L-IRKUPRU EKONOMIKU QED IKOMPLI JIRRANKA Il-Ħadd, 27 ta’ Ġunju, 2021
TAD-DBRS B’FIDUĊJA F’MALTA
Ħarġa Nru 1,459
Prezz €1
Rapport f’paġna 7
Il-Prim Ministru jindirizza l-konferenza tal-PES f’Berlin
L-aġenzija ta’ kreditu konvinta li l-Gvern se jtejjeb il-governanza F’kummentarju dwar id-deċiżjo ni tal-Financial Action Task Force (FATF), l-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali DBRS innotat kif “fl-aħħar snin l-awtoritajiet Maltin għamlu titjib sinifikanti fil-qafas kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu, tant li wassal għal assessjar favorevoli filmoniteraġġ tal-Moneyval.” Dan flimkien mal-fatt li “l-awtoritajiet superviżorji lokali intensifikaw l-ispezzjonijiet, l-infurzar u s-san zjonijiet fl-2020,” tennew l-esperti tal-aġenzija. Fl-analiżi tagħhom, ippubblikata lbieraħ, tad-DBRS jikkonkludu li “l-awtoritajiet Maltin implimentaw serje ta’ riformi ambizzjużi fuq dan il-front, waqt li saħħew ir-riżorsi umani u finanzjarji fl-entitajiet li jirregolaw is-servizzi finanzjarji.” Fil-fatt, jirriżulta li dawn żdiedu b’84% fl2020, minkejja li konna fl-eqqel tal-pandemija, u b’darba u nofs iżjed meta mqabbla mal-2018. Waqt li l-kelliema tal-Oppożizzjoni medhija jsostnu li d-deċiżjoni tal-FATF se twassal għat-telfien ta’ eluf ta’ impjiegi, skont id-DBRS l-impatt mhuwiex ċar. Tkompli f’paġna 5
PROTETTI SĦAĦ 70%
Rapport f’paġna 7
“JEĦTIEĠ INŻOMMU N-NIES FIĊ-ĊENTRU TAL-POLITIKA” F’diskors waqt il-konferenza tal-Partit tas-Soċjalisti Ewropej (PES) f’Berlin, il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela tkellem dwar ilħtieġa li n-nies jinżammu fiċ-ċentru talpolitika tal-istess partiti. Fil-preżenza ta’ diversi Prim Ministri, Kummissarji Ewropej, Ministri u Mex xejja ta’ Partiti Soċjalisti Ewropej flUnjoni Ewropea, li attendew għal din ilkonferenza bit-tema “With Courage, For Europe”, il-Prim Ministru Malti semma kif l-aħħar xhur tal-pandemija kienu xhieda ta’ din l-importanza, iżda, mhux biss. Hu fisser li biex wieħed jipproteġi s-saħħa tal-individwi, jeħtieġ ukoll
ekonomija b’saħħitha li tassigura li ma jintilfux l-impjiegi. Dr Abela aċċenna għall-fatt kif flaħħar xhur il-Gvern Malti adotta poli tika li tieħu ħsieb is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja, kif jixhdu r-riżultati pożittivi. Fisser ukoll kif, fl-istess ħin li kienet qed tiġi miġġielda l-pandemija b’mod effettiv, l-ekonomija ta’ pajjiżna baqgħet tikber iżjed mill-medja Ewropea. Fl-intervent tiegħu wkoll tkellem b’rabta mas-suq tax-xogħol fejn qal li hemm il-ħtieġa għal inizjattivi biex il-qgħad, b’mod partikolari fost iż-żgħażagħ, jinżamm f’livell baxx. Dan għax ix-xogħol, flimkien maledukazzjoni, huma fost l-iktar għodod
importanti li jiggarantixxu kwalità talħajja aħjar. Fuq l-aġenda tal-Prim Ministru kien hemm ukoll l-ugwaljanza. Wara li fi Brussell kien fost 16-il mexxej li ffirmaw ittra li tibgħat sinjal ċar favur id-drittijiet ta’ persuni LGBTIQ+, f’Berlin Dr Abela tkellem dwar kif ilPartiti Soċjalisti jridu jibqgħu jkunu fuq quddiem nett biex jippromwovu l-ugwaljanza. Hawnhekk irrefera għall-fatt kif ftit tal-jiem ilu Malta saħħet il-pożizzjoni tagħha fil-quċċata tal-klassifika taddrittijiet għall-persuni LGBTIQ+ u indika li hemm l-impenn li jsir anke iżjed f’dan ir-rigward fiż-żmien li ġej.
02
27.06.2021
DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org
REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI
IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 36°C L-Inqas Temperatura: 26°C L-Indiċi UV: 10 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Arja dgħajfa ta’ pressjoni għolja qed tippersisti fuq il-Baħar Mediterran It-Temp: Xemxi bi sħab għoli u sħun Ir-Riħ: Xemxi bi sħab għoli u sħun Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 25°C
KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722
KUNTATT ĠENERALI
34°C UV 11
23°C
Il-Ħamis
37°C UV 11
23°C
Il-Ġimgħa
36°C UV 11
25°C
Is-Sibt
KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt
MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd
STAMPAT Miller Newsprint Ltd.
NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9 Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
36°C UV 11
24°C
35°C UV 11
24°C
34°C UV 11
23°C
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT-TLIETA 29 TA’ ĠUNJU
Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, IlFurjana – 21239310 San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Il-Marsa – 21221118 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 The Local Dispensary, Triq Kan. K. Pirotta, Birkirkara – 21493549 Mayer Pharmacy, 33, Ix-Xatt ta’ Xbiex, L-Imsida – 21331732 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Rotunda Pharmacy, 7, Triq il-Kungress Ewkaristiku, Il-Mosta – 21411197 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 Tarxien Pharmacy, 59, Triq Ħal Tarxien, Ħal Tarxien – 21802986 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Ħaż-Żebbuġ – 21467459 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat Malta – 21454257 Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana, Għawdex – 21566979 Nadur Pharmacy, Pjazza it-28 t’April 1688, In-Nadur, Għawdex – 21563589
Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 2123 4567 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Evans Pharmacy, 96/98, Triq San Bastjan, Ħal Qormi – 21487020 Brown’s Pharmacy, 32, Triq Fleur-de-Lys, Birkirkara – 21488884 Deby’s Pharmacy, 1, Misraħ il-Barrieri, L-Imsida – 21227920 Spiżerija Kappara, Żbibu Lane, San Ġwann – 21381177 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Medicine Chest Pharamcy, Triq Demitriju Farrugia, Ħal Għargħur – 21422204 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Victory Pharmacy, 32, Triq il-Vitorja, L-Isla – 21801698 Milia’s Pharmacy, Triq il-Qaliet k/m Triq ilLampuka, Marsaskala – 27023322 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Cosniglii, Iż-Żejtun – 21806009 Kristianne Pharmacy, Triq Pietru Pawl Saydon, Iż-Żurrieq – 21647391 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Spiżerija Carmen, 1, Triq Misraħ is-Suffara, Ħad-Dingli – 21457128 Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat, Għawdex – 21563233 Vella Pharmacy, 15, Triq it-13 ta’ Diċembru, In-Nadur, Għawdex – 21566431
03
27.06.2021
JUŻA LIL GIANNELLA F’ATTAKK FUQ GIGLIO Kummenti li d-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qed jgħaddi l-ħin kollu fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Kontijiet Pubbliċi (PAC) tal-Parlament ġew interpretati minn sorsi fil-Partit Nazzjonalista stess bħala parti minn attakk li għaddej fil-konfront ta’ Joe Giglio, kandidat Nazzjonalista fuq id-Disa’ u l-Għaxar Distretti elettorali. Fil-PAC Aquilina qed jiftħilha qatta bla ħabel kontra avukati tal-kriminal billi jattakka lil Dr Giannella De Marco. Min jaf l-affarijiet sew qalilna li l-attakk seta’ ħrax minħabba l-fatt li Dr Giglio ddeċieda li jikkontesta fuq id-distrett ta’ Aquilina. Giglio hu meqjus fost il-kandidati l-ġodda favoriti li jiġu eletti fl-elezzjoni li jmiss. Fl-aħħar elezzjoni Aquilina daħal fil-Parlament b’elezzjoni każwali fl-Għaxar Distrett wara li lanqas qabad art fid-distrett tradizzjonali tiegħu, is-Sitt Distrett, li jinkludi s-Siġġiewi. Għaldaqstant, is-sorsi jisħqu li l-kandidatura ta’ Giglio xejn ma niżlitlu tajjeb. Fuq dan id-distrett, il-Viċi Kap Robert Arrigo dejjem joħroġ b’saħħtu u l-istess mistenni d-darba li jmiss. B’hekk Aquilina qed jara lil Giglio bħala theddida għall-eżistenza politika tiegħu u, wara li l-aħħar darba għaddietu Marlene Farrugia, issa Giglio jista’ jagħmillu ħajtu diffiċli. Aquilina, bħal Beppe Fenech Adami u Jason Azzopardi jippretendi li ħadd m’għandu jidħollu fl-għalqa tiegħu. Għalhekk nies li jappoġġjaw lil Karol Aquilina qed ixerrduha fid-distrett li Giglio ma tistax tafdah bħalma tista’ tafda liż-żiemel tagħhom.
Din il-gazzetta hi infurmata li, fost l-attakki li qed jintużaw fil-konfront ta’ Giglio, hemm il-fatt li kellu karriera b’saħħitha bħala avukat tal-kriminal. Eku ta’ dan id-diskors instema’ fl-aħħar laqgħat tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi fejn Karol Aquilina għadda botti diretti lil Giannella De Marco, li tiġi oħt id-Deputat Mario De Marco. Kliemu stess kien li hu ma jiħux il-flus mingħand il-kriminali. “Jien ma nemminx filkriminali u jien ma nitħallasx mill-kriminali. Jien ma nitħallasx mill-kriminali,” qal Aquilina b’ton mill-iktar arroganti u aggressiv. “Qas li mhux ċar għaliex qed jibqa’ jisħaq fuqha din,” qal sors tagħna fid-Dar Ċentrali li tenna kif dak id-diskors eku tiegħu qed jinstema’ fil-każini tal-Għaxar Distrett. Saħansitra l-kummenti ta’ Aquilina waslu għall-kundanna tal-Kamra tal-Avukati fl-aħħar jiem. Din qalet li qed tinnota b’diżappunt kbir li għadhom qed isiru attakki fuq avukati li jkunu qed jaqdu dmirijithom. “Il-Kamra tfakkar li hu d-dritt fundamentali ta’ kull persuna li tiġi assistita minn avukat tal-għażla tagħha. Ir-rwol tal-avukat huwa proprju dak li jipparteċipa fil-proċess sħiħ biex issir ġustizzja u dan mingħajr ma l-avukat ma għandu jiġi medesimat ma’ dak li allegatament ikun għamel il-klijent tiegħu jew ikkritikat proprju u sempliċiment għaliex qeda dmiru. Meta l-attakk ikun ġej minn membru ieħor tal-istess professjoni dan jirrendi l-fatt aktar gravi,” qalet il-Kamra tal-Avukati fi stqarrija b’reazzjoni għall-attakki ta’ Dr Aquilina, avukat hu nnifsu. Iżda s-sorsi tagħna sostnew li Karol Aquilina, li l-karriera legali tiegħu mhix xi waħda ċelebri, ftit li xejn jinteressah mill-istqarrija tal-Kamra tal-Avukati. Għall-istess sorsi, l-importanti għad-Deputat hu li jipprova jsalva fid-distrett fejn se jerġa’ jkun kandidat tal-Partit Nazzjonalista, anke jekk ftit tal-ġimgħat ilu taparsi rriżenja għax tressaq fil-Qorti akkużat li, bl-aġir irresponsabbli tiegħu, ipperikola ħajjet uffiċjali tal-pulizija waqt li kienu qed jagħmlu xogħolhom.
Aquilina (minn wara) f’laqgħa tal-PAC fejn attakka lil Dr De Marco (faċċata)
04
27.06.2021
L-OPPOŻIZZJONI TIŻGARRA DWAR Kelliema tal-Oppożizzjoni din il-ġimgħa żbaljaw bil-kbir meta kkummentaw fuq id-deċizjoni meħuda mill-Financial Action Task Force (FATF) fir-rigward ta’ Malta. L-aħbar li ddominat il-mezzi tax-xandir fil-jiem li għaddew kienet ta’ diżappunt għal pajjiżna wara l-ħidma sfiqa talGvern, partikolarment fl-aħħar 18-il xahar fejn twettqu b’mod sħiħ 55 rakkomandazzjoni tal-MoneyVal, il-kumitat ta’ esperti tal-Kunsill tal-Ewropa, li wkoll jaħdem f’dawn l-oqsma. Tlieta rakkomandazzjonijiet oħrajn li wkoll diġà sar xogħol fuqhom ma ssodisfawx biżżejjed lill-esperti tal-FATF u allura qed jesiġu azzjoni akbar fuqhom. Minkejja dan, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista, li kienet ilha Bernard Grech imexxi l-konferenza stampa tal-Oppożizzjoni l-Ħamis, ma’ Kristy Debono u Mario de Marco timbotta fil-fora internazzjonL-FATF irrikonoxxiet il-prog- ress, imma mhux totali, jiġu inali għal azzjoni simili fil-kon- ka waħda li ħarġet tgħid dan jindikalha biex Malta titpoġġa front ta’ pajjiżna, kif kien mis- l-iżball, prova kemm l-interess fuq dik li tissejjaħ lista griża u ress ta’ Malta f’diversi settu- dirizzati fl-iqsar żmien possibbtenni kellhom biss il-ħsieb li tagħha hu li tkisser ir-reputa- allura taħt skrutinju tagħha, il- ri mill-2019 ’l quddiem, li ġie li,” tenna l-Gvern. L-istqarrija wkoll irringrazzKap tal-Oppożizzjoni ma kienx bl-impenn tal-Gvern li jaħdem jagħmlu kapital minn dan kollu zzjoni tal-pajjiż. biex dejjem isaħħaħ u jtejjeb jat u wriet apprezzament lil diDan stqarru f’posts anke nieqes mill-ineżattezzi. għall-vantaġġ partiġjan, anke Stqarrijiet maħruġin f’is- is-sitwazzjoni li wiret minn am- versi ġurisdizzjonijiet li appoġġjekk fl-istess ħin spiċċaw jirre- d-Deputat Jason Azzopardi, jaw lil Malta u saħqu li pajjiżna kelliem ieħor li jispikka għan- mu żgarraw bl-ikrah. Fosth- ministrazzjonijiet preċedenti. dikolaw lilhom infushom. Il-kummenti ta’ Marcus Pley- kien fil-fatt għamel progress L-aktar li spikka kien in- nuqqas ta’ familjarità tiegħu om meta semma li teżisti lista nuqqas ta’ preparazzjoni min- mal-qasam li suppost hu bajda tal-FATF, dik hi fantasija er, President tal-FATF, waqt tajjeb u wkoll tanġibbli. naħa ta’ Kristy Debono, li in- kelliemi tiegħu, dak tax-xog- sħiħa. Mhux talli ma teżistix, konferenza stampa nhar ildirizzat konferenza stampa ħol, taħriġ, kompetittività u in- talli l-FATF lanqas tirreferi għal Ġimgħa kienu nnutati minn Ir-rapport tal-MoneyVal xi lista ġriża, imma għal lista ta’ pajjiżna, tant li l-Gvern Malti mal-Kap Nazzjonalista Bernard trapriża. Filwaqt li dan ma jneħħi xejn pajjiżi li jingħataw pjan ta’ azz- tenna li wara l-pubblikazzjo Fl-isfond ta’ din id-deċiżjoni Grech u l-Kelliem Ewlieni Nazzni tar-rapport t’evalwazzjoni tal-FATF, hemm l-eżitu tar-rapmill-kwistjonijiet li trid tindi joni. jonalista Mario de Marco. Żball ieħor ta’ Dr Grech tal-Moneyval, pajjiżna imbarka port tal-MoneyVal. Dan ir-rapBħala Kelliema kien li sejjaħ għat- fuq programm ta’ riformi biex port juri li pajjiżna għadda għall-Iżvilupp Ekonomitwaqqif ta’ task force jiżgura li t-58 rakkomandazz- minn dan it-test għax issodisfa ku u l-Industrija, iżda nazzjonali. Dan meta joni mniżżla f’dan ir-rapport l-maġġoranza assoluta tat-talaktar minn hekk bħala biet meħtieġa (58) f’disa’ oqsma diġà jeżisti tim tekni- ikunu indirizzati. impjegata tal-Awtorità Fi 18-il xahar minn dan differenti. Konferma oħra ta’ ku li qed jaħdem f’dan Maltija tal-Logħob fejn il-qasam u meta l-FATF ir-rapport, Malta implimentat Gvern li ħadem bi sħiħ biex ighi Head of Information stess tippretendi li dan diversi riformi, kemm tekniċi, garantixxa s-serħan il-moħħ u Analysis, Debono supil-proċess isir minn nies imma wisq aktar importanti stabbiltà fil-qasam finanzjarju post tkun intiża ħafna tekniċi u mhux minn f’termini prattiċi. Kif rikonox u lil hinn minnu. fuq il-qasam ta’ konIl-kumitat ta’ esperti tal-Mo xut ukoll mill-FATF, il-Gvern inpolitiċi. tra l-ħasil tal-flus (anMinn 100 pajjiż li dirizza kull rakkomandazzjoni neyval qal li r-rating ta’ Malta ti-money laundering s’issa ġew skrutinizza- minbarra tlieta, li xorta waħda fir-rigward tal-ġlieda kontra AML) u l-operat tal-FATF. ti mill-FATF, kienu 80 li kien rikonoxxut li bdew jiġu in- l-ħasil ta’ flus mhux wieħed li Minkejja dan, irma jżommx jew ma jżommx ngħataw pjan ta’ azz- dirizzati. repetiet żball bażiku li Stqarrija tal-Gvern qalet li, ma’ parti mill-kriterji stabbiliti joni. Fil-prattika dan għamlu numru ta’ gazifisser li kważi nofs il- għalkemm Malta wriet deter- li jagħmlu pajjiż serju fis-settur zetti bl-Ingliż li qalu li pajjiżi fid-dinja kienu minazzjoni biex tindirizza kull finanzjarju. Fost l-oħrajn dan Malta kienet l-ewwel pajjiż tal-Unjoni Ewro- Il-pjan ta’ azzjoni għal Malta jittrat- f’din il-pożizzjoni, altru rakkomandazzjoni, kif inhu- ir-rapport jinnota kif l-awtori pea li ngħata pjan t’azz- ta tliet miżuri li għall-FATF ma kinux mill-impressjoni li qed ma xhieda l-azzjonijiet kollha tajiet Maltin irregolaw is-setjoni mill-FATF. sodisfaċenti, bħall-55 l-oħrajn. Dawn jipprova jagħti l-PN li din meħuda fl-aħħar xhur, l-FATF tur tal-proprjetà u l-Awtorità Altru milli Malta huma: 1) li tipprova li t-tagħrif dwar hi xi ħaġa straordinarja. xorta kkunsidrat li dawn it-tliet Maltija għas-Servizzi FinanzIntant filwaqt li ppru- azzjonijiet ma kinux indirizzati jarji (MFSA) tikkopera bi sħiħ saret l-ewwel pajjiż sidien ta’ kumpaniji rreġistrati f’Malta vaw jagħtu l-impress- biżżejjed. mar-Reġistru Malti tal-Kumpfl-UE li daħlet fil-lista “Malta temmen bis-sħiħ aniji biex tassigura li kumpaniji l-griża. 10 snin ilu, bejn jkun preċiż u tittieħed azzjoni konk- joni li d-deċiżjoni talFrar 2010 u Ġunju 2011, reta fejn ma jkunx; 2) ittejjeb l-użu ta’ FATF kienet dovuta għal li ma kienx mistħoqq li tkun li jaħdmu bil-liċenzja jkollhom il-Ġreċja kienet tpoġġi- tagħrif mill-FIAU għal skop ta’ proċedu- xi episodju partikolari, suġġetta għal aktar moniter- l-awtorizzazzjoni neċessarja. Ir-rapport isemmi wkoll et f’din iċ-ċirkostanza, ri kontra ħasil ta’ flus; u 3) l-FIAU tiffo- ir-rapport tal-FATF jind- aġġ meta wieħed jikkunsidra ika li din kienet dovuta l-implimentazzjoni tar-riformi il-ħidma tal-FIAU fil-ġlieda waqt li 13-il sena ilu kien ka fuq reati ta’ evażjoni ta’ taxxa. għal raġunijiet tekniċi. kollha li saru u li kienu progress kontra l-kriminalità finanzjartpoġġa wkoll it-territorL-FATF irrikonoxxiet tanġibbli u effettiv għal pajjiżna ja u jinnota wkoll titjib fil-ħefju Ċiprijott-Tork ta’ Ċipru, ir-riformi tal-Gvern filwaqt fil-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus fa tar-rapporti li jidħlu fuq li hu wkoll parti mill-Unjoni Ewropea. Minbarra hekk, 20 rizza Malta, jixhed kif l-Oppo li saħqet li tixtieq tara aktar u wkoll kontra l-finanzjament tranżazzjonijiet suspettużi. sena ilu, kienet ittieħdet azz- żizzjoni għal darb’oħra lanqas implimentazzjoni tar-riformi tat-terroriżmu. Minkejja dan meħudin. F’konferenza stam- kollu, Malta se tibqa’ b’impenn Messaġġ ċar joni f’dan ir-rigward mill-FATF il-bażiku ma ġabet tajjeb. Wara li fil-jiem li għaddew pa, l-FATF iddikjarat li hemm qawwi li taħdem mal-FATF u mill-Prim Ministru fil-konfront tal-Ungerija waqt li din kienet fil-proċess li tidħol u f’mument delikat qabel rieda qawwija min-naħa tal- wkoll sħab internazzjonali oħra id-deċiżjoni tal-FATF ħass li kel- Gvern Malti li dan il-proċess biex tiżgura li dawk l-azzjonijiet “Minn meta f’Jannar tas-sena fl-UE. li dwarhom kien hemm prog- li għaddiet ġejt fdat bit-tmex Debono ma kinitx l-uni- lu jibgħatilha ittra partiġjana u jitwettaq.
27.06.2021
L-AZZJONI TAL-FATF Dr Abela qal li dawn il-kwist- regolatorju rigoruż biex pajjiżxija ta’ dan il-pajjiż, l-isfidi ma jonijiet ma feġġewx taħt Gvern na jitneħħa kemm jista’ jkun naqsux. Uħud konna nafu diġà Laburista, imma kienu ilhom malajar mil-lista l-griża,” stqarli jeżistu, oħrajn bħall-panjinħbew taħt it-tapit minn ret il-Kamra tal-Kummerċ. demija, ġew mingħajr mistenamministrazzjonijiet varji, Il-General Workers’ Union ni. Quddiem kull sfida dejjem inkluż dawk Nazzjonalis- (GWU) qalet li hi temmen li, żammejt il-prinċipju tal-onMalta se tibqa’ taħdem ti. Ta’ min isemmi l-operat jekk il-forzi kollha nazzjonali està.” b’impenn qawwi biex tal-Uffiċċju għall-Irkupru jagħmlu sforz kollettiv, MalDr Robert Abela qal dan meta waqt konferenza tiżgura li dawk l-azzjonijiet tal-Assi (Asset Recovery Bu- ta għandha terġa’ tikseb lura reau) li sa mill-bidu tal-op- l-għarfien u l-kredibilità intertal-aħbarijiet ta r-reazzjoni tiegħu għall-aħħar żviluppi li fihom diġà sar progress, erat tiegħu fi żmien riċenti nazzjonali. “Il-GWU temmen li sar ħafb’rabta mal-eżitu tal-FATF li imma mhux totali, issa taħt Gvern Laburista wettaq matulha qal li d-deċiżjoni ma jiġu indirizzati fl-iqsar ħidma kruċjali fejn jidħol l-in- na xogħol dwar governanza, traċċar, ġbir, żamma, priser- rule of law u trasparenza fikinitx mistħoqqa u wkoll inżmien possibbli vazzjoni, immaniġġjar u dis- nanzjarja, iżda dejjem hemm ġusta. poniment xieraq u effiċjenti ta’ x’jista’ jsir iżjed. Ir-riperkuImma b’mod pożittiv il-Prim proprjetajiet li direttament jew ssjonijiet tar-riżultat talMinistru qal li pajjiżna se jibqa’ jibni fuq il-ħafna riformi li defendi l-ittra li hu bagħat lit- indirettament joriġinaw minn FATF jista’ jinħass f’setturi ekonomiċi kollha u dan jista’ għamel diġà għaliex dan huwa task force fejn indika li Malta attivitajiet kriminali. Kien dan il-Gvern li daħħal jwassal għat-telf ta’ kundizzGvern li jemmen f’pajjiż mod- għandha tkun fil-lista l-griża. ern b’governanza b’saħħitha. F’konferenza tal-aħbarijiet il- mezzi, fosthom dan l-uffiċċ- jonijiet tax-xogħol, tal-impjiegi U huwa għalhekk li d-dover Ħamis li għadda, fuq mistoqsija ju, biex jimla lakuna li kien u tat-tnaqqis ta’ investiment tiegħu bħala Prim Ministru ta’ ONE News, qal li fil-mument hemm, pass li sar u se jibqa’ dirett barrani. Il-pandemija huwa li jassigura li l-familji, li kiteb l-ittra ħass li kellu jib- jsir biex dejjem aktar tissaħħaħ ġabet għaqda bejn l-imsieħba is-saltna tad-dritt u jitħarsu soċjali kollha u l-Gvern li taw ħaddiema u negozji ta’ pajjiżna għat messaġġ ċar. L-analista politiku Saviour ċ-ċittadini Maltin u Għawdxin. riżultati tajbin ħafna. Permezz jkollhom l-aqwa qafas regotal-ħidma kollettiva, Malta latorju u l-aqwa istituzzjoni- Balzan saħansitra indika li rnexxielha tikkontrolla l-imxija jiet possibbli biex jipproteġu wara l-ittra ta’ Grech lill-FATF Reazzjonijiet seta’ kien hemm Richard Cau żżomm il-qgħad ta’ pajjiżna d-drittijiet tagħhom. L-eżitu tad-deċiżjoni tal-FATF chia Caruana, li reġa’ beda jid- Nhar il-Ġimgħa, f’kummenti fuq livelli baxxi meta mqabbel kien diżappunt għaliex fil-jiem detta fil-Partit wara t-tneħħi- lill-midja, il-Kap Eżekuttiv tal- mal-kumplament tad-dinja,” ta’ qabel, fil-fora tal-FATF twas- ja ta’ Adrian Delia mit-tmun Bank of Valletta Rick Hunkin qalet l-akbar trade union Maltqal li mhux qed jistenna li jkun ija, waqt li saħqet li r-riżultat sal messaġġ b’saħħtu dwar dak tal-Oppożizzjoni. Fl-editorjal tal-MaltaToday hemm diffikultajiet sinifikanti ta’ din il-ġimgħa hu sfida oħra li twettaq f’pajjiżna. biex naħdmu id f’id ħalli maWieħed irid jieħu wkoll intqal li f’mument daqstant wara d-deċiżjoni tal-FATF. Hu qal li l-BOV kien diżap- lajr kemm jista’ jkun inbiddlu kunsiderazzjoni tar-rapport sensittiv, Grech għażel li jkun pożittiv tal-Moneyval ta’ Mejju immatur u mifni fit-tribaliżmu puntat bid-deċiżjoni meta tara dan ir-riżultat u Malta tkompli li għadda. Rapport li jpoġġi – ittra li kompliet tikxef l-im- li Malta għamlet progress kbir miexja ’l quddiem. Anke qabel ma kien magħruf lil Malta bħala wieħed mill- maturità politika tiegħu li fil-ġlieda kontra l-kriminalità pajjiżi li għandu l-aktar rak- f’mument sensittiv għażel finanzjarja, tant li l-MoneyVal l-eżitu tal-FATF, kien hemm diversi reazzjonijiet, komandazzjonijiet konformi li jħalli t-tribaliżmu politiku innota li ma nstabx imqar kritjew maġġorment konformi, jmexxih anke għad-detriment erju wieħed fejn m’aħniex fosthom dik tal-Askonformi kompletament soċjazzjoni Maltija ma’ dak li jintalab mill-Money- ta’ pajjiżna. Dan l-aġir tal-PN kien ukoll jew parzjalment mar-raktal-Iżviluppaturi Val għal kull pajjiż. Fir-rapport (MDA), li innutat tal-MoneyVal ma hemm ebda rifless fid-dikjarazzjoni tal-Kap komandazzjonijiet tiegħu. Il-Kamra tal-Kummerċ l-isforzi kollha rakkomandazzjoni fejn pajjiżna li qal li l-eżitu tal-FATF kien tal-Gvern, fil-ġliemhux konformi jew huwa biss “kastig fuq il-poplu Malti kol- qalet li l-maturità politilu”. Il-messaġġ politiku partiġ- ka hi kruċjali f’dan l-istda kontra l-krimiparzjalment konformi. nalità finanzjarja. Minkejja l-eżitu, messaġġ jan tkompla wkoll minn diversi adju u interessi personali, pożittiv li Malta se tibqa’ tid- deputati Nazzjonalisti, fosthom settorjali jew partiġjani djaloga biex tikkonvinċi. Il- David Thake, Beppe Fenech għandhom ikunu sekon Prim Minstru Robert Abela kien Adami u Jason Azzopardi. Is- biss ċar: “Fejn hemm bżonn inwet- Segretarju Ġenerali Nazzjona darji. “Issa tqu bidliet pożittivi, se nagħm- lista Francis Zammit Dimech, rridu niklu dan. Wara kollox dawn huma ingħaqad magħhom permezz ko nv i n ċ u bidliet li aħna nemmnu fihom ta’ ittra li bagħat lill-esponen- l i l l - F AT F b’konvinzjoni, li qed nagħmlu- ti tal-PN fejn talab lil kulħadd b l-i m p l ihom għall-poplu tagħna għax iżomm mal-messaġġ partiġjan mentazzjoni u konvinti minnhom. Bidliet li ta’ Grech. Dwar l-ittra ta’ Grech lill- i n f u r z a r kienu se jkomplu jsiru irrispetFATF, bħal-lum ġimgħa kkum- e f f e t t i v tivament mill-eżitu tal-lum.” Il-Gvern se jkompli bl-im- menta wkoll il-Prim Ministru tal-qafas penn tal-ħidma biex kull pajjiż waqt intervista fuq ONE Radio. jara f’Malta sieħeb leali bi strut- Hu esprima d-diżappunt tiegħu turi sodi. Aktar minn hekk, il- minkejja s-sejħiet għall-għaqPrim Ministru għamel wegħda da fil-kwistjonijiet li jittrattaw mal-poplu li se jibqa’ jkun ta’ l-interessi nazzjonali ta’ pajjiżna. Il-Prim Ministru tenna li spalla għan-negozji u l-familji. tul l-aħħar xhur dan il-Gvern ħadem kemm felaħ u rriforma bosta liġijiet f’pajjiżna biex L-ittra ta’ Grech b’hekk illum hu wieħed millF’mossa li ma kinitx mistenni- uniċi pajjiżi Ewropej li huwa ja minn diversi setturi u laqtet ‘largely compliant’ mar-rek ROBERT ABELA: Il-Gvern jemmen f’pajjiż il-kritika, il-Kap Nazzjonalista wiżiti li jirregolaw il-qasam modern b’governanza b’saħħitha … pajjiżna se bagħat ittra lill-FATF biex jim- finanzjarju u l-ġlieda kontra l-ħasil ta’ flus u l-kriminalità fimina lil pajjiżna. jibqa’ jibni fuq il-ħafna tajjeb li diġà sar Grech baqa’ sal-aħħar jid- nanzjarja.
05
TAD-DBRS OTTIMISTI B’MALTA Tkompli minn paġna 1 L-impatt isir sinifikattiv biss, fl-opinjoni tad-DBRS, jekk id-diskussjoni fuq l-effettività tal-framework kontra l-ħasil ta’ flus iddum “mhux riżolta fuq perjodu mġebbed ta’ żmien”. F’dan ir-rigward, l-esperti barranin m’għandhomx dubji tant li sostnew li “f’dan issens, jidher li hemm impenn politiku wiesa’ fuq il-ħtieġa urġenti li jiġu indirizzati n-nuqqasijiet”. Fejn jidħol l-istudju talFond Monetarju Internazzjonali (IMF) fuq impatt talFATF fuq capital flows, li ġie kkowtat ħafna fil-midja Maltija u mill-Oppożizzjoni Nazzjonalista, tad-DBRS qalu li “l-pożizzjoni barranija qawwija ta’ Malta, is-sħubija tagħha fis-sistema tal-ewro u l-wirja ekonomika b’saħħitha flaħħar snin jistgħu jipprovdu protezzjoni sinifikanti kontra dan”. Ir-rapport jinnota li l-banek Maltin diġà naqqsu l-espożizzjoni tagħhom għal ċerti setturi u li minkejja tnaqqis tal-correspondent banking li kien hemm fi snin passati “l-impatt ekonomiku ma kienx sinifikanti s’issa”. Minbarra hekk il-maġġoranza talkumpaniji barranin f’pajjiżna ma jużawx il-banek lokali, iżda joperaw sistemi ta’ finanzjament mill-bqija tal-korporazzjoni tagħhom. Dan jista’ jispjega għaliex it-tnaqqis fil-correspondent banking ma wassalx għal tnaqqis fil-kummerċ barrani ta’ pajjiżna. Skont id-DBRS il-progress qawwi min-naħa tal-awtorita jiet Maltin jista’ jfisser li d-de ċiżjoni tal-FATF “tista’ sservi ta’ katalista biex taċċellera l-imbottatura għat-titjib fl-effettività kontra l-ħasil tal-flus u l-ġlieda kontra l-iffinanzjar tat-terroriżmu, kontroll tal-korruzzjoni u iżjed governanza aħjar tal-pajjiż.” Dan ifisser li d-DBRS jemmnu li l-Gvern hu ddedikat biex itejjeb il-governanza u se juża d-deċizjoni tal-FATF biex iżid il-ħidma f’dan is-settur. Għal darb’oħra, aġenzija internazzjonali wriet fiduċja li l-Gvern Malti kapaċi jdawwar sfida f’opportunità, xi ħaġa li timla lill-operaturi ekonomiċi b’kuraġġ, waqt li ssaħħaħ ir-rieda nazzjonali biex niksbu l-istess suċċess fil-qasam tal-governanza t-tajba, bħalma ksibna fil-qasam ekonomiku.
06
27.06.2021
BIT-TAGĦRIF SENSITTIV F’IDEJHOM IMMINAW LILL-GVERN U LILL-PAJJIŻ Wieħed minn tliet uffiċjali go vernattivi, li wara l-Elezzjo ni tal-2013 nqabdu jgħaddu tagħrif sensittiv lill-Partit Nazz jonalista biex, fost oħrajn, issir ħsara internazzjonali lil Malta, illum qed jitkaża li tpoġġej na fuq il-lista l-griża mit-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja (FATF). Keith Zahra, Eks Kap tal-Komunikazzjoni tal-MFSA, nhar l-Er bgħa rrikorra għal Facebook biex jipprova jirredi kola lill-Gvern La burista wara li sar magħruf li Malta, spiċċat taħt pjan t’azzjoni mill-FATF. Zahra kien il-kor dinatur tal-grupp
klandestin imsejjaħ Finance Shadow Group li nħoloq biex tagħrif minn ħdan l-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanz jarji (MFSA), il-Bank Ċentrali ta’ Malta u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jiffavorixxi lill-Oppożizzjoni, inkluż b’attak ki kkordinati fil-midja kontra l-ħidma tal-Gvern. Strateġisti Nazzjonalisti fl-istess grupp kienu jużaw l-informazzjoni esklussiva biex mhux biss tiġi mminata l-ħid ma finanzjarja u ekonomika nazzjonali, iżda wkoll isir at takk internazzjonali kontra r-reputazzjoni ta’ Malta. Wara r-riformi li twettqu fl-aħħar sentejn, kif indikat fil-konklużjonijiet tar-rapport tal-Moneyval f’Mejju li għadda, Malta tqis id-deċiżjoni tal-FATF bħala inġusta. Iżda għall-Eks Maniġer fl-MFSA, li wkoll inqa bad jagħmel is-sabutaġġi kon tra l-amministrazzjoni nazz jonali, jidher li m’għandu l-ebda rimors. “L-aqwa l-40K u l-lumi hux? Istħu u morru nħbew,” kiteb Zahra nhar l-Erbgħa, b’referen za għall-akbar maġġoranza ta’ voti li biha ġie elett il-Par tit Laburista fil-Gvern. L-istess maġġoranza tal-2017 u iżjed ġiet indikata wkoll fl-aħħar stħarriġ tal-opinjoni pubblika li sar mill-Maltatoday fil-bidu ta’ dan ix-xahar. Bħala parti minn grupp sig riet, Zahra, flimkien mal-uffiċ jali l-oħrajn Carlos Camenzuli, Maniġer fl-NSO, u Chris Pace, Maniġer fil-Bank Ċentrali, kienu jikkonfoffaw mal-Eks Ministru għall-Finanzi Tonio Fenech biex ikun jista’ jantiċi pa lill-Ministru għall-Finanzi ta’ dak iż-żmien, Edward Sciclu na. L-informazzjoni sensittiva kienet tgħaddi għand Fenech qabel biss tiġi f’idejn il-Minist ru. Il-grupp, li kien ukoll jiltaqa’ perjodikament fid-Dar Ċen trali, kien jinkludi numru ta’ persuni oħrajn, waqt li kien juża ħbieb fil-midja bl-Ingliż biex jiġu ppubblikati bi promi nenza stejjer b’fatti mgħawġin apposta. Abbażi tal-istess in formazzjoni qarrieqa, wara kienu jagħmlu kapital politiku u anke jxewxu lill-istituzzjoni jiet Ewropej ħalli jieħdu azzjoni kontra l-Gvern Laburista. Fil-post tiegħu, wara li sar magħruf fil-midja bid-deċiż joni tal-FATF, Zahra stqarr b’ton patrijottiku: “Probabbli ftit jap
prezzaw xi tfisser li pajjiżek jiġi grey-listed. Spjega sempliċi: Ebda pajjiż tal-Unjoni Ewropea qatt ma ġie grey-listed. Mal ta issa se tkun fil-kumpanija tal-Albanija, il-Pakistan, il-Pan ama u ż-Żimbabwe.” Wara l-ġebel li tefa’, Zahra wkoll jipprova jaħbi idu u jten ni l-lealtà tiegħu lejn il-PN, li ilu tmien snin jagħmel ħiltu biex ikisser il-ġid kollu li nħoloq filpajjiż. “U għalikom li tistaħbew wara l-mantra ta’ ‘u iva, dawn il-politiċi kollha xorta’, aħsbu ha darbtejn!” spiċċa l-messaġġ tiegħu l-Eks Uffiċjal fl-MFSA, waħda mill-istituzzjonijiet regolatorji li llum saħansitra jgawdu investiment finanzjarju u żieda ta’ ħaddiema li qatt ma ħolmu taħt amministrazzjoni jiet Nazzjonalisti. Kif ingħad diġà, pajjiżna biħsiebu jkompli jibni fuq dak li sar s’issa biex, fl-iqsar żmien possibbli, ukoll tingħeleb din l-isfida l-ġdida u pajjiżna jkom pli jsaħħaħ iżjed l-istituzzjoniji et kontra l-ħasil tal-flus u l-iffi nanzjar tat-terroriżmu. Wara li sitt snin ilu kienu ħarġu dettalji fil-gazzetta It-Torċa dwar l-involviment klandestin tat-tliet uffiċjali fl-awtoritajiet statali, inbdew proċeduri interni. Minkejja dan, Camenzuli u Pace laħqu rriżenjaw qabel ġew konklużi l-investigazzjonijiet. Zahra, li kien impjegat bħa la kordinatur tal-komunikazz joni fil-Ministeru tal-Finanzi sakemm Tonio Fenech kien għadu Ministru sat-28 ta’ Jan nar tal-2013 u mbagħad ġie in gaġġat fl-MFSA, ħalla l-awtorità f’Jannar tas-sena l-oħra, skont il-Facebook tiegħu. Minbarra Fenech innifsu, id-Deputat Mario De Marco, illum Kelliem Ewlieni tal-Op pożizzjoni għall-Finanzi, kien iddefenda l-azzjonijiet illegali tal-uffiċjali governattivi. Dak iż-żmien kien ġie indikat ukoll li l-PN kien biħsiebu jieħu l-każ quddiem il-Kummissjoni Ewro pea biex jiddefendi l-ispjuni tiegħu. Uffiċjali governattivi simili huma mċaħħdin milli jiżvelaw xi tagħrif relatat ma’ xogħol hom, tant li huma regolati billiġi biex ma jagħmlux dan, kif indikat b’mod ċar fil-kuntratt li jiffirmaw mal-ewwel ġurnata li jidħlu jaħdmu fl-istituzzjoni. Il-liġi tibqa’ tippersegwitahom anke wara li jkunu temmew dak l-impjieg partikolari.
27.06.2021
07
IMMUNITÀ KOMPLUTA GĦAL 70% Aktar minn 70% tal-poplu Malti u Għaw dxi issa għandhom l-immunità sħiħa kontra l-COVID-19, jiġifieri ħadu d-dożi kollha tal-vaċċin assenjati lilhom. Dan tħabbar ilbieraħ filgħodu mid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne b’messaġġ fuq il-midja soċjali. Pajjiżna kien laħaq il-herd immunity fl-24 ta’ Mejju li għadda meta dakinhar 70% kienu rċevew mill-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin. Xahar wara u sforz kollettiv fl-għoti tat-tilqim wasalna biex issa għandna herd immunity “doppja”. Fil-messaġġ tiegħu, Fearne qal ukoll li, wara li ngħataw mas-650,000 doża tal-vaċċin, hemm mill-inqas 81% talpopolazzjoni li ħadet żgur l-ewwel doża tal-vaċċin. Fil-fatt, skont il-bulettin mediku mħabbar mill-uffiċċju tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, 355,277 persuna ħadu l-ewwel doża, filwaqt li 307,591 persuna huma kompletament imlaqqmin. Waqt li fl-aħħar 24 siegħa ta’ qabel, ma ġew irrapportati l-ebda mwiet b’rabta mal-COVID-19, kien hemm żewġ persuni oħrajn li fiequ u tliet każi ġodda ta’ infezzjonijiet minn fost 2,360 swab test li saru.
IL-“ĦAXIX ĦAŻIN” LI NEĦTIEĠU Il-fjuri tal-ħaxix selvaġġ li ħafna minnhom jiffjorixxu fl-istaġun tar-rebbiegħa jservu bħala sors ta’ nektar u trab ta’ dakra għal ħafna fawna lokali, fosthom in-naħla tal-għasel. Iktar ma jgħaddi żmien, minħabba l-urbanizzazzjoni talpajjiż dawn is-sorsi ta’ ikel qed isiru iktar skarsi b’detriment dirett fuq l-eżistenza tad-dakkara. Il-problema hi amplifikata għax ħafna drabi fir-rurali jitkabbru pjanti talmagħlef (bħall-qamħ) li ftit li xejn joffru lid-dakkara, u l-flora fil-passaġġi tal-kampanja taf tkun l-unika sors ta’ ikel għan-naħal. Għaldaqstant, l-Assoċjazzjo ni tan-Naħħala Malta qed tipproponi ftehim mal-Kunsilli kollha kontra l-qerda tal-ħaxix selvaġġ mill-passaġġi rurali bejn it-30 ta’ Novembru u l-31 ta’ Mejju tas-sena ta’ wara. Skont l-istess assoċjazzjoni, ħames Kunsilli – Santa Luċija, Ħal Lija, Swieqi, il-Kalkara u Ħal Balzan – diġà aċċettaw l-inizjattiva u ffirmaw ftehim simili. L-assoċjazzjoni qalet li, fl-okkażjoni tal-Imnarja ta’ nhar it-Tlieta, li se tiċċe lebra l-ħsad tal-prodotti tal-biedja, dawn il-Kunsilli qed jagħtu iżjed tama lin-naħħala li qed jiffaċċjaw sfidi kbar.
L-IRKUPRU EKONOMIKU QED IKOMPLI JIRRANKA Din il-ġimgħa filwaqt li ħafna mid-diStatistika maħruġa din il-ġimgħa ta’ staycations qed iwassal biex diversi skussjoni kienet qed tiffoka fuq l-FATF, mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika lukandi qed jibdew jikkonfondu kif ser ħarġu diversi indikaturi li jindikaw li (NSO) indikat r-rata tal-qgħad waqgħet ilaħħqu mad-domanda. Fil-fatt, qed l-irkupru ekonomiku f’pajjiżna issa taħt 4%, filwaqt li l-ammont ta’ sigħat jiżdied id-diskors li ma hawnx biżżejjqed jirranka sewwa. maħduma mill-ħaddiema kważi reġa ed ħaddiema biex in-negozji jservu lil L-Economic Update tal-Bank Ċentra- lura għal kif kien qabel il-pandemija. kulħadd. li fil-fatt irrapporta għall-ewwel darba Dan meta r-rata ta’ mpjiegi baqgħet Konferma oħra tas-saħħa tal-irkumindu bdiet il-pandemija li l-kundiz- f’livell rekord ta’ 74%. pru ekonomiku ħareġ minn statistika zjonijiet għan-negozji huma fuq l-andament tal-Fond Konpożittivi. Mhux hekk biss imma solidat. Fix-xahar ta’ Mejju kien tant intlaħaq livell għoli li talhemm żieda bla ebda preċedent Bank Ċentrali ħassew li għandta’ 30%, jew aktar minn €100 hom ifakkru li dan ġej wara miljun, fid-dħul tal-Gvern. Tisimpatt qawwi tal-pandemija. ta’ tgħid li kull sors ta’ dħul talIl-moviment ta’ Maltin u Għawdxin Gvern mhux talli kien aqwa millFil-fatt ġie rrapurtat li diversi indikaturi kellhom rati ta’ tk- lejn ħwienet u postijiet ta’ divertiment 2020, talli kien aqwa mill-2019. abbir li kienu “very strong and Dan jirriżulta wkoll meta wieħed kiber bi 8% … il-livell tal-2019 mhux iħares lejn il-bqija tal-2021. positive”. Dan minkejja li l-livelli ta’ restrizzjonijiet fl-attività Analisti ekonomiċi li tkellbiss intlaħaq iżda nqabeż sew ekonomika għadhom għolja, mu ma’ dan il-ġurnal esprimew anke meta mqabbla mal-bqija is-sorpriża tagħhom għal dak li tal-Ewropa. Skont tagħrif minn Google mqab- qed iseħħ. Fil-fatt fit-tbassir tagħhom Stħarriġ tal-Kummisjoni Ewropea bel ma’ qabel il-pandemija, il-movi- kulħadd kien qed jantiċipa li ndumu jindika li l-livell ta’ kunfidenza bħalissa ment ta’ persuni Maltin u Għawdxin sal-2022 ma jintlaħqu mill-ġdid il-livf’pajjiżna huwa 15% aħjar mill-medja lejn ħwienet u postijiet ta’ divertiment elli tal-attività ta’ qabel il-pandemija. storika, u anke huwa aħjar minn dak kiber bi 8%. Jiġifieri mhux talli ntlaħaq Fil-fatt, sa issa jidher li minkejja r-ref’pajjiżi ġirien. Kemm in-negozji kif il-livell tal-2019, imma talli dan inqabeż strizzjonijiet, u speċjalment minkejja ukoll il-familji żiedu fil-kunfidenza li sewwa. B’kuntrast fl-Italja għad fadal t-turiżmu, diversi indikaturi ekonomiċi issa qiegħda kważi 42% aktar ogħla tnaqqis ta’ 3%, kważi l-istess bħalma qed jaqbżu l-livell tal-2019. Bit-tħabbir mill-2020, u 13% aħjar mill-2019. hemm Franza. Fil-Ġermanja l-attività li Malta issa ddaħħlet fil-green list, jidIl-produzzjoni industrijali hija 16% għadha anqas b’6%, simili għas-sit- her li anke fit-turiżmu ser ikun hemm aqwa mill-2020, u anke hawn ir-riżul- wazzjoni fi Spanja u l-Portugall. qabża qawwija fin-numri. tati huma aħjar mis-sena ta’ qabel Mal-moviment dejjem jikber talSkont dawn l-analisti jidher li l-uniil-pandemija. Dan kien rifless f’żieda Maltin u l-Għawdxin, li diġà nefqu €3 ka ħaġa li tista’ twaqqaf aċċellerazzjoni fl-esportazzjoni. Anke l-ħwienet raw miljun mill-vouchers li tqassmu sa anke akbar minn dik li hawn sa issa, titjib fil-bejgħ ta’ 18%. Ix-xiri ta’ prop- issa, qed jiżdied ukoll il-moviment huwa l-fatt li ftit li xejn fadal persuni li jetà kompla jirranka filwaqt li żdiedu tat-turisti. Din il-ġimgħa l-Malta In- jistgħu joħorġu jaħdmu. Fil-fatt, filwaqt l-permessi approvati għall-kostruzz- ternational Airport ħabbar li mill-1 li f’pajjiżi oħra għadu jirrenja l-qgħad, joni. Dan kollu wassal biex l-ammont ta’ Ġunju kien hemm żieda ta’ 20% f’Malta issa hawn anqas minn 1,700 ta’ djun koperti b’moratorju naqas fin-numru ta’ passiġieri. Dan il-fatt persuna jirreġistraw, mentri f’Għawkważi bin-nofs f’xahar wieħed biss. flimkien mal-fenomenu dejjem jiżdied dex fadal inqas minn 150.
08
27.06.2021
LIĊENZJATA TESPORTA PRODOTTI TA’ KANNABIS MEDIĊINALI FL-EWROPA L-EWWEL KUMPANIJA LI RĊEVIET PERMESS TBIGĦ ESTRATTI TA’ KANNABIS MEDIĊINALI GĦAL VAPORIZERS MISTENNIJA TUŻA L-IMPJANT LI GĦANDHA F’PAJJIŻNA GĦALL-PRODUZZJONI U L-ESPORTAZZJONI Panaxia, il-kumpanija Iżraeljana bbażata f’pajjiżna speċjalista fil-kannabis mediċinali, ħabbret li kisbet il-liċenzja biex tpoġġi fis-suq Ġermaniż prodott estratt mill-ħaxixa li jiġi amministrat mill-pazjent permezz tan-nifs (inhaling). B’kollaborazzjoni mal-kumpanija farmaċewtika Ġermaniża Neuraxpharma, Panaxia se ssir l-ewwel kumpanija li tipproduċi mediċina simili għall-Ewropa. Il-kumpanija, li hi meqjusa ġganteska f’pajjiżha, kienet għażlet li tistabbilixxi f’Malta minn fejn tkun tista’ tipproduċi u tesporta l-prodotti vasti tagħha, minħabba li l-liġi Iżraeljana ma tippermettix li tista’ ssir xi forma ta’ esportazzjoni lejn pajjiżi oħrajn. L-approvazzjoni fil-Ġermanja għall-importazzjoni ta’ dawn il-prodotti ta’ Panaxia se tippermetti lil Neuraxpharma biex jitqassmu mal-ispiżjara lokali u jiġu promossi fost it-tobba li jkunu jistgħu joħorġu preskrizzjonijiet lil pazjenti li jbatu minn għadd ta’ kundizzjonijiet mediċi, bħal uġigħ kroniku, dipressjoni, anoressija u aktar. L-ewwel prodotti, li se tkun qed tes-
porta minn pajjiżna, huma magħmulin Panaxia hi l-unika f’Iżrael li għandspeċifikament għal dawk li jikkons- ha l-barka tal-Awtorità Ewropea tasmaw kannabis mediċinali permezz Saħħa biex tkun tista’ tesporta lejn ta’ vaporizer, li ħafna drabi hu meqjus il-maġġoranza tal-pajjiżi Ewropej kull bħala forma aktar sana għall-konsum tip ta’ prodott magħmul mill-kannabis milli t-tipjip, minħabba tnaqqis ta’ għal skop mediċinali. ħsara kkawżata fil-ħalq, il-ġriżmejn u Fl-istess ħin li kumpaniji oħrajn l-pulmun. Skont analiżi tat-tendenzi tħabtu biex ikampaw, Panaxia użat tas-swieq bejn l-2018 u l-2019, prodot- l-approvazzjoni speċjali li għandha biex ti tal-kannabis għall-vaporizers kienu tilħaq ftehim ta’ esportazzjoni mal-Ġerl-aktar komuni fl-Istati Uniti tal-Amer- manja, Franza, Ċipru u l-Awstralja. ka, b’rappreżentazzjoni ta’ iżjed minn Il-kumpanija qalet li, minħabba li 50% tas-suq. l-Ministeru għas-Saħħa Iżraeljan Wara dan l-ewwel pass, Pama jippermettix li jiġu espornaxia diġà wriet l-interess tati prodotti tal-kannabis li, bħala parti minn din għall-konsum b’vaporil-kollaborazzjoni ma’ izers, allura fiż-żmien Neuraxpharma, tapli ġej se tkun qed timBil-faċilità plika mal-awtoritajiet manifattura l-prodotti tagħha f’Ħal Far, Ġermaniżi għar-reġistagħha u tesporathtrazzjoni u bejgħ ta’ Panaxia se tnaqqas om minn pajjiż ieħor. prodotti oħrajn avvanL-impjant li għandha il-ħin biex il-prodotti f’pajjiżna zati tagħha, fosthom hu alternattitagħha jitwasslu va ideali għal dan. il-pilloli tal-kannabis. Minbarra li hi l-ewwel Dr Dadi Segal, fundatur fl-Ewropa kumpanija stabbilita f’pajjiżu Kap Eżekuttiv ta’ Panaxna li se tkun qed tipproduċi proia, esprima l-eċitament tiegħu li dotti u tesportahom minn hawnhekk, l-kumpanija hi l-ewwel u s’issa l-uni-
ka kumpanija fl-Ewropa li rċeviet permess biex tbigħ estratti ta’ kannabis mediċinali b’vaporizers. Fi stqarrija hu qal li “din hi kisba regolatorja u kummerċjali bla preċedent, li se jgawdu minnha l-pazjenti Ġermaniżi li, għall-ewwel darba, se jkunu jistgħu jikkonsmaw prodott nadif mingħajr prodotti anċillari li jagħmlu l-ħsara u oħrajn assoċjati mat-tipjip tal-fjuri tal-kannabis mediċinali, speċjalment meta mħalltin mat-tabakk. Inħarsu ’l quddiem biex nagħmlu l-prodotti tagħna ta’ kwalità aċċessibbli għal pazjenti f’pajjiżi oħrajn fl-Ewropa u qed naħdmu biex nirreġistrawhom bi proċeduri regolatorji approprjati.” F’April tas-sena l-oħra din il-gazzetta wkoll irrapportat kif il-possibbiltà li tuża l-faċilità tagħha f’Ħal Far għar-riċerka u l-iżvilupp ukoll, kien fundamentali biex dan il-pass storiku fl-istorja ta’ Panaxia jista’ jitwettaq bl-aħjar mod u f’qasir żmien. Dakinhar Dr Segal kien qal li “l-użu tal-faċilità tar-riċerka u l-iżvilupp (R&D) f’Malta kien pass kruċjali biex nidħlu fis-suq Ewropew. Nemmnu li dan ilpass se jagħmel lill-kumpanija Panaxia l-ewwel waħda minn Iżrael fis-settur tal-kannabis mediċinali u li se tibda tbigħ il-prodotti tagħha fl-Unjoni Ewropea.” Panaxia Labs Israel Ltd kienet laħqet ftehim kuntrattwali biex tuża l-faċilità tagħha f’Malta biex toħloq sezzjoni għar-riċerka u l-iżvilupp u b’hekk tkun tista’ timmanifattura prodotti bħal żjut, inhalers, pilloli u suppożitorji, ilkoll magħmulin mill-pjanta tal-kannabis, li jkunu mmirati speċifikament għas-suq Ewropew. Sehem Malta kien meqjus fundamentali, għax bl-użu tal-faċilità f’Ħal Far, il-kumpanija se tnaqqas drastikament il-ħin biex il-prodotti jitwasslu fl-Ewropea. Il-faċilità Maltija ta’ Panaxia għandha l-kapaċità li tipproduċi mijiet ta’ eluf ta’ prodotti kull sena. Flimkien ma’ prodotti vasti li jiġu mmanifatturati diġà f’Iżrael, dawn se jammontaw għal għażla abbundanti li eventwalment titpoġġa fis-suq Malti u fil-bqija tal-pajjiżi Ewropej. Attwalment jeżistu aktar minn 700 persuna f’pajjiżna li qegħdin jikkuraw lilhom infushom bl-użu tal-kannabis mediċinali wara li ġabu l-permess neċessarju mill-awtoritajiet biex jixtruha direttament minn spiżerija. Meħud kont tan-numru ta’ pazjenti involuti u l-perjodu relattivament qasir mindu fl-2018 ġiet emendata l-Liġi dwar id-Dipendenza tad-Drogi (Riabilitazzjoni Mhux Priġunerija) biex tippermetti tali konsum ta’ kannabis mediċinali, tagħmel iżjed sens il-politika tal-Gvern Malti li fl-aħħar snin ippermetta l-bidu ta’ din l-industrija fostna, li wkoll toffri fost l-aħjar impjiegi possibbli. Panaxia Labs Israel Ltd, li tifforma parti mill-grupp farmaċewtiku Segal, kienet ukoll l-ewwel waħda li ngħatat l-appro vazzjoni tal-Ministeru għas-Saħħa ta’ Iżrael biex timmanifattura prodotti mediċinali tal-kannabis. Din għandha esperjenza ta’ 40 sena fil-kamp farmaċewtiku u, minbarra l-prodotti fuq bażi tal-kannabis, timmanifattura wkoll madwar 600 prodott differenti oħrajn li huma mferrxin f’madwar 40 pajjiż madwar id-dinja. Kumpanija oħra sussidjarja, Panaxia US, timmanifattura aktar minn 60 prodott ta’ kannabis mediċinali fl-Amerka ta’ Fuq.
09
27.06.2021
VJAĠĠI MINN €9.99 GĦAL SQALLIJA IL-KATAMARAN TAL-PONTE FERRIES SE JIBDA JOPERA KULJUM MIS-6 T’AWWISSU GĦAL PORT QRIB KATANJA U SIRAKUŻA F’inqas minn sitt ġimgħat se jibda jopera l-fast ferry għal Sqallija tal-kumpanija l-ġdida Ponte Ferries. Bi vjaġġ kuljum minn u lejn il-port ta’ Augusta, passiġġieri se jkunu jistgħu jżuru l-gżira magħrufa sew għax-xiri, ħarbiet għall-mistrieħ u anke dawk ta’ divertiment, bi prezzijiet raġonevoli ħafna. Fil-fatt il-biljetti se jibdew minn €9.99 biss one-way, waqt li l-kumpanija wkoll ħabbret li, bħala offerta ta’ introduzzjoni, se tkun qed tqassam vouchers ta’ roħs ieħor fiddjar Maltin u Għawdxin. Il-katamaran li topera Ponte Ferries, HSC Artemis, jesa’ 600 passiġġier, flimkien ma’ deck għall-karozzi u oħra għat-trakkijiet tat-tagħbija. Dan hu wkoll mgħammar b’faċilitajiet għall-vjaġġaturi, inklużi USB charging connections f’kull seat, żona apposta għall-familji bi tfal żgħar u oħra għal min jivvjaġġa bilpet, waqt li l-bastiment ta’ 96 metru tul għandu wkoll spazji riservati għal min jixtieq aktar privatezza. Il-kumpanija ħabbret li minn din il-ġimgħa diġà bdew jintlaqgħu bookings għallvjaġġi li se jibdew mill-Ġimgħa 6 ta’ Awwissu li ġej. Dan jista’ jsir mill-website uffiċjali ta’ Ponte Ferries (ponteferries. com). Il-vjaġġi jieħdu tliet sigħat u kwart u jitilqu fil-5:00 a.m. mill-Port il-Kbir fil-Belt u fit-8:00 p.m. minn Augusta fi Sqallija. Eżerċizzju minn din il-gaz zetta juri li waqt li żewġ persuni jivvjaġġaw għal inqas minn €40 bir-ritorn, il-passaġġ għal familja ta’ żewġ ġe nituri u żewġt itfal ta’ bejn l-4 u t-13-il sena, li jivvjaġġaw bil-vettura ta’ daqs normali, jiswa mhux iżjed minn €250. Ponte Ferries qalet li “nin sabu entużjasti li nwasslu kompetizzjoni tant meħtieġa f’dan is-suq fil-ħin għalleqqel tal-vaganzi. Il-katamaran tagħna joffri valur kbir u għandu l-vantaġġ addizzjonali li jidħol fil-port ta’ Augusta, li hu vjaġġ qasir bil-karozza minn Katanja, Sirakuża, ix-shopping outlets u Taormina. “Il-klijenti tagħna se jgawdu wkoll mill-mudell tal-prezzijiet tagħna, simili għal dak tal-linji tal-ajru low-cost, biex jagħmel il-vjaġġ tagħhom lejn Sqallija faċli, konvenjenti u affordabbli. Bħala offerta ta’ introduzzjoni, daqt se noħorġu vouchers b’roħs lir-residenzi f’Malta u Għawdex biex b’hekk kulħadd ikollu l-op-
portunità li jipprova s-servizz grandjuż tagħna,” qal kelliem għall-kumpanija. Fi stqarrija din il-ġimgħa, ingħad ukoll li Ponte Ferries issieħbet ukoll ma’ ROCS Tra vel Group biex tipprovdi pakkett eċċezzjonali ta’ vaganzi b’rati affordabbli. Il-vaganzi organizzati mistennija jkunu disponibbli mid19 ta’ Lulju li ġej b’mod esklussiv minn ħwienet ta’ Ponte Holidays jew minn fuq is-sit uffiċjali (ponteholidays.com) kemm għall-klijenti direttament kif ukoll għall-aġenziji tal-ivvjaġġar. Ponte Ferries tenniet li tin sab impenjata li tkun iffokata fuq il-klijent u se tkun qed tħabbar aktar offerti u inizjattivi eċitanti fil-ġimgħat li ġejjin.
10
27.06.2021
ENFASI FUQ IL-PRUDENZA IL-PROVIDENZA TITLOB APPOĠĠ FIL-KONSUM TAL-ALKOĦOL MILL-PUBBLIKU Fl-isfond tat-tnaqqis riċenti fir-restrizzjonijiet relatati mal-pandemija tal-COVID-19, Drinkaware Malta għadha kemm nediet il-kampanja tagħha t’għarfien u kuxjenza akbar dwar l-effetti tal-alkoħol. Il-kampanja, li ngħatat l-isem “Niftħu b’Mod Responsabbli” (“Opening Responsibly”), sabet il-kollaborazzjoni tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Lukandi u r-Restoranti (MHRA), SpiritsEurope u l-Kamra Maltija tal-Intrapriżi Żgħar u Medji. Il-kampanja se tenfasizza l-impenn tas-settur tal-ospitalità biex jadotta mentalità kuxjenzjuża fil-ftuħ millġdid għan-negozju, filwaqt li fl-istess ħin tħeġġeġ lill-konsumaturi jkunu sensibbli u moderati fil-konsum talalkoħol matul ix-xhur tas-sajf. Ray Grech, Direttur Ġenerali ta’ The Sense Group (TSG), l-organizzazzjoni li tħeġġeġ il-moderazzjoni fil-konsum tal-alkoħol permezz ta’ Drinkaware Malta, qal li “l-aħħar 15-il xahar kienu diffiċli għal kulħadd, speċjalment għal dawk li jaħdmu fis-settur tal-ospita lità. Issa li jinħass bħallikieku l-agħar għadda, hu naturali li wieħed iħoss ilbżonn li jiċċelebra. Madankollu, nafu li lkoll naqsmu responsabbiltà kollettiva u għandna neżerċitaw aġir li jirrifletti sens komun u għarfien.” Minbarra hekk, hu żied li l-maġ Parti mill-kampanja ta’ Drinkaware li tħeġġeġ lill-pubbliku jappoġġja ġoranza l-kbira tal-barijiet u r-restol-isforzi għal sajf sigur, iżda xorta waħda pjaċevoli għal kulħadd ranti huma impenjati biex jiftħu b’mod responsabbli u qed ikunu konxji mir-regolamenti kurrenti tas- ra Maltija tal-SMEs tenfasizza kemm derat tal-alkoħol fost il-popolazzjoni saħħa pubblika meta jservu l-alkoħol dawn ir-responsabbiltajiet qed jit- Maltija. Matul is-snin, il-grupp kien tieħdu bis-serjetà,” tenna Grech. attiv permezz tal-kampanji tiegħu lill-klijenti. TSG twaqqfet fl-1997 bil-għan li tip- biex jimminimizza l-ħsara relatata “Il-messaġġ tagħna mmirat ukoll għall-adulti fejn qed jiġu mistied- promwovi messaġġ ta’ konsum mo mal-abbuż tal-alkoħol permezz ta’ bosta inizjattivi. Dawn il-kamna biex ‘jiftħu’ jew ‘jordnaw’ panji huma rikonoxxuti bħala ix-xorb bl-alkoħol ippreferut fost l-aħjar eżempji ta’ respon tagħhom b’mod responsabbli sabbiltà soċjali korporattiva u jikkonsmaw b’mod moderat. f’pajjiżna. Dan hu messaġġ importanti Aktar tagħrif jinsab dispo fi żmien importanti għall-inIl-messaġġ hu għall-adulti wkoll biex nibbli fuq il-website uffiċjali dustrija tagħna u l-appoġġ talMHRA, SpiritsEurope u l-Kam- jikkonsmaw l-alkoħol b’responsabbiltà drinkawaremalta.com.
ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.
Bħal-lum ġimgħa, l-4 ta’ Lulju, idDar tal-Providenza se tkun qed torganizza maratona ta’ ġbir ta’ fondi li se tkun imxandra dirett fuq l-istazzjonijiet televiżivi ewlenin bejn nofsinhar u nofsillejl. Din il-ġabra qed tieħu post il-maratona annwali tal-volleyball, li, iżda, għal sena oħra mhix possibbli b’riżultat tal-pandemija tal-COVID-19. Il-maratona tal-Ħadd li ġej se tikkontribwixxi biex, fost oħrajn, ikun jista’ jitnieda proġett ta’ mmoder nizzar ta’ erba’ appartamenti f’Villa Papa Giovanni inawgurata fl-1974 biex kull resident ikollu ambjent iżjed dinjituż, inkluż bi kmamar personali mgħammrin bis-servizzi meħtieġa. Min jixtieq jgħin dakinhar tal-ma ratona jew fil-jiem ta’ qabel jista’ jċempel fuq 21462844. Kull min irid iġib id-donazzjoni tiegħu b’mod personali fid-Dar tal-Providenza, is-Siġġiewi, jista’ jagħmel dan dakinhar tal-maratona fejn il-parkeġġ tad-Dar stess se jiġi organizzat għal min irid jgħaddi bil-vettura tiegħu u jagħti d-donazzjoni mingħajr ma jinżel minnha. Donazzjonijiet bit-telefown se jin tlaqgħu fuq dawn in-numri: 5160 2011 (€10); 5170 2012 (€15); 5180 2013 (€25); 5190 2070 (€50) jew 2146 2686 għal min irid jagħti pleġġ. Jista’ wkoll jintbagħat SMS fuq 5061 8944 għal donazzjoni ta’ €7 jew isir trasferiment permezz tal-BOV Mobile Pay fuq 7932 4834. Aktar dettalji fuq il-website www. sabiħlitagħti.com.
11
27.06.2021
L-UE TAĠIXXI FUQ RAPPORT “MALTI” GĦAL NUQQASIJIET TAL-FRONTEX Ġimagħtejn wara li r-rapport ta’ Leo Brincat f’isem il-Qorti Ewropea tal-Awdituri elenka sensiela ta’ nuqqasijiet serji fl-amministrazzjoni tal-aġenzija Ewropea Frontex, li tassorbi miljuni kbar ta’ ewro kull sena biex tindokra l-fruntieri esterni tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea u l-istess aġenzija saħqu li t-tibdiliet neċessarji diġà bdew jiġu indirizzati. Meta kienu qegħdin iwieġbu għal interventi u mistoqsijiet mill-Membri Parlamentari Ewropej fi ħdan il-Kumitati tal-Libertajiet Ċivili, tal-Kontroll tal-Budget tal-UE u tal-Budgets waqt laqgħa konġunta ta’ sagħtejn, rappreżentant tal-Kummissjoni Ewropea u d-Direttur Eżekuttiv tal-Frontex Fabrice Leggeri għarrfu lill-Parlament Ewropew li diġà kienu bdew jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ Brincat. Mill-awditjar li għamel Brincat jirriżulta li hemm dubji serji kemm ir-riżultati foqra li nkisbu sal-lum mill-Frontex jistgħu jawguraw tajjeb għall-isfidi u l-mandat li din għandha għall-ġejjieni, inkluż fil-kwistjoni dejjem taħraq tal-immigrazzjoni irregolari. Meta l-ġimgħa li għadda kien f’Malta biex jagħmel pre żentazzjoni tar-rapport tiegħu, Brincat tenna li minkejja li minn aġenzija b’baġit ta’ €19-il miljun fl2006 u 45 impjegat fl-2004, sentejn ilu din kellha baġit ta’ €300 miljun u madwar 749 impjegat, il-mandat il-ġdid kien ġie approvat bla ebda ‘impact assessment’ bl-aħħar evalwazzjoni esterna tiġi ppubblikata fis-sena 2015. Dan indika li l-Frontex kellha tiġi mgħammra b’madwar 10,000 impjegat sas-sena 2027 u b’baġit ta’ €900 miljun. Brincat qal li għalkemm fl-imgħoddi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ġieli ħarset lejn xi aspetti tal-Frontex, din hi l-ewwel darba li qed tħares lejn l-ope rat tal-aġenzija u r-riżorsi użati minnha kif definit fil-mandat tagħha tas-sena 2016 biex tassisti lill-pajjiżi milqutin minn immigrazzjoni illegali u reati bejn il-fruntieri. Hu qal li l-akbar enfasi
Ir-rapport ta’ Leo Brincat (inset) jelenka numru ta’ nuqqasijiet serji fl-operat tal-Frontex tal-awditjar tinsab fuq il-moniteraġġ tal-qagħda fil-fruntieri Ewropej, l-analiżi tar-riskji kollha, il-vulnerabbiltà ta’ dan kollu u t-tweġiba operattiva tal-aġenzija. Hu kkonkluda li r-rapport juri ċar li, minkejja l-mod mgħaġġel kif kibret u espandiet, l-aġenzija ma tatx ir-riżultati mixtieqa fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata bejn fruntiera u oħra kif ukoll kontra l-immigrazzjoni irregolari, waqt li naqset milli tagħti l-appoġġ meħtieġ lill-istati membri Ewropej u pajjiżi assoċjati fiż-Żona Schengen. Ir-rapport ma daħalx fuq l-aspett partikolari tar-ritorn tal-immig ranti irregolari lejn il-pajjiżi tal-oriġini tagħhom. Brincat qal li dan ma ġiex ikkunsidrat f’dan l-awditjar minħab-
ba eżerċizzju separat li se jkun qed jiġi ppubblikat fil-ħarifa li jmiss. Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri wkoll assenjat lill-Eks Ministru Laburista Malti biex jagħmel dan ir-rapport u l-konklużjonijiet tiegħu mistennija jsiru pubbliċi f’Settembru li ġej. Iċ-chairpersons tat-tliet kumitati fil-Parlament Ewropew din il-ġimgħa wkoll kellhom kliem ta’ tifħir għar-rapport ta’ Brincat dwar il-Frontex. Meta xi MEPs staqsew għaliex ir-rapport ma kienx daqstant kritiku dwar l-istati membri nfushom fil-ħarsien tal-fruntieri esterni tagħhom, Brincat qal li t-talba li kellha l-Qorti tal-Awdituri mill-Parlament Ewropew ma kinitx biex isir awditjar tal-istati membri, iżda wieħed dwar l-għajnuna u l-appoġġ li
l-Frontex kienet qiegħda tagħti lill-istess stati membri. Fl-istess reazzjoni tiegħu, ir-rappre żentant tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri qal li jekk il-Frontex mhix se tindirizza in-nuqqasijiet dwar il-mandat tagħha għas-sena 2016, qajla se tkun f’qagħda li tilqa’ l-isfidi tal-mandat tas-sena 2019 li kien il-frott ta’ deċiżjoni purament politika meħuda fis-sena 2017 mingħajr ebda studju dwar l-impatt ta’ din l-espansjoni. Hu kompla jgħid li kemm it-tim tal-awditjar kif ukoll hu nnifsu żaru l-Frontex f’Varsavja u kellhom ukoll taħditiet mal-gwardji tal-kosta Pollakki u Taljani, waqt li ltaqa’ wkoll ma’ diversi MEPs mill-gruppi politiċi varji li jsegwu mill-qrib l-operat tal-Frontex.
IS-SERVIZZ PUBBLIKU BAQA’ JISSAĦĦAĦ Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji għas-Servizz Pubbliku, li tfakkar nhar l-Erbgħa, il-President tar-Repubblika George Vella stqarr li, minkejja d-diffikultajiet li fixklu r-rutina tal-ħajja Maltija, ix-xogħol fis-Servizz Pubbliku mhux biss baqa’ għaddej, iżda kompla jissaħħaħ. Waqt żjara tas-Segretarju Permanenti Ewlieni, isSur Mario Cutajar, flimkien mas-Segretarji Permanenti fil-Palazz ta’ Sant’Anton, il-President fisser kif, jekk xejn, il-pandemija tal-COVID-19 wasslet liċ-ċittadini Maltin biex jikkunsidraw mill-ġdid il-perċezzjoni tagħhom tal-importanza ta’ kull xogħol. Meta ta ħarsa lura lejn il-kwalitajiet li kienu promi nenti fil-ħidma tas-servizz pubbliku fl-aħħar sena u nofs, il-President semma l-effiċjenza tal-informazz-
joni, l-innovazzjoni, u l-mod u l-ħeġġa li bihom il-ħaddiema addattaw għal metodi ta’ xogħol ġodda. Waqt li stqarr li l-investiment fit-teknoloġija qatt mhu biżżejjed, Dr Vella fisser l-importanza li s-servizzi jkunu aċċessibbli għal kulħadd. Hu esprima l-apprezzament tiegħu għal kif is-servizz pubbliku qiegħed inaqqas bil-mod il-burokrazija u l-iskariġġ żejjed, u jagħmilha aktar faċli għall-pubbliku biex jinqeda. Min-naħa tiegħu, is-Segretarju Permanenti Ewlieni qal li qatt ma kien hawn żmien aħjar biex nifhmu xi jfisser servizz pubbliku għall-pajjiż, u x’differenza wieħed jista’ jagħmel lis-soċjetà u lil kull individwu b’karriera fis-Servizz Pubbliku. Il-Kap taċ-Ċivil sostna kif l-uffiċjali pubbliċi minn
dejjem kienu minn ta’ quddiem biex jagħtu servizz lill-pajjiż, u li qatt ma ddiżappuntaw f’kull mument ta’ prova. Hu sostna li dan kollu ma jfissirx li s-servizz pubbliku dejjem kien miexi fuq ir-rubini. Proċess ta’ tiġdid fl-aħħar snin wassal għal aktar minn elf miżura ta’ simplifikazzjoni, flimkien mal-bidla fil-mod kif jingħata s-servizz, bin-nies fiċ-ċentru tal-ħidma. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni temm jgħid li wara t-tiġdid imiss it-tisħiħ tas-servizz pubbliku, bi strateġija ġdida ta’ ħames snin. L-istrateġija, li tidħol fis-seħħ is-sena d-dieħla, se torbot it-tliet elementi ewlenin tat-teknoloġija, in-nies u s-servizz, biex isservizz pubbliku jkompli jafferma s-servizz ta’ eċċellenza li jrid jagħti lill-poplu Malti u Għawdxi.
12
27.06.2021
QABŻA TA’ KWALITÀ ŻRAJNA Ż-ŻERRIEGĦA BIEX L-ATLETI TAGĦNA JAĦSDU L-FROTT
CLIFTON GRIMA Segretarju Parlamentari
Biex wieħed jaħsad frott ta’ kwalità minn siġra, irid jara li ż-żerriegħa li tkun inżergħat tkun waħda b’saħħitha u li l-proċess tagħha jkun inbeda minn qabel. Fl-aħħar snin u xhur, is-Segretarjat għall-Isport, Rikreazzjoni u Organizzazzjonijiet Volontarji spalla ma’ spalla ma’ SportMalta, assigura li tkun miżrugħa żerriegħa b’saħħitha biex fil-preżent u fil-futur qrib, l-atleti Maltin igawdu millġid li investiment wara ieħor qiegħed iħalli u se jkompli jħalli lil dawn l-atleti u lill-is-
port Malti inġenerali. Eżempju wieħed li jixhed dan kollu hija l-injezzjoni finanzjarja ta’ €5 miljun li għaddiet mill-Fond għall-Iżvilupp Nazzjonali u Soċjali (NDSF) lil SportMalta. Dan sar biex l-atleti Maltin iħejju ruħhom għal-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar 2023, liema attività internazzjonali se ssir f ’pajjiżna stess f ’Mejju li ġej. Permezz ta’ dan l-investiment dirett li SportMalta se tkun qed tgħaddi lill-Kunsill Olimpiku Malti, 10 dixxiplini sportivi se jkunu qed igawdu minn dawn il-€5 miljuni. Dawn id-dixxiplini huma; l-atletika, il-basketball, il-ġudo, ir-rugby, l-ibburdjar, l-isparar, l-isquash, l-għawm, it-table tennis, u t-tennis. Il-mira primarja tal-Gvern u tal-awtoritajiet sportivi hi li l-atleti Maltin ikollhom l-aħjar infrastrutturi sportivi biex ikunu ambaxxaturi ta’ stoffa u jħabbtuha ma’ pajjiżi ferm akbar minna. Bil-fatti, din l-aġenda primarja bdiet tissarraf f ’faċilitajiet ġodda li jinkludu kumpless sportiv tal-basketball f ’Ta’ Qali, ċen-
tru ġdid tal-isquash fil-Marsa, kumpless ġdid tal-ġudo u ċentru għat-tennis f ’Pembroke, flimkien ma’ żewġ pixxini, waħda fil-Kottonera u l-oħra f ’San Pawl il-Baħar. Li l-atleti tagħna jirċievu taħriġ professjonali f ’inf rastrutturi sportivi tal-ogħla livell imorru id f ’id. L-impenn tal-Gvern Malti huwa ċar, l-investiment ma jridx ikun biss fl-infrastrutturi sportivi iżda għandu jkun ukoll f ’min iħarreġ lill-atleti tagħna u primarjament fl-isportivi direttament. Fil-fatt, permezz ta’ dawn il-fondi, il-Kumitat Olimpiku Malti (MOC) se jkun jista’ jassisti assoċjazzjonijiet sp ortivi finanzjarjament, biex fost oħrajn jimpjegaw coaches professjonali fuq bażi full-time flimkien mal-kumplament tal-istaff tekniku neċessarju, jiffinanzjaw il-parteċipazzjoni ta’ atleti Maltin f ’kompetizzjonijiet u sessjonijiet ta’ taħriġ barra mill-pajjiż, u jinvestu f ’għodda teknika aktar adekwata. Investiment massiċċ ieħor li se jgħin biex il-pjanijiet sportivi għall-atleti tagħna
jkunu sostenibbli, proattivi u ppjanati fit-tul hija s-somma rekord ta’ €2.7 miljun lill-MOC. Dan is-sostenn b’saħħtu se jkun qed ipoġġi lill-Kumitat f ’pożizzjoni aħjar u aktar indipendenti biex jistabbilixxi minn qabel x’fondi għandu disponibbli biex jgħin lill-atleti Maltin u Għawdxin qabel ma jirrappreżentaw lil pajjiżna f ’kompetizzjonijiet mondjali. Indubbjament, l-investimenti li saru u dawk futuri fl-isport u fl-atleti Maltin, isiru biex pajjiżna jikseb riżultati storiċi u prestiġjużi. Dan huwa rifless fl-unuri u r-rekords li l-atleti tagħna qed jiksbu lokalment kif ukoll barra minn xtutna. Paralleli ma’ dan, dawn l-investimenti bla preċedent huma xhieda ċara li l-Gvern jemmen bissħiħ fl-atleti Maltin kollha u li huwa ta’ spalla u sieħeb strateġiku għall-għaqdiet sportivi kollha. Fil-futur meta l-poplu jħares lura biex jara l-passi ta’ ġgant li għamel is-settur sportiv f ’pajjiżna, se jikkonferma li l-legat ta’ dan
il-Gvern inbena fuq investiment komprensiv u bla preċedent fl-isport u fl-atleti. Matul is-snin, il-Gvern sema’ u fehem il-bżonnijiet li jeħtieġu l-atleti Maltin u l-isport b’mod ħolistiku biex tkun tista’ tinkiteb storja ta’ suċċess. Il-qabża ta’ kwalità fl-isport li saret u li naspiraw li tkompli ssir hija msejsa madwar l-atleti Maltin u l-organizzazzjonijiet sportivi. Qabża ta’ kwalità li mhux biss intejbu l-prestazzjonijiet, iżda minkejja ċ-ċokon tagħna nimmiraw li nżidu fl-ammont ta’ midalji u unuri li jiksbu l-atleti Maltin. Dan huwa s-sabiħ tal-politika, meta din tkun magħmula mill-qalba tannies, għan-nies infushom, bl-għan aħħari li ssir id-differenza fil-ħajjiet tal-Maltin u l-Għawdxin. Bil-fatti, l-isport f ’pajjiżna, taħt Gvern Laburista, għamel u se jkompli jagħmel qabża ta’ kwalità, għaliex verament nemmnu fl-ambaxxaturi sportivi tagħna li kull fejn imorru jxejru l-bandiera Maltija bi kburija.
ENERĠIJA... PL VS PN
FELIX BUSUTTIL GALEA Kandidat fit-8 u fl-10 Distrett
Tista’ tgħid li amministrazzjoni Nazzjonalista kienet aktar kredibbli u aktar dedikata favur enerġija affordabbli, nadifa u soċjalment ġusta minn amministrazzjoni Laburista? L-aħħar żviluppi propagandisti tal-Partit Nazzjonalista imbuttati minn aġenda faċċola ta’ bilfors iġiegħluk tqarras wiċċek u tixxokkja ruħek. Dan qiegħed nitkel-
lem fuq il-preżenti kontijiet tad-dawl u l-ilma li tagħhom (wieħed biss minn ħafna aktar raġunjiet) il-paladini Nazzjonalisti tilfu elezzjoni waħda fuq oħra. Lill-poplu ma tistax tidħaq bih. Il-poplu mhux injorant. Il-poplu jifhem. Il-poplu jagħmel kuntrast u jieħu deċiżjoni għaqlija. Għax għandna poplu li ma jinsiex. Li jibqa’ mweġġa’. Li jħoss. Speċjalment meta għal ħafna snin il-korruzzjoni Nazzjonalista kienet titfa’ t-tort fuq il-prezz taż-żejt mondjali u titfgħu mingħajr l-ebda rimors fuq il-bwiet tal-familji Maltin u Għawdxin. Fatti: Taħt Gvern Laburista, il-kontijiet kollha inġenerali naqsu b’25%. Għax il-prezz tal-fuel li jintuża (li hu ħafna aktar nadif minn dak li kien qiegħed iħammeġ il-pulmun nazzjonali inkluż dak tat-tfal tagħna) hu ħafna orħos minn dak taħt in-Nazzjonalisti. U l-prezz jibqa’ stabbli – mhux
jogħla u jkompli jogħla u forsi xi darba jinżel. It-tna qqis fl-emissjonjiet naqas bin-nofs u tneħħew impjanti li jħammġu u jniġġsu – u nstabet sigurtà tal-provvista b’energy mix. Bejn l-2008 u l-2013, Malta kellha l-ogħla żieda fil-prezz tal-elettriku għall-familji fl-UE. U bejn l-2013 u l-2020, Malta kellha l-akbar tnaqqis fil-prezz tal-elettriku fl-UE. Mela, il-heavy fuel oil. Dan kien il-fuel li għal ħafna snin u mingħajr skruplu kien iż-żejt magħżul minn-Nazzjonalisti. Jien għamilt ir-riċerka tiegħi personali fuq il-heavy fuel oil. Illum faċli tinforma ruħek minn fuq l-internet. Heavy fuel oil għandu konċentrazzjoni qawwija ta’ sulfur (35,000 parti kull miljun). Dan ifisser li t-trasport globali tiegħu jammonta għal 8% mill-emissjonijiet globali ta’ sulfur dioxide li huwa aċiduż meta mħallat bl-ilma (għax
hekk jiġi trasportat) u jikkontribwixxi bil-kbir lejn xita aċiduża u mard serju fil-pulmuni. Hekk tratta lill-poplu Malti u Għawdxi l-Gvern Nazzjonalista. F’għajnejja hu skandlu kbir li ħadd s’issa ma ħa responsabbiltà. Hekk tratta s-saħħa tal-poplu Malti u hekk tratta l-kuxjenza li kellu lejn is-saħħa tal-pjaneta u l-wegħda sagrosanta li għandna lejn dinja mingħajr ħmieġ u mingħajr tniġġis. Kien qiegħed joqtol lilek u lil uliedek bl-iktar mod silenzjuż u bl-iktar mod sfaċċat. U mhux hekk biss. Imma int u jien konna qegħdin inħallsu sfaċċatament ukoll sabiex naraw li s-saħħa tagħna tiġi pperikolata. Il-Gvern Laburista mhux biss neħħa dan il-periklu imma kellu viżjoni. F’ħames snin, f’għotjiet u skemi tal-PV panels, solar water heaters u bjar domestiċi ta aktar minn €20 miljun. Skemi tad-double glazing (2018 – 2021) b’nefqa
ta’ €1.3 miljun ewro. Din is-sena biss, b’investiment totali ta’ €9 miljun Gvern Laburista ħabbar l-aktar skemi ambizzjużi għall-enerġija rinnovabbli għad-djar. U biex inħajru investimenti fuq proġetti ta’ enerġija rinnovabbli fuq skala akbar, qiegħed joffri investiment totali ta’ €50 miljun fuq medda ta’ 20 sena b’ġenerazzjoni totali ta’ €31 miljun. Inħoloq dekasteru sod u b’viżjoni ċarissima għal futur nadif u sostenibbli għall-enerġija Maltija li ma tniġġisx. Li ma tmarradx. Li ma toqtolx. Lil min ser temmen meta partit jew ieħor jitkellem fuq l-enerġija? Il-fatti jitkellmu waħidhom. Wieħed isaffi. L-ieħor ma jagħtix kas tas-saħħa tiegħek u ta’ dik l-unika dar li nistgħu ngħixu fiha. Wieħed li jifhem il-kelma ‘saħħa’ – l-ieħor li mhux ikasbar il-kelma imma jdawwarha u jitfa’ r-responsabbiltà tagħha fuqek u fuq uliedek.
13
27.06.2021
VIŻJONI EKONOMIKA GĦALL-10 SNIN LI ĠEJJIN “QED NIPPJANAW GĦAL EKONOMIJA TA’ ĠID GĦAL KULĦADD”
SILVIO SCHEMBRI Ministru
Il-pandemija enfasizzat il-konnettività bejn l-ekonomiji tad-dinja u wriet il-ħeffa li biha n-negozji u s-soċjetà huma kapaċi jadattaw, jittrasformaw u jirriġeneraw mill-ġdid lilhom infushom. It-tnedija tal-vaċċin ħolqot tama u ottimiżmu, filwaqt li l-isforzi t’irkupru millġdid wara l-pandemija jippreżentaw opportunità unika biex l-affarijiet isiru b’mod differenti. Din l-opportunità mhux biss teħtieġ aktar stimolu biex tgħin lill-kumpaniji milquta ħażin mill-pandemija jirkupraw u jerġgħu jqumu fuq saqajhom, iżda wkoll tkabbar il-ħtieġa għal riforma. Jeħtieġ li n-negozji jadattaw il-mudelli tan-negozju tagħhom għar-realtajiet li qed jinbidlu, jagħtu prijorità
lill-investimenti fit-teknoloġija u jtejbu l-ħiliet tal-ħaddiema tagħhom. Jeħtieġu wkoll li jadottaw prattiċi ta’ negozju u metodi ta’ produzzjoni aktar sostenibbli. Ifisser ukoll li l-prijoritajiet ekonomiċi jinbidlu f’livell nazzjonali lil hinn mill-GDP għal sett usa’ ta’ metriċi, f’allinjament max-xogħol imwettaq f’fora lokali u internazzjonali. Dawn il-proċessi huma meħtieġa biex imexxu rkupru ta’ suċċess, li mhux biss jirriġenera l-ekonomija u jgħin lin-negozji jistejqru, imma jistimulaw ukoll titjib fit-tul f’diversi aspetti, inkluż dawk soċjali, li jikkontribwixxu għat-titjib tal-kwalità tal-ħajja taċ-ċittadini Maltin. Issa huwa ż-żmien li naħdmu flimkien għal ekonomija ta’ ġid għal kulħadd u filwaqt li nindirizzaw l-isfidi tal-preżent, nippjanaw bil-quddiem għall-futur. Dan huwa pajjiż b’saħħtu immexxi minn Gvern determinat li jkompli jirbaħ l-isfidi. Mexxejna u qegħdin negħlbu sfidi kbar bħall-pandemija. Flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela ħa nibqa’ għaddej bil-ħidma biex negħlbu l-aħħar sfida li qed jaffaċċja l-pajjiż, dik marbuta mad-deċiżjoni tal-FATF fuq pajjiżna. Dan Gvern li jiffaċċja l-isfidi u se
nibqgħu nagħmlu l-bidliet meħtieġa biex Malta u Għawdex jimxu ’l quddiem. Lil dawk li qed jagħmlu investimenti jew li qed jaħsbu biex jinvestu, dawk li jħaddmu, dawk is-self-employed li jaħdmu bis-saħħa kollha biex jimxu ’l quddiem, aħna ngħidulhom se tibqgħu ssibu fina Gvern li jaħdem għalikom, li jġib ix-xogħol u li jħallik taħdem. Se naraw li l-ekonomija tkompli tikber għax pajjiżna u niesu għandhom il-potenzjal. Aħna nemmnu fin-nies u f’pajjizna. Tħallux lil min ibeżżagħkom. Qed nippjanaw għall-10 snin illi ġejjin għaliex irridu li pajjiżna jibqa’ għaddej u miexi ’l quddiem kif rajna f’dawn l-aħħar tmien snin. Fil-fatt, flimkien mal-Prim Ministru Robert Abela, flaħħar jiem nedejna l-proċess ta’ konsultazzjoni tal-Viżjoni Ekonomika ta’ Malta 20212031, fejn bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni ma’ setturi varji tas-soċjetà, bil-għan li ngħaqqdu l-aqwa ideat talpajjiż, f’dokument wieħed. Il-Viżjoni Ekonomika ta’ Malta 2021-2031 għandha l-għan li tmexxi ħsieb ġdid fir-rigward ta’ deċiżjonijiet t’investiment u tfassil ta’ politika, billi tqiegħed l-innovazzjoni u r-riżultati fil-qalba ta’ kif naħsbu dwar it-tkabbir ekonomiku.
L-għan huwa li jinħolqu soluzzjonijiet fit-tul iffukati fuq il-futur. Din il-viżjoni ser tiftaħ ittriq li tidentifika l-prijoritajiet tagħna u tippromwovi koerenza u azzjoni kkoordinata fuq livell nazzjonali. Meta tagħmel dan, għandha l-għan li tidderieġi t-tfassil tal-politika f’direzzjoni olistika, mhux biss għall-preżent imma wkoll għall-futur. Il-ħames pilastri identifikati ser ikollhom impatt fuq il-kwalità tal-ħajja, l-ambjent, u l-wirt naturali ta’ Malta. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ pjan ġenerali għall-gżira li jikkunsidra l-aspettattiva tal-popolazzjoni u t-turiżmu, spazji mibnija u ħodor, estetika, infrastruttura intelliġenti u ħadra, trasport multi-modali, u konnettività aħjar m’Għawdex. Jeħtieġ li nagħmlu użu sħiħ tad-diġitali biex immexxu l-produttività u l-kompetittività, niffaċilitaw il-mod kif nagħmlu n-negozju u ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna. Ifisser li nutilizzaw bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mid-daqs u r-riżorsi ta’ Malta, bħallibħra tagħna, il-lok strateġiku, u investiment kontinwu fl-infrastruttura diġitali u tat-telekomunikazzjoni, bl-għan aħħari li pajjiżna jsir sit pilota
għal teknoloġiji ġodda. Jeħtieġ li l-edukazzjoni u l-iżvilupp tal-ħiliet jiġu ppariġġati mas-setturi u l-impjiegi eżistenti, kif ukoll dawk li naspiraw li jkollna fil-gżejjer tagħna. Ifisser li nħarsu lejn l-implikazzjonijiet tal-iżviluppi u x-xejriet futuri bħala opportunitajiet mingħajr fruntieri, speċifikament fejn issir il-bidla għall-ħidma mill-bogħod għall-ħaddiema Maltin u n-negozji lokali, u aktar minn hekk meta wieħed jikkunsidra li l-ġabra tat-talent tagħna,f’termini ta’ numri hija limitata. Jeħtieġ li titqiegħed kunsiderazzjoni ambjentali fil-qalba ta’ dak kollu li nagħmlu biex inħejju t-triq għal ekonomija aktar sostenibbli, responsabbli, moderna, effiċjenti fir-riżorsi u waħda li tqiegħed pedamenti sodi li aħna kburin li nħallu warajna għall-ġenerazzjonijiet futuri, b’modi ġodda t’għajxien, xogħol u mobilità soċjali li jtejbu l-benessere tas-soċjetà, u l-protezzjoni tal-wirt naturali. Fl-aħħar mill-aħħar, għandna bżonn nieħdu vantaġġ mix-xejriet futuristiċi li nisslet il-pandemija waqt li nieħdu l-opportunitajiet li jirriżultaw minn din ir-realtà l-ġdida. Hekk se nirnexxu fil-bini t’ekonomija li tibbenefika lil kulħadd.
IL-KULURI LI JGĦODDU HUMA L-ABJAD U L-AĦMAR
JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew
Matul din il-ġimgħa ddominat l-aħbar dwar id-deċiżjoni tal-FATF. Ngħid mill-ewwel u mingħajr tlaqliq li d-deċiżjoni kienet waħda inġusta ma’ Malta. F’dawn l-aħħar xhur u ġimgħat, il-Gvern, xprunat mill-Prim Ministru Robert Abela, ħadem bla heda sabiex isiru r-riformi kollha li hemm bżonn fosthom tibdil u tisħiħ fil-Kostituzzjoni u f’diversi Awtoritajiet u entitajiet rego-
latorji. Id-deċiżjoni ma tirrifletti bl-ebda mod ix-xogħol li sar kemm mill-Gvern kif ukoll minn bosta ħaddiema fis-settur, speċjalment meta ftit ġimgħat ilu Malta għaddiet mit-test tal-Moneyval. Apparti dan Malta kienet imfaħħra mill-Kummissjoni Venezja u l-Kummissjoni Ewropea għar-riformi fil-governanza. Fil-lista l-griża jew le, il-kuluri li jgħoddu huma l-abjad u l-aħmar, l-ilwien tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Dan il-poplu żgħir ħafna mid-daqs, iżda kbir fil-kuraġġ u r-rieda, qatt ma beża’ mill-isfidi li ġew quddiemu, qatt. U din id-darba lanqas. Ħadt pjaċir nisma’ lillPrim Ministru Robert Abela u lill-Ministru għall-Finanzi Clyde Caruana ftit wara li saret magħrufa d-deċiżjoni. Taw assigurazzjoni b’saħħitha lill-familji, lin-negozji, lill-ħaddiema, lill-intrapriża, li Malta se tibqa’
miexja ’l quddiem. U lejn dan l-għan irridu lkoll nħarsu. Issa lkoll flimkien irridu nikkonvinċu dwar l-effettività ta’ dawn il-bidliet. Issa huwa l-waqt li flok nibnu l-ħitan sabiex ninqatgħu għalina, sabiex mingħalina nipproteġu lilna nfusna, nibnu ferm aktar pontijiet ma’ pajjiżi oħra. Ma tridx tkun ir-rabja, l-ippuntar tas-swaba’ u l-mistoqsijiet kbar wara d-deċiżjonijiet meħuda li jiggwidawna, iżda r-rieda li nkomplu nbiddlu u li nġibu d-differenza fil-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Pajjiżna se jibqa’ jibni fuq il-ħafna riformi pożittivi li diġà għamel. Għax dak li wettaqna, u għadna qed inwettqu, qed nagħmluh b’konvinzjoni ta’ Gvern li jemmen f’pajjiż modern b’governanza aktar b’saħħitha. Irridu nkomplu nassiguraw li Malta u Għawdex jibqgħu mexjin ’il quddiem. Kif għamilna quddiem sfidi
oħra bħal Brexit u l-pandemija, irridu nibqgħu ngħinu lin-negozji u nassiguraw il-kwalità tal-ħajja tal-familji Maltin u Għawdxin. Fuq dawn l-isfidi l-kbar il-poplu jaf li kellu Gvern Laburista miegħu u warajh. Ir-riżultati jixhdu dan kollu. Bħalma l-poplu jaf li l-Prim Ministru u l-Gvern ħadmu u għadhom jaħdmu sal-lum sabiex l-impatt ikun dejjem l-inqas possibbli. Jekk wieħed iħares ħarsa lil hinn minn pajjiżna lejn dak li qed jiġri barra, wieħed jinduna x’differenza. Quddiem sfida, għandna Gvern li jaf kif għandu jaħdem. Is-sens ta’ għaqda nazzjonali li żammejna flaħħar xhur u snin għandna nżommuh għal li ġej. Aktar minn qatt qabel irridu naħdmu fi spirtu ta’ Tim Malta. Dan l-istess spirtu se nibqa’ nġorru bi kburija fl-istituzzjonijiet Ewropej fejn hemmhekk irridu nibqgħu nikkonvinċu u niddjalogaw mal-kolle-
gi tagħna u l-istituzzjonijiet Ewropej kollha. Fil-mument ta’ bħalissa huwa importanti aktar minn qatt qabel li ma nintilfux fil-partiġjaniżmu, għalkemm kieku rridu hemm xi ngħidu ħafna. Jiena l-ewwel waħda segwejt il-ħsara li l-esponenti tal-Partit Nazzjonalista pruvaw jagħmlu fl-istituzzjonijiet Ewropej, iżda dan mhux il-mument. Persważa li l-poplu se jżomm dan kollu f’moħħu meta jiġi biex jagħmel l-għażliet tiegħu la jasal il-mument tal-prova. Minn hawn irridu nħarsu ’l quddiem. Irridu lkoll kemm aħna nkunu Ambaxxaturi ta’ Malta u Għawdex, mhux biss dawk li bħali għandhom l-unur li jirrappreżentaw il-poplu fl-istituzzjonijiet leġiżlattivi, iżda lkoll kemm aħna f’daqqa bħala Nazzjon wieħed. Jiena ċerta li jekk il-poplu Malti u Għawdxi kollu jżomm quddiemu l-ilwien ħomor u bojod, se nkunu qed negħlbu din l-isfida wkoll.
14
27.06.2021
SENA TA’ KISBIET FAVUR AM Għalkemm din l-aħħar sena kienet ikkaratterizzata mill-ħidma tal-Gvern f’dak li għandu x’jaqsam mat-tilqim u l-irkupru mill-pandemija tal-COVID-19, il-qasam ambjentali f’pajjiżna ngħata wkoll prijorità. Dan mhux biss għaliex l-ambjent tpoġġa bħala wieħed mill-ħames pilastri tal-amministrazzjoni preżenti, iżda wkoll għaliex l-ambjent ta’ pajjiżna jeħtieġ li jiġi konservat u riabilitat għall-ġenerazzjonijiet futuri. Il-Ministeru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar hu proprju responsabbli għal dan ix-xogħol. Wieħed jista’ jgħid li din l-aħħar sena kienet waħda ma’ taqta’ xejn fejn ġew imħabbra diversi bidliet sabiex ikollna ambjent aħjar. Ix-xogħol tal-Ministeru tul din l-aħħar sena ffoka primarjament sabiex ikompli jħaddar il-komunitajiet urbani ta’ pajjiżna. Permezz tal-iskema Inħaddru pajjiżna, il-Ministeru kompla jixpruna l-aġenda tiegħu billi ħeġġeġ lil diversi Kunsilli Lokali madwar il-pajjiż sabiex itellgħu proġetti ambjentali fil-lokalità tagħhom. Apparti l-iskema Inħaddru Pajjiżna, il-Ministeru xpruna riforma ambjentali permezz tad-Development Planning Fund. Dan il-fond ġie rriformat biex proġetti ambjentali fuq l-art u fil-baħar f’żoni urbani se jkunu eliġibbli għal finanzjament ta’ mija fil-mija, u meta benefiċjarju jagħmel xogħol ta’ ħitan vertikali ħodor li jħarsu fuq spazji pubbliċi, l-iskema tkopri wkoll sa mija u ħamsa fil-mija tal-ispejjeż tal-manutenzjoni. Permezz ta’ din l-iskema saru diversi proġetti madwar il-lokalitajiet, fosthom l-iskema Green your Building li wkoll għenet biex tkompli tħaddar il-komunitajiet urbani tagħna. Permezz ta’ €2 miljun, l-Awtorità tal-Ippjanar ikkordinat inizjattiva sabiex nies interessati jinstallaw ġonna vertikali jew isir retrofitting ta’ front gardens fir-residenti privati tan-nies. Il-Ministeru ħadem ukoll sabiex jiġu restawrati diversi ġonna ġodda madwar dan il-pajjiż. Tul dawn l-aħħar xhur inbeda x-xogħol fuq Ġnien Belveder fil-Marsa, tħabbar proġett ta’ rinnovar fi Ġnien Romeo Romano f’Santa Venera, se jsir ġnien ġdid fil-Housing Estate f’Ta’ Farsina f’Ħal Qormi, ġie mħabbar proġett ta’ tħaddir fi Vjal il-Ħelsien f’Ħaż-Żebbuġ u ġie inawgurat ir-restawr tal-Ġnien Re Ġorġ V fil-Furjana. Dawn il-ġonna ġodda jassiguraw ambjent aħjar u kwalità ta’ ħajja aħjar lir-residenti tal-lokalitajiet rispettivi.
Saru wkoll diversi pro madwar l-2020. Tul da Malta ħawlet 21,808 siġr żieda fuq is-snin 2018 u 2 20,286 rispettivament. D jassiguraw kwalità talazzjonijiet li jmiss. It-tibdil fil-klima
Għalkemm pajjiż żgħir u sijiet serra fl-atmosfera xorta waħda qed jieħu ma bis-serjetà. Wara ħi diskussjonijiet ma’ dive il-Low Carbon Developm L-għan ewlieni tal-istr ka t-triq lejn in-newtrali u tidentifika miżuri bie ta għat-tibdil fil-klima ra nazzjonali tal-klima 2 mil-leġiżlazzjoni tal-UE. Waħda mill-miri ewle sal-2030 hija t-tnaqqis ta sion b’19% meta mqabbe billi jiġu indirizzati diver ja Maltija, b’mod partik tal-bini, tat-trasport, ta tal-agrikoltura u tal-ilm imexxi diversi eżerċizzji snin biex jara li din l-istr
L-immaniġġjar tal-iskart
F’dan il-qasam tħabbar maniġġjar tal-iskart sab joni tal-Gvern li pajjiżna fl-Unjoni Ewropea fis jar tal-iskart. L-għan għall-immaniġġjar tal-i li jimmassimizza l-valur soluzzjonijiet ħolistiċi u kollaborattiv filwaqt li fl-imġiba. Dan se jwassal biex ambizzjużi tiegħu sal-2 bbażat fuq 10 punti ewle ekonomija ċirkolari, iltal-iskart, is-separazzj
15
27.06.2021 08.11.2020
MBJENT LOKALI AKTAR SAN
oġetti ta’ afforestazzjoni an il-perjodu, Ambjent riet u arbuxelli. Dan juri 2019 fejn tħawlu 10,185 u Dawn is-siġar se jkomplu -arja aħjar għall-ġener-
u l-emissjonijiet ta’ gasa huma minimi, pajjiżna l-isfida tat-tibdil fil-kliidma ta’ diversi xhur u ersi stakeholder, tnediet ment Strategy. rateġija huwa li tidentifiità tal-karbonju sal-2050 ex, fl-istess ħin, taddatfilwaqt li tilħaq il-mi2030 ta’ Malta li toħroġ
enin li Malta trid tilħaq a’ Greenhouse Gas Emisel mal-2005. Dan irid isir rsi setturi mill-ekonomikolari dawk tal-enerġija, al-industrija, tal-iskart, ma. Il-Gvern se jkun qed i ta’ assessment kull 10 rateġija qed tiġi segwita.
t
il-pjan fit-tul għall-imbiex dan jappoġġja l-viża jsir fost l-aqwa pajjiżi s-settur tal-immaniġġaħħari ta’ dan il-pjan iskart 2021-2030 huwa r tal-iskart permezz ta’ u l-adozzjoni ta’ approċċ i jippromwovi tibdiliet
x pajjiżna jilħaq il-miri 2030. Dan il-pjan huwa enin li huma l-mixja lejn -prevenzjoni tal-ħolqien joni tal-iskart, il-ġbir
tal-iskart, l-infrastruttura għat-trattament tal-iskart, il-kunċett ta’ responsabbiltà estiża tal-produttur, il-ġbir ta’ skart kummerċjali, kampanji edukattivi u monitoraġġ, riċerka u żvilupp u l-komunikazzjoni mal-partijiet interessati. Proġett li se jkun qed jikkumplimenta dan ilpjan fit-tul huwa dak ta’ ECOHIVE – l-ikbar investiment fl-istorja ta’ pajjiżna fil-qasam tal-immaniġġjar tal-iskart li se jkun jiswa €500 miljun u jinkludi l-bini ta’ impjanti state of the art li kapaċi jdawru l-iskart ġenerat f’pajjiżna għal riżorsa. Dan il-proġett se jkun ċentralizzat fejn illum hemm l-impjant tal-Magħtab u se jassigura li miżbliet oħra fil-pajjiż jiddawru f’pulmuni ħodor li jistgħu jitgawdew mill-familji. Aktar kmieni din is-sena, il-Gvern, flimkien mal-partijiet interessati privati li qed jirrappreżentaw il-produtturi u l-importaturi, wassal biex jikkonkludi l-ftehim li se jwassal biex f’Malta jkollna sistema ta’ rifużjoni tal-kontenituri tax-xorb fuq bażi nazzjonali. L-introduzzjoni ta’ din l-iskema hija pass ieħor lejn l-introduzzjoni ta’ ekonomija ċirkolari f’pajjiżna. L-ambjent mibni Ikun riduttiv jekk wieħed jitkellem fuq l-ambjent naturali mingħajr ma jsemmi l-importanza tal-ambjent mibni. Il-Gvern komplja jaħdem sabiex pajjiżna mhux biss ikollna bini estetikament sabiħ, iżda ukoll bini li jinbena b’mod regolari u sigur. Aktar kmieni din is-sena, l-Ministru Farrugia ħabbar li se jkun hemm żieda fil-flus allokati għall-iskema Irrestawra Darek. Din l-iskema għandha sservi biex jinħoloq ambjent urban aktar san u tgħin fil-konservazzjoni estetika ta’ ċertu bini antik. Fil-qasam tal-kostruzzjoni wkoll kien hemm tibdiliet konsiderevoli. Fi Frar li għadda tħabbar it-twaqqif tal-Awtorità għall-Bini u l-Kostruzzjoni. L-iskop ta’ din l-awtorità huwa proprju li jassigura prattiċi tal-bini aktar siguri. Minbarra hekk ġew introdotti wkoll prattiċi ġodda li se jgħinu sabiex jiżdied l-infurzar fuq il-postijiet tal-kostruzzjoni. Dawn jinkludu t-tnedija ta’ freephone ġdid għal rapporti fuq irregolaritajiet, l-irduppjar fin-numru ta’ enforcement officers tal-awtorità u l-intensifikazzjoni tal-iskrutinju tal-method statement.
16
27.06.2021
PARTIT LI JAQBEŻ GĦAL KULĦADD CRESSIDA GALEA
KANDIDATA GĦALL-1 DISTRETT PROFESSJONI - Ekonomista STAT – F’relazzjoni LOKALITÀ FEJN TGĦIX – Santa Venera IKEL FAVORIT – Ħut PASSATEMP – Is-safar u l-attività fiżika KTIEB FAVORIT – The School of Life ta’ Alain De Botton huwa ktieb li jgħallmek tirrifletti fuq il-ħajja li tkun qed tgħix u jagħtik gwida ta’ kif għandek tilqa’ u tindirizza sfidi differenti li niffaċċjaw filħajja ta’ kuljum. Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Il-vjaġġ politiku tiegħi beda fl-2017 bil-parteċipazzjoni fil-programm LEAD imniedi mill-Partit Laburista biex iżid il-parteċipazzjoni tan-nisa fil-Parlament Malti. Dan il-programm kabbar fija l-motivazzjoni u l-entużjażmu biex nikkontribwixxi b’mod attiv u ninvolvi ruħi fl-isfera politika lokali. Minn hemm ’il quddiem komplejt inkun attiva fil-partit sakemm ġejt avviċinata mill-Prim Ministru Robert Abela fejn ħeġġiġni biex nagħti l-kontribut tiegħi fil-Partit Laburista u lin-nazzjon. Il-Partit Laburista jħaddan ideat progressivi u soċjo-demokratiċi. Dawn huma l-prinċipji li nħaddan u għalhekk iddeċidejt illi nagħti s-sehem tiegħi biex nassigura li dawn il-prinċipji jkomplu jiġu mħaddna għall-ġid tal-poplu Malti u Għawdxi. Għaldaqstant iddeċidejt li nikkontesta fl-elezzjoni ġenerali li jmiss fuq l-ewwel (1) distrett, bl-aspirazzjoni li niġi eletta fl-ogħla istituzzjoni demokratika: il-Parlament ta’ Malta. Jiena determinata li nagħti l-kontribut, il-ħin u d-dedikazzjoni tiegħi lill-pajjiż u lill-Maltin u
ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – Il-motto personali tiegħi huwa ‘Work for a cause, not for applause’ u dan lili jagħtini l-ispirazzjoni biex nidħol għal sfidi ġodda li għalkemm forsi xi drabi ma jkunux faċli, ir-riżultat li jħallu jagħtini sodisfazzjon kbir. Ilmessaġġ li nixtieq li nwassal huwa li jekk persuna temmen f’kawża ġusta, ma tistenniex lil ħaddieħor biex jieħu azzjoni, iżda għandek tkun inti stess li tassigura li l-azzjoni ssir għall-ġid ta’ dik ilkawża. Aħdem fis-skiet u ħalli s-suċċess ikun il-ħoss tiegħek.
l-Għawdxin biex tkompli titjieb il-kwal- il-libertà tal-imħabba, il-vuċi u l-ugwal- ku u r-rata tal-qgħad, fost l-oħrajn. Dan ità tal-ħajja taċ-ċittadini kollha. janza lil kulħadd. il-partit sar wieħed inklussiv li jieħu ħsieb il-ħaddiema iżda anke lil min Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li Kif baqa’ jiġġedded il-Partit iħaddem. Saru wkoll riformi fil-qasam għamel Gvern Laburista fl-aħħar snin? Laburista tul is-snin? tal-unjoni ċivili, tas-saltna tad-dritt u l-governanza tajba. Il-Partit Laburista rnexxielu jikseb di- L-istorja tal-Partit Laburista tagħti eviIl-Partit Laburista huwa partit riversi kisbiet li jiddistingwuh minn denza ta’ kemm verament dan il-partit formista, liberalista, u dinamiku li partiti politiċi oħra. Ftit mill-kisbiet iħares lejn l-interessi tal-poplu kollu, jindirizza realtajiet differenti li jeżistu sinifikanti li bħala poplu, u bi tmexxija partikolarment dawk tal-minoranzi. fis-soċjetà. Matul is-snin, il-Partit Latal-Partit Laburista rnexxielna niks- Dan il-partit mexa maż-żminijiet u xejn burista dejjem ta liż-żgħażagħ, partibu kienu fil-qasam tal-ugwaljanza fejn ma beża’ milli jwettaq it-tibdiliet neċes- kolarment lil attivisti nisa żgħażagħ, ġew indirizzati n-nuqqasijiet fil-qasam sarji. l-opportunità li jikkontribwixxu lejn tad-drittijiet ċivili kif ukoll fil-qasam Sa mill-bidu nett fl-1920, dan il-par- il-ġid komuni. Dan xpruna l-motivazztal-ugwaljanza fil-Parlament Malti. tit qabeż għad-drittijiet tal-ħaddiem u joni fija biex inkun parti mill-ġenerazzKisba oħra li ħalliet impatt kbir fuq għad-drittijiet tal-minoranzi. Kien dan joni futura u naqdi lill-pajjiż fis-snin li il-familji Maltin u Għawdxin hija l-bidla il-partit li ħadem biex jinbena l-isptar ġejjin. fil-liġi tal-IVF li tat it-tama lil bosta li jsi- San Luqa (1930), kiseb id-dritt lin-nisa ru ġenituri. L-aħħar kisba li ser insem- ta’ età ’l fuq minn 21 sena biex jibdew X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li mi hija dik tal-Vot 16 fejn l-età tal-vot jivvutaw fl-elezzjonijiet ġenerali (1945), ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? fl-elezzjonijiet ġenerali tbaxxiet għal l-edukazzjoni saret obbligatorja fuq liv16-il sena. Din l-emenda legali tat vuċi ell elementari (1946) kif ukoll ġiet eletta Il-Prim Ministru wera kemm huwa lil dawn iż-żgħażagħ biex jipparteċi- fil-Parlament l-ewwel mara fl-istorja ta’ mexxej responsabbli sa mill-ewwpaw attivament fil-proċess elettorali Malta, Agatha Barbara (1947). Benefiċċ- el ġurnata li nħatar fil-kariga tiegħu. u jkunu parti mid-deċiżjoni li jeleġġu ji oħra li ħadem għalihom dan il-partit Kellu jieħu deċiżjonijiet għaqlin biex lill-Membri Parlamentari li ser ikunu huma l-pensjonijiet tal-anzjani, il-bini jindirizza l-effetti tal-pandemija li qed jirrappreżentawhom għall-ħames tal-iskejjel madwar Malta u ħafna aktar. laqtet lid-dinja kollha. Importanti li snin li ġejjin. Aktar riċenti, il-Partit Laburista meta wieħed iqabbel id-deċiżjonijiet Permezz tà dawn ir-riformi kbar nbidel f’moviment nazzjonali u rajna li ħa l-Gvern Laburista bi tmexxija ta’ f’pajjiżna nbidlet il-kultura u ngħatat avvanzi fejn jidħol it-tkabbir ekonomi- Robert Abela jiftakar li Malta kellha wieħed mill-ogħla indiċi ta’ rispons tal-gvern fost il-pajjiżi Ewropej kollha. Hawnhekk turi l-kapaċità tal-Gvern Laburista li għalkemm ċerti deċiżjonijiet ma kinux faċli, kemm għas-soċjetà kif ukoll għall-ekonomija, xorta waħda ttieħdu għall-ġid aħħari tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Wera biċ-ċar li fejn tidħol is-saħħa tagħna l-Maltin, m’ għandu jittieħed l-ebda riskju. X’ inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Hawnhekk ningħaqad mal-ħolma talPrim Ministru li hija biex Malta mhux biss tilħaq il-medja iżda tibqa’ tissielet biex tkun fil-quċċata. Dan mhux biss fejn jidħlu figuri ekonomiċi u indiċi, iżda wkoll fejn tidħol il-kwalità talħajja tal-Maltin u l-Għawdxin. Irridu nkomplu naħdmu biex kulħadd jgħix fi stat xieraq fis-soċjetà u dan il-għan jista’ jintlaħaq biss jekk aħna l-Maltin u l-Għawdxin naħdmu flimkien biex nassiguraw li l-ġid komuni jiġi mifrux ma’ kulħadd.
17
27.06.2021
GVERN LI JWIEGĦED IWETTQU JAMES GRECH
KANDIDAT GĦAT-2 U T-3 DISTRETT MIN HU JAMES GRECH? Għandi 46 sena. Inħobb niltaqa’ man-nies u bniedem li dejjem lest li nisma’ lil ħaddieħor. Dejjem pruvajt ngħin f’kull kariga li kelli tul ħajti. PROFESSJONI - Bankier u ilni naħdem f’dan issettur għal dawn l-aħħar 23 sena. Direttur tal-Bank of Valletta, kariga li ilni fiha mill-2015 meta ġejt elett mill-azzjonisti tal-bank. Barra minn hekk, jiena nokkupa l-kariga ta’ Executive ġewwa l-istess bank fuq ir-relazzjonijiet mal-banek internazzjonali. Jiena wkoll Chairman ta’ entità governattiva kif ukoll direttur ta’ kumpanija lokali. Il-karriera tiegħi bdiet bħala Management Accountant u mbagħad dħalt ilbank fl-1998 u bdejt navvanza pass wara pass. Kont ukoll ngħallem fuq bażi part-time fl-MCAST u anki fl-Università ta’ Malta fuq Corporate Governance. Kont ukoll Chairman tal-Fondazzjoni tal-Impjegati ġewwa l-Bank of Valletta. Għalfejn iddeċidejt li tikkontesta mal-Partit Laburista? Jiena ilni midħla tal-Partit u naħdem qatigħ fih sa mill-2004. Il-prinċipji li nħaddan huma soċjalisti demokratiċi u fil-fatt jiena minn dejjem kont hekk. Dawn il-prinċipji kont nipprattikahom meta fl-2004 kkontestajt għall-kariga ta’ direttur ħaddiem ġewwa l-Bank of Valletta u ġejt elett. Komplejt nikkontesta kull sena wara l-2004 u żammejt din il-kariga sal-2008 meta l-Gvern Nazzjonalista ttermina din il-kariga. Jiena kont ukoll parti mill-kumitat tal-GWU għas-servizzi finanzjarji bejn l-2009 u l-2014. F’dawn il-karigi, bil-kuntatt iktar mill-qrib mal-ħaddiema, fhimt iktar il-bżonnijiet tagħhom u kif jistgħu jimxu ’l quddiem. Fl-2019, ikkontestajt bħala kandidat Laburista għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u ksibt riżultat tajjeb bis-saħħa u bil-fiduċja tal-votanti. Komplejt naħdem mill-għada tar-riżultat u fil-fatt ftaħt uffiċċju distrettwali li issa diġà ilu miftuħ ’il fuq minn sena. Nemmen li l-Partit Laburista dejjem kellu għal qalbu lill-ħaddiema f’kull qasam tal-ekonomija. Minbarra dan, b’mod iktar ġenerali, nemmen li l-Partit Laburista dejjem ġab kisbiet kbar f’pajjiżna u nixtieq li nagħti l-kontribut tiegħi biex inkomplu nimxu ’l quddiem fil-qasam tax-xogħol, fl-ekonomija kif ukoll fil-qasam soċjali u ambjentali. Xi tħoss li huma l-akbar kisbiet li għamel Gvern Laburista tul is-snin? Li dak li wiegħed wettqu bil-fatti. Li minn ekonomija dgħajfa li wiret mingħand Gvern Nazzjonalista rnexxielna ndawru l-mutur ekonomiku sabiex il-pajjiż irreġistra tkabbir ekonomiku sod u titjib fis-sitwazzjoni tal-finanzi pubblici. Permezz tal-budget surpluses li kellna, il-Gvern seta’ jagħti aktar benefiċċji speċjalment lil dawk il-faxex tas-soċjetà li l-aktar li kellhom bżonn. Minbar-
STAT – Miżżewweġ lil Fiona u għandi żewġt itfal, Thomas ta’ 14-il sena u Thea ta’ 12-il sena. LOKALITÀ FEJN JGĦIX – Ħaż-Żabbar IKEL FAVORIT – L-istuffat tal-qarnit PASSATEMP – Is-sajd minn fuq l-art u l-bowling KTIEB FAVORIT – inħobb naqra artikli u riċerki fuq l-ekonomija dinjija u fuq l-innovazzjoni flaspetti tal-ambjent, klima u enerġija sostenibbli. ĦSIEB TA’ ISPIRAZZJONI – L-isbaħ ħaġa fil-ħajja hija meta tgħin lil ħaddieħor u tħoss sodisfazzjon kbir meta tara li l-għajnuna tiegħek tkun għamlet differenza pożittiva fil-ħajja ta’ ħaddieħor.
ra hekk, Gvern Laburista wettaq riformi importanti fid-drittijiet ċivili fejn ukoll sar progress kbir. Sfortunatament fl-aħħar sena, ilGvern kellu jiffoka l-ħidma tiegħu biex jikkumbatti l-pandemija u l-effetti tagħha, bħalma ġara madwar id-dinja kollha. Madankollu, anki matul dan iż-żmien diffiċli, il-Gvern Laburista rnexxielu jsostni lill-ħaddiema u lill-intrapriżi. Fil-qasam tas-saħħa wkoll, huwa ħadem bla waqfien bi pjan għaqli biex il-programm ta’ vaċċinazzjoni seta’ jkun ta’ suċċess u ta’ eżempju għal pajjiżi oħrajn ħafna ikbar minn tagħna. Madankollu, tajjeb li nżommu saqajna mal-art. Nistaqsi lili nnifsi, sar kollox tajjeb f’dawn l-aħħar snin ta’ gvernijiet Laburista? Le, saru żbalji wkoll. Madankollu, il-Gvern Laburista mhuwiex gvern supperv u minn dawn l-iżbalji tgħallimna u qegħdin naħdmu qatigħ biex isir progress anki f’dawn l-oqsma, inklużi dawk ta’ governanza u ambjentali. X’impressjoni ħadt bid-deċiżjonijiet li ħa Robert Abela fl-aħħar xhur? Iż-żmien ta’ tmexxija mill-Prim Ministru Robert Abela kien żmien ta’ sfidi kbar. Madankollu, il-Prim Ministru wera li ma jibżax jieħu d-deċiżjonijiet u wera l-kapaċitajiet tiegħu ta’ mexxej fi żmien ta’ maltemp kbir. Il-Prim Ministru sa mill-ewwel ftit żmien tal-ħatra tiegħu kellu jieħu ħafna deċiżjonijiet dwar it-tisħiħ tal-governanza ġewwa pajjiżna. Hawnhekk saru riformi kbar li kienu ilhom biex isiru snin twal. Ftit xhur mill-bidu tat-tmexxija ta’ Robert Abela, pajjiżna flimkien mal-kumplament tad-dinja kellu jiffaċċja l-kriżi tal-pandemija – kriżi li qatt ma konna rajna bħalha. Kien żmien ta’ deċiżjonijiiet diffiċli fejn ma kellniex esperjenza mill-passat fuq xiex nibbażaw. Madankollu, il-Prim Ministru ma beżax minn din ir-responsabbilità u ttieħdu deċiżjonijiet importanti u diffiċli biex tiġi mħarsa s-saħħa pubblika. Minbarra dan, kien hemm sensie-
la ta’ mini budgets għas-salvagwardja tal-impjieg ta’ ħafna famiji kif ukoll għas-salvagwardja ta’ dawk is-sidien u l-kumpaniji li jħaddmu n-nies. Il-bilanċ bejn is-saħħa u l-ekonomija ma kienx faċli. Iżda permezz ta’ deċiżjonijiet għaqlin, pajjiżna llum qiegħed f’pożizzjoni tajba ħafna u l-programm ta’ vaċċinazzjoni huwa wieħed ta’ suċċess kbir. X’inhi l-ħolma tiegħek għal Malta? Li nħallu lil pajjiżna aħjar milli sibnieh aħna għal uliedna u għal ulied uliedna. Nemmen li Malta għandha potenzjal qawwi – hija gżira ċkejkna iżda pajjiż tassew sabiħ, mogħni b’ħaddiema li huma kapaċi ħafna. Għandha wkoll qasam tas-saħħa li huwa wieħed mill-
aqwa fid-dinja. Nixtieq pajjiż li jkompli jsaħħaħ il-governanza, mibni fuq ix-xogħol, fejn l-edukazzjoni tkompli tkun prijorità, fejn kulħadd ikollu s-sostenn biex jilħaq il-kapaċitajiet tiegħu. Irrid ukoll pajjiż li jagħti sapport lil min huwa vulnerabbli. Ovvjament, il-bilanċ bejn l-ambjent u l-progress ekonomiku huwa kruċjali. Mhux bilfors għandu jiġi ssagrifikat l-ambjent biex nimxu ’l quddiem ekonomikament. Irid ikollna mudell ekonomiku differenti, fejn l-attività ekonomika tħares l-ambjent, fejn l-ambjent joħloq ix-xogħol (green economy) u ekonomija ċirkolari biex jitnaqqas l-iskart b’mod sostenibbli. Jiena lest li nagħti l-kontribut tiegħi sabiex dan ikun il-pajjiż li nibnu flimkien għall-ġenerazzjonijiet futuri.
18
27.06.2021
FIS-SIEGĦA TAL-PROVA
CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL
Il-vot tal-FATF li jpoġġi lil Malta fil-greylist ma kien aħbar sabiħa xejn. Il-Gvern Malti flimkien mal-istakeholders ħadmu bis-sħiħ sabiex ir-riformi meħtieġa u bżonjużi għal għexieren ta’ snin u li ebda Gvern preċedenti ma kellu l-kuraġġ li jieħu, ħadhom il-Gvern Laburista u intensifikaw taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela. Dawn ir-riformi ma kinux riformi kożmetiċi imma riformi effettivi li biddlu liġijiet saħansitra dawk kostituzzjonali. Ir-rapport tal-Moneyval ftit ġimgħat ilu afferma l-ħidma u r-rieda tal-Gvern sabiex il-bidliet iseħħu u jiġu mwettqa. U għalhekk is-sentiment ta’ diżappunt tal-Gvern u wkoll tal-maġġoranza tal-poplu Malti u Għawdxi hu ġust wara dan il-vot u nħossu li ma kienx vot ġust u mistħoqq għal pajjiżna meta kif qal il-Prim Ministru, skont ir-rapport tal-Moneyval, Malta tpoġġiet bħala wieħed mill-pajjiżi li għandu l-aktar rakkomandazzjonijiet compliant jew ilmaġġor parti compliant, ma’ dak li jintalab mill-Moneyval għal kull pajjiż. Imma minkejja d-diżappunt dan il-Gvern mhux se jissuppervja iżda se jibqa’ jiddjaloga biex jikkonvinċi. Fejn hemm bżonn ikomplu jitwettqu bidliet pożittivi, liema bidliet kienu se jkomplu jsiru irrispettivament mill-eżitu ta’ dan il-vot. Il-Prim Minstru għamel wegħda mal-poplu Għawdxi u Malti li jiggarantixxi li pajjiżna se jibqa’ miexi ’l quddiem. Dr Robert Abela qal li bħalma min iħaddem u l-ħaddiema sabu Gvern ta’ spalla waqt pandemija hekk ukoll se jsibu Gvern li jibqa’ jkattar il-ġid u jattira l-investiment. Mill-banda l-oħra, huwa ta’ qsim il-qalb li jkollok Oppożizzjoni li flok taħdem malGvern u tiġbed ħabel wieħed favur il-ġid komun tal-pajjiż, favur l-impjiegi tan-nies, jogħxew ifixklu, jogħrku jdejhom b’eżitu bħal dan għax mingħalihom b’hekk se jiksbu s-siġġu tal-poter li jqisuh tagħhom bid-dritt. Jagħmlu dan b’wiċċhom minn quddiem sa ftit ġranet qabel ma sar il-vot tal-FATF. L-ittra li bagħat il-Kap tal-Oppożizzjoni lill-membri tal-FATF kienet tassew diżappuntanti u inkredibbli. F’din l-ittra fl-aħħar paragrafu ta x’jifhem li qed jistieden b’mod indirett l-FATF sabiex jitfgħu lil Malta fil-greylist. Wara, Bernard Grech kellu l-wiċċ jgħid li l-ittra tiegħu giet spinjata mill-Partit Laburista. Kienu kien biss il-PL li kkummenta dwar x’ittra xokkanti kienet nagħtih ftit raġun, imma din l-ittra ġiet ikkritikata u ġiet deskritta mill-midja lokali indipendenti bħala waħda diżgustanti anki
minn saħansitra attivisti u partitarji tal-PN stess li fuq il-midja soċjali wrew id-diżapprovazzjoni tagħhom għall-pubblikazzjoni ta’ ittra bħal din f’mument daqshekk sensittiv għal pajjiżna. Ma tistenniex aħjar minn partit li jekk ma jkunx fil-gvern, jara x’jagħmel u jaħdem kontra Malta biex ifixxkel. Jaf li l-poplu mhux lest li jafdah fit-tmun tal-pajjiż, tmun li jixtiequ bil-bosta u allura bi tpattija jarma jispara fuq il-vapur ħalli forsi jegħrqu u jserraħ il-kuxjenza tad-dritt divin li jemmen li għandu. Jiġi quddiemi kliem Duminku Mintoff fejn qal: “Biex taħdem għal pajjiżek trid tkun tħobbu. Lill-pajjiż ma ta l-ebda prova li jħobbu dan, anzi l-provi kollha li ta dan li jobogħdu. Għaliex? Kif jista’ jkun aħna, kull kwistjoni li kellna ma barra minn Malta, hu min hu, dejjem żamm dan kontra Malta, dejjem, dejjem f’kull okkażżjoni kontra Malta.’’ Il-PN irid inessi li l-UE ħadet kemm il-darba passi kontra pajjiżna meta Malta kienet taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. Tefawna f’Excessive Deficit Procedure, mhux darba imma darbtejn fl-2004 u fl-2012. L-Oppożizzjoni Laburista dak iżżmien ma fixklitx, ma bagħtitx ittri sabiex tinkoraġġixxi din l-azzjoni, imma wiegħdet ħidma mal-Gvern Nazzjonalista ta’ dak iżżmien sabiex pajjiżna jerġa’ jikseb l-istabbilità. Il-Prim Ministru Robert Abela ra ma’ wiċċu sfida waħda wara l-oħra. Li ma kienx hu fit-tmun dan il-maltemp kollu kien jiblagħna. Għalih Malta u l-Maltin tassew jiġu l-ewwel u qabel kollox. Dan li jiddistingwi Statista mill-opportunisti. Bħalma qed negħlbu l-isfidi kurrenti, persważa li negħlbu din ukoll b’Robert Abela fit-tmun. Issa s-siegħa tal-prova. Spalla ma’ spalla mal-Prim Ministru kull minuta. Naħdmu miegħu magħqudin, Għawdxin u Maltin flimkien.
Ma tistenniex aħjar minn partit li jekk ma jkunx fil-Gvern, jara x’jagħmel u jaħdem kontra Malta biex ifixkel. Jaf li l-poplu mhux lest li jafdah fit-tmun tal-pajjiż, tmun li jixtiequ bil-bosta u allura bi tpattija jarma jispara fuq il-vapur ħalli forsi jegħrqu u jserraħ il-kuxjenza tad-dritt divin li jemmen li għandu
Sur Editur, Emminni ma nafx minn fejn se nibda dil-ġimgħa. Tant għandi xi ngħid li qabel bdejt nikteb, kelli ngħodd mill-wieħed sal-għaxra. U mal-għaxra, erġajt bdejt mill-bidu. U tant kont infiskat li bdejt ngħodd b’leħen għoli u weħlet Melda tiegħi miegħi. Għax ħasbitni qed ngħodd il-vawċers li bagħtilna l-Gvern u bdiet titmejjel bija, għax bdiet tgħidli li billi ngħoddhom mhux se jfaqqsu u minn tmienja jsiru għaxra. U ma kienx it-tfaqqis għax infexxejt fiha, miskina. Ħalliha li wara mort nipprova nżiegħel biha, għax naf li żbaljajt, u t-taġen waqaf nofs pulzier ’il bogħod minn imnieħri, imma ħalliha. Kien ħaqqni. Għax jien nammetti meta niżbalja Sur Editur. Ara dak il-ma nafx xiex, Alla jżommli lsieni, la jammetti u lanqas jindem, ja biċċa ta’ traditur li hu. Hu u kull min kellu x’jaqsam magħha dil-biċċa xogħol. Ċisss, ħej, ħa gost li Malta ġiet fil-lista l-griża, bis-saħħa tiegħu l-ewwel wieħed, ja, ja... ja xejn ara, għax nerġa’ nibda niżbel. U jkolli nerġa’ nagħmel il-magna tal-pressjoni. Għax hawn il-ħdura fil-pajjiż, Sur Editur. Minflok tkun Oppożizzjoni denja ta’ pajjiż demokratiku, tara kif tfixkel lill-Gvern – għax hu Gvern tal-Lejber, akkost li tmur ixxewwex mal-barranin. U ma’ dawn il-qatta’ pċielaq jingħaqdu s-soltu abbatini. Ħu minn dak li lanqas biss se jara wiċċ Alla, lanqas se ngħidlu Fr ta! David Muscat. Grey Listed Glory Glory Alleluia, kiteb. U kompla jikteb li se jkanta t-Te Deum Laudamus b’radd il-ħajr lill-Alla mbierek. Trid tkun imxajtan biex iddaħħal lis-Sinjur fil-politika maħmuġa ta’ moħħu l-fjakk li għandu dan David Muscat. Issa fejn jinsab l-Arċisqof fil-ħajja ta’ dan ma nafux! Imma ħa nkompli b’Bernie l-vojt, Sur Editur. Mhux se ngħid li messu jistħi, għax ma jafx x’jiġifieri dan. Imma wara l-palata li ta biex pajjiżu stess jiġi grey listed, qal li dan huwa kastiġ fuq il-poplu Malti kollu. Ara vera trid tkun wiċċek imċappas biċ-ċikkulata mdewba ta! Taf min hu l-kastig, Sur Editur? Il-kastig huwa dak li qed ikollu jgħaddi minnu l-poplu Malti u Għawdxi minħabba l-politika partiġjana miskina tagħhom. U ara kemm hu kiesaħ ta! Wara dak li għamel biex Malta tiġi grey listed, kellu l-wiċċ tost kollu jgħid li Gvern Laburista għamel ħafna ħsara lill-pajjiż. Puuuu għal wiċċhom! U dak ilfriża ta’ Jason Azzopardi! Marija tal-Ħniena kif iħassarni nara wiċċu biss! Minflok ħarġu jdejhom biex jingħaqdu ponn wieħed mal-Gvern għall-ġid ta’ pajjiżna, ħarġu saqajhom u taw gambetta lilna kollha kemm aħna. U dan l-għaref Jason beda jgħid fil-Parlament li l-Gvern tagħna huwa traditur! Ma nafx jien! Jien nibla’ tal-pressjoni, u tal-kolesterol, imma dawn ma nafx x’jibilgħu! Imbagħad tara d-differenza. Tpaxxejt nara lill-Prim tagħna fuq it-televixin. Kliem ta’ Statista li jħobb lil pajjiżu. Qalilna l-Prim tagħna li d-deċiżjoni tal-FATF ma kinitx mistħoqqa, imma qal ukoll li l-Gvern mhux se jissuppervja, imma se jibqa’ jiddjaloga biex jikkonvinċi. Sfida kontra sfida dan Bertu tagħna. Dak li sab ma’ wiċċu minn mindu ħa t-tmexxija f’idejh. Ibda mill-pandemija u elenku twil u kollha għadda minnhom b’mod brillanti. Kellu bżonn għandhom mexxej hekk il-PeNe! L-ikbar pandemija għadu jrid iwaqqafha imma, hijos. Il-pandemija mmexxija minn Bernie l-Grieg. U biex jagħmel dan għandu bżonn sitt Fearnijiet, tużżana Charmaineijiet u vaċċin li għadhom iridu jivvintawh. Vaċċin kontra l-ħdura, il-politika partiġjana u l-imbeċilliżmu politiku. Il-Prim qalilna li huwa d-dover tiegħu bħala Prim Ministru li jassigura li l-familji, ħaddiema u negozji ta’ pajjiżna jkollhom l-aqwa istituzzjonijiet possibbli biex jipproteġu d-drittijiet tagħhom. U aħna warajk Prim! Nafu li dak li l-Partit tagħna jwiegħed, dejjem wettqu, u ċert daqskemm jien ċert li se tkompli tmexxi għall-interess ta’ pajjiżna, Prim! Għad-dieħla.
19
27.06.2021
“META PERSUNA TISPJEGALHA BIL-KALMA U BL-ONESTÀ, TAPPREZZAK” Nitkellmu mal-Ministru Michael Farrugia
Kitba ta’ CLIFFORD GALEA
Dejjem bit-tbissima fuq wiċċu. Ilu fil-politika u tela’ fil-Parlament l-ewwel darba fl-1992 iżda baqa’ dejjem l-istess persuna. Magħruf bħala t-Tabib. Din id-darba, sirna nafuh aktar mill-aspett personali. Nitkellmu mal-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia. Kif tixtieqhom li jibqgħu jiftakruk? “Bħala l-persuna li dejjem kont. Irridhom jibqgħu jafuni kif matul is-snin kont l-istess persuna; kemm bħala student, bħala tabib, bħala Membru Parlamentari u anke bħala Ministru.” Kif tħares lejn it-tlugħ u l-inżul tal-ħajja? “Mill-esperjenza tal-ħajja tgħallimt li int m’għandekx tħares biss lejn l-affarijiet negattivi imma lejn il-pożittività tal-ħajja. Kien hemm bosta persuni li ġew għandi jibku għax xi tabib ikun għadu kif qalilhom li għandhom il-marda tal-kanċer. Ġew għandi u tajthom tama. U dik li wrejthom li hemm kapaċi niftakar xi jkun qal persuna, it-tama, ħassew li hemm il-ħajja u anke snin ilu, fejn kien u tista’ tgħid ħarġu bi ħsieb aħjar. Il-ħajja tkun kif f’liema ħin tal-ġurnata.” tagħmilha int.” Fatt ħelu dwar it-Tabib Michael Far- Kif tqassam il-jum? rugia huwa li qatt ma ħabb jitgħallem l-affarijiet bl-amment. Dan b’referenza Fis-6.00am kif inqum, nara wkoll għas-snin fuq il-bank tal-Univer- l-WhatsApp, sms, messenger, emails sità u anke llum fil-pożizzjoni ta’ Min- – lokalment ġarax xi ħaġa matul istru. Tenna li meta kien l-Università, il-lejl, Sky u CNN u nara l-ġurnali onkien idum biex jistudja biex jaqbad line. Sas-7.15am inkun lest minnhom. is-suġġett tal-anatomija, Bażikament, time managesakemm aktar tard kelment. Jekk għandek ħaflu lettur li l-mod kif na xogħol xi jsir, trid kien jispjega kien tibqa’ ffukat filwaqt qisu qed ilibbes li jekk tkun lesteskeletru. jt u baqagħlek Din toħroġ Dan għenu il-ħin, agħmel ħafna tant li il-jum iżjed ukoll mill-professjoni fi ftit żmien, ħafif, skont ill-istudju sar bżonn. ta’ tabib għax kif ħriġt iktar faċli u Filgħominn quddiem pazjent, fil-fatt kien du rrid parġie minn irrid niffoka fuq il-pazjent li nti g ħ agħalija; tal-ewwel fisd d i suġġett. Minn l-qmis għaliex jmiss biex ma nimmissjax hawn, ħa spunt jiena rridha id-dettall tal-pazjent b’relazzjoni perfetta. Immal-ħajja tagħbagħad nidħol il-ġdid li ġie na ta’ kuljum fejn ġol-karozza li hija esqal, li meta lill-bniedtensjoni tal-uffiċċju. quddiemi em tispjegalu, bil-kalma, Spiss lix-xufiera jgħidbl-onestà u bl-evidenza, jifhulhom “min jaf kemm ikollkmek u japprezzak, anzi wkoll, jaqbel hom ħin titkellmu, mentri mhux ilmiegħek. każ. Il-ħin fil-karozza nutilizzah biex Iħobb ħafna l-multitasking fejn nagħmel it-telefonati, nara l-emails u fl-istess ħin kapaċi jagħmel iżjed minn l-messaġġi. Niddedika dak il-ħin għalħaġa waħda. Li jinkwetah hu, li forsi hekk. Nuża ħafna l-mobile dak il-ħin u persuna ma jkunx konxju tal-multi- mbagħad, indur għat-tablet. M’iniex tasking u jaħseb li mhux jagħti kasu ħabib ħafna tal-laptop. biżżejjed mentri ma jkunx il-fatt. StqaKif nidħol fl-uffiċċju, l-għajta tiegħi rr miegħi li jkun jaf purament x’qal u ta’ ‘Bonġu’ tidwi sew. Naħsadhom. kapaċi jekk tistaqsih, jirrepetilek xi Nieħu gost inwassal vibe pożittiva. tkun qaltlu l-persuna ta’ quddiemu. Inħobb nitħallat ukoll mal-istaff fejn Barra minn hekk, hu spjega li: “Jien immur ħdejhom fuq id-desks, ġieli
nagħmel xogħol ħdejhom u meta jkolli ċans, nieqaf niekol ħdejhom. Meta nkun inkwetat mhux bilfors dejjem jindunaw bija. Irrid li kulħadd iħossu pożittiv, għandi kemm għandi problemi, nipprova nżommhom għalija u ma ngħaddihomx lil ħaddieħor. Nemmen ħafna li problema tax-xogħol ma teħodhiex id-dar u viċi versa. Din toħroġ ukoll mill-professjoni ta’ tabib għax kif ħriġt minn quddiem pazjent, irrid niffoka fuq il-pazjent li jmiss biex ma nimmissjax id-dettall tal-pazjent il-ġdid li ġie quddiemi. Imbagħad filgħaxija nipprova nlesti ħafna xogħol sakemm nasal id-dar. Id-dar imbagħad inħobb nipparteċipa fil-preparazzjoni tal-ikel. Mhux l-ewwel darba li nsajjar jien, tgħallimt insajjar. Il-Covid għeni biex nipparteċipa fil-kċina. Il-platt favorit huwa l-ħut al sale. Imma nħobb ukoll il-forn u għandi fisazzjoni fuq il-laħam; fillet of beef nieħdu biss jekk ikun blu, jiġifieri qabel jibda ħiereġ id-demm minnu. Issajru għal ftit minuti u jisserva qabel joħroġ id-demm minnu. L-iżjed li nħobb, il-preparazzjoni. Imbagħad, ġaladarba tfajt l-ikel fil-forn, irrid kċina nadifa, ħalli mbagħad titħammeġ u nerġa’ nnaddafha,” qalilna t-Tabib Michael Farrugia. Qalilna wkoll li jħobb ix-xitwa. “L-uffiċċju ffriżat u ġieli jkolli nagħtihom il-ġekk tiegħi biex jilbsuh. Fis-sajf ngħidilhom iġibu l-cardigans magħhom ix-xogħol.” Imma mbagħad jiddejjaq jorqod bl-airconditioner filgħaxija. “Fejn ma tistax tagħmel mod ieħor m’hemmx x’tagħmel imma jekk hemm żiffa, nippreferi lilha.” Kif tħares lejn min iweġġgħek b’xi mod fil-ħajja? Iżżomm ġo fik?
Il-ħajja trid tkompli. Taħli l-ħin anke jekk kien hemm nies li weġġgħuni imma l-agħar hu meta xi ħadd jigdeb fuqek. Bil-midja soċjali, l-istorja tinfirex u tibqa’ tidher għomrok u tibqa’ mċappas biha, irrispettivament jekk tkunx verità jew gidba. Billi tagħmel libell, aktar stress, ħela ta’ ħin u jġibu vers fuqek fuq il-gazzetta li rbaħt il-libell u daqshekk. X’ħa tirbaħ b’hekk? Illum bil-midja soċjali, b’buttuna tagħfas share u tkun qed taqsam il-gidba li tkun saret u ma tista’ tħassarha qatt. Rari tkellimt dwar oħtok... Il-familja tiegħi; missieri miet 21 sena ilu u ommi ħallietna 3 snin ilu. Ħafna nies ma jafux li kelli oħti li mietet ta’ jumejn. Kienet raġuni ta’ side effects minn pillola li kienet tingħata ommi waqt it-tqala li sfortunatament kienet tikkawża diżabbilitajiet serji u f’Malta ma kienx hawn kuxjenza biżżejjed dwarha u n-nies ma kinux infurmati biżżejjed dwarha. Kelli l-opportunità nara lil oħti għal ftit sekondi biss. Lil missieri kont inċempillu kuljum wara x-xogħol jew wara l-klinika, u nagħmlu kwarta nitkellmu. Kien l-iżjed persuna kritika tiegħi; kemm fil-pożittiv u anke fin-negattiv. Konna nispiċċaw niddibattu l-kritika li jkun għamilli. Niftakar ukoll l-aħħar sekondi ta’ ommi waqt li kienet tingħata kura f’Karen Grech. Kif dħalt mill-bieb meta mort naraha tal-aħħar, ħarset lejja, dawret wiċċha u mietet. Fil-fatt, suġġett li nħobb ħafna fi ħdan il-Ministeru li mmexxi llum, hija d-dimensja għaliex fl-aħħar sena u nofs, ommi fil-fatt kellha deterjorazzjoni mgħaġġla tal-memorja hekk kif bdiet dieħla l-kundizzjoni tad-dimensja.
20
27.06.2021
50 SENA TAR-RIVISTA SAGĦTAR Il-Maltin kollha, speċjalment iż-żgħażagħ u dawk ta’ età medja, jiftakru r-rivista Sagħtar titqassmilhom fil-klassijiet meta kienu l-iskola. Ħafna kienu jistennewha bil-ħerqa, min għal xi storja partikulari li jkun qed isegwi minn xahar għal ieħor, min għat-tisliba u l-logħob, min għall-poster tal-kantant/a jew attur/attriċi ta’ kull xahar… għax is-Sagħtar kien ikun fih minn kollox. Kien litteralment maħżen ta’ materjal divertenti daqskemm informattiv (u l-kelma “magażin” hekk tfisser – “maħżen”). Din ir-rivista, tant maħbuba mit-tfal u ż-żgħażagħ għal ħafna snin, ikkontribwiet għall-ħolqien ta’ kitba tajba u qari ta’ kwalità bil-Malti għall-istudenti Maltin u Għawdxin. Fuq dan kollu tkellimt ma’ CHRISTOPHER GIORDANO, li hu l-editur preżenti tar-rivista. Minn CHARLES B. SPITERI Christopher, kif iċċelebrajtu dan l-anniversarju speċjali? Nhar il-Ġimgħa 28 ta’ Mejju 2021 saret ċelebrazzjoni biex tfakkar il-50 sena minn meta beda joħroġ Sagħtar. Din kienet organizzata fil-kwartieri tal-Malta Union of Teachers u għaliha attendew l-Onorevoli Prim Ministru Robert Abela, il-Ministru tal-Edukazzjoni l-Onorevoli Justyne Caruana, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Edukazzjoni u l-Isport l-Onorevoli Clyde Puli flimkien ma’ numru ta’ persuni distinti oħra. Fl-istess waqt kienet inawgurata ħarġa speċjali tar-rivista, li proprju tiċċelebra l-ewwel 50 sena ta’ Sagħtar, flimkien ma’ esebizzjoni permanenti f’forma ta’ mural b’viżwal li hu wirja tal-faċċati tal-edizzjonijiet kollha passati tar-rivista, mill-ewwel għadd f’Jannar 1971 sa Għadd 362 proprju f’dawn il-ġranet. Kif kien beda s-Sagħtar, u min kien ħareġ bl-idea tiegħu? L-ewwel nett irridu nqisu l-kuntest ta’ meta beda. Fl-1970 il-Moviment Qawmien Letterarju beda kampanja nazzjonali biex irawwem sens ta’ identità lokali fil-Maltin, bit-titlu ‘Kampanja Lsien Malti’. Sfortunatament il-Malti kien għadu mhux mogħti l-ġieħ u r-rispett li minn dejjem stħoqqlu. F’Għadd numru 50 (Ottubru-Novembru 1977) il-mibki Oliver Friggieri jgħid, fl-artiklu tiegħu ‘Sagħtar mill1971 ’l hawn’, li “ridna nċaqalqu l-ilma qiegħed li kulħadd kellu jgħum fih minħabba li l-Malti tqies tradizzjonalment bħala l-lingwa li qiegħda hemm biex timla t-toqob, tajba għall-użu ta’ kuljum iżda mhux għall-użu dinjituż u uffiċjali fl-oqsma differenti tal-ħajja tal-pajjiż.” Iżda l-Moviment Qawmien Letterarju qagħad jistenna li joħroġ is-Sagħtar għal dan kollu?
Le, għax biex jilħaq l-iskop tiegħu li jiddaħħlu fil-kitba Maltija suriet letterarji ġodda, il-Moviment diġà kien qed jagħmel tentattivi permezz ta’ paġni letterarji fil-gazzetti u permezz tar-rivista letterarja Il-Polz. Iżda malajr inħass ilbżonn li tinħoloq rivista oħra li tkun immirata għal udjenza żagħżugħa. Friggieri jsemmi speċifikament li “kellna f’moħħna l-qagħda tal-Malti fl-iskejjel” sekondarji. L-imħuħ wara dan kienu primarjament tlieta: Mario Azzopardi, Anthony S. Azzopardi u Oliver Friggieri nnifsu. Dan tal-aħħar, fl-artiklu li qed nikkwotaw minnu, ifakkar id-diskussjoni li kellhom hu u Mario Azzopardi dwar x’titlu riedu jagħtu lir-rivista. Waslu għall-isem Sagħtar għax riedu “kelma Maltija safja iżda mhux stramba, fiha l-ġmiel tal-ħoss u tevoka l-fwieħa ta’ ħaxixa li tiżgħed fi gżiritna.” Il-proposta ntlaqgħet bla problemi mill-membri tal-Moviment. Ilkoll riedu juru li “bil-Malti stajna niktbu kollox u stajna niktbu tajjeb”, u li
bih “tista’ tfisser kulma jkun hemm fil-moħħ”. U s-Sagħtar beda – bl-għajnuna fost l-oħrajn tad-Dipartiment tal-Edukazzjoni ta’ dak iż-żmien – u baqa’ sejjer, grazzi għal diversi rappreżentanti u għalliema fl-iskejjel u mijiet ta’ kontributuri matul is-snin. Ix-xogħol biex jinħareġ kien – u għadu llum ukoll – bla qies. Friggieri jsemmi “xogħol ta’ tħejjija, ġiri, kitba, korrezzjonijiet u ħwejjeġ oħra”. Ma’ dan, illum il-ġurnata, żid ix-xogħol kbir fuq id-disinn, il-komponent diġitali u x-xogħol li jġib miegħu biex is-Sagħtar jittella’ b’format diġitali fis-sit saghtar.org.mt, u jkollok idea ħafifa tal-ħidma sħiħa biex toħroġ kull edizzjoni tar-rivista. Iżda l-iskop għadu l-istess kif kien meta beda: li jitrawwem sens ċiviku u kritiku fl-istudenti Maltin u Għawdxin.
brerija għat-tfal ta’ etajiet diversi; qanqal ukoll kuxjenza ġdida… b’risq il-ktieb modern Malti għat-tfal u fittex li jżewwaq il-kitbiet, joffri qari xieraq għal etajiet li jvarjaw u jqanqal interess anki fl-adulti li jridu rivista nadifa u b’saħħitha ta’ kultura Maltija bil-Malti.” Allura mbagħad ir-rivista kif kienet għaddiet f’idejn l-MUT?
anki f’verżjoni diġitali fil-portal tal-Fondazzjoni – saghtar.org. mt. Għar-rigward tar-rivisti l-antiki, wieħed għadu jista’ jsibhom? Fil-fatt, il-Fondazzjoni tellgħet ukoll f’verżjoni diġitali r-rivisti l-antiki kollha mill-bidu nett, flimkien ma’ stejjer u artikli moqrija (audio files) li wieħed jista’ jismagħhom mill-istess sit. Barra minn hekk, f’moħħ il-Fondazzjoni hemm aktar proġetti innovattivi, li huma ppjanati li jitħabbru u jseħħu fix-xhur li ġejjin. Ir-rispons kien sabiħ ħafna, bin-numru li rreġistraw fil-portal s’issa jitla’ ’l fuq minn 5,200 persuna. Għalhekk l-MUT, permezz ta’ Fondazzjoni Sagħtar, għadha kommessa, iktar minn qatt qabel, li tkompli tipproduċi r-rivista Sagħtar, bil-mezzi moderni tal-lum u fi stil li jappella għall-qarrejja ta’ dawn iż-żminijiet.
Kien fl-1976 li r-rivista Sagħtar għaddiet f’idejn l-MUT bħala entità b’saħħitha li setgħet tkabbru u żżommu għaddej. Hija baqgħet tiġi stampata kull sena apparti f’perjodu qasir bejn l-2015 u l-2020, meta l-MUT ħasset li kien hemm bżonn eżerċizzju ta’ ristrutturar. Għal diversi snin il-Union żammet ħaj dan l-impenn li daħlet għalih, sakemm is-sena l-oħra, fl-2020, għaddiet ir-rivista Kif tħares lejn kif is-Sagħtar f’idejn Fondazzjoni Sagħtar, li ħadem fuq it-tfal? twaqqfet fl-istess sena fi ħdan l-istess MUT biex tieħu f’idejha Mill-ewwel ħarġa tiegħu f’Jan- r-rwol professjonali tal-Union. nar 1971 sal-lum is-Sagħtar ta Issa, ir-rivista qed toħroġ sehem enormi fil-bini ta’ li- f’żewġ formati, dak stampat u Tħoss, iżda, li llum
21
27.06.2021 dan il-magazin, u enfasizza kif Sagħtar minn dejjem kellu valur edukattiv. “Imbagħad hemm il-valur tal-letteratura Maltija; il-mod kif dan il-magazin tattfal jaf il-bidu tiegħu lill-ġganti tal-Moviment Qawmien Letterarju, qabel imbagħad għamlitu tagħha l-Union tal-Għalliema, meta l-Moviment ma baqax daqstant attiv. Għal dan u ħafna raġunijiet oħra hu sabiħ li llum qegħdin hawn bis-Sagħtar f’idejna, 50 sena wara l-ewwel pubblikazzjoni,” qal il-Prim Ministru, li radd ħajr lill-Union tal-Għalliema għax-xogħol tagħha biex ittejjeb l-esperjenza edukattiva tal-istudenti kollha ta’ pajjiżna. U xi ntqal mill-President tal-MUT?
il-ġurnata l-Malti jinsab fuq il-pedestall li jixraqlu? Nittamaw li llum il-ġurnata spiċċa l-preġudizzju kontra l-Malti u li assigurajna li l-Malti jista’ jintuża biex infissru ruħna b’mod serju dwar l-iktar affarijiet serji u maturi. Iżda Sagħtar xorta baqagħlu skop. Illum irid iservi biex iżid mal-varjetà ta’ kitbiet professjonali u interessanti, kreattivi u innovattivi li qegħdin joħorġu ta’ kuljum bil-Malti. Fuq kollox, Sagħtar għandu jkun ir-rivista li tinkludi fiha kwalunkwe ġeneru letterarju u stil ta’ kitba, f’post wieħed, f’ġabra waħda, li toħroġ b’mod regolari matul is-sena skolastika tal-istudenti Maltin, biex dawn jesperjenzaw il-ġmiel tal-lingwa Maltija u jkunu esposti għal aspetti varji u rikki tal-kultura Maltija, u fuq kollox biex japprezzaw minn fejn ġejjin – l-għeruq tal-identità Maltija tagħhom.
għu niċċelebraw 50 sena ta’ qari tajjeb, divertenti, edukattiv u informattiv għall-istudenti Maltin u Għawdxin; 50 sena ta’ kitba ta’ kwalità bl-ilsien nazzjonali tagħna; 50 sena ta’ diversità ta’ stili letterarji – poeżiji, novelli, drammi, studji kritiċi letterarji, studji riċerkati, artikli ta’ interess u kurżità, siltiet minn rumanzi u l-bqija; 50 sena ta’ kontribuzzjonijiet minn tant awturi differenti, stabbiliti u rinomati u oħrajn ġodda u emerġenti; 50 sena ta’ modi diversi ta’ divertiment – kitbiet fuq il-mużika u l-films, logħob, komiks, passatempi, u issa għandna wkoll l-aspett diġitali, li hu maħsub li jkompli jitkabbar u jirfina ruħu skont l-aħħar teknoloġija moderna.
meta reġa’ beda jkun ippubblikat wara dik il-waqfa ta’ ftit snin. Huma 50 minn fost l-aqwa kontribuzzjonijiet li qatt dehru fir-rivista, miktubin jew maħsubin minn awturi u riċerkaturi differenti, li kienu fost l-iktar kontributuri ewlenin tar-rivista għal numru ta’ ħarġiet u għal numru ta’ snin; 50 kitba li huma tiżwiqa ta’ diversi ġeneri u stili ta’ kitba li minn dejjem ħaddnet fiha r-rivista; 50 kitba li kienu magħrufin, popolari u mistennija mill-istudenti minn xahar għal ieħor u ġieli minn sena għal oħra… fi ftit kliem, 50 kitba rappreżentattiva tal-qalb tħabbat ta’ Sagħtar. Dan kien is-Sagħtar ta’ dawn l-ewwel 50 sena!
Permezz tal-ħarġa speċjali 50 Sena Sagħtar x’qegħdin tiċċelebraw?
X’kien il-messaġġ tal-Prim Ministru għall-okkażjoni?
Naturalment qed niċċelebraw il-50 kitba differenti minn matU kif tħares lejn it-triq kollha ul is-snin, mill-bidu tar-rivista tal-ħajja tar-rivista Sagħtar? sal-aħħar ħarġiet ippubblikati Illum, fl-2021, bis-Sagħtar nist- matul din is-sena skolastika,
Waqt l-attività fil-kwartieri tal-Malta Union of Teachers fil-Ħamrun, biex tfakkar dan l-anniversarju, il-Prim Ministru tkellem dwar kif anke hu bħala student kien jistenna
I l- P r e s i d e n t tal-MUT is-Sur Marco Bonnici rrimarka li “Fondazzjoni Sagħtar ippermettiet lill-MUT tkompli ssaħħaħ is-sehem doppju tagħha bħala organizzazzjoni trejdjunjonistika kif ukoll professjonali. L-isfidi trejdjunjonistiċi ma waqfux. Bħalma lkoll nafu kellna sena diffiċli f’ħafna aspetti u konna ffukati fuq temi importanti tal-membri tagħna u tas-soċjetà kollha. Biss, nieħu pjaċir ngħid li mil-lat professjonali l-Fondazzjoni kompliet tiżviluppa b’numru ta’ proġetti ġodda edukattivi, inkluża proprju r-rivista Sagħtar, pubblikazzjonijiet u attivitajiet oħrajn. Dan jawgura tajjeb għas-snin li ġejjin, meta ser ikun qed jidher iktar il-frott tax-xogħol kollu li jsir minn wara l-kwinti.” Saru xi diskorsi oħrajn matul iċ-ċelebrazzjoni tas-Sagħtar? Iva, sar diskors mis-Sinjura Elaine Germani, Chairperson ta’ Fondazzjoni Sagħtar u Viċi President Anzjan tal-MUT. Hi qalet li mit-twaqqif tagħha sena ilu l-Fondazzjoni ħadmet qatigħ fuq diversi fronti imma bi skop wieħed. Dan huwa t-tixrid ta’ materjal edukattiv kemm għall-edukaturi u b’mod speċjali għall-istudenti. Fost il-proġetti hemm din ir-rivista, proġett ġdid bil-format li ġie addottat iżda li fl-istess ħin għandu storja kbira li trid tiġi ċċelebrata u mfakkra. “Kif dejjem ngħid, isSagħtar mhuwiex sempliċi rivista imma huwa patrimonju kulturali Malti li għandu bżonn jibqa’ jiġi indukrat billi jiġġedded u jibqa’ relevanti. Ta’ dan ma jistax jonqos li nirringrazzjaw lil mijiet ta’ persuni li kkontribwew fih b’diversi modi matul is-snin kollha li fihom ġiet
ippubblikata r-rivista, fosthom bil-kitba, bl-illustrazzjonijiet, bħala parti mill-bord editorjali, fl-amministrazzjoni, fil-produzzjoni, fid-distribuzzjoni, bħala rappreżentanti fl-iskejjel, l-edukaturi li mexxew il-kelma mal-istudenti, u kull min xtrah u qrah matul is-snin.” Fl-attività tkellem ukoll Dr Michael Spagnol, il-Kap tad-Dipartiment tal-Malti fil-Fakultà tal-Arti fl-Università ta’ Malta u wkoll parti mill-bord editorjali preżenti tar-rivista. Huwa qabad mas-sitt ittri li hi magħmula minnhom il-kelma ‘sagħtar’, u fisser is-siwi tar-rivista bihom. S – storja ta’ suċċess. Il-ħolma ta’ Friggieri u sħabu, li jkun hemm rivista li tkun il-ħabiba tal-istudenti Maltin u Għawdxin tal-iskola sekondarja, kienet suċċess. Anzi ma baqgħetx biss il-ħabiba tal-istudenti, iżda saret il-ħabiba ta’ kulħadd, tal-poplu Malti kollu. A – appuntament regolari. Dr Spagnol iddeskriva s-Sagħtar bħala rigal ta’ kull xahar li l-istudenti jistennew b’ħerqa liema bħalha, u li timla l-vojt kbir ta’ rivista b’materjal kulturali għal udjenza żagħżugħa. GĦ – għaliex kienet daqshekk ta’ suċċess matul dawn il-50 sena? Għax imxiet maż-żmien u kibret, sabet bilanċ bejn l-imgħoddi u llum, għax taf leħen il-kittieba Maltin u għax il-qarrejja jsiru kittieba wkoll, permezz ta’ taqsima għall-kitbiet tal-istudenti. T-A-R – iż-żmien tar. 50 sena taru u llum qed niċċelebraw nofs seklu ta’ Sagħtar. Dr Spagnol għalaq l-erba’ kelmiet tiegħu billi sellem ’il-memorja tal-Professur Oliver Friggieri, fundatur tar-rivista u ġgant tal-letteratura Maltija, u spjega kemm dan kien ħerqan li jerġa’ jibda s-Sagħtar, u kif wiċċu kien xegħel meta tah l-aħbar li xewqtu kienet se tinqata’. X’inhi x-xewqa tagħkom għall-futur? Jalla s-Sagħtar jibqa’ jkun suċċess u jibqa’ relevanti aktar minn qatt qabel għall-ġenerazzjonijiet Maltin u Għawdxin tal-lum u ta’ għada. Jalla jibqa’ jservi ta’ mezz biex titħares u tissaħħaħ il-lingwa Maltija fis-snin li ġejjin, u fuq kollox jitgawda u jservi ta’ mezz ta’ tagħlim u divertiment għat-tfal u ż-żgħażagħ tal-lum u tal-ħamsin sena li ġejjin. Jalla dak iżżmien ikollna l-okkażjoni – jew aħjar, ta’ warajna – li nerġgħu niċċelebraw, b’mod aktar grandjuż, is-suċċess tal-ewwel seklu tar-rivista! Għal dan l-iskop, u fuq kollox għall-ikbar ġid tal-istudenti Maltin u Għawdxin u għat-tisħiħ tal-ilsien għażiż tagħna, il-ħidma tkompli u ma taqta’ xejn. Aktar informazzjoni dwar ir-rivista tinsab fis-sit www. saghtar.org.mt.
22
27.06.2021
ANGELO CARUANA
AVVENTURUŻ LI BEDA JISKOPRI IŻJED LIL PAJJIŻNA
Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Mhix l-ewwel darba li f’xi ġurnata sabiħa nerħilha mixja fil-kampanja jew f’xi wied flimkien man-neputijiet tiegħi. Nieħdu gost niskopru għall-arja friska ’l bogħod mid-dħaħen tal-karozzi u storbju ieħor. Dan l-aħħar sirt naf b’individwu li flimkien ma’ sħabu jħobbu jiskopru għerien, widien u natura oħra b’mod aktar professjonali, kif ukoll jiddokumentawhom fuq vloggs speċjali. Qed nirreferi għal Angelo Caruana. Trabba kif ukoll qed jgħix iż-Żurrieq. Huwa miżżewweġ u għandu żewġt itfal. Għadu kif għalaq l-40 sena u jaħdem f’xogħol klerikali l-Kunsill Lokali taż-Żejtun. Għandu diversi passatempi, fosthom il-festi u l-kultura Maltija, l-fotografija kif ukoll iħobb isiefer u jgawdi n-natura. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem li jħares lejn il-ħajja mil-lat pozittiv u jipprova dak li hu diffiċli jew sfida jdawwarhom f’opportunità biex isir aħjar. Bniedem ċajtier u li jagħmel ħbieb malajr. Jaqsam dak kollu li jaf ma’ ħaddieħor biex jara ’l kulħadd jimxi ’l quddiem. Angelo minn dejjem kien avventuruż u kien jinteressah il-mixi fil-kampanja minn ċkunitu. Dan l-aħħar waqt il-pandemija, il-bżonn li jiskopri
iktar lil pajjizna kiber. Filfatt, iltaqa’ ma’ żewġt iħbieb - Pierre u Vince li għandhom l-istess interess, u ffurmaw tim bl-istess interess, u bdew jagħmlu diversi avventuri flimkien. Staqsejtu fejn bdew iżuru flimkien u fejn kienu l-aktar postijiet li baqgħu ttimbrati f’moħħhom. “Iż-Żurrieq huwa post imdawwar b’dak kollu li toffri Malta, anki toroq tajbin fejn timxi, tgħum u anke tuża r-rota. Minn meta kont żgħir dejjem kont infittex li nesperjenza, ta’ tfal li kont, il-madwar fejn kont ngħix, b’mixjiet fil-kampanja, widien, xi għuma Wied iż-Żurrieq, kif ukoll dawriet bir-rota. Għalkemm lil Pierre u Vince sirt nafhom ftit tax-xhur ilu, mill-ewwel urejna l-interess li nibdew nagħmlu dawn l-avventuri flimkien, kif fil-fatt sar. Żorna diversi postijiet abbandunati, għerien kemm fuq l-art u fil-baħar, mini taħt l-art, xelters, widien, ixxabbatna ma’ rdumijiet kif ukoll mixjiet fil-kampanja. Wiħed mill-iktar postijiet li baqa’ ttimbrat f’moħħi huwa bla dubju Għar il-Friefet, għar uniku,” wegibni Angelo. Xi postijiet ta’ avventuri jġibu magħhom xi ftit ta’ periklu. Fil-fatt, b’hekk iffurmaw tim ta’ tlieta għax jekk jinqala’ xi ħaga tkun diffiċli li toħroġ minnhom
waħdek u hekk ikunu hemm għal xulxin. Mistoqsi ma’ liema tip ta’ intoppi ġieli ltaqgħu waqt l-avventuri tagħhom s’issa, Angelo stqarr miegħi li l-iktar avventuri ta’ periklu li qed jagħmlu huma bla dubju l-għerien, għaliex dawn xi wħud minnhom iġibu sfidi kbar għaliex issib partijiet minnhom li daqt jaqgħu, bokok żgħar li trid titkaxkar biex tidħol, kif ukoll diversi tajn li jagħmilha iktar diffiċli biex tesperjenzahom. “Ma ninsewx ukoll li dan kollu qed niffilmjawh, allura tkun iktar diffiċli xi kultant bil-kamera f’idejna. Dak huwa l-għan tat-tim li ngħinu lil xulxin fejn ikun hemm bżonn f’dawn is-sitwazzjonijiet apparti li nservu ta’ sapport lil xulxin,” stqarr miegħi. Kull avventura tieħu numru konsiderevoli ta’ ħin Angelo huwa fil-fatt dilettant tal-fotografija u beda jieħu u jtella’ ritratti u filmati editjati fuq YouTube bħala vlogg fejn jipprova jagħti informazzjoni dwar il-post bħala rikordju u biex juri s-sbuħija ta’ Malta lil ħaddiehor u sens ta’ apprezzament lejn il-wirt kulturali tagħna. Mistoqsi jgħidli xi kemm jeħodlu ħin dan kollu bħala
preparamenti qabel l-avventura, l-avventura kompluta, u l-editjar ta’ wara kollu u dwar is-sodisfazzjon li jagħtih, Angelo weġibni: “Kull avventura tieħu numru konsiderevoli ta’ ħin kemm biex niksbu l-informazzjoni qabel, li mhux dejjem ikun faċli fuq ċerti postijiet speċjalment għerien, kemm jista’ jkun trid tagħti informazzjoni korretta għalkemm aħna ma aħniex storiċi li xi kultant jagħmilha iktar diffiċli għalina mmorru fuq il-post kif ukoll niffilmjaw, neditjaw u nixxerjaw fuq il-midja soċjali. Nikkalkula li kull avventura lili teħodli madwar 10 siegħat. Is-sodisfazzjon huwa wieħed kbir meta tibda taqta’ mill-lista ma tispiċċa qatt ta’ postijiet li nkunu żorna, sodisfazzjon li diffiċli tispjegah bil-kliem.” Fatt li jdejqu u li jsibu ta’ niket u rabja hu meta jidħol f’post u jsib ħafna skart mormi llegalment kif ukoll tħażżiż mal-ħajt (graffiti). Ridt inkun naf jekk hux ġieli ħa xi azzjoni personali dwar dan. “Din hija weġgħa ta’ qalb kbira għalija, kultant ma nkunx irrid nemmen b’dak li qed nara, nintebaħ li għadna poplu li ma napprezzawx itteżori li aħna mdawrin bihom, tiskanta gżira daqs naqra imma mimlija b’postijiet ta’ interess. Postijiet bħal dawn nipprova
niġbed l-attenzjoni tal-awtoritajiet sabiex tittieħed azzjoni u jiġu mnaddfa”. Ta’ min jgħid li s’issa għandu madwar 60 avventura li jinkludu trekking, rota, abseiling, kayaking, għawm, pos tijiet abbandunati, għerien, mini taħt l-art u saħansitra skydive. L-iktar waħda għal qalbu u diffiċli hija bla dubju l-mawra f’Għar il-Friefet, għar li jinsab Birżebbuġa u huwa magħluq għall-pubbliku. Avventura li kienet ftit diffiċli peress li fih partijiet minnu tekniċi u bil-features li fih jagħmluh għar uniku. Allura awtomatikament kelli nistaqsih kif kiseb aċċess għalih jekk dan magħluq għall-pubbliku. “Hekk hu dan l-għar huwa magħluq b’kanċell u mhux aċċessibbli għall-pubbliku tal-inqas bħalissa, għax skoprejna li dan kien ferm popolari fis70 u 80ijiet. Hekk kif tfajna ħarsitna biex nidħlu f’dan l-għar għamilt kuntatt mas-Sindku u l-Kunsill ta’ Birżebbuġa fejn apparti li tawna ammont ta’ informazzjoni dwar dan l-għar, tawna wkoll aċċess esklussiv sabiex inkunu nistgħu niddokumentawh. Domna madwar ħames sigħat u tista’ tgħid dorna kull toqba li sibna. Ħasra li ma sibniex farfett il-lejl wieħed, ħaġa li fi żmien kien
27.06.2021 08.11.2020
23
SKEDA ONE 12:40 12:45 13:00 14:50 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45
Teftif Telebejgħ Awla Pink Panther ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Teżori Duurella Mhux kemm taf
17:30 18:30 19:20 19:30 20:10 20:35 22:50 23:30
07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Flimkien ma’ Nancy 11:00 Better Living 11:50 Ondroad
12:30 12:35 12:40 12:45 13:00 14:50 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15
ONE News Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Awla The Local Traveller ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Teżori
16:30 Country Jamboree 17:05 Ħabrikt 17:30 Dak li Jgħodd 18:30 Pjazza 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Follow Up 21:35 Music Legends 22:05 Distintivi 23:05 Ħabrikt
07:15 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:50 Pjazza 09:40 Telebejgħ 10:00 Dak Li Jghodd 11:00 SKS Patri Mark Montebello 11:50 Country Jamboree 12:30 ONE News
12:40 12:45 13:00 14:50 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30
Teftif Telebejgħ Awla Music Legends ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Teżori Duurella Pink Panther Fish On
18:30 19:20 19:30 20:10 20:35 21:00 22:30 23:00 23:30 23:45
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:50 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Fish On 11:00 Indhouse 11:55 Music Legends
12:30 12:35 12:40 12:45 13:00 14:50 15:30 15:35 15:45 16:00 16:15
ONE News Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Awla The Local Traveller ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Teżori
16:30 Żona Sport 17:00 Il-Kostruzzjoni 17:30 Mhux kemm taf 18:30 Pjazza 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Ilsien in-Nisa 23:30 ONE News 23:45 Liqourish Daytime
07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 11:20 11:50
12:30 12:40 12:45 13:00 14:50 15:30 15:35 15:45 16:05 16:20 16:40
ONE News Teftif Telebejgħ Awla Country Jamboree ONE News Liquorish Daytime Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Teżori Duurella
16:55 Il-Kostruzzjoni ĠIMGĦA 17:30 Indhouse 02-07 18:30 Pjazza 19:20 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Mad-Daqqa t’Għajn 22:00 Espressjoni 23:30 ONE News
07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:35 Ħabrikt 09:55 Twenty ONE 10:25 Il-Kostruzzjoni 10:55 Indhouse
11:55 12:30 12:35 13:10 13:40 14:10 14:50 15:30 15:35 16:30
Telebejgħ ONE News Żona Sport Country Jamboree Liqourish Omnibus Fish On The Local Traveller ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy
17:30 18:00 18:45 19:22 19:30 20:05 20:30 23:30
07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:00 10:30 11:55 12:30
12:35 14:45 15:30 15:35 16:00 16:38 17:38 18:00 19:15
Ilsien in-Nisa Pink Panther ONE News Durella Country Jamboree Fish On Ħabrikt Espressjoni One Sport & Temp
19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:35 Attività Politika 21:15 L-Awla 23:30 ONE News
07:15 07:45 08:00 08:30 08:40 08:50 09:35 10:00 11:00 12:00 12:30
ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Indhouse Dak li Jgħodd Il-Kostruzzjoni ONE News
TLIETA 29-06
ĦAMIS 01-07
hemm kolonji sħaħ minnhom, b’hekk iġib dan l-isem,” żvela miegħi Angelo. Bis-saħħa tal-pandemija jista’ jgħid li jiskanta, naqra gżira u l-ammont ta’ postijiet li kważi ħadd ma jaf bihom jew kulħadd nesihom huwa wieħed sostanzjali. Xi kultant jagħtuh xi idea s-segwaċi tiegħu wkoll. “Kull avventura li nagħmlu dejjem ikun hemm rispons u interess kbir għalija mis-segwaċi. Huma ħafna li jikkumentaw dwar dak li jiftakru dwar il-post, ħafna memorji sbieħ saħansitra anke segwaċi li ġieli żaru jew ħadmu fil-post li jgħaddulna ċerta informazzjoni li bis-saħħa tagħha nkomplu nżidu mal-għarfien kif ukoll jaqgħtu ċerti kurżitajiet li ġieli jkollna. Dawn ivarjaw minn Maltin kif ukoll barranin li kienu joqogħdu Malta jew turisti li jinteressahom isiru jafu iktar dwar Malta” Kull tip ta’ avventura tirrikjedi l-ilbies protettiv tagħha Importanti wkoll, tant li jisħaq li dejjem wieħed irid joqgħod attent, li jilbes ilbies protettiv kif ukoll jibża’ għall-ambjent li jkun fih u ma jagħmilx ħsara speċjalment lill-flora u l-fawna. B’hekk ridt inkun naf x’tip ta’ ilbies protettiv jirrikjedi li jilbes biex imur avventuri ta’ dan it-tip. “Kull tip ta’ avven-
tura tirrikjedi l-ilbies protettiv tagħha. Jekk insemmu t-trekking trid trekking boots tajjeb li ma jagħmilx ħsara lil saqajk, l-abseiling ikollok harness, helmet u ingwanti apparti ħabel tajjeb, ma ninsewx li fuq dawn għandek ħajtek. Fl-għerien dejjem nesiġu li tal-inqas tintlibes helmet għax l-ammont ta’ daqqiet li taqla’ ġo rasek huwa wieħed konsiderevoli meta tqis li ħafna minnhom qed timxi baxx jew titkaxkar, din tipproteġik minnhom kollha. Investejna wkoll f’sett radjijiet (2-way radios) sabiex inkunu nistgħu nikkomunikaw aħjar waqt l-abseiling kif ukoll l-kayaking. Postijiet mudlama importanti li tidħol fihom b’diversi sorsi ta’ dawl biex jekk ifalli wieħed ikollok dejjem riserva u ma tinqabadx hemm.” Fl-aħħar nett, Angelo ħalla messaġġ għall-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Malta tagħna hija ġawhra, ħasra li ħafna ma japprezzawhiex kemm jistħoqqilha. Aħna limitati minħabba ċ-ċokon tagħna, imma fortunati biżżejjed li nistgħu nilħqu dawn il-postijiet fi ftit minuti, ħaġa li barra minn Malta diffiċli immens tagħmel. Messaġġ sabiex meta mmorru fin-natura, nibżgħu għaliha, ma nħammġux, anzi nnaddfu jekk insibu l-ħmieġ, sabiex lill-ġenerazzjoni ta’ wara nħallulhom wirt aħjar milli sibna aħna.”
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espressjoni Żona Sport Mhux kemm taf
SIBT 03-07
ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attività Politika Telebejgħ ONE News
Flimkien TNEJN ma’ Nancy 28-06 Pjazza ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Liquorish Country Jamboree ONE News
Pjazza ERBGĦA ONE Sports 30-06 & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta The Local Traveller Espressjoni Country Jamboree Ieqaf 20 Minuta ONE News Liquorish Daytime
Ħabrikt Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Ilsien in-Nisa ONE News
ĦADD 04-07
24
27.06.2021
reċensjoni tal-ktieb
IL-PROFESSUR GĦASFUR FL-ISPAZJU Il-fantaxjenza. L-ivvjaġġar fl-ispazju u fiż-żmien. Dawn huma wħud mill-iżjed ġeneri popolari, sa minn dejjem, fil-kotba għat-tfal. Iżda xorta, Malta m’hawnx daqskemm wieħed jistenna kotba f’dawn il-ġeneri. Wieħed mis-suċċessi l-aktar mhux tas-soltu tal-aħħar snin f’dan il-ġeneru kien Il-Professur Għasfur ta’ Ġorġ Mallia. Beda kwiet kwiet, imma malajr il-kelma ġriet sa ma l-ewwel tiratura nbiegħet kollha u l-ktieb kellu jerġa’ jiġi stampat, u jibqa’ favorit mal-fans. Wara ħafna talbiet u mistoqsijiet mingħand il-qarrejja, Mallia ħareġ b’sequel, Il-Professur Għasfur fl-Ispazju, li għadhom kemm ippubblikaw il-Merlin Publishers. L-ewwel ktieb kellu bħala narratriċi lil Katrina, tifla li ssalva s-sitwazzjoni wara li hi, flimkien mal-Professur u mal-fekruna maġika li kapaċi titkellem, jaqsmu għal ġo dimensjonijiet strambi u differenti abbord il-pjattaforma trans-dimensjonali tal-Professur inventur. F’dan is-sequel ġdid, in-narratur hu sieħeb Katrina, Pawlu, li għad li l-iskola mhix il-forte tiegħu, iħobb il-fantaxjenza u n-naviċelli spazjali. Allura meta jara naviċella ’l fuq ’l fuq, qrib il-laboratorju tal-Professur, jara kif jagħmel biex jiskopri x’qed jiġri. U minn hemm, f’ħakka t’għajn isib ruħu involut f’avventura inkredibbli fl-ispazju, wara li l-fekruna taqbad sinjali ta’ naviċella spazjali ġganteska ta’ aljeni kattivi li ġejjin jeqirdu d-Dinja. Il-Professur issa għandu miegħu Professur ieħor – jew aħjar, oħra: Il-Professur Gremxula. Hija esperta fil-bijoloġija u l-antropoloġija, u l-irwol tagħha hu kruċjali biex sħabna jifhmu n-natura ta’ dawn l-aljeni. Mallia – li għamel ukoll l-illustrazzjonijiet għall-ktieb fl-istil uniku tiegħu – ikkummenta illi, “fost ir-raġunijiet għala ridt nintroduċi lill-Professur Gremxula, kien hemm li riċerka ftit snin ilu writ li fil-kotba għat-tfal kollha qajla hemm xjenzjati nisa. U għalhekk, apparti l-Professur Għasfur, ħloqt Professur oħra ġenjali daqsu. Sa ċertu punt dil-Professur tagħmel tajjeb ukoll għall-fatt li did-darba n-narratur huwa tifel u mhux tifla!” Jirnexxilhom isalvaw id-dinja? Ħeqq, dik għat-tfal (l-aktar dawk bejn 9 u 14-il sena) biex jiskopru meta jaqraw il-ktieb. Il-Professur Għasfur fl-Ispazju jinsab għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers.com
Mistoqsija: Min hu n-narratur il-ġdid f ’dan is-sequel? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IL-PROFESSUR GĦASFUR FL-ISPAZJU. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 4 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb IL-KAXXA TAD-DAQQ hija:
G. CAMILLERI - ŻABBAR
05 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm jesa’ passiġġieri l-katamaran Ponte Ferries, HSC Artemis?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
25
27.06.2021
‘THE LOVE SLAVE KILLERS’ Ħatja ta’ għadd ta’ ħtif, stupri u qtil Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO
Gerald Armond Gallego u martu Charlene Adell Gallego huma koppja qattiela li werwru l-belt ta’ Sacramento f’Kalifornja fl-Istati Uniti bejn l-1978 u l-1980. B’kollox qatlu għaxar persuni, li ħafna minnhom kienu żgħażagħ. L-ewwel kienu jaħtfu lill-vittmi u mbagħad Gerald kien jistuprahom u joqtolhom b’tiri ta’ arma tan-nar jew b’daqqiet b’oġġett. Min kienet il-koppja Gallego? Gerald Armond Gallego twieled fis-17 ta’ Lulju tal-1946 f’Sacramento f’Kalifornja. Ommu kienet prostituta u missieru kien kriminal magħruf li qatel pulizija meta prova jaħrab mill-ħabs. Ta’ dan l-omiċidju, missier Gallego ngħata l-piena tal-mewt permezz tal-kamra tal-gass. Missieru kien l-ewwel raġel f’Mississippi li nqatel b’dan il-mod. Gallego beda b’karriera kriminali fl-età żgħira ta’ 13-il sena meta abbuża sesswalment minn tifla ta’ sitt snin.
Minn hawn ’il quddiem, Gallego ġie arrestat ’il fuq minn 20 darba u qatta’ wkoll xi żmien il-ħabs fuq serq u attakki sesswali. Hu żżewweġ seba’ darbiet, fejn darbtejn minnhom iżżewweġ lill-istess mara. Hu kkonfermat ukoll li Gallego żżewweġ lil Charlene waqt li kien għadu miżżewweġ ma’ mara oħra. Min-naħa l-oħra, Charlene Adell Gallego, li twieldet fl-10 ta’ Ottubru tal-1956, kellha trobbija tajba fejn kienet maħbuba mill-familja tagħha. Ħajjitha ħadet żvolta oħra hekk kif meta kibret bdiet tabbuża mid-droga u kienet ukoll tħobb il-qatra. Charlene kienet diġà żżewġet darbtejn qabel ma ltaqgħet ma’ Gallego. Il-koppja ltaqgħet flimkien għall-ewwel darba fl-1977 f’ħanut f’Sacramento u flimkien bdew iwettqu l-fantasiji sadisti ta’ Gerald.
mbeżżgħin hekk kif bdew jinħatfu t-tfajliet u bdew jinstabu l-iġsma bla ħajja tagħhom. L-ewwel żewġ vittmi tal-koppja Gallego kienu Rhonda Scheffler ta’ 17-il sena u Kippi Vaught ta’ 16-il sena. Charlene rathom fi stabbiliment u rnexxielha tikkonvinċihom imorru magħha barra l-istabbiliment. It-tfajliet imxew warajha u hekk kif waslu ħdejn il-vann tal-koppja, it-tfajliet ġew sfurzati jidħlu filvann. Gallego hedded lit-tfajliet b’pistola, rabtilhom idejhom u saq lejn Baxter. Hemmhekk hu stuprahom u qatilhom b’tir f’rashom. Fl-24 ta’ Ġunju tal-1979, il-koppja ħatfet lil Brenda Judd u lil Sandra Colley, li kien għad kellhom 13-il sena. Huma nħatfu minn fiera f’Reno f’Nevada. Gerald qatel lit-tfajliet b’diversi daqqiet ta’ oġġett li seta’ kien pala jew martell u l-fdaliĦtif, Stupri u Qtil jiet tat-tfajliet instabu wara 20 sena. Mill-11 ta’ Settembru tal-1978, Fl-24 ta’ April tal-1980, il-kopin-nies ta’ Sacramento kienu pja ħatfet żewġ tfajliet oħrajn minn stabbiliment f’Sacramento. It-tfajliet kien jisimhom Stacy Ann Redican u Karen Chipman-Twiggs li kellhom 17il sena. Huma ġew stuprati
u nqatlu b’diversi daqqiet ta’ oġġett li mhuwiex magħruf x’kien. Il-katavri tagħhom instabu tliet xhur wara mill-ħtif tagħhom. F’Ġunju tal-1980 ħatfu lil Linda Teresa Aguilar, tfajla ta’ 21 sena li kienet tqila. Hi nqatlet b’oġġett u ndifnet f’qabar baxx ħdejn Gold Beach f’Oregon. Xahar wara, il-koppja ħatfet lil Virginia Mochel, mara ta’ 34 sena, mill-parkeġġ tad-dverna fejn kienet taħdem. Il-fdalijiet tagħha nstabu tliet xhur wara qrib Clarksburg. Hi kellha biċċiet ta’ ħabel imdawwar m’għonqha u b’hekk ġie stabbilit li nqatlet billi ġiet fgata bih. L-aħħar żewġ vittmi kienu Craig Miller u l-għarusa tiegħu Mary Elizabeth Sowers. L-għarajjes kienu għadhom kif jitilqu minn festin tal-fraternità hekk kif daruhom Gallego u martu u heddewhom b’arma tan-nar. Miller u Sowers rikbu fil-karozza ta’ Gallego u xħin waslu qrib Bass Lake, Gallego qal lil Miller biex jinżel mill-karozza u kif dan għamel
hekk, Gallego sparalu. Wara baqgħu sejrin fir-residenza ta’ Gallego fejn dan tal-aħħar stupra lil Sowers u wara ħadha f’għalqa fejn qatilha wkoll b’tir ta’ arma tan-nar. L-arrest Gerald u Charlene Gallego ġew arrestati wara li ħabib ta’ Miller u Sowers rahom jaħtfuhom u għadda n-numri tal-pjanċa lill-pulizija. Meta ġew arrestati, Gallego u martu ċaħdu l-akkużi miġjuba kontrihom ta’ ħtif u ta’ qtil. L-avukati ta’ Charlene rnexxielhom jikkonvinċu lill-prosekuturi biex hi tixhed kontra Gerald bil-patt li tingħata sentenza inqas ħarxa. Din it-talba ġiet aċċettata u Charlene weħlet 16-il sena u tmien xhur ħabs. Hi ħarġet mill-ħabs f’Lulju tal-1997. F’Ġunju tal-1983, Gerald instab ħati u ngħata l-piena talmewt. Gerald Gallego laħaq miet fiċ-ċentru mediku talħabs fl-2002 sakemm beda jistenna l-eżekuzzjoni tiegħu.
26
27.06.2021
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
27.06.2021
SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:
KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 387
L. AGIUS - MOSTA
Bi 3 NUMRI 593 000 620 046 646 147 773 179 838 193 884 253 929 258 953 318 356 B’4 NUMRI 472 0272 504 0782 559 1211
1410 1592 2106 2210 2909 3034 3121 3231 4234 4283 4309 4466 4534
4634 5015 5057 5124 5603 5957 6384 6656 7323 7501 7837 9008
B’5 NUMRI 02246 08755 10022 10959 11049 11892 12211 21053 22780 25099 26370 27744
33284 35218 35271 39289 42902 52209 54540 58806 59550 75533 83118 84350 85229
92139 B’6 NUMRI 015442 026044 057922 058222 094257 356654 432239 712464 755221 990026
MIMDUDIN: 1. Kompli l-qawl: Fittxu ħuduh ’il barra ħalli naqsmu dak li ......... (5) 4. Viċin (4)
7,9. Joqtol skont il-liġi (5) 9. Ara 7 10. Jifhem ħafna (6) 12. Joqtol dan (6) 16. Kunjom (3) 18,21W. Żball Ingliż (5)
WEQFIN: 1. Iħit dan (6) 2. Kunjom (3) 3,11. Kunjom ieħor (5) 5. Raymond Agius Enriquez (1,1,1)
6. 8. 11. 12,22. 13.
19. 20. 21. 23. 24.
Tpoġġi l-maktur 14. fih (3) 15. Mhux moħbija (9) 17. Ara 3 Isalpa dan (5) 21. Isem (3) 22.
Itlaq (3) Il-virus (5) Rest in Peace (1.1.1) Mhux spissi (4) Isofru (5) Bl-ilma (6) Tlaqtu tiġru (6) Tħallix mistur (3) Ara 18 Ara 12 wieqfa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Multa, 4.Terz, 7,9.Birra, 10.Bsaten, 12.Maċina, 18.AĠ, 19.Mus, 20.Brija, 21.Rat, 24.Adami
WEQFIN: 1.Merħba, 2.Lia, 3,16.Abbati, 5,11. Extra, 6,23.Zuntier, 8.Issiġilla, 12,17. Mitra, 13,21W. Ċarrat, 14.Amanda, 15.Fsadni, 22.Tre
28
27.06.2021
IT-TRIQ TIBQA’ L-ISTESS Editorjal
Wara dak kollu li esperjenzajna fl-aħħar snin, fejn il-pajjiż ukoll ħareġ iżjed b’saħħtu u dejjem b’rasu mgħollija, is-sitwazzjoni l-ġdida żgur li mhux se taqtgħalna qalbna
Id-deċiżjoni tal-Financial Action Task Force (FATF) din ilġimgħa kienet doċċa kiesħa fuqna, speċjalment wara l-im penn bla preċedent li wera l-Gvern fl-aħħar sena u nofs u għalih ġie mfaħħar bil-kbir anke mill-kumitat ta’ espert i tal-Moneyval. Kienu dawn talaħħar li fl-ewwel lok ġibdulna l-attenzjoni bi 58 rakkoman dazzjoni meħtieġa biex tissaħ ħaħ il-ġlieda kontra l-krimina lità, fosthom il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar tat-terroriżmu. Tali eżerċizzju nazzjonali, li ngħata l-akbar prijorità mill-bidu tas-sena l-oħra, mhux biss ipprovda l-finanzi u l-għodda kollha neċessarji lill-awtorita jiet involuti, iżda anke ħoloq qafas regolatorju li jagħmel il-ħidma tagħhom iżjed faċli u effettiva. Entitajiet, bħall-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanz jarji (MFSA), il-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) u d-Dwana, fost oħrajn, qatt ma daqu investimenti daqs l-aħħar żminijiet. Dawn kienu tħallew neqsin mir-riżorsi l-aktar essenzjali sa minn żmien l-aħħar Gvernijiet Nazzjonalisti, kontra
kull impressjoni differenti li tista’ tingħata. Dan wassal biex ġejna konformi mar-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Moneyval, għajr tlieta li l-FATF għad trid tiġi konvinta iżjed fuqhom, avolja tirrikonoxxi li sar xogħol fuq hom. Għaldaqstant il-fatt li llum pajjiżna xorta spiċċa flhekk imsejħa lista griża jibqa’ mill-aktar inġust, kif deskritt mill-Prim Ministru Robert Abela din il-ġimgħa. Li hu żgur hu li għandna sfida oħra quddiemna u l-Gvern Laburista jinsab determinat li jegħlibha wkoll fl-iqsar żmien possibbli, kif diġà wiegħed. Wara dak kollu li esperjenzajna fl-aħħar snin, fejn il-pajjiż ukoll ħareġ iżjed b’saħħtu u dejjem b’rasu mgħollija, is-sitwazzjoni l-ġdida żgur mhux se taqtgħalna qalbna. Il-qagħda ġenerali wara l-bidla fil-Gvern fl-2013, il-kwa żi falliment tal-Korporazzjoni Enemalta, il-faqar fost il-familji, il-kriżi fil-finanzi nazzjona li, it-tniġġis mill-impjanti talenerġija, il-konġestjonijiet tat-traffiku, il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, ir-riżenja tal-
Prim Ministru Joseph Muscat, l-effetti tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea u, b’mod speċjali, il-pandemija attwali tal-COVID-19 ilkoll kienu jew għadhom meqjusin sitwazzjo nijiet diffiċli ħafna ekonomikament u soċjalment li kellna niffaċċjaw. Il-kuraġġ li rabbejna f’dawn is-snin hu mibni l-iżjed fuq l-għaqal amministrattiv, flimkien mar-reżiljenza ta’ poplu li wkoll jaf li l-Gvern immexxi minn Robert Abela jinsab fittriq it-tajba. Ilkoll konxji li, meħudin iċ-ċirkostanzi kollha fejn id-dinja affaċċjat l-agħar kriżi fl-aħħar 70 sena, pajjiżna ma setax jitlob għal tmexxija wisq aħjar, tant li llum ninsabu f’waħda mill-aħjar sitwazzjonijiet li pajjiżi oħrajn jistgħu biss joħolmu li jkunu fiha. Fl-istess ħin il-Gvern Labu rista xorta rnexxielu jwettaq ir-riformi kollha jew kważi kollha li ntlabna nagħmlu mill-Moneyval. Kull persuna ta’ rieda tajba, li ma tħallix li l-għamad politiku jtellifha milli tara l-qagħda reali, għandha kull fiduċja li Malta se toħroġ bl-aħjar mod possib-
bli minn din l-isfida l-ġdida li tefgħet f’ħoġorna l-FATF, mhux l-inqas meta għandna Gvern li jemmen fermament f’pajjiż modern b’governanza aktar b’saħħitha. Dan anke jekk it-tfixkil minn dawk li sfortunatament jirsistu li jimbottaw lill-pajjiż lejn xifer l-irdum, se jibqa’ dejjem fil-qrib. Bl-esperjenza passata u attwali li għandna tal-Partit Nazzjonalista u l-friegħi kollha tiegħu, jarralna jekk nemmnu li fiż-żmien li ġej dawn se jġibu ruħhom differenti. Wara r-raba’ Kap differenti u ħemel ta’ lezzjonijiet elettorali li suppost ħadu, l-attitudni baqgħet l-istess, anzi ggravat. U sakemm iċ-ċansijiet tagħhom se jibqgħu jidhru li qed jiżvintaw, l-unika soluzzjoni tagħhom tibqa’ dik li jħassru l-“logħob”. Ir-reazzjonijiet tagħhom fl-aħħar sigħat ukoll jixhdu li għadhom ma fehmu xejn. Bil-maqlub, il-maġġoranza assoluta tal-poplu taf fejn qiegħda mal-Gvern Laburista u għalhekk anke llum qed tappoġġja s-sejħa tiegħu ta’ “Tim Malta”.