. Kif jgħidu bl-Ingliż, “another feather in his cap”! Wara l-pandemija talCOVID-19, fejn esperjenzajna direttament kif il-ħidma għaqlija
tal-Gvern issarrfet fl-inqas danni mediċi possibbli fost il-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea u fiddinja, issa kien imiss in-negozjati li wasslu għall-kisba tal-akbar pakkett finanzjarju Ewropew li qatt ingħatat Malta mis-sħubija tagħha, 16-il sena ilu. Kif tħabbar fil-bidu ta’ din ilġimgħa, it-€2.25 biljun allokati lil Malta huma suċċess bla preċedent. Riżultat li nkiseb mit-tim immexxi minn Dr Abela wara li ffaċċja għadd kbir ta’ ostakli, uħud prevedibbli u oħrajn intenzjonati. Kull wieħed minn dawn seta’ faċilment influwenza t-taħditiet delikati u jwaqqaf għadd ta’ miljuni milli jaslu fi xtutna. Jekk fit-taħlita nżidu wkoll l-ostakli l-kbar, li ffaċċjaw pajjiżi oħrajn membri, bħat-telf ta’ €75 biljun mill-kejk Ewropew b’riżultat ta’ Brexit, l-introduzzjoni tal-istess fond żejjed biex idewwi lill-UE mill-ġrieħi tal-pandemija, jew saħanistra dawk lokali bilbidla fit-tmexxija ta’ pajjiżna f ’Jannar li għadda u t-tibdil tar-Rappreżentant Permanenti fi Brussell aktar riċenti, allura r-riżultat finali hu tassew impressjonanti.
Dan meta s-sitwazzjoni ekonomika tajba tal-lum – differenti minn dik tal-2013 – kienet ukoll ixxaqleb il-miżien kontra aktar fondi lejn pajjiżna. Ta’ min ifakkar ukoll li Gvern Laburista mhux talli ġab id-doppju tal-fondi issa, iżda rnexxielu wkoll juża d-doppju tal-fondi fis-snin l-imgħoddija. Kontra dak li jistgħu jaħsbu ħafna, diffikultà kbira li kienet qiegħda tiffaċċja Malta f ’dan ir-rigward kienet waħda lokali, ġejja minn dik il-faxxa żgħira tas-soċjetà, affiljata mal-Partit Nazzjonalista, li akkost ta’ kollox riedet ittappan ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna kemm lokalment kif ukoll internazzjonalment. Is-suċċess tal-Gvern Malti flallokazzjoni tal-fondi Ewropej – bħal kull suċċess ieħor li nkiseb fl-aħħar seba’ snin – wasal sempliċiment għax pajjiżna kien imħejji sew u determinat fejn ried jasal, mhux għax din iċ-ċorma Nazzjonalista naqset xi mkien flisforzi tagħha. Appena ħarġet l-aħbar it-Tlieta filgħodu li pajjiżna rnexxielu jinnegozja ma’ Brussell baġit li hu €800 miljun iżjed minn dak
ta’ seba’ snin ilu, l-argumenti u l-ftaħir ta’ esponenti ewlenin filPN dwar il-pakkett “grandjuż” li kien inġieb minn Lawrence Gonzi fl-2013 u li kien “impossibbli li Malta tikseb xi ħaġa aħjar illum il-ġurnata” evaporaw qishom innida ta’ filgħodu. Ngħidu dan mingħajr ma ninkludu wkoll it-€327 miljun li ġew allokati lilna f ’għotjiet diretti għall-irkupru mill-pandemija u miljuni addizzjonali li jistgħu jkunu disponibbli permezz ta’ self, għax allura d-differenza tisboq sew il-€1 biljun. B’riżultat t’hekk, il-PN u l-fazzjonijiet kollha li ħerġin minnu lanqas biss kellhom kliem jew reazzjoni sura biex iġerrgħu dak li qatt ma kienu qed jistennew u li ħadmu qatigħ biex ma jseħħx. Anzi fl-ewwel reazzjonijiet tagħhom ġebbdu kull skuża possibbli biex jgħattu l-ħmura ta’ wiċċhom. Dan u aktar jikkonfermaw għal xiex maġġoranza dejjem tikber tal-elettorat Malti u Għawdxi tkompli tafda lill-Partit Laburista fit-tmexxija. L-għaqal u l-bżulija tiegħu kapaċi jagħtu l-ġieħ li jixraq lil ġensna u lil pajjiżna.