KullĦadd_28.06.2020

Page 1

15% AKTAR JIDĦLU LURA X-XOGĦOL

www.kullhadd.com Prezz €1

PJAN MAĠĠURI TA’ TISBIĦ GĦAL WIED IŻ-ŻURRIEQ

Proġett maġġuri maħsub biex jagħti dehra isbaħ lil Wied iż-Żurrieq, destinazzjoni prinċipali fin-Nofsinhar ta’ Malta li tattira man-nofs miljun turist kull sena, mistenni jitħabbar fiż-żmien li ġej mill-Gvern. Minn tagħrif li għandha din ilgazzetta, jirriżulta li se tkun qed tinħareġ sejħa ta’ interess għal disinji li jtejbu l-infrastruttura fil-post

magħruf għall-veduti spettakolari, inkluż ta’ Filfla, vjaġġi lejn il-Blue Grotto, baħar eċċellenti u restoranti speċjalizzati fil-ħut, fost oħrajn. Bħala parti minn dan il-ħsieb ukoll, il-Ministru għat-Turiżmu Julia Farrugia Portelli lbieraħ nediet servizz b’xejn ta’ trasport minn u lejn il-post, li se jkun qed jiġi ffinanzjat mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu.

Rapport f’paġna 8

Ritratt: ANTHONY AXIAQ

Il-Ħadd, 28 ta’ Ġunju, 2020 Ħarġa Nru 1,407

Rapport f’paġna 6

L-ELUF F’QABŻA SOĊJALI RAPPORT IBBAŻAT FUQ MIRI TAL-ĠM JURI T-TITJIB LI ESPERJENZAW MALTIN FIL-FAQAR WARA L-2013

2013 2018

2013 2018

bejn l-2013, l-ewwel sena ta’ Gvern Laburista, u l-2018. Il-qabża hi ta’ 7% inqas filpopolazzjoni li ħarġu minn dan il-livell ta’ faqar. Ir-rapport jgħid li, waqt li fl-2013 kien hawn 10% tal-

25%

DJAR KESĦIN FIX-XITWA

8%

3%

19%

F’RISKJU TA’ FAQAR

25%

FAQAR ESTREM

10%

Pajjiżna kiseb riżultati mill-iżjed pożittivi f’għadd ta’ setturi soċjali, bħala parti minn miri għall-iżvilupp sostenibbli mfasslin mill-Ġnus Magħquda. Dan jinkludi titjib għal familji li huma severament deprivati materjalment, jiġifieri mċaħħdin minn affarijiet li għall-maġġoranza assoluta tal-poplu huma meqjusin bażiċi fil-ħajja. Rapport ippubblikat millKummissjoni Ewropea u l-uffiċċju tal-istatistika Ewropew, il-Eurostat, jindika ċar kif pajjiżna ra tnaqqis flgħadd ta’ dawk li kienu qed ibatu t-tali faqar estrem fil-ħames snin

2013 2018

popolazzjoni f’dan il-faqar estrem, ħames snin wara l-persentaġġ niżel għal 3%, anke jekk min-naħa l-oħra l-popolazzjoni baqgħet tikber sena wara u oħra, inkluż fl-istess perjodu indikat.

Sorsi, li tkellmu mal-KullĦadd, indikaw li d-differenza fil-persentaġġi tikkwantifika għal titjib fil-ħajja ta’ madwar 25,000 u 28,000 persuna, li sa seba’ snin ilu kienu qed jgħixu f’sitwazzjoni ferm agħar milli jinsabu fiha llum. Il-Ministru Michael Falzon, responsabbli mill-qasam soċjali, laqa’ r-riżultati b’mod pożittiv, fl-istess ħin li fakkar li l-ħidma tal-Gvern Laburista ma qatgħet qatt u se tissokta għallġid ta’ iżjed familji li sfortunatament ukoll għotru fil-ħajja. Rapport dettaljat f’paġni 4 u 5


02

28.06.2020

kullhadd.com

IT-TEMP GĦAL-LUM L-Ogħla Temperatura: 30°C L-Inqas Temperatura: 21°C L-Indiċi UV: 11 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni għolja tippersisti fuq iċ-ċentru tal-Mediterran It-Temp: Xemxi Ir-Riħ: Ħafif min-Nofsinhar ix-Xlokk li jsir min-Nofsinhar filgħaxija Il-Viżibilità: Tajba Il-Baħar: Ħafif L-Imbatt: Baxx min-Nofsinhar ix-Xlokk li jsir ftit li xejn It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

Editur RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

Reklamar u Distribuzzjoni KIMBERLY CUTAJAR email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Disinn tal-Paġni KIMBERLY CUTAJAR tel: (+356) 2568 2570

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

Kuntatt Ġenerali KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

Indirizz Postali KullĦadd

30°C UV 11

21°C

Il-Ħamis

31°C UV 11

21°C

Il-Ġimgħa

33°C UV 11

20°C

Is-Sibt

One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

Sit Elettroniku KullĦadd kullhadd.com

Mezzi Soċjali www.facebook.com/kullhadd

Stampat Miller Newsprint Ltd. Numri Importanti Emerġenza COVID-19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

31°C UV 11

23°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD

32°C UV 11

New British Dispensary, 109/110, Triq San Ġwann, Il-Belt Valletta – 21244813 Vivien Pharmacy, Triq Patri Magri, Il-Marsa – 21221701 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 Remedies Pharmacy, Triq Tumas Fenech, Birkirkara – 21441589 Regional Pharmacy, Triq E. H. Furse, L-Imsida – 21312449 Lourdes Pharmacy, Triq in-Naxxar, San Ġwann – 21387479 Drug Store: Anglo Maltese Dispensary Ltd. 382, Triq Manwel Dimech, Tas-Sliema – 21334627 Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, L-Iklin – 21415499 Tat-Tarġa Pharmacy, Plot no.2, Triq il-Kostituzzjoni, Il-Mosta – 21433141 El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Il-Qawra – 21576308 De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Raħal Ġdid – 21826408 Alpha Pharmacy, Triq Bormla k.m Vjal il-Kottoner, Il-Fgura – 21673811 St. Peter Pharmacy, Triq is-Sebbelika, Ħaż-Żabbar – 21663750 Green Cross Pharmacy, 8, Misraħ Gregorio Bonnici, Iż-Żejtun – 21693723 Remedies Pharmacy, 5, Triq Santa Katerina, L-Imqabba – 21641133 De Rohan Pharmacy, Triq Sant’Antnin, Ħaż-Żebbuġ – 21464128 Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Ir-Rabat, Malta – 21454274 Taċ-Ċawla Pharmacy, Triq 7 ta’ Ġunju 1919, Ir-Rabat, Għawdex – 21557819 Lauretana Pharmacy, 36, Triq l-Imġarr, Għajnsielem, Għawdex – 21563017

23°C

30°C UV 11

22°C

SPIŻERIJI LI SE JIFTĦU NHAR IT-TNEJN 29 TA’ ĠUNJU Regent Pharmacy, 70, Triq Merkanti, Il-Belt Valletta – 21245135 Darwin Pharmacy, 152, Triq il-Kbira San Ġużepp, Il-Ħamrun – 21221512 Brown’s Pharmacy, 278, Triq il-Vitorja, Ħal Qormi – 21499697 Herba Pharmacy, 183, Triq il-Kbira, Birkirkara – 21443406 Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Tal-Pietà – 21232954 J.V.’s Pharmacy, Wied is-Swieqi, Is-Swieqi – 21371062 Norman’s Pharmacy, 133, Triq il-Kbira, Tas-Sliema – 21332243 Balzan Pharmacy, 70, Triq San Franġisk, Ħal Balzan – 21444035 Brown’s Chemists, Triq San Pawl, In-Naxxar – 21417652 Remedies Pharmacy, 111, Triq George Borg Olivier, Il-Mellieħa – 21523462 Sta. Lucia Pharmacy, 1, Misraħ Dorell, Santa Luċija – 21890111 Verdala Pharmacy, 57, Triq il-Gendus, Bormla – 21824720 Bellavista Pharmacy, 88 Triq il-Hortan, Marsaskala – 21633788 Gerada Pharmacy, 146, Triq Mater Boni Consilii, Iż-Żejtun – 21806009 Salus Pharmacy, 21, Misraħ ir-Repubblika, Iż-Żurrieq – 21680761 The Bypass Pharmacy, Triq Mikiel Azzoppardi, Is-Siġġiewi – 21461681 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Batu Pharmacy, 38, Triq il-Palma, Ir-Rabat, Għawdex – 21551841 St. Joseph Pharmacy, 28, Pjazza San Ġużepp, Il-Qala, Għawdex – 21555348


03

28.06.2020

kullhadd.com

AIRSHOW F’SETTEMBRU? Is-Soċjetà Maltija tal-Avjazzjoni (MAS) ħabbret li għaddejja b’ħidma biex sa tliet xhur oħra tipprova torganizza l-wirja tal-ajru, tant popolari, anke jekk stqarret li għadu kmieni wisq biex tbassar xi parteċipanti. L-MAS qalet fi stqarrija li għaddejja b’kuntatti ma’ rappreżentanti ta’ dawk li ħadu sehem fl-edizzjonijiet passati biex possibbilment jerġgħu jieħdu sehem fl-edizzjoni ta’ din is-sena ppjanata għas-26 u s-27 ta’ Settembru li ġej. Is-Soċjetà ħabbret ukoll li l-ħsieb hu li l-airshow isir fit-Tramuntana ta’ Malta, iżda għadu mhux magħruf jekk hux se jkun hemm il-wirja statika tas-soltu li tkun miftuħa għall-pubbliku. Din il-parti tal-wirja ta’ ajruplani u ħelikopters, li ma jtirux fuq dawk preżenti, imma jkunu esebiti flart, ukoll tattira ħafna dilettanti li jkollhom aċċess biex jidħlu f ’xi wħud minnhom. L-MAS qalet li dan kollu hu suġġett għal aktar titjib fis-sitwazzjoni b’riżultat tal-COVID-19

f ’Malta u anke barra, waqt li rringrazzjat lil kull min hu involut fit-tħejjijiet ta’ dan l-ispettaklu biex toffri lill-pubbliku avveniment u spettaklu ta’ divertiment u sigur. Hi qalet li se tagħti aktar

informazzjoni relatata fil-ġimgħat li ġejjin. L-ewwel airshow li sar f ’pajjiżna fl-1993 fuq il-Port ta’ Marsamxett kien ir-riżultat ta’ ħidma u lobbying minn grupp ta’ dilettanti

u sena wara oħra jattira eluf kbar ta’ ammiraturi tal-avjazzjoni li, fost oħrajn, tpaxxew b’wirjiet spettakolari li stinkaw għal numru minn ajruplani ta’ snin sakemm ġabu akrobatiċi rinomati l-ewwel permess mill-awbħar-Red Arrows tal-Intoritajiet kompetenti. Minn dak iż-żmien l-avveni- gilterra jew il-Frecce Tricolori ment baqa’ jikber fil-popolarità tal-Italja.


04

28.06.2020

kullhadd.com

AVVANZ AKBAR FIL-MIRI

MALTA

Skont l-aħħar edizzjoni tar-rapport “Sustainable Development in the European Union”, ippubblikat flimkien mill-Kummissjoni Ewropea u l-Eurostat, Malta kisbet riżultati tajbin f ’għadd ta’ fatturi fil-qasam soċjali, b’mod speċjali t-tnaqqis fil-livell tal-faqar fost il-popolazzjoni minn mindu nbidlet l-aħħar amministrazzjoni Nazzjonalista. Ir-rapport, li juża statistika miġbura għall-istess miri u indikaturi dwar żvilupp sostenibbli użati mill-Ġnus Magħquda u jaddattahom f ’kuntest Ewropew, jisħaq li mill-2013 Malta għamlet avvanzi importanti fil-ġlieda kontra l-faqar, inkluż dak estrem. Biex tkejjel il-progress tal-membri f ’oqsma differenti ekonomiċi, soċjali, edukattivi, mediċi u ambjentali u tikkwantifika l-istandards mixtieqa, il-ĠM għandha 17-il mira ffissati, li jvarjaw mill-konsum u l-produzzjoni responsabbli, għall-ġustizzja, l-enerġija affordabbli u nadifa, ugwaljanza tal-ġeneru sa xogħol diċenti. L-istatistika użata f ’dan ir-rigward mill-Kummissjoni Ewropea tirreferi għal ċifri bejn l-2013 u l-2018, ħames snin li nzertaw fil-bidu ta’ Gvern Laburista. Wieħed mill-indikaturi ewlenin fejn jidħol il-livell ġenerali tal-ġid tal-popolazzjoni hu l-persentaġġ taċ-ċittadini li jbatu minn deprivazzjoni materjali severa, jiġifieri dawk li m’għandhomx il-mezzi u l-finanzi biex jixtru affarijiet li fid-dinja tal-lum huma meqjusin mill-aktar bażiċi, oġġetti bħal pereżempju magna tal-ħasil tal-ħwejjeġ jew televixin u s-servizz tal-internet, fost oħrajn. Ir-rapport jgħid li, waqt li fl-2013 kien hawn 10% tal-popolazzjoni f ’dan il-faqar estrem, ħames snin wara l-persentaġġ niżel għal 3%, anke jekk min-naħa l-oħra l-popolazzjoni baqgħet tikber sena wara u oħra, inkluż fl-istess perjodu indikat. Sorsi, li tkellmu mal-KullĦadd, indikaw li, meqjusa ż-żieda fil-popolazzjoni, id-differenza fil-persentaġġi (7%) faċilment tikkwantifika f ’titjib fil-ħajja ta’ madwar 25,000 u 28,000 persuna, li sa seba’ snin ilu kienu qed jgħixu f ’sitwazzjoni ferm agħar milli jinsabu fiha llum. Aspett ieħor ta’ ċaħda li wera wkoll xejra pożittiva kien il-persentaġġ tal-popolazzjoni li m’għandhiex ir-riżorsi biex iżżomm id-dar sħuna fix-xhur tax-xitwa. Din ilfaxxa tas-soċjetà, li tinkludi wkoll anzjani jgħixu fuq id-dħul mill-pensjoni, naqas minn kważi 25% seba’ snin ilu għal xi 8% fl-2018, differenza ta’ madwar 60,000 persuna, skont l-istess kejl preċedenti. Aktar riċenti l-Eurostat kien ukoll indika kif pajjiżna għamel progess kbir flaħħar snin. Skont ċifri ppubblikati x-xahar li għadda joħroġ li r-rata ta’ dawk f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa naqas minn 8.5% fl-2015 għal 3.7% fl-2019. Dan ifisser li minn sitwazzjoni fejn Malta kellna rata ogħla mill-medja Ewropea, 6.4% fl-2015, issa għandna rata kważi nofs

MALTA

RAPPORT MILL-UE, IBBAŻAT FUQ IL-MIRI TA’ ŻVILUPP SOSTENIBBLI TAL-ĠM, JURI L-QABŻA POŻITTIVA FIL-QASAM

il-medja Ewropea, 5.6% fl-2019. It-tali titjib jirrifletti l-aktar rata ferm baxxa fejn jidħlu ġenituri li jaħdmu. Fil-familja tipika Maltija, ta’ żewġ ġenituri b’tifel jew tifla waħda, ir-rata ta’ ċaħda materjali severa bilkemm tlaħħaq il-1%, u hi kwart dik fil-bqija tal-UE. Imma anke fejn jidħlu pensjonanti, skont il-Eurostat, bejn l-2015 u l-2019 ir-rata naqset bin-nofs, minn 5% għal 2.6%. L-istess ġara fir-rata osservata fost it-tfal u ż-żgħażagħ. F’Marzu li għadda, statistika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika lokali (NSO) kienet uriet li l-għadd ta’ persuni severament imċaħħdin materjalment fl-2019 kien ilaħħaq 3.7% tal-popolazzjoni f ’Malta, filwaqt li dawk imċaħħdin materjalment kien ta’ 8.4%. Dakinhar ir-rati mħabbrin urew tnaqqis qawwi meta mqabblin ukoll mas-sitwazzjoni tal-2013, meta r-rata ta’ persuni f ’sitwazzjoni ta’ ċaħda materjali severa kienet tlaħħaq l-10.2%, waqt li dawk imċaħħdin

materjalment kienu jlaħħqu 19.9%. Ir-rati osservati fl-2019, imsejsin fuq kampjun ta’ madwar 4,000 familja, kienu t-tielet u t-tieni l-inqas rispettivament li qatt ġew osservati mindu bdiet tinġabar din l-istatistika. Barra minn hekk, dawn ir-rati kienu ferm inqas mill-medja Ewropea. Imkejlin mal-ogħla ċifri li qatt ġew reġistrati fl-2013, l-għadd ta’ persuni mċaħħdin severament fl-2019 naqsu b’madwar 25,000, waqt li iżjed minn 42,000 raw titjib fil-ħajja tagħhom meta ma baqgħux meqjusin fost dawk imċaħħdin materjalment. Dawn ir-riżultati u oħrajn pożittivi, li wkoll ġew indikati fi stħarriġ ieħor simili lokali u internazzjonali, huma lkoll frott ta’ numru ta’ deċiżjonijiet u miżuri li ddaħħlu mill-amministrazzjoni Laburista mill-2013 lil hawn, inkluż it-tnaqqis fil-kontijiet taddawl u l-ilma, iż-żidiet ripetuti lill-pensjonanti u inċentivi biex aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol. Fil-fatt, raġunijiet ewlenin għal dan

il-progress huma t-titjib sostanzjali fix-xibka tal-qasam soċjali, kif ukoll is-suċċess tal-politika tal-Gvern li jinko­raġġixxi aktar nies biex jidħlu fis-suq tax-xogħol, speċjalment bit-tnedija tal-inċentivi ta’ in-work benefit u t-tapering tal-għajnuna soċjali. Jirriżulta li l-persentaġġ ta’ nies li jaħdmu biss ftit sigħat naqas sew minn xi 9% fl2013 għal 5% fl-2018. L-istess sorsi indikaw li din it-tendenza se tkompli tiġi rreġistrata fis-snin ta’ wara


05

28.06.2020

kullhadd.com

SOĊJALI TA’ PAJJIŻNA SOĊJALI LI GĦAMLET MALTA BEJN L-2013 U L-2018, PARTIKOLARMENT FIL-ĠLIEDA KONTRA L-FAQAR

Wara għadd ta’ deċiżjonijiet u miżuri li ttieħdu mill-Partit Laburista fil-Gvern mill-2013 ’l hawn, illum ħames miżuri soċjo-ekonomiċi ta’ Malta huma f’territorju pożittiv

elenkati f ’dan l-aħħar rapport ippubblikat din il-ġimgħa mill-Kummissjoni Ewropea. Il-Ministru għall-Familja, is-Solidarjetà Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon laqa’ r-rapport b’mod pożittiv. Mitlub minn din il-gazzetta biex jikkummenta, hu qalilna li, b’mod ġenerali, “f ’dawn l-aħħar seba’ snin ta’ Gvern Laburista, rajna l-ħajja tan-nies tinbidel għall-aħjar u dan hu attribwit għal bosta raġunijiet. Bħala Gvern

rajna li ma nżidu l-ebda piżijiet, f ’forma ta’ taxxi jew inkella dħul ieħor. “Aħna Gvern li ninċentivaw il-bżulija, filwaqt li ninkoraġġixxu aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol, għax huwa b’hekk li nibnu ekonomija b’saħħitha li tkun kapaċi toħloq miżuri soċjali li jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn. “Għalhekk għandna bżonn kontinwità, biex dak li bdejna, inkunu kapaċi mmantnuh u anke nsaħħuħ. Il-qalb soċjali se

MICHAEL FALZON: Aħna Gvern li ninċentivaw il-bżulija, filwaqt li ninkoraġġixxu aktar nies jidħlu fid-dinja tax-xogħol, għax huwa b’hekk li nibnu ekonomija b’saħħitha li tkun kapaċi toħloq miżuri soċjali li jgħinu lil dawk l-aktar fil-bżonn

tibqa’ hemm għal ma’ min l-aktar għandu bżonnha. Għalkemm ksibna riżultat pożittiv wara ieħor, jien personalment nemmen li għada jisbaħ aħjar mil-lum,” temm jgħidilna l-Ministru Falzon. Biex tiġbor f ’indikatur wieħed dawn l-aspetti differenti mir-rapport tal-Kummissjoni Ewropea u l-Eurostat, wieħed irid iħares lejn il-proporzjon tal-popolazzjoni fir-riskju tal-faqar u jqabbel id-dħul ta’ ċerti familji mal-valur medjan tal-popolazzjoni kollha kemm hi. It-tali persentaġġ naqas f ’pajjiżna, li jfisser li aktar nies resqu lejn is-sitwazzjoni li jaqilgħu aktar minn 60% tal-valur medjan. Fl-Unjoni Ewropea dan baqa’ l-istess tul il-perjodu indikat ta’ sitt snin. Sadanittant, il-persentaġġ tal-popolazzjoni Maltija li mhix attiva fis-suq tax-xogħol minħabba responsabbiltà biex tieħu ħsieb persuni oħrajn, li huma dipendenti fuqhom, hu l-ogħla wieħed fl-UE. Dan ipoġġina fi żvantaġġ ekonomiku minħabba l-għadd ta’ persuni ma jaħd-

mux, anke jekk mil-lat pożittiv dan hu rwol, ġeneralment okkupat min-nisa, li hu mill-aktar utli soċjalment, avolja mhuwiex ikkumpensat. Fl-istess ħin, kibret xi ftit l-inugwaljanza minħabba li d-dħul ta’ ċerti sezzjonijiet tal-popolazzjoni kiber relattivament iżjed minn dawk ta’ oħrajn. Wieħed irid jenfasizza li dan hu ċaqliq relattiv, jiġifieri li anke dawk li relattivament waqgħu lura, jistgħu qed jaqilgħu dħul assolutament akbar milli kien qabel meta mqabblin il-valuri medjani tal-2013 u tal-2018. Mod ieħor kif wieħed jara dan hu mis-sehem fid-dħul globali li għandhom l-40% tal-popolazzjoni li jaqilgħu l-inqas. F’Malta dan naqas xi naqra fl-istess perjodu indikat, kif ġara wkoll fi 11-il membru ieħor tal-UE. F’artiklu ppubblikat f ’Mejju fuq issit tal-Eurostat, ġie kkonfermat kemm il-familji Maltin jinsabu f ’sitwazzjoni finanzjarja tajba. Skont riċerka tal-istess aġenzija Ewropea, il-familji tagħna huma l-aktar li kapaċi jfendu f ’każ ta’ spejjeż finanzjarji mhux mistennija, bħalma ħolqot globalment il-pandemija tal-COVID-19. Bl-inqas persentaġġ, il-familji Maltin l-aħjar li joħorġu mil-lista tal-Unjoni Ewropea ta’ familji li ma jaffordjawx it-tali spejjeż finanzjarji. Waqt li l-medja Ewropea hi li kważi terz tal-familji ma jistgħux jagħmlu tajjeb għal spejjeż mhux antiċipati, f ’pajjiżna l-proporzjon hu inqas minn nofs dik l-istess medja. Il-persentaġġ attwali f ’Malta (15%) hu 10% inqas milli kien fl-2012 meta, fi żminijiet tal-agħar kontijiet imposti fuqhom, kwart tal-familji Maltin kienu sostnew li ma jifilħux għal spejjeż addizzjonali. B’rabta mas-sitwazzjoni Ewropea, il-persentaġġ Malti hu inqas minn terz tal-pajjiż bl-ogħla persentaġġ, f ’dan il-każ, il-Kroazja. F’dan il-pajjiż tal-Lvant, aktar minn nofs il-familji jħossu li ma jifilħux spejjeż mhux mistennija. Il-qagħda finanzjarja tajba tal-familji f ’pajjiżna toħroġ ukoll mil-fatt li qatt daqs illum il-familji ma kellhom flus iddepożitati mal-banek lokali. Ċifri tal-Bank Ċentrali jindikaw li, f ’Marzu li għadda, dawn laħqu l-figura rekord ta’ €13.5 biljun. Din tfisser żieda ta’ €5.8 biljun, jew 74% fuq l-ammont li kien hemm fil-bidu ta’ din l-amministrazzjoni. Il-familji tagħna faddlu €2.2 miljun kull jum, jew tliet darbiet ir-rata li faddlu bħala medja taħt l-amministrazzjoni preċedenti. Meta tieħu kollox ma’ kollox, ħamsa mill-miri soċjo-ekonomiċi ta’ pajjiżna – Faqar (SDG1), Kundizzjonijiet tax-Xogħol Diċenti u Tkabbir Ekonomiku (SDG8), Saħħa u Well-being Tajbin (SDG3), Enerġija Affordabbli (SDG7) u Ġuħ (SDG2) – jinsabu lkoll f ’territorju pożittiv. L-unika mira f ’dan il-qafas li qiegħda lura u jonqosha titjib hi dik tal-Inugwaljanza (SDG10).


06

28.06.2020

IKUN jaf kulħadd illi b’rikors ippreżentat fil-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Volontarja fil-ħmistax (15) ta’ Ġunju tas-sena elfejn u għoxrin (2020) (Rikors numru 44/2020BS) minn Mary Borg, intalbet l-apertura tas-SUĊĊESSJONI ta’ Joseph Mercieca, ġuvni, bin il-mejtin George u Mary Jane nee’ Mercieca, imwieled Victoria, Għawdex u ġia residenti Victoria, Għawdex, miet fVictoria, Għawdex, fis-dsatax (19) ta’ April tas-sena elfejn u għoxrin (2020), intestat, illi lġenituri tad-decuius ċioe’ George u Mary Jane Mercieca huma mejtin. llli Grezzju Mercieca Ii jiġi hu d-decuis huwa mejjet. llli l-istess Grezzju Mercieca għandu tliet ulied Ii huma Anthony, Marlon u Charlene mart Martan Lavrijsen, lkoll aħwa Mercieca. llli Rita Borg mart Pio Borg Ii tipi hu d-decuius hija mejta. llli Rita Borg għandha tlett ulied Ii huma Nathalie, xebba, Mary, xebba u Joseph, lkoll aħwa Borg. llli Emmanuel Mercieca Ii jigi ħu d-decuius huwa mejjet. Huwa miet ġuvni u mingħajr dixxendenti. llli mill-arblu geneologiku ġuramentat, jirrizulta Ii l-persuni ntitolati għall­wirt huma Maria Buhagiar mart Tony Buhagiar fil-kwota ta’ kwint (1/5) indiviż; Emante Mercieca fil-kwoti ta’ kwint (1/5) indiviż; Victor Mercieca fil-kwota ta’ kwint (1/5) indiviż; Mary Borg, xebba fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15); Joseph Borg fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistaxil parti indiviżi (1/15); Nathalie Borg, xebba, fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15); Anthony Mercieca fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15); Marlon Mercieca fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15) u Charlene Lavrijsen mart Martan Lavrijsen fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15), liema apertura għandha ssir a favur ta’ Maria Buhagiar mart Tony Buhagiar fil-kwota ta’ kwint (1/5) indiviż; Emante Mercieca fil-kwoti ta’ kwint (1/5) indiviż; Victor Mercieca fil-kwota ta’ kwint (1/5) indiviż Mary Borg, xebba fil­kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15); Joseph Borg fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15); Nathalie Borg, xebba, fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15); Anthony Mercieca fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15); Marlon Mercieca fil-kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15) u Charlene Lavrijsen mart Martan Lavrijsen fil­kwota ta’ parti waħda minn ħmistax-il parti indiviżi (1/15), gie ordnat il-ħrug ta’ dan il­bandu biex jiġi mgħarraf kull min jista’ jkollu x’jaqsam fih. Għaldaqstant kull min jidhirlu Ii għandu interess huwa b’dan imsejjaħ biex jidher quddiem il-Qorti fuq imsemmija sabiex b’nota jmur kontra dik it-talba fi żmien ħmistax-il gurnata Ii jibda jgħaddi minn dak il-jum Ii fih jiġi mwaħħal il-bandu. Reġistru tal-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) Ġurisdizzjoni Volontarja lllum 22 ta’ Ġunju 2020 Dorianne Cordina Għar-Reġistratur, Qrati u Tribunali (Għawdex)

kullhadd.com

15% AKTAR JIDĦLU LURA X-XOGĦOL Minn stħarriġ tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) jirrizulta li anke f ’April is-suq tax-xogħol f ’pajjiżna beda jil­qa’ għall-effett tal-pandemija. Waqt li fl-aħħar ġimagħtejn ta’ Marzu kien hemm 29% tal-ħaddiema li ma ħadmu l-ebda siegħa, f ’April dan il-persentaġġ naqas bin-nofs għal 14%. Fl-istess ħin jirriżulta li 7% tal-ħaddiema rrapportaw li ħadmu aktar sigħat mis-soltu, b’medja ta’ 48 siegħa. Dan meta f ’Marzu ma kien hemm ħadd li sostna hekk. Din hi indikazzjoni ta’ kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni tal-Gvern li ma jkunx hawn lockdown totali, kif kienet talbet l-Oppożizzjoni. Li kieku sar hekk dawn il-ħaddiema kienu jitilfu dħul sostanzjali, u l-ekonomija tagħna kienet titlef ammont ta’ negozju qawwi. Minn dan l-istħarriġ joħroġ li 62% ta’ dawk intervistati sostnew li ħadmu sigħat ta’ xogħol normali, l-istess proporzjon li kien hemm fl-ewwel ġimagħtejn wara li faqqgħet il-pandemija. Anke dan jindika kemm kienet importanti d-deċizjoni tal-Gvern li ma jimxix fuq il-linja ta’ lockdown bla bżonn. Skont l-NSO, fil-ġimgħat wara li pajjiżna ntlaqat millCoro­na­virus, l-ammont ta’ sigħat li fih il-ħaddiema rrappor-

taw għax-xogħol naqas minn 37 għal 23. B’kuntrast, f ’April l-ammont ta’ sigħat żdied għal 29, jew kważi kwart iżjed. L-NSO jinnota li f ’dan il-perjodu n-negozji kienu bdew igawdu mill-appoġġ tal-Gvern, fosthom l-iskema tal-COVID Wage Supplement. Bħala medja din kważi sostniet ġurnata aktar xogħol fost il-ħaddiema kollha tal-pajjiż. Fir-realtà meta wieħed iqis l-ammont ta’ dawk li kienu direttament affettwati mill-iskema tal-Gvern, l-impatt fuq l-ammont ta’ sigħat li fihom tħaddmu l-ħaddiema jitla’ għal kważi 16-il siegħa aktar, jew jumejn fil-ġimgħa. Dan jindika kemm il-Gvern qasam il-piż ma’ min iħaddem u kien ta’ sostenn dirett lill-ħaddiema fis-setturi milqutin. Fl-aħħar nett, l-istatistika ppubb­likata mill-NSO turi li terz tal-ħaddiema kienu qed jaħdmu mid-dar permezz tat-teleworking. Dan hu kważi tliet darbiet aktar minn kemm kien hemm qabel ġie ddikjarat stat ta’ emerġenza bil-pandemija. Anke hawn il-Gvern kellu rwol ewlieni għax sostna lil min daħħal din is-sistema permezz ta’ skema tal-Malta Enterprise, filwaqt li offra din l-opportunità lil ħafna ħaddiema fis-settur pubbliku.


07

kullhadd.com

€20,000 FIX-XAHAR F’BIR TAS-SKIEKEN?

28.06.2020

WAQT LI ĊAĦAD LI AĊĊETTA FLUS BIEX ITELLEF L-ELEZZJONI LIL CASA, L-EKS CEO TAL-MIDJA NAZZJONALISTA EVITA MILLI JSEMMI L-BQIJA F’affidavit li ppubblika fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, l-Eks Kap Eżekuttiv tal-midja Nazzjonalista Pierre Portelli ta l-impressjoni li kien qed jiċħad dak kollu li ġie allegat fil-konfront tiegħu taħt ġurament fil-Qorti, iżda ħalla ħafna barra. Fil-verità, injora għalkollox allegati donazzjonijiet ta’ €20,000 kull xahar li jingħad kien imur jiġbor personalment minn Portomaso, fejn kellu l-uffiċċju Yorgen Fenech, is-suspettat mandant filqtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Għaldaqstant, issa qed iqumu xnigħat, inkluż minn membri tal-establishment Nazzjonalista, li jridu ras il-Kap Adrian Delia b’kull skuża possibbli, dwar fejn spiċċaw dawn l-eluf kollha. L-argument ta’ bir tas-skieken fil-kwartieri tal-PN mhu xejn ġdid, ladarba sal-2013 kien magħruf li ammonti kbar ta’ flus, possibbilment miljuni, għaddew fl-idejn b’riżultat ta’ persentaġġi minn kuntratti tal-Gvern, li iżda donnu ħadd ma jaf jew ma jrid jgħid x’seta’ sar minnhom. Portelli, li fi kliemu stess dam 20 xahar fit-tmun tal-midja talPN, fil-bidu ta’ din il-ġimgħa meta tkompliet il-kumpilazzjoni fil-każ li qed jiffaċċja Yorgen Fenech, tella’ fuq Facebook affidavit li ħa quddiem nutar. Waqt li biex jiddeskrivi l-affidavit, iddikjara li “niċħad kategorikament dak li għadu kemm qal Keith Schembri fil-Qorti. Ilġimgħa li għaddiet ħadt affidavit biex nippreżentah lill-pulizija jekk jitolbuni nagħmel dikjarazzjoni,” imkien ma’ jitkellem dwar l-akkuża li kien imur San Ġiljan għand Fenech biex jiġbor €20,000 kull xahar u ġieli għamel is-sigħat jistenna sakemm jgħadduhomlu. L-affidavit, li jġib id-data tad19 ta’ Ġunju 2020, lanqas ma jgħid xejn f ’dan ir-rigward: “Jiena, Pierre Portelli, hawn taħt iffirmat, qatt ma ġejt avviċinat jew offrut flejjes sabiex il-Partit Nazzjonalista, li tiegħu jiena kont nokkupa l-kariga ta’ Chairman Eżekuttiv tal-kumpannija tal-m tiegħu Media.Liidjank Communications Ltd bejn Novembru 2017 u Ġunju 2019, jikkunsidra, jaċċetta u/jew jesegwixxi kampanja kontra xi wieħed

mill-kandidati tiegħu għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal2019.” Affidavit li sar tliet ijiem qabel ingħatat ix-xhieda fil-Qorti minn Keith Schembri. Meta kien qed jagħti x-xhieda tiegħu fil-Qorti, Schembri xehed dwar kif, skont dak li kien jgħidlu Fenech, politiċi kienu jmorru spiss jieklu għandu u saħaq li darba, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia mar talbu €50,000 biex jintużaw kontra l-elezzjoni ta’ David Casa għall-Parlament Ewropew. Schembri qal li Fenech kien qallu li Delia kien jibgħat ukoll lil Pierre Portelli biex jiġbor €20,000 kull xahar u li dan kien ġieli jagħmel sigħat fir-reception ta’ Portomaso jistenna. “Qabel l-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew tal-2019 ukoll intlemaħ ħdejn it-torri.” Wara din ix-xhieda u dik tas-sensar Melvin Theuma li stqarr l-istess affarijiet, il-

Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia ħareġ stqarrija fejn qal li “bl-aktar mod assolut u kategoriku nerġa’ niċħad l-allegazzjonijiet kollha li qed isiru fil-konfront tiegħi.” F’dan il-kuntest, imma hu interessanti wkoll artiklu fil-MaltaToday (“Magistrate probing claims involving Yorgen Fenech payments to Adrian Delia”) fejn irrapporta wkoll li sorsi qrib l-investigazzjoni jgħidu li l-Maġistrat Doreen Clarke qed tmexxi l-inkjesta dwar l-allegazzjonijiet li (Yorgen) Fenech għadda mal€120,000 lil uffiċjali tal-PN – flejjes li finalment jidher li qatt ma waslu għand il-Partit. Opinjonisti politiċi birraġun qed jistaqsu fejn spiċċaw dawn l-eluf. Mhux opinjonisti politiċi biss, imma anke David Thake kien ċar. Meta kien qed jitkellem mal-mezzi tax-xandir wara li hu wkoll ta x-xhieda

tiegħu, id-Deputat Nazzjonalista qal li mhux se jkun hu li jgħid x’għandu jagħmel il-Kap tal-Oppożizzjoni – il-Kap tiegħu stess – imma implika li Delia għandu jirriżenja sakemm inaddaf ismu minn dawn l-allegazzjonijiet. Kien Thake li kważi sena ilu fuq TVM ħareġ l-ewwel b’din l-allegazzjoni li l-PN ħa flus mingħand Fenech biex Casa ma jerġax jiġi elett fil-Parlament Ewropew. Kien fil-programm Xarabank tat-18 ta’ Ġunju li Thake ħareġ b’din meta staqsa dirett lil Delia: “Kemm kien l-ammont illi offra Yorgen Fenech biex David Casa ... lill-partit ... ma jiġix elett. Inti forsi infurmat jew ma nafx jekk intix infurmat illi offra €50,000 Yorgen Fenech biex Casa ma jiġix elett? Taf li jekk dan huwa minnu – u s-sors li għandi jien dan jikkonf e r -

mah – jista’ jirriżulta f ’corrupt practise?” L-allegazzjoni kienet ripetuta minn Melvin Theuma, is-sensar fil-każ tal-qtil tal-bloger Daphne Caruana Galizia, li waqt inkjesta pubblika kien ukoll qal li Delia rċieva flus biex Casa ma jkunx elett mill-ġdid fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Meta Pierre Portelli rriżenja mill-kariga li kellu f ’Ġunju tal2019, kien implika wkoll f ’dan kollu lid-Deputat Karol Aquilina u għamillu allegazzjoni serja fil-konfront tiegħu. Portelli kien qal li Aquilina “għandu ħafna għal xiex jirrispondi”. Portelli, ukoll fuq Facebook, kien qal li għad jiġi żmien meta ħafna aktar jiġi żvelat. Dan qalu fil-kuntest li Aquilina kien tkellem mal-ġurnalisti dwar il-ħbiberija li Portelli għandu ma’ Yorgen Fenech. “Taf x’għandu jgħid Portelli – li huwa ħabib ta’ Yorgen Fenech”, kien iddikjara Aquilina, bħala tpattija li Portelli kien semmieh ma’ għadd ta’ Membri Parlamentari Nazzjonalisti li huma kontra Delia u li kienu qed jagħmlu l-bsaten fir-roti lit-tmexxija tal-Partit. Portelli kien qal li huwa kellu rapport professjonali mal-Grupp Tumas. Anke Manuel Delia, dak tal-Arriva u llum ta’ Repubblika, Occupy Justice u friegħi oħrajn, kien ikkummenta dwar dan. Filblogg tiegħu tad-19 ta’ Ġunju 2019 kien qal li “Pierre Portelli spoke about having ‘always had a professional relationship with the Tumas Group’ as a matter of pride” u “Consider how Pierre Portelli, formerly RCC-wannabe to Adrian Delia and now a Colonel Walter E. Kurtz gone rogue deep in Laos simmering in the heart of darkness, yesterday confirmed he has ‘always had a professional relationship’ with the Tumas Group, even as he sat in a position of grooming Adrian Delia to become Prime Minister.” Intant f ’nofs dawn il-battibekki, allegazzjonijiet u kliem iebes tibqa’ mistoqsija waħda li abbli kapaċi jwieġeb biss Portelli: F’liema dlam spiċċaw l-€20,000 kull xahar li allegatament kien qed jagħti Fenech lill-PN?


08

28.06.2020

kullhadd.com

PROĠETT MAĠĠURI MISTENNI JSEBBAĦ WIED IŻ-ŻURRIEQ IMNIEDI SERVIZZ TA’ TRASPORT ĊIRKULARI B’XEJN LEJN WIEĦED MILL-ISBAĦ POSTIJIET F’PAJJIŻNA BĦALA PARTI MINN PROĠETT MAĠĠURI LI GĦAD IRID JITĦABBAR Waħda mill-isbaħ destinazzjonijiet imfittxijin mit-turisti daqskemm mill-Maltin se tkun qed tingħata dehra isbaħ fiż-żmien li ġej. Din il-gazzetta tista’ tiżvela li fiżżmien li ġej il-Gvern mistenni jħabbar pjani biex Wied iż-Żurrieq jara żviluppi maġġuri li għandhom jagħtuh dehra isbaħ wara għexieren ta’ snin jitkarrab għal waħda. Il-KullĦadd tista’ tiżvela li din is-sena stess il-Gvern se jkun qed joħroġ sejħa pubblika għall-kompetizzjoni ta’ disinn biex il-post, li jaqa’ fil-konfini tal-Qrendi, ikollu proġett maġġuri ħolistiku fih. Il-post magħruf għall-baħar bejn ilblat, il-vjaġġi bid-dgħajjes lejn l-attrazzjoni stupenda tal-Blue Grotto, li tinsab fil-qrib, l-għadd ta’ restoranti jispeċjalizzaw għallħut u l-veduti spettakolari tan-Nofsinhar tal-pajjiż, inkluż tal-gżira ta’ Filfla, fost oħrajn, hu kkaratterizzat minn infrastruttura li tista’ tiġi mtejba, anke jekk kien hemm impenji individwali fl-aħħar snin, bħar-restawr tat-Torri ta’ Xutu. Dan mistenni jkun l-ewwel proġett tax-xorta tiegħu fil-post li fl-aħħar sentejn żaruh xejn inqas minn miljun turist, madwar nofs miljun kull sena fl-2018 u fl-2019. Sorsi, li tkellmu ma’ din il-gazzetta, qalu li hemm pjan usa’ ħalli l-post jingħata dehra aħjar u b’hekk tkun tista’ wkoll tiżdied l-attività fih, inkluż fix-xhur ’il barra mis-sajf, se jkunu qed iseħħu arranġamenti oħrajn, bħal trasport pubbliku faċilitat. Fil-fatt ilbieraħ il-Ministru għatTuriżmu u l-Protezzjoni tal-Konsumatur Julia Farrugia Portelli nediet proġett pilota għal servizz ta’ trasport ċirkulari permezz ta’ żewġ karozzi tal-linja pprovduti mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu minn u lejn Wied iż-Żurrieq. Is-servizz, li se jibda mill-4 ta’ Lulju, se jkun b’xejn għall-pubbliku u se jiġi ffinanzjat b’investiment ta’ €162,000 mill-MTA. B’dan is-servizz se tkun indirizzata l-problema ta’ parkeġġ f ’Wied iż-Żurrieq, li ħafna drabi jaqta’ qalb dawk li jkunu jridu jmorru f ’din il-ġawhra naturali

fin-Nofsinhar ta’ Malta. Dan ġie kkonfermat minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika kkummissjonat mill-Ministeru għat-Turiżmu li wera li kważi 60% ta’ dawk intervistati sostnew li jsibu problema ta’ parkeġġ meta jinżlu Wied iż-Żurrieq. Minnhom, 36% argumentaw li jitilqu lura kif ma jsibux fejn jipparkjaw. Kważi 50% urew ix-xewqa li lesti jużaw servizz ta’ trasport mill-akwati tal-madwar minflok il-vettura tagħhom. Il-Ministru Farrugia Portelli qalet li kienet ix-xewqa ta’ ħafna li jkun hemm soluzzjoni għal din il-problema billi jiġi pprovdut servizz ta’ trasport ċirkulari li jdur mal-eqreb żewġt irħula lejn Wied iż-Żurrieq, filwaqt li jiġbor lil dawk li jipparkjaw fit-triq wiesgħa tal-eks mitjar tal-Qrendi, li twassal għas-Siġġiewi. “Wied iż-Żurrieq hu post uniku u attrazzjoni turistika popolari li żviluppa minn villaġġ żgħir tas-sajjieda. Fl-2018, żaru dan il-post turistiku 475,000 turist. Dan minbarra l-eluf ta’ Maltin li jinżlu regolarment f ’dan il-post. Apparti li nsibu attrazzjoni unika li hi ‘l-Ħnejja’ (Blue Grotto), li tiġbed lejha eluf ta’ viżitaturi kull sena, insibu wkoll numru ta’ nies li jinżlu għal attivitajiet oħrajn bħall-għawm u s-sajd kif ukoll dawk li jinżlu biex jieklu

xi ikla ħut mill-ħafna restoranti taż-żona,” qalet il-Ministru b’sens ta’ kburija. “Minkejja dan, kellna sfida sostanzjali bil-parkeġġ u għaldaqstant dan is-servizz se jkun qed iservi biex jindirizza din l-isfida, filwaqt li nippromwovu wkoll mezzi ta’ trasport alternattiv.” Is-servizz privat ipprovdut b’xejn millĦamis sal-Ħadd mill-10:00 ta’ filgħodu sa nofsillejl, bi frekwenza ta’ madwar 20 minuta, se jkun qed jopera b’żewġ xarabanks, immarkati “Destinazzjoni Wied iż-Żurrieq”, se jiġbru passiġġieri miżżewġ pjazez ewlenin tal-Qrendi u ż-Żurrieq. Fl-istess waqt passiġġieri oħrajn jistgħu jipparkjaw u jirkbu minn qrib is-Siġġiewi fiż-żona ta’ San Niklaw, magħrufa bħala l-Qasam, fejn inħolqu spazji ta’ parkeġġ għal min irid iħalli l-karozza hemm. Dan is-servizz se jopera simultanjament permezz ta’ żewġ vetturi bil-għan li jiffaċilita l-prattikabilità u l-frekwenza ta’ dan isservizz. Is-servizz ġie mfaħħar ukoll mis-Sindku tal-Qrendi David Schembri u mis-Sindku taż-Żurrieq Rita Grima, flimkien ma’ kunsillieri taż-żewġ lokalitajiet li lbieraħ kienu preżenti mal-Ministru għat-tnedija tal-proġett pilota.

Malta fuq is-CNN Nhar il-Ħamis li għadda l-Ministru Farrugia Portelli ġiet intervistata mill-istazzjon Amerikan CNN, li kellu kliem ta’ tifħir għall-mod kif pajjiżna ffaċċja l-pandemija tal-COVID-19 u kif qed jippjana li jerġa’ jirkupra l-industrija tat-turiżmu tiegħu. Waqt li indikat l-importanza tat-turiżmu għall-ekonomija lokali, il-Ministru qalet li, filwaqt li Malta ma ddejqitx li tkun fost tal-ewwel fl-Ewropa li tagħlaq l-ajruport u l-portijiet f ’Marzu, kienet pijuniera biex toħloq dawk imlaqqmin “kurituri siguri” (safe corridors) biex gradwalment jibdew vjaġġi lejn ċerti destinazzjonijiet. Dan se jkun qed iwassal biex, kif ħabbret Farrugia Portelli fil-Parlament ġurnata qabel, jilħqu jżuruna mas-700,000 turist sa tmiem is-sena, ammont mill-aktar inkoraġġanti, avolja ma jersaq imkien qrib it-2.7 miljun li żaruna fl-2019. Waqt li l-infurzar ta’ stat ta’ emerġenza se jasal fi tmiemu nhar it-Tlieta li ġej, mill-għada, l-1 ta’ Lulju, Malta se tkun qed terġa’ tiftaħ l-ajruport u l-portijiet tagħha. L-ivvjaġġar se jsir minn u lejn numru ta’ destinazzjonijiet, filwaqt li mill-15 tax-xahar id-dieħel ikunu jistgħu jsiru t-titjiriet lejn kull ajruport.

RAĠUN LILL-AIR MALTA FIL-KAŻ TAL-BDOTI SSENSJATI Il-Qorti ma laqgħetx it-talba tal-unjin tal-bdoti, l-ALPA, biex ma jitkeċċewx 69 pilota minn mal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta. F’digriet fil-Prim’Awla tal-Qorti Ċivili, ġie deċiż li l-Air Malta kellha dritt tkeċċi l-bdoti wara li ma ntlaħaqx qbil dwar il-pagi tagħhom fi żmien ta’ sfida minħabba l-pandemija. L-Imħallef Toni Abela kkonkluda wkoll li l-linja nazzjonali tal-ajru ma kellhiex tnaqqas il-grad tal-31 bdot li se jibqgħu fuq il-kotba tagħha u ordna mandat ta’ inibizzjoni kontra l-kumpanija. L-Air Malta kienet ħadet id-deċiżjoni li jkunu ssen-

sjati nofs il-piloti, wara li l-unjin tal-bdoti m’aċċettatx li l-ħlas jinżel għall-paga soċjali ta’ €1,200 fix-xahar, magħmula minn €800 li ħareġ il-Gvern bħala Wage Supplement u €400 li jiżdiedu mill-kumpanija. Minflok, f ’nofs il-pandemija meta l-Ajruport ingħalaq għall-vjaġġi kollha tal-passiġġieri b’telf finanzjarju kbir minħabba l-imxija, l-ALPA baqgħet tinsisti fuq skema għall-irtirar li tiswa xejn inqas minn €73 miljun. Kienu saru bosta laqgħat twal bejn l-Air Malta u l-ALPA biex tiġi ssalvagwardjata s-sostenibbiltà u l-vijabbiltà tal-kumpanija tal-ajru.

Madanakollu, wara li l-unjin tal-bdoti nsistiet fuq skema ta’ rtirar kmieni, li tfisser medja ta’ €700,000 għal kull bdot, il-linja tal-ajru Maltija ma kellhiex għażla oħra, għajr li tipproċedi bis-sensji ta’ 69 bdot. Fuq Facebook, il-Ministru għall-Ekonomija Silvio Schembri, li taħtu taqa’ l-Air Malta, kiteb li l-Qorti tat raġun lil-linja nazzjonali għad-deċiżjoni li ħadet fiddawl tan-nuqqas ta’ koperazzjoni mill-ALPA, li f ’isem il-membri tagħha m’aċċettatx li dawn jerfgħu l-parti tagħhom kif għamlu l-bqija tal-ħaddiema tal-kumpanija.


09

28.06.2020

kullhadd.com

L-EBDA VJAĠĠ PAPALI FL-2020 L-UNIKA ŻJARA SKEDATA BARRA L-VATIKAN KIENET DIK LI KELLHA SSIR F’PAJJIŻNA ERBA’ ĠIMGĦAT ILU Il-Papa Franġisku għad m’għandu l-ebda vjaġġi barranin ippjanati għal din is-sena, ħabbar il-Vatikan fl-aħħar jiem. Minħabba r-riskji għoljin u l-biża’ li ta’ 83 sena jispiċċa jlaqqat il-virus COVID-19, id-djarju tal-Kap tal-Knisja Kattolika tħalla vojt f ’dan ir-rigward, bl-unika żjara uffiċjali li tħassret kienet proprju dik li kellu jagħmel f ’pajjiżna fi tmiem ix-xahar li għadda. Mifruxa fuq il-jumejn tat-30 u l-31 ta’ Mejju, iż-żjara papali tant mistennija kellha tieħu lil Franġisku f ’dawra fuq il-katamaran fil-Port il-Kbir, fil-Grotta u l-Knisja ta’ San Pawl fir-Rabat u saħansitra f ’Għawdex, b’waqfa fis-Santwarju ta’ Pinu f ’Għawdex. Dan minbarra l-quddiesa tal-Ħadd fuq il-Fosos tal-Furjana.

Il-programm sħiħ tal-attivitajiet kien għadu lanqas ġie konkluż u l-antiċipazzjoni għal din iż-żjara kienet qed tkompli tikber qatigħ meta l-aħħar tħejjijiet twaqqfu ħesrem mill-awtoritajiet lokali. Din kellha tkun ir-raba’ żjara minn papa fostna, wara li l-Papa Ġwanni Pawlu II kien żar lil Malta darbtejn fl-1990 u fl2001, u l-Papa Benedittu XVI kien ġie fl-2010. Għalkemm oriġinarjament kellha tkun ta’ ġurnata waħda biss, l-organizzaturi kellhom diffikultà kbira biex jinfilsaw l-attivitajiet kollha fiż-żjara, u allura żdiedet ġurnata oħra, waqt li l-Qdusija Tiegħu kien se jkun alloġġjat fid-dar uffiċjali tan-Nunzjatura fir-Rabat, Malta, biex ukoll iqatta’ l-uniku lejl hawn. L-aħbar taż-żjara tal-Papa Franġisku ngħatat mill-President tar-Repubblika George Vella nhar l-10 ta’ Frar li għadda fil-quddiesa tal-festa ta’ San Pawl, li n-nawfraġju tiegħu kien qed jispira wkoll il-messaġġ għall-istess żjara. Il-Papa kien ukoll mistieden formalment biex iżur l-Iraq, Ċipru, l-Indoneżja u l-Montenegro, waqt li wera x-xewqa hu stess li jmur fis-Sudan t’Isfel fejn personal-

ment intervjena f ’tentattivi biex tintemm il-gwerra ċivili hemmhekk. Iżda l-kelliem tal-Vatikan Matteo Bruni qal lill-ġurnalisti li l-ebda waħda minn dawn mhu se sseħħ fil-futur qrib, għax “il-Qdusija Tiegħu ma kellu l-ebda żjarat ippjanati barra l-pajjiż għal din is-sena.”


10

28.06.2020

kullhadd.com

RIĠENERAZZJONI F’WIED IL-QLEJGĦA

Wied il-Qlejgħa, magħruf aħjar bħala Chadwick Lakes, għadu kemm esperjenza t-tlestija ta’ fażi oħra fi proġett ta’ riġenerazzjoni u restawr mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma b’investiment ta’ €5 miljun, inkluż fondi Ewropej. Wara li sena ilu tlesta t-tħammil ta’ parti kbira mill-wied u t-tneħħija ta’ veġetazzjoni invażiva, kien imiss xogħol ta’ rranġar ta’ ħitan tas-sejjieħ, tħawwil ta’ siġar ġodda u r-restawr tal-Fiddien Box, struttura ta’ żmien il-ħakma Ingliża, li fil-passat kienet tintuża biex jinġabar l-ilma minn għejun fl-inħawi biex jissupplixxi s-sistema ewlenija tal-ilma f ’pajjiżna. Din l-istruttura issa se tkun qed tintuża bħala ċentru ta’ interpretazzjoni u madwarha se tkun żona ta’ rikreazzjoni. Fi żjara fuq il-post mill-Ministru għall-Enerġija u l-Immaniġjar tal-Ilma Michael Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi, ingħad kif din iż-żona qed tinbidel f ’waħda unika u innovattiva

L-irranġar ta’ ħitan tas-sejjieħ fit-tieni fażi tal-proġett f’partijiet li sarulhom ħsarat (inset) minn ilma tax-xita li ma kienx qed jintlaqa’ kif jixraq minħabba ħama u veġetazzjoni invażiva

għall-gżejjer Maltin, għax se tkun qed toffri post ta’ rikreazzjoni iżda fl-istess ħin ta’ valur ekoloġiku u konservazzjoni tal-aktar riżorsa importanti, l-ilma, u l-abitat naturali. Saru diversi studji biex jiġu identifikati numru ta’ speċi fil-wied, eżerċizzju li se jgħin ħalli jiġi stabbilit pajsaġġ biex il-pubbliku jkun jista’ jgawdi din iż-żona, li sal-lum qatt ma kienet aċċessibbli minħabba l-istat ta’ abbandun li tħalla fih ilwied. Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma Manuel Sapiano spjega kif ix-xogħlijiet saru b’rispett lejn is-sistema ekoloġika tal-wied, b’moniteraġġ kontinwu minn entità privata u taħt is-superviżjoni tal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi. Spjega li fil-ġimgħat li ġejjin se tinbeda fażi oħra tax-xogħol f ’nofs il-medda tal-wied li tinvolvi t-tħammil ta’ radam li nġema’ malwied matul is-snin li radam diversi karatteristiċi importanti li nbnew fis-Seklu 19, li huma lqugħ żgħar tal-ilma u sistema ta’ passaġġi.

Il-Fiddien Box, l-istruttura li fi żmien l-Ingliżi kienet tintuża għall-ġbir u t-tqassim tal-ilma minn għejun fl-akkwati ta’ Wied il-Qlejgħa


11

28.06.2020

kullhadd.com

IMĦAWLIN 29,500 SIĠRA F’SITT XHUR Minn Jannar li għadda ’l hawn tħawlu aktar minn 29,500 siġra ġdida madwar il-pajjiż, medja ta’ kważi 5,000 siġra ġdida kull xahar, grazzi għall-impenn ta’ diversi entitajiet li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà ta’ ħames ministeri. Fi tweġibiet għall-mistoqsijiet Parlamentari li saru mid-Deputata Kristy Debono, il-Ministe­ ri għat-Trasport, l-Ambjent, itTuriżmu, Gvern Lokali u għal Għawdex wieġbu li kienu impenjati biex isebbħu l-abitat tal-poplu Malti u Għawdxi, anke jekk forsi ma kienx mistenni minnhom. Fil-fatt, jirriżulta li l-inqas dekasteru li seta’ jagħmel dan, fil-verità ħawwel l-akbar ammont ta’ siġar. Il-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali waħdu kien responsabbli għat-tħawwil ta’ aktar minn nofs l-ammont ta’ siġar ġodda mill-bidu tas-sena. Għalkemm ma elaborax fuq

it-tqassim tagħhom, il-Ministeru mmexxi minn Ian Borg irrapporta li kien responsabbli għaż-żieda ta’ 16,806 siġriet ġodda. Hu magħruf li Infrastructure Malta, li taqa’ taħt l-istess Ministeru, hi responsabbli għall-ħolqien tal-akbar proġetti infrastrutturali li qatt ra pajjiżna, li wkoll jinkludu persentaġġ qawwi ta’ żoni ħodor fihom għat-tgawdija taċ-ċittadin. Minbarra hekk, l-entità hi wkoll responsabbli għat-tisbiħ tal-ġnub ta’ toroq prinċipali b’siġar endemiċi u arbuxelli. Ma’ dawn, 11,000 siġra ġdida ġew imħawla mill-Ministeru għall-Ambjent immexxi minn Aaron Farrugia u dak għatTuriżmu ta’ Julia Farrugia Portelli. Il-bqija saru mill-Ministeru ta’ Josè Herrera, grazzi għall-kunsilli lokali u Heritage Malta li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu, kif ukoll mill-Ministeru għal Għawdex immexxi minn Clint Camilleri.

IS-CENTRAL LINK JIPPRODUĊI QABAR PUNIKU GĦALL-WIRI

Qabar storiku, li nstab fix-xogħ­ li­jiet infrastrutturali tas-Central Link fil-limiti ta’ Ħ’Attard, ġie mċaqlaq f ’operazzjoni delikata taħt il-ħarsien tas-Sovrintendenza tal-Patrimonju Kulturali biex ikun jista’ jitgawda f ’parti mikxufa anke ladarba jitlesta l-proġett ewlieni. Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera żaru s-sit fejn instab mirdum il-qabar ta’ żmien

Puniku u segwew mill-qrib l-operazzjoni li saret minn kuntratturi speċjalizzati b’makkinarju apposta u li swiet aktar minn €250,000. Din l-operazzjoni kienet tinkludi l-kisi temporanju tal-intern tal-qabar b’materjal apposta u wara nqatgħet blokka fonda sular f ’forma ta’ skorfina fil-blat. Is-Central Link Project jinkludi l-bini mill-ġdid tar-rotta arterjali bejn l-Imrieħel u Ta’ Qali favur aktar effiċjenza, inqas tniġġis fl-arja u faċilitajiet ġodda għal mezzi alternattivi tat-trasport.

Mill-bidu tas-sena tħawlu medja ta’ 5,000 siġra ġdida kull xahar, aktar minn nofshom mill-Ministeru responsabbli mill-akbar proġetti infrastrutturali fil-pajjiż, biex isebbħu l-abitat


12

28.06.2020

kullhadd.com

GĦARFIEN U ĦIDMA KONTRA L-ABBUŻ FUQ L-ANZJANI

Dr Mary Vella Kummissarju għall-Anzjani

Ir-rwol tal-Kummissarju talAnzjani ġie stabbilit taħt l-Att tal-Kummissarju għall-Anzjani Kapitlu 553 tal-Liġijiet ta’ Malta bis-setgħa li jippromwovi u jissalvagwardja d-drittijiet u l-interesssi tal-anzjani. Għalhekk huwa importanti li f ’dan ix-xahar, meta fil-15 ta’ Ġunju ġiet imfakkra l-World Elder Abuse Awareness Day, filwaqt li noħolqu iżjed għarfien fuq il-ġerħa tal-abbuż, inkomplu naħdmu biex tinħoloq kuxjenza dwar kemm għandna nieħdu ħsieb, inkunu grati u nuru mħabba u rispett lejn l-anzjani tagħna. Nies akbar fl-età għandhom jitqiesu bħala riżorsi imprezzabbli u aktar ma jkun hemm nies li jibqgħu f ’saħħithom għal aktar snin, aktar se jkomplu jkollhom rwol importanti meta jagħtu kontribut siewi fil-familja, fis-soċjetà u fil-pajjiż. Il-perjodu t’anzjanità anke, għaliex sirna ngħixu aktar, huwa terminu wiesa’ ħafna u għalkemm minn naħa għandna numru konsiderevoli ta’ anzjani li jibqgħu attivi ferm u jgawdu rispett qawwi, minn naħa oħra kultant issib każijiet li l-anzjani ftit li xejn jiġu mogħtija dinjità u awtonomija. Bħall-Kummissarju aħna naħdmu biex id-drittijiet fundamentali tal-bniedem jiġu dejjem imħarsa. Il-ġerħa tal-abbuż kienet teżisti minn dejjem u għalkemm l-istatistika turi li l-każijiet kulma jmur dejjem qegħdin jiżdiedu, dan jista’ jkun riżultat ta’ iżjed għarfien u anke għax jafu li jekk se jfittxu għajnuna, se jsibu appoġġ. Dan barra l-fatt li l-faxxa ta’ nies anzjani qiegħda kulma tmur tikber u n-nies qegħdin jgħixu aktar. Però, allavolja aħna u entitajiet oħra nagħmlu ħilitna biex noħolqu dan l-għarfien, xorta għad hemm individwi li jibqgħu jsofru fis-skiet din ir-realtà li

ħafna drabi sseħħ bejn l-erba’ ħitan ta’ djarhom u tibqa’ ma tidhirx. Dan huwa riżultat ta’ numru ta’ fatturi fiżiċi, soċjali u psikoloġiċi li jpoġġu lil ċerti persuni ta’ età akbar f ’pożizzjoni li tagħmilhom aktar vulnerabbli għal abbuż jew telqa. Dan għax ħafna drabi l-vittmi jispiċċaw totalment dipendenti fuq min ikun qed jabbuża minnhom. Dawn ma jirrappurtawx jew għax (1) l-individwu la jkollu l-mezzi u lanqas jkun jaf kif jitlob l-għajnuna jew (2) għax jibżgħu mill-konsegwenzi jekk jirrappurtaw, speċjalment jekk min qed jabbużahom huwa xi membru tal-familja jew l-unika persuna li qed tieħu ħsiebhom. Il-biża’ tagħhom huwa li jispiċċaw waħedhom jew ġo xi istituzzjoni. (3) Oħrajn ma jirrappurtawx għax jibżgħu li ma jiġux emmnuti jew għax (4) jikkunsidraw dan bħala xi ħaġa privata li trid tinżamm moħbija għax hija tal-mistħija li tkun qed tiġi abbużat minn uliedek stess u (5) oħrajn sforz l-imħabba lejn uliedhom u biex ma jaqilgħux inkwiet u jżommu l-paċi bejn l-aħwa u fil-familja.

Hemm diversi tipi ta’ abbużi fosthom abbuż fiżiku, emozjonali, materjali/finanzjarju u abbandun. L-abbuż jista’ jiġi minn kull lat, kemm mill-familja, kif ukoll minn min ikun responsabbli mill-kura tagħhom. L-abbuż domestiku ħafna drabi jseħħ fid-dar tal-individwu u min jabbuża ħafna drabi jkun xi ħadd minn tal-familja stess. Kultant l-abbuż ma jkunx intenzjonat imma jseħħ minn individwi li jkunu fiżikament u emozzjonalment għajjiena jew ikun hemm problemi ta’ saħħa mentali. Jiena bħala kummissarju tal-anzjani, il-ġerħa tal-abbuż lili tweġġagħni ħafna u flimkien ma’ entitajiet u setturi oħra konċernati naħdem biex niġġieldu din ir-realtà. M’għandniex nibżgħu nitkellmu fuq dan issuġġett sensittiv. Iżjed ma nqajmu għarfien u nitkellmu fuq il-problema tal-abbuż iżjed dak li jkun se jfittex l-għajnuna għax jaf li se jsib ħajt ta’ kenn u appoġġ. Irridu nkomplu bil-ħidma tagħna biex l-anzjani tagħna jkollhom id-dinjità u r-rispett li jixraqilhom mill-membri kollha

tas-soċjetà. Biex wieħed ifittex l-għajnuna jista’ jċempel fuq il-helpline nazzjonali 179 fejn jiġu offruti sapport u informazzjoni. L-għan primarju tas-supportline huwa li tiġi provduta għajnuna immedjata lil min hu fil-bżonn, toffri informazzioni u sapport lill-individwi u xi drabi tirreferihom għal xi aġenzija tas-servizzi soċjali. L-aġenżija Appoġġ għandha servizzi għal min ikun għaddej minn din il-problema u qiegħda toħloq iżjed għarfien u tagħti s-servizzi tagħha lil kull min għandu bżonn. Bħala Kummissarju tal-Anzjani naħdem biex Malta tkun pajjiż fejn ir-rispett għad-drittijiet u d-dinjità ta’ nies akbar fl-età hija realtà f ’kull qasam tal-ħajja. Jien nemmen f ’soċjetà fejn kulħadd hu trattat l-istess f ’kull aspett mingħajr ebda diskriminazzjoni fuq l-età, fejn għandu jkun hemm imħabba, rispett u gratitudni u fejn għandna ninkoraġġixxu u għandu jkun hemm atteġġjament aktar pożittiv fil-konfront ta’ persuni akbar fl-età.

Il-ġerħa tal-abbuż kienet teżisti minn dejjem u għalkemm l-istatistika turi li l-każijiet kulma jmur dejjem qegħdin jiżdiedu, dan jista’ jkun riżultat ta’ iżjed għarfien u anke għax jafu li jekk se jfittxu għajnuna, se jsibu appoġġ


13

28.06.2020

kullhadd.com

IT-TURIST: L-AKBAR REKLAM GĦAL PAJJIŻNA

Julia Farrugia Portelli Ministru

Baqa’ biss ftit jiem biex nerġgħu nibdew nagħtu merħba lil għadd ta’ turisti li jżuruna kull ġimgħa. Proprju nhar l-Erbgħa, l-1 ta’ Lulju, se jerġa’ jinfetaħ l-ajruport u dakinhar se jibdew jaslu l-ewwel turisti. M’għandniex xi ngħidu, m’aħniex nistennew li jkollna l-istess suċċessi li konna drajna bihom u li konna nkattruhom sena wara sena. Imma l-bidu huwa wieħed inkoraġġanti hekk kif nhar l-Erbgħa mistennija jaslu qrib it-3,000 turist minn pajjiżi diversi. Inkoraġġanti wkoll għax jidher ċar li minbarra l-linja nazzjonali, l-Air Malta, hemm kumpaniji tal-ajru oħrajn, fosthom il-Lufthansa u r-Ryanair, biex in-

semmi tnejn, li għandhom fiduċja fil-prodott li toffri gżiritna. Waqt intervista li kelli mal-ġurnalist Richard Quest mis-CNN iktar kmieni din il-ġimgħa, sħaqt fuq l-importanza għalfejn wieħed għandu jżur Malta bħala destinazzjoni sikura u dwar l-importanza tat-turiżmu fl-ekonomija tagħna. Jien għandi fiduċja sħiħa li ma ndumux ma nibdew naraw itturiżmu jirkupra. Għandi fiduċja li jirkupra b’mod sostenibbli. Fiduċjuża għax konvinta li x-xogħol li għamilna, kemm bħala Ministeru għat-Turiżmu, kif ukoll bħala Awtorità tat-Turiżmu, waqt li l-ajruport kien magħluq, se jagħti l-frott mixtieq. Fiduċjuża għax nemmen li t-turisti li se jżuruna se jsibu pajjiż isbaħ u pajjiż aktar nadif u allura se jkunu huma stess li jagħmlulna l-aqwa reklam. Minn dan il-lat, ma nistax ma nfakkarx li kiber in-numru ta’ bajjiet li ngħataw il-bandiera blu. Ma nistax ma nsemmix ukoll iċ-ċertifikat millaqwa li tatna l-Unjoni Ewropea ftit tal-ġimgħat ilu meta qalet li l-bajjiet f ’Malta u Għawdex huma fost l-aqwa fl-Ewropa. Barra minn dan, kif ħabbarna ftit tal-jiem ilu, se nkunu qegħdin inkomplu naħdmu bla heda biex

pajjiżna jkun aktar nadif. Mhux biss ġew installati aktar kameras f ’diversi nħawi, imma ħarraxna l-pieni għal dawk li jarmu skart illegali. M’għandix dubju li t-turisti se jsibu wkoll ristoranti u lukandi aħjar. Jien dejjem nemmen li kull sfida għandna ndawruha f ’opportunità. U mhux jien biss nemmen hekk. Hemm ħafna operaturi fil-qasam tat-turiżmu li waqt li ma setgħux ikomplu joperaw minħabba l-miżuri li kellhom jittieħdu biex nikkontrollaw l-pandemija tal-COVID-19, ħatfu l-opportunità biex isebbħu l-post fejn joperaw, kemm jekk huwa ristorant, kemm jekk hu ħanut tas-souvenirs u oħrajn. Naf b’ristoranti li mhux biss ħadu ħsieb isebbħu r-ristorant innifsu, imma ħadu ħsieb li jħejju lilhom infushom biex jippreżentaw menus ġodda. Dan biex ma nsemmix ukoll il-fatt li kellna tliet ristoranti li ngħataw l-Award Michelin, li huwa award mill-aktar prestiġġjuż. Għalhekk, ma nistax ma nsellimx lill-operaturi privati fil-qasam tat-turiżmu li, għal raġunijiet ovvji, kienu fost l-aktar li għamlu sagrifiċċji waqt il-pandemija. Issa resqin lejn in-normalità u minn

qalbi nawguralhom li jerġgħu jibdew igawdu l-frott tal-investimenti li għamlu. Kien ta’ sodisfazzjon kbir għalija meta ftit tal-jiem ilu smajt fl-aħbarijiet li hemm diġà numru ta’ turisti li qegħdin jikru appartament fil-boutique hotels li għandna fil-kapitali Valletta. Imma ejjew inżommu saqajna mal-art. Ejjew ilkoll kemm aħna nagħtu s-sehem tagħna biex is-suċċessi li konna qegħdin niksbu fil-qasam tatturiżmu, nerġgħu nibdew inkattruhom. Kulma rridu nagħmlu huwa li lkoll kemm aħna niġbdu ħabel wieħed. Ovvjament, dawk li jaħdmu direttament fil-qasam tat-turiżmu, għandhom jaraw li jaqdu dmirhom bl-akbar reqqa biex it-turisti jkunu kuntenti u sodisfatti bis-servizzi li jingħataw. Imma rridu nżommu f ’moħħna li kull ċittadin għandu r-responsabbiltà li jagħti sehem tiegħu biex il-vaganza ta’ kull turist li jżurna tkun fost l-aqwa u allura ikollhom biss kliem ta’ tifħir meta jerġgħu lura lejn pajjiżhom. Ejjew ma ninsewx li l-aqwa reklam għal pajjiżna huma t-turisti nfushom, u llum dan ir-reklam ma jagħmluhx biss bil-fomm, imma anke bil-midja soċjali.

Jien għandi fiduċja sħiħa li ma ndumux ma nibdew naraw it-turiżmu jirkupra. Għandi fiduċja li jirkupra b’mod sostenibbli. Fiduċjuża għax konvinta li x-xogħol li għamilna, kemm bħala Ministeru għat-Turiżmu, kif ukoll bħala Awtorità tat-Turiżmu, waqt li l-ajruport kien magħluq, se jagħti l-frott mixtieq

IL-FUTUR JIBDA LLUM

Clayton Bartolo Segretarju Parlamentari

Bħala Segretarjat Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali varajna think tank li se jkun qed jiġbor ideat u jfassal linji gwidi biex iwassluna għal strateġija ġdida dwar l-ekonomija diġitali. Dan it-think tank huwa ta’ l-ewwel xorta tiegħu f ’pajjiżna fejn tidħol l-ekonomija diġitali u permezz ta’ 10 professjonisti ġejjin minn sferi differenti ta’

dan is-settur, ser infasslu pjan biex ikollna ekonomija li tkun iżjed diversifikata u flessibbli. Inqabbel lil pajjiżna ma’ vapur li wara perjodu jissielet il-maltemp ekonomiku li ġabet magħha l-pandemija tal-COVID-19, issa ser jerġa’ jsapla lejn destinazzjoni f ’normalità differenti minn kif konna nafu qabel. F’din l-istorja, il-baħħara se nkunu aħna bħala Gvern flimkien mas-setturi kollha tas-servizzji finanzjarji u diġitali biex din l-istrateġija tkun waħda ta’ suċċess li biha wliedna jkollhom iżjed opportunitajiet minn dak li kellna aħna. Tabilħaqq, nemmen li ekonomija msejsa fuq niċeċ teknoloġiċi se tipprovdi futur isbaħ minn dak li kellna aħna. Fil-fatt ser inkunu qed naħdmu bil-kbir biex nattiraw lejn pajjiżna oqsma bħal l-Intelliġenza Artifiċjali, Blockchain,

il-Cryptocurrency, Internet of Things, Big Data u Quantum Computing fost oħrajn. Dan qegħdin nagħmluh biex ikollna ekonomija iżjed robusta u flessibbli tant li jekk id-dinja terġa tiltaqa’ mat-taqlib ekonomiku li esperjenzajna tal-aħħar xhur, l-ekonomija Maltija tkun preparata u tibqa’ reżiljenti. Ma nistgħux nimirħu lejn orizzonti ġodda jekk nibqgħu kuntenti b’dak li ksibna salpreżent. Irridu nibdew nintegraw l-ekonomija li għandna bħalissa ma’ dik diġitali fejn permezz ta’ din il-qalba pajjiżna jkun fuq quddiem bħala parti mill-katina tal-provvista globali li tkun kapaċi ssostni dik reali. Il-Gvern kommess li jagħmel l-użu diġitali parti min-norma fis-soċjetà li ngħixu fiha, tant hu hekk li rapport ippubblikat mill-Kummissjoni Ewropea ftit tal-ġimgħat ilu, wera kif

il-poplu Malti kien fost l-aktar pajjiżi li għamel avvanz fl-użu tekonoloġiku. Ekonomija diġitali tfisser iżjed opportunitajiet ġodda u fuq kollox pjattaforma b’saħħitha għal iżjed kummerċ. Futur diġitali jipprovdi lil pajjiżna mekkaniżmu li bih l-effiċjenza tagħna fil-ħajja ta’ kuljum dejjem tiżdied u tissaħħaħ. Gvern Laburista dejjem ħolom u emmen li Malta għandha tkun fost l-aqwa pajjiżi fl-Unjoni Ewropea. Irridu nkomplu naħdmu biex pajjiżna jkompli jkun minn ta’ quddiem fost l-Ewropej fl-użu tal-ekonomija diġitali. Ninsab fiduċjuż li se ndawru l-isfidi li għandna quddiemna f ’opportunitajiet bl-ambizzjoni tibqa’ dik li nagħmlu minn Malta ċentru ta’ eċċellenza fl-ekonomija diġitali. Għalhekk il-futur jibda llum.

Tabilħaqq, nemmen li ekonomija msejsa fuq niċeċ teknoloġiċi se tipprovdi futur isbaħ minn dak li kellna aħna. Fil-fatt ser inkunu qed naħdmu bil-kbir biex nattiraw lejn pajjiżna oqsma bħall-Intelliġenza Artifiċjali


14

28.06 .2020

kullhadd.com

INFRASTRUTTURA DENJA GĦAL KULĦADD

Portafoll kbir, b’ħafna responsabilitajiet. Il-ħidma tal-Ministru Ian Borg tidher tista’ tgħid f’kull parti ta’ pajjiżna, minn Triq il-Marfa fil-Mellieħa sal-parkeġġ il-ġdid li se jkun qiegħed jinbena viċin il-Port Ħieles f’Birżebbuġa. Kemm-il darba smajna lill-Ministru Borg jgħid li taħt dan ilGvern, l-ebda persuna mhi se tiġi minsija għax il-Gvern impenjat li jaħdem għal kulħadd. Dan jgħodd ukoll għall-infrastruttura. Din il-ġimgħa ltqajna mal-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u għedna kelma dwar ix-xogħol li għaddej madwar il-pajjiż.

Ministru, proġetti kbar. Għandna ħafna minnhom bħalissa. Għaliex qed nagħmlu ħafna proġetti maġġuri fl-istess ħin? Kif qed issibuh dan il-metodu? Wara deċennji sħaħ ta’ telqa minn Gvernijiet Nazzjonalisti, ħassejna li l-ebda kantuniera tal-pajjiż ma kienet fi stat li jixraq lill-poplu tagħna. Għalhekk, malli ħadna postna mat-tmun, ħarisna lejn il-mappa ta’ pajjiżna u għarafna li kien hemm bżonn bidla fil-mod ta’ kif nippjanaw il-proġetti. M’għadux il-waqt – u forsi qatt ma kellu jkun il-waqt – li nħarsu lejn toroq u junctions iżolati. Il-pajjiż magħmul minn netwerk, u għalhekk rajna li nwaqqfu aġenzija speċjalizzata fuq l-infrastruttura fl-2018. Illum, Infrastructure Malta għaddejja b’ħidma ħolistika madwar il-pajjiż kollu. Naħseb li mhix xi aħbar jekk ngħid li l-aġenzija qed tmexxi din il-ħidma b’mod effiċjenti u bla preċedent. Proġett jgħaqqad ma’ ieħor biex minflok toroq u junctions individwali issa għandna rotot sħaħ fejn qed neliminaw u ntejbu sitwazzjonijiet ta’ bottlenecks, tant li anke meta jkun għaddej xi proġett kbir, ma jkunx hemm wisq konġestjoni fl-inħawi. Naħseb li dan huwa l-uniku metodu li nistgħu naħdmu bih.

Naħseb li dan huwa l-uniku metodu li nistgħu naħdmu bih. Il-volum ta’ karozzi fit-toroq tagħna hu dak li hu. Irridu naħdmu b’taħlita ta’ soluzzjonijiet li jħarsu fil-viċin u oħrajn li jħarsu aktar fit-tul. Ma jistax in-Nofsinhar ta’ Malta jistenna biex inlestu s-Central Link u lanqas viċeversa. Naħseb ir-riżultati jitkellmu waħedhom Il-volum ta’ karozzi fit-toroq tagħna hu dak li hu. Irridu naħdmu b’taħlita ta’ soluzzjonijiet li jħarsu fil-viċin u oħrajn li jħarsu aktar fit-tul. Ma jistax in-Nofsinhar ta’ Malta jistenna biex inlestu s-Central Link u lanqas viċeversa. Naħseb ir-riżultati jitkellmu waħedhom. Kemm-il darba smajna u qrajna kritika dwar l-impatt ambjentali ta’ dawn il-proġetti. Forsi qed jagħti aktar fil-għajn għax, kif għedna, hemm ħafna għaddej. Imma inti ġieli tkellimt dwar il-miżuri ta’ mitigazzjoni li qed tieħdu

f ’dan il-lat. Xi tgħidilna dwar dawn? Iva. Sfortunatament, meta t-toroq ġew ippjanati fil-passat forsi l-periti u l-inġiniera ma kinux ikkunsidraw il-mod aċċellerat li bih kien ser jiżdied it-traffiku fit-toroq tagħna. Għalhekk kellna ħafna każijiet ta’ toroq li jaraw għexieren ta’ eluf ta’ karozzi kuljum b’korsija waħda jew tnejn fuq kull naħa. Qed inġib quddiem għajnejja t-toroq ta’ Ħ’Attard bħalissa, u Triq Aldo Moro li żgur ma kinux jifilħu għallkarozzi kollha li jgħaddu minnhom kull ħin u kull mument. Ovvjament, id-dinja kompliet

tikber madwar dawn it-toroq. Issa, kellna nagħmlu għażla li ma kienet xejn faċli. Inkomplu għaddejjin bl-infrastruttura li kellna, bil-konġestjoni, bittniġġis fl-arja għax kulħadd imwaħħal fit-traffiku? Jew nagħmlu l-aktar pjanijiet sostenibbli li nistgħu biex intejbu s-sitwazzjoni? Aħna dejjem nikkonsultaw mal-awtoritajiet ambjentali u nieħdu l-pariri tagħhom biex il-periti tagħna jfasslu pjanti li jieħdu l-inqas ammont ta’ art possibbli. Kemm-il darba spjegajt li għalkemm is-Central Link Project se jkun qed jieħu xi art biex ikun jista’ jsir kif suppost, rajna kif ħadna ħafna u ħafna inqas minn dak li kellhom ippjanat in-Nazzjonalisti. L-art veru ma ħaduhiex, imma mhux għax ma kinux jafu li dan kellu bżonn isir imma għax ma kellhomx il-kuraġġ li jieħdu deċiżjoni importanti għall-ġid komuni. Sadanittant, kellna ħafna rappurtaġġ dwar dan il-proġett, iżjed minn oħrajn, li kien kemxejn qarrieqi. Il-verità hi li kull proġett li qed immissu miegħu qed naraw biex kemm jista’ jkun inħaddru l-inħawi aktar milli qatt kienu qabel. Is-Central Link se jispiċċa b’aktar siġar milli

beda, filwaqt li l-Marsa Junction naħseb ħadd ma jiftakarha b’wisq landscaping. Dan illum se jkun parti integrali mill-junction il-ġdida. Infrastructure Malta f ’inqas minn 12-il xahar ħawlet aktar minn 12,000 siġra f ’postijiet differenti madwar ilpajjiż, fosthom toroq arterjali li ngħaddu minnhom ta’ kuljum. Ftit tal-ġimgħat ilu ħabbarna wkoll il-proġett tal-vertical garden li se nkunu qegħdin nimplimentaw mal-ġenb tal-Marsa-Ħamrun Bypass. Aħna nsebbħuha rridu lil Malta u l-ambjent inħobbuh bħal kulħadd. Il-Malta National Park jitkellem waħdu naħseb. Ħerqana ħafna biex naraw kif ser jiżvolġu dawk il-pjanijiet. Il-Park Nazzjonali f ’Ta’ Qali. X’inhuma l-ħsibijiet tiegħek dwaru dan? Naħseb il-ħsibijiet tiegħi huma bħal ta’ kull Malti u Maltija – fl-aħħar! Il-ġenerazzjoni tagħna kibret f ’Malta aktar kwieta minn dik li qed ngħixu fiha llum, imma xorta waħda qatt ma kellna park nazzjonali bħalma naraw meta nsiefru barra minn pajjiżna. Dan il-Gvern għandu ħafna pjanijiet imma l-ikbar ħolma tiegħu hija li nagħtu l-aqwa livell


15

28.06.2020

kullhadd.com

ta’ għajxien li nistgħu lill-poplu tagħna. Dan il-park se jkun qiegħed joħloq esperjenzi ġodda għal kulħadd. Min iħobb imur fil-kampanja għall-paċi se jkun jista’ jgawdi l-arja nadifa ta’ aktar minn 80,000 siġra, min iħobb il-kunċerti u l-attivitajiet nazzjonali se jkollu spazju miftuħ mill-isbaħ fejn jista’ jgawdi dan. Se jkollna faċilitajiet għal min iħobb jagħmel il-mixja tiegħu f ’dawn it-tip ta’ parks, jew min iħobb imur dawra bir-rota, faċilitajiet għal picnics u postijiet fejn jilagħbu t-tfal. Faċilitajiet ta’ camping u dog park ikbar. Lista twila u hekk għandu jkun, għax aħna rridu li nolqtu lil kulħadd b’dan il-proġett. Sadanittant, għaddejjin ukoll b’ħidma fuq infrastruttura oħra ta’ spazji miftuħa fil-komunitajiet tagħna. Qed naraw li d-Dipartiment għax-Xogħlijiet Pubbliċi jkompli jwettaq tiswija u riġenerazzjoni fuq il-ġonna u l-bandli fl-irħula u l-ibliet tagħna, filwaqt li diversi Kunsilli Lokali qed jieħdu l-inizjattiva li jirriġeneraw dawn l-ispazji wkoll. Bl-inizjattiva li varajna riċentement tal-iSlow Streets, mhux se nkunu qed niftħu ġonna, imma wkoll se nkunu qed nagħtu ftit iżjed paċi lill-qalba tal-irħula tagħna. Qed nagħmlu

ħafna f ’dan is-settur. U rridu tura tat-trasport. Importanti li l-infrastruttura tirrifletti dak nagħmlu iżjed. li nkunu qed ngħidu lin-nies. Aħna dejjem konna Gvern li Semmejt il-proġett Slow jwettaq. M’aħniex beħsiebna li Streets. Dan għandu nibdlu dan. x’jaqsam iżjed ma’ trasport alternattiv? Fl-aħħar, xtaqna nistaqsuk Iva, taħlita ta’ inizjattivi flimkien dwar tal-go karts. Trakka mal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli ġdida, naħseb ilha mixtieqa Lokali. Permezz ta’ żoni pe- mhux ħazin. Kif ħassejtek donali u korsiji għaċ-ċiklisti se meta ftaħtuha? nkunu qed ninkoraġġixxu n-nies biex jagħmlu użu minn dawn Ħadt pjaċir. L-isport minn dejjil-mezzi alternattivi fl-irħula u em inħobbu u l-kompetizzjoni l-ibliet tagħhom. Imma, pari hija xi ħaġa li qiegħda fija. Nieħu passu ma’ dan qed naħmdu pjaċir nara lit-tfal u liż-żgħażagħ wkoll biex naraw li n-netwerk tagħna jipprattikaw dan l-isport arterjali wkoll ikun attrezzat b’mod sikur. Għaliex le? Sportb’faċilitajiet sikuri għal dawn ivi oħra għandhom il-faċilitajiet adattati. Tajjeb li l-karting ikollu il-mezzi tat-trasport. M’ilux ftaħna uffiċjalment wkoll. Meta ngħidu li rridu nagħtu l-ewwel pont pedonali u għaċċiklisti li lestejna minn pjan li infrastruttura denja lil kulħadd, għandna għal diversi toroq ar- infissruha. Il-komunità sportiterjali. Dan huwa dak ta’ Vjal va wkoll għandha bżonn infral-Avjazzjoni bejn il-Gudja u Ħal struttura tal-ogħla standards. Luqa u daqt ser niftħu ieħor Wettaqna ħafna xogħol – klabbs il-Blata l-Bajda. Diversi toroq tal-futbol, klabbs tal-boċċi, oħra illum għandhom korsiji klabbs tar-regatta, pixxina, għaċ-ċiklisti u bankini fejn qatt klabbs tat-tennis...nista’ nibqa’ ma kien hemm, u qed infass- sejjer. lu rotta sikura għaċ-ċiklisti li tgħaqqad lil Ħal Qormi, Ħal Kieku kellek tħares lura lejn Luqa, Santa Luċija, Ħal Tarxien, dawn l-aħħar tliet snin ta’ ħidma, x’tgħid lilek innifsek Raħal Ġdid u l-Marsa. Irridu naraw bidla fil-kul- fl-ewwel ġurnata li lħaqt

Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali? Naħseb ngħid: ‘Lesti ruħek għax-xogħol.’ Portafoll kbir, b’ħafna responsabilitajiet imma kuntent li ġejt fdat b’dan ix-xogħol. Inħoss li f ’dawn l-aħħar tliet snin il-ħidma tagħna ħalliet impatt pożittiv fuq in-nies ta’ pajjiżna. Tkellimna ħafna dwar toroq u faċilitajiet, imma wettaqna anke fil-qasam marittimu u qed inwettqu ħafna xogħol, kemm

f ’Malta kif ukoll f ’Għawdex. Issa nħares ’il quddiem biex inkomplu mixjin fit-triq ħalli nimplimentaw il-mina bejn il-gżejjer – xi ħaġa oħra li nixtieq inwassal għall-poplu tagħna, b’mod speċjali lill-Għawdxin. Nixtieq li tliet snin oħra nkun nista’ nerġa’ nħares lura u ngħid: ‘Iva, ħdimna kemm flaħna, żammejna l-ewwel lill-Maltin u lill-Għawdxin, u wettaqna dak li wegħedna.’ Kunfidenti li l-Gvern Laburista dan se jkun jista’ jgħidu b’wiċċu minn quddiem.

Min iħobb imur fil-kampanja għall-paċi se jkun jista’ jgawdi l-arja nadifa ta’ aktar minn 80,000 siġra, min iħobb il-kunċerti u l-attivitajiet nazzjonali se jkollu spazju miftuħ mill-isbaħ fejn jista’ jgawdi dan. Se jkollna faċilitajiet għal min iħobb jagħmel il-mixja tiegħu f’dawn it-tip ta’ parks, jew min iħobb imur dawra bir-rota, faċilitajiet għal picnics u postijiet fejn jilagħbu t-tfal


16

28.06.2020

kullhadd.com

VALLETTA: BELT KAPITALI B’ATMOSFERA VIBRANTI Josè Herrera Ministru

Is-skiet fil-Belt Valletta tul dawn l-aħħar xhur beda jistona. Il-Belt mimlija attività spiċċat eku tas-skiet li ddomina t-toroq prinċipali. Il-ħarġa sal-Belt għal xi qadja sfaxxat u daqstant ieħor il-pass mgħaġġel ta’ bosta sejrin għal ġurnata xogħol. Ilbaħħ ta’ filgħaxija hekk appena tibda nieżla x-xemx sar sinonimu mal-vojt tal-istabbilimenti tal-ikel, xorb u divertiment. IlBelt mimlija kuluri, aroma talikel frisk u ċentru ta’ attività kulturali waqfet. Din l-atmosfera li ddominat il-Belt Valletta f ’dawn l-aħħar

xhur partikolarment minħabba l-imxija tal-COVID-19 tikkuntrasta bil-kbir ma’ dak li l-Belt Valletta kienet saret sinonima għalih bħala belt kapitali kulturali vibranti u dan wara li pajjiżna, kemm il-Gvern kif ukoll il-privat investa bil-kbir biex proprju jkollna dan. Issa li l-impatt tal-COVID-19 naqas b’mod drastiku u l-Gvern impenjat li jara li pajjiżna jerġa’ lura għan-normalità, partikolarment permezz tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali qegħdin inwettqu pjan u nieħdu inizjattivi diversi sabiex naraw il-Belt Valletta lura b’atmosfera vibranti. Dan il-Gvern jagħraf li meta qed niffaċċjaw sfida quddiemna l-għaqda hija s-soluzzjoni. Huwa proprju dan li qegħdin nagħmlu wkoll għall-Belt Valletta. Permezz tal-Valletta Cultural Agency li xprunat dan il-pjan bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija għatTuriżmu, l-Awtorità tal-Artijiet, il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta, Heritage Malta, Festivals Malta u Transport Malta fost

oħrajn kif ukoll diversi msieħba oħra, ser inkunu qegħdin ninvestu €750,000 sabiex nerġgħu nixprunaw in-normalità fil-Belt Valletta. Il-patrimonju Malti huwa wieħed mill-elementi li l-Belt Valletta hija mogħnija bih u għaldaqstant ħsibna sabiex flimkien ma’ Heritage Malta nkunu qegħdin niftħu bla ħlas il-Mużewijiet tal-Arkeoloġija, il-MUŻA, u l-Forti Sant’Iermu anka f ’ħinijiet estiżi. Dan apparti li s-Saluting Battery, Lascaris War Rooms u l-War Head Quarters Tunnels ser ikunu miftuħa bla ħlas u bi gwidi professjonali. Festivals Malta u numru ta’ msieħba kulturali oħra qegħdin iħejju diversi attivitajiet kulturali fejn matul ix-xhur ta’ Lulju, Awwissu u Settembru ser naraw li jkollna medja ta’ tliet attivitajiet fil-ġimgħa li jvarjaw minn kunċerti mużikali, teatru fit-toroq, arti performattiva, sfilati bil-kostum tal-epoka, baned u attivitajiet oħra. Bħala parti mill-ħsieb li noħolqu wkoll atmosfera

ta’ festa, sar ftehim flimkien mal-għaqdiet tal-armar fil-Belt Valletta, biex jiġu mżejna u mixgħula t-toroq matul it-tliet xhur li ġejjin. Ilkoll nafu u napprezzaw li l-Festa Tradizzjonali Maltija hija parti integrali mill-identità tagħna l-Maltin u għalhekk ridna naraw li anki fil-Belt Valletta noħolqu atmosfera ta’ festa bil-kollaborazzjoni tal-għaqdiet rispettivi. Bħala Ministru responsabbli mill-qasam kulturali, nemmen li bħala Gvern irridu nkomplu nsostnu lil dawn l-għaqdiet u hekk qed nagħmlu. Il-COVID-19 impattat mhux biss is-soċjetajiet li jaħdmu direttament fil-festi u dan minħabba li ġew imħassra, imma impattat ukoll lilna lkoll li hekk kif jibda s-sajf inkunu qegħdin nistennew li ngawdu ftit mill-atmosfera li dawn il-festi joħolqu kemm bl-armar, bil-mużika permezz tal-baned u bil-logħob tan-nar. Kien ilpjaċir tiegħi li għal din is-sena ħabbarna tliet fondi b’valur ta’ €470,000 biex inkunu ta’ għajnuna lil dawn is-soċjeta-

jiet li jiffurmaw parti mit-tradizzjonijiet tagħna l-Maltin u l-Għawdxin. Bħala parti mill-pjan għallĦolqien Ekonomiku, Soċjali u Kulturali għall-Belt Valletta, b’investiment ta’ €750,000 f ’inċentivi, ser inkunu qegħdin noffru għajnuna lis-sidien tan-negozji billi jitneħħew il-ħlasijiet tal-permessi tal-imwejjed u s-siġġijiet lis-sidien tal-istabbilimenti tal-Belt Valletta fit-tliet xhur imsemmija. Biex inkomplu ninċentivaw nies jersqu lejn il-Belt Valletta qegħdin ukoll noffru servizz bla ħlas bejn Tas-Sliema u l-Belt kapitali kif ukoll mill-Kottonera bejn is-6 ta’ filgħaxija u nofsillejl. Il-Gvern permezz talPrim Ministru Robert Abela u l-pjan imħabbar b’valur ta’ €900 miljun diġà qed jistimula l-ekonomija b’mod dirett u dan billi jwassal għand il-familji tagħna parti mill-ġid maħluq. IlBelt Valletta wkoll qed tara pjan jiġi mwettaq biex fil-ġimgħat li ġejjin jerġa’ jkollna lura l-Belt li nafu, Belt Valletta b’atmosfera vibranti.

fiċ-Ċentru Laburista ta’ Marsaxlokk, l-Eżekuttiv tal-Partit Laburista ddeċieda li titressaq mozzjoni għad-diskussjoni quddiem il-Konferenza Ġenerali b’emendi konsiderevoli għall-istatut tal-Partit. Dawn l-emendi jipproponu li d-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Partit m’għandux ikun membru tal-Parlament, u ma jkunx jista’ jikkontesta elezzjoni ġenerali f ’temp ta’ sentejn minn meta jtemm dik il-kariga. Jekk dawn l-emendi jiġu approvati, se jfissru bidla sinifikanti fil-mod ta’ kif jitmexxa l-Partit. Wara snin ta’ Deputati Mexxejja li kienu wkoll Membri Parlamentari, issa se jkun hemm Deputat Mexxej li jkun kompletament iffukat fuq il-Partit, ħieles mit-tellieqa elettorali, u

l-ħsibijiet ta’ distrett jew ieħor. Konvinta li dan hu proprju dak li għandna bżonn: individwu mbiegħed minn ħsibijiet ta’ elezzjonijiet personali, li joħloq distinzjoni ċara bejn il-Partit u l-Gvern. B’dan il-mod, il-Partit jissaħħaħ bħala l-magna ta’ ideat u proposti riformisti li dejjem kien. Jiġġedded bħala dik l-istituzzjoni moderna u progressiva li tiġri wara l-Gvern sabiex dejjem ittejjeb il-ħajja tagħna lkoll. Il-Partit Laburista qatt ma ddejjaq ikun pijunier f ’kulma jwettaq. M’għandix dubju li, bħad-deċiżjonijiet u bidliet maġġuri li ħa matul is-snin, il-ħatra ta’ Deputat Mexxej ġdid, kif proposta, se tfisser pass ’il quddiem għall-Partit Laburista f ’għeluq il-100 sena tiegħu.

TISĦIĦ U TIĠDID

Josianne Cutajar Membru Parlamentari Ewropew

Is-suċċess tal-Partit Laburista dejjem kien mibni fuq il-fatt li hu partit miftuħ għad-djalogu. Qatt ma bżajna minn konverżazzjonijiet ibsin, kemm dwar riformi soċjali, iżda wkoll fuq bidliet strutturali interni. Waqt li ħaddieħor jiddiletta f ’li jiknes il-problemi tiegħu kollha taħt it-tapit, u jesklu-

di lil min ma jiffurmax parti mill-elit, aħna dejjem ftaħna l-bibien beraħ għal kulħadd, u dejjem indirizzajna l-ikbar sfidi tagħna flimkien. M’aħniex baħrin tal-bnazzi. Qatt ma konna, u żgur mhux se nkunu, aktar u aktar meta għandna l-fiduċja tal-poplu biex immexxu l-pajjiż bl-aqwa mod. Matul is-snin li għaddew, ilħaqna qċaċet li konna biss noħolmu dwarhom. Bdejna nimplimentaw riformi soċjali kbar, riformi li jtejbu l-ħajja ta’ kull wieħed u waħda minna, irrispettivament mill-faxxa soċjali li niffurmaw parti minnha. Dan kien il-Gvern li l-ugwaljanza beda jimplimentaha fil-prattika, lil hinn mill-kliem sabiħ. Dan hu l-Gvern li quddiem l-ikbar sfidi – saħansitra f ’pandemija

globali – baqa’ jistinka sabiex il-kwalità tal-ħajja tagħna titjieb. Stajna nkunu dan il-Gvern ta’ kulħadd għaliex dejjem konna l-Partit ta’ kulħadd. Irridu nibqgħu l-Partit li nħabbtu l-bibien tan-nies biex nisimgħuhom, u li mmorru filpjazez tal-bliet u l-irħula tagħna sabiex nitkellmu bl-iktar mod miftuħ. Dak hu li għamilna bl-iktar mod ċar waqt l-aħħar maratona ġbir ta’ fondi iktar kmieni dan ix-xahar. Ma ftaħniex biss il-bibien taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, iżda nżilna fost il-voluntiera fit-toroq, u ħejjejna l-kollegamenti tagħna mill-qalba tal-istess toroq. L-istess qiegħed isir issa li qegħdin nieħdu deċiżjonijiet kruċjali għall-futur tal-Partit Laburista. Din il-ġimgħa stess,


17

28.06.2020

kullhadd.com

IT-TIĠDID Mid -Dj arju t a’ ISAĦĦAĦNA

Nazju n-Nazzjonalist

Catherine Fenech Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

tagħna sabiex nitgħallmu kemm kienu kuraġġużi dawk li mexxew u mmilitaw f ’dan il-partit snin ilu u b’determinazzjoni nkomplu niġġeddu u nbiddlu. Jien inħares b’motivazzjoni lejn il-ġranet li ġejjin quddiemna fejn ser nerġgħu nassistu għal tibdil fi ħdan l-Amministrazzjoni tal-partit. Din mhix dgħufija, imma turija ta’ kemm dan il-partit kapaċi jieħu deċiżjonijiet li forsi għall-bidu jidhru drastiċi jew li ma jinftehmux mill-istess partitarji u attivisti, imma ser naraw li l-partit se jkompli miexi ’l quddiem u jissaħħaħ sabiex ikun partit relevanti, fejn jibqa’ l-għażla naturali tal-elettorat Malti u Għawdxi. Minn dan it-tiġdid nikkonfermaw kemm dan il-partit fi ħdanu huwa mogħni bl-aqwa talenti, persuni li jħobbu l-partit u li għandhom tant x’joffru u lesti li jagħmlu dan b’servizz u lealtà. Dan huwa partit glorjuż. Kburin bil-mexxejja tal-passat u kburin bil-mexxej preżenti. Il-midja tal-Oppożizzjoni saqsietna din il-gimgħa jekk aħniex komdi u kburin b’Joseph Muscat. Dażgur li jiena kburija. Bil-ħidma tiegħu refa’ lil dan il-pajjiż minn għarkupptejh u konna kapaċi niffaċċjaw sfida globali tant kbira li kissret l-ekonomija ta’ tant pajjiżi kbar u b’saħħithom. Fuq kollox komda b’Joseph Muscat għax hu tani s-sodisfazzjon li nesperjenza żewġ rebħiet elettorali kbar u ġab lill-Oppożizzjoni irrelevanti. Kburija ferm bil-Mexxej preżenti, il-Prim Ministru Dr Robert Abela għax jagħraf jaqra s-sinjali u s-sentiment tal-poplu inġenerali u ma jiddejjaqx li jieħu deċiżjonijiet iebsa għal ġid ta’ dan il-partit u fuq kollox tal-pajjiż. Nirringrazzjah li nnominani f ’kariga li tippermettili li naħdem viċin tiegħu u nwiegħed lilu u lill-Laburisti kollha li se nkompli naħdem bis-sħiħ biex sentejn oħra niksbu rebħa elettorali kbira oħra sabiex inkomplu nagħmlu l-ġid fil-gvern għall-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Kienet l-ewwel esperjenza tiegħi fil-Kampanja Ġbir ta’ Fondi bħala Segretarja tal-Eżekuttiv tal-PL. Esperjenza tassew sabiħa u differenti jkolli ngħid. Is-soltu nipparteċipa billi mmur jien niġbor id-donazzjonijiet mingħand il-familji ġewwa l-Iklin. Din id-darba l-irwol inbidel. Però ħadt vera gost li din id-darba morna aħna l-Amministrazzjoni tal-Partit fid-distretti u ġbarna l-għotijiet li ġabbru l-kumitati lokali u ltqajna magħhom b’mod aktar leġġer u informali fil-pjazez u fis-siti pittoreski tal-irħula u l-ibliet tagħna. Nixtieq nirringrazzja minn qalbi lill-kumitati lokali u distrettwali kollha li ħadmu bis-sħiħ f ’din kampanja. Dejjem jagħmlu ħilithom. Din id-darba l-isforz hu apprezzat doppju minħabba ċ-ċirkustanzi li għexna fihom u li qed noħorġu minnhom bil-mod il-mod. Il-kumitati lokali jibqgħu l-fergħa tant għal qalbi fi ħdan il-partit, għaliex jien naf il-bidu ta’ ħidmieti fil-partit proprju minn ġewwa kumitat lokali. Għaldaqstant, nemmen li jixirqilhom kull sostenn u tifħir għaliex huma s-sisien ta’ dan il-partit u r-rappreżentanza tal-partit fil-lokalitajiet tagħna. Dan kollu huwa turija ta’ tiġdid fil-partit tagħna. Il-kuntatt man-nies huwa importanti għall-Partit Laburista għaliex dan il-partit huwa tassew il-partit tan-nies. Anki l-laqgħat tal-Eżekuttiv Nazzjonali u l-Konferenza Ġenerali se noħorġuha minn ġewwa ċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u niltaqgħu fiċ-Ċentri Laburisti fil-lokalitajiet. Hija ħaġa sabiħa ferm u qed tintlaqa’ tajjeb min-nies bħallIl-PL qatt ma ddejjaq aħħar Kampanja li jiġġedded, anzi sa mill-bidu nett Ġbir ta’ Fondi. Il-PL qatt ma tal-eżistenza tiegħu kien il-partit li ddejjaq li jiġġedded, anzi sa sfida l-istatus quo u xpruna l-bidla. mill-bidu nett Issa fl-għeluq tal-100 sena mit-twaqqif tal-eżistenza tiegħu kien tal-partit, hu sabiħ li nħarsu lura lejn il-partit li sfida il-passat tagħna sabiex nitgħallmu l-istatus quo u xpruna l-bidla. kemm kienu kuraġġużi dawk li Issa fl-għeluq mexxew u mmilitaw f’dan il-partit tal-100 sena mittwaqqif tal-partit, snin ilu u b’determinazzjoni hu sabiħ li nħarsu lura lejn il-passat nkomplu niġġeddu u nbiddlu

Il-Ħamis, 18 ta’ Ġunju Kemm qiegħed ikun iebes il-Kap tagħna Adrian Delia fi kliemu, hux! Sewwa jagħmel għax hekk għandu jkun, la tal-Labour qegħdin jivvintaw il-gideb fuqu u fuq esponenti oħrajn tal-partit darba glorjuż tagħna. Għalkemm jien ma nistax nifhem kif qegħdin ngħidu li l-allegazzjoni li xi ħadd tana somma flus biex nużawha ħalli David Casa ma jibqax ewroparlamentari, hija gidba vvintata minn tal-Labour, għax sa fejn naf jien, din l-allegazzjoni ħarġet minn xhieda fil-Qorti. Insomma sewwa nagħmlu li nemmnu dak li jintqal fil-Qorti kontra l-Laburisti u dak li jintqal kontra tagħna nkunu pronti ngħidu li hu gideb. Il-Ġimgħa, 19 ta’ Ġunju Hawn aħna, man! Tgħidli qalbi ma ndumux ma nisimgħu lill-Kummissjoni Venezja tfaħħar ukoll lil tal-Labour. Anzi diġà bdew ifaħħruh f ’rapport li ma nafx kemm fih paġni. Tal-inqas hekk qal Robert Abela u ma naħsibx li f ’ħaġa bħal din jgħaddilu mill-garigori ta’ moħħu li ma jgħidx il-verità. Jekk jibqgħu sejrin hekk, addio paroli u protesti favur id-demokrazija, favur is-saltna tad-dritt, favur il-governanza tajba, u ma nafx xiex iżjed. U iva, dejjem insibu xi skuża oħra biex inkomplu għaddejjin sal-elezzjoni li jmiss. U issa sentejn oħra biss baqgħalha. Iġri jgħaddu, man, ħa naraw lil Adrian Delia dieħel Kastilja wara li nkunu ħlisna minn dawk is-17-il eroj jew 17-il traditur. Is-Sibt, 20 ta’ Ġunju X’wiċċ tost għandhom tal-Labour, speċjalment il-ġurnalisti tagħhom! Jippretendu li l-Kap tagħna Adrian Delia jgħidilhom min huma dawk in-nies li qegħdin ngħaddu l-miljuni lill-partit darba glorjuż tagħna. Ngħid ngħaddu għax jien wieħed minnhom, u ma niddejjaqx ngħid li jien wieħed minnhom. Ovvjament kulħadd jista’ jobsor li jien wieħed minnhom għax kif jista’ jkun, bħala l-akbar Nazzjonalist f ’Malta u f ’Għawdex ma nagħtix is-sehem tiegħi biex forsi xi darba nsolvu l-problema finanzjarja li għandu! Ma tarax, man! Jien dejjem minn ta’ quddiem inkun, għax jien lest nagħti ħajti u ġidi għall-partit tal-maduma. Il-Ħadd, 21 ta’ Ġunju Is-soltu, bħal-lum, l-ewwel ġurnata tas-sajf, tgħidx kemm inkun kuntent għax is-sajf inħobbu fuq li nħobbu. Imma llum xejn ma kienet ġurnata sabiħa, għax għalkemm it-temp kien sabiħ, l-aħbarijiet li kellna xejn ma kienu sbieħ. Stħarriġ tal-opinjoni pubblika mis-Sunday Times

jgħid li jekk issir elezzjoni għada nieħdu tkaxira. Stħarriġ simili tal-Malta Today, jgħid l-istess ħaġa. Biex tgħaxxaqha fettilli naqliblu fuq l-istazzjon tagħhom u ninduna li qegħdin jiġbru l-eluf. Insomma l-elezzjoni fadlilha sentejn u f ’sentejn nilħqu nirkupraw. Nittama biss li ma jkun hemm ħadd li japprofitta ruħu mill-istħarriġ biex jerġa’ jipprova jneħħi lil Adrian Delia minn kap tal-partit. It-Tnejn, 22 ta’ Ġunju Dam ipaċpaċ fil-Parlament il-Kap tagħna Adrian Delia. Imma nsomma, issa ħadha drawwa għax tista’ tgħid li f ’kull laqgħa sar iqum biex isemma’ leħnu, għalkemm skont l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li xandru lbieraħ, lura sejjer u mhux ’il quddiem. U donnu qiegħed jeħodha drawwa wkoll jappella lill-membri parlamentari Laburisti biex ma jibqgħux jappoġġjaw lill-Prim Ministru. Ma nafx għalfejn jagħmlilhom dawn l-appelli għax kollha fuq widnejn torox jaqgħu u ħadd mill-membri Laburisti ma jagħti kasu. Insomma, l-importanti li jgħid xi ħaġa, forsi fl-aħħar ma tafx kif iġibha żewġ. It-Tlieta, 23 ta’ Ġunju Kultant qisni baħnan, nifraħ meta ma jkollix għalfejn nifraħ. Hekk ġrali llum meta smajt l-aħbar li tal-Labour għandhom inkwiet serju u kont pront ċempilt lil sieħbi tal-Istamperija. Imma dan, mhux bħali, xejn ma kien kuntent. Meta staqsejtu għaliex kien pront qalli li l-Prim Ministru Robert Abela, b’li għamel, se jkompli jissaħħaħ. Għall-ewwel ma stajtx nifhem u dam jispjegali u fl-aħħar ikkonvinċieni u minflok dħalt norqod kuntent u ferħan, dħalt norqod b’geddum sal-art, dejjem bit-tama li għada jkun aħjar mil-lum - stenna ħej, għax dan huwa s-slowgan ta’ Robert Abela! L-Erbgħa, 24 ta’ Ġunju Din il-biċċa ta’ David Casa qiegħda tagħtini f ’għajni u jkolli ngħid li anke lill-Kap Adrian Delia qiegħda ddejqu mhux ftit. Jien ma jinteressanix jekk hux minnu li xi ħadd għadda xi somma flus lill-Kap tagħna biex David Casa ma jitlax fil-Parlament Ewropew. Tinteressani l-kredibbiltà ta’ Adrian Delia għax ħafna minna n-Nazzjonalisti jafu li kien hemm kampanja biex David Casa jibqa’ barra. Anke lili tgħidx kemm kienu ċempluli għalkemm jien mill-ewwel kont iddeċidejt li ma nivvutalux għax kien mal-klikka ta’ Simon. U jkolli ngħid li din kienet ir-raġuni għaliex David Casa, wara li kien elett, ma rringrazzjahx lil Delia kif kien irringrazzja lill-kbir Eddie, lil Lawrence Gonzi, u lil Simon Busuttil.


18

28.06.2020

kullhadd.com

AKTAR EŻERĊIZZJU LOKALI U SPAZJI MIFTUĦA Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Kważi ħolma din għaliex ilna snin twal nitkellmu fuq kemm għandna bżonn nagħtu iżjed spazji lir-residenti fil-lokalitajiet tagħna. Jidher li issa ser ikun iċ-ċans tad-deheb biex il-Kunsilli Lokali flimkien ma’ diversi entitajiet jibdew jimplimentaw din l-idea. Tkellimna ma’ Mario Fava; il-President tal-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali. X’inhu dan il-proġett bl-isem ta’ Slow Streets, Residents First? Dan huwa proġett li fih qed nadattaw il-kunċett ta’ spazji pubbliċi u mobilità għal din ir-realtà ġdida li qed ngħixu fiha u sabiex ngħinu biex inġibu lura l-ħajja fil-lokalitajiet tagħna. Dan huwa pjan ta’ azzjoni li se jgħin sabiex inkunu nistgħu nimmobilizzaw ruħna b’aktar effiċjenza, aktar sigurtà u b’mod li hu tajjeb għal saħħitna. Qed ninkoraġġixxu aktar il-mixi u l-użu ta’ trasport alternattiv bħal rota flok il-karozza privata tagħna għall-qadi ġewwa l-lokalitajiet. Kif nibtet l-idea? U min qed jikkollabora? F’Ottubru tal-2019, l-Assoċjazzjoni Kunsilli Lokali nediet il-viżjoni tagħha 2019 – 2024 bit-tema Resident First. L-ewwelnett, għaliex ‘resident’ u mhux ‘ċittadin’? Nemmnu li kull persuna li tgħix fostna, kemm jekk Maltija jew barranija, hija parti mill-komunità tagħna u dan ifisser li anki l-barranin li qed jaħdmu fostna, ladarba qed jgħixu f ’xi lokalità jew oħra, dawn iridu jkunu parti mis-soluzzjonijiet li rridu nagħtu. Għalhekk ir-resident l-ewwel. Nemmu wkoll li l-irwol prinċipali ta’ kull kunsillier elett

huwa li jġib u jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti tiegħu. Dan kien proprju l-qafas tal-viżjoni, li hija bbażata fuq erba’ pilasti ewlenin: mobilità sostenibbli, spazji miftuħa, ambjent u ħdura urbana u smart cities. Dawn il-pilistari huwa dak li jridu n-nies u dak li jitkellem fuqu kulħadd. Barra dan, kull qasam ieħor bħal traffiku, immaniġġjar ta’ skart, tibdil fil-klima eċċ..., kollha jidħlu f ’wieħed minn dawn il-pilastri ewlenin. Kien għalhekk li appena bdejna ħerġin mill-pandemija, ħsibna u rajna kif nistgħu nżommu l-lokalitajiet tagħna b’inqas vetturi u b’arja iktar nadifa u allura dan wassalna sabiex antiċipajna dak li kien bi ħsiebna nwettqu u allura nagħtu lura l-lokalitajiet lir-residenti tagħna. F’dan il-proġett jistgħu jipparteċipaw il-Kunsilli Lokali tagħna u s’issa bi pjaċir ngħid li diġà kien hemm interess minn 50 Kunsill Lokali u bdejna l-proċess ta’ studju f ’dawn il-lokalitajiet. Għaliex qed issir enfasi fuq mobilità b’saħħitha, sostenibbli u li hija aktar effiċjenti? It-tliet xhur li għaddew ġegħluna nirrealizzaw kemm nistgħu ngħixu f ’ambjent aħjar. Rajna tnaqqis fil-vetturi, rajna livell

ta’ arja aħjar, ma rajniex traffiku fit-toroq tagħna u rajna aktar nies jagħmlu l-qadi ta’ kuljum bil-mixi jew b’mezzi oħra ta’ trasport bħal roti. Dan il-proġett qed jippromwovi l-mixi u l-użu tar-rota. Żewġ modi ta’ trasport irħas u li jagħmlu ġid għas-saħħa tal-bniedem. Nemmnu li l-qadi ta’ kuljum jista’ jsir b’dawn il-mezzi u dan iwassal biex dak li jkun jasal qabel bla ħafna problem ta’ fejn se jsib jipparkja, fejn se jħalli l-karozza eċċ... Dan iwassal ukoll sabiex ingawdu aktar il-lokalitajiet tagħna li ħafna drabi anki l-pjazez tagħhom ikunu miżgħuda b’karozzi li qajla jagħtuna ċans inħarsu madwarna u nammiraw u ngawdu dak li dejjem kien hemm imma qatt ma tajna kas. Kif jidħol it-trasport pubbliku? Qed nagħmluha ċara li t-trasport pubbliku mhux se jkun affettwat. Anzi, irridu naraw li permezz t’hekk ngħinu sabiex aktar nies jużaw it-trasport pubbliku. Barra dan, irridu li l-ispazji tal-parkeġġi ma jintmissux, filwaqt li ċerti aċċessi importanti jridu jitħallew, bħal persuni b’diżabilità jew twassil ta’ merkanzija f ’ċerti ħwienet. Taħseb li l-pandemija COVID-19 affettwatna f ’dik li hija mobilità u

jekk ħallietx effett pożittiv f ’dan ir-rigward? Bla dubju ta’ xejn. Kif għidt aktar qabel, in-nies setgħet tara titjib għall-aħjar f ’dik li hija arja nadifa. Rajna ritratti ta’ bliet barranin u anki f ’pajjiżna fejn kkumparat mad-dħaħen li kellna qabel il-COVID, kellna arja ferm iktar nadifa u dan deher ċar f ’ dawn ir-ritratti. IlCOVID ħalliet ukoll impatti negattivi bħall-ammont kbir ta’ nies li waqfu jużaw it-trasport pubbliku. Dan ilproġett se jgħin f ’dan ir-rigward ukoll għaliex filwaqt li qed inħeġġu n-nies biex jimxu fil-lokal tagħhom stess, qed inħeġġu wkoll li l-konnettività bejn lokal u ieħor issir proprju bl-użu tat-trasport pubbliku. Temmen li wasal iż-żmien li ż-żoni pedonali u l-karreġġjati għall-użu tar-roti jkomplu jiżdiedu? Qas dubju. Anzi, dan huwa dak li n-nies huma mxenqin għalih. Però, biex dan isir ma nistgħux naħsbu bil-mentalità tal-lum għal soluzzjonijiet ta’ ħames / seba’ snin oħra. Irridu naħdmu b’mod innovattiv u nemmnu li jekk mhux se nagħmlu xi ħaġa issa, għada se jkun tard wisq. Irridu ndaħħlu din il-kultura fit-tfal tagħna


19

28.06.2020

kullhadd.com

filwaqt li naħdmu bla heda biex nibdlu dik tal-adulti.

It-tliet xhur li għaddew ġegħluna nirrealizzaw kemm nistgħu ngħixu f’ambjent aħjar. Rajna tnaqqis fil-vetturi, rajna livell ta’ arja aħjar, ma rajniex traffiku fit-toroq tagħna u rajna aktar nies jagħmlu l-qadi ta’ kuljum bil-mixi jew b’mezzi oħra ta’ trasport bħal roti

Dan kollu x’effett ikollu fuq l-impatt ambjentali? Dan se jħalli impatt mhux biss fuq l-ambjent tagħna, imma wkoll fuq saħħitna. Il-fatt li se nagħtu aktar lok u spazji fejn in-nies jiltaqgħu, se jkollna soċjetajiet aktar inklussivi u aktar soċjali. Illum bil-ħajja kif inhi, lanqas biss tkun taf min joqgħod ħdejk, fuqek jew fl-appartament ta’ taħtek. In-nies m’għadhomx jissoċjalizzaw għax kulħadd mid-dar għall-karozza u viċi versa. Dan il-proġett se jagħti lok allura li n-nies ikollhom fejn jiltaqgħu, jitkellmu u jissoċjalizzaw. Dan jgħin l-aspett mentali speċjalment meta kulħadd qed jitkellem kif din il-pandemija ħalliet u se tħalli problemi psikoloġiċi kbar. Xi jkunu l-pop up pedestrian lanes? Dawn huma bħal dawk li naraw barra minn xtutna. Spazji u kurituri li permezz tagħhom tissegrega l-użu tal-vetturi ma’ l-użu tar-roti u l-mixi. Dan isir b’infrastruttura li tkun iffirmata minn sinjali, planters u miżuri oħra temporanji li jkunu jistgħu jinbidlu u jitpoġġew f ’postijiet differenti. Ifisser li wieħed ikun jista’ jibdel l-użu tat-triq għal ħin jew ġranet limitati. Kemm se jgawdu r-residenti nfushom minn dan il-proġett/kunċett? Apparti l-beneficcji tas-sa]]a li semmejt, ir-residenti se jgawdu billi se jkollhom svog. Se nerġgħu nibdew naraw tfal jilagħbu barra, se nerġgħu naraw artisti jipprattikaw it-talent tagħhom fil-pjazez tagħna, ser nerġgħu nibdew naraw attivitajiet li jiġbdu n-nies lejn l-irħula aktar milli kulħadd joħroġ mil-lokal tiegħu. Ser ikun hemm apprezzament lejn dak li għandna fil-lokal tagħna u se nagħtu anki spinta lill-attività kummerċjali lokali. Kif se jgħin il-Gvern? Il-Gvern qed jgħin permezz ta’ żewġ ministeri ewlenin. Il-Ministeru għat-trasport u proġetti kapitali se jkun qed jgħin permezz ta’ Transport Malta. Il-Ministeru għall-Kultura u Gvern Lokali ser ikun qed jgħin permezz ta’ skemi għall-Kunsilli Lokali sabiex jimplimentaw parti minn dan il-proġett. Anki l-Kunsilli Reġjonali ser ikunu qed jassistu lill-Kunsilli Lokali billi jgħinu fl-ispejjeż neċessarji sabiex isiru l-istudji fil-lokalitajiet. Kif se jkunu involuti l-Kunsilli Lokali? L-involviment tal-Kunsilli jibda billi jagħmlu laqgħa mal-esperti sabiex jgħidulhom x’jixtiequ u xi jridu jimplimentaw b’mod individwali. Minn hemm l-esperti jiġu bis-soluzzjonijiet u l-Kunsill jibda proċess ta’ konsultazzjoni. Id-deċiżjonijiet aħħarija jibqgħu dejjem f ’idejn il-Kunsilli Lokali kif ukoll il-fażi tal-implimentazzjoni. Taħseb li ser ikun hemm impatt pożittiv fuq in-negozju lokali?

Nemmen bis-sħiħ li anki permezz talproċess ta’ konsultazzjoni, dan il-proġett se jħalli mpatt pożittiv fuq il-komunità tan-negozju. Jekk se nagħtu spazju linnies biex jimxu u jinżlu fl-ispazji tal-lokalità, bla dubju li dawn se jagħmlu aktar użu minn stabbilimenti lokali, huma x’inhuma. Permezz ta’ dan il-proġett anki se noħolqu kurituri siguri li jgħaqqdu l-postijiet storiċi jew ta’ interess turistiku fil-lokal, allura aktar turisti se jkunu jistgħu jagħmlu rotot li qabel ma kinux jeżistu. Dan ukoll se jgħin f ’dan ir-rigward. Ħares ftit lejn Strada Merkanti l-Belt u Triq Bisazza Tas-Sliema… X’taħseb li jwieġbu s-sidien tan-negozju f ’dawn it-toroq kieku kellek tgħidilhom li se jerġgħu jimtlew bil-karozzi? Mill-kunċett ta’ slow streets jidher li hemm il-ħsieb li din l-idea ssir aktar waħda permanenti. Kif hemm ilpjan li dan isir? Irridu nimxu pass pass. Aħna se nkunu qed niddokumentaw kollox, mill-fażi ta’ konsultazzjoni sal-fażi ta’ implimentazzjoni. Nemmnu li se jkunu r-residenti nfushom li se jipproponu dan lill-Kunsill tagħhom. Din hija sfida. Sfida bħal pereżempju li l-Kunsilli jidħlu fi ftehim ta’ PPP sabiex ikollna aktar underground car parks. Dan għaliex in-nies trid tagħtihom soluzzjonijiet fejn se jħallu l-karozzi tagħhom. Nemmu li dan jiġi biż-żmien. Bħalissa qed nikkonċentraw fuq dawn il-bidliet temporanji u li iva, għad iridu jwasslu għal pjanijiet aktar permanenti. Qed tingħata attenzjoni għall-persuni li jużaw il-wheelchairs? Dan huwa punt kruċjali u semmejtu aktar qabel. Aħna anki għandna relazzjoni u komunikazzjoni tajba ħafna ma’ din il-kummissjoni li tirrappreżenta lil dawn il-persuni. Dawn in-nies huma għal qalbna u żgur mhux se nieħdu miżuri li b’xi

mod inxekklu l-mobilità tagħhom, anzi, dan hu proġett li anki huma se jiggwadanjaw minnu bil-kbir bħalma se jiggwadanjaw ukoll dawk li jużaw ir-roti. Messaġġ mingħandek bħala President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Il-messaġġ tiegħi huwa sempliċi. Dan mhux proġett tal-Assoċjazzjoni jew tal-Kunsilli jew tiegħi. Dan huwa proġett li rriduh ikun ta’ kulħadd. Aħna ma nemmnux bi protagoniżmu li rridu nkunu aħna l-ewwel jew li nidhru aħna bħala li qed immexxuh ’il quddiem. Iktar ma jkun hemm nies u għaqdiet li jieħdu ‘ownership’ tiegħu, il-proġett aktar ikun suċċess. Allura l-appell tiegħi lill-Ministeri oħra, għaqdiet u NGOs huwa wieħed.

Ejjew ingħaqdu magħna. Weħidna nistgħu biss noħolmu. Magħkom, magħna nistgħu naċċertaw li nagħmlu proġett suċċess, mhux għalina imma għal dawk li fil-ġurament tagħna, wegħedniehom li se nagħtuhom kwalità ta’ ħajja aħjar. L-appell lin-nies u r-residenti huwa differenti; tkissrux xi ħaġa qabel ma tarawha taħdem. Dan qed nagħmluh għalikom. Ejjew nifhmu li kull wieħed u waħda minna tista’ tagħmel differenza. Nistgħu nibdlu l-mentalità u l-kultura fil-familji tagħna. Minn hemm irridu nibdew. L-eżempju li nagħtu lil uliedna jkaxkar. Jekk nibdew aħna se jagħmlu bħalna l-ġirien u jekk jirnexxilna nibdlu t-triq tagħna, allura nkunu bdilna lokalità. Emmnu fil-proġett, għinuna! Għamluh tagħkom u flimkien nikkontribwixxu għas-suċċess tal-komunità tagħna. Jekk naħdmu flimkien, jirnexxilna żgur.


20

28.06.2020

kullhadd.com

CLIFFORD BORG

L-EWWEL PJANIST U KOMPOŻITUR MALTI FUQ KOMPILAZZJONI INTERNAZZJONALI Kitba ta’ RAMONA PORTELLI Kulma jmur, it-talent lokali aktar jiżdied. Aktar minn hekk, hija esperjenza ferm aqwa meta xi artist lokali jagħmel ħoss barra minn xtutna. Fil-fatt, għal din l-intervista, tkellimt ma’ żagħżugħ li b’wiċċu minn quddiem jista’ jgħid li huwa l-ewwel pjanist u kompożitur Malti li spiċċa fuq kompilazzjoni internazzjonali bl-isem ta’ Buddha Bar Greatest Hits 2019. Qed nirreferi għal Clifford Borg. Huwa mill-Mellieħa, imma joqgħod ir-Rabat. Għandu 43 sena u jħobb ħafna l-akkwarji, il-pjanti, l-għasafar, is-safar, ilfilms, is-series, il-qari, u ovvjament il-mużika. Kien jgħix barra minn Malta mis-sena 2004 sa 2007 għax kien jaħdem Brussell mal-Kummissjoni Ewropea fuq l-iżvilupp rurali. Meta kien qiegħed hemm, għamel kuntatti biex jagħmel kunċerti. Fil-fatt, f ’dak il-perjodu kien daqq ġewwa Londra, Pariġi, Brussell u l-Eġittu. Jiddeskrivi lilu nnifsu bħala bniedem umli, onest u fuq kollox determinat f ’dak li jagħmel. Ta’ min jgħid li minn età żgħira ħafna, Clifford beda jitgħallem il-pjanu, sa minn meta kellu ħames snin. “Il-papà kien iħeġġiġni ħafna peress li anke hu kien mużiċist għax kien drummer”, beda jgħidli. Mistoqsi kif bdiet in-namra tiegħu lejn il-pjanu, fejn tgħallem, u kif eventwalment beda wkoll jikkomponi l-mużika, Clifford spjegali li missieru kien ħajru jibda l-pjanu u kellu għalliema differenti, però dejjem tgħallem għand għalliema privati. Aktar tard, meta kellu 16-il sena beda jħoss li jrid jikkomponi mużika oriġinali. Kompla jgħidli li l-mużika hija kollox għalih. Ma joqgħodx mingħajr ma jmiss il-pjanu kuljum, imqar għal ħames minuti għax skontu stess huwa importanti ħafna l-kuntatt mal-istrument. Għamel ħoss dinji billi spiċċa fuq il-Buddha Bar Greatest Hits 2019 Ta’ min jgħid li dan l-aħħar, Clifford għamel ħoss madwar id-dinja. Fil-fatt, sar l-ewwel pjanist u kompożitur Malti li spiċċa fuq il-kompilazzjoni internazzjonali – Buddha Bar

Greatest Hits 2019. Ħallejt f ’idejh sabiex jgħaddili aktar dettalji dwar dawn is-suċċess personali tiegħu. “Iva, it-track Firerain li kienet ħarġet taħt il-label Davinio Records spiċċat fuq din il-kompilazzjoni internazzjonali Buddha Bar, għax il-producer ta’ din il-kompilazzjoni avviċina l-label Davinio Records. Jien ma stajtx nemmen li ser ikolli kollaborazzjoni li ser tispiċċa fuq din il-kompilazzjoni daqshekk prestiġjuża”. Min-naħa l-oħra, ninsab ċerta li għal ċerti artisti Maltin il-ħolma tagħhom hija li jispiċċaw fil-Eurovision. Għal Clifford, il-ħolma tiegħu kienet li jkun inkluż f ’din il-kompilazzjoni internazzjonali. Kont naf li kien ilu jsegwi l-Buddha Bar u li din kienet ħolma li rnexxielu jwettaq u b’hekk staqsejtu xi jfisser eżattament meta jgħid spiċċa fuq il-kompilazzjoni internazzjonali – Buddha Bar Greatest Hits 2019. “Kif diġà spjegajt qabel, it-track Firerain spiċċat fuq din il-kompilazzjoni ta’ Greatest Hits li għandha tliet CDs b’artisti minn madwar id-dinja.

Il-kompilazzjoni fiha track waħda u l-aktar mod li ser jindaqqu huwa fuq streaming platforms bħal Spotify u Apple Music”. Żied jgħidli li l-messaġġ ta’ Firerain hi li meta nkunu kbar fletà rridu nsibu n-nar u l-passjoni għall-ħajja u li nippruvaw niżfnu ħalli tħossok aħjar u nagħmlu din il-ħaġa anke meta tkun ix-xita. “Ma tantx domt naħdem fuq din it-track għax żidt il-parti tal-pjanu fuq il-bażi li kienet ippreparat il-label Davinio Records. Ġieli fil-ħajja l-affarijiet li ma jkollokx tama għalihom u jiġri xi ħaġa li ma tistenniex”. Bejni u bejn ruħi, immaġinajt li din it-track mhux biss tatu ċerta fama mondjali, iżda wkoll sostenn finanzjarju tajjeb għalih bħala mużiċista rikonoxxut. Ħallejt f ’idejh sabiex jelabora. “Għalkemm hija kompilazzjoni internazzjonali, din mhix kompilazzjoni kummerċjali u kien hemm ħafna nies minn madwar id-dinja li kienu parti minn din il-kompilazzjoni. Però, il-label Davinio Records ser titħallas għax il-mużika Firerain ġiet illiċenzjata lil Buddha Bar.

Il-mużika fuq Buddha Bar hi mużika chillout u world music”. Għal dawk li jixtiequ jisimgħu l-mużika tiegħu, jistgħu jidħlu fuq il-website tiegħu www.cliffordborg.com jew inkella jistgħu isibuh fuq il-platforms importanti bħal Spotify u Apple Music. Il-mużika u l-pjanu ħaduh idur madwar id-dinja Mhux hekk biss, iżda l-pjanu lil Clifford ħadu jdur id-dinja mhux ħażin. Fil-fatt, bis-saħħa tiegħu żar Londra, il-Ġermanja,

l-Italja, Berlin, Dublin, il-Belġju, Sqallija, Pariġi, u l-Eġittu fost oħrajn. B’hekk staqsejtu, minn dak li jinnota barra minn xtutna, jekk hemmx xi differenzi, jew jekk f ’Malta jħossx li għadna lura f ’xi kunċett mużikali. “Id-differenza hi li barra minn Malta n-nies ikunu iktar kurjużi li jiskopru mużika differenti, però dejjem nieħu gost indoqq Malta, speċjalment f ’postijiet prestiġjużi”. Tlabtu wkoll jaqsam xi rakkont jew episodju milli jiftakar waqt xi kunċert f ’Malta jew barra minn Malta, li jbissem u li

Għalkemm hija kompilazzjoni internazzjonali, din mhix kompilazzjoni kummerċjali u kien hemm ħafna nies minn madwar id-dinja li kienu parti minn din il-kompilazzjoni


21

28.06.2020

kullhadd.com

jista’ jaqsam mal-qarrejja, jew xi tip ta’ esperjenza oħra li baqgħet f ’moħħu. “Waħda mill-esperjenzi li baqgħet f ’moħħi kienet meta daqqejt Pariġi u waqt li kont qiegħed indoqq kienet

ix-xita, però fuq il-pjanu kien hemm skylight u għalhekk stajt inħoss u nisma’ x-xita nieżla waqt li kont qiegħed indoqq. Dan kien mument maġiku li ma ninsieh qatt”, tbissem jgħidli.

Għall-futur qrib, Clifford żvela miegħi li għandu pjanijiet li jaħdem fuq album ieħor, u li jħejji kunċerti oħra barra minn Malta. Fl-aħħar ta’ din l-interv-

ista, għadda wkoll messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Għalkemm Malta hija limitata, l-internet jgħin ħafna biex tikkollabora u għalhekk għandna nużaw l-internet b’mod għaqli

ħalli jkun hemm kollaborazzjonijiet ta’ natura internazzjonali, anki jekk ma tkunx iltqajt mal-persuni fil-verità, l-internet f ’dan il-qasam jagħmel il-mirakli”.


22

28.06.2020

kullhadd.com

IS-SALINI TAL-MELĦ F’PAJJIŻNA Ħidma li tmur lura ħafna snin saħansitra qabel l-Imperu Ruman f’pajjiżna hi l-ġbir tal-melħ mis-salini. Illum, ħafna mix-xogħol tal-produzzjoni tiegħu nqata’, għar-raġuni li ħafna nies, jaqtgħu qalbhom jagħmluh. Madankollu, għadna naraw bosta salini mferrxin ma’ Malta, Għawdex, Kemmuna u Kemmunett. Pauline Dingli, ippubblikat studju intensiv li għamlet fuq dawn is-salini, fejn tkellmet ma’ numru ta’ nies li ħadmu fihom fl-antik u oħrajn li għadhom jaħdmuhom sal-lum. Hu studju interessanti li juri kif sengħa antika ta’ missirijietna, waslet ukoll fl-għafja ta’ mewtha. Minn CHARLES B. SPITERI Ix-Xatt l-Aħmar, Għawdex

Pauline, madwar Malta u Għawdex insibu diversi salini tal-melħ. Huma kollha l-istess jew hemm xi varjazzjonijiet fihom?

f ’Kemmuna hemm numru ta’ salini singoli, li minħabba li jinsabu qalb blat ippuntat, ftit li xejn jersqu nies lejhom. U minn hemm għadhom jiġbru l-melħ.

Insibu tliet tipi ta’ salini li kollha kienu jipproduċu l-melħ. Hemm dawk li ffurmaw bl-elementi ambjentali bħalma huma ħofor fil-blat, kif ukoll għadajjar talmelħ, bhal dik tal-Għadira, fejn illum hemm ir-riżerva naturali. Imbagħad insibu dawk il-ħofor li ġew imkabbrin biex jiġi utilizzat aħjar l-ispazju fuq il-blat jew ġew imħaffrin mill-ġdid fuq disinji mfasslin minn qabel biex jiffunzjonaw f ’sistemi organizzati, u finalment insibu wkoll it-tielet tip ta’ salini, li huma dawk mibnijin f ’sistemi forma ta’ fabbriki industrijali. Minn dawn tal-aħħar għandna tlieta, waħda s-Salina ta’ Burmarrad li nbniet mijiet ta’ snin ilu mill-Kavallieri, oħra Xrobb l-Għaġin li waqfet tiffunzjona ftit tas-snin ilu u oħra fil-ponta ta’ Delimara, li għadha tipproduċi melħ sal-lum.

Is-salini, dejjem ikunu qrib il-baħar?

Ħafna minn dawn is-salini, saru b’mod naturali?

dik sistema li kienet ippjanata minn qabel mill-inġiniera, u hi maħduma bi preċiżjoni eċċezzjonali. Bħal pereżempju l-ġnub tas-salini fihom ukoll il-kanali u toqob minquxin fihom. Fuq dawn sar studju intensiv minn Patri Eugene Teuma, fejn jgħid li l-konkos jew pozzolana, fih frak tal-fuħħar. B’hekk jista’ jirriżulta li dawn kienu maħdumin fi żmien ir-Rumani jew ukoll fiż-żmien Puniku, mal-2,000 sena ilu.

Dażgur, bilfors. Għax il-melħ mill-ilma baħar jiġi. Ma jistax ikollok ġiebja bl-ilma ħelu tax-xita u tagħtik il-melħ. Barra minn hekk, fl-antik ma kienx hawn muturi u kien isir kollox bl-idejn u per- Meta qed tgħid sistema mezz tal-gravità. Kważi s-salini ta’ salini, fiex tikkonsisti kollha inkluż il-kbar nett, jirċievu sistema? l-ilma baħar permezz tal-gravità. Sistema bażika tikkonsisti fi Meta ssemmi singoli, jiġifieri ġwiebi tal-kiesaħ li jkunu dejjem l-eqreb tal-baħar. Imbagħad ħofra rettangolari waħda, u hemm il-ġwiebi tal-misħun li mhix imqabbda ma’ oħrajn? jieħdu l-ilma mill-ġwiebi tal-kieM’hemmx bżonn tkun rettango- saħ wara li dan ikun issaffa minn lari, anzi naħseb li l-ebda waħda xi naqal u t-temperatura tkun naturali ma tkun rettangolari. Ji- bdiet tielgħa ftit. Finalment l-ilma rranġawhom rettangolari l-ħaddi- jgħaddi għas-salina li tipproduċi ema biex jipproduċu aktar melħ l-melħ. Is-salina l-kbira tal-Kavallieri b’aktar spazju. Min imur jaħdem il-melħ jimliehom u jekk jinxfu għandha wkoll ġiebja oħra bejn malajr, jerġa’ jsaqqihom sakemm tal-kiesaħ u tal-misħun li tisjibdew jiffurmaw il-kristalli tal- sejjaħ semicalda. L-ilma jgħaddi melħ. Meta jara li l-melħ jista’ permezz ta’ sistema ta’ kanali li jinġabar, jikinsuh f ’munzell u jgħaqqdu l-ġwiebi u s-salini flimjiġbruh. Jekk idur riħ isfel, il-melħ kien. F’dawn il-kanali jkun hemm jista’ jerġa’ jdub u jitlaq. Wara li numru ta’ xtiebi li jirregolaw fejn jinġabar, jitpoġġa fuq qiegħa, imiss li jmur l-ilma tas-saqwi. iqattar u jinxef. Fil-fatt, fil-ponta Imbagħad ikun hemm il-qiegħa, tal-Qala, f ’Għawdex, hekk għad- fejn il-melħ li jkun inġabar ikollu hom. Imorru żewġ aħwa, Sunny fejn iqattar u jinxef. Dawn kollu Michael, li jimlewhom bl-ilma ha jiffunzjonaw flimkien f ’sistepermezz ta’ mutur u kif jaraw li ma. Hemm ħafna aktar sistemi qed jonqos jerġgħu jżiduh u wara kkumplikati iżda din hi l-bażika li jiġbru l-melħ b’idejhom. Xogħol ssibha f ’ħafna mis-siti fejn hemm li jirrikjedi ħafna ħin ta’ strapazz. is-salini.

Iva, jitla’ l-baħar fuq l-art fi żmien il-maltemp u dejjem iħaffer u jiekol. Fejn isib blat artab, tal-globiġerina, jitlaq, iżda fejn isib blat żonqri, jibqa’. Jaf ukoll ikun hemm ħofor żgħar, li jikbru maż-żmien permezz ta’ ġebel u ċagħaq idur fihom, u l-elementi l-oħra bħax-xita, ir-riħ, il-melħ innifsu u jiffurmaw is-salini. Numru minnhom ma baqgħux iservu għall-iskop tagħhom minħabba l-wasla tat-toroq li ħolqu aċċess Iżda dawk li nsibu f ’Buġibba għall-pubbliku u li ma baqgħux mhux rettangolari huma? vijabbli għax meta jirfsu fuqhom in-nies iħammġuhom. Iżda Iva, anke kwadrati perfetti, iżda

Pauline, bħala kumpless ta’ banjijiet liema nistgħu ngħidu li huma l-ikbar salini li nsibu f ’pajjiżna?

Bla dubju, dawk tas-Salina, għax huma twal kważi kilometru. Jekk tara banju wieħed permezz tal-Google, issib li l-lukanda bilparkeġġ tagħha b’kollox, jidħlu lkoll fih. Din is-salina hi l-aktar waħda interessanti f ’Malta, għax insibu dokumentazzjoni u mapep ta’ żmien il-Kavallieri. Insibu wkoll ritratti meħudin minn Natalino Fenech, meta din is-salina kienet fl-aqwa tal-produzzjoni tagħha. Semmejt is-salina ta’ żmien il-Kavallieri. Tista’ tagħtina ftit aktar tagħrif fuqha? Is-salina li naraw illum mhix l-ewwel salina ta’ Burmarrad. Dan għax ħafna mapep u informazzjoni li sibt fir-riċerka, jindikaw li s-salina kienet kwadra, fuq l-art u ’l bogħod mill-baħar, filwaqt li dik li hemm illum hi mibnija filbaħar u f ’forma tawwalija. Pjanti antiki li sibna fuq din tal-aħħar jindikaw ukoll li kienet ippjanata minn inġiniera tal-Kavallieri u d-data minquxa fil-pavi-

mentar tagħha turi s-sena 1764. Dik is-sena teħodna għal żmien il-Gran Mastru Pinto. Ma nafux fiċ-ċert jekk din is-salina nbnietx mill-ġdid jew ġietx restawrata u estiża b’disa’ salini oħra f ’din id-data, peress li l-ewwel pjanta fiha disa’ salini inqas. Irridu nsemmu li waqt ir-restawr talaċċess tas-salina, instabu diversi fdalijiet Rumani. Mas-salina nsibu wkoll ir-ridott, li ngħidulu ta’ Ximenes, għax fuq il-bieb prinċipali nsibu l-emblema ta’ dan il-Gran Mastru. Iżda bħala binja nafu li tmur lura għall-1715, żmien il-Gran Mastru Perellos. Bħalha kien hemm oħra fuq in-naħa opposta tas-salina, fejn illum hemm il-lukandi tal-Qawra. Ma’ dawn ir-ridotti kien jitħaffer fugass. Fil-fatt, tas-Salina fih tnejn. Il-fugass kien kanun imħaffer fl-art u mmirat lejn il-kosta u b’ħofra fil-qiegħ. Din il-ħofra kienet timtela bil-porvli u titpoġġa miċċa. Imbagħad il-kanun jimtela bil-ġebel u xħin ikun qed joqrob l-għadu, tinxtegħel il-miċċa u ladarba n-nar jilħaq

Sistema bażika tikkonsisti fi ġwiebi tal-kiesaħ li jkunu dejjem l-eqreb tal-baħar. Imbagħad hemm il-ġwiebi tal-misħun li jieħdu l-ilma mill-ġwiebi tal-kiesaħ wara li dan ikun issaffa minn xi naqal u t-temperatura tkun bdiet tielgħa ftit. Finalment l-ilma jgħaddi għas-salina li tipproduċi l-melħ


23

28.06.2020

kullhadd.com

il-porvli, tisplodi u ttajjar il-ġebel l-ewwel dawk il-ġwiebi tal-kiesaħ li jkun hemm ħdejn il-baħar. minn ġo fiha lejn l-għadu. Dawn il-fugassi kellhom x’jaqsmu mal-melħ?

Iżda l-ilma sħun li semmejtli, minn fejn kienu jġibuh?

Li kien jiġri kien li jtellgħu l-ilma fil-ġwiebi qrib tal-baħar, li jgħidulhom ġwiebi jew l-iskandlori tal-kiesaħ. Hemm, l-ilma kien jibqa’ għal bejn tlieta u tmint ijiem, skont id-daqs. In-naqal jaqa’ fil-qiegħ u tibda tielgħa t-temperatura. Minn hemm, l-ilma jittieħed fil-ġwiebi li jgħidulhom tal-misħun, fejn it-temperatura tibda tielgħa sew, kemm għax il-blat ikun jaħraq u kemm bis-sħana tax-xemx, peress li l-ilma jkun fil-baxx, xi pied jew pied u nofs. Bis-sħana, l-ilma jsir qisu żejt magħqud u sħun. Minn hemm jibda jmur fis-salini talmelħ. B’hekk, hemm il-proċess li waqt li s-salina qiegħda tgħaqqad il-melħ, is-salini tal-misħun qed Iżda ġieli ssemma li s-salini isaħħnu l-ilma, u s-salini tal-ilma saru ferm qabel il-miġja kiesaħ qed jippurifikaw dak li tal-Ordni. Xi tgħid fuq dan? jintefa’ fihom direttament millBla dubju li kien hekk, għax baħar. ir-Rumani kienu jagħmlu użu kbir mill-melħ u kienu ħadmu salini Ladarba jibda jifforma madwar il-kosta kollha tal-impe- l-melħ, x’jiġri? ru tagħhom. Il-produttur irid joqgħod iżid is-salina, għax jekk tixxotta, jieqaf Bħala proċess hemm il-proċess, il-melħ jeħel mal-qiegħ xi varjazzjonijiet? u ma jinġabarx. Għalhekk dejjem Ċertament, għalkemm kif għed- iżid l-ilma sħun. Meta s-salina na, il-melħ jiġi ffurmat primar- timtela bil-melħ, l-ewwel jinġabar jament permezz tal-ilma baħar, f ’forma ta’ munzell fis-salina stix-xemx u r-riħ, li huma l-elemen- ess. Imbagħad, il-melħ jittella’ fi ti prinċipali biex jagħqad il-melħ. bramel imtaqqbin, biex ikompli Ivarja wkoll skont id-daqs tas-sa- joskula, u jittieħed fil-qiegħa. Din lina li jkun qed jifforma fiha. Jekk tkun salina fejn il-melħ jitħalla lejl ikun f ’salina ftit fonda, forsi 10 ikompli jqattar. L-għada jitnaqqa u jittieħed ċentimetri, u l-bidwi jikkalkula li l-blat saħan bix-xemx, jitfgħal- f ’post ieħor biex ikompli jinxef. ha ilma sħun minn ġo ġiebja talmisħun u bejn tlieta u ħamest Is-salini ta’ Malta fihom ijiem wara jkun jista’ jibda jiġbor. xi differenzi mis-salini ta’ Għal salina jew ħofra fonda ħaf- Għawdex? na aktar, jiżdied awtomatikament stadju ieħor fil-proċess, fejn l-il- Qishom l-istess. Hemm is-salini ma ma jibqax abjad iżda jsir roża primittivi u salini bħal tal-Qolmagħqud qabel jibda jgħaqqad la l-Bajda li x’aktarx ġew disinil-kristalli fil-wiċċ. Dan il-proċess jati mill-inġiniera tal-Kavallieri jieħu iżjed żmien u f ’ċerti salini mat-torri u oħrajn aktar riċenti, kbar bħal tas-Salina, il-proċess li jinsabu fuq il-kosta ta’ Marsalidum anki xahar biex il-bidwi jib- forn. Hawnhekk insibu sistemi, da jiġbor il-melħ. Fih ikun hemm disinji u perjodi differenti. F’Malta nsibu dawk ta’ Baħar iċukoll differenza fit-togħma. Ċagħaq, li huma impressjonanti u aktarx li wkoll ġew disinjati X’jinħtieġ biex salina tkun mill-inġiniera tal-Kavallieri. tista’ tipproduċi l-melħ? Fi żmien il-Kavallieri, fl-Ewropa u fiċ-ċentru tal-Afrika, il-melħ kien jissejjaħ “id-deheb l-abjad”. Dan minħabba li l-prodott kien imprezzabbli biex jiġi pprisevat l-ikel. Komunità jew armata li jispiċċalha l-melħ kienet tiġi f ’sitwazzjoni bejn ħajja u mewt, għax il-melħ kien bżonjuż. Meta l-Kavallieri bdew jesportaw il-melħ lejn l-Ewropa, miegħu kienu jibagħtu flotta ta’ sigurtà biex jitħares mill-pirati, li kienu jkunu lesti biex jisirqu l-merkanzija miċ-ċentru tal-Mediterran. Għaldaqstant ma nistgħux neskludu li l-fugassi setgħu kienu qegħdin jipproteġu l-melħ daqskemm kienu qed jipproteġu l-kosta.

Ġeneralment l-ewwel jingħorku, jitnaddfu u jitbattlu. Imbagħad jimlewhom, għax jekk iħalluhom bl-ilma tax-xita ta’ matul ix-xitwa, tikber l-algae u tirrovinalhom l-iskorċa tal-wiċċ. Allura, ladarba jintemm l-istaġun tal-melħ u tibda riesqa x-xita, il-ħaddiema jtaqqbu l-ġenb ta’ kull salina biex l-ilma tax-xita joskula u ma jinġabarx. Imbagħad għall-ħabta ta’ Marzu jsewwu s-salini, jogħrkuhom u jnaddfuhom, u ġeneralment jimlew

Pauline, semmejtli wkoll li ġieli jkun hemm togħma differenti ta’ melħ. Għaliex isir dan, meta jintuża l-istess ilma baħar? Għax dawk is-salini li l-ilma jintefa’ fihom, u jibdew jagħqdu wara tlett ijiem, it-togħma tal-melħ tkun, biex ngħidu hekk, pjaċevoli u kemxejn ħelwa, mentri l-melħ li jkun fis-salini l-fondi u jibqgħu jiżdiedu bl-ilma, isir ftit aktar morr. L-aktar tajjeb għall-kon-

Salini bl-ilma roża waqt il-proċess finali qabel jibda jagħqad

Il-Qolla l-Bajda, Għawdex

sum hu, biex ngħidu hekk, il-ħe- Madwar l-Ewropa, bħall-agrikoltura, impjiegi li jiddependu lu, dak tas-salini l-baxxi. mit-temp u huma fiżikament strapazzanti qed jiġu mwarrba. Illum f ’pajjiżna nsibu l-melħ tal-Himalaya. Xi tgħidli fuqu? Malta mhix eskluża. Allura l-ulied ta’ produtturi tal-melħ mhumiex Dak hu melħ roża li jifforma ikomplu s-sengħa tal-ġenituri. mill-blat taħt il-muntanji, rock Aktar minn hekk, peress li s-salini salt. Ikun ilu hemm eluf ta’ snin. jinsabu fuq ix-xifer tal-kosta, kull Imbagħad jintaħan bil-mak- maltempata li taħbat mill-faċċata, kinarju u jiġi pproċessat. Anki tkisser u tfarrak ix-xogħol kollu l-lewn tiegħu, ġeneralment jiġi li jkun sar fuq is-salini tul is-snin, mill-ġeoloġija ta’ madwaru, waqt bir-riżultat li minkejja li fix-xitwa li tagħna hu abjad u pur. Insibu ma jiġix prodott melħ, ix-xogħol ħafna kuluri ta’ melħ fosthom fuq is-salini irid jibqa’ għaddej u iswed ta’ Ċipru, griż ta’ Franza, is- fih l-ispejjeż tiegħu wkoll. far tal-Etjopja, aħmar mill-Pacifiku, eċċ. Dawn ikunu jiddependu Il-melħ jgħidulna tikkunsmawhx għax itella’ mill-ġeologija tal-post. l-pressjoni. Xi tgħidli? Il-produzzjoni tal-melħ qed Iva, it-tobba jgħidulna nnaqqtmut, x’inhuma l-problemi su l-melħ, iżda l-melħ fih ħafna prinċipali li s-salini benefiċċji fejn tidħol il-mediċijiffaċċjaw?

na. Anki bħalissa, bil-problemi tal-COVID-19 qed niġu mħajra niggargarizzaw il-griżmejn bl-ilma bil-melħ. Fejn jidħlu problemi pulmonarji, il-mediċina ddur għall-melħ biex innaddfu mnifsejna. Madwar l-Ewropa tintuża ħafna l-Halotherapy, fejn in-nifs bl-arja tal-melħ hi tajba għall-allerġija, ażma u mard ieħor. Ma nistgħux ma nsemmux ukoll il-fejqan u l-well-being tal-ġilda tagħna, fejn il-melħ hu ingredjent prinċipali. Hu magħruf li l-melħ għandu 14,000 użu differenti u f ’Malta wkoll jintuża f ’ħafna prodotti oħra, fosthom ħasil u tlaħliħ tal-ħwejjeġ, agrikoltura, trobbija tal-annimali, gastronomija u ħafna iżjed. Ilfatt li f ’pajjiżna, il-produzzjoni naqset, ma jfissirx li l-użu tal-melħ se jonqos. Finalment il-bniedem ma jgħixx mingħajr melħ.


24

28.06.2020

kullhadd.com

reċensjoni tal-ktieb

RUBINI Lejla xitwija. Sajjetti jleħħu f ’sema skur. Xita. Samantha tħares ’il barra mit-tieqa ta’ kamritha, ittappan il-ħġieġa b’nifisha, forsi tilmaħha. Lil oħtha Jasmine. Għalfejn kienu telquha kollha kemm huma? L-arloġġ jeħodha lura. Passat. Festin. Għeluq sninha. Ġiżirana sabiħa tar-rubini. Robbie, l-imħabba ta’ ħajjitha. Xandru, assassin. Sparatura. Waħda. Tnejn. Il-ġenituri ta’ Samantha u Jasmine f ’qiegħ ta’ tebut. Jurgen ix-Xafra,

l-aktar raġel kriminal li hawn f ’Malta. Samantha u Jasmine jispiċċaw vittmi ta’ komplott minħabba d-dejn li kien ħalla missierhom. Qabel issib serħan, Samantha trid tiskopri s-sigrieti kollha li kienu qegħdin jippersegwitawlha ħajjitha. Rubini… fejn it-tama ma tispiċċa qatt… fejn is-sigrieti jinsabu moħbija fid-dellijiet li kienu qegħdin jimirħu f ’Villa Demanuele… fejn ladarba tmur, diffiċli terġa’ tiġi lura.

Silta mill-ktieb “Rajtha tosservani, xofftejha mbexxqin, qabditli jdejja, konna henjin.” - Robbie Xi żmien qabel... Ir-rebbiegħa. Għalkemm għajnejha kienu mgħottijin b’biċċa drapp bajda, li kien sab fil-kamra fl-għalqa fejn ta’ spiss kienu jqattgħu ħafna ħin flimkien, kienet indunat li kien qed imexxiha f ’post viċin xi bajja, għax ir-riħa tfuħ tal-Baħar Mediterran kien beda dieħel fl-arja tal-pulmun, jimlieh b’arja friska, pura u nadifa. Il-ħoss tat-takkuna tagħha kienet tistona kompletament mal-wiċċ tafli tal-blat, mikul bil-medda taż-żmien, tal-bajja selvaġġa, mimlija ġebel, imħar, granċijiet u alka fejn kien qed imexxiha. Id-daħq tagħhom kien qed jikkumplimenta l-ħsejjes tal-mewġ ċkejken jittanta x-xtajta abbandunata, miżgħud bl-għajjat tal-gawwi u l-ħoss taċ-ċagħaq żgħir jilgħab mal-ġebel l-ieħor, jiċċaqlaq f ’sinfonija ħelwa u kalma. “Tista’ tgħidli fejn ser teħodni, Robbie?” staqsietu, iż-żarbun jaħbat ma’ xi ġebel ibbuzzat

’il fuq, u għal mument kienet ser titlef il-bilanċ. Iżda jdejh kienu madwar qaddha, hekk kif kien qed iżommha minn wara ħalli ma taqax u tweġġa’ għax probabbli kienet tagħmel għaġeb! Robbie kien qed jitbissem, wiċċu sodisfatt u ferħan tassew għaliex kien ser jaqtgħalha xewqitha. “Sorpriża, Sinjorina Demanuele!” weġibha hekk kif kompla jimbottaha ’l quddiem b’wiċċu jixgħel, taħt sema ċilesti mingħajr sħaba waħda. Id-distakk qawwi bejn dawn iż-żewġ persuni kien evidenti tassew. Hi kienet liebsa libsa tad-ditta, xagħarha magħmul sabiħ, irtokk mill-isbaħ, dwiefer dejjem impekkabbli, dejjem imżejna b’basktijiet tal-aqwa kwalità u kollezzjoni sħiħa ta’ żraben li kienu l-għira ta’ kull tfajla oħra Maltija. Samantha kienet studenta tal-liġi, bint familja tassew distinta; missierha avukat magħruf marraħal kollu biex ma ngħidux ma’ Malta kollha. U hu, min-naħa l-oħra kien tellar tal-karozzi, dejjem imċappas biż-żejt, jirranġa l-karozzi f ’garaxx żgħir li kien kera hu stess minn butu u frott l-għaraq ta’ ġbinu.

Mistoqsija: X’kienet is-sengħa ta’ Robbie? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb RUBINI. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 5 ta’ Lulju. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-14.00, u s-Sibt bejn l-11.00 u l-17.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħ tal-ktieb IR-RAĠEL B’ŻEWĠT UĊUĦ huwa: G. GRECH - QORMI

IDĦOL BIĊ-ĊANS LI

TIRBAĦ €100

03

Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Kemm hu l-ammont ta’ investiment f’Wied il-Qlejgħa? Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

28.06.2020

kullhadd.com

FIL-MORSA TAL-ĦAKKIEM Kitba ta’ MARY CHETCUTI

Matul is-seklu 19 kien hemm tellieqa sfrenata għall-Kontinent Afrikan. Imperi u repubbliki Ewropej għadhom jitwieldu, kulħadd ried sehmu minn din il-ġenna ta’ art verġni jew qajla esplorata mogħnija b’riżorsi naturali, minerali, deheb, djamanti, annimali eżotiċi u bnedmin li tista’ ddawwar fi lsiera fuq arthom stess. Waqt il-Konferenza Afrikana li saret f ’Berlin bejn l-1884 u l-1885, fejn fost affarijiet oħrajn ġiet regolata il-kolonizzazzjoni Ewropea fuq l-Afrika u l-kummerċ fuq l-istess territorju, ġew konċessi żewġ miljuni metri kwadri (770,000 mil kwadru) art fil-Kongo (illum Repubblika Demokratika tal-Kongo) lir-Re Leopoldu II tal-Belġju; 76 darba l-kobor tal-Belġju stess. Ir-Re Leopoldu II wiegħed li jiċċivilizza u jikkonverti l-poplu

tal-Kongo. Fil-verità, ħoloq reġim ta’ terrur u sfruttament imsejjes fuq l-iskjavitù tal-indiġeni biex fawwar bwietu u l-kaxxa tal-istat mill-kultivazzjoni tal-gomma, qbid tal-avorju u qtugħ ta’ minerali mill-minjieri. Kien żmien ta’ innovazzjoni wkoll fejn bdiet taqbad ir-ritmu l-industrija tal-karozzi u għalhekk kibret il-ħtieġa tal-gomma biex jinħadmu r-roti tal-vetturi. Il-ġungla tal-Kongo tkabbar fl-abbundanza siġar inixxu ħalib li kif iħoss l-arja jagħqad u jsir gommuż. Irġiel u nisa mill-irħula tal-Kongo kienu mġiegħla jidħlu fil-ġungla jagħtu bi skieken twal apposta u huma u jqaċċtu l-friegħi tas-siġar il-ħalib jinżel fuq rashom u ma’ ġisimhom kollu biex imbagħad iqaxxruh minn fuqhom u jiġi ppreparat għall-esportazzjoni. Dal-metodu kien ta’ detriment

Ir-Re Leopoldu II wiegħed li jiċċivilizza u jikkonverti l-poplu tal-Kongo. Fil-verità, ħoloq reġim ta’ terrur u sfruttament imsejjes fuq l-iskjavitù tal-indiġeni

enormi għal saħħet ir-raħħala għax biex ineħħu l-ħalib li jkun għaqad u sar gomma minn fuqhom kienu jaqilgħu l-biċċiet tal-ġilda miegħu u xagħarhom ukoll. Barra minn hekk, ix-xogħol kien iebes ferm u s-sigħat kienu interminabbli. Kull raħal kien jingħata kwota ta’ kemm ried jiġbor gomma, u pulizija lokali maħtura mill-awtoritajiet kolonjali Belġjani, kienu jintbagħtu f ’kull lokalità biex jiġbru l-prodott. Fejn kien jinstab li l-kwota ma ntlaħqitx, il-pulizija kienet twettaq vjolenza fuq l-abitazzjonijiet tar-raħħala u stupri fuq nisa u tfal biex titnissel biża’ fin-nies u jitħaffef ix-xogħol. Intużaw ħruxijiet oħrajn li intimidaw u ssottomettew lir-raħħala. Kienu jiġu magħżula numru ta’ adulti u tfal u jinqatgħalhom driegħ barra mill-minkeb ’l isfel sabiex iservu ta’ lezzjoni għal oħrajn ħalli jħaffu fil-produzzjoni għall-kwota dejjem togħla. Il-produzzjoni tal-gomma mill-ilsiera tal-Kongo kabbret l-ekonomija tal-Belġju tant li l-pajjiż beda jesperjenza prosperità li qatt ma’ kien daq bħalha. Ir-Re Leopoldu II ordna wkoll li t-tfal orfni ma jitħallewx fl-irħula tagħhom. Eluf ta’ tfal fil-Kongo nħatfu mill-awtoritajiet kolonjali u ttieħdu jgħixu f ’komunità separata fejn intużaw għax-xogħol jew

Sabiex juri lill-poplu Belġjan x’ġid kien qed iwettaq fil-kolonja li akkwistalhom, ir-Re Leopoldu II bena l-Mużew Afrikan fuq l-art tal-palazz tiegħu f’Tervuren

tħarrġu bħala suldati. Nofshom mietu fil-komunità stess. Sabiex juri lill-poplu Belġjan x’ġid kien qed iwettaq fil-kolonja li akkwistalhom, ir-Re Leopoldu II bena l-Mużew Afrikan fuq l-art tal-palazz tiegħu f ’Tervuren. Fih inkorpora zoo uman b’267 raġel u mara miġjubin mill-Kongo bħala esibiti. Il-kelma bdiet tinxtered li fit-territorju Afrikan kolonizzat mill-Belġju kienu qed jitwettqu atroċitajiet kbar. Kien għalhekk li fl-1908 pajjiżi oħra Ewropej, li għamlu ħruxijiet mhux b’inqas minnu fil-kolonji tagħhom, sejħu lill-istat Belġjan sabiex jieħu l-kontroll tal-Kongo minn idejn ir-Re Leopoldu II. Fl-1909, ir-Re Leopoldu II miet u kien ibbuwjat waqt il-funeral statali minn ħafna nies fil-Belġju għall-għajb li kien ġab fuqhom. Dan ir-re kkawża

l-mewt ta’ bejn 10 u 15-il miljun Afrikan li nqatlu bil-vjolenza, bilġuħ u bil-mard miġjuba fuqhom mill-kolonizzaturi. Ir-reazzjoni tal-Belġjani moderni rigward ir-Re Leopoldu II tibqa’ waħda mħallta. Fl-2019, grupp fi ħdan il-Ġnus Magħquda talab lill-Belġju jagħmel apoloġija għall-moħqrija mdemmija li twettqet matul il-kolonizzazzjoni tal-Kongo. Il-Prim Ministru Charles Michel, illum maħtur president tal-Kunsill Ewropew, ma riedx joffri din l-apoloġija lill-poplu tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo. Minflok, Charles Michel illimita l-apoloġija tiegħu għal madwar 20,000 tifel u tifla mill-Burundi, il-Kongo u r-Ruwanda, imnisslin minn missirijiet Belġjani, li bejn l-1940 u l-1950 insterqu minn dirgħajn ommijiethom sabiex ingħataw għall-adozzjoni fil-Belġju.


26

28.06.2020

kullhadd.com

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR

Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

28.06.2020

kullhadd.com

] SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil: KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 335

C. KHAN - MOSTA

Bi 3 Numri 004 047 140 145 218 330 409 451 467 545 676 690

802 860 913 983 B’4 Numri 0591 0758 2619 3007 3118 3467 3497

3721 4150 4883 6614 7128 7148 8117 8138 8252 8605 8844 8932 8946

B’5 Numri 03842 11538 16327 17740 24113 33337 35196 48061 57167 58469 72713 92360

93015 96011 B’6 Numri 118225 309364 466241 489837 B’7 Numri 0538163 2702811 7503952

7940491 Bi 8 Numri 21975981 88911437 93794175 93918371

1. 4. 7,9. 9. 10. 12. 16. 18,22. 19. 20. 21.

Mimdudin: Iniżżel l-armi (5) Kunjom (4) Parti (5) Ara 7 Permissibbli? (6) Rasu iebsa (6) TV (3) Ikunu fit-truf tal-ilbiesi (5) Ara 3 Vaganza (5) Tony Tabone

23. 24.

Inguanez (1,1,1) Taljan (5) Goff ? (4) 8. Jgħajjat miegħi (9) Jixħet (5) 11. Ara 1 wieqfa 12. Ara 6 13,21W. Iżjed (6) Weqfin: Ipprova (6) 1,11. Kompli l-qawl: 14. 15 Titħallas Fejn iżżarrat perjodikament (6) ........... (8) 17. Parti 2. Isem (3) minn reċta (3) 3,19. Inaqqas (6) 21. Ara 13 5. Sezzjoni 22. Ara 18 tal-Pulizija (3) 6,12 W. Politikant

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA Mimdudin: 1.Fjuri, 4.Sjuf, 7,16.Sinna, 9.Rai, 10.Trakka, 12.Jarana, 18,22.Antik, 19,21W. Reġina, 20.Ostja, 21.IST, 23.Anka, 24.Iridu

Weqfin: 1.Firien, 2,12W. Uqija, 3,11. Istra, 5,17.Jiknes, 6,15.Franġisku, 8.Irkantati, 13.Ras, 14.Arawni


28

28.06.2020

kullhadd.com

TURNOVER NAZZJONALI Editorjal

Fadal ħafna xi jsir u anke x’jitranġa. Imma mqabbel ma’ dak li għexna sal-2013, żgur li pajjiżna u ġensna jinsabu miljun darba aħjar, ekonomikament u soċjalment

Jgħidu li l-paraguni huma odjużi, imma f ’ambjent bħalma hu dak ta’ pajjiżna t-tali ħtieġa hi essenzjali. Fejn xi wħud għandhom wisq aġendi u kontinwament jgħawġu l-fatti biex isemmgħu biss dak li jaqbel għal widnejhom, allura kultant żmien jew b’mod regolari bilfors ikollok tqanqal il-memorja ġenerali. U għax ir-raġuni ma tridx forza, maġġoranza assoluta f ’pajjiżna taqbel magħna. Il-fatt li l-Oppożizzjoni Nazzjonalista u l-friegħi kollha tagħha baqgħu jitilfu bil-kbir il-fiduċja tal-poplu żgur ma seħħx (kif għadu jseħħ) b’xi kumbinazzjoni. Il-problema lanqas tinstab fil-Kap attwali, kif tistqarr l-istess fazzjoni li herriet lill-istess Partit. Dawk li jgħidu li mill-2013 pajjiżna niżel f ’xi fossa taddrenaġġ u jpinġu d-dubji fuq kull pass tal-Gvern Laburista, faċli jsibu lil min ibellgħuhom barra minn xtutna, kif jidher li se jibqgħu jagħmlu. Minkejja dan, jafu li lokalment it-tentattivi kollha tagħhom ma jaqbdux art, anke jekk f ’aktar minn okkażjoni

waħda fl-aħħar seba’ snin ħarġu ’l barra mill-parametri tal-logħba demokratika biex jaqtgħu saqajn l-amministrazzjoni fil-pajjiż. Il-gideb, l-insinwazzjonijiet, il-konġenturi u l-fantażiji millaktar imżejnin, kif erġajna esperjenzajna din il-ġimgħa stess, jistgħu jkunu ideali għall-motto ġdid tal-Partit Nazzjonalista, jekk Adrian Delia għadu daqshekk ħerqan li jtajjar ir-“Religio et Patria”. Bl-ebda mod ma rridu ngħidu li, bis-saħħa tal-Partit Laburista fil-Gvern, illum spiċċajna ngħixu f ’xi Ġnien tal-Eden, għax mhux il-każ. Anzi fadal ħafna xi jsir u anke x’jitranġa. Imma mqabbel ma’ dak li għexna sal-2013, żgur li pajjiżna u ġensna jinsabu miljun darba aħjar, ekonomikament u soċjalment. U mhux biss fuq livell nazzjonali, kif ħafna drabi rrepetejna, iżda anke f ’oqsma partikolari. L-aħjar tweġiba tinsab ukoll fil-ħarġa tagħna llum bir-rapport mill-Kummissjoni Ewropea u l-Eurostat fejn hu indikat kif

eluf ta’ familji Maltin litteralment inqalgħu mill-faqar, inkluż dak estrem, u tbiegħdu mir-riskju li jaqgħu fih, bħala parti mill-miri ffissati mill-Ġnus Magħquda li għandhom jintlaħqu mill-pajjiżi mferrxin madwar id-dinja. Dan dejjem grazzi għall-għadd kbir ta’ miżuri li ġew introdotti wara l-2013, mhux l-inqas dawk li ġew imżebilħin mill-PN u l-alleati tiegħu, waqt li ma żdiedu l-ebda taxxi biex jagħmlu tajjeb għal dawn il-benefiċċji. Ma’ dan, iżda, irridu bilfors inqabblu l-qagħda tal-lum u tal-bieraħ ta’ entitajiet u assi prinċipali nazzjonali, bħal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta, il-kumpanija responsabbli mill-produzzjoni tal-enerġija, l-Enemalta, u l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma (WSC), biex insemmu tliet pilastri li fuqhom tiddependi wkoll ħafna l-mixja ta’ pajjiżna lejn l-istess miri internazzjonali. It-tqabbil assolutament ma jersaq imkien qrib. Meta din il-ġimgħa kienu qed jiġu dibattuti l-estimi finanzjarji

għall-entitajiet governattivi, smajna kif l-Enemalta, pereżempju, kellha dejn ta’ €1.08 biljun fl-2013 fiż-żmien meta l-eks Ministru Tonio Fenech u l-Gvern kollu Nazzjonalista kienu qatgħu qalbhom kompletament milli jsalvawha u kienu lesti jħalluha tegħreq u magħha tniżżel il-banek lokali kollha. Minflok, sal-2016, l-Enemalta rreġistrat profitt ta’ €40 miljun. L-istess, id-WSC li minn dejn ta’ €120 miljun seba’ snin ilu, sal-aħħar tas-sena l-oħra għamlet qligħ ta’ €100 miljun u bdiet saħansitra tirreġistra €1 miljun kull xahar. U l-istorja tissokta. F’dan kollu, imbagħad, insibu l-wiċċ sfiq ta’ Partit li, fi kwart ta’ seklu, falla miżerjament fittmexxija ta’ entitajiet simili, biegħ dawk il-ftit li kienu għadhom ifendu, żarma kull ġid nazzjonali u għabba lill-poplu bl-agħar piżijiet. B’konsegwenza, għadna sal-lum inġorru spejjeż tattali riperkussjonijiet. Dik hi d-differenza!


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.