5 minute read
NIBŻGĦU GĦAL XULXIN
kien. Min joqgħod jippontifika u jgħid ara fiex wasalna u fiex qed ngħixu, qed jara sal-ponta ta’ mnieħru. Nisma’ lill-ġenituri tiegħi stess li meta kienu żgħażagħ huma kien ikun hemm gruppi ta’ ġuvintur minn xi raħal li jduru għal grupp ieħor minn raħal jew belt oħra f’nightclubs.
U ma kienx jiġi marċ ta’ festa li ma jispiċċax bil-banda. Suppost tgħallimna minn dawn iż-żminijiet. Imma ta’ bnedmin li aħna u f’dinja li kulma jmur tipproġetta biss l-interess tal-individwu, il-bon ordni u l-etika soċjali diżgrazzjatament kultant jintesew.
Advertisement
Dawn l-aħħar ġranet ġraw affarijiet f’pajjiżna li ħassbu lilna lkoll, li xxokkjawna lkoll, għall-inqas lili bħala ġenitur żgur li ħassbuni. Il-qtil traġiku ta’ tfajla b’daqqa ta’ karozza meta kienet miexja fuq bankina sejra lura f’darha kif ukoll adolexxenti minorenni li kienu mexjin għall-affari tagħhom filgħaxija l-Belt u ġew allegatament aggrediti minn grupp ta’ adolexxenti oħrajn, li saħansitra wieħed minnhom weġġa’ gravi u spiċċa l-isptar, huma xeni li nippretendu li ma nesperjenzawhomx fis-soċjetà ċivili li qed ngħixu fiha. Mingħajr ebda intenzjoni li nidħol jew niġġudika l-każi ndividwali, ma nistax ma niqafx u nirrifletti fuq ħsibijieti dwar dan kollu. Nemmen, iva, li kull wieħed u waħda minna għandna nagħmlu eżami tal-kuxjenza tagħna, nagħmlu reality check.
Jiena bħala ġenitur x’valuri qed nwassal lil uliedi? Il-valuri ma jaslux għand uliedna bil-prietki biss imma pjuttost bl-imġiba, bl-istil ta’ ħajja li ngħixu f’għajnejhom, dak “it-tajjeb” u “l-korrett” li nippritkawlhom irridu nwettquh b’eżempju quddiemhom għax it-tfal huma sponża u jassorbu kulma jaraw.
Apparti l-valuri, hemm pern ieħor li nħoss mill-esperjenza ta’ ġenitur li hi ferm importanti... u din hija l-preżenza tagħna fil-ħajja tagħhom. Kruċjali il-ħin kwalitattiv li nagħtu lil uliedna, aktar milli kwantitattiv. Il-ħin li nqattgħu m’uliedna, nqattgħuh tajjeb. Nistgħu nkunu ilna s-sigħat ma’ djul xulxin mqar fl-istess kamra u jkunu għaddew is-sigħat u lanqas inkunu għedna kelma bejnietna aħseb u ara kemm għamilna konverżazzjoni.
Kulħadd medhi fuq l-interessi tiegħu anki f’ħin li hu suppost inkunu flimkien, kulħadd fir-rokna tiegħu tas-sufan nilagħbu bil-logħob u fis-sakra mal-mobile.
M’iniex ngħid li inċidenti bħalma ġraw f’dawn l-aħħar ġranet huma tort tat-trobbija, assolutament li le. Imma kollox jgħodd. U jien l-ewwel waħda bħala ġenitur u gwardjan ta’ wliedi għandi nħoss l-obbligu lejn uliedi stess li nara li fihom jinżergħu valuri tajba u jitilgħu nisa u rġiel li jagħmlu ġieħ lis-soċjetà.
Lanqas ma rrid nalludi li każi koroh bħal dawn faqqsu f’dawn l-aħħar ġranet. Il-qżież, il-ksuħat u l-abbuż minn dejjem
Fl-imgħoddi, fid-disgħinijiet kellna Prim Ministru li żminijiet bħal dawn kien isejħilhom żminijiet fejn in-nies qed jitilfu l-valuri. Sa ċertu punt kellu raġun. Ikollna min jipponta jwaħħal fil-kobor tal-popolazzjoni, fit-taħlit u l-barranin li jgħixu f’pajjiżna, imma b’kull rispett dak li qed nara quddiemi huma azzjonijiet allegatament imwettqa minn ħuti Maltin stess.
U għaldaqstant, fl-opinjoni tiegħi, ir-responsabbiltajiet tagħna ċ-ċittadini adulti u tal-istituzzjonijiet tal-pajjiż li jħarsu s-sigurtà u l-ġustizzja f’pajjiżna lejn is-soċjeta, jikbru aktar meta jseħħu inċidenti bħal dawn.
Għandna nqumu min-ngħasa sabiex nassiguraw li flimkien, kulħadd fl-obbligi tiegħu naraw li din Malta tagħna li tant hi magħrufa bħala pajjiż sigur f’kull ħin tal-ġurnata tibqa’ effettivament hekk. Għax ma nlum lil ħadd, għax ma nlumx lili nnifsi li ma nħossuniex komdi li mqar jekk qed nimxi fuq bankina għall-affari tiegħi naħseb li xi ħadd b’negliġenza u ksuħat liema bħalu jista’ jtajjarni u jibgħatni d-dinja l-oħra kiesaħ u biered.
Ma nlum lill-ebda ġenitur li moħħu jhewden u jgħodd il-minuti meta ibnu jew bintu jkunu ġejjin lura filgħaxija millħarġa mal-ħbieb minħabba l-biża’ li jistgħu jiltaqgħu ma’ fastidju jew aggressjoni sfurzata minn bullying u ksuħat.
Nirringrazzja lill-Korp tal-Pulizija tagħna li f’inċidenti bħal dawn kienu professjonali u aġixxew malajr. Taw eżempju ta’ kif għandha tkun reazzjoni korretta u ġusta lejn is-soċjetà, eżempju li juri li l-ebda minn dan li ġara mhuwa tollerabbli u li azzjoni tittieħed fl-immedjat. Hekk hu mistenni f’soċjetà ċivili u hekk seħħ. Il-vittmi sfortunatament m’aħniex se nġibuhom lura, il-qraba tal-vittmi se jġorru dan id-dulur ħajjithom kollha, għandhom raġun iħossu li s-soċjetà falliethom. Għalhekk, tikber ir-responsabbiltà ta’ kull wieħed u waħda minna, ta’ kull istituzzjoni li qiegħda hemm biex tħares is-sigurtà u l-ġustizzja f’pajjiżna.
Għandna l-ewwel nett ir-responsabbiltà li nipprevienu inċidenti bħal dawn bit-tagħlim, bl-aġir u bl-eżempju li ngħaddu lil xulxin, bl-implimentazzjoni u turija konkreta ta’ dixxiplina ċivili f’pajjiżna, billi nassiguraw pajjiż sigur u titwettaq ġustizzja f’waqtha mal-vittmi. Ir-responsabbiltà mhix ta’ individwu jew ieħor, ta’ istituzzjoni jew oħra, imma hija responsabbiltà kollettiva tagħna lkoll. Fi ftit kliem, nibżgħu għal xulxin.
Sur Editur, “Ħsiebhom kif se jħammġu l-politika,” qalilna l-editorjal tal-ġurnal tagħhom, Sur Editur. U l-Ispiżjar tal-espressjoni Maltija, li proprja ssemmi l-qaħba, milli jkollha tagħtik. Aħna tal-Labour qed inħammġu l-politika, skont dawn l-intamati. Ara vera nsewh żmienhom u għemilhom. U mhux il-passat tagħhom biss ta, imma sal-ġurnata mqaddsa tal-lum. Għax il-politika tagħhom minn dejjem hekk kienet u dejjem hekk se tibqa’, jħammġu u jaħsbu li tagħhom ifuħ. Issa vera se mmur lura s-snin, Sur Editur. Se nagħmilha ta’ Melda tiegħi. Li meta tidħolli f’argument fuq xi ħaġa li tkun għadha kif ġrat, tibda taqla’ l-episodji kollha mis-senduq. Għax bagħla dinja, anki minn ta’ żmien l-għerusija tibda ssemmi. Ara jekk ngħidilha xi ħaġa dwar kazzata li tkun għadha kif għamlet, taparsi tkun insiet. Imma ta’ żmien Adam u Eva qanna tiftakarhom bid-dettalji kollha. Insew kif ħammġu l-politika meta ppubblikaw 73 paġna ta’ ħdura kontra pajjiżhom għax qalu li Malta qed tinħaraq? Għall-ktieb Is Malta Burning, qed ngħid Sur Editur. Ma ħammġuhiex il-politika b’din il-fantasija ta’ kitba li hemm f’dan il-ktieb!
U x’ma ħammġux il-politika meta kienu jmorru jxandru minn Sqallija, u ħlief attakki kontra pajjiżna ma kinux jagħmlu? U x’ma ħammġux il-politika meta kull nominat mill-Gvern tagħna għal xi kariga fil-Parlament Ewropew, jaraw kif imorru jfesfsu f’widnejn il-parlamentari barranin kontrih u kontra pajjiżna, biex jostakolawh?
Sur Editur, ara x’diskorsi moqżieża jsiru kontra pajjiżna minn dawk tagħhom li hemm fil-Parlament Ewropew, biex ipinġuna koroh mal-barranin! Puuuu għalihom! U dan kollu għaliex jaħsbu li b’hekk se jidhru sbieħ huma. Iva sbieħ, kif Alla jridhom, kif jgħid ilMalti.
L-aqwa li l-Kap tagħhom qalilna wkoll li bis-soluzzjonijiet tiegħu jista’ jwassal lill-PeNe fil-Gvern. Imnalla qalha ta! Għax kont ilni ma nidħak daħka hekk żmien. Kont se nifga fit-towst, tant li biex naqla’ minn griżmejja l-gidma li kont għadni kif ħadt, sgħolt u mlejt lil Melda tiegħi bil-biċċiet tal-luncheon meat u l-bżieq. Katastrofi aktar minn kif jinsab il-partit tagħhom bħalissa kelli minħabba f’hekk. Imma dik storja oħra.
X’soluzzjonijiet huma dawn li għandu Bernard il-Grech, ħaqq l-arloġġ tal-lira ta’ Tonio l-Fenech? U ħaqq ir-rigali ta’ Berta l-Metsola li nsiet tiddikjara lill-Parlament Ewropew!
Nixtieq jgħidilna x’inhuma dawn is-soluzzjonijiet. Għax kemm ilu jmexxi l-partit tiegħu dan l-għaref, lanqas soluzzjoni waħda mġiddma biex jirranġa l-partit li għandu ma ħareġ biha, aħseb u ara, Sur Editur.
L-aqwa li fost il-maltemp li għandu, jkompli jgħid li għandu grupp parlamentari magħqud. Qisha l-ħolma tiegħi li qiegħed fix-xatt ta’ xi gżira tal-Karibew, bi skoss minn dawk tal-Playboy imdawrin miegħi u bl-isbaħ waħda bilqiegħda ħdejja titfagħli r-ramel fiż-żokra. Taf x’hemm komuni bejn dawn iż-żewġ ħolmiet, Sur Editur? Li t-tnejn li huma, huma baħħ.
Għax meta nqum mill-ħolma nara l-Melda tiegħi u titfagħli imma, xi taġen għal rasi għax tkun qed tgħidli xi ħaġa u ngħidilha “iva” bl-amment, l-aqwa li neħles minnha.
Aħjar isib soluzzjoni għad-Deputat tiegħu Darren il-Carabott li f’10 xhur lanqas biss jaf min hu l-Whip tal-Gvern! X’kull waħda wkoll.
U aħjar isib soluzzjoni għall-isfidi li għamlulu tiegħu stess, fosthom il-famuż David il-Carabott li ma jafx min hu l-Whip tal-Gvern u Joe l-Giglio. Dawn sfidaw lil Grech fuq dik li sejħulha “tmexxija dgħajfa”. Tmexxija dgħajfa ta’ partit. Aħseb u ara xi tmexxija jista’ jagħti lill-pajjiż dan l-imbierek Grech.
Mistagħġbin x’laqgħa mqanqla kellhom, qed jgħidu. B’Adrian idDelia jargumenta ma’ Claudette is-Sellili talli qalet li ma għandhiex dispjaċir li ħadmet biex tqaċċtu.
L-aqwa li d-Deputat tagħhom l-ieħor, David l-Agius qal li l-Gvern qed jipprova joħnoq lill-Oppożizzjoni. U ajma! More of the same. Kantaliena mġenġla tas-soltu.
Għad-dieħla!