1 minute read

IL-MELLIEĦA QRIB IR-RIĠENERAZZJONI FIL-QALBA TAGĦHA

Għaddejjin b’ritmu tajjeb ix-xogħlijiet infrastrutturali fuq ir-riġenerazzjoni tal-pjazza talMellieħa. Dan il-proġett, b’investiment ta’ €2 miljun, hu ffinanzjat mill-Awtorità Maltija għatTuriżmu (MTA) u Infrastructure Malta (IM).

Preżentement qed isiru xogħlijiet fuq servizzi ġodda tal-ilma u d-drenaġġ mal-madwar, filwaqt li fix-xhur li ġejjin se jkunu ffinalizzati interventi marbutin ma’ culverts ġodda għas-servizzi taddawl. Wara dawn ix-xogħlijiet il-proġett jibda jersaq lejn il-fażi finali tiegħu meta jibda jitpoġġa l-pavimentar ġdid tal-istess pjazza.

Advertisement

Dawn id-dettalji tħabbru waqt żjara li saret f’din iż-żona mill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo u l-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Aaron Farrugia, flimkien ma’ rappreżentanti tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u Infrastructure Malta.

Il-Ministru Bartolo rrimarka kif dan il-proġett hu dikjarazzjoni ċara li l-Gvern, permezz talMTA, qiegħed isaħħaħ l-impenn tiegħu li jkom- pli jtejjeb il-prodott turistiku lokali.

“It-titjib fl-infrastruttura turistika hu prijorità biex Malta tkompli ssaħħaħ il-profil tagħha fid-dinja turistika. Il-fatt li jkollok ċentri ta’ lokalitajiet turistiċi tradizzjonali b’dehra isbaħ minn qabel ikompli jtejjeb l-esperjenza ħolistika tat-turisti li jiġu jżuru l-Gżejjer Maltin is-sena kollha,” saħaq Bartolo.

Min-naħa tiegħu, il-Ministru Farrugia tenna li l-ħidma ta’ IM f’din iż-żona hi eżempju prattiku ta’ dak li jridu jfissru bil-frażi “infrastruttura għan-nies”.

Hu qal li dan hu “proġett li jagħti prijorità lil dawk li jiffrekwentaw din iż-żona ta’ kuljum bilmixi, kemm jekk residenti jew turisti. Għalina importanti wkoll li mhux biss inżidu l-aċċessibbiltà, iżda li nħaddru din iż-żona fil-qalba tal-komunità Melliħija u naċċertaw li l-materjal li qed nużaw biex nagħmlu x-xogħol bih ikun wieħed li jirrispetta l-wirt storiku ta’ din il-pjazza.”

This article is from: