www.kullhadd.com Il-Ħadd 27 ta’ Ottubru, 2019
Ħarġa Nru 1,372
Prezz €1
IRIDU JILAGĦBUHOM BIL-BIDLA FL-ISTATUT
Ritratt: Simone Florena Netflix
L-attakk li jmiss fuq il-fazzjoni ta’ Adrian Delia x’aktarx ikun b’emendi għall-istatut tal-Partit Nazzjonalista li ma jħallux lil Clyde Puli u lil Kristy Debono jikkontestaw il-karigi li għandhom bħalissa. Kif żvelajna l-Ħadd li għadda Puli kien diġà qed jaħsibha, iżda mal-mument li ħareġ li diġà hemm isem għal minfloku qal li se jerġa’ jikkontesta. Dan bi sfida diretta għal Louis Galea li hu fost dawk li jaqblu mal-emendi fl-istatut. Kif niżvelaw f’paġna 3 l-qiegħa fil-Partit Nazzjonalista reġgħet bdiet tisħon.
ŻBALL KULL KWARTA DAĦLU €24M MILL-FILMS FL-EWWEL 10 XHUR TAS-SENA Ara paġna 28
Fid-diskors ta’ sagħtejn li għamel ilKap tal-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn li għadda għamel iktar minn żball fattwali għal kull kwarta li tkellem. Illum nimmarkaw 10 minnhom bil-provi. Fil-ħarġa tal-lum nanalizzaw ukoll id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Ara paġni 6 sa 11
02
27.10.2019
kullhadd.com
IT-TEMP GĦAL-LUM Editur ALEANDER BALZAN
L-Ogħla Temperatura: 24°C L-Inqas Temperatura: 18°C L-Indiċi UV: 4 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Massa t’arja instabbli tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Ftit imsaħħab, lokalment pjuttost imsaħħab f’xi waqtiet u bilpossibbiltà ta’ xi ħalba xita ħafifa kultant Ir-Riħ: Ħafif mill-Majjistral li jdur millGrigal Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx mix-Xlokk li jsir ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 24°C
email: aleander.balzan@partitlaburista.org
Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570 It-Tnejn
It-Tlieta
L-Erbgħa
Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570
Indirizz Postali KullĦadd
24°C
UV 4
18°C
Il-Ħamis
24°C
UV 4
18°C
24°C
Il-Ġimgħa
UV 3
16°C
Is-Sibt
One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000
Sit Elettroniku KullĦadd
24°C
UV 3
16°C
24°C
UV 4
18°C
24°C
UV 4
18°C
kullhadd.com
SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD
Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd
Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000
Collis Williams Pharmacy, 15, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21226281 Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21236477 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Mackie’s Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta’ Paris, Birkirkara – 21496089 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Harley Pharmacy, 1, Triq Nathalie Poutiatin Tabone, Tas-Sliema – 21334635 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 St. Elias Pharmacy Triq San Elija, Ix-Xgħajra – 21660300 Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Ħal Għaxaq – 21663311 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Brown’s Pharmacy, 47, Vjal il-Ħelsien, Ħaż-Żebbuġ – 21465411 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat – 21455479
Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202
Għawdex
L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000
Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat – 21556170 Għajnsielem Pharmacy, Pjazza Indipendenza, Għajnsielem – 27203615
Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza– 112 Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9
L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – 1182
Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għall-emerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Ilpubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.
03
27.10.2019
kullhadd.com
IRIDU JQAĊĊTU LIL DEBONO U LIL PULI • ADRIAN DELIA JIDHER LI ĊEDA DIĠÀ GĦALL-FAZZJONI TA’ SIMON BUSUTTIL • BIDLA LI JRID LOUIS GALEA PARTI MIL-LOGĦBA BIEX JIMMINAW LIŻ-ŻEWĠ DEPUTATI • CLYDE PULI JOĦROĠ JISFIDA GĦAX ĦASSU MORMI F’SEKONDA
Is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Clyde Puli u l-President tal-Kunsill Ġenerali Kristy Debono qed jibqgħu jkunu mhedda li posthom jista’ jkun li mhux se jibqa’ tenibbli konsegwenza ta’ bidla fl-istatut tal-Partit Nazzjonalista. Bidla li permezz tagħha deputati ma jkunux jistgħu jokkupaw dawn il-karigi. Puli u Debono mhux l-ewwel deputati li okkupaw dawn il-karigi u għalhekk qed jidher evidenti li din mhi xejn għajr logħba biex iż-żewġ alleati ta’ Adrian Delia jintwerew il-bieb ta’ barra. Issa, kif żvelajna aħna nhar il-Ħadd li għadda, Clyde Puli diġà kien qed jaħsibha li ma jibqax fil-kariga meta fi ftit ġimgħat oħra jerġa’ jkun hemm elezzjoni interna. Tant li meta nhar il-Ħadd li għadda żvelajna dan Puli mkien ma’ ċaħad u fil-midja soċjali kiteb fuq affarijiet oħra, iżda mhux dwar din l-aħbar. Però meta minn imkien ħarġet li se jikkontesta Francis Zammit Dimech, li aħna infurmati li diġà beda jikkampan-
ja, Puli kien pront jerġa’ jitfa’ ismu fit-tellieqa. Dan għax għalkemm kien qed jikkontempla li jitlaq ma kellux alternattivi lesti f ’idu u t-tieni għaliex ħassu urtat b’din il-logħba li kienet għaddejja kontrih u li llum nistgħu nikkonfermaw li anke Adrian Delia kien konxju tagħha. Kif urejna fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda Delia qed jispiċċa jurta lil ta’ miegħu biex jintgħoġob minn ta’ kontrih. Illum ninsabu f ’pożizzjoni li niżvelaw ukoll li l-kandidat preferut ta’ Delia għal din il-kariga kien Frank Psaila, l-eks kandidat għall-Parlament Ewropew. Iżda, Psaila wkoll iħossu xi ftit diżappuntat bilfatt li fl-elezzjoni ta’ Ġunju li għadda ma kienx elett, b’Delia jobżqu fl-aħħar billi beda jidher spalla ma’ spalla ma’ kandidati oħra bit-tama li joħroġ il-militanti Nazzjonalisti jivvutaw. Iktar minn hekk, jista’ jkun li Psaila ma jiksibx għalkollox l-appoġġ tal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil li ma nsietx kif fix-xhur ta’ qabel l-elezzjoni
tal-Parlament Ewropew ikkampanja kemm felaħ kontra David Casa u ried jeliminah. Għalhekk jidher li issa se jkun Francis Zammit Dimech li se jikkontesta lil Puli. Dan sakemm ma tkunx imbuttata qabel l-emenda fl-istatut u Puli lanqas ikun jista’ jikkontesta. Infurmati li din hi xi ħaġa li se jkun hemm min jirreżistiha bil-kbir u hemm min isostni li m’hemmx ċans li din tkun għaddiet qabel Novembru meta trid issir il-konferma jew
le tas-Segretarju Ġenerali. Fost dawk li jappoġġjaw din il-bidla hemm Louis Galea li hu fdat bir-riformi fil-Partit Nazzjonalista u dawk li jriduha tiġri qed jgħidu li ma jagħmilx sens taħtar lil xi ħadd jipproponi r-riformi biex ma tagħtix kasu. Id-dikjarazzjoni ta’ Puli li se jikkontesta kienet interpretata wkoll bħala mossa biex torbot idejn Louis Galea u fl-Istamperija qed tinħoloq tensjoni ġdida. Jekk tgħaddi ta’ dawk li jri-
Iżda, Psaila wkoll iħossu xi ftit diżappuntat bil-fatt li fl-elezzjoni ta’ Ġunju li għadda ma kienx elett, b’Delia jobżqu fl-aħħar billi beda jidher spalla ma’ spalla ma’ kandidati oħra bit-tama li joħroġ il-militanti Nazzjonalisti jivvutaw
du din il-bidla tkun milquta wkoll Kristy Debono, alleata oħra ta’ Adrian Delia li riċentement mhux li marret wisq tajjeb. Fil-fatt, dawk ta’ madwar Delia qed jilmentaw li huma l-agħar li dejjem imorru għax il-Kap moħħu biex jintgħoġob mal-fazzjoni ta’ Simon Busuttil anke jekk magħhom qatt ma jġibha żewġ. Jidher li nies madwar Debono qalu li hi ma tantx se tirreżisti l-bidla anke għaliex xebgħet tagħmel ġlidiet mitlufa, bir-raġel tagħha jitlef iċċans li jidħol lura fil-Parlament wara li kienu hu l-uniku li kien lest li jċedi s-siġġu għal Adrian Delia. Dan wara li tela’ mis-seba’ distrett wara ħafna ħidma. Fil-fatt Jean Pierre Debono nnifsu rriżenja fl-aħħar ġimgħat mill-kariga li kellu fil-Partit Nazzjonalista u qal li se jibqa’ biss kandidat. Ħafna jqisu lil Jean Pierre Debono bħala kruċjali biex Delia rebaħ voti interni importanti. Anke jekk fil-proċess kien fil-mira ta’ allegazzjonijiet dwar tbagħbis ta’ listi fost oħrajn.
04
27.10.2019
kullhadd.com
16–IL KUNTRATT MA’ KIRURGI DENTALI FIL-KOMUNITÀ • SE JINGĦATAW ELUF TA’ SERVIZZI QRIB ID-DAR Fil-jiem li għaddew servizzi varji ta’ dentistrija li jsiru flIsptar Mater Dei bdew jingħataw mill-privat u jħallas għalihom il-Gvern. Dan bil-għan li jonqos drastikament iż-żmien ta’ stennija għal dawk li jirrikorru għal servizzi bħal dawn fl-Isptar Mater Dei. Is-servizzi jkopru mili ta’ snin, dentaturi u anke check ups. Għal dan il-għan ġew iffirmati 16–il kuntratt ma’ kirurgi dentali b’disa’ kuntratti oħrajn simili mistennijin ikunu ffirmati Ix-xogħol li se jkun qiegħed tliet oqsma. Madwar 8,000 paz- snienhom filwaqt li 500 pazjent snien u 700 oħra servizzi konfi żmien qasir. isir mill-privat huwa mifrux fuq jent se jsirilhom check up ta’ se jingħataw servizz ta’ mili ta’ nessi ma’ dentatura. “B’dan l-iżvilupp qegħdin nimmaterjalizzaw dak li konna għedna f ’Mejju li għadda waqt l-iffirmar ta’ ftehim settorjali ġdid f ’isem id-dentisti li jaħdmu mal-Gvern. Dakinhar konna għedna li se nidħlu fi ftehim mal-privat biex ikunu provduti servizzi ta’ mili ta’ snien, dentaturi u anke check ups li għalihom iħallas il-Gvern u b’hekk innaqqsu l-listi ta’ stennija anke f ’dan il-qasam,” qal lil din ilgazzetta d-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne. Id-diskussjonijiet li wasslu għall-ftehim settorjali ġdid mad-dentisti kienu saru fi sfond ta’ ħafna problemi fis-servizz ta’ dentistrija partikolarment fejn jidħlu listi ta’ stennija. Fost ir-raġunijiet għal dawn il-problemi kien hemm in-nuqqas ta’ dentisti, bil-postijiet ikunu limitati minħabba l-proċedura tan-numerus clausus bin-numru ta’ studenti fid-dentistrija jkun limitat għal sitta kull sena. Issa, b’riżultat tal-ftehim settorjali u b’kollaborazzjoni mal-Università ta’ Malta se jkunu qegħdin jiggradwaw 15il dentist kull sena. Kien hemm ukoll il-kwistjoni tal-pagi, fejn dawk mogħtijin mill-Gvern ma kinux jipparagunaw tajjeb ma’ dawk tal-privat, u li issa tjiebu wkoll. Id-Deputat Prim Ministru kien ħabbar ukoll li se jkunu qegħdin jiżdiedu l-oqsma ta’ speċjalizzazzjoni, bir-riżultat li tkun iffaċċjata sew il-problema tal-lista ta’ stennija. Hemm ukoll il-possibbiltà li d-dentisti jibdew jagħmlu aktar sessjonjiet ta’ xogħol minn bħalissa flimkien ma’ qafas ta’ ftehim għal servizz ta’ emerġenza filĦdud u Festi Pubbliċi.
05
27.10.2019
kullhadd.com
INAWGURAT IL-PITCH IL-ĠDID TAL-FUTBOL F’SAN ĠWANN • IL-LEĠĠENDA FRANCO BARESI JATTENDI GĦALL-OKKAŻJONI Il-Prim Ministru Joseph Muscat, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għażŻgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima, inawgura l-wiċċ il-ġdid talpitch tal-futbol ta’ San Ġwann FC b’investiment ta’ €100,000 mill-Football Facilities Fund li hu amministrat mill-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol. Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti l-leġġenda tal-futbol Taljan Franco Baresi li pparteċipa f ’diversi attivitajiet mat-tfal tan-nursery ta’ San Ġwann FC. Il-Prim Ministru Joseph Muscat feraħ lill-komunità ta’ San Ġwann li se tibbenefika minn dan il-proġett. Hu qal li, kif ilGvern qed jaħdem biex l-iskejjel ikunu miftuħin għall-komunità wkoll, bl-istess mod dan il-pitch se jkun riżorsa għat-tfal tal-iskola ta’ San Ġwann. Dr Muscat ħabbar li għaddejjin diskussjonijiet mal-Malta Football Association fuq programm ta’ investimenti għassnin li ġejjin. Il-ħsieb huwa li titjieb l-infrastruttura, fost oħrajn bil-ħidma biex il-pitches kollha li saru tul is-snin jinqalgħu u jsiru mill-ġdid, kif ukoll li ssir qabża fil-kwalità fuq livell ta’ tim nazzjonali. Dan il-pjan strateġiku, ibbażat fuq fondi internazzjonali, fondi tal-MFA, u fondi nazzjonali tal-Gvern, irid iwettaq sistemi ambizzjużi
Għal din l-inawgurazzjoni kien hemm preżenti l-leġġenda tal-futbol Taljan Franco Baresi li pparteċipa f’diversi attivitajiet mattfal tan-nursery ta’ San Ġwann FC li jġibu r-riżultati. Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat Clifton Grima qal li parti mill-Istrateġija tal-Isport qed tiffoka fuq it-titjib ta’ faċilitajiet tal-isport eżistenti flimkien mal-bini ta’ oħrajn ġodda li qed isseħħ bi pjan għal oqsma ta’ sport differenti. Il-Gvern qed jaħdem b’mod kontinwu biex l-isport isir parti mill-ħajja tal-pubbliku ġenerali. Dan il-proġett hu ħolqa oħra f ’katina ta’ investiment f ’faċilitajiet sportivi ġodda madwar il-Gżejjer Maltin bħall-proġett
state of the art tax-Shooting Range f ’Ta’ Kandja u l-pixxina indoor fil-Kottonera. L-għan ewlieni hu li l-isport ikun parti ċentrali fil-ħajja ta’ kull individwu, qal is-Segretarju Parlamentari Clifton Grima. Preżenti kien hemm ukoll Trevor Fenech, is-Sindku ta’ San Ġwann, il-lokalità li issa għandha faċilitajiet tal-ogħla livell mgħammra wkoll bi dressing rooms u uffiċini. Il-Football Facilities Fund hu fond maħluq apposta biex jagħti għajnuna lill-klabbs tal-futbol fit-twettiq tal-proġetti tagħhom.
06
27.10.2019
kullhadd.com
10 MUMENTI MID-DISKORS TA’ JOSEPH MUSCAT Il-Prim Ministru Joseph Muscat nhar it-Tlieta wieġeb għad-diskors tal-baġit tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Diskors b’saħħtu, meqjus u kalm u li ħalla impatt. Spikkaw il-viżjoni u d-determinazzjoni ta’ Gvern li jrid lill-poplu fl-aħjar qagħda possibbli, li jrid iħalli legat tajjeb għall-ġenerazzjoni futura, li jrid li bħala poplu nikbru flimkien. Kuntrast kbir mid-diskors ta’ Adrian Delia, tat-Tnejn li nħass skurdat, apparti l-aggressività li uża li ma tantx niżlet tajjeb, lanqas minn uħud li kienu madwaru fil-Parlament u minn uħud mill-partitarji tiegħu stess. Apparti li Delia naqas ukoll milli juża l-ħin allokat biex jitkellem b’mod konkret dwar il-baġit, qabad kantaliena ta’ negattività u ma naqsux il-gaffes – żbalji fattwali – tant li kellu jikkoreġih il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu l-għada. Jekk tanalizza x’qalu u wkoll il-mod kif ipproġettaw id-diskorsi tagħhom, tara differenza kbira. Mhux biss fil-mod kif esprimew ruħhom, imma wkoll f’dak li qalu. Għandek Prim Ministru li bid-diskors tiegħu u wkoll bil-komportament tiegħu aspira fiduċja u Kap tal-Oppożizzjoni li b’dak li qal, u kif qalu, prova jbeżża’ u jaqta’ qalb il-poplu. Diskors ta’ statista li jħares fil-futur, anki tal-ġenerazzjonijiet li għadhom tilgħin, u diskors ta’ alljev fil-politika li jwassal biss sa Halloween. Imma d-diskorsi li smajna fil-Parlament jirriflettu wkoll il-qagħda tal-Gvern u tal-Oppożizzjoni. Id-diskors tal-Prim Ministru juri li warajh hemm tim wieħed, tim b’saħħtu li qed jiġbed ħabel wieħed. Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni juri biċ-ċar li m’hemmx sinerġija, m’hemmx għaqda u lanqas ma hemm imqar xamma ta’ enerġija biex tal-anqas dak li ħarbxulu fuq il-karti li minnhom għamel id-diskors, joħroġ lil Adrian Delia bħala persuna denja li tisfida l-kariga tal-Prim Ministru. Gvern deċisiv bi Grupp Parlamentari warajh, Oppożizzjoni fjakka u maqsuma, bla ebda ħjiel tar-realtà li qegħdin jgħixu fiha l-familji Maltin u Għawdxin. Baġit li jirrifletti l-qalb soċjali kbira tal-Partit Laburista fil-gvern kif ukoll miżuri ambjentali li wkoll huma bla preċedent. Dan huwa l-aqwa baġit ta’ dan il-Gvern. Baġit li jippremja u jirrispetta l-familji bieżla, jgħin lil min l-aktar għandu bżonn u sostenibbli - jaħseb għall-ġenerazzjonijiet futuri. Imma lil hinn minn dan kollu liema huma dawk il-mumenti li laqtu lil dawk t’hemm barra, lill-poplu li għandu rasu fuq għonqu u kapaċi janalizza b’serjetà d-diskors tal-Prim Ministru?
Surplus Dan huwa l-5 baġit b’surplus u t-3 bla taxxi. Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru kien ċar dwar is-surplus u d-defiċit. Ġab eżempji ta’ dan u qal li s-surplus tħossu bit-tnaqqis fit-taxxi, l-iskemi tal-first time buyers u biż-żieda fil-pensjonijiet. Imma d-defiċit tħossu wkoll għax ikollok tħallas kontijiet ogħla, ikollok tħallas taxxi ogħla, biex tagħmel tajjeb għall-imgħaxijiet dejjem jogħlew. Il-baġit wera li d-dejn pubbliku niżel għal 45.8% fl-2018 u mistenni jkompli jinżel għal 43.1% fl-2019.
Persuni b’diżabilità Niżlet tajjeb ferm mhux biss minn dawk milquta, imma minn kulħadd meta l-Prim Ministru qal “l-aktar li nifraħ meta nara persuni b’diżabilità fid-dinja tax-xogħol.” Huwa fatt magħruf li dan il-Gvern mill-ewwel beda x-xogħol tiegħu biex jara li dawk li l-aktar li għandhom bżonn ikunu prijorità. Dan ix-xogħol illum qed jara l-frott tiegħu għaliex il-persuni b’diżabilità li jaħdmu żdiedu sew. Ġew impjegati 728 persuna b’diżabilità bejn Diċembru 2016 u Diċembru 2018. Dan il-baġit fih 23 miżura li jolqtu lil familji, lill-pensjonanti, lill-persuni b’diżabilità u lill-familji tagħhom u l-baġit globali tas-settur tad-diżabilità u tal-anzjanità issa tela’ għas-somma globali ta’ €201 miljun.
07
27.10.2019
kullhadd.com
Gvern sod u pożittiv Ebda baġit, ebda viżjoni, ebda pjan ma jista’ jitwettaq jekk ma jkollokx pedament tajjeb u ta’ madwarek jimxu id f ’id miegħek. Għalhekk intlaqa’ tajjeb ħafna d-diskors tal-Prim Ministru meta qal li jinsab rasu mistrieħa min-nies li għandu maġenbu u wara dahru. B’dan il-mod wieħed jista’ jħares ’il quddiem għax hemm tim jemmen b’pajjiż bi kwalità ta’ ħajja sostenibbli, pajjiż li verament jaħdem biex jgħin il-bżulija.
Innovazzjoni Jekk ma jkollox l-ambizzjoni u l-kuraġġ li timxi ’l quddiem, xejn ma jkun jiswa. Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru serraħ moħħ kulħadd li l-Gvern mhux kuntent biss bis-suċċessi miksuba s’issa, imma għandu pjan ukoll għall-futur. Mhux biżżejjed li wieħed jistrieħ fuq dak li jkollu, imma jrid jaħseb ukoll għall-quddiem, trid tkun gvern innovattiv. Għalhekk dan il-Gvern għandu l-ambizzjoni u qiegħed ukoll jimraħ f ’setturi oħra, setturi li se jgawdu minnhom il-ġenerazzjonijiet futuri wkoll. B’kuraġġ u għax jaf li jista’ jasal, il-Prim Ministru spjega kif hemm pjani għal aktar tkabbir u li se joħolqu aktar postijiet ta’ xogħol. Is-setturi tal-avjazzjoni, drones, cannabis medika, intelliġenza artifiċjali u wkoll l-Internet of Things, biex insemmu ftit eżempji.
Baġit “riċiklat” Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia kkritika l-baġit bħala wieħed riċiklat. Intlaqgħet ferm tajba r-risposta tal-Prim Ministru li “ammetta” li kien baġit riċiklat għax il-Gvern irriċikla t-3 baġit bla taxxi, irriċikla baġit ieħor b’surplus, irriċikla l-effett pożittiv tal-baġits ta’ qabel dan. Baġits li ħallew effett pożittiv fil-bwiet tal-familji. U iva, għalhekk, ilbaġit għall-2020 “irriċikla” u bena fuq il-pożittiv kollu li kellhom il-baġits ippreżentati minn dan il-Gvern.
Immigrazzjoni Mument b’saħħtu sew fid-diskors tal-Prim Ministru kien id-diskors dwar l-immigrazzjoni. Inħasset pożittiva ferm u turi l-kwalitajiet tiegħu ta’ statista d-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru Joseph Muscat li kien tkellem b’mod ċar dwar fejn iħoss li seta’ żbalja fil-passat. Fid-diskors tiegħu l-Prim Ministru qal li kien żbaljat meta fl-2013 kien semma l-pushback u fl-istess ħin wissa lill-Oppożizzjoni biex ma tagħmilx l-istess żball u tqis kliemha dwar l-immigranti u l-barranin f ’pajjiżna. Semma wkoll kif l-Oppożizzjoni kienet qed tikkontribwixxi għall-mentalità tal-“aħna u huma” dwar dawk li jkunu qed ifittxu l-ażil. Imma stqarr ukoll li ma jfissirx li min jikser il-liġi, m’għandux ibati l-konsegwenzi. Imma l-obbligi internazzjonali jibqgħu.
Ugwaljanza - baġit għal kulħadd Dan huwa Gvern li tassew jemmen fl-ugwaljanza – bil-provi. Għalhekk stunat il-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni li l-baġit ma jaħsibx fin-nisa. Imma pronta kienet ir-reazzjoni tal-Prim Ministru, li dak li qal Adrian Delia juri kif iż-żewġ naħat jaraw l-ugwaljanza. Il-Gvern Laburista ma jħarisx lejn in-nisa bħala “sezzjoni”, li jrid ikollok xi ħaġa speċifikata dwarhom. Il-baġit kollu huwa dwar in-nisa daqskemm huwa għall-irġiel. U din hija t-tifsira tal-ugwaljanza.
Infrastruttura Kritika mhix f ’lokha li sikwit jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni hija li minkejja s-surplus, mhu qed isir xejn fil-qasam tal-infrastruttura. U din reġa’ rrepetiha fid-diskors tiegħu nhar it-Tnejn li għadda. Għalhekk, minkejja li ma kienx hemm għalfejn, għaliex kulħadd għandu għajnejh f ’wiċċu, l-ispjega tal-Prim Ministru niżlet għasel. “Fl2018 se nkunu nfaqna aktar f ’toroq milli nefaq Gvern ta’ qabel f ’5 snin sħaħ.” Dan il-baġit jaħseb fit-tkomplija tal-baġits ta’ qablu f ’dak li huwa xogħol infrastrutturali, imma jkompli bi pjani ġodda li se joħolqu aktar kumdità, aktar spazji miftuħa, aktar postijiet ta’ rikreazzjoni u wkoll alternattivi għat-trasport.
Rikonoxximent tal-pjan tal-Gvern Spikkat ukoll id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru li l-baġit kif ippreżentat lill-poplu Malti kien approvat mill-Unjoni Ewropea. Għaliex spikkat? Spikkat għaliex il-poplu jiftakar x’kien jiġri qabel dawn is-7 snin li ilu jmexxi Gvern Laburista. Seba’ snin ilu kellna Gvern li meta kien jibgħat il-bagit għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, dawn kienu jibagħtuh lura u jwissu lill-Gvern ta’ dak iż-żmien biex inaqqas in-nefqa għax il-finanzi ma kinux sodi. Imma bil-Gvern preżenti – immexxi minn Joseph Muscat – pajjiżna jgawdi l-fiduċja tal-esperti tal-Kummissjoni Ewropea.
Inkomplu nikbru flimkien Il-Maltin u l-Għawdxin jemmnu li Malta miexja fid-direzzjoni t-tajba u li qed jgħixu aħjar minn seba’ snin ilu. Il-poplu jaf li dan ilGvern solva ħafna problemi u jafdawh biex isolvi sfidi ġodda. Kif qal il-Prim Ministru, li l-poplu kien mistoqsi jekk għandux fiduċja f ’dan il-moviment fl-2013 u wieġeb ‘iva’. Reġgħu qalu ‘iva’ akbar fl-2017. Ġew mistoqsija 10 darbiet u fl-10 darbiet wieġbu ‘iva mexjin fid-direzzjoni t-tajba’. Għalhekk għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni li staqsa jekk il-poplu hux qed jgħix aħjar issa jew 7 snin ilu, il-Prim Ministru wieġeb li “ma jibżax mill-ġudizzju tal-poplu għax jinsab ċert li n-nies ħa jerġgħu jgħidu iva għall-11 il-darba għax qed jgħidu li qed jgħixu aħjar u li mexjin fid-direzzjoni t-tajba. Turi l-konvinzjoni ta’ Gvern li għandu pjan fit-tul u jaf li dan il-pjan se jwassal lill-poplu jkompli jgħix aħjar.
08
27.10.2019
kullhadd.com
DELIA B’IKTAR MINN GAFFE KULL KWARTA Id-diskors tal-Kap tal-Oppożizzjoni nhar it-Tnejn li għadda ħa madwar sagħtejn u dawk li jafu xi ħaġa dwar l-ekonomija u l-mod kif jitmexxa pajjiżna setgħu jinnotaw mill-ewwel l-ammont
kbir ta’ żbalji, ineżattezzi u fatti ħżiena li kellu l-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu. Biex forsi nispjegawha b’mod sempliċi, Adrian Delia, kellu minn tal-inqas (nenfasizzaw li minn
tal-inqas) iktar minn gaffe kull kwarta li tkellem. Fil-ħarġa tal-lum qed nisiltu fost l-10 żbalji ewlenin li ħa l-Kap tal-Oppożizzjoni. Konvint li jekk jaħsbu ftit il-qarrejja jsibu oħrajn.
DIFFIKULTÀ DWAR DAWK F’DIFFIKULTÀ Il-Kap tal-Oppożizzjoni prova jgħid u jagħti l-impressjoni li dawk li biex ilaħħqu mal-ħajja jgħaddu minn ċerta diffikultà kbira żdied u mhux naqas. Iżda, statistika tal-Eurostat turi kif filwaqt li fl-2012 dan l-ammont kien ilaħħaq is-17% llum niżel għal 3.9% biss. Tnaqqis sostanzjali ta’ 13%. Kif wera l-baġit żgur li hemm iktar ħidma xi ssir biex dawn ikomplu jonqsu. Iżda, żgur kien sinjal ieħor li l-Kap tal-Oppożizzjoni qajla tista’ toqgħod fuqu.
DELIA JGĦID LI TELQU, IL-FATTI JURU LI ŻDIEDU Bħall-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ qablu, Adrian Delia jibqa’ jgħid li l-kumpaniji tal-gaming qed iħallu pajjiżna. Ta’ qablu, Simon Busuttil, kien jgħid li qed jagħmlu dan minħabba r-reputazzjoni ta’ Malta. Saħansitra kien qal li wara l-elezzjoni tal-2017 kellhom jippakkjaw u jitilqu. Adrian Delia qed jgħid bħalu. Però, din id-darba qed ibeżża’ li se jitilqu minħabba l-kirjiet. Però, il-fatti juru li dak li hu żgur hu li l-ħaddiema tal-gaming żdiedu u mhux naqsu. F’Jannar 2019 kien hemm 7,864 full-timer fis-settur. Dan meta sena qabel kien hemm 7,151, żieda ta’ 10%. Naturalment jekk inqabblu ma’ żminijiet tal-aħħar Gvern Nazzjonalista ż-żieda tkun ferm akbar minn hekk. Anke l-ħaddiema part-time żdiedu u telgħu għal 564 minn 538. B’hekk ta’ kuljum fl-aħħar sena żdiedu żewġ ħaddiema f ’dan is-settur.
PJAN ONLINE LI DELIA MA RAX Il-Kap tal-Oppożizzjoni sar iħobbha wisq din li jgħid li l-Gvern m’għandux pjan. Jirrepetiha kemm–il darba f ’kull diskors li jagħmel. Jgħidha fuq ir-radju kull nhar ta’ Sibt (għax m’għadux jitkellem nhar ta’ Ħadd għax idjejjaq quddiem swali vojta) u reġa’ rrepetiha nhar it-Tnejn li għadda. Issa politikament, il-Prim Ministru diġà wrieh kemm–il darba li l-pjan tal-Gvern huwa l-manifest elettorali li fuqu huwa bbażat il-baġit għassena d-dieħla. Però, hemm iktar minn hekk. Adrian Delia missu jaf li ta’ kull sena l-Gvern hu obbligat li jippreżenta pjan lill-Unjoni Ewropea. Pjan li jkun mifli bl-ikbar reqqa. Dan l-eżerċizzju sar ta’ kull sena minn dan il-Gvern. Forsi Delia ma ntebaħx bih. Nistednuh jidħol biss fis-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Finanzi.
09
27.10.2019
kullhadd.com
IT-TEORIJA FALZA TAL-POPOLAZZJONI Il-Kap tal-Oppożizzjoni ffissa u qed jgħid li l-ġid qed jiżdied biss għax kibret il-popolazzjoni. Jissimplifika l-argument billi jgħid li jekk għandek 10 jonfqu €100 aħjar milli għandek 100 jonfqu €100 u skont hu f ’pajjiżna qed jiġri t-tieni eżempju. Il-Prim Ministru ilu jfiehmu għaliex jinsab żbaljat. Iżda, it-Tlieta pinġihielu perfetta meta qallu li allura messu jimpjega 1,000 ruħ oħra d-Dar Ċentrali biex isolvi l-problemi kbar li hemm. In-nies daħket. Imma ma setax kien eżempju aqwa biex naraw kemm Delia hu żbaljat fit-teorija tiegħu. Iżda, ejja nħarsu lejn in-numri. Din id-darba nħarsu lejn l-istatistika Ewropea. Mhux minnu kif qal Delia, li llum għandna iktar ġid imma inqas meta tieħu ras għal ras. Il-ġid ras għal ras kien ta’ 84% tal-medja Ewropea fi żmien Gvern Nazzjonalista. Biex inkunu ġusti kien tela’ b’5% minn 79% fil-bidu tal-aħħar leġiżlatura. Issa dan tela’ għal 98% tal-medja Ewropea. Żieda ta’ 14% kemm ilu dan il-Gvern. Mela l-ġid ras għal ras kiber tliet darbiet iktar minn żmien il-PN bl-istatistika twaqqa’ għalkollox l-argumenti ta’ Delia.
IŻ-ŻERO LI KIEN 17 Fil-Parlament Adrian Delia tkellem dwar kif il-pajjiż ma approva ebda liċenzja fis-settur tal-blockchain u/ jew teknoloġiji ġodda relatati. Kważi din l-aħbar suppost ħażina beda jagħtiha b’ċerta kburija. Iżda, għal darb’oħra kellu żball anke jekk biex jissostanzja l-argument tiegħu kwota dak li skont hu kien xi espert li tkellem miegħu dwar is-settur. Iżda, ma setax jaqa’ iktar għaċ-ċajt meta l-Prim Ministru ta lista sħiħa ta’ liċenzji li ngħataw fosthom 17–il liċenzja ta’ dawk magħrufa bħala VFA Agents.
ISIB RAPPORT U JIKKWOTAH ĦAŻIN Il-Kap tal-Oppożizzjoni spiċċa wkoll jikkwota ħażin dak li kien qed jitkellem dwaru. Fosthom dwar l-ikbar argument li għamel hu stess, dwar is-sehem tal-ħaddiema barranin. Biex isostni dan l-argument, Adrian Delia kwota rapport tal-Bank Ċentrali u silet żewġ punti. L-ewwel ħaġa li qal kienet dik li 6 minn kull 10 ħaddiema barranin ġejjin minbarra l-Unjoni Ewropea. Iżda, il-fatti juru bil-kontra; 6 minn 10 ħaddiema barranin li għandna Malta huma mill-Unjoni Ewropea. Delia qal ukoll li skont il-Bank Ċentrali ħaddiema ta’ barra l-Unjoni Ewropea jdumu inqas Malta u għalhekk dan l-“iskambju” kontinwu jpoġġi piż fuq l-ekonomija. Il-verità hi li huma l-ħaddiema mill-Unjoni Ewropea li jdumu inqas.
IT-TRIPLU TA’ LI QAL Il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-pagi żdiedu biss b’1.2%. Issa insa li ilu xhur jgħid li ma żdidux. Iżda, lil hinn minn hekk. Jekk wieħed jidħol fid-dokumenti tal-NSO jsib li din iż-żieda kienet ta’ 2.9%. Fl-2019 il-paga medja kienet ta’ €19,484 u fl-2018 kienet €18,942. Dan hu tliet darbiet iktar minn kemm kwota Delia.
LANQAS QARA D-DOKUMENTI TIEGĦU Għa darb’oħra Adrian Delia qal li dan il-Gvern mhux jindirizza l-faqar. Anzi, qal li żdied. Iżda, biex qal hekk bilfors ma qarax id-dokument ta’ qabel il-baġit tal-Partit Nazzjonalista. Vera li meta kien ippreżentat kien raqad quddiem il-midja. Iżda, ħsibna li kien sab ċans jaqrah. F’paġna 27 hemm ċar kif fi żmien il-PN l-faqar kien tela’ għal 102,000. Fi żmien dan il-Gvern niżel għal 89,000. Naturalment, dan il-baġit ikompli jindirizza din iż-żieda.
IL-FAMUŻI 100 Il-Kap tal-Oppożizzjoni ressaq dokument b’100 wegħda li skont hu ma twettqux. Mhux se nsemmu li biex għaqqad il-mija kien hemm wegħdi li rrepetihom darbtejn. Iżda, jekk wieħed kellu janalizza dawn bir-reqqa jsib li hemm minnom li tlestew (bħal li tingħata l-paga minima lill-persuni b’diżabilità severa) u oħrajn li fuqhom ix-xogħol huwa għaddej b’ritmu tajjeb bħal fil-każ tal-korsa tażżwiemel fil-Marsa li kienet l-Oppożizzjoni stess li ftit tal-ġimgħat ilu vvutat favur riżoluzzjoni parlamentari marbuta ma’ dan is-suġġett. Fuq kollox tassew li l-Oppożizzjoni setgħet evitat li taqa’ għaċ-ċajt kieku qabdet id-dokument ta’ twettiq li jkun ippreżentat ta’ kull sena qabel il-baġit. Hemm hemm spjegazzjoni ċara ta’ fiex waslet kull proposta u Delia kien jiffranka li jerġa’ joħroġ ta’ ċuċ. Forsi tinstema’ iebsa, iżda trid tgħidha kif inhi!
IL-”MISPRINT” Żball ieħor jew aħjar waħda mill-ikbar gaffes kienet meta f ’dawn is-suppost 100 wegħda li ma twettqux ħalla n-noti interni tan-nies tiegħu. Noti li kixfuh li jiġri x’jiġri fil-baġit kien lest li jikkritikah. Min kitiblu fuq gender pay gap qallu: “This might be in this years budget which means would need to criticise it for the delay and of course depending on the proposal.” X’dilettantiżmu! U dan xi jkun li jippreżenta dokument mingħajr ma qrah. U fuq kollox, x’opportuniżmu politiku minn min ma jżommx il-wegħdi tiegħu imbagħad irid il-Gvern iwettaq manifest elettorali ta’ ħames snin f ’sentejn.
10
META NASLU GĦAS-“SI U N-NO” 27.10.2019
kullhadd.com
KEVIN DRAKE B’ANALIŻI TAD-DISKORS TAL-PRIM MINISTRU Id-diskors tal-Prim Ministru Joseph Muscat fil-Parlament din ilġimgħa, b’reazzjoni għad-diskors tal-kap tal-Oppożizzjoni, ċertament illi qanqal bosta sentimenti fost dawk kollha li segwewh, kemm fost dawk li jissimpatizzaw mal-Partit Laburista, fost dawk li ma tantx ixaqilbu la naħa u lanqas oħra, kif ukoll fost dawk li huma pjuttost opposti għall-Gvern attwali. Id-diskors ta’ Joseph Muscat ta’ nhar it-Tlieta b’xi mod laqat lil kulħadd. Nistħajjel li ftit li xejn kienu dawk illi baqgħu emozzjonalment “newtrali” wara d-diskors ta’ kważi sagħtejn fejn il-PM Muscat elenka fid-dettall il-fatturi kollha li f ’inqas minn seba’ snin ikkontribwew għat-trasformazzjoni radikali, mhux biss tal-Gżejjer Maltin, iżda tal-kwalità tal-ħajja ta’ kull waħda u wieħed minna. M’għandix għalfejn insemmi l-punti kollha li qajjem il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu - ninsab ċert illi l-fatti, il-figuri, l-istatistika u l-argumenti appożiti kulħadd jiftakarhom. Xtaqt biss nagħmel ftit osservazzjonijiet dwar x’laqatni l-aktar.
1
Li Joseph Muscat huwa statista tal-ogħla kalibru huwa fatt li ħadd ma jista jiċħdu. Mhux b’kumbinazzjoni illi f ’dawn l-aħħar ftit snin il-Prim Ministru Malti rnexxielu jgħolli l-profil internazzjonali ta’ Malta b’tali mod illi isem Malta, minkejja t-tentattivi kollha ta’ xi wħud biex iniġġsu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna, sar sinonimu ma’ suċċess ekonomiku, livell ta’ għajxien għoli immens, opportunitajiet ma jiqfux u garanzija ta’ stabbiltà. Ir-rispett li jgawdi Joseph Muscat madwar u lil hinn mill-Unjoni Ewropea huwa fatt ieħor inkonfutabbli kif jixhed, pereżempju, il-ftehim li kapaċi jilħaq il-PM Malti ma’ mexxejja varji Ewropej waqt kriżijiet konnessi mal-immigrazzjoni klandestina. Fid-diskors tal-Baġit 2020, Joseph Muscat reġa’ wera, u bl-aktar mod ċar, dawk il-karatteristiċi kollha li jrenduh tassew statista ta’ stoffa: Argumenti sodi, żvolti, bi kliem faċli li jinftiehem minn kulħadd, saħansitra meta s-suġġett ikun tekniku jew kumpless; Sinċerità assoluta li tispikka l-aktar meta jissemmew anki l-iżbalji li jafu jkunu saru fil-passat, mingħajr tlaqliq u mingħajr mistħija; Għarfien fil-qofol u dettaljat tal-materji kollha li qed ikunu trattati; Kunfidenza totali xprunata wkoll minn ċifri, fatti u figuri li ma jista’ jmerihom ħadd u, probabbilment l-aktar fattur determinanti... Il-kelma li tista’ torbot fuqha. Meta Joseph Muscat jikkommetti ruħu taf illi l-kelma li jagħti tistħajjilha mnaqqxa fiż-żonqor. Dawn huma lkoll fatturi li, fost l-oħrajn, għenu sabiex il-Prim Ministru Malti jkompli jgawdi b’mod konsisteni persentaġġ daqstant għoli ta’ fiduċja minn fost il-poplu, u li llum il-ġurnata jrendu lil Joseph Muscat simbolu ħaj ta’ kredibbiltà.
2
Id-diskors tal-Prim Ministru serva wkoll ta’ kuntrast jiddi mad-diskors ta’ lejlet, tal-Kap tal-Oppożizzjoni. Jekk kien hemm xi ħadd hemm barra li s’issa kien qed jiddubita kemm hi serja u mwiegħra s-sitwazzjoni li tinsab fiha l-Oppożizzjoni, paragun sempliċi taż-żewġ diskorsi tal-kapijiet rispettivi ċertament neħħew dan id-dubju darba għal dejjem. Ejja ninsew il-fatt illi l-Kap tal-Oppożizzjoni ftit li xejn għamel referenza għall-Baġit (forsi għax diffiċli wisq tibni argument solidu ta’ kritika għalih?), u ejjew ninsew il-fatt illi d-diskors tiegħu kien miżgħud b’referenzi ksenofobiċi u saħansitra razzisti, x’aktarx intiżi biex jintgħoġbu ma’ dawk l-uħud li għalihom il-karnaġġjon skur donnu dnub mejjet... Ejjew ninsew dan kollu u aktar. Jibqa’ l-fatt, iżda, li fid-diskors tiegħu fil-Parlament Adrian Delia bbaża kollox fuq (a) fatti u ċifri żbaljati, (b) referenzi u kwotazzjonijiet deliberatament meħudin barra mill-kuntest, (ċ) assunzjonijiet u konklużjonijiet ivvizzjati għall-aħħar, u (d) retorika vojta nieqsa minn kull sustanza u argumenti kompletament fażulli msejsa fuq fatti u ċifri kuntrarji u/jew ineżistenti. Il-Prim Ministru laqat il-musmar direttament fuq rasu meta stqarr illi d-diskors tal-Kap Nazzjonalista wera bl-aktar mod ċar in-“nuqqas ta’ għarfien tal-Oppożizzjoni”. Hija realtà traġika għall-aħħar, iżda veritiera, illi l-Oppożizzjoni mhux talli hija maqsuma u xpakkata internament, iżda hija wkoll maqtugħa għalkollox mir-realtajiet ta’ kuljum tal-poplu u tal-pajjiż. Minflok kritika mibnija fuq fatti u proposti alternattivi qed ikollna naffaċċjaw litaniji ma jieqfu qatt ta’ falsitajiet, taħwid u kuntradizzjonijiet, argumenti bbażati fuq id-duħħan u l-fantażiji u doża qawwija ta’ isteriżmu ma’ kull pass. Hawn ukoll tidħol il-kwistjoni ta’ kredibbiltà, bid-differenza sinifikanti illi l-kredibbiltà tal-Oppożizzjoni llum mhux biss messet il-qiegħ, iżda rnexxielhom saħansitra jkomplu jħaffru aktar ’l isfel. Il-pajjiż jixraqlu aħjar minn hekk. Ferm aħjar minn hekk.
11
27.10.2019
kullhadd.com
4
Li Joseph Muscat kien u għadu l-ixprun ewlieni ta’ ekonomija b’saħħitha ma jista’ jiċħdu ħadd. Barra minn hekk, iżda, qed ikun ukoll il-katalist ta’ politika li tqiegħed fuq nett il-kunċett ta’ ġustizzja soċjali. Għax li toħloq il-ġid mhux biżżejjed. Hemm bżonn illi l-ġid jitqassam bl-aktar mod Ma setax jonqos illi f ’diskorsu Joseph Muscat ma jsemmix ekwu fost kulħadd, speċjalment lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Il-pensil-kwistjoni tal-immigranti f ’pajjiżna, aktar u aktar ftit tas-sigħat jonanti u dawk li jbatu minn diżabilità huma fil-fatt fost dawk li l-aktar qed jibbiss wara li seħħew l-inċidenti gravi ġewwa Ħal Far. Madankollu, ilbenefikaw f ’dan il-baġit, kif inhu xieraq. Il-Prim Ministru fakkarna wkoll Prim Ministru rrifjuta kategorikament illi jirkeb il-mewġa popukif il-politika ekonomika għaqlija u viżjonarja ta’ dan il-Gvern lista kżenofobika u għażel minflok illi jfakkarna lkoll kemm ġabet trasformazzjoni radikali f ’daqstant oqsma, speċjalment aħna, inkluż is-sottoskritt, illi hawnhekk qed nitkellmu fil-qasam tax-xogħol u l-finanzi pubbliċi. Illum il-ġurnata dwar bnedmin tad-demm u l-laħam, persuni b’familMalta għandha fost l-anqas rati ta’ qgħad fl-Ewropa u ji li għaddew minn ħafna tbatijiet u li, bħal kull Il-Prim Ministru bħalma jħobb jirrepeti l-PM: “illum mhux in-nies jiġpersuna oħra miexja fuq wiċċ id-dinja, għandru wara x-xogħol, iżda x-xogħol jiġri wara n-nies”. hom dritt sagrosant għad-dinjità u għar-rispett laqat il-musmar direttament Il-kunċett ta’ surplus finanzjarju wkoll fisser bidla li jistħoqq lil kull ħlejqa umana. Kif spjega fuq rasu meta stqarr illi radikali għall-pajjiż, bħalma ġabu bidliet għalsew il-Prim Ministru, dan ma jfissirx illi min daqstant siżmiċi t-tnaqqis drastiku fid-dejn nazjikser il-liġi jitħalla għaddej qisu xejn mhu d-diskors tal-kap Nazzjonalista zjonali u t-tnaqqis ta’ dak li hu il-persentaġġ ta’ xejn. Anzi, bil-kuntrarju. Il-liġijiet qegħinfiq pubbliku akkonfront mal-Prodott Dowera bl-aktar mod ċar in-”nuqqas ta’ din hemm għal kulħadd u min jiksirhom mestiku Gross (GDP). Dawn il-fatturi kollikollu jħallas il-konsegwenzi, ikunx Malti, għarfien tal-Oppożizzjoni”. Hija ha jfissru li sena wara l-oħra qed ikun hawn barrani, ta’ karnaġġjon skura, bajda, safra aktar flus disponibbli (u hawn qed nitkellmu realta’ traġika għall-aħħar, iżda eċċ... Huwa faċli ħafna illi wieħed jirkeb fuq miljuni kbar ta’ Ewro) allokati għall-poplu fuq il-karru tar-razziżmu biex forsi tirbaħ veritiera, illi l-Oppożizzjoni mhux u għall-pajjiż. Flus li qed imorru l-aktar għal ftit is-simpatija ta’ dawk li, sfortunatadawk li huma l-oqsma ta’ prijorità tal-Gvern: ment, id-diskriminazzjoni abbażi ta-razza, talli hija maqsuma u xpakkata Is-saħħa, l-edukazzjoni, is-servizzi soċjali, l-amtwemmin jew orjentament sesswali hija internament, iżda hija wkoll bjent, il-forzi tal-ordni u l-infrastruttura tal-pajjiż parti integrali mill-forma mentis tagħhom. biex insemmu biss xi wħud. Dak huwa populiżmu rħis li fl-aħħar millmaqtugħa għalkollox Hemm ħafna aktar x’wieħed jista’ jsemmi bħala aħħar idgħajjef il-pajjiż, il-poplu u s-soċmir-realtajiet ta’ kuljum punti li spikkaw fid-diskors tal-Prim Ministru (injetà kollha kemm hi. Il-fatti jixhdu weħidhom vestiment barrani u investiment f ’oqsma u f ’industriji illi l-Gvern immexxi minn Joseph Muscat huwa tal-poplu u tal-pajjiż ġodda, pereżempju), iżda la l-ispazju u lanqas il-ħin ma wieħed li jagħti prijorità lid-dinjità ta’ kull individwu, jippermettu li nagħmel analiżi aktar dettaljata. Jibqa’ l-fatt illi huma min huma, ġejjin mnejn ġejjin, u mhix b’kumbimeta dak kollu li kellu jingħad, ingħad, u wara li n-nies ikunu xtarnazzjoni li pajjiżna llum igawdi mir-rispett tad-dinja kollha rew id-diskorsi u l-argumenti kollha, test wieħed biss iħoll u jorbot. Test għal dawk li huma d-drittijiet ċivili u l-miżuri kollha li jiggarantixxu wieħed biss jgħodd ’il fuq minn kull analiżi, sondaġġ jew opinjoni esperta: Jien, l-ugwaljanza bejn il-bnedmin. Il-mod kif intlaqgħet u ġiet ikkonfermaint, dawk ta’ madwarna, kull persuna li tgħammar fostna... Jekk kull wieħed ta mill-Parlament Ewropew Helena Dalli bħala Kummissarju Ewropew minna jistaqsi lilu nnifsu, tistaqsi lilha nnifisha - “Jien qed ngħix aħjar milli huwa biss eżempju wieħed ta’ dan. kont seba’ snin ilu jew le?” M’għandix l-iċken dubju dwar kif tkun ir-risposta sinċiera tal-maġġoranza tan-nies, kif m’għandix dubju, abbażi ta’ din it-tweġiba, kif ser jerġa’ jkun il-verdett ta’ poplu grat meta nerġgħu naslu għas-“Si u n-No”.
3
Il-kunċett ta’ surplus finanzjarju wkoll fisser bidla radikali għall-pajjiż, bħalma ġabu bidliet daqstant siżmiċi t-tnaqqis drastiku fid-dejn nazzjonali u t-tnaqqis ta’ dak li hu l-persentaġġ ta’ infiq pubbliku akkonfront mal-Prodott Domestiku Gross (GDP). Dawn il-fatturi kollha jfissru li sena wara l-oħra qed ikun hawn aktar flus disponibbli (u hawn qed nitkellmu fuq miljuni kbar ta’ ewro) allokati għall-poplu u għall-pajjiż
12
27.10.2019
MILL-PINNA GĦALL-PALK
kullhadd.com
Maltija imma bbażata ġewwa Franza, Elizabeth Grech hija kittieba li ssib l-għaxqa tagħha fil-lingwa, kemm hi u tittraduċi kelmtejn minn ilsien għal ieħor u kemm hi u ssib il-kliem tagħha stess u tqiegħdu fil-forma ta’ poeżija. Hawnhekk, Elizabeth taqsam magħna mumenti differenti mill-karriera tagħha, fosthom l-aktar avventura riċenti tagħha mal-kumpanija indipendenti Taljana Mana Chuma u l-produzzjoni Como un granello di sabbia — li se tkun qiegħda tittella’ ġewwa t-teatru tal-campus tal-Belt fis-26 ta’ dan ix-xahar — u l-għanijiet f’moħħhom huma u jwassluha Malta. Barra minn hekk, Elizabeth taqsam magħna wkoll ftit mill-esperjenza tagħha kemm bħala traduttriċi u kemm bħala poetessa. Kitba ta’ KURT GABRIEL MELI
Xi dan id-dramm partikolari mit-Taljan tgħidli għall-Franċiż. dwarek u dwar xogħlok? Liema xogħol tipproduċi din il-kumpanija? Issa ili tliet snin naħdem bħala traduttriċi freelance. Però qabel Ix-xogħol li jiktbu għat-teatru sikwit jiffoka dan kont qattajt 10 snin bħala maniġer fuq stejjer ta’ vera, għaliex l-għan tagħhom kulturali ma’ ċerta fondazzjoni li kienet huwa li jirrakkontaw stejjer reali tal-Italja tinvolvi skambji kulturali fil-Mediterran. ta’ Isfel. Ħafna drabi jagħżlu personaġġi Barra minn hekk, kont naħdem bħala marġinali u mingħajr vuċi u li minħabba editriċi mar-rivista diġitali Babelmed, li f ’hekk ftit nies ikunu semgħu bihom: huma tiddiskuti l-kulturi fi ħdan il-Mediter- personaġġi li jbatu mill-konsegwenzi tal-isran bħal attivitajiet teatrali u letterarji: torja u tas-sistema, iżda fil-qafas ta’ dawn kelli f ’idejja l-paġna bl-Ingliż, iżda kont il-produzzjonijiet jistgħu jsiru l-protagonisnittraduċi wkoll għall-Franċiż u viċi ver- ti tar-rakkonti tagħhom stess. sa u allura t-traduzzjoni donnha dejjem kienet preżenti. Għalkemm għalina hija Allura x’wassal sabiex din xi ħaġa ovvja li jkollna ċerta kapaċità il-produzzjoni tittella’ ġewwa Malta? bl-Ingliż peress li aħna bilingwi, mhuwiex il-każ għal pajjiż bħal Franza, u Apparti xogħli nittraduċi, issa qiegħda għal din ir-raġuni kont nispiċċa naqleb naħdem magħhom ukoll bħala koordinatriċi kważi kull ħaġa minn lingwa għal oħra. ta’ relazzjonijiet internazzjonali, u b’hekk Bħalissa qiegħed naħdem bħala tradut- qed nassistihom jesportaw xogħolhom bartriċi uffiċjali ma’ organizzazzjoni inter- ra mill-Italja. Għalhekk tħadditt mal-Kungovernattiva li taħdem fuq il-Mediter- sill Malti għall-Arti u inzerta li l-proġett ran – b’mod interessanti dan il-baħar mal-ewwel għoġobhom: l-idea tagħna mhidejjem donnu kien involut fix-xogħol jiex li ntellgħu avveniment li jseħħ darba iżda anki li, pereżempju, nassoċjaw ruħna kollu li għamilt! mad-Dipartiment tal-Malti; Barilla u Arena fil-fatt huma mistednin sabiex jipparteċiKif sibt ruħek involuta paw fit-taħditiet dwar it-Tradizzjoni Orali, mal-kumpanija Mana Chuma u fejn se jkunu qed jispjegaw aktar ix-xogħol msieħba f ’dan il-proġett? tagħhom. Kollox kważi kważi tista’ tgħid nibet mil-letteratura. Jien attiva ħafna ma’ X’inhuma wħud mill-għanijiet assoċjazzjonijiet letterarji Maltin bħal tagħkom intom u twasslu din Inizjamed u HELA: wieħed mid-di- il-produzzjoni fostna? retturi ta’ Mana Chuma, Massimo Barilla, kien fost il-kittieba li ġew Dan id-dramm se jkun qiegħed jasal Malta mistednin għall-Festival tal-Letteratu- fl-ambitu tas-“Settimana della Lingua Italra tas-sena li għaddiet. Iltqajt miegħu iana”, organizzata mill-Istituto Culturale. hemmhekk, u din il-kollaborazzjoni, Il-Kunsill Malti għall-Arti u Teatru Malta effettivament, oriġinat minn hemm: huma l-partners ewlenin ta’ din il-produzzwara ltqajt mad-direttur l-ieħor u l-aw- joni, u għandna appoġġ ukoll mill-Ischool tur tad-dramm Salvatore Arena, u of Performing Arts. Huwa importanti li ħadna d-deċiżjoni li nibdew naħdmu mhux biss inkunu aħna li nesportaw il-kulflimkien. Għall-ewwel il-kollaborazz- tura tagħna lejn pajjiżi oħrajn, iżda wkoll li joni tagħna involviet traduzzjonijiet aħna nimportaw xogħlijiet lil hinn minna li kemm għall-Franċiż kif ukoll għall-In- huma viċin ħafna tagħna sabiex isir skambgliż, iżda mal-mogħdija taż-żmien ġie ju ta’ ideat u ħidmiet differenti: hija xi ħaġa d-diskors li warajh sibt ruħi nittraduċi vitali.
13
27.10.2019
kullhadd.com
Ritratti: Virginia Monteforte
Barra minn hekk, l-idea tagħna hija wkoll li noħolqu kollaborazzjoni ma’ fondazzjoni Sqallija li torganizza festival ta’ tliet darbiet fis-sena, fejn kull sena jkun hemm pajjiż mistieden: aħna qed nippruvaw li jew is-sena d-dieħla jew ta’ warajha Malta tkun il-mistiedna, u b’hekk jista’ jkun hemm artisti Maltin bi programm kreattiv ġewwa Sqallija. Sfortunatament, aħna llum il-ġurnata m’għadx għandna wisq rabtiet mal-Italja mil-lat kulturali: inħarsu ħafna lejn l-Ewropa ta’ Fuq, iżda mhux wisq lejn innaħa ta’ isfel. Dan id-dramm partikolari – Come un granello di sabbia – x’jiddiskuti eżattament? Id-dramm idur madwar ġuvni ta’ 18-il sena bl-isem ta’ Giuseppe Gulotta mixli bil-qtil ta’ żewġ Carabinieri fl-Alcamo Marina, barrakki żgħar fil-provinċja ta’ Trapani, fis-27 ta’ Jannar fl-1976. Sussegwentament, Gulotta ġie ttorturat sabiex jammetti din l-akkuża mentri dan ma kienx il-każ, u kien minħabba f ’hekk li qatta’ 22 sena inkarċerat u 36 sena fi ġlieda mal-ġustizzja. It-testi jilagħbu rwol importanti f ’dan id-dramm għaliex fihom lat pjuttost poetiku, li filwaqt li jirrakkuntaw din l-istorja ta’ traġedija b’mod qawwi, ma jwasslux għall-vittimizzazzjoni tal-persuna. Giuseppe għadu jidher bħala persunaġġ ta’ dinjità, li qatt ma nfexx f ’ħafna rabja kontra s-sistema, saħansitra qatt ma pprova jiskappa s-sitwazzjoni tiegħu minkejja li ġieli inzerta opportunità li jaħrab. L-għan tagħna huwa li nqajmu kuxjenza dwar il-kwistjoni tal-ġustizzja.
Dan l-avveniment inkwistjoni huwa wieħed li seħħ fil-passat, iżda x’fiha l-produzzjoni li trendih kontemporanju? Diffiċli tgħid li din it-tematika mhijiex kontemporanja għaliex il-problema li tiddiskuti hija waħda li tinserixxi ruħha fl-istorja riċenti tal-pajjiż inkwistjoni, inkluża n-narrattivi tal-mafja u tal-inġustizzja: tirrifletti fuq istituzzjoni li suppost għandha tipproteġi dawk iċ-ċittadini li hi stess qiegħda tgħaffeġ u takkuża. Il-kwistjoni nnifisha hija xi ħaġa kontemporanja għaliex il-problemi li jqajjem dan l-ispettaklu kulħadd jista’ jirrelata magħhom: din il-ġrajja partikolari fil-verità tista’ tiġri lil kwalunkwe persuna. Giuseppe kien ġuvnott żagħżugħ li jaħdem bħala bennej, li fl-aħħar mill-aħħar inzerta kien fil-post ħażin fil-mument ħażin. Sintendi mhijiex storja li tiġri lil kulħadd, iżda hija waħda tqajjem diskussjonijiet importanti. Taħseb li l-mod kif il-produzzjoni se tintlaqa’ mill-Maltin jaf ikun differenti minn kif tintlaqa’ minn ħaddieħor? Ċertament. Fl-istess ħin hija ambigwa għaliex fl-aħħar millaħħar aħna lkoll umani: dan huwa dramm li jqanqal ħafna emozzjonijiet universali, iżda fl-istess waqt se jqanqlu referenzi u memorji differenti skont il-kuntest soċjali talpajjiż rispettiv. Li nixtieq insemmi huwa li aħna xtaqna li l-produzzjoni tiġi tradotta għall-Malti peress li se tkun ġejja hawnhekk; l-ewwel nett għaliex il-Malti huwa
lingwa importantissima għalina, imma wkoll sabiex inwasslu messaġġ. Il-problema hija li kulma kellna data waħda biss, u t-traduzzjoni hija proċess li jieħu ħafna ħin. Kien għalhekk li ddeċidejna li naqilbuha għall-Ingliż, peress li b’hekk inkunu nistgħu nużaw din il-lingwa f ’diversi pajjiżi oħrajn fejn neħduha. Nixtieq niffoka issa b’mod ġenerali fuq il-karriera tiegħek bħala traduttriċi. X’tagħmel inti u tittraduċi sabiex tittrasmetti l-qofol tal-kontenut minn lingwa għal oħra b’suċċess? F’kwalunkwe traduzzjoni nemmen li trid issib bilanċ bejn ir-rispett tat-test oriġinali inkwistjoni mingħajr ma tbiddel is-sens, iżda timmira li toħloq l-istess emozzjonijiet, jew imqar viċin kemm jista’ jkun, fil-lingwa l-oħra. F’dan l-ispettaklu partikolari, pereżempju, hemm partijiet bit-Taljan u partijiet oħrajn bid-djalett Sqalli: fil-proċess tat-traduzzjoni ddiskutejt ħafna mal-awturi tat-test, u biex inżommu dan il-bilanċ ħsibna li nutilizzaw id-djalett ta’ Marsilja fil-verżjoni Franċiża li ħloqt. Ġewwa Franza m’hemmx djaletti bħalma hemm l-Italja, iżda hemm aċċenti u espressjonijiet endemiċi ġewwa reġjuni differenti. Għalhekk, apparti l-fatt li naf nies mhux ħażin minn Marsilja, għamilt ħafna riċerka sabiex ċertu kliem nagħtih dik ix-xejra reġjonali. Għaldaqstant, fil-verżjoni bl-Ingliż iddeċidejna li ma nagħtuhiex dik il-profondità per se: it-traduttur, Simon Bartolo, xorta waħda taha xejra familjari, u t-test maqlub għal dik il-lingwa jibqa’ wieħed
interessanti ħafna. Inti wkoll involuta fil-letteratura bħala poetessa, u ħloqt traduzzjonijiet tal-ġabra tiegħek, Bejn baħar u baħar. X’inhuma xi differenzi bejn it-traduzzjoni poetika u t-traduzzjoni drammatika? It-traduzzjoni tal-poeżija hija xi ħaġa kompletament differenti. Fiha, inti ma tistax toħroġ bi traduzzjoni letterali kelma kelma – lanqas fid-dramm, biex inkun għedt kollox, iżda d-dramm għandu forma differenti għalkollox mill-poeżija li tirrikjedi approċċ tagħha nnifisha. Meta nittraduċi poeżija, jiena kemm jista’ jkun nagħmel ħilti sabiex nirrispetta l-moviment tagħha u noħloq ritmu ieħor. Fit-traduzzjoni, fl-aħħar mill-aħħar, tkun qiegħed tinterpreta l-qofol u dak li trid
twassal mill-ġdid f ’lingwa oħra. Ikollok bżonn taħseb dwar il-kontenut mod ieħor, speċjalment meta niġu għall-metrika ta’ ilsna differenti: fejn ġewwa vers bil-Malti tista’ tinqeda sempliċement bi tliet kelmiet, bil-Franċiż jaf ikollok bżonn tmienja. Biex vers jagħmel sens minn lingwa oħra, trid iġġorr dan is-sens inti u toħloq mużika u kadenza ġdida. Trid tqis ukoll il-kuntest kulturali tal-lingwa li tkun qiegħed tittraduċi għaliha. Għalija t-traduzzjoni fil-poeżija hija logħba, u t-tradutturi tal-poeżiji nqishom poeti huma stess. Jiena bdejt nikteb il-poeżija wara li bdejt nittraduċi l-poeżija, u din l-esperjenza ta’ esperimentazzjoni bil-kitba kreattiva għenitni nesperimenta jien stess bil-kliem tiegħi, fejn bil-mod il-mod bdejt noħloq vuċi għalija: waħda li dejjem tinbidel jiena u ngħaddi minn esperjenzi ġodda.
14
27.10.2019
kullhadd.com
METSOLA KELLHA TERĠA’ TIRTIRA • DIN ID-DARBA GĦAMLET SFORZ BIEX TEVITA UMILJAZZJONI QUDDIEM IN-NIES It-Tnejn li għadda kellu jittieħed il-vot fuq it-tielet viċi president tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni (LIBE) tal-Parlament Ewropew. Iżda, il-vot ma tteħidx. Dan għaliex kif żvelajna nhar il-Ħadd li għadda l-MEP tal-Partit Nazzjonalista, Roberta Metsola, baqgħet tippersisti li tressaq isem li hu meqjus mhux aċċettabbli. Din hi t-tieni darba li l-vot kellu jkun pospost u l-kumitat baqa’ mingħajr ittielet viċi president tiegħu, li issa ilu nieqes għal diversi xhur minħabba l-ebusija tar-ras tal-Partit Popolari Ewropew immexxi f ’dan il-kumitat minn Roberta Metsola. Fil-bidu tal-laqgħa ta’ nhar it-Tnejn tħabbar mill-ewwel li l-vot kien se jkun pospost. Dan għax lil Roberta Metsola kienu reġgħu għamluhielha ċara qabel il-laqgħa li dak li trid hi kien se jerġa’ jeħel. Il-messaġġ lejha kien li jekk hi komda bil-kandidat jew ma kkonvinċietx lil sħabha fil-grupp tal-PPE li m’għandux jitressaq, aħjar ma tressqu xejn. Fil-kumitat dlonk kien hemm min esprima d-diżappunt għallfatt li d-deċiżjoni kellha terġa’ tkun posposta u insista li din il-kwistjoni tkun fuq l-aġenda tal-laqgħa li jmiss tal-koordinaturi tal-gruppi politiċi, li fil-każ tal-Partit Popolari Ewropew hija Roberta Metsola. Il-kandidat ta’ Metsola mhu ħadd
Roberta Metsola mhux l-ewwel darba li qabżet għal pajjiżi oħra fl-istess ħin li tkun qed tattakka lil Malta
għajr l-MEP Ungeriż bl-isem ta’ Balazs Hidveghi, Membru li tela’ fisem il-partit ta’ Viktor Orban, il-FIDESZ. Dan il-partit u l-Gvern immexxi minnu kellhom u għandhom kwistjonijiet kbar marbuta mas-saltna tad-dritt, tant li kien anke sospiż mill-Partit Popolari Ewropew. Fil-kurituri tal-Parlament u lil hinn ma kinux wieħed u tnejn il-politiċi u anke nies li jaħdmu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li tkellmu dwar kif dan Hidveghi mhux aċċettabbli. Hemm min fakkar kif kien fost dawk li xerrdu xenofobija u diskors razzist, tant li anke l-Kummissjoni Ewropea kellha toħroġ twieġeb dikjarazzjonijiet meqjusa inkoretti li saru anke minnu. Iżda, dan id-diskors waqa’ fuq widnejn torox. F’Settembru, Metsola kienet umiljata pubblikament u wara oġġezzjonijiet kbar saru diskussjonijiet, fil-laqgħa tal-kumitat, mal-koordinaturi tal-gruppi l-oħra u hemm aċċettat li l-vot ikun pospost. Biex minnha kien mistenni li tmur lura fil-grupp u f ’isem il-kumitat tikkonvinċi li kellu jkun hemm kandidat ieħor għal din il-kariga li skont ftehim li sar hija merfugħa għall-popolari. Iżda, ma ġarax hekk. Roberta Metsola mhux l-ewwel darba li qabżet għal pajjiżi oħra fl-istess ħin li tkun qed tattakka lil Malta. Fost oħrajn iddefendiet lill-Ungerija. Meta kien hemm talba biex isir rapport dwar ir-rule of law fil-Polonja hi ma kinetx ħadet pożizzjoni kontra dan il-pajjiż. Anke jekk fl-istess ħin kienet parti minn delegazzjonijiet li kienu ġejjin u sejrin pajjiżna jagħmlu rapporti dwar pajjiżna. Qabel kienet ivvutat ukoll biex ma tmurx delegazzjoni tinvestiga r-rule of law fl-Ungerija.
15
27.10.2019
kullhadd.com
KELLNA SAJF MILL-IKTAR SĦUN
Il-Gżejjer Maltin gawdew minn medja ta’ 325 siegħa xemx kull xahar tul is-sajf li għadda, bit-temperaturi tal-arja li jvarjaw bejn it-18-il grad u d-39 grad celsius. Ix-xahar ta’ Ġunju kien l-iktar Ġunju sħun fi kważi 100 sena, filwaqt li l-ogħla temperatura tas-sajf intlaħqet bejn it-8 u l-10 ta’ Lulju, meta t-termometru kważi miss l-40 grad celsius f ’mewġa ta’ sħana li laqtet lill-Gżejjer Maltin. Min-naħa l-oħra Settembru ġab miegħu l-maltemp. Dan hekk kif fl-ewwel 11-il jum tax-xahar seħħew ħames maltempati birragħad u s-sajjetti. L-akbar ammont ta’ xita, kemm għax-xahar
ta’ Settembru kif ukoll għallistaġun sajfi kollu, tkejlet fl-10 ta’ Settembru. Dan filwaqt li tul l-istaġun kollu niżlu kważi 32 millimetru ta’ xita. L-10 ta’ Settembru wkoll kien l-iktar jum mudlam ta’ Settembru u tas-sajf. Min-naħa l-oħra, l-aktar jiem imdawlin tas-sajf kienu t-18 u d-19 ta’ Awwissu, b’kull waħda minn dawn il-ġranet tgawdi minn ftit aktar minn 13-il siegħa. Is-sħana wasslet ukoll biex it-temperaturi tal-baħar kienu ogħla mill-medja għal kull xahar tas-sajf. L-ogħla temperatura medja tal-baħar intlaħqet f ’Awwissu u laħħqet is-27.3 gradi celsius.
MIRI ĠODDA FIS-SETTUR TAL-AVJAZZJONI Lura fis-sena 2002, il-Lufthansa Technik iddeċidiet li tistabbilixxi bażi ta’ manutenzjoni f ’pajjiżna. Minn hemm ma ħarsitx lura, bniet l-istorja tagħha u kompliet tiżviluppa u tikber. Biex issa ilha f ’pajjiżna 17-il sena. Il-Lufthansa Technik irnexxielha ssir kumpanija pijuniera f ’Malta u dan bl-għajnuna talGvern u l-appoġġ mill-Malta Enterprise u l-Malta Industrial Parks. Fil-fatt, Lufthansa Technik se tkompli ssaħħaħ il-preżenza tagħha f ’Malta b’investiment ieħor ta’ €25 miljun biex tibni ħangar ieħor eżatt qrib iż-żewġ faċilitajiet li għandha f ’Ħal Farruġ. Bil-faċilità l-ġdida, Lufthansa se tkun tista’ tagħmel manutenzjoni fuq żewġ ajruplani fl-istess ħin. L-impenn u l-kollaborazzjoni tal-Gvern f ’dawn l-aħħar xhur kienu essenzjali biex il-kumpanija Lufthansa tespandi l-operat tagħha f ’Malta. Fir-reazzjoni tiegħu, l-Ministru għall-Ekonomija Chris Cardona, tkellem dwar kif dan l-investiment se jkompli jikkonsolida l-futur sabiħ li għandu dan is-settur ekonomiku f ’pajjiżna. “Dan l-investiment jirrifletti l-ħidma tal-Gvern fis-settur tal-avjazzjoni. Investiment ta’ dan il-kalibru u ta’ din il-kwalità huwa ċertifikat ieħor
għall-ekonomija ta’ pajjiżna.” Dan l-investiment ifisser ukoll il-ħolqien ta’ aktar impjiegi. Bħalissa s-servizzi tal-avjazzjoni jikkontribwixxu 2.5% tal-Prodott Domestiku Gross tal-pajjiż, filwaqt li joħloqu aktar minn 3,200 impjieg. Bosta kumpaniji jitkellmu b’mod pożittiv dwar il-ħiliet tal-ħaddiema Maltin fejn jiddeskrivuhom bħala familjari sew mas-sengħa kif ukoll jafu x’jirrikjedi x-xogħol minnu nnifsu. Barra minn hekk, it-tagħlim offrut f ’dan il-qasam mill-MCAST huwa biżżejjed biex il-ħaddiema Maltin jibdew il-karriera tagħhom f ’dan is-settur u għalhekk qed jiżdied l-investiment għaliex l-investituri jafu li f ’Malta hawn l-ingredjenti essenzjali biex kumpaniji jistabbilixxu l-operat tagħhom. Is-Safi Aviation Park ukoll qed jiġbed interess notevoli, għaliex huwa mibni apposta biex jilqa’ għall-ħtiġijiet kollha tal-industrija – kemm fl-aspett ta’ daqs ta’ ajruplani li jidħlu, kif ukoll għaliex ħangars ġodda f ’industrija mimlija ħangars antiki jew rinnovati, jispikkaw. Għalhekk, meta wieħed josserva mill-qrib il-bidliet li ra pajjizna fl-aħħar snin anke mil-lat ekonomiku, jidher biċċar li isem Malta huwa rinomat fl-industrija tal-avjazzjoni.
Fil-fatt, l-2019 x’aktarx se titniżżel bħala sena trasformattiva għas-settur tal-avjazzjoni f ’Malta. Iżda, f ’ambjent globalizzat hemm fatturi oħra li jesiġu li l-pajjiż jieħu l-pass li jmiss. Sabiex Malta tibqa’ ġurisdizzjoni kompetittiva, il-Malta Industrial Parks flimkien mal-Ministeru għat-Turiżmu, qed jaħdmu fuq strateġija magħrufa bħala Airport Zone Strategy, għaż-żoni biswit l-ajruport, li se twitti t-triq għal tkabbir sostanzjali fl-industrija tal-avjazzjoni u dawk is-setturi l-oħra li għandhom rabta magħha jew jiddependu fuqha. Filwaqt li x-xogħol fuq il-proġett biex tinbena faċilità ġdida għall-SR Technics għaddej, qed jitħejjew il-pjanijiet biex titkabbar taxiway LIMA fl-ajruport sabiex tkun tista’ takkomoda ajruplani wide bodied. Dawn il-proġetti huma fost l-indikaturi li jissuġġerixxu li s-settur tal-avjazzjoni f ’Malta se jkompli jikber fis-snin li ġejjin. B’reġistru tal-ajru dejjem jikber, servizzi regolatorji kompetittivi u Gvern impenjat, Malta tinsab f ’pożizzjoni b’saħħitha biex tikkonsolida l-kisbiet tagħha fis-settur. Għalkemm, l-industrija tal-avjazzjoni madwar id-dinja għaddejja minn sfidi kbar, l-industrija f ’pajjiżna qed tkompli tissaħħaħ.
16
27.10.2019
kullhadd.com
ERBA’ EPOKI TA’ DOKUMENTAZZJONI Fl-Arkivju tat-Tribunali u l-Qrati fl-Arkivji Nazzjonali li jinsab fil-Banca Giuratale fl-Imdina nsibu erba’ epoki differenti, f’volumi arkivjati, merfugħin fuq aktar minn 1,100 metru ta’ xkaffar. Id-dokumenti huma dawk ta’ żmien l-Ordni, bejn l-1530 u l-1798; l-epoka Gallika (jew Franċiża), bi tliet metri ta’ xkaffar għal perjodu ta’ inqas minn sentejn u l-epoka ta’ bejn l-1800 u l-1813 meta Malta saret uffiċjalment parti mir-Renju ta’ Sqallija, iżda kienet taħt protezzjoni militari Ingliża, sakemm Thomas Maitland għamel ir-riforma tal-Qrati. L-aħħar perjodu hu dak ta’ meta Malta saret kolonja Ingliża, bejn l-1814 sal-1899. Id-dokumenti tal-Qrati ta’ wara l-1900 jinsabu fl-Arkivju tal-Qrati l-Belt. Bħala wieħed mill-aktar volumi antiki li jmorru lura għall-bidu tal-preżenza tal-Kavallieri f’Malta hu volum mis-serje tas-suppliki u t-taxxi. Qed nitkellmu fiż-żmien l-Assedju l-Kbir. Noel D’Anastas, l-Arkivista responsabbli mill-Banca Giuratale jitkellem dwar il-minjiera ta’ dokumenti li hemm arkivjati. minn CHARLES B. SPITERI X’fih interessanti dan il-volum Noel? Il-volum li semmejt jagħmel parti mis-serje ta’ Cedulae Supplicae et Taxationes għas-snin 1565-1566, eżatt mattmiem l-Assedju l-Kbir. Din is-serje ta’ volumi jaqgħu taħt il-Qorti tal-Magna Curia Castellania, qorti prinċipali talBelt, qorti ċivili u kriminali li kienet għar-residenti tal-Port il-Kbir: ilBelt u l-Kottonera u ta’ madwarhom. Oriġinarjament kienet twaqqfet fil-Birgu, iżda mal-bini tal-Belt Valletta, il-Magna Curia Castellania stabbilixxiet fil-Belt. Interessanti li f ’dan il-volum, eżatt fuq l-aħħar folja, hemm poeżija li nkitbet fit-tmiem l-Assedju l-Kbir. Dwar xiex tittratta din il-poeżija? Jisimha Ad Patriam (O Melita Infelix). Kif jixhed isimha fiha element ta’ patrijottiżmu, u sens ta’ ċittadinanza Maltija. Hi ffirmata minn Lucas de Armenia – Patricius Melivetanus, ċittadin Malti residenti fl-Imdina. Din il-poeżija tikkonsisti fit-12-il linja, miktuba b’Latin sempliċi b’sillabi twal u qosra. Fuq in-naħa t’isfel tal-poeżija hemm dedikazzjoni li tgħid “AI molto mag. signor mio da fratello honorando”. Kif instabet? B’konċidenza mill-Prof. Carmel Cassar fil-bidu tas-snin tmenin waqt li kien qed jagħmel riċerka. Dak iż-żmien kien għadu student. Instabet l-istess kif instabet b’koinċidenza Il-Kantilena fl-Arkivju Notarili. Probabbli li Ad Patriam hi l-eqdem poeżija li nstabet f ’Malta miktuba bil-Latin f ’dawn il-volumi tal-Qrati. Fil-fatt, dan l-istudju flimkien mal-ħajja ta’ dan in-Nutar Lucas de Armenia, kien ippubblikat f ’wieħed mill-ħarġiet tal-Melita Historica lura fl-1981. Dawn it-tip ta’ poeżiji kienu jintbagħtu lill-Gran Mastru?
Kien hemm minnhom li kienu jinkitbulu b’omaġġ, jinqraw jew jitkantaw fil-misraħ tal-Palazz fil-Belt fl-aħħar jum t’April f ’dik li tissejjaħ il-Calendimaggio. Dawn il-poeżiji twal kien jiġu adatti għall-mużika, ġeneralment minn kompożituri magħrufa, fosthom il-Maestro di Cappella tal-Knisja Konventwali tal-Ordni fil-Belt – dik li hi l-Konkatidral ta’ San Ġwann. Iżda din il-poeżija Ad Patriam jidher li ma kellhiex addattament mużikali u m’għandhiex x’taqsam mal-Calendimaggio. Kitibha biex ħallieha hemm, bħalma fuq xi faxxikli tal-Partenzi li għandna fl-Arkivju sibna diversi tpinġijiet u disinji ta’ xwieni ta’ żmien l-Ordni, li jmorru lura għas-seklu 17.
Dażgur. Għal dawn hemm il-volumi magħrufin bħala Libri dei Carcerati. Ir-reġistru jinkludi l-isem tal-persuna li b’xi mod tkun iddaħħlet fiċ-ċella, l-età, il-professjoni, il-lokal u l-laqam. Dan it-tagħrif jidher fuq ix-xellug tal-volum hekk malli tiftħu. Fuq in-naħa tal-lemin hemm il-jum u xi dettalji oħra meta tinħeles persuna, jew sar il-ħlas tal-pleġġ. Interessanti li dawn ir-reġistri kienu ta’ għajnuna kbira għall-istudenti tal-Malti li rriċerkaw il-laqmijiet. Fost l-arrestati u l-ikkundanati, kien hemm minnhom li spiċċaw eżiljati - ġeneralment għall-gżira Għawdxija. F’din it-taqsima għandna l-volumi kemm tal-Magna Curia Castellania li ċ-ċelel tagħha huma fis-sotterran tal-binja, li llum hi l-Ministeru għasSaret riċerka fuqhom? Saħħa fi Triq il-Merkanti, filwaqt li ċ-ċelel tal-Qorti Kapitanali, li kienet Fuq il-volumi tal-Atti Oriġinali tal-Mag- fl-Imdina, jinsabu fejn illum hemm na Curia Castellania saret riċerka u id-Dungeons. ġiet ippubblikata. Anki d-dokumenti tal-Kriminal iqajmu ħafna interess Milli qed nara anki nisa kienu fl-istudenti li jkunu qed jagħmlu t-teżi jinġabru. tagħhom u fi skulari oħra anki barranin li l-kontenut fid-dokumentazzjoni Iva. Ara din: Graziulla Zahra mill-Furtal-Kriminal hu wieħed mill-aktar ku- jana. Inġabret fit-22 ta’ Novembru, lurit. Rigward il-volumi Cedulae Suppli- 1801 fuq feriment u l-għada ngħatat cae et Taxationes ftit sar studju fuqhom. il-libertà mill-arrest, bil-kundizzjoni li Niftakar ukoll lil Dr Giovanni Bonello ma tagħmilx reat ieħor. jirriċerkahom u jagħmel referenzi għalihom f ’xi pubblikazzjonijiet mill-ħaf- Żomm Noel, qed nara sew, anki na li kiteb. tfal kienu jinqaflu? Semmejna l-Partenzi. Dawn huma reġistri tal-passiġġieri li jkunu ħarġu Kull min iwettaq xi ħaġa ħażina, anki minn Malta; dettalji tal-persuni, in- fuq ħmerija kien jiġi arrestat. Insibu kluża l-età u xi kultant anki deskrizz- tlett itfal minn Ħal Qormi: Gaetano joni tal-persuna. Bla dubju, l-aktar Borg ta’ 17-il sena u żewġ ħbieb tiegħu dokumenti mfittxija minn skulari bar- ta’ 15 u ta’ 13. Huma nqabdu jisirqu. ranin huma dawk tal-Consolato del Anki tfal iżgħar fl-età ddaħħlu l-ħabs Mare, it-tribunal marittimu, li fihom minħabba xi serq ta’ xi prodotti tar-rahemm minjiera ta’ informazzjoni b’di- ba’. Dak iż-żmien kien hemm faqar versi lingwi bħall-Armen, Tork, Span- kbir. Volumi hekk iqanqlu ħafna interess. jol, Portugiż, Grieg u ovvjament il-LatPereżempju nsibu lill-Iskultur Sigisin u t-Taljan. mondo Dimech. Inġabar fis-16 ta’ Ottubru, 1800 fuq ordni tal-Gran Mastru Ladarba dan hu arkivju tal-Qrati, naħseb li jkollkom ukoll irreġistrat u m’hawnx l-akkuża. Dam arrestat sa Jannar ta’ wara. min spiċċa arrestat jew intbagħat F’dan il-volum insibu wkoll meta Mikil-ħabs, hux hekk?
iel Anton Vassallo – miktuba Vassallo u mhux Vassalli – minn Ħaż-Żebbuġ tressaq quddiem il-Qorti Kapitanali u ngħata s-sentenza ta’ eżilju b’mod perpetwu. Hu ddaħħal fiċ-ċella fis-16 ta’ Settembru, 1800 u ġie eżiljat fid-19 ta’ Jannar ta’ wara. Hawn dokumentazzjoni ġmielha u kkulurita. Pereżempju ara dawn. Fl-1800, Paolo Balzan, Paolo Micallef, Giacchino Camilleri u Paolo Caruana, kollha millBelt u bejjiegħa s-suq, kienu akkużati li insulentaw lil Francesco Pace, u ntbagħtu l-ħabs bejn is-16 u l-20 ta’ Settembru. Fis-17 ta’ Diċembru, 1801, insibu lill-minorenni Andrea Bonnici, ta’ 15il sena minn Bormla li kien iddaħħal il-ħabs fuq suspett ta’ serq ta’ xi ħaġa żgħira. Kien inħeles fit-30 tal-istess xahar. B’hekk għandna volumi li jiddokumentaw l-istorja tal-kriminalità ta’ dak iż-żmien, li jibqgħu sejrin sal-1814. Fl-istorja ta’ Malta konna nsemmu ħafna r-Rewwixta tal-Qassisin. Jinstab tagħrif fuqha hawn? Iva. Il-kwistjoni kienet qamet fl-1775, nhar il-Vitorja, għax il-Gran Mastru Ximenes ma riedx li tibqa’ ssir kaċċa tal-fenek, meta dak iż-żmien kienet importanti ferm fostna. Kien ħoloq tensjoni kontra l-Isqof u l-kleru. Ximenes ma kienx maħbub mill-poplu peress li kien introduċa miżuri ta’ awsterità. Il-Mexxej tar-Rewwixta kien Dun Gejtanu Mannarinu. Miegħu kellu numru ta’ kleru u persuni oħra, anki minn familji nobbli, fosthom il-Markiż De Piro, Testaferrata, u Antonio Manduca. Fost dawk involuti kien hemm xi familjari ta’ Dun Gejtano Mannarino, bħal Giovanni Battista Mannarino u Don Antonio Mannarino. In-numru tal-persuni involuti f ’din ir-rewwixta kellu jkun ikbar, iżda ħafna ma żammewx kellmithom u għal xi raġuni ma ħadux sehem jew beżgħu. Dawn kienu
17
27.10.2019
kullhadd.com
Il-lista ta’ dawk imdaħħla fir-Rewwixta tal-Qassisin
Paġni mil-Libro Dei Carcerati
taw talbiet għal-liċenzji tal-ħwienet. huma tas-seklu 18 u l-bidu bikri Fost il-kotba naraw li kellu l-Erasmi Colloquia, Dawn ta’ żmien l-Ingliżi. Minnhom naraw li li kien ktieb ipprojbit għan-nies komuni, kull tliet snin, il-bejjiegħa riedu jġeddu l-liċenzja, anki jekk jaqilbu l-ġeneru iżda seta’ jinqara mis-saċerdoti, tal-bejgħ tagħhom. Nieħdu eżempju: il-faxxiklu li jkomin-nies tax-xjenza u minn pri s-snin 1730 u 1731. Insibu lil dawk legali ċertu Hieronymus Ricorto jġedded il-liċenzja u jbigħ id-drapp. Kien hawn bejjiegħa oħra li kienu jiġu mill-Italja, ibigħu fit-toroq, anki kotba pprojbiti akkwistaw ċavetta tal-Forti Sant’Iermu Dr Gio Battista Satariano. Naraw l-as- u spiċċaw dehru quddiem it-Tribunal u daħlu. Neħħew il-bandiera u okku- pett diplomatiku tal-kitba tas-sentenza tal-Inkwiżitur. paw il-forti, imqar għal ftit ħin. Ribelli - versi li jsewdulek qalbek: “taken from hence to the place from whence you came, and X’tista’ tirrakkontali minn dak li oħra ħatfu l-Kavallier San Ġakbu. from there to the place of execution, and there ssib dokumentat hawn fuq Dun to be hanged by the neck till you are dead. Mikiel Xerri? X’ġara wara? X’sar mir-ribelli? And the Lord have mercy on your soul.” Fl-Arkivju ta’ Santu Spirtu jinsabu Li naraw importanti fl-era Gallika, Insibu li meta tressqu l-Qorti mill-Gran Mastru nnifsu, tlieta mill-akkużati: wkoll it-talbiet tal-Appell jew xi talba meta kien jgħix Dun Mikiel Xerri hi Pasquale Balzan, aromatarju; Michele biex ma tkunx esegwita s-sentenza tal- l-letterhead bl-arma, kollox miktub bilFranċiż u nsibu l-kliem Libertè u Egalitè. Tonna, gwardjan tal-għejun u Claudio mewt. Chircop, daqqaq tal-vjolin ngħataw Iżda bil-Franċiż min kitibhom dak il-mewt u kien ordnat li hekk kif jin- Apparti minn każi ta’ akkużi u iż-żmien? qatlu bit-tgħalliq, rashom tiddendel sentenzi, li kollha relatati mal-Forti ta’ Sant’Iermu biex twiddeb mal-Qrati u mat-Tribunali, Inkitbu minn uffiċjali Franċiżi jew lil nies oħra ma jippruvawx jagħmlu għandkom xi volumi oħra li korrispondenza minn Franza. Ix-xhur l-istess reat. Dun Gejtano Mannarino jkebbsu interess? u l-jiem, kienu jinkitbu skont ir-Rivolukien intbagħat għomru l-ħabs u nħeles mill-Franċiżi. Kellek numru kbir li Fil-font tal-Magna Curia Castellania zzjoni Franċiża. Insibu wkoll li Vaubouis kien biddel ntbagħtu l-ħabs, oħrajn ġew eżiljati u wieħed isib l-inventarji, dawk bonorum u ereditarji. Ħafna minn dawn l-inven- ukoll is-sistema tal-Qrati u għamilkien hemm min inħeles. tarji huma ta’ nies nobbli, li kellhom ha fuq l-istil Franċiż. Malta nqasmet bid-distretti. Is-sistema tal-Qrati kienet Dawn il-volumi li għandkom huma proprjetajiet, ġojjelli, pitturi u kotba. L-Arkitett Lorenzo Gafà fl-1703, dik tal-Prima u Seconda Istanza u Gikollha bit-Taljan? fid-dar tiegħu fil-Birgu kellu diversi udice di Pace. Issa fl-istess żmien insibu l-invenBl-Ingliż ftit huma l-volumi li għand- kwadri indurati u huma mniżżla kif na u dawn huma tal-Qorti tal-Ispecial instabu f ’kull kamra. Kien jitniżżel tarju ta’ Dun Mikiel Xerri, li f ’Jannar Commission. F’dan il-volum partiku- kollox: pożati, platti, imtieraħ. F’dawn tal-1799, quddiem in-Nutar Bonavita, lari ta’ bejn l-1832 u l-1838 insibu lil l-inventarji miktubin min-nutara, issib għamel it-testment tiegħu u ħalla aktar Vincenzo Grech ta’ 30 sena min-Naxx- bosta ħwejjeġ. Pereżempju għat-teżi minn 180 ktieb lis-Seminarju. Il-kotar, magħruf bħala “ta’ Gisuarda” ħati tagħha tal-Masters, Francesca Balzan ba ġew evalwati u stmati u l-prezz ta’ żewġ omiċidji li seħħew fl-istess ħin irriċerkat minn hawn, fuq il-ġojjelli an- tal-kollezzjoni laħħqet għal 199 skud u u fl-istess post fl-4 ta’ Ottubru 1838, tiki f ’Malta u skopriet it-tip tagħhom u 10 tarì. fit-Tuneżija fl-Afrika. Vincenzo qa- fejn u għand min kienu. Fost il-kotba naraw li kellu l-ErasMill-inventarji, tieħu stampa ċara ta’ mi Colloquia, li kien ktieb ipprojbit tel lil ħuh Giuseppe Grech u lil ċertu Salvatore Fertinisi b’arma li taqta’ u x’kienu jaqraw niesna f ’dak iż-żmien, għan-nies komuni, iżda seta’ jinqara għax hawn listi sħaħ ta’ kotba bid-det- mis-saċerdoti, min-nies tax-xjenza u bil-ponta. Hu ngħata s-sentenza tal-mewt fl-10 talji u l-prezz tagħhom. minn dawk legali. U peress li Dun MikGħandna wkoll volumi u diversi iel kien għalliem u lettur fl-Università, ta’ filgħodu, fid-29 ta’ Diċembru 1838. L-Imħallfin kienu Dr Giovanni Vella u kaxxi mimlija faxxikli li jiddokumen- fil-lista nsibu diversi text books, kif
Is-sentenza tad-29 ta’ Diċembru, 1838
ukoll il-grammatika u l-Lexicon ta’ Vassalli li kienu ilhom biss ftit snin fil-librerija tiegħu. Fuq il-Qrati fi żmien il-Franċiżi, xi nsibu? L-Avukat Carmelo Testa kien ħareġ pubblikazzjoni voluminuża bl-isem The French in Malta. Hu kien għamel l-istħarriġ tiegħu minn dawn id-dokumenti u oħrajn. Hawn għandna l-inkartamenti kriminali ta’ bejn is-sena 179899. Hu volum uniku u interessanti ħafna. Pereżempju, Giovanni Dalli kien tressaq il-Qorti minħabba satira, li saret fit-Teatru u ġibdet oġġezzjoni. Għandna wkoll lista bl-ismijiet tat-Tradituri tal-Patria, li nstabet f ’Bormla. Dawn kienu: Giuseppe Maurin, bennej; Vincenzo Caruana, segretarju; Paolo Savona, merkant; Patri Salvatore Lanzun, Tereżjan; Giovanni Dalli, merkant tal-inbid; Bruno, tabib minn Bormla; Nicola Randon, magħruf bħala Ta’ Fesfes; Gaetano Debertis, Avukat; Gio Antonio Spiteri, Nutar; Burelli, pulizija tal-muniċipalità u Santo Vella, merkant tal-qoton. Fuq wara tal-karta jidher li kien hemm xi kolla, peress li skont ma jirriżulta kienet imwaħħla mal-ħanut ta’ Salvatore Bartolo f ’Bormla. Dawn in-nies ikkonfoffaw kontra l-pajjiż, bil-kliem jew b’xi azzjoni u minħabba f ’hekk ġabruhom u ressquhom il-Qorti. Dawn huma biss ftit mill-ħafna dokumentazzjonijiet, volumi u rikkezza ta’ storja. Prosit Noel, għax milli wrejtni, l-Arkivju fil-Banca Giuratale joffri informazzjoni vasta għal kull tip ta’ studju dwar storja soċjali, kultura, drawwiet, individwi u oġġetti oħra, b’relazzjoni ma’ każi li missew mal-Qrati u matTribunali tal-passat. Għar-riċerka, dan il-post jiswa mitqlu deheb. Għal aktar tagħrif ara l-paġna ta’ Facebook u pjattaformi simili oħra.
18
27.10.2019
kullhadd.com
GVERN LI JAĦSEB F’KULĦADD
Ian Borg Ministru
Reġa’ wasal iż-żmien tal-baġit. Niftakru ż-żmien meta l-poplu kien ikun qed jistkerrah dan iż-żmien, meta taħt amministrazzjoni Nazzjonalista, iż-żmien tal-baġit kien ifisser aktar taxxi u l-ebda miżura pożittiva għall-poplu, żmien fejn lill-poplu kien jitteħidlu biss u ma jingħatalu xejn. Mis-sena 2013 Gvern Laburista fil-Gvern qaleb il-folja. Sena wara l-oħra Gvern Laburista fl-amministrazzjoni ra kif jagħmel biex iwassal benefiċċju wara ieħor lill-poplu. Gvern Laburista beda b’sitwazzjoni xejn pjaċevoli fl-2013. Kellna poplu li qed jaqta’ qalbu, u pajjiż midjun. Il-Partit Laburista dejjem emmen fil-pajjiż u n-nies tiegħu, dejjem emmen fil-familji Maltin u Għawdxin, fiż-żgħażagħ u fin-nies tan-negozju; b’rispett lejn l-anzjani
tagħna li tant ħadmu qabilna. Mill-ewwel ġurnata konna determinati li nibdlu s-sitwazzjoni li fiha kien qed jgħix il-poplu taħt amminstrazzjoni Nazzjonalista. Dan il-Gvern kellu viżjoni li tħares lejn pajjiżna bħala l-aqwa fl-Ewropa u fost l-aqwa fid-dinja u beda ħidma biex din il-viżjoni jagħmilha realtà. Dan il-Gvern ma qatax qalbu – beda jaħdem qatigħ biex iġib il-pajjiż fuq saqajh fuq livell ekonomiku u soċjali. U minn hemm ir-rota bdiet terġa’ ddur. Il-poplu Malti u Għawdxi beda jirrealizza li dan il-Gvern jaf x’qed jagħmel, beda jerġa’ jakkwista l-fiduċja li pajjiżna seta’ jqum fuq saqajh, li pajjiżna ma kienx ser jibqa’ pajjiż magħkus bid-dejn bħalma kien taħt amministrazzjoni Nazzjonalista. U dan it-twemmin ma ġiex mix-xejn. Kull Ottubru l-poplu beda jara l-Gvern iwassal diversi benefiċċji biex illum wasalna f ’sitwazzjoni li l-poplu jkun ħerqan għall-baġit ta’ kull sena biex jisma’ l-miżuri li l-Gvern ikun ippjana. Illum, qed naraw it-tmien baġit ta’ Gvern Laburista; ilbaġit 2020 huwa l-ħames baġit b’surplus, it-tielet baġit konsekuttiv mingħajr taxxi. Din is-sena rajna 171 miżura b’31 miżura mmirati direttament lejn il-familji, pensjonanti, persuni b’diżabilità u mard u l-familji
tagħhom. Illum għandna baġit li għal darb’oħra reġa’ għaraf l-importanza li l-infrastruttura u t-transport għandhom għall-ekonomija tal-pajjiż. Rajna baġit maħsub bir-reqqa, baġit li jemmen li l-infrastruttura hija waħda mill-pilastri ewlenin għall-ekonomija ta’ pajjiżna. U għalhekk dan il-Gvern ser jerġa’ jinvesti b’mod sostanzjali f ’dan il-pilastru u ser jibqa’ għaddej b’ħidma bla heda fuq diversi proġetti maġġuri li jagħmlu parti min-network essenzjali tat-toroq ta’ pajjiżna, ser jerġa’ jinvesti fit-toroq residenzjali, fit-toroq rurali, fl-infrastruttura marittima. Fl-istess waqt nafu l-importanza li t-trasport għandu għal-loġistika tal-pajjiż, kif ukoll li l-mod ta’ kif nivvjaġġaw jaffettwa mhux biss ħajjitna imma anke l-kwalità tal-ħajja tagħna u l-kwalità tal-arja. U għalhekk il-Gvern qed jerġa’ jinvesti fit-trasport pubbliku fejn l-inizjattiva tat-trasport mingħajr ħlas ġiet imwessgħa biex tinkludi mhux biss iżżgħażagħ u l-istudenti full-time imma anke l-persuni b’diżabilità u l-anzjani ta’ 75 sena u aktar, b’investiment ta’ €3.8 miljun. Dan ifisser li s-sena d-dieħla ser ikun hemm 19,000 anzjan u anzjana Ii ser jibbenefikaw minn din il-miżura. Smajna wkoll kif il-baġit ser
jestendi d-diversi miżuri li jippromwovu mezzi tat-trasport li huma aktar nodfa – b’investiment ta’ €3.6 miljun il-Gvern ser ikun qed jerġa’ jgħin lil min hu interessat jibdel il-vettura privata għal waħda elettrika jew għal waħda li tniġġes anqas. U l-attenzjoni lejn it-trasport bil-ferries ukoll ingħatat l-importanza neċessarja hekk kif ser inkunu qegħdin mhux biss ninvestu fil-landing sites eżistenti imma ser inkunu qed nistudjaw żoni oħra bħal Marsaskala, Marsaxlokk u l-Mellieħa. Ma nsejniex l-effett li l-ispazji miftuħa għandhom fuq il-kwalità tal-ħajja tal-poplu Malti u Għawdxi, u b’dan il-ħsieb f ’moħħna ser inkunu qed nimplimentaw diversi proġetti ta’ tisbiħ f ’lokalitajiet differenti filwaqt li nkomplu bil-pjanijiet li għandna għaż-żona ta’ Ta’ Qali li ser tarana nimplimentaw il-Malta National Park – l-ikbar park nazzjonali, 450,000 metru kwadru ta’ esperjenzi differenti. U ser inkomplu ngħinu liż-żgħażagħ tagħna bl-iskemi tal-first time buyers fejn din id-darba sa mill-għada tal-baġit, dawn iż-żgħażagħ ser ikunu jistgħu jiffrankaw sa €6,500 mit-taxxa tal-boll, filwaqt li ser inkomplu naħdmu favur il-konservazzjoni tar-residenzi fil-UCAs grazzi għall-estensjoni tal-iskema Irrestawra
Darek. Dawn huma ftit mill-miżuri li dan il-Gvern ħaseb li jwassal lill-poplu, farka mill-investiment li dan il-Gvern ser jagħmel f ’pajjiżna. Dan huwa baġit b’saħħtu, li jkompli jippremja lill-familji bieżla, li jkompli jgħin lil min hu vulnerabbli, baġit li jara li l-ekonomija ta’ pajjiżna tkun waħda sostenibbili imma fuq kollox baġit li jara li l-poplu jkompli jikber mas-suċċess ta’ pajjiżna. U l-ħidma tiegħi u ta’ sħabi taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat ser tkompli fuq kull livell – ser inkomplu nippjanaw, naħdmu u nwettqu għall-benefiċċju tal-poplu Malti u Għawdxi.
Sena wara l-oħra Gvern Laburista fl-amministrazzjoni ra kif jagħmel biex iwassal benefiċċju wara ieħor lill-poplu
NOĦOLQU AKTAR TURIŻMU TA’ KWALITÀ
Konrad Mizzi Ministru
Is-settur tat-turiżmu kien dejjem meqjus bħala mutur ekonomiku għal pajjiżna, u għalhekk li bħala Gvern Laburista dejjem tajnieh prijorità u komplejna ninvestu fih bil-kbir. Huwa għalhekk li sena wara sena għadna qegħdin nirreġistraw riżultati pożittivi ferm, mhux biss mill-aspett ta’ numri turistiċi, iżda wkoll żidiet fl-ammont ta’ ljieli tqattgħu minn
turisti Malta u fin-nefqa ġejja mit-turiżmu. Fil-baġit li ġie ppreżentat aktar kmieni din il-ġimgħa, mhux biss se nkomplu fuq din l-istess linja, iżda, kif kelli l-okkażjoni li nispjega fil-Parlament nhar il-Ħamis li għadda, se nagħmlu ħafna aktar minn hekk ukoll. Irridu nassiguraw li dan is-settur neħduh f ’livelli ġodda bla preċedent. Huwa għalhekk li bħala Gvern qegħdin naħdmu fuq strateġija li teħodna għas-sena 2025, li ser tkun il-qafas tal-inizjattivi u l-bidliet li ser inkunu qegħdin nagħmlu fis-snin li ġejjin. Fost l-objettivi ta’ din l-istrateġija, ser inkunu qegħdin naraw li noħolqu turiżmu f ’pajjiżna b’aktar viżitaturi ta’ kwalità u li jonfqu iżjed flus filpajjiż waqt iż-żjara tagħhom; li t-turiżmu f ’pajjiżna jkompli jikber b’mod sostenibbli u mmaniġġjat tajjeb, filwaqt li nkomplu nnaqqsu l-istaġjon-
alità ta’ pajjiżna mill-aspett turistiku, li tiġi implimentata strateġija dwar il-konnettività tal-ajru ta’ pajjiżna sabiex intejbu l-konnettività ta’ pajjiżna f ’kull żmien tas-sena; li noħolqu iżjed niċeċ turistiċi f ’pajjiżna biex nattiraw udjenzi ġodda li naċċertaw li pajjiżna jkollu r-riżorsi meħtieġa, speċjalment dawk umani, sabiex ikun jista’ jkompli jtejjeb il-prodott u s-servizz turistiku offrut lit-turisti, li nattiraw udjenzi ġodda, fosthom dawk tal-Amerka ta’ Fuq, tal-Ġappun, tal-Awstralja, taċ-Ċina u tal-Indja li jħallu impatt ekonomiku ikbar. Din l-istrateġija ser tkun qiegħda tkompli tibni fuq ir-riżultati li qegħdin niksbu bħala pajjiż fuq kull livell, frott il-ħidma ta’ dan il-Gvern. Fost l-inizjattivi li ħadna biex nassiguraw livell aħjar għall-isem ta’ Malta hija l-partnership li dħalna fiha mal-klabb
rinomat internazzjonalment – il-Manchester United, fejn mhux talli Malta qiegħda tieħu exposure kbira barra minn pajjiżna speċjalment fi swieq mhux tradizzjonali tagħna, iżda qiegħda tkun maġenb brand oħra li tagħtiha ċertu valur u rikonoxximent. Ma tistax tattira turisti ta’ kwalità jekk ma jkollokx prodott tajjeb. Huwa għalhekk li qed naħdmu fuq diversi proġetti ta’ riġenerazzjoni sabiex intejbu, kemm l-ambjent, kif ukoll il-wirt storiku tagħna. Biss biss, din il-ġimgħa għadna kif ħabbarna proġett ġdid ta’ riġenerazzjoni fid-daħla tal-Isla, fejn mhux talli ser inkunu qegħdin nagħtu lura lill-pubbliku parti mis-sur li bħalissa mhux aċċessibbli, iżda ser inkunu qegħdin noħolqu aktar spazji miftuħa u pjazza tixraq għal din il-Belt storika f ’nofs il-Kottonera u l-Port il-Kbir. Dan jikkumplimenta
xogħol ieħor li qed nagħmlu, bħal dak tar-riġenerazzjoni tan-naħa t’isfel tal-Belt Valletta, il-proġett tal-Imsida u ta’ Ta’ Xbiex li ser nestenduh sa Tal-Pietà, il-proġett tal-ġnien tal-Mall, u l-proġett tal-Kalkara li ser inkunu qegħdin inħabbru fiż-żmien li ġej.
Is-settur tat-turiżmu kien dejjem meqjus bħala mutur ekonomiku għal pajjiżna, u għalhekk li bħala Gvern Laburista dejjem tajnieh prijorità u komplejna ninvestu fih bil-kbir
19
27.10.2019
kullhadd.com
GĦAŻLIET Editorjal
Din il-ġimgħa l-Parlament Malti reġa’ kkonferma emerġenza dwar il-klima. Pajjiżna kien diġà għamel dan meta fl-2015 ressaq l-Att Dwar il-Klima li kien approvat mill-Kamra tar-Rappreżentanti b’mod unanimu. Għalhekk kien naturali li l-Parlament jerġa’ jaqbel dwar dan il-prinċipju. Fl-istess ħin kien hemm ilħtieġa li l-Gvern jimmarka żbalji u nuqqasijiet fil-mozzjoni tal-Oppożizzjoni. Iktar minn
hekk ippreżenta lista ta’ azzjonijiet li diġà qiegħed jieħu l-Gvern. Għaliex dan hu suġġett li fih irridu ngħaddu mill-buzzwords għal azzjoni konkreta. Fuq kollox hemm għażliet xi jridu jsiru. Għażliet li xi minn daqqiet forsi qajla naħsbu dwarhom. Meta din il-ġimgħa l-programm Xtra kien qed jitkellem dwar is-suġġett, il-preżentatur qajjem mistoqsijiet interessanti li jġegħluk taħseb u li forsi qajla ssib tweġiba diretta għalihom. Il-preżentatur staqsa jekk meta qed nitkellmu tant fuq tniġġis ikunx għaqli li fl-istess ħin nappoġġjaw inizjattivi li għalkemm imfittxija ħafna huma sors qawwi ta’ tniġġis. Fost oħrajn il-preżentatur semma l-Airshow, filwaqt li għamilha ċara li ma kienx qed jgħid li dan hu avveniment li m’għandux isir. Iżda, il-mistoqsija tal-preżentatur tolqot fil-laħam il-ħaj. Iġegħelna nirrealizzaw li meta nitkellmu fuq dawn it-temi hemm deċiżjonijiet li xi ħin se
jkollna nieħdu u huma deċiżjonijiet li jaf idejqu xi wħud biex igawdu l-ħafna. Naturalment, hemm ħafna xi nsemmu u żgur m’għandniex nillimitaw ruħna għal dak li semma l-preżentatur. Però, kienet mistoqsija li tqajjem dibattitu interessanti dwar x’lesti nissagrifikaw. Fl-istess programm issemma l-eżempju tal-Eks President tal-Kummissjoni Ewropea Barroso li wara diskors dwar il-klima, xi ġurnalisti affaċċjawh dwar l-għażliet personali tiegħu. Għax mhux biżżejjed li wieħed jitkellem ladarba qed niddikjaraw kriżi. Mal-paroli għandha tiġi l-azzjoni. U proprju fl-istess ġimgħa kien innotat kif għaqdiet tażżgħażagħ li ffirmaw dikjarazzjoni dwar il-bidla fil-klima mbagħad iċċelebraw f ’attivitajiet billi tajru l-bżieżaq tal-plastik li tant qed titqajjem kuxjenza dwar il-ħsara li jagħmlu. Tant li kien hemm għadd kbir ta’ għaqdiet tal-festi li qatgħuhom mill-inizjattivi
tagħhom. M’aħniex nagħmlu dawn id-dikjarazzjonijiet biex nippuntaw is-swaba’ lejn xi ħadd imma biex kulħadd jifhem li lkoll kemm aħna rridu nagħtu l-kontribut tagħna biex issa ngħaddu mill-kliem għall-fatti. Ilkoll kemm aħna rridu nistaqsu lilna nfusna x’inhuma s-sagrifiċċji li lesti nagħmlu. Ladarba naqblu li hemm emerġenza ma nistgħux niefqu ma’ sempliċi dikjarazzjoni. Gvern dejjem jista’ jagħmel iktar. Però, f ’dan il-mument ilGvern bagħat l-ikbar sinjal sa issa li lest ibiddel l-affarijiet. Fl-istess waqt il-fatt li l-Gvern qiegħed jadotta politika ta’ inċentivi u mhux penali m’għandux iwassal biex iċ-ċittadin jistenna lil ħaddieħor jaġixxi għalih. Huwa tajjeb li l-Gvern se jgħin b’tariffi orħos għal min jiċċarġja karozza elettrika u huwa tajjeb li l-Gvern jibqa’ joħroġ skemi u inċentivi biex iktar nies jixtru karozzi li jniġġsu inqas, muturi jew roti.
Iżda, ladarba l-ambjent huwa tant għal qalbna rridu bilfors nistennew dawn l-inċentivi biex nagħmlu l-għażliet li rridu nieħdu favur l-ambjent? Il-Gvern ħabbar ukoll fil-baġit li se neliminaw il-plastic li jintuża darba biss sal-2022. Hawn ukoll hija kwistjoni ta’ għażliet li nistgħu nibdew nagħmlu mil-lum stess. Għandna bżonn l-2022 biex ilkoll kemm aħna nibdew ngħixu differenti u nnaqsu l-użu ta’ dan il-materjal li jagħmel ħsara. Minn dawn nistgħu nagħtu lista twila ta’ eżempji oħra li l-bażi tagħom hija limitata għal kelma waħda: Għażliet. Jekk irridu nħallu ambjent aħjar għal uliedna rridu gvernijiet li jieħdu l-inizjattivi. Irridu miżuri bħalma rajna ħafna minnhom fil-baġit 2020. Issa se jasal il-mument tal-prova. Is-sehem ta’ kull wieħed u waħda minna ma jistax jieqaf ma’ dikjarazzjonijiet, kliem sabiħ u shares fuq il-midja soċjali. Iżda, irridu lkoll kemm aħna nagħtu s-sehem tagħna.
20
27.10.2019
kullhadd.com
L-INDIĠESTJONI TA’ BREXIT Felix Busuttil
Brexit tiela’ u Brexit nieżel. Għaddew iktar minn tliet snin minn meta David Cameron, Prim Ministru ta’ dak iż-żmien tar-Renju Unit, preċiżament fit23 ta’ Ġunju tal-2016, ħass li l-poplu Ingliż jeħtieġ jiddeċiedi jekk pajjiżu jibqax membru talUE jew le. Fil-probabilità ħafna kienu dawk li ħasbu li l-vot li jibqgħu fl-UE ser ikun rebbieħ inkluż Cameron innifsu u anke jien u ħafna miegħi – għaliex fid-dinja li ngħixu fiha illum u mhux 60 sena ilu aktar jaqbillek li tkun parti u viċin pajjiżi oħra milli tinqata’ għalik innifsek u
tfendi għal rasek. Ir-raġunijiet ta’ vantaġġ huma ferm ikbar minn dawk ta’ żvantaġġ. Sigurtà internazzjonali, kummerċ iktar miftuħ, stabilità monetarja u għajnuna minn membri oħra, vjaġġar aktar ħieles u opportunitajiet ta’ xogħol aktar vast, sens ħolistiku ta’ prinċipji ta’ ġustizzja li jipproteġu liċ-ċittadin, protezzjoni tad-drittijiet u vuċi iktar b’saħħitha għaż-żgħażagħ, dawk emarġinati, anzjani u komunitajiet f ’minoranza. Il-lista hija waħda konsiderevoli għaliex qegħdin ngħixu l-perjodu ta’ globalizzazzjoni, togħġobniex jew le. Kienet kampanja ta’ referendum fejn intqal ħafna u ħafna kienu l-gideb. Ħafna kien l-element ta’ biża’ li ntuża fir-retorika u ftit u kważi xejn ma ntqal fuq il-problema serja u delikata tal-fruntiera bejn l-Irlanda ta’ Fuq u l-Irlanda. U dan kien żball miż-żewġ naħat, dawk li indirizzaw il- kampanji jibqgħux jew le. Iżda kif skoprejna meta qomna dik il-ġurnata u sirna nafu b’xokk qawwi li l-poplu Ingliż xtaq li jitlaq akkost ta’ kollox u
l-elementi ta’ biża’ u n-nazzjonaliżmu rebħu fuq ir-razzjonalità u l-għaqda. Jien nemmen post l-Ingilterra huwa fl-UE għax l-Ingliżi huma parti integrali u strutturali fil-qalb Ewropea. Infatti qatt qabel fl-istorja tar-Renju Unit ma kien hemm pajjiż diviż, konfuż u jekk taqtagħlu rasu ma toħroġx lanqas qatra demm waħda. Tliet snin wara u b’tibdil ta’ żewġ Prim Ministri, l-Ingilterra għadha ma sabitx rimedju ta’ b’liema mod ser tħalli l-UE. Il-Gvern ta’ Theresa May kellu disfatti u skonfitti parlamentari storiċi – il-Parlament Ingliż sar kważi serje umoristika fejn l-ebda naħa ma tista’ tieħu direzzjoni. Għaliex? Għax meta int tmur quddiem poplu b’deċiżjoni daqshekk importanti u kruċjali ma tistax tmur quddiemu b’nofs veritajiet u gideb. Ma tistax tmur quddiemu mingħajr l-ebda strateġija u pjan sod ikkondizzjonat mid-deċiżjioni li jieħu l-poplu. Ma tistax tmur quddiemu mingħajr ma jkollok viżjoni ċarissima ta’ dak kollu li tista’ titlef jew tiggwadanja. Dan
bħal meta tiġi biex tiffirma kuntratt – trid taqra kollox. Il-large print u aħseb u ara s-small print. Boris Johson, Eks Sindku ta’ Londra u issa Prim Ministru Ingliż ma għandux maġġoranza parlamentari però bħal barri go ħanut taċ-Ċina jixtieq u kważi jikkmanda li l-Ingilterra għandha żżarma mill-UE fil-31 ta’ Ottubru anke jekk ma tiffirmax arranġament. Tikkraxxja barra u ma hemmx kelma oħra iktar diżastruża mill-kelma tikkraxxja għax hekk ser jiġri. U min ser ibati? Ser ibatih il-kummerċ. Ser ibati ż-żgħir. Ser titħarbat l-armonija fl-industrija u bla dubju ta’ xejn sejjer jibgħat fid-dlam l-għaqda bejn l-istati fir-Renju Unit u l-ftehim ta’ paċi bejn il-fazzjonijiet Irlandiżi li kienu riżultat ta’ snin ta’ firda, vjolenza u qtil. Boris saħansitra kiser il-liġi kostituzzjonali meta xolja l-Parlament għal perjodu fixxhur ta’ qabel il-31 ta’ Ottubru u gideb fil-konfront tar-raġunijiet li ta hu nnifsu lir-Reġina. Kiser liġi tassew serja u baqa’ Prim Ministru minkejja li l-Ingilterra
għandha reputazzjoni ta’ politika ġusta u korretta. Meta aħna xhieda ta’ dan l-ispettaklu politiku, mingħajr ma trid, tħossok kważi urtat li l-kampanji jistgħu jikkreaw daqshekk konfużjoni u fuq dan id-diskors inħoss li l-referendum tas-sena 2016 huwa invalidu u issa li l-poplu jaf il-fatti kollha u l-konsegwenzi għandu jerġa’ jiġi indirizzat. Ma għandux ikun hemm biża’ fuq vot ġdid. Ikun siġill fuq dak li kien deċiż jew ikun xoljiment tal-ħajt ta’ konkrit li tinsab fih l-Ingilterra. L-istorja dejjem għallmitna u nerġa’ nirrepeti dejjem li l-giddieb għomru qasir u s-sens komun iffurmat mill-bżonn ta’ umanità grandjuża jkun rebbieħ. Nitgħallmu li t-tibdil fil-klima politika u soċjali mwielda minn biża’ u injoranza tista’ twassal għal ħafna aktar diviżjoni, ċpar u futur li qatt ma hu konkret u sabiħ mimli opportunità u bibien miftuħa għal ulied u wlied uliedna. Brexit hi ras iebsa u tħabbatha ma’ ħajt tkisser ir-ras u mhux il-ħajt.
GĦANIJIET GĦAL ŻVILUPP SOSTENIBBLI
Mario Fava President Sezzjoni Kunsillier PL
F’Settembru tas-sena 2015 ġew addottati l-miri 2030 f ’dawk li huma l-għanijiet tal-iżvilupp sostenibbli. Dawn l-għanijiet jinkludu 17-il mira differenti, bl-iskop ewlieni jkun li ħadd ma jibqa’ lura. Din l-aġenda tenfasizza fuq il-bżonn ta’ approċċ ħolistiku biex dawn l-għanijiet jintlaħqu minn kulħadd. Dawn l-għanijiet jinkludu wkoll b’mod speċifiku persuni b’diżabilità. Dan l-aktar fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-iżvilupp, ix-xogħol, l-aċċessibbiltà u l-ugwaljanza. Minkejja li l-kelma diżabilità ma ssirx referenza għaliha b’mod dirett, l-għanijiet huma maħsuba biex jiżguraw li jkun hemm inklużjoni u żvilupp totali tal-persuni bi bżonnijiet speċjali. Fis-sena 2016, rajna enfasi kbi-
ra biex titqajjem kuxjenza fuq l-Aġenda 2030 u l-importanza li jintlaħqu dawn l-għanijiet. Kien hemm promozzjoni sħiħa biex ikun hemm djalogu attiv u effettiv bejn dawk kollha involuti biex jiġi assigurat li d-dinja ta’ madwarna tkun aktar aċċessibbli għal dawn il-persuni. Il-pjan ambizzjuż ta’ dawn l-għanijiet jikkonċerna b’mod partikolari 17-il qasam differenti: • Il-faqar • L-edukazzjoni ta’ livell superjuri • L-industrija, l-innovazzjoni u l-infrastruttura • Is-saħħa u l-livell t’għajxien • L-ugwaljanza bejn is-sessi • Il-bliet, l-irħula u r-reġjuni sostenibbli • In-nuqqas ta’ ikel • L-enerġija nadifa affordabbli • L-aċċessibbiltà għal kulħadd • L-aċċess għall-ilma u s-sanità • Ix-xogħol diċenti u t-tkabbir ekonomiku • Il-produzzjoni u l-konsum responsabbli • L-azzjoni għat-tibdil fil-klima • Il-ħajja fl-oċeani • Il-ħajja fuq l-art • Il-paċi, il-ġustizzja u l-istituzzjonijiet b’saħħithom • L-approċċ ħolistiku biex jintlaħqu dawn l-għanijiet Dwar dan kien hemm qbil bejn 193 Membru tal-Ġnus Magħqu-
da. Kif jistgħu il-bliet u r-reġjuni intelliġenti (Smart Cities) jgħinu biex jiġu implimentati dawn l-għanijiet (SDGs)? Il-Kumitat tar-Reġjuni ilu jaħdem b’mod intensiv għal dawn l-aħħar snin sabiex dawn l-SDGs jiġu milħuqa anki fiddawl ta’ tranżizzjoni ekoloġika u l-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Huwa importanti u kruċjali li jkun hemm miżuri tanġibbli miftiehma b’mod konġunt bejn kulħadd biex ikun hemm informazzjoni miksuba mill-muniċipalitajiet, il-bliet u r-reġjuni lokali għaliex dawn huma l-eqreb awtorità taċ-ċittadin. Huwa importanti għalhekk li meta nitkellmu fuq Smart Cities ninvolvu liċ-ċittadini biex jipparteċipaw b’mod attiv biex ifasslu huma stess il-kuntest lokali tagħhom. L-inizjattiva tannies appoġġjata minn sistemi teknoloġiċi, bla dubju ta’ xejn ser twassal biex ikun hemm identifikazzjoni u implimentazzjoni aħjar għal soluzzjonijiet sostenibbli u intelliġenti kif ukoll ideat kollettivi li jkomplu jtejbu l-bliet u s-sostenibbiltà tagħhom. Dan jista’ jwassal sabiex tiġi meqjusa l-ħtieġa li jiġi indirizzat il-faqar f ’ċerti żoni ta’ dawn ir-reġjuni. Bit-terminu
faqar qed infissru wkoll faqar diġitali, fejn għadna qed naraw distakk enormi bejn min għandu aċċessibbiltà għall-informazzjoni teknoloġika u dawk li m’għandhomx. Dan jista’ jwassal biex min m’għandux aċċess għal din it-teknoloġija aktar ma jgħaddi żmien aktar ser ikun vulnerabbli u jiġi eskluż mis-soċjetà. Dan huwa t-tip ta’ faqar li qed nitkellmu dwaru u li żgur huwa fattur ewlieni biex dawn is-17-il għan ma jiġux milħuqa. Dan juri bl-aktar mod ċar li t-teknoloġija intelliġenti għandha rwol kruċjali fl-implimentazzjoni tal-pakkett dwar l-enerġija nadifa. Dan juri wkoll bl-aktar mod ċar li l-bliet u l-komunitajiet intelliġenti (Smart Cities) huma għodod b’saħħithom biex jiġi żgurat li dawn it-teknoloġiji intelliġenti jiġu implimentati b’mod konsistenti u armonizzat biex permezz ta’ din is-sinerġija dawn jiġu sfruttati bl-aħjar mod. In-natura għandha rwol importanti fl-SDGs relatati mal-faqar; mal-ġuħ, mas-saħħa, mal-benesseri u mal-bliet sostenibbli. Għaldaqstant huwa kruċjali li jiġu kkunsidrati soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura u l-infrastruttura ekoloġika bħala politika kumplimentari sabiex tiġi assigurata l-konservazzjoni tal-ekosistema u l-bijodiversità bl-aħjar
mod possibbli. L-effiċjenza fl-enerġija tal-bini u l-iżvilupp jistgħu jgħinu bil-kbir biex ikun hemm impatt pożittiv u newtrali fuq it-tibdil tal-klima. Anki hawn il-bliet u r-reġjuni għandhom irwol kruċjali fl-implimentazzjoni ta’ politika għal djar sostenibbli. Fil-każ ta’ pajjiżna, l-awtoritajiet bħalma hi f ’dan ir-rigward l-Awtorità tal-Ippjanar, iridu jaraw li mhux biżżejjed biss li l-esperti tagħhom jevalwaw l-applikazzjonijiet imma wkoll jagħtu kas dak li għandhom x’jgħidu l-lokalitajiet tagħna u min imexxihom. Huwa minnu li fis-sena 2006 kien hemm tibdil fil-pjanijiet lokali u dan jagħti drittijiet lill-iżviluppaturi però, ikun ġust li dawn jifhmu li għandhom responsabbiltà soċjali x’jaqdu. Dan jista’ jsir b’diversi modi billi jagħtu xi ħaġa lura lil-lokalità li permezz tagħha jkun hemm titjib fil-livell tal-ħajja tal-għajxien tar-residenti. Għaldaqstant biex nikkonkludi huwa imperattiv li jkun hemm approċċ ħolistiku fuq kull livell ta’ gvern: Gvern Lokali, Gvern Reġjonali, Gvern Nazzjonali u Istituzzjonijiet Ewropej biex ma jkunx hemm frammentazzjoni bejn is-setturi u l-kategoriji differenti u bejn iż-żoni rurali u urbani.
21
27.10.2019
kullhadd.com
NGĦIXU F’PAJJIŻ LI JIXIRQILNA
Michael Falzon Ministru
“Ngħinu u nippremjaw lill-familji bieżla, filwaqt li nassistu bl-aqwa mod possibbli lil dawk vulnerabbli.” Frażi li smajna ħafna dwarha fl-aħħar jiem, imma li tajjeb nieqfu ftit u naħsbu fuq il-messaġġ ta’ warajha. Is-snin li ili fil-politika għallmuni nifhem sewwa l-importanza li nifhmu u naġixxu fuq dak illi qed tħoss is-soċjetà tagħna. Is-soċjetà tagħna, bħal kull soċjetà oħra, b’mod kostanti tinbidel u magħha ġġib realtajiet ġodda, u huwa proprju għalhekk li rridu nkunu saqajna mal-art u nisimgħu mill-qrib dawn il-bżonnijiet. Is-sigriet u s-suċċess ta’ dan il-Gvern huwa dan, għax hu Gvern li qatt ma tikbirlu rasu, irrelevanti mill-appoġġ kontinwu li kien u għadu qed jikseb. L-investiment soċjali, mediku, edukattiv, u infrastrutturali, huma sinjali ta’ kemm l-effett pożittiv tal-ekonomija tagħna qed jinħass f ’kull qasam filpajjiż. Huwa għalhekk ukoll illi se nibqgħu kommessi li nsaħħu l-livell ta’ għajxien f ’pajjiżna. Il-ġustizzja soċjali kienet, għadha u tibqa’ l-pern tal-valuri u t-twemmin tagħna. Meta nattendi konferenzi barra mill-pajjiż, u niltaqa’ ma’ Ministri u Ambaxxaturi ta’ pajjiżi oħra jibqgħu mistagħġba dwar kif ċokon ta’ pajjiż bħal tagħna, jirnexilu jifrex tapit soċjali b’saħħtu, li jolqot direttament lil kulħadd. Is-saħħa ta’ pajjiżna hija bbażata fuq il-ħsieb, ir-ruħ soċjali u s-solidarjetà soċjali li dejjem emmina fiha. Il-Ministeru tagħna huwa vast, responsabbli mill-familja, mid-drittijiet tat-tfal, mill-benefiċċji tas-sigurtà soċjali, tal-akkomodazzjoni soċjali, tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità. Kuntent ħafna imma li l-baġit għas-sena d-dieħla kompla jitfa’ aktar
attenzjoni fuq dawn is-saffi tas-soċjetà. Rajna żidiet bla preċedent lill-familji, lill-anzjani, lill-persuni b’diżabilità u skemi oħra li jgħinu lil dawk fil-kera, jew li jixtiequ jixtru residenza. Dan kollu qed iwassal, biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies, filwaqt li naqalgħu aktar nies mir-riskju tal-faqar. Minkejja dan kollu nirrikonoxxu li għad fadal persuni li mhumiex iħossu dan ilġid ekonomiku, u għalhekk se nsaħħu r-riżorsi tagħna biex nilħqu lil dawn il-persuni. Se nkomplu nagħtu prijorità lil dawk li verament huma vulnerabbli. Għandna strutturi li qed jilqgħu għall-immedjat kif ukoll politika sostenibbli li tassigura li l-ġenerazzjonijiet tal-lum u ta’ għada, jgħixu ħajja diċenti fit-tul. Is-suċċess li qed niksbu llum huwa dovut għas-sehem ta’ kull wieħed u waħda minna. Il-Gvern se jkompli jkun hemm biex ikompli jagħti direzzjoni, filwaqt li jħaddan politika li ma tiddejjaqx tindirizza setturi li joħolqu sfida.
L-investiment soċjali, mediku, edukattiv, u infrastrutturali, huma sinjali ta’ kemm l-effett pożittiv tal-ekonomja tagħna qed jinħass f’kull qasam fil-pajjiż
Mid-Djarju ta’
Nazju n-Nazzjonalist Il-Ħamis, 17 ta’ Ottubru x’inhuma jgħidu fuq il-baġit. Mort dritt fl-uffiċċju ta’ sieħHuwa minnu li kien hawn bi, u mill-ewwel indunajt li għaqdiet li taw l-appoġġ l-affarijiet mhumiex sbieħ. tagħhom lil dak li ntqal mill- Sieħbi qalli li minn stħarriġ Kap tagħna Adrian Delia li għamlu, il-baġit ingħoġob dwar il-baġit. Imma ftit li mill-maġġoranza l-kbira talxejn jidher li hawn nies li Maltin u l-Għawdxin. Imma jaqblu magħhom. Illum fet- l-inkwiet li għandna mhux biss tilli mmur sal-Belt, bħas- minħabba l-baġit għax sieħsoltu bit-tama li niltaqa’ ma’ bi qalli li wara r-riżenja sorxi ħbieb biex nieħu flixkun birra u nara x’inhu jingħad priża ta’ Jean Pierre Debono, fit-toroq tagħna, għax wara issa kien imiss lil Clyde Puli. kollox rebħa jew telfa eletto- Ġejt lura d-dar b’uġigħ ta’ rali jiddependu minn dak li ras jaqsam, għax l-inkwiet sar jkun qiegħed jingħad fit-to- jagħmel bija wisq. U kif jista’ roq. Minn dak li smajt waqt jkun ma ninkwetax nara lil dan li kont miexi fi Triq ir-Re- il-partit darba glorjuż tagħna, pubblika, jidher li l-baġit jisfaxxa biċċa biċċa! għoġobhom sewwa lin-nies għax ħlief lil min ifaħħru, ma Il-Ħadd, 20 ta’ Ottubru smajtx. Ngħid il-verità, ma kontx sorpriż għax jekk irrid M’għandhiex x’tagħmel Krisinkun onest miegħi nnifsi, tina Chetcuti - is-sieħba ta’ ikolli nammetti li anke jien se Simon Busuttil. Illum ħarġet mmur tajjeb. tattakka qatta’ bla ħabel lillKap Adrian Delia, għalkemm Il-Ġimgħa, 18 ta’ Ottubru jien nissuspetta li l-artiklu kitbu Simon u mhux hi. GħaNispera li l-Kummissjoni jritu bil-kbir lill-Kap tagħna, Ewropea tinbidel kif kien imma l-aktar li dejqitni kienet ippjanat fil-ġimgħat li ġejjin id-dikjarazzjoni li l-protesti li u ma nibqgħux ikkakkmati qegħdin isiru kull xahar fil-Belt b’dak Juncker li issa qiegħed huma wkoll protesti kontra jidher ċar li mhux għal Simon Adrian Delia. Insomma kull Busuttil kellu, imma anke deni ħudu b’ġid. Għax issa għall-Kap tagħna Adrian De- l-Kap tagħna għandu l-opporlia. Se jibqa’ sal-aħħar, man, tunità biex jgħid lil kull Membjagħmel minn kollox biex ru Parlamentari biex ma jieħux ifaħħar lil Joseph Muscat. sehem aktar f ’dawn il-protesti, Mank jagħti ftit kas ta’ dak li għax inkella jkunu qegħdin jipjgħid Adrian Delia. Anzi jekk protestaw kontrih. Imma tgħid Adrian Delia jgħid abjad, hu fl-aħħar jiddeċiedi li jagħmel xi jgħid iswed, u viċi versa. Biex ħaġa?! Ma nafx, nistennew u iwaqqgħu kliem Adrian Delia naraw! ħarġu jagħmlu l-paraguni bejn l-2013 u l-2018 dwar il-faqar. It-Tnejn, 21 ta’ Ottubru Ħarġu jfaħħru lil Joseph Muscat għall-mod kif qiegħed in- Tgħidli xejn, man! Bravu wisq aqqas il-faqar. Jien min-naħa ir-raġel. Żammni sagħtejn sħaħ tiegħi ma nagħtix kashom imwaħħal quddiem it-televixgħax jien fuq kliem Adrian in. Ma ċċaqlaqtx għax assoluDelia noqgħod, imma l-ħasra tament ma ridt nitlef l-ebda hi li n-nies mhux bħali. kelma milli qal. U mela jiġu jiftaħru li ressqu baġit li qatt ma Is-Sibt, 19 ta’ Ottubru rajna bħalu! Lil Ġorġ tal-ħanut ta’ ħdejna jbellgħuhielu ħaġa Stenbaħt kmieni u kelli seba’ bħal din għax dak qanpiena mitt sena li jgħaddi l-ħin biex waħda biss jisma’. Mhux għax immur l-Istamperija biex nara jien nisma’ aktar minn qan-
piena waħda, imma lill-Kap tagħna Adrian Delia nisimgħu dejjem. Kull fejn imur isibni hemm, aħseb u ara kemm se nitlef id-diskors tiegħu dwar il-baġit. Diskors impekkabbli milqugħ b’ċapċip kontinwu, għalkemm kien hemm deputati minn tagħna li sabuha diffiċli jerfgħu jdejhom biex isabbtu fuq il-mejda. It-Tlieta, 22 ta’ Ottubru Idaħħaqni l-Prim Ministru Joseph Muscat! Ħareġ jiftaħar li l-Kummissjoni Ewropea tat il-barka tagħha għall-baġit tal-Gvern tiegħu. Għalija ma kienet assolutament tal-ebda sorpriża. Sakemm jibqa’ Juncker imexxi l-Kummissjoni Ewropea, żgur li din mhi se tgħid xejn li jista’ jixħet imqar nitfa ta’ dell ikrah fuq Joseph Muscat u l-Gvern tiegħu. Ma tarax, man! Juncker u Joseph Muscat ilhom jieklu l-kirxa flimkien żmien twil. Ara meta jispiċċa Juncker, l-affarijiet ikunu differenti għax is-suċċessur tiegħu jibda jagħti kas ukoll dak li jgħid il-Kap tagħna Adrian Delia, u mhux qisu lanqas biss jeżisti. L-Erbgħa, 23 ta’ Ottubru Milli jidher tal-Labour ma jafux li l-Malti jgħid li fuq tlieta toqgħod il-borma. L-ewwel telaq Pierre Portelli, imbagħad telaq Jean Pierre Debono u issa jmissu Clyde Puli. U ma nafx għalfejn qegħdin jagħmlu dan l-istorbju kollu għax il-partit darba glorjuż tagħna miexi ’l quddiem kien, u miexi ’l quddiem għadu. Miexi ’l quddiem għax il-Kap tagħna Adrian Delia kapaċi jagħmel kollox hu, mingħajr l-għajnuna ta’ ħadd. Bilħaqq, kellna wkoll ir-riżenja tat-teżorier, li xogħlu wkoll qiegħed jagħmlu Adrian Delia. Fil-fatt la Pierre Portelli u lanqas Jean Pierre Debono ma kienu sostitwiti u kollox baqa’ miexi fuq ir-rubini.
22
27.10.2019
kullhadd.com
reċensjoni tal-ktieb
L-OPPOSTI: DAWWAR IR-ROTA
Bit-teknoloġija kollha madwarna, dejjem qed isir itqal li nżommu l-interess tat-tfal ċkejknin nett fil-kotba. U għalhekk il-Merlin Publishers għadhom kemm ħarġu żewġ board books ġodda perfetti għal toddlers kurjużi u interessati fil-moviment, bl-idea mhux biss li jinteressaw ruħhom fihom imma li jgħinu jiżviluppaw il-motor skills tagħhom. L-Opposti: Dawwar ir-Rota u Il-Kuluri: Dawwar ir-Rota huma board books b’differenza. Apparti l-illustrazzjonijiet ikkuluriti li jintroduċu vokabolarju bażiku bil-Malti, kull paġna fiha rota li t-toddlers jistgħu jdawru huma stess. It-tfal qed jitgħallmu d-differenza bejn “kbir” u “żgħir”? Mela dawwar ir-rota magħhom, u l-iljunfant kbir f ’daqqa waħda jsir nemla żgħira. Id-differenza bejn “maħmuġ” u “nadif ”? Dawwar ir-rota u tarbija kollha tidlik issir waħda nadifa tazza. Il-kuluri wkoll jistgħu jiġu mgħallma b’dan il-mod divertenti: ir-rota turi kulur, iddawwarha u tiskopri annimali u oġġetti bl-istess kulur. Insomma, logħba sħiħa ġewwa l-ktieb! Dawn il-board books huma ideali biex isaħħu l-vokabolarju bil-Malti u jgħinu fl-għarfien tal-istampi u l-oġġetti. Huma għodda utli wkoll għall-koordinazzjoni bejn l-għajn u l-id, ħila li fit-toddlers importanti li tissaħħaħ. L-illustrazzjonijiet fuq kull paġna huma kuluriti fuq sfond abjad, b’kelma ħdejhom li tiddeskrivihom biex it-tfal jitgħallmu jassoċjaw. It-toddlers huma kurjużi ħafna dwar id-dinja ta’ madwarhom, u dawn il-kotba se jgħinuhom ikomplu jiskopru u jaffaxxinaw ruħhom. Dawn il-kotba fihom truf jiġu fit-tond, għas-sigurtà tat-tfal ċkejknin, u fil-fatt il-kotba fihom is-simbolu CE li jagħti garanzija Ewropea ta’ sigurtà. L-Opposti: Dawwar ir-Rota u Il-Kuluri: Dawwar ir-Rota jinsabu għall-bejgħ mill-ħwienet tal-kotba kollha jew online minn merlinpublishers.com
IL-KULURI: DAWWAR IR-ROTA
Mistoqsija: Meta dawwar ir-rota l-iljunfant kbir xi jsir? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-OPPOSTI U KULURI: DAWWAR IR-ROTA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 3 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u t-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb DAVID huwa: R. MIFSUD - IL-MOSTA
IDĦOL BIĊ-ĊANS LI
TIRBAĦ €100
03
Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Min kien l-individwu li għamel analiżi tad-diskors tal-Prim Ministru?
Isem: Numru tat-telefown:
Tweġiba: Indirizz:
23
27.10.2019
kullhadd.com
IT-TIM “TAL-ISPIRTI” Kitba ta’ RAMONA PORTELLI
Ngħid id-dritt meta xi ħadd jaqbad miegħi xi diskursata miegħi dwar l-ispirti jew il-fatati, ma tantx nieħu gost, anzi nitkexkex. Aħseb u ara kemm ser immur niġri warajhom jew inkellimhom. Iżda b’hekk ilbaqra tinbiegħ kollha. Dan l-aħħar sirt naf bi grupp Malti li l-membri tiegħu, il-gost u pjaċir tagħhom huwa li jmorru jfittxu l-fatati u l-ispirti, u mhux l-ewwel darba li jitkellmu magħhom ukoll. Qed nirreferi għall-Ghost Squad Malta u fil-fatt, tkellimt ma’ Antoine Cortis, sabiex insir naf aktar dwarhom. Antoine huwa min-Naxxar imma joqgħod iż-Żurrieq u jaħdem bħala delivery man u huwa dilettant ħafna tal-films u tal-mużika speċjalment dik rock u heavy metal. Jikkunsidra lilu nnifsu bħala bniedem ferrieħi ħafna, il-ħin kollu jidħaq u jgħid xi ċajta, però ftit sensittiv ukoll u ġieli jieħu għalih. Ghost Squad Malta ilha minn Lulju tas-sena 2012 u ġiet maħluqa minnu stess, Drew Abela u tnejn oħra li m’għadhomx fit-tim. L-irwol ta’ Antoine fi ħdan Ghost Squad Malta huwa ta’ investigaturi paranormali u hemm Sue Ehrhardt, Emma Mez u Drew bħala investigaturi wkoll. L-iskop tagħhom huwa biex dejjem isibu l-verità Ridt inkun naf kemm–il darba jiltaqgħu għal ghost hunts u x’inhu l-iskop prinċipali tagħhom. “Aħna nippruvaw niltaqgħu darba f ’ġimgħa u nagħmlu ghost hunts u ġieli jċemplulna nies biex immorru ninvestigaw fid-djar tagħhom għax jaraw xi ħaġa jew jisimgħu xi ħsejjes strambi. L-iskop tagħna huwa li dejjem insibu l-verità. Ġieli morna fi djar u ma kellhom xejn u ġieli morna f ’oħrajn u sibna preżenza.” Mistoqsi kif kien tħajjar jidħol jipprattika ghost hunts, Antoine stqarr miegħi li jiftakar li kienu tkellmu miegħu għax dak iż-żmien riedu xi ħadd li jkun jaf xi ħaġa fuq aljeni u UFOs u b’hekk tħajjar jidħol, però dak iż-żmien kien xettiku fuq ilħares, imma llum tant għadda minn esperjenzi li sar jemmen. Mistoqsi jekk fil-verità jibżgħux waqt il-ghost hunts tagħhom, Antoine weġibni: “Ma nistax ngħid li ma nibżgħux u skont ma’ liema tip
Ma nistax ngħid li ma nibżgħux u skont ma’ liema tip ta’ spirtu tiltaqa’ għax ġieli tkellimna ma’ spirti tajbin ukoll
ta’ spirtu tiltaqa’ għax ġieli tkelKont naf ukoll li ġieli ġara limna ma’ spirti tajbin ukoll,” li huma u għaddejjin bil-ghost stqarr miegħi. hunts ma jaraw l-ebda spirtu, imma meta jaraw ir-ritratJużaw diversi apparati biex ti, jinnutaw figura ta’ spirtu. jikkomunikaw Ridt inkun naf x’inhu dan ilfenomenu. “Dik m’għandix spQabel ma mort għal din l-in- jegazzjoni tagħha. Fil-fatt, ġieli tervista, kont konxja mill-fatt anki nirċievi ritratti ta’ nies li li għal waqt il-ghost hunts jin- kienu ħadu ritratt u wara jintuża w apparati sabiex jaħd- nutaw wiċċ tal-biża’ warajhom mu bihom. Fil-fatt, hemm meta huma kienu jafu li jinsafost oħrajn EVP u K2 meter. bu waħedhom. Jien nemmen li Bil-paċenzja kollha Antoine jkun inqabad il-fatat fir-ritratt spjegali eżatt il-funjoni ta’ kull u li ma jkunx ħa gost bihom apparat. “EVP ifisser electron- b’hekk jiġi jidher fir-ritratt.” ic voice phenomena. Fuq dan l-apparat nitkellmu mal-ispirti Kollox b’mod volontarju u nużaw il-K2 meter. Dan hu apparat żgħir bil-bozoz bil-ku- Ridt inkun naf jekk jagħmlux lur u meta l-ispirtu jersaq lejk dan volontarjament jew jekk jibdew jixegħlu l-bozoz u jekk hux bħala servizz għal min jixl-ispirtu jkun b’saħħtu jixgeħ- tieq ukoll. “Aħna nagħmlu kollu kollha u nużaw tempera- lox b’mod volontarju. Aħna ma ture reader. B’dak inkunu nafu niħdux flus u li nagħmlu biex kemm waqgħet it-temperatura dejjem nippruvaw niskopru għax meta jkun hemm spirtu aktar fuq affarijiet paranormatinżel it-temperatura,” spjegali li u nippruvaw negħlbu din ilb’mod dettaljat. kurżità li għandna.” Beda jgħidli li jmorru f ’ħafMiegħu ddiskutejt dwar na postijiet madwar Malta bħal x’jagħmlu eżattament meta Selmun, il-Buskett u anke djar jmorru fuq post apposta privati li jkunu bagħtu għali- għal ghost hunting, x’jiġri, xi hom is-sidien stess. kemm idumu, u dwar l-amMatul din l-intervista tkel- bjent. “Aħna meta nitkellmu limna dwar l-apparat ORB u magħhom minn fuq l-EVP li hawn polemika għax meta dejjem nistaqsuhom kemm jidhru ħafna blalen bojod jaf qegħdin huma u jekk humiex ikun trab fl-arja biss u mhux nisa, irġiel jew tfal. Xi domanveru xi spirtu. Ħallejt f ’idejh di oħra li jiġuna f ’moħħna dak sabiex jelabora. “Fuq l-ORBS il-ħin. Kif immorru fuq il-post dejjem tinqala’ polemika għax l-ewwel induru naraw jekk hawn ħafna jgħidu li jkun trab, hux sikur ħalli ħadd minna ma però jien nemmen li tkun jrab jweġġa’. Qabel ma nibdew ilfl-arja meta jkun hawn ħafna u hunt ngħidu talba ħalli l-ispirti ORBS żgħar, imma meta tara ma jibqgħux magħna u nibORB kbir ma nemminx li jkun dew l-investigazzjoni tagħna u trab. Biex in-nies jifhmu x’inhu nużaw mill-ewwel il-K2meter ORB ikun bħal ballun abjad jif- u t-temperature reader, imbagħad wara nużaw l-EVP u flowtja fl-arja.”
nibdew insaqsuhom id-domandi, però, kif huma jgħidulna biex immorru, aħna naqbdu nżarmaw u mmorru għax ma nkunux irridu ndejquhom,” spjegali tajjeb Antoine. Fl-aħħar nett, Antoine għadda messaġġ lill-qarrejja ta’ din ilgazzetta. “Lill-qarrejja ngħidilhom jekk kellhom xi espe-
rjenza jew jafu xi post li raw jew semgħu ħsejjes strambi jibagħtulna messaġġ fil-Facebook page ta’ Ghost Squad Malta u mhux fuq spirti biss anki jekk raw xi affarijiet strambi fis-sema bħal dwal li qatt ma raw bħalu. Jibagħtulna sabiex jaqsmu l-esperjenzi tagħhom magħna.”
24
27.10.2019
kullhadd.com
BILWIEQFA U DDAĦĦAQ Kitba ta’ minn sena ilu. Għalija stand-up Ramona Portelli comedy hi dik il-kapaċità li tara affarijiet ta’ kuljum minn lenti koIl-ħajja l-aħjar li tittieħed biċ-ċajt, u mika. Il-kummidjant qisu għandu kif ngħidu biċ-ċajt ġejna u biċ-ċa- vista differenti. Kollox beda meta jt immorru. Daħqa ’l hawn u ’l kont l-iskola tan-Naxxar u lil sħahemm hija bżonjuża għall-bnie- bi fl-istaff room kont noqtolhom dem. Fil-fatt, ilkoll konxji kemm bid-daħq. Wara l-inkoraġġiment u tbissima fuq fomm xi ħadd hija ta’ l-ħafna daħq u tbissim tagħhom, benefiċċju. iddeċidejt li nara x’joffri s-suq loDan l-aħħar sirt naf persuna li kali. Kont fittixt online u telgħu l-gost tagħha sar li ddaħħaq ud- żewġ ismijiet biss. Wieħed minnjenza nies. Sa ftit żmien ilu kienet hom weġibni lura. Dan kien Paul tifqa’ lil sħabha bid-daħq. Illum Pennington tal-kumpanija Malil-ġurnata qed tagħmel l-istess ma’ tese Funny Business. Kien qaludjenzi ta’ nies quddiemha per- li biex nibgħatlu xi kitbiet minn mezz ta’ stand-up comedy shows. tiegħi u hekk għamilt. Għoġbuh u Qed nirreferi għal Sandra Gauci. minn hemm bdejna nippreparaw Għandha 40 sena, minn Ħal għall-ewwel gig tiegħi. Kont eċitaQormi, imma toqgħod il-Mosta. ta ħafna, imma ċ-ċajt tiegħi ntlaqa’ Taħdem bħala għalliema tat-Tal- tajjeb mill-pubbliku u minn hemm jan, il-Liceo l-Ħamrun. Bħala pas- bdiet din il-passjoni ġdida tiegħi,” satempi għandha l-qari, il-gym u bdiet tirrakkuntali l-bidu ta’ din s-safar. Tiddeskrivi lilha nnifisha l-avventura tagħha. bħala persuna ferriħija u pożittiva, diretta u persuna li tkun taf Kapaċità li tara affarijiet ta’ fejn qiegħed magħha fit-tajjeb u kuljum minn lenti komika l-ħażin. Sandra ilha aktar minn sena li Mistoqsija fejn s’issa tellgħet bdiet tagħmel stand-up com- shows, stqarret miegħi li hawn edy shows. Kollox beda meta Malta għamlet diversi shows. sħabha tal-iskola kienu jgħidulha li “S’issa għamilt aktar minn 30 ddaħħaqhom wisq u minn hemm wieħed li saru f ’bars u anke iddeċidiet li tara hawnx stand-up f ’teatru. Kelli ċ-ċans li nkun comedies hawn Malta u x’possib- wieħed mill-opening acts għal biltajiet jista’ jkollha. Ħallejt f ’ide- comedians famużi Ingliżi bħal jha sabiex telabora aktar. Aatif Nawaz Dave Chauner, Sid “Bdejt l-istand-up fuq aktar Singh u Tom Haughton. Għamilt
ukoll podcast ma’ sħabi l-comedians Jimmy Carter u Theo Navarro u li tistgħu tisimgħuh fuq iTunes u Spotify. Kelli l-opportunità li nieħu sehem f ’workshop ma’ Logan Murry f ’The Great Yorkshire Fringe Festival u wkoll għadni kif ġejja mill-Edinburgh Fringe fejn taħt is-superviżjoni ta’ Jay Sodagar għall-kumpanija Laughing Horse kelli l-opportunità li nkun parti minn New Faces in Comedy u nagħmel il-ħames minuti tiegħi hemm. Ħriġt sodisfatta ħafna għax tiltaqa’ ma’ ħafna nies li jistgħu jtuk opportunitjiet u okkażjonijiet oħra għall-performances. Anke inti bħala artist tkun taf x’livell huwa mistenni,” stqarret miegħi Sandra. Ridt inkun naf jekk kinitx qatt tobsor li meta tikber ser tkun stand-up comedian. “Meta kont żgħira qatt ma kelli xi inklinazzjoni għar-reċtar jew il-palk. Kont niddejjaq anke nieħu sehem f ’xi reċta tal-prize day. Illum il-ġurnata bil-maqlub. L-anqas paċenzja nara lil ħaddieħor għax inkun inrid nitla’ jien,” tbissmet tgħidli. Lil Sandra staqsejtha jekk persuna bħalha li qed tagħmel dan ix-xogħol tistax tgħix minn stand-up comedy shows biss. Kont naf li l-idea tagħha hija li tkompli tavvanza u ġġib esperjenza biżżejjed biex dan isir
It-triq biex issir stand-up comedian professjonali hija twila u diffiċli, imma ma tridx taqta’ qalbek u trid tibqa’ taħdem u taċċetta l-kritika ix-xogħol tagħha, għax għaliha huwa passjoni. B’hekk ridt nieħu l-opinjoni tagħha dwar taħsibx li hawn Malta dan jistax ikun possibbli. Fil-fatt, stqarret miegħi li l-ħolma tagħha hi li xi darba dan għad ikun ix-xogħol tagħha. “Naf li għadni ’l bogħod u forsi din il-ħolma qatt mhu ser isseħħ, imma jien ma naqtax qalbi u nemmen fija nnifsi u dan mhux għax prużuntuża, imma la meta tgħid ċajta jidħqu, taf li qed tagħmel xogħlok sew. U s’issa kulħadd joħroġ jidħaq mix-shows tiegħi,” weġbitni kuntenta Sandra. Għaliha li ddaħħaq in-nies huwa ta’ servizz soċjali, apparti li wara tħoss sodisfazzjon liema bħalu. “Aħna l-kummidjanti nħobb insejħilhom ta’ servizz soċjali għax inġibu tbissima fuq wiċċ in-nies.
X’hawn isbaħ minn persuna li tferrħek?” saħqet miegħi. Xtaqt ukoll l-opinjoni tagħha mill-esperjenza tagħha s’issa, kif taħseb li stand-up comedy qed tintlaqa’ hawn Malta. Fil-fatt, spjegatli li hawn Malta x-shows huma xi ħaġa pjuttost ġdida, imma l-kelma qed timxi għax qed jintlaqgħu. “Il-maġġoranza tannies li jiġu x-shows tagħna huma barranin, però l-Maltin qed jibdew isiru jafu bina u qed jintlaqgħu tajjeb.” Tkellimt magħha wkoll dwar il-lingwaġġ jekk ikunx bl-Ingliż jew bil-Malti. Fil-fatt, ikkonfermatli li jkunu bl-Ingliż, appuntu minħabba udjenza barranija. Staqsejt lil Sandra, tikkunsidrax li stand-up comedy show ikunx full-time job tagħha eventwalment xi darba, jew taħsibx li t-triq hija twila. “It-triq biex issir stand-up comedian professjonali hija twila u diffiċli, imma ma tridx taqta’ qalbek u trid tibqa’ taħdem u taċċetta l-kritika. Jekk ċajta ma ħadmitx, aqbad u qaċċat jew ara tistax tibdel il-kliem. Ma tistax tkun tieħu għalik u tagħmel dan ix-xogħol, żgur li le.” Xejn ma jkun spontanju Spjegatli wkoll li meta tagħmel gig iċ-ċajt kollha jkunu miktubin minn qabel. “Xejn ma jkun spontanju. Tiġi tidher spontanja l-ħaġa għax tant tkun ilek tistudja l-iscript. L-uniku ċans ta’ spontanjetà hu meta jkollok heckling - xi ħadd jipprova jikkummeta jew jirredikolak. Hemmhekk trid tkun spirtu pront u tagħlaqlu ħalqu biex turi li int in charge tax-xena u mhux xi wieħed irid jilgħabha taż-żatat.” Fl-aħħar nett xtaqet tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq ngħid lill-qarrejja talgazzetta biex isegwu lili u l-grupp li jien parti minnu l-Clueless Comedy Collective fuq Facebook u jkunu jistgħu jiġu għax-shows tagħna. Id-dħul huwa dejjem b’xejn u nassigurakom li tidħqu żgur.”
25
27.10.2019
kullhadd.com
ARKITETTURA INNOVATTIVA
Kitba ta’ tiegħu, u wara li spjegalu x’ried, MARY CHETCUTI ħalla f ’idejh sabiex jorganizzalu kollox hu. Berthier obdieh u Nistħajlek tgħid biex ħierġa dlonk beda jaħdem biex lill-imllum? Nistiednek taqra r-rak- peratur tiegħu jippjanalu ġurkont tiegħi tal-lum li għalkemm nata li jibqa’ jiftakarha bħala jinstema’ assurd nassigurak illi l-aqwa avveniment tar-rebħa. Sa minn filgħodu kmieni f ’jum huwa kollu minnu. Kif jgħidu, kulħadd tiġih ġur- il-kaċċa Berthier ġiegħel linnata ħażina xi darba jew oħra, nies tiegħu jifirxu gaġeġ enormi imma kien hemm jum parti- b’eluf ta’ fniek fihom tul medkolarment fil-karriera brillanti da kbira ta’ għelieqi bil-lest għal tal-Imperatur Napuljun Bona- meta jasal Napuljun flimkien parte I illi ħadd qatt m’azzarda mal-ġenerali u l-kurunelli mistjfakkaralu tul il-kumplament ta’ ednin tiegħu. Tard filgħodu wasal il-grupp ħajtu. Kien bejn is-7 u d-9 ta’ Lulju ta’ kaċċaturi armati bi xkubet1807, wara gwerra qalila Fran- ti rekbin iż-żwiemel sbieħ za, ir-Russja u l-Prussja (illum tagħhom. Ħadu posthom fuq parti tinsab fil-Ġermanja u parti l-għalqa b’Napuljun Bonaparte fil-Polonja) waslu fi ftehim biex f ’nofshom u beda t-triq hu pass pass fid-direzzjoni tal-gaġeġ. itemmu l-ġlied. L-Imperatur Napuljun Bona- Berthier ta s-sinjal lill-qaddejja parte li ħareġ lil Franza reb- biex jiftħu l-gaġeġ biex kif ilbieħa, iffirma trattat ma’ Tżar fniek jagħtu s-salt fid-direzzjoni Alessandru tar-Russja li per- opposta tibda l-ġirja għal waramezz tiegħu saru alleati ta’ xulx- jhom. Iżda milli għedt ma ġara xejn in. Imbagħad it-tnejn li huma għax minflok ma l-fniek tgerrxu ffirmaw ftehim mal-Prussja. Permezz ta’ dan it-trattat li sar u ħarbu, dawn għamlu l-kunfil-belt ta’ Tilsit (illum il-belt trarju. Malli raw dik il-ġemgħa Russa Sovetsk) Franza u r-Russ- nies quddiemhom, il-fniek ja qasmu l-Ewropa bejniethom bdew resqin lejhom. L-ewwfilwaqt li ġabu l-imperu Awstri- el bil-mod imma aktar ma ġew viċin tal-bnedmin bdew iżidu jak u dak Prussu bla snien. Ma kinitx gwerra faċli u mhux fil-qabża u fl-aħħar ġrew għal ta’ xejn l-ewforija tar-rebbieħa fuq Napuljun u sħabu qishom kienet m’għola s-smewwi- invażati bix-xjaten. Napuljun u ħbiebu nfexxu et. Maħkum mill-entużjażmu, Napuljun faqqsitlu idea bril- jidħqu bil-bixra umoristika li lanti f ’moħħu biex flimkien ħadet din is-sitwazzjoni. Iżda mal-uffiċjali militari Franċiżi ma tantx damu bit-tbissima għoljin li kienu għenuh jitla’ fuq fommhom tafx. Il-fniek staffa oħra fis-suċċessi militari waslu magħhom u bdew ititiegħu, joħorġu għall-kaċċa tal- ru għalihom u jiddendlu ma’ fniek u wara jagħmlu ikla fniek ħwejjiġhom. Ta’ xejn xejrulhom bis-sieq, warrab minn hemm. Napuljun Bonaparte sejjaħ bil-ponn u biċ-ċipp tal-ixkubetlill-Prinċep Louis Alexandre ti għax il-fniek tant kienu kbar Berthier, li kien l-id il-leminija fin-numru li ma setgħux isibu
tarfhom. Lanqas mit-tfaqqigħ tan-nerv ma beżgħu u komplew ġejjin b’saħħithom kollha. Ma kienx hemm triq oħra għal Napuljun u l-ġenerali tiegħu għajr li jagħmlu ritirata. Bonaparte ħaffef lejn il-karozzella li kienet ġabitu hemm u ntefa’ fiha filwaqt li ordna lill-kuċċier jaħrab bih minn qalb dak il-pandemonju ta’ fniek jaqbżu ma’ kullimkien u jħebbu għal min jiġi quddiemhom. Jingħad li saħansitra qabżulu xi fniek fil-karozzella u kien hemm min qal li ra lill-Imperatur ta’ Franza jarmi l-fniek mit-tieqa tal-karozzella waqt li l-kuċċier beda jsuq qisu miġnun biex joħorġu minn hemm. Imma forsi din tal-aħħar żiduha lsna ħżiena li ppruvaw jirredikolaw aktar lil Napuljun Bonaparte wara din il-praspura li ġratlu. Naħseb ħadd ma xtaq ikun xagħra f ’ras Louis Alexandre Berthier meta Napuljun sar jaf li dawk il-fniek ma kinux selvaġġi u allura jibżgħu minnies u jaħarbu jiġru. Biex ifittex jorganizzalu kaċċa tal-fniek, Berthier kien għażel l-eħfef triq u ordna lin-nies tiegħu biex iduru l-irziezet kollha tal-inħawi u jġibu l-fniek kollha li jsibu hemm. Sintendi, il-fniek kienu kollha domestiċi u mdorrijin mal-bnedmin. Il-ħin twil li damu maqfulin fil-gaġeġ ma għamlilhomx ġid lanqas għax ilpovri fniek kienu mejtin bil-ġuħ u bil-għatx. Malli nħarġu mill-gaġeġ u raw dawk in-nies resqin lejhom, ilfniek tathom ferneżija għax ħasbu li kien wasal ħin l-ikel u rħewlha bil-ġirja lejhom bit-tama li jilħqu l-aqwa bukkun minn idejn Napuljun.
“Nerġgħu nivvintaw postijiet permezz tal-Innovazzjoni” se tkun it-tema tal-Konferenza Maltija dwar l-Arkitettura u l-Ippjanar tal-Ispazju (MASP) għal din is-sena, li għandha ssir ġewwa l-Hilton Malta nhar il-Ħamis 7 ta’ Novembru 2019. Fit-tielet edizzjoni tagħha, il-Konferenza għandha l-għan li tiġbor flimkien esperti barranin u lokali, kif ukoll partijiet interessati pubbliċi u privati li huma ewlenin fl-ekonomija Maltija, biex jiddiskutu u jesploraw modi ġodda dwar kif Malta tista’ tindirizza l-isfidi fl-iżvilupp tal-użu tal-art li huma riżultat tan-natura dinamika tal-arkitettura u l-ippjanar tal-ispazju. Din is-sena, għal darb’oħra, il-kelliema mistiedna se jkunu tal-ogħla livell u se jinkludu lil Maxwell Hutchinson, arkitett, kittieb, preżentatur tat-televixin u tar-radju, u Eks President tar-Royal Institute of British Architects (RIBA). Huwa ppreżenta numru ta’ programmi dwar arkitetti distinti fuq il-BBC, Channel 4 u The Discovery Channel. Kelliema oħra mistiedna se jinkludu lill-Arkitett Sam Turner li ħadem fuq The Hoover Building li hu bini prominenti f ’Londra, is-Sur Toby Blunt minn Foster+Partners li ser jitkellem dwar Bloomberg London li hu wieħed mill-ogħla bini ta’ uffiċini ewlenin, il-Professur Perit Richard England, Matt Lally mill-Arup, il-Perit Jonathan Mizzi, David Moloney mill-PWC (UK), Lodewijk Abspoel, Stefan Webb minn Future Cities Catapult, ilPerit Matthew J. Mercieca, Lior Steinberg kofundatur ta’ Humankind, Caldon Mer-
cieca mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt Valletta, Petra Biberbach mill-Planning Aid Scotland, Dr Bernadine Satariano mill-Fondazzjoni tal-President għall-Benesseri tas-Soċjetà, u ministri u kelliema tal-Oppożizzjoni. Il-workshops se jkunu organizzati mill-Perit Chris Briffa, il-Perit Simone Vella Lenicker bħala President tal-Kamra tal-Periti, u l-Professur Saviour Formosa. Johann Buttigieg, iċ-Chairperson tal-Kunsill Eżekuttiv tal-Aworità tal-Ippjanar qal li “l-konferenza MASP ta’ din is-sena se toffri qafas għal diskussjoni dwar kif l-innovazzjoni tista’ tintuża għad-disinn ta’ bini biex ikun żgurat ambjent aktar pjaċevoli, funzjonali u sostenibbli. Aħna se nesploraw liema għodod teknoloġiċi u innovattivi qed jintużaw madwar id-dinja biex insibu soluzzjonijiet għar-rekwiżiti ta’ disinn u ppjanar u kif l-innovazzjoni soċjali tista’ tgħinna ninvolvu ruħna u nagħtu l-opportunità lin-nies għal aktar involviment bħala ċittadini biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-komunità. Diversi esperti minn pajjiżi u organizzazzjonijiet differenti se jingħaqdu flimkien biex jaqsmu l-esperjenzi u l-ideat kreattivi tagħhom u li min-naħa tagħhom se jrawmu modi innovattivi kif Malta tista’ tilqa’ l-isfidi talpreżent u l-opportunitajiet fil-ġejjieni.” Nirrakkomandaw ħafna li r-reġistrazzjonijiet għandhom isiru b’mod immedjat fuq il-website www.maspconference.com. Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni hija l-Ġimgħa l-1 ta’ Novembru 2019.
26
27.10.2019
kullhadd.com
GĦAQQAD IL-KAXXI
Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.
SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.
1
2
3
4
5
6
7
8
9
10
11
12
13
14
15
16
17
18
19
20
21
22
23
24
25
26
27
27.10.2019
kullhadd.com
] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA
Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:
TISLIBA 300
B. AGIUS - Ħ’ATTARD
642 Bi 3 Numri 651 053 666 059 758 073 782 093 928 224 968 336 974 346 405 B’4 Numri 508 0005 608
0063 0193 1590 2951 2981 3869 4051 4197 4278 4831 4856
5296 5631 5644 5680 6354 6537 6806 7089 7160 7483 7632
7916 8694 8759 8865 9100 9728 9822
48964 49753 58991 79503
B’6 Numri 463966 473173 B’5 Numri 491312 921104 20378 25801
B’7 Numri 0855206 2491491 Bi 8 Numri 08453354 10146561 28107981 39489003
1. 4. 7,16. 9,17. 10. 12. 16. 18. 19. 20.
Mimdudin: Kompli l-qawl: Fejn tbill ir-........ jobrom il-fiġel (5) Snien? (4) Preċiż (5) Imexxi gazzetta (6) Kamra żgħira ħafna? (6) Iħammeġ? (6) Ara 7 Ara 6 Ara 5 Inġinier? (5)
21. 23. 24. 1. 2,23. 3,11. 5,19. 6,18. 8.
Ġnien (3) Ara 2 Tost (5)
tal-Madonna tal-Grazzja (9) 11. Ara 3 12.,22. Titfaħha Weqfin: fil-posta (5) Fortizza (6) 13. Tindika Ittir bihom (7) kumpanija Wirt (5) tad-dawl? (3) Aġenzija 14. Kunjom (6) tal-aħbarijiet (6) 15. Biċċiet (6) Għamlet ħafna 17. Ara 9 dan is-sajf (5) 21. Sigħat Taljani (3) Tħobb ħafna 22. Ara 12 wieqfa l-festa
SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Ġwież, 4.Triq, 10.Jannar, 12.Kartun, 16.Raw, 18,19.Awtur, 20.Bħalu, 21.Att, 24.Urtat
Weqfin: 1.Ġarġir, 2,7.Ilbes, 3,23.Żejtuni, 5,11. Randa, 6,9.Qarreb, 8.Santwarju, 12,21 wieqfa. Kwart, 13.Rah, 14.Ntużat, 15.Ċraret, 17.Art, 22.Tin
28
27.10.2019
kullhadd.com
JINGĦAQDU FIL-LEAD Il-programm LEAD tal-Partit Laburista kompla jissaħħaħ b’31 mara oħra jingħaqdu f ’dan il-programm li għandu l-għan li jżid is-sehem tal-mara fil-politika. F’konferenza tal-aħbarijiet flimkien mal-parteċipanti l-ġodda, il-koordinatriċi tal-programm
l-MEP Miriam Dalli, spjegat kif il-parteċipanti ġejjin minn oqsma differenti tal-ħajja u għandhom ukoll etajiet differenti. “Konvinta li bis-sehem tagħhom mhux biss se jgawdi l-Partit Laburista iżda wkoll il-pajjiż,” qalet Dalli li spjegat x’jinvolvi l-programm. Il-President tal-Partit Laburista,
Daniel Micallef, saħaq li dan hu programm li f ’Ġunju li għadda diġà wera s-suċċess tiegħu meta 84% ta’ dawk li kkontestaw l-elezzjonijiet lokali ġew eletti. Hawn tkellem fuq il-miri ambizzjużi tal-Partit Laburista biex fuq medda ta’ snin ikun hemm numru ugwali bejn is-sessi fil-kandi-
datura tal-Partit Laburista. Il-programm hu maħsub ukoll biex il-Partit Laburista jkun lest għal meta l-Gvern jimplimenta bidliet għall-ugwaljanza fil-politika. Dan hu r-raba’ grupp ta’ parteċipanti bis-Segretarja tal-Eżekuttiv tal-Partit Laburista Lydia Abela
tkellmet dwar kif tul l-intervisti ħareġ ċar kemm dawn in-nisa għandhom ideat u sehem x’joffru lis-soċjetà. Spjegat kif bħala parti mill-applikazzjoni jkunu mitluba jippreżentaw numru ta’ inizjattivi u minn hawn ħareġ kemm għandhom kontribut x’jagħtu lid-dinja politika.
TAL-FILMS JONFQU D-DOPPJU Ritratti: Simone Florena Netflix
• €24M MILL-FILMS SA ISSA DIN IS-SENA L-industrija tal-films qed ikollha sena mill-iktar tajba tant li sa Ottubru kienu diġà ntefqu iktar minn €24 miljun f ’pajjiżna minn diversi produzzjonijiet. Dan l-ammont hu d-doppju tas-sena l-oħra meta ntefqu kważi €13–il miljun u aħjar mis-sena 2017 li wkoll kienet sena tajba b’nefqa ta’ €18,325,723. Dawn l-aħħar xhur kienu xhur bieżla għal dawk kollha li f ’pajjiżna jmissu ma’ din l-industrija bi produzzjonijiet diversi saħansitra għaddejjin fl-istess ħin. Dan iwassal biex sa issa kellna 20 produzzjoni. Fost dawk li qed jinħadmu bħalissa hemm il-produzzjoni ta’ Netflix Isola Delle Rose li fuqha qed jintefqu €3 miljun. Fuq din il-produzzjoni qed jaħdmu mat-360 ruħ b’sehem ta’ crew Malti u crew Taljan. Il-Ministru għat-Turiżmu
Konrad Mizzi stqarr li l-films f ’pajjiżna huma kontributur ieħor b’saħħtu għall-ekonomija. Dan għaliex meta film jinħadem Malta, iħalli impatt b’saħħtu finanzjarju, partikolarment fejn tidħol akkomodazzjoni, catering, trasport privat, binjiet ta’ sets, servizzi, crew, extras u atturi Maltin. Il-Ministru qal ukoll li jinsab
ferm sodisfatt li l-impatt ekonomiku li ħallew il-films li nħadmu din is-sena huwa aktar mid-doppju tal-ammont globali tas-sena l-oħra. Żied jgħid li wara li ġiet f ’Malta l-ewwel produzzjoni mill-ġganti ta’ din l-industrija Netflix, bħalissa għaddejjin taħditiet mal-istess Netflix biex ikomplu jiżdiedu n-numru ta’ produzz-
jonijiet li jinħadmu f ’pajjiżna kif ukoll kollaborazzjonijiet oħra bl-għan li nkomplu nkabbru dan is-settur f ’pajjiżna. Bil-għan li Malta tiġbed iktar produzzjonijiet, bħalissa għaddejjin diskussjonijiet biex pajjiżna jkollu l-ewwel sound stage biex jikkumplimenta faċilitajiet li diġà għandna.Bħalissa qed isiru l-istudji u meta
dan il-proġett ikun attwat Malta mhux biss tibqa’ magħrufa biss għas-siti jew għall-water tanks imma wkoll producers jużaw is-sound stages tagħna biex ikomplu jiffilmjaw ġewwa Malta. Huwa maħsub li dan l-investiment kif ukoll l-inċentivi li ddaħħlu f ’Jannar li għadda se jkomplu jattiraw aktar produzzjonijiet kbar lejn pajjiżna.