KullĦadd_28.11.2021

Page 1

INVENZJONI LOKALI TGĦIN FL-GĦADAM Il-Ħadd, 28 ta’ Novembru, 2021

Ħarġa Nru 1,481

Prezz €1

Rapport f’paġna 10

€100M LIL 92,000 FAMILJA Ħlasijiet lil eks ħaddiema tal-Gvern, li batew inġustizzji jew anomaliji fil-pagi minn żmien il-PN, jissoktaw bi grupp ieħor li beda jirċievi l-pagamenti mill-bieraħ Sal-lum 91,822 persuna se jkunu gawdew minn iżjed minn €100 miljun fi ħlasijiet tal-inġustizzji li kienu mwegħdin mill-Gvern Laburista. Kif żvelat minna l-ġimgħa l-oħra, dan l-ammont kbir ta’ miljuni marru għal anomaliji fis-salarji u reviżjonijiet ta’ pensjonijiet minn għexieren ta’ snin ilu u li ħafna minnhom baqgħu ma twettqux millaħħar Gvernijiet Nazzjonalisti, anke jekk kellhom obbligu li jagħmlu dan. L-aħħar grupp li gawda minn tali ħlasijiet ammonta għal 5,247 persuna li mill-bieraħ bdew jirċievu sehemhom minn total ta’ €9.7 miljun. Imqassmin fi tliet skemi taħt il-Ministeru għas-Solidarjetà u l-Ġustizzja Soċjali, il-Familja u d-Drittijiet tat-Tfal u l-Ministeru għall-Finanzi u x-Xogħol, il-benefiċjarji huma eks ħaddiema tal-Korpi u eks ħaddiema tax-Xatt. Ma’ dawn jingħaqdu eks uffiċjali talPu­lizija, eks ħaddiema tal-Electrici­ty Board, eks ħaddiema tal-Gas Board u apprendisti, li diġà gawdew minn ħla­ sijiet oħrajn. Minkejja dan, l-akbar ammont ta’ benefiċjarji – madwar 83,700 – huma pensjonanti li ħadu r-reviżjo­ ni­jiet tal-ħlas dovut lilhom. Dawn il-be­nefiċċji tal-aħħar ma jinkludux iż-żidiet abbundanti li ngħataw ukoll lill-pensjonanti kull sena fl-aħħar snin.

L-akbar għadd ta’ benefiċjarji huma pensjonanti – 83,700 F’konferenza tal-aħbarijiet, il-Minis­ tru Michael Falzon qal li permezz talpa­gamenti tal-bieraħ, in-nefqa totali fuq l-iskemi tal-anomaliji varati mill2017 ’l hawn se titla’ għal €55.5 miljun. Il-KullĦadd hi infurmata wkoll li ma’ dawn iridu jiżdiedu aktar minn €44 miljun, li kienu ddedikati għarreviżjonijiet fl-arretrati tal-pensjonijiet, inklużi dawk li suppost twettqu minn Gvernijiet Nazzjonalisti sal-2013. Tkompli f’paġna 6

Rapport f’paġna 7

MINGĦAJR L-“OK” TAL-GRUPP ISKOT! BERNARD GRECH IMWISSI FIL-GRUPP PARLAMENTARI NAZZJONALISTA, WAQT LI L-VIĊI KAP DAVID AGIUS JISPIĊĊA JAGĦMILHA WKOLL TA’ MEDJATUR

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista, li tlaqqgħet ta’ malajr nhar it-Tlieta li għadda, kellha messaġġ wieħed u ċar – ilKap Bernard Grech għandu jitlob il-permess tal-Grupp qabel jippronunzja ruħu fuq xi tema jew suġġett. Taħt sema iswed dakinhar, huma u deħlin fid-Dar Ċentrali, id-Deputati Nazz­jonalisti dehru skomdi jwieġbu l-mistoqsijiet tal-ġurnalisti. Mhux ta’ b’xejn, għax, kif tista’ tiżvela din il-gazzetta llum, għal-laqgħa ħadd

ma kien jaf x’qed jistenna. Għal ħinijiet twal, speċjalment qabel bdiet illaqgħa, kien hemm tensjoni kbira. Fil-fatt, jirriżulta li l-Viċi Kap tal-Partit David Agius saħansitra kellu jservi ta’ medjatur biex jipprova jqarreb il-pożiz­zjonijiet differenti u konfliġġenti fost il-membri, instigati b’mod partikolari mir-rabja li ilha takkumula millaħħar ġimgħat. Tkompli f’paġna 4


02

28.11.2021

DETTALJI EDITUR RONALD VASSALLO email: ronald.vassallo@partitlaburista.org

REKLAMAR U DISTRIBUZZJONI KIMBERLY CEFAI email: sales@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

IT-TEMP GĦAL-LUM

L-Ogħla Temperatura: 19°C L-Inqas Temperatura: 15°C L-Indiċi UV: 2 Is-Sitwazzjoni Ġenerali: Firxa t’arja ta’ pressjoni baxxa li testendi minn fuq it-Tramuntana tal-Italja sa fuq ilGolf ta’ Gabes ser tersaq lejn il-Lvant It-Temp: Imsaħħab u bix-xita li jsir ftit jew wisq imsaħħab waranofsinhar Ir-Riħ: Ftit qawwi għal qawwi mil-Lbiċ li jdur mill-Punent il-Lbiċ Il-Viżibilità: Tajba lokalment moderata fil-ħalbiet tax-xita Il-Baħar: Moderat L-Imbatt: Baxx mill-Majjistral It-Temperatura tal-Baħar: 22°C

It-Tnejn

It-Tlieta

L-Erbgħa

DISINN TAL-PAĠNI KIMBERLY CEFAI tel: (+356) 2568 2570 mob:(+356) 7943 4722

16°C UV 3

KUNTATT ĠENERALI

10°C

Il-Ħamis

15°C UV 1

10°C

Il-Ġimgħa

16°C UV 3

11°C

Is-Sibt

KullĦadd email: editorial@kullhadd.com tel: (+356) 2568 2570

INDIRIZZ POSTALI

18°C

KullĦadd One Complex, A 28B, Industial Estate Il-Marsa MRS 3000

SIT ELETTRONIKU www.one.com.mt

MEZZI SOĊJALI www.facebook.com/kullhadd

STAMPAT Miller Newsprint Ltd.

NUMRI IMPORTANTI Emerġenza Covid 19 - 111 Is-Servizzi kollha ta’ Emerġenza​– 112​ Il-Pulizija ta’ Malta – 2122 4001-9​ Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili – 2393 0000 Il-Gwardjani Lokali – 2132 0202 L-Isptar ta’ Malta – 2545 0000 L-Isptar ta’ Għawdex – 2156 1600 Servizz Veterinarju ta’ Emerġenza – 5004 3888 Servizz ta’ Direttorju Telefoniku – ​1182

UV 3

16°C

17°C UV 1

12°C

17°C UV 3

13°C

SPIŻERIJI LI JIFTĦU LLUM IL-ĦADD Chemimart, 20/21, Triq ir-Repubblika, Il-Belt Valletta – 21246051 Cosmed Pharmacy, Soccors, 7 Triq il-Franġiskani fi Triq Villambrosa, Il-Ħamrun – 21225991 Lantern Pharmacy, Misraħ il-Kebbies, Santa Venera – 21444648 St. Jude Pharmacy, 213, Triq il-Wied, Birkirkara – 21492151 St. Matthew’s Pharmacy, Triq ix-Xatt, Il-Gżira – 21311797 Potter Chemists Ltd, Triq Wilga, Paceville – 21363244 Brown’s Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Tas-Sliema – 21313233 St. Joseph Pharmacy, 164, Triq Annibale Preca, Ħal Lija – 21414051 Sta. Margherita Pharmacy, Vjal il-Qalbiena Mostin, Santa Margherita Estate, Il-Mosta – 21416426 Parkes Pharmacy, 582, Triq San Pawl, San Pawl il-Baħar – 21571764 Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Ħal Tarxien – 21672703 Brown’s Pharmacy, 8, Misraħ l-Arċisqof Gonzi, Il-Kalkara – 21673811 MC Pharmacy, 303, Triq Ħaż-Żabbar, Il-Fgura – 21801962 Fisherman’s Cove, 34, Triq Gużepp, Marsaxlokk Prestige Pharmacy, 16, Triq San Ġużepp, Ħal Kirkop – 21641328 Remedies Pharmacy, Peter Pan, Triq Nikola Zammit, Is-Siġġiewi – 21460828 Anici Pharmacy, BLK A, Town Centre HOS, L-Imtarfa – 21452833 Għawdex Fontana Pharmacy, Triq il-Għajn, Il-Fontana – 21566979 Xagħra Pharmacy, 55, Triq il-Knisja, Ix-Xagħra – 27551140 Servizz ta’ tobba fiċ-Ċentri tas-Saħħa fil-Ħdud u l-festi pubbliċi Iċ-Ċentri tas-Saħħa tal-Mosta, ta’ Raħal Ġdid u tal-Furjana jiftħu għall-emerġenzi 24 siegħa, sebat ijiem fil-ġimgħa. Fil-Ħdud u fil-festi pubbliċi, iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Gżira jiftaħ għallemerġenzi bejn it-8.00am u l-5.00pm. Ikun hemm ukoll servizz ta’ infermier bejn it-8.00am u t-8.00pm. Il-pubbliku jrid jattendi ċ-Ċentru tas-Saħħa tad-distrett tiegħu. Persuni mingħajr karta tal-identità ma jiġux moqdija.


03

28.11.2021

TMIEM POŻITTIV GĦALL-MORATORJI IL-MAĠĠORANZA TAL-FAMILJI U N-NEGOZJI AFFETTWATI L-AKTAR MILL-PANDEMIJA F’PAJJIŻNA LURA GĦAN-NORMAL BIL-PAGAMENTI WARA N-NIFS LI TATHOM IL-MIŻURA TEMPORANJA Rapport riċenti tal-Bank Ċentrali, imsejjaħ Interim Financial Stability Review, jindika li meta skada l-moratorju fuq is-self ma kienx hemm impatti negattivi fuq il-banek, waqt li l-proporzjon tad-djun li mhumiex jitħallsu lura ma żdiedx b’mod sinifikanti. Il-moratorju ġie introdott wara l-bi­du tal-pandemija tal-COVID-19 biex jgħin lil dawk l-aktar affettwati ħalli jieħdu nifs mill-ħlas tad-djun u l-imgħaxijiet tagħhom, b’mod partikolari wara l-għeluq ta’ numru ta’ postijiet tax-xogħol. F’Awwissu 2020, il-moratorji kienu jkopru aktar minn €1.75 biljun f’self. Waħda minn kull 10 familji bi djun kienu talbu lill-banek biex jagħtuhom il-possibbiltà li jieqfu temporanjament iħallsu l-pagamenti dovuti. Fis-settur tal-lukandi u r-restoranti waħdu, erbgħa minn kull 10 kumpaniji kienu f’din is-sitwazzjoni. Is-suq tal-proprjetà wkoll kien intlaqat ħażin ħafna, b’terz tas-self kollu mhux f’pożizzjoni li jitħallas. Xi wħud kienu ħasbu li, minħabba

li għadd ta’ individwi u ditti applikaw għall-moratorju, ħafna ma kinux se jkunu f’pożizzjoni li jerġgħu jibdew iħallsu l-pagamenti u l-imgħax dovuti meta tintemm il-konċessjoni. Sitwazzjoni simili kienet twassal biex ħafna nies jispiċċaw jitilfu darhom jew jagħlqu diversi kumpaniji. Minbarra hekk, dan seta’ wassal għal problemi serji fil-banek infushom, b’impatt aktar mifrux fuq il-bqija tal-ekonomija. L-Interim Financial Stability Review tal-Bank Ċentrali, minflok, indika li mis-self kollu li kien ingħata moratorju, 4.9% biss għadhom f’qagħda ħażina. Dan hu proporzjon limitat u hu simili ħafna għal dak fid-djun kollha, li hu 3.5%. Ta’ min iqis ukoll li fil-bidu tal-2013 il-proporzjon ta’ self li ma setax jitħallas lura lill-banek kien ilaħħaq qrib it-8 %. Dan ifisser li, fi żmien l-aħħar Gvern Nazzjonalista, il-proporzjon ta’ dawk li jissellfu u wara ma jkunux jistgħu jħallsu d-dejn lura kien aktar mid-doppju ta’ dak attwali, minkejja li għaddejjin minn pandemija.


04

28.11.2021

DUBJI AKBAR FIT-TMEXXIJA TA’ GRECH Tkompli minn paġna 1 Filwaqt li minn fost dawk li marru għal-laqgħa tal-Grupp Parla­ mentari, ħafna qalu dak li jaħsbu, il-messaġġ kien konsistenti u d-dwejjaq kien fuq kull naħa. Dawk li għaddiet tagħhom sostnew li s-sitwazzjoni setgħet kienet immaniġġjata aħjar u dawk li m’għaddietx tagħhom kienu urtati għall-mod kif għal darb’oħra kellhom iċedu għal min ma riedx il-bidla. Issa lil Grech, wara ftit iżjed minn sena mindu ngħata t-tmun tal-Partit, qalulu ċar u tond li, jekk ma jmurx għandhom qabel, se jkun qed jirriskja li jerġa’ jiġrilu bħal fil-każ tal-liġi dwar l-użu responsabbli tal-kannabis. Hawn il-Kap tal-Oppożizzjoni kellu jibla’ kliemu u jmur kontra l-pożizzjoni li kien iddikjara b’tant pompa … u joħroġ kontra proposta, li saħansitra kien qal li l-Gvern ikkopjaha mingħandu. Ftit wara l-laqgħa ta’ din ilġimgħa, bil-għan li jipprova jagħti l-impressjoni li din kienet xi laqgħa kordjali, Grech uża l-midja soċjali biex itella’ ritratt jaqsmu l-kejk ta’ għeluq snin David Agius. Iżda fir-rit­ratt ma dehrux diversi deputati, fosthom Adrian Delia, Claudette Buttigieg, Chris Said, Kristy Debono u Therese Comodini Cachia. Sorsi fid-Dar Ċentrali qalulna li Grech kien urtat li kien hemm diversi deputati li m’attendewx għal laqgħa meqjusa importanti u li saħansitra saret wara numru ta’ laqgħat wiċċ imb wiċċ. Il-ġimgħa li għaddiet il-KullĦadd żvelat kif, wara l-farsa jew it-tgħaffiġa fuq ir-riforma fil-liġi tal-kannabis, kif iddeskrivewha mezzi tal-midja, il-Kap tal-Oppożizzjoni kien kostrett isejjaħ lid-deputati ras imb ras ħalli jiżvoga magħhom waqt li jgħidilhom li jridu jagħtuh l-appoġġ. Kif inhu magħruf l-aħħar jiem komplew ikunu ta’ tensjoni kbira fid-Dar Ċentrali u t-tmexxija ta’ Grech. Sorsi fid-

Wara ftit iżjed minn sena fit-tmun tal-Partit, qalulu ċar u tond li, jekk ma jmurx għandhom qabel, jirriskja li jerġa’ jiġrilu bħal fil-każ tal-liġi l-ġdida tal-kannabis Dar Ċentrali żvelaw magħna kif f’dawn il-laqgħat individwali, Grech beda jipponta subgħu lejhom u qalilhom li qed jerfa’ hu l-piż tad-deċiżjonijiet tagħhom u tal-fatt li l-Grupp Parlamentari qed joħonqu.

Grech diġà tefa’ t-tort tar-riżultati fl-istħarriġ tal-opinjoni pubblika fuq id-deputati tiegħu, anke jekk fil-pubbliku jgħid li qed iżid l-appoġġ. F’wieħed mill-argumenti jaħarqu, li ġew irrapportati mill-Maltatoday, il-Kap kellu

jiffaċċja l-korla ta’ sħabu għal dan. Id-Deputat Nazzjonalista Mario Galea, li ġie rrapportat li qabżitlu f’waħda millaqgħat tal-Grupp Parlamentari, saħansitra akkuża lill-Kap bl-isfaċċataġni li jitfa’ t-tort taċ-ċifri fis-sondaġġi fuqhom. U meta Grech qallu li, jekk ma jogħġbux, jista’ ma jersaqx ’l hemm, Galea kien pront wieġbu li f’dak il-każ kellu jitlaq hu (Grech), li ma ġiex elett mill-poplu. Lill-Kap Nazzjonalista qalu­lu li hu l-mod kif qed imexxi hu li qed joħloq il-problema u mhux huma. Intqal li jeħtieġ li jwaqqaf il-mossi li jixhdu opportuniżmu politiku li juri li ma jkunx jaf fejn hu sejjer. Grech indika li jekk mhux se jingħata l-appoġġ li qed jitlob se jikxef fl-apert min huma d-deputati li jkunu responsabbli f’każ li f’elezzjoni ġenerali ma jinkisibx ir-riżultat mixtieq. Kien ċar kristall li mhux lest jerfa’ waħdu l-piż jekk l-elettorat ma jippremjahx. Dan il-ġlied qed ikompli jiżra’ dubji kbar dwar l-abbiltà tiegħu li jmexxi lill-PN, b’persuni li saħansitra kienu jifhmu l-ħtieġa li jinbidel Adrian Delia llum qed jistaqsu fuq l-għażla li saret. Kif irrapportajna l-Ħadd li għadda, l-Eks Ministru Nazzjo­ nalista Michael Falzon, l-akkademiċi George Vital Zammit u Mario Thomas Vassallo u l-opinjonista Raphael Vassallo kienu fost il-vuċijiet li lissnu d-dubju jekk Grech qattx kien l-għażla t-tajba għal Kap tal-PN. Minn sorsi li għandna fid-Dar Ċentrali jirriżulta li dawn id-dikjarazzjonijiet u ħafna oħrajn magħhom minn Nazzjo­ nalisti tradizzjonali xejn ma niżlu taj­ jeb ma’ Grech u ta’ madwaru. Fl-istess ħin, hemm dawk li jqisu li l-magħżulin ta’ Grech li jitħallsu l-eluf mid-Dar Ċentrali qed jużaw il-kuntatti u r-riżorsi li għandhom biex jintbagħtu sinjali kontra fazzjoni partikolari u anke jingħataw ċerti daqqiet.


28.11.2021

05

TINDIKA LI GĦADHA XETTIKA MILL-VAĊĊIN Id-Deputata tal-Oppożizzjoni Ma­ria Degua­ra (ritratt) din ilġimgħa reġgħet uriet id-dubji tagħha fil-vaċċin fil-ġlieda kontra l-pan­demija tal-COVID-19 meta talbet tagħrif mid-Depu­ tat Prim Mi­nistru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne dwar in-numru ta’ każi pożittivi fost persuni diġà mlaqqmin. Fl-istess ġimgħa li l-Kummissjoni Ew­ro­­pea ddikjarat li l-pajjiżi bl-ogħla rati ta’ tilqim, bħal Malta, għandhom l-inqas rati ta’ mwiet, it-Tabiba Degua­ ra staq­siet kemm minn dawk li ħarġu pożittivi għall-COVID-19 f’dawn l-aħħar xah­rejn kienu diġà mlaqqmin bl-ewwel jew bit-tieni doża tal-vaċċin. Eżatt bħal dan iż-żmien sena, Degua­ra kienet qalet f’konfe­ renza tal-aħbarijiet li l-vaċċin mhux is-soluzzjoni għall-pandemija. Id-dikja­raz­zjoni, li qan­ qlet rabja kbira, saret wara mistoqsija minn ONE News dwar ħidmet il-kumitat Nazzjo­ nalista għall-COVID-19. Din isse­na skoprejna li dan il-kumi­ tat fil-verità qatt ma ltaqa’, ħlief biex jieħu ritratt mal-Kap Bernard Grech. In-nuqqas ta’ interess tagħ­ ha fir-riżultati pożittivi li kienu qed jinkisbu permezz tat-tilqim ukoll wassal lil Deguara biex f’Jannar li għadda tinqabad fuq sieq waħda dwar jekk tafx kemm kienet ir-rata ta’ tilqim nazzjonali dak iż-żmien, anke jekk pajjiżna kellu l-aħjar rata per capita mill-pajjiżi kollha fl-Unjoni Ewropea. Sadanittant, waqt seduta Parlamentari din il-ġimgħa, il-Ministru Fearne wieġeb għad-dubji tagħ­ha billi qalilha li l-maġġoranza ta’ dawk li kienu jeħtieġu kura intensiva fl-Isptar Mater Dei min­ħabba l-virus

tal-COVID-19 fil-perjodu bejn il-15 ta’ Settembru u l-15 ta’ Novembru ma kinux imlaqqmin u dawk imlaqqmin kienu għadhom ma ħadux id-doża addizzjonali tal-booster. Il-Ġimgħa, l-Organiz­zaz­­zjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) iddikjarat li mindu beda t-tilqim f’pajjiżna ġew salvati l-ħajjiet ta’ 860 persuna, li għandhom ’il fuq minn 60 sena. Fearne qabel ukoll mad-Direttur Reġ­ jona­li tal-WHO fl-Ew­­ropa, Hans Kluge, li qal kif it-tilqima hi l-għodda biex tgħinna nżom­ mu l-pandemi­ja f’kon­troll u li d-do­ża addizzjonali se ssalva iżjed ħajjiet. Meta nhar il-Ħamis żar iċċen­tru ta’ vaċċinazzjoni fl-Università, minn fejn qed jingħata wkoll il-booster, il-Prim Ministru Robert Abela fakkar kif l-istudji tal-esperti jixhdu millġdid kemm il-vaċċin hu effettiv u sostna kif il-booster hu l-pass li jmiss. Hu tenna li, għalhekk, kulħadd għandu jwieġeb għas-sejħa biex jieħu il-vaċċin. L-għoti tal-booster miexi wkoll b’mod ef ­fi ċ­jen­ti f’Malta, tant li minn għada se tinfetaħ ir-reġis­traz­zjo­ni għal kull min għan­du ’l fuq minn 50 sena.


06

28.11.2021

REKORD BAXX JIRREĠISTRAW GĦAX-XOGĦOL Kuntrarjament għat-tbassir li kien sar meta bdiet il-pandemija, il-qgħad f’Malta mhux talli żdied, imma kif jaf kulħadd naqas. Fil-fatt, waqt li f’Mejju 2020 l-ammont ta’ nies jirreġistraw kien tela’ għal 4,409, sa Ottubru li għadu kemm intemm, in-numru ta’ dawk ifittxu xogħol naqas għal 1,254, li hu minimu storiku ġdid għal Malta. Wara li tħabbar il-pjan għar-riġenerazzjoni ekonomika fil-bidu ta’ Ġunju 2020 sal-lum, bħala medja sitt persuni li kienu fuq ir-reġistru sabu impjieg kuljum. B’riżultat ta’ dan, in-numru ta’ dawk jirreġis-

traw issa hu kwart inqas minn dak li kien osservat qabel il-pandemija, filwaqt li hu sitt darbiet inqas l-ammont li kien hemm f’Marzu tal-2013. Fil-fatt dak iż-żmien, qabel il-bidla fl-Gvern, kien hemm 7,350 persuna jirreġistraw. Fl-eqqel tal-kriżi ekonomika ta’ wara l-2008, li kienet 10 darbiet iżgħar minn dik attwali, l-ammont ta’ nies ifittxu impjieg kien kważi mess it-8,000. L-inqas li qatt naqas il-qgħad taħt amministrazzjoni Nazzjonalista qabel l-2013 kien fl-1991 meta dan kien laħaq 4,220. Dan kien daqs l-ogħla ammont ta’ qgħad li ġabet magħha

l-pandemija. B’riżultat tal-irkupru ekonomiku, li qed iseħħ illum, Malta kellha wkoll l-akbar tnaqqis rapidu fl-istorja fejn jidħol il-qgħad. Ta’ min ifakkar li biex Malta reġġgħet lura kull żieda fil-qgħad, li seħħet wara r-riċessjoni tal-2008, kien hemm bżonn 72 xahar flimkien ma’ bidla fl-amministrazzjoni. Min-naħa l-oħra, ix-xokk ferm akbar tal-pandemija dam biss 16il xahar biex ġie rkuprat. Saħansitra l-irkupru wassal biex il-qgħad jonqos anke mqabbel ma’ qabel bdiet il-pandemija.

Ritratt: KEVIN ABELA / DOI

LEAD JILQA’ FI ĦDANU 22 MARA OĦRA

Il-Ministru Falzon iħabbar grupp ieħor ta’ eks ħaddiema tal-Gvern li mill-bieraħ bdew jirċievu pagamenti għal inġustizzji passati

IL-PN IRID JIEĦU L-KREDTU TA’ ELUF TA’ INĠUSTIZZJI SOLVUTI Tkompli minn paġna 1

wieħed lanqas hekk, kif diġà ġie mwiegħed fil-Baġit 2022, pagamenti simili huma skedati għas-sena d-dieħla. Wara l-aħbar ta’ serje oħra ta’ pagamenti mill-Gvern, il-PN għamel żelqa oħra politika meta ħareġ jgħid li l-Gvern qed jikkopja wegħda tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech u dawn

lista qed jitfasslu b’tant reqqa li l-Gvern Laburista – niexef mill-ideat u Fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda, żvelajn­a nie­qes mill-viżjoni – qed jagħżel li jikkif dawn il-ħlasijiet jagħmlu mal-50 kopjahom u jimplimentahom hu.” darba iżjed minn kemm qed iwiegħed Dan anke jekk Gvern Laburista qed illum il-Partit Nazzjonalista, jekk isewwi u jirrimedja għal inġustizzji li jingħata l-fiduċja tal-poplu fl-eleztwettqu taħt l-istess PN fil-poter. zjoni ġenerali li jmiss. Il-Viċi Kap NazFid-diskors tiegħu dwar l-estimi zjonalista David Agius tenna li l-PN filtal-Baġit, li għadu kemm ġie ppreżenGvern jalloka €2 miljun biex tat, il-Ministru Falzon qal li jissetilja inġustizzji li seħħew bis-saħħa ta’ dan l-eżerċizzf’salarji u pensjonijiet ta’ ħadju, li tnieda fl-2017, pensjo­ diema ingaġġati f’entitajiet nanti tal-irtirar u tar-romol statali. gawdew minn titjib fir-rati Amministrazzjonijiet Nazzjonalisti Iżda, mindu Gvern Labu­ tal-pensjoni tagħhom u fejn rista beda jindirizza dawn ilkien japplika, tħallsu arretrakienu ċaħħdu lill-pensjo­nanti minn kwis­tjonijiet fl-aħħar ħames ti għal snin imgħoddija. dan it-tit­jib bi ksur tal-liġi snin, diġà nħarġu aktar minn “Amministrazzjonijiet ta’ €100 miljun biex issir ġusqabilna ċaħħdu lill-pensjo­ tizzja ma’ persuni li sofrew anomaliji l-inġustizzji tal-passat qed jissolvew nanti minn dan it-tit­jib bi ksur tal-liġi, fis-salarji u f’arretrati ta’ reviżjonijiet parzjalment. l-aktar għax kienu xotti mill-finanzi tal-pensjoni. Fir-redikolaġni tipikament Nazzjo­ biex iwettqu dan l-obbligu. Nittama li Il-ħlas dovut lil persuni eliġibbli, nalista, stqarrija ffirmata minn David dawn il-ħlasijiet mhux meqjusin bħaimma li laħqu mietu, isir lir-romol Agius stess u Ivan Castillo, President la tberbiq ta’ flus ukoll,” tenna Dr Faltagħhom jew werrieta oħrajn. tal-fergħa Solidarjetà Ħaddiema PN, zon, b’referenza għad-dikjarazzjoni Minbarra hekk, il-pagament li beda ingħad li “din l-aħbar tikkonferma tal-Kap Nazzjonalista dwar l-għajnuna jitqassam ilbieraħ mhuwiex l-aħħar wkoll li l-proposti tal-Partit Nazzjona­ lill-poplu waqt il-pandemija.

Il-programm LEAD tal-Partit Laburista kompla jissaħħaħ bi 22 mara oħra li ngħaqdu miegħu bil-għan li jkompli jiżdied is-sehem tal-mara fil-politika. F’konferenza tal-aħbarijiet mal-parteċipanti l-ġodda, il-kordinatriċi tal-prog­ ramm, Miriam Dalli, il-President tal-Partit Laburista Ramona Attard u s-Segretarja tal-Eżekuttiv Catherine Fenech spjegaw kif LEAD hu xhieda ta’ fejn irridu nwasslu l-preżenza tan-nisa u t-tfajliet fil-ħidma politika u kif l-ambizzjoni tal-PL tibqa’ dik li ssir bidla fl-inqas żmien possibbli. Dalli qalet kif din kienet il-ħames sej­ ħa tal-programm, li għaliha kkonkorrew numru sabiħ ta’ tfajliet. “Bis-sehem ta’ dawn il-parteċipanti, konvinta li mhux biss se jgawdi l-Partit Laburista, iżda wkoll il-pajjiż. Nemmnu bis-sħiħ fil-parteċipazzjoni tan-nisa fil-politika u nemmnu li f’dan il-pajjiż fis-sena 2022 irridu nagħtu spinta ’l quddiem biex verament ikollna parteċipazzjoni ugwali ta’ nisa u rġiel fil-politika nazzjonali, lokali u Ewropea.” Attard sostniet li x-xogħol tal-PL f’dan ir-rigward ilu għaddej għal numru ta’ snin u issa rridu naraw li jkollna r-riżultat ta’ dik il-ħidma li ilha għaddejja. “Aħna ma narawx LEAD bħala programm ta’ taħriġ. LEAD hu opportunità għal ħafna nisa u tfajliet li aħna konna konvinti li qegħdin hemm barra u li l-politika verament tinteressahom. Il-bibien tal-PL miftuħin għal dawk kollha li jixtiequ jkunu involuti.” Min-naħa tagħha, Fenech semmiet kif din hi r-rivoluzzjoni li qed issir u vjaġġ li rridu nagħmlu biex naraw aktar tfajliet fil-politika. “Dan hu partit li joffri l-opportunitajiet. M’aħniex lesti li ningħalqu fina nfusna u nħarsu ’l quddiem li jkollna aktar nisa u rġiel li jersqu ’l quddiem, joffru l-vuċi tagħhom, jagħtu l-opinjoni tagħhom, għax hu b’dak il-mod li jkollna l-politika ħajja li tirrappreżenta l-poplu Malti u Għawdxi.” Stqarrija tal-PL qalet li dan kien is-sitt grupp tal-programm LEAD u mill-intervisti li saru, ħareġ biċ-ċar kemm dawn in-nisa għandhom ideat u sehem x’joffru lis-soċjetà hekk kif, bħala parti mill-applikazzjoni, ikunu mitluba jippreżentaw numru ta’ inizjattivi u minn hawn ħareġ kemm għandhom kontribut x’jagħtu lid-dinja politika.


07

28.11.2021

TINFETAĦ L-EWWEL ŻONA TAL-PARK NAZZJONALI Il-ħidma favur is-sostenibbiltà u l-pulmun aħdar, mera ta’ viżjoni ta’ Gvern Laburista, tkompli tagħti l-frott tagħha lill-poplu Malti u Għawdxi kollu. Dan għaliex fi tmiem din il-ġimgħa ġie inawgurat l-Adventure Park, l-ewwel żona minn sitta tal-proġett massiv u ambjentali, il-Park Nazzjonali Malti, l-akbar riġenerazzjoni li qatt saret f’Ta’ Qali. Proġett, jew aħjar, ħolma nazzjonali bħal din il-poplu Malti kien ilu snin twal għatxan għaliha, iżda issa pass pass minn fuq il-karta qiegħda ssir realtà, eżempju ieħor ta’ Gvern li jitkellem bl-azzjonijiet u mhux bil-fomm biss. Min għadu jistaqsi x’se jkun ifisser u għal xiex għandna nagħmlu enfasi fuq dan il-park u l-proġett li se jwassal għalih, it-tweġiba tiġi waħedha u b’mod naturali. Il-familji kollha ta’ pajjiżna se jkunu qed jingħataw għażla oħra fejn jistgħu jaqtgħu mir-rutina tas-soltu, jistrieħu ftit u jqattgħu l-ħin liberu tagħhom ma’ wliedhom fi spazju mgħammar bl-aqwa sigurtà u b’pulmun ħadrani permezz ta’ bosta siġar u pjanti. Fil-fatt, minn dan it-tmiem il-ġimgħa, din il-parti tal-park se tkun miftuħa għal kull min jixtieq iżurha b’bosta attivitajiet li żgur se jinżlu tajjeb mat-tfal.

Ta’ min ifakkar li s-sitt żoni tal-Park Nazzjonali Malti jinkludu l-Adventure Park, iż-żona għall-kunċerti fil-miftuħ, ilġnien formali, l-anfiteatru, il-picnic area u l-Farmers’ Market. Waqt li l-ħidma se tin­ tensifika, hu mbassar li fi ftit xhur biss oħra jinfetħu l-bqija taż-żoni fil-proġett. B’sigurtà meqjusa bħala l-ogħla prijorità, l-Adventure Park issa ngħatatlu dehra millġdid hekk kif sar spazju adekwat mgħammar b’tagħmir ġdid u modern u li hu anke aċċessibbli għal persuni b’diżabilità. Minbarra hekk, dan għandu l-faċilità li jitħaddem b’enerġija alternattiva u dik solari. Dan jagħmel dan l-ispazju wkoll aktar sostenibbli ambjentalment. Il-park jinkludi wkoll sistemi ġodda ta’ irrigazzjoni, ta’ dawl u faċilitajiet sanitarji. Fuq l-aspett estetiku, il-park ġie msebbaħ permezz ta’ tħawwil ta’ mijiet ta’ arbuxelli, fjuri u siġar ġodda. Dan hu biss il-bidu ta’ din l-akbar riġe­ nerazzjoni li qatt saret f’Ta’ Qali u fi ftit taż-żmien ieħor, se jwassal għal armonizzazzjoni ġdida fil-post hekk kif il-proġett mifrux fuq art ekwivalenti għal 60 grawnd tal-futbol jingħaqad b’mod ħolistiku u jintradd lura lill-poplu fl-akbar spazju aħdar għar-rikreazzjoni.


08

28.11.2021

INKOMPLU NIBNU PARTIT B’SAĦĦTU Bi tħejjija għall-aħħar maratona ta’ ġbir ta’ fondi għal din is-sena, dik li se ssir bħal-lum ġimgħa, tkellimna mal-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista GEORGE AZZOPARDI dwar it-tħejjijiet f’dan ir-rigward u x’jista’ jistenna l-poplu minn din l-attività importanti. Tlabna lil Azzopardi wkoll jispjega x-xogħol li kien qed isir f’dawn l-aħħar xhur biex il-Partit ikompli jiġġedded, anki meta wieħed iqis id-donazzjonijiet li jingħataw miċ-ċittadini individwali bħala investimenti fil-Partit li hu l-aktar qribhom. Dan biex dejjem ikun hemm verżjoni aktar strutturata, magħquda u, fuq kollox, moderna tal-Partit li jkun jista’ jibqa’ jaspira li jwettaq l-ambizzjonijiet ta’ poplu fil-ġejjieni. X’se jkunu qed jistennew in-nies ma­tul dan il-jum?

Nhar il-Ħadd li ġej il-Partit Laburista se jor­ga­nizza maratona ġbir ta’ fondi b’dif­ferenza. X’sinifikat għandha din il-maratona? Permezz ta’ din il-maratona ġbir ta’ fondi se nkunu qed nibdew intemmu sena li għalina kienet impenjattiva u fl-istess ħin mimlija mumenti li tawna ħafna sodisfazzjon. Sena li bħala partit fl-amministrazzjoni tal-pajjiż, ippreżentat l-isfidi tagħha u sabet partit magħqud aktar milli dejjem kien. F’din il-ġurnata se nkunu qed inħarsu lura lejn dak kollu li għaddejna minnu waqt li se sservina wkoll biex inkomplu nħejju ruħna għal li ġej. Il-5 ta’ Diċembru hu ċans ieħor li ninġabru flimkien bil-għan li nkomplu nsaħħu l-Partit, nagħlqu s-sena fuq nota tajba u nlestu għal sena mill-aktar importanti, dik li għandna quddiemna, fejn ċertament għandna sfida elettorali tistenniena u l-poplu jrid isibna lesti aktar minn qatt qabel. Għaliex “Inġeddu Malta Flimkien”? Din is-sena li qed tintemm użajnieha biex niġġeddu. Inġeddu l-istrutturi tal-partit, inġeddu l-operat, inġeddu l-mod kif inwasslu l-messaġġ u nġeddu l-mod kif naslu għand in-nies. Minflok m’għażilna li nħarsu lura biss kif għamilna fis-sena preċedenti fejn fakkarna l-100 sena tal-Partit, din is-sena użajnieha biex inħarsu ’l quddiem mhux biss lejn il-futur tal-partit imma fuq kollox lejn il-futur tas-soċjetà Maltija. M’għamilniex eżerċizzji kożmetiċi, anzi. Ħadna l-inizjattiva li niftħu beraħ il-bibien tal-partit, li nilqgħu fostna nies ġodda, inkluż ħafna u ħafna żgħażagħ, għamilna spazju għal kull min għandu l-ideat u jixtieq li jsemma’ leħnu. Nemmen li l-messaġġ wasal u s-sentiment ta’ tiġdid inftiehem u qed jinħass. Illum il-Partit Laburista huwa partit aktar b’saħħtu milli kien għax iffriska u ġġedded.

ġid tal-istess organizzazzjoni. Il-Partit Laburista hu xxurtjat li minn dawn isib ħafna, li jagħtu l-ħin, l-imħabba u saħħithom. Il-ħaddiema tal-Partit huma stru­ men­tali fil-mod kif naħdmu, imma l-kontribut tal-bqija tal-membri hu imprezzabbli. Huma l-istess voluntieri li bis-saħħa tagħhom isir ħafna xogħol li jżommu lill-Partit viċin ħafna tal-komunità f’kull belt u raħal madwar Malta u Għawdex u dak jagħmel differenza kbira fil-politika li jfassal il-Partit biex tkun waħda relevanti. Lil dawn in-nies nirringrazzjahom u lkoll jafu l-apprezzament tiegħi u tat-tmexxija kollha għall-ħidmiethom u għall-kontribut siewi tagħhom. Mingħajrhom tassew li dan il-Partit ma jistax ikun dak illi attwalment hu.

X’inhu s-sigriet biex f’xhur ta’ sfidi bla preċedent, il-Partit Laburista baqa’ Is-sehem tal-voluntieri fi ħdan il-Par­tit jmexxi bil-għaqal u jibni l-Partit ta’ Laburista, bla dubju, hu imprez­zabbli, għada? inkluż f’okkażjonijiet simili. X’mes­saġġ tgħaddi lil dawk il-mijiet li joffru l-għa- Proprju din, li baqa’ jisma’, ħa l-inizjatjnuna tagħhom mingħajr ma jistennew tivi kollha biex baqa’ viċin il-komunitaxejn lura? jiet kollha, u ħa l-miżuri neċessarji biex baqa’ relevanti anke għal nies b’fehmiet Il-voluntiera huma d-demm tal-partit. differenti, li ġejjin minn sfond differenti Kif naraha jien, li ġej minn snin ta’ attiv- u li għandhom introjtu differenti. iżmu, l-involviment tal-voluntieri huwa It-tendenza meta partit ikun fitparti essenzjali mill-politika tal-partit. tmex­xija tal-pajjiż hi li jinfena fit-taħ­ Id-diskors u l-komunikazzjoni, u l-bqija bit li ġġib magħha l-amministrazztal-operat amministrattiv, ma jgħaddix joni go­vernattiva u jitlef l-attenzjoni mingħajr is-sehem li jagħtu l-voluntieri. mit-tmexxija tal-partit. Minn dawn raPartit ma jistax jgħid li jinsab qrib in- jna diversi eżempji fl-istorja ta’ pajjiżna. nies mingħajr ma jkollu fih l-enerġija ta’ Aħna mexxejna b’mod differenti u, nies li jagħtu mill-ħin tagħhom għall- minflok, rajna li l-partit nikkonsoli-

dawh u nsaħħulu l-istrutturi tiegħu. Mhux talli ma ridniex nagħlqu l-bibien għal min għandu fehmiet differenti, talli għamilna enfasi li niftħu l-bibien beraħ u nagħmlu l-ispazju biex kulħadd iħossu komdu li jsemma’ leħnu fil-Partit Laburista. Dan hu li jpoġġi lill-Partit Laburista fuq quddiem biex ikompli jħalli marka fuq il-fasla tal-pajjiż għaż-żmien li ġej. Hija xi ħaġa li jinnutaw l-eluf u dak hu li qed ikompli jattira lejn il-Partit demm ġdid, nies mimlijin ideat ġodda, li jaraw fina l-post fejn jistgħu jħallu l-marka tagħhom fuq il-futur tas-soċjetà Maltija. Fuq kollox tul l-aħħar xhur il-Partit Laburista beda wkoll iħares lejn il-futur tiegħu bħala organizzazzjoni u bdejna nieħdu deċiżjonijiet importanti. Mingħajr ħafna daqq ta’ trombi fassalna u bdejna nimplimentaw pjan biex nimmassimizzaw il-proprjetà li għandu fi ħdanu l-Partit Laburista. Qabel xejn qed nimpenjaw ruħna li nagħtu ħajja u nagħtu użu lill-propjetà fi ħdan il-Partit biex din trendi u tagħti lura lill-komunità. Qed nagħmlu l-investiment neċessarju biex inkattru l-assi u fl-istess ħin immexxu b’mod aktar sostenibbli. Kif sar pubbliku ftit tax-xhur ilu, qegħdin ukoll nisimgħu lil min huwa interessat li jagħti valur lill-assi tal-Partit li għal snin twal qajla rendew. Bit-trasparenza, bid-diliġenza u bil-kawtela kollha meħtieġa dan il-pjan qed iwitti t-triq għall-futur li fih il-Partit jibqa’ jsir b’saħħtu u jibqa’ jikber b’mod sostenibbli. Il-frott ta’ dan ix-xogħol bdejna nsarrfuh diġà.

Illum in-nies draw xi ġġib magħha maratona ta’ dan it-tip. Se tkun ġurnata li tlaqqagħna flimkien, b’divertiment għall-familja kollha minn personalitajiet magħrufin fix-xena lokali li n-nies jistgħu jsegwu mill-kumdità ta’ darhom fuq l-istazzjonijiet tagħna. Il-familji huma mistiedna jiġu u jgawdu l-Villaġġ tal-Milied li qed isir għall-ewwel darba proprju quddiem iċ-Ċentru Nazzjonali Laburista fil-Ħamrun. Se tkun attrazzjoni ġdida, ħelwa u mill-aktar interessanti u li tista’ titgawda b’mod li jikkonforma mar-regolamenti stabbiliti. B’hekk se nkunu qed nibdew biċ-ċelebrazzjonijiet tal-festi minn tmiem il-ġimgħa li ġej. Matul il-jum se jkollna l-opportunità li nuru lin-nies dak li għaddejna minnu tul is-sena kollha u x’inhu mistenni li ġġib magħha s-sena li deħlin fiha. Se jkun hemm il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista u l-familja tiegħu flimkien magħna jitkellmu man-nies u jwasslu l-messaġġ tagħhom matul il-maratona. Fuq kollox kull min iżurna se jkollu ċ-ċans li jagħti dik id-donazzjoni li jista’ lill-Partit Laburista u jkun qiegħed jagħmel l-investiment tiegħu fil-Partit. X’inhu l-appell aħħari tiegħek għall-ġe­nerożità tal-poplu l-Ħadd li ġej? L-appell tiegħi hu sempliċi biex kull min jemmen li l-Partit Laburista jista’ jibqa’ jmexxi lil pajjiżna jeħtieġ li jagħti l-kontribut tiegħu b’kemm jiflaħ hu. Dan qatt ma kien il-partit tal-ħafna mingħand il-ftit, iżda kuntenti li nkunu l-partit tal-ftit mingħand il-ħafna. Dak dejjem iddistingwiena u dak dejjem wassal għal riżultati li konna sodisfatti bihom. Nassigura lil kulħadd li fi ħdan il-Partit teżisti r-rieda, teżisti l-enerġija u nemmen li n-nies din jarawhom, jinnutawhom u jħossuhom. Din id-darba l-Partit Laburista qed idur għal darb’oħra fuqkom, qed jitlobkom l-għajnuna tagħkom biex flimkien insaħħuh u nkomplu nibnu biċċa mill-futur għall-familji tagħna flimkien. Fuq kollox din hija l-aħħar maratona ġbir ta’ fondi għal din is-sena u hija x-xewqa tal-Partit Laburista li nagħlqu s-sena bil-kbir, biex tassew inħejju ruħna bl-aħjar mod possibbli għas-sena 2022, is-sena li fiha żgur se nkunu qed nerġgħu nduru fuq l-elettorat Malti u nitolbuh mill-ġdid il-fiduċja. Jekk trid li tara lill-Partit Laburista jibqa’ jattira u jikkonsolida l-fiduċja tal-maġġoranza, nistiednek li tgħinna b’dak li tista’. Nassigurak li kull għaj­nu­ na tagħmel differenza kbira.


09

28.11.2021

Fl-ewwel tliet kwarti tas-sena, l-iljieli li ċittadini lokali qattgħu f’lukandi u stabbilimenti ta’ akkomodazzjoni kollettivi oħrajn qabżu ċ-ċifra ta’ nofs miljun għall-ewwel darba fl-istorja. Waqt li dan kien 48% aktar milli kien fl-istess perjodu tal-2019, ifisser li essenzjalment kull sena minn meta faqqgħet il-pandemija, itturiżmu domestiku żdied bi kwart. Jirriżulta li fl-ewwel disa’ xhur tal-2021, kien hemm 181,563 każ ta’ residenti Maltin u Għawdxin li għażlu li jqattgħu mill-inqas lejl wieħed fi stabbiliment ta’ akkomodazzjoni kollettiva – 10% ogħla minn dak tal-istess perjodu tal-2020, u kważi kwart ogħla mill-2019. Minbarra hekk, meta wieħed iħares lejn il-postijiet li ntagħżlu minn ċittadini Maltin biex iqattgħu l-lejl tagħhom barra minn djarhom, isib li lukandi ta’ ħames u erba’ stilel flimkien jassorbu żewġ terzi fiż-żieda. Is-soġġorn medju fl-2021 kien ta’ tlett ijiem filwaqt li fl-2019 kien ta’ jumejn. Għalhekk, minbarra ż-żieda fin-numru ta’ turisti domestiċi, il-lukandi bbenefikaw ukoll minn ak-

komodazzjoni itwal. Waqt li l-istabbilimenti Għawdxin marru tajjeb ħafna, fir-realtà l-biċċa l-kbira taż-żieda fit-turiżmu domestiku kienet fil-lukandi Maltin. Minkejja dan, il-lukandi bbażati f’Għawdex huma f’pożizzjoni relattivament aħjar mil-lukandi Maltin, bir-rata ta’ okkupanza tagħhom tkun ta’ 71% meta mqabbel mal-livell tagħhom qabel il-pandemija. Ir-rata tal-lukandi Maltin kienet ta’ 43%. Għawdex irnexxielu mhux biss jikseb attività turistika domestika ogħla, imma, skont ċifri ppubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Is­ tatistika (NSO), saħansitra t-turiżmu barrani lejh irkupra wkoll aktar malajr. Ta’ min jinnota li din is-sena ż-żieda fitturiżmu lokali kienet akbar minn dik tal-2020. Dan seħħ minkejja li l-ammont ta’ vouchers li setgħu jintefqu fil-lukandi kien aktar baxx milli kien fis-sena ta’ qabel. B’hekk jidher li t-turiżmu lokali żied fil-popolarità, fattur li jista’ jkun jibqa’ anke wara li tgħaddi l-pandemija.

Ritratt: DANIEL MALINOWSKI

JINTLAĦAQ NOFS MILJUN LEJL TA’ TURIŻMU INTERN


10

28.11.2021

INVENZJONI LOKALI SE TGĦIN FL-GĦADAM Metall bijodegradabbli se jippermetti lill-ġisem ta’ pazjenti biex jiżviluppa mill-ġdid partijiet difettużi fil-qafas tiegħu Il-mediċina moderna tawlitilna ħajjitna, għalkemm din għandha l-prezz tagħha. Is-snin iktar li qed ngħixu jġibu magħhom diżordnijiet fil-għadam, fosthom ksur u tumuri. Bħala rimedju għal dawn il-problemi hemm bżonn għadam li jittieħdu minn partijiet oħra tal-ġisem. Soluzzjoni oħra hija impjant tal-metall permanenti jew ta’ xi attrezzi oħra, imma ma’ kull operazzjoni l-għadam disponibbli dejjem jibqa’ jonqos. Tim ta’ inġiniera u professjo­ nisti fil-mediċina fl-Università ta’ Malta u l-Isptar Mater Dei qed jaħdem fuq soluzzjoni alternattiva: scaffolds għall-għadam tal-metall imfassla għall-individwu, li jiddegradaw u jippermettu l-għadam tal-persuna nnifisha jikber mill-ġdid. Biex jinħolqu dawn l-impjan­ ti speċifiċi għall-pazjent, tim multidixxiplinarju mmexxi mill-Professur Inġ. Joseph Buhagiar, waħħad l-immaġni medika, il-printing tridimensjonali u l-metallurġija tat-trab. Dan il-proġett ‘BioSA’ huwa ffi­nanzjat mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (MCST) permezz ta’ “FUSION: Technology Development Programme” speċifikament immi­ rat għar-riċerka u l-innovazzjoni. Il-proċess jibda meta l-pazjent imur l-Isptar biex jieħu CT scan u permezz ta’ serje ta’ raġġi radjografiċi tiġi prodotta viżjoni tridimensjonali tal-għadma u d-difett fiha. Fuqha jinbena d-disinn tal-impjant speċifiku u uniku għall-pazjent permezz ta’ printers apposta. Buhagiar qal li “biex jinħoloq in-network li hemm bżonn ħalli nirreplikaw l-arkitettura tal-għadam uman hemm bżonn ta’ xogħol kbir u detaljat u dawn il-printers normali

Il-Professur Inġinier Buhagiar juri l-prodott finali mill-invenzjoni tal-Università ta’ Malta – l-impjant BioSA tridimensjonali m’għandhomx ir-riżoluzzjoni meħtieġa biex joħorġu dawn id-dettalji. Għalhekk għażilna li nużaw l-isterjolitografija li tuża lasers u polimeri likwidi biex jinħoloq il-mudell.” Kien waqt li kienu qed jiġu ttestjati polimeri differenti u tekniċi għall-printing tridimensjonali, li t-tim wasal biex joħloq “twaħħil” fil-galvu tal-iscaffold. Din kienet sejba millaqwa u wasslet biex fil-pass li jmiss il-metall b’forma ta’ trab jitwaħħal mal-galvu mingħajr kolla. It-trab tal-metall użat fih razzjonijiet speċifiċi ta’ ħadid, manganiż u fidda, riċetta li għadha qed tiġi rfinuta. Il-ħadid jagħti lill-iscaffold is-saħħa li għandu bżonn biex jgħin lillġisem. Il-manganiż jagħmel l-imp­jant li ma jinqabadx b’kala­mita; kwalità essenzjali għall-impjanti minħabba li

t-teknoloġija tal-immaġni taħ­ dem b’kalamiti mill-aktar qawwija. Il-fidda hi antibatterjali. It-taħlita tal-fidda u l-manganiż issaddad lill-impjant b’kemm hemm bżonn li tippermetti biex simultanjament l-għadam tal-pazjent jirriġenera u jirbaħ fuq dan l-impjant. Bħalissa t-tim jinsab fi proċess ta’ testijiet varji fuq l-impjanti ġodda. Qed isiru wkoll testijiet batterjali u ta’ tossiċità li s’issa qed jagħtu riżultati pożittivi ħafna. Il-pass li jmiss huwa li jinstab investitur għal din it-teknoloġija. Buhagiar saħaq li “issa wasal iż-żmien biex dan l-għarfien li nkiseb u l-proġett innifsu jgħaddi għal idejn oħrajn. Ilproġett BioSA għandu bżonn li jmur għand persuni li huma kapaċi jieħdu l-iscaffolds fi provi kliniċi fuq l-umani, biex xi darba narawhom użati biex itejbu l-ħajja tal-pazjent.”



12

28.11.2021

ABBOZZ NUMRU 250

EDWARD ZAMMIT LEWIS Ministru

F’Ġunju li għadda l-Ministeru li jien responsabbli minnu, dak għall-Ġustizzja u Governanza flimkien mal-Ministeru għall-Ġustizzja Soċjali, Solidarjetà, Familja u d-Drittijiet tat-Tfal ressqu abbozz fil-Parlament iffukat proprju biex jindirizza r-Reati Sesswali kontra l-Minuri. L-Abbozz huwa dak bin-numru 250, li jemenda liġijiet varji dwar reati sesswali u affarijiet li jirrigwardjaw il-minnorenni. Dan il-Gvern sa mill-bidu tal-ewwel leġiżlatura tiegħu ried li l-liġi mhux

tkun biss miktuba fuq karta iżda pprattikata b’ġustizzja xierqa, speċjalment fir-rigward ta’ min huwa vulnerabbli u bla vuċi. L-Abbozz 250 appuntu jindirizza dawn il-bżonnijiet. Filwaqt li l-liġi tibqa’ żżomm is-severità li dejjem għandu jkollha, il-Qorti xorta għandha tingħata d-diskrezzjoni sabiex tkun tista’ tqis u tevalwa aħjar iċ-ċirkostanzi tal-pieni bil-għan li jkunu raġonevoli skont il-fatti partikolari tal-każ. Fost l-emendi li qegħdin isiru hemm emenda oħra, liema emenda tittratta l-kalkolu tal-piena fejn ikunu jeżistu ċirkostanzi aggravanti, pereżempju abbuż ta’ sitwazzjoni familjari. Speċifikament, l-emendi jindirizzaw ukoll ċirkostanzi fejn il-persuni involuti f ’reat sesswali li jkunu ta’ età u ta’ livell ta’ maturità qrib xulxin, iżda waħda minnhom tkun minorenni, tiġi applikata d-diskrezzjoni tal-Qorti sabiex wieħed jevalwa l-att li f ’dik l-istanza qiegħed jiġi meqjus reat.

Preskrizzjoni itwal Dan l-aħħar Abbozz, jiffoka fuq il-bżonn li nestendu l-preskrizzjoni għar-reat ta’ abbuż sesswali fuq il-minuri. Dan sar billi aċċertajna li t-tali reat sesswali fuq il-minuri jkun estiż għal 20 sena flok 15-il sena. Dan sar sabiex inwasslu l-messaġġ ta’ kemm hu gravi każ ta’ reat sesswali li huwa komparabbli ma’ omiċidju volontarju. Il-preskrizzjoni ma tneħħietx għalkollox biex wieħed jaċċerta li jkun hemm ċertezza legali, liema prinċipju huwa wieħed ben stabbilit fid-dritt tagħna. Għalhekk iż-żmien tal-preskrizzjoni permezz ta’ dan l-Abbozz ser jibda jgħaddi minn meta l-vittma tagħlaq 23 sena u mhux 18-il sena. Tneħħija tal-minuri minn Malta Qed jiġi propost reat ġdid dwar it-tneħħija minn Malta ta’ minuri bi ksur ta’ ordni ta’ qorti jew ta’ xi awtorità. Dan ir-reat ġdid jaħseb ukoll dwar

it-tneħħija minn Malta ta’ minuri li jkunu taħt ordni ta’ ħarsien maħruġa skont l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Minuri. Persuna li twettaq dan ir-reat teħel, meta tinsab ħatja, il-piena ta’ priġunerija minn 13-il xahar sa tliet snin. Il-piena minima hija ta’ 13-il xahar sabiex ikun possibbli li jinħareġ Mandat t’Arrest Ewropew fl-eventwalità li persuna li twettaq ir-reat tkun siefret lejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. Żieda tal-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-minorenni Din iż-żieda fil-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Minorenni minn 16-il sena għal 18-il sena bil-fakultà li l-Qorti tal-Minorenni tkun tista’, fid-diskrezzjoni tagħha, tittrasferixxi l-ġurisdizzjoni tagħha lil qorti oħra fil-każ li minuri jiġi akkużat flimkien ma’ persuna oħra tal-età quddiem dik il-Qorti. Meta jsir trasferiment ta’ ġurisdizzjoni xorta jkunu jridu jittieħdu miżuri għall-protezzjoni tal-minuri bħal,

pereżempju, mill-pubbliċità.

protezzjoni

Aċċess għal kura psikjatrika Emenda importanti li jressaq dan l-Abbozz hija li jagħti s-saħħa lill-persuna li tkun għalqet l-età ta’ 16-il sena sabiex hi weħedha tiddeċiedi li tfittex il-kura psikjatrika u/ jew counselling. Din tindirizza realtajiet fejn minħabba sitwazzjonijiet ta’ diżgwit fir-relazzjonijiet bejn il-minuri u l-ġenituri tiegħu, il-minuri jispiċċa bla kura li tant ikollu bżonn minħabba nuqqas ta’ kunsens mill-ġenituri tiegħu. Din hija inizjattiva leġiżlattiva oħra tal-Amministrazzjoni ta’ Robert Abela li turi kemm il-Gvern hu sensittiv għal dawk li m’għandhomx vuċi fis-soċjetà tagħna bħal minorenni u kemm ser jimxi b’aktar id tal-ħadid ma’ min jabbuża minnhom. Fl-istess ħin, il-Gvern jagħti aktar diskrezzjoni lill-qrati tagħna sabiex mhux jippritkaw biss il-liġi, iżda jwettqu ġustizzja.

RESPONSABBLI IMMA REALISTIĊI

GEORVIN BUGEJA President ŻL

Matul din il-ġimgħa pajjiżna għamel pass ieħor importanti sabiex jimmodernizza l-liġijiet tiegħu filwaqt li b’responsabilità jkun jista’ jgħin lil dawk li huma l-aktar vulnerabbli. Meta f’Settembru tal-2020 ressaqna ’l quddiem pożizzjoni li forsi setgħet tinstema’ xi ftit ribelluża jew riskjuża, fir-rigward tal-kannabis, tkellimna għax konna nħossu li hemm bżonn bidla. Għamilna passi importanti fl-2014 bid-depenalizzazzjoni, iżda kien wasal iż-żmien li niddikriminalizzaw l-użu responsabbli tal-kannabis biex niġġieldu b’mod effettiv il-perikli li utenti bħalissa jaffaċċjaw wiċċhom magħhom. Ridna li pajjiżna

jaddatta għar-realitajiet tallum il-ġurnata meta għandna nies, mhux biss żgħażagħ, li qed ibatu, saħansitra b’riperkussjonijiet familjari u fuq l-impjiegi tagħhom fost l-oħrajn. Ridna li niġġieldu s-suq l-iswed, filwaqt li noffru soluzzjoni għal min jixtieq li jikkonsma b’serħan ilmoħħ. Sodisfatt ħafna li dak li llum hemm fl-abbozz kienu proposti li ressaqna ’l quddiem bħala Żgħażagħ Laburisti fil-konsultazzjoni

pubblika li għamel il-Gvern. Għaliex tabilħaqq, konsultazzjoni pubblika saret. Ċert li għal darb’oħra qegħdin fuq in-naħa t-tajba tal-istorja għaliex in-nies tkellimna u qed tifhem il-bżonn ta’ din ir-riforma. Nistgħu nħallu aktar nies jitilfu l-karriera tagħhom għal joint? Nistgħu nħallu aktar nies jirriskjaw li jitwarrbu mis-soċjetà għal għażla personali? Nistgħu nħallu aktar persuni għal riħhom u ma nagħmlu xejn? Le.

B’hekk imma qed nippromwovu l-użu tas-sustanzi? Le. Bl-ebda mod ma rrid infisser li dan li qed nagħmlu għandu l-għan li jġiegħel jew iħeġġeġ lin-nies jikkonsmaw il-kannabis. U dan hu l-ispirtu tal-abbozz ta’ liġi li din ilġimgħa għadda mit-tieni qari fil-Parlament. U kien għalhekk li flimkien mal-għaqda Releaf morna fil-Pjazza ta’ quddiem il-Kamra tar-Rappreżentanti – biex nuru l-appoġġ tagħna għal din il-liġi. Kont hemm ukoll iżda għax

ridt li bħal f’mumenti storiċi oħra niftakar dan il-pass importanti fl-istorja tal-pajjiż bl-aktar mod ċar. L-Oppożizzjoni tħawdet u żbaljat meta għażlet li tippolitiċizza din id-diskussjoni. Żbaljat meta minflok nies rat numri jew saħansitra voti u bdiet titkellem b’ton populista biex tipprova tingħoġob ma’ kulħadd. Illum iżda nafu r-realtà x’inhi. Min tassew jemmen f’dak li qed jgħid u jagħmel u min għadu lanqas qabad irkaptu tal-politika – li aħna qegħdin fiha biex niżguraw il-bidla, inġeddu lil pajjiżna filwaqt li ngħinu lin-nies. Fiż-żmien li ġej, dan l-abbozz għandu jsir liġi. Minn hemm, nappella li bħala soċjetà nkunu responsabbli ta’ għemilna. Filwaqt li nibqgħu nisħqu fuq l-effetti li d-droga tħalli fuq il-persuna ma nistgħux nibqgħu nwarrbu l-potenzjal ta’ persuni validi mis-soċjetà. Fiż-żmien li ġej irridu nkomplu nkunu kuraġġużi biżżejjed biex ilkoll flimkien inkomplu nġibu l-progress li s-soċjetà tagħna ilha tant titkarrab għalih u li hu biss Gvern Laburista li dejjem ikollu l-kuraġġ li jagħmel dawn il-passi ’l quddiem.


13

28.11.2021

INKOMPLU NGĦOLLU L-LIVELL F’SVP

MICHAEL FARRUGIA Ministru

Wara li f’dawn l-aħħar xhur inawgurajna numru ta’ binjiet infrastrutturali u ġew introdotti sensiela ta’ servizzi ġodda għar-residenti f’San Vinċenz de Paul, il-viżjoni talGvern se tkompli titwettaq permezz ta’ pixxina terapewtika u gym state-of-the-art fil-blokok il-ġodda ta’ San Vinċenz de Paul. Permezz ta’ investiment ta’ €350,000 il-Gvern qed jindirizza ħtiġijiet differenti tal-anzjani filwaqt li tkun

sostnuta l-anzjanità attiva f’ambjent li jaħseb ukoll għall-anzjani bid-dimensja. Dan il-kunċett uniku f’San Vinċenz de Paul jinkludi gym ta’ aktar minn 200 metru kwadru u pixxina terapewtika li hija akbar minn 880 metru kwadru. Pixxina maqsuma fi tliet partijiet li fihom aktar minn 120 metru kubu ta’ ilma u se jintużaw għal terapija fl-ilma, fiżjoterapija u terapija okkupazzjonali. Servizzi

alternattivi li jgħollu l-livell tas-saħħa mentali, psikoloġika u fiżika tar-residenti u aktar tard anke tal-anzjani fid-djar tal-anzjani f’Malta u dawk li jgħixu fil-komunità. Dan il-proġett b’karatteristiċi uniċi fil-bini l-ġdid, apparti l-ispazju adekwat fil-kmamar tar-residenti, li jaqbeż il-linji gwida minimi nazzjonali, sar wara konsultazzjoni mal-esperti tekniċi dwar l-aċċessibilità

għall-anzjani. Fil-fatt, il-proġett jinkludi l-għajnuna kollha adekwata, fosthom rampi li jwasslu għall-pixxina, railings, waterproof wheelchairs, paranki u faċilitajiet sanitarji. Karatteristika unika taż-żona tal-pixxina hija l-parti li ġiet ippjanata speċifikament għal anzjani li jbatu minn inkontinenza, maħduma speċifikament għal residenti dipendenti ħafna li

m’għandhom l-ebda kontroll. Minħabba li dan huwa servizz ġdid f’San Vinċenz sar taħriġ apposta lill-fiżjoterapisti li se jkunu qed joffru t-taħriġ lill-anzjani. Bħala taħriġ, ipprovdejna s-servizz ta’ professur minn barra pajjizna, li kien wieħed mill-pijunieri tal-hydrotherapy, li waqqaf diversi pixxini barra minn Malta, fosthom fl-Indja u fl-Iżvizzera, biex iħarreġ id-dipartiment kollu. Inkomplu nwettqu aktar titjib fl-infrastruttura u s-servizzi għall-anzjani f’pajjiżna fix-xhur li ġejjin permezz ta’ investiment ta’ madwar €100 miljun f’tiġdid ta’ swali u xiri ta’ apparat modern fosthom ftuħ ta’ Day Hospital u Intermediate Care Ward u CT Scanner. Gvern li permezz tal-ħidma kontinwa tiegħu jkompli jibni fuq id-diversi inizjattivi li ddaħħlu fl-aħħar snin biex iżomm lill-anzjani fiċ-ċentru tal-ħidma tiegħu permezz talaqwa kura ħolistika ta’ kwalità.

IL-ĠLIEDA KONTRA L-VJOLENZA

JOSIANNE CUTAJAR Membru Parlamentari Ewropew

Din il-ġimgħa, proprju fil25 ta’ Novembru, bdew is16 il-jum t’attiviżmu kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru. Forsi ssib min jgħidlek imma dan mhux suġġett antik, għalfejn qed tibqgħu titkellmu fuqu? Ir-risposta hi waħda ċara: ċertament li rridu nibqgħu nitkellmu fuq aktar kuxjenza u ħidma fuq il-vjolenza domestika, pjaga soċjali li ilha magħna s-snin u li sfortunatament għadha waħda ħajja fi żminijietna. Niftakru li l-vjolenza domestika tista’ tilħaq lil kulħadd inkluż ġewwa d-dar, fis-skiet, fejn il-vittma jaf issibha diffiċli biex titlob għall-għajnuna. Ngħiduha kif inhi, hija diffiċli ħafna li

tirrapporta lir-raġel tiegħek jew lill-partner, speċjalment meta jkun xi ħadd li qattajt nofs ħajtek miegħu jew magħha, aħseb u ara meta jkollok it-tfal mal-istess persuna. Il-verità madanakollu tibqa’ li l-vjolenza qatt u qatt mhi aċċettabbli, u l-fatt li tkun tgħix mal-istess persuna u tkun drajtha mhuwa qatt skuża biex tuża l-vjolenza biex tieħu u tagħmel dak li trid. Minn hawn nixtieq nappella lil dawk kollha li forsi sabu ruħhom f’sitwazzjoni bħal din: tibżgħux tistaqsu għall-għajnuna. Is-servizzi hemm qegħdin; agħmlu kuraġġ u agħmlu użu minnhom. Sitwazzjoni ta’ vjolenza domestika tista’ tagħmel ħażin lit-tfal daqskemm tagħmel ħażin lill-ġenituri, u għaldaqstant jekk titolbu l-għajnuna ser tkunu qed tagħmlu ġieħ ukoll lil uliedkom, apparti li tkunu qed tagħmlu ġieħ ukoll lilkom infuskom. Malta għandna diversi ċentri li joffru għajnuna lil kull min ifittixha f’dan ir-rigward. Insemmi pereżempju l-fatt li ftit tax-xhur ilu, kelli l-okkażjoni nsir naf aktar it-tbatijiet reali li jgħaddu minnhom il-persuni milquta meta flimkien mal-Ministru Michael Falzon, żort iċ-Ċent-

ru Għabex, xelter t’emerġenza li jilqa’ lill-vittmi tal-vjolenza domestika u lit-tfal tagħhom. Nieħu gost nara wkoll li l-Kummissjoni Ewropea, grazzi anke għall-impenn tal-Kummissarju Helena Dalli, baqgħet għaddejja b’ħidma fis-settur tal-vjolenza domestika. Aktar kmieni dan ix-xahar kelli l-okkażjoni li nattendi esebizzjoni li ġġib l-isem ta’ “What are you Wearing”, fil-bini tal-Kumissjoni Ewropea fi Brussell. Okkażjonijiet bħal dawn iservu biex ikomplu jżidu l-għarfien fuq issuġġett, bil-messaġġ ikun li irrispettivament mill-persuna x’inhi liebsa, f’liema qagħda qiegħda jew mill-ġeneru tagħha, il-vjolenza - inkluża dik sesswali - mhi qatt aċċettabbli. Din il-ġimgħa kellna wkoll dibattitu apposta mhux biss fil-plenarja tal-Parlament Ewropew, iżda wkoll fil-Grupp tas-Soċjalisti u Demokratiċi fejn sħaqt li filwaqt li rridu nkomplu naraw li jkollna l-liġijiet neċessarji - inkluż fuq livell Ewropew - irridu wkoll naħdmu fuq l-infurzar u servizzi ta’ sapport adekwati lil dawk milquta. Dan anke permezz ta’ kollaborazzjoni aktar b’saħħitha mal-għaqdiet mhux governattivi.

Sfidi miġjuba mill-pandemija Ma nkun qed ngħid xejn ġdid jekk ngħid li tul il-pandemija, rajna d-dħul ta’ lockdowns bl-intenzjoni li jwaqqfu t-tixrid tal-mard. Biss però, dawn il-miżuri kellhom ukoll effett fuq każijiet ta’ vjolenza domestika, bi statistika turi li għalkemm l-edukazzjoni qed tkompli tiżdied, is-sena tal-pandemija rat aktar rapporti ta’ vjolenza domestika. Naturalment, jekk in-nies jaħdmu mid-dar, u jekk kollox isir mid-dar 24 siegħa kuljum, mela allura ċ-ċans li jkun hemm vjolenza domestika jispiċċa jiżdied. Din hija xi ħaġa li indubjament trid tiġi indirizzata llum qabel għada, kemm permezz ta’ aktar kampanji li jkomplu jgħallmu, imma wkoll permezz ta’ faċilitajiet u servizzi li jagħmluha aktar faċli lin-nies biex jirrapportaw dawn il-każijiet. Sfortunatament, meta tkun qed tgħix taħt l-istess saqaf 24 siegħa kuljum, ikun aktar diffiċli biex isir rapport bl-aggressur għassa tal-vittma. Ma nistax allura ma nenfasizzax l-importanza tal-aċċess għat-teknoloġija u l-internet, kif ukoll tal-ħiliet diġitali f’dan kollu. Illum il-ġurnata, it-teknoloġija għamlitha pos-

sibbli li permezz t’għafsa ta’ żewġ buttuni, wieħed kapaċi jibgħat messaġġ u jfittex l-għajnuna. Tkun ħasra għaldaqstant jekk it-teknoloġija ma tintużax anke f’każijiet bħal dawn, fejn verament tista’ tkun ta’ għajnuna. Mard rari Din il-ġimgħa fil-Parlament Ewropew tkellimna wkoll fuq kawża importanti oħra: dik tal-mard rari. L-istatistika turi li Malta għandna madwar 25,000 u 30,000 ruħ li jbatu minn mard ikkunsidrat rari, u dmirna hu li lil dawn il-persuni ngħinuhom bl-aħjar mod possibbli. Madwar l-Ewropa hemm il-miljuni. Fl-intervent tiegħi sħaqt dwar l-importanza ta’ aktar kollaborazzjoni fis-settur u l-importanza ta’ strateġija Ewropea fir-rigward. Irridu nsaħħu d-data iżda wkoll l-aċċessibilita’ għad-dijagnosi u l-mediċina; irridu ntejbu s-sistemi tassaħħa tagħna ħalli nkunu nistgħu noffru aktar servizzi lil nies li jbatu b’mard rari. Il-pajjiżi, inkluż dawk Ewropej ma jiġux iġġudikati, fuq kif iħarsu l-aktar nies b’saħħithom, daqskemm jiġu ġġudikati b’kemm iħarsu dawk l-aktar vulnerabbli.


14

28.11.2021

PJAN EKOLOĠIKU GĦAL MALTA Disinjatur-perit rinomat minn jeddu jiżvela proposti dwar kif pajjiżna jista’ joħroġ mill-kriżi tal-klima Il-kriżi tal-klima mhix fenomenu li qatt ma smajna bih. M’għadux biżżejjed li nkunu nafu biss x’inhuma l-effetti detrimentali tat-tibdil fil-klima. Wasal iż-żmien li nifhmu sew li ma fadlilniex ħin nistennew. Wasal iż-żmien li nieħdu azzjoni minnufih

Jonathan Mizzi, direttur u fundatur ta’ Mizzi Studio, kumpanija rinomata internazzjonalment, żvela strateġija komprensiva u viżjonarja għal futur iktar ekoloġiku f’Malta. Mizzi ta soluzzjonijiet għal “Iddisinjar tal-Umanità ’l Barra minn Kriżi Klimatika” (“Designing Humanity out of a Climate Crisis”) fi preżentazzjoni li saret dan l-aħħar fl-Università ta’ Malta. Il-ħsibijiet u l-proposti tiegħu tfasslu wara li fl-aħħar jiem tqajjem l-allarm fil-konferenza talĠnus Magħquda dwar it-tibdil fil-klima (COP26) fi Glasgow. Mizzi żvela l-ideat tiegħu dwar kif Malta tista’ tibda tiżviluppa l-ambjent mibni u naturali tagħha b’mod differenti – infrastrutturalment u emozzjonalment – bi sforz biex tindirizza l-eventwalità klimatika mbassra tad-dinja. Hu jirreferi għall-fatt li issa, globalment, qegħdin fl-aktar 10 snin li se jkollhom konsegwenzi serji fuq il-bniedem u jgħid li “dak li nagħmlu bejn l-2020 u l-2030 se jiddetermina l-futur tal-ispeċi tagħna. Bħala bnedmin, irridu nevolvu mill-mentalità ta’ li nafu, għal waħda fejn nifhmu verament, waqt li nittamaw u nixprunaw l-azzjoni.” Mizzi tkellem mill-esperjenza personali tiegħu, fejn minn Londra mar jgħix f’dar f’Tas-Sliema. Fl-opinjoni tiegħu, l-iżvilupp żejjed tal-bini ħa preċedenza fuq il-wirt naturali u l-karattru

tal-gżejjer tagħna u kif l-għadd kbir ta’ karozzi fit-toroq żiedu t-tniġġis tal-arja u l-istorbju f’livelli ħżiena għas-saħħa. Waqt it-taħdita fl-Università, Mizzi jipprovoka l-ħsieb bil-mistoqsija ta’ x’se nagħmlu biex noħorġu lilna nfusna mill-kriżi tal-klima. It-tweġiba tiegħu hi li mmexxu bit-tama. Id-disinjatur jitkellem b’fiduċja dwar il-ħila li Malta tkun fuq quddiem nett ta’ dan kif ukoll tkun sors ta’ ispirazzjoni biex issolvi t-tibdil fil-klima – billi tbiddel il-gżira f’waħda li ż-żgħażagħ iridu jgħixu fiha. Ħames elementi Mizzi identifika ħames elementi ewlenin meħtieġa biex tiġi miġġielda l-kriżi: jinqatgħu ċerti tipi ta’ emissjonijiet, jitnaqqsu emissjonijiet oħrajn, tiġi indirizzata l-popolazzjoni żejda, tintuża ekonomija ċirkulari waqt li titranġa u tissaħħaħ l-infrastruttura tagħna. Kompla jispjega kif bħala studio, it-tim tiegħu jemmen fil-poter tal-arkitettura biex iħalli impatt soċjali u ambjentali pożittiv, u jaħdem biex iżid il-valur tanġibbli, itejjeb il-benesseri, jagħmel l-isfera pubblika isbaħ u iktar b’saħħitha, permezz tal-proġetti tiegħu.


15

28.11.2021

Fil-preżentazzjoni, semma l-proposta tal-‘Malta Bus Reborn’ li l-istudio ħareġ biha fl-2019. Id-disinn tax-xarabank tradizzjonali modern għandu l-għan li jtejjeb l-effiċenzja ambjentali tal-flotta attwali Maltija li titħaddem bid-diesel, waqt li jinġieb lura l-karattru uniku Malti marbut mat-trasport pubbliku. Servizz ta’ tal-linja rapidu Mizzi ppreżenta wkoll l-ewwel proposta infrastrutturali tiegħu f’erba’ partijiet, li hi servizz ta’ tal-linja rapidu u li tkompli mal-viżjoni tiegħu li tnaqqas in-numru ta’ karozzi mit-toroq Maltin, b’mogħdija li tagħti d-dritt tal-passaġġ lill-karozzi tal-linja fit-toroq arterjali kollha tal-gżejjer. Skont hu, dan jgħin biex it-traġitti tas-servizz pubbliku jkunu iktar effiċjenti, waqt li jikkawża tfixkil minimu f’ħajjet in-nies. Ir-raġuni għala ħafna min-nies ma jużawx ilkarozzi tal-linja hi minħabba d-dewmien fit-traffiku. Mizzi spjega li jekk in-nies ikollhom rashom mistrieħa li t-traffiku se jkun iktar mexxej għallkarozzi tal-linja, in-nies iktar jitħajru jużaw it-trasport pubbliku milli l-karozzi privati tagħhom. L-argument tiegħu kien li għal kull karozza tal-linja, se jitneħħew 40 karozza mit-toroq ta’ Malta. B’madwar 420,000 karozza fit-toroq Maltin, Mizzi spjega kif dan jissarraf f’nofs miljun metru kwadru ta’ vetturi, b’ħafna minnhom ipparkjati 96% tal-ħin tagħhom. Żied jgħid li meta tqis li hu ġej minn familja li jimpurtaw il-karozzi, il-proposta tiegħu biex jitnaqqsu l-karozzi fit-triq għandha tittieħed bis-serjetà.

tija għaċ-ċiklisti – soluzzjoni infrastrutturali li titwaħħal fit-toroq u li toffri liċ-ċiklisti u dawk li jużaw l-iscooters sigurtà fit-toroq arterjali. Il-pjattaforma hi mfassla b’teknoloġija solari fiha nnifisha biex taħżen enerġija nadifa, waqt li jinħoloq ambjent li jrawwem il-bijodiversità. “Li qed nagħmlu hawn hu li nipprovdu lqugħ mill-elementi liċ-ċiklisti waqt li nużaw il-qawwa tagħhom u tax-xemx u nagħtu lura enerġija nadifa lill-grid,” spjega Mizzi. “Qed nilqgħu l-ilma u qed nipprovdu linja biex innaddfu l-arja, waqt li nipprovdu ambjent tajjeb għan-naħal u l-gremxul. L-aħjar ħaġa dwar din is-sistema hi li tista’ tinħadem xi mkien u mbagħad titwaħħal lesta fuq il-post b’interruzzjoni minima fit-toroq tagħna,” żied Mizzi. It-toroq lura lin-nies Minbarra t-toroq arterjali, Mizzi ta soluzzjonijiet ukoll għal kif it-toroq fl-irħula f’Malta u Għawdex jistgħu jitranġaw biex jinbidel il-futur tal-klima filpajjiż. Dawn inkludew proposti ta’ kif jistgħu jiġu ristrutturati toroq li jkollhom bilanċ bejn mogħdijiet għall-mixi u toroq għall-karozzi. Il-proposti tiegħu jinkludu toroq imżejna bissiġar biex ibaxxu t-temperatura – temperatura medja ta’ 37°C fis-sajf tista’ tinżel għal 27°C b’din is-sistema. Din se ssir essenzjali għall-ħajja fl-2050 fejn hu maħsub li mewġiet ta’ sħana aktar spissi se jtellgħu t-temperatura għal 50°C. Din mhux biss toffri vjaġġar sigur bil-mixi u bir-roti, imma tħeġġeġ ukoll attività fiżika, li twassal għal titjib ġenerali fil-benesseri mentali u fiżiku tan-nies.

Linja elevata u mgħottija għaċ-ċiklisti

Aktar arja nadifa

Alternattivi oħrajn diskussi kienu ċ-ċikliżmu, l-iscooter, jew il-mixi, iżda Mizzi nnota li l-infrastruttura tat-toroq lokali ma tippermettix modi alternattivi ta’ trasport li huma siguri. Is-soluzzjoni tiegħu għal vjaġġar sigur fit-toroq arterjali f’Malta u Għawdex għal darb’oħra daret ma’ disinn immexxi min-natura. Mizzi introduċa kunċett ta’ linja elevata mgħot-

B’sistema li tħeġġeġ trasport pubbliku, mixi u użu tar-roti, Mizzi jsostni li l-użu ta’ karozzi privati żgur jitnaqqas, speċjalment jekk fil-futur in-nies jibdew jużaw il-karozzi awtomatizzati bejniethom. Din is-sistema ġdida toffri l-opportunità li tbattal spazji li qabel kienu jintużaw minn karozzi pparkjati, bit-tir li dawn jinbidlu f’parks, u b’hekk jagħtu l-ħajja kif ukoll arja nadifa lill-komunità.

Qed nilqgħu l-ilma u qed nipprovdu linja biex innaddfu l-arja, waqt li nipprovdu ambjent tajjeb għan-naħal u l-gremxul. L-aħjar ħaġa dwar din is-sistema hi li tista’ tinħadem xi mkien u mbagħad titwaħħal lesta fuq il-post b’interruzzjoni minima fit-toroq tagħna


16

28.11.2021

SEHEM UGWALI FIL-ĦAJJA POLITIKA

CATHERINE FENECH Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali tal-PL

Ilbieraħ ġie varat is-sitt programm ta’ LEAD fejn numru sabiħ ta’ tfajliet u nisa se jersqu għal kors li se jlaqqagħhom mad-dinja politika fil-prattika u b’mod ħaj. Fil-programmi preċedenti kienu mijiet ta’ tfajliet u nisa li għamlu dan il-programm fejn rajna li 40% minnhom daħħlu fil-verità fid-dinja politika u kkontestaw elezzjoni lokali, ġenerali jew tal-Ewropa kif ukoll diversi impenjaw ruħhom fil-ħidma politika fi ħdan l-istrutturi diversi tal-Partit Laburista. LEAD mhux sempliċi kors ieħor, mhux intenzjonat biex jagħti lectures u l-parteċipanti qegħdin hemm biss biex jisimgħu. Il-programm LEAD joffri livell għoli ta’ integrazzjoni, diskussjoni u parteċipazzjoni diretta u intensiva bejn il-parteċipanti hekk kif jieħdu sehem f’workshops, dibattiti, diskorsi u kitbiet ta’ artikli fuq ġurnali diversi. LEAD aktar milli huwa kors dwar it-tħaddim tal-politka, huwa opportunità eċċezzjonali sabiex min hu mħajjar għall-politika, ikun iggwidat u mogħti l-għodda meħtieġa sabiex jifforma f’persuna li kapaċi tagħti kontribut fil-ħajja pubblika kemm politika kif ukoll lil hinn minnha. Il-parteċipazzjoni fil-politika ma jfissirx biss li tikkontesta elezzjoni. Hemm diversi ħidmiet fi ħdan l-istrutturi interni u fergħat tal-partit li l-parteċipanti ta’ LEAD għandhom l-opportunità li jesperjenzawhom u jagħtu l-kontribut tagħhom. Jiena stess prodott ta’ dan il-programm. Għalkemm nistqarr li parteċipazzjoni f’elezzjonijiet mhumiex l-aspirazzjoni aħħarija tiegħi, avolja qatt ma neskludi xejn fil-futur. L-interess u l-ħeġġa, wassluni sabiex infittex li nipparteċipa u naħdem f’diversi strutturi tal-partit minn kumitati lokali, Fondazzjoni IDEAT, opinjonista fuq ġurnali, ħidma fl-uffiċċju elettorali tal-partit, l-Eżekuttiv Nazzjonali tal-Partit u llum il-ġurnata Segretarju tal-Eżekuttiv Nazzjonali, waħda mill-ogħla karigi u ta’ responsabbità fl-Amministrazzjoni tal-Partit. Sabiex nagħti l-massimu fil-ħidma, LEAD kien strumentali sabiex nikseb ilħiliet u nitgħallem inżewweġ l-entużjażmu tal-lealtà, it-twemmin fil-prinċipji fundamentali, it-tkebbis tal-imħabba lejn il-partit flimkien mal-professjonalità meħtieġa f’kull ħidma li niġi fdata biha. L-isbaħ esperjenza fil-programm nistqarr

li kienet l-integrazzjoni ma’ tfajliet u nisa oħra. Kelli l-opportunità li nsir naf nisa tassew interessanti, naħdem u nitħaddet magħhom, naqsmu l-esperjenzi u l-ideat, bnejna relazzjoni ta’ ħbiberija li mmaturat u kibret wara li ntemm il-programm, tgħallimna minn xulxin u offrejna l-aqwa talenti tagħna lil xulxin. Il-parteċipazzjoni tal-mara fil-politika hija kruċjali għas-soċjetà. Mhux aċċettabbli li fuq kull livell, kemm dak ta’ partit u kemm fuq bażi Parlamentari id-defiċit bejn il-ġeneri huwa wieħed drastiku. Għaqli ferm kien il-pass millGvern preżenti li introduċa l-liġi li qed twassal għal rappreżentana iktar ugwali bejn l-irġiel u n-nisa fl-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż. Madanakollu, fl-opinjoni tiegħi għad fadal passi oħra sabiex verament nassiguraw li niffaċilitaw aktar l-opportunitajiet sabiex il-mara tipparteċipa aktar fil-ħajja pubblika u politika. L-interess huwa kbir, il-ħajra hija sostanzjali, imma bosta anki bil-liġi li tassigura rappreżentanza aktar ugwali bejn is-sessi, xorta jibqgħu lura li jagħmlu l-pass. Mara b’karriera u li hija wkoll omm diġà għandha ġurnata mimlija daqs bajda u titħabat sabiex tara li toħloq il-bilanċ bejn iż-żewġ rwoli tagħha. Din hi l-verità li ħadd ma jista’ jinnega li teżisti f’soċjetà li għadha pjuttost patrijarkali. Nemmen li bl-introduzzjoni ta’ Parlament fejn jagħti l-opportunità li l-Membri Parlamentari jingħataw l-għażla li jkunu Membri Parlamentari full-time u b’hekk il-Parlament jiltaqa’ filgħodu, ħafna nisa se jħossu ħeġġa akbar naturali sabiex jikkontestaw elezzjoni u jkunu Membri Parlamentari. Dan ikun tassew pass storiku fil-qasam politiku ta’ pajjiżna, kisba li mhix ta’ ġid biss għall-mara imma wkoll bl-istess kejl għar-raġel, għax ir-raġel ukoll ikollu l-opportunità li jkun Membru Parlamentari full-time, joħloq bilanċ bejn il-karriera u l-familja, għax il-familja mhix tal-mara biss imma hi responsabbiltà ugwali bi dmir u bi dritt.

LEAD aktar milli huwa kors dwar it-tħaddim tal-politika, huwa opportunità eċċezzjonali sabiex min hu mħajjar fil-politika, ikun iggwidat u mogħti l-għodda meħtieġa sabiex jifforma f’persuna li kapaċi tagħti kontribut fil-ħajja pubblika kemm politika kif ukoll lil hinn minnha

Sur Editur, Kulħadd kelma waħda Sur Editur! Li l-Kap tagħhom ma tista’ assolutament xejn toqgħod fuqu. Daqqa jgħid mod, daqqa jikkontradixxi lilu nnifsu, daqqa jgħid mod ieħor dwar l-istess ħaġa. Ma nafx jien! Taħwida kannabisjana għal ġol-ħajt. Għax anki din tal-kannabis. Imma Maria Madalena, qas jafu x’qed jagħmlu! Min iħawwad l-iktar minnhom kollha, bl-akbar taħwid ġej mill-one and only u allaħares ikun hawn ieħor, il-Kap tal-partit tagħhom. Li naf huwa li bit-taħwid li ħawdu dwar din tal-kannabis, Bernard tagħhom huwa inqas kredibbli dwar din il-kwistjoni u dwar kulma joħroġ minn fommu. Vera qed jagħtih pariri tajba u fassallu strateġija tajba dak li kien mal-Hatin’Malta u Hatin’Labour il-Pellegrin. Min jaf qabel jorqod, kemm jitlob il-Kap tagħhom, talli f’ħajtu daħal il-Pellegrin. “Oh Ġesu, xi grazzja tajtni, bil-Pellegrin li daħal f’ħajti. Kont qed sew u ġibtni ottu, kulma għandna qed infottu”. Imma! Imbagħad Sur Editur, kultant meta jkolli l-pressjoni baxxa, biex intellagħha ftit, noqgħod inqalleb ftit il-paġna tal-aħba­rijiet tax-xibka tal-gideb, in-NET. U balleċ! Rajt aħbar li sammritni. Diskors ta’ Ivan dak li kien magħna, u kien jidher fuq it-televixin tagħna u jinstema’ fuq ir-radju tagħna u issa qiegħed fil-Parlament magħhom. Dan l-għaref qal li l-mod kif il-Gvern Laburista jaħseb l-iktar finnies tal-qalba tiegħu u ma jagħtix kas il-ħtiġijiet tas-soċjetà juri kemm il-PL jaħdem biss fl-interess tal-ftit. Din ikkupjajtha kelma b’kelma, Sur Editur. Ieħor qiegħed sew dan. Ma jiġġeddu qatt dawn in-nies. Kif dejjem ngħid, diska mġenġla li ilhom għaddejjin biha snin kbar, tathom telfa wara oħra u jibqgħu għaddejjin bl-istess diska mġenġla. Dan l-għaref ma jaqrax iċ-ċertifikati tal-Aġenziji Internazzjonali għandu jkun. Dawk li mhumiex ikkakkmati f’politika partiġjana u allura jaraw l-affarijiet kif verament huma. Għax kieku ma jitkellimx hekk. Issa dan jaf mill-passat tiegħu l-qalb tal-partit tagħna fejn tħabbat. Allura kollu paroli fil-vojt tiegħu dan. Imbagħad komplejt inqalleb u rajt x’qalet il-Komodini. Kelma b’kelma oħra din: Fil-Parlament Therese Comodini Cachia tkellmet dwar il-mibegħda fil-kitba u qalet li din tħeġġeġ il-vjolenza u l-ħażen. And so say all of us, Komodini. Nittama li din ma tikklassifikax il-mibegħda li jiktbu dawk li jaħsbu li huma l-krema tas-soċjetà u dawk li jaħsbu li huma l-elite ta’ Malta u li hemm madwarha, bħala espressjoni ta’ opinjoni u dak li niktbu aħna bħala mibegħda ħamalla. Iva ta. Hemm hi. Sentenza tagħha wkoll din, kelma b’kelma: Hi semmiet l-użu ta’ profili foloz u spjegat kif membri tas-soċjetà ċivili kienu attakkati fuq l-istazzjon Laburista. Kemm hi ħelwa din Komodini! Qed tara. Aħna tal-Labour biss nagħmluhom dawn l-affarijiet. Aħna nattakkaw lill-membri tas-Soċjetà Ċivili ta’ għajni. Ara n-Nazzjonalisti ma jattakkawniex. Mur sib Gwardarobba u nħeba fiha, Komodini! U ftit wara din ta’ Komodini, taf xi qrajt ukoll, Sur Editur? Għax qishom l-Orkestra Nazzjonali dawn ta! Meta jaqta’ l-arja wieħed, tarahom orkestrati flimkien. Dawk li jsejħu lilhom infushom Repubblika qalu, kelma b’kema wkoll, li huma: Imħassbin li t-theddid ta’ vjolenza kontra dawk li jikkritikaw il-Gvern qed jirranka. U komplew hekk: Repubblika jinnutaw ukoll li ħafna minn dan it-theddid isegwi n-narrativa użata minn parti mill-midja tal-Partit Laburista. Ma naħsibx li hemm għalfejn ngħid ħafna paroli fuq din hux? Aħna tal-Labour il-ħżiena. Aħjar ixommu taħt abthom dawn. Aħjar jaraw it-travu li għandhom f’għajnejhom. Aħjar jaraw li meta qed jippuntaw subgħajhom, għandhom erbgħa ppuntati lejhom stess. Rant over, kif jgħidu l-puliti. Fuq nota oħra, f’Ottubru l-qgħad reġa’ naqas u kien kwart inqas minn dak li kellu l-pajjiż meta faqqgħet il-pandemija. Dawn huma r-riżultati tal-ħidma tal-Prim tagħna. U jistgħu mhux jgħidu li jridu, għax din hija statistika uffiċjali. Għad-dieħla!


17

28.11.2021

L-AĦĦAR JIEM TAL-2021 SPETTAKOLARI FIL-BELT JIBDA L-PROGAMM TA’ ATTIVITAJIET TAL-MILIED GĦAL “CHRISTMAS IN THE CITY” Iċ-Ċermen tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef u l-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali José Herrera taw bidu għall-programm ta’ attivitajiet fil-Belt Valletta fil-ġranet ta’ qabel il-Milied u l-Ewwel tas-Sena. Dawn l-attivitajiet se jkunu qed isiru mit22 ta’ Novembru sal-31 ta’ Diċembru. Bil-mixegħla tad-dwal tal-Milied fi Triq ir-Repubblika, Triq Merkanti u Triq l-Arċisqof, tħabbret serje ta’ attrazzjonijiet fil-kapitali li jintem-

mu f’lejlet l-Ewwel tas-Sena. Dakinhar jingħata spettaklu mill-kantant Ingliż ta’ fama internazzjonali John Newman (ritratt), li hu magħruf għal diversi kanzunetti popolari bħal “Feel the Love”, “Not Giving In”, “Love Me Again”, “Fire in Me” u “Feelings”. Diversi artisti lokali se jkunu qed jakkumpanjawh. Sadanittant, il-Belt ġiet imżejna wkoll bis-siġar tal-Milied fi Pjazza Kastilja, Pjazza Ħelsien, Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti u Triq

in-Nofsinhar; il-Presepju fi Pjazza Kastilja u ieħor fi Pjazza San Ġwann u mużika fit-toroq. Mill-1 ta’ Diċembru ’l quddiem se jkun hemm projezzjonijiet fuq il-faċċata tal-Palazz tal-Gran Mastru, esebizzjonijiet teatrali, puppet shows, Blind Date with a Book u ħafna aktar. Għal aktar informazzjoni żur il-website u l-paġna ta’ Facebook tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta.

Bil-mixegħla tad-dwal tal-Milied fi Triq ir-Repubblika, Triq il-Merkanti u Triq l-Arċisqof, tħabbret serje ta’ attrazzjonijiet fil-kapitali li jintemmu f’lejlet l-Ewwel tas-Sena.


18

28.11.2021

CHRISTIANE RAMSAY SCICLUNA

TISLIMA LILL-BARUNESSA TA’ PALAZZO PARISIO Kitba ta’ CLIFFORD GALEA

Insellem lilkom għeżież qarrejja ta’ din il-gazzetta popolari. L-ewwel nett, nirringrazzjakom ħafna tal-kummenti li tgħadduli. Permezz ta’ din il-paġna rrid inwasslilkom mhux biss it-tagħrif li s-soltu tisimgħu imma wkoll tagħrif mhux tassoltu dwar postijiet u mkejjen partikolari fil-gżejjer tagħna. Illum naraw ftit x’joffri l-Palazz tan-Naxxar li ħafna nafuh bħala sala tat-tiġijiet mentri l-istorja hija ferm ikbar minn hekk. Dan qed nagħmlu wkoll b’tislima lill-Barunessa Christiane Ramsay Scicluna li b’sogħba kbira ħallietna nhar il-Ħamis 25 ta’ Novembru 2021; mara umli li kienet irrispettata minn kulħadd speċjalment mill-poplu Naxxari li kienet tħobb u li kienet benefattriċi kbira tiegħu. Palazzo Parisio fin-Naxxar F’Malta kien hawn diversi familji nobbli. Meta wieħed kien jgħid li hu nobbli ma kienx ifisser li jkollu ħafna flus jew

artijiet biss, imma kien ifisser li jkollu titlu li jkun ngħatalu mir-re, ta’ xi servizz li jkun tah. Dawn it-titli kienu jingħataw fiż-żmien tas-Sistema Fewdali. Sistema li nqerdet f’diversi pajjiżi madwar l-Ewropa fil-bidu tal-era moderna. Iżda għalkemm is-sistema li biha ħarġu dawn it-titli nobbli nqerdet, it-titlu ta’ nobbiltà baqa’ jinżamm. Il-maġġoranza tal-familji nobbli f’Malta kienu jabitaw l-Imdina, li għal żmien twil sal-wasla tal-Kavallieri ta’ San

Ġwann f’Malta kienet iċ-ċentru amministrattiv. Iżda mbagħad dawn l-istess familji ħafna drabi kienu jkollhom xi palazz jew villa oħra li kienu jużawha bħala post ta’ mistrieħ mir-rutina ta’ kuljum. Ġieli seħħ il-każ ukoll li minn villa fil-kampanja kienu jibdluha fil-post biex jabitaw fih is-sena kollha tant kemm ikun marbut ma’ qalbhom il-post. Il-każ ta’ Palazzo Parisio hekk kien. Kien mixtri mill-Markiż Emanuel Scicluna, li maż-żmien biddlu minn villa fil-kampanja għal palazz

fejn ikun jista’ jabita mal-familja tiegħu. Il-bidla bdiet iseħħ fis-sena 1898 u x-xogħol fih tlesta fl-1906. Il-Markiż Emanuel Scicluna ma tantx dam igawdih minħabba li sena wara miet. Il-werriet universali tiegħu kien ibnu ta’ sitt snin. Din kienet waħda mill-iktar familji għonja f’Malta u l-palazz huwa mogħni bi sbuħija kbira u kien jinkludi miegħu medda t’art kbira li twassal sa fejn sa ftit snin ilu kien hemm iċ-ċentru tal-fieri. Kellu wieħed mill-isbaħ u l-ikbar ġonna f’Malta.

Dawn il-ġonna barokki kienu ġew imsebbħa millfamilja tal-Markiż Scicluna, mirquma b’mogħdijiet iċċangjati, li flimkien mad-dwal u l-atmosfera fil-fieri kienu jerġgħu jagħtu l-ħajja lil dawn l-inħawi tal-palazz

Maż-żmien dan il-palazz spiċċa magħluq u ħadd ma seta’ jgawdi s-sbuħija tiegħu minħabba li dan kien propjetà privata li setgħu jidħlu fiha biss il-membri tal-familja tal-istess Markiż Scicluna. Il-palazz kien jeħtieġlu li ssirlu dawra sew u restawr kbir f’ħafna partijiet minnu. L-ispiża kellha tkun kbira ħafna, iżda bint ilMarkiż John Scicluna, Christina Ramsey-Scicluna, intefgħet b’ruħha u b’ġisimha fuq dan il-proġett. Riedet terġa’ tagħti lil dan il-palazz il-ġmiel li kellu oriġinarjament. Ix-xogħol ta’ restawr sar taħt is-sorveljanza tal-Professur Camilleri Cauchi. Minħabba l-fatt li dan ir-restawr ġie jiswa ħafna flus, ġie deċiż li dan il-palazz ma jibqax magħluq u jintuża biss min-nies ta’ ġewwa imma jsir post kummerċjali. Illum fih isiru tiġijiet u funzjonijiet oħra, hemm ukoll postijiet fejn tirilassa u tiekol xi ħaġa ma tal-familja jew mal-ħbieb. B’dan il-mod il-ġmiel li hemm fuq innaħa ta’ ġewwa ta’ dan il-palazz


19

28.11.2021

ikun jista’ jitgawda mill-pubbliku inġenerali. Fil-ġonna ta’ dan l-istess Palazz ta’ kull sena sa ftit snin ilu kif diġà ssema qabel kienet issir l-International Trade Fair fejn eluf kbar ta’ nies kienu jattendu bi ħġarhom qalb kull xorta ta’ esibiti bl-iskop li jixtru l-ħtiġijiet tagħhom bi prezz ftit orħos minn dak tas-soltu. Dawn il-ġonna barokki kienu ġew imsebbħa mill-familja tal-Markiż Scicluna, mirquma b’mogħdijiet iċċangjati, li flimkien mad-dwal u l-atmosfera fil-fieri kienu jerġgħu jagħtu l-ħajja lil dawn l-inħawi tal-palazz. Dan il-palazz fiż-żmien il-gwerra ma kellux użu biss ta’ dar privata imma serva wkoll bħala post t’amministrazzjoni tar-Royal Air Force. Din il-ħaġa hija kommemorata permezz ta’ lapida mal-faċċata tal-istess palazz li tgħid hekk: “Il-Markiż John Scicluna silef dan il-Palazz Parisio lil R.A.F. matul it-Tieni Gwerra Dinjija mela l-Bank Scicluna li kien jopera mill-Palazz Corea (il-Belt) imwaqqaf hemm fl1830 spjanat mill-Luftwaffe (ajruplani Ġemaniżi) mines bil-paraxut jien kont kanunier volontier imsieħeb fil-First

Coast Regiment R.M.A fid-difiża tal-Port fil-Forti Sant’Iermu l-attakki kollha megħluba mill-kanuni tal-Batterija tagħna. Dan il-palazz inbena millGran Mastru Manoel De Vilhena fl-1733. Il-Markiż J.J. Scicluna, D.A.M.A.” Ftit ’il bogħod minn din il-lapida mal-istess ħajt hemm ukoll bust tal-bronż tal-Markiż Scicluna. Dan juri kemm dan il-bniendem kien maħbub minn kull min kien jafu u li dejjem baqa’ mnaqqax fil-qalb tan-Naxxarin kollha. Mal-pedestall ta’ taħt il-bust hemm l-arma tal-familja Scicluna u dawn il-kelmiet: “Lill-Markiż John Scicluna (1903-1970) benefattur kbir il-poplu Naxxari b’radd il-ħajr ifakkar. 28. 10 – 1979.” Kont taf li l-birra popolari ċ-Cisk bdiet minn sid dan il-palazz? Kont taf ukoll li cisk hija tidwir tal-kliem għal ċekk? Għax fil-fatt il-Markiż kellu wkoll bank u n-Naxxarin jew il-poplu ta’ dak iż-żmien, ma kinitx iddurilhom il-kelma ċekk u spiċċat CISK. Interessanti hux? Tislima għal darb’oħra lill-Barunessa Christiane Ramsay Scicluna filwaqt li nirringrazzjaha anke b’mod personali, talli ħabbet raħal twelidna; in-Naxxar.


20

28.11.2021

162 SUWIĊIDJU F’TEMP TA’ SITT SNIN Hu fatt magħruf li meta persuna tasal fi stat fejn is-saħħa mentali tagħha ma tkunx tiflaħ iżjed, taf tirrikorri għas-suwiċidju. Mill-istatistika jirriżulta li f’dawn l-aħħar sitt snin, kienu rappurtati 162 każ ta’ suwiċidju, li 130 minnhom kienu rġiel. Fuq il-kura tas-Saħħa Mentali tkellimt ma’ Dr Paulann Grech Lettur fid-Dipartiment tas-Saħħa, li hu parti mill-Fakultà tax-Xjenzi tas-Saħħa, fl-Università ta’ Malta. It-tagħlim mogħti mid-Dipartiment joffri riċerka lill-istudenti u jwassal għal Masters u Degrees. Minn CHARLES B. SPITERI

Paulann, kif jintlaqa’ dan ilkors? U jattendu numru ta’ student għalih? Iva jkollna. Infatti l-korsijiet kollha li għandna jinsabu għaddejjin tajjeb. Madanakollu, il-verità hi li dawk li jersqu għalih iridu jkunu tabilħaqq interessati fissaħħa mentali, għax hu qasam speċjalizzat. Barra minn hekk, nafu li t-tagħlim fuq is-saħħa mentali hu dejjem bżonjuż u min jistudjah għandu ċ-ċertezza li dejjem se jsib xogħol, peress li l-problemi f ’dan il-qasam qegħdin kulma jmorru jiżdiedu. Terġa’ mill-Covid ’l hawn, dawn il-każi qishom aktar ħarġu fid-dieher. X’inhuma l-aktar kundizzjonijiet komuni li taraw li għandna fostna llum il-ġurnata? Kultant naħsbu li l-problemi ta’ kuljum huma diżordnijiet ta’ saħħa mentali, iżda mhumiex hekk. Irridu nagħmlu differenza. Pereżempju hu normali li nqumu filgħodu u ngħidu: “illum m’għandix aptit inqum u m’għandi aptit nagħmel xejn, daqskemm għandi dwejjaq”. B’hekk ma jfissirx li jkollna dipressjoni. Ifisser li jkollna dawk l-emozzjonijiet li kultant ikunu naqra iktar pożittivi u drabi oħrajn iktar negattivi. Iżda dak hu normali, għax ħadd ma jkun ferħan jew imdejjaq il-ħin kollu. Jekk inkunu l-ħin kollu naħa jew oħra, dik tkun tista’ turina li għandna żbilanċ, iżda għal bosta hi f ’ħalqhom li jlissnu: “X’dipressjoni għandi.” Fil-verità ma jkollniex dipressjoni, iżda dwejjaq ikkaġunati

mill-ħajja stressjata li għaddejjin minnha. Dawk in-nies ikunu qed jesperjenzaw dak li ngħaddu minnu ta’ kuljum. Imma mbagħad hemm kriterji li jekk wieħed jissodisfahom, se jkollu nuqqas ta’ saħħa mentali.

minn ta’ kif in-nies l-oħrajn jaġixxu fis-soċjetà. Kien hemm ukoll it-teoriji tas-seħer; jiġifieri jittimbraw lil dak li jkun bħala saħħar jew saħħara, bla ma jindunaw li kellhom nuqqas fis-saħħa mentali tagħhom.

Madankollu dawn l-affarijiet Dawn il-fehmiet kienu qed jinħolqu issa, għax għall-vittmi barra minn fl-antik ma jidhirlix li Malta biss? konna hekk? Le, anki hawn Malta. Kienet Hemm żewġ raġunijiet. xi ħaġa mifruxa mal-Ewropa Fl-antik ma konniex nafu u madwar id-dinja. sew b’dawn il-problemi ta’ saħħa mentali, għalkemm Allura ħafna minn dawn minn dejjem eżistew. Fil-fatt, in-nies kienu jispiċċaw sa mill-ewwel dokumenti li Frankuni (illum Monte nsibu, naraw li dawn il-prob- Carmeli)? lemi ta’ saħħa mentali, minn dejjem eżistew, iżda ma Fl-antik, terġa’ qabel kienx hemm studju u tagħrif Frankuni, il-mod kif kienu biżżejjed biex jagħrfu li kienu jiġu trattati dawn il-kundizproblemi fiżjoloġiċi. zjonijiet kien tassew makKienu iżjed jarawhom abru. Insibu li kien jintuża bħala problemi ta’ kif per- s-swat u l-morda kienu suna taġixxi. Pereżempju, jinżammu f ’kundizzjonijiwaħda mill-iktar teoriji li et tassew ħżiena. Prattikakienet tintuża kienet li dak ment, l-uniku mod kif kienu li jkun ma obdiex lill-allat, jimxu ma’ dawn in-nies mor(irrispettivament mir-reliġ- da mentalment, kien li josjon li jħaddan) u b’riżultat ta’ truhom. dan, ikollu dawk is-sintomi li huma strambi u differenti Mela bħalma kienu jagħmlu

bil-persuni b’diżabbiltà kerha: jaqfluhom f ’xi gaġġa fil-kamra tal-bejt jew fil-kantina. Hekk eżatt. Iżda llum qisu hawn aktar nies ibatu minn din il-kwalità ta’ mard. Għaliex? U biex ikun ikkawżat? Dari ma kienx hawn l-għarfien li hawn illum u għalhekk dak li jkun ma setax ifittex l-għajnuna addattata. Illum, anki f ’Malta, għandna bosta sorsi ta’ għajnuna, fejn persuna tista’ titkellem fuq il-problemi tagħha. B’hekk nafu sew kemm għandna persuni bi problemi ta’ saħħa mentali. Min-naħa l-oħra għandna ċerti affarijiet fil-ħajja kurrenti ta’ madwarna li jistgħu jitfgħu s-saħħa mentali lura. Minn studju Ewropew li sar fl-2011 fejn jirrigwarda lil pajjiżna, aħna għandna l-iktar ammont ta’ stress fuq ix-xogħol. Jien inħares lejja nnifsi u ċerta li ħafna nies huma bħali. Il-post tax-xogħol hu l-post li fih tqatta’ l-iktar

ħin matul il-ġurnata. Issa, jekk dan il-post hu daqstant stressanti, hi ħaġa ovvja li mhux se jkun qed jgħin lissaħħa mentali tal-ħaddiema. U fil-postijiet tax-xogħol f ’Malta fadlilna ħafna u ħafna x’navvanzaw biex inkunu qed ngħinu lis-saħħa mentali tal-ħaddiema. L-istress li qed issemmi jaf ikun ikkaġunat mill-inkejja, jew mhux bilfors? L-agħar huma l-kundizzjonijiet; in-numru ta’ sigħat li jaħdmu l-ħaddiema; il-fatt li wieħed jibqa’ għaddej ilħin kollu bla ma jieħu break; il-mentalità, li trid tlaħħaq ma’ ċertu ammont ta’ xogħol u l-fatt li ma jkunx hemm inizjattivi li jħarsu s-saħħa mentali tal-persuna. Pereżempju jekk wieħed jinduna individwu li qed jaħdem miegħu qed ibati minn xi ansjetà, x’qed jagħmel biex jgħin? Qiegħed iqatta’ ftit ħin miegħu u jkellmu biex ikun jaf x’inhi l-problema? Jew iħallih jaħdem u sakemm jibqa’ għaddej, ma jkun ġara xejn? Hemm mental health awareness fil-post tax-xogħol? L-imgħallem qed jeduka linnies biex huma stess jindunaw li jkollhom problema? Iżda dawn l-inizjattivi min għandu jeħodhom?

Fil-fatt, sa mill-ewwel dokumenti li nsibu, naraw li dawn il-problemi ta’ saħħa mentali, minn dejjem eżistew, iżda ma kienx hemm studju u tagħrif biżżejjed biex jagħrfu li kienu problemi fiżjoloġiċi

Min iħaddem. Għax hu għandu jkun responsabbli għannies li jaħdmu miegħu. Irid ikun jaf li ma jistax iżomm numru ta’ ħaddiema f ’uffiċċju żgħir, jaħdmu l-ħin kollu quddiem il-kompjuter bla ma jaraw l-ambjent ta’ madwarhom, fejn igawdu ftit in-natura. Jiġifieri hemm


21

28.11.2021 ħafna xorti x’jista’ jsir b’risq is-saħħa mentali. Bħala proġett globali, tara li s-saħħa mentali għandha taqa’ taħt il-Ministeru għas-Saħħa? Jekk f ’Malta nħarsu b’mod nazzjonali, nemmen li għandna naslu anki f ’livell ministerjali għal aktar għarfien u dedikazzjoni. Iżda mbagħad hemm livelli oħrajn; fosthom min iħaddem u wkoll il-persuna li qed taħdem. Jien bħala ħaddiem jew ħaddiema għandi r-responsabbiltà li nieħu ħsieb issaħħa mentali tiegħi u ta’ madwari. F’kull każ, il-vittma xi trid tagħmel? Titkellem mas-sid; u dan jagħti kasha? Jekk ikun hemm l-istrutturi kif suppost, iva. Il-ħaddiem għandu jitkellem ma’ ta’ fuqu, iżda jekk ħaddiem jaf li qed ibati mis-saħħa mentali tiegħu, għandu hu wkoll, jaqbad u jfittex l-għajnuna. Nafu li kultant, hawn teżisti l-problema, għax għall-uġigħ ta’ ras jew ta’ żaqq, immorru niġru għand tabib u għassaħħa mentali, meta nkunu waqajna f ’ħafna ansjetà u dwejjaq, ma nagħmlu xejn. Hawn insemmi wkoll kemm hu meħtieġ it-taħriġ fiżiku għas-saħħa mentali. Nafu li 25% tal-popolazzjoni Maltija huma obeżi, li tqegħedna fl-ogħla post fl-Unjoni Ewropea. U l-eżerċizzju fiżiku u s-saħħa mentali huma relatati. Ukoll jekk nitkellmu filpost tax-xogħol: jaf ikun ideali jekk ikun hemm outdoor jew mini gym għal waqt il-ħin tal-mistrieħ tal-ħaddiema. Dawn huma kollha ħwejjeġ li rridu nikkunsidraw jekk nixtiequ ntejbu s-saħħa mentali tagħna bħala poplu. Hu minnu li jingħad li l-problemi tas-saħħa mentali jistgħu jwasslu għas-suwiċidju? U tassew li huma l-irġiel li jirrikorru l-aktar għalih? Din mhix ħaġa ta’ Malta biss, iżda jekk inħarsu fuq pajjiżna f ’dawn l-aħħar sitt snin, kien hemm 162 każ ta’ suwiċidju, qisu tnejn jew ftit aktar fix-xahar. U 80% tagħhom kienu rġiel. Xi jwassal għal dan? Hemm ħafna raġunijiet. Jaf ikollok ċertu mard mentali, bħalma hi d-dipressjoni, taf twasslek għas-suwiċidju. Iżda hemm numru kbir fost dawk li wettqu suwiċidju li qatt ma missew mas-servizzi tas-saħħa mentali. Jiġifieri

qatt ma kellhom xejn: la ansjetà u lanqas dipressjoni. F’salt wieħed isibu ruħhom f ’sitwazzjoni fejn ma jkollhomx soluzzjoni għall-problema li jaffaċċjaw, u jirrikorru għas-suwiċidju. Infatti din hi l-ambigwità; li twettaq l-att mingħajr raġuni. Is-suwiċidju għandu xi rabta mal-ġenetika?

Jekk xi ħadd jgħix f’familja fejn hemm abbuż, jista’ jwasslu biex jgħaddi minn problemi ta’ saħħa mentali. Iktar ma wieħed ikollu minn dawn il-fatturi, iktar ikollu riskju qawwi

Iva, nafu li jekk bniedem ikollu s-suwiċidju fil-familja, jkun hemm riskju ikbar għalih, iżda mhux bilfors. Però hemm tendenza li s-suwiċi- joni serja ħafna. Jiġifieri jien niddejjaq ngħid li d-dipresdju jiżviluppa fil-familji. sjoni hi agħar mill-iskiżofrenija, għax fil-verità kolId-dipressjoni fuq in-nisa, minn xiex tirriżulta l-aktar? lox jiddependi mis-severità tal-marda li jkollok. U, kemm hemm affarijiet! Hemm ir-riskju ġeneti- Jiġifieri s-saħħa mentali taf ku iżda hemm ukoll fattu- tirriżulta wkoll minn abbuż ri fil-ħajja tal-mara li jafu fil-familja? jqegħduha f ’iktar riskji. Bħal pereżempju l-aspettazz- Fil-fatt, l-abbuż hu waħda għax jonijiet tas-socjetà fuq kif mill-kundizzjonijiet, għandha tidher jew taġixxi hemm bosta affarijiet li jistgħu jikkaġunaw mard menl-mara. tali. L-ewwel nett, għandek il-ġenetika – dak li tiret Hemm xi mard mentali mill-ġenituri, u li minħabba agħar minn ieħor? fiha tista’ tieħu l-mard relaQabel konna ngħidu li jekk xi tat mas-saħħa mentali. Iżda ħadd ikollu skiżofrenija (il- mbagħad hemm l-ambjent ġenn), hi l-agħar ħaġa li jista’ ta’ madwarek u dak li jseħħ jkollu. Iżda issa nafu wkoll f ’ħajtek. Jekk xi ħadd jgħix f ’familli jekk xi ħadd ikollu ansjetà qawwija, tista’ tant tipparal- ja fejn hemm abbuż, jista’ izzalek il-ħajja normali ta’ jwasslu biex jgħaddi minn kuljum, li wkoll hi kundizz- problemi ta’ saħħa mentali.

Iktar ma wieħed ikollu minn dawn il-fatturi, iktar ikollu riskju qawwi. Jekk persuna twieldet bil-ġenetika li tqegħedha f ’riskju ta’ saħħa mentali u aktar minn hekk, tinzerta f ’familja fejn pereżempju hemm l-abbuż, allura aktar ma żżid f ’dawn il-fatturi ta’ riskju, aktar hemm ċans li toħroġlok din il-problema ta’ saħħa mentali. Il-Gvern joffri xi għajnuna għal dawn in-nies jew iridu jirrikorru għall-privat? Joffri ħafna. Għandna sistema ta’ saħħa mentali li qed tiġi żviluppata u hemm ukoll strateġija tas-saħħa mentali li qed tkun implimentata bil-mod il-mod. Insemmu li l-Isptar Monte Carmeli hu l-uniku post li joffri in-patient care, iżda mbagħad

fis-sistema tas-saħħa mentali tal-Gvern hemm isservizzi tal-komunità f ’diversi lokalitajiet, li jgħinu lin-nies fid-djar tagħhom stess, inkella dak li jkun imur fiċ-Ċentru tas-Saħħa u jsib tim tas-saħħa mentali li jista’ jgħinu. Imbagħad hemm entitajiet privati, fosthom ir-Richmond Foundation u NGOs oħrajn li wkoll joffru servizzi ta’ saħħa mentali. Dawk kollha li jkunu jeħtieġu l-għajnuna għassaħħa mentali tagħhom jistgħu jikkuntattjaw lil Supportline 179; OLLI.chat (Richmond Foundation) jew Crisis Resolution Team 99339966. Tista’ tniżżel ukoll il-‘Krizi app’ fuq il-mobile. L-informazzjoni fuqha hi Malta’s first suicide and self harm prevention app – Newsbook.


22

28.11.2021

KIM PELHAM

ĦADET IT-TITLU TA’ MISS MALTA 2021 Minn dak li nsegwi lokalment, l-immudellar hawn Malta qed jieħu spinta dan l-aħħar. Hekk kif insegwi lin-neputija tiegħi fl-immudellar li tieħu sehem fih, hekk ukoll ninteressa ruħi nosserva x’qed jiġri madwarna f’dak li jikkonċerna sbuħija, konkorsi u mudelli oħra. Ftit tal-ġimgħat ilu saret il-kompetizzjoni għal Miss Malta 2021. Sirt naf bir-rebbieħa u allura għamilt kuntatt magħha sabiex insiru nafuha aktar mill-qrib u dak kollu li hemm imħejji u lest għaliha fil-futur qrib. Qed nirreferi għal Kim Pelham. Kunjomha Ingliż għaliex għandha dixxendenza Ingliża min-naħa ta’ omm missierha, għalkemm missierha mwelled u mrobbi Malta. Proprjament Kim hija minn San Ġiljan u kburija ħafna fuq hekk. Dejjem baqgħet fl-inħawi, taħdem f’uffiċċju San Ġiljan, u hija accountant. Għandha 25 sena u tħobb tqatta’ l-ħin tagħha dejjem ittejjeb il-kwalità talħajja. “Nemmen ħafna li qatt m’għandna nieqfu nitgħallmu u nipruvaw affarijiet ġodda. Is-sena l-oħra bdejt il-pjanu u nixtieq nibda nitgħallem lingwi oħra wkoll xi darba fil-futur. Niddeskrivi ruħi bħala persuna caring ħafna u nixti-

eq dejjem il-ġid lil ħaddieħor. Inħobb inżomm ruħi attiva u jogħġobni ħafna l-isports. Meta żżomm ruħek attiv jgħin ukoll biex tissaħħaħ mentalment. Nemmen li fil-ħajja importanti żżomm il-bilanċ f’kollox biex tkun verament kuntent,” bdiet tgħidli Kim. Dejjem żammet pass lura għax kienet tistħi, iżda dan l-aħħar snin għamlet sforz Mistoqija kemm ilha tinteressa ruħha fl-immudellar, u x’ħajjarha tibda, Kim stqarret miegħi li minn dejjem kienet interessata, iżda dejjem żammet pass lura għax kienet tistħi, iżda dan l-aħħar snin għamlet sforz biex trabbi l-kunfidenza u temmen iktar fiha nnifisha. Fil-fatt, meta lestiet l-ACCA kellha ħin liberu

biex setgħet tiffoka fuq il-passatempi tagħha. Kollox ma’ kollox, ftit ġimgħat ilu, proprju Kim għadha kif ħadet it-titlu ta’ Miss Malta 2021. Staqsejtha xi jfisser għaliha dan it-titlu, u x’ser ikun qed jirrikjedilha fil-ġimgħat u fix-xhur li ġejjin. “Li rbaħt Miss Malta hija verament ħolma li saret realtà, għaliex it-titlu jġorr ċerta responsabbiltà. Huwa importanti li tkun idolu għal tfajliet oħra. Dan ifisser ħafna għalija għax nixtieq nispira lil tfajliet oħra li forsi jbatu mill-kunfidenza, biex jemmnu iktar fihom infushom għax din taffettwa l-ħajja ta’ kuljum, kemm f’xogħol, kemm fi ħbiberija, relazzjonijiet u ħajja ta’ kuljum”. Bħalissa fil-fatt, tinsab filproċess ta’ diskussjonijiet

flimkien ma’ Kersten Borg li huwa d-Direttur ta’ Miss Malta, fejn qed jiddiskutu ħafna opportunitajiet kemm lokali kif ukoll barra minn Malta. “Ser tkun sena ferm attiva u ninsab vera eċitata. F’Jannar ser tkun l-ewwel safra tagħna fl-Ewropa bħala l-ewwel pass”. Mistoqsija x’taħseb li għamilha differenti mill-mudelli l-oħra sabiex kisbet dan it-titlu, Kim wieġbet: “Kull waħda mit-tfajliet filkonkors hija sabiħa minn ġewwa u minn barra, b’hekk ma kinitx faċli, iżda nemmen li l-unika komptetizzjoni għandha tkun miegħek innifsek biex ittejjeb lilek innisfek. Iffukajt ħafna fuq il-riflessjonijiet miegħi innifsi, napprezza ħafna l-ħajja u nemmen li kull ġurnata u kollox huwa rigal. Nemmen ukoll li

Li rbaħt Miss Malta hija verament ħolma li saret realtà, għaliex it-titlu jġorr ċerta responsabbiltà. Huwa importanti li tkun idolu għal tfajliet oħra

Kitba ta’ RAMONA PORTELLI jgħin ħafna l-isports u jaffettwa ħafna x’tiekol bħal ħaxix u frott, u l-kwalità tal-ħajja ta’ kuljum tirrifletti ħafna fuqna bħala individwi”. Ridt inkun naf b’liema mod kienet qed tħejji ruħha għal din il-kompetizzjoni, u x’sagrifiċċji kellha ssegwi maż-żmien. “Meta tidħol għal konkors bħal dan, trid tkun dedikata u trid issib il-ħin għalih, filwaqt li tieħu sodisfazzjon. Huwa gost ukoll tiltaqa’ u tagħmel ħbieb ġodda. Il-ħbiberija li għamilt matul il-konkors hija ferm għal qalbi. Napprezza ħafna li kollha kienu ta’ sapport kbir għal xulxin. Sagrifiċċju li għażilt nagħmel jien huwa li ntejjeb il-kwalità tal-ikel, noqgħod attenta x’niekol u b’moderazzjoni u nżid fl-attività fiżika”. Kulħadd għandu jimxi skont kif iħossu komdu Ilkoll konxji mill-fatt li s-sbuħija u l-personalità jilagħbu parti importanti minn konkorsi ta’ dan it-tip bħal Miss Malta. Ħallejt f’idejha sabiex tikkummenta dwar dan. “Il-personalità hija ferm importanti matul il-konkors. Attwalment hija l-iktar ħaġa importanti. Is-sbuħija għandha tkun minn ġewwa u minn barra u matul il-konkors


08.11.2020 28.11.2021

23

SKEDA ONE Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Better Living Flimkien ma’ Nancy Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari

19:20 19:30 20:10 20:30 21:15 22:50 23:30

ONE Sports & Temp ONE News Primetime Reboot Min Imissu Niftakru ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 09:30 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Ondroad Mill-Chcina ta’ Dari Dak li Jgħodd Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 21:00 22:15 22:50 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Revved Taf X’qed Jgħidu? The Big Step Country Jamboree ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:15 18:00 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Pink Panther Mqades l-Istorja What’s Cooking Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

ERBGĦA 19:30 ONE News 01-12 20:10 Primetime 20:30 The Local Traveller 21:00 Tuna ċ-Ċans Ħa Ngħidu Storja 22:25 Niftakru 22:55 Reboot 23:30 ONE News

06:30 ONE News 06:45 ONE Breakfast 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Quddiesa tal-Jum 08:30 Telebejgħ 09:05 Primetime 10:00 Espresso 12:30 ONE News 12:35 Ħabrikt

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:00 17:30 18:30

Kalamita ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview Popcorn Żona Sport Mhux kemm taf Pjazza

19:15 19:20 19:30 20:10 20:30 22:30 23:30

Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp ONE News Primetime Awla Reboot ONE News

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 10:00 12:30 12:35 13:00

15:30 15:35 15:50 16:00 16:20 16:50 17:30 18:30 19:15 19:20

ONE News Telebejgħ Mill-Chcina ta’ Dari Primetime Preview What’s Cooking Country Jamboree Indhouse Pjazza Mill-Chcina ta’ Dari ONE Sports & Temp

19:30 20:10 20:30 21:00 22:30 23:00 23:30

ONE News Primetime Niftakru Min Imissu Popcorn Żona Sport ONE News

06:30 ONE News 06:45 Country Jamboree 07:20 Reboot 07:55 Mill-Chcina ta’ Dari 08:00 Il-Quddiesa tal-jum 08:30 Better Living 09:35 ŻonaSport 10:03 The Local Traveller 10:35 Dak Li Jgħodd

11:30 11:58 12:30 12:35 13:15 14:15 15:30 15:35 16:30

What’s Cooking? Popcorn ONE News Telebejgħ Indhouse Taf x’qed jgħidu?! ONE News Mhux Kemm Taf Flimkien ma’ Nancy

17:30 18:00 18:45 19:20 19:30 20:10 20:33 23:30

Sabiħa l-Ħajja Pink Panther Ondroad ONE Sport & Temp ONE News Ieqaf 20 Minuta Arani Issa ONE News

06:30 06:45 07:15 07:40 07:55 08:00 08:40 10:00 10:30

11:25 11:55 12:30 12:35 15:30 15:35 19:20

Sabiħa l-Ħajja Mill-Chcina ta’ Dari ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi - PL ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi - PL One Sport

19:30 20:10 23:30

& Temp ONE News Maratona Ġbir ta’ Fondi - PL ONE News

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up

TLIETA 30-11

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

ĦAMIS 02-12

joħroġ il-karattru, ikollna ħafna sfidi u xogħol sabiex toħroġ il-personalità vera”. Tkellimt magħha wkoll dwar il-vanità, u jekk hux xi persuna li bilfors trid toħroġ bil-make-up. “Personalment ma nħobbx nagħmel ħafna make-up kuljum, iżda kulħadd għandu jimxi skont kif iħossu komdu. Li tkun vanituża ma jfissirx li hu ħażin, fl-aħħar mill-aħħar għandek tħobb lilek innifsek. Jekk tħobb tagħmel il-make-up, għalfejn le, ma niġġudika lil ħadd. Il-make-up jgħin isebbaħ fiżikament”. Mistoqsija xi jdejjaqha filħajja b’mod inġenerali, Kim weġbitni bla tlaqliq li n-negattività ddejjaqha wisq. “Ħafna nies ma japprezzawx l-affarijiet żgħar li huma prezzjużi, jindunaw biss wara li jitilfuha l-ħaġa. L-iktar ħaġa importanti għalija eżempju hija l-familja u l-ħin li nqattgħu magħhom. Neħduha for granted li tmur id-dar u ssib lil ommok u lil missierek meta ħadddieħor m’għandux. Ma napprezzawx il-ħin tagħna, li nistgħu nużaw b’mod prezzjuż, li tqum filgħodu tara x-xemx tielgħa hija barka. Hawn Malta għandna l-baħar madwarna, u temp pjuttost dejjem sabiħ. Li tmur taqra ktieb fejn il-baħar nemmen li hu serħani l-moħħ.

Li tista’ tmur timxi u tagħmel eżerċizzju barra jagħtik issaħħa u l-mistrieħ mentalment”. Tlabt l-opinjoni ġenwina tagħha jekk taħsibx li f’Malta għamilna xi avvanzi fl-immudellar. “Nemmen li għamilna avvanz kbir fl-aħħar snin, Kersten qed jaħdem ħafna sabiex itella’ l-livell, iżda hemm bżonn iktar għarfien u involviment. Għalkemm aħna pajjiż żgħir hawn ħafna potenzjal kbir f’Malta”. Bħala żagħżugħa, staqsejt lil Kim minn dak li tosserva madwarha, x’taħseb li hija l-akbar problema li qed jiffaċċjaw żgħażagħ bħalha. Dlonk it-tweġiba tagħha kienet il-midja soċjali għax turi ħafna idea ta’ perfezzjoni li taffettwa s-self-esteem ta’ ħafna tfajliet u ġuvintur. “Din ħażina għaliex ħafna adolexxenti mhumiex mentalment b’saħħithom biex ma jikkumparawx ruħhom mal-idea tal-perfezzjoni”. Fl-aħħar nett, tlabtha tgħaddi messaġġ lill-qarrejja ta’ din il-gazzetta. “Qatt m’aħna kbar biżżejjed biex inkomplu ntejbu l-kwalità tal-ħajja tagħna, qatt mhu tard biex titgħallem u xejn mhu impossibli. Agħti prijorità lilek innifsek, sib ħin għalik innifsek u ħobb lilek innifsek”.

TNEJN 29-11

13:00 15:30 15:35 15:50 16:00 16:15 17:30 18:30 19:15

06:30 06:45 07:55 08:00 08:30 09:05 09:30 12:30 12:35

ONE News ONE Breakfast Mill-Chcina ta’ Dari Quddiesa tal-Jum Telebejgħ Primetime Espresso ONE News Step Up Kalamita

SIBT 04-12

ONE News Niftakru Żona Sport Ħabrikt Mill-Chcina ta’ Dari Il-Quddiesa tal-jum Paper Scan Ieqaf 20 Minuta Attivita’ Politika

ĠIMGĦA 03-12

ĦADD 05-12


24

28.11.2021

reċensjoni tal-ktieb

L-AĦĦAR WARDA

REALTÀ U FANTASIJA GĦAL-LUM

Ġorġ Peresso, f’l-aħħar Warda (li huwa xogħol klassiku ta’ żmienna), jittratta r-realtà, u biex jiddilja mar-realtà jħaddem il-fantasija magħġuna mal-filosofija, is-simboliżmu, u r-reliġjon. Ir-realtà. Ir-realtà f’dan ir-rumanz narawha f’dehriet bħal ta’ raġel kasbari li jipprova jirrejpja tfajla għax sabiħa (dehra li għandha ħafna mill-ħrafa ta’ Little Red Riding Hood) u bħal ta’ bulldozer imżarġna li tikklirja ġmiel wied. U narawha wkoll (ir-realtà) żgur f’temi bħas-sens ta’ ġustizzja, is-sens ta’ ħajja u mewt, il-valur tal-lingwa, il-valur tas-skiet – temi li jissieħbu u jitwaħħdu ma’ dawk viżjonarji li jfittxu fl-astratt u fil-fantastiku dak li jista’ jmur ’l hemm minn dak li hu normali jew tas-soltu; temi li jaslu sax-xfar tal-mistiku għax f’dan it-twaħħid jitqanqal it-tħassib li jressaq f’ġustapożizzjoni (fost oħrajn) il-fidi mad-dubju u d-dehen artistiku mal-kilba għall-flus. Hawnhekk Peresso joqrob ħafna lejn Herman Hesse (1877-1962) li kien affettwat bil-bosta bil-mistiċiżmu tal-filosofija tal-Lvant. Huwa twaħħid li jagħraf li l-ġmiel huwa xejra ewlenija tal-verità – tema li tissieħeb mal-poeżija “Ode on a Grecian Urn” ta’ John Keats (1795-1821: “beauty is truth, truth beauty”). F’Peresso l-ġmiel tan-natura huwa verità spiritwali; anki l-ħajt tas-sejjieħ għandu jkun irrispettat għax għandu “ġebel li kennen ġnien, is-siġar, u l-fjuri” u ma jixraqlux ikun “imżeblaħ”. Dan kollu huwa parti mir-realtà ta’ moħħ Peresso u huwa l-qofol ta’ ruħ in-narrattiva f’dan ix-xogħol.

ta tal-fantasija mad-divin. U l-poeżija invażiva tiegħu tagħti leħħiet lejn il-preżent li ma nafuhx (jew, jekk trid, lejn xi futur tal-qrib). Jagħtina fantasija moderna biex jistgħalla l-għarfien tar-realtà ta’ żmienna; fi kliem ieħor, sabiex jagħti varjetà ta’ perspettivi ġodda tad-dinja tagħna. Din il-fantasija turina l-attitudnijiet kif jistgħu jinbidlu u li moħħna jista’ jaffordja għarfien fix-xejriet simboliċi tal-ħsieb li ninqdew bihom bħala filter biex nipproċessaw il-perċezzjonijiet tagħna. Is-saħħa tar-rumanz titqawwa bil-ħrejjef. Peresso jinqeda bl-elementi tal-ħrafa ta’ Little Red Riding Hood – imma jsemmi ħrejjef u leġġendi oħra bħall-istejjer ta’ Snow White u s-seba’ nani, tal-funtana taż-żgħożija, il-ġrajja tal-lupu mqareb f’Gubbio immansat minn San Franġisk ta’ Assisi, u dik ta’ Il-fantasija. Fil-kreattività tiegħu, Simurg. Jekk niffokaw fuq Carmen li kienet Peresso jieħu mid-dinja klassika r-rab-

tħobb tilbes l-aħmar (bħal Little Red Riding Hood), nistgħu nispekulaw psikoanalitikament u ngħidu li t-tfajla kienet fil-pubertà tagħha: l-aħmar li kienet tħobb tilbes jista’ jissimbolizza l-mestrwazzjoni tat-tfajliet u l-bidu tas-sesswalità tagħha. Insibu karattri kumplimentari bħan-nanna, l-omm, u l-missier (kif insibu f’Little Red Riding Hood) li jissimbolizzaw l-aspetti differenti tal-ġenituri. Meta r-raġel ħajjen u għawli (inNagħġu) jipprova jirrejpjaha lit-tfajla innoċenti liebsa l-aħmar, din titgħallem li mill-estremità tal-imħabba tista’ tgħaddi għall-imrar u qrusa definita. Imma din il-firda bejn it-tajjeb u l-ħażin taffettwa sew lil Carmen għax in-Nagħġu qatlilha s-sens ta’ mħabba għall-irġiel ħlief għal missierha. Kien Wolff (l-ismijiet hawnhekk jidħlu ironikament fil-ġrajja) li ġabilha lura l-fiduċja fl-irġiel; warajh kompla Yorgos. Carmen lil Wolff l-ewwel ratu bħala missierha, imbagħad ħaditu bħala maħbub. Donnu hemm ħjiel ta’ interpretazzjoni Oedipali fis-simboliżmu sesswali tar-rumanz jekk aħna nieħdu lil Wolff bħala s-sesswalità tal-missier: il-missier-wulf li jinġibed sesswalment lejn bintu jikseb ix-xewqa tiegħu li jħobbha sesswalment. Kuntrasti. Din in-narrattiva taħdem b’mod effettiv f’dawk l-aspetti ta’ kuntrarju u ta’ kuntrast. Ngħidu aħna, l-isem “Wied Ilpup” għall-bidu jagħti impressjoni ta’ biża’ u twegħir, però mbagħad insibu l-maqlub għax fih hemm il-ġnien tar-razzett bil-ward sabiħ u l-kenn tal-imħabba. Mill-banda l-oħra, “Nagħġu” (bis-suffiss tal-laqmijiet) jagħtina l-impressjoni ta’ xi ħadd ġwejjed u kwiet, imma malajr nintebħu

Charles Briffa

li dan il-karattru huwa lupu liebes ta’ nagħġa (Mt.7:15); jiġifieri, jilgħab parti li hija l-maqlub tal-karattru veru tiegħu u min imiss miegħu jkun qed jilgħabha – huwa bniedem falz; taħt il-ġilda ta’ nagħġa hemm moħħ ħajjen u fejjieti ta’ lupu. Anki fid-diskors bejn il-karattri hemm il-kuntrast: il-maniġer ġenerali ta’ ħu Carmen jitkellem fuq “ftehim kummerċjali u legali” li għaliha huwa “tradiment”. Fil-kuntest sħiħ tan-narrattiva, l-għemil tan-Nagħġu li jipprova jirrejpja lis-sbejħa jidħol f’ġustapożizzjoni mal-istupru tal-art li jġib is-setgħan bil-krejnijiet u l-gafef monstrużi; u jqegħedilna b’urġenza l-idea li “l-azzar, bħall-konkrit, m’għandux qalb. Kif għandhom il-fjuri” (p.169) – l-urġenza tinsab fit-tlaqqigħ ma’ xulxin tal-azzar bla qalb mal-fjuri bil-qalb. Peresso jħobb idaħħal f’ġustapożizzjoni dehriet għat-tħassib tagħna: il-ħoss tal-mużika klassika jitlaqqa’ mal-istorbju tas-serrieq arroganti li jħanxar is-siġar; id-dedikazzjoni ta’ min jiżra’ fl-art biż-żegħil titlaqqa’ mal-arroganza ta’ min ikabbar il-konkrit fl-għelieqi u jbiddel “is-sbuħija fi qligħ” (p.235); il-krib tal-ħajt tas-sejjieħ jitlaqqa’ mal-konkrit, briks, u azzar tal-monstri bla gost. Ukoll, Peresso jqegħdilna ġmiel il-ġnien mogħni bil-fwieħa tal-imħabba mal-qerda qalila tal-monstri tal-konkrit. U malajr Wolff (li jħobb l-ambjent) jidħol f’kuntrast mas-sinjur tal-konsorzju (li jrid jeqred l-ambjent bil-konkrit). Il-fantasija, f’dan ir-rumanz, hija tajba biex noqogħdu naħsbu biha – u turina kif l-awtur ħaseb fuq ħajtu. Peresso huwa awtur ta’ suġġeriment, ta’ sfumatura, ta’ intimazzjoni.

Mistoqsija: Min kien iħobb jilbes l-aħmar? Ibagħtu r-risposta tagħkom lil: Kompetizzjoni Ktieb, KullĦadd, ONE Complex A 28B, Industrial Estate, il-Marsa MRS 3000, u tidħlu biċ-ċans li tirbħu l-ktieb L-AĦĦAR WARDA. Ir-rebbieħ jitħabbar nhar il-Ħadd 5 ta’ Diċembru. Ir-rebbieħa huma mitluba jiġbru l-ktieb mill-ONE Complex, il-Marsa, billi jippreżentaw il-karta tal-identità, flimkien mal-ittra li se tintbagħtilhom minn din il-gazzetta, mit-Tlieta sal-Ġimgħa bejn id-09.00 u s-13.00, u s-Sibt bejn il-11.00 u l-16.00, festi pubbliċi esklużi. Intant, ir-rebbieħa tal-ktieb MITT ELF ISEM IEĦOR hija:

C. AGIUS - SANTA VENERA

02 Ġemma’ l-kupuni ta’ ħames ġimgħat wara xulxin kif ukoll wieġeb il-mistoqsija marbuta mal-aħbarijiet. Ibgħathom f ’daqqa lil: KOMPETIZZJONI €100, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Fl-ewwel disa’ xhur tal-2021, kemm kien hemm residenti li għażlu li jqattgħu mill-inqas lejl wieħed fi stabbiliment ta’ akkomodazzjoni?

Isem: Numru tat-telefown:

Tweġiba: Indirizz:


25

28.11.2021

IL-PREDIKATUR MOSTRU Gary Heidnik kien jaħtaf in-nisa filwaqt li jilgħabha tar-reliġjuż L-EWWEL PARTI Gary Michael Heidnik kien qattiel Amerikan li ħataf, ittortura u stupra sitt nisa filwaqt li qatel tnejn minnhom. Heidnik kien iżomm il-vittmi f’ħofra li ħaffer fil-kantina tad-dar tiegħu f’Philadelphia f’Pennsylvania. Hu nstab ħati ta’ qtil tal-ewwel grad u ġie kkundannat il-piena kapitali permezz tal-injezzjoni letali. Min kien Gary Michael Heidnik Heidnik twieled fit-22 ta’ Novembru tal-1943 f’Eastlake fi Cleveland f’Ohio fl-Istati Uniti. Hu kellu ħuh iżgħar minnu, Terry. Il-ġenituri tiegħu, Michael u Ellen, iddivorzjaw fl-1946 u Heidnik u ħuh trabbew ma’ ommhom għal erba’ snin. Wara, l-aħwa spiċċaw trabbew ma’ missierhom u

Kitba ta’ STEPHANIE CACCIATTOLO

l-mara l-ġdida tiegħu. Heidnik kien stqarr li missieru kien iweġġagħlu s-sentimenti tiegħu bl-azzjonijiet tiegħu. Hu jirrakkonta kif meta kien ixarrab is-sodda billejl, missieru kien iġiegħlu jdendel il-liżar barra t-tieqa tal-kamra tas-sodda tiegħu biex il-ġirien jaraw x’kien għamel. Minkejja dan, meta ’l quddiem ġie arrestat, missier Heidnik ċaħad li kien jagħmel hekk u li kien jabbuża b’xi mod minn ibnu. Meta kien għadu l-iskola, Heidnik ma kienx jagħmilha mal-istudenti l-oħrajn u kien jinqata’ għalih. Kien jagħmel hekk mhux għax kien mistħi iżda għax kien jaħseb li huwa aħjar minnhom. Fil-fatt, kien hemm każ fejn tifla mill-klassi tiegħu staqsietu kienx għamel ix-xogħol li tathom

Heidnik kien jagħmel laqgħat tal-knisja tiegħu filwaqt li l-vittmi tiegħu kienu maqfulin f’ħofra fil-kantina

l-għalliema għad-dar u Heidnik ħatafha u qalilha biex ma tkellmux għax mhix tal-kalibru tiegħu. Din l-imġiba wasslet lit-tfal l-oħrajn biex jgħaddu ż-żmien bih. Akkademikament, Heidnik kien intelliġenti u meta kellu biss 14-il sena, missieru ħajru jingħaqad mal-Akkademja Militari ta’ Staunton f’Virginia. Heidnik dam sentejn u waqaf ftit qabel ma kellu l-gradwazzjoni. Tliet snin wara, Heidnik ingħaqad mal-armata Amerikana. Waqt l-istħarriġ bażiku tal-armata, kien hemm surġent minnhom li qal li Heidnik kien “eċċellenti”. Minkejja dan, Heidnik ma ngħatax diversi pożizzjonijiet li applika għalihom u minflok intbagħat f’San Antonio f’Texas biex jiġi mħarreġ bħala mediku. Heidnik kien imur tajjeb ħafna u wara ftit ġie trasferit fi sptar militari mmexxi mill-armata Amerikana fil-Ġermanja. Wara ftit ġimgħat hemmhekk, Heidnik gradwa fil-qasam mediku. F’Awwissu tal-1962, Heidnik beda jilmenta li qed ibati minn ħafna wġigħ ta’ ras, dardir u sturdamenti. Wara vista minn newrologu, irriżulta li Heidnik kien isofri minn gastroenterite u nnota wkoll li Heidnik kellu sintomi ta’ mard tal-moħħ. Kien għalhekk li ngħata pilloli an-

Betty Disto

Gary Heidnik ti-psikotiċi għal din is-sejba tal-aħħar. F’Ottubru tal-istess sena, Heidnik ġie trasferit fi sptar militari f’Philadelphia f’Pennsylvania, fejn ġie ddijanjostikat li jbati minn diżordni fil-personalità u b’hekk ġie rilaxxat b’mod onorevoli mill-armata. Wara li ma baqax fl-armata, Heidnik ġab il-liċenzja ta’ infermier u kompla jistudja fl-Università ta’ Pennsylvania. Wara biss semestru wieħed, Heidnik irriżenja mill-università u beda jaħdem mal-Amministrazzjoni Veterana fi sptar f’Coatesville. Heidnik ma tantx dam jaħdem hawnhekk wara li kellu mġiba ħażina mal-pazjenti u b’hekk tkeċċa mill-post tax-xogħol. Heidnik spiċċa dieħel u ħiereġ minn diversi sptarijiet psikjatriċi minn Awwissu tal1962 sal-arrest tiegħu f’Marzu tal-1987. Huwa magħruf ukoll li Heidnik prova jneħħi ruħu b’idejh madwar 13-il darba. Il-ħsibijiet suwiċidali ma kinux biss għaddejjin minn moħħ Heidnik iżda wkoll

minn moħħ ommu u ħuh. Fl1970, ommu għamlet suwiċidju u ħuh Terry prova wkoll kemm-il darba jneħħi ruħu b’idejh. F’Ottubru tal-1971, Heidnik waqqaf knisja bl-isem ta’ United Church of the Ministers of God. Hu fetaħ kont il-bank f’isem il-knisja. Għall-bidu beda b’depożitu ta’ 1,500 dollaru u sal-1986, l-ammont tela’ ’l fuq minn 500,000 dollaru hekk kif in-numru ta’ msieħba kiber sew. Fit-3 ta’ Ottubru tal-1985, Heidnik iżżewweġ lil Betty Disto. Iż-żwieġ mill-ewwel mar il-baħar hekk kif qabditu jibdilha ma’ tliet nisa oħrajn. Heidnik kien ukoll iġiegħel lil martu tarah ikollu x’jaqsam ma’ nisa oħrajn. Disto kienet akkużat lil Heidnik li stupraha u abbuża minnha kemm-il darba. Hi rnexxielha titlaq lil Heidnik bis-saħħa ta’ għajnuna komunitarja f’Jannar tal-1986. F’Settembru tal-istess sena, Disto welldet tifel, u semmietu Jesse John Disto. Heidnik sar jaf li dan kien tiegħu hekk kif Disto bdiet titolbu l-manteniment ta’ binhom.

TKOMPLI L-ĠIMGĦA D-DIEĦLA


26

28.11.2021

GĦAQQAD IL-KAXXI

Għaqqad skont kemm hu l-valur li hemm fil-kaxxi. Eżempju: Jekk f’waħda mill-kaxxi hemm valur ta’ 10, trid tgħaqqad 10 kaxxi żgħar li jridu jkunu jmissu ma’ xulxin u f’forma ta’ kaxxa jew rettanglu. Ilkaxxi kollha jridu jintużaw u kaxxa tista’ tintuża darba biss. In-numru huwa indikazzjoni tat-total ta’ kaxxi żgħar u mhux neċessarjament juri minn fejn għandha tibda l-kaxxa.

SIB IL-VALUR Kull ittra fiha valur, uħud mill-valuri huma diġà mpoġġija. Uża dawn il-ħjilijiet biex issib il-kumplament tal-valuri tal-ittri.

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

12

13

14

15

16

17

18

19

20

21

22

23

24

25

26


27

28.11.2021

SUDOKU SPONSORJATA MINN WELLA

Irbaħ shampoo u conditioner tad-ditta Wella. Aqta’ din il-logħba u ibgħatha lil:

KOMPETIZZJONI WELLA, KullĦadd, ONE Complex, A 28 B, Industrial Estate, Il-Marsa MRS 3000 Isem: Indirizz:

TISLIBA 409

T. VELLA - GUDJA

MIMDUDIN: 10. Isem (6) 20. 1. Imexxik (5) 12. Inaqqas (6) 21. 4. Il-plural ta’ ġidra (4) 16. Michael Ġorġ 23. 7,21M. Iħaddem Dalmas (1,1,1) il-moħħ (5) 18, 21W. Żifna (5) 24. 9. Inħall (3) 19. Issibu fil-ħwejjeġ (3)

Bi 3 NUMRI 016 065 067 122 183 318 364 689 866 929 935 B’4 NUMRI

0612 0832 0922 1056 1289 1623 2035 2118 2427 2429 2486 2635 2997 3076

3726 4103 4161 4448 4674 4859 5523 5658 6167 6219 6351 6362 6816 6999

7227 7353 7359 7482 7552 7687 7766 7812 7936 8460 8739 8821 8862 9311

9448 9575 9613 9815 B’5 NUMRI 02672 15789 17726 18615 26926 29599 29643 31993

34478 41416 42295 45618 48889 61132 62299 69491 86910 96799 98452 B’6 NUMRI 092811

336484 739346 769412 867265 977939 B’7 NUMRI 3669248 6415991

WEQFIN: 1. Kompli l-qawl: Ftakar x’kont u x’sejjer tkun u malajr tneħħi l-........... (6) 2,12W. Tixrobx wisq minnu għax

3,11. 5. 6,22. 8. 11. 12.

tisker (5) Uża moħħok (5) Jista’ jkun tal-kamla (3) Sibel (6) Knisja? (9) Ara 3 Ara 2

13. 14. 15. 17. 21. 22.

Bliet? (5) Ara 7 Tfarfru minn fuq l-għamara (4) Self ta’ flus illegali (5) Parti minn reċta (3) Jitfagħlu ftit ilma (6) Issakkaril-bieb(6) Wasal (3) Ara 18 Ara 6

SOLUZZJONI TAL-AĦĦAR TISLIBA MIMDUDIN: 1.Malti, 4.Mart, 7,9.Mibdi, 10.Kmamar, 12.Marina, 16.Lia, 18,21W. Igara, 19.Tut, 20.Aħrat, 21.Art, 24.Twila

WEQFIN: 1.Miblul, 2,12W. Ltima, 3,23.Imkatar, 5,11.Armla, 6.Tar, 8.Immigrant, 13.Riħ, 14.Atturi, 15.Statwa, 17.IAR, 22.Tua


28

28.11.2021

“L-AKBAR INVESTIMENT” Editorjal

L-investiment mill-Gvern Laburista f’Tal-Ibwar fl-aħħar jiem jixhed ġustizzja soċjali u anke l-intenzjonijiet ġenwini ta’ min żgur ma jridx jinnormalizza xi abbuż tad-droga

Diffiċli ma taqbilx mal-Prim Ministru Robert Abela meta sejjaħ it-tlestija tal-proġett Tal-Ibwar fil-li­­miti tas-Siġġiewi, bħala “l-akbar investiment li qatt għamilna jew li qatt nistgħu nagħmlu”. Dan l-ewwel ċentru terapew­tiku għalladolex­xenti, li jabbu­żaw middro­ga, hu uniku fid-dinja, kif stqarret il-Caritas stess, u se jagħti oppor­tunità ġdida filħajja lil dawk taħt it-18-il sena li jinqabdu f’ċirku vizzjuż. Waqt li l-Istat ġarr il-piż finanzjarju kollu tal-proġett u se jibqa’ jġorr l-ispejjeż rikurrenti kollha, iċ-ċentru se jkun amministrat mill-fergħa speċjalizzata tal-Knisja. Imma irre­ levanti mill-€4 miljun spiża fir-rinnovar tal-binja u l-€1 mil­ jun oħra meħtieġa kull sena fl-amministrar tagħha, il-frott minn dan l-investiment hu imprezzabbli. Jekk xejn dan jixhed l-inten­ zjo­nijiet ġenwini tal-Gvern Laburista li, kif għamel għal dawn l-aħħar tmien snin, ħaseb biex mhux biss isaħħaħ l-għajxien tal-Maltin u l-Għawdxin b’mod

ġenerali, iżda wkoll jidħol biex jgħin f’każi soċjali partikolari, anke fejn in-numri huma wisq żgħar jew saħansitra singulari. Din il-politika, jew aħjar ilmen­talità, adottata li tixpruna investimenti simili, ukoll tirrif­­ letti kemm ma treġix il-kri­ ti­ka attwali dwar l-abbozz ta’ liġi li jirregola l-użu perso­­­na­li tal-kannabis, qisu l-Gvern irid jinnor­malizza xi ab­bu­ż ta’ droga. Dan ma jistax ikun iżjed ’il bogħod mill-verità. Kif ġie deskritt tajjeb ħafna din il-ġimgħa fil-Parlament, ilGvern qed jara biss li jirri­med­ ja għal kundanni esaġera­ti lil dawk li jiddeċiedu li jpejpu jew ikunu fil-pussess ta’ xi joint għall-użu esklussiv tagħhom. Smajna b’każi fejn żball simili, anke jekk ma kkawża l-ebda dannu lil oħrajn, tappan il-kondotta ta’ individwi u/jew saħansitra fixkel karrieri ta’ oħrajn. Bħal ħafna, aħna wisq konxji għal liema raġuni l-Partit Nazzjonalista qed jir­keb fuq it-tħassib ta’ għaqdiet li ġenwinament jinġibdu lura jew mhumiex konvin­ti bi proposta simili. Ir-

raġuni hi mnebbħa biss minn konvenjenza politika. Iżda l-messaġġi konfliġġenti li ġew sparati, anke mill-Kap innifsu, ikkonfondew lil bosta biex imbagħad ġew kontradetti kompletament bil-pożizzjoni uffiċjali li ħa l-Partit. Rap­por­ti f’midja indipendenti wkoll iddeskrivew dan kollu bħala fjask u tgħaffiġa mill-bidu sal-aħħar. Fil-verità, l-aħħar ġimagħtejn urewna kif, għall-Oppożizzjo­ ni, din il-liġi proposta kienet metaforikament it-tibna li qas­ met dahar il-ġemel, kif jgħidu bl-Ingliż. Wieħed kien jistenna l-appoġġ sħiħ tal-Oppożizzjoni għal abbozz ta’ liġi li, skont il-Kap Nazzjonalista, kien “ik­kupja­t” minn dikjarazzjo­nijiet tiegħu stess. Minflok, il-PN spiċċa ħareġ b’pożizzjoni opposta li wkoll remiet għalkollox il-ħafna ftaħir tal-Kap. Grech kien ukoll ilu jirre­ peti mal-midja li se jagħmel il-po­żizzjoni tiegħu fil-Parlament, iżda wara li ġie redikolat fil-pubbliku b’sempliċi stqarri­ ja, lanqas indirizza lill-Parla­

ment meta l-abbozz ta’ liġi għadda mit-Tieni Qari din ilġimgħa. Minflok, ġab l-iskuża li ried jagħti spazju lil ħaddieħor. Kif nafu, il-laq­għat tal-Grupp Parlamentari qabel il-pożizzjo­ ni finali tal-PN ukoll kienu kollox, għajr kumplimen­tużi. Kulħadd ipponta subgħajh lejn ħaddieħor jew kollha lejn Bernard Grech, li spiċċa maq­bud bejn il-fazzjo­nijiet u abbandu­ nat anke minn dawk li sena biss ilu għażluh flok Adrian Delia. Prattikament tilef il-qaleb u l-ġbejna! U b’indeċiżjoni grassa bħal din fuq liġi waħda, kif tista’ l-maġ­ġoranza tal-poplu sserraħ rasha jew qatt tafda lill-PN biex imexxiha mill-poter fejn ta’ kuljum iridu jittieħdu dawk id-deċiżjonijiet l-iżjed importanti għall-għajxien uman. Għaxxaqha l-Viċi Kap Nazzjo­ nalis­ta David Agius. Meta sejjaħ bħala “fanfarunata” l-proġett tal-Ibwar, iżjed indika lill-poplu li l-PN ma jistax ikun iżjed mitluf milli hu … sempliċiment għax baqa’ jserra­ħ fuq sisien li huma maq­tugħin mill-poplu.


Turn static files into dynamic content formats.

Create a flipbook
Issuu converts static files into: digital portfolios, online yearbooks, online catalogs, digital photo albums and more. Sign up and create your flipbook.