KullĦadd_28.02.2021

Page 1

IŻJED FIDUĊJUŻI FL-EKONOMIJA MILL-EWROPA Il-Ħadd, 28 ta’ Frar, 2021

Ħarġa Nru 1,442

Prezz €1

Rapport f’paġna 5

F’GĦAWDEX JIRREAĠIXXU TAJJEB DWAR FAST FERRIES

Rapport f’paġni 6 u 7

Vjaġġi iqsar minn tliet kwarti u b’vapuri li jistgħu jġorru iżjed minn 250 passiġġier diġà jqanqlu t-talba tal-Għawdxin biex dan is-servizz “kruċjali” jiġi estiż qabel biss beda

SA €10,000 FIS-SENA KUMPENS LIL DAWK F’KIRJA QABEL L-1995 L-ISTAT SE JASSIGURA ĠUSTIZZJA U SERĦAN IL-MOĦĦ BILLI JAGĦMEL TAJJEB GĦAL ĦLASIJIET DOVUTI MINN FAMILJI, PENSJONANTI U DAWK FUQ BENEFIĊĊJI SOĊJALI LIL SIDIEN TA’ RESIDENZI LI NQABDU F’KIRJIET PROTETTI SIMILI Bħala parti minn soluzzjoni kuraġġuża biex isolvi l-ano­ maliji f’kirjiet ta’ residenzi li saru qabel l-1995, il-Prim Ministru Robert Abela lbieraħ ħabbar kif il-Gvern se jkun qed joffri kumpens sa massimu ta’ €10,000 fis-sena, biex b’hekk iħares id-drittijiet taċ-ċittadini kollha – kemm dawk li għandhom dritt għall-kenn ta’ darhom kif ukoll dawk li jixirqilhom kumpens addattat għall-użu tal-proprjetà tagħhom. “Din hi riforma ġusta li se tagħti ċ-ċertezza, is-serħan tal-moħħ u twettaq ġustizzja,” iddikjara l-Prim Ministru f’konferenza tal-aħbarijiet fil-Birgu. Hu kien akkum­pan­jat mill-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes. Dr Abela spjega li l-anomaliji fil-kirjiet ta’ qabel l-1995

wasslu biex illum għandna persuni li qed jgħixu fil-biża’ li jispiċċaw mingħajr saqaf fuq rashom jew inkella b’kirja li togħla daqskemm hi l-pensjoni tagħhom. Hu qal li issa, b’din ir-riforma, se titneħħa kull biża’ billi l-protezzjoni jerfagħha l-Istat. Permezz ta’ benefiċċju tal-kera b’saħħtu, se jiġi assigu­rat li ħadd ma jħallas aktar milli jiflaħ. Fil-fatt, il-Gvern se jkopri kwalunkwe żieda fil-kera għall-pensjonanti u persuni fuq il-benefiċċji soċjali sa massimu ta’ €10,000, filwaqt li għal inkwilini li għandhom impjieg full-time se jkopri d-differenza bejn 25% tad-dħul tagħhom u l-kirja stabbilita millBord li Jirregola l-Kera sa massimu ta’ €10,000 fis-sena.

Tkompli f’paġna 3

L-għaqda studenteska Għawdxija Gozo University Group (GUG) kienet tal-ewwel li laqgħet l-aħbar li l-Gvern illibe­ ralizza s-settur tal-ġarr tal-passiġġieri bejn iż-żewġ gżejjer permezz ta’ fast ferries, tant li ħeġġet biex, minbarra l-vjaġġ bejn il-Port il-Kbir fil-Belt Valletta u l-Port tal-Imġarr f’Għawdex, is-servizz ma jdumx ma jiġi estiż lejn postijiet oħrajn. Mill-1 ta’ Ġunju li ġej operaturi ta’ trasport bil-baħar se jkunu jistgħu jipprovdu s-servizz tagħhom permezz ta’ fast ferry għall-passiġġieri biss wara li ttieħdet id-deċiżjoni mill-Kabinett biex dan is-suq fuq din ir-rotta speċifika jiġi liberalizzat u b’hekk jissodisfa wegħda elettorali Laburista. Minbarra s-sodisfazzjon ta’ Għawd­ xin li jaħdmu f’Malta u allura jiddependu esklussivament fuq il-vjaġġi tal-Gozo Channel lejn iċ-Ċirkewwa, studenti Għawdxin ukoll ikollhom jaqsmu regolarment u jivvjaġġaw fit-tul ġeneralment permezz tal-karozzi tal-linja. Fi stqarrija, il-GUG qalet li qed tħares ’il quddiem biex minn Ġunju tilqa’ dan is-servizz, li ddeskrivie­tu bħala kruċjali għall-Għawdxin, u tittama li fil-futur qrib jiġi estiż ukoll għal portijiet diffe­ renti f’Malta, minbarra dak fil-kapitali. Nhar il-Ġimgħa, il-Ministri Ian Borg u Clint Camilleri spjegaw li kull operatur li jkun interessat li joffri dan is-servizz se jkun jista’ jagħmel dan diment li jilħaq il-kriterji mfasslin mill-Awtorità Maltija tat-Tras­port, fosthom li l-opra tal-baħar użata tesa’ mill-inqas 250 passiġġier u takkomoda persuni b’nuqqas ta’ mobi­lità. Waqt li ddikjarat li “fl-aħħar wasal dan il-mezz ta’ trasport tant mistenni,” l-għaqda GUG ukoll irreferiet għaddik­jarazzjonijiet tal-Ministri li dalwaqt mistennija tinħareġ sejħa oħra lokali u internazzjonali għal servizz simili li jġorr ukoll il-vetturi u l-investiment ta’ €5 miljun għall-faċilitajiet neċessarji fil-Port il-Kbir u dak tal-Imġarr.

Tkompli f’paġna 9


02

28.02.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 18°C L-Inqas Temperatura: 10°C L-Indiċi UV: 5 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Pressjoni għolja tiksi ċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Sabiħ bi ftit sħab Ir-Riħ: Ħafif mill-Punent Majjistru li jsir ħafif għal moderat mill-Grieg Lvant Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif li jsir ħafif għal moderat L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 17°C

email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

17°C UV 5

KUNTATT ĠENERALI

11°C

Il-Ħamis

17°C UV 5

12°C

Il-Ġimgħa

17°C UV 5

11°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

17°C UV 2

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

12°C

17°C UV 3

11°C

17°C UV 5

11°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart Pharmacy 20/21, Triq ir-Repubblika Il-Belt Valletta – 21246051 Brown’s Pharmacy, 706, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21238623 Anici Pharmacy, Triq Anici, Ħal Qormi – 21487162 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Remedies Chemists, Marina Court, 49A, Triq l-Abate Rigird, Ta’ Xbiex – 21341649 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Chemimart Pharmacy . 4,5,6, il-Piazzetta, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21338369 M4 Pharmacy, Triq il-Linja, Ħ’Attard – 21436531 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 Promenade Pharmacy, Triq il-Korp tal-Pijunieri, Buġibba – 27441160 Sonren Pharmacy, Triq iż-Żejtun, Ħal Tarxien – 21672757 Milia’s Pharmacy, Triq il-Kottonera, Il-Birgu – 27600126 St. Anne Pharmacy, Triq il-Qaliet, Marsaskala – 21637615 Martin’s Pharmacy, 182, Triq Birżebbuġa, Birżebbuġa – 21651031 Kirkop Pharmacy, 9, Triq il-Parroċċa, Ħal Kirkop – 21682028 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Santa Marija Pharmacy, Misraħ Frenċ Abela, Ħad-Dingli – 21452447 Għawdex Azzopardi Pharmacy, Triq il-Kapuċċini, Ir-Rabat – 21563233 Ta’ Pinu Pharmacy, Triq Franġisk Portelli, L-Għarb – 27888128 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

28.02.2021

MIŻURI TA’ GVERN VIĊIN IN-NIES Sid ta’ proprjetà milqut minn kirja protetta m’għandux dritt ikeċċi lill-kerrej li jkun jeħtieġ protezzjoni fil-kirja u jekk iħoss li mhux jirċievi l-ammont xieraq ta’ kirja jiftaħ proċeduri quddiem l-istess bord biex jiġi ffissat l-ammont xieraq. B’rimedju quddiem il-Bord, is-sidien jistgħu jibdew jirċievu kirja sa massimu ta’ 2% tal-valur tal-proprjetà mikrija, skont il-mezzi tal-inkwilini. “Dan hu Gvern li r-riformi soċjali l-kbar jidħol għalihom b’kuraġġ u determinazzjoni, għax għandu kuxjenza soċjali. Gvern viċin in-nies li qatt ma beża’ mill-isfidi, għax jifhem ir-realtajiet differenti li qegħdin jgħixu l-familji u l-pensjonanti,” tenna l-Prim Ministru. Hu fakkar kif wara r-riforma li seħħet fl-2010 taħt Gvern Nazzjonalista, il-Qrati baqgħu xorta jagħtu sentenzi li kkundannaw l-Istat għal danni ta’ miljuni ta’ ewro li tħallsu mit-taxxi tal-poplu Malti. Fil-fatt, ir-riforma tal2010 ġiet ukoll ikkundannata mill-Qorti Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem. Il-Prim Ministru ħabbar ukoll li se titwaqqaf taqsima

Ritratt: OMAR CAMILLERI / DOI

Tkompli minn paġna 1

Il-Prim Ministru u l-Ministru Galdes iħabbru l-miżuri li se jindirizzaw l-anomaliji fil-kirjiet ta’ qabel l-1995 ġdida fl-Awtorità tad-Djar li se toffri lill-inkwilini assistenza legali mingħajr ħlas. Min-naħa tiegħu, il-Minis­ tru għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes qal li “meta tqis li madwar 10,000 familja huma milqutin b’din ir-riforma, li lkoll ilhom issnin fil-kenn tad-dar, kon-

vint li kulħadd jifhem il-piż li ġġib magħha l-istess riforma. Kellna l-kuraġġ li nsibu soluzzjoni li tilħaq il-bilanċ bejn li nagħtu l-protezzjoni lil min għandu bżonn u li nagħmlu ġustizzja mas-sidien.” Huwa qal kif diġà bdew proċeduri Parlamentari li se jwaqqfu milli eluf ta’ familji

jinkisrilhom id-dritt fundamentali tagħhom u appella biex kull min għandu xi problema jista’ jċempel fuq il-freephone apposta, 153. Waqt li semma kif l-Awtorità tad-Djar issaħħet flaħħar snin u għalhekk mhux lesta tħalli lil min jispiċċa bla saqaf fuq rasu, huwa temm

jgħid li “ersaqna ’l quddiem b’soluzz­joni li tipproteġi lil min huwa l-aktar fil-bżonn, tħares id-dar tal-familji, filwaqt li terfa’ l-piż tal-kontribut soċjali minn fuq is-sidien biex issa se jerfagħha l-Istat b’benefiċċju b’saħħtu u s-sistema ta’ akkomodazzjoni soċjali li rnexxielna noħolqu.”


04

28.02.2021

POŻITTIVI BL-IŻVILUPPI F’PAJJIŻNA DIN IL-ĠIMGĦA Il-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja Didier Reynders kien l-aħħar wieħed fl-Unjoni Ewropea li laqa’ l-progress ta’ din il-ġimgħa fl-investigazzjonijiet b’rabta mal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, fejn issa mhux biss hemm persuna kkundannata wara li ammettiet ħtijietha fl-omiċidju, iżda ġew arrestati u akkużati b’kompliċità fir-reat żewġ persuni oħra talli allegatament ipprov­ dew il-bomba li splodiet il-karozza fl2017. Fuq Twitter nhar il-Ġimgħa l-Kummissarju Belġjan ippubblika ritratt minn laqgħa virtwali li kellu mal-Mi­ nistru għall-Ġustizzja Malti Edward Zammit Lewis u, filwaqt li laqa’ l-iżviluppi riċenti fil-każ tal-omiċidju tal-ġurnalista, qal li l-ġlieda għall-ve­rità trid tibqa’ għaddejja. Nhar l-Erbgħa, l-MEP Olandiża Sophie in ’t Veld, li hi wkoll membru tal-Kumitat Parlamen­tari Ewropew għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, faħħret ir-riformi kbar li għamel pajjiżna biex ikompli jsaħħaħ is-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba. In ’t Veld kienet qiegħda tikkummenta mal-istazzjon televiżiv Euronews, ftit wara li Vince Muscat, magħruf bħala l-“Koħħu”, ammetta l-involviment tiegħu fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u ġie kkundannat 15-il sena ħabs. Mistoqsija dwar dan l-iżvilupp kruċjali fil-każ tal-qtil ta’ Caruana Galizia, In ’t Veld lissnet issodis­fazzjon tagħ­ ha hekk kif issa hu mistenni li

Muscat jipprovdi aktar dettalji dwar irreat. Fl-istess ġurnata, l-Istitut Internazzjonali tal-Ġurnalisti sejjaħ bħala żvilupp importanti, l-aħħar arrest ta’ żewġ persuni akkużati li fornew il-bomba li ntużat fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. L-Istitut laqa’ wkoll il-fatt li persuna akkużata bil-qtil ta’ Caruana Galizia issa weħlet piena ta’ priġunerija wara li ammettiet. Fir-reazzjonijiet tiegħu għal dawn l-iżviluppi fl-investigazzjonijiet, il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-fatt li l-Pulizija kompliet tressaq aktar persuni l-Qorti b’rabta mal-każ tal-omiċidju jkompli jikkonferma kemm l-istituzzjo­ nijiet ta’ pajjiżna ma straħux fil-ħidma tagħhom għat-tiftix tal-verità u biex issir ġustizzja. “Bħala Prim Ministru, ir-responsab­ biltà titlob kawtela fil-kummenti li nagħmel. Iżda rrid infakkar li b’rabta ma’ dan il-każ illum hemm akkużati l-allegat man-

dant tad-delitt, żewġ persuni li huma l-allegati eżekuturi tad-delitt u issa żewġ persuni oħra li allegatament kienu kompliċi biex seta’ jseħħ dan id-delitt. Hemm ukoll persuna li nhar it-Tlieta kienet ikkundannata għall-priġunerija wara li ammettiet l-involviment tagħha f’dan il-każ. Dan ifisser li issa din il-persuna hi obbligata wkoll li tagħti x-xhieda tagħha f’dan il-każ,” tenna Dr Abela, waqt li fakkar li l-proċeduri quddiem il-qrati jridu jieħdu l-kors tagħhom u l-istess l-investigazzjonijiet. Hu kompla jgħid li, iżda, m’hemmx dubju li dak li seħħ din il-ġimgħa juri b’mod ċar li dan hu pajjiż fejn tirrenja s-saltna tad-dritt. “Jarralu jekk hemm xi ħadd li jaħseb li f’dan il-pajjiż jista’ jgawdi minn xi impunità,” iddikjara l-Prim Ministru f’waħda minn żewġ konferenzi stampa li indirizza din il-ġimgħa wara l-iżviluppi li kien hemm.

Sophie in ’t Veld

Didier Reynders

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.

OBBLIGATI LEJN SOĊJETÀ MAGĦQUDA

– il-President Vella

Il-President tar-Repubblika Dr George Vella esprima x-xewqa tiegħu li jkun hemm qbil dwar il-kwistjonijiet li jifirduna, biex it-tieni pass ikun li nkunu umli biżżejjed biex naqblu kif nistgħu, flimkien, nagħmlu l-almu tagħna ħalli nsewwu s-sitwazzjoni. Hu kien qed jitkellem fil-ftuħ tal-Konferenza għall-Għaqda Nazzjonali, organizzata għall-ewwel darba lbieraħ f’żewġ swali tal-Palazz Verdala u fuq il-midja soċjali. “Biex ikollna l-għaqda nazzjo­ nali ma jfissirx li jkollna qbil fuq kollox, iżda hemm fatturi li mingħajrhom l-għaqda ma tasal qatt. Jinkwetani ħafna l-fatt li qisna tlifna r-rispett lejn xulxin. Bla rispett ma nistgħux napprezzaw lil xulxin biżżejjed,” tenna Dr Vella. “Jien inħoss li dan hu obbligu tagħna llum lejn dawk kollha ta’ rieda tajba li jinstabu mdejqin bis-sitwazzjoni; lejn dawk iċ-ċittadini onesti, għandna obbligu li noffrulhom soċjetà inqas maqsuma u aktar magħquda. L-istess obbligu għandna lejn il-ġenerazz­ jonijiet li ġejjin – biex ngħaddulhom pajjiż aħjar minn dak li qegħdin fih aħna llum.” Wara li ta widen għall-interventi kollha li saru, il-President esprima s-sodisfazzjon tiegħu għall-mod tajjeb u rispettuż li bih saret id-diskussjoni. TVM mistenni jipproduċi prog­ ramm biex ikompli fuq il-konfe­ renza bl-isem ‘Seddaq il-Għaqda”, li se jixxandar nhar il-Ħadd li ġej fl-10.05 p.m.


28.02.2021

05

IL-MALTIN AKTAR FIDUĊJUŻI FL-EKONOMIJA MILL-UE IS-SENTIMENT EKONOMIKU LOKALI JOQROB AKTAR LEJN IL-LIVELLI TA’ QABEL BDIET IL-PANDEMIJA Stħarriġ, li sar f’nofs dan ix-xahar mill-Kummissjoni Ewropea fost il-familji u n-negozji f’pajjiżna, jindika li l-livell ta’ fiduċja ekonomika lokali qed jerġa’ lura għal dak li kien qabel bdiet il-pandemija fil-bidu tal2020. L-istess riżultati jindikaw ukoll li l-familji f’pajjiżna fil-maġġoranza tagħhom sostnew li qed jistennew li l-ekonomija se tikber. Madwar l-UE maġġoranza ta’ kważi terz tal-familji qed ibassru li l-ekonomija se tiċkien. Aktar min-nofs il-familji Ewropej fil-fatt jemmnu li l-qgħad se jiżdied f’pajjiżhom, filwaqt li f’Malta s-sentiment huwa pożittiv. Imqabbel ma’ April, l-ewwel xahar wara li feġġew il-każi pożittivi f’Malta, kien hemm titjib ta’ 40% fis-sentiment ekonomiku lokali. Dan ukoll hu akbar mit-titjib osservat fl-Unjoni Ewropea kollha. L-istess, meta wieħed iqabbel il-livell ta’ ottimiżmu fi Frar 2021 ma’ dak fi Frar 2020, it-tnaqqis f’Malta hu inqas minn dak osservat fl-UE. Anke meta wieħed iqabbel l-istess xahar li qed intemmu llum ma’ Jannar ta’ din is-sena, Malta rreġistrat

titjib aħjar (3%) fil-fiduċja tal-familji u tan-negozji. L-UE rreġistrat żieda ta’ 2%. Is-sentiment ekonomiku fost il-familji u fost l-operaturi fl-industrija tal-kostruzzjoni hu aħjar mill-medja storika mindu beda jsir dan l-istħarriġ u mindu Malta saret membru tal-Unjoni Ewropea. Dan minbarra xejriet pożittivi oħrajn fil-bqija tas-setturi. Fost l-oħrajn, pereżempju, jispikka li maġġoranza ta’ 27% tal-operaturi industrijali qed jantiċipaw żieda fil-produzzjoni fit-tliet xhur li ġejjin, waqt li maġġoranza ta’ 10% qed jistennew li jżidu l-impjiegi fix-xhur li ġejjin. Dawn huma riżultati aħjar minn dawk fil-bqija tal-Ewropa fejn il-fabbriki jistennew li jkeċċu aktar nies milli diġà keċċew fl-aħħar xhur. Titjib qawwi seħħ fost il-kumpaniji ta’ servizzi fejn il-fiduċja fi Frar kienet fl-aqwa livell osservat minn Marzu tas-sena li għad­diet. Hawnhekk maġġoranza ta’ 18% qed jantiċipaw żieda fl-attività fix-xhur li ġejjin, ukoll aktar ottimisti minn sidien ta’ negozji madwar l-UE li qed jantiċipaw tnaqqis. Imqabbel ma’ April 2020, kien hemm titjib ta’ 40% fis-sentiment ekonomiku lokali


06

28.02.2021

ILU MWIEGĦED MILL-1992, “Ma nistax nemmen li qed isir dan il-proġett li tant ħlomna bih,” kien wieħed fost il-kummenti li qasmu magħna artiġjani waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Ekonomija u l-Industrija Silvio Schembri meta kien qed iżur l-andament tax-xogħol tal-kostruzzjoni fil-Villaġġ Artiġjanali f’Ta’ Qali. Għal darba tnejn tlieta, għal 25 sena sħaħ Gvern Nazzjonalista dejjem wiegħed li se jwettaq l-upgrade infrastrutturali tal-proġett f’Ta’ Qali, tant li l-ewwel darba li ġie mwiegħed proġett ta’ riabilitazzjoni taż-żona kien fil-manifest elettorali Nazzjonalista tal-1992. Minn hemm, l-artiġjani sfaw vittmi ta’ wegħdi mhux imwettqin u tkaxkir tas-saqajn li wassal biex għadd jitilfu l-interess fis-sengħa nnifisha. Il-KullĦadd tat ħarsa lejn dak li kien jitwiegħed ripetutament mill-PN dwar dan il-villaġġ, fejn minn kważi 30 sena ilu sal-Elezzjoni tal-2008 u sussegwentement f’dik il-leġiżlatura li ntemmet fl-2013, baqa’ għaddej biss b’wegħdi fiergħa u skużi dwar id-dewmien għat-titjib mistħoqq f’din in-niċċa importanti u anke attrazzjoni turistika f’dawn is-snin kollha. Meta kienu jiġu approvati l-pjani mill-Awtorità tal-Ippjanar, dak iżżmien il-MEPA, għal darba tnejn Gvern Nazzjonalista kien iħabbar li se jerġgħu jinbidlu l-pjanti tad-disinn tal-post. Fil-bidu ta’ dan is-seklu, Gvern Nazzjonalista kien ħabbar b’pompa li l-pjani huma approvati u x-xogħol se jibda minnufih. Minkejja dan, sena biss wara, fl-2001, il-Gvern immexxi minn Eddie Fenech Adami kien qal li l-Kabinett għad irid japprova l-proġett wara konsultazzjoni pubblika li saret b’rabta mal-Villaġġ. Fl-2002 qalu li se toħroġ informazz-

Il-Ministru Schembri:

joni ta’ żvilupp Sentejn wara, “Dak li dejjem xtaqu approvat dwar ġie mwiegħed il-proġett u leli l-Gvern se l-artiġjani fil-Villaġġ jlet l-Elezzjoni joħroġ pjani ġodtal-2003 reġgħu da għar-rinnovar f’Ta’ Qali, se jkun qed wiegħdu li se jibda taż-żona u fl-istiseħħ minn Gvern l-bini tal-Crafts Viless sena l-Prim lage f’Ta’ Qali. Ministru Gonzi Laburista” Bħal ħafna wegħjgħid li se jibda x-xogdi oħrajn Nazzjonalisti li ħol. L-istess qal fl-2007, taru mar-riħ l-għada tar-riżulsena wara, iżda kollox baqa’ tat elettorali, il-Gvern immexxi minn staġnat, għajr għat-tamiet tal-artiġjaLawrence Gonzi ħabbar li qed jitkellem ni lokali li komplew imutu. mal-artiġjani biex jintlaħaq ftehim ta’ Eqreb tal-Elezzjoni Ġenerali talbejgħ. 2008, bl-ebda kumbinazzjoni, il-man-

ifest elettorali tal-PN reġa’ wiegħed, iswed fuq l-abjad, il-proġett tar-riġenerazzjoni tal-Villaġġ. Aktar tard kien sar magħruf li dak il-manifest kien inkiteb dak iż-żmien mid-Delegat Speċjali tal-Prim Ministru, Simon Busuttil. Wara dak il-manifest, li se jibqa’ magħruf bħala l-aktar wieħed li qarraq b’nies, għax kulma ġie mwiegħed tar mar-riħ, b’xi skuża jew oħra, il-proġett kellu jmut fuq ommu għan-Nazzjonalisti, tant li fil-manifest tal-2013 ilproġett ma ssemma mkien. Meta din il-ġimgħa kien qed iżur il-Villaġġ il-Ministru responsabbli Sil-

Tnejn mid-diversi wegħdi elettorali tal-Partit Nazzjonalista relatati mal-Villaġġ f’Ta’ Qali u li baqgħu qatt ma twettqu. L-aħħar wegħda simili (fuq) seħħet fil-manifest mitbugħ minn Simon Busuttil fl-2008


07

28.02.2021

SE JITWETTAQ DIN IS-SENA

Ritratt: JEREMY WONNACOTT / DOI

VILLAĠĠ TAL-ARTIĠJANAT TA’ QALI

Dehra ġenerali tat-tisbiħ fil-Villaġġ tal-Artiġjanat f’Ta’ Qali li l-Gvern impenjat li jwettaq sa tmiem is-sena vio Schembri, wieħed mill-artiġjani nstema’ jgħidlu: “Ili naħdem minn hawnhekk aktar minn 30 sena, kbirt fil-Villaġġ u qatt ma rajt il-bidla li qed nara llum. Qed naħdem f’maħżen akbar u modern. Hawn enerġija li qatt ma rajna bħalha. Fi snin preċedenti ħsibna li se nieħdu l-aħħar daqqa talmewt, minflok qed inkunu sostnuti u t-talbiet tagħna qed ikunu mismugħin. Riċentement fil-Milied rajna ammont ta’ nies li qatt ma rajna bħalu. Nixtiequ li fiż-żmien li ġej naraw aktar nies iżuru l-Villaġġ u japprezzaw xogħolna.” Min-naħa tiegħu, il-Ministru res­ pon­sabbli mill-Ekonomija u l-Industrija stqarr li kulħadd qed jirrikonoxxi l-impenn qawwi tal-Gvern attwali biex il-proġett jitlesta sa tmiem din is-sena. “Tajt direzzjoni lil INDIS Malta biex tgħin lil dawk l-artiġjani li waqgħu lura fil-bini tan-negozju tagħhom. Mal-mument li rajna li wħud mill-artiġjani kienu qed jaqgħu lura fix-xogħol biex iwettquh fiż-żmien stipulat, minħabba nuqqas ta’ kapital jew id-diffikultà li jsibu bennejja li jispeċjalizzaw fil-ġebla u stil tradizzjonali Malti, kien fid-dmir tagħna li nintervjenu,” tenna l-Ministru, waqt li żied li, madankollu, l-isfida tal-pandemija tal-COVID-19 ma tantx għenet. Minkejja dan, kontra pajjiżi oħrajn li taw il-ġenb lill-artiġjanat, il-Gvern Malti ra li jkompli jgħollih ’il fuq, mhux biss bit-tlestija tal-proġett, iżda wkoll bit-twaqqif tal-Fondazzjoni Maltija tal-Artiġjanat, li se tieħu ħsieb iż-żamma tal-post u se tkun ta’ spalla kontinwa għall-artiġjani lokali. Din il-gazzetta hi infurmata li filġimgħat li ġejjin dan ix-xogħol se jinqasam f’erba’ żoni fejn ix-xogħol se jitwettaq minn kuntratturi differenti fl-istess ħin. B’hekk jitħaffef il-proċess għat-tlestija fejn kull żona se jkollha r-responsabilità ta’ 10 artiġjani. Waqt iż-żjara tal-Ministru f’Ta’ Qali, ġie spjegat kif minn 70 artiġjan, 19 minnhom lestew ix-xogħlijiet

tagħhom u qed joperaw. Hemm tmienja għaddejjin bix-xogħlijet bħalissa, filwaqt li hemm 43 li għadhom pendenti u għal dawn hemm taħlita u operaturi antiki u ġodda li se jibdew jesebixxu x-xogħol tagħhom mill-villaġġ għall-ewwel darba. Fl-isfond ta’ dan inħasset il-ħtieġa li tingħata l-għajnuna u fil-fatt 22 artiġjan diġà kkonfermaw u daħlu fil-ftehim imniedi minn INDIS Malta, filwaqt li l-kumplament għaddejjin bl-aħħar dis­ kussjonijiet. Il-Ministru Schembri semma wkoll kif, fuq kollox, din iż-żona rinnovata wkoll se tagħti lura spazji miftuħa

lill-viżitaturi u l-pubbliku inġenerali hekk kif fil-pjani hemm inklużi żoni biex jitgawdew mill-familji. “Ħadna ħsieb biex ikun hemm diversi spazji miftuħin madwar dan Iż-żona rinnovata se il-Villaġġ artiġjanali, fosthom bandli, parkeġġ u kumditajitagħti lura spazji miftuħa et pubbliċi, fost oħrajn. Iżjed lill-viżitaturi u l-pubbliku minn hekk, ridna nassiguraw inġenerali, filwaqt li jiġi li ż-żona terġa’ tkun attrazzjoni turistika qawwija li assigurat li din terġa’ tkun tiġġenera attività ekonoattrazzjoni turistika qawwija mika għall-ġid tal-artiġjani, il-kultura u l-ekono­ li tiġġenera attività ekonomika mija nazzjonali,” temm għall-ġid ta’ kulħadd jgħid il-Ministru.


08

28.02.2021

JIBDA L-PROĊESS BIEX IL-VETTURI TAL-GVERN JIĠU LKOLL ELETTRIĊI

RED BULL STRIJDERS JIRRITORNA F’MARZU Mill-bidu tax-xahar id-dieħel se tibda t-tieni edizzjoni tarRed Bull Strijders, avveniment uniku ta’ esports u gaming, li jattira l-attenzjoni ta’ eluf ta’ dilettanti lokali u anke barranin, fil-maġġoranza assoluta minnhom żgħażagħ. B’differenza għall-ewwel edizzjoni, il-kompetizzjoni ta’ din is-sena, li tintemm fil-21 ta’ Marzu, se ssir online, b’kollaborazzjoni ma’ GMR Entertainment. Il-finali se jintlagħbu fi studio fejn kulħadd se jkun jista’ jsegwi minn daru stess. Red Bull Strijders issa hu avveniment famuż u importanti mal-plejers tal-esports Maltin, b’kompetizzjoni qaw-

wija ħafna. Din is-sena l-kompetizzjoni se tkun mifruxa fuq tliet logħbiet ewlenin – FIFA 21, Tekken 7 u Rocket League – b’tournaments bi stadju ta’ kwalifikazzjoni, fejn il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità li jikkwalifikaw f’tournament li se jintwera fi studio. L-avveniment se jibda fit-3 ta’ Marzu u l-parteċipanti jistgħu jirreġistraw għat-tliet kompetizzjonijiet fl-istess ħin peress li l-kwalifikazzjonijiet u t-tournaments se jsiru fi ġranet differenti. Aktar informazzjoni tistgħu ssibuha fuq il-paġna ta’ Facebook Red Bull Strijders – Malta – Online Series.

Inbeda x-xogħol biex vetturi għall-użu ġenerali fis-Servizz Pubbliku jinqalbu biex jaħdmu bl-elettriku. Nhar l-Erbgħa li għadda ħarġet sejħa biex isir studju dettaljat tal-vetturi kollha ġenerali li għandu s-Servizz Pubbliku biex fuqu tinbena t-triq ’il quddiem ħalli tiġi implimentata l-miżura mħabbra fil-Baġit għal din is-sena, li appuntu titkellem fuq il-ħtieġa ta’ dan l-istudju. Fuq bażi nazzjonali llum il-ġurnata jeżistu biss 1% tal-vetturi fit-toroq li jaħdmu bl-elettriku. Studji oħrajn urew li l-maġġoranza tal-vjaġġi jsiru bejn is-7.30 u t-8.30 ta’ filgħodu mit-Tnejn sal-Ġimgħa f’żoni ċentrali tal-Gżejjer Maltin. Dawn il-vjaġġi jammontaw għal kważi 11% tat-traffiku fuq bażi ta’ ġurnata. Dan filwaqt li sa nofs is-sena l-oħra f’pajjiżna, 60% tal-vetturi kienu jaħdmu bil-petrol u 39% bid-diesel. Konxju minn din l-istatistika, is-Servizz Pubbliku qed jara li jagħti sehmu għal soluzzjonijiet li minnhom igawdi l-pajjiż. Dan l-istudju, li qed jibda l-proċess għalih, irid iwassal għal waħda minn dawn is-soluzzjonijiet billi l-flotta tal-vetturi għal użu ġenerali fis-Servizz Pubbliku tinqaleb għall-elettriku. Għandu jiddetermina wkoll analiżi dettaljata tal-vetturi kollha fis-Servizz Pubbliku u anke jkun analizzat l-operat

L-istudju jrid jestabbilixxi x’tip ta’ infrastruttura hi meħtieġa biex issir din il-qalb­a għal vetturi mħaddmin bl-elettriku u ċ-ċentri minn fejn għandhom joperaw tal-istess vetturi fid-diversi oqsma matul il-jum. Aktar minn hekk, dan l-istudju jrid jestabbilixxi x’tip ta’ infrastruttura hi meħtieġa biex effettivament issir din il-qalb­a għall-vetturi mħaddma bl-elettriku u ċ-ċentri minn fejn għandhom joperaw flimkien mal-ħtiġijiet infrastrutturali tat-teknoloġija tal-informazzjoni li hemm bżonn biex it-tħaddim tas-sistemi ġodda jkunu sostenibbli. Dan se jkun ifisser li l-qalba mhux se tkun biss waħda ta’ vetturi għal sistemi elettriċi, imma sistemi ġodda ta’ tħaddim effiċjenti tat-trasport fisServizz Pubbliku kollu. Dan l-istudju għandu jiddetermina wkoll fl-aħħar nett l-aħjar mudell finanzjarju li għandu jitħaddem għall-kontabbiltà tas-sistema kollha. Il-Kap tas-Servizz Pubbliku, Mario Cutajar, qal li din il-miżura hi pass ieħor minn sensiela ta’ miżuri li jibdlu l-mod kif jaħdem is-Servizz Pubbliku biex ikun aktar ef-

fiċjenti, effettiv u rilevanti, imma jibqa’ kontabbli fil-ħidma tiegħu kollha kif kemm-il darba ntwera bil-fatti f’dawn l-aħħar snin. “Din mhix l-ewwel miżura li qed tittieħed fis-Servizz Pubbliku, li tindirizza mhux biss ħtieġa amministrattiva għal ħidma aħjar, imma wkoll bil-għan usa’ li s-soluzzjoni­ jiet amministrattivi li jinstabu jieħdu konsiderazzjoni wkoll il-ħtiġijiet tal-pajjiż,” stqarr isSur Cutajar. “Fost dawn il-miżuri wieħed jista’ jsemmi l-kunċett ta’ remote working li dalwaqt ikun varat fis-Servizz Pubbliku, li minbarra li jaqdi ħtiġijiet amministrattivi u jilħaq bilanċi ġodda bejn il-ħajja u x-xogħol tal-impjegati pubbliċi, għandu l-għan usa’ wkoll li jindirizza problemi ta’ traġitt,” temm jgħid il-Kap taċ-Ċivil. L-offerti għas-sejħa ta’ dan l-istudju, li għandu jintemm fi żmien ħames xhur, jibqgħu jintlaqgħu sal-24 ta’ Marzu li ġej.


09

28.02.2021

BENEFIĊĊJI VARJI LILL-PASSIĠĠIERI Tkompli minn paġna 1 F’avviż tal-port fejn tħabbar dan flimkien ma’ kriterji oħrajn meħtieġa li għandhom jintlaħqu minn operaturi ta’ trasport bil-baħar, kemm lokali kif ukoll internazzjonali, biex jibdew joperaw din ir-rotta mis-sajf li ġej ġie indikat ukoll il-post fejn se jkunu qed jorbtu l-bastimenti fix-Xatt ta’ Lascaris fil-Belt u fil-Port tal-Imġarr, Għawdex. Waqt li l-fast ferries se jkunu qed jorbtu taħt il-Knisja ta’ Liesse, il-passiġġieri ta’ dawn l-operaturi privati se jkollhom l-aċċess b’xejn għal-lift tal-Barrakka ta’ Fuq biex ikun aktar komdu għalihom li jaslu fil-qalba tal-Belt u anke jaqbdu mezzi oħrajn ta’ trasport. “Qed inħarsu lejn it-trasport b’mod ħo­listiku. Għalhekk se naraw li l-passiġġieri ta’ kull operatur li jilħaq il-kriterji elenkati jkunu jistgħu jgawdu mill-użu tal-lift tal-Barrakka b’xejn. Se naraw ukoll li l-Malta Public Transport ikun miftuħ għal koperazzjoni mal-operaturi kollha li jkunu qed joperaw din ir-rotta bilbaħar u b’mod ekwu. Nemmnu li dan għandu jsir biex inkomplu nħeġġu u niffaċilitaw l-kunċett tal-intermobi­

lità,” saħaq il-Ministru Borg. Hu żied jgħid li l-Gvern se jara wkoll li l-operaturi kollha li jilħqu dawn il-kriterji jibbenefikaw minn eżenzjonijiet fuq id-dazju tas-sisa skont kif ser jitħabbar mill-Ministeru għall-Finanzi, waqt li l-passiġġieri jkunu eliġibbli wkoll minn rifużjonijiet kemm-il darba jużaw it-tali servizzi. F’dan ir-rigward, il-Ministru għal Għawdex qal li “se naraw ukoll li l-Għawdxin li jiddeċiedu li jibdew jivvjaġġaw bil-fast ferry bejn iż-żewġ gżejjer jingħataw l-istess rifużjoni li llum jingħataw meta jużaw il-Gozo Channel”. Hu qal din hi wegħda oħra li se titwettaq minn dan il-Gvern, waqt li hu ta’ pjaċir jara dan l-interess kollu mill-operaturi privati biex joffru servizz b’fast ferry li joffri aċċessibbiltà aħjar bejn iż-żewġ gżejjer. Spjega li dan it-traġitt f’inqas minn 45 minuta se joffri aktar effiċjenza u kumdità għall-ħaddiema u għall-istudenti Għawdxin. Tħabbar ukoll li l-Gvern qed jaħdem biex ikun hemm sejħa pubblika u internazzjonali għas-servizz tal-Public Service Obligation bejn il-gżejjer, liema servizz jinkludi wkoll il-ġarr tal-vetturi privati u oħrajn.

Il-post fil-Port il-Kbir, kif indikat fl-avviż tal-port, fejn se jkunu jistgħu jittrakkaw il-fast ferries, b’aċċess għal-lift tal-Barrakka ta’ Fuq li jinsab qrib


10

28.02.2021

SENA FID-DJARJU TAL-PRIM MINISTRU: NOVEMBRU-DIĊEMBRU

GĦELUQ IS-SENA POŻITTIV

21 TA’ NOVEMBRU: WARA BIDLIET FIL-KABINETT, ERBA’ MINISTRI ĠODDA JIEĦDU L-ĠURAMENT TAL-ĦATRA – JUSTYNE CARUANA, CLAYTON BARTOLO, MIRIAM DALLI U CLYDE CARUANA

Ix-xahar ta’ Novembru kien ikkaratterizzat minn għadd ta’ investimenti, li flimkien ilaħħqu l-miljuni kbar u li meta tanalizzahom tara kemm dan il-Gvern, immexxi mill-Prim Ministru Robert Abela, għandu għal qalbu l-ġid ta’ kull settur ta’ pajjiżna. Firxa wiesgħa ta’ investimenti kemm mill-Gvern kif ukoll mill-privat jinkludu: proġett ta’ investiment industrijali ta’ €470 miljun mifrux fuq tmien snin li bih il-Gvern se jsolvi problema ta’ spazju industrijali u se joffri iżjed spazju għal negozji ġodda li jaħdmu f’ambjent sostenibbli; inawgurazzjoni ta’ boutique hotel lussuża fil-Belt Valletta b’investiment ta’ €20 miljun; xogħlijiet estensivi ta’ restawr u rinnovar ta’ madwar €28 miljun fil-Palazz tal-Gran Mastru filBelt Valletta; inawgurazzjoni ta’ magna ġdida tal-MRI fl-Isptar Mater Dei b’investiment ta’ €3.5 miljun; Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem b’investiment ta’ €2 miljun; uffiċini ġodda tal-AIB Insurance Brokers b’investiment ta’ €1.5 miljun; pont għall-mixi u għaċ-ċiklisti f’Kordin b’investiment ta’ €1.6 miljun; investiment privat ta’ €25 miljun fis-settur tal-kura tal-anzjani; u espansjoni ta’ ħwienet ta’ Gram Collections b’investiment ta’ €290,000. Ma’ dawn ikomplu wkoll ir-riżultati pożittivi fl-aħħar tbassir ekonomiku tal-Kummissjoni Ewropea għall-Ħarifa 2020, fejn ipproġettat li Malta se tirreġistra l-akbar tkabbir fl-Unjoni Ewropea fl-2022, u dak minn Creditreform li kkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-livell ta’ A+. Ma’ dan tħabbar ukoll li wara Ġunju, tmien persuni qiegħda kull jum sabu impjieg, b’kuntrast ma’ diversi pajjiżi madwar id-dinja fejn il-qgħad kien għadu qed jiżdied, waqt li l-baġit Malti kien approvat mill-Kummissjoni Ewropea u li jikkonforma marrakkomandazzjoni tal-Kunsill Ewropew. Novembru kien ukoll xahar ta’ tibdil fil-Kabinett bil-cooptions li kellhom isiru. Bla dubju, Diċembru se jibqa’ sinonimu fil-ħidma tal-Gvern fejn, b’riżultat ta’ dan, l-għada tal-Milied waslet f’pajjiżna l-ewwel konsenja tal-vaċċin talCOVID-19, bil-Prim Ministru jiddikjara li bdiet it-triq lura lejn in-normalità. Għal dan il-għan, Dr Abela ddedika l-messaġġ għas-sena l-ġdida bħala ringrazzjament lill-poplu Malti u Għawdxi, lill-familji, lis-settur tan-negozju, lill-anzjani u lill-komunità kummerċjali, tal-ħidma u tal-kollaborazzjoni ġenerali mal-Gvern għall-isfidi u s-sagrifiċċji bla waqfien li ġabet magħha l-2020. F’dan ix-xahar ukoll rajna investimenti massiċċi jseħħu, fosthom il-Lukanda Mercure f’San Ġiljan b’investiment ta’ €13-il miljun u investiment ta’ €6 miljun mill-Grupp AX f’ċentru ta’ negozju ġdid fil-Mosta, ilkoll turija tar-reżiljenza talprivat u l-fiduċja għall-politika mħaddna mill-Gvern Laburista. Il-Prim Ministru dan ix-xahar żar id-Dipartiment tal-Biomedical Engineering fl-Isptar Mater Dei u ħabbar li matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Gvern investa €12-il miljun fuq apparat mediku, waqt li f’Għawdex inawgura t-tieni fibre optic cable bejn il-gżejjer. Investiment fil-kamp sportiv ukoll meta l-Prim Ministru jinawgura t-tieni fażi tal-proġett tal-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali, b’investiment ta’ madwar €1 miljun. F’Diċembru l-Gvern Malti ngħata raġun mill-Avukat Ġenerali tal-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja dwar l-indipendenza tal-ġudikatura u s-saltna taddritt f’pajjiżna, filwaqt li l-aġenzija ta’ kreditu internazzjonali Fitch tikkonferma r-rating ta’ pajjiżna bħala ‘A+’ bi prospetti stabbli.

1 TA’ NOVEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur ix-xogħlijiet estensivi ta’ restawr u rinovar li għaddejjin bħalissa fil-Palazz talGran Mastru fil-Belt Valletta. Dawn ix-xogħlijiet huma parti mill-akbar proġett li qatt daħlet għalih Heritage Malta, fejn hu stmat li b’kollox ser jiswa madwar €28 miljun. 5 TA’ NOVEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela u s-Sinjura Lydia Abela jinawguraw boutique hotel lussuża fil-Belt Valletta b’investiment ta’ €20 miljun – se tibda tħaddem 40 ħaddiem. 5 TA’ NOVEMBRU: Fl-2022 Malta bl-akbar tkabbir ekonomiku fl-UE. Fl-aħħar tbassir ekonomiku tagħha għall-Ħarifa 2020, il-Kummissjoni Ewropea qed tipproġetta li Malta se tirreġistra l-akbar tkabbir ekonomiku fl-Unjoni Ewropea fl-2022, tant li r-rata ta’ tkabbir imbassra ta’ 6.2% hija d-doppju tal-medja Ewropea. Dan jikkonferma kemm il-miżuri li qed jieħu l-Gvern mistennija jwasslu għar-riġenerazzjoni tal-ekonomija Maltija. 5 TA’ NOVEMBRU: Imniedi proġett ta’ investiment industrijali ta’ €470 miljun mifrux fuq tmien snin li bih il-Gvern se jsolvi problema ta’ spazju industrijali u se noffru iżjed spazju għal negozji ġodda li jaħdmu f’ambjent sostenibbli – il-Prim Ministru. L-estensjoni tal-Life Sciences Park se tissarraf f’investiment ta’ €101 miljun immirat biex jospita x-Xjenzi tal-Ħajja, industriji relatati mat-teknoloġija u industriji oħrajn b’għarfien intensiv. Dan se jiġi estiż ’il fuq minn 30,000 metru kwadru f’ħames blokki oħrajn biex jospitaw ir-Riċerka, l-Iżvilupp u l-Innovazzjoni fil-Ħajja. Binja minnhom se tos-

pita faċilitajiet ta’ childcare centres, fitness u servizzi tal-catering. 6 TA’ NOVEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Verifika. F’indirizz virtwali lill-istaff kollu, il-Prim Ministru wera l-apprezzament tiegħu għax-xogħol tajjeb u importanti li jsir f’dan l-Uffiċċju. Hu enfasizza l-bżonn li dan l-Uffiċċju jħares dejjem l-indipenenza u n-newtralità tiegħu biex jibqa’ jgawdi l-fiduċja ta’ kulħadd. Dr Abela għamel referenza wkoll għaż-żmien meta kien jieħu parti attiva ħafna bħala Membru tal-Kumitat tal-Kontijiet Pubbliċi. 6 TA’ NOVEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela, jinawgura magna ġdida tal-MRI fl-Isptar Mater Dei b’investiment ta’ €3.5 miljun. Se jsir 100 eżami mediku iżjed fil-ġimgħa. 10 TA’ NOVEMBRU: Il-Gvern japprova għotja ta’ €5 miljun mill-Fond Soċjali u tal-Iżvilupp Nazzjonali lill-Fondazzjoni Puttinu Cares għal xiri ta’ appartamenti fil-qalba ta’ Londra. Il-ftehim tal-lum huwa xhieda tal-karatteristiċi sbieħ li għandu l-poplu Malti – il-PM Robert Abela. 12 TA’ NOVEMBRU: Tinfetaħ Triq Sant’Antnin f’Għajnsielem b’investiment ta’ €2 miljun. 13 TA’ NOVEMBRU: Inawgurati uffiċini ġodda tal-AIB Insurance Brokers b’investiment ta’ €1.5 miljun, bilPrim Ministru jiddikjara li dan l-investiment privat jixhed il-fiduċja fil-ħidma tal-Gvern. 16 TA’ NOVEMBRU: Inawgurat il-pont għall-mixi u għaċ-ċiklisti f’Kordin b’investiment ta’ €1.6 miljun, bħala


11

28.02.2021

turija tal-prijorità tal-Gvern mhux biss jassigura li jkollna toroq ta’ kwalità, imma wkoll li jkunu iżjed siguri. 16 TA’ NOVEMBRU: It-tfal kollha fid-djar residenzjali fdati bid-disinn tal-kartolini tal-Milied għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru. 17 TA’ NOVEMBRU: Iffirmat l-ewwel ftehim settorjali mal-membri tal-Forzi Armati Maltin. 1,750 suldat se jaraw titjib sostanzjali fil-kundizzjonijiet tagħhom. Il-Prim Ministru jistqarr: “Aħna lill-Armata rridu narawha tikber, tissaħħaħ u timxi ’l quddiem.” 18 TA’ NOVEMBRU: Inawgurata espansjoni ta’ ħwienet ta’ Gram Collections b’investiment ta’ €290,000. Il-Prim Ministru Robert Abela u l-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri inawguraw investiment ġdid biswit il-ħwienet prinċipali ta’ Gram Collections b’investiment ta’ €290,000. 18 TA’ NOVEMBRU: Il-Baġit ta’ Malta approvat mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni Ewropea kkonfermat li l-baġit imressaq mill-Gvern Malti jikkonforma mar-rakkomandazzjoni tal-Kunsill Ewropew. 20 TA’ NOVEMBRU: Il-Gvern iħabbar li wara Ġunju, 8 persuni qiegħda kull jum sabu impjieg, b’kuntrast ma’ diversi pajjiżi madwar id-dinja fejn il-qgħad għadu qiegħed jiżdied, pajjiżna diġà qed ikollu suċċess fil-ġlieda kontra l-effett ekonomiku tal-COVID-19. Fil-fatt, waqt li f’Mejju l-ammont ta’ nies jirreġistraw kien tela’ għal 4,409, sal-aħħar ta’ Ottubru n-numru ta’ dawk ifittxu xogħol naqas għal 3,114. Bħala medja, kull jum mill-bidu ta’ Ġunju, tmien persuni li kienu fuq ir-reġistru sabu impjieg. 21 TA’ NOVEMBRU: Creditreform tikkonferma r-rating ta’ Malta fil-livell ta’ A+. 21 TA’ NOVEMBRU: Wara ż-żewġ coop-

tions fil-Parlament Malti nhar id-19 ta’ Ottubru li għadda, u wara li tħabbar li l-Ministru għall-Finanzi huwa rrakkomandat biex jinħatar Gvernatur talBank Ċentrali ta’ Malta, il-Prim Ministru Robert Abela llum wettaq bidliet fil-Kabinett immexxi minnu. 23 TA’ NOVEMBRU: Il-Prim Ministru jattendi għal sessjoni mill-COVID-19 Incident Command Group f’Mater Dei. 25 TA’ NOVEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela u s-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar jinawguraw l-Uffiċċju Ċentrali ġdid ta’ servizz.gov fil-Mosta, xhieda ħajja ta’ Servizz Pubbliku li verament qiegħed hemm għannies. 25 TA’ NOVEMBRU: Il-Prim Ministru jinkariga lil Heritage Malta biex tagħmel monument lil Oliver Friggieri. 30 TA’ NOVEMBRU: Imniedi investiment privat ta’ €25 miljun fis-settur tal-kura tal-anzjani li se joħloq 100 post tax-xogħol ġdid. 2 TA’ DIĊEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura investiment ta’ €6 miljun mill-Grupp AX f’ċentru ta’ negozju ġdid fil-Mosta. 3 TA’ DIĊEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur id-Dipartiment tal-Inġinerija fl-Isptar Mater Dei u stazzjonijiet oħrajn. 4 TA’ DIĊEMBRU: Heritage Malta, taħt l-awspiċi tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru, ħarġet sejħa għal proposti għad-disinn ta’ mafkar f’ġieħ il-ġgant tal-letteratura Maltija l-Professur Oliver Friggieri. 5 TA’ DIĊEMBRU: Fitch tikkonferma r-rating ta’ pajjiżna bħala ‘A+’ bi prospetti stabbli. 7 TA’ DIĊEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jinawgura t-tieni fażi tal-

proġett tal-Padiljun tal-Basketball f’Ta’ Qali, b’investiment ta’ madwar €1,000,000. 7 TA’ DIĊEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela laqa’ fil-Berġa ta’ Kastilja lill-Eminenza Tiegħu Mario Grech fl-okkażjoni tal-kreazzjoni tiegħu bħala Kardinal. 9 TA’ DIĊEMBRU: Il-Kabinett japprova abbozz ta’ liġi li jemenda l-kundizzjonijiet meħtieġa għad-divorzju. 9 TA’ DIĊEMBRU: Il-Prim Ministru jżur id-Dipartiment tal-Biomedical Engineering fl-Isptar Mater Dei. Matul il-pandemija tal-COVID-19, il-Gvern investa €12-il miljun f’apparat mediku. 10 TA’ DIĊEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela qed jattendi għal-laqgħa tal-mexxejja tal-Unjoni Ewropea fi Brussell. Il-Kunsill Ewropew mistenni jiffoka fuq it-temi tat-tibdil fil-klima, ilBaġit Ewropew, ir-relazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea ma’ pajjiżi oħra lil hinn mill-Unjoni Ewropea, u anke l-COVID-19, partikolarment fuq il-vaċċin. 10 TA’ DIĊEMBRU: Ippubblikat l-Abbozz ta’ Liġi li jipproponi bidliet fil-kundizzjonijiet meħtieġa għad-divorzju, li jipproponi li jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija biex persuna tikseb id-divorzju. 11 TA’ DIĊEMBRU: Fi tmiem il-Kunsill tal-Mexxeja Ewropej, il-Prim Ministru Robert Abela saħaq li bħala pajjiż qbilna mal-pajjiżi l-oħrajn li sal-2030 ikollna tnaqqis fl-emmissjonijiet ta’ 55%, imma għamilna l-punt b’saħħtu li aħna bħala l-iżgħar gżira stat membru tal-Unjoni Ewropea għandna r-realtajiet tagħna u jkun inutli li jitpoġġew piżijiet fuqna li ma nkunux nifilħu għalihom. 14 TA’ DIĊEMBRU: Inawgurat it-tieni fibre optic cable bejn Malta u Għawdex, li se jkompli wkoll jagħti serħan tal-

moħħ għal min irid jinvesti fil-gżira. 16 TA’ DIĊEMBRU: Il-Prim Ministru Robert Abela jżur l-uffiċini tal-Grupp Alberta. L-Alberta żżomm lill-ħaddiema kollha grazzi għall-miżuri fil-Pjan ta’ Riġenerazzjoni Ekonomika. 16 TA’ DIĊEMBRU: Magħżula l-kartolini tal-Milied għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru ddisinjati minn tfal li jgħixu fiddjar residenzjali. 17 TA’ DIĊEMBRU: Il-Prim Ministru jinawgura l-Lukanda Mercure f’San Ġiljan b’investiment ta’ €13-il miljun. 17 TA’ DIĊEMBRU: Il-Gvern Malti jingħata raġun mill-Avukat Ġenerali tal-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja dwar l-indipendenza tal-ġudikatura u s-saltna taddritt f’Malta. L-opinjoni tal-Avukat Ġenerali mogħtija llum quddiem il-Qorti Ewropea għall-Ġustizzja tagħti raġun lill-Gvern Malti fir-rigward tal-garanziji tal-indipendenza tal-ġudikatura u tas-saltna tad-dritt f’pajjiżna. 26 TA’ DIĊEMBRU: Tasal Malta l-ewwel konsenja tal-vaċċin tal-COVID-19, bilPrim Ministru jiddikjara li t-triq lura lejn in-normalità bdiet illum. L-għada ngħatat l-ewwel tilqima fil-pajjiż lill-infermiera Rachel Grech ta’ 28 sena fil-preżenza tal-Prim Ministru u d-Deputat Prim Ministru u Ministru għasSaħħa Chris Fearne. 29 TA’ DIĊEMBRU: Is-Senior Staff Nurse fit-Taqsima tal-kura Intensiva fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex Felicienne Cini tingħata l-ewwel tilqima tal-COVID-19 f’Għawdex. 31 TA’ DIĊEMBRU: Messaġġ tal-Prim Ministru għas-sena l-ġdida: “Illejla, dan huwa l-messaġġ ta’ ringrazzjament tiegħi lilkom - il-familji Għawdxin u Maltin, żgħażagħ, studenti, ħaddiema, self-employed, l-anzjani u l-komunità kummerċjali.”

26 TA’ DIĊEMBRU: TASAL F’PAJJIŻNA L-EWWEL KONSENJA TAT-TILQIMA KONTRA L-COVID-19, DIK TAL-KUMPANIJA PFIZER/BIONTECH


12

28.02.2021

BILANĊ BEJN IL-ĠID TAS-SOĊJETÀ U INDUSTRIJA TANT IMPORTANTI

TIA RELJIC

Kelliema għall-Ministeru tal-Ambjent, Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar

Il-mod kif qed nibnu nbidel u għadu qed jinbidel, u b’pass mgħaġġel. Il-mod kif qed ngħixu, kif nikkonċettwalizzaw l-ispazju tagħna, u kif inħarsu lejn l-ippjanar tal-ambjent mibni, ukoll qed jinbidel maż-żmien. Illum, aktar minn qatt qabel, qed jinħass il-bżonn li nsibu bilanċ bejn il-bżonnijiet tal-komunità fejn għandu x’jaqsam l-iżvilupp, il-bżonnijiet ta’ industrija daqshekk importanti f’pajjiżna, u l-benesseri tas-soċjetà. Jidher biċ-ċar li fl-aħħar snin, fatturi bħal tkabbir ekonomiku wasslu għal iktar żvilupp, li huwa pożittiv. Iżda dan kollu ġab miegħu ħafna sfidi wkoll. Ir-realtà hi li l-problemi li għexna dawn l-aħħar snin f’binjiet li ġġarrfu u li saħansitra wasslu għal mewta ta’ omm huma riżultat ta’ numru ta’ fatturi fosthom il-fatt li l-iżvilupp f’pajjiżna għaddej b’ritmu mgħaġġel. Illum, riforma fis-settur tal-bini u l-kostruzzjoni hija kruċjali biex tirrifletti r-realtajiet ta’ issa. Ir-riformi li qed jaħdem fuqhom il-Gvern se jġibu iktar sigurtà u iktar serħan il-moħħ, kif ukoll industrija aktar b’saħħitha u aktar sostenibbli, fi stadju daqstant importanti fl-iżvilupp ta’ pajjiżna. Mid-diskors, il-Gvern qed jgħaddi għal azzjoni konkreta, b’sett ta’ miżuri u azzjonijiet li jassiguraw fuq kollox serħan il-moħħ lil min jgħix bieb ma’ bieb jew viċin sit ta’ kostruzzjoni. Dan kollu qed isir id f’id mal-istakeholders kollha, mill-periti sal-inġiniera, millSTOs sal-kuntratturi. Fuq kollox, irridu nissalvagwardjaw il-mijiet ta’ impjiegi li b’mod dirett jew indirett jaħdmu f’dan is-settur. L-Awtorità l-ġdida tal-Kostruzzjoni għandha

tkun iċ-ċentru tar-riformi meħtieġa. Se tkun awtorità fuq l-istess livell tal-aqwa u l-ikbar awtoritajiet li għandna fil-pajjiż tagħna u se ġġib flimkien taħt saqaf wieħed taħt tmexxija waħda l-Building Construction Agency, il-Building Regulations Board, il-Building Regulations Office u l-Masons Board. Dawn kollha taħt awtorità waħda li se jkollha s-saħħa tirregola dan is-settur. Il-Gvern irid jitlob li tintrefa’ r-responsabbiltà mill-imsieħba kollha f’dan is-settur. Għalhekk il-ħtieġa ta’ liċenzjar, reġistrazzjoni u klassifikar ta’ dawk kollha involuti. Se jkollna għall-ewwel darba fil-pajjiż National Building Code li se jiffoka fil-bidu nett fuq tliet setturi kruċjali: it-twaqqigħ, l-iskavar u l-istrutturi. Qed naraw ukoll li nintroduċu sistema ta’ kif partijiet terzi jkollhom il-perit tagħhom imħallas mill-iżviluppatur biex ikun jista’ jagħti l-pariri tiegħu. Dawn ir-riformi se jaffettwaw lil ħafna nies. Se jaffettwaw lill-familji tagħna, se jaffettwaw lill-konsumaturi, lill-first time buyers, lill-iżviluppaturi, lill-periti, lill-inġiniera, kif ukoll lill-kuntratturi, lill-industrija, il-prezzijiet li l-poplu jrid iħallas għad-djar. Allura, se jaffettwaw lil mijiet ta’ ħaddiema, lil kull min in-

vesta fil-proprjetà f’pajjiżna, l-ekonomija l-ħadra u t-tibdil fil-klima. L-awtorità bl-aqwa professjonisti u b’uffiċjali bħalma huma building inspectors, tekniċi u professjonisti, biex isir l-iskrutinju u compliance li l-poplu jistenna bi dritt. Ir-riforma se tinkludi l-introduzzjoni ta’ National Building Code li se jiffoka fil-bidu nett fuq tliet setturi kruċjali: Demolition, Excavation u Structures. Iżda lil hinn mill-awtorità, din il-ġimgħa stess diġà tħabbru numru ta’ miżuri importanti ħafna li se jwittu t-triq għal riforma sħiħa li se tkompli ssaħħaħ l-industrija, il-komunitajiet u lill-pajjiż. L-Aġenzija eżistenti se tara żieda fil-ħaddiema fid-diret-

torat tal-infurzar tagħha hekk kif huwa mistenni li n-numru ta’ spetturi ser jirdoppja salaħħar tas-sena, flimkien ma’ ingaġġ ta’ esperti li se jagħmlu l-iskrutinju neċessarju fuq il-method statements. Se jitnieda wkoll freephone ġdid fejn wieħed jista’ jċempel jekk ma jħossux sigur minħabba żvilupp li għaddej viċin id-dar tiegħu. Din hija miżura oħra li se tkompli tagħti serħan ilmoħħ lill-familji u li tiżgura li l-industrija tkun iktar sigura u sostenibbli. L-infurzar u l-ispezzjonijiet se jiżdiedu hekk kif l-ispetturi l-ġodda se jkunu inkarigati biex jagħmlu spezzjonijiet regolari fuq proġetti ta’ kostruzzjoni u jiżguraw li huma konformi mal-proċeduri regolatorji u amministrattivi. Se jinvesti-

Din se tkun awtorità bl-aqwa professjonisti u b’uffiċjali bħalma huma building inspectors, tekniċi u professjonisti, biex isir l-iskrutinju u compliance li l-poplu jistenna bi dritt

gaw kull rapport ta’ allegat irregolaritajiet u jiżguraw li n-notifiki ta’ infurzar jiġu segwiti dejjem, u dan qed isir permezz ta’ żjarat frekwenti fuq is-sit u jirrakkomandaw l-azzjonijiet meħtieġa, li jinżammu l-case files u li jżommu s-sistema tal-informazzjoni dwar l-infurzar aġġornata. Il-Gvern għandu wkoll ħsieb li jikkollabora ma’ professjonisti bħal periti biex jevalwaw id-dikjarazzjoni tal-metodu fuq twaqqigħ, skavar u xogħlijiet ta’ kostruzzjoni sottomessi mill-perit responsabbli mill-proġett. Tħabbret ukoll skema ġdida, il-Community Wellbeing Scheme li se tittella’ għal konsultazzjoni pubblika li biha l-iżviluppaturi se jkollhom iħallsu għall-analiżi tal-condition report u tal-method statement tal-ġirien fuq proġetti ta’ skavar u twaqqigħ. Il-bżonn ta’ twaqqif tal-awtorità huwa l-qafas li fuqu hu miktub ir-rapport tal-inkjesta mmexxija mill-Imħallef Quintano. Imma fil-ġimgħat li ġejjin se jitħabbru iktar riformi, skemi u miżuri, biex flimkien niksbu r-riżultati li lkoll nixtiequ. Din ir-riforma se timmodernizza, tissalvagwardja u ssaħħaħ l-industrija filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja u s-serħan il-moħħ tal-familji Maltin u Għawdxin.


13

28.02.2021

L-GĦAJXIEN TAN-NIES L-IŻJED IMPORTANTI

CLYDE CARUANA Ministru

Il-pandemija tal-COVID-19 impattat il-ħajja tan-nies minn żewġ aspetti. L-ewwel aspett huwa mil-lat ta’ saħħa fejn hawnhekk kellna sfidi mediċi biex naraw li nipproteġu l-ħajja tan-nies speċjalment dawk vulnerabbli. Kruċjali wkoll kien ix-xogħol li sar mill-kamp mediku biex dawk il-persuni li ġew pożittivi għall-COVID-19 jingħataw l-aqwa kura possibbli kif ukoll ħidma intensiva ta’ tilqim li bdiet minn dawk l-aktar vul-

nerabbli. It-tieni binarju li l-pandemija impattat kien il-lat ekonomiku, fejn hemmhekk jiddependi l-għajxien tannies. Minkejja li l-aspett tassaħħa huwa dejjem ta’ prijorità, daqstant ieħor huwa importanti li nissalvagwardjaw l-għajxien tal-familji Maltin u Għawdxin. Barra minn xtutna rajna l-isfidi kbar fuq l-impjiegi tan-nies fejn l-għajxien tagħhom sparixxa minn lejl għal nhar. Dan irriżulta f’xeni fejn rajna eluf ta’ nies mingħajr ħtiġijiet bażiċi bħall-ikel u f’qagħda finanzjarja mwiegħra ħafna. F’pajjiżna l-impatt xorta nħass. Dan l-impatt varja; min intlaqat ftit u min intlaqat ħafna. Iżda żgur li l-impatt ma kienx b’saħħtu daqs dak ta’ pajjiżi oħra. Ħafna kienu dawk li bdew ibassru li l-qgħad f’pajjiżna kellu jitla’ bejn 40 u 50 elf persuna. Dan ma ġarax, anzi pajjiżna baqa’ fost l-inqas pajjiżi bl-inqas rata ta’ qgħad fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni

Ewropea. Bħala Gvern bqajna naħdmu bis-sħiħ u nonfqu kemm hemm bżonn sabiex nibqgħu nipproteġu l-għajxien tal-poplu tagħna. U hekk se nkomplu nagħmlu. Din in-nefqa addizzjonali li l-Gvern nefaq matul l-aħħar xhur se twassalna għal defiċit ta’ bejn wieħed u ieħor 9.4% għas-sena 2020. Hawn ta’ min wieħed jispjega d-differenza li hemm bejn defiċit strutturali u dak ċikliku. Huwa inkwetanti jekk pajjiżna jkollu defiċit strutturali għaliex dak ikun ifisser li anke jekk l-ekonomija tkun sejra tajjeb, dan iddefiċit jibqa’ hemmhekk. Għaldaqstant, f’dak il-każ ilGvern ma jkollu ebda għażla għajr li jew inaqqas l-ispiża tiegħu jew jirrikorri għal żieda fit-taxxi. Min-naħa l-oħra hemm dak li jissejjaħ defiċit ċikliku - defiċit li jimxi mal-mod ta’ kif tkun sejra l-ekonomija. U dan huwa t-tip ta’ defiċit li se jkollu pajjiżna. Dan id-defiċit ċikliklu mhux biss għaliex l-ekonomija intlaqtet ħażin

mill-pandemija, iżda wkoll għaliex il-pandemija għadha magħna. Fi kliem ieħor, infiq addizzjonali li sar matul dawn ix-xhur ladarba tgħaddi l-pandemija mhux se jerġa’ jirrepeti ruħu. Fost dawn in-neqfiet insemmi n-nefqa addizzjonali fuq il-qasam tas-saħħa u dik tal-wage suppliment, fost l-oħrajn. Dawn it-tnejn biss flimkien jammontaw għal madwar 4% tal-prodott gross domestiku ta’ pajjiżna. Għaldaqstant, meta se niġu fiż-żmien fejn il-popolazzjoni ta’ pajjżna tkun ħadet it-tilqima kontra l-virus u nerġgħu naqbdu bil-mod il-mod ir-ritmu ekonomiku, id-defiċit jibda jonqos. B’dan il-mod bħala Gvern mhux se nkunu f’pożizzjoni li jew innaqqsu l-ispiża tal-pajjiż jew inżidu xi taxxi fuq il-poplu tagħna. Il-qagħda finanzjarja ta’ pajjiżna hija waħda iktar minn sostenibbli. B’hekk matul dan iż-żmien, il-Ministeru li tiegħu jien responsabbli qed jaħdem bis-sħiħ sabiex dak kollu li

rnexxielna nagħmlu b’tant suċċess sa issa nkomplu nsostnuh matul ix-xhur li ġejjin. Fl-istess waqt ukoll se nkomplu nkunu b’idejna fuq il-polz tal-ekonomija tagħna sabiex naraw liema huma dawk is-setturi li rpiljaw, dawk li baqgħu fejn kienu u kif ukoll dawk li marru lura. Se nibqgħu nistħarrġu l-pożizzjoni tal-ekonomija tagħna ħalli fejn hemm bżonn nagħmlu tibdil jew nagħtu iktar għajnuna dan nagħmluh. L-għajxien tan-nies huwa iktar importanti mid-deficit. Jasal żmien fejn id-defiċit għad jerġa’ jingħata l-prijorità ewlenija. Illum mhuwiex dak iż-żmien. Illum, wara l-ħtiġijiet tas-saħħa rridu nibqgħu naraw li l-ħaddiema jibqgħu fl-impjieg, is-self employed jerġgħu jaraw ix-xogħol tagħhom jirritorna bl-istess intensità u min investa jara l-investiment tiegħu jerġa’ jagħti l-frott fiż-żmien li ġej. Għalhekk, se naraw li l-prijorità tal-Gvern tibqa’ tkun ukoll l-għajxien tan-nies.

GĦODOD DIĠITALI U GĦARFIEN TAL-LINGWA

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Fil-jiem li għaddew għadna kif iċċelebrajna l-Jum Internazzjonali tal-Lingwa Materna— jum li jfakkar id-diversità kbira ta’ lingwi li għandna fid-dinja, il-ħtieġa li nibżgħu għalihom u s-sehem kruċjali tagħhom fit-tisħiħ tal-wirt kulturali talpopli li jitkellmuhom. Iżda fl-epoka diġitali, u aktar u aktar fl-eqqel ta’ pandemija li ġabet il-bżonn ta’ distanzi fiżiċi bejnietna, l-għarfien diġitali u l-abbiltà tagħna fl-użu tal-lingwa rridu niżguraw li jimxu dejjem aktar id f’id. Għalhekk, mhuwiex ta’ b’xejn li llum nitkellmu mhux biss fuq litteriżmu fis-sens tradizzjonali, jiġifieri li persuna tkun taf tikteb u taqra, iżda wkoll dwar il-litteriżmu diġitali — jiġifieri l-abbiltà li wieħed juża u jkun jaf iħaddem u jikkomu-

nika b’għodod u b’teknoloġiji diġitali. Fil-fatt, permezz tal-Pjan ta’ Azzjoni tagħha dwar l-Edukazzjoni Diġitali għas-seba’ snin li ġejjin, il-Kummissjoni Ewropeja għadha kif sejħet għal aktar kooperazzjoni bejn l-Istati Membri biex it-tagħlim diġitali jintlaħaq minn kulħadd, ikollu infrastruttura u livelli ta’ konnettività tajba, b’kontenut ta’ livell u għalliema li jkunu familjari sew mal-għodod elettroniċi ta’ tagħlim u taħriġ. Aktar ma jgħaddi ż-żmien, aktar l-ekosistema diġitali u dik tal-lingwa se jkunu qed jiddependu minn xulxin biex il-persuna tirnexxi. Il-ħidma tagħna ta’ kuljum se tkun dejjem aktar tiddependi fuq kemm aħna mħarrġa fl-użu tal-informatika u tal-pjattaformi diġitali, daqskemm fil-mod ta’ kif nikkomunikaw bil-lingwa verbali u miktuba. Iva, irridu kontinwament nibqgħu nieħdu ħsieb dawk il-persuni kollha li m’għandhomx aċċess diġitali tajjeb, minħabba l-età, jew diżabilità speċifika, jew sfidi oħra, u nsostnuhom bil-mezzi neċessarji biex itejbu ħajjithom u l-opportunitajiet tagħhom. Iżda, irridu naċċertaw ukoll li t-tagħlim u l-użu tal-lingwi fil-komunikazzjoni diġitali ikun dejjem iżjed disponibbli għal kulħadd, u ċertament, sa

mill-bidu nett tal-vjaġġ edukattiv ta’ wliedna. Fil-messaġġ tagħha għallJum Internazzjonali tal-Lingwa Materna, il-UNESCO saħqet fuq il-punt li t-tagħlim ibbażat fuq il-lingwa materna irid jibda minn kmieni f’ħajjet uliedna, għax dan it-tagħlim joħloq il-bażi għall-bqija tat-tagħlim kollu li l-persuna tirċievi tul ilħajja. B’rabta ma’ dan il-jum, fil-Parlament Ewropew ressaqt Mistoqsija Parlamentari li fiha tlabt aktar tagħrif mill-Kummissjoni Ewropea dwar il-livell ta’ impenn tagħha lejn politika li twessa’ l-użu tal-lingwi Ewropej permezz ta’ għodod elettroniċi u diġitali li jagħmlu Ewropa aktar demokratika fit-tħaddim tal-lingwi tagħha. Il-prinċipju tal-multilingwiżmu huwa wieħed protett fit-Trattati Ewropej, u permezz t’hekk iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jikkomunikaw mal-istituzzjonijiet Ewropej fi kwalunkwe mill-ilsna uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, inkluż l-ilsien Malti. Fil-fatt, fis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew, jien stess nagħmel dejjem mod li nuża lsien art twelidi — il-Malti — biex bih inwassal l-interventi tiegħi. Iżda lil hinn minn hekk, fil-jiem li għaddew sħaqt li t-tisħiħ u l-promozzjoni ta’ dan

il-prinċipju ewlieni — il-multilingwiżmu — għandhom ikunu żgurati wkoll permezz ta’ għodod diġitali adegwati u b’użu kemm jista’ jkun mifrux u aċċessibbli tagħhom. Kull lingwa tibqa’ għodda ewlenija li biha tgħix u tikber is-soċjetà li titkellimha. Is-saħħa ta’ lingwa spiss hi meqjusa bħala kejl ta’ kemm soċjetà tinvesti fiha nfisha u fl-għarfien tal-kulturi diversi fi ħdanha. Fi kliem ieħor, l-użu ta’ lingwi differenti — bħalma hu l-każ fl-Unjoni Ewropea — huwa mezz ta’ kif nibnu soċjetà li tikber b’mod aktar sostenibbli. U huwa proprju għalhekk li qajjimt dawn id-domandi mal-Kummissjoni Ewropea. Kemm qed jingħata inċentiv sabiex l-użu ta’ teknoloġiji ta’ traduzzjoni minn lingwa għal oħra jilħqu liċ-ċittadini Ewropej kollha? Kemm qegħdin naħdmu lejn demokrazija sħiħa fl-użu tal-lingwi u flaċċess għal riżorsi elettroniċi li bihom nistgħu naqraw, nitkellmu u nifhmu lil xulxin f’ilsna diversi? U b’liema modi qed nippromwovu għodod elettroniċi llum, bħalma hija pereżempju l-funzjoni awtokorrettiva fid-dokumenti, u nagħmluhom aċċessibbli għall-ilsna Ewropej kollha? Il-Kummissjoni Ewropea se

tkun qed timbarka fuq djalogu strateġiku mal-Istati Membri sabiex titħejja proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-fatturi li sal-2022 jistgħu jwasslu għal suċċess fittagħlim diġitali. Dan is-suċċess se jkun jiddependi wkoll fuq il-mod kif se nisfruttaw il-potenzjal tal-lingwa materna permezz tat-teknoloġiji, pjattaformi u mezzi ta’ komunikazzjoni fi żmienna. Dan jinkludi ukoll l-użu prudenti u mhux offensiv tal-lingwi tagħna fuq il-midja soċjali. Meta d-diskors online nżommuh fil-parametri tad-diċenza nkunu mhux biss qed nirrispettaw lil xulxin u lilna nfusna, iżda wkoll lill-ilsien tagħna u lil dawk kollha li jitkellmuh. Daqstant ieħor importanti huma inizjattivi fit-tagħlim diġitali li bihom jissaħħu l-kulturi lokali tal-pajjiżi u tar-reġjuni li fihom jitħaddmu l-ħafna lingwi li għandu l-kontinent Ewropew. L-investiment fl-ilsien Malti u fil-promozzjoni tiegħu jrid jissaħħaħ, u daqstant ieħor irridu nkomplu ninvestu fittaħriġ u fit-tkabbir tal-lingwa tas-sinjali bil-Malti. Għax fl-aħħar mill-aħħar, kull lingwa tagħtina lenti unika li minnha nħarsu lejn id-dinja — u li biha nifhmu aħjar lil xulxin.


14

28.02.2021

IT-TFITTXIJA GĦAL MALTIN M Dawk avvanzati fl-età jew midħla tal-istorja tat-Tieni Gwerra Dinjija jafu sew bil-konnessjoni tal-kamp ta’ Ballykinlar fl-Irlanda ma’ pajjiżna, jew aħjar ma’ numru ta’ Maltin li kienu ġew ospitati fih wara li ġew evakwati minn art twelidhom. L-istorja reġgħet tqanqlet dan l-aħħar meta, permezz ta’ Facebook, tnieda t-tentattiv biex jiġu identifikati Maltin li kienu f’dan il-kamp, jew dixxendenti tagħhom li jafu bil-ġrajja, li sabu l-wens dak iż-żmien taż-żagħżugħa Nora McClean bħala parti mit-taħriġ tagħhom biex jitgħallmu l-Ingliż. Il-barracks ta’ Abercorn, xi kultant imsejħin ukoll bħala l-barracks ta’ Ballykinlar jew Ballykinler, kienu bażi militari fl-Irlanda ta’ Fuq li lagħbu parti importanti fit-Tieni Gwerra Dinjija, għax fihom ġew milqugħin tfal refuġjati u nisa ta’ uffiċjali tas-servizz Ingliż minn Malta bejn l-1939 u l-1940. Minkejja li l-evakwazzjoni saret diffiċli wara Ġunju tal-1940, meta Franza waqgħet f’idejn l-għadu u l-Italja daħlet fil-gwerra, madankollu dan ma waqqafx milli jkunu evakwati tfal u nisa Ingliżi u Maltin miżżewġin lil Ingliżi lejn il-kampijiet ta’ Ballykinlar. Terġa’, is-sitwazzjoni biex titkompla l-evakwazzjoni tgħarrqet aktar minn Marzu tal-1941, meta Hitler bagħat lill-Ġeneral Rommel u l-Afrika Korps biex isalvaw lit-Taljani li kienu fil-Libja. Din l-azzjoni wasslet biex Malta saret iċ-ċentru tal-isforzi tar-Renju Unit biex ikunu interċettati l-provvisti tal-Ġermaniżi, it-Taljani u l-Ġappuniżi lejn il-Libja. Malta fiċ-ċentru tal-Gwerra Il-Prim Ministru Ingliż Winston Churchill kien laqqam lil Malta “The Unsinkable aircraft carrier”, u mhux ta’ b’xejn! Minn pajjiżna l-forzi tal-ajru u talbaħar tar-Renju Unit kienu jitilqu jattakkaw il-vapuri tal-għadu. F’dak li l-istoriċi jsemmuh bħala “l-Assedju ta’ Malta”, tant li konna sirna l-aktar pajjiż ibbumbardjat fit-Tieni Gwerra Dinjija, il-forzi Ġermaniżi u Taljani kienu jitilqu minn Sqallija u Sardenja jattakkaw bla ħniena lil pajjiżna, bil-portijiet, bliet u postijiet strateġiċi jispiċċaw vittmi ta’ mhux inqas minn 3,000 rejd. Il-pjan kien li Malta taqa’ f’idejn l-għadu u sservi ta’ bażi għall-Ġermaniżi, it-Taljani u l-Ġappuniżi. L-awtoritajiet installaw difiża estensiva u ħaffru sensiela ta’ bunkers, xelters u mini taħt il-Belt Valletta biex il-Maltin ikunu jistgħu jistkennu mill-qilla tal-attakki. Imma, bl-għajnuna tal-convoys, Malta ma waqgħetx u l-assedju ġie fi tmiemu f’Novembru tal-1942, meta l-għadu tilef it-Tieni Battalja ta’ El-Alamein fl-Eġittu. Qabel din ir-rebħa, Lord Gort li sar il-Gvernatur ta’ Malta f’Mejju tal-1942, kien reġa’ beda bl-evakwazzjoni minn Malta ta’ nisa u tfal ta’ uffiċjali u ħaddiema tas-servizz Ingliż. Ma’ dawn bdew jiġu evakwati wkoll dawk li kienu morda u wkoll Maltin li ma kellhomx impjieg. Dan beda jsir biex kemm jista’ jkun ma jkunx hemm piż fuq ir-razzjon ta’ ikel u fuel, li kienu limitati ħafna. Matul Ottubru ta’ dik is-sena telqu minn Malta 102 persuni. L-aħħar ajruplan li telaq minn Malta bir-refuġjati kien lejn tmiem Ottubru, li sfortunatament kien involut f’inċident u ġġarraf f’Ġibiltà fejn ħalla 15 mejtin u 11 feruti. Kien hemm xi gruppi oħrajn li kienu evakwati minn Malta, meta nsibu li minn Frar tal-1943 ’l quddiem, telqu minn pajjiżna 2 persuni fi Frar, 20 matul Marzu, 21 matul April u 18 matul Mejju. Ir-refuġjati Maltin Meta l-Ingilterra bdiet tevakwa lin-nisa u lit-tfal tal-uffiċjali Ingliżi u ħaddi-


28.02.2021

15

MILL-KAMP TA’ BALLYKINLAR ema tas-servizz minn Malta, dan ma kienx b’mod obbligatorju, imma l-War Office inkoraġġiet lin-nisa u t-tfal ta’ dawn u wkoll ta’ uffiċjali u ħaddiema oħrajn tas-servizz li ntbagħtu f’pajjiżi oħrajn minn Malta, biex jirritornaw lejn ir-Renju Unit. F’April tal-1939 kien hemm madwar 70 mara u tfal li waslu fil-port ta’ Plymouth fuq il-vapur tal-passiġġieri Rawalpindi, li l-Ingliżi kienu dawruh f’bastiment merkantili armat. Ritratt interessanti hu dak miġbud fit-3 ta’ Settembru tal-1940 li juri tfal Maltin qed jingħataw il-ħalib fl-Ingilterra. Il-ħalib kien għotja mill-Istati Uniti tal-Amerka. Ir-ritratt ittieħed waqt il-blitz, għalhekk hu maħsub li eventwalment dawn it-tfal kienu trasferiti ’l barra mill-belt għal postijiet aktar siguri mill-ħbit tal-gwerra, fosthom lejn Ballykinlar fl-Irlanda. Ta’ min jinnota li dawk minn Ġibiltà kienu jiġu evakwati bil-familja sħiħa tagħhom, bin-nanniet b’kollox, imma fir-ritratti li fihom jidhru l-Maltin filkamp ta’ Ballykinlar, jidhru biss nisa u tfal tal-uffiċjali jew ħaddiema tasservizzi Ingliżi. Nora McClean Ir-refuġjati Maltin f’dan il-kamp kienu fil-parti l-kbira tagħhom jitkellmu ovvjament bil-Malti jew bl-ilsien Taljan. Kien għalhekk li daħlet ċerta Nora McClean, bint il-kunsillier Arthur, li ta’ 18-il sena kienet ta’ kuljum tivvjaġġa bir-rota lejn il-kamp biex tgħallem l-ilsien Ingliż lill-Maltin. Bejn Nora u l-istudenti tagħha nibtet ħbiberija, tant li Nora żammet u kienet tgħożż 12-il ritratt ta’ tfal Maltin li kienet tgħallem, flimkien ma’ ommijiethom. Ir-ritratti ttieħdu fil-barracks ta’ Ballykinlar, fejn dawn kienu jgħixu. Uħud li jidhru fir-ritratti jistgħu jkunu Irlandiżi jew Ingliżi, imma wħud huma żgur Maltin. Hemm tfal li jidhru lebsin brieret mogħtija lilhom minn truppi tal-Istati Uniti li kienu wkoll ibbażati fil-kamp. Dan iwassal lir-riċerkaturi għad-data 1943-1944, meta allura Nora McClean kienet kbira biżżejjed biex tgħallem l-ilsien Ingliż lil dawn it-tfal. Sfortunatament ma hemm l-ebda indikazzjoni la tal-ismijiet tat-tfal, jew x’sar minnhom, minkejja li huwa maħsub li ħafna minnhom irritornaw lejn Malta wara t-tmiem tal-Gwerra. Wara l-kamp ta’ Ballykinlar, Nora marret Liverpool u hemm bdiet taħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa u s-Sigurtà Soċjali sakemm irtirat bl-età. F’Liverpool iltaqgħet ma’ Bill Sexton, iżżewġu u kellhom tliet subien, John, James u Dennis. Nora mietet fl-1 ta’ Settembru tal-2010. Warajha ħalliet ir-ritratti msemmijin, li qanqlu kurżità u wasslu għat-tfittxija għall-ismijiet tat-tfal u x’ġara minnhom. Proġett tal-Unjoni Ewropea Din ir-riċerka hi proġett li għandu l-appoġġ tal-programm speċjali tal-Unjoni Ewropea, Peace Programme IV. Il-proġett ilu għaddej jirriċerka l-ħajja ta’ dawk li okkupaw il-barracks bejn l-1914 u l-1950. Madwar 100 persuna qed jipparteċipaw fil-proġett bl-għajnuna ta’ tim mill-Queen’s University ta’ Belfast, li fost oħrajn jorganizza żjarat, mexxa riċerka u intervisti, u ddiġitalizza dokumenti u ritratti importanti fost xogħol ieħor. Jekk hawn min jaf b’konnessjoni ta’ Maltin u l-kamp ta’ Ballykinlar, jista’ jagħmel kuntatt ma’ din il-gazzetta u nieħdu ħsieb immexxu l-informazzjoni.


16

28.02.2021

SOLUZZJONI KIRJIET TA’ QABEL L-1995

EDWARD ZAMMIT LEWIS Ministru

Il-Ħadd li għadda l-Prim Ministru Robert Abela tkellem dwar il-kwistjoni tal-kirjiet hekk imsejħa ‘protetti’ f’pajjiżna, jiġifieri l-kirjiet li ġew kostitwiti qabel l-1 ta’ Ġunju, 1995. Sentenza li laqtitni mid-diskors tiegħu hija din li ġejja: “Mhu se nħallu lil ħadd jispiċċa mingħajr saqaf fuq rasu.” Dan hu l-prinċipju li ser imexxina f’riforma storika li hemm bżonn f’dan is-settur.

M’hemmx dubju li din hija sfida li rridu nilqgħu u nindirizzaw. Din l-isfida qiegħda dejjem issir aktar akuta sforz ukoll tas-suċċess ekonomiku li għadda minnu pajjiżna f’dawn l-aħħar ħames snin fejn eluf ta’ barranin għal raġuni jew oħra jridu jiġu joqogħdu f’pajjiżna. Dan minnu nnifsu huwa ċertifikat ta’ ekonomija vibranti u wkoll ta’ livell t’għajxien u kwalità ta’ ħajja tajba li qiegħda tattira mhux biss turisti, imma persuni li jieħdu deċiżjoni li jiġu jirrisjedu f’pajjiżna. Dan wassal biex il-valur tal-proprjetà f’pajjiżna baqa’ dejjem jogħla. Dan irid jittieħed ukoll f’kuntest li f’pajjiżna għandna aktar minn 80% sidien ta’ darhom li hija xi ħaġa pożittiva ħafna. PN passiv Kuntest ieħor huwa li fis-sena 2013, il-Partit Laburista li ħa t-tmun tal-pajjiż ma sab l-ebda politika li tindirizza din il-kwistjoni li kienet dejj-

em qiegħda tikber minħabba sentenzi li saru dejjem aktar konsistenti min-naħa tal-Qorti ta’ Strasburgu, dar il-jeddijiet fundamentali tal-bniedem li bdew jiġu addottati mill-qrati tagħna b’ċerta konsistenza wkoll. Kienet saret riforma waħda mill-PN fis-sena 2009 li messet dawn il-kirjiet ‘protetti’ però l-effett tagħha kien wieħed minimu. Amministrazzjoni li tagħti soluzzjonijiet Il-biża’ ta’ dawk il-familji li qegħdin bħala inkwilini f’dawn id-djar hija li jispiċċaw barra minn darhom. Hija biża’ li timmerita li tiġi ikkunsidrata. Il-qrati tagħna qed isostnu li s-sid għandu jkollu kera ġusta għall-proprjetà li hu qed jikri. Tajjeb li ngħidu li llum il-proprjetà għoliet ġmielha u postijiet fejn hemm ħafna minn dawn il-kirjiet bħall-Belt Valletta, Tas-Sliema, il-Birgu u Bormla l-proprjetà għoliet ħafna.

Għalhekk, jekk kellek tiffissa kera ġusta ser tispiċċa b’kera li mhix affordabbli għal dawn l-inkwilini li ħafna minnhom illum huma anzjani jew bi bżonnijiet oħra. Il-Gvern għalhekk qed jara li jkun hemm soluzzjoni bażika li jidħol il-prinċipju tal-proporzjonalità fejn tidħol il-kera li għandu jieħu s-sid li għandha tkun waħda ġusta. Min-naħa l-oħra dawn l-anzjani u l-persuni vulnerabbli għandhom jiġu mwieżna sabiex ma jbatux minħabba kera li togħla f’daqqa, iżda xorta waħda jkollhom garanzija li jibqgħu f’dik il-proprjetà. Din ser twassal għal spiża tal-Gvern t’għexieren ta’ miljuni t’ewro. Il-Gvern lest li jagħmel din l-ispiża ħalli tirrenja l-ġustizzja soċjali f’pajjiżna bil-fatti. Il-proċess quddiem il-Bord Li Jirregola l-Kera għandu jibqa’ għaliex hemmhekk kulħadd isemma’ leħnu u jkun Bord indipendenti u imparzjali li jasal għal kera ġusta.

Kulħadd b’saqaf fuq rasu Għalhekk, apparti dawn is-soluzzjonijiet, hemm ukoll politika tal-Gvern dwar il-Housing li ser tħalli bħala units disponibbli fil-ġejjieni qrib ammont ta’ 1,700 unit. Dan ser iwassal flimkien mal-miżuri li għadni kif semmejt li kulħadd jista’ jserraħ rasu li għandu Gvern li jaf x’qed jagħmel u jiġri x’jiġri, anke jekk huwa l-aktar batut u vulnerabbli, ser isib saqaf fuq rasu. Ser jibqgħu jinħolqu wkoll inċentivi sabiex dak li jkun jiġi megħjun isir sid ta’ daru sabiex Malta tibqa’ fuq quddiem nett fl-Ewropa fejn il-familji tagħna huma sidien ta’ darhom. Dan huwa biss possibbli għaliex dan hu Gvern li jippjana u ma jitfax il-problemi taħt it-tapit. Dan huwa l-Gvern tal-ġustizzja u l-mobilità soċjali. Kif indirizza din l-isfida li ilha magħna tal-anqas għal dawn l-aħħar 20 sena huwa xhieda ta’ dan. Gvern tannies u man-nies.

FLIMKIEN NEGĦLBU L-ISFIDI

STEFAN ZRINZO AZZOPARDI

Segretarju Parlamentari

na bħalha qabel. Pajjiżna intlaqat bħall-kumplament tad-dinja u l-pandemija ħalliet u għadha qed tħalli effetti kemm fuq issaħħa tan-nies kif ukoll fuq l-ekonomija tal-pajjiż. Kien għall-għaqal tal-Gvern li pajjiżna qed jirnexxilu jikkumbatti din il-pandemija fuq il-front tas-saħħa u fuq dak ekonomiku bl-akbar reżiljenza u bl-inqas tbatija possibbli għall-poplu Malti u Għawdxi. L-ewwel fl-Ewropa fit-tilqim

Il-pandemija COVID-19 ġabet lid-dinja wiċċ imb wiċċ ma’ realtà ġdida li ftit kienu joħolmu li stajna ngħaddu minnha. Fl-aħħar jiem l-Istati Uniti tal-Amerka fakkru n-nofs miljun vittma tal-pandemija. Dan fisser li fl-Istati Uniti fil-pandemija ntilfu ħajjiet daqskemm il-pajjiż tilef fi tliett gwerer sħaħ. Eluf kbar ta’ nies oħra mietu fil-kumplament tad-dinja u hemm miljuni kbar li ġew infettati li wħud minnhom anke komplew isofru l-konsegwenzi wara li fiequ mill-infezzjoni tal-COVID-19. Barra l-konsegwenzi diretti fuq is-saħħa tan-nies, il-pandemija ġabet magħha wkoll kriżi ekonomika internazzjonali kbira li ftit jew qatt ma raj-

Issa li l-programm tat-tilqim kontra l-virus tal-COVID-19 miexi ġmielu u ninsabu fl-ewwel post fl-Unjoni Ewropea kollha fir-rata tat-tilqim, qed tikber it-tama li fix-xhur li ġejjin ikollna l-kundizzjonijiet meħtieġa biex il-ħajja tagħna tibda ġejja lura għan-normal. Dan huwa żmien delikat fejn irridu nkomplu nħarsu il-miżuri tas-saħħa pubblika biex inkomplu nikkontrollaw l-imxija u l-mixja tagħna lejn in-normalità tkun aktar ħafifa. Huwa importanti li fix-xhur li ġejjin nerġgħu naraw tikber l-attività fis-settur turistiku hekk kif pajjiżi bħar-Renju Unit, fejn hemm rata għolja ta’ tilqim, ser jibdew jiftħu l-ajruporti tagħhom u jippermettu

liċ-ċittadini Brittaniċi jerġgħu jibdew isiefru. It-turiżmu f’pajjiżna ilu wieqaf xhur sħaħ u kien bis-saħħa tal-għajnuna kbira mogħtija mill-Gvern lil dan il-qasam, li ġew salvati eluf ta’ impjiegi fis-settur turistiku. Għandna bżonn ukoll normalità fil-qasam tas-saħħa stess fejn il-kura għall-vittmi tal-pandemija ħadet prijorità fuq kull servizz ieħor mogħti fl-isptarijiet tal-Gvern. Irridu naraw li tibda tonqos il-pressjoni fuq is-servizzi tas-saħħa u anke f’dan il-qasam nirritornaw għan-normal. Irridu wkoll li t-tagħlim fl-iskejjel kollha tagħna jerġa’ jiġi għan-normal. Minkejja l-isforzi kbar li saru, il-miżuri li ttieħdu ħallew effett fuq l-edukazzjoni. Għandna niżguraw li l-ebda tifel jew tifla ma jaqgħu lura. Dawk it-tfal li setgħu waqgħu lura għax forsi ma setgħux jirċievu t-tagħlim tagħhom sħiħ u komplet bħal qabel irridu ngħinuhom biex jirkupraw dak li tilfu. Huwa fl-interess tagħna lkoll li ma nitilfux ġenerazzjoni ta’ tfal li jkunu waqgħu lura fl-edukazzjoni tagħhom minħabba l-pandemija.

emna, l-inqas ħaġa li għandu bżonn pajjiżna huwa ħafna diskors żejjed dwar l-elezzjoni. Mhux diskors responsabbli tal-Kap tal-Oppożizzjoni li għax jaħseb b’mod limitat, irid li l-pajjiż joħroġ mill-pandemija biex immorru għall-elezzjoni. Irridu noħorġu mill-pandemija biex inħarsu is-saħħa tan-nies, biex in-nies jerġgħu jibdew jgħixu ħajja normali, il-familji jiltaqgħu flimkien fejn u meta jridu, nerġgħu nibdew ingawdu lill-anzjani tagħna u n-nanniet igawdu n-neputijiet. Irridu li nirbħu lill-pandemija biex terġa’ tibda ddur bis-saħħa ir-rota tal-ekonomija tal-pajjiż ħalli jgawdu l-ħaddiema u l-familji tagħhom u s-sidien tan-negozji. Irridu noħorġu mill-pandemija biex jerġgħu jibdew l-attivitajiet kulturali u reliġjużi, il-festi sbieħ tagħna. L-elezzjoni hija mument li fih il-poplu jagħżel min imexxi l-pajjiż iżda, illum pajjiżna għandu Gvern li jieħu d-deċiżjonijiet it-tajba u li jagħmel l-għażliet favur il-poplu u fl-aħjar interess tiegħu. Il-politika mhijiex logħba elettorali iżda mezz kif nagħmlu l-aħjar għażliet għan-nies li qed jistennew risposti għall-isfidi Diskors irresponsabbli li qed niffaċċjaw bħalissa u dawk li rridu nitħejjew għaliFi żmien ta’ sfidi kbar quddi- hom fil-ġejjieni.

Irkupru ekonomiku u investiment Quddiemna għandna żmien importanti li fih rridu nfasslu u nwettqu l-irkupru ekonomiku għal pajjiżna. Irridu nilħqu miri importanti bħalma huma l-bidliet lejn l-ekonomija l-ħadra u dik diġitali. Min qed jara sal-ponta ta’ mnieħru u jrid li noħorġu mill-pandemija biex immorru għall-elezzjoni waqa’ fin-nasba li beda jisparla b’hekk imsejħa pjani li meta tagħsarhom ssib li mhuma pjani xejn għax la għandu idea ta’ miri ċari, la kemm jiswew, u lanqas kif se jitwettqu b’mod sostenibbli. Filwaqt li nkomplu nieħdu l-miżuri biex negħlbu l-pandemija, irridu ninvestu għall-futur. Dan huwa żmien li fih, bħala Gvern serju qed infasslu pjan ċar ta’ kif se nkunu qegħdin ninvestu it-€2.27 biljun ta’ Fondi Ewropej li pajjiżna qed jiġi allokat għas-seba’ snin li ġejjin. Qegħdin nippjanaw proġetti u inizjattivi li rridu nwettqu fiż-żmien li ġej biex insaħħu mill-ġdid l-ekonomija ta’ pajjiżna u nirnexxu fil-futur. Pajjiżna għandu tmexxija li qed tagħmel l-aħjar għażliet. Tmexxija li qed taħdem b’viżjoni li se twassal biex inkomplu mexjin ’’il quddiem u niksbu suċċess.


17

28.02.2021

ENERĠIJA MIR-RIĦ huwa ideali, it-turbini jiġu magħrufin li joħolqu disturmanifatturati u trasportati fuq banza bi ħsejjes li dawn jipprois-sit wara li tkun ġiet installa- duċu biex jaħdmu. Dan huwa ta bażi b’saħħitha biżżejjed li fost l-aktar impatt negattiv li tkun tista’ terfa’ dak il-piż. jdejjaq in-nies. Dan għaliex Meta qed nitkellmu fuq siti il-ħsejjes li tipproduċi turbina fuq il-baħar, l-ispiża hija ferm waħda, jista’ jinstema’ minn iktar għolja milli kieku dawn distanzi kbar. Immaġina meta jitwaħħlu fuq l-art. Dan għaliex jkollok grupp ta’ madwar 80 anki l-proċess innifsu ta’ in- jew 100 turbina kollha jaħdmu stallazzjoni huwa ferm u ferm flimkien. Ħafna huma dawk aktar diffiċli. Ħafna drabi jkun li jirrakkuntaw kif il-kwalMARIO FAVA meħtieġ li jiġu kkummissjona- ità ta’ ħajja tagħhom b’dawn President Sezzjoni Kunsilliera PL ti vapuri apposta (jinbnew ap- it-turbini inqalbet ta’ taħt fuq. posta) sabiex dawn it-turbini jkunu jistgħu jiġu trasportati u Il-porzjon tal-art jew baħar L-enerġija mir-riħ, bla ebda installati fil-post. dubju ta’ xejn, toffri l-aqwa Il-fatt li l-istudji tar-riħ jiddetvantaġġi fir-rigward ta’ enerġi- Impatt fuq il-viżiv taw fejn jiġu installati dawn ja nadifa. Minkejja dan, iġġorr it-turbini, fl-aħjar post jista’ magħha wkoll għadd ta’ żvan- Għalkemm qed isir sforz kbir jkun hemm l-akbar bijodivertaġġi notevoli li wieħed irid biex id-disinn ta’ dawn it-turbi- sità, kemm fuq l-art kif ukoll jikkunsidra bis-serjetà jekk ni jkun innovattiv kemm jis- fil-baħar. Dan allura jista’ tassew ikun qed jikkunsidra ta’ jkun, xorta waħda, dawn jwassal biex ikun hemm imdin it-tip ta’ enerġija, speċ- għandhom impatt negattiv patt negattiv kbir fuq qiegħ jalment f’pajjiż bħal Malta, meta wieħed iħares lejhom. il-baħar jew art argikola għal minħabba ċ-ċokon tagħna. Meta jkollok installazzjoni kbi- diversi snin. ra ta’ turbini ħdejn xulxin, u Ir-riħ huwa inkonsistenti biex ikollok effett mixtieq irid Sigurtà ikollok ammont sostanzjali L-enerġija mir-riħ għandha ħdejn xulxin, iż-żona tiġi rvi- Kif jaf kulħadd, il-fenomini ħafna komuni mill-enerġija nata. Minkejja li xi kultant issib tan-natura fl-aħħar 20 u 30 tax-xemx f’termini ta’ konsis- min ma jsibx daqstant oġġez- sena żdiedu qatigħ. Il-fretenza. Għalkemm l-enerġija zjoni, il-maġġoranza jaqblu li kwenzi ta’ urugani, ċikluni mir-riħ tikkwalifika bħala sors dawn għandhom impatt viżiv u tempesti oħra kbar żdiedu rinovabbli, il-qawwa tar-riħ negattiv. Fil-fatt, hemm każi- fil-frekwenza. Dan ifisser li tinbidel kuljum. Dan jista’ jkun jiet fejn numru ta’ persuni, dawn il-maltempati estremi ta’ żvantaġġ enormi għal dawk f’diversi okkażjonijiet, spiċċaw jistgħu jikkawżaw danni kbar li jipproduċu t-turbini tar-riħ, il-qrati sabiex jassiguraw li lil dawn it-turbini u li jistgħu li jinvestu kemm jifilħu fis-set- ma jiġux installati wind farms wkoll ikunu ta’ dannu għastur biex imbagħad jispiċċaw fil-viċinanzi, anki jekk fuq il- saħħa u s-sigurtà tan-nies. b’bidliet drastiċi fil-qawwa tar- baħar b’viżwali mill-art. Il-ħsara li tista’ ssir lit-turbini riħ. mill-att finanzjarju hija waħHuwa proprju għalhekk li L-impatt fuq it-tajr da eżorbitanti. min jaħdem f’din l-industrija jrid jagħmel ir-riċerka tiegħu Żvantaġġ li għandhom dawn Il-post sew sabiex isib l-aħjar żona it-turbini huwa fuq it-tjar possibbli bi preċiżjoni qabel tal-arju u speċi oħra simi- It-turbini tar-riħ huma tajbin ma biss jibda jaħseb li jagħmel li. Numru kbir ta’ għasafar għal reġjuni kostali li minnużu minn din it-teknolġija. Fil- jiġu maqtula b’riżultat ta’ im- hom tgħaddi qawwa kbira ta’ post fejn dawn jitpoġġew irid patt mal-fannijiet ta’ dawn riħ b’mod kostanti, is-sena ikun hemm riħ suffiċjenti u it-turbini u jispiċċaw litteral- kollha, sabiex ikun jista’ jiġi kostanti. Dan jispjega l-fatt li ment imqattgħa. Huwa stmat ġġenerat l-elettriku. Għalħafna drabi meta tara turbini u rappurtat li dawn it-turbini daqstant, pajjiżi u reġjuni li tar-riħ, ikunu elevati fuq għol- eliminaw għadd ta’ speċi li m’għandhomx kosta b’riħ jiet, muntanji jew fuq il-baħar, jkunu qed jemigraw minn fuq qawwi u għoljiet, jispiċċaw fejn hemm l-inqas possibbiltà il-baħar. ma jiħdux il-vantaġġ li dawn ta’ ostaklu li b’xi mod jista’ jxBarra dan, biex jiġu instal- it-turbini jistgħu joffru. Kif ejjen il-qawwa tar-riħ. lati dawn it-turbini, jeħtieġ li għedna, il-post għal dawn jsir tħaffir fil-fond ħafna u dan it-turbini huwa kruċjali. BħalTurbini tar-riħ jirrikjedu iħalli impatt negattiv kbir fuq ma l-enerġija tax-xemx tirrikinvestiment kapitali kbir l-abitat ta’ taħt l-art. jedi ammont ta’ xemx biex tiġi fil-bidu tal-proġett ġġenerata, bl-istess mod, biex Noise Pollution tipproduċi l-enerġija mir-riħ, Diġà sar ħafna sabiex possitrid riħ qawwi u kostanti l-ħin bilment titnaqqas l-ispiża biex It-turbini tar-riħ huma kollu. jiġu installati dawn it-turbini. L-ispiża ġenerali, minkejja kollox, għadha waħda kbira ħafna. L-ewwel pass li jrid isir biex tiġi installata turbina, huwa li jsir Huwa proprju għalhekk li min jaħdem eżami rigoruż u dettaljat sabiex jiġi stabbilit il-qawwa tarf’din l-industrija jrid jagħmel ir-riċerka riħ f’dik iż-żona partikolari. Dan jinvolvi li titpoġġa turbina tiegħu sew sabiex isib l-aħjar żona possibbli biex ikun jista’ jiġi mkejjel irbi preċiżjoni qabel ma biss jibda jaħseb li riħ fuq perjodu ta’ żmien. jagħmel użu minn din it-teknolġija Jekk dak il-post jinstab li

MINN SAN BENEDITTU GĦALL-HOSPICE MALTA Minkejja li l-pandemija ġabet ħafna restrizzjonijiet magħha, l-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ San Benedittu f’Ħal Kirkop żammet il-filantropija fuq quddiem tal-aġenda tagħha. Fil-fatt f’Ottubru u Novembru saru żewġ casual days marbuta ma’ Pink October u Movember, fejn l-istaff u l-istudenti kienu ħielsa jagħtu donazzjoni, li wasslu biex inġabret is-somma ta’ €1,228.21. Fl-aħħar jiem din is-somma ġiet ippreżentata mis-Surmast Adrian J. Galea lill-Kap Eżekuttiv ta’ Hospice Malta Kenneth Delia, li rringrazzja lill-iskola tal-im-

penn tagħha u spjega kif din is-somma se tkun qed tgħin biex ikompli jitwettaq ilproġett St Michael Hospice. Dan il-proġett ambizzjuż, li diġà nbeda x-xogħol fuqu, hu stmat li se jiġi jiswa ’l fuq minn €12-il miljun. Bih se jkunu qed jitwessgħu l-faċilitajiet u s-servizzi diġà offruti mill-Hospice Malta, li ilhom jingħataw sa mill-1989. Min-naħa tiegħu, isSur Galea awgura li dan ilproġett, li hu maħsub li jitlesta lejn l-aħħar tas-sena d-dieħla, isaħħaħ is-servizzi u l-kontribut li Hospice Malta dejjem tat lill-pazjenti b’mard serju.

IL-MAMMIFERI TA’ MALTA TAĦT IL-LENTI F’WEBINAR Il-mammiferi li jgħixu fil-Gżejjer Maltin se jiġu diskussi f’webinar li Heritage Malta se xxandar b’mod dirett fuq Facebook nhar it-Tlieta 9 ta’ Marzu fis-6:30pm. Bit-titlu Il-Mammiferi f’Malta – minn Żmien is-Silġ sal-Lum, il-webinar se jkun jikkonsisti fi preżentazzjoni ta’ 20 minuta minn John J. Borg, Kuratur Anzjan għall-Istorja Naturali fi ħdan Heritage Malta, segwita minn sessjoni iqsar ta’ mistoqsijiet u tweġibiet. Il-preżentazzjoni se ssir bil-Malti iżda se jkun hemm sottotitli bl-Ingliż. Il-parteċipanti se jittieħdu għal dawra virtwali f’Għar Dalam, Wied Dalam u l-inħawi kif ukoll fil-Mużew tal-Istorja Naturali biex jiskopru l-fawna mammifera ta’ pajjiżna. Il-preżentazzjoni se tkopri l-wasla f’Malta ta’ mammiferi

ta’ Żmien is-Silġ bħal iljunfanti u ippopotami; l-estinzjoni ta’ għadd ta’ speċi minħabba diversi fatturi, fosthom il-livell ogħla tal-ilma, l- iżolament, in-nuqqas ta’ ikel u l-wasla tal-ewwel bnedmin; kif ukoll is-sopravivenza ta’ speċi oħra li rnexxielhom jibqgħu magħna sal-preżent. John J. Borg se jagħti wkoll tagħrif dwar ix-xogħol li għaddej bħalissa biex jiġi kkompilat l-ewwel Atlas Nazzjonali ta’ Mammiferi Maltin, fejn se jiddeskrivi fil-qosor it-tekniki differenti użati biex jinstabu u jiġu rrekordjati mammiferi differenti, jispjega l-proċess ta’ diġitalizzazzjoni involut u kif wieħed jista’ jissottometti s-sejbiet tiegħu fuq il-paġna ta’ Facebook tal- Mużew tal-Istorja Naturali. Aktar tagħrif jinsab hawn: www.heritagemalta.org.


18

28.02.2021

TIEQA FUQ Ħ’ATTARD TAL-IMGĦODDI F’kull lokalità Maltija ssib xi persunaġġ li jagħraf jiġbor it-tifkiriet antiki ta’ niesu, b’mod li ma jitħassrux aktar maż-żminijiet u l-annati jitbiegħdu. Ikunu dawn it-tifkiriet li jibqgħu jixhdu l-ħajja ta’ missirijietna, altrimenti, kollox jintilef u jintesa. Illum ħsibt li nġib xi tagħrif fuq Ħ’Attard, li kien ġabar CARMEL MALLIA, għalliem, bniedem reliġjuż u rispettat ferm kemm f’Ħ’Attard fejn trabba, kif ukoll f’Ħal Balzan fejn kien jgħix, qabel ma ħalliena fl-10 ta’ Jannar li għadda. Huma tabilħaqq xrariet tad-deheb. Minn CHARLES B. SPITERI Wieħed jista’ faċilment jgħid li l-istorja ta’ kull belt u raħal tnisslet u ssawret mill-istess nies li kienu jgħixu fihom fl-antik. Carmel Mallia, li twieled f’Ħ’Attard fl-1928 ġabar dak kollu li jiftakar sassnin 50, peress li minn dak iżżmien ’l hawn Ħ’Attard żviluppa b’mod mgħaġġel. Skont hu, kienu n-nies tas-sengħa li fil-biċċa l-kbira ffurmaw u kienu s-sinsla tarraħal. Kienu nies, li biex jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum kienu jegħrqu l-għaraq ta’ ġbinhom. U x’tip ta’ snajja’ kienu jinstabu f ’Ħ’Attard? Waħda mill-eqdem snajja’, mhux biss f’Ħ’Attard iżda kullimkien, kienet żgur il-biedja. F’Ħ’Attard kien hemm numru ta’ familji li kellhom xi għalqa kbira jew żgħira li kienu jaħdmuha tul is-sena kollha u għalhekk l-għajxien tagħhom kien jiddependi biss mir-raba’. Oħrajn kienu jaħdmu r-raba’ wara l-ħin tax-xogħol u jikkuntentaw b’dawk il-prodotti li jirnexxilhom ikabbru u jieklu huma stess u l-familji

tagħhom. Fosthom kienu jinsabu wkoll bdiewa oħra li jaraw kif ikabbru l-firxa tar-raba’ tagħhom, fejn apparti l-irġiel, kienu jaħdmu l-membri kollha tal-familja, inklużi t-tfal, minn tlugħ ix-xemx sa nżulha. Fost dawn in-nies tar-raba’ jissemmew Vestru Camilleri u wliedu. Kien hemm ‘il-Qaddis’ u wliedu. Ieħor kien ‘Ta’ Strinġi’ u ibnu Ġanni. Oħrajn magħrufin sew kienu l-aħwa ‘Ta’ Wenz’, li kellhom ir-raba’ tagħhom fin-naħa tattriq ta’ Ħal Qormi, u l-aħwa ‘Ta’ Wistin’, fin-naħa ta’ Ħal Warda. Aħwa oħra kienu ‘Tal-Morini’, bir-raba’ n-naħa ta’ Ħaż-Żebbuġ u l-aħwa ‘Tan-Nabukku’. Ma’ dawn il-bdiewa jiżdiedu l-aħwa ‘Tad-Dewdew’, u familja oħra kienet ‘Ta’ Gatt’. Bdiewa oħra kienu Pawlu Vella ‘Ta’ Grejbel’ u Ġanni Dingli. Dan kien l-uniku wieħed f’Ħ’Attard kollu, li kien jaħdem ir-raba’ tiegħu bilbaqra. Imbagħad kien hemm l-aħwa Said: Mikiel u Ġużepp ‘Tad-Derder’; Salvu Said ‘Il-Bellusi’; l-aħwa xebbiet

‘Tal-Kaċċatur’, li aktar tard ir-raba’ tagħhom għadda f’idejn ‘Xandra’. Dan ir-raba’ kien quddiem l-‘M4’ u kien jestendi aktar ’il fuq mid-dar tal-anzjani Santa Katarina. Bidwi ieħor kien Kola ta’ ‘l-Għasfurin’, li kellu r-raba’ tiegħu f’Ta’ Vnezja. Kien hemm ukoll ċertu Said ‘Tas-Sottomarin’ u ieħor li kellu r-raba’ lejn il-Mosta u li kien magħruf bħala ‘Palò’. Insibu wkoll lil Grezzju Cini, li għalkemm qabel kien jaħdem fil-ġebel, wara l-mewt ta’ missieru, intefa’ għall-biedja fir-raba’ li kellu qrib it-Triq tar-Rabat u biċċiet oħrajn lejn Sqaq in-Nigret. Kien hemm imbagħad nies oħrajn bi ftit raba’ jew xi ġardina, li kienu jbigħu fid-djar, speċjalment fix-xhur sajfin. Kien ikollhom il-bajtar, ittin, il-parsott u l-bajtar ta’ San Ġwann. Dawn kellhom lill-‘abbonati’, li dejjem jixtru mingħandhom.

uċuħ tar-raba’ kien ikollhom bżonn il-ħidma tal-piżatur, u f’Ħ’Attard insibu li piżatur kien hemm ukoll. Kien Salvu Dingli, magħruf bħala ‘Is-Surmast’ għax għal xi żmien kien jgħallem fl-iskola ta’ Ħal Lija, li kienet isservi wkoll lit-tfal ta’ Ħ’Attard. Dan Dingli kellu l-maħżen tiegħu fi Sqaq 2, Triq il-Pjazzetta. Kienu jfittxuh bosta bdiewa, anki dawk li ma kinux mill-istess raħal. Ir-raħħala

Sengħa oħra li kienet tinsab f’Ħ’Attard kienet bla dubju dik tat-trobbija tal-annimali li jagħtu l-ħalib: bħal baqar, nagħaġ u mogħoż. Apparti minn dawn nistgħu nżidu lill-barrin u lill-ħnieżer. Familja li kienet magħrufa sew għax-xiri bil-kbir talbaqar, barrin u annimali oħra kienet il-familja Vella, magħrufa bħala ‘Tal-Belbulin’. Bniedem ieħor li għal xi żmien kien tħajjar irabbi l-baqar kien Il-piżatur il-Kaptan Herbert Micallef. Hu kellu r-razzett fit-Triq ta’ Kif jgħidilna Carmel Mallia, il- Ħaż-Żebbuġ. Iżda kienu jinsbdiewa li kien ikollhom ħafna abu oħrajn li kienu jrabbu

mogħoż, nagħaġ u tjur, li barra milli kienu jipprovdulhom il-laħam meħtieġ għall-ikel, kienu jfornuhom ukoll bil-ħalib, li minnu kienu jagħmlu anki l-ġbejniet friski. Carmel isemmi li fost dawk li kienu jipprovdu l-ħalib kien hemm dawk ta’ Gatt, magħrufin bħala ‘Ta’ Munkubew’. Huma kellhom maħżen kbir fi Triq Birkirkara, fejn kienu jżommu l-mogħoż. ‘Ta’ Strinġi’ wkoll kienu jbigħu l-ħalib fi Triq Ħaż-Żebbuġ, u fi Triq San Duminku kien hemm Rożi Pace. Bejjiegħ ieħor tal-ħalib, li semmejnieh diġà kien ‘Grejbel, li kien idur fi Triq il-Mitħna, waqt li l-aħwa ‘Tal-Kaċċatur’, li kienu Karmena, Ġovanna, Anġla u Ġuża kienu jbigħu l-ħalib li jkollhom fl-isqaq li hemm f’nofs Triq San Duminku. Karmnu Attard kien idur bil-ħalib fi Triq Ħaż-Żebbuġ. Il-Kaptan Micallef ukoll kien ibigħ il-ħalib tal-baqar, b’differenza li kien ibigħu fil-fliexken. Carmel Mallia jirrakkonta li minbarra dawk li kien ikollhom ftit annimali tal-ħalib


19

28.02.2021

Carmel isemmi li fost dawk li kienu jipprovdu l-ħalib kien hemm dawk ta’ Gatt, magħrufin bħala ‘Ta’ Munkubew’. Huma kellhom maħżen kbir fi Triq Birkirkara, fejn kienu jżommu l-mogħoż. ‘Ta’ Strinġi’ wkoll kienu jbigħu l-ħalib fi Triq Ħaż-Żebbuġ, u fi Triq San Duminku kien hemm Rożi Pace. u li kienu jbigħu fi djarhom, kien hemm dawk li kienu jmorru wara l-bieb bil-merħla tal-mogħoż. Hu jiftakar tnejn: wieħed kien Karmnu Attard minn Ħ’Attard, u l-ieħor kien minn Ħaż-Żebbuġ, ċertu Ġużepp. Dan kien imur Ħ’Attard kuljum. Kien fi żmien il-gwerra li l-poplu Malti sar jaf bit-trab tal-ħalib, u Carmel jiftakar li kienet ċerta Manann Attard, li kienet infermiera, li bdiet turi lin-nies kif jitħallat. Dan ġara fil-Victory Kitchen, fiddar li qabel kienet il-Mużew tad-Duttrina tal-bniet, li kien ħdejn il-knisja. Dan il-post m’għadux jeżisti għax twaqqa’ biex infetħet Triq Tumas Dingli. Aktar tard, wara l-knisja eżatt, kien infetaħ ħanut li jbigħ il-ħalib pasturizzat. Permezz tal-istess ħalib kienu jsiru l-ġbejniet friski, il-pastizzi tal-irkotta, il-qassatat u t-torot. Kienu jaslu wkoll il-ġbejniet ta’ Għawdex. Fost dawk li kienu jbigħu l-ġbejniet, Carmel iżid jgħid li kien hemm dawk ‘Ta’ Strinġi’; dawk ‘tan-Nabukku’, fi Sqaq Sant’Anna, dawk ‘Ta’ Wistin’ ta’ Ħal Qormi u dawk ta’ ‘Munkubew’, fi Triq Birkirkara. Jiġifieri Ħ’Attard kien moqdi tajjeb kemm mill-prodotti tal-ħalib kif ukoll mir-raħħala. Il-bennejja Sengħa oħra li kellha sisien sodi f’Ħ’Attard kienet dik tal-bini. Kien hemm numru ta’ bennejja magħrufin. Fosthom il-familja Attard, magħrufin bħala ‘Taċ-Ċapċapun’. Dawn kienu l-aħwa Karmnu u Ġanni. Meta mbagħad laħqu wlied Karmnu, li kienu Ġużeppi, Nazju, Ġanni u Pawlu, dawn bdew jaħdmu ma’ missierhom. Baqgħu jaħdmu flimkien sa wara l-gwerra u x’aktarx li l-aħħar xogħol li għamlu f’daqqa kienet id-dar tal-Kappillan, li waqgħet fil-gwerra. Kien hemm ukoll il-familja Borg, magħrufa bħala ‘Tal-Kaki’. Kienu l-aħwa Ġużeppi u Salvu Borg, waqt li familja oħra kienet ta’ Debono. Kien hemm Ġużeppi, magħruf bħala ‘L-Aħmar’ u ħuh Karmnu. Fost dawn il-bennejja rri-

du nsemmu wkoll lil Ġużeppi Portelli, magħruf bħala ‘Iż-Żembillu’. Dan ħalla isem, għax kien hu li bena l-kappella taċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata, f’Raħal Ġdid. Familja magħrufa oħra bħala bennejja kienet il-familja Borg, magħrufa bħala ‘Taċ-Ċomba’. Il-mastrudaxxi Sengħa oħra antika f’Ħ’Attard kienet dik tal-mastrudaxxi. Aktar minn 93 sena ilu kien hemm żgur il-mastrudaxxa Lonzu Xerri, magħruf bħala ‘Ta’ Lonz’. Hu kien armat fi Triq il-Mosta, f’dak il-maħżen li jmiss ma’ Casa Vella, li fi żmien il-gwerra ntuża minnies tal-A.R.P. Dan kien iħaddem miegħu għadd ta’ lavranti, li kollha xtaqu jitgħallmu s-sengħa u li aktar tard, kollha fetħu għal rashom. Kien hemm ukoll Gianni (missier Carmel Mallia nnifsu), li wara li għamel xi żmien jaħdem it-Tarzna bħala Pattern Maker, fetaħ ħanut ta’ mastrudaxxa, l-ewwel fit-tarf ta’ Triq Ħal Qormi, quddiem l-għajn, u aktar tard fil-bidu ta’ Triq Pjazzetta qrib l-Għajn tal-Bhejjem. Mastrudaxxa ieħor li kien jaħdem ma’ ‘Ta’ Lonz’ kien Antonio Pisani, li kien magħruf sew f’Ħ’Attard. Miegħu kienu jaħdmu tlieta minn uliedu: Karmenu, Manwel u Ġeraldu. Kien hemm ukoll Grezzju Bezzina, armat fi Triq Ħal Qormi u warajhom ġie mastrudaxxa ieħor, Elija Mifsud li kien jaħdem fi Sqaq San Pawl.

San Duminku u wara fetaħ ħanut fi Triq il-Mitħna. Imbagħad kien hemm Anjeże u Dolor Calleja, fil-bidu ta’ Triq il-Kbira. Dawn, bħal bosta xebbiet oħra, kienu tgħallmu l-ħjata, ir-rakknu u l-bizzilla mingħand is-Sorijiet Franġiskani ta’ Marija f’Ħ’Attard. Meta telqu s-sorijiet, l-aħwa Calleja bdew jgħallmu l-ħjata lix-xebbiet tar-raħal. Ħajjatin oħra kienu Carmela Agius; Giuseppa Borg ‘Tas-Swis’; Rożi Fenech, xebba tal-Mużew; Marì Micallef ‘Tal-Ostji’; Vira Azzopardi; Żeża Agius u Marija Azzopardi. Ma’ dawn kien hemm dawk li jħitu l-għenienel. Fosthom Rosaria u Manwela Sciortino; Anjeże u Dolor Calleja; Rożi Fenech u Marjanna Portelli. Il-bajjada Ħ’Attard lanqas kien nieqes mill-bajjada. Sas-snin 50 wieħed kien isib lil Patist Camilleri, li kien joqgħod fi Triq Sant’Anna. Imbagħad fi Triq San Duminku kien hemm Peppu Azzopardi, waqt li wara l-knisja kien hemm Ġamri ‘s-Swis’ u wliedu Ġustu u Pawlu Buhagiar, li aktar tard marru fi Triq il-Mosta. Fi Triq Ħal Qormi kien joqgħod Ġużeppi Grima ‘Il-Bus’. Fi Triq San Anton u fi Triq Sant’Anna kienu jinsabu wkoll Żaru Borg u Karmenu Borg magħruf bħala ‘il-Willie’, waqt li fi Triq il-Mosta kien hemm Ġużeppi Schembri ‘In-Nemes’. Bajjada oħrajn f’Ħ’Attard, kienu Gejtu Agius; l-aħwa

Ġanni u Karmenu Debono, ‘Tal-Ingliża; Ġużeppi Zammit, ‘il-Mundu’; Ġużeppi Aquilina u Ġużepp, iz-ziju ta’ Carmel Mallia, li spiċċa waqa’ mill-għoli, kiser is-sinsla ta’ dahru u miet wara sitt xhur, meta kellu 28 sena. Il-landiera

cuti; Ġużeppi Cuschieri u Ġustu Aquilina. Dawn qatt ma kellhom ħanut u kienu jservu lill-abbonati tagħhom privatament. Nissieġa tas-soda Ir-raħal kellu żewġ ħaddie­ ma f’dan ix-xogħol. Mara, Katarin, magħrufa bħala ‘Ta’ Ċintju, fi Triq San Duminku u Feliċ Schembri fi Triq il-Mosta. Dan Feliċ kien jieħu ħsieb is-siġġijiet tal-knisja u kien jiġbor tliet ħabbiet minn fuq kull siġġu biex b’hekk ikopri l-ispejjeż.

Mil-landiera lanqas kienu neqsin. Almenu Carmel jiftakar erbgħa: Bertu Azzopardi li kien joqgħod qrib in-niċċa tal-Madonna; Ġużeppi Spagnol, fi Triq Pjazzetta; Peppu Azzopardi, fi Triq San Duminku u Peter Agius fi Triq Birkirkara. Kultant kien ikun hemm ukoll Ġenniena xi landier tat-triq, li jasal Ħ’Attard minn xi raħal ieħor u jsib Ħ’Attard seta’ jiftaħar xi rokna kennija. bin-numru ta’ ġenniena li kellu. Ħafna minnhom L-iskrapan kienu jaħdmu fil-Ġonna ta’ Sant’Anton u minn hemm Illum hu diffiċli biex issib tgħallmu s-sengħa. Iżda Carskarpan, iżda fi żmien Car- mel jiftakar wieħed biss li mel Mallia, f’raħal twelidu kellu ġnien kbir, li fih kien ikkien hemm Lukardu Agius; abbar il-fjuri. Dan kien TanĠużeppi Chircop; Ninu Agius cred Agius, li għalkemm kien u ċertu ieħor kunjomu Gauci, minn Ħ’Attard, kellu l-ġnien li warajh kompla ibnu Frans, tiegħu Ħal Balzan, fi Triq Birli madankollu kien jaħdem Bal. biss ta’ skarpan wara l-ħin tax-xogħol tiegħu. Fi żmien Snajja’ oħra il-gwerra kien mar ukoll Vincent Bugeja. Żewġ snajja’ li ma kellhomx ħaddiema mil-lokal kienu Electricians fil-fotografija u fis-sann tal-imqassijiet u s-skieken. Carmel irrakkonta li electri- Għall-ġbid ta’ ritratti għal xi cians ma tantx kien hemm. okkażjoni importanti, in-nies Jiftakar iżda lill-aktar wieħed kienu jew imorru l-Ħamrun, antik, li kien Pawlu Schembri, għand Cassar jew Blackman, li kien għamlilhom l-installa- inkella jmorru l-Belt, fi Triq zzjoni tal-elettriku fid-dar San Ġwann. Iżda maż-żmien tagħhom fl-1930. Warajh kien bdew jinbtu d-dilettanti hemm Pawlu D’Andrea u Anġ- f ’Ħ’Attard sa ma fl-aħħar lu Bonnici. Dan, peress li kien kellhom lil Karmenu Pisani jaħdem mal-Gvern, ma kienx li ġibdilhom mijiet ta’ ritratti jagħmel xogħol privat. f ’diversi okkażjonijiet. Barra minn hekk, fil-ĠonParrukkiera u barbiera na ta’ Sant’Anton kien hemm ċertu Dovik, li kien jieħu r-riGħalkemm ħaddiema ta’ din tratt lil min jitolbu u jagħtiis-sengħa ma kienx hemm hulu ftit minuti wara. għadd kbir, żgur kien hemm Għar-rigward tas-sann, tnejn fi Triq Pjazzetta. Dawn kultant żmien kien imur kienu Santinu u Speditu. Im- wieħed, bil-ħmar u l-karetbagħad, ħaddiema oħra f’dan tun, li kien ikollu mola li il-mestier kienu Ġużeppi jdawwarha b’riġlu u n-nies Schembri; ieħor jismu Leli; ta’ Ħ’Attard kienu jinqdew Kalanġ l-Għawdxi; Ċillu Chet- bih.

Il-furnara Bħala furnara, Carmel jiftakar tnejn. Waħda kienet Anni Galea, bil-forn qrib l-Għajn tal-Bhejjem, taħt in-niċċa tal-Madonna, fi Triq il-Kbira u l-oħra Angela Attard, li kellha l-forn wara l-knisja f’tarf Sqaq numru 3. Il-ħajjata Kien hemm bosta ħajjatin f’Ħ’Attard, iżda tnejn biss kienu rġiel. Wieħed kien Pawlu Camilleri, armat fi Triq San Anton u l-ieħor Oreste Cumbo, li l-ewwel kien armat fi Triq

Sengħa oħra antika f’Ħ’Attard kienet dik tal-mastrudaxxi. Aktar minn 93 sena ilu kien hemm żgur il-mastrudaxxa Lonzu Xerri, magħruf bħala ‘Ta’ Lonz’. Hu kien armat fi Triq il-Mosta, f’dak il-maħżen li jmiss ma’ Casa Vella, li fi żmien il-gwerra ntuża min-nies tal-A.R.P


20

28.02.2021

JOSEPH GAUCI IL-MALTI LI JAGĦMEL U JBIGĦ IL-PASTIZZI FL-ISTATI TAL-AMERKA Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Malta u Għawdex mimlija bi ħwienet tal-pastizzi – tista’ tgħid wieħed f ’kull kantuniera ta’ kull belt jew raħal. Hija tip ta’ riċetta mfittxija minn ħafna u fuq kollox ma tiswiex ħafna flus. Jekk taqbad tiekol wieħed ma jkollokx aptit tieqaf tiekol. Iżda din l-istess xena, ma ssibiex ta’ spiss f ’pajjiżi barra minn Malta. Però dan l-aħħar sirt naf b’Malti li grazzi għalih ġewwa Arizona, in-nies tal-lokal jistgħu jgawdu mill-pastizzi li beda jagħmel dan l-aħħar. Qed nirreferi għal Joseph Gauci. Għandu 55 sena, joqgħod Tucson, Arizona, u trabba f ’Westchester, NY, fejn kien jaħseb li familtu biss bħala Maltin kienu jgħixu ġewwa New York. Iħobb ħafna l-muturi. Fil-fatt għandu żewġ muturi tiegħu, iħobb jimxi fil-kampanja, l-astronomija u jdur bil-karozza tiegħu. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala persuna li jħobb il-ħajja, u fejn il-familja tiġi l-ewwel għalih. Jikkunsidra lilu nnifsu bħala ffortunat li għandu diversi ħbieb għal qalbu. Ta’ min jgħid li Joseph mhux minn dejjem kien xogħlu fil-pastizzi. Anzi għal 35 sena sħaħ ħadem bħala recording engineer fi New York fejn kien jaħdem fuq reklami kemm għat-televixin kif ukoll għar-radju. Kien ukoll sound designer għall-cartoons ta’ Disney – Doug. Iddejjaq irtirat mix-xogħol u beda jagħmel il-pastizzi Joseph huwa purament Malti. Il-ġenituri tiegħu t-tnejn li huma minn Ħal Tarxien, fejn lura għas-sena 1950 kienu marru l-Amerka sabiex jibnu familja. Huwa l-iżgħar minn fost tliet ħutu bniet. Kien proprju fis-sena 2013, meta Joseph iddeċieda li jirtira ġewwa Tucson. Iżda billi huwa persuna kreattiva, sab ruħu vojt u mdejjaq irtirat mix-xogħol, allura beda jesperimenta b’xi riċetti tal-pastizzi. Din is-sena kellu l-ħsieb li jkun hawn Mal-

ta ħdejn xi familjari tiegħu, iżda minħabba s-sitwazzjoni tal-pandemija tal-Covid kellu jħassar il-vjaġġ tiegħu. Proprju lura lejn is-sena 2016, Joseph fetaħ in-negozju tiegħu bil-pastizzi bl-isem - Malta Joe’s Baked Goods ġewwa Tucson, Arizona. “Darba minnhom fil-Milied ta’ xi snin ilu kont qed nagħmel il-kejkijiet u l-cookies għall-familja, u meta spiċċajt kien għad fadalli ħafna dqiq u ingredjenti żejda. Kien proprju hawn li skoprejt riċetta tal-pastizzi t’ommi, u peress li kont ili snin ma nagħmilhom, tħajjart nagħmel ftit kuljum sakemm bdejt nirfina. Ilġirien tiegħi kienu kuntenti li bdew iduquhom bis-saħħa tiegħi. Iżda ġara li r-riċetta t’ommi kienet tajba biex noħroġ xi tużżana pastizzi biss, u mhux xi 300 kuljum għall-ħanut. B’hekk fis-sena 2016, inżilt Malta u ltqajt

mal-kok Mario Aquilina ta’ Primavera Caterers ta’ Ħal Tarxien. Niftakar li Mario kien għamilha ċara miegħi li kien lest jurini kollox kif isiru pastizzi tal-massa, bilpatt li nurih verifika tal-biljett tal-ajru li sejjer lura Ar-

izona. Dan għaliex ma riedx li jkollu aktar kompetizzjoni hawn Malta, u ma nagħtihx tort.” Fil-fatt, illum il-ġurnata skoprejt li ħafna persuni fl-Amerka qed jiġġennu għall-pastizzi tiegħu. “Nifta-

karni, lura fiż-żmien, bħala Malti kont dejjem inqalleb fl-internet nara minn fejn nista’ nsib pastizzi ġewwa l-Amerka. It-tfittxija kienet fjakka, ħlief għal Malta Centre ġewwa Astoria Queens. B’wiċċi minn quddiem, nista’

Darba minnhom fil-Milied ta’ xi snin ilu kont qed nagħmel il-kejkijiet u l-cookies għall-familja, u meta spiċċajt kien għad fadalli ħafna dqiq u ingredjenti żejda. Kien proprju hawn li skoprejt riċetta tal-pastizzi t’ommi, u peress li kont ili snin ma nagħmilhom, tħajjart nagħmel ftit kuljum sakemm bdejt nirfina


21

28.02.2021 ngħid li dawk li jippruvaw ifittxu dwar pastizzi fl-Amerka ser jitla’ ismi u isem il-ħanut tiegħi fuq l-ewwel paġna tal-Google,” tbissem jgħidli Joseph. Mistoqsi jekk iħossux iffortunat li minn idea li jagħmel u jbigħ il-pastizzi issa ġiet realtà, Joseph stqarr miegħi li diversi kienu li pruvaw ibigħu l-pastizzi ġewwa l-Amerka, iżda teħtieġ ħafna determinazzjoni, paċenzja u passjoni. “B’mod personali, inħossni kburi li jien Malti u li noqgħod ġewwa Tucson, fejn in-nies tal-lokal iħobbu jesperimentaw bl-ikel. Aktar minn hekk ħabat tajjeb li allura issa għandhom l-għażla vasta b’riċetta ġdida tal-pastizzi inkluża mal-ikel l-ieħor.” Ibigħ pastizzi friżati madwar l-Amerka kollha Ta’ min jgħid ukoll li sal-ġurnata tal-lum, Joseph mhux biss qed jagħmel il-pastizzi, iżda jbigħ ukoll l-istess pastizzi madwar l-Istati kollha permezz tas-shipping. “Naturalment dawn jintbagħtu friżati fi gruppi ta’ tużżana. Bis-saħħa t’hekk, fil-fatt, skoprejt li hawn ħafna familji Maltin kemm f ’Arizona kif ukoll madwar l-Amerka kollha. Ħloqt ukoll paġna fuq Facebook – Maltese of Arizona. Grazzi għal din il-paġna sirt konxju mill-komunità Maltija f ’Arizona fejn ngħix,” tbissem jgħidli. Meta ġejt Malta kelli ġimagħtejn vojta sabiex nip-

prova nsib lil xi ħadd li jagħmilli din il-ħolma ssir realtà. Fil-fatt dort f ’ħafna ħwienet tal-pastizzi. Kull fejn mort ma laqgħunix tajjeb. Probabilment is-sidien kollha bdew jaħsbuni miġnun. Niftakar li kien għad fadalli l-aħħar erbat ijiem ċans. Niftakar kont mort il-Primavera, fejn missni bdejt minnhom l-ewwel peress li jinsabu Ħal Tarxien stess. Kont qattajt ġurnata ma’ Noel Agius u peress li diġà kelli idea kif naħdem il-pastizzi, kont addattajt għal teknika li kien urieni, u lura l-Amerka sibt ruħi mħabbat ħafna.” Joseph kompla jgħidli li mhux biss qed joffri pas-

tizzi tradizzjonali, iżda dan l-aħħar beda jesperimenta b’riċetti ġodda sabiex jolqot il-gosti ta’ kulħadd. Ried bidla fil-menù tiegħu, u b’hekk beda jagħmel pastizzi b’varjetà ta’ ingredjenti oħra, fosthom ukoll pastizzi tal-ħelu magħmula min-Nutella fost oħrajn. Mistoqsi bħala klijenti x’tip ta’ varjetà għandu l-aktar, Joseph ikkonfermali li l-aktar li jkollu huma Maltin, għalkemm bis-saħħa tattrakk tal-Pastizzi Express qed iżid il-varjetà. “Normalment inħobb indewwaq lil xi nies, u nieħu gost nosserva l-espressjonijet tal-persuni kuntenti b’dak li jkunu qed

iduqu.” Fl-aħħar nett, Joseph xtaq iħalli messaġġ għall-qarrejja kollha ta’ din il-gazzetta. “B’wiċċi minn quddiem jien kuntent li jien Malti. Qatt f ’mitt sena ma bsart li ser inkun l-Ambaxxatur tal-pas-

tizzi ġewwa l-Amerka. Ta’ kuljum noħlom b’persuni ġodda li ser jinġibdu lejn il-pastizzi. Nixtieq li xi Maltin jitħajru jiġu lejn Arizona u għaliex le jibdew jaħdmu l-pastizzi huma wkoll miegħi,” tbissem jgħidli Joseph.


22

28.02.2021

IL-MUSULMANI GĦANDHOM RISPETT LEJN MARIJA U ĠESÙ Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Spiss niddibattu fuq ir-reliġjonijiet. L-istorja wrietna kif ir-reliġjonijiet kienu kawża wkoll ta’ xi gwerer jew ġlied bejn il-bnedmin. Aktar minn hekk, dawn saru f ’isem Alla. L-Insara jtennu li qed jiġġieldu f ’isem Alla u l-Musulmani jgħidu hekk ukoll. Eżempju ċar kien l-Assedju l-Kbir. Forsi wieħed jistaqsi: Ma kienx hemm biżżejjed fehma li ż-żewġ naħat kienu qed jirreferu għal Alla wieħed? Fil-fatt, iddiskutejt dan mal-Imam Laiq Ahmed Atif li huwa l-President ta’ Ahmadiyya Muslim Jamaat Malta u ħarġet diskussjoni ferm interessanti. Bdejt billi staqsejtu x’jaħsbu l-Musulmani dwar Marija, omm Ġesù... Tul l-istorja umana nsibu personaġġi ta’ karattru eċċellenti li kellhom qalb tad-deheb u għexu l-ħajja mimlija purità, pjetà u ġustizzja. Marija, omm Ġesù, kienet waħda minn dawk il-personaġġi qaddisa li sallum huma ħajjin fil-qlub u l-memorji tan-nies. Il-Musulmani għandhom rispett kbir lejn Marija u Ġesù, u jemmnu li kienu eżempju ta’ virtù u mudell eċċellenti għalihom infushom, kif inhu deskritt fil-Koran Imqaddes. Il-Koran Imqaddes jagħti unur kbir u rispett lejn Marija. Alla ddedikalha kapitlu sħiħ fil-Koran Imqaddes bit-titlu Sura Maryam. ‘Maryam’ huwa l-verżjoni Għarbija tal-isem ‘Marija’. Nixtieq nikkwota żewġ versi

mill-Koran Imqaddes li juru l-karattru sabiħ tagħha. “Ommu (omm Ġesù) kienet mara ġusta u sewwa.” (5:76) “U ftakar meta l-anġli qalu: ‘Marija, Alla tabilħaqq għażlek u saffiek; Huwa għażlek fuq in-nisa kollha taż-żmien.’” (3:43) Staqsejtu wkoll dwar kif inhi msemmija fil-Koran Marija.

Il-Koran Imqaddes jeħlisha mill-allegazzjonijiet kollha li saru kontriha. U jgħid li l-allegazzjonijiet kollha kontriha kienu bla bażi (Il-Koran Imqaddes, 4:157). U jgħid li meta l-anġlu ġab il-bxara (l-aħbar tajba) li Alla se jagħtiha iben li jismu Ġesù, hi qalet: “Kif jista’ jkolli iben meta l-ebda raġel ma missni, u bqajt safja?” Huwa wieġeb: “Hekk għandu jkun. Iżda

jgħid il-Mulej tiegħek:‘Dan huwa faċli Għalija; u se nwettqu dan ħalli jkun ta’ Sinjal għall-bnedmin, u ħniena mingħandna, u din hija ħaġa kkmandata’.” (Il-Koran Imqaddes, 19:21-22) Dawn il-versi juru bissħiħ li l-ebda bniedem ma kellu sehem fit-twelid ta’ Ġesù, u dan kien bħala sinjal mingħand Alla. Dan aħna nemmnuh. Xi jfisser l-isem Marija?

‘Maryam’ jew Marija huwa isem komuni ħafna qalb il-Musulmani u minħabba l-mogħdrija u s-sens ta’ ġustizzja tagħha ħafna ġenituri jħobbu jsemmu lill-bniet tagħhom b’dan l-isem; saħansitra l-iskejjel u l-moskej jissemmew ukoll b’dan l-isem ta’ ‘Maryam’. Il-Moskea tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana li nbniet f’Galway, l-Irlanda, ġiet imsejħa ‘Masjid Maryam’

‘Maryam’ jew Marija huwa isem komuni ħafna qalb il-Musulmani u minħabba l-mogħdrija u s-sens ta’ ġustizzja tagħha ħafna ġenituri jħobbu jsemmu lill-bniet tagħhom b’dan l-isem. Saħansitra l-iskejjel u l-moskej jissemmew ukoll b’dan l-isem ta’ ‘Maryam’. Il-Moskea tal-Komunità Ahmadiyya Musulmana li nbniet f’Galway, l-Irlanda, ġiet imsejħa ‘Masjid Maryam’ (ilMoskea ta’ Marija). Maryam, jew Marija kif inhi magħrufa, hija rispettata ħafna mill-Musulmani bħalma hi

mill-Insara. Fil-fatt, fil-Koran Imqaddes, Alla semma lil Marija f’ħafna okkażjonijiet u enfasizza l-pożizzjoni rispettata tagħha. Il-qdusija tagħha hija msemmija 34 darba, f’kapitli differenti tal-Koran Imqaddes. Marija kien l-isem ta’ dik il-mara safja u twajba li hi tant onorata fl-Iżlam li l-Koran qal li kull min jemmen tassew hu bħal Marija. U kull min jemmen għandu jiżviluppa fil-karattru tiegħu l-kwalitajiet ta’ Marija. Il-Musulmani huma mitluba li jgħixu ħajjithom kif għexet hi, għax hija mudell għal dawk kollha li jemmnu. Jiġifieri, inkun korrett li ngħid li lil Marija, omm Ġesù tarawha bħala eżempju? Iva, hekk hu. Aħna narawha bħala eżempju eċċellenti. Il-Koran Imqaddes jgħid: “Lil dawk li jemmnu Alla jġib l-eżempju ta’ mart ilFaragħun, meta qalet: ‘Sidi (Alla)! Ibnili għandek dar fil-Ġenna; u eħlisni mill-


23

08.11.2020 28.02.2021

SKEDA ONE Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Duurella Mhux kemm taf Flimkien ma’ Nancy Pjazza

19:15 19:30 20:10 20:30 21:15 22:15 22:50 23:30

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:30

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime time Preview Follow Up Dak li Jgħodd

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Gladiator 22:00 Distintivi 23:00 Ondroad 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

12:45 Telebejgħ 13:00 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Ieqaf 20 Minuta 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Pink Panther 17:30 Better Living 18:30 Pjazza

ERBGĦA 19:15 ONE 03-03 Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 PrimeTime 20:30 The Local Traveller 21:00 Division 7 22:30 Reboot 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Ftit Ħin għal saħħtek

12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 17:00 17:35 18:00

Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Ieqaf 20 Minuta Telebejgħ Prime Time Preview Żona Sport Popcorn Ħabrikt Mhux kemm taf

18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Twenty One 21:05 Ilsien in-Nisa 22:40 Ondroad 23:24 Teżori 23:30 ONE News

13:15 13:20 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00 17:30

ONE News Kalamita ONE News Kalamita Telebejgħ Telebejgħ Prime Time Preview Duurella Twenty One Indhouse

ĠIMGĦA 18:30 Pjazza 05-03 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:15 Prime Time 20:35 Kick OFF 21:40 Country Jamboree 22:15 Gladiator 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 02-03

ĦAMIS 04-03

08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:35

Jien verament nemmen li għandna ħafna affarijiet komuni bejnietna. Marija, Omm Ġesù, hija punt ewlieni ta’ għaqda għall-Musulmani u l-Insara Faragħun u minn għemilu, u eħlisni min-nies il-ħżiena.’ U l-eżempju ta’ Marija, bint Għimran, li ħarset is-safa ta’ ġisimha, u Aħna nfaħna minn Ruħna fiha, u hija emmnet fi Kliem Sidha u fil-Kotba Tiegħu, u kienet mill-obbidjenti.” (66:12-13) Dawn il-versi juru biċċar li Alla jrid li l-Musulmani, tabilħaqq kull bniedem, għandhom jimxu fuq il-passi tagħha. Dan minħabba l-fatt li Marija kellha relazzjoni speċjali ħafna ma’ Alla u żammet il-virtù u l-kastità tagħha l-ħin kollu. Hija żviluppat rabta speċjali ta’ mħabba ma’ Alla.

Biex nikkonkludu, hemm xi ħaġa li tista’ tkun fattur li jgħaqqadna? Jien verament nemmen li għandna ħafna affarijiet komuni bejnietna. Marija, Omm Ġesù, hija punt ewlieni ta’ għaqda għall-Musulmani u l-Insara. Nitlob u nittama li din l-intervista ssir ukoll mezz ta’ fehim u fattur li jgħaqqadna. Nemmen li l-edukazzjoni u t-tagħlim dwar ir-reliġjon u l-kultura ta’ xulxin huma fatturi importanti ħafna għall-promozzjoni ta’ rispett u fehim reċiproku. L-edukazzjoni u l-għarfien huma ċ-ċavetta tal-għaqda.

TNEJN ONE Sports & Temp 01-03 ONE News Prime Time Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja Music Legends ONE News

12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:45 09:30 10:00 12:30 12:40

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference: Covid-19

SIBT 06-03

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Twenty One 10:18 #Pajjiżi 10:57 Indhouse

11:53 Telebejgħ 12:30 ONE News 12:37 Żonasport 13:10 Country Jamboree 13:43 Reboot 14:25 Ħabrikt 14:45 The Local Traveller 15:30 ONE News 15:35 Dak li Jgħodd 16:30 Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:05 18:45 19:22 19:30 20:04 20:30 23:30

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 15:30 15:35 15:50 16:15 17:30 19:15 19:30

20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 Attività Politika 21:15 Mija 22.30 Distintivi 23:30 ONE News

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Attività Politika Telebejgħ ONE News

Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Duurella Gladiator L-Argument One Sport & Temp ONE News

Il-Kelma Pink Panther Ondroad ONE Sports & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

ĦADD 07-03


24

28.02.2021

reċensjoni tal-ktieb

NOTI MINN PAĠNA INTIMA

IN-NAR GĦANDU ISEM Tħaxwix. Xejn aktar minn tħaxwix ma ridtni nsemmgħek dakinhar li tlabtni l-memorji, Mirela. Ħmistax-il sena, sitt xhur u erbatax-il jum ta’ tħaxwix – iż-żmien kollu li għext narmi u nwaqqa’ l-weraq, qabel ma n-nar laħaqni. Naf, ma kontx qed tistenna li xi ħadd kien se jkellmek min-nar fuq dik il-muntanja. Għalkemm kont tlajt tfittex, ta’ x’ridt issib bilkemm ħjiel ma kellek. Kont taf biss li hemm fuq kien hemm is-skiet, u s-skiet kien stedina għalik. Fi ħdanu stajt tferra’ qalbek, bla biża’ li kliemek jintrifes jew jinkines. Fis-skiet stajt tisma’ ’l qalbek fit-tul u, forsi, tifhem xewqatha profondi. Lili kont sibtni mkebbeb fi skieti, nitbaskat fl-abbissi ta’ qalbi. Kont fhimtni nitniehed fija nnifsi, u dak it-tnehid qarribna. “In-nar,” kont għedtli, “innar! Dak hu li jonqosni jien, in-nar!” Imbagħad tlabtni ngħidlek x’kont għamilt biex laħaqni. “La għajnejk jafuh,” tennejtli, “taf tgħidli, u tista’ wkoll tmexxini lejh. Le?” Kont ħallejtni nħares lejk ma nafx x’se nwieġeb. Jien ma kelli ebda setgħa, la li nkebbsu u lanqas li nixħtek fil-fjammi tiegħu. Jien ma kont ħadd, u bħalek kont miexi ħafi. “Ħafi jew le,” kont weġibtni, “int qed togħdos f’dak li diġà sibt. Jien qed infittex dak li għadni lanqas naf sewwa x’inhu, jew fejn jista’ jinstab.” U ma ridt tisma’ ebda skuża oħra. Ridtni nifrixlek ħajti, bħallikieku fiha kien hemm xi mogħdija għalik. Kien għalxejn li fakkartek kemm kont unika int, u kemm, bħalek, kont uniku jien. “Iva,” insistejtli, “Jien unika. Grazzi! Nista’ nkun unika wkoll b’talba bħal din? Għidli x’raw għajnejk. Irrid inħares mil-lenti tagħhom. Ma jistgħux ikunu huma li jiftħuli tieqa fuq l-imħabba?” Ma kontx konvint, imma l-insistenza f’ħarstek kienet kbira. “Nirrakkonta xi ħaġa nista’,” kont weġibtek, “imma kollox, le. Impossibbli. Ibda biex, weraq ġdid inessi l-qadim, u r-riħ qatt ma jaħfirhielu

lill-weraq li jkun waqa’. Tassew, xi drabi jista’ ma jon- kollox. Le, mhux biha nfisha, imma b’dak li seħħ ġo foħx hekk b’saħħtu li jiknes kollox. Imma dak li jitħal- fiha. la xi jkun, imqabbel ma dak li jittieħed?” Splużjoni kienet dik, splużjoni. Tifhimni? Kienet mistoqsija lilek, imma kont għamiltha biss Mhux li kien tifhem, biex jaqa’ s-skiet u t-tnejn li biex nirbaħ iż-żmien. Anki jekk miegħek, żmien x’jin- aħna ngħixu! trebaħ ma kienx hemm. Issa int kont taf x’ridt. U li ridt, ridtu tassew. Għajnejk kienu fissi fuqi. Imbagħad għajnejja waqgħu fl-art. Kienet l-insistenza ta’ ħarstek li waqqgħethom? Kienet il-gravità? Jew it-toqol li waqa’ fuqi għall-ħsieb li kelli nikser is-skiet? Ma nafx ngħid. Ma kellix ċans naħseb. Li niftakar hu dan: f’daqqa waħda kont sibtni nħares bħallikieku taħt is-siġra tiegħi. Iva, weraq kien għad fadal, u kif! Niexef kemm kien niexef, kien għad fadal, u bil-wisq aktar milli qatt kont nistenna. Imma dakinhar ma kienx il-waqt li nirrakkonta; ma kienx hemm ħin. Żewġek u kuġinuh kienu qed jistennewk bla sabar. U jien ridt iż-żmien; u int kont diġà smajt ħafna. Għajnejk kienu mfawra. Kien hemm lok għal rakkonti li ma kellhom xejn mil-leħħa f’ħarstek? Ħarstek ma kinitx vojta, ma kinitx weħidha. F’ħarstek kien hemm ħarsti dakinhar, u f’ħarsti kien hemm ħarsa oħra. Ma kontx ħassejtu n-nar bejnietna? Iva, nissuspetta li kont, għax niftakar ukoll tbissimtlek. Dakinhar ma konniex tnejn. Quddiem xulxin, dakinhar konna tlieta: int, in-nar u jien. Iva, tlieta, u int kont wisq mitlufa biex tifhem. Wisq sorpriża. Għaddew sittax-il sena minn dak il-jum. Taħt issiġra tiegħi għadni nara l-weraq li, bla ma rrid, ifakkarni fik. Inħossni nistħi naħseb f’kemm ħallejtek tistenna. Imma ma stajtx nagħmel ieħor. Jien ma niktibx meta rrid; nikteb biss meta ma nkunx niflaħ aktar għall-volum tal-kliem ġo sidri. Iva, sewwa smajt, f’sidri, għax qabel ma jfur ġo rasi, il-kliem dejjem hemm jinġema’, dejjem hemm jiffolla. Jiffolla, u ma nrażżnux, għax m’għadhomx f’idejja r-riedni. Ir-riedni ħatfithom ruħi, li faret tgħarraq

Mistoqsija: Min kien qed jistenna bla sabar? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb IN-NAR GĦANDU ISEM. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 7 ta’ Marzu. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tat-3 KOTBA MIS-SENSIELA IL-ĦREJJEF MAĠIĊI. hija:

G. ABELA - ŻURRIEQ

03 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 X’kienu jissejħu wkoll il-barracks ta’ Abercorn?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

28.02.2021

PAUL BERNARDO: ‘THE SCARBOROUGH RAPIST’ MAGĦRUF UKOLL FLIMKIEN MAL-MAĦBUBA TIEGĦU BĦALA ‘THE KEN AND BARBIE KILLERS’ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO L-EWWEL PARTI Paul Kenneth Bernardo twieled fis-27 ta’ Awwissu tal-1964 f’Scarborough f’Ontario fil-Kanada. Bernardo kien stupratur u qattiel tal-massa, fejn għall-bidu kien iħuf wara t-tfajliet bl-intenzjoni li jistuprahom u wara beda anke joqtol flimkien mal-mara li kellu, Karla Homolka. B’kollox, il-koppja qatlu tliet tfajliet, fejn waħda mill-vittmi kienet oħt Karla stess, Tammy Homolka. Tfulit Paul Bernardo Missier Bernardo, Kenneth, kien ġie akkużat bi tbagħbis ta’ tifla fl-1975 u kien sar magħruf li kien jabbuża sesswalment minn bintu. Omm Bernardo kienet taf b’dan l-aġir moqżież ta’ żewġha u kien għalhekk li bdiet tgħix fil-kantina tad-dar tagħhom biex tkun ’il bogħod minn dak li kien qed jiġri.

Meta kien għadu żgħir, Bernardo kien tifel ferrieħi, edukat u jmur tajjeb fl-iskola. Minkejja din id-dehra ta’ tifel perfett, hu kellu fantasiji sesswali oskuri u meta kiber kien iħobb iwaqqa’ n-nisa għaċ-ċajt u jerfa’ jdejh fuq dawk li kien joħroġ magħhom. Mal-għeluq tas-16-il sena, omm Bernardo qaltlu li Kenneth ma kienx missieru u li hu kien frott relazzjoni barra miż-żwieġ. Din l-aħbar kompliet tkissru u wasslitu biex jibda jgħajjar lil ommu f’wiċċha. Bernardo attenda is-Sir Wilfrid Laurier Collegiate Institute f’Scarborough u fl-1982 beda jistudja fil-University of Toronto Scarborough. Waqt li kien l-università, Bernardo kien jaħdem ma’ Amway, fejn spiċċa influwenza ruħu ħafna bil-kultura tal-bejgħ li kienet tħaddan din il-kumpanija. Bernardo kien saħansitra xtara kotba u tapes ta’

esperti famużi fuq kif issir sinjur u famuż. Flimkien ma’ sħabu, Bernardo kien imur fil-barijiet u kienu joqogħdu jittantaw lit-tfajliet biex forsi jgħabbu xi waħda. F’Ottubru tal-1987, Bernardo rnexxielu jgħabbi lil Karla Homolka, li kienet differenti mit-tfajliet l-oħrajn li kien iltaqa’ magħhom. Homolka mhux talli kienet taf bl-imġiba sesswali sadistika li kellu imma kienet ukoll tħeġġu biex jagħmilha. Biss biss, Homolka kienet taf li Bernardo kien isegwi lit-tfajliet bl-għan li jistuprahom waqt li kienu flimkien u ma kinitx tiddejjaq bl-aġir tiegħu. Attakki sesswali L-attakki sesswali fuq it-tfajliet bdew f’Mejju tal-1987, ħames xhur qabel ma’

ltaqa’ ma’ Homolka. Bernardo kien jistenna lit-tfajliet jinżlu minn fuq tal-linja, isus warajhom u jistuprahom.

ATTAKKI SESSWALI LI RNEXXEW U OĦRAJN LI MA RNEXXEWX: Fl-4 ta’ Mejju tal-1987

Fl-14 ta’ Mejju tal-1987

Fis-17 ta’ Lulju tal-1987

Fid-29 ta’ Settembru tal-1987

Bernardo segwa u stupra lil mara ta’ 21 sena quddiem id-dar tagħha

Jistupra tfajla ta’ 19-il sena fil-ġardina tad-dar tagħha

Prova jistupra tfajla żagħżugħa iżda din iddefendiet lilha nnifisha minkejja li xorta sawwatha

Bernardo prova jistupra tfajla ta’ 15-il sena fil-kamra tas-sodda tagħha. Hu heddidha b’sikkina u benġlilha naħa waħda ta’ wiċċha filwaqt li gidmilha widintha. Omm it-tfajla daħlet fil-kamra u qabdet tgħajjat xħin ratu fuq bintha u kif ra hekk ħarab jiġri minn fuq il-post. Sentejn wara, Anthony Hanemaayer kien instab ħati għal dan l-attentat ta’ stupru u weħel sena u erba’ xhur ħabs. Fl-2006, Bernardo ammetta li kien hu u mhux Hanemaayer li prova jabbuża sesswalment lit-tfajla

Fit-30 ta’ Mejju tal-1988

Fil-25 ta’ Mejju tal-1988

Fit-18 ta’ April tal-1988

Fit-23 ta’ Diċembru tal-1987 Fis-16 ta’ Diċembru tal-1987

Jirnexxilu jistupra tfajla ta’ 18-il sena

Bernardo kważi nqabad minn investigatur waqt li kien qiegħed iħuf ħdejn stazzjon tal-karozzi tal-linja. L-investigatur rah jistaħba taħt siġra u baqa’ jsegwih iżda Bernardo ħarab

Fl-4 ta’ Ottubru tal-1988

Ma jirnexxilux jistupra tfajla għax din tal-aħħar irreżistiet. Bernardo xorta rnexxielu jweġġagħha bis-sikkina fejn taha żewġ daqqiet biha f’koxxitha u taha daqqa oħra fuq il-warrani. It-tfajla kellha tagħmel 12-il punt biex jingħalqulha l-ġrieħi

F’Lulju tal-1990

Bernardo jiġi interrogat mill-pulizija wara diversi rapporti li l-istampa tal-istupratur kienet tfakkarhom f’Bernardo

Bernardo jattakka tfajla ta’ 17-il sena

Fis-16 ta’ Novembru tal-1988 Bernardo jistupra tfajla ta’ 18-il sena fil-ġardina tad-dar tagħha. L-għada, il-pulizija ffurmaw grupp ta’ uffiċjali biex jaqbdu lill-’Iscarborough Rapist’

Fis-26 ta’ Mejju tal-1990

Jistupra tfajla ta’ 19-il sena. Il-vittma tagħti d-dettalji taddehra ta’ Bernardo lill-pulizija. Permezz ta’ din l-informazzjoni, il-pulizija rnexxielhom joħolqu stampa tal-istupratur u jumejn wara xxandret fuq il-gazzetti

Jabbuża sesswalment tfajla ta’ 17-il sena filwaqt li jeddidha b’sikkina. Minn hawn ’il quddiem, Bernardo sar magħruf bħala ‘The Scarborough Rapist’

Fis-27 ta’ Diċembru tal-1988 Bernardo jipprova jistupra tfajla iżda ma jirnexxilux hekk kif wieħed mill-ġirien mar jagħtiha l-għajnuna

Jabbuża sesswalment minn tfajla ta’ 15-il sena. L-għada, il-Metropolitan Toronto Police ħarġu avviż għan-nisa ta’ Scarborough biex joqogħdu attenti meta jkunu mexjin jew qed jivvjaġġaw filgħaxija waħedhom.

Fl-20 ta’ Ġunju tal-1989

Prova jistupra tfajla iżda din bdiet tgħajjat u girfitlu wiċċu. Il-ġirien semgħu l-għajjat u ħarġu jaraw x’kien qed jiġri. Bernardo ħarab minn fuq il-post b’diversi grif fuq wiċċu

Fit-22 ta’ Diċembru tal-1989 Fil-21 ta’ Novembru tal-1989 Fil-15 ta’ Awwissu tal-1989 Jistupra tfajla ta’ 19-il sena

Jistupra tfajla ta’ 15-il sena waqt li kienet qiegħda tistenna karozza tal-linja

Bernardo jistupra tfajla ta’ 22 sena

Tkompli l-ġimgħa d-dieħla


26

28.02.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

28.02.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 370

M. SPITERI - QORMI

Bi 3 NUMRI 469 030 510 059 538 091 846 100 138 B’4 NUMRI 198 0232 199 0649 291 0731 331 0821 337 0891 382 2154 443 2169

2294 2795 2899 2990 3676 3777 4249 4718 4793 5859 6013 6054 6283

6313 6423 6530 6677 6680 7084 7517 7657 7864 8117 8356 8858 9446

9680 9765 9972 B’5 NUMRI 14140 14861 15866 25968 28282 33263 39972 43071

46785 47283 58493 59012 66749 66784 66839 67632 70375 79838 87579 87744 89450

97891 B’6 NUMRI 025866 188782 206444 267359 815302 834946 864759 940179 993095 995807

MIMDUDIN: 1. Trid titla’ għalih (5) 4. Kompli l-qawl: 10. Fid-dinja tħobb 12. ħaġa u tobgħod 16. ...... (4) 7. Ara 6 9,19. Dan żgur ma 18,23.

wasalx ma’ ta’ 19. quddiem (6) 20. Għamlet talba (6) 21. Ħawwad (6) Assoċjazzjoni 23. tal-basketball 24. Amerikana (1,1,1) Inaqqas (6)

Ara 9 Mhux b’saħħtu (5) Jista’ jkun tal-art (3) Ara 8 Riħa qawwija (5)

WEQFIN: 1. Residenti ta’ Marsaskala(6) 2,12W. Tista’ tkun ta’ berqa (5) 3. Lemħet (3) 5. Horace Attard

Bugeja (1,1,1) 14. Mhux iebes (5) 15 Annimal (9) 17. Tintlibes 21. għall-għawm (5) 22. Ara 2 Ara 11

Tpinġija (6) Gżira (6) Lewn (3) Mhux dik (3) Indaqs (3)

6,7. 8. 11,13. 12. 13.

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Denbu, 4.Deni, 9,16.Imxija, 10.Ilsien, 12.Sapuna, 18.In, 20.Saffi, 24.Tibla

WEQFIN: 1.Dwieli, 2,7.Nixli, 3,5.Uliedi, 6,19. Innega, 8.Iljunfant, 11,21M. Xamma, 12,23.Sardin, 13.Pia, 14.Aeioub, 15.Katina, 17.Jum, 21.Mar, 22.Ali


28

28.02.2021

DEMOKRAZIJA LI TAĦDEM Editorjal

Ħadd mhu se jinsa kif sa mill-ewwel jum kien hawn min, flok ħalla l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha biex tilħaq ir-riżultati kollha mistennija, kif fil-fatt ġara, wera li għad għandu kull intenzjoni li jiżvija l-investigazzjonijiet u lill-investigaturi

Il-Prim Ministru Dr Robert Abela kellu raġun biex ibigħ meta, fir-reazzjoni tiegħu għall-aħħar żviluppi fl-investigazzjonijie­t tal-Pulizija fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, iddikjara bla tlaqliq li dawn huma prova li s-saltna tad-dritt f’pajjiżna qiegħda taħdem. Li l-Gvern immexxi minnu hu forza favur is-sewwa u fejn l-istituzzjonijiet ma straħu qatt biex jaraw li titwettaq il-ġustizzja mingħajr biża’ jew favuri. Jgħid x’jgħid ħadd­ ieħor. Għax fil-verità, l-aħħar aħbari­ jiet u kull pass ieħor pożittiv biex seta’ jiġi solvut dan l-omiċidju faħxi huma r-riżultat tal-mod kif il-Gvern Laburista mexa bl-akbar kawtela sa mill-ewwel ġurnata. Illum għandna persuna ħatja li ntbagħtet 15-il sena ħabs, waqt li ħamsa oħrajn qed jiffaċċjaw l-akkużi tal-allegat sehem tagħhom – jekk hux bħala mandant, eżekuturi jew kompliċi – fi proċess delikat fil-qrati tagħna. L-ammissjoni u l-kundanna ta’ wieħed, li sa nhar it-Tlieta kien akkużat li wettaq id-delitt b’karozza bomba f’Ottubru tal2017, segwit bl-arrest ta’ min issa qed jiġi akkużat li ssupplixxa

l-istess splussiv ukoll intlaqgħu b’mod pożittiv mill-Kummissarju Ewropew għall-Ġustizzja, minn Sophie in ’t Veld, rappreżentan­ ta tal-kumitat għall-ġustizzja, illiber­tajiet ċivili u l-intern tal-Parlament Ewropew (LIBE) u l-Istitut Internazzjonali tal-Ġurnalisti. In ’t Veld saħansitra użat lil pajjiżna, flimkien mas-Slovakkja, bħala mera ta’ kif oħrajn fl-Unjoni Ewropea għandhom iwettqu r-riformi favur l-indipendenza tal-istituzzjonijiet bil-għan li jkunu jistgħu jaħdmu bl-aħjar mod possibbli. Gvern Laburista mhux biss ħalla l-istituzzjonijiet jaħdmu, kif inhu mistenni f’kull demokrazija, iżda mill-bidu pprovda kull riżorsa u għodda meħtieġa, flimkien mal-assistenza esperta ta’ pulizija internazzjonali, bħall-Interpol, li sal-lum għadha f’kuntatt mal-Korp tal-Pulizija Malti, kif ikkonferma l-Kummissarju Angelo Gafà nnifsu nhar l-Erbgħa li għadda. Ir-riformi bla preċedent li twettqu s-sena li għaddiet fil-qasam tal-ġustizzja u għal awto­ nomija akbar li jgawdi l-Korp tal-Pulizija se jiffavo­rix­xu wkoll il-kors f’dan il-każ, waqt li jibqa’

jseħħ b’mod seren mingħajr ma jħares lejn uċuħ, kif iddikjara l-Prim Ministru. Fuq kollox, dan iseħħ bil-pass li l-ġustizzja nnifisha titlob u bla ma jkun hemm konklużjonijiet bilġri, kif jixtieq ħaddieħor. Min-naħa l-oħra, ma nistgħux nistennew għajr tfixkil u intoppi minn min iħabbat fuq sidru favur il-governanza t-tajba u s-saltna tad-dritt u fl-istess ħin jinkixef li l-intenzjonijiet tiegħu huma għalkollox bil-maqlub, tant li qabel il-qrati stabbilixxa min hu ħati u min mhux. Ħadd mhu se jinsa kif sa mill-ewwel jum kien hawn min, flok ħalla l-ġustizzja tieħu l-kors tagħha biex tilħaq ir-riżultati kollha mistennija – kif fil-fatt ġara – wera li għandu kull intenzjoni li jiżvija l-investigazzjo­ nijiet u lill-investigaturi. Biex ma ninsewx li nħolqu anke stej­ jer fantażjużi u għadhom jiġu rriċiklati bl-intenzjoni li jiżgwi­ daw lill-pulizija u jeħduhom fi sqaq li ma jinfidx, l-aqwa li jħammġu lil min jixtiequ, speċjalment lill-Partit Laburista. Minkejja l-konġetturi vvinta­ti u s-swaba’ kollha li ġew ippon­ tati primarjament mill-Partit

Nazzjonalista u l-esponenti varji tiegħu fl-aħħar tliet snin u nofs, illum nafu iżjed li ma waslu mkien. Konvinti li, minkejja kull żvilupp u arrest li esperjenzajna f’dan il-każ, tali individwi membri f’xirka perikoluża għadhom ma qatgħux qalbhom u lesti jissoktaw bl-istess ħsieb b’kull riżorsa għad-dispożizzjoni tagħ­ hom. Dawn kienu u għadhom il-mezzi li jiġġustifikaw it-tmiem malinn ta’ moħħhom, li se jib­ qgħu jimbottaw li jaslu għalih anke mingħajr provi li jsostnuh. Anke jekk sfaċċatament jipprovaw jieħdu kredtu għall-iżviluppi fl-investigazzjonijiet, konvinti li dawn mhux se jistrieħu milli jkomplu jħammġu lil pajjiżna u jxewxu wkoll lil sħabhom barra minn Malta bl-iskop li jieħdu xi vantaġġ politiku. Li mhu se jgħidu qatt hu li, kieku l-istess entużjażmu kien intwera snin ilu minn gvernijiet preċedenti, kienu jissolvew delitti oħrajn li xxokkjaw lill-pajjiż u mhux tħallew fil-limbu, inkluż fejn Eks Prim Ministru Nazzjona­ lista qal li jaf min wettaqhom. Kieku llum għandna demo­ krazija ferm aħjar!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.