KullĦadd_28.03.2021

Page 1

Il-Ħadd, 28 ta’ Marzu, 2021

Ħarġa Nru 1,446

Tinsiex li l-lejl li għadda kellek iddawwar l-arloġġ għall-ħin tas-sajf! Fis-02:00 mexxejnieh b’siegħa ’l quddiem għat-03:00

Prezz €1

BQAJNA NŻIDU L-IMPJIEGI ANKE FIL-PANDEMIJA Il-Labour Force Survey għall-aħħar kwart tal2020 ikkonferma li, kontra dak li qed jiġri f’pajjiżi madwarna, f’pajjiżna l-impjiegi fulltime komplew jiżdiedu minkejja l-pandemija. Fil-fatt, bejn Ottubru u Di­ċem­bru li għadda kien hemm 2,753 persuna iżjed f’impjieg full-time meta jitqabblu mal-istess perjodu tal-2019 tliet xhur qabel intlaqatna mir-riperkussjonijiet drastiċi tal-imxija globali. Meta l-pandemija laqtet lil pajjiżna f’Marzu kien hemm tnaqqis ta’ 666 impjieg full-time. Minkejja dan, il-pakketti vasti ta’ għajnuna mingħajr preċedent li ġew offruti mill-ewwel mill-Gvern, flimkien mal-pjan ta’ riġenerazzjoni ekonomika ta’ €900 miljun malajr dawru dan l-impatt. Fil-fatt, fl-aħħar kwart tal-2020, l-ammont ta’ ħaddiema full-time kien żdied għal 229,255 jew 1.2% iżjed fuq sena qabel. Interessanti f’dan il-perjodu ta’ sfida hu li ma kienx hemm tnaqqis fl-ispirtu ta’ intrapriża lokali. Wara tnaqqis fis-self-employed bejn l-aħħar kwart tal-2019 u l-ewwel kwart tal2020, fix-xhur ta’ wara kien hemm żieda qawwija u fl-aħħar kwart tal-2020 kien hemm 41,780 irreġistrati bħala tali jew 546 aktar mill-istess żmien sena qabel.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li pajjiżna issa jinsab proprju fil-quċċata tal-pajjiżi kollha madwar id-dinja fejn, ras għal ras, qed jingħataw l-aktar tilqim kontra l-COVID-19, fl-istess ħin li inqas Maltin qegħdin jiġu infettati bil-virus, kontra x-xejra Ewropea.

Tkompli f’paġna 6

Rapport f’paġna 9

AGIUS U SPITERI MIRI ĠODDA JISSOKTAW IL-MANUVRI BIEX IL-PN JEĦLES MINN ESPONENTI OĦRAJN LI MHUMIEX MEQJUSIN “TA’ ĠEWWA” Għaddejjin manuvri fini, imma aggressivi, biex il-Partit Nazzjonalista jkompli jeħles internament minn xi wħud li, f’għajnejn l-establishment, mhux meqjusin bħala “tal-qal­ ba”. Tali tattiċi ta’ tradiment, li servew tajjeb fil-konġura biex jitwarrab min-nofs l-Eks Kap Adrian Delia f’Ottubru tas-sena l-oħra, għal darb’oħra qed jitmexxew mid-Depu­ tat Jason Azzopardi u l-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech joqgħod għalihom. Sorsi mill-PN, li tkellmu ma’ din il-gazzetta, irrimarkaw li l-Viċi Kap David Agius u d-Deputat Stephen Spi­ teri diġà jinsabu fil-mira ta’ dawn l-azzjonijiet, li jinkludu b’mod partikolari l-ippompjar ta’ stejjer relatati mal-individwi jew l-iskreditar personali tagħhom. Il-KullĦadd hi infur­ ma­ta li, għal dan il-għan, ġew instigati attakki diretti minn ċerta midja u l-blogg ta’ Manuel Delia fuq it-Tabib Spiteri u Agius rispettivament.

BERNARD GRECH

JASON AZZOPARDI

Tkompli f’paġna 4

STEPHEN SPITERI DAVID AGIUS


02

28.03.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 20°C L-Inqas Temperatura: 12°C L-Indiċi UV: 6 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa ta’ pressjoni għolja ser testendi minn fuq it-Tramuntana tal-Italja saċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Moderat min-Nofsinhar li jsir ħafif Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 16°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570

KUNTATT ĠENERALI

18°C UV 7

11°C

Il-Ħamis

18°C UV 7

11°C

Il-Ġimgħa

18°C UV 7

12°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

17°C UV 7

12°C

19°C UV 7

13°C

19°C UV 7

13°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR L-ERBGĦA 31 TA’ MARZU

Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant’Anna, IlFurjana – 21239310 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Mint Care Pharmacy, 5B-71 Triq Brared, Birkirkara – 21442135 St. Anthony Pharmacy, 56, Triq San Ġużepp, Tal-Pietà – 21237327 Brown’s Pharmacy, Retail Outlet, Level 0, 135, Central Business Centre, Spinola Bay, San Ġiljan – 21333886 Victor’s Pharmacy, 9, Triq it-Torri, Tas-Sliema – 21330352 Misraħ Kola Pharmacy, Triq il-Pitkali, Ħ’Attard – 21434137 St. Mary Pharmacy, -Mġarr Dispensing Chemists, 71, Triq Sir Harry Luke, L-Imġarr, Malta – 21580711 Qawra Pharmacy, Earl’s Court/1, Triq l-Imħar, Il-Qawra – 21580881 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Vittoriosa Pharmacy, 9, Triq il-Mina l-Kbira, Il-Birgu – 21807529 Polymer, Triq ix-Xgħajra, Ħaż-Żabbar – 21676263 Pompei Pharmacy, Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk – 21651278 Central Pharmacy, 6, Triq San Ġużepp, Ħal Luqa – 21692546 Tal-Grazzja Pharmacy, Triq Franġisk Farrugia, Ħaż-Żebbuġ – 21462068 Ideal Pharmacy, 63, Triq il-Kbira, Ir-Rabat, Malta – 21455479 Abela Pharmacy, 42, Triq G.P.F. Agius De Soldanis, Ir-Rabat, Għawdex – 21556170 Tony’s Pharmacy, “Egret Court”, Triq il-Wied, Marsalforn, Għawdex – 21563617

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Tal-Ħlas Pharmacy, Triq il-Ħelsien, Ħal Qormi – 21487739 Pharmaplus, Triq Ganu, Birkirkara – 21492958 Regal Pharmcay, 39B, Triq Antonio Bosio, L-Imsida – 21313115 Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke – 21372784 Stella Maris Pharmacy, 34, Triq Millner, Tas-Sliema – 21335217 St. Michael Pharmacy, Misraħ tat-Transfigurazzjoni, Ħal Lija – 21435875 Sgħajtar Pharmacy, Triq is-Sgħajtar, Il-Mosta – 21415198 St. Simon Pharmacy, 8, Dawret il-Gżejjer, Buġibba – 21571649 Fleming Pharmacy, 61, Triq Ħaż-Żabbar, Raħal Ġdid – 21696893 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 Felice Pharmacy, 95, Triq is-Santwarju, Ħaż-Żabbar – 21827939 Brittania Pharmacy, 5 Triq il-Bajja s-Sabiħa, Birżebbuġa – 21658622 Safi Pharmacy, St. John Strt k/m Bieb il-Ġarra Strt, Ħal Safi – 21649552 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat, Malta – 21454274 Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana, Għawdex – 21566979 St. John Pharmacy, 85, Triq l-Indipendenza, Ix-Xewkija, Għawdex – 21563052



04

28.03.2021

ATTAKKI MILL-“KLIKKA TAS-SOLTU” Tkompli minn paġna 1 It-tnejn li huma ġew deskritti bħala “mano d’opera ta’ Jason (Azzopardi)”, l-istess persuna li wiegħdet lil Bernard Grech l-appoġġ sħiħ tad-deputati ribelli lejlet l-elezzjoni għall-ħatra ta’ Kap Nazzjonalista fl-2020 u llum tgawdi iżjed kontroll kemm fuq il-Partit kif ukoll fuq l-istess suċċessur ta’ Delia. Il-ġimgħa li għaddiet filblogg tiegħu Manuel Delia fetaħ attakk fuq il-Viċi Kap Nazzjona­ lista f’artiklu bit-titlu “Mediocrities everywhere”. Il-bloger ta’ Repubblika akkuża lil Agius b’ħajja politika miżerabbli u bla punt, li pprova jġebbidha ftit iżjed b’konferenza fejn, flimkien ma’ Delia u s-Segretarju Ġenerali ta’ dak iż-żmien Clyde Puli, sejjaħ għar-riżenja ta’ Simon Busuttil wara l-konklużjonijiet tal-inkjesta Egrant. “Int qgħadt kwiet fil-kamra waqt li l-Kap il-ġdid tiegħek Adrian Delia talab lill-Eks Kap tiegħek Simon Busuttil biex jirriżenja talli għamel dak li int kont appoġġajt b’tant qawwa ftit xhur qabel,” kiteb l-Eks Chief of Staff ta’ Austin Gatt wara li Agius tella’ post fuq Facebook jipprova jieħu xi kredtu fil-bidu tal-proċeduri fil-Qorti kontra 11-il persuna, inklużi Keith Schembri u Eks Direttur Maniġerjali tat-Times. “Issa tiġi fuq Facebook għallapplaws għax ‘Jien kelli ra­ġun?’ Meta kellek raġun? Meta ħsibt li Simon Busuttil kellu raġun isejjaħ lil Keith Schembri ‘korrott’ jew meta int żammejt ilplatt biex fuqu taqa’ ras Simon Busuttil, waqt li Adrian Delia kien qed ixejjer ix-xabla mhux imsinna tiegħu?” kompla Manuel Delia protagonist ta’ Gonzi­ PN fi żmien l-iskandlu ta’ korruzzjoni fix-xiri taż-żejt. Is-sorsi indikawlna wkoll

storja ta’ Lovin’ Malta li jemmnu li jista’ jkun hemm idejn il-klikka tas-soltu fiha. Ftit sigħat qabel tressqu fil-Qorti Schembri u l-oħrajn, id-Deputat Nazz­ jonalista Stephen Spiteri kien qed imexxi konferenza stampa fid-Dar Ċentrali dwar ir-rispons tal-Gvern għall-pandemija talCOVID-19. Hawn ġie mistoqsi mill-ġur-

ali mit-Tabib stess biex iwaqqaf l-istess inkjesta. F’Lulju tas-sena li għaddiet, Spiteri kien beżaq fis-sunnara ta’ Jason Azzopardi wara li dan tal-aħħar involvieh fost id-19il “Eroj Blu” (“Blue Heroes”) li kienu qed jeħduha kontra t-tmexxija ta’ Adrian Delia. Issa jidher li hu l-mument li l-Blue Heroes ipattuhielu.

Ta’ min ifakkar ukoll li, fil-bidu ta’ din is-sena, il-Kap il-ġdid Nazzjonalista pprova jneħħi lil Spiteri minn Kelliem Ewlieni tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa fuq suġġeriment tal-istess establishment, li kien qed jiltaqa’ u jagħti istruzzjonijiet lir-righthand man ta’ Grech, Ray Bezzina, Eks Chief of Staff ta’ George Pullicino fl-aħħar Gvern Nazz-

nalist tal-istess sit, magħruf li hu qrib l-establishment Nazzjo­ nalista, jekk iħossux skomdu jew vulnerabbli b’riżultat tar-relazzjoni li kellu ma’ Keith Schembri, xi ħaġa li Spiteri jiddeskrivi bħala relazzjoni bejn tabib tal-familja u pazjent li kien ilu jaf snin twal fil-lokalità ta’ Bormla minn fejn joriġina. Fl-2018 Spiteri kien ġie rrap­portat lill-Kunsill Mediku minħabba allegat ħruġ ta’ ċertifikati mediċi mingħajr ma jinvista lill-pazjenti. Dan wassal għal inkjesta formali mill-Kunsill Mediku u każ Kostituzzjon-

Spiteri kien ukoll urta lill-establishment Nazzjonalista meta l-kwistjoni talKap kompliet tikkarga iżjed fis-sajf tas-sena l-oħra. Meta d-deputati ribelli fuq in-naħa tal-Oppożizzjoni bdew jinsistu wkoll li l-President tar-Repubblika George Vella jneħħi lillKap tagħhom mill-pożizzjoni Kostituzzjonali li kien jokkupa, Spiteri għażel li ma jmurx kontra Delia. Meta ntalab reazzjoni mill-Kap tal-Istat dwar is-sitwazzjoni hu kien astjena, xi ħaġa li ma niżlet xejn tajjeb mal-maġġoranza tad-deputati.

jonalista. Minkejja dan, il-manuvri fir-reshuffle tal-Kap tal-Oppożizzjoni wara tliet xhur mill-ħatra tiegħu ħolqu pandemonju fost il-partitarji tatTabib Spiteri fit-Tieni Distrett minn fejn jiġi elett. Tant kemm kienet kbira r-rabja u t-theddid lejn id-Dar Ċentrali li l-pjan li jdgħajfu lil Spiteri malajr ġie abbandunat. Ftit wara, waqt programm televiżiv fuq l-istazzjon nazzjonali, Spiteri waqqa’ l-kelma ta’ Bernard Grech dwar il-kumpaniji tal-kannabis mediċinali.

Hu qal li l-investiment li qed isir f’pajjiżna minn kumpaniji farmaċewtiċi, involuti fil-produzzjoni tal-kannabis mediċinali, mhumiex fabbriki tad-droga, kif kien iddikjara l-Kap Nazzjonalista ġimagħtejn qabel. Anzi l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għas-Saħħa xejjen dak li qal Grech u faħħar dan l-investiment għax se jgħin biex is-settur mediku f’pajjiżna joffri għajnuna aħjar lill-pazjenti, waqt li se joffri l-opportunità lill-pajjiż li jipproduċi l-prodotti hawn u mbagħad jesportahom lejn pajjiżi oħrajn. Is-sorsi tagħna fil-PN qalulna li wieħed jistenna iktar minn dawn l-attakki ta’ Jason Azzopardi li jattakka biex jgħatti xturu. Kif ġie rrapportat anke minn din il-gazzetta, Azzopardi riċentement qajjem kjass intern wara li ma sab l-ebda appoġġ mingħand sħabu fil-Parlament u fil-Partit inġenerali. Wara akkużi serji li għamel fil-konfront tas-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar taħt il-privileġġ Parlamentari, Azzopardi nħaraq għax ma sab spalla mingħand ħadd, waqt li xi deputati Nazzjonalisti dakinhar staqsew x’fettillu jaġixxi b’dak il-mod. Fosthom issa jirriżulta li kien hemm il-Viċi Kap Agius, li hu wkoll responsabbli għall-Affarijiet tal-Parlament. Sussegwentement irriżulta li l-akkużi serji minn Azzopardi ma kienu xejn għajr gidba oħra minn tiegħu biex jgħatti xturu, konxju li ONE News kienu qed jitolbu lill-Parlament għad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tiegħu. Kif ġie rrapportat, minn dawn ħareġ li Azzopardi kiser il-liġi u l-etika meta għamel tliet snin bejn l-2016 u l-2018 ma jiddikjara l-ebda dħul, waqt li fl-2019 ħalla barra kull dħul li kellu mill-professjoni legali tiegħu.



06

28.03.2021

BIL-MAQLUB TAR-RIŻULTATI NEGATTIVI LI NKISBU FL-UE IMPJIEGI F’MALTA

IMPJIEGI FULL-TIME MADWAR L-UE

FULL-TIME

SELF-EMPLOYED

SPANJA

ITALJA

ĊIPRU

OLANDA

L-aħħar kwart 2020

229,255

41,780

L-ewwel kwart 2020

225,836

L-aħħar kwart 2019

226,502

AWSTRIJA REP. ĊEKA

L-aħħar kwart 2020

16.35 mil

18.25 mil

0.365 mil

4.25 mil

3.09 mil

4.79 mil

40,369

L-ewwel kwart 2020

16.67 mil

18.20 mil

0.362 mil

4.31 mil

3.05 mil

4.82 mil

41,234

L-aħħar kwart 2019

16.87 mil

18.41 mil

0.367 mil

4.35 mil

3.13 mil

4.84 mil

Tkompli minn paġna 1 B’kuntrast ma’ dak li seħħ f’pajjiżna, fl-Unjoni Ewropea b’mod ġene­ rali kien hemm tnaqqis sostanzjali fl-impjiegi full-time li jisboq it-2.2 miljun persuna, jew 1.4% tal-impjiegi li kien hemm fl-aħħar kwart tal-2019. Waqt li f’Malta kellna żieda ta’ kważi 3,000 persuna jaħdmu fulltime, f’Ċipru kien hemm tnaq­qis ta’ madwar 2,500 impjieg fulltime fl-istess perjodu. Fi Spanja fi 12-il xahar kien hemm tnaqqis ta’ 516,000 ħaddiem full-time, tnaq­ qis ta’ aktar minn 3%. Fl-Italja kien hemm telf ta’ 162,000 impjieg fulltime. Minkejja dan, it-tnaqqis fl-impjiegi ma kienx irreġistrat biss f’pajjiżi fil-Mediterran, li huma dipendenti ħafna fuq it-turiżmu. L-Olanda, li qabel il-pandemija kienet mutur ekonomiku fiż-Żona Ewro, kellha tnaqqis ta’ 103,000 impjieg fulltime fuq medda ta’ sena, li jfisser daqqa ta’ kważi 2.5%. Pajjiżi li qabel il-pandemija kienu fost dawk bl-inqas rati ta’ qgħad ukoll raw kriżi fl-impjiegi full-time. Pereżempju fl-Awstrija dawk jaħdmu full-time naqsu b’44,000, waqt li fir-Repubblika Ċeka kien hemm tnaqqis ta’ 51,000 full-timer. Dan it-tnaqqis seħħ minkejja li f’dawn il-pajjiżi l-gvernijiet tagħ­ hom ukoll taw sostenn finanzjarju sostanzjali, għalkemm xorta ma jlaħħqux ma’ dak li ħareġ u għadu joħroġ il-Gvern Malti. L-iskema tal-Wage Supplement f’Malta hi ferm differenti, għax f’ħafna pajjiżi biex persuna tapplika għal dan ilbenefiċċju trid tkun tilfet l-impjieg jew inkella baqgħet taħdem biss sigħat limitati. F’Malta n-negozji jingħataw sussidju għax tilfu l-bejgħ u jistgħu jħaddmu l-ħaddiema bl-istess sigħat ta’ qabel il-pandemija. Dan wassal biex min iħaddem għażel li jibqa’ jimpjega u mhux ikeċċi l-ħad-

diema. Kif qal il-Prim Ministru Robert Abela fid-diskors tiegħu nhar l-Erbgħa qabel il-vot għall-approvazzjoni tal-Baġit 2021, pajjiżna rnexxielu jissalvagwardja l-kapaċità produttiva. Dan ifisser li meta d-domanda globali terġa’ tibda tikber, in-negozji f’pajjiżna se jkunu lesti

biex jissodisfaw l-ordnijiet. Dan mentri negozji f’pajjiżi madwarna qabel jaċċettaw ordnijiet ikollhom l-ewwel jerġgħu jsibu l-ħaddiema, li wkoll ikunu ilhom xhur ma jistgħux jirrapporataw għax-xogħol la l-iskemi tal-Wage Supplement barranin hekk jitolbu. Dan hu fattur ewlieni għalfejn

istituzzjonijiet barranin qed ibassru li pajjiżna se jkollu l-ogħla rata ta’ tkabbir fl-Ewropa meta tispiċċa l-pandemija. Diġà fl-aħħar kwart tal-2020, kien irrapportat mill-Eurostat li pajjiżna kellu l-ogħla tkabbir ekonomiku fiż-Żona Ewro, meta wieħed iqabbel l-attività mal-kwart preċedenti.


07

28.03.2021

L-GĦAJNUNA TAL-GVERN FUQ QUDDIEM TIĠI ESTIŻA LIN-NEGOZJI F’IMPJIEGI TA’ GĦARFIEN SPEĊJALIZZAT Pajjiżna jinsab fuq quddiem f’kategorija importanti ta’ impjiegi li jissejħu knowledge-intensive, jiġifieri dawk f’industriji li huma intensivi fl-għarfien speċjalizzat tal-ħaddiema tagħhom. Indiċi internazzjonali jindika li dawn it-tip ta’ Impjiegi żdiedu qatigħ fl-aħħar snin u qabżu pro rata dawk f’pajjiżi li huma ferm akbar, bħal Franza u l-Italja, fost oħrajn. Il-pożizzjoni ta’ Malta jagħtiha l-Indiċi magħruf bħala l-ECEPR and Nordic Capital Brain Business Jobs Index, li jirrapporta li pajjiżna jinsab fuq quddiem f’dan is-settur ta’ impjiegi fost il-pajjiżi fin-naħa t’isfel tal-Unjoni Ewropea, b’konċentrazzjoni għolja ta’ 7.7% f’dawn it-tip ta’ impjiegi fostna. L-Università rinomata ta’ Oxford tagħti eżempji ta’ impjiegi biex tispeċifika liema huma dawk li jaqgħu f’din il-kategorija, fosthom konsulenti dwar maniġment u l-IT; impjegati ta’ kumpaniji bbażati fuq teknoloġija għolja/riċerka u żvilupp (eż. dawk li kontinwament għandhom bżonn iġeddu l-għarfien tagħhom fis-settur tal-mikroelettronika); inġinieri u xjenzati, fost oħrajn. Bħala eżempji ta’ start-ups innovattivi f’Malta, l-ECEPR and Nordic Capital Brain Business Jobs Index isemmi Binance Labs u Quidax – kumpaniji li jaħdmu fil-qasam tal-blockchain u l-cryptocurrency. Ir-rapport isemmi kif pajjiżna qiegħed jimxi lejn ekonomija blockchain u qed jikkompeti bil-kbir ma’ Ċipru billi qed jattira lejh impjiegi meqjusin bħala knowledge-intensive. L-indiċi jkompli jgħid li f’dak li hu reklamar u market research, Malta tinsab b’saħħitha ferm u fuq quddiem nett meta mqabbel mal-kumplament tal-pajjiżi Ewropej, l-istess fejn jidħlu uffiċċji ċentrali f’dan is-settur ta’ xogħol li joperaw minn Malta. Minkejja dan, irridu ntejbu l-wirja tagħna fir-riċerka u l-innovazzjoni. Dan ir-riżultat pożittiv inkiseb matul l-aħħar snin, meta hu rrapportat li bejn l-2012 u l-2019, f’pajjiżna kien hemm żieda qawwija (9,500 impjieg) ta’ dawn ittip ta’ Impjiegi speċjalizzati. Sfortunatament matul is-sena li għaddiet il-pandemija ħalliet l-effetti tagħha hawn ukoll tant li ntilfu mal-1,000 impjieg f’dan is-settur. Dan affettwa bi ftit il-persentaġġ ta’ dawn it-tip ta’ Impjiegi minn 5.2% fl-2019, għal 5.1% fl-2020. Bejn l-2019 u l-2020 bħala total, il-pajjiżi kollha tan-naħa t’isfel tal-Unjoni Ewropea tilfu 58,400 impjieg meqjusin bħala knowledgeintensive, b’mod partikolari fi Spanja li kienet l-aktar pajjiż affettwat. “L-għarfien hu l-qafas li fuqu jistgħu jiġu attirati l-investimenti u jinħoloq valur għal triq sostenibbli fuq perjodu twil. Hu naturali għalina li nsostnu r-riċerka fuq kif l-għarfien isaħħaħ il-kundizzjonijiet għal investimenti tajbin, speċjalment wara li tgħaddi l-pandemija,” saħaq Klas Tikkanen, Chief Operating Officer ta’ Nordic Capital Advisors.

Bil-għan li jagħti aktar nifs lin-negozji lokali fiċ-ċirkostanzi diffiċli tal-pandemija, ilGvern din il-ġimgħa estenda sal-aħħar tas-sena d-differiment tat-taxxi li l-kumpaniji u s-self-employed huma obbligati li jħallsu biex ikollhom aktar flus f’likwidità f’dan iż-żmien ta’ sfida. It-taxxi eliġibbli għal tali posponiment huma dawk kollha mħallsin minn min iħaddem. Mindu tnediet il-miżura tad-differiment tat-taxxa, diġà ġew differiti mal-€230 miljun f’taxxi tad-dħul, bolla u VAT b’kollox. Minn dawn tħallsu biss ftit aktar minn €95 miljun. Waqt li ħabbar dan f’konfe­ renza tal-aħbarijiet aktar kmieni din il-ġimgħa, il-Ministru għall-Finanzi u x-Xogħol Clyde Caruana (ritratt) spjega li issa n-negozji se jkunu jistgħu jibdew iħallsu t-taxxi tagħhom minn Mejju tas-sena d-dieħla, għalkemm qal li dan ma jeżentax l-obbligu li wieħed jissottometti d-dokumenti neċessarji hekk kif mitlub mil-liġi. “Jiġifieri jekk xi ħadd irid idaħħal il-formoli tad-diversi taxxi, dawk jidħlu iva, imma l-pagament ma jidħolx, għax dak differit. B’hekk il-Gvern ikompli għaddej bil-ħidma amministrattiva tiegħu fil-qasam tat-taxxi. Irrid ngħid li jekk dawn ma jidħlux u dak li hemm bżonn ma jsirx, iva hemmhekk xorta japplikaw il-penalitajiet li japplikaw is-soltu,” stqarr il-Ministru Caruana, li wkoll ħabbar kif se jkun qed jestendi l-moratorji taħt il-COVID Guarantee Scheme mit-30 ta’ Ġunju 2021 sat-30 ta’ Settembru 2021. B’kollox taħt din l-iskema, immirata li tipprovdi aktar likwidità lin-negozji, hemm 537

self u li jammontaw għal ftit aktar minn €408 miljun. Dan filwaqt li se tiġi estiża l-possibbiltà li negozji jissellfu b’rati vantaġġużi mill-Bank tal-Iżvilupp biex jitħallas self ieħor. Il-Ministru qal li dawn il-moratorji ġew estiżi sa Settembru hekk kif il-Bank tal-Iżvilupp qed jistudja strumenti finanzjarji biex in-negozji jħallsu dak li għandhom jagħtu fuq numru ta’ snin. Il-Ministru għall-Finanzi ħabbar ukoll li se tkun qed titnieda konċessjoni li tippermetti biex negozji, li jkunu waqgħu lura bi snin fi ħlas ta’ taxxa jagħmlu dan billi jbigħu assi tagħhom fi proprjetà jew art. B’hekk id-dħul mill-bejgħ imur għand id-Dipartiment tat-

Taxxa u taħt din l-iskema jiġi eżentati minn 5% fuq it-taxxa tal-kapital. Caruana sostna li din il-miżura jkollha skadenza ta’ sena jiġifieri sa Marzu tas-sena d-dieħla u għaldaqstant ikunu qed jibbenefikaw minnha dawk li jkunu daħlu f’konvenju li jsir fi żmien sena, jiġifieri sa Marzu tas-sena 2022. Fost dawk li laqgħu dawn il-miżuri mill-ewwel kien hemm il-Kamra tan-Negozji Żgħar u Medji li rringrazzjat lill-Gvern waqt li ddikjarat li l-miżuri huma pass ieħor fid-direzzjoni t-tajba u addattati għall-bżonnijiet tal-membri tagħha billi jipprovdu aktar viżibbiltà għaż-żmien li ġej u ċertezza dwar likwidità.


08 Ritratt: ANTHONY AXXIAQ

28.03.2021

“TEŻORI STORIĊI, KULTURALI U KULINARI FORTIFIKATI FL-IŻGĦAR STAT EWROPEW” L-iżgħar belt fl-Ewropa mdawra bil-baħar u swar ta’ fortifikazzjonijiet tas-Seklu 16 għandha sbuħija unika li ma tispiċċax. Bħala Wirt Storiku Dinji tal-UNESCO, ilBelt Valletta tinsab f’nofs qawmien mill-ġdid tas-Seklu 21. Ħarġet mis-Sena Kulturali tagħha fl-2018 b’iżjed lukandi, restoranti u teżori storiċi aktar minn qatt qabel – u fadal aktar x’jiġi. B’din id-deskrizzjoni tal-kapitali tagħna, il-ġurnalista Juliet Rix mill-ġurnal influwenti Ingliż The Telegraph bdiet tirrakkonta l-esperjenza personali tagħha ta’ 48 siegħa f’pajjiżna f’artiklu maqsum f’diversi partijiet u ppubblikat din il-ġimgħa. Fl-artiklu, li wkoll estenda għal inħawi oħrajn ta’ pajjiżna, ġew elenkati diversi oqsma, inklużi attrazzjonijiet u postijiet ta’ divertiment, il-kosta glorjuża mżejna bil-bajjiet, knejjes u veduti storiċi mal-pajsaġġ kollu. Il-ġurnalista tikteb kif f’Malta hawn ħafna x’tagħmel u x’tara, anke mingħajr ma tħallas xejn – mill-irdumijiet naturali għall-palazzi, millBarokk għall-Avantgarde. Fil-fatt, parti mill-artik-

MILL-MUŻEWIJIET U BINJIET STORIĊI SAR-RESTORANTI JAGĦMLUHA F’ELOĠJU MINN THE TELEGRAPH DWAR MALTA

lu hi ddedikata għall-fatt li fost l-aqwa affarijiet li tista’ tagħmel f’Malta huma b’xejn. “Belt fortifikata u mibnija mill-Kavallieri, bi swar impressjonanti u li jservu għall-

aqwa veduti. Ġonna b’xejn, bħal dak tal-Barrakka ta’ Fuq mibni fuq il-ħitan tas-swar u bl-isbaħ panorama spettakolari tal-Port il-Kbir imdawwar bit-Tliet Ibliet storiċi.

Ġnien kollu monumenti u skulturi, ħu kafè u titpaxxa tara l-isparar tal-kanuni fuq il-Batterija tas-Salut,” jgħid The Telegraph, f’parti mid-deskrizzjoni tal-kapitali.

Mill-Belt Valletta, il-ġurnalista tmur sal-“Belt Siekta”, l-Imdina, fejn issibha diffiċli biex tesprimi s-sensazzjoni fit-toroq dojoq tagħha, qalb il-palazzi, il-kunventi u l-knejjes tal-franka u passaġġi fuq il-bastjun li joffru veduti tal-gżira. Il-ġurnalista tkompli li “post ieħor li jista’ jitgawda b’xejn u joffri togħma tajba tal-pajsaġġ Malti hu r-raħal ta’ Marsaxlokk. Raħal imdawwar b’port żgħir mimli dgħajjes tas-sajd tradizzjonali miżbugħin bi strixxi jleqqu sofor, ħomor, blu u ħodor. Dan hu l-port tas-sajd tradizzjonali u d-dgħajjes joħorġu għall-qabda ta’ kuljum biex ilħut jinbiegħ fis-suq ta’ filgħodu kmieni – mibdul aktar tard matul il-ġurnata minn sett ta’ tilari aktar faċli għat-turisti – u jittiekel kemm mill-Maltin kif ukoll mit-turisti fir-restoranti tal-familja li jvarjaw mal-kosta.” The Telegraph jisħaq li Malta tista’ vera tkun magħrufa sew għax-xemx u l-baħar tagħha, iżda l-istorja li għandha hi tassew straordinarja u tista’ titgawda bl-iżjed mod faċli f’distanzi qosra u mezzi ta’ trasport komdi. Hawn il-ġurnal jagħti elenku tal-postijiet li jistgħu jitgawdew b’xejn mit-turisti, postijiet ta’ attrazzjoni li huma uniċi. “Malta kienet maħkuma minn bosta poteri ewlenin tal-Ewropa; mill-Feniċi u r-Rumani, l-Għarab u l-monarki Medjevali, sal-Kavallieri ta’ Malta, il-Franċiżi u l-Ingliżi. Kull wieħed ħalla l-marka tiegħu hawn u taw lil Malta aktar postijiet storiċi. Ladarba żżur il-Belt kapitali, ma jistax jonqos milli żżur il-kwartieri tal-iskjavi tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, il-Kmamar talGwerra ta’ Las­caris, il-Palazz tal-Gran Mastru tal-Kavallieri ta’ San Ġwann u l-Konkatidral ta’ San Ġwann. Dawn kollha mdawra bl-isbaħ ritratti, pitturi, armi u armaturi jiżvelaw ħafna mill-istorja tan-nazzjon fl-aħħar 450 sena u fuqhom,” kitbet l-awtriċi. Hi wkoll daħlet fuq il-kċina tradizzjonali Mediterranja tagħna u għal xiex bħala Maltin inħobbu ħafna nieklu barra, fejn f’dan ir-rigward pajjiżna mimli restoranti eċċellenti. Il-kosta ta’ Malta u l-ġranet sħan fis-sena, speċjalment fil-jiem tas-sajf, tiġbed l-għajn tat-Telegraph fejn “Malta bla dubju hi post mill-isbaħ għax-xemx u l-baħar u bil-fatti għandha fost l-aktar ibħra ċari fil-Mediterran u bajjiet b’faċilitajiet għal kulħadd,” u jiġu indikati bajjiet popolari bħall-Għadira, Għajn Tuffieħa, San Ġorġ, St Peter’s Pool, ir-Ramla l-Ħamra, il-Blue Lagoon u ħafna oħrajn.


09

28.03.2021

STUDENTI ALTRUWISTI Inizjattiva tal-istudenti u l-istaff tal-Iskola Sekondarja talKulleġġ San Benedittu, f’Ħal Kirkop, għenet finanzjarjament lil diversi santwarji li jieħdu ħsieb l-annimali. Fil-fatt idea li bdiet fi klassi waħda biex jiġbru ammont ta’ flus ħalli jisponsorjaw kelb jew qattus, spiċċat infirxet mal-iskola kollha fejn ħadu din l-inizjattiva fejn b’kollox ġew sponsorjati aktar minn 60 kelb u qattus mill-Association for Abandoned Animals u santwarju fiż-Żurrieq. Minbarra hekk, inġabru donazzjonijiet ta’ ikel tal-annimali li tqassmu fost Noah’s Ark u voluntieri li jitimgħu l-annimali fl-irħula li jkopri l-Kulleġġ. Studenti wkoll żaru lil RMJ’s Horse Resuce fejn qattgħu l-ħin jgħinu fix-xogħol li jsir ta’ kuljum fis-santwarju. L-Iskola qalet li temmen ħafna f’dawn l-inizjattivi, għax jagħtu valuri li t-tfal ma jiħduhomx mil-lezzjonijiet fil-klassi.

ISSA BL-AKBAR RATA TA’ TILQIM FID-DINJA Wara li għall-aħħar xhur u sa mill-bidu tat-tqassim talvaċċin kontra l-COVID-19, pajjiżna kien qed jiggwida r-rata tat-tilqim fl-Unjoni Ewropea kollha, issa jirriżulta li Malta għandha wkoll l-ogħla rata ta’ tilqim ras għal ras fid-dinja. F’intervent telefoniku li għamel fil-programm “Sibt ilPunt” fuq ONE Radio, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne saħaq li lbieraħ konna qabel pajjiżi, bħal Iżrael, li kien ilu jiddomina x-xena dinjija, u konna fl-istess livell mar-Renju Unit, li wkoll għaddej b’eżerċizzju rigoruż biex ilaqqam il-poplu tiegħu. “Jekk tara r-rata ta’ tilqim ras għal ras, f’Malta hija l-ogħla fid-dinja llum. Iżjed minn ta’ Iżrael, jiġifieri ara kemm ilna ngħidu li Iżrael l-aħjar pajjiż, Malta llum qed tlaqqam b’rata ogħla minnu, ogħla mill-Istati Uniti tal-Amerka … qegħdin daqs l-Ingliżi. Ġurnata nkunu iżjed minnhom aħna, l-għada jkunu aħjar minna huma. Imma aħna qegħdin nagħtu l-iżjed ammont ta’ tilqim per capita fid-dinja,” ħabbar id-Deputat Prim Ministru. Il-Ministru għas-Saħħa spjega kif ir-rata mgħaġġla tattilqim f’pajjiżna hi waħda miżżewġ raġunijiet ewlenin li qed twassal għal titjib mhux biss fin-numru ta’ infezzjonijiet ġodda f’pajjiżna, imma wkoll fl-għadd ta’ persuni li qed ikollhom jiġu rikoverati fl-Isptar bil-Coronavirus. It-tieni raġuni hi l-miżuri f’waqthom li ttieħ-

du mill-Gvern Malti. Hu wkoll irrefera għad-dif­ fe­renza kbira li qed isseħħ bħalissa fl-Ewropa, fejn issit­wazzjoni tal-Coronavirus tinsab fl-agħar livelli li qatt kienet. Minkejja dan, f’Malta n-numri ta’ infezzjonijiet ġodda u nies li qed jidħlu l-isptar, qegħdin jonqsu b’mod drastiku.

Filwaqt li appella dejjem għall-kawtela, Fearne innota kif in-numri li rreġistra pajjiżna fl-aħħar jiem kienu pożittivi, primarjament għax il-persuni f’Malta qed jitlaqqmu b’rata mgħaġġla ħafna. “Sal-lejla, 30% tal-adulti f’pajjiżna se jkunu ħadu minn tal-inqas l-ewwel doża tal-vaċċin. Xi 12/13% se jkunu ħadu wkoll it-tieni doża,” tenna Fearne. Hu fakkar ukoll kif bħalissa għadhom qed jintbagħtu l-inviti lil dawk li għandhom aktar minn 60 sena, għax dan hu

grupp kbir ħafna u allura kellhom jinqasmu f’perjodu itwal mill-gruppi l-oħrajn. Id-Deputat Prim Ministru rrefera għall-faċċata tal-Financial Times tal-bieraħ, li ħabbret li l-pajjiżi Ewropej qegħdin iwissu li s-sistemi tas-saħħa tagħhom jinsabu f’xifer li jikkollassaw, hekk kif bħalissa l-Ewropa għaddejja mill-agħar żmien tal-pandemija, partikolarment minħabba l-varjant Ingliż. Hu spjega li f’Malta, erbgħa minn kull ħames każijiet qed jirriżultaw mill-varjant Ingliż u għalhekk appella biex kulħadd joqgħod iżjed attent, ladarba dan hu aktar kontaġjuż mill-virus oriġinali. Waqt li indika istruzzjonijiet għall-ġranet tal-Għid fi tmiem ilġimgħa li ġejja, hu qal li “issa li n-numri huma madwar 100 (kuljum), issa hu ż-żmien li noqogħdu l-iżjed attenti u l-iżjed li nkunu dix­xi­plinati. Irridu nissikkaw naq­ra iżjed, mhux nirrilaxxaw.” “Għada (illum) filgħodu se ngħidu naqra wkoll kif naħsbu li għandu jiġri biex għall-ġranet tal-Għid noqogħdu naqra iżjed attenti, anke issa li t-temp sabiħ, nevitaw li jkollna nies li joħorġu barra fi gruppi. Irridu hemmhekk nissikkaw ħarira żejda, imma din issa hi l-isprint tal-aħħar. Il-vaċċin qiegħed jagħti protezzjoni, qed inlaqqmu b’rata mgħaġġla ħafna, dalwaqt nilħqu wkoll il-herd immunity … sakemm nilħquha, l-aħħar sforz,” temm jgħid il-Ministru tas-Saħħa.

MAĦTURA PRESIDENT TA’ SPECIAL OLYMPICS Dr Lydia Abela, mart il-Prim Ministru, għadha kemm inħatret President ta’ Special Olympics Malta mill-bord eżekuttiv tal-istess assoċjazzjoni. Anna Calleja, Direttur Nazzjona­li ta’ Special Olympics Malt­a, qalet li hu ta’ unur għalihom li Dr Abela ngħaqdet mal-familja kbira tagħ­ hom, waqt li qed tħares ’il quddiem biex, fllimkien, jingħata dak kollu pos­ sibbli lil kull atleta ħalli jiżviluppaw il-potenzjal tagħhom. Stqarrija mill-organizzazzjoni qalet li dan hu żmien eċċitanti u impenjattiv għal Special Olympics Malta, hekk kif is-sena li ġejja Malta se tkun qed tospita l-logħob internazzjonali tal-Olimpjadi għall-persuni b’diżabbiltà. F’laqgħa li kellha mal-atleti u l-ġenituri tagħhom, Dr Abela (ritratt) qalet li tinsab onorata li se tkun qed taħdem mat-tim eċċellenti ta’ Special Olympics u se tagħmel ħilitha kollha biex tinvesti fl-atleti tagħna, li għandhom potenzjal kbir tant li dejjem għamlu ġieħ lil pajjiżna. Sentejn ilu, 29 atleta ta’ Special Olympics Malta kienu ġew onorati mill-President George Vella bil-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika wara li fl-Olimpjadi ta’ dik is-sena, li ġew organizzati f’Abu Dhabi, rebħu 12-il midalja tad-deheb, 13 tal-fidda u 14 tal-bronż f’disa’ dixxiplini differenti.


10

28.03.2021

TELECARE FUQ BARRA

L-AĦĦAR TISLIMA LIL “QALB TAD-DEHEB” Ir-raħal ta’ Ħal Qormi lbieraħ ta l-aħħar tislima lil Ramiro Mallia, li miet aktar kmieni din il-ġimgħa wara allegat inċident sfortunat bi ħruġ ta’ gass minn giżer fil-kamra tal-banju. Iż-żagħżugħ ta’ 19-il sena kien deskritt bħala persuna b’qalb tad-deheb, wara li l-esperjenza tiegħu fil-ġlieda kontra l-kanċer instigatu biex jgħin qatigħ lil għaqdiet li jaħdmu favur vittmi oħrajn, bħal Putti­ nu Cares, mhux l-inqas b’inizjattivi personali għal ġbir ta’ fondi. Tant hu hekk, li l-aħħar kitba tiegħu fuq ilmid­ja soċjali kienet appell biex jiġbor il-flus għal Puttinu Cares mill-bejgħ tal-figolli. Meta kellu biss tliet snin, Ramiro sab l-għajnuna tal-istess għaqda filantropika biex fieq mill-marda tal-kanċer. Nhar it-Tlieta waranofsinhar ilġuv­ni kellu jingħata l-Ewwel Għaj­ nuna minn tim mediku li wasal fuq ilpost tal-inċident wara li nstab mitluf minn sensih minn xi qraba. Sfortu­ nament hu tilef ħajtu ftit tal-ħin wara fl-Isptar Mater Dei. Il-ħemda tal-bie­raħ waranofsin­ har inkisret minn mota funebri tal-qniepen tal-Knisja Kolleġġjata ta’ San Ġorġ Martri, waqt li ħafna nġabru sa fuq iz-zuntier biex isellmu liż-żagħżugħ. Huma laqgħu l-appell tal-familja taż-żagħżugħ li xtaqet li dawk li jattendu jilbsu ħwejjeġ ikkuluriti u minflok fjuri jagħtu donazzjonijiet lil Puttinu Cares, kif żgur kien jixtieq Ramiro nnifsu. Fl-omelija tiegħu, Patri Reno Mus-

cat, li kien jaf mill-qrib lil Ramiro u familtu, qal li ż-żagħżugħ kien bniedem altruwist u bieżel. “Ramiro kien bniedem sabiħ minn barra, iżda kellu ħafna sabiħ minn ġewwa wkoll. Dan hekk kif wara li għeleb il-marda talkanċer, hu għen diversi għaqdiet u nies. Nappella biex dak li Ramiro beda b’‘Ramiro & Friends’, jitkompla minn sħabu,” qal Patri Muscat. Preżenti għall-funeral kien hemm diversi żgħażagħ li kienu jattendu fl-istess skola ta’ Ramiro, dawk li kienu jilagħbu l-futbol miegħu

mat-timijiet ta’ Wied il-Għajn u ta’ Ħal Qormi u dilettanti Maltin membri fil-klabb tal-partitarji tat-tim Taljan ta’ Milan FC, li kien iżomm miegħu ż-żagħżugħ. Fi tmiem il-funeral, it-tebut abjad inħareġ mill-Knisja fuq spallejn il-partitarji ta’ Milan, filwaqt li ndaqq l-innu tal-istess klabb u l-kanzunetta uffiċjali ta’ Puttinu. Fost il-qraba tiegħu, Ramiro ħalla jibkuh lill-ġenituri Joseph u Marylis, ħutu Jurgen, Myron u Thiago, u l-għarusa tiegħu Shanise.

Se jinbeda proġett pilota biex is-servizz tat-Telecare, li hu essenzjali għal eluf ta’ anzjani Maltin, ma jibqax limitat għal operaturi b’linja fissa, iżda jaħdem ukoll meta l-persuna tkun barra minn darha. Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia qal li din hi inizjattiva oħra bħala parti mill-impenn tal-Gvern biex jiffaċilita l-interazzjoni soċjali permezz tat-teknoloġija. Is-servizz tat-Telecare jipprovdi serħan il-moħħ kemm għall-anzjani kif ukoll għal qrabathom minħabba li, b’għafsa ta’ buttuna, joffri aċċess għal ċentru apposta f’każi ta’ emerġenza. Il-Ministru qal li s-servizz imsejjaħ Telecare on the Move hu evoluzzjoni fit-teknoloġija għax se jipprovdi lill-persuna b’apparat tal-GPS u li jkun imqabbad maċ-ċentru ta’ emerġenza 24 siegħa kuljum. Hu spjega li l-apparat se jkollu diversi fatturi oħrajn li se jtejbu l-kwalità tal-ħajja ta’ persuni vulnerabbli, fosthom buttuna SOS, funzjoni f’każ li l-persuna taqa’, GPS tracking, geo-fencing u komunikazzjoni mal-qraba jew maċ-ċentru ta’ emerġenza. Applikanti li għandhom formola roża vali­ da tad-Dipartiment tas-Servizzi Soċjali jiġu pprovduti wkoll bl-apparat b’xejn u jkollhom rinunzja għall-ħlas ta’ kull xahar.

RIFORMI FIL-PL Il-Partit Laburista għaddej minn diversi riformi taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela, bilgħan li jkompli jissaħħaħ u jiġġedded. Waqt li kien qed jieħu sehem fi programm fuq il-midja soċjali mmexxi minn Reno Bugeja, id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit Daniel Micallef qal li waħda mir-riformi hi maħsuba li ssaħħaħ id-dixxiplina u l-etika ta’ kull min jirrappreżenta lill-Partit. “Jien qed nara li jkun hemm skruntinju aktar kontinwu tar-rappreżentanti kollha tal-Partit. Hemm proċeduri li naħseb għandhom jissaħħu,” tenna d-Deputat Mexxej Laburista, waqt li semma wkoll riformi fl-ope­ rat politiku, fil-fergħat u fuq livell lokali. Dwar l-aħħar żviluppi fil-Qorti, Micallef innota r-riformi kbar nazzjonali li seħħew f’dan il-qasam taħt it-tmexxija Laburista. “Naħseb kulħadd jaf li l-amministrazzjoni ta’ Rober­t Abela għamlet ħemel ta’ riformi li, għal snin twal, kienu ilho­m fuq il-backburner f’dan ilpajjiż. Qed naraw azzjonijiet u istituzzjoni­jiet li qed jaħdmu, avolja hawn min ma togħġbux li ngħidu li l-istituzzjonijiet qed jaħdmu. Inħalli l-ġudizzju f’idejn in-nies. Għandna proċess ta’ ġustizzja li viżibilment li qed isir.” Il-Perit Micallef qal li l-PL għandu messaġġ wieħed u ċar, li “jekk wieħed isegwi dak li qal il-Prim Ministru nhar il-Ħadd, pereżempju, fejn jinstab li sar ħażin, għemil ħażin, għamlu min għamlu, mhu ħa jsib l-ebda kenn, la mingħandi, la mingħand Robert Abela u wisq inqas mill-Partit Laburista”. Hu qal ukoll li l-PL mill-Gvern għamel diversi bidliet għal pajjiżna. “Aħna rridu nibqgħu naħdmu b’umiltà, saqajna mal-art. Il-fiduċja li radd il-poplu rridu mmorru lura quddiemu u ngħidulu isma’ dik il-fiduċja ssarrfet f’dawn il-kisbiet għall-pajjiż u għandna viżjoni issa għas-snin li ġejjin,” kompla Micallef. Fl-istess programm hu wkoll semma l-pro­ ċess ta’ “100 Idea”, fl-okkażjoni taċ-ċentinar­ ju mit-twelid tal-PL, fejn bħalissa għaddej ilproċess intern biex jiġu evalwati l-pariri.


11

28.03.2021

UĦUD MILL-PROĠETTI LI GĦALIHOM INGĦATAW L-UNURI

PERITI U INTERIOR DESIGNERS REBBIEĦA FL-MASP AWARDS ’20 Proġetti reċenti f’Malta b’arkitettura kontemporanja u interior design eżemplari ġew rikonoxxuti f’ċerimonja virtwali tal-MASP Awards tal-2020 organizzata mill-Awtorità tal-Ippjanar. Ir-rebbieħa tal-premjijiet MASP 2020 jinkludu xi periti magħrufa kif ukoll periti u interior designers, li bdew jissemmew fl-industrija. L-Award għar-riabilitazzjoni u l-konservazzjoni ntrebaħ minn Camilleri Paris Mode Design & Projects Studio għax-xogħol li wettqu fuq Villa La Fiorentina f’Ħ’Attard. Din hi trasformazzjoni eżemplari ta’ binja abbandunata għal binja residenzjali. Ċentru tat-Tagħlim Kattoliku fin-Nadur ta’ Edward Scerri Architect Studio, Candle House tal-kumpanija MODEL, u Admiralty House fil-Belt Valletta tad-Direttorat tar-Restawr irċevew rikonoxximent speċjali f’din il-kategorija. Casa Bottega fil-Belt Valletta ta’ Chris Briffa Architects kien il-proġett rebbieħ għall-premju għad-disinn urban. Il-ġurija rat li din il-binja hi eżempju ċar ta’ kif estensjonijiet vertikali kontemporanji jistgħu jiġu integrati b’suċċess ma’ post storiku urban fil-Belt Valletta. L-unur għal spazji miftuħa ntrebaħ minn Martin Xuereb & Associates għall-Piazzetta f’Tas-Sliema. Il-ġurija faħħret il-mod kif l-ispazju, elevat mill-promenade, jippermetti sens ta’ kalma u trankwillità f’żona daqshekk movimen-

tata tul ix-xatt tal-baħar ta’ Tas-Sliema. Pjazzetta l-Għammiedi, fix-Xewkija, tal-Perit Mariella Xuereb ukoll ingħata rikonoxximent speċjali fi ħdan din il-kategorija. Il-kumpanija ta’ periti DeMicoli & Associates hi r-rebbieħa tal-premju għall-bini kummerċjali u pubbliku għall-binja Tipico f’San Ġiljan. Dan il-bini ikoniku biswit it-Torri ta’ Portomaso jimmassimizza s-sit ta’ bini li qabel kien baxx u jitla’ għal 13-il sular ’il fuq mil-livell tat-triq tal-kumpless. Openworkstudio rċieva rikonoxximent speċjali għallproġett Simonds Farsons Cisk Chapel and Canteen. Il-premju għall-interior design ta’ proġetti residenzjali ntrebaħ minn Atmosphere Design għal villa residenzjali fil-Kappara. Il-ġurija sabet li dan il-proġett hu bilanċjat tajjeb ħafna b’mod ġenerali, kemm f’termini tad-disinn tiegħu kif ukoll fil-ħolqien ta’ spazji kif jixraq f’residenza. Forward Architects u Archi+ irċevew rikonoxximent

speċjali għal Tignè Duplex Penthouse f’Tas-Sliema u Concrete House fil-Madliena rispettivament. Il-premju għall-interior design ta’ proġetti kummerċjali u pubbliċi ntrebaħ mill-kumpanija ta’ periti Studjurban. Dan il-proġett jistabbilixxi l-istandards mistennija għaċ-ċentri taċ-childcare, kemm f’termini tal-kunċett ġenerali kif ukoll tal-attenzjoni għad-dettall. Rikonoxximenti speċjali f’din il-kategorija ngħataw lil Archi+ u MJMDA għal 230works fil-Mosta u MAPFRE MSVLife Offices fil-Furjana rispettivament, u Aha Objects għall-ħanut Souvenirs That Don’t Suck & Tè fit-Tazza filBelt Valletta. L-istudenta Universitarja Daniela Spiteri Binett, li qiegħda tagħmel Masters filFakultà tal-Ambjent Mibni kienet ir-rebbieħa tal-Urban Planning Concept Award. IlGHRC u Studjurban irċevew rikonoxximent speċjali għall-Istrateġija tat-Trasport Integrata għall-Belt Valletta

u Ġonna fil-Marina tal-Gżira rispettivament. Il-premju għall-ospitalità, akkomodazzjoni turistika u divertiment ingħata lil 3DM Architecture u Perit Elena Borg Costanzi għal-Lukanda King George and Berta f’Ħal Għargħur. Il-ġurija qieset dan il-proġett bħala eżempju eċċellenti ta’ kif l-industrija tal-ospitalità tista’ tinxtered b’mod sensittiv fl-ibliet u l-irħula tradizzjonali tal-gżejjer tagħna. Rikonoxximenti speċjali f’din il-kategorija ngħataw lil EM Architects, QP u Mizzi Studios għal BeefBar f’San Pawl il-Baħar, l-Athenaeum Spa f’Ħ’Attard, u Barbajean f’Ħad-Dingli rispettivament. Il-MED Design hu r-rebbieħ tal-premju għas-sostenibbiltà għall-Gozo Innovation Hub fix-Xewkija, Għawdex. Infrastructure Malta u Doric Studio rċevew rikonoxximent speċjali għall-proġetti tagħhom ‘Connecting Communities through Elevated Crossings in Urban Settings’ u Green Wall fil-Marsa rispetti-

BW211

vament. Waqt li l-premju għal perit emerġenti ngħata lill-Perit Maurizio Ascione, il-premju tal-President għall-kisba eċċellenti għal servizzi relatati mal-arkitettura u l-ippjanar tal-ispazju ngħata lill-mibki Perit Joseph M. Spiteri. Ibnu Dr Stephen Spiteri rċieva l-premju f’isem missieru. Din is-sena, il-ġurija kienet komposta miċ-Chairperson tal-Bord tal-Ippjanar il-Perit Vincent Cassar, il-Perit Antonio Borghi li hu bbażat f’Milan, il-Konsulent tal-Kultura fi ħdan l-Uffiċċju tal-President Dr Sandro Debono, Anthony Ellul li huwa Urban Planner u s-Segretarju tal-Kamra tal-Planners, il-Perit Dr Wendy Jo Mifsud li hi lettriċi fl-Università ta’ Malta bi speċjalizzazzjoni fl-ippjanar tal-ispazju, il-Prof. Conrad Thake li hu perit lokali u storiku magħruf, il-Perit Sumita Shinga, lettriċi fl-Università ta’ Westminster f’Londra, Ian Pritchard, Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Ewropew tal-Periti.

BW180

Finest Quality Chairs and Tables

2, Triq Sant Andrija, Luqa (Opposite to School) 9926 2807

Beechwood Malta

www.beechwoodltd.com

beechwoodltd@hotmail.com


12

28.03.2021

FUQ IL-PONOT TAS-SWABA’

NIGEL VELLA

Persważ li lkoll kemm aħna xi darba jew oħra tul it-tfulija tagħna spiċċajna f’ċirkostanza fejn xi ħadd akbar minna, xi għalliem, xi superjur, xi kowċ, kellu jagħmel għażla minn fostna, dak iż-żmien, tfal. Għażla dwar min se jkun parti minn tim u mhux ieħor, min se jwieġeb mistoqsija, min se jilgħab logħba partikolari minn oħra, min se jaqra u nibqgħu sejrin b’diversi ċirkostanzi possibbli. Jekk irridu nkunu onesti mhux wieħed jew tnejn minna spiċċa ddiżappuntat żgur xi darba jew oħra wara xi episodju bħal dan. Min jaf kemm konna nitkellmu bejnietna u ngħidu t-tali l-favorit tal-għalliem u dak sebaħ u dak dalam. Minkejja kollox, it-tama dejjem kienet tkun l-aħħar ħaġa li tmut, u konna nippruvaw nitilgħu naqra fuq il-ponot tas-swaba’ ta’ saqajna biex nidhru naqra aktar minn sħabna u nkunu magħżula aħna u mhux huma. Meta titfarfar ftit, tinduna li ħafna drabi din it-tattika ta’ ‘grandiment’ kienet taħdem bil-maqlub, għax l-għalliem aktar kien ifittex lil min joqgħod b’sabru milli dawk li jiftħu l-ġwienaħ bħal pagun biex jidhru. Tgħiduli biex ġej? Dawn l-affarijiet sbieħ tal-passat iservu għal analoġija perfetta fl-opinjoni tiegħi.

Bħat-tfal żgħar, il-Kap tal-Oppożizzjoni jħobb iqum fuq il-ponot tas-swaba’ biex jiġbed l-attenzjoni ta’ min isegwih

Din li toqgħod titla’ filponot tas-swaba’ kulħadd għamilha, il-fatt li tkun żgħir hija aktar milli aċċettata u mingħajr dubju ħafna jiggustawk. Imma jekk xi ħadd jagħmilha meta jkun kiber, kif inħarsu lejh? Jekk jagħmilha adult, nibqgħu naċċettawha? U iva, jekk xi ħadd jagħmilha waqt xi logħba fil-ġabra ta’ dahru jew f’xi ħarġa mal-ħbieb (skont id-Direttivi tas-saħħa, sewwa) aċċettata hux. Imma jekk ngħidilkom li hemm xi ħadd li mhux biss adult, imma anke Avukat, suppost imexxi Partit u iva, jistħi jgħid li hu Malti, ma tibqax aċċettata hux? Iva, qed ngħid għall-Kap tal-Oppożizzjoni. Mhux biex noffendi jew ngħajjar, imma bir-rispett dovut lil Bernard Grech nistħajlu wieħed minn dawn it-tfal li jitla’ fuq il-ponot tas-swaba’ biex jiġbed l-at-

tenzjoni ta’ min hemm qed isegwih. Imwaħħal mal-ktajjen tal-passat li għadhom iġebbdu sal-lum nies li poġġewh fejn qiegħed u li qaċċtu lil Adrian Delia, nies bħal Richard Cachia Caruana, Simon Busuttil, Jason Azzopardi, Karol Aquilina u l-kumpanija, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed jidher, ma’ kull jum li jgħaddi, kemm ma qabadx art. Juża diskorsi twal, ħafna kliem, ħafna għajjat, ħafna tmasħin, iżda ma jkunx kapaċi jlissen nofs proposta li tkun realistika u kkalkulata f’termini ta’ flus u ta’ żmien. Baqa’ għaddej bl-istess tattika tan-negattività li wiret mill-predeċessuri tiegħu u qed juri ma’ kull ġurnata li tgħaddi kemm huwa Kap li mhux kapaċi jiddeċiedi. Diġà kellu każijiet fejn kellu jieħu nofs pass fil-konfront ta’

U bir-raġun li qed jaħdmu l-istituzzjonijiet. Il-Prim Ministru Robert Abela wettaq rifomi sħaħ. Ninsew kemm kien hemm min tkellem u anke saħansitra tema’ stejjer kontra l-Kummissarju Angelo Gafà fil-bidu tal-ħidma tiegħu. Illum ħadd ma jgħid xejn. Grech qed jipprova jnessi r-riformi li saru fil-ġudikatura, f’istituzzjonijiet regolatorji oħra u nista’ nibqa’ sejjer

deputati tiegħu stess. Jiġini f’moħħi d-Deputat tal-“holier than thou”, Jason Azzopardi, li l-kont tat-taxxa tiegħu nesieh. Persważ li nista’ nsemmi iżjed. Anke fejn seta’ deher li b’xi mod jew ieħor kien se jieħu xi tip ta’ inizjattiva, kienet biss dehra għax minkejja l-ħafna pompa fuq l-enerġija fejn suppost kellu jniedi l-“viżjoni” tiegħu, ħabbar biss li se jikkonsulta, li se jisma’. Mur obsor! Għalhekk qed ngħid li xi kultant jitla’ fuq il-ponot tas-swaba’, għax jixtieq jipprova jaqbad xi ħaġa biex jagħmel ħoss, imma l-udjenza, f’dan il-każ il-poplu, qed tifhem kif hemm Kap tal-Oppożizzjoni tar-retorika biss. Tafu fejn ma joqgħodx fuq il-ponot tas-swaba’ biss? Meta jiġi biex jattakka lil Malta. Hemmhekk issib ir-riħ impoppa. Isib ir-riħ minn Simon Busuttil u Roberta Metsola li mill-pożizzjoni li jokkupaw jistgħu jwasslu ferm aktar il-messaġġ b’tenaċità. Hemm ukoll is-Sur David Casa, għax jieħu għalih jekk ma nsemmuhx. Fuq kollox hemm pajjiżi oħra li jieħdu l-okkażjoni sabiex ikunu jistgħu jieħdu ċans u jagħtuna xi daqqa, peress li bħalissa m’hemmx min għandu għajnejh fuqna minħabba li qed niġru quddiem kulħadd bil-vaċċin! Dawn hekk biss jieħdu pjaċir. L-agħar minn kollox huwa l-fatt li jafu li mhux qed jgħidu l-verità. Kieku l-istituzzjonijiet mhux qed jaħdmu,

ħadd ma kien jitressaq. Kieku l-istituzzjonijiet mhux qed jagħmlu xogħolhom ma kienx ikun hemm dikjarazzjoni mill-Kummissarju tal-Pulizija jgħid li l-Pulizija għandha f’idha kemm l-allegati eżekuturi u anke l-allegat mandant fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. U bir-raġun li qed jaħdmu l-istituzzjonijiet. Il-Prim Ministru Robert Abela wettaq rifomi sħaħ. Ninsew kemm kien hemm min tkellem u anke saħansitra tema’ stejjer kontra l-Kummissarju Angelo Gafà fil-bidu tal-ħidma tiegħu. Illum ħadd ma jgħid xejn. Grech qed jipprova jnessi r-riformi li saru fil-ġudikatura, f’istituzzjonijiet regolatorji oħra u nista’ nibqa’ sejjer. Jekk Grech verament jemmen li trid li ssir ġustizzja u magħrufa l-verità kollha għandu jħalli lill-istituzzjonijiet jagħmlu xogħolhom mhux jipprova jxekkel il-proċessi. Il-fatt li qal li jistħi li huwa Malti ma jagħtihx mandat biex jaħdem kontra Malta fiżżmien fejn hemm ħafna pajjiżi li qishom avultuni minħabba l-kwistjoni tal-pandemija biex jidħlu daħla fuqna. Jiena ċert li l-poplu Malti u Għawdxi fehem u qed jifhem min verament qed jaħdem għal ġid ta’ pajjiżna u l-poplu Malti u Għawdxi kollu kemm hu. Lil min jagħmel bħat-tfal, moħħu biss li jibqa’ fuq ilponot tas-swaba’ biex xi ħadd jagħti kasu, għandu jibqa’ fl-Oppożizzjoni.


13

28.03.2021

INKOMPLU NWETTQU BIDLIET SOĊJALI

MICHAEL FALZON Ministru

Ħbieb, Qed ngħixu fi żminijiet differenti, li qatt ma rajna bħalhom fl-aħħar seklu. Żmien li ġegħelna nibdlu l-istil ta’ ħajja tagħna, kemm fuq il-post tax-xogħol, kif ukoll fil-ħin liberu mal-familji tagħna. Iżda kif jgħid il-Malti, wara l-maltemp jiġi l-bnazzi. Tul din is-sena, rajna poplu magħqud, bil-għaqal u solidari ma’ xulxin. Huma dawn il-valuri li jkomplu jimlewna b’enerġija, sabiex inkomplu nwettqu bidliet soċjali,

bil-għan li iktar nies igawdu mill-ekonomija b’saħħitha, li ħloqna matul l-aħħar snin. Issa l-waqt li titwettaq ġustizzja soċjali ma’ dawk li għandhom l-aktar bżonn. Qed nagħmlu dan bil-fatti u mhux bil-kliem, u se nkomplu noħolqu miżuri li mhux biss jistimulaw l-ekonomija, imma wisq iktar, jinċentivaw aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol, anke f’dawn iż-żminijiet ta’ sfida. F’dawn l-aħħar xhur irnexxielna nżommu r-rata ta’ qgħad fost l-aktar baxxa fl-Ewropa. Dan ma sarx b’kumbinazzjoni, imma frott ir-reżiljenza tan-negozji u l-kumpaniji lokali. Fhimna l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom in-negozji, u qed nassistuhom, permezz tal-wage supplements. Hekk niżguraw li ma jintilfux impjiegi, filwaqt li nagħtu serħan il-moħħ lil dawk il-persuni li kienu se jispiċċaw bla xogħol. Tul il-jiem li għaddew, il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal, estendejna l-benefiċċju tal-ġenitur, għal

dawk il-ġenituri li kellhom jibqgħu d-dar m’uliedhom minħabba l-għeluq tal-iskejjel. Estendejna dan il-benefiċċju wkoll għall-ġenituri ta’ persuni b’diżabilità li għandhom 16-il sena jew aktar u li minħabba l-għeluq tal-iskejjel u servizzi oħra ma jistgħux imorru għax-xogħol, ma jkunx possibbli li jaħdmu mid-dar u li jkunu fuq leave bla ħlas biex jieħdu ħsieb lil uliedhom. Flimkien ma’ dan il-benefiċċju, se jibqa’ jitħallas ukoll l-In-work Benefit kif ukoll it-Tapering of Benefits. Dan se nibqgħu nagħmluh

sakemm jerġgħu jiftħu l-iskejjel. Għandna d-dmir li ngħinu lill-familji tagħna, fl-aktar mumenti sensittivi. Ma jfissirx li wasalna, anzi fadal ħafna x’isir biex verament titwettaq ġustizzja soċjali. Nifhmu li hemm persuni vulnerabbli, li qed iħossu b’mod negattiv il-pandemija, iżjed minn oħrajn. Għalhekk nemmnu f’politika soċjali, li tara dejjem kif se tkompli ssaħħaħ lill-batut. Fl-aħħar tmien snin, rajna għexieren ta’ miżuri intiżi biex jagħtu kuraġġ, fiduċja u sens t’ottimiżmu għal żminijiet aħjar. Għalhekk aħna Gvern tan-

Dan ma sarx b’kumbinazzjoni, imma frott ir-reżiljenza tan-negozji u l-kumpaniji lokali. Fhimna l-isfidi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom in-negozji, u qed nassistuhom, permezz tal-wage supplements

nies, għan-nies, u se nibqgħu hemm, anke fl-aktar mumenti ibsin. Gvern li se jkompli jagħmel tajjeb għal tbatijiet, li m’għandniex kontroll fuqhom. Il-prijorità bħalissa hija li nżommu l-każijiet talCOVID-19 baxxi, filwaqt li nkomplu bir-rata mgħaġġla ta’ vaċċinazzjoni. Ir-raġġi tax-xemx għad jerġgħu jfeġġu wkoll, u nerġgħu lura għan-normalità li dejjem għexna fiha. Ma nħallu lil ħadd u xejn ifixkel, dak li bħala nazzjon qed niksbu flimkien, ħaddieħor jixtieq jaljena biex jipprova jikseb xi punti politiċi, iżda konvint li l-poplu jaf sew min kien dejjem miegħu, sabiex inkomplu ntejbu l-kundizzjoni u l-kwalità tal-ħajja. Il-politika soċjali se tibqa’ l-qalb ta’ dan il-Gvern, se tibqa’ r-ruħ ta’ dan il-Gvern. Se nkomplu nidħlu aħna għall-persuni li verament għandhom bżonn għajnuna. Dak li wettaqna s’issa huwa biss il-bidu tat-triq t’aktar riformi soċjali, li se jkomplu jibdlu wiċċ dan il-pajjiż, li tant huwa għal qalbna.

DIBATTITU INSENSITTIV U BARRA MINN ĦINU

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Aktar kmieni din il-ġimgħa indirizzajt id-dibattitu dwar Malta fil-Parlament Ewropew li mistenni jwassal għal Riżoluzzjoni oħra dwar pajjiżna. Kif sħaqt fl-intervent tiegħi, dan il-proċess hu għalkollox barra minn waqtu u insensittiv għar-realtajiet ta’ pajjiżna f’dan il-mument. Fid-diskors tiegħi staqsejt proprju x’sens jagħmel li jitqanqal dibattitu fil-Parlament Ewropew f’mument bħal dan, waqt li Malta għaddejja minn proċeduri ġudizzjarji fil-qrati tagħna u għadhom qegħdin jinstemgħu testimonjanzi kruċjali u għaddejjin inkjesti varji. U x’sens jagħmel li, filwaqt li f’Malta illum jeżisti kunsens ċar li jissolvew każijiet

maġġuri, tinħoloq sitwazzjoni li tista’ biss toħloq xkiel aktar milli tiżgura l-ħidma serena tal-ġustizzja? Ftit aktar minn sena ilu kien diġà sar dibattitu u riżoluzzjoni oħra fil-konfront ta’ Malta. Minn dakinhar erġajna ikkommettejna l-ikbar sforzi biex insewwu fejn kien meħtieġ u nżidu r-rigorożità fil-proċessi kollha ta’ governanza talpajjiż. Ir-riformi li wettaqna sa issa mhux biss intlaqgħu b’mod favorevoli mill-Kummissjoni Venezja, iżda ġew ukoll rikonoxxuti mill-Kummissjoni Ewropea stess fir-Rapport tagħha. Dan il-fatt affermatu l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová waqt il-ftuħ tad-dibattitu stess, fejn innutat ir-riformi sinifikanti li rnexxielu jwettaq il-Gvern Malti taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela matul l-aħħar sena. Fid-diskors tagħha, Jourová qalet li fid-diversi żjarat li għamlet f’Malta, innutat kif saru għadd ta’ riformi fil-qasam tal-ġudikatura, fosthom il-ħatriet stess tal-ġudikanti, fejn il-Prim Ministru reħa l-poter minn idejh u m’għadux involut fil-ħatra tal-ġudikanti. Illum, dawn jinħatru wara sejħa pubblika u wara li jgħaddu mill-għarbiel tal-Kummis-

sjoni dwar il-Ħatriet tal-Ġudikanti. Jourová għamlet referenza wkoll għar-riforma li permezz tagħha l-uffiċċju tal-prosekuzzjoni nqasam u llum għandna Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li jaħdem b’mod separat minn dak tal-Avukat talIstat. Hu proprju minħabba dan il-progress lejn riformi b’saħħithom f’qasir żmien li l-proċess ta’ dibattitu u Riżoluzzjoni li nbeda din il-ġimgħa huwa insensittiv f’mument tant delikat għal Malta. Wieħed jistaqsi għaliex il-Partit Popolari Ewropew - li miegħu huma affiljati Casa, Metsola u Busuttil - saħaq daqshekk li d-dibattitu qed jitqajjem proprju issa, b’urġenza, waqt li pajjiżna qed jagħmel l-isforzi ġenwi-

ni kollha tiegħu biex jiżgura titjib fl-oqsma ta’ governanza u s-saltna tad-dritt, il-qasam finanzjarju u setturi oħra, u waqt li għaddejjin il-proċeduri fil-Qorti sabiex jissolvew każijiet maġġuri? Li dawn l-isforzi ma jiġux rikonoxxuti minn ċerti bnadi, ngħid jien, hu anke intiż biex jipprova jħalli impatt negattiv inġust fuq ir-reputazzjoni ta’ pajjiż li qed jagħmel l-almu tiegħu, b’sens ta’ rieda tajba. Aktar minn hekk, huwa vallapena li b’dibattitu bħal dan, waqt li l-proċessi għadhom qed isiru, nirriskjaw li jonqos il-ħarsien sħiħ tal-verità? Sinjali bħal dawn tawhom anke l-qrati tagħna fix-xhur li għaddew, fil-kawtela u s-sens ta’ responsabbiltà li talbu dwar kif isir ir-rappurtaġġ pubbliku ta’ każijiet sensittivi fil-qrati.

Dan il-fatt affermatu l-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Věra Jourová waqt il-ftuħ tad-dibattitu stess, fejn innutat ir-riformi sinifikanti li rnexxielu jwettaq il-Gvern Malti taħt it-tmexxija ta’ Robert Abela matul l-aħħar sena

Proprju f’dawn il-jiem saret laqgħa bilaterali li fiha l-Prim Ministru ta’ Malta Dr Robert Abela u l-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli ddiskutew ir-riformi sostanzjali mwettqa mill-Gvern Malti lejn it-tisħiħ tal-istituzzjonijiet fit-tmexxija tal-ġustizzja u l-ħarsien tas-saltna tad-dritt. B’mod konkret, il-Prim Ministru għamel stedina lill-President tal-Parlament Ewropew kif ukoll lill-Kapijiet tal-gruppi politiċi fi ħdan il-Parlament Ewropew għal żjara uffiċjali f’Malta bl-għan li dawn ikunu jistgħu jsegwu b’mod aktar tanġibbli u dirett il-bidliet kbar li diġà saru u dawk li qegħdin jitwettqu f’dan il-mument. Quddiem dan kollu, dibattitu bħal dan lejn riżoluzzjoni fil-PE fuq Malta la jista’ jkun konċiljatorju u wisq anqas utli fl-eżitu tiegħu. Nemmen bis-sħiħ li Malta llum jistħoqqilha s-serenità li twettaq il-proċessi ġudizzjarji tagħha b’mod xieraq kif qed isir, u mingħajr riskju li tintefa’ iżjed attenzjoni negattiva fuq il-pajjiż. Flimkien mal-kollegi fi ħdan id-Delegazzjoni tal-Partit Laburista fil-Parlament Ewropew, se nkomplu niġbdu ħabel wieħed biex inħarsu l-ġid komuni ta’ artna.


14

28.03.2021

SPAZJU ĠDID GĦAD-DISINN

Il-Biċċerija l-Antika fil-Belt Valletta ngħatat ħajja ġdida hekk kif issa se sservi bħala l-Valletta Design Cluster, spazju kreattiv u kulturali ġdid iddedikat lid-disinn fil-Belt Valletta, taħt il-kappa tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta. Dan l-ispazju, li ġie inawgurat mill-Prim Ministru Robert Abela din il-ġimgħa, hu maħsub biex ikun id-dar ta’ kull kreattiv u ta’ kull organizzazzjoni li jixtiequ jħallu impatt soċjali pożittiv fuq il-komunità. Il-Biċċerija l-Antika, li tħalliet fi sfat mitluq għal aktar minn 50 sena, issa ġiet irrestawrata b’investiment ta’ €10.4 miljun, grazzi wkoll għall-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali. Bissaħħa t’hekk, il-kapitali wkoll ingħatat ġnien pubbliku ġdid mifrux fuq il-bejt kollu ta’ din il-binja. Dan il-ġnien hu l-ewwel wieħed tat-tip tiegħu u jinkludi kamra għal-laqgħat, żewġ spazji multifunzjonali u postijiet fejn jistgħu jinġabru gruppi żgħar. Il-post se joħloq opportunitajiet ġodda għal dawk kollha li jixtiequ jissieħbu mal-Cluster biex jagħmlu użu mill-għodda, makkinarju u l-ispazji ta’ ġo fih, biex jaqsmu l-għarfien tagħhom u jimxu ’l quddiem. Dawn il-faċilitajiet se jkunu qed jgħinu studenti, professjonisti u organizzazzjonijiet fl-oqsma relatati mad-disinn, flimkien ukoll ma’ għaqdiet Beltin biex


28.03.2021

15

N U L-KREATTIVITÀ FIL-BELT

Ritratti: VCA

jilħqu l-aspirazzjonijiet tagħhom. F’diskors tal-okkażjoni, il-Prim Ministru Robert Abela qal li qed tingħata lura binja storika lill-poplu Malti. “Wara proċess ta’ riġenerazzjoni, il-binja nbidlet fi spazju modern fejn l-artisti ta’ pajjiżna jistgħu jimirħu fil-kreattività tagħhom. Dan hu Gvern għan-nies li jinvesti fin-nies,” tenna Dr Abela, waqt li stqarr li anke fi żmien ta’ pandemija, fejn qed naraw pajjiżi kbar madwar id-dinja f’diffikultà biex jassiguraw il-bżonnijiet bażiċi għaċ-ċittadini tagħhom, Malta żammet soda. Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef qal li dan il-proġett mhux biss se jservi bħala spazju kulturali għal diversi għaqdiet volontarji, imma attwalment se jkun qed jiftaħ il-bibien tiegħu għall-familji Maltin u Għawdxin. Iżjed minn hekk, il-Valletta Design Cluster huwa wkoll aċċessibbli għal persuni b’diżabilità li jistgħu jgawdu minn dan l-ispazju mill-isbaħ. Preżenti għall-inawgurazzjoni kien hemm ukoll il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera, is-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi u l-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Catherine Tabone.


16

28.03.2021

GĦALIEX KBURIN?

GEORVIN BUGEJA President FŻL

Nistqarr li meta kont qed naħseb dwar xiex se niffoka dan l-artiklu, kien hemm bosta suġġetti li xtaqt naqsam ħsibijieti dwarhom, fosthom riformi li qed jissemmew f’pajjiżna, bħall-użu tal-kannabis b’mod personali; u suġġetti oħra bħall-ewtanażja – speċjalment fil-kuntest li din ġiet legalizzata fi Spanja l-ġimgħa li għaddiet. Iżda, wara l-episodji ta’ din il-ġimgħa, ma nistax inħalli dawn jgħaddu mingħajr ma nikkummenta dwarhom. It-Tnejn li għadda, kont f’diskussjoni fuq l-istazzjon nazzjonali flimkien mal-President tal-MŻPN u l-President

tal-Kunsill Nazzjonali tażŻgħażagħ. Tul dan il-programm tkellimna dwar kemm hu importanti li ż-żgħażagħ jipparteċipaw fil-politika. U nibqa’ bl-istess opinjoni; li iva l-politika tagħti sodisfazzjon kbir, għax bid-deċiżjonijiet li nieħdu fil-pożizzjonijiet tagħna, nistgħu ninfluwenzaw il-ħajja tan-nies, anke jekk persuna waħda. L-akbar sodisfazzjon jibqa’ li tara linnies jipprogressaw u jħarsu lejn il-futur b’tama u b’kuraġġ. Ngħiduha ħafna, li ż-żgħażagħ mhumiex il-futur, iżda huma l-preżent. Saret qisha klixè. Imma għal min jemminha, din hija l-kredu ta’ politika sostenibbli, għax qed tassigura li kull deċiżjoni li tittieħed se tagħmel sens mhux biss sa issa, iżda tħares fl-interess tal-iżgħar ġenerazzjonijiet li fl-aħħar millaħħar se jkunu l-aktar influwenzati fit-tul bihom. Il-Partit Nazzjonalista jgħid u qed jagħmel enfasi fuq iżżgħażagħ. Però mill-ġdid, qed igara l-ġebla u jaħbi idejh. Fl-istess nifs li jipprova jpenġi lilu nnifsu bħala l-Partit tażżgħażagħ, juża lill-esponenti tiegħu stess biex joħroġ

b’attakki fil-konfront tagħna ż-żgħażagħ Laburisti. Wara li ftit tal-ġimgħat ilu, Deputati tal-Partit Nazzjonalista, u komplew isegwu fergħat tal-PN, ħarġu jattakkaw żagħżugħ, membru fl-eżekuttiv li jien immexxi, għax huwa parti minn Bord, din il-ġimgħa kien imiss li jduru fuq l-FŻL. L-iżgħar grupp ta’ żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, immexxija mill-attivist ewlieni tal-bloger li ġab f’Malta l-falliment tal-Arriva, Manuel Delia, għażlu li jużaw kampanja tal-FŻL ‘Proud of My Politics’ biex b’xi mod, jippruvaw jimplikaw lill-Partit Laburista jew lill-fergħa taż-żgħażagħ u l-membri tagħna ma’ korruzzjoni jew attivitajiet illeċiti.

Ħa nagħmilha ċara, jien mhu se nħalli lil ħadd jipprova jintimida jew jipprovoka liż-żgħażagħ li jien responsabbli minnhom. Dmiri huwa li nassigura li ħadd ma jtellifna milli nibqgħu ffukati fuq il-ħidma politika tagħna. Għalhekk aħna kburin. Tul dawn is-70 sena li l-Forum Żgħażagħ Laburisti ilu mwaqqaf, irnexxielu jġib bidliet kbar u kommessi li dan inkompluh. Din l-attiduni ta’ doers, se nibqa’ ninsisti li tkun l-unika attitudni li nimplimentaw fil-ħidma tagħna. L-umiltà tagħna għandha tkun espressa filmod kif nibqgħu naslu għand żgħażagħ Maltin u Għawdxin. M’iniex se nippermetti li b’xi mod inkunu arroganti,

Fl-istess nifs li jipprova jpenġi lilu nnifsu bħala l-Partit taż-żgħażagħ, juża lill-esponenti tiegħu stess biex joħroġ b’attakki fil-konfront tagħna ż-żgħażagħ Laburisti

li ngħajru lin-nies biex nippruvaw inġibu l-attenzjoni tal-midja. Xogħolna hu li nħeġġu l-parteċipazzjoni u l-attiviżmu taż-żgħażagħ. U dan li se nkomplu nagħmluh. Fil-ġimgħat li ġejjin, se nsaħħu l-istedina tagħna biex aktar żgħażagħ jingħaqdu magħna. Irridu li nibqgħu nisimgħu l-ideat tagħhom dwar suġġetti varji, bħall-ambjent li ġustament, nippretendu li jkun protett bl-aħjar mod. Bl-istess mod, nemmnu li d-diskussjoni għandha tkun bilanċjata wkoll biex nirriflettu mhux biss x’għandha bżonn is-soċjetà tal-lum, imma anke dik t’għada. B’hekk nassiguraw is-sostenibilità. Nixtieq li nara diskussjoni dwar it-tisħiħ tal-libertajiet ċivili f’pajjiżna u x’ini l-qabża li jmiss f’dan ir-rigward. Ix-xewqa tagħna hija li l-aġenda tagħna tkun Malta ta’ għada, aħjar. L-entużjażmu tagħna, mhux se jitfuh l-elitisti tal-Partit Nazzjonalista li jemmnu li għandhom xi dritt divin li jmexxu lil dan il-pajjiż. Għaldaqstant, nagħlaq billi nappella li għall-arroganza u mibegħda nwieġbu b’ħafna ħidma u mħabba. Aħna kburin li Żgħażagħ Laburisti.

L-EFFETT LI JĦALLI L-ABBUŻ FUQ IT-TFAL

KATYA DE GIOVANNI Kandidata fir-4 Distrett

Għeżież qarrejja filwaqt li nittama li tinsabu tajbin, illum xtaqt naqsam magħkom dawn il-ħsibijiet fuq suġġett li tant huwa diskutibbli u li jqajjem kontroversja fis-soċjetà kull meta nisimgħu b’xi każ partikolari. Il-fatt proprju hu li l-abbuż fuq it-tfal mhuwiex biss dak fiżiku jew sesswali, kif ġeneralment nisimgħu. Qabelxejn nibda billi nkun ċara u bl-aktar mod skjett niddeplora kull tip t’abbuż, fuq kulħadd, b’mod speċjali fuq it-tfal, għarraġuni li jħaddnu l-innoċenza u mhumiex abbli li jiddefendu ruħhom bħall-adulti.

Jeżistu diversi tipi t’abbużi fuq it-tfal u għalhekk se nispjegalkom f’aktar dettall. Fost dawn insibu abbuż li ma tantx nagħtuh attenzjoni iżda huwa perikoluż daqs kull tip t’abbuż ieħor u dan jissejjaħ l-abbuż emozzjonali. F’dan il-każ it-tfal ikunu qegħdin isofru abbuż minn min ikun qed jimponi fuqhom direttivi u struzzjonijiet, li l-moħħ tagħhom ma jkunx jista’ jassorbi. Mingħajr ma nafu, għalkemm jista’ jkun ukoll b’mod ġenwin, inkunu qegħdin nagħmlu pressjoni żejda fuqhom, li twassal għal ħsara mentali, bil-possibbiltà li tkun irreparabbli f’ċerti każijiet. Eżempju ta’ dan l-abbuż huwa l-isforz esaġerat u l-insistenza li ssir fuqhom biex jitgħallmu ħafna affarijiet, jew biex jagħtu aktar fl-isport li jkunu qegħdin jipprattikaw, kif ukoll insistenza biex ikunu l-aqwa fil-klassi jew fit-tim li jilagħbu miegħu. Dan iva, bla ma nkunu qegħdin ninnutaw u x’aktarx mingħajr intenzjoni ħażina jwassal għal abbuż, li jista’ jħalli impatt fuq moħħhom, u li joħloq fihom ansjetà żejda. Għaldaqstant, għalhekk huwa importanti li

nsegwu dak li jkunu qegħdin jagħmlu u naraw li ngħinuhom biex jaslu fejn jixtiequ, għaliex inkella minn estrem ieħor imbagħad nidħlu f’forma t’abbuż li huwa l-abbuż tan-negliġenza. Kif semmejt ftit qabel, l-abbuż tan-negliġenza huwa forma oħra t’abbuż li jgħaddu minnu ċerti tfal li ma jkollhomx trobbija xierqa bħal meta jitħallew mingħajr ikel, mingħajr ħwejjeġ nodfa u ma jkollhomx ċans jinħaslu. Tajjeb ngħid mingħajr ma’ nidħol f’dettall u f’kontroversja li dan huwa reat li jġorr miegħu konsegwenzi fuq min iwettqu. Iżda l-agħar li jmorru f’din iċ-ċirkostanza huma dawk it-

tfal li jsofru minn dan l-abbuż u dan jaf ikollu riperkussjonijiet fuq ħajjithom. Apparti dawn it-tipi t’abbużi li semmejt, kif tafu jeżistu oħrajn li sfortunatament l-aktar li nisimgħu bihom huma dawk fiżiċi u sesswali. Meta t-tfal jgħaddu minn dawn l-abbużi, b’mod speċjali dak sesswali, issirilhom ħsara kbira f’ħajjithom u ma jkunx faċli li dawn jgħixu ħajja serena mingħajr għajnuna tal-professjonisti li jkunu jistgħu jassistuhom bl-aħjar mod possibbli sabiex jerġgħu jintegraw lura fis-soċjetà. L-abbuż fiżiku wkoll huwa abbuż li jkisser lit-tfal, kemm mill-as-

Mingħajr ma nafu, għalkemm jista’ jkun ukoll b’mod ġenwin, inkunu qegħdin nagħmlu pressjoni żejda fuqhom, li twassal għal ħsara mentali, bil-possibbiltà li tkun irreparabbli f’ċerti każijiet

pett fiżiku, għaliex dawn jiġu mweġġgħin fiżikament iżda jaf jgħallimhom li ’l quddiem isolvu s-sitwazzjonijiet bil-vjolenza. Jaf ukoll jinħoloq fihom element ta’ biża’ f’dak kollu li jagħmlu, għaliex jaħsbu biss li se jkunu msawta. Dan l-atteġġjament huwa kkundanat bl-ikbar qawwa mis-soċjetà li ngħixu fiha llum. Ħadd ma għandu jkun suġġett għasswat, b’mod speċjali t-tfal. Kif aċċennajt qabel, dawn l-abbużi huma reati kriminali u jġorru magħhom pieni. Bħal dejjem qabel nagħlaq dan il-messaġġ, minn qalbi noffrilkom l-għajnuna tiegħi ukoll f’dan ir-rigward. Min iħoss li għandu jagħmel kuntatt miegħi fuq dan is-suġġett, iħossu komdu li jagħmel dan, bl-aktar mod kunfidenzjali. Sa fejn tagħtini l-kapaċità professjonali tiegħi se nkun qiegħda napplikaha sabiex ngħin u fejn ma nasalx ngħaddikom għand professjonisti oħra. Ħbieb ejjew nagħmlu l-biċċa tagħna sabiex ngħinu lil dawn l-innoċenti. Huwa fid-dover tagħna li ntellgħu tfal b’saħħitom fis-soċjetà t’għada. Insellmilkom.


17

28.03.2021

GĦALIEX NIBQA’ OTTIMIST

MARIO FAVA

President Sezzjoni Kunsilliera PL

Ħafna tkellmu fuq dak li seħħ il-ġimgħa l-oħra fil-qrati tagħna. Però ftit tkellmu kif dak li rajna huwa ċertifikat li l-istituzzjonijiet ta’ pajjiżna qed jaħdmu, bla ma jħarsu lejn wiċċ ħadd u li qed jaħdmu b’mod mill-aktar indipendenti. Dak li rajna fl-aħħar jiem fil-qrati tagħna huwa riżultat ta’ xhur ta’ ħidma li rajna ssir b’mod seren imma b’ determinazzjoni li jsiru l-bidliet meħtieġa f’dik li hija saltna tad-dritt. Ifisser allura li kien

hemm proċess sħiħ konsistenti biex pajjiżna tassew ikompli jimxi ’l quddiem. Fl-aħħar jiem rajna riżultati effettivi indipendenti minn kollox u minn kulħadd. Fl-aħħar xhur, il-Gvern, immexxi minn Robert Abela, wera rieda b’saħħita li jibgħat messaġġ li tassew irid li jkollna s-saltna ta’ dritt f’pajjiżna. Il-bidliet li saru ma kinux kożmetiċi imma bidliet li saħħu l-istituzzjonijiet. Rajna investiment b’saħħtu fl-FAIU, li qabel l-2013 kienet tħalliet bla riżorsi. Biex nagħtu eżempju, ħafna mill-allegazzjonijiet li fuqhom tressqu persuni l-Qorti fi tmiem ilġimgħa li għaddiet, seħħew qabel l-2010. Għaliex ma sarux investigazzjonijiet dak iżżmien, għax l-istituzzjonijiet kienu qed jaħdmu dakinhar? Ġiet imsaħħa wkoll it-taqsima tar-reati ekonomiċi, sar tisħiħ fil-Korp tal-Pulizja minn fuq s’isfel, anki bil-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-mod ġdid kif dan ġie maħtur. Saret riforma sħiħa anki fl-inqas livell tal-korp

fejn rajna tisħiħ b’saħħtu fil-community policing ukoll biex inkunu anki proattivi għal dak li jiġri u jseħħ fil-lokalitajiet tagħna. Fl-aħħar xhur ukoll rajna Gvern li ta r-riżorsi kollha lill-Maġistrati fl-inkjesti li hemm quddiemhom. Inbidel il-mod ta’ kif tinħatar il-ġudikatura, fejn f’dan il-perjodu stess qed titħaddem ukoll din is-sistema ġdida biex jiġu maħtura tmien ġudikanti ġodda oħra. Dan ifisser li l-proċess kollu ta’ governanza qed jiġi msaħħaħ b’mod sħiħ; mill-investigazzjonijiet sal-proċess tal-akkuża u l-ġudikant. Dan anki bis-separazzjoni tal-poter bejn l-avukat tal-Istat u l-prosekuzzjoni. Dan kollu sar f’inqas minn sena! Barra dan kollu, tul l-aħħar snin rajna wkoll tibdil ieħor importani. Rajna l-liġi tal-preskrizzjoni għallpolitiċi, rajna l-liġi tal-finanzjament tal-Partit, xi ħaġa li ħaddieħor qatt ma ried, rajna wkoll il-liġi ta’ whistleblower, fejn kull min jaf xi ħaġa fuq xi

ħadd, jista’ jersaq ’il quddiem u jirrapporta dak l-abbuż. Imma dan mhux kollox li għamel dan il-Gvern fl-aħħar tmien snin. Dan il-Gvern wettaq u ħaddan il-prinċipju tas-soċjaliżmu. Dan billi l-ewwel ħoloq il-ġid u wara ra li jqassmu bejn kulħadd. Dan il-Gvern ħoloq ġid bla preċedent li minnu gawda kulħadd. Is-saffi kollha tas-soċjetà tagħna. Kien Gvern li wettaq riformi kbar fis-setturi kollha, fosthom dak soċjali, l-ekonomija, l-infrastruttura u s-saħħa. Minn pajjiz b’defiċit eċċessiv għal pajjiż f’surplus li permezz tiegħu llum stajna nwieżnu lill-ħaddiema tagħna u nsalvaw l-impjiegi. Surplus li wassal biex illum permezz tiegħu stajna nostnu n-negozji tagħna. Min kien se jagħmlu dan kieku ma kellniex Gvern Laburista? Gvern Nazzjonalista li l-mexxej tiegħu ta’ dak iżżmien ftit tal-jiem ilu qalilna li kien għamel sew li għolla l-kontijiet tad-dawl u l-ilma? Żgur li le! Dan kollu jikkonfermawh

istituzzjonijiet bħal Venice Commission, bħal Moneyval... Dawn tawna ċertifikat ta’ tmexxija ta’ Gvern Nazzjonalista fejn fir-rapport tagħhom qalulna li l-istituzzjonijiet ma kinux qed jaħdmu b’mod tajjeb u dawn ir-rapporti jirrapurtaw li dan imur lura għal ferm qabel l-2013, saħansitra sa qabel is-sena 2000. Dan il-Gvern, dan biddlu u mar oltre minn dak propost minn dawn l-istess istituzzjonijiet. L-ispazju huwa limitat imma fil-ġimgħat li ġejjin inkompli nagħmel referenza għal dawn il-bidliet, bidliet li ma jista’ jagħmilhom ħadd jekk mhux Gvern Laburista. Għaldaqstant, l-attakki li qed isiru, il-provokazzjoni li gejja minn ċertu kwartieri u l-intimidazzjoni li hemm min qed jaħseb li se jipprova jagħmel għandna ninjorawhom u nibqgħu ffokati fuq dik li hi l-aġenda tagħna, li għandha twassal għal konferma oħra ta’ tmexxija Laburista, b’Robert Abela bħala Prim Ministru.

PAJJIŻNA U L-COVID-19

MR JO ETIENNE ABELA

Kull min għandu għal qalbu lil pajjiżna jaf il-verità. Il-ve­rità hija waħda li għandna Gvern immexxi minn Prim Ministru li verament għandu lil Malta u lill-Maltin f’qalbu u dan is-sentiment qed jirrifletti wkoll fil-ħidma Ministerjali tal-Kabinett tiegħu kollu. F’dawn il-ftit versi ser nelenka ir-raġuni għalfejn qiegħed nistqarr magħkom dan illum. Żgur li kull wieħed u waħda minna kollha naqblu fiż-żmien kemm ilu Prim Ministru Robert Abela rajna fenomeni li l-ebda Prim Ministru Malti qatt ma ħabbat wiċċu magħhom qabel. Wieħed minn dawn

il-fenomeni sfortunatament kienet l-imxija tal-COVID-19, virus qattiel li ilna ma naraw bħalu ċentinarji sħaħ. Virus li rnexxielu jniżżel tliet kwarti tad-dinja ekonomika globali għarkupptejha. Virus li ħarbat litteralment il-ħajja soċjali tad-dinja kollha. Fenomenu li qanqal biża’ fost il-bnedmin wara li rajna xeni litteralment makabri ta’ nies imutu u jindifnu fis-skiet mingħajr ebda kuntatt ma’ qrabathom. Rajna xeni ta’ dipartimenti u sistemi tas-saħħa f’pajjiżi avvanzati bil-wisq iktar minn Malta jikkollassaw u toroq fil-bliet prinċipali tal-iktar bliet popolari fid-dinja imneżża mill-umanità. Grazzi għall- Gvern immexxi minn Robert Abela dawn ix-xeni ma raj­niehom qatt f’ Malta. Din ma kinitx b’kumbinazzjoni iżda kienet ħila. Ħila ta’ Prim Ministru li jisfrutta l-aħjar riżorsi tal-Kabinett tiegħu sabiex minn din id-diżgrazzja tal-umanità inħallu timbru ta’ suċċess. Dan it-timbru ta’ suċċess mhux biss qed ikun mogħti minna l-Maltin iżda qed jkun mogħti minn organizzazzjonijiet mondjali tas-saħħa, mill-Kummissjoni Ewropea kif ukoll minn di-

versi pajjiżi fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Hawn ta’ min ifakkar li matul din is-saga talCovid rajna diversi gvernijiet kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja jikkollassaw u jiġu mwarrba mill-elettorat, b’każ tipiku f’pajjiż ġar tagħna l-Italja. Matul il-pandemija ilGvern addotta strateġija li kienet imfaħħra mill-iktar esperti b’fama mondjali fil-qassam tas-saħħa pubblika. Qed nirreferi għall-istrateġija fejn sa mill-bidu nett il-Gvern għażel li jkollu stampa f’ħin reali ta’ x’inhi is-sitwazzjoni ta’ infezzjonijiet fil-pajjiż biex b’hekk ikun jista’ jimplimenta l-miżuri ta’ mitigazzjoni meħtieġa f’ħin reali. L-għadd ta’ swab tests li baqgħu jiżdiedu minn ġurnata għal oħra wasslu sabiex il-Gvern ikollu din l-istampa b’mod xjentifiku. Intant filwaqt li kien qed jieħu l-istampa reali tas-sitwazzjoni il-Gvern kompla bl-investiment tiegħu fl-isptarijiet u l-makkinarju kollu li hu neċċessarju f’kull eventwalità li tkompli tgħolli rasha ’l fuq l-imxija talCOVID-19. Dan l-investiment wassal sabiex fl-ebda ħin

is-sistema tas-saħħa f’Malta ma kienet mhedda. Fl-istess ħin, il-Gvern kien qiegħed jinnegozja dwar ilvaċċin sabiex sa mill-ewwel mumenti li dan il-vaċċin ikun ippruvat, Malta tikseb l-ikbar numru possibbli f’risq issaħħa taċ-ċittadini tagħha. Imma matul dan iż-żmien kif tafu intom ilkoll ma seħħx dan biss. Il-Gvern impenja ruħu b’qawwa sabiex jara kif iżomm anke l-ekonomija tal-pajjiż għaddejja b’ritmu tajjeb u aħjar minn ta’ pajjiżi oħra. Rajna Gvern li inċentiva b’mod rigoruż kull parti ekonomika tal-pajjiż biex b’hekk assigura li jintilfux impjiegi. Dan il-ġest ma jistax jibqa’ ma jiġix innotat jew meħud f’perspettiva bħallikieku kien xi obbligu talGvern. Meta wieħed iħares lejn dak li seħħ fl-ikbar Super Potenza fid-dinja l-Istati Uniti tal-Amerka wieħed jifhem x’qed ngħid. Filwaqt li din id-daqsxejn ta’ gżira mingħajr l-ebda riżorsa naturali baqgħet anke toħloq ix-xogħol waqt pandemija, l-Istati Uniti tal-Amerka spiċċat għarkupptejha b’miljuni ta’ nies qiegħda litteralment

ibatu l-ġuħ. Għalhekk, jiddispjaċini bħala Malti li nara anke wara dan l-isforz kollu kollettiv ta’ Gvern magħqud u viċin il-poplu tiegħu hawn min irnexxielu joħroġ in-negattività bi sforz malizzjuż li jnissel biża’ kif ukoll paniku fost il-Maltin. Huwa ta’ għajb għal kull min ta sehmu f’dan il-ħsieb li żgur ma għandu l-ebda ħsieb għajr li jfixkel dan l-isforz kollettiv ta’ Gvern magħqud li jgawdi l-maġġornza assoluta talpoplu riflessa b’maġġoranza assoluta ta’ siġġijiet parlamentari. Ma’ dan l-isforz ta’ għan aħħari komuni li għandu l-Gvern, mhux biss l-Oppożizzjoni għandha tingħaqad iżda aħna lkoll sabiex iva minn din it-traġedja globlali nkomplu niksbu timbri ta’ suċċess kif qed jirnexxilna niksbu f’dak li huwa numru ta’ tilqim f’pajjiżna. Ejjew inħarsu ’l quddiem b’kuraġġ, inkomplu inlaqqmu kemm nistgħu lill-poplu tagħna għax grazzi għal dan il-Gvern ta’ Robet Abela ninsab ċert li għada ser ikun aħjar minn qatt qabel għal Malta tagħna. Il-Ħadd it-tajjeb lill-qarrejja kollha.


18

28.03.2021

Il-Providenza fuq il-Virtujiet u l-Fakultajiet tal-Bniedem

MILL-PREDESTINAZZJONI GĦAL ĠUDA Kelma li tfixkel lil bosta hi ‘Predestinazzjoni’. Ħafna jagħtuha interpretazzjoni differenti u għalhekk, li resqin lejn ilĠimgħa l-Kbira, ħadt ftit fehmiet mingħand Patri EUGENE TEUMA, Franġiskan Konventwali. U meta tissemma din il-kelma, kif għandna nħarsu lejn Ġuda l-Iskarjota? Seta’ mar il-Ġenna, jekk Alla kien jaf x’kellu jwettaq l-istess Ġuda? Minn CHARLES B. SPITERI Patri Eugene, tista’ tispjegalna kif tħares lejn din il-kelma l-Knisja Kattolika? Għall-Knisja Kattolika, ilkunċett tal-predestinazzjoni, ħafna drabi hu ftit differenti minn dak li wieħed jissoponi jew dak li jaħseb li hu t-terminu. Għall-Knisja hemm diversi interpretazzjonijiet. Prinċipalment l-interpretazzjoni tal-predestinazzjoni fil-Knisja hi li Alla sejjaħ lil kulħadd għas-salvazzjoni, iżda wieħed isalva sakemm jipparteċipa ma’ dak li Alla jsejjaħlu għalih. Prinċiparjament, il-kunċett tal-predestinazzjoni hu marbut mal-Antik Testment, fejn insibuh l-aktar fost il-Protestanti, l-aktar il-Luterani, li jinterpretawh bħala li Alla jaf kollox. Jitlaq minn dak l-aspett, li la Alla jaf kollox, jaf min se jsalva u min se jintilef. Din hi loġika li sfortunatament anki fil-Knisja ħolqot ħafna diżgwid fuq dawn it-temi. Ħafna komunitajiet, speċjalment fil-bidu, spiċċaw skomunikati minħabba l-konklużjonijiet opposti li hemm fil-predestinazzjoni. Jekk wieħed se jgħid: Alla jaf kollox, allura agħmel li trid f’ħajtek, għax jekk għandu jsalvak isalvak u jekk għandu jikkundannak

għall-infern, int ikkundannat ma jaħdmux.” Iżda x’kienet diġà. ir-raġuni? Kienet li minħabba l-loġika, dawn qalu: “Jekk Allura min ħareġ wasal biex jiġi Ġesù Krisbiha din il-kelma? tu, għaliex nibqa’ nieħu ħsieb lill-familja u nitħabat Il-kwistjoni kollha hi mar- għax-xogħol?” U litteralment buta ma’ test ta’ San Pawl intefgħu fuq il-bankini. Pawmeta jitkellem li Alla sejħilna lu pprova jirranġa s-sitwazzgħas-salvazzjoni. U jitkellem joni. Jiġifieri anki fuq il-prepreċiżament fuq il-predesti- destinazzjoni, jekk wieħed nazzjoni; li lilna, Alla għażil- imur fl-estrem, jasal jgħid: na. Sfortunatament, minħab- “Jekk Alla ppredestinani, ma ba l-loġika, ġara li l-Griegi nafx iniex għas-salvazzjoni,” ħadu kollox skont ma ssegwi u jasal jagħmel kulma jiġi r-regola. Eżempju: Il-Lhud għal idejh. minn dejjem kienu jitkellmu fuq it-tmiem taż-żminijiet Jiġifieri n-nies hekk bdew u li mal-Messija jiġi l-aħħar jifhmuha l-predestinazzjoni? żmien – is-Saltna t’Alla. Għalina, is-Saltna t’Alla ġiet. Ġiet Insibu lill-estrem l-ieħor, li 2000 sena ilu, mat-twelid huma l-gruppi Protestanti, tal-Mulej. Għalihom, il-fatt fejn ċerti affarijiet li jseħħu tal-wasla tal-aħħar żminijiet fil-ħajja juru intix ħabib t’Alhu ż-żmien meta Alla jieħu la jew għadu tiegħu. Dan postu bħala l-ogħla awtorità. l-aħħar kien hemm intervHemm, il-komunitajiet Lhud ista reliġjuża fuq il-BBC, li ikunu l-ipprivileġġjati, għax ssemmi l-kunċett tagħhom huma l-poplu t’Alla. minn fejn jieħdu l-predestiMeta Pawlu beda jippri- nazzjoni. Mara, pastor, protetka dawn l-istess affariji- estanta, iddedikata komet lill-Griegi, insibu ittra li pletament għall-komunità tiftaħ l-għajnejn. Fil-fatt, tagħha, kienet ilha tipprova wara ftit taż-żmien kiteb lil ma’ żewġha biex ikollhom waħda mill-komunitajiet u it-tfal. Fl-aħħar, it-tobba qalilhom: “dawk li mhumi- għarrfuha li ma setax ikollex qegħdin jaħdmu, qed jin- ha. Tkellmet bil-problema tefgħu fuq il-bankina, ma mal-komunità u wara ftit jagħmlu xejn u abbandunaw żmien talbuha titlaq minn lill-familja, ma jiklux, għax magħhom. Dan għar-raġuni

li la ma jistax ikollha tfal, Alla qed jikkundannaha għal xi ħaġa. Dan qed nitkellmu fuq dawn iż-żminijiet! Jien jogħġbuni dawn talBBC għax dejjem jippruvaw isibu dak l-element pożittiv. U tinsiex li l-Ingliżi huma Anglikani. Peress li din il-mara kienet persuna reliġjuża, sabet Knisja Kattolika u bdiet tintefa’ fl-aħħar bank biex issegwi l-liturġija. Mar ikellimha saċerdot, irrakkuntatlu l-istorja tagħha, u qalilha li meta wieħed ikun mgħobbi b’dak is-salib, Alla qed isejjaħlu għal affarijiet kbar. U spiċċat saret Kattolika. Kif naraha jien: għal Alla, ilpredestinazzjoni hi xi ħaġa naturali. Allura ma kienx jaf li Ibnu ġej fid-dinja biex imut? U kien jaf x’mewta kellu jieħu? Iva u Ġesù jiddiskutiha mal-Appostli, meta jgħidilhom ċar u tond: “Se nitla’ Ġerusalemm, is-saċerdoti se jagħtuni f’idejn ir-Rumani u niġi maqtul. Imma wara tlett ijiem, inqum.” Issa biċċa xogħol oħra li jien tolqotni immens fil-kunċett tal-predestinazzjoni hi din: Ċerti affarijiet huma stabbiliti minn qabel. Wieħed mill-inċidenti

li għandna fl-Evanġelji hu t-Tieġ ta’ Kana. Hemm naraw li Marija ħadet poter u bidlet dak li Alla kien stabbilixxa. U Kristu qalilha: “Għadu mhux iż-żmien li noħroġ fil-pubbliku.” Issa dan qalu Ġesù, l-Iben t’Alla. U ommu tinjorah, tmur fuq il-qaddejja tgħidilhom jimlew l-ilma u jagħmlu dak li jgħidilhom Hu. Ħafna drabi dak l-inċident ma nivvalutawhx għall-importanza tiegħu, għax il-Mulej ħadha ftit m’ommu. Għax dan mhux fejqan ta’ marid, jew qawmien ta’ xi ħadd mill-mewt. Spiċċalhom l-inbid u lil ommu qalilha: “Jien u int x’għandna x’naqsmu mal-inbid tal-festa?” Fuq l-inbid, is-sensibbilità ta’ Marija tmur f’tali punt li għalina tista’ tidher sekondarja. Iżda dik torbot mal-predestinazzjoni? Dażgur, għax il-Mulej qalilha: “Ma nistax; għadu mhux iżżmien li jien nibda l-missjoni tiegħi.” U Marija tbiddel dak li kien stabbilit, skont il-Mulej. Jiġifieri l-Knisja ma temminx fil-predestinazzjoni iżda temmen fil-free will. Int issalva jew tintilef jekk trid int. Alla se jipprovdilek l-opportunitajiet kollha biex timxi lejn


19

28.03.2021

Il-Bewsa ta’ Ġuda

is-salvazzjoni. Ħafna drabi nirraġunaw li Alla jħobbna, meta jagħtina l-affarijiet tajbin u sbieħ. U Alla jasal jippermetti li persuna tweġġa’ lil oħra għax iħalli lil kulħadd fil-libertà tiegħu. Jekk bniedem irid ipejjep u t-tipjip jikkawżalu kanċer, mhux Alla jkun qed jagħmilha l-ħaġa. Issa wasalna għall-Ġimgħa l-Kbira u nsibu lil Ġuda. Dan hu persunaġġ li mhux imħares sabiħ mill-Knisja. Forsi għax Kristu jew aħjar Alla ma kienx jaf li Ġuda kellu jittradih?

Iżda fuq Ġuda, xi ngħidu? Seta’, kif jgħidu bosta mar l-Infern, jew seta’ rebaħ il-Ġenna? Hemm inċident interessanti ħafna ta’ San Piju XII. Xhur ilu ħarġu l-arkivji sigrieti tal-Vatikan u s-sena l-oħra, il-Papa Franġisku ordna l-ftuħ u l-pubblikazzjoni tagħhom. Fil-11 ta’ Marzu għamlu dokumentarju fuq stazzjon Taljan, u ntqal li sabu li l-Papa kien wara l-operazzjonijiet kollha fejn Lhud; priġunieri jew politiċi ġew imħarrba jew żammewhom fil-kunvent ta’ Assisi u fil-knisja tal-Ungerija (waħda mill-aktar li ħarrbet Lhud fi żmien l-invażjoni tal-Ġermaniżi). Il-każ tal-Ungerija hu marbut mal-ferrovija li wasslet lit-tfal għat-Turkija flok għall-konċentrament, u minn hemm ħarrbuhom bil-bastiment għal Iżrael. U kien involut Ġwanni XXIII, filwaqt li dak li sar Papa Pawlu VI kien il-Lateran u kellu 460 Lhud, fosthom politiċi moħbijin hemm. Il-Vatikan kellu 125 palazz f’Ruma, li Piju XII irnexxielu jikseb l-estraterritorjalità. Allura la pulizija u lanqas suldati ma setgħu jidħlu f’dawn il-proprjetajiet. Akkuża kbira li kien hemm kontra Piju XII kienet li m’għamel xejn biex isalva lill-komunità Ebrajka ta’ Ruma. Il-Gvern Iżraeljan ammetta li f’Ruma kien hemm 10,000 Lhudi u meta l-Ġermaniżi marru biex jarrestawhom, sabu biss 1,000, għax id-9,000 l-oħra kienu telqu b’passaporti u identità ġdida li pprovdielhom il-Vatikan.

Il-Mulej qallu ċar u tond lil Ġuda. Biss ma ninsewx li l-Appostli kollha forsi bl-eċċezzjoni ta’ Ġwanni l-Evanġelista, kollha ttradew lill-Mulej. U Ġwanni ttradieh mod ieħor; meta Ġesù jirrakkuntalhom li “tiela’ Ġerusalemm biex niġi arrestat u joqtluni.” Ġwanni u Ġakbu flimkien m’ommhom imorru quddiem il-Mulej u l-omm tgħidlu: “Agħmel li jkunu fuq il-lemin u x-xellug tiegħek, meta terġa’ tieħu l-poter.” Jiġifieri lanqas biss taw kas x’qalilhom. U Kristu staqsiehom: “Għandkom il-kuraġġ tixorbu l-kalċi li se nixrob jien?” U qalulu “iva”. Jiġifieri huma l-perċimes u r-raġuni għaliex titkellem ommhom, li hi biċċa xogħol oħra interessanti. Irridu niftakru li l-omm kienet waħda mit-tliet fundraisers li kienu qed iħallsu għal ħtiġiet kollha tal-Mulej, tat-12-il appostlu u t-72 dixxiplu, meta jmorru minn post għal ieħor. Iż-żewġ nisa l-oħra kienu l-mara tal-Prokuratur ta’ Erodi u Marija Maddalena. Immaġina xi spiża kienu jridu jlaħħqu Jiġifieri l-Vatikan kien magħha. istituzzjoni politika?

Kien u għadu politiku. Fil-fatt tan-Nisrani mhix sempliċehu Stat għalih. ment li ma ngħidx l-affarijiet biex lilek ma nagħtikx Imma x’jorbot il-Papa Piju fastidju, iżda jekk hemm XII ma’ fejn seta’ spiċċa xi ħaġa fejn għandi bżonn Ġuda wara li tgħallaq? inkun sinċier fuqha, għandi ngħidha bil-libertà. U l-libSemmejtlek lil Piju XII għax ertà dik hi, li jien ma nħosskien hemm inċident inter- nix blackmailed mill-biżà. essanti. Kien qiegħed il-Vatikan u sema’ saċerdot jippri- Semmejt li l-Papa Piju XII etka fuq id-dannazzjoni ta’ qal li nafu b’nies fil-Ġenna Satana; li dan mar l-infern u ma nafux b’nies l-Infern. għax ittradixxa lill-Mulej. Però mbagħad għandna Papa Il-Papa sejjaħlu u talbu ieħor li semma li d-demonju jagħmel apoloġija pubblika. diġà jinsab fil-Vatikan Il-kliem tal-Papa kien eċċez- minħabba l-flus. zjonali. Qallu: “Aħna l-Knisja nafu li hemm xi wħud li Ħa nsemmi kunċett azzardat qegħdin fil-Ġenna, iżda ma li nsemmih ħafna. Meta nafu b’ħadd li qiegħed fl-In- l-Mulej jitkellem fuq l-ikbar fern. Li hemm xi ħadd l-In- għadu ta’ Alla, ma jsemmix lil fern m’għandniex ċertezza, Satana, iżda lill-flus. L-agħar għax Alla jipprova jilħaq lil meta jkollok nies li jagħmlu kulħadd.” kulma jiġi għal idejhom għax Każ ieħor mill-aktar inter- ikunu jridu flus aktar milli jeessanti hu ta’ Santu Wistin, li sagħhom. wara li kkonverta kien jgħid: “Jekk hemm persuna li ngħir Jiġifieri x-Xitan għaliha hu l-ħalliel it-tajjeb qisu ma jeżistix? fuq is-salib. Għex ħajja xellerata u min jaf x’ma għamilx, Ix-Xitan jeżisti fuq livell imbagħad fuq is-salib jaqbeż ieħor. Fil-Vanġeli, wieħed għall-Mulej u ‘jisraq’ il-Ġen- mill-Evanġelisti jgħidilna na.” Għax minkejja l-uġigħ, li l-Mulej keċċa u llibera lil kellu l-kuraġġ jiddefendi lil Marija Maddalena minn seba’ Kristu u qalilhom: “Jien il- demonji, li kienu l-għira, mewt tiegħi qed neħodha il-ġelożija, ir-regħba. Dawk għad-dnubiet li wettaqt, huma d-dominju tax-Xitan. iżda dan m’għamel xejn.” U l-kapaċità tiegħu kienet Nerġa’ nagħmilha tal-avukat meta qallu: “Talli qbiżt għa- ta’ Ġuda. Jekk l-Appostli lik, tidħol għalija?” U Kristu kollha ttradew lil Kristu, wieġbu: “Illejla stess tkun għaliex Ġuda biss kien fil-Ġenna miegħi.” dellu tqil? Mela meta wieħed jieħu dawn l-inċidenti, il- Iva, kollha ttradew lill-Mulej, kunċett tal-predestinazz- inkluż Ġwanni, jekk nieħdu joni, jispiċċa, għax Alla ried l-inċident fejn insista li jieħu jagħtina l-libertà, li hi l-iktar l-poter. U ħaġa interessanħaġa diffiċli għall-bniedem, tissma li forsi ma nagħtux għax tqegħidna f’pożizzjoni li kasha hi meta Marija l-Maddngħidu affarijiet li jweġġgħu alena tgħidilhom li lill-Mulej lil ħaddieħor. Il-pożizzjoni ma sabitux. Ġwanni jiġri,

għax kien għadu żgħir, jasal ħdejn il-qabar, jieqaf barra u jistenna lil Pietru. Din ilġrajja tfisser li Ġwanni ċeda l-kilba għall-poter li kellu u rrikonoxxa lil Pietru bħala l-awtorità. Issa dan, tlett ijiem qabel, hu u ħuh kienu għadhom kemm talbu li jkunu fuq il-lemin u x-xellug tiegħu. Ħafna drabi nitolbu maħfra fis-Sagrament tal-Qrar. U ġeneralment il-maħfra tistenna kundanna. Iżda kif ħa l-maħfra tiegħu Pietru, wara li fl-Evanġelju nsibu li kien ħalef, ħa ġurament, tkellem ħażin u dagħa? Għal Ġesù kien qal: “La nafu u lanqas biss qatt tkellimt miegħu.” Ara xi tradiment, wara li kien qal li kien lest jagħti ħajtu għall-Mulej. U l-Mulej kif jaħfirlu? Jgħidlu għal tliet darbiet: “Pietru, int tħobbni?” U kien jaf it-temperament ta’ Pietru, li kien jitlifha jekk tistaqsih darbtejn. U Pietru qallu: “Int mhux kollox taf ? Għaliex qed tistaqsini nħobbokx?” U mhux talli hekk, talli hemmhekk jagħtih l-awtorità fuq il-Knisja. Bniedem li ttradieh u ħalef li ma kienx jafu. Hemm il-poter tal-Knisja. Għal hekk nixtieq nasal. Ġuda m’għamilx dan kollu. Ġuda kellu l-opportunità kollha li jagħmel dan. Għax aħna nitkellmu fuq is-suwiċidju tiegħu, li mhux marbut mal-Ġimgħa Mqaddsa. Tant hu hekk li snin wara, fl-Atti tal-Appostli, jerġa’ jissemma li Ġuda kien għadu hemm, iżda qatt ma kellu l-kuraġġ jirritorna fil-komunità. Issa jekk eventwalment tgħallaqx jew le, għandha norbtu mal-inċident li semmejtlek tal-Papa Piju XII, li “nistgħu ngħidu kemm hemm nies il-Ġenna; ma nafu b’ħadd li qiegħed l-Infern.” Ħadd. Jiġifieri ara kemm qalu li tkellmu mal-ispirtu ta’ Hitler u kemm għamel ħsara – jekk dan dar lejn Alla, Alla ħafirlu. Il-fatt li Ġuda għamel l-att li kien imfassal minn Alla, inħoss li kważi kważi ħaqqu premju. Il-kwistjoni hi li l-inċidenti kollha li jissemmew fil-Vanġelu, jitkellmu fuq Ġuda li qed jisraq il-flus li suppost jagħti lill-foqra; meta Marija Maddalena, li kienet sinjura, ħaslet saqajn il-Mulej bil-fwieħa, għamel xenata sħiħa u qal li bil-flus setgħet temgħet numru ta’ foqra. U l-Mulej irrabja miegħu meta qallu: “Tagħmel x’tagħmel, il-foqra se jibqgħu magħkom għal dejjem.” Fl-istess waqt, l-unika ħaġa li nsibu kontra Ġuda hi li hu ma marx lura fil-komunità Nisranija.


20

28.04.2021

ANNMARIE ABELA

GRADWATA U TAĦDEM F’RAZZETT Kitba ta’ RAMONA PORTELLI

Fid-dinja kull xogħol huwa importanti. Wara kollox ix-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem u l-ħobża ta’ kuljum ta’ kull wieħed u waħda minna. Xogħol m’għandux jitqies iktar importanti minn ieħor. Kull bniedem huwa kapaċi għal xi ħaġa. Dan l-aħħar sirt naf bi tfajla li l-istil ta’ xogħol tagħha huwa pjuttost differenti u uniku ħdejn xogħlijiet oħra. Ammirajtha għad-dedikazzjoni kbira li għandha fiix-xogħol tagħha u li ilha tinbena minn mindu kienet tifla ċkejkna. Baqgħet tippersisti sakemm illum il-ġurnata qed tagħmel dak li dejjem xtaqet taħdem. Qed nirreferi għal Annmarie Abela. Taħdem bħala full-time dairy farmer. Għandha 23 sena u toqgħod Ħal Għaxaq. Li taħdem f ’dan ix-xogħol minn dejjem kienet il-ħolma tagħha u naturalment li tkompli fuq il-passi ta’ missierha. Issa li qiegħda taħdem f ’dan il-qasam ta’ xogħol, tista’ tgħid li hija kburija b’dak li hi u b’dak li tagħmel. Kburija minħabba li qiegħda tagħmel xogħol fejn taf li mhux kulħadd kapaċi jagħmlu. Fir-razzett jaħdmu Annmarie u missierha u jinsab fil-limiti taż-Żurrieq. Taħdem qalb l-isbaħ ħaġa fin-natura Annmarie bdiet tgħidli li meta wieħed jaħdem ġo razzett m’hemm xejn x’jista’ jdejqu għax li taħdem qalb in-natura, tgħid għaliha stess hija l-isbaħ ħaġa. “Però dan ix-xogħol jirrikjedi ħafna commitment aktar milli ħin. Int taf xħin wasalt irrazzett eżempju filgħodu, imma filgħaxija ma tkunx taf xħin ser tmur lura d-dar eżatt. Mhux bħal meta tgħid għandi tmien sigħat xogħol u daqshekk. Le, mhux l-ewwel darba li niftiehem mal-ħbieb tiegħi biex noħorġu eżempju u għax jinqala’ xi ħaġa jkolli nħassar il-pjanijiet. Jekk eżempju jkun hemm baqra li tkun ser twelled noqogħdu magħha biex naraw li kollox imur sew. Jekk ikollok baqra ma tiflaħx tibqa’ magħha u tassistiha biex tara x’kambjament tkun qiegħda tagħmel minn ħin għal ieħor.

Għalija ovvjament ir-razzett jirbaħ fuq kollox.” Żiedet tgħidli li għalihom il-festi bħal Milied, l-Għid u l-Ħdud xorta jkunu ġranet ta’ xogħol bħal kull ġurnata oħra. Ħallejt f ’idejha sabiex telabora aktar dwar dan. “Jekk tqum ma tiflaħx filgħodu xorta trid tagħmel mezz u tmur speċjalment jekk ma jkollok lil ħadd fuq min isserraħ, għax il-baqar xorta jridu jieklu, jinħalbu u jorqdu f ’post nadif. Il-baqar jinħalbu kull 12-il siegħa jiġifieri darbtejn kuljum u jieklu 25 kilos is-sena kollha ċereali u magħlef,” spjegatli fid-dettall. Annmarie ssostni wkoll li qabel ma kienet tmur l-iskola, kienet tmur ir-razzett ta’ missierha, anke wara li tiġi lura mill-iskola, u billejl kienet toqgħod tistudja u tagħmel l-assignments. Filfatt wara li ggradwat kienet marret taħdem ma’ missierha fl-istess razzett tagħhom. “Jien tista’ tgħid li waqgħetli żokorti r-razzett. Kont għadni lanqas tlaqt nimxi, dejjem nibki biex missieri jeħodni miegħu. Kienet l-hena tiegħi noqgħod fil-pushchair u nara lil mis-

sieri jaħleb lill-baqar. Meta kien jasal il-ħin biex jagħlef lill-baqar, kien ipoġġini ġol-karretta taparsi ser nagħlef jien. Iż-żmien dejjem baqa’ għaddej u n-namra għal dan ix-xogħol dejjem baqgħet tiżdied,” stqarret miegħi. Frażi partikolari żammitha għaddejja u ġġieldet magħha nnifisha Fil-fatt kompliet tgħidli li meta kienet għadha l-iskola primarja u sekondarja ma kienx ikollha ċans titla’ r-razzett qabel tmur. Allura dejjem bikja sħiħa biex ma tmurx l-iskola. “Spiċċajt biex l-iskola umbrajtha u dejj-

em nagħtiha bis-sieq. Dik il-ħaġa li filgħodu nqum u nara lil missieri sejjer għarrazzett u jien ikolli nilbes l-uniformi xejn ma kienet tinżilli. Sfortunatament l-iskola kien hemm xi persuni li kienu jaqtgħuli qalbi li mhux ser nasal minħabba li qatt ma ħabbejtha l-iskola. Kien hemm żmien fejn lili kienu jarawni inferjuri għax ġejja minn familja tar-raħħala u huma ġejjin minn familji ta’ professjonisti. Fil-fatt mhux darba jew tnejn kienu jgħiduli “mela int ser tgħaddi, bint ir-raħħala”. U kienet eżatt din il-frażi l-aktar li żammitni għaddejja u niġġieled miegħi nnifsi,” stqarret miegħi Annmarie.

Kompliet tgħidli li l-iskola qatt ma riedet tkompliha. “Kien sforz t’ommi u ta’ missieri li komplejt għax li kien għalija ta’ 13-il sena kont nieqaf. Però mbagħad, kif għamilt l-O’Levels u għaddejt kont konvinta li nieqaf. Imbagħad kien hemm nies qaluli jekk nitħajjarx nidħol l-MCAST u nieħu kors fuq l-annimali. Dħalt u bdejt ilkors Animal Management u Veterinary Nursing. Kien kors għal qalbi ħafna u kont inħobbu. Minn dakinhar, l-iskola qisni bdejt naraha minn lenti differenti. Però xorta waħda kont ser nieqaf għal miljun darba, imma bil-kuraġġ u bl-għajnuna li tawni l-ġenituri tiegħi, sħabi u

Jekk tqum ma tiflaħx filgħodu xorta trid tagħmel mezz u tmur speċjalment jekk ma jkollok lil ħadd fuq min isserraħ, għax il-baqar xorta jridu jieklu, jinħalbu u jorqdu f’post nadif


21

28.04.2021

l-għalliema bqajt għaddejja sal-aħħar,” stqarret tgħidli. Mistoqsija kif tqabbel iż-żmien ta’ qabel fejn probabbilment ma kienx hemm bżonn tkun gradwat biex taħdem f ’razzett, u għall-kuntrarju llum il-ġurnata biex qed taħdem malbaqar fir-razzett kellha tistudja u tiggradwa f ’dan ix-xogħol. “Ikolli nammetti li ma kienet faċli xejn. Filgħodu qabel immur l-iskola kont nitla’ r-razzett, imbagħad ninżel l-iskola u wara nerġa’ nitla’ r-razzett. L-istudju u l-assignments kont nagħmilhom billejl. Kont naqta’ qalbi kemm-il darba li mhux ser nasal għax bejn kont inkun għajjiena għall-istudju u ma jkollix aptit, u bejn kont inkun nixtieq noħroġ ma’ sħabi, allura xorta qisni bqajt nara l-iskola żejda. Però ħames snin nista’ ngħid li għaddew bħal leħħa ta’ berqa. Jien biex inkompli x-xogħol fir-razzett ma kienx hemm għalfejn niggradwa

jew inkompli l-iskola, imma mbagħad mill-banda l-oħra li titgħallem mhu ser jeħodulek ħadd,” stqarret miegħi. Għalihom il-baqar mhumiex sempliċement numru, iżda ħafna aktar Annmarie kompliet tgħidli li r-razzett jirbaħ fuq kollox f ’dak li jirrikjedi ħajja privata. Bħal kull xogħol ieħor jew aktar, xogħolhom jirrikjedi ħafna dedikazzjoni. “Jien ix-xogħol li nagħmel u dak kollu li ħdimt għalih jagħtini sodisfazzjon, u dik l-iktar ħaġa importanti fil-ħajja. Inutli tkun qed tagħmel xi ħaġa li mhix għal qalbek għax taħli ħinek tkun qiegħed u l-ħajja qasira wisq biex ninħlew nagħmlu affarijiet kontra qalbna. L-ikbar sodisfazzjon li jagħtini dan ix-xogħol hu meta jkun hemm baqra ma tiflaħx, nagħmlilha dak kollu li nista’ mbagħad naraha qiegħda terġa tieħu saħħitha bil-mod. Sodisfazzjon ieħor

hu meta titwieled għoġla, nieħu ħsiebha għal sentejn sħaħ imbagħad tidħol mal-oħrajn biex hi wkoll tagħtina l-ħalib. Il-baqar jibdew jaħilbu ta’ sentejn. Jien il-baqar inħobbhom daqslikieku huma wliedi. Għalina l-baqar mhumiex sempliċement numru.” Fl-aħħar ta’ din l-intervista, stedint lil Annmarie sabiex tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Nixtieq li n-nies japprezzaw aktar xogħolna u jużaw aktar il-prodotti lokali. Jien personalment naħseb li l-Maltin għandhom fiduċja fil-prodotti lokali u li jfittxuhom. Għalkemm il-ħajja mgħaġġla ta’ kuljum, xorta nemmen li l-Maltin, jekk mhux kulħadd imma ħafna minnhom, ifittxu prodotti lokali li huma friski. Illum il-ġurnata sar hawn ħafna għarfien fejn jidħol ikel u dak li jkun sar konxju aktar għas-saħħa speċjalment fejn jidħol ikel bnin,” temmet tgħidli.

ĠEDDED IS-SĦUBIJA TIEGĦEK jew issieħeb bħala membru ġdid fil-familja tal-Partit Laburista. Gawdi minn sħubija valida għal tliet snin għall-prezz ta’ €20 minflok €24. Idħol fis-sit www.partitlaburista.org/membership jew ċempel fuq in-numru 5160 2034 (it-telefonata tiswa €10). Tista’ wkoll tagħmel kuntatt ma’ xi membru tal-kumitat tal-lokalità tiegħek. Għal aktar informazzjoni ċempel iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fuq 2124 9900.


22

28.03.2021

IT-TIENI SENA MINGĦAJR ĊELEBRAZZJONIJIET...

Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Iċ-ċelebrazzjonijiet talĠimgħa Mqaddsa li jsiru fil-Knisja Kattolika għandhom sehem importanti kemm fil-ħajja liturġika kif ukoll f’dik kulturali ta’ ħafna pajjiżi Nsara. Kull nazzjon għandu t-tradizzjonijiet tiegħu marbuta ma’ sekli sħaħ ta’ fidi u devozzjoni. Il-qofol u l-importanza ta’ din il-ġimgħa l-Knisja turih meta ssieħeb magħha fil-liturġija lill-Insara biex jimmeditaw it-tbatija ta’ Kristu, mid-dħul tiegħu f’Ġerusalemm sal-qawmien tiegħu mill-imwiet. L-għeruq tal-osservanza liturġika talĠimgħa Mqaddsa jmorru lura għat-tieni seklu. Fil-bidu tal-Kristjaneżmu l-Liturġija tal-Ġimgħa Mqaddsa ma kinitx iċċelebrata bħal-lum. L-ewwel indikazzjonijiet li għandna huma li kienet teżisti s-Sahra tal-Għid, lejl li fih l-Insara kienu jitlobu u jfakkru l-qawmien ta’ Kristu mill-Imwiet. Mażżmien ma’ dan il-lejl ta’ talb żdiedu l-amministrazzjoni tas-sagramenti inizjali talħajja Nisranija, jiġifieri, il-Magħmudija, il-Griżma tal-Isqof u l-Ewkaristija. Mażżmien il-liturġija tas-sahra nfirxet fuq tlett ijiem li fihom nikkommemoraw il-passjoni, il-mewt u l-qawmien tal-Mulej. Ħamis ix-Xirka fil-

għaxija huwa meqjus bħala l-ewwel jum tat-tridu Paskwali li jkompli nhar il-Ġimgħa l-Kbira u jilħaq il-qofol tiegħu nhar Sibt il-Għid. Fl-ewwel ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, Ħamis ix-Xirka kien imfakkar bi tliet ċelebrazzjonijiet distinti. F’dak il-jum l-ewwel kienet tiġi ċċelebrata quddiesa għar-rikonċiljazzjoni tal-midinba ma’ Alla, imbagħad quddiesa tal-Griżma u filgħaxija ċ-ċelebrazzjoni In Coena Domini li tfakkar l-istituzzjoni tal-Ewkaristija. Tradizzjoni antika ferm fil-kultura Maltija hija dik tal-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. L-ewwel purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa saret ir-Rabat, fuq inizjattiva tal-Patrijiet ta’ Ġieżu, l-ordni li tant marbut mal-postijiet fejn għex u miet Ġesù fl-Art Imqaddsa. Kienu predikaturi magħrufa dwar it-tbatijiet ta’ Kristu u dan qanqal interess fl-akbar ġrajja tal-imħabba t’Alla lejn il-bniedem. Xi residenti tal-Imdina li kienu membri fl-arċikonfraternità ta’ San Ġużepp fil-knisja tal-Patrijiet Franġiskani fir-Rabat u li kienu qrib ilgvern tal-Imdina, kienu spiss imorru għand ir-re ta’ Sqallija. Hemmhekk setgħu jaraw il-famużi purċissjonijiet talĠimgħa Mqaddsa. Milquta mis-sbuħija ta’ dawn il-man-

ifestazzjonijiet ma damux ma daħħluhom f’Malta, l-ewwel fir-Rabat, għalkemm il-Kavallieri wkoll ħallew l-impronta tagħhom fuq dawn il-manifestazzjonijiet. Wara r-Rabat, il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira ġiet introdotta fil-Belt Valletta u fl-ibliet tal-Kottonera. Minn hemm infirxu f’diversi rħula ta’ Malta u Għawdex u llum insibu madwar 22 post li jorganizzaw din l-attività. Fil-bidu dawn il-purċissjonijiet ma kinux joħorġu bin-numru ta’ vari tal-lum. L-ewwel purċissjonijiet bħalma jsir fi Sqallija sallum, kienu jsiru tard billejl bl-istatwa tad-Duluri u ta’ Kristu mejjet. Lanqas ma kien mill-bidu li f’dawn il-purċissjonijiet kienu jieħdu sehem persunaġġi bibliċi. Fl-antik kellhom

format sempliċi għall-aħħar. Fuq quddiem nett, kien ikun hemm tnejn idoqqu t-tambur u l-fifra. Il-ħoss tagħhom kien jgħarraf lin-nies li l-purċissjoni tinsab fil-qrib. Din il-manifestazzjoni kellha iktar xeħta penitenzjali milli kif nafuha llum fejn għandha forma ta’ pageant bibliku jew re-enactment. L-unika purċissjoni fi żminijietna li tfakkar il-mudell ta’ dari hija dik li toħroġ mill-Bażilika ta’ San Ġorġ Martri, fir-Rabat Għawdex. Huwa maħsub li din ħarġet għall-ewwel darba fis-sena 1809. Fiha naraw li wara kull statwa jimxu xi tfal lebsin iż-żimarra u jżommu f’idejhom simboli marbuta mal-passjoni. Jipparteċipaw ukoll għadd ta’ rġiel b’rashom mgħammda jġorru salib fuq spallejhom u jkaxkru xi ktajjen bħala wegħda jew rin-

grazzjament ta’ xi grazzja li jkunu qalgħu. L-istatwi li juru xeni diversi mill-passjoni ta’ Ġesù kienu jimxu tista’ tgħid wara xulxin b’dawn il-parteċipanti jalternaw wara kull misteru tat-tbatija. Il-qofol tal-purċissjoni hija kienet il-vara l-kbira segwita minn żgħażagħ iżommu l-bandalori bil-kliem tal-aħħar seba’ kelmiet tal-Mulej fuq is-salib. Fl-aħħar, il-purċissjoni kienet tagħlaq bl-istatwi ta’ Kristu mejjet u ta’ Marija Addolorata. Dan kien bejn wieħed u ieħor il-format tal-purċissjonijiet kollha tal-Ġimgħa l-Kbira sat-Tieni Gwerra Dinjija. Importanti ninnutaw ukoll li dawn il-purċissjonijiet mhux dejjem kienu joħorġu kollha nhar il-Ġimgħa il-Kbira. F’Ħadd il-Palm nafu li kienet toħroġ il-purċissjoni ta’ Ħal

Tradizzjoni antika ferm fil-kultura Maltija hija dik tal-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. L-ewwel purċissjoni tal-Ġimgħa Mqaddsa saret ir-Rabat, fuq inizjattiva tal-Patrijiet ta’ Ġieżu, l-ordni li tant marbut mal-postijiet fejn għex u miet Ġesù fl-Art Imqaddsa


08.11.2020 28.03.2021

23

SKEDA ONE 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:30 18:30 19:15

Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Telebejgħ Prime time Preview Duurella Ħsibijiet tar-Randan Flimkien ma’ Nancy Pjazza ONE Sports

19:30 20:10 20:30 20:45 21:30 22:30 23:30 23:45

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:30 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 ONE News

12:35 12:40 12:45 13:00 15:30 15:35 16:00 16:15 16:30 16:45 17:00

Ftit Ħin għal saħħtek Teftif Telebejgħ Kalamita ONE News Liquorish Daytime Telebejgħ Prime time Preview Teżori Ħsibijiet tar-Randan Popcorn

17:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Program Speċjali PL 20:45 Prime Time 21:00 Lux Aeterna 21:10 Gladiator 22:40 Distintivi 23:30 ONE News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:45 09:35 10:00 12:30 12:40

12:45 Telebejgħ 13:00 Mija 15:30 ONE News 15:35 Liquorish Daytime 16:00 Telebejgħ 16:15 Prime Time Preview 16:30 Duurella 16:45 Ħsibijiet tar-Randan 17:30 Dokumentarju Vari 18:30 Pjazza 19:15 ONE Sports & Temp

19:30 ONE ERBGĦA News 31-03 20:10 PrimeTime 20:30 Lux Aeterna 20:45 The Local Traveller 21:15 Dokumentarju Vari 22:45 Reboot 23:30 ONE News 23:45 Liquorish Daytime

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Quddiesa taljum 08:30 Liquorish Daytime 08:40 Step Up 08:45 Pjazza 09:35 Telebejgħ 10:00 Espresso 12:30 Press Conference:

Covid-19 13.15 ONE News 13:20 Kalamita 15:30 ONE News 15:35 Kalamita 16:00 Liquorish Daytime 16:10 Telebejgħ 16:20 Telebejgħ 16:40 Prime Time Preview 16:50 Ħsibijiet tar-Randan 17:05 Dokumentarju Vari

18:15 Quddiesa Ħamis ix-Xirka 19:15 ONE Sports & Temp 19:30 ONE News 20:10 Prime Time 20:30 Lux Aeterna 20:45 Midneb u Duluri 21:00 Ilsien in-Nisa 22:30 La Via Del Calvario 01:00 ONE News 01:15 Intimium

07:15 Lux Aeterna 07:25 Xejn mhu Xejn 09:43 Lux Aeterna 09:53 Magdalena 10:51 Lux Aeterna 11:01 Marija Reġina: Dok Wirja 11:46 Lux Aeterna 11:56 Short Film: Shawn Formosa 12:19 Midneb u Duluri 12:30 ONE News

12:35 12:45 14:16 14:48 15:00 16:00 16:10 16:28 16:38 18:30 18:40 19:10

Lux Aeterna Aħna li konna Miegħu Dokumentarju Vari Lux Aeterna Funzjoni tas-Salib Lux Aeterna Ħsieb tar-Randan Lux Aeterna Purċissjoni Naxxar 2004 Lux Aeterna Country Gospel Lux Aeterna

ĠIMGĦA 19:20 ONE Sport 02-04 & Temp 19:30 ONE News 20:10 Lux Aeterna 20:20 Midneb u Duluri 20:30 Lux Aeterna 20:40 Lema Sabaqtani 23:10 Short Film: Shawn Formosa 23:30 ONE News

07:15 ONE News 07:30 ONE News 07:45 Duurella 08:00 Country Jamboree Gospel 08:30 Step Up 08:45 Better Living 09:45 Ġesù - il-Film għat-tfal 10:55 Magadelena

11:53 12:30 12:37 13:10 13:40 15:30 15:35 16:30 17:30 18:05

Telebejgħ ONE News Liquorish Omnibus Country Jamboree Ilsien in-Nisa ONE News Dak li Jgħodd Flimkien ma’ Nancy Il-Kelma Pink Panther

18:45 19:22 19:30 20:00 21:00 21:10

07:15 07:30 07:45 08:00 08:40 10:30 11:55 12:30

12:35 15:30 15:35 15:50 16:15 17:30 19:15

Arani Issa ONE News Arani Issa - Ikompli Duurella Gladiator ONE ONE Sport & Temp

19:30 ONE News 20:10 Ieqaf 20 Minuta 20:30 ONE 23:30 ONE News

07:15 07:30 07:45 08:00 08:30 08:40 08:45 09:35 10:00 12:30 12:40

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pjazza Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

TLIETA 30-03

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Liquorish Daytime Step Up Pink Panther Telebejgħ Espresso ONE News Teftif

ĦAMIS 01-04

Qormi filwaqt li dawk tal-Belt u tal-Isla kienu joħorġu fil-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka. F’dawk iż-żminijiet bla elettriku fit-toroq u fid-djar, id-dehra ta’ dawn il-purċissjonijiet fid-dalma tal-lejl kienet waħda li ssaħħar, miksura biss mid-dawl inemnem fil-kantunieri tal-bradelli tal-vari flimkien mad-dawl tal-fanali li kienu jġorru l-abbatini! Il-purċissjonijiet tar-Rabat u ta’ Bormla kienu joħorġu filjum tagħhom nhar il-Ġimgħa l-Kbira. Fis-sena 1879, l-Isqof Scicluna ordna li l-purċissjonijiet kollha jsiru fil-jum tal-Ġimgħa l-Kbira. Interessanti wkoll ninnutaw li fil-Birgu kienu jsiru tliet purċissjonijiet, waħda minnhom nhar l-Erbgħa tat-Tniebri li kienet toħroġ mill-Knisja tal-Karmnu. Fiha kienu jieħdu sehem l-iskjavi mgħammdin u oħrajn ikkundannati biex jaqdfu fuq l-iġfna tal-Ordni. Dawn kienu jkunu bil-ktjajjen u kienu jġorru salib. Jista’ jkun li minn hawn bdiet id-drawwa li nies ħafjin bil-ktajjen ma’ saqajhom iġorru salib u jimxu wara l-vari bħala penitenza jew bħala radd il-ħajr għal xi grazzja maqlugħa. Purċissjoni oħra kienet toħroġ nhar Ħamis ix-Xirka u l-aktar waħda importanti kienet issir fil-jum

tal-Ġimgħa l-Kbira u kienet toħroġ mill-Knisja ta’ San Lawrenz. Il-vari fil-purċissjonijiet Maltin u Għawdxin kienu normalment ikunu tal-ħames misteri tat-tbatija b’żieda tal-Veronika, ta’ Kristu mejjet magħruf bħala l-Monument u ta’ Marija Addolorata. Xi wħud mill-parroċċi maż-żmien żiedu vari oħra u mill-Gwerra ’l hawn daħħlu il-parteċipazzjoni ta’ personaġġi bibliċi biex jagħmlu minn din il-manifestazzjoni wirja li fiha wieħed jista’ jimmedita l-akbar ġrajja li qatt seħħet fl-istorja Kristjana tad-dinja. Il-fratellanzi jew individwi li jieħdu ħsieb dawn il-vari jagħmlu ħilithom biex iżejnuhom mill-aħjar u biex jgħollu l-livell artistiku tagħhom. Biex dawn l-okkażjonijiet ikunu iktar solenni jieħdu sehem ukoll għadd ta’ baned lokal b’waħda ġeneralment tkun quddiem l-istatwa ta’ Ġesù fl-Ort u l-oħra quddiem il-vara il-kbira. Hekk kif din is-sena għat-tieni darba konsekuttiva, il-pandemija tal-COVID-19 se terġa’ ċċaħħadna minn dawn it-tradizzjonijiet sbieħ u ħajjin, nittamaw u nitolbu li s-sena d-dieħla ġġib magħha entużjażmu u ħeġġa ġdida biex il-poplu tagħna jgħix mill-ġdid l-identità tiegħu f’kultura qaddisa.

SIBT 03-04

ONE News ONE News Duurella Quddiesa tal-jum Paper Scan Muża Telebejgħ ONE News

& Temp TNEJN ONE News 29-03 Prime Time Lux Aeterna Reboot Follow Up Stejjer wara t-Tmienja ONE News Liquorish Daytime

Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Quddiesa ta’ Sibt il-Għid Lux Aeterna Arani issa

ĦADD 04-04


24

28.03.2021

reċensjoni tal-ktieb

AMALIA

L-IMGĦALLAQ TAL-BOSK

L-istorja tkompli titħabbel fost ħafna misteri u malizzji… Il-Kontessa Amalia, mara onesta u ta’ qalb tajba, li kienet marbuta għal għomorha mal-Konti Andrea, u li saret taf li ġiet tant imqarrqa minnu wara ż-żwieġ tagħhom, riedet akkost ta’ kollox issir taf il-verità kollha u tivvendika ruħha minnu għallingann tiegħu. Tagħmel minn kollox; tissieħeb ma’ bosta nies oħra; tidħol f’ħafna perikli. Jirnexxilha toħroġ rebbieħa fuq tant ħażen? U Luciano di Santarosa, l-għarus ta’ Clotilde, l-egħżeż ħabiba ta’ Amalia, jinqabad f’xibka tal-biża’ u jkun miċħud minn bosta. U għaliex ma jridx jistqarr il-verità dwar delitt tant waħxi? X’beda jżommu lura milli jitkellem? Kienu bosta li akkużawh. Ġemma, il-kompliċi antika tal-Konti Andrea f’delitt infami, is-sabiħa Kontessa Mina Lodroski mfittxija minn kulħadd għall-ġmiel tagħha, li tant riedet tpattiha lil Konti Andrea u lil martu l-Kontessa Amalia, xi jsir minnha? Rakkont imqanqal li jħalli lill-qarrej fuq ix-xwiek sabiex jiskopri jekk għadhiex issir ġustizzja xierqa. addattat minn Charles B. Spiteri

Mistoqsija: Min kien kompliċi mal-Konti Andrea f’delitt infami? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb AMALIA - L-IMGĦALLAQ TAL-BOSK. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 4 ta’ April. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb TREVOR ŻAHRA: BEJN STORJA U MITI hija:

V. FARRUGIA - MOSTA

02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Għal xiex ħa tibda sservi l-Biċċerija l-Antika fil-Belt Valletta? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

28.03.2021

LUIS GARAVITO

MAGĦRUF BĦALA L-BESTJA JEW TRIBILÍN KIEN JISTUPRA, JITTORTURA U JOQTOL LIS-SUBIEN U LIŻ-ŻGĦAŻAGĦ Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO Luis Alfredo Garavito Cubillos twieled fil-25 ta’ Jannar tal-1957 f’Génova, f’Quindío fil-Kolombja. Hu kien jistupra u joqtol, fejn il-vittmi kienu subien u żgħażagħ. Hu ngħata l-laqam ta’ ‘Il-Bestja’ jew ‘Tribílin’, fejn dan tal-aħħar jirreferi għall-karattru ta’ Disney, Goofy. Fl-1999, Garavito ammetta li stupra, ittortura u qatel 138 tifel u żagħżugħ. Jidher li dan l-ammont mhuwiex preċiż għax skont il-mapep li pinġa Garavito fil-ħabs, l-ammont tal-vittmi jista’ jilħaq sa 300. Il-midja lokali tal-Kolombja ddeskrivietu bħala “l-agħar qattiel tal-massa li qatt rat id-dinja”. B’kollox, Garavito weħel 1,853 sena u disat ijiem ħabs, fejn f’kelma waħda weħel għomru l-ħabs.

fuq rasu. Meta kellu tmien snin biss, pedofelu wiegħed platt ikel sħun u post fejn jista’ jistrieħ lil Garavito iżda minflok dan ħadu f’dar abbandunata u abbużah. Ftit jiem wara din l-esperjenza kerha, Garavito ngħaqad ma’ grupp ribelluż biex ikun jista’ jingħata protezzjoni. Milli jidher, il-membri ta’ dan il-grupp kienu jisirqu ikel, flus u karozzi. Il-karozzi kienu jbigħuhom lil ħwienet li kienu jixtru karozzi misruqa biex iżarmawhom u jbigħu l-parts tagħhom. Garavito beda jaħdem hekk kif kellu biżżejjed flus biex jgħix u biex jivvjaġġa lejn il-postijiet fejn kien jaħdem. Milli jidher, minkejja li kien jivvjaġġa ħafna, Garavito kellu għarusa jisimha Teresa. Din qalet li Garavito kien imur tajjeb mat-tarbija Min kien Luis Garavito tagħha u sħab Garavito qalu wkoll li hu kien ġentili iżda Skont il-komunità ta’ Génova, kienet taqbiżlu malajr. omm Garavito kienet mara tax-xogħol. Darba minnhom Min kienu l-vittmi ta’ Garavito ġiet abbużata minn missier Garavito, li kien raġel xur- Garavito kien jagħżel il-vittban u kattiv. Jidher li missier mi tiegħu. Ħafna drabi l-vitGaravito kien anke jabbuża tmi kienu jkunu subien bejn minn ħutu u kien iġiegħlu sitt snin u 16-il sena li kienu jara lil ommu jkollha x’taqsam jgħixu fit-toroq, orfni jew qadmal-klijenti tagħha. Appar- dejja. Hu kien javviċinahom ti hekk, il-missier kien iħalli u jwegħedhom flus, ħelu jew lill-klijenti jbagħbsu u jab- xogħol. Garavito kien saħansibużaw lil Garavito, meta dan tra jilbes ta’ qassis, bidwi jew kien għadu tifel żgħir. raġel xiħ, fost oħrajn, biex ma L-omm ma kienet tagħmel jagħtix fil-għajn u biex it-tfal xejn għax kienet tkun taħt ma jissuspettawx ħażin fih. l-effett tad-droga u kienet Jidher li xħin kienu jibdew tibża’ wkoll mill-missier. Gara- jafdawh, hu kien imexxihom vito spiċċa biex ħarab mid-dar sakemm dawn jegħjew u jkunu u spiċċa jgħix fit-triq, bla saqaf vulnerabbli, biex b’hekk ikun

Ritratt reċenti ta’ LUIS GARAVITO

jista’ jattakkahom faċilment. L-ewwel ma kien jagħmel kien jorbtilhom idejhom flimkien, imbagħad kien ineżżagħhom, jittorturahom u jabbuża minnhom sesswalment. L-iġsma tal-vittmi kollha nstabu bla ħwejjeġ, b’diversi marki tal-gdim, evidenza li turi penetrazzjoni u kien hemm xi każijiet fejn il-vittmi nstabu bla ras.

Boroż bil-fdalijiet tal-vittmi

L-investigazzjoni Minħabba l-gwerra ċivili tal-Kolombja, ħafna tfal spiċċaw jgħixu fit-toroq qalb il-faqar. Fil-bidu tal-1992, ħafna subien bejn is-sitt snin u s-16-il sena bdew jgħibu minn dawn l-istess toroq. It-tfal baqgħu jgħibu għal snin sħaħ għax ħadd ma kien irrapporta n-nuqqas tagħhom, minkejja li kienu qegħdin jinstabu diversi iġsma. L-investigazzjoni nfetħet fl-1997 wara li bdew jinstabu oqbra b’ammont kbir ta’ katavri ta’ subien u żgħażagħ f’diversi nħawi fil-Kolombja. Apparti l-ammonti kbar ta’ vittmi, il-katavri kienu juru sinjali gravi ta’ tortura. Fi Frar tal-1998, żewġt itfal instabu mejtin ħdejn xulxin fuq għolja ftit ’il barra minn Génova. L-għada nstab katavru ta’ tifel ieħor ftit metri ’l bogħod minn fejn instabu l-oħrajn. L-arma tad-delitti nstabet fl-istess akkwata fejn instabu l-katavri. Hawnhekk, il-pulizija għamlu sejba importanti ħafna hekk kif sabu nota bl-indirizz tal-għarusa ta’ Garavito miktub fuqha. Il-pulizija kkuntattjawha iżda din qaltilhom li kienet ilha ma tara lil Garavito għal xhur sħaħ. Minkejja li ma kintix taf fejn hu, hi tathom basket li kien ħalla Garavito għandha. Fih sabu ritratti ta’ subien żgħar, kotba bid-dettalji tad-delitti li wettaq, numri tad-delitti li wettaq u xi kontijiet. Mill-kontijiet saru jafu fejn kien joqgħod Garavito, iżda xħin marru hemm indunaw li l-post kien battal. Id-detectives kienu ċerti li Garavito kien qed jivvjaġġa fuq xogħol jew inkella qed ifittex il-vitt-

ma li jmiss. Ftit j i e m wara, hu ġie arrestat mill-pulizija fuq attentat ta’ stupru wara li raġel ra lil Garavito jissielet ma’ tifel u b’hekk għarraf lill-pulizija. L-arrest Garavito ġie arrestat fit-22 ta’ April tal-1999. Għall-bidu, Garavito beda jiċħad li prova jistupra lit-tifel u wara xħin indunaw li hu seta’ kien il-Bestja, bdew jakkużawh li kien hu li qatel lil dawk is-subien kollha u bdew jagħtuh id-dettalji tad-delitti. Dan l-aġir wassal lil Garavito biex jammetti li hu vera kien il-Bestja. Garavito ammetta li qatel 140 tifel iżda ġie akkużat b’172

delitt wara l-evidenza kollha li nstabet kontrih. Hu nstab ħati ta’ 138 delitt u weħel 1,853 sena u disat ijiem ħabs iżda l-liġi tal-Kolombja ma tippermettix li bniedem jeħel iktar minn 40 sena ħabs. Terġa’ u tgħid, is-sentenza naqsitlu għal 22 sena ħabs wara li għen lill-pulizija fl-investigazzjoni. Minkejja dan, il-liġi nbidlet wara ħafna kritika min-nies u l-Gvern spiċċa biex bidilha li min iwettaq atti kontra t-tfal irid jiskonta minn tal-inqas 60 sena ħabs. Garavito jista’ jappella għas-sentenza fl2023. Għalissa, Garavito qiegħed iservi s-sentenza tiegħu f’ħabs b’sigurtà massima f’Valledupar fid-dipartiment ta’ El Cesar fil-Kolombja. Huwa miżmum iżolat minħabba l-biża’ li l-ħabsin l-oħrajn iduruh u joqtluh.


26

28.03.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

28.03.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 374

A. VELLA - MELLIEĦA

Bi 3 NUMRI 907 159 923 228 943 273 971 371 382 419 B’4 NUMRI 554 1603 672 1673 694 1846 743 2084 759 2192 855 2367

2597 3273 3308 3628 3738 3904 3925 3989 4028 4077 4389 7992 8467

8933 9269 9348 9452 9952 B’5 NUMRI 00949 03895 04849 08435 10967 18234

18606 19266 21219 21272 28689 29211 39833 46474 49736 50347 51079 53594 56711

58316 70123 71281 72777 80823 83393 83473 86484 90123 91582 94685

B’6 NUMRI 136618 196011 261705 539017 552523 554579 740004 763288 799099 901603 932839 999600

MIMDUDIN: 10. 1. Kukka! (5) 12. 4,16. Jistgħu jkunu tal-għasafar (7) 16. 7,9. Għadda żmienu (5) 18,19. 9. Ara 7 19.

Dottoressa (6) 20. Ma ħallsux 21. taxxa (6) 23. Ara 7 24. Stat fl-Amerka (5) Ara 18

Naddaf it-triq (5) Ara 11 Ara 3 Ħudu dak li ħallielkom fit-testment (5)

WEQFIN: 5,15. 1. Kompli l-qawl: 6. Fil-baħar ....... 8. kulħadd baħri (6) 2. John Agius 11,21M. Attard (1,1,1) 12. 3,23. Ma jidhirx (7)

Keċċewh? (9) Kunjom (3) 13. Uffiċjali għolja tal- 14. Knisja Kattolika (9) 15. Imexxi l-pajjiż (5) 17. Jużawha l-avukati 21. meta jridu jfissru 22.

l-oħrajn kollha (2) Ħabib Franċiż (3) Ġiet (6) Ara 5 L-ebrajk tilef l-ajk (3) Tiżbalja bl-Ingliż (3) Stazzjon televiżiv (3)

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Bwieb, 4.Iben, 7,21M.Ilħna, 9.Iva, 10.Lagana, 12.Miżuri, 18,19.Ardit, 20.Frida, 23.Nota, 24.Adami

WEQFIN: 1,11.Briganti, 2,6.Ikanta, 3,5.Bilbla, 8.Laburista, 12,17.Milan, 13.Żar, 14,16. Idaħħanli, 15.Statwi, 21.Ħin, 22.Art


28

28.03.2021

MA JITWEMMNUX Editorjal

Dawk kburin li jinsabu f’partit li jipprovdi magna perfetta għall-ħasil tal-flus, jaħbi eluf kbar t’ewro f’reklami finta u jibqa’ magħruf li stagħna b’miżuri tassew Mafjużi, imisshom jistaħbew – imqar bil-mistħija – u mhux jippoppaw sidirhom u jferfru ġwinħajhom

Ma nistgħux ngħidu li l-attakki feroċi u kkordinati fuq il-Partit Laburista ma kinux mistennija wara l-proċeduri fil-Qrati tagħna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet. Dan anke jekk fiċ-ċentru ta’ kollox hemm każ li allegatament beda fl-2008, ħames snin qabel inbidel l-aħħar Gvern Nazzjonalista, u minkejja li l-ewwel passi ġudizzjarji qed jittieħdu biss issa taħt l-amministrazzjo­ ni attwali. Għal dawk li jafu sew il-fiżjonomija politika lokali, huwa normalissimu għalina li nkunu fil-mira ta’ kull tip ta’ assalti, inkluż fejn ma jkunx hemm imqar bażi għalihom. Dan mhux iseħħ biss illum jew ilbieraħ, imma saħansitra ilu jseħħ sa mit-twe­ lid ta’ dan il-moviment Laburista 100 sena ilu, kif tirrakkonta l-istorja nnifisha u kif tixhed ukoll kull triq iebsa f’dan il-perjodu li, minkejja kollox, wasslet għall-aktar żviluppi importanti ta’ ġensna. Ma stagħġibniex li ċ-ċirku Nazzjonalista jimbotta kemm jiflaħ il-proċeduri tal-Pulizija fil-konfront ta’ min deherlu hu, sempliċiment biex ikun jista’ jattakka lill-Gvern u lill-Prim Ministru Robert Abela. Fejn ma qabillux, m’għamel l-ebda refe­

renza, lanqas għal min kien qed jiffaċċja l-istess akkużi ta’ korruz­zjoni u frodi. Din hi indikazzjoni ċara li l-PN għadu jrid ikompli jħawwad l-imħuħ, inkluż fi Brussell, fit-tentattiv biex jittanta jpinġi korruzzjoni Laburista istituzzjonalizzata. Kieku dan ġej minn xi ħadd li ilu jgħix fostna biss għall-aħħar tmien snin, probabbli tikkumpatih, iżda li ġejja minn xi perċimes tal-establishment, xi eks ministru Nazzjonalista jew xi Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista ma tis­tax għajr turta lin-nies, inkluż partitarji tal-PN stess, li jafu li mhix il-verità. Dawk li kienu fiċ-ċentru ta’ rapporti investigattivi fejn instabu responsabbli għal abbuż ta’ poter, kienu parti minn Kabinett responsabbli għal deċiżjo­ nijiet suspettużi u oħrajn korrotti, li għadhom għaddejjin proċeduri fuqhom, ma jistgħux jippretendu d-dritt li jippontifi­ kaw lejn xi ħadd, wisq inqas joħolqu konġetturi bla bażi. Dawk kburin li jinsabu f’partit li għadu jipprovdi magna perfetta għall-ħasil tal-flus, jaħbi eluf kbar t’ewro f’reklami finta u magħruf sew li stagħna b’miżuri tassew Mafjużi meta f’idejh

kellu l-fondi pubbliċi, imisshom jistaħbew – imqar bil-mistħija – u mhux jippoppaw sidirhom u jferfru ġwinħajhom. Għax, jekk xejn, l-iżviluppi tal-aħħar jiem urew kif pajjiżna għandu istituzzjonijiet indipen­ denti li jaħdmu mingħajr ma jħarsu lejn wiċċ ħadd. Kulħadd għajnejh f’wiċċu biex jara kif l-istituzzjonijiet qegħdin jiksbu riżultati li ma nkisbux f’bosta snin qabel. Għalhekk ukoll għadna nittamaw li dan t’hawn fuq ukoll xi darba jiġi investigat bis-serjetà mill-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet kompetenti. Infakkru li fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia u f’każi oħrajn, li ssolvew fl-aħħar żminijiet, tkissru allegati ċrieki kriminali li ilhom jissemmew ħafna fil-midja, iżda ħadd ma kien kapaċi jiqfilhom. Saħansitra ċrieki ta’ kriminalità li kibru fi żmien Gvernijiet Nazzjonalisti. Is-suċċess tal-forzi tal-ordni tagħna, appoġġjati mill-Istat, illum jissarraf fil-fatt li hemm mandant u ħames eżekuturi akkużati fil-Qorti, waqt li sensar ingħata l-maħfra Presidenzjali biex jistqarr kulma jaf f’dan il-każ. Persuna oħra ammettiet l-involviment tagħha u ġiet ikkundannata 15-il sena ħabs.

Dan, iżda, mhux dak li jinte­ ressa lill-esponenti Nazzjonalis­ ti, li jħabbtu fuq sidirhom bħallikieku xi paladini tal-ġustizzja, tas-saltna tad-dritt u l-governanza t-tajba. Anzi lesti jostakolaw u jiżvijaw il-ġustizzja biex iħammġu lil pajjiżna u l-Gvern bil-għan li jaslu għall-poter. L-istess għan ukoll jimbuttawh fl-istituzzjonijiet Ewropej, kif issa ilhom jagħmlu, bl-għaj­ nuna ta’ sħabhom fil-Grupp tal-Popolari Ewropej (PPE). Waqt li diversi drabi ħarġu minn triqithom biex jaqbżu għal xi Bulgarija jew Ungerija, rajna kif attakkaw lil pajjiżna ma’ kull ġurnata li għaddiet mill2013 lil hawn. Sa din il-ġimgħa stess, użaw il-proċessi li nbdew fil-Qorti tagħna biex, kontra kull prinċipju tas-saltna tad-dritt, attakkaw lill-Gvern u lil pajjiżna. L-aqwa li, fl-iskop ta’ moħħhom, pinġew ukoll il-konklużjonijiet kif jixtiequ huma. Kif iddikjara l-Prim Ministru nhar l-Erbgħa fil-Parlament, l-Oppożizzjoni għalxejn titkellem dwar ir-rettezza, il-governanza t-tajba u s-saltna taddritt, għax kulħadd jaf li dawn tużahom bħala ballun politiku u mhux fl-interess ġenwin ta’ ġensna u pajjiżna.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.